European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2429

3.11.2023

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2429

tas-17 ta’ Awwissu 2023

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għas-settur tal-frott u l-ħxejjex, għal ċerti prodotti tal-frott u tal-ħxejjex ipproċessati u għas-settur tal-banana, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1666/1999 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 u (UE) Nru 1333/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 75(2), l-Artikolu 76(4) u l-Artikolu 89 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, li tinkludi, fost l-oħrajn, is-settur tal-frott u l-ħxejjex, is-settur tal-prodotti tal-frott u tal-ħxejjex ipproċessati u s-settur tal-banana. Huwa jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta’ implimentazzjoni dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal dawn is-setturi jew il-prodotti tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tas-setturi tal-frott u tal-ħxejjex u tal-frott u tal-ħxejjex ipproċessati, u jipprevedi standards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-frott u l-ħxejjex friski kollha u dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-kontrolli tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1333/2011 (3) jistabbilixxi l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-banana, regoli dwar il-verifika tal-konformità ma’ dawk l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u r-rekwiżiti għan-notifiki fis-settur tal-banana. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1666/1999 (4) jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-karatteristiċi minimi tal-kummerċjalizzazzjoni għal ċerti varjetajiet ta’ għeneb imnixxef. Dawn ir-Regolamenti ġew adottati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Minn dak iż-żmien ’l hawn, ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ġie sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li fih setgħat ibbażati fuq il-qafas legali għas-setgħat introdotti mit-Trattat ta’ Liżbona.

(3)

Sabiex jiġu armonizzati u ssimplifikati r-regoli dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, dwar il-kontrolli tal-konformità u dwar in-notifiki għas-setturi msemmija hawn fuq, biex jiġu inkorporati l-emendi meħtieġa fid-dawl tal-esperjenza u biex ir-regoli jiġu allinjati mas-setgħat mogħtija mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, huwa xieraq li dawn jiġu fużi f’sett wieħed ta’ regoli f’Regolament Delegat u f’Regolament ta’ Implimentazzjoni u li jitħassru r-Regolament (KE) Nru 1666/1999 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u (UE) Nru 1333/2011.

(4)

L-Artikolu 75(1), punti (b), (c) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jawtorizza lill-Kummissjoni tipprevedi standards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-frott u l-ħxejjex, u għall-frott u l-ħxejjex ipproċessati u għall-bananas, rispettivament. Skont l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-frott u l-ħaxix intiżi biex jinbiegħu friski lill-konsumatur jistgħu jiġu kkummerċjalizzati biss jekk ikunu ta’ kwalità tajba, ġusta u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata u jekk ikun indikat il-pajjiż tal-oriġini. Sabiex tiġi prevista implimentazzjoni uniformi ta’ dik id-dispożizzjoni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti d-dettalji ta’ standard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni għall-frott u l-ħaxix frisk kollu u li ssir dispożizzjoni għal dan.

(5)

Jenħtieġ li jinżammu standards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni għall-frott u l-ħxejjex soġġetti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, abbażi ta’ valutazzjoni tar-rilevanza tagħhom, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, prodotti li għadhom l-aktar ikkummerċjalizzati f’termini tal-valur fuq il-bażi taċ-ċifri miżmuma fil-bażi tad-data ta’ referenza tal-Eurostat għal statistiki dettaljati dwar il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija, Comext.

(6)

Il-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati u l-banana misjura ma humiex koperti mill-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u lanqas minn standard tal-kummerċjalizzazzjoni speċifiku. Madankollu, it-tikkettar tal-oriġini huwa rilevanti għall-konsumaturi u huwa meħtieġ għall-konsumaturi fil-kuntest tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 intitolata “Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” (6) (“Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt””), u għandu l-għan ukoll li jagħti s-setgħa lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet infurmati u sostenibbli fir-rigward tal-ikel u għalhekk jenħtieġ li jkun obbligatorju wkoll għal tali prodotti maħsuba għall-konsum dirett wara operazzjonijiet sempliċi bħat-tnixxif jew il-maturazzjoni.

(7)

Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ varjetajiet ta’ banana kkummerċjalizzati fl-Unjoni u tal-prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni, jenħtieġ li jinżammu standards minimi għall-banana ħadra mhux misjura. Madankollu, huwa xieraq li l-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni għall-banana jiġi allinjat mal-Codex Alimentarius u li jiġi estiż għal aktar varjetajiet biex jiġu evitati ostakli bla bżonn għall-kummerċ. Bil-għan li jitnaqqsu l-ħela tal-ikel u t-telf tal-ikel fil-kuntest tal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”, b’mod partikolari billi tittejjeb il-flessibbiltà għall-qsim f’porzjonijiet, huwa xieraq li jitħalla barra l-minimu ta’ erba’ swaba’ bl-id jew cluster stabbilit fil-Codex Alimentarius. Huwa xieraq, fid-dawl tal-objettivi segwiti, li l-Istati Membri li jipproduċu l-banana jitħallew japplikaw standards nazzjonali fit-territorju tagħhom għall-produzzjoni tagħhom stess sakemm dawk ir-regoli ma jmorrux kontra l-istandards tal-Unjoni u ma jfixklux iċ-ċirkolazzjoni libera tal-banana fl-Unjoni.

(8)

Jenħtieġ li jitqies il-fatt li l-fatturi klimatiċi jagħmlu l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni diffiċli f’Madeira, fl-Azores, f’Algarve, fil-Gżejjer Kanarji, fi Kreta, fil-Lakonja u f’Ċipru. B’riżultat ta’ dan, ċerta banana ma tiżviluppax sat-tul minimu stabbilit fl-istandard internazzjonali meta tiġi prodotta f’dawk iż-żoni ġeografiċi. F’dawk il-każijiet, dik il-banana jenħtieġ li titħalla tiġi kummerċjalizzata.

(9)

Sabiex jiġu evitati ostakli bla bżonn għall-kummerċ, f’każijiet fejn ikunu jridu jiġu stabbiliti standards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti individwali, dawk l-istandards jenħtieġ li jkunu dawk stabbiliti fl-istandards adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (in-NU/KEE). F’każijiet fejn ma jkun ġie adottat l-ebda standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, il-prodotti jenħtieġ li jitqiesu bħala prodotti li jikkonformaw mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni meta d-detentur ikun jista’ juri li l-prodotti huma konformi ma’ kwalunkwe standard tan-NU/KEE li jkun japplika.

(10)

Sabiex jitqiesu l-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u l-interessi tal-konsumaturi, l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għas-setturi kollha koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jżommu r-rekwiżiti ta’ kwalità għolja ta’ kunsens internazzjonali filwaqt li jinkoraġġixxu użi alternattivi sabiex jiġu evitati t-telf tal-ikel u l-ħela tal-ikel meta l-istandard ma jiġix irrispettat. Dan jenħtieġ li jkun il-każ għall-prodotti kollha li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Klassi II tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tan-NU/KEE iżda li jibqgħu tajbin biex jittieklu. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu previsti eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni fil-każ ta’ ċerti prodotti li huma intiżi għall-ipproċessar, jew li jinbiegħu mill-produttur direttament lill-konsumaturi.

(11)

Ċerti prodotti tal-frott u tal-ħxejjex jista’ jkollhom karatteristiċi li ma jikkonformawx mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni applikabbli. Il-kultivazzjoni tradizzjonali u l-konsum lokali jistgħu madankollu jkunu stabbiliti sew fir-rigward ta’ dawk il-prodotti. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti li jitqiesu li huma tajbin għall-konsum mill-komunitajiet lokali iżda li ma jikkonformawx mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni ma jiġux mwaqqfa milli jiġu kkummerċjalizzati lokalment, dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu eżentati mill-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni sakemm din l-eżenzjoni ma tkunx probabbli li tipprevjeni jew tfixkel il-kompetizzjoni f’parti sostanzjali mis-suq intern, jew li tfixkel il-kummerċ ħieles jew il-kisba ta’ kwalunkwe wieħed mill-objettivi tal-Artikolu 39 tat-Trattat.

(12)

Diversi prodotti tal-frott u l-ħxejjex jistgħu jidderogaw mill-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-kummerċjanti kif ukoll għall-awtoritajiet li jwettqu l-kontrolli f’konformità mal-Artikolu 76(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Madankollu, it-tikkettar tal-oriġini huwa meħtieġ għall-konsumaturi, u f’konformità mal-orjentazzjoni tal-politika tal-istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” li tiġi pprovduta aktar informazzjoni sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażla aktar infurmata, l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jenħtieġ li tkun obbligatorja għal tali prodotti.

(13)

L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni relatati ma’ prodotti għal donazzjonijiet jenħtieġ li jiġu ssimplifikati sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-kummerċjanti mingħajr ma tiġi affettwata l-kwalità. Diment li l-prodott ikun ittikkettat b’mod ċar biex jiġi avżat li huwa għal donazzjoni, id-dettalji tal-immarkar l-oħrajn jenħtieġ li jkunu fakultattivi. Madankollu il-prodott jenħtieġ li jikkonforma mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni fir-rigward tal-kwalità sabiex jiġi mħares il-benefiċjarju tad-donazzjoni.

(14)

Sabiex ikun żgurat li l-verifiki jkunu jistgħu jitwettqu sewwa u b’mod effettiv, il-fatturi u d-dokumenti ta’ akkumpanjament, minbarra dawk għall-konsumaturi, jenħtieġ li jkun fihom ċertu tagħrif bażiku li huwa inkluż fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni.

(15)

Id-dettalji tal-informazzjoni meħtieġa skont l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni jenħtieġ li jintwerew b’mod ċar fuq l-imballaġġ u/jew fuq it-tikketta. Sabiex jiġu evitati l-frodi u każijiet fejn il-konsumaturi jiġu mqarrqa, id-dettalji tal-informazzjoni meħtieġa skont l-istandards jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-konsumaturi qabel ix-xiri, inkluż fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod, fejn l-esperjenza wriet li hemm riskju ta’ frodi u riskju li tiġi evitata l-protezzjoni tal-konsumaturi mogħtija mill-istandards.

(16)

Sabiex jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu mqarrqa fir-rigward tal-klassi, id-dettalji tal-informazzjoni meħtieġa fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut jenħtieġ li ma jinkludux termini bħal “suprema”, “primjum” jew kliem simili li ma huwiex regolat biex jiddefinixxi kwalità proprja tal-prodott, filwaqt li jibqa’ possibbli li tintwera kwalunkwe informazzjoni oħra bħal “trasport bl-ajru” jew informazzjoni fattwali simili li ma tqarraqx lill-konsumatur.

(17)

Sabiex jiġi evitat li jitqarrqu l-konsumaturi fir-rigward tal-oriġini tal-prodotti, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jenħtieġ li tkun viżibbli aktar mill-indikazzjoni tal-pajjiż tal-imballatur.

(18)

L-imballaġġi li fihom taħlitiet ta’ prodotti jew speċijiet ta’ prodotti differenti koperti minn dan ir-Regolament qegħdin isiru aktar komuni fis-suq b’reazzjoni għad-domanda ta’ ċerti konsumaturi. Il-kummerċ ġust jeħtieġ li l-prodotti jew l-ispeċijiet ta’ prodotti mibjugħin fl-istess imballaġġ ikunu tal-istess kwalità. Għall-prodotti li għalihom ma ġewx adottati standards tal-Unjoni, dan jista’ jkun żgurat billi wieħed jirrikorri għad-dispożizzjonijiet ġenerali. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tat-tikkettar għal taħlitiet ta’ prodotti jew speċijiet ta’ prodotti differenti fl-istess imballaġġ. Dawn jenħtieġ li jkunu inqas stretti minn dawk stabbiliti mill-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni peress li t-tikkettar tat-taħlitiet huwa aktar impenjattiv u r-riskji tal-applikazzjoni tagħhom huma ta’ ostaklu għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawk il-prodotti.

(19)

L-importazzjonijiet ta’ frott u ħxejjex minn pajjiżi terzi jridu jikkonformaw mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni jew ma’ standards li huma ekwivalenti għalihom. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet li taħthom il-prodotti importati jitqiesu li huma ta’ livell ekwivalenti ta’ konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni.

(20)

Sabiex l-operaturi u l-amministrazzjonijiet nazzjonali jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għall-bidliet introdotti minn dan ir-Regolament, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.

(21)

Minħabba r-rabta sostantiva bejn is-setgħat mogħtija mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rigward ir-regoli dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, dwar ir-rekwiżiti minimi tal-kwalità għall-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex u dwar il-konformità tal-prodotti importati mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni, huwa xieraq li dawk ir-regoli jiġu stabbiliti fl-istess att delegat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 75(1) ta’ dak ir-Regolament, ir-rekwiżiti minimi tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex intiżi biex jinbiegħu friski kif imsemmi fl-Artikolu 76 ta’ dak ir-Regolament, il-konformità tal-prodotti importati mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 89 ta’ dak ir-Regolament.

2.   Dan ir-Regolament japplika għas-setturi u għall-prodotti li ġejjin:

(a)

is-settur tal-frott u l-ħxejjex imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (i), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b)

frott imnixxef tal-kodiċijiet NM 0804 20 90, 0806 20 u ex 0813 elenkati fil-Parti X tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament;

(c)

il-bananas tal-kodiċi NM 0803 90 10 elenkati fil-Parti XI tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

3.   Għall-fini ta’ dan ir-regolament, il-pajjiż ta’ oriġini ta’ prodott għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

KAPITOLU II

STANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI

Artikolu 2

Standard tal-kummerċjalizzazzjoni ġenerali għall-frott u l-ħxejjex imsemmija fl-Artikolu 1(2), punt (a)

1.   Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jikkostitwixxu l-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni ġenerali għall-frott u l-ħxejjex imsemmija fl-Artikolu 1(2), punt (a).

Il-frott u l-ħxejjex imsemmija fl-Artikolu 1(2), punt (a) għandhom jikkonformaw ma’ dak l-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni ġenerali sakemm ma jkunux soġġetti għal standard tal-kummerċjalizzazzjoni speċifiku.

Id-dettalji tal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni ġenerali huma stipulati fil-Parti A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Meta d-detentur tal-frott u l-ħxejjex imsemmi fil-paragrafu 1 ikun jista’ juri li l-prodotti jkunu konformi ma’ kwalunkwe standard applikabbli adottat mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), dawn għandhom jitqiesu bħala konformi mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni msemmi fil-paragrafu 1.

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “detentur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha fil-pussess fiżiku tagħha l-prodotti kkonċernati jew li toffrihom għall-bejgħ mill-bogħod jew bi kwalunkwe mezz diġitali.

Artikolu 3

Indikazzjoni tal-oriġini għal ċerti prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati u għal bananas misjura

Il-prodotti li ġejjin għandu jkollhom indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini:

(a)

frott imnixxef tal-kodiċi NM ex 0813, kif definit fil-Parti X tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b)

tin imnixxef tal-kodiċi NM 0804 20 90;

(c)

għeneb imnixxef tal-kodiċi NM 0806 20;

(d)

bananas misjura tal-kodiċi NM 0803 90 10 u li jirriżultwa mis-sajran fit-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 4

Standards tal-kummerċjalizzazzjoni speċifiċi għall-frott u l-ħxejjex u għall-bananas

1.   Il-prodotti jew is-settur li ġejjin għandhom jikkonformaw mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni speċifiċi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I:

(a)

tuffieħ;

(b)

frott taċ-ċitru;

(c)

frott tal-kiwi;

(d)

ħass, indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa’;

(e)

ħawħ u nuċiprisk;

(f)

lanġas;

(g)

frawli;

(h)

bżar ħelu;

(i)

għeneb tal-mejda;

(j)

tadam;

(k)

bananas.

2.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, punt (k), għandu japplika dan li ġej:

(a)

l-istandard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni tas-settur tal-banana huwa stabbilit fil-Parti B, il-Parti 11 tal-Anness I għall-bananas tal-varjetajiet elenkati fl-Appendiċi ta’ dak l-Anness, minbarra l-bananas intiżi għall-ipproċessar. Dan l-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni għandu japplika għall-bananas li joriġinaw minn pajjiżi terzi fl-istadju tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, għall-bananas li jorġinaw fl-Unjoni fl-istadju tal-ewwel ħatt fl-Unjoni, u għall-bananas fornuti friski lill-konsumatur fir-reġjun tal-produzzjoni fl-istadju li jħallu t-tinda tal-ippakjar;

(b)

l-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni msemmi fil-punt (a) ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni, fi stadji aktar tard tal-bejgħ, tar-regoli nazzjonali li:

(i)

ma jimpedixxux iċ-ċirkolazzjoni libera tal-bananas li joriġinaw minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni oħrajn tal- Unjoni u li jikkonformaw mal-istandard tal-kummemrċjalizzazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu; u

(ii)

ma humiex inkompatibbli mal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 5

Eċċezzjonijiet u eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni

1.   B’deroga mill-Artikolu 76(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

(a)

il-prodotti li ġejjin ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni:

(i)

prodotti mmarkati b’mod ċar bil-kliem “intiżi għall-ipproċessar” jew “għall-għalf tal-bhejjem” jew kwalunkwe kliem ekwivalenti u li huma:

intiżi għall-ipproċessar industrijali, jew

ippreżentati għall-bejgħ bl-imnut lill-konsumaturi għall-użu personali tagħhom u maħsuba għall-ipproċessar minnhom, jew

maħsuba għall-preparazzjoni tal-prodotti msemmija fis-subparagrafu (b)(xvii) ta’ dan il-paragrafu, jew

intiżi għall-għalf tal-bhejjem jew użu ieħor mhux għall-ikel;

(ii)

prodotti mibjugħa mill-produttur direttament lill-konsumaturi għall-użu personali tagħhom fl-azjenda tagħhom jew, f’żona ta’ produzzjoni partikolari kif definita mill-awtorità kompetenti:

f’suq lokali f’post riżervat biss għall-produtturi, jew

b’kunsinna diretta;

(iii)

prodotti kkummerċjalizzati bħala nebbieta li tittiekel, wara li tinbet iż-żerriegħa tal-pjanti kklassifikati bħala frott u ħxejjex elenkati fil-Parti IX tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(iv)

prodotti ta’ reġjun partikolari li jinbiegħu mill-kummerċ bl-imnut ta’ dak ir-reġjun f’każ ta’ konsum lokali tradizzjonali stabbilit sew jew f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

il-prodotti li ġejjin ma għandhomx ikunu meħtieġa li jikkonformaw mal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni ħlief fir-rigward tal-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini kif imsemmi fl-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

(i)

il-faqqiegħ mhux ikkultivat tal-kodiċi NM ex 0709 51 sa ex 0709 56 u 0709 59;

(ii)

il-kappar tal-kodiċi NM 0709 99 40;

(iii)

il-lewż morr tal-kodiċi NM 0802 11 10;

(iv)

il-lewż imqaxxar tal-kodiċi NM 0802 12;

(v)

il-ġellewż imqaxxar tal-kodiċi NM 0802 22;

(vi)

il-ġewż imqaxxar tal-kodiċi NM 0802 32;

(vii)

il-pistaċċi imqaxxra tal-kodiċi NM 0802 52;

(viii)

il-makadamja imqaxxra tal-kodiċi NM 0802 62;

(ix)

il-ġewż tal-arżnu imqaxxar tal-kodiċi NM 0802 92;

(x)

il-ġewż pekan tal-kodiċi NM 0802 99 10;

(xi)

ġewż ieħor tal-kodiċi NM 0802 99 90;

(xii)

il-pjantaġġini mnixxfin tal-kodiċi NM 0803 10 90;

(xiii)

il-frott taċ-ċitru mnixxef tal-ex kodiċi NM 0805;

(xiv)

it-taħlit ta’ ġewż tropikali tal-kodiċi NM 0813 50 31;

(xv)

it-taħlit ta’ ġewż ieħor tal-kodiċi NM 0813 50 39;

(xvi)

iż-żagћfran tal-kodiċi NM 0910 20;

(xvii)

prodotti kklassifikati bħala frott u ħxejjex u elenkati fil-Parti IX tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li jkunu għaddew minn kwalunkwe preparazzjoni lil hinn mill-estent tat-tirqim kif indikat fl-istandard speċifiku applikabbli tan-NU/KEE, jew mhux intatti skont it-tifsira tal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni ġenerali u li jiġu magħmulin lesti biex jiġu kkonsmati direttament friski jew imsajra.

(c)

f’każ ta’ donazzjoni, għajr id-distribuzzjoni mingħajr ħlas koperta minn ftehimiet u deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 222 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew appoġġata fi programmi operazzjonali skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament għandhom ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni ħlief fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-immarkar, sakemm ikunu mmarkati b’mod ċar bil-kliem “intiżi għal donazzjoni” jew b’marka ekwivalenti.

2.   B’deroga mill-Artikolu 76(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-prodotti li ġejjin ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni f’żona ta’ produzzjoni partikolari definita mill-Istat Membru kkonċernat, inkluż fejn dik iż-żona ta’ produzzjoni tkun żona tranżnazzjonali kif definita mill-Istati Membri kkonċernati:

(a)

prodotti mibjugħin jew ikkonsenjati minn min ikabbarhom lil stazzjonijiet tal-preparazzjoni jew tal-imballaġġ jew lil faċilitajiet tal-ħżin, jew ittrasportati mill-azjenda tiegħu lejn dawn l-istazzjonijiet;

(b)

prodotti ttrasportati minn faċilitajiet tal-ħżin lejn stazzjonijiet tal-preparazzjoni u tal-imballaġġ;

(c)

prodotti li joriġinaw fl-UE li ma jikkonformawx mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament minħabba sitwazzjoni ta’ “force majeure” (9) li tippermetti lill-Istati Membri jiddeċiedu li l-prodotti jistgħu jiġu kkummerċjalizzati fit-territorju tagħhom skont il-kundizzjonijiet li jispeċifikaw huma.

3.   Sabiex jiġu applikati d-derogi previsti fil-paragrafu 1, il-punt (a), (i) u (ii), u l-punt (c), u l-paragrafu 2, il-kummerċjanti għandhom jipprovdu evidenza lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-prodotti koperti jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk il-paragrafi, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu maħsub tagħhom.

4.   Il-kummerċjanti jistgħu japplikaw id-deroga prevista fil-paragrafu 1, punt (a)(iv), biss jekk l-Istati Membri preċedentement ikunu adottaw regoli biex jeżentaw tali prodotti. Tali regoli ma għandhomx ikunu ta’ natura li x’aktarx jipprevjenu jew ifixklu l-kompetizzjoni f’parti sostanzjali tas-suq intern, jew jipperikolaw il-kummerċ ħieles jew l-ilħuq ta’ kwalunkwe wieħed mill-objettivi tal-Artikolu 39 tat-Trattat. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih bir-regoli li jkunu adottaw f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn bi kwalunkwe notifika ta’ tali regoli.

5.   In-notifiki msemmija fil-paragrafu 2, punt (c), u fil-paragrafu 4 għandhom isiru f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 (10).

Artikolu 6

Dettalji ta’ informazzjoni tul il-katina tal-provvista

1.   Id-dettalji ta’ informazzjoni meħtieġa mid-dispożizzjonijiet dwar l-immarkar stabbiliti fl-Anness I għandhom jidhru b’mod leġġibbli u f’pożizzjoni ovvja fuq ġenb wieħed tal-imballaġġ, jew għandhom jiġu stampati b’mod li ma jitħassarx direttament fuq l-imballaġġ jew fuq tikketta li tkun parti integrali mill-imballaġġ jew imwaħħla miegħu, u ma għandhomx ikunu qarrieqa.

2.   Għal oġġetti ttrasportati bl-ingrossa u mgħobbija direttament fuq mezz tat-trasport, id-dettalji ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jingħataw f’dokument li jakkumpanja l-oġġetti jew murija fuq nota mpoġġija f’pożizzjoni ovvja ġewwa l-mezz tat-trasport.

3.   Fil-każ ta’ kuntratti mill-bogħod skont it-tifsira tal-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), id-dettalji ta’ informazzjoni għandhom ikunu disponibbli qabel ma jiġi konkluż ix-xiri, inkluż il-pajjiż uniku ta’ oriġini tal-prodott attwalment offrut għall-bejgħ.

4.   Il-fatturi u d-dokumenti ta’ akkumpanjament, esklużi l-irċevuti għall-konsumatur, għandhom jindikaw l-isem u l-pajjiż tal-oriġini tal-prodotti u, fejn xieraq, il-klassi, il-varjetà jew it-tip kummerċjali fejn meħtieġ minn standard tal-kummerċjalizzazjoni speċifiku, jew il-fatt li jkunu intiżi għall-ipproċessar.

5.   Il-possibbiltà tat-tikkettar tal-oriġini reġjonali jew lokali kif imsemmija fil-Parti B tal-Anness I hija mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni mogħtija lil ċerti indikazzjonijiet ġeografiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

Artikolu 7

Dettalji ta’ informazzjoni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut

1.   Fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut, id-dettalji ta’ informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament għandhom ikunu leġġibbli u jidhru sew. Il-prodotti jistgħu jiġu ppreżentati għall-bejgħ sakemm il-bejjiegħ bl-imnut juri bi prominenza, ħdejn il-prodotti u b’mod leġġibbli, id-dettalji ta’ informazzjoni dwar il-pajjiż tal-oriġini kif ukoll, fejn xieraq, il-klassi, id-daqs u l-varjetà jew it-tip kummerċjali b’tali mod li ma jiżgwidax lill-konsumatur.

Termini oħra li jissuġġerixxu kwalità aħjar/superjuri ma jistgħux jiġu inklużi. B’mod partikolari, it-tikketta ma tista’ tinkludi l-ebda deskrittur tal-kwalità ħlief l-informazzjoni speċifikata fir-rekwiżit tal-immarkar kif stabbilit fl-Anness I.

Meta jiġi indikat il-pajjiż tal-imballatur u/jew tal-ispeditur jew meta l-varjetà indikata tinvoka post, il-karattri li jindikaw il-pajjiż tal-oriġini għandhom ikunu akbar u aktar viżibbli minn dawk użati għall-pajjiż tal-imballatur u/jew tal-ispeditur u l-varjetà jekk ikunu differenti.

2.   Għall-prodotti li jiġu ppakkjati bil-lest skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), minbarra l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, il-piż nett għandu jiġi indikat f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament.

Artikolu 8

Taħlitiet

1.   Għandha titħalla ssir il-kummerċjalizzazzjoni ta’ pakketti b’piż nett ta’ 10 kg jew anqas li jkun fihom taħlitiet ta’ prodotti jew speċijiet ta’ prodotti differenti koperti minn dan ir-Regolament, sakemm:

(a)

il-prodotti u l-ispeċijiet ta’ prodotti jkunu tal-istess kwalità u kull prodott ikun jikkonforma mal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni speċifiku rilevanti kif applikabbli jew, meta ma jkunx hemm standard tal-kummerċjalizzazzjoni speċifiku għal prodott partioklari, mal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni ġenerali kif applikabbli;

(b)

l-imballaġġ ikun ittikkettat f’konformità ma’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011; u

(c)

t-taħlita ta’ prodotti differenti ma tkunx waħda li tqarraq lill-konsumatur.

2.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1, punt (a), ma għandhomx japplikaw għal prodotti inklużi f’taħlita li ma humiex prodotti tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott imnixxef jew tal-banana msemmija fl-Artikolu 1.

3.   Jekk il-prodotti f’taħlita ta’ prodotti jew speċijiet ta’ prodotti differenti koperti minn dan ir-Regolament ikunu ġejjin minn aktar minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed, l-ismijiet tal-pajjiżi tal-oriġini jistgħu jiġu sostitwiti b’waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin, kif xieraq:

(a)

“UE”;

(b)

“mhux tal-UE”;

(c)

“UE u mhux tal-UE”.

KAPITOLU III

STANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI RELATATI MA’ PRODOTTI IMPORTATI

Artikolu 9

Il-kundizzjonijiet biex il-prodotti importati jitqiesu li għandhom livell ekwivalenti ta’ konformità

1.   Għas-settur imsemmi fl-Artikolu 1(2), punt (a), fuq talba ta’ pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’ tapprova kontrolli tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni mwettqa minn dak il-pajjiż terz qabel l-importazzjoni fl-Unjoni.

2.   L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tingħata lil pajjiżi terzi fejn jiġu ssodisfati l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni, jew tal-anqas standards ekwivalenti, għall-prodotti esportati lejn l-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2430 (14).

3.   L-approvazzjoni għandha tapplika biss għall-prodotti li joriġinaw fil-pajjiż terz ikkonċernat u tista’ tkun limitata għal ċerti prodotti.

4.   Sabiex tinkiseb l-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-korpi ta’ spezzjoni tal-pajjiż terz li se jkunu responsabbli għall-kontrolli tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni jridu:

(a)

ikunu korpi uffiċjali jew korpi rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz;

(b)

jipprovdu garanziji sodisfaċenti u jkollhom il-persunal, it-tagħmir u l-faċilitajiet meħtieġa biex iwettqu l-kontrolli f’konformità mal-metodi msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2430 jew metodi ekwivalenti.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 10

Tħassir

Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, u (UE) Nru 1333/2011 u r-Regolament (KE) Nru 1666/1999 jitħassru.

Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2430, kif xieraq, u jinqara skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5(1), punt (c), li għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1333/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-banana, regoli dwar il-verifika tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u r-rekwiżiti għan-notifikazzjonijiet fis-settur tal-banana (ĠU L 336, 20.12.2011, p. 23).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1666/1999 tat-28 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward il-karatteristiċi minimi tal-marketing għal ċerti varjetajiet ta’ għeneb imnixxef (ĠU L 197, 29.7.1999, p. 32).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(6)  COM(2020) 381 final.

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).

(9)  L-avviż C(88)1696 tal-Kummissjoni dwar “force majeure fil-liġi agrikola Ewropea” (ĠU C 259, 6.10.1988, p. 10).

(10)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 tal-20 ta’ April 2017 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta’ informazzjoni u dokumenti (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 100).

(11)  Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2430 tas-17 ta’ Awwissu 2023 li jistabbilixxi regoli dwar il-verifiki tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għas-settur tal-frott u l-ħxejjex, ċerti prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati u s-settur tal-banana (ĠU L, 2023/2430, 3.11.2023, ELI link: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2430/oj).


ANNESS I

STANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2, 4 U 6

PARTI A

STANDARD ĠENERALI TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI

Dan l-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni jiddefinixxi r-rekwiżiti ta’ kwalità tal-frott u l-ħaxix, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza li għandhom li jitħassru.

1.   REKWIŻITI MINIMI

Bla preġudizzju għat-tolleranza permessa, il-prodotti jridu jkunu:

intatti,

f’kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b’mod li ma jibqgħux adattati għall-konsum huma esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

Il-kundizzjoni tal-prodotti trid tkun tali li tippermettilhom:

jifilħu għat-trasport u l-ġarr,

jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

2.   REKWIŻITI MINIMI TAL-MATURITÀ

Il-prodotti jridu ikunu żviluppati biżżejjed iżda mhux iżżejjed, u l-frott irid ikun jidher li sar b’mod sodisfaċenti u ma għandux ikun misjur iżżejjed.

L-iżvilupp u l-istat ta’ maturità tal-prodotti jridu jkunu tali li jippermettulhom ikomplu jsiru u jilħqu livell sodisfaċenti ta’ sajran.

3.   TOLLERANZA

F’kull lot għandha tiġi permessa tolleranza ta’ 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi ta’ kwalità. F’din it-tolleranza ma għandux ikun hemm iktar minn 2 % mit-total li jkun jikkonsisti fi prodott li beda jitħassar.

4.   IMMARKAR

Kull pakkett (1) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz fiżiku ta’ min jippakkja u/jew l-ispeditur (pereżempju: triq/belt/reġjun/kodiċi postali u, jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Oriġini

L-isem sħiħ tal-pajjiż tal-oriġini (2). Għall-prodotti li joriġinaw fi Stat Membru, dan għandu jkun fil-lingwa tal-pajjiż tal-oriġini, jew fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż destinatarju. Għal prodotti oħrajn, dan għandu jkun fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż tad-destinazzjoni.

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ tqarraq bil-konsumatur. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż li jitpoġġa f’pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI B

L-ISTANDARDS SPEĊIFIĊI TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI

PARTI 1

L-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni għat-tuffieħ

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għat-tuffieħ ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Malus domestica Borkh., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, filwaqt li tuffieħ għall-ipproċessar industrijali qed jiġi eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tuffieħ, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta’ prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, u bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għall kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-prodotti, jiġifieri t-tuffieħ, għandhom ikunu:

intatti,

f’kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b’tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħieles minn taħsir fuq ġewwa (watercore), ħlief għall-varjetajiet immarkati b’“V” elenkati fl-appendiċi ta’ dan l-istandard,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tuffieħ għandhom ikunu tali li jippermettulu:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u

jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

It-tuffieħ irid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b’mod sodisfaċenti.

L-iżvilupp u l-istat ta’ maturità tat-tuffieħ iridu jkunu tali li jippermettulu jkompli jsir u li jilħaq livell sodisfaċenti ta’ sajran b’rabta mal-karattaristiċi tal-varjetà.

Sabiex jiġu vverifikati r-rekwiżiti minimi ta’ maturità, jistgħu jitqiesu għadd ta’ parametri (pereżempju l-aspett morfoloġiku, it-togħma, kemm hu sod il-prodott u l-indiċi refrattometriku tiegħu).

C.   Klassifikazzjoni

It-tuffieħ huwa kklassifikat fi tliet klassijiet definiti kif ġej:

(i)   Klassi “Extra”

It-tuffieħ f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà (3) u z-zokk irid ikun intatt.

It-tuffieħ irid juri l-karatteristiċi tal-kulur tal-wiċċ minimi għall-varjetà:

3/4 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar fil-każ tal-kulur tal-grupp A,

1/2 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar imħallat fil-każ tal-kulur tal-grupp B,

1/3 tat-total tal-wiċċ ta kulur ftit aħmar, ħamrani jew irrigat, fil-każ tal-kulur tal-grupp C,

l-ebda rekwiżit tal-kulur minimu fil-każ tal-kulur tal-grupp D.

Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difetti żgħar ħafna fil-qoxra,

b’qoxra li hija kemxejn ħoxna u ħamra samranija (russeting) (4) bħal pereżempju:

partijiet li huma kannella li jistgħu ma jkunux ’il barra mill-ħofra taz-zokk u li jistgħu ma jkunux raffi u/jew

traċċi ħfief u iżolati ta’ qoxra ħoxna u ħamra samranija (russeting).

(ii)   Klassi I

It-tuffieħ f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari (5).

It-tuffieħ irid juri l-karatteristiċi tal-kulur tal-wiċċ minimi għall-varjetà:

1/2 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar fil-każ tal-kulur tal-grupp A,

1/3 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar imħallat fil-każ tal-kulur tal-grupp B,

1/10 tat-total tal-wiċċ ta kulur ftit aħmar, ħamrani jew irrigat, fil-każ tal-kulur tal-grupp C,

l-ebda rekwiżit tal-kulur minimu fil-każ tal-kulur tal-grupp D.

Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difett żgħir fl-iżvilupp,

difett żgħir fil-kulur,

dbabar ħfief li mhumiex ikbar minn 1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ u li ma jkunux tilfu l-kulur,

difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:

2 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,

1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief għall-iskabbja (Venturia inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b’mod kumulattiv, minn 0,25 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

b’qoxra ftit ħoxna u ħamra samranija (russeting) (6) bħal pereżempju:

partijiet li huma kannella li jistgħu jkunu kemxejn ’il barra mill-ħofra taz-zokk jew tal-pistill u li jistgħu ma jkunux raffi u/jew

qoxra ħoxna u ħamra samranija li tidher qisha xibka rqiqa u li ma taqbiżx 1/5 tat-total tal-wiċċ tal-frotta u li ma tikkuntrastax ħafna mal-kulur ġenerali tal-frotta u/jew

qoxra bi grad dens ta’ ħxuna ħmura samranija li ma taqbiżx 1/20 tat-total tal-wiċċ tal-frotta filwaqt

li l-partijiet fejn hemm qoxra ħoxna u ħamra samranija li qisha xibka rqiqa u fejn hemm il-qoxra bi grad dens ta’ ħxuna u ħmura samranija flimkien ma jistgħux jaqbżu massimu ta’ 1/5 tat-total tal-wiċċ tal-frotta.

Iz-zokk jista’ jkun nieqes, sakemm il-qatgħa tkun nadifa u l-qoxra ta’ maġenbha ma tkunx imħassra.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi t-tuffieħ li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.

Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti maġġuri.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi, sakemm it-tuffieħ iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fl-iżvilupp,

difetti fil-kulur,

dbabar ħfief li ma jaqbżux il–1,5 cm2 tal-erja tal-wiċċ li tista’ tkun tilfet kemxejn il-kulur,

difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn:

4 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,

2,5 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief għall-iskabbja (Venturia inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b’mod kumulattiv, minn 1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

b’qoxra ftit ħoxna u ħamra samranija (russeting) (7) bħal pereżempju:

partijiet li huma kannella li jistgħu jkunu ’il barra mill-ħofor taz-zokk jew tal-pistili u li jistgħu jkunu kemxejn raffi u/jew

qoxra ħoxna u ħamra samranija li tidher qisha xibka rqiqa u li ma taqbiżx 1/2 tat-total tal-wiċċ tal-frotta u li ma tikkuntrastax ħafna mal-kulur ġenerali tal-frotta u/jew

qoxra bi grad dens ta’ ħxuna ħmura samranija li ma taqbiżx 1/3 tat-total tal-wiċċ tal-frotta filwaqt

li l-partijiet fejn hemm qoxra ħoxna u ħamra samranija li qisha xibka rqiqa u fejn hemm il-qoxra bi grad dens ta’ ħxuna u ħmura samranija flimkien ma jistgħux jaqbżu massimu ta’ 1/2 tat-total tal-wiċċ tal-frotta.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi stabbilit jew skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali jew inkella skont il-piż.

Id-daqs minimu għandu jkun ta’ 60 mm, jekk jitkejjel skont id-dijametru jew 90 g jekk jiġi mkejjel skont il-piż. Frott ta’ daqs iżgħar jista’ jiġi aċċettat, jekk il-livell Brix (8) tal-prodott ikun ta’ 10,5° Brix jew akbar u d-daqs ma jkunx iżgħar minn 50 mm jew 70 g.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)

għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

5 mm għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f’ringieli u f’safef. Madankollu, għat-tuffieħ tal-varjetajiet Bramley’s Seedling (Bramley, Triomphe de Kiel) u Horneburger, id-differenza fid-dijametru tista’ tilħaq sa 10 mm, u

10 mm għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f’pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett. Madankollu, għat-tuffieħ tal-varjetajiet Nebbiet ta’ Bramley (Bramley, Triomphe de Kiel) u Horneburger, id-differenza fid-dijametru tista’ tkun sa 20 mm.

(b)

għall-frott imkejjel skont il-piż:

Għat-tuffieħ tal-Klassi “Extra” u għat-tuffieħ tal-Klassijiet I u II ippakkjat f’ringieli u f’saffi:

Firxa (g)

Differenza fil-piż (g)

70 –90

15

91 –135

20

136 –200

30

201 –300

40

> 300

50

Għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f’pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett:

Firxa (g)

Uniformità (g)

70 –135

35

136 –300

70

> 300

100

M’hemmx rekwiżit dwar uniformità fid-daqsijiet għall-frott tal-Klassi II ippakkjat f’pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett.

Varjetajiet ta’ tuffieħ ċkejken, immarkati b’“M” fl-appendiċi għal dan l-istandard, huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar id-daqs. Dawk il-varjetajiet ċkejknin għandu jkollhom livell Brix minimu (9) ta’ 12°.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tuffieħ li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tat-tuffieħ li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tat-tuffieħ li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista’ jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta’ 10 % skont l-għadd jew il-piż tat-tuffieħ li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. Din it-tolleranza ma tistax tiġi estiża biex tinkludi prodotti ta’ daqs ta’:

5 mm jew iktar inqas mid-dijametru minimu,

10 g jew iktar inqas mill-piż minimu.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu biss tuffieħ tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs (jekk jiġi mkejjel) u l-istess grad ta’ sajran.

Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-uniformità tapplika wkoll għall-kulur.

Madankollu, taħlita ta’ lanġas ta’ varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

B.   Imballaġġ

It-tuffieħ irid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq. B’mod partikolari, il-pakketti għall-bejgħ li jkollhom piż nett ta’ aktar minn 3 kg għandhom ikunu b’saħħithom biżżejjed biex il-prodott ikun protett sew.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (10) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Tuffieħ” jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà. Fil-każ ta’ taħlita ta’ tuffieħ ta’ varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.

L-isem tal-varjetà jista’ jinbidel b’sinonimu. Marka kummerċjali (11) tista’ tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.

Fil-każ ta’ mutazzjonijiet bi protezzjoni varjetali, l-isem tal-varjetà bażika jista’ jinbidel b’dan l-isem tal-varjetà. Fil-każ ta’ mutazzjonjiet mingħajr protezzjoni varjetali, dan l-isem tal-mutazzjoni jista’ jiġi indikat biss flimkien mal-isem tal-varjetà bażika.

“Varjetà ċkejkna”, fejn xieraq.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (12) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ tuffieħ ta’ varjetajiet distintivament differenti ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi,

Daqs jew l-għadd ta’ unitajiet għall-frott ippakkjat f’ringieli u saffi.

Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:

(a)

għall-prodotti soġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala dijametri minimi u massimi jew piż minimu u massimu;

(b)

b’mod fakultattiv, għall-prodotti mhux suġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala d-dijametru jew il-piż tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwit bi “u iktar” jew denominazzjoni ekwivalenti jew, fejn xieraq, segwiti bid-dijametru jew il-piż tal-akbar frotta fil-pakkett.

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt VI, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż li jitpoġġa f’pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

Appendiċi

Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet tat-tuffieħ

Frott ta’ varjetajiet li ma jiffurmawx parti mil-lista jridu jkunu kklassifikati skont il-karatteristiċi tal-varjetajiet tagħhom.

Uħud mill-varjetajiet elenkati fit-tabella li ġejja jistgħu jiġu kkummerċjalizzati b’ismijiet li għalihom intalbet jew inkisbet protezzjoni tal-marka kummerċjali f’pajjiż wieħed jew aktar. L-ewwel tliet kolonni tat-tabella t’hawn taħt ma għandhomx l-iskop li jinkludu tali marki kummerċjali. Referenzi għal marki kummerċjali magħrufa ġew inklużi fir-raba’ kolonna għal skopijiet ta’ tagħrif biss.

Didaskalija:

M=

varjetà ċkejkna

R=

varjetà b’qoxra ħoxna u ħamra samranija

V=

soluzzjoni ta’ ilma u zokkor (watercore)

* =

mutazzjoni mingħajr protezzjoni varjetali iżda li hi marbuta ma’ marka kummerċjali reġistrata/protetta; mutazzjonijiet mhux immarkati bl-asterisk huma varjetajiet protetti

Varjetajiet

Mutazzjoni

Sinonimi

Marki kummerċjali

Grupp ta’ kulur

Speċifikazzjonijiet addizzjonali

African Red

 

 

African Carmine ™

B

 

Akane

 

Tohoku 3, Primerouge

 

B

 

 

 

 

 

 

 

Alkmene

 

Early Windsor

 

C

 

 

 

 

 

 

 

Alwa

 

 

 

B

 

Amasya

 

 

 

B

 

Ambrosia

 

 

Ambrosia ®

B

 

 

 

 

 

 

 

Annurca

 

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

Ariane

 

 

Les Naturianes ®

B

 

Arlet

 

Swiss Gourmet

 

B

R

 

 

 

 

 

 

AW 106

 

 

Sapora ®

C

 

 

 

 

 

 

 

Belgica

 

 

 

B

 

Belle de Boskoop

 

Schone van Boskoop, Goudreinette

 

D

R

 

 

 

 

 

 

 

Boskoop rouge

Red Boskoop, Roter Boskoop, Rode Boskoop

 

B

R

 

Boskoop Valastrid

 

 

B

R

 

 

 

 

 

 

Berlepsch

 

Freiherr von Berlepsch

 

C

 

 

 

 

 

 

 

 

Berlepsch rouge

Red Berlepsch, Roter Berlepsch

 

B

 

Bonita

 

 

 

A

 

Braeburn

 

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

 

Hidala

 

Hillwell ®

A

 

 

Joburn

 

Aurora ™,

Red Braeburn ™,

Southern Rose ™

A

 

 

Lochbuie Red Braeburn

 

 

A

 

 

Mahana Red Braeburn

 

Redfield ®

A

 

 

Mariri Red

 

Eve ™, Aporo ®

A

 

 

 

 

 

 

 

 

Royal Braeburn

 

 

A

 

Bramley’s Seedling

 

Bramley, Triomphe de Kiel

 

D

 

 

 

 

 

 

 

Cardinal

 

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

Caudle

 

 

Cameo ®, Camela®

B

 

 

Cauflight

 

Cameo ®, Camela®

A

 

 

 

 

 

 

 

CIV323

 

 

Isaaq ®

B

 

CIVG198

 

 

Modi ®

A

 

Civni

 

 

Rubens ®

B

 

Collina

 

 

 

C

 

Coop 38

 

 

Goldrush ®, Delisdor ®

D

R

Coop 39

 

 

Crimson Crisp ®

A

 

Coop 43

 

 

Juliet ®

B

 

Coromandel Red

 

Corodel

 

A

 

Cortland

 

 

 

B

 

Cox’s Orange Pippin

 

Cox orange, Cox’s O.P.

 

C

R

 

 

 

 

 

 

Cripps Pink

 

 

Pink Lady ®, Flavor Rose ®

C

 

 

 

 

 

 

 

 

Lady in Red

 

Pink Lady ®

B

 

 

Rosy Glow

 

Pink Lady ®

B

 

 

Ruby Pink

 

 

B

 

Cripps Red

 

 

Sundowner ™, Joya ®

B

 

Dalinbel

 

 

Antares ®

B

R

Dalitron

 

 

Altess ®

D

 

Delblush

 

 

Tentation ®

D

 

Delcorf

 

 

Delbarestivale ®

C

 

 

 

 

 

 

 

 

Celeste

 

 

B

 

 

Bruggers Festivale

 

Sissired ®

A

 

 

Dalili

 

Ambassy ®

A

 

 

Wonik*

 

Appache ®

A

 

 

 

 

 

 

 

Delcoros

 

 

Autento ®

A

 

Delgollune

 

 

Delbard Jubilé ®

B

 

Delicious ordinaire

 

Ordinary Delicious

 

B

 

 

 

 

 

 

 

Discovery

 

 

 

C

 

 

 

 

 

 

 

Dykmanns Zoet

 

 

 

C

 

Egremont Russet

 

 

 

D

R

 

 

 

 

 

 

Elise

 

De Roblos, Red Delight

 

A

 

 

 

 

 

 

 

Elstar

 

 

 

C

 

 

 

 

 

 

 

 

Bel-El

 

Red Elswout ®

C

 

 

Daliest

 

Elista ®

C

 

 

Daliter

 

Elton ™

C

 

 

Elshof

 

 

C

 

 

Elstar Boerekamp

 

Excellent Star ®

C

 

 

Elstar Palm

 

Elstar PCP ®

C

 

 

Goedhof

 

Elnica ®

C

 

 

Red Elstar

 

 

C

 

 

RNA9842

 

Red Flame ®

C

 

 

Valstar

 

 

C

 

 

Vermuel

 

Elrosa ®

C

 

Empire

 

 

 

A

 

Fengapi

 

 

Tessa ®

B

 

Fiesta

 

Red Pippin

 

C

 

 

 

 

 

 

 

Fresco

 

 

Wellant ®

B

R

Fuji

 

 

 

B

V

 

 

 

 

 

 

 

Aztec

 

Fuji Zhen ®

A

V

 

Brak

 

Fuji Kiku ® 8

B

V

 

FUCIV51

 

SAN-CIV ®

A

V

 

Fuji Fubrax

 

Fuji Kiku ® Fubrax

B

V

 

Fuji Supreme

 

 

A

V

 

Fuji VW

 

King Fuji ®

A

V

 

Heisei Fuji

 

Beni Shogun ®

A

V

 

Raku-Raku

 

 

B

V

Gala

 

 

 

C

 

 

Alvina

 

 

A

 

 

ANABP 01

 

Bravo ™

A

 

 

Baigent

 

Brookfield ®

A

 

 

Bigigalaprim

 

Early Red Gala ®

B

 

 

Devil Gala

 

 

A

 

 

Fengal

 

Gala Venus

A

 

 

Gala Schnico

 

Schniga ®

A

 

 

Gala Schnico Red

 

Schniga ®

A

 

 

Galafresh

 

Breeze ®

A

 

 

Galaval

 

 

A

 

 

Galaxy

 

Selekta ®

B

 

 

Gilmac

 

Neon ®

A

 

 

Imperial Gala

 

 

B

 

 

Jugala

 

 

B

 

 

Mitchgla

 

Mondial Gala ®

B

 

 

Natali Gala

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

 

Regal Prince

 

Gala Must ®

B

 

 

Royal Beaut

 

 

A

 

 

Simmons

 

Buckeye ® Gala

A

 

 

Tenroy

 

Royal Gala ®

B

 

 

ZoukG1

 

Gala One®

A

 

Galmac

 

 

Camelot ®

B

 

Gloster

 

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

Golden 972

 

 

 

D

 

Golden Delicious

 

Golden

 

D

 

 

 

 

 

 

 

 

CG10 Yellow Delicious

 

Smothee ®

D

 

 

Golden Delicious Reinders

 

Reinders ®

D

 

 

Golden Parsi

 

Da Rosa ®

D

 

 

Leratess

 

Pink Gold ®

D

 

 

Quemoni

 

Rosagold ®

D

 

 

 

 

 

 

 

Goldstar

 

 

Rezista Gold Granny ®

D

 

Gradigold

 

 

Golden Supreme ™, Golden Extreme ™

D

 

Gradiyel

 

 

Goldkiss ®

D

 

Granny Smith

 

 

 

D

 

 

Dalivair

 

Challenger ®

D

 

 

 

 

 

 

 

Gravensteiner

 

Gravenstein

 

D

 

GS 66

 

 

Fräulein ®

B

 

HC2-1

 

 

Easy pep’s! Zingy ®

A

 

Hokuto

 

 

 

C

 

Holsteiner Cox

 

Holstein

 

C

R

 

 

 

 

 

 

Honeycrisp

 

 

Honeycrunch ®

C

 

 

 

 

 

 

 

Horneburger

 

 

 

D

 

 

 

 

 

 

 

Idared

 

 

 

B

 

 

Idaredest

 

 

B

 

 

Najdared

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

Ingrid Marie

 

 

 

B

R

Inored

 

 

Story ®, LoliPop ®

A

 

James Grieve

 

 

 

D

 

 

 

 

 

 

 

Jonagold

 

 

 

C

 

 

 

 

 

 

 

 

Early Jonagold

 

Milenga ®

C

 

 

Dalyrian

 

 

C

 

 

Decosta

 

 

C

 

 

 

 

 

 

 

 

Jonagold Boerekamp

 

Early Queen ®

C

 

 

 

 

 

 

 

 

Jonagold Novajo

Veulemanns

 

C

 

 

Jonagored

 

Morren’s Jonagored ®

C

 

 

Jonagored Supra

 

Morren’s Jonagored ® Supra ®

C

 

 

 

 

 

 

 

 

Red Jonaprince

 

Wilton’s ®, Red Prince ®

C

 

 

 

 

 

 

 

 

Rubinstar

 

 

C

 

 

Schneica

Jonica

 

C

 

 

Vivista

 

 

C

 

 

 

 

 

 

 

Jonathan

 

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

Karmijn de Sonnaville

 

 

 

C

R

Kizuri

 

 

Morgana ®

B

 

Ladina

 

 

 

A

 

La Flamboyante

 

 

Mairac ®

B

 

Laxton’s Superb

 

 

 

C

R

Ligol

 

 

 

B

 

Lobo

 

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

Lurefresh

 

 

Redlove ® Era ®

A

 

Lureprec

 

 

Redlove ® Circe ®

A

 

Luregust

 

 

Redlove ® Calypso ®

A

 

Luresweet

 

 

Redlove ® Odysso ®

A

 

Maigold

 

 

 

B

 

Maribelle

 

 

Lola ®

B

 

MC38

 

 

Crimson Snow ®

A

 

McIntosh

 

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

Melrose

 

 

 

C

 

 

 

 

 

 

 

Milwa

 

 

Diwa ®, Junami ®

B

 

Minneiska

 

 

SweeTango ®

B

 

Moonglo

 

 

 

C

 

Morgenduft

 

Imperatore

 

B

 

Mountain Cove

 

 

Ginger Gold ™

D

 

Mored

 

 

Joly Red ®

A

 

Mutsu

 

Crispin

 

D

 

Newton

 

 

 

C

 

Nicogreen

 

 

Greenstar ®

D

 

Nicoter

 

 

Kanzi ®

B

 

Northern Spy

 

 

 

C

 

Ohrin

 

Orin

 

D

 

 

 

 

 

 

 

Paula Red

 

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

Pinova

 

 

Corail ®

C

 

 

RoHo 3615

 

Evelina ®

B

 

 

 

 

 

 

 

Piros

 

 

 

C

 

Plumac

 

 

Koru ®

B

 

Prem A153

 

 

Lemonade ®, Honeymoon ®

C

 

Prem A17

 

 

Smitten ®

C

 

Prem A280

 

 

Sweetie™

B

 

Prem A96

 

 

Rockit ™

B

M

R201

 

 

Kissabel ® Rouge

A

 

Rafzubin

 

 

Rubinette ®

C

 

 

Frubaur

 

Rubinette ® Rossina

A

 

 

Rafzubex

 

Rubinette ® Rosso

A

 

Rajka

 

 

Rezista Romelike ®

B

 

Regalyou

 

 

Candine ®

A

 

Red Delicious

 

Rouge américaine

 

A

 

 

 

 

 

 

 

 

Campsur

 

Red Chief ®

A

 

 

Erovan

 

Early Red One ®

A

 

 

Evasni

 

Scarlet Spur ®

A

 

 

 

 

 

 

 

 

Stark Delicious

 

 

A

 

 

Starking

 

 

C

 

 

Starkrimson

 

 

A

 

 

Starkspur

 

 

A

 

 

Topred

 

 

A

 

 

Trumdor

 

Oregon Spur Delicious ®

A

 

 

 

 

 

 

 

Reine des Reinettes

 

Gold Parmoné, Goldparmäne

 

C

V

 

 

 

 

 

 

Reinette grise du Kanada

 

Graue Kanadarenette, Renetta Kanada

 

D

R

RM1

 

 

Red Moon ®

A

 

Rome Beauty

 

Belle de Rome, Rome, Rome Sport

 

B

 

RS1

 

 

Red Moon ®

A

 

Rubelit

 

 

 

A

 

Rubin

 

 

 

C

 

 

 

 

 

 

 

Rubinola

 

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

Šampion

 

Shampion, Champion, Szampion

 

B

 

 

Reno 2

 

 

A

 

 

Šampion Arno

Szampion Arno

 

A

 

Santana

 

 

 

B

 

Sciearly

 

 

Pacific Beauty ™,

NZ Beauty

A

 

Scifresh

 

 

Jazz ™

B

 

Sciglo

 

 

Southern Snap ™

A

 

Scilate

 

 

Envy ®

B

 

Sciray

 

GS48

 

A

 

Scired

 

 

NZ Queen

A

R

Sciros

 

 

Pacific Rose ™,

NZ Rose

A

 

Senshu

 

 

 

C

 

Shinano Gold

 

 

Yello ®

D

 

Spartan

 

 

 

A

 

SQ 159

 

 

Natyra ®,

Magic Star ®

A

 

Stayman

 

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

Summerred

 

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

Sunrise

 

 

 

A

 

Sunset

 

 

 

D

R

Suntan

 

 

 

D

R

Sweet Caroline

 

 

 

C

 

TCL3

 

 

Posy ®

A

 

Topaz

 

 

 

B

 

Tydeman’s Early Worcester

 

Tydeman’s Early

 

B

 

Tsugaru

 

 

 

C

 

UEB32642

 

 

Opal ®

D

 

WA 2

 

 

Sunrise Magic ™

A

 

WA 38

 

 

Cosmic Crisp ™

A

 

Worcester Pearmain

 

 

 

B

 

Xeleven

 

 

Swing ® natural more

A

 

York

 

 

 

B

 

Zari

 

 

 

B

 

Zouk 16

 

 

Flanders Pink ®,

Mariposa ®

B

 

Zouk 31

 

 

Rubisgold ®

D

 

Zouk 32

 

 

Coryphée ®

A

 

PARTI 2

Standard tal-kummerċjalizzazzjoni għall-frott taċ-ċitru

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-frott taċ-ċitru tal-varjetajiet (cultivars) imkabbrin mill-ispeċi li ġejjin, li għandu jkun fornit frisk lill-konsumatur, u eskluż il-frott taċ-ċitru għall-ipproċessar industrijali:

lumi mkabbar mill-ispeċi tas-Citrus limon (L.) Burm. f. u ibridi tagħha,

Xkompi Persjani mkabbra mill-ispeċi Citrus latifolia (Yu. Tanaka) Tanaka, xkomp aċiduż frottat kbir magħruf ukoll bħala Bearss jew Tahiti u ibridi tagħhom,

Xkompi Messikani mkabbra mill-ispeċi Citrus aurantiifolia (Christm.) Swingle, magħrufa wkoll bħala xkomp qares u xkomp key u ibridi tagħhom,

Xkompi ħelwin Indjani, xkompi ħelwin Palestinjani mkabbra mill-ispeċi Citrus limettioides Tanaka u ibridi tagħhom,

mandolin imkabbar mill-ispeċi Citrus reticulata Blanco, li jinkludi l-varjetajiet magħrufa bħala satsumas (Citrus unshiu Marcow), klementini (Citrus clementina hort. ex Tanaka), mandolin komuni (Citrus deliciosa Ten.) u varjetà oħra ta’ mandolin (Citrus tangerina Tanaka) li jitkabbru minn dawn l-ispeċijiet u l-ibridi tagħhom,

larinġ imkabbar mill-ispeċi tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck u ibridi tagħha,

xadokk imkabbar mill-ispeċi tas-Citrus paradisi Macfad. u ibridi tagħha,

pomelos jew Xadokk imkabbar mill-ispeċi Citrus maxima (Burm.) Merr. U ibridi tagħhom.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għall-frott taċ-ċitru wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta’ prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-prodotti jiġifieri il-frott taċ-ċitru jridu jkunu:

intatti,

ħieles mid-dbabar u/jew qtugħ imfejjaq b’mod estensiv,

f’kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b’tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħieles minn sinjali ta’ tikmix jew deidrazzjoni,

ħielsa minn ħsara kkawżata minn temperatura baxxa jew ġlata,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-frott taċ-ċitru jridu jkunu tali li jippermettulu:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u

jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

Il-frott taċ-ċitru jrid ikun laħaq grad xieraq ta’ żvilupp u ta’ sajran, b’kunsiderazzjoni għall-kriterji xierqa għall-varjetà, iż-żmien tal-qtugħ u l-post tat-tkabbir.

Il-maturità taċ-ċitru hija ddefinita mill-parametri li ġejjin speċifikati għal kull speċi kif ġej:

kontenut minimu ta’ meraq,

kontenut tat-total tas-solidi solubbli, jiġifieri l-kontenut minimu taz-zokkor

proporzjon minimu ta’ zokkor/aċidità (13),

kulur.

Il-grad tal-kulur għandu jkun tali li bi żvilupp normali, il-frott taċ-ċitru jilħaq il-kulur tipiku tal-varjetà fil-punt tad-destinazzjoni tiegħu.

 

Il-kontenut minimu ta’ meraq (%)

Kontenut minimu taz-zokkor

(°Brix)

Proporzjon minimu ta’ zokkor/aċidità

Kulur

Lumi

20

 

 

Irid ikun tipiku tal-varjetà. Frott ta’ kulur aħdar (iżda mhux aħdar skur) ikun permess sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq

Xkomp

Xkomp Persjan

42

 

 

Il-frotta jeħtieġ tkun ħadra imma jista’ jkollha partijiet sofor sa 30 % ta’ wiċċha fil-każ tal-ixkomp Persjan u sa 20 % fil-każ tal-ixkomp Messikan u Indjan

Xkomp ħelu Messikan u Indjan

40

 

 

Satsumas, klementini, varjetajiet oħra ta’ mandolin u l-ibridi tagħhom

Satsumi

33

 

6,5 :1

Irid ikun tipiku tal-varjetà tal-inqas fuq terz tal-wiċċ tal-frotta

Klementini

40

 

7,0 :1

Varjetajiet oħra ta’ mandolin u l-ibridi tagħhom

33

 

7,5 :1  (14)

Larinġ

Larinġ tad-demm

30

 

6,5 :1

Irid ikun tipiku tal-varjetà. Madankollu, frott ta’ kulur aħdar ċar li ma jkunx jaqbeż parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ikun permess, sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq.

Larinġ imkabbar f’żoni b’temperaturi għoljin u b’kundizzjonijiet ta’ umdità relattivament għolja matul il-perjodu tal-iżvilupp, b’kulur aħdar li jaqbeż parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ, huwa permess sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq.

Grupp taż-żokra

33

 

6,5 :1

Varjetajiet oħrajn

35

 

6,5 :1

Mosambi, Sathgudi u Pacitan b’iktar minn parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ta’ kulur aħdar

33

 

 

Varjetajiet oħrajn b’iktar minn parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ta’ kulur aħdar

45

 

 

Xadokk u ibridi

Il-varjetajiet u l-ibridi kollha

35

 

 

Irid ikun tipiku tal-varjetà.

Frott ta’ kulur ħadrani (aħdar fl-Oroblanco) ikun permess, sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq

Oroblanco

35

9

 

Pomelos (Xadokk) u ibridi

 

8

 

Irid ikun tipiku tal-varjetà tal-inqas fuq żewġ terzi tal-wiċċ tal-frotta

Il-frott taċ-ċitru li jissodisfa r-rekwiżiti tal-maturità jista’ jieħu l-kulur karatteristiku tal-frott misjur (degreened). Dan it-trattament ikun permess biss jekk il-karatteristiċi naturali u organolettiċi l-oħrajn ma jkunux tbiddlu.

C.   Klassifikazzjoni

Il-frott taċ-ċitru huwa klassifikat fi tlett klassijiet definiti kif ġej:

(i)   Klassi “Extra”

Il-frott taċ-ċitru f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

Il-frott taċ-ċitru f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità tajba. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difetti żgħar fil-kulur, inkluż ħruq ħafif tax-xemx,

difetti żgħar li jiżviluppaw fil-qoxra, sakemm ma jaffettwawx il-laħam,

difetti żgħar fil-qoxra li jirriżultaw matul il-proċess l-iffurmar tal-frott, bħalma huma qxura kulur il-fidda, qoxra ħoxna u ħamra samranija jew ħsara mill-pesti,

difetti żgħar li jkunu fiequ u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħal ħsara mis-silġ, mill-ħakk mal-frott l-ieħor jew ħsara mill-immaniġġar,

qlugħ ħafif jew parzjali tal-qoxra tal-frott kollu tal-grupp tal-mandolin.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi frott taċ-ċitru li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fl-ogħla klassijiet, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi, sakemm il-frott taċ-ċitru jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti żgħar fil-kulur, inkluż ħruq tax-xemx,

difetti żgħar li jiżviluppaw fil-qoxra, sakemm ma jaffettwawx il-laħam,

difetti żgħar fil-qoxra li jirriżultaw matul il-proċess tal-iffurmar tal-frott, bħal qxura kulur il-fidda, qoxra ħoxna u ħamra samranija, jew ħsara mill-pesti,

difetti żgħar li jkunu fiequ u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħal ħsara mis-silġ, mill-ħakk bejn il-frott jew ħsara mill-immaniġġar,

alterazzjonijiet superfiċjali fil-qoxra li jkunu fiequ,

qoxra raffa,

qlugħ ħafif jew parzjali tal-qoxra għal-larinġ u qlugħ parzjali tal-qoxra għall-frott kollu tal-grupp tal-mandolin.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali tal-frotta jew skont l-għadd.

A.   Daqs minimu

Il-daqsijiet minimi li ġejjin japplikaw:

Frott

Dijametru (mm)

Lumi

45

Xkomp Persjan

42

Xkomp ħelu Messikan u Indjan

25

Satsumas, varjetajiet oħrajn ta’ mandolin u l-ibridi tagħhom

45

Klementini

35

Larinġ

53

Xadokk u ibridi

70

Pomelos u ibridi

100

B.   Uniformità

Il-frott taċ-ċitru jista’ jitkejjel skont waħda mill-alternattivi li ġejjin:

(a)

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

10 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun iżgħar minn 60 mm,

15 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun daqs 60 mm jew akbar iżda iżgħar minn 80 mm,

20 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun daqs 80 mm jew akbar iżda iżgħar minn 110 mm,

m’hemmx limitu għad-differenza fid-dijametru għall-frott b’dijametru ta’ 110 mm jew akbar.

(b)

Meta jiġu applikati kodiċijiet għad-daqs, iridu jiġu rrispettati il-kodiċijiet u l-firxiet fit-tabelli li ġejjin:

Frott

Kodiċi tad-daqs

Dijametru (mm)

Lumi

 

0

79 –90

 

1

72 –83

 

2

68 –78

 

3

63 –72

 

4

58 –67

 

5

53 –62

 

6

48 –57

 

7

45 –52

Xkomp

 

 

Xkomp Persjan

1

58 –67

 

2

53 –62

 

3

48 –57

 

4

45 –52

 

5

42 –49

Xkomp ħelu Messikan u Indjan

1

> 45

 

2

40,1 –45

 

3

35,1 –40

 

4

30,1 –35

 

5

25 –30

Satsumas, klementini, varjetajiet oħra ta’ mandolin u l-ibridi tagħhom

 

1–XXX

ta’ 78 jew iktar

 

1–XX

67 –78

 

1 jew 1–X

63 –74

 

2

58 –69

 

3

54 –64

 

4

50 –60

 

5

46 –56

 

6 (15)

43 –52

 

7

41 –48

 

8

39 –46

 

9

37 –44

 

10

35 –42

Larinġ

 

0

92 –110

 

1

87 –100

 

2

84 –96

 

3

81 –92

 

4

77 –88

 

5

73 –84

 

6

70 –80

 

7

67 –76

 

8

64 –73

 

9

62 –70

 

10

60 –68

 

11

58 –66

 

12

56 –63

 

13

53 –60

Xadokk u ibridi

 

0

> 139

 

1

109 –139

 

2

100 –119

 

3

93 –110

 

4

88 –102

 

5

84 –97

 

6

81 –93

 

7

77 –89

 

8

73 –85

 

9

70 –80

Pomelos u ibridi

 

0

> 170

 

1

156 –170

 

2

148 –162

 

3

140 –154

 

4

132 –146

 

5

123 –138

 

6

116 –129

 

7

100 –118

L-uniformità fid-daqs tintlaħaq permezz tal-iskali ta’ daqs imsemmija hawn fuq, sakemm ma jingħadx mod ieħor, kif ġej:

Għall-frott fi bramel kbar u frott f’pakketti għall-bejgħ b’piż nett massimu ta’ 5 kg, id-differenza massima ma tridx taqbeż il-firxa miksuba permezz tal-ġbir fi tliet daqsijiet konsekuttivi fl-iskala tad-daqsijiet.

(c)

Għall-frott imkejjel skont l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti mal-punt (a).

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ frott taċ-ċitru li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0,5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott taċ-ċitru li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott taċ-ċitru li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista’ jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott taċ-ċitru ta’ daqs eżatt taħt u/jew fuq dak (jew dawk, fil-każ tal-kombinazzjoni ta’ tliet daqsijiet) imsemmija fuq il-pakketti.

F’kull każ, it-tolleranza ta’ 10 % tapplika biss għall-frott mhux iżgħar mill-valuri minimi li ġejjin:

Frott

Dijametru (mm)

Lumi

43

Xkomp Persjan

40

Xkomp ħelu Messikan u Indjan

Mhux applikabbli

Satsumas, varjetajiet oħrajn ta’ mandolin u l-ibridi tagħhom

43

Klementini

34

Larinġ

50

Xadokk u ibridi

67

Pomelos u ibridi

98

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih frott taċ-ċitru biss tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u qies, u konsiderevolment tal-istess grad ta’ sajran u żvilupp.

Barra minn hekk, għall-Klassi “Extra”, l-uniformità fil-lewn hija meħtieġa.

Madankollu, taħlita ta’ frott taċ-ċitru ta’ speċijiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fil-varjetà jew tip kummerċjali u fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-frott taċ-ċitru jrid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Jekk il-frott ikun imkebbeb, trid tintuża karta rqiqa, niexfa, ġdida u mingħajr riħa (16).

L-użu ta’ kwalunkwe sustanza li għandha t-tendenza li timmodifika l-karatteristiċi naturali tal-frott taċ-ċitru, speċjalment it-togħma jew ir-riħa tiegħu (17), huwa pprojbit.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor. Madankollu, il-preżentazzjoni ta’ fergħa ċkejkna (mhux tal-injam) bi ftit weraq ħodor imqabbdin magħha hija permessa.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (18) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Lumi”, “Xkomp”, “Xkomp Persjan”, “Xkomp Messikan”, “Xkomp ħelu Indjan”/“Xkomp ħelu Palestinjan”, “Mandolin”, “Larinġ, “Xadokk”, “Pomelos”/Xadokk” jekk il-prodott ma jkunx jidher minn barra.

“Taħlita ta’ frott taċ-ċitru” jew denominazzjoni ekwivalenti u ismijiet komuni tal-ispeċijiet differenti, fil-każ ta’ taħlita ta’ frott taċ-ċitru ta’ speċijiet distintivament differenti.

Għal-larinġ, isem il-varjetà, u/jew il-grupp rispettiv tal-varjetà fil-każ ta’ “Navels”, u “Valencias”.

Għal “Satsumas” u “Klementini”, l-isem komuni tal-ispeċi huwa meħtieġ u l-isem tal-varjetà mhuwiex obbligatorju.

Għal varjetajiet oħrajn ta’ mandolin u l-ibridi tagħhom, isem il-varjetà huwa meħtieġ.

Għall-ispeċijiet l-oħrajn kollha: isem il-varjetà mhux obbligatorju.

L-isem ta’ varjetà jista’ jinbidel b’sinonimu. Marka kummerċjali (19) tista’ tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.

Kulur il-laħam “abjad”, “roża” jew “aħmar” fil-każ ta’ xadokk u pumelos, fejn jixraq.

“Biż-żerriegħa” fil-każ ta’ klementini b’aktar minn 10 żrieragħ.

“Bla żerriegħa” (fakultattiva, frott taċ-ċitru ta’ bla żerriegħa jista’ xi drabi jkollu ż-żerriegħa)

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (20) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ frott taċ-ċitru ta’ speċijiet distintivament differenti ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

Id-daqs espress bħala:

Daqsijiet minimi u massimi (f’mm) jew

Kodiċi/jiet tad-daqs segwiti, b’mod fakultattiv, bid-daqs minimu jew massimu jew

L-għadd.

Meta jintużaw, għandhom jissemmew l-aġent ta’ preservazzjoni jew sustanzi kimiċi oħra wara l-istadju tal-ħsad.

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt VI, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż li jitpoġġa f’pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 3

Standard tal-kummerċjalizzazzjoni għall-frott tal-kiwi

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-frott tal-kiwi (magħruf ukoll bħala Actinidia jew kiwi) ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Actinidia chinensis Planch. u Actinidia deliciosa (A. Chev.), C.F. Liang u A.R. Ferguson, li għandhom jiġu fornuti friski lill-konsumatur, bil-frott tal-kiwi għall-ipproċessar industrijali jkun eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalitá tal-frott tal-kiwi, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta’ prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frott tal-kiwi jrid ikun:

intatt (iżda mingħajr pedunkulu),

f’kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b’tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

adegwatament sod; mhux artab, imkemmex jew imxarrab,

iffurmat tajjeb, frott doppju/multiplu eskluż,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-frott tal-kiwi jridu jkunu tali li jippermettulu:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u

jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti minimi tal-maturità

Il-frott tal-kiwi għandu jkun żviluppat biżżejjed u jkun misjur b’mod sodisfaċenti.

Sabiex jissodisfa dan ir-rekwiżit, meta jiġi ppakkjat il-frott irid ikun laħaq grad ta’ sajran ta’ tal-inqas 6,2° Brix (21) jew medja ta kontenut ta’ materja xotta ta’ 15 % li għandha twassal għal 9,5° Brix meta jidħol fil-katina tad-distribuzzjoni.

C.   Klassifikazzjoni

Il-frott tal-kiwi huwa klassifikat fi tlett klassijiet definiti kif ġej:

(i)   Klassi “Extra”

Il-frott tal-kiwi f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.

Irid ikun sod u l-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

Il-proporzjon tad-dijametru minimu/massimu tal-frott imkejjel fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 0,8 jew akbar.

(ii)   Klassi I

Il-frott tal-kiwi f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.

Irid ikun sod u l-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma (iżda mingħajr nefħiet jew deformazzjonijiet),

difetti żgħar fil-lewn,

difetti żgħar fil-qoxra, sakemm it-total tal-erja affettwata ma taqbiżx 1 cm2,

“Hayward mark” żgħira qisha linja lonġitudinali u mhux imqabbża ’l barra.

Il-proporzjon tad-dijametru minimu/massimu tal-frott imkejjel fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 0,7 jew akbar.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi frott tal-kiwi li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.

Il-frott għandu jkun raġjonevolment sod u l-laħam ma għandux juri difetti serji.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-frott tal-kiwi jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fil-kulur,

difetti fil-qoxra, bħal qtugħ żgħir imfejjaq jew tessut mibrux/immarkat, sakemm it-total tal-erja affettwata ma taqbiżx iż-2 cm2,

għadd ta’ “Hayward marks” li jidhru ħafna iktar u kemxejn imqabbżin ’il barra,

dbabar ħfief.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi stabbilit skont il-piż tal-frott.

Il-piż minimu għall-Klassi “Extra” huwa ta’ 90 gm, għall-Klassi I huwa ta’ 70 gm u għall-Klassi II huwa ta’ 65 gm.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

10 gm għall-frott b’piż sa 85 gm,

15 gm għall-frott b’piż bejn 85 gm u 120 gm,

20 g għall-frott li jiżen bejn 120 g u 150 g,

40 gm għall-frott b’piż ta’ 150 gm jew aktar,

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0,5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott tal-kiwi li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista’ jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta’ 10 % skont l-għadd jew il-piż tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

Madankollu, il-frott tal-kiwi ma jridx ikun ta’ piż inqas minn 85 gm għall-Klassi “Extra”, 67 gm għall-Klassi I u 62 gm għall-Klassi II.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss frott tal-kiwi tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-frott tal-kiwi jrid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (22) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini,

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

‘Frott tal-kiwi’ u/jew ‘Actinidia’, fejn il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

Kulur tal-laħam jew indikazzjoni ekwivalenti, jekk mhux aħdar.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (23) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

Daqs espress bil-piż minimu u massimu tal-frott.

Għadd ta’ frottiet (fakultattiv).

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt VI, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż li jitpoġġa f’pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 4

Standard tal-kummerċjalizzazzjoni għall-ħass, indivja bil-weraq mibrum u indivja bil-weraq wiesa’ (batavian)

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal:

ħass ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru minn:

Lactuca sativa var. capitata L. (ħass ikkaboċċjat inkluż ħass tat-tipi “crisphead” u “Iceberg”),

Lactuca sativa var. longifolia Lam. (ħass Cos jew Romaine),

Lactuca sativa var. crispa L. (ħass tal-weraq),

taħlit ta’ dawn il-varjetajiet u

indivja bil-weraq mibrum ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru minn Cichorium endivia var. crispum Lam. u

indivja (escaroles) bil-weraq wiesa’ (Batavian) ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru minn Cichorium endivia var. latifolium Lam.

li għandhom jiġu pprovduti friski lill-konsumatur.

Dan l-istandard ma japplikax għall-prodotti maħsuba għall-ipproċessar industrijali, prodotti ppreżentati bħala weraq, ħass bl-għeruq jew ħass fil-qsari.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-prodotti, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tagħhom.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza li għandhom li jitħassru.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranza permessa, il-prodotti għandhom ikunu:

intatti,

f’kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b’tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa u mirquma, jiġifieri prattikament mingħajr ebda ħamrija jew kwalunkwe element ieħor li jikbru fih kif ukoll prattikament mingħajr l-ebda materja barranija oħra viżibbli,

jidhru friski,

prattikament ħielsa mill-pesti,

prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,

weqfin friski,

mhux fi stat li jkun qed jagħmel iż-żerriegħa,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

Fil-każ tal-ħass, huwa permess telf ta’ lewn fl-aħmar, ikkaġunat minn temperatura baxxa matul it-tkabbir, sakemm ma jaffettwax b’mod serju d-dehra tal-prodott.

L-għeruq għandhom jinqatgħu qrib il-bażi tal-weraq ta’ barra u l-qatgħa għandha tkun pulita.

Il-prodotti għandhom ikunu ta’ żvilupp normali. L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-prodotti għandhom ikunu tali li jippermettulhom:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u

jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Klassifikazzjoni

Il-prodott huwa klassifikat f’żewġ klassijiet definiti kif ġej:

(i)   Klassi I

Prodotti f’din il-klassi għandhom ikunu ta’ kwalità tajba. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Il-prodotti għandhom ikunu wkoll:

iffurmati tajjeb,

sodi, filwaqt li jitqiesu l-metodi tal-koltivazzjoni u t-tip ta’ prodott,

ħielsa minn ħsara jew taħsir li ma jħalluhx tajjeb għall-ikel,

minn ħsara mill-ġlata.

Il-ħass kaboċċjat għandu jkollu qalba waħda ffurmata sewwa. Iżda, fil-każ ta’ ħass ikkaboċċjat li jitkabbar għall-kenn, il-qalba tista’ tkun żgħira.

Il-ħass Cos għandu jkollu qalba, li tista’ tkun żgħira.

Il-qalba tal-indivja bil-weraq mibrum u tal-indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian) trid tkun ta’ kulur isfar.

(ii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi prodotti li ma jikkwalifikawx għall-inklużjoni fil-Klassi I, iżda li jissoddisfaw ir-rekwiżiti minimi speċifikati fil-punt A.

Il-prodotti għandhom ikunu:

raġonevolment iffurmati sew,

ħielsa minn ħsara u deterjorament li jistgħu jfixklu serjament l-edibilità tiegħu.

Jistgħu jiġu permessi d-difetti li ġejjin sakemm il-prodotti jżommu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom fejn jidħlu l-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

telf ħafif mill-kulur,

ħsara ħafifa kkważata mill-pesti.

Il-ħass kaboċċjat għandu jkollu qalba, li tista’ tkun żgħira. Iżda, fil-każ ta’ ħass kaboċċjat li jitkabbar għall-kenn, huwa permess li l-qalba tkun nieqsa.

Il-ħass Cos jista’ ma jurix qalba.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont il-piż ta’ unità waħda.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)

Ħass:

40 g meta l-eħfef unità tiżen anqas minn 150 g kull unità,

100 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 150 g u 300 g kull unità,

150 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 300 g u 450 g kull unità,

300 g meta l-eħfef unità tiżen aktar minn 450 g kull unità.

(b)

Indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa’ (Batavian):

300 gm.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd, tal-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħqu dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(ii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd tal-prodotti, li ma jissodisfawx la r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista’ jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta’ 10 % skont l-għadd, tal-prodotti li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jkun fih biss prodotti tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs.

Madankollu, taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta’ varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fit-tip kummerċjali u/jew fil-kulur, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-prodotti għandhom jiġu ppakkjati b’mod li jitħarsu sew. Għandhom ikunu ppakkjati b’mod raġjonevoli li jqis id-daqs u t-tip tal-ippakkjar, mingħajr spazji vojta jew tgħaffiġ.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (24) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Ħass”, “ħass butterhead”, “batavia”, “ħass crisphead (Iceberg)”, “ħass Cos”, “ħass tal-weraq” (jew, pereżempju u jekk xieraq, “Oak Leaf”, “Lollo bionda”, “Lollo rossa”), “indivja bil-weraq mibrum” jew “indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian)” jew denominazzjoni ekwivalenti jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra

“Imkabbar taħt għata” jew denominazzjoni ekwivalenti fejn xieraq.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

“Taħlita ta’ ħass/indivja”, jew denominazzjoni ekwivalenti fil-każ ta’ taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta’ varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, il-varjetjajiet, it-tipi kummerċjali u/jew il kuluri u l-kwantità ta’ kull pakkett iridu jkunu indikati.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (25) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta’ varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta’ prodotti minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tal-varjetà, tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernati.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi

Daqs, espress skont il-piż minimu għal kull unità jew l-għadd ta’ unitajiet

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt VI, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż li jitpoġġa f’pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 5

Standard tal-kummerċjalizzazzjoni tal-ħawħ u n-nuċiprisk

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-ħawħ u n-nuċiprisk ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Prunus persica Sieb. u Zucc., li jkunu se jiġu pprovduti friski lill-konsumatur; il-ħawħ u n-nuċiprisk għall-ipproċessar industrijali huma esklużi.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard hu li jiddefinixxi r-rekwiżiti ta’ kwalità għal ħawħ u nuċiprisk wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta’ prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-kategoriji kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-ħawħ u n-nuċiprisk għandhom ikunu:

intatti,

f’kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b’tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ma jkunux maqsumin fil-ħofra ta’ maz-zokk,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-istat tal-ħawħ u n-nuċiprisk jridu jkunu tali li jippermettulhom:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u

jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

Il-frott irid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b’mod sodisfaċenti. L-indiċi refrattometriku minimu tal-laħam għandu jkun ta’ 8° Brix. jew aktar (26).

C.   Klassifikazzjoni

Il-ħawħ u n-nuċiprisk huma kklassifikati fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi “Extra”

Il-ħawħ u n-nuċiprisk f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.

Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

Il-ħawħ u n-nuċiprisk f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari. Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difett żgħir fl-iżvilupp,

difetti żgħar fil-lewn,

marki ħfief ikkawżati minn pressjoni li ma jaqbżux 1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:

1,5 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,

1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi l-ħawħ u n-nuċiprisk li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.

Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti maġġuri.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi d-difetti sakemm il-ħawħ u n-nuċiprisk iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fl-iżvilupp, li jinkludu għadam maqsum, sakemm il-frott ikun magħluq u l-laħam ikun f’kundizzjoni tajba,

difetti fil-kulur,

dbabar li jistgħu ikunu tilfu kemxejn il-kulur u li ma jaqbżux 2 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn

2,5 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,

2 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali, skont il-piż, jew skont l-għadd.

Id-daqs minimu għandu jkun:

56 mm jew 85 g fil-Klassi “Extra”,

51 mm jew 65 g fil-Klassijiet I u II.

Madankollu, frott li huwa iżgħar minn 56 mm jew 85 g ma jiġix ikkummerċjalizzat fil-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Ottubru (emisferu tat-Tramuntana) u mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April (emisferu ta’ Nofsinhar).

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma fakultattivi għall-Klassi II.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)

Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

5 mm għall-frott ta’ inqas minn 70 mm,

10 mm għall-frott ta’ 70 mm u iktar.

(b)

Għall-frott imkejjel skont il-piż:

30 gm għall-frott ta’ inqas minn 180 gm,

80 gm għall-frott ta’ 180 gm u iktar.

(c)

Għall-frott li jitkejjel skont l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti mal-punt (a) jew (b).

Jekk jiġu applikati kodiċijiet għad-daqs, għandhom jiġu rrispettati dawn tat-tabella ta’ hawn taħt.

 

 

Dijametru

jew

piż

 

kodiċi

minn

sa

minn

sa

 

 

(mm)

(mm)

(g)

(g)

 

 

 

 

 

1

D

51

56

65

85

2

C

56

61

85

105

3

B

61

67

105

135

4

A

67

73

135

180

5

AA

73

80

180

220

6

AAA

80

90

220

300

7

AAAA

> 90

> 300

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ ħawħ jew nektarin li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0,5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ ħawħ jew nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-ħawħ jew in-nuċiprisk li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista’ jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-ħawħ jew nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss ħawħ jew nuċiprisk tal-istess oriġini, varjetà, kwalità, grad ta’ sajran u daqs (jekk imkejjel), u għall-Klassi “Extra”, il-kontenut irid ikun uniformi fil-kulur.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-ħawħ u n-nuċiprisk irid ikun ppakkjat b’tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (27) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Ħawħ” jew “Nuċiprisk”, jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

Kulur tal-laħam.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (28) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

Daqs (jekk imkejjel), espress f’dijametri minimi u massimi (f’mm), jew f’piż massimu u minimu (fi g) jew bħala kodiċi tad-daqs.

Għadd ta’ unitajiet (fakultattiv).

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt VI, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż li jitpoġġa f’pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 6

L-istandard tal-kummerċjalizzazzzjoni tal-lanġas

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal-lanġas tal-varjetajiet (kultivari) imkabbra mill-Pyrus communis L. li jitfornow friski lill-konsumatur, lanġas għall-ipproċessar industrijali eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għal-lanġas, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta’ prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-lanġas għandu jkun:

intatti,

f’kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b’tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-lanġas għandhom ikunu tali li jippermettulu:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u

jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

L-iżvilupp u l-istat ta’ maturità tal-lanġas iridu jkunu tali li jippermettulu jkompli jsir u li jilħaq livell sodisfaċenti ta’ sajran b’rabta mal-karattaristiċi tal-varjetà.

C.   Klassifikazzjoni

Il-lanġas huma kklassifikati fi tlett klassijiet iddefiniti kif ġej:

(i)   Klassi “Extra”

Il-lanġas f’din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari (29).

Il-laħam għandu jkun f’kundizzjoni perfetta, u l-qoxra ħielsa minn ħmura samranija raffa.

Għandu jkun ħieles minn difetti ħlief għal difetti superfiċjali ħfief sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-frotta, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

Iz-zokk irid ikun intatt.

Il-lanġas ma għandhux ikun mrammel.

(ii)   Klassi I

Il-lanġas ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari (30).

Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difett żgħir fl-iżvilupp,

difetti żgħar fil-lewn,

b’qoxra kemxejn raffa, ħoxna u ħamra samranija,

difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:

2 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,

1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief l-iskabbja (Venturia pirina and V. inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b’mod kumulattiv, minn 0,25 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ.

dbabar ħfief li l-erja tagħhom ma taqbiżx 1 cm2.

Iz-zokk jista’ jkollu ħsara żgħira.

Il-lanġas ma għandhux ikun mrammel.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi l-lanġas li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.

Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti maġġuri.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-lanġas iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni.

difetti fil-forma,

difetti fl-iżvilupp,

difetti fil-kulur,

ftit ħmura samranija raffa,

difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn:

4 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,

2,5 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief l-iskabbja (Venturia pirina and V. inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b’mod kumulattiv, minn 1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ.

dbabar ħfief li l-erja tagħhom ma taqbiżx 2 cm2.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali jew inkella skont il-piż.

Id-daqs minimu għandu jkun:

(a)

Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

 

“Extra” (mm)

Klassi I (mm)

Klassi II (mm)

Varjetajiet ta’ frott kbir

60

55

55

Varjetajiet oħrajn

55

50

45

(b)

Għall-frott imkejjel skont il-piż:

 

“Extra” (g)

Klassi I (g)

Klassi II (g)

Varjetajiet ta’ frott kbir

130

110

110

Varjetajiet oħrajn

110

100

75

Il-lanġas tas-sajf inkluż fl-appendiċi għal dan l-istandard ma għandux jissodisfa d-daqs minimu.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)

Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

5 mm għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f’ringieli u f’safef.

10 mm għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f’pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett.

(b)

Għall-frott imkejjel skont il-piż:

għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f’ringieli u f’saffi:

Firxa (g)

Differenza fil-piż (g)

75 –100

15

100 –200

35

200 –250

50

> 250

80

għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f’pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett:

Firxa (g)

Differenza fil-piż (g)

100 –200

50

> 200

100

Ma hemmx limitu dwar uniformità fid-daqsijiet għall-frott tal-Klassi II ippakkjat f’pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-lanġas li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0,5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-lanġas li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-lanġas li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista’ jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta’ 10 % skont l-għadd jew il-piż tal-frott tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. Din it-tolleranza ma tistax tiġi estiża biex tinkludi prodotti ta’ daqs ta’:

5 mm jew iktar inqas mid-dijametru minimu,

10 g jew iktar inqas mill-piż minimu.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontentut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss lanġas tal-istess oriġini, varjetà, kwalità, u daqs (jekk ikun skont id-daqs) u l-istess livell ta’ sajran.

Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-uniformità tapplika wkoll għall-kulur.

Madankollu, taħlita ta’ lanġas ta’ varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-lanġas għandu jkun ippakkjat b’tali mod li l-prodotti jkunu protetti sew.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (31) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Lanġas” jekk il-kontenut tal-pakkett ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà. Fil-każ ta’ taħlita ta’ lanġas ta’ varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.

L-isem tal-varjetà jista’ jinbidel b’sinonimu. Marka kummerċjali (32) tista’ tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (33) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ varjetajiet distintament differenti ta’ lanġas minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher biswit isem l-varjetà inkwistjoni.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

Daqs jew l-għadd ta’ unitajiet għall-frott ippakkjat f’ringieli u saffi.

Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:

(a)

għall-prodotti soġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala dijametri minimi u massimi jew piż minimu u massimu;

(b)

b’mod fakultattiv, għal prodotti li mhumiex soġġetti għar-regoli tal-uniformità, skont id-dijametru jew il-piż tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwit bi “u aktar” jew denominazzjoni ekwivalenti jew, fejn xieraq, id-dijametru jew il-piż tal-akbar frotta fil-pakkett.

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt VI, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż li jitpoġġa f’pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

Appendiċi

Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet ta’ lanġas ta’ frotta kbira u tas-sajf

Frott żgħir u varjetajiet oħra li ma jidhrux fit-tabella jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-daqs għal varjetajiet oħrajn kif deskritt fit-Taqsima III tal-istandard.

Xi varjetajiet elenkati fit-tabella li ġejja jistgħu jiġu kkummerċjalizzati taħt ismijiet li għalihom intalbet jew inkisbet il-protezzjoni tal-marka kummerċjali f’wieħed mill-pajjiżi jew aktar. L-ewwel u t-tieni kolonni tat-tabella ma għandhomx l-iskop li jinkludu tali marki kummerċjali. Ir-referenzi għal marki kummerċjali magħrufa li ġew inklużi fit-tielet kolonna huma għal skop ta’ informazzjoni biss.

Didaskalija:

L =

Varjetà ta’ frott kbir

SP =

Lanġas tas-sajf, li għalih ma huwa meħtieġ ebda daqs minimu.

Varjetà

Sinonimi

Marki kummerċjali

Daqs

Abbé Fétel

Abate Fetel

 

L

Abugo o Siete en Boca

 

 

SP

Aκςa

 

 

SP

Alka

 

 

L

Alsa

 

 

L

Amfora

 

 

L

Alexandrine Douillard

 

 

L

Bambinella

 

 

SP

Bergamotten

 

 

SP

Beurré Alexandre Lucas

Lucas

 

L

Beurré Bosc

Bosc, Beurré d’Apremont, Empereur Alexandre, Kaiser Alexander

 

L

Beurré Clairgeau

 

 

L

Beurré d’Arenberg

Hardenpont

 

L

Beurré Giffard

 

 

SP

Beurré précoce Morettini

Morettini

 

SP

Blanca de Aranjuez

Agua de Aranjuez, Espadona, Blanquilla

 

SP

Carusella

 

 

SP

Castell

Castell de Verano

 

SP

Colorée de Juillet

Bunte Juli

 

SP

Comice rouge

 

 

L

Concorde

 

 

L

Condoula

 

 

SP

Coscia

Ercolini

 

SP

Curé

Curato, Pastoren, Del cura de Ouro, Espadon de invierno, Bella de Berry, Lombardia de Rioja, Batall de Campana

 

L

D’Anjou

 

 

L

Dita

 

 

L

D. Joaquina

Doyenné de Juillet

 

SP

Doyenné d’hiver

Winterdechant

 

L

Doyenné du Comice

Comice, Vereinsdechant

 

L

Erika

 

 

L

Etrusca

 

 

SP

Flamingo

 

 

L

Forelle

 

 

L

Général Leclerc

 

Amber Grace™

L

Gentile

 

 

SP

Golden Russet Bosc

 

 

L

Grand champion

 

 

L

Harrow Delight

 

 

L

Jeanne d’Arc

 

 

L

Joséphine

 

 

L

Kieffer

 

 

L

Klapa Mīlule

 

 

L

Leonardeta

Mosqueruela, Margallon, Colorada de Alcanadre, Leonarda de Magallon

 

SP

Lombacad

 

Cascade ®

L

Moscatella

 

 

SP

Mramornaja

 

 

L

Mustafabey

 

 

SP

Packham’s Triumph

Williams d’Automne

 

L

Passe Crassane

Passa Crassana

 

L

Perita de San Juan

 

 

SP

Pérola

 

 

SP

Pitmaston

Williams Duchesse

 

L

Précoce de Trévoux

Trévoux

 

SP

Président Drouard

 

 

L

Rosemarie

 

 

L

Santa Maria

Santa Maria Morettini

 

SP

Spadoncina

Agua de Verano, Agua de Agosto

 

SP

Suvenirs

 

 

L

Taylors Gold

 

 

L

Triomphe de Vienne

 

 

L

Vasarine Sviestine

 

 

L

Williams Bon Chrétien

Bon Chrétien, Bartlett, Williams, Summer Bartlett

 

L

PARTI 7

L-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni tal-frawli

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-frawli ta’ varjetajiet (kultivari) li jkun tkabbar mill-ġenus Fragaria L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur; il-frawli għall-ipproċessar industrijali huwa eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-frawli, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta’ prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frawli jrid ikun:

intatt, bla ħsara,

f’kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b’tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

friski fid-dehra, iżda mhux maħsula,

prattikament ħielsa mill-pesti,

prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,

bil-berkun (ħlief fil-każ ta’ frawli selvaġġ); il-berkun u z-zokk (jekk ikunu hemm) iridu jkunu friski,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

Il-frawli jrid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b’mod sodisfaċenti. L-iżvilupp u l-kundizzjoni jridu jkunu tali li jippermettulu:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u

jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Klassifikazzjoni

Il-frawli jiġi kklassifikat fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi “Extra”

Il-frawli f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.

Irid ikun ukoll:

ileqq fl-apparenza, u jippermetti l-karatteristiċi tal-varjetà,

ħieles mill-ħamrija.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

(ii)   Klassi I

Il-frawli f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

preżenza ta’ roqgħa bajda żgħira, li ma taqbiżx parti waħda minn għaxra tat-total tal-erja tal-wiċċ tal-frotta,

marki ħfief ta’ pressjoni fuq il-wiċċ.

Irid ikun prattikament ħieles mill-ħamrija.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi l-frawli li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-frawli jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

roqgħa bajda li ma taqbiżx parti waħda minn ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ tal-frotta,

dbabar ħfief u xotti li x’aktarx ma jinfirxux,

traċċi żgħar ta’ ħamrija.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi stabbilit skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali.

Id-daqs minimu għandu jkun:

25 mm fil-Klassi “Extra”,

18 mm fil-Klassijiet I u II.

Ma hemmx daqs minimu għall-frawli selvaġġ.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frawli li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0,5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frawli li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 2 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frawli li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista’ jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqs minimu.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss frawli tal-istess oriġini, varjetà u kwalità.

Fil-każ tal-Klassi ‘Extra’, il-frawli, bl-eċċezzjoni tal-frawli selvaġġ, irid ikun partikolarment uniformi u regolari fir-rigward tal-grad tas-sajran, kulur u daqs. Fil-Klassi I, il-frawli jista’ jkun anqas uniformi fid-daqs.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-frawli jrid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (34) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Frawli” jekk il-kontenut tal-pakkett ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (35) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt IV, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż li jitpoġġa f’pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 8

L-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni tal-bżar ħelu

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-bżar ħelu ta’ varjetajiet (36) (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Capsicum annuum L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, bżar ħelu għall-ipproċessar industrijali eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-bżar ħelu, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta’ prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u għat-tolleranza permessa, il-bżar ħelu jrid ikun:

intatti,

f’kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b’tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

jidhru friski,

sodi,

prattikament ħieles mill-pesti,

ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħieles minn ħsara kkawżata minn temperatura baxxa jew ġlata,

bil-pedunkuli mwaħħla; il-pedunkulu jrid ikun maqtugħ pulit u bil-berkun intatt,

ħieles minn umdità esterna mhux normali,

ħieles minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-bżar ħelu jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Klassifikazzjoni

Il-bżar ħelu jiġi kklassifikat fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi “Extra”

Il-bżar ħelu f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Għandu jkun karatteristiku tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Irid ikun ħieles mid-difetti, bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tasssew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tal-prodott fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

Il-bżar ħelu f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità tajba. Għandu jkun karatteristiku tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

tibdil fil-kulur li jsir donnu fidda jew ħsara li ma taqbiżx 1/3 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

difetti żgħar fil-qoxra, bħal:

ħofor, brix, ħruq tax-xemx, marki ta’ pressjoni li b’kollox ma jkoprux aktar minn 2 cm għal diffetti ta’ forma tawwalija, u 1 cm2 għal difetti oħra; jew

qsim xott superfiċjali fil-wiċċ li b’kollox ma jkoprix aktar minn 1/8 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

pedunkulu kemxejn imħassar.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi l-bżar ħelu li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi d-difetti sakemm il-bżar ħelu jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

tibdil fil-kulur li jsir donnu fidda jew ħsara li ma taqbiżx 2/3 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

difetti fil-qoxra, bħal:

ħofor, brix, ħruq tax-xemx, dbabar u ħsarat li fiequ li b’kollox ma jkoprux aktar minn 4 cm għal diffetti ta’ forma tawwalija, u 2,5 cm2 tat-total tal-erja għal difetti oħra; jew

qsim xott fil-wiċċ li b’kollox ma jkoprix iktar minn 1/4 tat-total tal-erja tal-wiċċ

deterjorament tat-tarf taż-żahra li ma jaqbiżx 1 cm2,

tikmix li ma jaqbiżx 1/3 tal-wiċċ,

pedunkulu u berkun imħassrin, sakemm il-laħam tal-madwar jibqa’ intatt.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali jew inkella skont il-piż. Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)

Għall-bżar ħelu mkejjel skont id-dijametru:

20 mm

(b)

Għall-bżar ħelu mkejjel skont il-piż:

30 g fil-każ li l-itqal wieħed ikun jiżen 180 g jew anqas,

80 g fil-każ li l-eħfef wieħed ikun jiżen bejn 180 g u 260,

Ebda limitu fejn l-eħfef biċċa tkun tiżen 260 g jew aktar.

Bżar ħelu li huwa tawwali għandu jkun uniformi biżżejjed fit-tul.

L-uniformità fid-daqs mhijiex obbligatorja għall-Klassi II.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0,5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista’ jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta’ 10 % skont l-għadd jew il-piż tal-frott tal-bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss bżar ħelu tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità, daqs (jekk jiġi mkejjel) u, fil-każ tal-Klassi “Extra” u l-Klassi I, b’mod apprezzabbli tal-istess grad ta’ sajran u kulur.

Madankollu, taħlita ta’ bżar ħelu ta’ tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull tip kummerċjali u/jew kulur ikkonċernat, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-bżar ħelu jrid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (37) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Bżar ħelu” jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

“Taħlita ta’ bżar ħelu”, jew denominazzjoni ekwivalenti, fil-każ ta’ unitajiet għall-bejgħ li jkun fihom taħlita ta’ tipi kummerċjali u/jew kuluri ta’ bżar ħelu distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, it-tipi kummerċjali u/jew il-kuluri u l-kwantità ta’ kull pakkett iridu jkunu indikati.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (38) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ bżar ħelu ta’ tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti u ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernat.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

Daqs (jekk imkejjel), espress f’dijametri minimi u massimi, jew f’piżijiet massimu u minimu.

Għadd ta’ unitajiet (fakultattiv).

“Jaħraq” jew denominazjoni ekwivalenti fejn xieraq.

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt VI, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż li jitpoġġa f’pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 9

L-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni għall-għeneb tal-mejda

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-għeneb tal-mejda ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Vitis vinifera L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, l-għeneb tal-mejda għall-ipproċessar eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-għeneb tal-mejda, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta’ prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, l-għenieqed u l-għenbiet iridu jkunu:

f’kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b’tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

Barra minn hekk, l-għenbiet iridu jkunu:

intatti,

iffurmati tajjeb,

żviluppati b’mod normali.

It-tilwin minħabba x-xemx mhux difett.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-għeneb tal-mejda jridu jkunu tali li jippermettulu:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u

jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

Il-meraq tal-frott għandu jkollu indiċi refrattometriku (39) tal-anqas:

12 ° Brix għall-varjetajiet Alphonse Lavallée, Cardinal u Victoria,

13 °Brix għall-varjetajiet l-oħra kollha li għandhom iż-żerriegħa,

14 ° Brix għall-varjetajiet kollha li ma għandhomx żerriegħa.

Barra minn hekk, il-varjetajiet kollha jrid ikollhom livelli ta’ proporzjon sodisfaċenti ta’ zokkor/aċidità.

C.   Klassifikazzjoni

L-għeneb tal-mejda jiġi kklassifikat fit-tliet klassijiet iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi “Extra”

L-għeneb tal-mejda f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà b’kunsiderazzjoni għad-distrett li fih ikun tkabbar.

L-għenbiet iridu jkunu sodi, imwaħħlin sew, imqassma b’mod ugwali maz-zokk u jkollhom in-nwar tagħhom prattikament intatti.

Irid ikun ħieles mid-difetti, bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tasssew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tal-prodott fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

L-għeneb tal-mejda f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà b’kunsiderazzjoni għad-distrett li fih ikun tkabbar.

L-għenbiet iridu jkunu sodi, imwaħħla sew u, sa fejn hu possibbli, ikollhom in-nwar tagħhom prattikament intatt. Madankollu, jistgħu jkunu inqas imqassmin indaqs maz-zokk minn dawk tal-Klassi ‘Extra’.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difetti żgħar fil-lewn,

skorċa tax-xemx ħafifa ħafna li taffettwa biss il-qoxra,

difetti żgħar fil-qoxra.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi l-għeneb tal-mejda li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.

L-għenieqed jista’ jkollhom difetti żgħar fil-forma, l-iżvilupp u l-kulur, sakemm dawn ma jaffettwawx il-karatteristiċi essenzjali tal-varjetà, b’kunsiderazzjoni tad-distrett li fih ikunu tkabbru.

L-għenbiet iridu jkunu sodi biżżejjed u mwaħħlin b’mod ferm, u, fejn possibbli, ikunu għadhom bl-għabra fuqhom. Jista’ jkun li l-uniformità fit-taqsim tal-ispazji matul iz-zokk tkun inqas minn dik tal-Klassi I.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm l-għeneb tal-mejda jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fil-kulur,

skorċa tax-xemx ħafifa li taffettwa biss il-qoxra,

tbenġil żgħir,

difetti fil-qoxra.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont il-piż tal-għanqud.

Il-piż minimu tal-għanqud għandu jkun ta’ 75 g għall-Klassi “Extra” u l-Klassi I. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-pakketti maħsuba għal porzjonijiet singoli fil-klassijiet kollha.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont il-piż, ta’ għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0,5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont il-piż, ta’ għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

Minbarra dawk it-tolleranzi, massimu ta’ 10 %, skont il-piż, ta’ għenbiet mhux marbuta, i.e. għenbiet li nqalgħu minn mal-għanquda/ġabra, huwa permess sakemm l-għenbiet huma f’kundizzjoni tajba u intatti.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont il-piż, tal-għenieqed li ma jissodisfawx la r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista’ jkun affettwat mit-tħassir.

Minbarra dawk it-tolleranzi, massimu ta’ 10 %, skont il-piż, ta’ għenbiet mhux marbuta, i.e. għenbiet li nqalgħu minn mal-għanquda/ġabra, huwa permess sakemm l-għenbiet huma f’kundizzjoni tajba u intatti.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta’ 10 % skont l-piż, tal-għenieqed li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. F’kull pakkett għall-bejgħ (ħlief għal porzjonijiet singoli), għanqud wieħed li jiżen anqas minn 75 g huwa permess biex jaġġusta l-piż, sakemm l-għanqud jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-klassi speċifikata.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu biss għenieqed tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u l-istess grad ta’ sajran.

Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-għenieqed iridu jkunu bejn wieħed u ieħor tal-istess daqs u kulur.

Madankollu, taħlita ta’ għeneb tal-mejda ta’ varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

L-għeneb tal-mejda jrid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra.

Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani ieħor, għalkemm biċċa żarġun tad-dielja li ma jkunx itwal minn 5 cm jista’ jitħalla maz-zokk tal-għanqud bħala għamla ta’ preżentazzjoni speċjali.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (40) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Għeneb tal-mejda” jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà. Fil-każ ta’ taħlita ta’ għeneb tal-mejda ta’ varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.

L-isem tal-varjetà jista’ jinbidel b’sinonimu. Marka kummerċjali tista’ tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (41) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ għeneb tal-mejda minn varjetajiet distintivament differenti ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

“Għenieqed ta’ inqas minn 75 g intiżi għall-porzjon wieħed” jew denominazzjoijiet ekwivalenti, jekk ikun il-każ.

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt VI, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż li jitpoġġa f’pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 10

L-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni tat-tadam

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal tadam ta’ varjetajiet (kultivari) li jkun tkabbar mis-Solanum lycopersicum L. li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur; tadam għall-ipproċessar industrijali huwa eskluż.

It-tadam jista’ jiġi kklassifikat f’erba’ tipi kummerċjali:

“tond”,

“ċatt (imfellel)”,

“żenguli” jew “tawwali”,

“tadam miż-żgħir” (“cherry/cocktail”) ta’ kull forma.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tadam, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta’ prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tadamiet għandhom ikunu:

intatti,

f’kundizzjoni tajba, il-prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b’mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum għandhom jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

jidhru friski,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

Fil-każ ta’ tadam fl-għenieqed, iz-zkuk iridu jkunu friski, b’saħħithom, nodfa u ħielsa mill-weraq kollu u minn kull materjal barrani viżibbli.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tadam għandhom ikunu tali li jippermettulu:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u

jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

L-iżvilupp u l-istat ta’ maturità tat-tadam jridu jkunu tali li jippermettulhom ikomplu jsiru u jilħqu livell sodisfaċenti ta’ sajran.

C.   Klassifikazzjoni

It-tadamiet huma kklassifikati fi tlett klassijiet iddefiniti kif ġej:

(i)   Klassi “Extra”

It-tadam ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità superjuri. Għandu jkun sod u karatteristiku tal-varjetà.

Għandu jkun ħieles mid-dwawar ħodor u difetti oħrajn, għajr difetti superfiċjali ħfief ħafna, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

It-tadam ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità tajba. Irid ikun raġjonevolment sod u karatteristiku tal-varjetà

Għandu jkun ħieles minn qsim u dwawar ħodor viżibbli.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma u fl-iżvilupp,

difetti żgħar fil-lewn,

difetti żgħar fil-qoxra,

brix ħafif ħafna.

Barra minn hekk, it-tadam “ċatt (imfellel)” jista’ jkollu:

xquq li fiequ u mhux itwal minn 1 cm,

mingħajr protuberanzi eċċessivi,

żokra żgħira iżda mingħajr tapp (niexef bħal sufra),

tapp (nixfa bħal sufra) mal-istigma sa 1 cm2,

barxa fina taż-żahra f’għamla tawwalija (bħal ħjata), iżda mhux itwal minn tnejn minn tlieta tal-akbar dijametru tal-frotta.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi t-tadam li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.

Irid jkun raġjonevolment sod (iżda jista’ jkun kemxejn anqas sod minn tal-Klassi I) u ma għandux juri xquq li ma fiqux.

Jistgħu jitħallew id-difetti segwenti, sakemm it-tadam iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma u fl-iżvilupp,

difetti fil-kulur,

difetti jew brix fil-qoxra, sakemm il-frott ma jkunx affettwat b’mod serju,

xquq niexfa ta’ mhux aktar minn 3 cm tul għat-tadam tond, ċatt jew żenguli.

Barra minn hekk, it-tadam “ċatt (imfellel)” jista’ jkollu:

protuberanzi iktar qawwija minn dawk permessi fil-Klassi I, imma mingħajr ma’ jitilfu l-forma tagħhom,

żokra,

it-tapp (nixfa bħal sufra) mal-istigma sa 2 cm2,

barxa fina taż-żahra f’għamla tawwalija (bħal ħjata).

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi ddeterminat skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali, skont il-piż, jew skont l-għadd.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw għat-tadam fl-għenieqed, u huma fakultattivi għal:

“tadam miż-żgħir” (“cherry” u “cocktail”) b’dijametru anqas minn 40 mm;

tadam ċatt (imfellel) ta’ forma irregolari; kif ukoll

Klassi II.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)

Għat-tadam imkejjel skont id-dijametru:

10 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun inqas minn 50 mm,

15 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun ta’ 50 mm u aktar iżda inqas minn 70 mm,

20 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun ta’ 70 mm u aktar iżda inqas minn 100 mm,

m’hemmx limitu għad-differenza fid-dijametru għall-frott ta’ 100 mm jew aktar.

Fil-każ li jkunu applikati kodiċijiet għad-daqs, għandhom jintużaw il-kodiċijiet u l-firxiet fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tad-daqs

Dijametru (mm)

0

≤ 20

1

> 20 ≤ 25

2

> 25 ≤ 30

3

> 30 ≤ 35

4

> 35 ≤ 40

5

> 40 ≤ 47

6

> 47 ≤ 57

7

> 57 ≤ 67

8

> 67 ≤ 82

9

> 82 ≤ 102

10

> 102

(b)

Għal tadam imkejjel skont il-piż jew l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma’ kif indikat fil-punt (a).

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0,5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, huwa permess 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam maqtugħ miz-zokk.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam li la jissodisfa ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista’ jkun affettwat mit-tħassir.

Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, huwa permess 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam maqtugħ miz-zokk.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta’ 10 % skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih biss tadam tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u daqs (jekk ikun tkejjel).

Is-sajran u l-kulur tat-tadam fil-Klassi “Extra” u l-Klassi I jridu jkunu prattikament uniformi. Barra minn hekk, it-tul tat-tadam żenguli jrid ikun uniformi biżżejjed.

Madankollu, taħlita ta’ tadam ta’ kuluri, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull kulur, varjetà u/jew tip kummerċjali kkonċernati, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

It-tadam irid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodotti jkunu protetti sew.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (42) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Tadam” jew “għenieqed tat-tadam” u t-tip kummerċjali, jew tadam miż-żgħir (“cherry/cocktail”) jew “għenieqed ta’ tadam miż-żgħir” jew denominazzjoni ekwivalenti għal varjetajiet żgħar oħra jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

“Taħlita ta’ tadam”, jew denominazzjoni ekwivalenti, fil-każ ta’ taħlita ta’ varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta’ tadam distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, il-kuluri, il-varjetajiet u t-tipi kummerċjali u l-kwantità ta’ kull pakkett iridu jkunu indikati.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (43) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ lwien, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali distintament differenti ta’ tadam minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher biswit l-isem tal-kulur, il-varjetà u/jew it-tip kummerċjali inkwistjoni.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

Daqs (jekk mogħti) espress bħala

dijametri minimi u massimi; jew

piż minimu u massimu; jew

kodiċi tad-daqs kif speċifikat f’Taqsima III; jew

l-għadd segwit mid-daqsijiet minimi u massimi.

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt IV, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż li jitpoġġa f’pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 11

Standards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-banana

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTTI

Dan l-istandard japplika għal banana tal-varjetajiet (kultivari) Musa spp., kif ukoll ibridi tagħhom, intiżi li jiġu fornuti friski lill-konsumatur, wara preparazzjoni u imballaġġ, fl-istadji definiti fl-Artikolu 4(2). Il-banana intiża għat-tisjir biss (plantains) jew għall-ipproċessar industrijali hija eskluża. Il-varjetajiet koperti minn dan l-istandard huma inklużi fl-Appendiċi.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

Dan l-istandard jiddefinixxi r-rekwiżiti ta’ kwalità li għandhom jintlaħqu mill-banana kif definita fit-taqsima I.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali ta’ kull klassi u għat-tolleranzi permissibli, il-bananas iridu jkunu:

ħodor u mhux misjurin,

intatti,

sodi,

f’kundizzjoni tajba, il-prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b’mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum għandhom jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

jidhru friski,

prattikament ħielsa mill-pesti,

prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,

biz-zokk intatt, mingħajr liwi, ħsara mill-fungali jew dessikazzjoni,

bil-pistilli mneħħijja,

ħielsa minn malformazzjoni jew kurvatura annormali tal-mazz,

prattikament ħielsa mill-brix,

pratikament ħielsa minn danni minħabba temperaturi baxxi,

ħielsa minn umdità annormali esterna,

ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

B’żieda ma dan, il-mazzi u l-għenieqed (partijiet mill-mazzi) iridu jinkludu:

porzjon suffiċjenti tal-kulur normali tal-qoxra, b’saħitha u ħielsa minn kontaminazzjoni fungali,

qoxra maqtugħa pulita, li mhijiex taqta’ jew imqatta bl-ebda fragmenti taz-zokk.

L-iżvilupp fiżiku u s-sejran tal-banana irid tkun tali li tagħmilhom kapaċi:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u

li jaslu f’kondizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni biex jilħqu livell xieraq ta’ maturità wara li jsiru.

B.   Klassifikazzjoni

Il-bananas huma kklassifikati fi tlett klassijiet iddefiniti kif ġej:

(i)   Klassi “Extra”

Banana f’din il-klassi jridu jkunu ta’ kwalità superjuri. Huma jridu jkollhom il-karattteristika tipika tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.

Il-mazz irid ikun ħieles minn difetti, apparti minn xi ftit tħassir superfiċjali li ma jagħttux it-total ta’ aktar minn 1 cm2 tal-wiċċ tal-frotta, liema ma jħassarx l-apparenza ġererali tal-mazz jew tal-għanqud, il-kwalità tiegħu, iż-żamma tiegħu jew il-preservazzjoni tal-pakkett.

(ii)   Klassi I

Banana f’din il-klassi jridu jkunu ta’ kwalità tajba. Għandhom juru l-karattteristiċi tipiċi tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.

B’danakollu, id-difetti żgħar tal-mazzi li ġejjin huma permissibbli, dejjem jekk ma jfixklux l-apparenza ġenerali ta’ kull mazz jew għanqud, il-kwalità tiegħu, iż-żamma tiegħu jew il-preżentazzjoni tal-pakkett:

difetti ħfief fil-forma,

diffetti żgħar tal-qoxra minħabba l-ħakk jew tħassir żgħir superfiċjali ieħor li ma jiksix it-total ta’ iżjed minn 2 cm2 tal-wiċċ tal-frotta.

Taħt l-ebda ċirkustanzi diffetti żgħar ma jistgħu jaffettwaw il-qalba tal-frotta.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tkompri l-bananas li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.

Id-diffetti li ġejjin tal-mazzi huma permissibbli, dejjem jekk il-banana żżommu il-karattteristiċi essenzjali tagħhom fir-rigward tal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

id-diffetti tal-qoxra minħabba brix, ħakk jew kawżi oħrajn, dejjem jekk il-parti totali affetwata ma tkoprix iżjed minn 4 cm2 tal-wiċċ tal-frotta.

Taħt l-ebda ċirkustanzi ma jistgħu d-diffetti jaffetwaw il-qalba tal-frotta.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-daqs tal-bananas tas-sottogruppi Gros Michel u Cavendish:

it-tul tal-mazzi jiġi ddeterminat tul il-kurva esterna minn tarf il-blanzun tal-bai tal-pediċella fejn tispiċċa l-polpa li tittiekel u d-djametru huwa definit bħala ħxunet is-sezzjoni trasversa bejn l-uċuħ laterali.

il-grad, i.e. il-kejl, f’millimetri, tal-ħxuna tal-biċċa tranversali tal-frotta bejn l-uċuh laterali u n-nofs, perpendikulari mal-assi lonġitudinali.

Il-frotta ta’ referenza għall-kejl tat-tul u l-grad hija:

il-frotta tan-nofs mill-filliera ta’ barra tal-mazz.

il-frotta segwenti għall-qata’ sezzjonali tal-mazz, fuq il-filliera ta’ barra tal-għanqud.

It-tul minimu permissibli hu 14-il cm u l-grad minimu permissibli hu 27 mm.

Bħala eċċezzjoni mit-tielet paragrafu, il-bananas tas-sottogruppi Gros Michel u Cavendish prodotti Madejra, l-Azores, l-Algarve, il-Gżejjer Kanarji, Kreta, Lakonja u Ċipru li huma anqas minn 14 cm f’tul jistgħu jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni.

Id-dispożizzjonijiet rigward id-determinazzjoni tad-daqs ma japplikawx għall-banana tina.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs huma permissibbli f’kull pakkett fir-rigward tal-prodott li ma jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

5 % bin-numru jew piż tal-banana li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tal-klassi “ extra ” imma li jilħqu dawk għall-Klassi I, jew, eċċezzjonalment, li jkunu fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(ii)   Klassi I

10 % bin-numru jew bil-piż tal-banana li ma jissodifawx il-ħtiġiet tal-Klassi I imma jilħqu dawk għal Klassi II, jew, eċċezzjonalment, ikunu fit-tolleranzi ta’ dik il-klassi.

(iii)   Klassi II

10 % bin-numru jew bil-piż tal-banana li ma jissodisfawx la l-ħtiġiet għall-Klassi II u lanqas il-ħtiġiet minimi, ħlief bl-eċċezzjoni tal-prodott affetwat bl-immuffar jew kwalunkwe deterjorazzjoni oħra li tagħmlu mhux tajjeb għall-konsum.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Fil-każijiet tal-klassijiet kollha, 10 % skont l-għadd ta’ bananas tas-sottogruppi Gros Michel u Cavendish li ma jissodisfawx il-karatteristiċi tad-daqs, sa limit ta’ 1 cm fil-każ tat-tul minimu ta’ 14 cm għajr għall-bananas prodotti Madejra, l-Azores, l-Algarve, il-Gżejjer Kanarji, Kreta, Lakonja u Ċipru.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u konsistenti esklussivament għall-banana tal-istess oriġini, tal-varjetà u/jew it-tip kummerċjali, u l-kwalità.

Il-parti li tidher tal-kontenut ta’ kull pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-banana jridu jkunu ippakjati b’tali mod li jipproteġu l-prodott tajjeb.

Il-materjal użat ġewwa l-pakkett irid ikun ġdid, nadif u ta’ natura tali li tevita li tikkawżalu kwalunkwe deterjorazzjoni esterna jew interna tal-prodott. L-użu tal-materjal bħal ma hu, b’mod partikolari, karti tal-kisi u tikketti li jeħlu li jkollhom l-indikazzjonijiet kummerċjali hu permissibbli basta li l-istampar u l-ittikettjar ikun magħmul bl-inka jew kolla li mhijiex tossika.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

C.   Preżentazzjoni

Il-banana tista’ tiġi ppreżentata f’mazez jew partijiet minn mazez jew bħala frottiet waħdanin.

Iz-zokk ma jkunx imqatta’ imma maqtugħ bil-galbu.

Fir-reġjuni tal-produzzjoni, banana jistgħu jkunu mibjugħa biz-zokk.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett irid ikollu l-partikularitajiet li ġejjin bil-kitba, kollha fuq l-istess naħa, leġibli u mmarkati hekk li ma jitħassarx u viżibli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

L-isem u l-indirizz jew marka konvenzjonali rikonoxxuta jew maħruġa uffiċjalment tal-imballatur u/jew l-ispedent.

B.   Natura tal-prodott

Il-kelma “Banana” meta il-kontenuti ma’ humiex viżibbli minn barra,

Isem il-varjetà jew it-tip kummerċjali.

C.   L-oriġini tal-prodott

C. L-Oriġini tal-prodott

żona tal-produzzjoni,

(b’għażla) nazzjonali, reġjonali jew l-isem lokali.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi,

Piż nett,

Daqs, espress bħala tul minimu u, b’għażla, bħala tul massimu.

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Appendiċi

Lista ta’ gruppi ewlenin, sotto-gruppi u kultivari ta’ banana bħala diżerta mibjugħa fil-Unjoni

Gruppi

Subgruppi

Kultivar ewlieni

(lista mhix eżawrenti)

AA

Bajtar ħelu

Bajtar ħelu, Pisang Mas, Amas Datil, Bocadillo

AB

Ney-Poovan

Ney Poovan, Safet Velchi

AAA

Cavendish

Cavendish Nanu

Cavendish Ġigantesk

Lacatan

Poyo (Robusta)

Williams

Americani

Valery

Arvis

Gros Michel

Gros Michel (“Big Mike”)

Highgate

Ibridi

Flhorban 920

Pink Fig

Figue Rose

Figue Rose Verte

Ibota

 

AAB

Fig apple

Fig apple, Silk

Pome (Prata)

Pacovan

Prata Ana

Mysore

Mysore, Pisang Ceylan, Gorolo


(1)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(2)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(3)  Lista li mhijiex eżawrjenti tal-varjetajiet u li tipprovdi klassifika dwar il-kulur u l-grad ta’ kemm il-qoxra tal-prodott hija ħoxna u ħamra samranija hija stabbilita fl-appendiċi għal dan l-istandard.

(4)  Varjetajiet immarkati bl-ittra “R” fl-Appendiċi huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar il-ħxuna u l-ħmura samranija.

(5)  Lista li mhijiex eżawrjenti tal-varjetajiet u li tipprovdi klassifika dwar il-kulur u l-grad ta’ kemm il-qoxra tal-prodott hija ħoxna u ħamra samranija hija stabbilita fl-appendiċi għal dan l-istandard.

(6)  Varjetajiet immarkati bl-ittra “R” fl-Appendiċi huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar il-ħxuna u l-ħmura samranija.

(7)  Varjetajiet immarkati bl-ittra “R” fl-Appendiċi huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar il-ħxuna u l-ħmura samranija.

(8)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications/guidelines-on-objective-tests.pdf

(9)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications/guidelines-on-objective-tests.pdf

(10)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(11)  Isem kummerċjali jista’ jkun marka kummerċjali li għaliha ntalbet jew inkisbet protezzjoni jew kwalunkwe denominazzjoni kummerċjali oħra.

(12)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(13)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications/guidelines-on-objective-tests.pdf

(14)  Għall-varjetajiet Mandora u Minneola li proporzjon minimu taz-zokkor/l-aċidità huwa 6,0:1 sa tmiem is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni li tibda fl-1 ta’ Jannar 2023.

(15)  Daqsijiet taħt il-45 mm jirreferu biss għall-klementini.

(16)  L-użu ta’ aġenti tal-ippreservar jew ta’ kwalunkwe sustanza kimika oħra li tista’ tħalli riħa barranija fuq il-qoxra tal-frott huwa permess fejn dan ikun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni.

(17)  L-użu ta’ aġenti tal-ippreservar jew ta’ kwalunkwe sustanza kimika oħra li tista’ tħalli riħa barranija fuq il-qoxra tal-frott huwa permess fejn dan ikun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni.

(18)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(19)  Isem kummerċjali jista’ jkun marka kummerċjali li għaliha ntalbet jew inkisbet protezzjoni jew kwalunkwe denominazzjoni kummerċjali oħra.

(20)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(21)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications/guidelines-on-objective-tests.pdf

(22)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(23)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(24)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(25)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(26)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications/guidelines-on-objective-tests.pdf

(27)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(28)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(29)  Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet ta’ lanġas bi frott kbir u tas-sajf hija inkluża fl-Appendiċi għal dan l-istandard.

(30)  Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet ta’ lanġas bi frott kbir u tas-sajf hija inkluża fl-Appendiċi għal dan l-istandard.

(31)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(32)  Isem kummerċjali jista’ jkun marka kummerċjali li għaliha ntalbet jew inkisbet protezzjoni jew kwalunkwe denominazzjoni kummerċjali oħra.

(33)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(34)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(35)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(36)  Xi varjetajiet tal-bżar ħelu jista’ jkollhom togħma taħraq. Eżempji ta’ varjetajiet kummerċjali ta’ bżar ħelu b’togħma kemxejn taħraq huma Sivri, Padron, u Somborka.

(37)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(38)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(39)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications/guidelines-on-objective-tests.pdf

(40)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(41)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(42)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(43)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10

Ir-Regolament (UE) Nru 543/2011

Ir-Regolament (UE) Nru 1333/2011

Dan ir-Regolament

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2430

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2

L-Artikolu 3(1) u (3)

L-Artikolu 2

Artikolu 3(2)

 

L-Artikolu 4

 

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5

L-Artikolu 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 6

L-Artikolu 7

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 8

L-Artikolu 9

L-Artikolu 2

L-Artikolu 10

L-Artikolu 3

L-Artikolu 11

 

L-Artikolu 5

L-Artikolu 12

 

L-Artikolu 4

L-Artikolu 13

L-Artikolu 6

L-Artikolu 14

L-Artikolu 7

L-Artikolu 15

L-Artikolu 9

L-Artikolu 8

L-Artikolu 16

L-Artikolu 9

L-Artikolu 17

L-Artikolu 10

L-Artikolu 18

L-Artikolu 11

Artikoli minn 19 sa 151

L-Artikolu 1

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 2

L-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 10

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 5

L-Artikolu 9

L-Artikolu 4

L-Artikolu 10

L-Artikolu 11

L-Artikolu 12

L-Artikolu 13

L-Anness I

L-Annes I, Partijiet A u B, Partijiet min 1 sa 10

 

L-Anness II

L-Anness I

L-Anness III

L-Anness III

L-Anness IV

 

L-Anness IV

L-Anness V

 

L-Anness V

L-Anness Va sal-Anness XX

L-Anness I

L-Anness I, Parti B, Parti 11

L-Anness II

L-Anness III

L-Anness III

L-Anness II

L-Anness IV

L-Appendiċi sal-Anness I, Parti B, Parti 11

 

L-Anness V

L-Anness VI


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2429/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)