|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2453 |
31.10.2023 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2023 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE
tal-25 ta’ Ottubru 2023
biex tiġi emendata d-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE biex jiġu adottati miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE [2023/2453]
IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) u l-Artikolu 16(2) flimkien mal-Artikolu 95(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (“Il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”) ġie ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2003. F’konformità mad-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (2) (id-“deċiżjoni dwar miżuri tranżizzjonali”), huwa għandu jiġi applikat sal-31 ta’ Ottubru 2023. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 95(4), l-ewwel subparagrafu, tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, in-negozjati għal Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ġdid (il-“Ftehim il-ġdid”) tnedew f’Settembru 2018. Il-Ftehim il-ġdid ser jiġi ffirmat fil-15 ta’ Novembru 2023 mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Membri tal-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku. Skont l-Artikolu 98(4) tal-Ftehim il-ġdid, l-applikazzjoni proviżorja tiegħu għandha tibda fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-iffirmar ta’ dak il-Ftehim. Għaldaqstant huwa neċessarju li tiġi emendata d-deċiżjoni dwar miżuri tranżizzjonali biex tiġi estiża ulterjorment l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE. |
|
(3) |
L-Artikolu 95(4), it-tieni subparagrafu, tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE jipprevedi li l-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jadotta kwalunkwe miżura tranżizzjonali li tista’ tkun meħtieġa sakemm il-Ftehim il-ġdid jidħol fis-seħħ. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, fit-23 ta’ Mejju 2019, il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE ddelega s-setgħat ta’ adozzjoni tal-miżuri tranżizzjonali lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (3). |
|
(5) |
Huwa għalhekk xieraq li l-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jadotta deċiżjoni, skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, biex jemenda d-deċiżjoni dwar miżuri tranżizzjonali sabiex tiġi estiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE sal-31 ta’ Diċembru 2023. |
|
(6) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ser jibqgħu jiġu applikati bil-għan li tinżamm il-kontinwità fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati AKP, min-naħa l-oħra. Għaldaqstant, il-miżuri tranżizzjonali emendati mhumiex maħsuba bħala emendi għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE kif previst fl-Artikolu 95(3) tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, id-data “31 ta’ Ottubru 2023” għandha tiġi sostitwita bid-data tal-“31 ta’ Diċembru 2023”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2023.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2023
Għall-Kunsill tal-Ministri AKP-UE
Mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE
Il-President
Marcos ALONSO ALONSO
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE kien emendat mill-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27) u mill-Ftehim iffirmat f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).
(2) Id-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-17 ta’ Diċembru 2019 li tadotta miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE (ĠU L 1, 3.1.2020, p. 3).
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE tat-23 ta’ Mejju 2019 dwar id-delega tas-setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar id-deċiżjoni li jiġu adottati miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE (ĠU L 146, 5.6.2019, p. 114).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2453/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)