European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2423

27.10.2023

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2423

tas-26 ta’ Ottubru 2023

li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK dwar miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1).

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova jiġu estiżi sal-31 ta’ Ottubru 2024. Wara sitt xhur il-Kunsill ser jagħmel rieżami tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/573/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Ottubru 2024. Għandha tiġi rieżaminata b’mod kostanti. Għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li ma ntlaħqux l-objettivi tagħha.”

.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

P. NAVARRO RÍOS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas-27 ta’ Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 253, 28.9.2010, p. 54).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2423/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)