European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2413

31.10.2023

DIRETTIVA (UE) 2023/2413 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ottubru 2023

li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 114, 192(1) u 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, stipulat fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 (il-“Patt Ekoloġiku Ewropew”), ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) stabbilixxa l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050, u l-mira intermedja ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra ta’ mill-anqas 55 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990 sal-2030. L-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni jeħtieġ tranżizzjoni ġusta tal-enerġija li ma tħalli lill-ebda territorju u lill-ebda ċittadin jibqgħu lura u żieda fl-effiċjenza enerġetika u ishma ferm ogħla ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’sistema tal-enerġija integrata.

(2)

L-enerġija rinnovabbli għandha rwol fundamentali fil-kisba ta’ dawk l-objettivi peress li s-settur tal-enerġija bħalissa jikkontribwixxi aktar minn 75 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra fl-Unjoni. Billi tnaqqas dawk l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, l-enerġija rinnovabbli tista’ tikkontribwixxi wkoll għall-indirizzar tal-isfidi relatati mal-ambjent bħat-telf tal-bijodiversità u għat-tnaqqis tat-tniġġis f’konformità mal-objettivi tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2021, bit-titolu “Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija””. It-tranżizzjoni ekoloġika lejn ekonomija bbażata fuq l-enerġija rinnovabbli se tgħin biex jintlaħqu l-objettivi tad-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) li għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jirrestawra u jtejjeb l-istat tal-ambjent billi, fost l-oħrajn, iwaqqaf u jreġġa’ lura t-telf tal-bijodiversità. Il-fatt li l-enerġija rinnovabbli tnaqqas l-espożizzjoni għax-xokkijiet fil-prezzijiet meta mqabbla mal-karburanti fossili jistgħu jagħtu lill-enerġija rinnovabbli rwol fundamentali fl-indirizzar tal-faqar enerġetiku. L-enerġija rinnovabbli tista’ ġġib magħha wkoll benefiċċji soċjoekonomiċi wiesgħa, toħloq impjiegi ġodda u trawwem industriji lokali filwaqt li tindirizza d-domanda interna u globali dejjem tikber għat-teknoloġija rinnovabbli tal-enerġija.

(3)

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) tistabbilixxi mira ġenerali vinkolanti tal-Unjoni biex sal-2030 jintlaħaq sehem ta’ mill-anqas 32 % tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni. Skont il-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030, stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2020, bit-titolu “It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 Ninvestu f’futur newtrali għall-klima għall-benefiċċju tal-popli tagħna”, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija jkun jeħtieġ li jiżdied għal 40 % sal-2030 sabiex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. F’dak il-kuntest, f’Lulju 2021, bħala parti mill-pakkett biex jitwettaq il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni pproponiet li tirdoppja s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija sal-2030 meta mqabbel mal-2020, biexjintlaħaq mill-anqas 40 %.

(4)

Il-kuntest ġenerali li ħolqot l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna u l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 wasslu għal żieda fil-prezzijiet tal-enerġija fl-Unjoni kollha, u b’hekk enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi aċċelerata l-effiċjenza enerġetika u li jiżdied l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni. Sabiex jintlaħaq l-objettiv fit-tul ta’ sistema tal-enerġija li tkun indipendenti minn pajjiżi terzi, l-Unjoni jenħtieġ li tiffoka fuq l-aċċelerazzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżgurar ta’ politika tal-enerġija ċċentrata fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet li tnaqqas id-dipendenza mill-karburanti fossili importati u li tippromwovi prezzijiet ġusti u ekonomikament aċċessibbli għaċ-ċittadini u l-impriżi tal-Unjoni fis-setturi kollha tal-ekonomija.

(5)

Il-Pjan REPowerEU stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2022 (il-“Pjan REPowerEU”) jimmira biex l-Unjoni ssir indipendenti mill-karburanti fossili Russi, ferm qabel l-2030. Dik il-komunikazzjoni tipprovdi għall-front-loading tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx, żieda fir-rata medja tal-varar ta’ tali enerġija kif ukoll għal kapaċità addizzjonali tal-enerġija rinnovabbli sal-2030 biex takkomoda ż-żieda fil-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika. Stiednet ukoll lill-koleġiżlaturi biex jikkunsidraw li jistabbilixxu mira aktar ambizzjuża jew aktar bikrija għal sehem akbar tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija. F’dak il-kuntest, jixraq li l-mira ġenerali tal-Unjoni tal-enerġija rinnovabbli tiżdied għal 42,5 % sabiex jitħaffef konsiderevolment ir-ritmu attwali tal-varartal-enerġija rinnovabbli u b’hekk titħaffef l-eliminazzjoni gradwali tad-dipendenza tal-Unjoni fuq karburanti fossili Russi billi tiżdied id-disponibbiltà ta’ enerġija ekonomikament aċċessibbli, sigura u sostenibbli fl-Unjoni. Lil hinn minn dak il-livell obbligatorju, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex kollettivament jiksbu mira ġenerali tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni ta’ 45 % f’konformità mal-Pjan REPowerEU.

(6)

Il-miri tal-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li jimxu id f’id mal-isforzi komplementari ta’ dekarbonizzazzjoni fuq il-bażi ta’ sorsi oħra ta’ enerġija mhux fossili lejn il-ksib tan-newtralità klimatika sal-2050. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkombinaw sorsi differenti tal-enerġija mhux fossili sabiex jiksbu l-objettiv tal-Unjoni li ssir newtrali għall-klima sal-2050, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi tagħhom u l-istruttura tal-provvista tal-enerġija tagħhom. Sabiex jintlaħaq dak l-objettiv, il-varartal-enerġija rinnovabbli fil-qafas taż-żieda tal-mira ġenerali vinkolanti tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi integrat fi sforzi komplementari ta’ dekarbonizzazzjoni li jinvolvu l-iżvilupp ta’ sorsi oħra ta’ enerġija mhux fossili li l-Istati Membri jiddeċiedu li jsegwu.

(7)

L-innovazzjoni hija kruċjali għall-kompetittività tal-enerġija rinnovabbli. Il-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2015, bit-titolu “Lejn Pjan tat-Teknoloġija Strateġika Integrata tal-Enerġija (SET): Tħaffef it-Trasformazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija Ewropea” (il-“Pjan SET”) għandu l-għan li jagħti spinta lit-tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija newtrali għall-klima permezz ta’ azzjonijiet għar-riċerka u l-innovazzjoni, li jindirizzaw il-katina kollha tal-innovazzjoni, mir-riċerka sal-adozzjoni mis-suq. Fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), l-Istati Membri jistabbilixxu objettivi nazzjonali u miri ta’ finanzjament għal riċerka u innovazzjoni pubblika u, meta tkun disponibbli, privata marbuta mal-Unjoni tal-Enerġija, li jinkludu, meta jkun xieraq, iż-żmien li fih jenħtieġ li jintlaħqu l-objettivi; li jirriflettu l-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Frar 2015, bit-titolu “Strateġija ta’ Qafas għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b’Politika ta’ Tibdil fil-Klima li Tħares ’il quddiem”, u, meta rilevanti, tal-Pjan SET. Biex jikkumplimentaw l-objettivi nazzjonali u l-miri ta’ finanzjament tagħhom, biex jippromwovu l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli minn teknoloġija innovattiva tal-enerġija rinnovabbli u biex jissalvagwardjaw l-irwol ta’ tmexxija kontinwa tal-Unjoni fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġija rinnovabbli innovattiva tal-enerġija, kull Stat Membru jenħtieġ li jistabbilixxi mira indikattiva għal teknoloġija innovattiva tal-enerġija rinnovabbli ta’ mill-anqas 5 % tal-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli installata ġdida sal-2030.

(8)

Skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), u f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1749 (9), l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu approċċ integrat billi jippromwovu l-aktar sors rinnovabbli effiċjenti fl-enerġija għal kwalunkwe settur u applikazzjoni partikolari, kif ukoll billi jippromwovu l-effiċjenza tas-sistema, sabiex tkun meħtieġa l-anqas enerġija għal kwalunkwe attività ekonomika partikolari.

(9)

L-emendi stabbiliti f’din id-Direttiva huma maħsuba wkoll biex jappoġġjaw il-ksib tal-mira tal-Unjoni ta’ produzzjoni annwali ta’ bijometan sostenibbli ta’ 35 biljun metru kubu sal-2030, stabbilita fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2022, bit-titolu “Implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni REPowerEU: il-ħtiġijiet ta’ investiment, l-aċċeleratur tal-idroġenu u l-kisba tal-miri tal-bijometan”, biex b’hekk tappoġġja s-sigurtà tal-provvista u l-ambizzjonijiet klimatiċi tal-Unjoni.

(10)

Hemm rikonoxximent dejjem akbar tal-ħtieġa għall-allinjament tal-politiki dwar il-bijoenerġija mal-prinċipju tal-użu kaskata tal-bijomassa. Dak il-prinċipju għandu l-għan li jikseb l-effiċjenza tar-riżorsi tal-użu tal-bijomassa billi jagħti prijorità, kull fejn ikun possibbli, lill-użu materjali tal-bijomassa fuq l-enerġija tagħha, u b’hekk jiżdied l-ammont ta’ bijomassa disponibbli fis-sistema. Tali allinjament huwa maħsub biex jiżgura aċċess ġust għas-suq tal-materja prima tal-bijomassa għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi u b’valur miżjud għoli bbażati fuq il-bijoenerġija u bijoekonomija ċirkolari sostenibbli. Meta jiżviluppaw skemi ta’ appoġġ għall-bijoenerġija, l-Istati Membri jenħtieġ li għalhekk iqisu l-provvista disponibbli tal-bijomassa sostenibbli għall-użi enerġetiċi u mhux enerġetiċi u l-manutenzjoni tal-bjar tal-karbonju u tal-ekosistemi nazzjonali fil-foresti kif ukoll il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, il-prinċipju tal-użu kaskata tal-bijomassa u l-ġerarkija tal-iskart stabbilita fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).. F’konformità mal-prinċipju tal-użu kaskata tal-bijomassa, il-bijomassa tal-injam jenħtieġ li tintuża skont l-ogħla valur miżjud ekonomiku u ambjentali tagħha fl-ordni ta’ prijoritajiet li ġejja: prodotti bbażati fuq l-injam, l-estensjoni tal-ħajja operattiva ta’ prodotti bbażati fuq l-injam, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, il-bijoenerġija u ir-rimi. Meta l-ebda użu ieħor għall-bijomassa tal-injam ma jkun ekonomikament vijabbli jew ambjentalment xieraq, l-irkupru tal-enerġija jgħin biex titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi mhux rinnovabbli. L-iskemi ta’ appoġġ tal-Istati Membri għall-bijoenerġija jenħtieġ li għalhekk jiġu diretti lejn tali materja prima li għaliha teżisti ftit kompetizzjoni fis-suq mas-setturi tal-materjali, u li l-akkwist tagħha jitqies pożittiv kemm għall-klima kif ukoll għall-bijodiversità, sabiex jiġu evitati inċentivi negattivi għal perkorsi tal-bijoenerġija mhux sostenibbli, kif identifikat fir-rapport tal-2021 taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni, bit-titolu, “The use of woody biomass for energy production in the EU”.

Fl-istess waqt, fil-miżuri ta’ implimentazzjoni li jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-użu kaskata tal-bijomassa, jeħtieġ li jiġu rikonoxxuti l-ispeċifiċitajiet nazzjonali li jiggwidaw lill-Istati Membri fit-tfassil tal-iskemi ta’ appoġġ tagħhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jidderogaw minn dak il-prinċipju f’ċirkostanzi debitament ġustifikati, pereżempju fejn meħtieġ għal finijiet ta’ sigurtà tal-provvista tal-enerġija, bħal fil-każ ta’ kundizzjonijiet kesħin partikolarment severi. L-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew ukoll jidderogaw minn dak il-prinċipju fejn ma jkunx hemm industriji jew faċilitajiet tal-ipproċessar li jistgħu jagħmlu użu b’valur miżjud ogħla ta’ ċerta materja prima f’perimetru ġeografiku. Fit-tali każ, it-trasport lil hinn minn dan il-perimetru għall-finijiet ta’ tali użu jista’ ma jkunx iġġustifikat minn perspettiva ekonomika jew ambjentali. L-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kwalunkwe -derogi tali. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jagħtu l-ebda appoġġ finanzjarju dirett għall-produzzjoni tal-enerġija minn zkuk għas-serrar, zkuk għall-fuljetti, injam tond ta’ grad industrijali, ġdur u għeruq. Għal fini ta’ din id-Direttiva, il-benefiċċji tat-taxxa mhumiex ikkunsidrati bħala appoġġ finanzjarju direttl. Il-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart jenħtieġ li jkunu l-għażla ta’ prijorità. L-Istati Membri jenħtieġ li jevitaw li joħolqu skemi ta’ appoġġ li jmorru kontra l-miri tat-trattament tal-iskart u li jwasslu għal użu ineffiċjenti tal-iskart riċiklabbli. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat użu aktar effiċjenti tal-bijoenerġija, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jagħtux appoġġ ġdid jew iġeddu kwalunkwe appoġġ għall-impjanti tal-elettriku biss, sakemm l-installazzjonijiet ma jkunux jinstabu f’reġjuni bi status ta’ użu speċifiku fir-rigward tat-tranżizzjoni tagħhom lil hinn mill-karburanti fossili jew f’reġjuni ultraperiferiċi imsemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU), jew l-installazzjonijiet jużaw il-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju.

(11)

It-tkabbir rapidu u ż-żieda fil-kompetittività tal-kostijiet tal-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli jistgħu jissodisfaw sehem dejjem akbar tad-domanda għall-enerġija, pereżempju bl-użu ta’ pompi tas-sħana għal tisħin tal-post jew ta’ proċessi industrijali ta’ temperatura baxxa, ta’ vetturi elettriċi għat-trasport, jew ta’ fran elettriċi f’ċerti industriji. L-elettriku rinnovabbli jista’ jintuża wkoll biex jiġu prodotti karburanti sintetiċi għall-konsum f’setturi tat-trasport li diffiċli jiġu dekarbonizzati bħall-avjazzjoni u t-trasport marittimu. Qafas għall-elettrifikazzjoni jrid jippermetti koordinazzjoni robusta u effiċjenti u li jespandi l-mekkaniżmi tas-suq biex jilħaq kemm il-provvista kif ukoll id-domanda fl-ispazju u fiż-żmien, jistimula l-investimenti fil-flessibbiltà, u jgħin fl-integrazzjoni ta’ ishma kbar ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli varjabbli. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-varar tal-elettriku rinnovabbli jkompli jiżdied b’pass adegwat biex tintlaħaq id-domanda dejjem tikber. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu qafas li jinkludi mekkaniżmi kompatibbli mas-suq biex jindirizzaw l-ostakli li jifdal biex ikun hemm sistemi tal-elettriku sikuri u adegwati adatti għal livell għoli ta’ enerġija rinnovabbli, kif ukoll faċilitajiet ta’ ħżin, integrati bis-sħiħ fis-sistema tal-elettriku. B’mod partikolari, dak il-qafas jenħtieġ li jindirizza l-ostakli li jifdal inklużi dawk mhux finanzjarji bħal, min-naħa tal-awtoritajiet, in-nuqqas ta’ riżorsi diġitali u umani suffiċjenti għall-ipproċessar ta’ għadd dejjem akbar ta’ applikazzjonijiet għall-permessi.

(12)

Meta jiġi kkalkulat is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fi Stat Membru, il-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika jenħtieġ li jingħaddu fis-settur fejn jiġu kkunsmati (elettriku, tisħin u tkessiħ, jew trasport). Biex jiġi evitat l-għadd doppju, l-elettriku rinnovabbli użat għall-produzzjoni ta’ dawk il-karburanti jenħtieġ li ma jingħaddx. Dak jirriżulta f’armonizzazzjoni tar-regoli ta’ kontabbiltà għal dawk il-karburanti fid-Direttiva (UE) 2018/2001 kollha, irrispettivament minn jekk dawn jingħaddux għall-mira ġenerali tal-enerġija rinnovabbli jew għal kwalunkwe sottomira. Dan jippermetti wkoll li tiġi kkalkulata l-enerġija reali kkunsmata, filwaqt li jitqies it-telf tal-enerġija fil-proċess għall-produzzjoni ta’ dawk il-karburanti. Barra minn hekk, dan jippermetti li jingħaddu l-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika importati fl-Unjoni u kkunsmati fiha. L-Istati Membri għandhom jitħallew jaqblu, permezz ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni speċifiku, li jgħoddu l-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika kkunsmati fi Stat Membru partikolari mas-sehem tal-konsum finali gross tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-Istat Membru fejn ġew prodotti. Fejn tali ftehimiet ta’ kooperazzjoni jiġu stipulati, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, l-Istati Membri huma mħeġġa jgħoddu l-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika li huma prodotti fi Stat Membru li mhux fost l-Istati Membri fejn jiġu kkunsmati kif ġej: sa 70 % tal-volum tagħhom fil-pajjiż fejn jiġu kkunsmati u sa 30 % tal-volum tagħhom fil-pajjiż fejn huma prodotti. Il-ftehimiet bejn l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-forma ta’ ftehim speċifiku ta’ kooperazzjoni stipulat permezz tal-pjattaforma tal-Unjoni għall-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli, imnedija fid-29 ta’ Novembru 2021.

(13)

Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri għall-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli tista’ tieħu l-forma ta’ trasferimenti statistiċi, skemi ta’ appoġġ jew proġetti konġunti. Dan jippermetti l-varar kosteffiċjenti tal-enerġija rinnovabbli madwar l-Ewropa u jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq. Minkejja l-potenzjal tagħha, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kienet limitata ħafna, u b’hekk wasslet għal riżultati subottimali f’termini ta’ effiċjenza fiż-żieda tal-enerġija rinnovabbli. Għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu obbligati jistabbilixxu qafas għall-kooperazzjoni dwar proġetti konġunti sal-2025. Fi ħdan tali qafas, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovaw li jistabbilixxu mill-anqas żewġ proġetti konġunti sal-2030. Barra minn hekk, l-Istati Membri li l-konsum annwali tagħhom tal-elettriku jaqbeż il-100 TWh jenħtieġ li jipprovaw li jistabbilixxu t-tielet proġett konġunt sal-2033. Il-proġetti ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet nazzjonali skont il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294 (11) jissodisfaw dak l-obbligu għall-Istati Membri involuti.

(14)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta’ Novembru 2020, bit-titolu “Strateġija tal-UE biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għal futur newtrali għall-klima”, il-Kummissjoni introduċiet objettiv ambizzjuż ta’ 300 GW ta’ enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta u ta’ 40 GW ta’ enerġija mill-oċeani fil-baċiri tal-baħar kollha tal-Unjoni sal-2050. Sabiex tiġi żgurata dik il-bidla gradwali, l-Istati Membri se jkollhom bżonn jaħdmu flimkien bejn il-fruntieri fil-livell tal-baċir tal-baħar. Ir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jirrikjedi (12) li l-Istati Membri jikkonkludu ftehimiet mhux vinkolanti biex jikkooperaw dwar l-għanijiet għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta li għandha tiġi varata f’kull baċir tal-baħar sal-2050, bi stadji intermedji fl-2030 u fl-2040. Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-volumi ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta li l-Istati Membri beħsiebhom jiksbu permezz tal-offerti żżid it-trasparenza u l-prevedibbiltà għall-investituri u tappoġġja l-ksib tal-għanijiet tat-twettiq għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta. L-ippjanar tal-ispazju marittimu huwa għodda essenzjali biex tiġi żgurata l-koeżistenza ta’ użi differenti tal-baħar. L-allokazzjoni tal-ispazju għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fil-pjani tal-ispazju marittimu hija meħtieġa biex tippermetti l-ippjanar fit-tul, biex jiġi evalwat l-impatt tal-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta u biex tiġi żgurata l-aċċettazzjoni pubblika tal-varar ippjanat tagħhom. L-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli fi proġetti konġunti dwar l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta jipprovdi mezzi oħrajn biex tissaħħaħ l-aċċettazzjoni pubblika.

(15)

Is-suq għall-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli qed jikber b’mod rapidu u jipprovdi rotta komplementari għas-suq tal-ġenerazzjoni rinnovabbli flimkien ma’ skemi ta’ appoġġ mill-Istati Membri jew għall-bejgħ dirett fis-suq tal-elettriku bl-ingrossa. Fl-istess ħin, is-suq għall-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli għadu limitat għal għadd żgħir ta’ Stati Membri u impriżi kbar, b’ostakli amministrattivi, tekniċi u finanzjarji sinifikanti li jifdal f’partijiet kbar tas-suq tal-Unjoni. Għalhekk, il-miżuri eżistenti previsti fl-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 biex jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta’ ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li jissaħħu ulterjorment, billi jiġi esplorat l-użu ta’ garanziji ta’ kreditu biex jitnaqqsu r-riskji finanzjarji ta’ tali ftehimiet, filwaqt li jitqies li dawk il-garanziji, fejn ikunu pubbliċi, jenħtieġ li ma jeskludux il-finanzjament privat. Barra minn hekk, il-miżuri b’appoġġ għall-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li jiġu estiżi għal forom oħra ta’ ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli, inklużi, fejn rilevanti, ftehimiet dwar ix-xiri tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza l-ostakli għal ftehimiet fit-tul dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari għall-varar ta’ ftehimiet transfruntiera dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli, u tniedi gwida dwar it-tneħħija ta’ dawn l-ostakli.

(16)

Jista’ jkun hemm bżonn ta’ aktar semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-ħruġ ta’ permessi biex jiġi eliminat il-piż amministrattiv bla bżonn bil-għan li jiġu stabbiliti proġetti tal-enerġija rinnovabbli kif ukoll għall-proġetti relatati tal-infrastruttura tal-grilja. Fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u abbażi tar-rapporti nazzjonali integrati sottomessi dwar il-progress għall-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali biex ikomplu jappoġġjaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2018/2001 li jirregolaw il-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi, inkluż fid-dawl tar-rekwiżit tal-punit ta’ kuntatt stabbiliti u nominati skont l-Artikolu 16 ta’ dik id-Direttiva biex jiġi żgurat li jiġu rispettati l-iskadenzi għall-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi stabbiliti f’dik id-Direttiva. Għandu jkun possibbli li tali miżuri addizzjonali jkunu jinkludu indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni indikattivi dwar, fost l-oħrajn, it-tul tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi rigward proġetti tal-enerġija rinnovabbli ġewwa u barra ż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli.

(17)

Il-binjiet għandhom potenzjal kbir mhux sfruttat biex jikkontribwixxu b’mod effettiv għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni. Id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ fil-bini permezz ta’ sehem akbar fil-produzzjoni u fl-użu tal-enerġija rinnovabbli se tkun meħtieġa biex tiġi ssodisfata l-ambizzjoni prevista fir-Regolament (UE) 2021/1119 biex jintlaħaq l-objettiv tal-Unjoni tan-newtralità klimatika. Madankollu, il-progress dwar l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ kien staġnat matul l-aħħar deċennju, li fil-biċċa l-kbira jiddependi minn użu akbar tal-bijomassa. Mingħajr l-istabbiliment ta’ ishma indikattivi tal-enerġija rinnovabbli fil-bini, mhux se jkun possibbli li jiġi traċċat il-progress u jiġu identifikati l-konġestjonijiet fl-użu tal-enerġija rinnovabbli. L-istabbiliment ta’ ishma indikattivi ta’ enerġija rinnovabbli fil-bini jipprovdi sinjal fit-tul lill-investituri, inkluż għall-perjodu immedjatament wara l-2030. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ishma indikattivi għall-użu tal-enerġija rinnovabbli fil-binjiet, jiġifieri, prodotti fuq il-post jew fil-qrib u kif ukoll bħala enerġija rinnovabbli meħudha mill-grilja, biex jiggwidaw u jinkoraġġixxu l-isforzi tal-Istati Membri biex jisfruttaw il-potenzjal tal-użu u l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ teknoloġija li tipproduċi l-enerġija rinnovabbli u tgħin l-integrazzjoni effiċjenti fis-sistema tal-enerġija ta’ tali teknoloġija, filwaqt li jipprovdu ċertezza għall-investituri u l-involviment fil-livell lokali kif ukoll jikkontribwixxu għall-effiċjenza tas-sistema. Jenħtieġ li teknoloġija intelliġenti u innovattiva li tikkontribwixxi għall-effiċjenza tas-sistema tiġi promossa wkoll fejn ikun xieraq. Għall-kalkolu ta’ dawk l-ishma indikattivi, meta jiġi determinat is-sehem tal-enerġija rinnovabbli mill-grilja użat fil-bini, l-Istati Membri jenħtieġ li jużaw is-sehem medju tal-elettriku rinnovabbli fornut fit-territorju tagħhom fis-sentejn preċedenti.

(18)

Is-sehem indikattiv tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni fis-settur tal-bini li għandu jintlaħaq sal-2030 jikkostitwixxi stadju importanti minimu meħtieġ biex tiġi żgurata d-dekarbonizzazzjoni tal-istokk tal-bini tal-Unjoni sal-2050 u jikkomplementa l-qafas regolatorju relatat mal-effiċjenza enerġetika u r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Huwa essenzjali li tippermetti eliminazzjoni gradwali bla xkiel u kosteffettiva tal-karburanti fossili mill-bini biex tiġi żgurata s-sostituzzjoni tagħhom b’enerġija rinnovabbli. Is-sehem indikattiv tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini jikkomplementa l-qafas regolatorju għall-bini skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini billi jiżgura li t-teknoloġija, l-apparat u l-infrastrutturi tal-enerġija rinnovabbli, inkluż it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti, jiġu mqawwa biżżejjed fil-ħin biex gradwalment jissostitwixxu l-karburanti fossili fil-bini u biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ provvista tal-enerġija rinnovabbli sikura u affidabbli għal bini b’użu ta’ kważi żero enerġija sal-2030. Is-sehem indikattiv tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini jippromwovi wkoll l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli fi strateġiji u pjanijiet nazzjonali fit-tul għar-rinnovazzjoni tal-bini, li b’hekk jippermettu l-kisba tad-dekarbonizzazzjoni tal-bini. Barra minn hekk, is-sehem indikattiv tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini jipprovdi indikatur addizzjonali importanti għall-promozzjoni tal-iżvilupp jew il-modernizzazzjoni ta’ networks effiċjenti ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali, u b’hekk jikkomplementa kemm il-mira indikattiva tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 kif ukoll ir-rekwiżit li jiġi żgurat li l-enerġija rinnovabbli u s-sħana u l-kesħa mormija minn sistemi effiċjenti ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali jkunu disponibbli biex jgħinu jkopru l-użu annwali totali tal-enerġija primarja ta’ bini ġdid jew rinnovat. Dak is-sehem indikattiv tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini huwa meħtieġ ukoll biex jiżgura it-twettiq b’mod kost-effettiv taż-żieda annwali fit-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(19)

Minħabba l-konsum kbir tal-enerġija fil-bini residenzjali, kummerċjali u pubbliku, id-definizzjonijiet eżistenti previsti fir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jistgħu jintużaw fil-kalkolu tas-sehem nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli fil-bini sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv filwaqt li jiġi żgurat progress fit-twettiq tas-sehem indikattiv tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini tal-Unjoni sal-2030.

(20)

Wieħed mill-ostakli ewlenin biex jinvestu fi proġetti ta’ enerġija rinnovabbli u fl-infrastruttura relatata tagħhom huwa proċeduri amministrattivi twal għall-ħruġ tal-permessi. Fost dawk l-ostakli hemm il-kumplessità tar-regoli applikabbli għall-għażla tas-siti u għall-awtorizzazzjonijiet amministrattivi għal tali proġetti, il-kumplessità u t-tul ta’ żmien tal-valutazzjoni tal-impatti ambjentali ta’ tali proġetti, u networks relatati tal-enerġija, il-problemi tal-konnessjoni mal-grilja, ir-restrizzjonijiet fuq l-adattament tal-ispeċifikazzjonijiet tat-teknoloġija tul il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi, u problemi relatati mal-persunal tal-awtoritajiet li joħorġu l-permessi jew tal-operaturi tal-grilja. Sabiex jitħaffef ir-ritmu ta’ varar ta’ tali proġetti, jeħtieġ li jiġu adottati regoli li jissemplifikaw u jqassru l-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi, filwaqt li titqies l-aċċettazzjoni pubblika wiesgħa tal-varar tal-enerġija rinnovabbli.

(21)

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tissemplifika r-rekwiżiti għas-semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-ħruġ tal-permessi għallimpjanti tal-enerġija rinnovabbli billi tintroduċi regoli dwar l-organizzazzjoni u t-tul ta’ żmien massimu tal-parti amministrattiva tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli, li jkopru l-permessi rilevanti kollha għall-bini, ir-repowering u t-tħaddim tal-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, u għall-konnessjoni ta’ tali mpjanti mal-grilja.

(22)

Aktar semplifikazzjoni u tqassir tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi amministrattivi għall-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, inklużi dawk l-impjanti tal-enerġija li jikkombinaw sorsi differenti ta’ enerġija rinnovabbli, il-pompi tas-sħana, il-ħażna tal-enerġija kolokalizzat, inkluż il-faċilitajiet tal-elettriku u termiċi, kif ukoll l-assi meħtieġa għall-konnessjoni ta’ tali mpjanti, pompi tas-sħana u ħażna mal-grilja, u biex is-sorsi rinnovabbli jiġu integrati fin-networks tat-tisħin u tat-tkessiħ b’mod koordinat u armonizzat huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tilħaq il-miri ambizzjużi tagħha dwar il-klima u l-enerġija għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050, filwaqt li jitqies il-prinċipju “la tagħmilx ħsara” tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni interna tal-kompetenzi fl-Istati Membri.

(23)

L-introduzzjoni ta’ skadenzi iqsar u ċari għad-deċiżjonijiet li jridu jieħdu l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-permessi għall-installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli abbażi ta’ applikazzjoni sħiħa, hija maħsuba biex iħaffef il-varar tal-proġetti tal-enerġija rinnovabbli. Iż-żmien meħud biex jinbnew l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli u l-konnessjoni tagħhom mal-grilja jenħtieġ li ma jingħaddx għal dawk l-iskadenzi, ħlief meta jikkoinċidi ma’ passi amministrattivi oħra fil-proċedura tal-ħruġ tal-permessi.Madanakollu, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn il-proġetti li jinsabu f’żoni partikolarment adattati għall-varar ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli, li għalihom l-iskadenzi jistgħu jiġu ssemplifikati b’mod partikolari żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, u l-proġetti li jinsabu barra minn tali żoni. Jenħtieġ li jitqiesu l-partikolaritajiet tal-proġetti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta meta jiġu ffissati dawk l-iskadenzi.

(24)

Uħud mill- problemi l-aktar komuni li jkollhom l-iżviluppaturi tal-proġetti tal-enerġija rinnovabbli huma relatati ma’ proċeduri amministrattivi kumplessi u twal, għall-ħruġ tal-permessi u ta’ konnessjoni mal-grilja stabbiliti fil-livell nazzjonali jew reġjonali u man-nuqqas ta’ persunal u ta’ għarfien tekniku suffiċjenti fl-awtoritajiet għall-ħruġ tal-permessi biex jiġi vvalutat l-impatt ambjentali tal-proġetti proposti. Għalhekk, jixraq jiġu ssemplifikati ċerti aspetti relatati mal-ambjent tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli.

(25)

L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġjaw il-varar aktar mgħaġġel ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli billi jwettqu mmappjar ikkoordinat għall-varar tal-enerġija rinnovabbli u l-infrastruttura relatata mwettqa mill-Istati Membri f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali. L-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw iż-żoni meħtieġa tal-art, is-superfiċje tal-art, is-sottosuperfiċje, u tal-baħar jew tal-ilmijiet interni meħtieġa għall-installazzjoni ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli u l-infrastruttura relatata sabiex jilħqu mill-anqas il-kontributi nazzjonali għall-mira riveduta tal-enerġija rinnovabbli b’mod ġenerali għall-2030 stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u bħala appoġġ għall-ilħuq tal-objettiv tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/1119. L-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jużaw id-dokumenti eżistenti għall-ippjanar tat-territorju biex jidentifikaw dawk iż-żoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li tali żoni jirriflettu t-trajettorji stmati u l-kapaċità installata ppjanata totali tagħhom u jenħtieġ li jidentifikaw iż-żoni speċifiċi għat-tipi differenti ta’ teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli previsti fil-pjanijiet nazzjonali integrati tal-Istati Membri għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. L-identifikazzjoni taż-żoni meħtieġa tal-art, is-superfiċje tal-art, is-sottosuperfiċje, u tal-baħar jew tal-ilmijiet interni jenħtieġ li tqis b’mod partikolari d-disponibbiltà tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u l-potenzjal offrut miż-żoni differenti tal-art u tal-baħar għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli tat-tipi differenti ta’ teknoloġija, id-domanda proġettata għall-enerġija, filwaqt li titqies l-effiċjenza enerġetika u tas-sistema, b’mod ġenerali u fir-reġjuni differenti tal-Istat Membru, u d-disponibbiltà tal-infrastruttura tal-enerġija rilevanti, il-ħżin, u għodod oħra ta’ flessibbiltà b’kont meħud għal-kapaċità meħtieġa biex jiġi indirizzat l-ammont dejjem akbar ta’ enerġija rinnovabbli, kif ukoll is-sensittività ambjentali f’konformità mal-Anness III tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

(26)

Bħala subsett ta’ dawk iż-żoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeżinjaw dawk iż-żoni tal-art (inklużi tas-superfiċje u tas-sottosuperfiċje) u tal-baħar jew tal-ilmijiet interni speċifiċi bħala żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli. Jenħtieġ li dawk iż-żoni jkunu partikolarment adattati għall-iskop tal-iżvilupp ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li jiddifferenzjaw bejn it-tipi ta’ teknoloġija, fuq il-bażi li l-varar tat-tip speċifiku ta’ sors tal-enerġija rinnovabbli ma jkunx mistennij jħalli impatt ambjentali sinifikanti. Meta jiddeżinjaw iż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, l-Istati Membri jenħtieġ li jevitaw żoni protetti u jqisu pjanijiet ta’ restawr u miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeżinjaw żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli speċifikament għal tip wieħed jew aktar ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli u jenħtieġ li jindikaw it-tip jew it-tipi ta’ enerġija mis-sorsi rinnovabbli li jkunu adatti biex jiġu prodotti f’tali żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli. L-Istati Membri jenħtieġ li jiddeżinjaw tali żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli għal mill-anqas tip wieħed ta’ teknoloġija, u jenħtieġ li jiddeċiedu d-daqs ta’ tali żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet u r-rekwiżiti tat-tip jew tipi ta’ teknoloġija li għalihom jistabbilixxu żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jimmiraw li jiżguraw għall-fatt li d-daqs ikkombinat ta’ dawk iż-żoni jkun sinifikanti u li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001.

(27)

L-użu multiplu tal-ispazju għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u użi oħra tal-art, l-ilmijiet interni u l-baħar, bħall-produzzjoni tal-ikel jew il-ħarsien jew restawr tan-natura, itaffi r-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-art, l-ilmijiet interni u l-baħar. F’dak il-kuntest, l-ippjanar tat-territorju hija għodda essenzjali li biha jiġu identifikati u orjentati s-sinerġiji għall-użu tal-art, l-ilmijiet interni u l-baħar fi stadju bikri. L-Istati Membri jenħtieġ li jeżaminaw, jippermettu u jiffavorixxu l-użi multipli taż-żoni identifikati b’riżultat tal-miżuri tal-ippjanar tat-territorju adottati. Għal dak l-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jiffaċilitaw il-bidliet fl-użu tal-art u tal-baħar fejn meħtieġ, dment li l-użi u l-attivitajiet differenti jkunu kompatibbli ma xulxin u jistgħu jeżistu flimkien.

(28)

Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) tistabbilixxi l-valutazzjonijiet ambjentali bħala għodda importanti li biha tintegra l-kunsiderazzjonijiet ambjentali fit-tħejjija u fl-adozzjoni tal-pjanijiet u tal-programmi. Sabiex jiddeżinjaw żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, l-Istati Membri jenħtieġ li jħejju pjan wieħed jew aktar li jinkludi/u d-deżinjazzjoni ta’ żoni għall-aċċelerazzjoni ta’ enerġiji rinnovabbli u r-regoli applikabbli u l-miżuri ta’ mitigazzjoni għall-proġetti li jinsabu f’kull wieħed minn dawk iż-żoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jħejju pjan uniku għaż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli u għat-teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli kollha, jew inkella pjanijiet speċifiċi għat-teknoloġija li jiddeżinjaw żona ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli waħda jew aktar. Kull pjan jenħtieġ li jkun soġġett għal valutazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42/KE sabiex jiġi vvalutat l-impatt ta’ kull teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli fuq iż-żoni rilevanti magħżula f’dak il-pjan. It-twettiq ta’ valutazzjoni ambjentali skont dik id-Direttiva għal dak il-għan jippermetti lill-Istati Membri jkollhom approċċ aktar integrat u effiċjenti għall-ippjanar, jiżguraw parteċipazzjoni fi stadju bikri u jqisu l-kunsiderazzjonijiet ambjentali f’fażi bikrija tal-proċess tal-ippjanar f’livell strateġiku. Dak għandu jikkontribwixxi biex jitħaffef il-varar ta’ sorsi differenti ta’ enerġija rinnovabbli b’mod aktar mgħaġġel u aktar issemplifikat, filwaqt li jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-effetti ambjentali negattiv minn dawk il-proġetti. Jenħtieġ li dawk il-valutazzjonijiet ambjentali jinkludu konsultazzjonijiet transkonfinali bejn l-Istati Membri jekk il-pjan x’aktarx li jkollu effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor.

(29)

Wara l-adozzjoni tal-pjanijiet li jiddeżinjaw iż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, l-Istati Membri jenħtieġ li jimmonitorjaw kwalunkwe effett negattiv ambjentali sinifikanti tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet u tal-programmi sabiex, fost l-oħrajn, jidentifikaw fi stadju bikri l-effetti ħżiena mhux previsti u biex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni ta’ rimedju xierqa, f’konformità mad-Direttiva 2001/42/KE.

(30)

Sabiex tiżdied l-aċċettazzjoni pubblika tal-proġetti tal-enerġija rinnovabbli, l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu miżuri xierqa biex jippromwovu l-parteċipazzjoni tal-komunitajiet lokali fi proġetti tal-enerġija rinnovabbli. Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (16), iffirmata f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998 b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni pubblika u mal-aċċess għall-ġustizzja, jibqgħu applikabbli.

(31)

Sabiex jiġi ssemplifikat il-proċess ta’ deżinjazzjoni ta’ żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli u tiġi evitata id-duplikazzjoni ta’ valutazzjonijiet ambjentali doppja ta’ żona unika, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri jiddikjaraw żoni li diġà ġew iddeżinjati bħala idonei għal varar aċċelerat ta’ teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli skont il-liġi nazzjonali bħala żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli. Tali dikjarazzjonijiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet ambjentali, li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali. Il-possibbiltà għad-deżinjazzjoni taż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli fl-ippjanar eżistenti jenħtieġ li tkun limitata fiż-żmien, sabiex jiġi żgurat li ma tipperikolax il-proċess standard għad-deżinjazzjoni taż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli. Il-proġetti li jinsabu f’żoni nazzjonali deżinjati eżistenti f’żoni protetti li ma jistgħux jiġu ddikjarati bħala żoni ta’ aċċelerazzjoni rinnovabbli jenħtieġ li jkomplu joperaw bl-istess kundizzjonijiet li taħthom ġew stabbiliti.

(32)

Iż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, flimkien mal-impjanti tal-enerġija rinnovabbli eżistenti, l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli futuri barra minn tali żoni u l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni, jenħtieġ li jkollhom l-għan li jiżguraw li l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli jkunu biżżejjed biex jinkiseb il-kontribut tal-Istati Membri għall-mira tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni b’mod ġenerali stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu jkollhom il-possibbiltà li joħorġu permessi għal proġetti barra minn żoni bħal dawn.

(33)

Fiż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, il-proġetti tal-enerġija rinnovabbli li jikkonformaw mar-regoli u mal-miżuri identifikati fil-pjanijiet li jħejju l-Istati Membri jenħtieġ li jibbenefikaw mill-preżunzjoni ta’ assenza ta’ effetti sinifikanti fuq l-ambjent. Għalhekk, tali proġetti jenħtieġ li jkunu eżenti mill-obbligu li titwettaq valutazzjoni speċifika tal-impatt ambjentali fil-livell tal-proġetti, fit-tifsira tad-Direttiva 2011/92/UE, bl-eċċezzjoni tal-proġetti li fihom Stat Membru jkun iddetermina li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali fil-lista obbligatorja nazzjonali tiegħu ta’ proġetti u ta’ proġetti li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor jew meta Stat Membru li x’aktarx ikun affettwat b’mod sinifikanti jitlob dan. L-obbligi skont il-Konvenzjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali f’kuntest transkonfinali (17), iffirmata f’Espoo fil-25 ta’ Frar 1991, jenħtieġ li jibqgħu applikabbli għall-Istati Membri meta l-proġett aktarx ikun se jħalli impatt transkonfinali sinifikanti f’xi pajjiż terz.

(34)

L-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) jibqgħu applikabbli fir-rigward tal-impjanti idroelettriċi, inkluż fejn l-Istat Membru jiddeċiedi li jiddeżinja żoni ta’ aċċelerazzjoni rinnovabbli relatati mal-idroenerġija, bil-ħsieb li jiġi żgurat li impatt ħażin potenzjali fuq il-korp tal-ilma jew il-korpi tal-ilma kkonċernati jkun iġġustifikat u li jiġu implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni rilevanti kollha.

(35)

Id-deżinjazzjoni taż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li tippermetti li l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli u l-faċilitajiet tal-ħażna tal-enerġija kolokalizzat, kifi ukoll il-konnessjoni ta’ tali mpjanti u ħażna mal-grilja jibbenefikaw mill-prevedibbiltà u minn proċeduri amministrattivi għall-ħruġ tal-permessi simplifikati. B’mod partikolari, il-proġetti li jinsabu fiż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li jibbenefikaw minn proċeduri amministrattivi għall-ħruġ tal-permessi mħeffa, inkluż, approvazzjoni taċita f’każ ta’ nuqqas ta’ tweġiba mill-awtorità kompetenti dwar xi pass amministrattiv intermedjarju sal-iskadenza stabbilita, dment li l-proġett speċifiku ma jkunx soġġett għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali jew meta l-prinċipju ta’ approvazzjoni taċita amministrattiva ma jeżistix fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Jenħtieġ li dawk il-proġetti jibbenefikaw ukoll minn skadenzi ċari u minn ċertezza legali rigward l-eżitu mistenni tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi. Ladarba tiġi ppreżentata applikazzjoni għal proġett f’żona ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, l-Istat Membru jenħtieġ li jwettaq proċess ta’ skrinjar rapidu bl-għan li jidentifikaw jekk hemmx probabbiltà għolja li l-proġett jwassal għal effetti ħżiena sinifikanti mhux previsti fid-dawl tas-sensittività ambjentali taż-żona ġeografika fejn jinsabu, li ma kinux identifikati matul il-valutazzjoni ambjentali tal-pjanijiet li jiddeżinjaw żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli mwettqa skont id-Direttiva 2001/42/KE u jekk il-proġett jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/92/UE abbażi tal-probabbiltà li jkollu effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor jew abbażi ta’ talba ta’ Stat Membru li x’aktarx tiġi affettwata b’mod sinifikanti. Għall-fini ta’ tali proċess ta’ skrinjar, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun tista’ titlob lill-applikant jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali disponibbli mingħajr il-ħtieġa ta’ valutazzjoni jew ġbir ta’ data ġodda.

Il-proġetti kollha li jinsabu f’żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli li jikkonformaw mar-regoli u l-miżuri identifikati fil-pjanijiet imħejjija mill-Istati Membri jenħtieġ li jitqiesu li huma approvati fi tmiem tali proċess ta’ skrinjar. Dment li l-Istati Membri għandhom evidenza ċara sabiex jikkunsidraw li proġett speċifiku x’aktarx li jagħti lok għal tali effetti negattivi sinifikanti mhux previsti, jenħtieġ li l-Istati Membri, wara tali proċess ta’ skrinjar, jissottoponu l-proġett għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE u, fejn rilevanti, valutazzjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (19). L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħhom li jissoġġettaw proġetti għal tali valutazzjonijiet qabel ma jwettqu dawk il-valutazzjonijiet. Jenħtieġ li tali valutazzjonijiet jitwettqu fi żmien sitt xhur minn tali deċiżjonijiet bil-possibbiltà li tiġi estiża l-iskadenza abbażi ta’ ċirkostanzi straordinarji. Huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jintroduċu derogi mill-obbligu li jwettqu tali valutazzjonijiet għal proġetti fotovoltajċi eoliċi u solari f’ċirkostanzi ġustifikati, għaliex tali proġetti huma mistennija li jipprovdu maġġoranza kbira tal-elettriku rinnovabbli sal-2030. F’tali każ, l-iżviluppatur tal-proġett jenħtieġ li jadotta miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati jew, jekk ma jkunux disponibbli, miżuri kumpensatorji, li, jekk ma jkunux disponibbli miżuri ta’ kumpens proporzjonati oħra, jistgħu jieħdu l-forma ta’ kumpens monetarju, sabiex jiġu indirizzati dawk effetti ħżiena sinifikanti u mhux previsti identifikati matul il-proċess ta’ skrinjar.

(36)

Peress li jeħtieġ jitħaffef il-varar tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, id-deżinjazzjoni taż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li ma twaqqafx l-installazzjoni attwali u futura tal-proġetti tal-enerġija rinnovabbli fiż-żoni kollha disponibbli għall-varar tal-enerġija rinnovabbli. Tali proġetti jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għall-obbligu tat-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt ambjentali dedikata skont id-Direttiva 2011/92/UE u jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi applikabbli għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli li jinsabu barra miż-żoni ta’ aċċelerazzjoni. Biex jitħaffu l-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi fuq skala meħtieġa biex tintlaħaq il-mira tal-enerġija rinnovabbli stabbilita fid-Direttiva (UE) 2018/2001, anke l-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi applikabbli għall-proġetti barra miż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li jiġu ssemplifikati billi jiddaħħlu skadenzi massimi ċari għall-passi kollha tal-proċedura għall-ħruġ tal-permessi, inkluż valutazzjonijiet ambjentali dedikati għal kull proġett.

(37)

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli jistgħu jirriżultaw fil-qtil jew it-tfixkil okkażjonali tal-għasafar u ta’ speċijiet oħra protetti skont id-Direttiva 92/43/KEE jew id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). Madankollu, tali qtil jew tfixkil ta’ speċijiet protetti ma għandux jitqies li huwa intenzjonat fit-tifsira ta’ dawk id-Direttivi jekk il-proġett għall-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ dawk l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli jipprovdu għal miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa biex jiġi evitat tali qtil, biex jiġi evitat tfixkil, u biex jivvaluta l-effettività ta’ dawk il-miżuri permezz ta monitoraġġ xieraq u, fid-dawl tal-informazzjoni miġbura, biex jieħu aktar miżuri kif meħtieġ biex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-popolazzjoni tal-ispeċijiet ikkonċernati.

(38)

Minbarra l-installazzjoni ta’ impjanti ġodda tal-enerġija rinnovabbli, ir-repowering ta’ impjanti eżistenti tal-enerġija rinnovabbli għandu potenzjal sinifikanti li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri tal-enerġija rinnovabbli. Peress li, l-impjanti eżistenti tal-enerġija rinnovabbli kienu ġew, fil-parti l-kbira, installati f’siti b’potenzjal sinifikanti ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, ir-repowering jista’ jiżgura l-użu kontinwu ta’ dawk is-siti filwaqt li jnaqqas il-ħtieġa li jiġu deżinjati siti ġodda għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli. Ir-repowering jinkludi benefiċċji oħra bħall-konnessjoni eżistenti mal-grilja, probabbiltà ta’ grad ogħla ta’ aċċettazzjoni pubblika u għarfien tal-impatt ambjentali.

(39)

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tintroduċi proċeduri semplifikati għall-ħruġ tal-permessi għar-repowering. Sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa dejjem akbar ta’ repowering tal-impjanti eżistenti tal-enerġija rinnovabbli u biex jinħatfu bis-sħiħ il-vantaġġi tiegħu, huwa xieraq li tiġi stabbilita proċedura għall-ħruġ tal-permessi ferm iqsar għar-repowering tal-impjanti tal-enerġija rinnovabbli li jinsabu fiż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, inkluż proċess iqsar tal-iskrinjar. Għar-repowering tal-impjanti eżistenti tal-enerġija rinnovabbli li jinsabu barra miż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw proċedura semplifikata u rapida għall-ħruġ tal-permessi li jenħtieġ li ma taqbiżx sena, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara” tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

(40)

Sabiex jiġi promoss u aċċelerat aktar ir-repowering tal-impjanti eżistenti tal-enerġija rinnovabbli, jenħtieġ li tiġi stabbilita minnufih proċedura għall-ħruġ tal-permessi semplifikata għall-konnessjonijiet mal-grilja fejn ir-repowering jirriżulta f’żieda limitata fil-kapaċità totali meta mqabbla mal-proġett oriġinali. Ir-repowering tal-proġetti tal-enerġija rinnovabbli jinvolvi bidliet fil-proġetti eżistenti jew l-estensjoni tagħhom sa punti differenti. Il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi, inkluż il-valutazzjonijiet ambjentali u l-iskrinjar, għar-repowering tal-proġetti tal-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li jkun limitat għall-impatt potenzjali li jirriżultaw mill-bidla jew l-estensjoni meta mqabbla mal-proġett oriġinali.

(41)

Meta jsir repowering ta’ installazzjoni solari, jistgħu jinkisbu żidiet fl-effiċjenza u fil-kapaċità mingħajr ma jiżdied l-ispazju okkupat. Għalhekk l-installazzjoni li tiġi repowered ma jkollhiex impatt differenti fuq l-ambjent mill-installazzjoni oriġinali sakemm l-ispazju użat ma jiżdiedx fil-proċess, u l-miżuri ta’ mitigazzjoni ambjentali oriġinarjament meħtieġa jkomplu jiġu rrispettati.

(42)

L-installazzjoni tat-tagħmir tal-enerġija solari, u l-ħażna tal-enerġija kolokalizzat relatat, kif ukoll il-konnessjoni ta’ tali tagħmir u ħażna mal-grilja, fi strutturi artifiċjali eżistenti jew futuri maħluqa għal finijiet oħra għajr dawk relatati mail-produzzjoni tal-enerġija solari jew mal-ħżin tal-enerġija bl-esklużjoni tas-superfiċji artifiċjali tal-ilma, bħall-bjut, iż-żoni tal-parkeġġ, it-toroq u l-linji ferrovjarji, tipikament ma joħolqux tħassib relatat ma’ użi kompetituri tal-ispazju jew mal-impatt ambjentali. Jenħtieġ,għalhekk, li jkun possibbli għal dawk l-installazzjonijiet li jibbenefikaw minn proċeduri iqsar għall-ħruġ tal-permessi u li jkunu eżentati mill-obbligu li jitwettqu valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE, filwaqt li l-Istati Membri jkunu jistgħu jqisu ċirkostanzi speċifiċi relatati mal-protezzjoni tal-wirt kulturali jew storiku, l-interessi tad-difiża nazzjonali jew raġunijiet ta’ sikurezza. L-installazzjonijiet tal-awtokonsum, inkluż dawk għall-awtokonsumaturi kollettivi, bħall-komunitajiet tal-enerġija lokali, jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqis tad-domanda ġenerali għall-gass naturali, għaż-żieda tar-reżiljenza tas-sistema u għall-kisba tal-miri tal-Unjoni rigward l-enerġija rinnovabbli. L-installazzjoni ta’ tagħmir tal-enerġija solari b’kapaċità taħt il-100 kW, inklużi installazzjonijiet ta’ awtokonsumaturi ta’ sorsi rinnovabbli, x’aktarx li ma jkollhomx effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent jew il-grilja u ma jqajmux tħassib dwar is-sikurezza. Barra minn hekk, l-installazzjonijiet żgħar ġeneralment ma jeħtiġux espansjoni tal-kapaċità fil-punt ta’ konnessjoni mal-grilja. Fid-dawl tal-effetti pożittivi immedjati ta’ tali installazzjonijiet għall-konsumaturi u l-impatti ambjentali limitati li jistgħu jirriżultaw minnhom, jixraq li jiġi semplifikat aktar il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi applikabbli għalihom, dment li ma jaqbżux il-kapaċità eżistenti tal-konnessjoni mal-grilja ta’ distribuzzjoni, billi jiġi introdott il-kunċett ta’ silenzju amministrattiv pożittiv fil-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi rilevanti sabiex jiġi promoss u jiġi aċċelerat il-varar ta’ dawk l-installazzjonijiet u biex ikunu jistgħu jinkisbu l-benefiċċji tagħhom fi żmien qasir. L-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew japplikaw limitu aktar baxx minn 100 kW abbażi tar-restrizzjonijiet interni tagħhom, dment li l-limitu jibqa’ ogħla minn 10,8 kW.

(43)

It-teknoloġija tal-pompi tas-sħana hija ewlenija għall-produzzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ rinnovabbli mill-enerġija ambjentali, inkluż mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi u mill-enerġija ġeotermika. Il-pompi tas-sħana jippermettu wkoll l-użu tas-sħana u l-kesħa mormija. Il-varar mgħaġġel tal-pompi tas-sħana li jimmobilizzaw is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li ma jintużawx biżżejjed bħall-enerġija ambjentali jew l-enerġija ġeotermika kif ukoll is-sħana mormija mis-setturi industrijali u terzjarji, inkluż iċ-ċentri tad-data, jagħmilha possibbli li l-bojlers tal-gass naturali u bojlers oħra bbażati fuq il-karburanti fossili jiġu sostitwiti b’soluzzjoni ta’ tisħin rinnovabbli, filwaqt li tiżdied l-effiċjenza enerġetika. Dak ser jaċċelera tnaqqis fl-użu tal-gass għall-provvista tat-tisħin, fil-bini kif ukoll fl-industrija. Sabiex jitħaffu l-installazzjoni u l-użu tal-pompi tas-sħana, jixraq li jiġu introdotti proċeduri għall-ħruġ tal-permessi mmirati u iqsar għal installazzjonijiet bħal dawn, inkluż proċedura semplifikata għall-ħruġ tal-permessi għall-konnessjoni ta’ pompi tas-sħana iżgħar mal-grilja tal-elettriku meta ma jkun hemm l-ebda tħassib dwar is-sikurezza, ma tenħtieġ ebda ħidma oħra għall-konnessjonijiet mal-grilja u m’hemm ebda inkompatibbiltà teknika tal-komponenti tas-sistema, sakemm ma tkunx meħtieġa proċedura għall-ħruġ tal-permessi bħal din mil-liġi nazzjonali. Bis-saħħa ta’ installazzjoni aktar rapida u aktar faċli tal-pompi tas-sħana, l-użu akbar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin, li jirrappreżenta kważi nofs il-konsum tal-enerġija tal-Unjoni, huwa maħsub biex jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista u ser jgħin biex tiġi indirizzata sitwazzjoni tas-suq aktar diffiċli.

(44)

Għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-Unjoni, fil-valutazzjonijiet meħtieġa każ b’każ biex jiġi aċċertat jekk impjant tal-enerġija rinnovabbli, il-konnessjoni ta’ dak l-impjant mal-grilja, il-grilja relatata nnifisha jew l-assi tal-ħżin humiex ta’ interess pubbliku prevalenti f’każ partikolari, l-Istati Membri jenħtieġ li jippreżumu li dawk l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli u l-infrastruttura relatata tagħhom huma ta’ interess pubbliku prevalenti u li jservu s-saħħa u s-sikurezza pubblika, għajr meta jkun hemm evidenza ċara li dawk il-proġetti jkollhom effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent li ma jistgħux jiġu mitigati jew ikkumpensati għalihom, jew meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jirrestrinġu l-applikazzjoni ta’ dik il-preżunzjoni f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u speċifiċi, bħal raġunijiet relatati mad-difiża nazzjonali. Bil-kunsiderazzjoni li dawn l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli huma ta’ interess pubbliku prevalenti u jaqdu s-saħħa u s-sikurezza pubblika, dawn il-proġetti jkunu jistgħu jibbenefikaw minn valutazzjoni semplifikata.

(45)

Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni bla intoppi u effettiva tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, il-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), li jipprovdi għarfien espert tekniku dedikat għat-tfassil u l-implimentazzjoni tar-riformi, inkluż dawk li jżidu l-użu tal-enerġija mis-sorsi rinnovabbli, li jrawmu integrazzjoni aħjar tas-sistema tal-enerġija, li jidentifikaw oqsma speċifiċi adattati partikolarment għall-installazzjoni ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli, u li jissemplifikaw il-qafas tal-proċeduri tal-awtorizzazzjoni u għall-ħruġ tal-permessi għall-impjanti tal-enerġija rinnovabbli. Pereżempju, l-appoġġ tekniku jinvolvi t-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva, l-armonizzazzjoni tal-oqfsa leġiżlattivi, u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki rilevanti, ngħidu aħna dawk li jippermettu u li jiffavorixxu użi multipli.

(46)

L-infrastruttura tal-enerġija jeħtieġ li tkun fis-seħħ biex tappoġġja ż-żieda sinifikanti fil-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw żoni ta’ infrastruttura ddedikati meta l-varar ta’ proġetti tal-grilja u tal-ħżin li huma meħtieġa għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku ma jkunx mistennili jkollu impatt ambjentali sinifikanti, tali impatt jista’ jiġi mitigat kif xieraq, jew, fejn ma jkunx possibbli, jiġi kkompensat. Progetti ta’ infrastruttura f’tali żoni jistgħu jibbenefikaw minn valutazzjonijiet ambjentali aktar semplifikati. Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jiddeżinjawx żoni bħal dawn, il-valutazzjonijiet u r-regoli applikabbli skont il-liġi ambjentali tal-Unjoni jibqgħu applikabbli. Sabiex jiddeżinjaw iż-żoni ta’ infrastruttura, l-Istati Membri jenħtieġ li jħejju pjan wieħed jew aktar, inkluż permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jinkludu l-identifikazzjoni taż-żoni u r-regoli applikabbli u l-miżuri ta’ mitigazzjoni għall-proġetti li jinsabu f’kull żona ta’ infrastruttura. Il-pjanijiet għandhom jindikaw b’mod ċar il-kamp ta’ applikazzjoni taż-żona ddedikata u t-tip ta’ proġetti infrastrutturali koperti. Kull pjan jenħtieġ li jkun soġġett għal valutazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42/KE sabiex jiġi vvalutat l-impatt ta’ kull tip ta’ proġett fuq iż-żoni rilevanti deżinjati. Il-proġetti tal-grilji f’tali żoni ta’ infrastruttura ddedikati jenħtieġ li jevitaw sa fejn ikun possibbli siti tan-Natura 2000 u żoni deżinjati skont skemi nazzjonali ta’ protezzjoni għall-konservazzjoni tan-natura u tal-bijodiversità, sakemm, minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-proġetti tal-grilja, ma jkunx hemm alternattivi proporzjonati għall-varar ta’ tali proġetti. Meta jivvalutaw il-proporzjonalità, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-ħtieġa li jiġu żgurati l-vijabbiltà ekonomika, il-fattibbiltà u l-implimentazzjoni effettiva u aċċelerata tal-proġett bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-kapaċità addizzjonali ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli varata tkun tista’ tiġi integrata minnufih fis-sistema tal-enerġija, jew jekk diġà jeżistux proġetti ta’ infrastruttura ta’ diversi tipi fis-sit speċifiku ta’ Natura 2000 jew fiż-żona protetta, li jippermettu li jinġabru flimkien proġetti ta’ infrastruttura differenti f’sit li jirriżulta f’impatt ambjentali aktar baxx.

Il-pjanijiet iddedikati għall-proġetti tal-ħżin jenħtieġ li dejjem jeskludu s-siti tan-Natura 2000 peress li hemm anqas restrizzjonijiet fuq fejn għandhom jitqiegħdu. Fit-tali żoni, l-Istati Membri jenħtieġ li, f’ċirkostanzi ġustifikati inkluż meta meħtieġ biex titħaffef l-espansjoni tal-grilja biex jiġi appoġġjat il-varar ta’ enerġija rinnovabbli biex jintlaħqu l-miri tal-klima u tal-enerġija rinnovabbli, ikunu jistgħu jintroduċu eżenzjonijiet minn ċerti obbligi ta’ valutazzjoni previsti fil-liġi ambjentali tal-Unjoni f’ċerti kundizzjonijiet. Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu użu minn tali eżenzjonijiet, il-proġetti speċifiċi jenħtieġ li jkunu soġġetti għal proċess ta’ skrinjar semplifikat simili għall-proċess ta’ skrinjar previst f’żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, li jenħtieġ li tkun ibbażata fuq data eżistenti. It-talbiet tal-awtorità kompetenti biex tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali disponibbli jenħtieġ li ma jirrikjedux valutazzjoni ġdida jew ġbir ta’ data. Jekk tali proċess ta’ skrinjar jidentifika proġetti li x’aktarx iwasslu għal effetti ħżiena sinifikanti u mhux previsti, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tiżgura li jiġu applikati miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa u proporzjonati, jew jekk ma jkunux disponibbli, miżuri kumpensatorji. Fil-każ ta’ miżuri kumpensatorji, l-iżvilupp tal-proġett jista’ jiġi segwit waqt li jkunu qed jiġu identifikati miżuri kumpensatorji.

(47)

Għadd insuffiċjenti ta’ ħaddiema tas-sengħa, b’mod partikolari l-installaturi u d-disinjaturi ta’ sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli, inaqqsu r-ritmu tas-sostituzzjoni ta’ sistemi tat-tisħin tal-karburanti fossili b’sistemi bbażati fuq l-enerġija rinnovabbli u huwa ostaklu sinifikanti għall-integrazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli fil-binjiet, fl-industrija u fl-agrikoltura. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw mas-sħab soċjali u mal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli biex jantiċipaw il-ħiliet li se jkunu meħtieġa. Għadd suffiċjenti ta’ strateġiji ta’ titjib tal-ħiliet u tiġdid tal-ħiliet u programmi ta’ taħriġ ta’ kwalità għolja u effettivi u ta’ possibbiltajiet ta’ ċertifikazzjoni li jiżguraw installazzjoni xierqa u tħaddim affidabbli ta’ firxa wiesgħa ta’ sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli u teknoloġija ta’ ħżin, kif ukoll punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi, jenħtieġ li jkunu disponibbli u mfassla b’mod li jattiraw il-parteċipazzjoni fi programmi ta’ taħriġ u f’sistemi ta’ ċertifikazzjoni bħal dawn. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw liema azzjonijiet jenħtieġilhom jittieħdu biex jattiraw gruppi li bħalissa mhumiex irrappreżentati biżżejjed fl-oqsma tax-xogħol inkwistjoni. Lista ta’ installaturi mħarrġa u ċċertifikati jenħtieġ li ssir disponibbli pubblikament biex jiġu żgurati kemm il-fiduċja tal-konsumatur kif ukoll l-aċċess faċli għal ħiliet ta’ installaturi u disinjaturi mfassla apposta li jiggarantixxu installazzjoni u tħaddim xierqa tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli.

(48)

Il-garanziji tal-oriġini huma għodda ewlenija għall-informazzjoni tal-konsumatur kif ukoll għall-adozzjoni ulterjuri ta’ ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli. Għalhekk jenħtieġ li jiġi żgurat li l-ħruġ, il-kummerċ, it-trasferiment u l-użu tal-garanziji tal-oriġini jkunu jistgħu jitwettqu f’sistema uniformi b’ċertifikati standardizzati kif xieraq li jkunu rikonoxxuti b’mod reċiproku fl-Unjoni kollha. Barra minn hekk, sabiex jiġi pprovdut aċċess għal evidenza ta’ sostenn xierqa għall-persuni li jikkonkludu ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli, jenħtieġ li jiġi żgurat li kwalunkwe garanzija tal-oriġini assoċjata tkun tista’ tiġi ttrasferita lix-xerrej. Fil-kuntest ta’ sistema tal-enerġija aktar flessibbli u domand dejjem akbar tal-konsumaturi, hemm appell għal għodda aktar innovattiva, diġitali, teknoloġikament avvanzata u affidabbli biex tappoġġja u tiddokumenta l-produzzjoni dejjem akbar tal-enerġija rinnovabbli. Sabiex tiġi ffaċilitata l-innovazzjoni diġitali f’dak il-qasam, l-Istati Membri jenħtieġ li fejn jkun xieraq, jippermettu l-ħruġ ta’ garanziji tal-oriġini fi frazzjonijiet u bi kronogramma eqreb lejn il-ħin reali. Fid-dawl tal-ħtieġa li jittejjeb l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi u li jingħata kontribut għal sehem akbar ta’ enerġija rinnovabbli fil-provvista tal-gass, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrikjedu lill-fornituri tal-gass tan-network jiżvelaw it-taħlita tal-enerġija tagħhom lill-konsumaturi finali, jużaw il-garanziji tal-oriġini.

(49)

L-iżvilupp tal-infrastruttura għan-networks tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali jenħtieġ li jissaħħaħ u jiġi orjentat lejn l-użu ta’ firxa usa’ ta’ sorsi ta’ sħana u ta’ kesħa rinnovabbli b’mod effiċjenti u flessibbli sabiex jiżdied il-varartal-enerġija rinnovabbli u tissaħħaħ l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi aġġornata l-lista tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li n-networks tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jenħtieġ li jakkomodaw dejjem aktar u li wieħed jirrikjedi l-integrazzjoni tal-ħżin tal-enerġija termika bħala sors ta’ flessibbiltà, effiċjenza enerġetika akbar u operazzjoni aktar kosteffettiva.

(50)

B’aktar minn 30 miljun vettura elettrika mistennija fl-Unjoni sal-2030 huwa meħtieġ li jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-integrazzjoni tas-sistema tal-elettriku rinnovabbli, u b’hekk jippermettu li jintlaħqu ishma ogħla tal-elettriku rinnovabbli b’mod kostottimali. Għandu jiġi sfruttat bis-sħiħ, il-potenzjal tal-vetturi elettriċi li jassorbu l-elettriku rinnovabbli fi żminijiet meta jkun abbundanti u jdaħħluh mill-ġdid fi grilja meta jkun hemm skarsezza, biex b’hekk jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tas-sistema ta’ elettriku rinnovabbli varjabbli filwaqt li tiġi żgurata provvista sigura u affidabbli tal-elettriku. Għalhekk huwa xieraq li jiġu introdotti miżuri speċifiċi dwar il-vetturi elettriċi u informazzjoni dwar l-enerġija rinnovabbli u dwar kif u meta għandha tiġi aċċessata, li jikkomplementaw dawk fir-Regolamenti (UE) 2023/1804 (22) u (UE) 2023/1542 (23) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(51)

Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) u d-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) jirrikjedu li l-Istati Membri jippermettu u jrawmu l-parteċipazzjoni tar-rispons għad-domanda permezz tal-aggregazzjoni, kif ukoll jipprevedu kuntratti tal-elettriku bi prezz dinamiku lill-klijenti finali meta applikabbli. Sabiex jippermetti li r-rispons għad-domanda aktar faċilment jipprovdi aktar inċentivi għall-assorbiment tal-elettriku ekoloġiku, jeħtieġ li jkun ibbażat mhux biss fuq prezzijiet dinamiċi iżda wkoll fuq sinjali dwar il-penetrazzjoni reali tal-elettriku ekoloġiku fis-sistema. Għalhekk jeħtieġ li jittejbu s-sinjali li l-konsumaturi u l-parteċipanti fis-suq jirċievu fir-rigward tas-sehem tal-elettriku rinnovabbli u l-intensità tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-elettriku fornut, permezz tat-tixrid ta’ informazzjoni ddedikata. Ix-xejriet tal-konsum jistgħu mbagħad jiġu aġġustati abbażi tal-penetrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-preżenza ta’ elettriku b’livell żero ta’ emissjonijiet tal-karbonju, flimkien ma’ aġġustament magħmul abbażi tas-sinjali tal-prezzijiet. Dak jissodisfa l-objettiv ta’ appoġġjar ulterjuri tal-vararta’ mudelli ta’ negozju innovattivi u soluzzjonijiet diġitali, li għandhom il-kapaċità li jorbtu l-livell ta’ konsum ta’ enerġija rinnovabbli fil-grilja tal-elettriku u għalhekk jipprovdi inċentivi għal investimenti xierqa fin-network biex jirfdu t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa.

(52)

Sabiex is-servizzi ta’ flessibbiltà u ta’ bbilanċjar mill-aggregazzjoni tal-assi tal-ħżin distribwiti jiġu żviluppati b’mod kompetittiv, l-aċċess f’ħin reali għall-informazzjoni bażika dwar il-batteriji bħall-istat tas-saħħa, l-istat taċ-ċarġ, il-kapaċità u s-set point tal-potenza jenħtieġ li jiġi pprovdut skont termini mhux diskriminatorji, skont ir-regoli rilevanti tal-protezzjoni tad-data u bla ħlas lis-sidien jew lill-utenti tal-batteriji u lill-entitajiet li jaġixxu f’isimhom, bħall-maniġers tas-sistemi tal-enerġija tal-binjiet, il-fornituri ta’ servizzi ta’ mobbiltà u parteċipanti oħrajn fis-suq tal-elettriku. Għalhekk huwa xieraq li jiġu introdotti miżuri li jindirizzaw il-ħtieġa ta’ aċċess għal tali data għall-iffaċilitar tal-operazzjonijiet relatati mal-integrazzjoni ta’ batteriji domestiċi u vetturi elettriċi, li jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għad-data dwar il-batteriji relatati mal-iffaċilitar tal-adattament mill-ġdid tal-batteriji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2023/1542. Id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għad-data dwar il-batteriji tal-vetturi elettriċi jenħtieġ li japplikaw flimkien ma’ kwalunkwe dispożizzjoni stabbilita fil-liġi tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi.

(53)

L-għadd dejjem akbar ta’ vetturi elettriċi f’modi ta’ trasport bit-triq, bil-ferrovija, bil-baħar u b’modi oħra se jirrikjedi li l-operazzjonijiet tal-irriċarġjar jiġu ottimizzati u ġestiti b’mod li ma jikkawżax konġestjoni u li jisfrutta bis-sħiħ id-disponibbiltà tal-elettriku rinnovabbli u tal-prezzijiet baxxi tal-elettriku fis-sistema. Fejn l-irriċarġjar bidirezzjonali u intelliġenti jassisti aktar penetrazzjoni tal-elettriku rinnovabbli mill-flotot ta’ vetturi elettriċi fis-settur tat-trasport u fis-sistema tal-elettriku b’mod ġenerali, tali funzjonalità jenħtieġ li tkun disponibbli wkoll. Fid-dawl tal-firxa twila ta’ punti tal-irriċarġjar, ir-rekwiżiti għall-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jenħtieġ li jinżammu aġġornati b’mod li jindirizza l-ħtiġijiet futuri u ma jirriżultawx f’effetti ta’ intrappolament negattivi għall-iżvilupp tat-teknoloġija u tas-servizzi.

(54)

Il-punti tal-irriċarġjar fejn il-vetturi elettriċi tipikament jiġu pparkjati għal perjodi ta’ żmien estiżi, bħal fejn jipparkjaw in-nies għal raġunijiet ta’ residenza jew ta’ impjieg, huma rilevanti ħafna għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija. Għalhekk, funzjonalitajiet ta’ irriċarġjar intelliġenti u, fejn xieraq, bidirezzjonali, iridu jiġu żgurati. F’dan ir-rigward, it-tħaddim ta’ infrastruttura ta’ irriċarġjar normali mhux aċċessibbli għall-pubbliku huwa partikolarment importanti għall-integrazzjoni tal-vetturi elettriċi fis-sistema tal-elettriku peress li tinsab fejn il-vetturi elettriċi jiġu pparkjati ripetutament għal perjodi twal ta’ żmien, bħal f’bini b’aċċess ristrett, faċilitajiet ta’ parkeġġ jew ta’ parkeġġ tal-impjegati mikrija lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

(55)

Ir-rispons għad-domanda huwa kruċjali biex jippermetti l-irriċarġjar intelliġenti tal-vetturi elettriċi u b’hekk jippermetti l-integrazzjoni effiċjenti tal-vetturi elettriċi fil-grilja tal-elettriku, li se tkun kruċjali għall-proċess tad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport u għall-finijiet tal-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu, meta rilevanti, inizjattivi li jippromwovu r-rispons għad-domanda permezz tal-interoperabbiltà u l-iskambju tad-data għal sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ, l-unitajiet tal-ħżin tal-enerġija termika u apparati rilevanti oħra relatati mal-enerġija.

(56)

L-utenti ta’ vetturi elettriċi li jidħlu fi ftehimiet kuntrattwali ma’ fornituri ta’ servizzi tal-elettromobbiltà u ma’ parteċipanti fis-suq tal-elettriku jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jirċievu informazzjoni u spjegazzjonijiet dwar kif it-termini tal-ftehim se jaffettwaw l-użu tal-vettura tagħhom u l-istat tas-saħħa tal-batterija tagħha. Il-fornituri tas-servizzi tal-elettromobbiltà u l-parteċipanti fis-suq tal-elettriku jenħtieġ li jispjegaw b’mod ċar lill-utenti tal-vetturi elettriċi kif se jiġu rimunerati għall-flessibbiltà, għall-ibbilanċjar u għas-servizzi ta’ ħżin ipprovduti lis-sistema u lis-suq tal-elettriku bl-użu tal-vettura elettrika tagħhom. L-utenti tal-vetturi elettriċi jrid ikollhom ukoll id-drittijiet tal-konsumatur tagħhom garantiti meta jidħlu f’tali ftehimiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali tagħhom bħall-post u d-drawwiet tas-sewqan, b’rabta mal-użu tal-vettura tagħhom. Il-preferenza tal-utenti tal-vetturi elettriċi fir-rigward tat-tip ta’ elettriku mixtri għall-użu fil-vettura elettrika tagħhom, kif ukoll preferenzi oħra, jistgħu jkunu wkoll parti minn tali ftehimiet. Għal dawk ir-raġunijiet, huwa importanti li tiġi żgurata li infrastruttura tal-irriċarġjar varata tintuża bl-aktar mod effettiv possibli. Sabiex tittejjeb il-fiduċja tal-konsumatur fil-mobbiltà elettrika, huwa essenzjali li l-utenti tal-vetturi elettriċi jkunu jistgħu jużaw l-abbonament tagħhom f’diversi punti tal-irriċarġjar. Dak jippermetti wkoll lill-fornitur tas-servizz tal-għażla tal-utent tal-vettura elettrika biex jintegra bl-aħjar mod il-vettura elettrika fis-sistema tal-elettriku, permezz ta’ ppjanar u inċentivi prevedibbli abbażi tal-preferenzi tal-utent tal-vettura elettrika. Dak huwa wkoll konformi mal-prinċipji ta’ sistema tal-enerġija bbażata fuq il-konsumatur u fuq il-prosumatur, u d-dritt tal-għażla tal-fornitur tal-utenti tal-vetturi elettriċi bħala klijenti finali skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2019/944.

(57)

L-assi tal-ħżin distribwiti, bħall-batteriji domestiċi u l-batteriji tal-vetturi elettriċi għandhom il-potenzjal li joffru flessibbiltà konsiderevoli u servizzi ta’ bbilanċjar lill-grilja permezz ta’ aggregazzjoni. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ tali apparati u servizzi, id-dispożizzjonijiet regolatorji dwar il-konnessjoni u t-tħaddim tal-assi tal-ħżin, bħat-tariffi, il-ħinijiet ta’ impenn u l-ispeċifikazzjonijiet tal-konnessjoni, jenħtieġ li jitfasslu b’mod li ma jfixkilx il-potenzjal tal-assi kollha tal-ħżin, inkluż dawk żgħar u mobbli u apparati oħra bħal pereżempju pompi tas-sħana, panelli solari u ħżin termiku, biex jiġu offruti servizzi ta’ flessibbiltà u ta’ bbilanċjar lis-sistema u biex jikkontribwixxu għall-penetrazzjoni ulterjuri tal-elettriku rinnovabbli, meta mqabbla ma’ assi ta’ ħżin stazzjonarji akbar. Minbarra d-dispożizzjonijiet ġenerali li jipprevjenu d-diskriminazzjoni fis-suq stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/943 u d-Direttiva (UE) 2019/944, jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti speċifiċi biex jindirizzaw b’mod olistiku l-parteċipazzjoni ta’ dawk l-assi u biex ineħħu kwalunkwe xkiel u ostaklu li fadal biex jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ tali assi biex jgħinu d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku u jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi biex jipparteċipaw b’mod attiv fit-tranżizzjoni tal-enerġija.

(58)

Bħala prinċipju ġenerali, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għal sistemi deċentralizzati żgħar ta’ ġenerazzjoni u ħżin tal-elettriku, inkluż permezz ta’ batteriji u vetturi elettriċi, sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-swieq tal-elettriku, inkluż il-ġestjoni tal-konġestjoni u l-forniment ta’ servizzi ta’ flessibbiltà u bbilanċjar b’mod mhux diskriminatorju meta mqabbla ma’ sistemi oħra ta’ ġenerazzjoni u ħżin tal-elettriku, u mingħajr piż amministrattiv jew regolatorju sproporzjonat. L-Istati Membri jenħtieġ li jħeġġu lill-awtokonsumaturi u lill-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jipparteċipaw b’mod attiv f’dawk is-swieq tal-elettriku billi jipprovdu servizzi ta’ flessibbiltà permezz tar-rispons għad-domanda u l-ħżin inkluż bl-użu ta’ batteriji u vetturi elettriċi.

(59)

L-industrija tirrappreżenta 25 % tal-konsum tal-enerġija tal-Unjoni, u hija konsumatur ewlieni tat-tisħin u t-tkessiħ, li bħalissa 91 % minnu huwa fornut mill-karburanti fossili. Madankollu, 50 % tad-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ hija ta’ temperatura baxxa (< 200 °C) li għaliha hemm għażliet kosteffettivi tal-enerġija rinnovabbli, inkluż permezz l-elettrifikazzjoni u l-użu dirett ta’ enerġija rinnovabbli. Barra minn hekk, l-industrija tuża sorsi mhux rinnovabbli bħala materja prima biex tipproduċi prodotti bħall-azzar jew sustanzi kimiċi. Id-deċiżjonijiet dwar l-investiment industrijali llum se jiddeterminaw il-proċessi industrijali futuri u l-għażliet enerġetiċi li jistgħu jitqiesu mill-industrija, u għalhekk huwa importanti li dawk id-deċiżjonijiet dwar l-investimenti jibqgħu validi fil-futur u li jiġi evitat il-ħolqien ta’ assi mhux rekuperabbli. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti parametri referenzjarji biex jipprovdu lill-industrija bl-inċentivi biex taqleb għal proċessi ta’ produzzjoni bbażati fuq l-enerġija rinnovabbli, li mhux biss huma mħaddma bl-enerġija rinnovabbli, iżda jużaw ukoll materja prima bbażata fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli bħall-idroġenu rinnovabbli. L-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu l-elettrifikazzjoni tal-proċessi industrijali meta possibbli, pereżempju għas-sħana industrijali b’temperatura baxxa. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu l-użu ta’ metodoloġija komuni għall-prodotti li huma ttikkettati bħala li ġew prodotti parzjalment jew kompletament bl-użu tal-enerġija rinnovabbli jew bl-użu ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika bħala materja prima, filwaqt li jitqiesu l-metodoloġiji eżistenti tal-Unjoni għat-tikkettar tal-prodotti u l-inizjattivi sostenibbli tal-prodotti. Dak jevita prattiki qarrieqa u jżid il-fiduċja tal-konsumaturi. Barra minn hekk, minħabba l-preferenza tal-konsumatur għal prodotti li jikkontribwixxu għall-objettivi ambjentali u tat-tibdil fil-klima, dan jistimula domanda tas-suq għal dawk il-prodotti.

(60)

Sabiex titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq il-karburanti fossili u l-importazzjonijiet tal-karburanti fossili, jenħtieġ li tiġi żviluppata strateġija tal-Unjoni għall-idroġenu importat u intern mill-Kummissjoni abbażi tad-data rrapportata mill-Istati Membri.

(61)

Il-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika jistgħu jintużaw għal finijiet ta’ enerġija, iżda wkoll għal finijiet mhux ta’ enerġija bħala materja prima f’industriji bħall-industrija tal-azzar jew l-industrija tal-kimika. L-użu ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għaż-żewġ skopijiet jisfrutta l-potenzjal sħiħ tagħhom li jissostitwixxu l-karburanti fossili użati bħala materja prima u li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fi proċessi industrijali li huma diffiċli li jiġu elettrifikati u għalhekk jenħtieġ li jiġu inklużi f’mira għall-użu ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika. Il-miżuri nazzjonali biex jappoġġjaw l-użu ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika f’dawk is-setturi industrijali li huma diffiċli li jiġu elettrifikati jenħtieġ li ma jirriżultawx f’żidiet netti fit-tniġġis minħabba domanda akbar għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li hija ssodisfata mill-aktar karburanti fossili li jniġġsu, bħall-faħam, id-diżil, il-linjite, pit taż-żejt u x-shale taż-żejt. Il-konsum tal-idroġenu fil-proċessi industrijali fejn l-idroġenu jiġi prodott bħala prodott sekondarju jew derivat minn prodott sekondarju li huwa diffiċli li jiġi sostitwit b’karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika jenħtieġ li jiġi eskluż minn dik il-mira. L-idroġenu kkunsmat għall-produzzjoni ta’ karburanti għat-trasport huwa kopert taħt il-miri tat-trasport għal karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika.

(62)

L-istrateġija tal-Unjoni għall-idroġenu, stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2020, bit-titolu “Strateġija tal-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima”, tirrikonoxxi r-rwol tal-impjanti eżistenti tal-produzzjoni tal-idroġenu mmodifikati b’mod retroattiv biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet serra fil-kisba taż-żieda fl-ambizzjoni klimatika għall-2030. Fid-dawl ta’ dik l-istrateġija, u fi ħdan il-qafas tas-sejħa għal proġetti organizzata taħt il-fond għall-innovazzjoni tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), dawk li ħadu passi bikrija ħadu deċiżjonijiet ta’ investiment bil-ħsieb li jimmodifikaw b’mod retroattiv il-faċilitajiet preeżistenti tal-produzzjoni tal-idroġenu bbażati fuq it-teknoloġija li tirriforma l-metan bil-fwar bl-għan li jiddekarbonizzaw il-produzzjoni tal-idroġenu. Għall-fini tal-kalkolu tad-denominatur fil-kontribut tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika użati għal finijiet finali tal-enerġija u mhux tal-enerġija fl-industrija, l-idroġenu prodott f’faċilitajiet ta’ produzzjoni modifikati b’mod retroattiv ibbażati fuq teknoloġija ta’ riforma tal-metan bil-fwar li għalihom tkun ġiet ippubblikata deċiżjoni tal-Kummissjoni bil-ħsieb tal-għoti ta’ għotja mill-Fond għall-Innovazzjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u li jiksbu tnaqqis medju tal-gassijiet serra ta’ 70 % fuq bażi annwali, jenħtieġ li ma jitqiesx.

(63)

Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi rikonoxxut li s-sostituzzjoni tal-idroġenu prodott mill-proċess tar-riforma tal-metan bil-fwar tista’ toħloq sfidi speċifiċi għal ċerti faċilitajiet integrati eżistenti tal-produzzjoni tal-ammonijaka. Dan ikun jeħtieġ il-bini mill-ġdid ta’ faċilitajiet ta’ produzzjoni bħal dawn, li jkun jeħtieġ sforz sostanzjali mill-Istati Membri skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi tagħhom u l-istruttura tal-provvista tal-enerġija tagħhom.

(64)

Sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-Unjoni li ssir newtrali għall-klima sal-2050 u li tiddekarbonizza tal-industrija tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkombinaw l-użu ta’ sorsi tal-enerġija mhux fossili u karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fil-kuntest taċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi u t-taħlita tal-enerġija tagħhom. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jnaqqsu l-mira għall-użu ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fis-settur tal-industrija, dment li jikkunsmaw sehem limitat ta’ idroġenu jew id-derivattivi tiegħu prodotti minn karburanti fossili u li jkunu fit-triq it-tajba lejn il-kontribuzzjoni nazzjonali mistennija tagħhom skont il-formula tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1999.

(65)

Iż-żieda fl-ambizzjoni fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ hija kruċjali biex titwettaq il-mira ġenerali tal-enerġija rinnovabbli minħabba li t-tisħin u t-tkessiħ jikkostitwixxu madwar nofs il-konsum tal-enerġija tal-Unjoni, li jkopri firxa wiesgħa ta’ użi finali u teknoloġija fil-binjiet, fl-industrija u fit-tisħin u fit-tkessiħ distrettwali. Sabiex titħaffef iż-żieda tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, żieda annwali minima ta’ punt perċentwali jenħtieġ li ssir vinkolanti fil-livell tal-Istati Membri għall-Istati Membri kollha. Iż-żieda medja vinkolanti annwali minima ta’ 0,8 punti perċentwali bejn l-2021 u l-2025, u ta’ 1,1 punti perċentwali bejn l-2026 u l-2030 fit-tisħin u t-tkessiħ applikabbli għall-Istati Membri kollha jenħtieġ li tiġi kkomplementata b’żidiet indikattivi addizzjonali jew rati ta’ żieda kkalkulati speċifikament għal kull Stat Membru sabiex tintlaħaq żieda medja ta’ 1,8 punti perċentwali fil-livell tal-Unjoni. Dawk iż-żidiet indikattivi addizzjonali jew iż-żidiet addizzjonali speċifiċi għall-Istati Membri għandhom l-għan li jqassmu mill-ġdid l-isforz addizzjonali meħtieġ biex jinkiseb il-livell mixtieq ta’ enerġija rinnovabbli fl-2030 fost l-Istati Membri abbażi tal-prodott domestiku gross u l-kosteffettività u li jiggwidaw lill-Istati Membri fir-rigward ta’ x’jista’ jkun livell suffiċjenti ta’ varar tal-enerġija rinnovabbli f’dak is-settur. L-Istati Membri jenħtieġ li, f’konformità mal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”, iwettqu valutazzjoni tal-enerġija potenzjali tagħhom minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ u tal-użu potenzjali tas-sħana u l-kesħa mormija. L-Istati Membri jenħtieġ li jimplimentaw żewġ miżuri jew aktar mil-lista ta’ miżuri biex jiffaċilitaw iż-żieda fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ. Meta jadottaw u jimplimentaw dawk il-miżuri, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li dawk il-miżuri huma aċċessibbli għal konsumaturi kollha, b’mod partikolari dawk li jgħixu f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx jew vulnerabbli.

(66)

Sabiex jiġi żgurat li l-importanza akbar tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jkun akkumpanjat minn informazzjoni aħjar għall-konsumaturi, huwa xieraq li tiġi ċċarata u msaħħa t-trasparenza fir-rigward tas-sehem ta’enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza enerġetika ta’ sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali.

(67)

Is-sistemi moderni tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti bbażati fuq is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli wrew il-potenzjal tagħhom li jipprovdu soluzzjonijiet kosteffettivi għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, aktar effiċjenza enerġetika u integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija, filwaqt li ffaċilitaw id-dekarbonizzazzjoni ġenerali tas-settur tat-tisħin u t-tkessiħ. Sabiex jiġi żgurat li dak il-potenzjal jiġi sfruttat, iż-żieda annwali tal-enerġija rinnovabbli u/jew tas-sħana mormija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jenħtieġ li tiżdied minn punt wieħed għal 2,2 punti perċentwali mingħajr ma tinbidel in-natura indikattiva ta’ dik iż-żieda, li jirrifletti l-iżvilupp mhux uniformi ta’ dak it-tip ta’ network madwar l-Unjoni.

(68)

Biex tiġi riflessa l-importanza akbar tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u l-ħtieġa li l-iżvilupp ta’ dawk in-networks jiġi orjentat lejn l-integrazzjoni ta’ aktar enerġija rinnovabbli, huwa xieraq li l-operaturi ta’ sistemi ta’ tisħin jew tkessiħ distrettwali jkunu inkoraġġiti joffru konnessjoni lil fornituri ta’ partijiet terzi tal-enerġija rinnovabbli u s-sħana u l-kesħa mormija ma’ sistemi ta’ networks ta’ tisħin jew tkessiħ distrettwali ta’ aktar minn 25 MW.

(69)

Is-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ, b’mod partikolari s-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, jikkontribwixxu dejjem aktar għall-ibbilanċjar tal-grilja tal-elettriku billi jipprovdu domanda addizzjonali għal elettriku rinnovabbli varjabbli, bħar-riħ u solari, meta tali elettriku rinnovabbli jkun abbundanti, irħis u li kieku jitnaqqas. Tali bbilanċjar jista’ jinkiseb permezz tal-użu ta’ ġeneraturi effiċjenti ħafna tas-sħana u tal-kesħa li jaħdmu bl-elettriku, bħall-pompi tas-sħana, speċjalment meta dawk il-ġeneraturi tas-sħana u tal-kesħa jkunu akkoppjati ma’ ħżin termiku kbir, b’mod partikolari fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jew fit-tisħin individwali, meta l-ekonomiji ta’ skala u l-effiċjenzi fil-livell tas-sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali ma jkunux disponibbli. Il-benefiċċji tal-pompi tas-sħana huma tnejn, l-ewwel, biex iżidu b’mod sinifikanti l-effiċjenza enerġetika, billi jiffrankaw b’mod konsiderevoli l-enerġija u l-ispejjeż għall-konsumaturi, u t-tieni, biex jintegraw l-enerġija rinnovabbli billi jippermettu użu akbar tal-enerġija ġeotermika u ambjentali. Sabiex jipprovdu aktar inċentivi għall-użu tal-elettriku rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ u l-ħżin tas-sħana, bil-varar ta’ pompi tas-sħana b’mod partikolari, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jgħoddu l-elettriku rinnovabbli li jħaddem dawk il-ġeneraturi tas-sħana u tal-kesħa, inklużi l-pompi tas-sħana maż-żieda annwali vinkolanti u indikattiva tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ u fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali.

(70)

Minkejja li huma disponibbli b’mod wiesa’, is-sħana u l-kesħa mormija ma jintużawx biżżejjed, u dan iwassal għal ħela ta’ riżorsi, effiċjenza enerġetika aktar baxxa fis-sistemi nazzjonali tal-enerġija u konsum tal-enerġija ogħla milli meħtieġ fl-Unjoni. Dment li s-sħana u l-kesħa mormija jiġu fornuti minn tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, huwa xieraq li huma jkunu jistgħu jgħoddu għat-twettiq parzjali tal-miri għall-enerġija rinnovabbli fil-bini, fl-industrija, fit-tisħin u t-tkessiħ u bis-sħiħ għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali. Dak ser jippermetti li jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn l-enerġija rinnovabbli u s-sħana u l-kesħa mormija fin-networks tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali billi jżid ir-raġunament ekonomiku għall-investiment fil-modernizzazzjoni u l-iżvilupp ta’ dawk in-networks. Speċifikament, jenħtieġ li l-inklużjoni tas-sħana mormija fil-parametru referenzjarju tal-enerġija rinnovabbli industrijali tkun aċċettabbli biss fir-rigward tas-sħana jew il-kesħa mormija kkonsenjata permezz ta’ operatur tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali minn sit industrijali ieħor jew bini ieħor, biex b’hekk jiġi żgurat li tali operaturi ikollhom provvista tas-sħana jew tal-kesħa bħala l-attività ewlenija tagħhom u li s-sħana mormija magħduda hija differenzjata b’mod ċar mis-sħana mormija interna rkuprata fl-istess intrapriża jew bini jew bini relatati.

(71)

Biex jiġi żgurat li t-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jipparteċipaw bis-sħiħ fl-integrazzjoni tas-settur tal-enerġija, huwa meħtieġ li tiġi estiża l-kooperazzjoni mal-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku għall-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni tal-elettriku u li jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kooperazzjoni għall-ippjanar u s-swieq tal-investiment fil-grilja sabiex il-potenzjal tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali għall-forniment ta’ servizzi ta’ flessibbiltà fis-swieq tal-elettriku jintuża aħjar. Jenħtieġ li ssir possibbli wkoll kooperazzjoni ulterjuri mal-operaturi tan-network tal-gass, inkluż in-networks tal-idroġenu u networks oħrajn tal-enerġija, biex tiġi żgurata integrazzjoni usa’ fost it-trasportaturi tal-enerġija u l-aktar użu kosteffettiv tagħhom. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti għal koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn l-operaturi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, is-setturi industrijali u terzjarji, u l-awtoritajiet lokali jistgħu jiffaċilitaw id-djalogu u l-kooperazzjoni meħtieġa biex jiġu sfruttati l-potenzjali kosteffettivi tas-sħana u tal-kesħa mormija permezz ta’ sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali.

(72)

L-użu tal-karburanti rinnovabbli u tal-elettriku rinnovabbli fis-settur tat-trasport jista’ jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport tal-Unjoni b’mod kosteffettiv, u jtejjeb, fost affarijiet oħrajn, id-diversifikazzjoni tal-enerġija f’dak is-settur filwaqt li jippromwovi l-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi tal-Unjoni u filwaqt li jnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija. Bil-għan li tintlaħaq il-mira aktar ambizzjuża għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbilita fir-Regolament (UE) 2021/1119, jenħtieġ li jiżdied il-livell ta’ enerġija rinnovabbli pprovdut lill-modi kollha tat-trasport fl-Unjoni. Il-fatt li l-Istati Membri jitħallew jagħżlu bejn objettiv tat-trasport espress bħala objettiv ta’ tnaqqis tal-intensità tal-gassijiet serra jew bħala sehem tal-konsum tal-enerġija rinnovabbli jipprovdi lill-Istati Membri bi grad xieraq ta’ flessibbiltà biex ifasslu l-politiki tagħhom għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ mira kkombinata bbażata fuq l-enerġija għall-bijokarburanti avvanzati u l-bijogass u l-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, inkluż sehem minimu għall-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika tiżgura użu akbar tal-karburanti rinnovabbli bl-iżgħar impatt ambjentali fil-modi tat-trasport li huma diffiċli biex jiġu elettrifikati bħat-trasport marittimuu l-avjazzjoni. Biex jingħata bidu għall-bidla tal-karburanti fit-trasport marittimu, l-Istati Membri li għandhom portijiet marittimi jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li, mill-2030, is-sehem tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fl-ammont totali tal-enerġija fornut lis-settur tat-trasport marittimu jkun mill-anqas 1,2 %. L-ilħuq ta’ dawk il-miri jenħtieġ li jiġi żgurat permezz ta’ obbligi fuq il-fornituri tal-karburanti kif ukoll permezz ta’ miżuri oħrajn stipulati fir-Regolamenti (UE) 2023/1805 (27) u (UE) 2023/2405 (28) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-obbligi ddedikati fuq il-fornituri tal-karburant tal-avjazzjoni jenħtieġ li jiġu mposti biss skont ir-Regolament (UE) 2023/2405.

(73)

Sabiex titħeġġeġ l-adozzjoni tal-provvista tal-karburanti rinnovabbli għas-settur tal-bunkering marittimu internazzjonali li huwa diffiċli biex jiġi dekarbonizzat, għall-kalkolu tal-miri tat-trasport, jenħtieġ li l-karburanti rinnovabbli fornuti lill-bunkers marittimi internazzjonali jiġu inklużi fil-konsum finali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-trasport u, għaldaqstant, jenħtieġ li l-karburanti fornuti lill-bunkers marittimi internazzjonali jiġu inklużi fil-konsum finali tas-sorsi tal-enerġija fis-settur tat-trasport. Madankollu, it-trasport marittimu jirrappreżenta sehem kbir tal-konsum finali gross tal-enerġija għal uħud mill-Istati Membri. Fid-dawl tar-restrizzjonijiet teknoloġiċi u regolatorji attwali li jipprevjenu l-użu kummerċjali tal-bijokarburanti fis-settur tatt-trasport marittimu, huwa xieraq, b’deroga mir-rekwiżit li tiġi inkluża l-enerġija kollha fornuta lis-settur tat-trasport marittimu, għall-fini tal-kalkolu ta’ miri speċifiċi tat-trasport, biex jippermettu li l-Istati Membri jkunu jistgħu jillimitaw l-enerġija fornut lis-settur tat-trasport marittimu għal 13 % tal-konsum finali gross tal-enerġija fi Stat Membru. Għall-Istati Membri insulari fejn il-konsum finali gross tal-enerġija fis-settur tat-trasport marittimu huwa sproporzjonalment għoli, jiġifieri aktar minn terz ta’ dak tas-setturi tat-triq u tal-ferrovija, il-limitu massimu jenħtieġ li jkun ta’ 5 %. Madankollu, għall-kalkolu tal-mira ġenerali tal-enerġija rinnovabbli, meta jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-bunkers marittimi internazzjonali, fir-rigward tal-karburanti fornuti lilhom, huma jenħtieġ li jiġu inklużi fil-konsum finali gross tal-enerġija ta’ Stat Membru biss jekk ikunu rinnovabbli.

(74)

L-elettromobbiltà se jkollha rwol essenzjali fid-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport. Sabiex irawmu l-iżvilupp ulterjuri tal-elettromobbiltà, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ kreditu li jippermetti lill-operaturi ta’ punti ta’ irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku jikkontribwixxu, billi jipprovdu elettriku rinnovabbli, lejn it-twettiq tal-obbligu stabbilit mill-Istati Membri dwar il-fornituri tal-karburanti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jinkludu punti tal-irriċarġjar privati f’dak il-mekkaniżmu tal-kreditu, jekk ikun jista’ jintwera li l-elettriku rinnovabbli fornut lil dawk il-punti tal-irriċarġjar privati jkunu pprovduti unikament lill-vetturi elettriċi. Filwaqt li jiġi appoġġjat l-elettriku fis-settur tat-trasport permezz ta’ mekkaniżmi tal-kreditu bħal dawn, huwa importanti li l-Istati Membri jkomplu jistabbilixxu livell għoli ta’ ambizzjoni għad-dekarbonizzazzjoni tat-taħlita tal-karburant likwidu tagħhom, b’mod partikolari fis-setturi tat-trasport li huwa diffiċli li jiġu dekarbonizzati, bħas-settur tat-trasport marittimu u dak tal-avjazzjoni, fejn l-elettrifikazzjoni diretta hija ferm aktar diffiċli.

(75)

Karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika inkluż, l-idroġenu rinnovabbli, jistgħu jintużaw bħala materja prima jew bħala sors tal-enerġija fi proċessi industrijali u kimiċi u fit-trasport marittimu u l-avjazzjoni, u jiddekarbonizzaw setturi li fihom l-elettrifikazzjoni diretta mhijiex teknikament possibbli jew kompetittiva. Dawn jistgħu jintużaw ukoll għall-ħżin tal-enerġija biex tiġi bbilanċjata, fejn meħtieġ, is-sistema tal-enerġija, u għaldaqstant għandhom rwol sinifikanti fl-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija.

(76)

Il-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija rinnovabbli għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima f’termini tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Fl-ilħuq ta’ dak l-għan, huwa essenzjali li jingħata kontribut ukoll għal objettivi ambjentali usa’, u b’mod partikolari l-prevenzjoni tat-telf tal-bijodiversità, li fuqha t-tibdil indirett fl-użu tal-art assoċjat mal-produzzjoni ta’ ċerti bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa għandu effett negattiv. Il-kontribut għal dawk l-objettivi klimatiċi u ambjentali jikkostitwixxi tħassib profond u fit-tul interġenerazzjonali għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għal-leġiżlatur tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-Unjoni jenħtieġ li tippromwovi dawk l-karburanti fi kwantitajiet li jibbilanċjaw l-ambizzjoni meħtieġa mal-ħtieġa li jiġi evitat li jingħata kontribut għal tibdil dirett u indirett fl-użu tal-art. Il-mod kif tiġi kkalkolata l-mira tat-trasport jenħtieġ li ma jaffettwawx il-limiti stabbiliti dwar kif ċerti karburanti prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf minn naħa waħda u karburanti b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art min-naħa l-oħra għandu jgħodd għal dak il-għan. Barra minn hekk, sabiex ma jinħoloq l-ebda inċentiv għall-użu ta’ bijokarburanti u bijogass prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf fit-trasport u jiġi kkunsidrat ukoll l-impatt tal-gwerra kontra l-Ukrajna fuq l-ikel u fuq il-provvista tal-ikel, l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jkunu jistgħu jagħżlu jekk jgħoddux bijokarburanti u bijogass prodotti mill-għelejjel tal-ikel u tal-għalf għall-mira fil-qasam tat-trasport. Jekk ma jgħodduhomx, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu li jnaqqsu l-objettiv ibbażat fuq l-enerġija jew li, jnaqqsu l-objettiv ta’ tnaqqis tal-intensità tal-gass serra kif xieraq, jekk wieħed jassumi li l-bijokarburanti prodotti mill-għelejjel tal-ikel u tal-għalf jiffrankaw 50 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, li jikkorrispondi għall-valuri tipiċi stabbiliti f’anness għal din id-Direttiva għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-aktar perkorsi tal-produzzjoni rilevanti ta’ bijokarburanti prodotti mill-għelejjel tal-ikel u tal-għalf kif ukoll il-limitu minimu ta’ ffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra li japplika għall-biċċa l-kbira tal-installazzjonijiet li jipproduċu tali bijokarburanti.

(77)

Sabiex jiġi żgurat li l-użu ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa jiffranka ammont dejjem akbar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u biex jiġu indirizzati l-effetti indiretti potenzjali tal-promozzjoni ta’ tali karburanti bħad-deforestazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina l-livell tas-sehem massimu tal-espansjoni annwali medja taż-żona tal-produzzjoni globali f’ħażniet għoljin ta’ karbonju abbażi ta’ kriterji oġġettivi u xjentifiċi, filwaqt li tqis il-miri u l-impenji klimatiċi tal-Unjoni, u jenħtieġ li, fejn meħtieġ, tipproponi limitu massimu ġdid abbażi tar-riżultati tar-rieżami tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-possibbiltà li tfassal trajettorja aċċelerata biex telimina gradwalment il-kontribut ta’ tali karburanti għall-miri tal-enerġija rinnovabbli sabiex timmassimizza l-ammont ta’ ffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

(78)

L-istabbiliment tal-mira tat-trasport bħala objettiv ta’ tnaqqis tal-intensità tal-gassijiet serra jirrikjedi li tiġi pprovduta metodoloġija li tieħu in konsiderazzjoni li tipi differenti ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli jiffrankaw ammonti differenti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u, għalhekk, jikkontribwixxu b’mod differenti għal objettiv partikolari. L-elettriku rinnovabbli jenħtieġ li jitqies li għandu emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero, li jfisser li jiffranka 100 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra meta mqabbel mal-elettriku prodott mill-karburanti fossili. Dan joħloq inċentiv għall-użu tal-elettriku rinnovabbli peress li l-karburanti rinnovabbli u l-karburanti tal-karbonju riċiklat x’aktarx li ma jilħqux tali perċentwal għoli ta’ ffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra. L-elettrifikazzjoni li tiddependi fuq sorsi tal-enerġija rinnovabbli għalhekk issir l-aktar mod effiċjenti għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq. Barra minn hekk, sabiex jiġi promoss l-użu ta’ ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fil-modi tat-trasport bl-ajru u dak marittimu, li huma diffiċli li jiġu elettrifikati, huwa xieraq li jiġi introdott multiplikatur għal karburanti fornuti f’dawk il-modi ta’ trasport meta jingħaddu mal-miri speċifiċi stabbiliti għal dawk il-karburanti.

(79)

L-elettrifikazzjoni diretta tas-setturi tal-użu finali, inkluż is-settur tat-trasport, tikkontribwixxi għall-effiċjenza u tiffaċilita t-tranżizzjoni għal sistema tal-enerġija bbażata fuq l-enerġija rinnovabbli. Għalhekk hija minnha nnifisha mezz effettiv biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Għalhekk, il-ħolqien ta’ qafas dwar l-addizzjonalità li japplika speċifikament għall-elettriku rinnovabbli fornut lil vetturi elettriċi fis-settur tat-trasport mhuwiex meħtieġ. Barra minn hekk, il-vetturi elettriċi solari jistgħu jagħtu kontribut kruċjali għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport tal-Unjoni.

(80)

Peress li l-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika jridu jingħaddu bħala enerġija rinnovabbli irrispettivament mis-settur li fih jiġu kkunsmati, ir-regoli biex tiġi ddeterminata n-natura rinnovabbli tagħhom meta jiġu prodotti mill-elettriku, li kienu applikabbli biss għal dawk il-karburanti meta jiġu kkunsmati fis-settur tat-trasport, jenħtieġ li jiġu estiżi għall-karburanti rinnovabbli kollha ta’ oriġini mhux bijoloġika, irrispettivament mis-settur li fih jiġu kkunsmati.

(81)

Karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika huma importanti biex jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-setturi li huma mistennija jiddependu mill-karburanti gassużi u likwidi fuq perjodu twil, inkluż għall-applikazzjonijiet industrijali u fit-trasport heavy-duty. Sal-1 ta’ Lulju 2028, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-impatt tal-metodoloġija li tiddefinixxi meta l-elettriku użat għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika jista’ jitqies li jkun kompletament rinnovabbli, inkluż l-impatt tal-addizzjonalità u l-korrelazzjoni temporali u ġeografika fuq il-kostijiet tal-produzzjoni, l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u s-sistema tal-enerġija u jenħtieġ li tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jivvaluta, b’mod partikolari, l-impatt ta’ dik il-metodoloġija fuq id-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għall-industrija u għas-setturi tat-trasport u fuq il-kapaċità li l-Unjoni tilħaq il-miri tagħha għal karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, tqis l-istrateġija tal-Unjoni għall-idroġenu importat u intern filwaqt li tnaqqas kemm jista’ jkun iż-żieda fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tal-elettriku u fis-sistema ġenerali tal-enerġija. Jekk dak ir-rapport jikkonkludi lill-metodoloġija ma tiżgurax biżżejjed disponibbiltà u affordabbiltà u ma jikkontribwixxix b’mod sostanzjali għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija u għall-ilħuq tal-miri tal-Unjoni għall-2030 għal karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrevedi l-metodoloġija tal-Unjoni u, meta jkun il-każ, tadotta att delegat biex temenda l-metodoloġija ħalli tforni l-aġġustamenti neċessarji rigward il-kriterji sabiex tiffaċilità ż-żieda tal-industrija tal-idroġenu.

(82)

Sabiex tiġi żgurata effettività ambjentali ogħla tal-kriterji tal-Unjoni dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-karburanti tal-bijomassa solida f’installazzjonijiet li jipproduċu t-tisħin, l-elettriku u t-tkessiħ, il-limitu minimu għall-applikabbiltà ta’ tali kriterji jenħtieġ li jitnaqqas mill-20 MW attwali għal 7,5 MW.

(83)

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 saħħet il-qafas dwar is-sostenibbiltà tal-bijoenerġija u l-iffrankar tal-emmissjonijiet tal-gassijiet serra billi stabbiliet kriterji għas-setturi kollha tal-użu finali. Hija stabbiliet regoli speċifiċi għall-bijokarburanti, għall-bijolikwidi u għall-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti, li jirrikjedu s-sostenibbiltà tal-operazzjonijiet ta’ ħsad u l-kontabbiltà tal-emissjonijiet mit-tibdil fl-użu tal-art. F’konformità mal-objettivi biex jippreservaw bijodiversità u jipprevjenu l-qerda tal-ħabitats skont id-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) u d-Direttiva 2009/147/KE, huwa meħtieġ li tinkiseb il-protezzjoni msaħħa tal-ħabitats li b’mod speċjali għandhom bijodiversità u livell għoli ta’ karbonju, bħal foresti primarji u antiki, foresti b’bijodiversità għolja, artijiet bil-ħaxix, torbieri u artijiet xagħrija. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu introdotti esklużjonijiet u limitazzjonijiet għat-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista ta’ bijomassa tal-foresti minn dawk iż-żoni, f’konformità mal-approċċ għall-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-bijomassa agrikola, għajr meta l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jipprevedi l-esklużjonijiet u l-limitazzjonijiet meħtieġa u l-operaturi jipprovdu l-assigurazzjonijiet meħtieġa. Barra minn hekk, soġġett għall-perjodi xierqa ta’ tranżizzjoni għal finijiet ta’ sigurtà tal-investiment, il-kriterji għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jenħtieġ li japplikaw ukoll gradwalment għal installazzjonijiet eżistenti bbażati fuq il-bijomassa biex jiġi żgurat li l-produzzjoni tal-bijoenerġija f’dawn l-installazzjonijiet kollha twassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra meta mqabbla mal-enerġija prodotta mill-karburanti fossili.

(84)

Il-kriterji ta’ sostenibbiltà li jikkonċernaw il-ħsad tal-bijomassa forestali jenħtieġ li jiġu speċifikati aktar, f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti. Jenħtieġ li dawk l-ispeċifikazzjonijiet jimmiraw li jsaħħu u jiċċaraw l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-bijomassa tal-foresti, filwaqt li jipprovdu lill-Istati Membri b’dispożizzjonijiet proporzjonati li jippermettu adattamenti mmirati għal prattiki li jistgħu jkunu xierqa lokalment.

(85)

L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-użu tagħhom tal-bijomassa tal-foresti għall-produzzjoni tal-enerġija jkun kompatibbli mal-obbligi tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30). Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu valutazzjonijiet li jħarsu ’l quddiem u jimplimentaw miżuri meħtieġa li jikkomplementaw l-obbligi tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1999.

(86)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE u kkaratterizzat fis-settur tal-enerġija minn iżolament, provvista limitata u dipendenza fuq il-karburanti fossili, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni biex tiġi estiża d-deroga li tippermetti lill-Istati Membri jadottaw kriterji speċifiċi sabiex jiżguraw l-eliġibbiltà għall-appoġġ finanzjarju għall-konsum ta’ ċerti karburanti tal-bijomassa f’dawk ir-reġjuni biex ikopru wkoll il-bijolikwidi u l-bijokarburanti. Barra minn hekk, kwalunkwe kriterju speċifiku jenħtieġ li jkunu oġġettivament ġustifikat fuq il-bażi ta’ indipendenza tal-enerġija tar-reġjun ultraperiferiku kkonċernat u għall-iżgurar ta’ tranżizzjoni bla xkiel lejn il-kriterji ta’ sostenibbiltà, kriterji ta’ effiċjenza enerġetika u kriterji ta’ ffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fir-reġjun ultraperiferiku kkonċernat skont id-Direttiva (UE) 2018/2001.

(87)

L-Unjoni hija impenjata li ttejjeb is-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali tal-produzzjoni tal-karburanti mill-bijomassa. Din id-Direttiva hija komplementari għal atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari kwalunkwe att leġiżlattiv dwar diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva, li tistabbilixxi rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta fil-katina tal-valur fir-rigward ta’ impatt ħażin fuq id-drittijiet tal-bniedem jew fuq l-ambjent.

(88)

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-produtturi ta’ karburanti rinnovabbli u ta’ karburanti tal-karbonju riċiklat u għall-Istati Membri, fejn skemi volontarji jew nazzjonali jkunu ġew rikonoxxuti mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni bħall-għoti ta’ evidenza jew l-għoti ta’ data preċiża dwar konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra kif ukoll rekwiżiti oħra stabbiliti fid-dispożizzjonijiet emendatorji stipulati f’din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jaċċettaw ir-riżultati taċ-ċertifikazzjoni maħruġa minn skemi bħal dawn fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tal-Kummissjoni. Sabiex jitnaqqas il-piż fuq installazzjonijiet żgħar, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ verifika voluntarja ssemplifikat għall-installazzjonijiet b’input termiku totali ta’ bejn 7,5 MW u 20 MW.

(89)

Sabiex jittaffew ir-riskji u tiġi evitata aħjar il-frodi fil-ktajjen tal-provvista għall-bijoenerġija u għall-karburanti tal-karbonju riċiklat, id-Direttiva (UE) 2018/2001 tipprovdi għal żidiet siewja f’termini ta’ trasparenza, traċċabbiltà u superviżjoni. F’dak il-kuntest, il-bażi tad-data tal-Unjoni li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni għandha l-għan li tippermetti t-traċċar ta’ karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi u ta’ karburanti tal-karbonju riċiklat. Il-firxa tal-bażi tad-data jenħtieġ li jiġi estiż mit-trasport għas-setturi l-oħrajn kollha tal-użu finali li fihom jiġu kkunsmati tali karburanti. Tali estensjoni hija maħsuba biex tagħti kontribut vitali għall-monitoraġġ komprensiv tal-produzzjoni u tal-konsum ta’ dawk il-karburanti, filwaqt li jtaffi r-riskji ta’ għadd doppju jew ta’ irregolaritajiet tul il-ktajjen tal-provvista koperti mill-bażi tad-data tal-Unjoni. Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ asserzjonijiet doppji dwar l-istess gass rinnovabbli, jenħtieġ li titħassar garanzija tal-oriġini maħruġa għal kwalunkwe kunsinna ta’ gass rinnovabbli rreġistrata fil-bażi tad-data. Il-bażi tad-data jenħtieġ li tkun disponibbli għall-pubbliku b’mod miftuħ, trasparenti u faċli għall-utent, filwaqt li tirrispetta wkoll il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data privata u kummerċjalment sensittiva. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika rapporti annwali dwar l-informazzjoni rrapportata fil-bażi tad-data tal-Unjoni inklużi l-kwantitajiet, l-oriġini ġeografika u t-tip ta’ materja prima tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jaħdmu fuq l-interkonnettività bejn il-bażi tad-data tal-Unjoni u l-bażijiet tad-data nazzjonali eżistenti, li tippermetti tranżizzjoni bla xkiel kif ukoll li tippermetti l-bidirezzjonalità tal-bażijiet tad-data. B’mod komplementari għal dak it-tisħiħ tat-trasparenza u t-traċċabbiltà ta’ kunsinni individwali ta’ materja prima u karburanti fil-katina tal-provvista, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/996 (31) adottat reċentement tejjeb ir-rekwiżiti dwar l-awditjar għall-korpi taċ-ċertifikazzjoni u żied is-setgħat għas-superviżjoni pubblika tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, inkluż il-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti jaċċessaw dokumenti u bini tal-operaturi ekonomiċi fil-kontrolli superviżorji tagħhom. L-integrità tal-qafas ta’ verifika tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għalhekk ġiet imsaħħa b’mod sinifikanti billi l-awditjar mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni u l-bażi tad-data tal-Unjoni ġie kkomplementat bil-kapaċità ta’ verifika u superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Huwa rrakkomandat ħafna li l-Istati Membru jagħmlu użu miż-żewġ possibbiltajiet għas-superviżjoni pubblika.

(90)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jadattaw kontinwament għall-aħjar prattiki amministrattivi u jieħdu l-miżuri l-oħra kollha biex jissemplifikaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/2001, u b’hekk inaqqsu l-kostijiet tal-konformità għall-atturi involuti u s-setturi affettwati għal livell minimu.

(91)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet adegwati kontra l-frodi, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu ta’ materja prima bbażata fuq l-iskart jew ta’ bijomassa li hija identifikata bħala li tirrappreżenta riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art. Peress li l-kxif u d-deterrenza tal-frodi huma essenzjali għall-prevenzjoni tal-kompetizzjoni inġusta u d-deforestazzjoni rampanti, inkluż f’pajjiżi terzi, jenħtieġ li tiġi implimentata traċċabbiltà sħiħa u ċċertifikata ta’ dik il-materja prima.

(92)

Għaldaqstant, id-Direttiva (UE) 2018/2001 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(93)

Ir-Regolament (UE) 2018/1999 jagħmel diversi referenzi għall-mira vinkolanti fil-livell tal-Unjoni ta’ mill-anqas 32 % għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli kkunsmat fl-Unjoni fl-2030. Peress li dik il-mira trid tiżdied sabiex tikkontribwixxi b’mod effettiv għall-ambizzjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’55 % sal-2030, dawk ir-referenzi jenħtieġ li jiġu emendati. Kwalunkwe rekwiżit addizzjonali ta’ ppjanar u rapportar stabbilit mhux se joħloq sistema ġdida ta’ ppjanar u rapportar, iżda jenħtieġ li jkun soġġett għall-qafas eżistenti ta’ ppjanar u rapportar skont dak ir-Regolament.

(94)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32) jenħtieġ li jiġi emendat sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji fir-rigward tal-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni tal-karburant tat-trasport u biex jiġiallinjat mad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(95)

Id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE jenħtieġ li jiġu allinjati ma’ dawk stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001 sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ definizzjonijiet differenti skont dawk iż-żewġ atti.

(96)

L-obbligi rigward it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-użu tal-bijokarburanti fid-Direttiva 98/70/KE jenħtieġ li jitħassru sabiex tiġi ssemplifikata u evitata regolamentazzjoni doppja fir-rigward tal-obbligi msaħħa tad-dekarbonizzazzjoni tal-karburant tat-trasport li huma previsti fid-Direttiva (UE) 2018/2001.

(97)

L-obbligi rigward il-monitoraġġ u r-rapportar dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE jenħtieġ li jitħassru sabiex jiġi evitat id-duplikazzjoni tar-regolamentazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar.

(98)

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 (33), li tipprovdi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni uniformi tal-Artikolu 7a tad-Direttiva 98/70/KE, jenħtieġ li titħassar peress li ssir obsoleta bit-tħassir tal-Artikolu 7a tad-Direttiva 98/70/KE minn din id-Direttiva.

(99)

Fir-rigward tal-komponenti b’bażi bijoloġika fil-karburant tad-diżil, ir-referenza fid-Direttiva 98/70/KE għall-karburant tad-diżil B7, jiġifieri l-karburant tad-diżil li fih sa 7 % esteri metiliċi tal-aċidi xaħmin (FAME), tillimita l-għażliet disponibbli biex jintlaħqu miri ta’ inkorporazzjoni tal-bijokarburanti ogħla kif stabbilit fid-Direttiva (UE) 2018/2001. Dan minħabba l-fatt li kważi l-provvista kollha tal-Unjoni tal-karburant tad-diżil diġà hija B7. Għal dik ir-raġuni, is-sehem massimu ta’ komponenti b’bażi bijoloġika jenħtieġ li jiżdied minn 7 % għal 10 %. Is-sostenn tal-adozzjoni mis-suq tal-B10, jiġifieri karburant tad-diżil li fih sa 10 % FAME, jirrikjedi grad ta’ protezzjoni ta’ B7 madwar l-Unjoni għal 7 % FAME fil-karburant tad-diżil minħabba l-proporzjon imdaqqas ta’ vetturi mhux kompatibbli mal-B10 li mistenni jkun preżenti fil-flotta sal-2030. Dak jenħtieġ li jiġi rifless fl-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 98/70/KE.

(100)

Jenħtieġ li dispożizzjonijiet tranżitorji jippermettu kontinwazzjoni ordnata tal-ġbir tad-data u t-twettiq tal-obbligi ta’ rapportar fir-rigward tal-Artikoli tad-Direttiva 98/70/KE mħassra minn din id-Direttiva.

(101)

Minħabba li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jonqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, id-dipendenza mill-enerġija u l-prezzijiet tal-enerġija, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba s-saħħa tal-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(102)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (34), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jżidu man-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom, f’każijiet ġustifikati, dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlaturi jqisu li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġġustifikata, b’mod partikolari wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża l-Kummissjoni vs il-Belġju (35) (Kawża C-543/17).

(103)

Sabiex jiġu kkumpensati l-piżijiet regolatorji introdotti permezz ta’din id-Direttiva fuq iċ-ċittadini, l-amministrazzjonijiet u l-impriżi, jenħtieġ li l-Kummissjoni, tirrieżamina l-qafas regolatorju fis-setturi kkonċernati f’konformità mal-prinċipju “one in, one out”, kif stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2021, bit-titolu “Regolamentazzjoni Aħjar: Ningħaqdu flimkien biex nagħmlu liġijiet aħjar”,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva (UE) 2018/2001

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

‘enerġija minn sorsi rinnovabbli’ jew ‘enerġija rinnovabbli’ tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, jiġifieri enerġija eolika, solari (solari termika u solari fotovoltajka) u enerġija ġeotermika, enerġija osmotika, enerġija ambjentali, mill-marea, mill-mewġ u forom oħra ta’ enerġija mill-baħar, enerġija idroelettrika, enerġija tal-bijomassa, tal-gassijiet tal-landfills, tal-gassijiet minn impjanti għat-trattament tad-drenaġġ, u bijogass;”;

“(1a)

‘injam tond ta’ grad industrijali’ tfisser zkuk għas-serrar, zkuk għall-fuljetti, polpa tal-injam (tonda jew maqsuma), kif ukoll injam tond li huwa adattat għal skopijiet industrijali, bl-esklużjoni tal-injam tond li minħabba l-karatteristiċi tiegħu, bħall-ispeċi, id-dimensjonijiet, l-integrità u d-densità tan-nodi, ma jkunx adattat għall-użu industrijali kif definit u debitament iġġustifikat mill-Istati Membri skont il-kundizzjonijiet rilevanti tal-foresti u tas-suq;”

(b)

il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4)

‘konsum finali gross tal-enerġija’ tfisser il-prodotti tal-enerġija li għal finijiet ta’ enerġija jiġu kkunsinnati lill-industrija, it-trasport, l-unitajiet domestiċi, is-servizzi inkluż is-servizzi pubbliċi, l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd, l-konsum ta’ elettriku u sħana mill-fergħa tal-enerġija għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana, u t-telf ta’ elettriku u sħana fid-distribuzzjoni u t-trażmissjoni;”;

(c)

jiddaħlu l-punti li ġejjin:

“(9a)

‘żona ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli’ tfisser post jew żona speċifika, kemm jekk fuq l-art jew fil-baħar jew fl-ilmijiet interni, li Stat Membru jkun iddeżinja bħala partikolarment adattata għall-installazzjoni ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli;

(9b)

‘tagħmir tal-enerġija solari’ tfisser tagħmir li jikkonverti l-enerġija mix-xemx f’enerġija termika jew elettrika, b’mod partikolari tagħmir solari termiku u solari fotovoltajku;”;

(d)

jiddaħlu l-punti li ġejjin:

“(14a)

‘żona tal-offerti’ tfisser żona tal-offerti kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (65) tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

(14b)

‘teknoloġija innovattiva tal-enerġija rinnovabbli’ tfisser teknoloġija li tiġġenera l-enerġija rinnovabbli li ttejjeb, b’mill-anqas mod wieħed, teknoloġija rinnovabbli komparabbli tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, jew li tirrendi teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli li mhijiex kummerċjalizzata kompletament jew li tinvolvi livell ta’ riskju sfruttabli;

(14c)

‘sistema ta’ kejl intelliġenti’ tfisser sistema ta’ kejl intelliġenti kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (23) tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2);

(14d)

‘punt tal-irriċarġjar’ tfisser punt tal-irriċarġjar kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (48) tar-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3);

(14e)

‘parteċipant tas-suq’ tfisser parteċipant tas-suq kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (25) tar-Regolament (UE) 2019/943;

(14f)

‘swieq tal-elettriku’ tfisser swieq tal-elettriku kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (9) tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(14 g)

‘batterija domestika’ tfisser batterija rikarikabbli awtonoma b’kapaċità nominali ta’ aktar minn 2 kwh, li hija adattata għall-installazzjoni u għall-użu f’ambjent domestiku;

(14h)

‘batterija ta’ vettura elettrika’ tfisser batterija ta’ vettura elettrika kif definita fl-Artikolu 3(1), il-punt (14), tar-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4);

(14i)

‘batterija industrijali’ tfisser batterija industrijali kif definita fl-Artikolu 3(1), il-punt (13), tar-Regolament (UE) 2023/1542;

(14j)

‘stat tas-saħħa’ tfisser stat tas-saħħa kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (28), tar-Regolament (UE) 2023/1542;

(14k)

‘stat taċ-ċarġ’ tfisser stat taċ-ċarġ kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (27),tar-Regolament (UE) 2023/1542;

(14 l)

‘set point tal-potenza’ tfisser l-informazzjoni dinamika miżmuma f’sistema ta’ ġestjoni tal-batterija li tippreskrivi l-parametri tal-enerġija elettrika li fiha l-batterija jenħtieġ li topera bl-aħjar mod matul operazzjoni ta’ rriċarġjar jew ta’ skarikar, sabiex l-istat tas-saħħa u l-użu operattiv tagħha jkunu ottimizzati;

(14 m)

‘irriċarġjar intelliġenti’ tfisser operazzjoni ta’ rriċarġjar li fiha l-intensità tal-elettriku fornut lill-batterija tiġi aġġustata b’mod dinamiku, abbażi tal-informazzjoni li tasal permezz ta’ komunikazzjoni elettronika;

(14n)

‘awtorità regolatorja’ tfisser awtorità regolatorja definita fl-Artikolu 2, il-punt (2) tar-Regolament (UE) 2019/943;

14o)

‘irriċarġjar bidirezzjonali’ tfisser irriċarġjar bidirezzjonali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2023/1804;

(14p)

‘punt tal-irriċarġjar b’enerġija normali’ tfisser punt tal-irriċarġjar b’enerġija normali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (37), tar- Regolament (UE) 2023/1804;

(14q)

‘ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli’ tfisser kuntratt li permezz tiegħu persuna fiżika jew ġuridika taqbel li tixtri enerġija rinnovabbli direttament mingħand produttur, li jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli, ftehimiet dwar ix-xiri tat-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli;

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54)."

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125)."

(*3)  Ir-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 1)."

(*4)  Ir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar batteriji u skart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE (ĠU L 191, 28.7.2023, p. 1).”;"

(e)

jiddaħlu l-punti li ġejjin:

“(18a)

‘industrija’ tfisser l-impriżi u l-prodotti li jaqgħu taħt it-taqsimiet B, C, u F u taħt it-taqsima J, id-diviżjoni (63) tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi (NACE REV.2), kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5);

(18b)

‘skop mhux ta’ enerġija’ tfisser l-użu ta’ karburanti bħala materja prima fi proċess industrijali, aktar milli jipproduċu l-enerġija;

(*5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).”;"

(f)

jiddaħlu l-punti li ġejjin:

“(22a)

‘karburanti rinnovabbli’ tfisser bijokarburanti, bijolikwidi, karburanti tal-bijomassa u karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika;

(22b)

‘l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel’ tfisser il-prinċipju li l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament (UE) 2018/1999;’”;

(g)

il-punt (36) huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘(36)

‘karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika’ tfisser karburanti likwidi u gassużi li l-kontenut enerġetiku tagħhom huwa derivat minn sorsi rinnovabbli minbarra l-bijomassa;’;

(h)

jiddaħlu l-punti li ġejjin:

“(44a)

‘foresta ta’ tħawwil’ tfisser foresta ta’ tħawwil kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2023/1115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6);

(44b)

‘enerġija osmotika’ tfisser enerġija maħluqa mid-differenza fil-konċentrazzjoni tal-melħ bejn żewġ fluwidi, bħal ilma ħelu u ilma mielaħ;

(44c)

‘effiċjenza tas-sistema’ tfisser l-għażla ta’ soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija fejn dawn jippermettu wkoll perkors ta’ dekarbonizzazzjoni kosteffettiv, flessibbiltà addizzjonali u l-użu effiċjenti tar-riżorsi

(44d)

‘ħażna ta’ enerġija kolokalizzata’ tfisser faċilità ta’ ħażna ta’ enerġija flimkien ma’ faċilità ta’ produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli u konnessi mal-istess punt ta’ aċċess għall-grilja;

(44e)

‘vettura elettrika solari’ tfisser vettura bil-mutur mgħammra b’sistema ta’ propulsjoni li fiha biss magni elettriċi mhux periferiċi bħala konvertitur tal-enerġija b’sistema ta’ ħażna ta’ enerġija elettrika rikarikabbli, li tista’ tiġi rriċarġjata esternament, u b’pannelli fotovoltajċi integrati fil-vettura;

(*6)  Ir-Regolament (UE) 2023/1115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 995/2010(ĠU L 150, 9.6.2023, p. 206).”;"

(2)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom kollettivament jiżguraw li s-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030 ikun ta’ mill-anqas 42,5 %.

L-Istati Membri għandhom kollettivament jagħmlu ħilithom biex iżidu s-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030 għal 45 %.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mira indikattiva għat-teknoloġija innovattiva tal-enerġija rinnovabbli ta’ mill-anqas 5 % tal-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli installata ġdida sal-2030.”

;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-enerġija mill-bijomassa tiġi prodotta b’mod li jimminimizza effetti distortivi bla bżonn fuq is-suq tal-materja prima tal-bijomassa u impatt negattiv fuq il-bijodiversità, l-ambjent u l-klima. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jqisu l-ġerarkija tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE u għandhom jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-użu kaskata tal-bijomassa, b’enfasi fuq l-iskemi ta’ appoġġ u b’kunsiderazzjoni xierqa għall-ispeċifiċitajiet nazzjonali.

Jenħtieġ li l-Istati Membri ifasslu skemi ta’ appoġġ għall-enerġija mill-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa b’tali mod li jevitaw l-inċentivar ta’ perkorsi mhux sostenibbli u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni mas-setturi tal-materjali, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-bijomassa tal-injam tintuża skont l-ogħla valur miżjud ekonomiku u ambjentali tagħha fl-ordni ta’ prijoritajiet li ġejja:

(a)

prodotti bbażati fuq l-injam;

(b)

l-estensjoni tal-ħajja operattiva ta’ prodotti bbażati fuq l-injam;

(c)

l-użu mill-ġdid;

(d)

ir-riċiklaġġ;

(e)

il-bijoenerġija; u

(f)

ir-rimi;

3a.   L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-prinċipju tal-użu kaskata tal-bijomassa msemmija fil-paragrafu 3 fejn meħtieġ biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw ukoll minn dak il-prinċipju fejn l-industrija lokali ma tkunx kwantitattivament jew teknikament kapaċi tuża l-bijomassa forestali għal valur miżjud ekonomiku u ambjentali li huwa għola mill-produzzjoni tal-enerġija, għal materja prima li ġejja minn:

(a)

attivitajiet meħtieġa ta’ ġestjoni tal-foresti, bil-għan li jiżguraw operazzjonijiet ta’ żbir ta’ qabel il-kummerċjalizzazzjoni jew imwettqa skont il-liġi nazzjonali dwar il-prevenzjoni tan-nirien f’foresti f’żoni ta’ riskju;

(b)

qtugħ ta’ salvataġġ wara xkiel naturali dokumentat; jew

(c)

il-ħsad ta’ ċertu injam li l-karatteristiċi tiegħu mhumiex xierqa għal faċilitajiet ta’ pproċessar lokali.

3b.   Mhux aktar minn darba f’sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’sommarju tad-derogi mill-prinċipju tal-użu kaskata tal-bijomassa skont il-paragrafu 3a, flimkien mar-raġunijiet għal tali derogi u l-iskala ġeografika li għaliha huma japplikaw. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubbliċi n-notifiki li tirċievi, u tista’ toħroġ opinjoni pubblika fir-rigward ta’ kwalunkwe waħda minnhom.

3c.   L-Istati Membri ma għandhomx jagħtu appoġġ finanzjarju dirett għal:

(a)

l-użu ta’ zkuk għas-serrar, zkuk għall-fuljetti, injam tond ta’ grad industrijali, ġdur u għeruq għall-produzzjoni tal-enerġija;

(b)

il-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli mill-inċinerazzjoni tal-iskart, sakemm l-obbligi ta’ ġbir separat stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE ma jkunux ġew irrispettati.

3d.   Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 3, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu appoġġ ġdid jew iġeddu xi appoġġ għall-produzzjoni tal-elettriku mill-bijomassa tal-foresti f’installazzjonijiet tal-elettriku biss, sakemm tali elettriku ma jissodisfax mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jiġi prodott f’reġjun identifikat fi pjan ta’ tranżizzjoni territorjali ġusta stabbilit skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7) minħabba d-dipendenza tiegħu fuq karburanti fossili solidi, u jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 29(11) ta’ din id-Direttiva;

(b)

jiġi prodott bl-applikazzjoni tal-qbid u l-ħżin tal-bijomassa tas-CO2 u jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29(11), it-tieni subparagrafu;

(c)

jiġi prodott f’reġjun ultraperiferiku, kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-TFUE, għal perjodu limitat u bl-objettiv li jitnaqqas gradwalment, sal-akbar punt possibli, l-użu tal-bijomassa tal-foresti mingħajr ma jiġi affettwat l-aċċess għal enerġija sikura u sigura.

Sal-2027, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-impatt tal-iskemi ta’ appoġġ tal-Istati Membri għall-bijomassa, inkluż dwar il-bijodiversità, dwar il-klima u l-ambjent u dwar id-distorsjonijiet possibbli tas-suq, u għandha tivvaluta l-possibbiltà għal aktar limitazzjonijiet fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ għall-bijomassa tal-foresti.

(*7)  Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1).”;"

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4a.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas, li jista’ jinkludi skemi ta’ appoġġ u miżuri għall-iffaċilitar tal-adozzjoni ta’ ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli, li jippermettu l-varar tal-elettriku rinnovabbli għal livell li jkun konsistenti mal-kontribuzzjoni nazzjonali tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u b’pass li jkun konsistenti mat-trajettorji indikattivi msemmija fl-Artikolu 4, il-punt (a)(2), tar-Regolament (UE) 2018/1999. B’mod partikolari, dak il-qafas għandu jindirizza l-ostakli li jifdal għal livell għoli ta’ provvista tal-elettriku rinnovabbli, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għall-ħruġ ta’ permessi, u għall-iżvilupp tal-infrastruttura meħtieġa tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni u tal-ħażna, inkluż il-ħażna ta’ enerġija kolokalizzata. Meta jfasslu dak il-qafas, l-Istati Membri għandhom iqisu l-elettriku rinnovabbli addizzjonali meħtieġ biex tiġi ssodisfata d-domanda fis-setturi tat-trasport, tal-industrija, tal-binjiet u tat-tisħin u t-tkessiħ u għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika. L-Istati Membri jistgħu jinkludu sommarju tal-politiki u l-miżuri fl-ambitu tal-qafas u valutazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom, rispettivament, fil-pjanijiet tal-enerġija u tal-klima nazzjonali integrati tagħhom ppreżentata skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u fir-rapporti nazzjonali integrati tagħhom dwar il-progress tal-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament.”

;

(3)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), (b), jew (c), il-gass u l-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandhom jitqiesu darba biss għall-finijiet tal-kalkolu tas-sehem tal-konsum finali gross tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

L-enerġija prodotta minn karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għandha tingħadd fis-settur –– tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ jew tat-trasport –– fejn tiġi kkunsmata.

Mingħajr preġudizzju ghat-tielet subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jaqblu, permezz ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni speċifiku, li jgħoddu l-karburanti rinnovabbli kollha jew parti minnhom ta’ oriġini mhux bijoloġika kkonsmati fi Stat Membru wieħed lejn is-sehem tal-konsum finali gross tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-Istat Membru fejn dawk il-karburanti jiġu prodotti. Sabiex jiġi mmonitorjat jekk l-istess karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika ma jitqisux kemm fl-istess Stat Membru fejn ġew prodotti kif ukoll fl-Istat Membru fejn ġew ikkonsmati u sabiex jiġi rreġistrat l-ammont magħdud, l-Istat Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni bi kwalunkwe ftehim ta’ kooperazzjoni tali. Tali ftehim ta’ kooperazzjoni, għandu jinkludi l-ammont ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika li għandu jingħadd fit-total u għal kull Stat Membru u d-data li fiha l-ftehim ta’ kooperazzjoni se jkun operazzjonali.”;

(b)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-konsum finali gross tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandu jiġi kkalkolat bħala l-kwantità ta’ elettriku prodott fi Stat Membru minn sorsi rinnovabbli, inkluża l-produzzjoni tal-elettriku minn awtokonsumaturi ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u minn komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-elettriku minn karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u minbarra l-produzzjoni tal-elettriku f’unitajiet ta’ akkumulu ppompjat mill-ilma li qabel kien jiġi ppompjat ’il fuq kif ukoll l-elettriku użat għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika.”

;

(c)

fil-paragrafu 4, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Il-konsum finali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-trasport għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-bijokarburanti, tal-bijogass u tal-karburanti rinnovabbli kollha ta’ oriġini mhux bijoloġika kkonsmati fis-settur tat-trasport. Dak għandu jinkludi karburanti rinnovabbli fornuti lill-bunkers marittimi internazzjonali.”;

(4)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Sal-31 ta’ Diċembru 2025, kull Stat Membru għandu jaqbel li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni fuq proġetti konġunti ma’ Stat Membru wieħed jew aktar għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, soġġett għal dan li ġej:

(a)

sal-31 ta’ Diċembru 2030, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu li jistabbilixxu mill-inqas żewġ proġetti konġunti;

(b)

sal-31 ta’ Diċembru 2033, l-Istati Membri b’konsum annwali tal-elettriku ta’ aktar minn 100 TWh għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu li jistabbilixxu t-tielet proġett konġunt.

L-identifikazzjoni ta’ proġetti konġunti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għandha tkun konsistenti mal-ħtiġijiet identifikati fil-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network strateġiku integrat ta’ livell għoli lil hinn mill-kosta għal kull baċir tal-baħar imsemmi fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8) u l-pjan ta’ żvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-Ujoni kollha msemmija fl-Artikolu 31(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2019/943, iżda tista’ tmur lil hinn minn dawk il-ħtiġijiet u tista’ tinvolvi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-impriżi privati.

L-Istati Membri għandhom jaħdmu favur distribuzzjoni ġusta tal-kostijiet u l-benefiċċji ta’ proġetti konġunti. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kostijiet u l-benefiċċji rilevanti kollha tal-proġett komuni fil-ftehimiet ta’ kooperazzjoni rilevanti.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-ftehimiet ta’ kooperazzjoni, inkluż id-data li fiha l-proġetti konġunti jkunu mistennija li jsiru operazzjonali. Il-proġetti ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet nazzjonali skont il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294 (*9) għandhom jitqiesu li jissodisfaw l-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-Istati Membri involuti.

(*8)  Ir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45)."

(*9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294 tal-15 ta’ Settembru 2020 dwar il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni (ĠU L 303, 17.9.2020, p. 1).”;"

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“7a.   Abbażi tal-għanijiet indikattivi għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta li għandha tiġi varata f’kull baċir tal-baħar, identifikat f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2022/869, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar il-volumi ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta li jippjanaw li jiksbu permezz ta’ offerti, filwaqt li jqisu l-fattibbiltà teknika u ekonomika għall-infrastruttura tal-grilja u l-attivitajiet li diġà jseħħu. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jallokaw spazju għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fil-pjanijiet spazjali marittimi tagħhom, filwaqt li jqisu l-attivitajiet li diġà jseħħu fiż-żoni affettwati. Sabiex jiffaċilitaw il-ħruġ tal-permessi għal proġetti konġunti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-kumplessità u jżidu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċedura għall-ħruġ tal-permessi, għandhom isaħħu l-kooperazzjoni bejniethom u għandhom, meta jkun xieraq, jistabbilixxu punt uniku ta’ kuntatt. Sabiex isaħħu l-aċċettazzjoni tal-pubbliku, l-Istati Membri jistgħu jinkludu l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli fi proġetti konġunti dwar l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta.”

;

(5)

L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull regola nazzjonali li tikkonċerna l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u liċenzjar li huma applikati għal impjanti u netwerks assoċjati ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, għall-proċess ta’ trasformazzjoni tal-bijomassa f’bijokarburanti, bijolikwidi, karburanti mill-bijomassa jew prodotti tal-enerġija oħra, u għal karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bioloġika jkunu proporzjonati u meħtieġa u jikkonformaw mal-prinċipju l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel.”

;

(b)

il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu b’mod ċar kwalunkwe speċifikazzjoni teknika li għandha tiġi ssodisfata minn tagħmir u sistemi ta’ enerġija rinnovabbli sabiex jibbenefikaw minn skemi ta’ appoġġ u jkunu eliġibbli fl-ambitu tal-akkwist pubbliku. Fejn jeżistu standards regolatorji jew armonizzati jew standards Ewropej, inklużi sistemi ta’ referenza teknika stabbiliti mill-organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej, tali speċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu espressi skont dawk l-istandards. Għandha tingħata preċedenza lill-istandards regolatorji u armonizzati, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għal-liġi tal-Unjoni, inklużi r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10) u d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11). Fin-nuqqas tagħhom, għandhom jintużaw standards armonizzati oħrajn u standards Ewropej, f’dik l-ordni. Tali speċifikazzjonijiet tekniċi ma għandhomx jippreskrivu fejn it-tagħmir u s-sistemi għandhom jiġu ċċertifikati u ma għandhomx jimpedixxu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

2a   L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-ittestjar ta’ teknoloġija innovattiva tal-enerġija rinnovabbli għall-produzzjoni, il-kondiviżjoni u l-ħażna ta’ enerġija rinnovabbli permezz ta’ proġetti pilota f’ambjent reali, għal perjodu ta’ żmien limitat, f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u akkmunpanjat mis-salvagwardji xierqa li jiżguraw it-tħaddim sigur tas-sistema tal-enerġija u li jevitaw impatti sproporzjonati fuq il-funzjonament tas-suq intern, taħt is-superviżjoni ta’ awtorità kompetenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jinkludu dispożizzjonijiet għall-integrazzjoni u l-varar tal-enerġija rinnovabbli, inkluż għall-awtokonsum tal-enerġija rinnovabbli u għall-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, u għall-użu tas-sħana u l-kesħa mormija inevitabbli fl-ippjanar, inkluż fl-ippjanar spazjali bikri, l-iddisinjar, il-bini u r-rinnovazzjoni ta’ infrastruttura urbana, iż-żoni industrijali, kummerċjali jew residenzjali u fl-infrastruttura tal-enerġija u tat-trasport, inklużi n-networks tal-elettriku, tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, tal-gass naturali u tal-karburanti alternattivi. L-Istati Membri, b’mod partikolari, għandhom jinkoraġġixxu l-korpi amministrattivi lokali u reġjonali biex jinkludu t-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli fl-ippjanar tal-infrastruttura ta’ belt meta xieraq, u biex jikkonsultaw lill-operaturi tan-network sabiex jirriflettu l-impatt tal-programmi ta’ effiċjenza enerġetika u tar-rispons tad-domanda kif ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-awtokonsum tal-enerġija rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, dwar il-pjanijiet għall-iżvilupp tal-infrastruttura tal-operaturi tan-network.

(*10)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1)."

(*11)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).”;"

(c)

il-paragrafi 4 sa 7 huma mħassra;

(d)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.   L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-ostakli regolatorji u amministrattivi għall-ftehimiet dwar ix-xiri ta’ enerġija rinnovabbli fit-tul, u għandhom ineħħu ostakli mhux ġustifikati għal tali ftehimiet u jippromwovu l-adozzjoni tagħhom, inkluż billi jesploraw kif jitnaqqsu r-riskji finanzjarji assoċjati magħhom, b’mod partikolari billi jużaw garanziji ta’ kreditu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-ftehimiet ma jkunux soġġetti għal proċeduri jew imposti sproporzjonati jew diskriminatorji, u li kwalunkwe garanzija tal-oriġini assoċjata tkun tista’ tiġi ttrasferita lix-xerrej tal-enerġija rinnovabbli skont il-ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli.

L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-politiki u l-miżuri tagħhom li jippromwovu l-adozzjoni ta’ ftehimiet dwar ix-xiri ta’ enerġija rinnovabbli fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u fir-rapporti ta’ progress tal-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament. F’dawk ir-rapporti ta’ progress, huma għandhom jipprovdu wkoll indikazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli li hija appoġġjata minn ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli.

Wara l-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-ostakli għal ftehimiet fit-tul dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli u b’mod partikolari għall-varar ta’ ftehimiet transfruntiera dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli u għandha tniedi gwida dwar it-tneħħija ta’ dawk l-ostakli.”;

9.   Sal-21 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni għandha tqis jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali biex jappoġġjaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi previsti f’din id-Direttiva, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni indikattivi.”

;

(6)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 15a

L-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-binjiet

1.   Sabiex jiġu promossi l-produzzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw sehem nazzjonali indikattiv tal-enerġija rinnovabbli prodotta fuq il-post jew fil-qrib u kif ukoll enerġija rinnovabbli meħuda mill-grilja tal-konsum finali tal-enerġija fis-settur tal-bini tagħhom fl-2030 li jkun konsistenti ma’ mira indikattiva ta’ sehem ta’ mill-anqas 49 % ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini fil-konsum finali tal-enerġija tal-Unjoni fil-binjiet fl-2030. L-Istati Membri għandhom jinkludu s-sehem nazzjonali indikattiv tagħhom fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 kif ukoll informazzjoni dwar kif qed jippjanaw li jilħquh.

2.   L-Istati Membri jistgħu jgħoddu s-sħana u l-kesħa mormija mas-sehem nazzjonali indikattiv msemmi fil-paragrafu 1, sa limitu ta’ 20 % ta’ dak is-sehem. Jekk jiddeċiedu li jagħmlu dan, is-sehem nazzjonali indikattiv għandu jiżdied b’nofs il-perċentwal tas-sħana u l-kesħa mormija użati magħduda għal dak is-sehem.

3.   L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri xierqa fir-regolamenti nazzjonali u fil-kodiċijiet tagħhom dwar il-bini u, meta applikabbli, fl-iskemi ta’ appoġġ tagħhom, biex iżidu s-sehem tal-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, prodotti fuq il-post jew fil-qrib kif ukoll enerġija rinnovabbli meħuda mill-grilja fl-istokk tal-bini. Tali miżuri jistgħu jinkludu miżuri nazzjonali relatati ma’ żidiet sostanzjali fl-awtokonsum ta’ enerġija rinnovabbli, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, il-ħżin tal-enerġija lokali, l-irriċarġjar intelliġenti u rriċarġjar bidirezzjonali, servizzi oħra ta’ flessibbiltà bħar-rispons tad-domanda, u flimkien ma’ titjib fl-effiċjenza enerġetika relatat mal-koġenerazzjoni u rinnovazzjonijiet kbar li jżidu l-għadd ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija u bini li jmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija previsti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE.

Sabiex jinkiseb is-sehem indikattiv ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli previst fil-paragrafu 1, l-Istati Membri, fir-regolamenti nazzjonali u fil-kodiċijiet tagħhom dwar il-bini u, meta applikabbli, fl-iskemi ta’ appoġġ tagħhom jew b’mezzi oħra b’effett ekwivalenti, għandhom jirrikjedu l-użu ta’ livelli minimi ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta fuq il-post jew fil-qrib kif ukoll enerġija rinnovabbli meħuda mill-grilja, fil-binjiet ġodda u fil-binjiet eżistenti li għaddej minn rinnovazzjoni kbira jew tiġdid ta’ sistema ta’ tisħin, skont id- Direttiva 2010/31/UE, meta dak ikun ekonomikament, teknikament u funzjonalment fattibbli. L-Istati Membri għandhom jippermettu li dawk il-livelli minimi jiġu ssodisfati, permezz ta’, fost l-oħrajn, ittisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti.

Għall-binjiet eżistenti, l-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-forzi armati biss dment li l-applikazzjoni tiegħu ma tikkawża l-ebda kunflitt man-natura u mal-għan prinċipali tal-attivitajiet tal-forzi armati u bl-eċċezzjoni ta’ materjal użat b’mod esklussiv għal finijiet militari.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-binjiet pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, jissodisfaw rwol eżemplari fir-rigward tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli użata, f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2010/31/UE u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li dak l-obbligu jiġi ssodisfat billi, fost l-oħrajn, jipprevedu li s-soqfa ta’ binjiet pubbliċi jew pubbliċi privati mħallta jintużaw minn partijiet terzi għal installazzjonijiet li jipproduċu enerġija minn sorsi rinnovabbli.

5.   Meta jitqies li huwa rilevanti, l-Istati Membri jistgħu jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini, b’mod partikolari permezz tal-użu tal-akkwist pubbliku.

6.   Sabiex jinkiseb is-sehem indikattiv tal-enerġija rinnovabbli previst fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-użu ta’ sistemi u tagħmir tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli u jistgħu jippromwovu teknoloġija innovattiva, bħal sistemi u tagħmir tat-tisħin u t-tkessiħ elettrifikati, ibbażati fuq sorsi rinnovabbli u intelliġenti, ikkomplementati, meta applikabbli, bil-ġestjoni intelliġenti tal-konsum tal-enerġija fil-binjiet. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw il-miżuri, l-għodod u l-inċentivi xierqa kollha, inklużi, it-tikketti tal-enerġija żviluppati skont ir-Regolament (UE) 2017/1369, iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbiliti skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2010/31/UE, u ċertifikati jew standards xierqa oħra żviluppati fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali, u għandhom jiżguraw l-għoti ta’ informazzjoni u pariri adegwati dwar alternattivi rinnovabbli u effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija kif ukoll dwar l-istrumenti u l-inċentivi finanzjarji disponibbli għall-promozzjoni ta’ rata ta’ sostituzzjoni akbar ta’ sistemi ta’ tisħin antiki u bidla akbar għal soluzzjonijiet ibbażati fuq l-enerġija rinnovabbli.

Artikolu 15b

Immappjar ta’ żoni meħtieġa għall-kontributi nazzjonali lejn il-mira ġenerali tal-Unjoni dwar l-enerġija rinnovabbli għall-2030

1.   Sal-21 ta’ Mejju 2025, l-Istati Membri għandhom iwettqu mmappjar ikkoordinat għall-varar tal-enerġija rinnovabbli fit-territorju tagħhom biex jidentifikaw il-potenzjal domestiku u s-superfiċje tal-art, is-sottosuperfiċje, żoni tal-baħar jew tal-ilma intern li huma disponibbli kif meħtieġ għall-installazzjoni ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli, u l-infrastruttura relatata tagħhom, bħal faċilitajiet tal-grilja u tal-ħżin, inkluż il-ħżin termiku, li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu mill-anqas il-kontributi nazzjonali tagħhom lejn il-mira ġenerali tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jużaw jew jibnu fuq id-dokumenti jew il-pjanijiet tal-ippjanar spazjali eżistenti tagħhom għal dan il-fini, inklużi l-pjanijiet spazjali marittimi stabbiliti skont id-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*12). L-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni fost l-awtoritajiet u l-entitajiet nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti kollha, inkluż l-operaturi tan-networks, fl-immappjar taż-żoni meħtieġa, meta xieraq.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali żoni, inklużi l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli eżistenti u l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni, huma proporzjonali mat-trajettorji stmati u mal-kapaċità installata ppjanata totali tat-teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima sottomessi skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

2.   Għall-fini tal-identifikazzjoni taż-żoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari:

(a)

id-disponibbiltà tar-riżorsi tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u l-potenzjal ta’ produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli tat-tipi differenti tat-teknoloġija fis-superfiċje tal-art, is-sottosuperfiċje, żoni tail-baħar jew tal-ilma intern;

(b)

id-domanda proġettata għall-enerġija, filwaqt li jqisu l-flessibbiltà potenzjali tar-rispons attiv tad-domanda, il-kisbiet mistennija fl-effiċjenza u l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija;

(c)

id-disponibbiltà tal-infrastruttura rilevanti tal-enerġija, inklużi l-grilji, il-ħżin u għodod oħra ta’ flessibbiltà jew il-potenzjal li tinħoloq jew tiġi aġġornata tali infrastruttura tal-grilja u tal-ħżin.

3.   L-Istati Membri għandhom jiffavorixxu l-użi multipli taż-żoni identifikati b’riżultat tal-obbligu fil-paragrafu 1. Proġetti tal-enerġija rinnovabbli għandhom ikunu kompatibbli mal-użi preeżistenti ta’ dawk iż-żoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw u, fejn meħtieġ, jaġġornaw perjodikament iż-żoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fil-kuntest tal-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Artikolu 15c

Żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli

1.   Sal-21 ta’ Frar 2026, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jadottaw pjan wieħed jew aktar li jiddeżinja/w, bħala subsett taż-żoni msemmija fl-Artikolu 15b(1), żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli għal tip wieħed jew aktar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Ll-Istati Membri jistgħu jeskludu l-impjanti tal-kombustjoni tal-bijomassa u l-impjanti idroelettriċi. F’dawk il-pjanijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jiddeżinjaw żoni tal-art, tal-ilmijiet interni u tal-baħar li jkunu omoġenji biżżejjed fejn il-varar ta’ tip jew tipi speċifiċi ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ma tkunx mistennija tħalli impatti ambjentali sinifikanti, fid-dawl tal-partikolaritajiet taż-żona magħżula, waqt li:

(i)

jagħtu prijorità lill-uċuħ artifiċjali u mibnija, bħall-bjut u l-faċċati ta’ bini, l-infrastruttura tat-trasport u l-madwar dirett tagħha, iż-żoni tal-parkeġġ, il-farms, is-siti tal-iskart, is-siti industrijali, il-minjieri, l-istrutturi artifiċjali tal-ilma intern, il-lagi jew il-ġibjuni u, fejn xieraq, is-siti ta’ trattament tal-ilma urban mormi, kif ukoll l-art degradata li ma tistax tintuża għall-agrikoltura;

(ii)

jeskludu s-siti ta’ Natura 2000 u ż-żoni deżinjati taħt skemi nazzjonali ta’ protezzjoni għall-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità, ir-rotot migratorji identifikati tal-għasafar u ta’ mammiferi tal-baħar kif ukoll żoni oħra identifikati abbażi tal-mapep tas-sensittività u l-għodod imsemmija fil-punt (iii), għajr l-uċuħ artifiċjali u mibnija li jinsabu f’dawk iż-żoni bħall-bjut, iż-żoni tal-parkeġġ jew l-infrastruttura tat-trasport.

(iii)

jużaw l-għodod u s-settijiet tad-data xierqa u proporzjonati kollha biex jidentifikaw iż-żoni fejn l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli ma jħallux impatt ambjentali sinifikanti, inklużi l-mapep tas-sensittività tal-organiżmi selvaġġi, filwaqt li jqisu d-data disponibbli fil-kuntest tal-iżvilupp ta’ network koerenti ta’ Natura 2000, kemm fir-rigward tat-tipi ta’ ħabitats u tal-ispeċijiet fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (*13), kif ukoll fir-rigward tal-għasafar u tas-siti protetti taħt id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*14);

(b)

jistabbilixxu regoli xierqa għaż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, inkluż dwar miżuri ta’ mitigazzjoni effettivi li għandhom jiġu adottati għall-installazzjoni tal-impjanti tal-enerġija rinnovabbli u il-ħażna ta’ enerġija kolokalizzata, kif ukoll l-assi meħtieġa għall-konnessjoni ta’ tali mpjanti u ħażna mal-grilja, sabiex ikun evitat l-impatt ambjentali negattiv li jista’ jinħoloq jew, fejn ma jkunx possibbli, biex jitnaqqas b’mod sinifikanti, fejn xieraq, jiżguraw li jiġu applikati miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa b’mod proporzjonat u f’waqthom biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/147/KEE u l-Artikolu 4(1), il-punt (a)(i), tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*15) u biex jiġi evitat id-deterjorament u jinkiseb status ekoloġiku tajjeb jew potenzjal ekoloġiku tajjeb f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2000/60/KE.

Ir-regoli msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu mmirati lejn l-ispeċifiċitajiet ta’ kull żona deżinjata ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, lejn it-tip jew tipi ta’ teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli li jkunu ser jiġu varati f’kull żona u lejn l-impatt ambjentali identifikat.

Il-konformità tal-proġetti individwali mar-regoli msemmija fl-ewwel subparagrafu, punt (b), ta’ dan il-paragrafu u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa għandhom iwasslu għall-preżunzjoni li l-proġetti ma jiksrux dawk id-dispożizzjonijiet, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16a(4) u 5 ta’ din id-Direttiva. Meta l-miżuri ġodda ta’ mitigazzjoni li jipprevjenu, sal-punt possibli, il-qtil jew it-tfixkil tal-ispeċijiet protetti fl-ambitu tad-Direttiva 92/43/KEE u 2009/147/KE, jew kwalunkwe impatt ambjentali ieħor, ma jkunux ġew ittestjati b’mod wiesa’ fir-rigward tal-effettività tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu tagħhom għal proġett pilota wieħed jew aktar għal perjodu ta’ żmien limitat, dment li l-effettività ta’ tali miżuri ta’ mitigazzjoni tiġi mmonitorjata mill-qrib u jittieħdu l-passi xierqa minnufih jekk ma jurux li huma effettivi.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jispjegaw fil-pjanijiet li jiddeżinjaw iż-żoni ta’ aċċelerazzjoni rinnovabbli msemmija fl-ewwel subparagrafu l-valutazzjoni li għamlu biex jidentifikaw kull żona deżinjata ta’ aċċelerazzjoni ta’ rinnovabbli abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u biex jidentifikaw il-miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa.

2.   Qabel l-adozzjoni tagħhom, il-pjanijiet li jiddeżinjaw iż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għar-rinnovabbli għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*16), u, jekk x’aktarx iħallu impatt sinifikanti fuq is-siti ta’ Natura 2000, għal valutazzjoni xierqa skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE.

3.   L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu d-daqs ta’ tali żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet u r-rekwiżiti tat-tip jew tipi ta’ teknoloġija li għalihom jistabbilixxu żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli. Filwaqt li jżommu d-diskrezzjoni li jiddeċiedu dwar id-daqs ta’ dawk iż-żoni, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jiżguraw li d-daqs ikkombinat ta’ dawn iż-żoni jkun sinifikanti u li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva. Il-pjanijiet li jiddeżinjaw ż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u għandhom jiġu rieżaminati perjodikament, kif xieraq, b’mod partikolari fil-kuntest tal-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

4.   Sal-21 ta’ Mejju 2024, l-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw bħala żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, żoni speċifiċi li jkunu diġà ġew deżinjati bħala żoni adattati għal varar aċċelerat ta’ tip wieħed jew iktar ta’ teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

tali żoni jkunu barra minn siti Natura 2000, żoni deżinjati għall-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità fl-ambitu ta’ skemi nazzjonali ta’ protezzjoni, u rotot migratorji identifikati tal-għasafar;

(b)

il-pjanijiet li jidentifikaw tali żoni kienu s-suġġett ta’ valutazzjoni ambjentali strateġika skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2001/42/KE u, meta xieraq, ta’ valutazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE;

(c)

il-proġetti li jinsabu f’tali żoni jimplimentaw regoli u miżuri xierqa u proporzjonali biex jindirizzaw l-impatti ambjentali negattivi li jistgħu jirriżultaw.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-proċedura għall-ħruġ ta’ permessi u l-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 16a għall-proġetti individwali f’żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli.

Artikolu 15d

Parteċipazzjoni tal-Pubbliku

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fir-rigward tal-pjanijiet li jiddeżinjaw żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli msemmija fl-Artikolu 15c(1), l-ewwel subpararafu, f’konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/42/KE, inkluż l-identifikazzjoni tal-pubbliku milqut jew li aktarx ikun milqut.

2.   L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-aċċettazzjoni pubblika ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli permezz ta’ parteċipazzjoni diretta u indiretta mill-komunitajiet lokali f’dawk il-proġetti.

Artikolu 15e

Żoni għall-infrastruttura tal-grilja u tal-ħżin meħtieġa għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku

1.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw pjan wieħed jew aktar biex jiddeżinjaw żoni ta’ infrastruttura ddedikati għall-iżvilupp ta’ proġetti tal-grilja u tal-ħżin li huma meħtieġa għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku, fejn tali żvilupp ma jkunx mistenni li jkollu impatt ambjentali sinifikanti, fejn tali impatt jista’ jiġi mitigat kif xieraq jew, fejn dan ma jkunx possibbli, jiġi kkumpensat. L-għan ta’ tali żoni għandu jkun biex jappoġġja u jikkomplimenta ż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli. Dawk il-pjanijiet għandhom:

(a)

għall-proġetti tal-grilja, jevitaw is-siti ta’ Natura 2000 u ż-żoni deżinjati għall-konservazzjoni tan-natura u tal-bijodiversità fl-ambitu ta’ skemi ta’ protezzjoni nazzjonali, sakemm ma jkunx hemm alternattivi proporzjonati għall-varar tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tas-sit;

(b)

għall-proġetti ta’ ħżin, jeskludu s-siti ta’ Natura 2000 u ż-żoni deżinjati fl-ambitu ta’ skemi ta’ protezzjoni nazzjonali;

(c)

jiżguraw sinerġiji mad-deżinjazzjoni ta’ żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli;

(d)

ikunu soġġetti soġġetti għal valutazzjoni ambjentali strateġika skont id-Direttiva 2001/42/KE u, meta xieraq, għal valutazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE; u

(e)

jistabbilixxu regoli xierqa u proporzjonati, inkluż dwar miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati li għandhom jiġu adottati għall-iżvilupp ta’ proġetti tal-grilja u tal-ħżin sabiex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq l-ambjent li jistgħu jinħolqu, jew fejn mhux possibbli li jiġu evitati tali effetti, biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti.

Waqt li jħejjutali pjanijiet, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-operaturi tas-sistema tal-infrastruttura rilevanti.

2.   B’deroga mill-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4(2) u l-Anness I, il-punt 20, u l-Anness II, il-punt (3)(b), mid-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*17), u b’deorga mill-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Istati Membri jistgħu, f’ċirkostanzi ġustifikati, inkluż meta dan ikun meħtieġ biex jiġi aċċelerat il-varar tal-enerġija rinnovabbli sabiex jintlaħqu l-miri tal-klima u tal-enerġija rinnovabbli, jeżentaw proġetti tal-grilja u tal-ħżin li huma meħtieġa għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku mill-valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2011/92/UE, minn valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tagħhom għas-siti ta’ Natura 2000 skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE u mill-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tagħhom fuq il-protezzjoni tal-ispeċijiet skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 92/43/KEE u skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/147/KE, dment li l-proġett tal-grilja jew tal-ħażna ikun jinsab f’żona ta’ infrastruttura ddedikata ddeżinjata f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li jikkonforma mar-regoli stabbiliti, inkluż dwar miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati li għandhom jiġu adottati f’konformità mal-paragrafu 1, punt (e), ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu tali eżenzjonijiet fir-rigward ta’ żoni ta’ infrastruttura ddeżinjati qabel l-20 ta’ Novembru 2023 jekk kienu soġġetti għal valutazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42/KE. Tali derogi ma għandhomx japplikaw għall-proġetti li x’aktarx iħallu effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor jew meta jintalbu minn Stat Membru li x’aktarx ikun ser jintlaqat b’mod sinifikanti, kif previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/92/UE.

3.   Meta Stat Membru jeżenta tali proġetti tal-grilja u tal-ħażna skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu mill-valutazzjonijiet msemmija f’dak il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak -Istat Membru għandhom iwettqu l-proċess tal-iskrinjar ta’ proġetti li jinsabu f’żoni ta’ infrastruttura ddedikata. Tali proċess tal-iskrinjar għandu jkun ibbażat fuq data eżistenti mill-valutazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42/KE. L-awtoritajiet kompetenti jitgħu jitolbu lill-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali disponibbli. Il-proċess tal-skrinjar għandu jiġi ffinalizzat fi żmien 30 jum. Għandu jkollu l-għan li jidentifika jekk kwalunkwe minn tali proġetti għandux probabbiltà kbira li jikkawża effetti negattivi sinifikanti imprevisti fid-dawl tas-sensittività ambjentali taż-żoni ġeografiċi fejn ikun jinsab, li ma jkunux ġew identifikati matul il-valutazzjoni ambjentali tal-pjanijiet li jiddeżinjaw iż-żoni ta’ infrastruttura ddedikata mwettqa skont id-Direttiva 2001/42/KE u, meta rilevanti, skont id-Direttiva 92/43/KEE.

4.   Meta l-proċess ta’ skrinjar jidentifika proġett bi probabbiltà kbira li jikkawża effetti negattivi sinificanti mhux previsti msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura, abbażi tad-data eżistenti, li jiġu applikati miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa u proporzjonati biex jindirizza dawk l-effetti. Meta ma jkunx possibli li jiġu applikati tali miżuri ta’ mitigazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-operatur jadotta miżuri kumpensatorji xierqa biex jindirizza dawk l-effetti, li, jekk miżuri kumpensatorji oħrajn mhumiex disponibbli, jistgħu jieħdu l-forma ta’ kumpens monetarju għall-programmi ta’ protezzjoni tal-ispeċijiet, sabiex jiġi żgurat jew imtejjeb l-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet milquta.

5.   Meta l-integrazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku tirrikjedi proġett sabiex isir rinfurzar tal-infrastruttura tal-grilja f’żoni ta’ infrastruttura ddedikata jew barra minnhom, u tali proġett ikun soġġett għall-proċess ta’ skrinjar skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, għal determinazzjoni jekk il-proġett jirrikjedix valutazzjoni tal-impatt ambjentali jew valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/92/UE, tali proċess tal-iskrinjar, determinazzjoni jew valutazzjoni tal-impatt ambjentali għandhom ikunu limitati għall-impatt potenzjali li jirriżulta mill-bidla jew mill-estensjoni meta mqabbla mal-infrastruttura tal-grilja oriġinali.

(*12)  Id-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu(ĠU L 257, 28.8.2014, p. 135)."

(*13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7)."

(*14)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7)."

(*15)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma(ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1)."

(*16)  Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30)."

(*17)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 war l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).”;"

(7)

L-Artikolu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 16

L-organizzazzjoni u l-prinċipji ewlenin tal-proċedura għall-ħruġ tal-permessi

1.   Il- proċedura għall-ħruġ tal-permessi għandha tkopri l-permessi amministrattivi rilevanti kollha biex jinbnew, jiġu repowered, u jitħaddmu l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, inklużi dawk li jikkombinaw sorsi differenti ta’ enerġija rinnovabbli, pompi tas-sħana, u ħażna tal-enerġija kolokalizzat, inklużi l-faċilitajiet tal-enerġija u termiċi, kif ukoll l-assi meħtieġa għall-konnessjoni ta’ tali mpjanti, pompi tas-sħana u ħażna mal-grilja, għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fin-networks tat-tisħin u t-tkessiħ inklużi permessi għall-konnessjoni mal-grilja u, fejn meħtieġ, valutazzjonijiet ambjentali. Il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi għandha tinkludi l-istadji amministrattivi kollha mir-rikonoxximent tal-kompletezza tal-applikazzjoni għall-permess skont il-paragrafu 2 għan-notifika tad-deċiżjoni finali dwar l-eżitu tal-proċedura għall-ħruġ tal-permessi mill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

2.   Fi żmien 30 jum, għall-impjanti tal-enerġija rinnovabbli li jinsabu f’żoni ta’ aċċelerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, u fi żmien 45 jum għall-impjanti tal-enerġija rinnovabbli li jinsabu barra miż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, minn meta tirċievi applikazzjoni għal permess, l-awtorità kompetenti għandha tirrikonoxxi l-kompletezza tal-applikazzjoni jew, jekk l-applikant ma jkunx bagħat l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi pproċessata l-applikazzjoni, titlob li l-applikant jippreżenta applikazzjoni kompluta mingħajr dewmien bla bżonn. Id-data ta’ rikonoxximent tal-kompletezza tal-applikazzjoni mill-awtorità kompetenti għandha sservi bħala l-bidu tal-proċedura għall-ħruġ tal-permessi.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jiddeżinjaw punt ta’ kuntatt wieħed jew aktar. Dawk il-punti ta’ kuntatt għandhom, fuq talba tal-applikant, jiggwidaw u jiffaċilitaw l-applikant matul il-proċedura amministrattiv tal-applikazzjoni għall-permess u għall-ħruġ tal-permessi kollha. L-applikant ma għandux jintalab jikkuntattja aktar minn punt ta’ kuntatt wieħed matul il-proċedura kollha. Il-punt ta’ kuntatt għandu jiggwida lill-applikant tul il-proċedura amministrattiva tal-applikazzjoni għall-permess, inkluż il-passi relatati mal-protezzjoni tal-ambjent, b’mod trasparenti sal-ħruġ ta’ deċiżjoni waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti fi tmiem il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi, jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa kollha lill-applikant u, meta jkun xieraq, jinvolvi lil awtoritajiet amministrattivi oħra. Il-punt ta’ kuntatt għandu jiżgura li l-iskadenzi għall-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi stabbiliti f’din id-Direttiva huma sodisfatti. L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jissottomettu d-dokumenti rilevanti f’format diġitali. Sal-21 ta’ Novembru 2025, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi kollha jsiru b’forma elettronika.

4.   Il-punt ta’ kuntatt għandu jipprovdi manwal tal-proċeduri għall-iżviluppaturi tal-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, u dik l-informazzjoni għandu jipprovdiha online, filwaqt li jindirizza b’mod li jiddistinwgi bejn il-proġetti tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira, il-proġetti ta’ awtokonsumaturi ta’ sorsi rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli. L-informazzjoni online għandha tindika l-punt ta’ kuntatt rilevanti għall-applikazzjoni in kwistjoni. Jekk Stat Membru jkollu aktar minn punt ta’ kuntatt wieħed, l-informazzjoni online għandha tindika l-punt ta’ kuntatt rilevanti għall-applikazzjoni in kwistjoni.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti u l-pubbliku ġenerali jkollhom aċċess faċli għal proċeduri sempliċi għas-soluzzjoni għat-tilwim rigward il-proċedura għall-għoti tal-permessi u għall-ħruġ tal-permessi biex jinbnew u jitħaddmu l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, inkluż meta applikabbli, mekkaniżmi alternattiv għas-soluzzjoni għat-tilwim.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appelli amministrattivi u ġudizzjarji fil-kuntest ta’ proġett għall-iżvilupp ta’ impjant tal-enerġija rinnovabbli, il-konnessjoni ta’ dak l-impjant mal-grilja u l-assi meħtieġa għall-iżvilupp tan-networks tal-infrastruttura tal-enerġija meħtieġa għall-integrazzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-sistema tal-enerġija, inklużi l-appelli relatati ma’ aspetti ambjentali, huma soġġetti għall-aktar proċedura amministrattiva u ġudizzjarja rapida disponibbli fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti.

7.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu riżorsi adegwati biex jiżguraw persunal kwalifikat, titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom f’konformità mal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli installata ppjanata prevista fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. L-Istati Membri għandhom jassistu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex jiffaċilitaw il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi.

8.   Għajr meta jikkoinċidi ma’ stadji amministrattivi oħra tal-proċedura għall-ħruġ tal-permessi, il-perjodu ta’ żmien tal-proċedura għall-ħruġ tal-permessi ma għandux jinkludi:

(a)

iż-żmien li fih l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, il-konnessjonijiet mal-grilja tagħhom u, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-istabbiltà tal-grilja, l-affidabbiltà tal-grilja u s-sikurezza tal-grilja, l-infrastruttura tal-grilja meħtieġa relatata jkunu qed jinbnew jew jiġu repowered;

(b)

iż-żmien għall-istadji amministrattivi meħtieġa għal titjib sinifikanti tal-grilja li jkun meħtieġ biex jiġu żgurati l-istabbiltà tal-grilja, l-affidabbiltà tal-grilja u s-sikurezza tal-grilja;

(c)

iż-żmien għal kwalunkwe appelli u rimedji ġudizzjarji, proċedimenti oħra quddiem qorti jew tribunal, u mekkaniżmi alternattivi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim, inklużi proċeduri ta’ ilmenti u appelli u rimedji mhux ġudizzjarji.

9.   Id-deċiżjonijiet kollha li jirriżultaw mill-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi msemmija għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku skont il-liġi applikabbli.

Artikolu 16a

Il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi fiż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura għall-ħruġ tal-permessi msemmija fl-Artikolu 16(1) ma għandhiex taqbeż 12-il xahar għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli fiż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli. Madankollu, fil-każ ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, il-proċedura għall-ħruġ tal-permess ma għandhiex taqbeż is-sentejn. Meta debitament ġustifikat abbażi ta’ ċirkostanzi straordinarji, l-Istati Membri jistgħu jestendu wieħed minn dawk il-perjodi b’mhux aktar minn sitt xhur. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-iżviluppatur tal-proġett b’mod ċar biċ-ċirkostanzi straordinarji li jiġġustifikaw tali estensjoni.

2.   Il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi għar-repowering ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli u għal installazzjonijiet ġodda b’kapaċità elettrika ta’ inqas minn 150 kW, għall-faċilitajiet tal-ħżin kolokalizzati, inklużi l-faċilitajiet tal-elettriku u termiċi, kif ukoll għall-konnessjoni tagħhom mal-grilja, li jkunu jinsabu fiż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, ma għandhiex taqbeż is-sitt xhur. Madankollu, fil-każ ta’ proġetti tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta, il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi ma għandhiex teċċedi 12-il xahar. Meta debitament ġustifikat abbażi ta’ ċirkostanzi straordinarji, bħal abbażi ta’ raġunijiet prevalenti ta’ sikurezza meta l-proġett ta’ repowering ikollu impatt sostanzjali fuq il-grilja jew fuq il-kapaċità, id-daqs jew il-prestazzjoni oriġinali tal-installazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodu ta’ sitt xhur u l-perjodu ta’ 12-il xahar għal proġetti tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta jistgħu jiġu estiżi sa sitt xhur. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-iżviluppatur tal-proġett b’mod ċar biċ-ċirkostanzi straordinarji li jiġġustifikaw tali estensjoni.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(2) u l-Anness II, il-punti 3(a), (b), (d), (h), (i), u 6(c), waħdu jew flimkien mal-punt 13(a), għad-Direttiva 2011/92/UE, fir-rigward ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli, applikazzjonijiet ġodda għal impjanti tal-enerġija rinnovabbli, inklużi -impjanti li jikkombinaw tipi differenti ta’ teknoloġija ta’ enerġija rinnovabbli, u r-repowering tal-impjanti tal-enerġija rinnovabbli f’żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli ddeżinjati għat-teknoloġija rilevanti u l-ħażna ta’ enerġija kolokalizzata,kif ukoll il-konnessjoni ta’ tali mpjanti u ħażna mal-grilja, għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit li titwettaq valutazzjoni tal-impatt ambjentali ddedikata skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2011/92/UE, dment li dawk il-proġetti jikkonformaw mal-Artikolu 15c(1), il-punt (b), ta’ din id-Direttiva. Dik id-dreoga ma għandhiex tapplika għall-proġetti li aktarx iħallu effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor jew meta jintalab dan minn Stat Membru li aktarx ikun ser jintlaqat b’mod sinifikanti, skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/92/UE.

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ma għandhomx ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tagħhom għas-siti ta’ Natura 2000 dment li dawk il-proġetti tal-enerġija rinnovabbli jikkonformaw mar-regoli u l-miżuri stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 15c(1), il-punt (b), ta’ din id-Direttiva.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-proċess tal-iskrinjar tal-applikazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Tali proċess tal-iskrinjar għandu jkollu l-għan li jidentifika jekk kwalunkwe mill-proġetti tal-enerġija rinnovabbli għandux probabbiltà kbira li jikkawża effetti negattivi sinifikanti imprevisti fid-dawl tas-sensittività ambjentali taż-żoni ġeografiċi fejn ikun jinsab, li ma jkunux ġew identifikati matul il-valutazzjoni ambjentali tal-pjanijiet li jiddeżinjaw iż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli msemmija fl-Artikolu 15c(1), l-ewwel subparagrafu, ta’ din id-Direttiva mwettqa skont id-Direttiva 2001/42/KE u, meta rilevanti, skont id-Direttiva 92/43/KEE. Tali proċess tal-iskrinjar għandu jkollu wkoll l-għan li jidentifika jekk kwalunkwe mill-proġetti tal-enerġija rinnovabbli jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/92/UE minħabba l-probabbiltà li jikkawża effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor jew minħabba talba ta’ Stat Membru li x’aktarx jiġi milqut b’mod sinifikanti.

Għall-fini ta’ tali proċess tal-iskrinjar, l-iżviluppatur tal-proġett għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-proġett tal-enerġija rinnovabbli, dwar il-konformità tiegħu mar-regoli u mal-miżuri identifikati skont l-Artikolu 15c(1), il-punt (b), għaż-żona speċifika ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, dwar kwalunkwe miżura addizzjonali adottata mill-iżviluppatur tal-proġett u kif dawn il-miżuri jindirizzaw l-impatti ambjentali. L-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali disponibbli. Il-proċess tal-iskrinjar relatat mal-applikazzjonijiet għal impjanti ġodda tal-enerġija rinnovabbli għandhom jitlestu fi żmien 45 jum mid-data tal-preżentazzjoni ta’ biżżejjed informazzjoni meħtieġa għal dak il-għan. Madankollu, fil-każ ta’ applikazzjonijiet għal installazzjonijiet b’kapaċità elettrika ta’ inqas minn 150 kW u għal applikazzjonijiet ġodda għar-repowering tal-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, il-proċess tal-iskrinjar għandu jitlesta fi żmien 30 jum.

5.   Wara l-proċess tal-iskrinjar, l-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu awtorizzati minn perspettiva ambjentali mingħajr il-bżonn ta’ kwalunkwe deċiżjoni espliċita mill-awtorità kompetenti, sakemm l-awtorità kompetenti ma tadottax deċiżjoni amministrattiva, li tistabilixxi raġunijiet dovuti ibbażati fuq evidenza ċara, li proġett speċifiku għandu probabbiltà kbira li jikkawża effetti negattivi sinifikanti imprevisti fid-dawl tas-sensittività ambjentali taż-żona ġeografika fejn ikun jinsab il-proġett li ma jistgħux jittaffew bil-miżuri identifikati fil-pjanijiet li jiddeżinjaw iż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli jew proposti mill-iżviluppatur tal-proġett. Tali deċiżjonijiet għandhom ikunu disponibli għall-pubbliku. Tali proġetti tal-enerġija rinovabbli għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE u, jekk applikabbli, għal valutazzjoni skont id-Direttiva 92/43/KEE, li għandha titwettaq fi żmien sitt xhur mid-deċiżjoni amministrattiva li tidentifika probbabiltà għolja ta’ effetti negattivi sinifikanti mhux previsti. Meta debitament ġustifikat abbażi ta’ ċirkostanzi straordinarji, dak il-perjodu ta’ sitt xhur jista’ jiġi estiż sa sitt xhur.

Fil-każ ta’ ċirkostanzi ġustifikati, inkluż fejn meħtieġ biex jiġi aċċelerat il-varar tal-enerġija rinnovabbli biex jintlaħqu l-miri tal-klima u tal-enerġija rinnovabbli, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw proġetti eoliċi u fotovoltajċi solari minn tali valutazzjonijiet.

Fejn l-Istati Membri jeżentaw proġetti eoliċi u fotovoltajċi solari minn dawk il-valutazzjonijiet, l-operatur għandu jadotta miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati jew, fejn tali miżuri ta’ mitigazzjoni ma humiex disponibbli, miżuri kumpensatorji, li, jekk ma jkunux disponibbli miżuri ta’ kumpens proporzjonati oħra, jistgħu jieħdu l-forma ta’ kumpens monetarju, biex jiġi indirizzat kwalunkwe effett negattiv. Meta dawk l-effetti negattivi jkollhom impatt fuq il-protezzjoni tal-ispeċijiet, l-operatur għandu jħallas kumpens monetarju għall-programmi ta’ protezzjoni tal-ispeċijiet għad-durata tal-operazzjoni tal-impjant tal-enerġija rinnovabbli, sabiex jiġi żgurat jew jittejjeb l-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet milquta.

6.   Fil-proċedura għall-ħruġ tal-permessi imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-nuqqas ta’ tweġiba mill-awtoritajiet kompetenti sal-iskadenza stabbilita jirriżulta fil-passi amministrattivi intermedjarji speċifiċi li għandhom jitqiesu bħala approvati, għajr meta l-proġett tal-enerġija rinnovabbli speċifiku jkun soġġett għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont il-paragrafu 5 jew meta l-prinċipju ta’ approvazzjoni taċita amministrattiva ma jkunx jeżisti fis-sistema legali nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Dan il-paragrafu ma għandhux japplika għal deċiżjonijiet finali dwar l-eżitu tal-proċedura għall-ħruġ tal-permissi, li għandha tkun espliċita. Id-deċiżjonijiet kollha għandhom jkunu disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 16b

Il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi barra miż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura għall-ħruġ tal-permessi msemmi fl-Artikolu 16(1) ma għandux jaqbeż is-sentejn għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli li jinsabu barra miż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli. Madankolly, fil-każ ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi ma għandhiex taqbeż it-tliet snin. Meta debitament ġustifikat abbażi ta’ ċirkostanzi straordinarji, inkluż meta dawn jeħtieġu perjodi estiżi meħtieġa għal valutazzjonijiet skont il-liġi ambjentali applikabbli tal-Unjoni, l-Istati Memrbi jistgħu jestendu wieħed minn dawk il-perjodi b’mhux aktar minn sitt xhur. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-iżviluppatur b’mod ċar biċ-ċirkostanzi straordinarji li jiġġustifikaw tali estensjoni.

2.   Meta tkun meħtieġa valutazzjoni ambjentali skont id-Direttivi 2011/92/UE jew 92/43/KEE, din għandha ssir bi proċedura waħda li tgħaqqad il-valutazzjonijiet rilevanti kollha għal proġett tal-enerġija rinnovabbli partikolari. Meta tkun meħtieġa tali valutazzjoni tal-impatt ambjentali, l-awtorità kompetenti, filwaqt li tqis l-informazzjoni li pprovda l-iżviluppatur tal-proġett, għandha toħroġ opinjoni dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li l-iżviluppatur tal-proġett għandu jinkludi fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali, li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha ma għandux jiġi estiż sussegwentement. Meta l-proġett tal-enerġija rinnovabbli speċifiċi jkun adotta miżuri meħtieġa ta’ mitigazzjoni, kwalunkwe qtil jew tfixkil tal-ispeċijiet protetti skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 92/43/KEE u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/147/KE ma għandux jitqies li jkun intenzjonat. Meta l-miżuri ġodda ta’ mitigazzjoni li jipprevjenu kemm jista’ jkun il-qtil jew it-tfixkil tal-ispeċijiet protetti skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, jew kwalunkwe impatt ambjentali ieħor, ma jkunux ġew ittestjati b’mod wiesa’ fir-rigward tal-effettività tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu tagħhom għal proġett pilota wieħed jew aktar għal perjodu ta’ żmien limitat, dment li l-effettività ta’ tali miżuri ta’ mitigazzjoni tiġi mmonitorjata mill-qrib u jittieħdu l-passi xierqa minnufih jekk ma jurux li huma effettivi.

Il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi għar-repowering ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli, għal installazzjonijiet ġodda b’kapaċità elettrika ta’ inqas minn 150 kW u għall-ħażna tal-enerġija kolokalizzata, kif ukoll għall-konnessjoni ta’ tali mpjanti, installazzjonijiet u ħażna mal-grilja, li jkunu jinsabu barra miż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, ma għandhiex taqbeż 12-il xahar, inkluż fir-rigward ta’ valutazzjonijiet ambjentali meta dawn ikunu meħtieġa mil-liġi rilevanti. Madankollu, fil-każ ta’ proġetti tal-enerġija bir-riħ lil hinn mill-kosta, il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi ma għandhiex taqbeż is-sentejn. Fejn debitament ġustifikat abbażi ta’ ċirkostanzi straordinarji, l-Istati Membri jistgħu jestendu wieħed minn dawk il-perjodi b’mhux aktar minn tliet xhur. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-iżviluppatur tal-proġetti b’mod ċar biċ-ċirkostanzi straordinarji li jiġġustifikaw tali estensjoni.

“Artikolu 16c

Aċċelerazzjoni tal-proċedura għall-ħruġ tal-permessi għal repowering

1.   Meta r-repowering ta’ impjant tal-enerġija rinnovabbli ma jirriżultax f’żieda tal-kapaċità ta’ impjant tal-enerġija rinnovabbli lil hinn minn 15 %, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt ambjentali potenzjali meħtieġa skont il-paragrafu 2, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi għal konnessjonijiet mat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni ma għandhomx jaqbżu tliet xhur wara l-applikazzjoni lill-entità rilevanti sakemm ma jkunx hemm tħassib ġustifikat dwar is-sikurezza, jew ikun hemm inkompatibbiltà teknika mal-komponenti tas-sistema.

2.   Meta r-repowering ta’ impjant tal-enerġija rinnovabbli jkun soġġett għal proċess tal-iskrinjar deskritta fl-Artikolu 16a(4) jew għal determinazzjoni dwar jekk il-proġett jirrikjedix valutazzjoni tal-impatt ambjentali jew valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/92/UE, tali proċess tal-iskrinjar, determinazzjoni jew valutazzjoni ambjentali tal-impatt għandhom ikunu limitati għall-impatti potenzjali li jirriżultaw minn bidla jew minn estensjoni meta mqabbla mal-proġett oriġinali.

3.   Meta r-repowering ta’ installazzjonijiet solari ma jinvolvix l-użu ta’ spazju addizzjonali u jikkonforma mal-miżuri ta’ mitigazzjoni ambjentali applikabbli stabbiliti għall-installazzjoni solari oriġinali, il-proġett għandu jiġi eżentat min kwalunkwe rekwiżit applikabbli biex jitwettaq il-proċess tal-skrinjar previst fl-Artikolu 16a(4), biex jiddetermina jekk il-proġett jirrikjedix valutazzjoni tal-impatt ambjentali, jew biex titwettaq valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/92/UE.

Artikolu 16d

Il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi għall-installazzjoni tat-tagħmir tal-enerġija solari

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura għall-ħruġ tal-permessi msemmija fl-Artikolu 16(1) għall-installazzjoni tat-tagħmir tal-enerġija solari u assi tal-ħżin tal-enerġija kolokalizzati, inklużi l-installazzjonijiet solari integrati fil-bini, fi strutturi artifiċjali eżistenti jew futuri, għajr l-uċuħ tal-ilma artifiċjali, ma għandux jaqbeż it-tlett xhur, dment li l-għan primarju ta’ tali strutturi artifiċjali ma jkunx il-produzzjoni tal-enerġija solari jew il-ħżin tal-enerġija. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(2) tal-Anness II, il-punti 3(a) u (b), waħdu jew flimkien mal-punt 13(a), tad-Direttiva 2011/92/UE, tali installazzjoni tat-tagħmir solari għandha tkun eżentata mir-rekwiżit, jekk applikabbli, li ssir valutazzjoni tal-impatt ambjentali ddedikata skont l-Artikolu 2(1) ta’ dik id-Direttiva.

L-Istati Membri jistgħu jeskludu ċerti żoni jew strutturi mill-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, għall-fini tal-protezzjoni tal-wirt kulturali jew storiku, interessi nazzjonali tad-difiża, jew raġunijiet ta’ sikurezza.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura għall-ħruġ tal-permessi għall-installazzjoni ta’ tagħmir tal-enerġija solari b’kapaċità ta’ 100 kW jew inqas, inkluż għal awtokonsumaturi ta’ sorsi rinnovabbli u komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, ma għandhiex taqbeż ix-xahar. In-nuqqas ta’ tweġiba mill-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti sal-iskadenza stabbilita wara s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompluta għandu jirriżulta biex il-permess jitqies li nħareġ, dment li l-kapaċità tat-tagħmir tal-enerġija solari ma taqbiżx il-kapaċità eżistenti tal-konnessjoni mal-grilja tad-distribuzzjoni.

Meta l-applikazzjoni tal-livell limitu kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu twassal għal piż amministrattiv sinifikanti jew għal restrizzjonijiet għat-tħaddim tal-grilja tal-elettriku, l-Istati Membri jistgħu japplikaw livell limitu ta’ kapaċità aktar baxx dment li dan jibqa’ aktar minn 10,8 kW.

Artikolu 16e

Il-proċedura għall-ħruġ tal-permissi għall-installazzjoni tal-pompi tas-sħana

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura għall-ħruġ tal-permessi għall-installazzjoni tal-pompi tas-sħana ta’ inqas minn 50 MW ma għandiex taqbeż ix-xahar. Madankollu, fil-każ ta’ pompi tas-sħana ġeotermika, il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi ma għandiex taqbeż it-tliet xhur.

2.   Sakemm ma jkunx hemm tħassib ġustifikat dwar is-sikurezza, sakemm ikunu meħtieġa xogħlijiet ulterjuri għal konnessjonijiet mal-grilja jew sakemm ikun hemm inkompatibbiltà teknika tal-komponenti tas-sistema, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konnessjonijiet mal-grilja tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni għandhom ikunu permessi fi żmien ġimgħatejn min- notifika lill-entità rilevanti għal:

(a)

pompi tas-sħana ta’ kapaċità elettrika sa 12 kW; u;

(b)

pompi tas-sħana ta’ kapaċità elettrika sa 50 kW installati minn awtokonsumaturi ta’ sorsi rinnovabbli, dment li l-kapaċità elettrika tal-installazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli tal-awtokonsumatur ta’ sorsi rinnovabbli tammonta għal mill-anqas 60 % tal-kapaċità elettrika tal-pompa tas-sħana.

3.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu ċerti żoni jew strutturi mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 għal fini ta’ protezzjoni tal-wirt kulturali jew storiku, interessi nazzjonali tad-difiża, jew raġunijiet ta’ sikurezza.

4.   Id-deċiżjonijiet kollha li jirriżultaw mill-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku f’konformità mal-liġi applikabbli.

Artikolu 16f

Interess pubbliku prevalenti

Sal-21 ta’ Frar 2024, sakemm tintlaħaq in-newtralità klimatika, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-proċedura għall-ħruġ tal-permessi, l-ippjanar, il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli, il-konnessjoni ta’ tali mpjanti mal-grilja, il-grilja relatata nnifisha, u l-assi tal-ħżin ikunu preżunti li huma fl-interess pubbliku prevalenti u li jservu s-saħħa u s-sikurezza pubblika meta jiġu bilanċjati l-interessi legali fil-każijiet individwali għall-finijiet tal-Artikol 6(4) u l-Artikolu 16(1), il-punt (c), tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60/KE u l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2009/147/KE. L-Istati Membri jistgħu, f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u speċifiċi, jirrestrinġu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għal ċerti partijiet tat-territorju tagħhom, għal ċerti tipi ta’ teknoloġija jew għal proġetti b’ċerti karatteristiċi tekniċi, f’konformità mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni ta’ tali restrizzjonijiet flimkien mar-reġunijiet għal dawn.”;

(8)

fl-Artikolu 18, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jew skemi ta’ kwalifika ekwivalenti tagħhom ikunu disponibbli għall-installaturi u għad-disinjaturi tal-forom kollha ta’ sistemi ta’ tisħin u tkessiħ rinnovabbli fil-binjiet, fl-industrija u fl-agrikoltura, għall-installaturi ta’ sistemi fotovoltajċi solari, inkluż il-ħżin tal-enerġija, u għall-installaturi ta’ punti tal-irriċarġjar li jippermettu rispons tad-domanda. Dawk l-iskemi jistgħu jqisu l-iskemi u l-istrutturi eżistenti kif xieraq, u għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Anness IV. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikazzjoni mogħtija minn Stati Membri oħra f’konformità ma’ dawk il-kriterji.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas biex jiżguraw li jkollhom għadd suffiċjenti ta’ installaturi mħarrġa u kwalifikati tat-teknoloġija msemmija fl-ewwel subparagrafu biex imantnu t-tkabbir tal-enerġija rinnovabbli meħtieġa biex jintlaħqu l-miri differenti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Sabiex jinkiseb għadd suffiċjenti ta’ installaturi u disinjaturi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli programmi ta’ taħriġ suffiċjenti li jwasslu għal ċertifikazzjoni jew għal kwalifika u li jkopru t-teknoloġija tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli, sistemi fotovoltajċi solari, inkluż il-ħżin tal-enerġija, punti tal-irriċarġjar li jippermettu rispons tad-domanda, u l-aħħar soluzzjonijiet innovattivi tagħhom, sakemm ikunu kompatibbli mal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni tagħhom jew skemi ta’ kwalifiki ekwivalenti. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri biex jippromwovu l-parteċipazzjoni f’tali programmi ta’ taħriġ, b’mod partikolari minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u dawk li jaħdmu għal rashom. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ftehimiet volontarji mal-fornituri u mal-bejjiegħa tat-teknoloġija rilevanti biex iħarrġu għadd suffiċjenti ta’ installaturi, li jistgħu jkunu bbażati fuq stimi tal-bejgħ, fl-aktar soluzzjonijiet u teknoloġija innovattivi riċenti disponibbli fis-suq.

Jekk l-Istati Membri jidentifikaw distakk sostanzjali bejn l-għadd disponibbli u dak meħtieġ ta’ installaturi mħarrġa u kwalifikati, huma għandhom jieħdu miżuri biex jindirizzaw dak id-distakk.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar skemi ta’ ċertifikazzjoni jew skemi ta’ kwalifika ekwivalenti kif imsemmi fil-paragrafu 3 disponibbli għall-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jagħmlu wkoll disponibbli għall-pubbliku, b’mod trasparenti u faċilment aċċessibbli, lista aġġornata regolarment tal-installaturi li huma ċċertifikati jew ikkwalifikati f’konformità mal-paragrafu 3.”

;

(9)

L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinħareġ garanzija tal-oriġini bi tweġiba għal talba minn produttur tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, inklużi karburanti gassużi rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika bħall-idroġenu, sakemm l-Istati Membri ma jiddeċidux, għall-finijiet ta’ kontabbiltà għall-valur tas-suq tal-garanzija tal-oriġini, li ma joħorġux tali garanzija tal-oriġini lil produttur li jirċievi appoġġ finanzjarju minn skema ta’ appoġġ. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu arranġamenti biex jinħarġu garanziji tal-oriġini għall-enerġija minn sorsi ta’ enerġija mhux rinnovabbli. Il-ħruġ ta’ garanziji tal-oriġini jista’ jkun soġġett għal limitu minimu ta’ kapaċità. Garanzija tal-oriġini għandha tkun tad-daqs standard ta’ 1 MWh. Meta xieraq, tali daqs standard jista’ jinqasam f’daqs ta’ frazzjoni, sakemm il-frazzjoni tkun multiplu ta’ 1 Wh. Ma għandhiex tinħareġ aktar minn garanzija tal-oriġini waħda fir-rigward ta’ kull unità ta’ enerġija prodotta.”

;

(ii)

is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara t-tieni subparagrafu:

“Għandhom jiġu introdotti proċessi ta’ reġistrazzjoni ssimplifikati u tariffi tar-reġistrazzjoni mnaqqsa għall-installazzjonijiet żgħar ta’ inqas minn 50 kW u għall-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli.”;

(iii)

fir-raba’ subparagrafu, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

meta l-garanziji tal-oriġini ma jinħarġux direttament lill-produttur imma lil fornitur jew konsumatur li jixtri l-enerġija jew f’kuntest kompetittiv inkella fi ftehim dwar ix-xiri fit-tul tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.”;

(b)

il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-garanziji tal-oriġini għandhom ikunu validi għal tranżazzjonijiet għal 12-il xahar wara l-produzzjoni tal-unità ta’ enerġija rilevanti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-garanziji tal-oriġini kollha li ma jkunux ġew ikkanċellati jiskadu sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara l-produzzjoni tal-unità ta’ enerġija. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-garanziji tal-oriġini skaduti fil-kalkolu tat-taħlita tal-enerġija residwa.

4.   Għall-finijiet tad-divulgazzjoni msemmija fil-paragrafi 8 u 13, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-enerġija jikkanċellaw il-garanziji tal-oriġini sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ validità tal-garanzija tal-oriġini. Barra minn hekk, sal-21 ta’ Mejju 2025, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data dwar it-taħlita residwa tal-enerġija tagħhom tiġi ppubblikata fuq bażi annwali.”

;

(c)

fil-paragrafu 7, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

is-sors ta’ enerġija li minnu ġiet prodotta l-enerġija u d-dati ta’ bidu u ta’ tmiem tal-produzzjoni, li jistgħu jiġu speċifikati;

(i)

fil-każ tal-gass rinnovabbli, inklużi l-karburanti gassużi rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, u t-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli, f’intervall ta’ siegħa jew subsiegħa;

(ii)

għall-elettriku rinnovabbli, f’konformità mal-perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (15), tar-Regolament (UE) 2019/943.”;

(d)

fil-paragrafu 8, jiddaħħlu s-subparagrafi li ġejjin wara l-ewwel subparagrafu:

“Meta gass huwa fornut minn network tal-idroġenu jew tal-gass naturali, inklużi karburanti gassużi rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u l-bijometan, il-fornitur huwa meħtieġ juri lill-konsumaturi finali s-sehem jew il-kwantità tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tiegħu għall-finijiet tal-Anness 1, it-Taqsima 5 tad-Direttiva 2009/73/KE. Il-fornitur għandu jagħmel dan billi juża l-garanziji tal-oriġini għajr:

(a)

fir-rigward tas-sehem ta’ taħlita tal-enerġija li jikkorrispondi għal offerti kummerċjali mhux intraċċati, jekk hemm, li għalihom il-fornitur jista’ juża it-taħlita residwa tal-enerġija;

(b)

meta Stat Membru jiddeċiedi li ma joħroġx garanziji tal-oriġini lil produttur li jirċievi appoġġ finanzjarju minn skema ta’ appoġġ.

Meta konsumatur jikkonsma gass minn network tal-idroġenu jew tal-gass naturali, inklużi karburanti gassużi rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u l-bijometan, kif muri fl-offerta kummerċjali mill-fornitur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-garanziji tal-oriġini li jiġu kkanċellati jikkorrispondu mal-karatteristiċi rilevanti tan-network.”;

(e)

il-paragrafu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“13.   Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta rapport li jivvaluta għażliet biex tiġi stabbilita tikketta ekoloġika għall-Unjoni kollha bil-ħsieb li tippromwovi l-użu ta’ enerġija rinnovabbli ġenerata minn installazzjonijiet ġodda. Il-fornituri għandhom jużaw l-informazzjoni li tinsab fil-garanziji tal-oriġini biex juru l-konformità mar-rekwiżiti ta’ tali tikketta.

13a.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-funzjonament tas-sistema tal-garanziji tal-oriġini u, sat-30 ta’ Ġunju 2025 għandha tivvaluta l-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda tal-garanziji tal-oriġini fis-suq u, fil-każ ta’ żbilanċi, tidentifika l-fatturi rilevanti li jaffettwaw il-provvista u d-domanda.”

;

(10)

fl-Artikolu 20, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Skont l-evalwazzjoni inkluża fil-pjanijiet integrati nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u f’konformità mal-Anness I ta’ dak ir-Regolament, dwar il-ħtieġa li jinbnew infrastrutturi ġodda għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali prodotti minn sorsi rinnovabbli bil-għan li tinkiseb il-mira tal-Unjoni ġenerali stipulata fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, meta rilevanti, jieħdu l-passi meħtieġa bil-għan li tiġi żviluppata infrastruttura distrettwali għall-promozzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, bħall-enerġija solari termika, l-enerġija solari fotovoltajka, il-pompi tas-sħana mħaddma mill-elettriku rinnovabbli bl-użu tal-enerġija ambjentali u l-enerġija ġeotermika, teknoloġija oħra tal-enerġija ġeotermika, il-bijomassa, il-bijogass, il-bijolikwidi u s-sħana u l-kesħa mormija, fejn possibbli f’kombinazzjoni mal-ħżin tal-enerġija termika, sistemi tar-rispons tad-domanda u installazzjonijiet li jikkonvertu l-elettriku għas-sħana,.”

;

(11)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 20a

Iffaċilitar tal-integrazzjoni tas-sistema tal-elettriku rinnovabbli

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u, jekk d-data jkunu disponibbli għalihom, l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni fit-territorju tagħhom jagħmlu disponibbli data dwar is-sehem tal-elettriku rinnovabbli u l-kontenut tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-elettriku fornut f’kull żona tal-offerti, bl-aktar mod preċiż possibbli f’intervalli ugwali għall-frekwenza tal-aġġustament tas-suq iżda ta’ mhux aktar minn siegħa, bit-tbassir fejn disponibbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni jkollhom aċċess għad-data meħtieġa. Jekk l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni ma jkollhomx aċċess, skont il-liġi nazzjonali, għad-data kollha meħtieġa, huma għandhom japplikaw is-sistema eżistenti ta’ rapportar tad-data skont n-Netwerk Ewropew ta’ Operaturi ta’ Sistema ta’ Trażmissjoni għall-Elettriku, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2019/944. L-Istati Membri għandhom jipprovdu inċentivi għal modernizzazzjoni tal-grilji intelliġenti biex jimmonitorjaw aħjar il-bilanċ tal-grilja jew jagħmlu disponibbli d-data f’ħin reali.

Jekk teknikament disponibbli, l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni għandhom jagħmlu disponibbli wkoll data anonimizzata u aggregata dwar il-potenzjal tar-rispons tad-domanda u l-elettriku rinnovabbli ġġenerat u introdott fil-grilja mill-awtokonsumaturi u mill-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli.

2.   Id-data msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu disponibbli b’mod diġitali b’mod li jiżgura l-interoperabbiltà abbażi ta’ formati armonizzati ta’ data u settijiet ta’ data standardizzati sabiex ikunu jistgħu jintużaw b’mod mhux diskriminatorju mill-parteċipanti fis-suq tal-elettriku, mill-aggregaturi, mill-konsumaturi u mill-utenti finali, u li jkunu jistgħu jinqraw b’apparati ta’ komunikazzjoni elettronika bħas-sistemi ta’ kejl intelliġenti, il-punti tal-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi, is-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ u sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija tal-binjiet.

3.   Minbarra r-rekwiżit stipulati fir-Regolament (UE) 2023/1542, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi ta’ batteriji domestiċi u industrijali jippermettu aċċess f’ħin reali għal informazzjoni bażika dwar is-sistema tal-ġestjoni tal-batteriji, inkluż il-kapaċità tal-batteriji, l-istat tas-saħħa, l-istat taċ-ċarġ u s-set point tal-potenza, lis-sidien u lill-utenti tal-batteriji, kif ukoll lil partijiet terzi li jaġixxu, bil-kunsens espliċitu, f’isem is-sidien u l-utenti, bħall-impriżi tal-ġestjoni tal-enerġija tal-binjiet u l-parteċipanti fis-suq tal-elettriku, skont termini mhux diskriminatorji, bla ħlas u b’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jirrikjedu li l-manifatturi tal-vetturi jagħmlu disponibbli, f’ħin reali, data tal-vettura relatata mal-istat tas-saħħa tal-batterija, mal-istat taċ-ċarġ tal-batterija, mal-valur programmat tal-enerġija tal-batterija, mal-kapaċità tal-batterija, u. meta xieraq mal-post tal-vetturi elettriċi, għas-sidien u għall-utenti tal-vetturi elettriċi, kif ukoll għall-partijiet terzi li jaġixxu f’isem is-sidien u l-utenti, bħall-parteċipanti fis-suq tal-elettriku u l-fornituri tas-servizzi tal-elettromobbiltà, skont termini mhux diskriminatorji u bla ebda ħlas, f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, u minbarra rekwiżiti ulterjuri fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip u s-sorveljanza tas-suq stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*18).

4.   Minbarra r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) 2023/1804, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati tagħhom għandhom jiżguraw li l-punti normali ġodda u mibdula tal-irriċarġjar tal-enerġija mhux aċċessibbli għall-pubbliku installati fit-territorju tagħhom ikunu jistgħu jappoġġjaw funzjonalitajiet intelliġenti tal-irriċarġjar u, meta xieraq, l-interfaċċa mas-sistemi ta’ kejl intelliġenti, meta varati fl-Istati Membri, u funzjonalitajiet tal-irriċarġjar bidirezzjonali f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 15(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament.

5.   Minbarra r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) 2019/943 u d-Direttiva (UE) 2019/944, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas regolatorju nazzjonali jippermetti sistemi żgħar jew mobbli bħal batteriji domestiċi u vetturi tal-elettriku u riżorsi tal-enerġija deċentralizzati, żgħar oħra li jipparteċipaw fis-swieq tal-elettriku, inkluż il-ġestjoni tal-konġestjoni u l-forniment ta’ servizzi ta’ flessibbiltà u ta’ bbilanċjar, inkluż permezz tal-aggregazzjoni. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti kollha fis-suq tal-elettriku u mal-awtoritajiet regolatorji, jistabbilixxu rekwiżiti tekniċi għall-parteċipazzjoni f’dawk is-swieq, abbażi tal-karatteristiċi tekniċi ta’ dawk is-sistemi.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu kundizzjonijiet ekwi u parteċipazzjoni nondiskriminatorja għal assi jew sistemi tal-enerġija deċentralizzati, żgħar jew sistemi mobbli.

(*18)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).”;"

(12)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 22a

L-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fl-industrija

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex iżidu s-sehem tas-sorsi rinnovabbli fl-ammont ta’ sorsi ta’ enerġija użati għall-finijiet finali tal-enerġija u mhux tal-enerġija fis-settur tal-industrija b’żieda indikattiva ta’ mill-anqas 1,6 punti perċentwali bħala medja annwali kkalkulata għall-perjodi mill-2021 sal-2025 u mill-2026 sal-2030.

L-Istati Membri jistgħu jgħoddu s-sħana u l-kesħa mormija maż-żidiet annwali medji msemmija fl-ewwel subparagrafu, sa limitu ta’ 0,4 punti perċentwali, sakemm is-sħana u l-kesħa mormija jkunu pprovduti minn tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, għajr networks li jipprovdu s-sħana lil bini wieħed biss jew fejn l-enerġija termika kollha tiġi kkonsmata biss fuq il-post u fejn l-enerġija termika ma tinbiegħx. Jekk jiddeċiedu li jagħmlu dan, iż-żieda annwali medja msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiżdied b’nofs il-punti perċentwali tas-sħana u l-kesħa mormija magħduda.

L-Istati Membri għandhom jinkludu l-politiki u l-miżuri ppjanati u meħuda biex tinkiseb tali żieda indikattiva fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u fir-rapporti ta’ progress integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament.

Meta l-elekrifikazzjoni titqies bħala għażla kosteffettiva, dawk il-politiki u l-miżuri għandhom jippromwovu l-elettrifikazzjoni bbażata fuq sorsi rinnovabbli tal-proċessi industrijali. Dawk il-politiki u l-miżuri għandhom jippruvaw joħolqu kundizzjoni tas-suq li twassal għad-disponibbiltà ta’ alternattivi tal-enerġija rinnovabbli ekonomikament vijabbli u teknikament fattibbli biex jissostitwixxu l-karburanti fossili użati għat-tisħin industrijali bil-għan li jitnaqqas l-użu tal-karburanti fossili użati għat-tisħin fejn it-temperatura tkun inqas minn 200 °C. Meta jadottaw dawk il-politiki u l-miżuri, l-Istati Membri għandhom iqisu l-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, l-effettività u l-kompetittività internazzjonali u l-bżonn li jiġu indirizzati l-ostakli regolatorji, amministrattivi u ekonomiċi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribut ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika użati għal finijiet finali tal-enerġija u mhux tal-enerġija għandu jkun ta’ mill-anqas 42 % tal-idroġenu użat għal finijiet finali tal-enerġija u mhux tal-enerġija fl-industrija sal-2030, u 60 % sal-2035. Ir-regoli li ġejjin għandhom jintużaw biex jiġi kkalkulat dak il-perċentwal:

(a)

għall-kalkolu tad-denominatur, għandu jitqies il-kontenut enerġetiku tal-idroġenu għal finijiet finali tal-enerġija u mhux tal-enerġija, minbarra:

(i)

l-idroġenu użat bħala prodotti intermedji għall-produzzjoni ta’ karburanti tat-trasport konvenzjonali u bijokarburanti;

(ii)

l-idroġenu li jiġi prodott bid-dekarbonizzazzjoni tal-gass residwu industrijali u li jintuża biex jissostitwixxi l-gass speċifiku li jiġi prodott minnu;

(iii)

l-idroġenu prodott bħala prodott sekondarju jew derivat minn prodotti sekondarji f’installazzjonijiet industrijali;

(b)

Għall-kalkolu tan-numeratur, għandu jitqies il-kontenut enerġetiku tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika kkunsmati fis-settur tal-industrija għall-finijiet finali tal-enerġija u mhux tal-enerġija, minbarra l-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika użati bħala prodotti intermedji għall-produzzjoni ta’ karburanti tat-trasport konvenzjonali u bijokarburanti.

(c)

Għall-kalkolu kemm tan-numeratur kif ukoll tad-denominatur, għandhom jintużaw il-valuri li jirrigwardaw il-kontenut enerġetiku tal-karburanti għat-trasport kif stabbilit fl-Anness III.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ħames subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut enerġetiku tal-karburanti mhux inklużi fl-Anness III, l-Istati Membri għandhom jużaw l-istandards Ewropej rilevanti għad-determinazzjoni tal-valuri kalorifiċi tal-karburanti, jew, fejn l-ebda standard Ewropew ma jkun ġie adottat għal dak l-għan, għandhom jintużaw l-istandards tal-ISO rilevanti.

2.   L-Istati Membri għandhom jippromwovu skemi volontarji ta’ tikkettar għal prodotti industrijali li jkunu ddikjarati li huma prodotti b’enerġija rinnovabbli u b’karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika. Tali skemi volontarji ta’ tikkettar għandhom jindikaw il-perċentwal ta’ enerġija rinnovabbli użata jew ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika użati fl-istadju tal-akkwist u tal-ipproċessar minn qabel, tal-manifattura u tad-distribuzzjoni tal-materja prima, ikkalkulat abbażi tal-metodoloġiji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2279 (*19) jew, fl-ISO 14067:2018.

3.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-ammont ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika li jistennew li jimportaw u jesportaw fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u fir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament. Abbażi ta’ dak ir-rapportar, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa strateġija tal-Unjoni għall-idroġenu importat u intern bil-għan li tippromwovi suq Ewropew tal-idroġenu kif ukoll il-produzzjoni interna tal-idroġenu fl-Unjoni, li tappoġġja l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-kisba tal-miri stabbiliti fiha, filwaqt li tqis kif xieraq is-sigurtà tal-provvista u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni fl-enerġija u l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq globali tal-idroġenu. Fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u fir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jindikaw kif beħsiebhom jikkontribwixxu għal dik l-istrateġija.

Artikolu 22b

Kundizzjonijiet għat-tnaqqis fil-mira għall-użu ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fis-settur industrijali

1.   Stat Membru jista’ jnaqqas il-kontribut ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika użati għall-finijiet finali tal-enerġija u mhux tal-enerġija msemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 22a(1). il-ħames subparagrafu, b’20 % fl-2030, dment li:

(a)

dak l-Istat Membru jkun fit-triq it-tajba lejn il-kontribuzzjoni nazzjonali tiegħu għall-mira kumplessiva vinkolanti tal-Unjoni stabbilita fl-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, li tkun mill-anqas ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet nazzjonali mistennija tiegħu skont il-formula msemmija fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1999; u;

(b)

is-sehem tal-idroġenu, jew tad-derivattivi tiegħu, prodotti mill-karburanti fossili li jiġi kkonsmat f’dak l-Istat Membru u ma jkunx aktar minn 23 % fl-2030 u 20 % fl-2035.

Meta kwalunkwe waħda minn dawk il-kundizzjonijiet ma tiġix issodisfata, it-tnaqqis imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jieqaf japplika.

2.   Meta Stat Membru japplika t-tnaqqis imsemmi fil- paragrafu 1, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan, flimkien mal-pjanijiet nazzjonali integrati tiegħu dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u bħala parti mir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati tiegħu dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament. In-notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar is-sehem aġġornat ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u d-data rilevanti kollha biex jintwera li l-kundizzjonijiet stipulati fil- paragrafu 1, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu huma ssodisfati.

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja s-sitwazzjoni fl-Istati Membri li jibbenefikaw minn tnaqqis bil-għan li tivverifika l-issodisfar kontinwu tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b).

(*19)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2279 tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-użu tal-metodi tal-Impronta Ambjentali għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet (ĠU L 471, 30.12.2021, p. 1).”;"

(13)

L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Sabiex jippromwovi l-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, kull Stat Membru għandu jżid is-sehem ta’ enerġija rinnovabbli f’dak is-settur b’mill-inqas 0,8 punt perċentwali bħala medja annwali kkalkulata għall-perjodu 2021-2025 u b’mill-anqas 1,1 punti perċentwali bħala medja annwali kkalkulata għall-perjodu 2026-2030, billi jibda mis-sehem ta’ enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ fl-2020, espress f’termini ta’ sehem nazzjonali tal-konsum finali gross tal-enerġija u kkalkulat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 7.

L-Istati Membri jistgħu jgħoddu s-sħana u l-kesħa mormija maż-żidiet annwali medji msemmija fl-ewwel subparagrafu, sa limitu ta’ 0,4 punt perċentwali. Jekk jiddeċiedu li jagħmlu dan, iż-żieda annwali medja għandha tiżdied b’nofs il-punti perċentwali tas-sħana u l-kesħa mormija li jingħaddu sa limitu massimu ta’ 1,0 punt perċentwali għall-perjodu 2021 sa 2025 u ta’ 1,3 punt perċentwali għall-perjodu 2026 sa 2030.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jgħoddu s-sħana u l-kesħa mormija u l-ammont stmat fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima sottomessi skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. Minbarra ż-żidiet annwali minimi ta’ punti perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, kull Stat Membru għandu jagħmel ħiltu biex iżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ tiegħu bil-punti perċentwali indikattivi addizzjonali stabbiliti fl-Anness Ia ta’din id-Direttiva.

L-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-elettriku rinnovabbli użat għat-tisħin u t-tkessiħ maż-żieda medja annwali stabbilita fl-ewwel subparagrafu, sa limitu ta’ 0,4 punt perċentwali, dment li l-effiċjenza tal-unità tal-ġeneratur tas-sħana u tal-kesħa tkun ogħla minn 100 %. Jekk jiddeċiedu li jagħmlu dan, iż-żieda annwali medja għandha tiżdied b’nofs tal-elettriku rinnovabbli espress f’punti perċentwali sa limitu massimu ta’ 1,0 punt perċentwali għall-perjodu 2021 sa2025 u ta’ 1,3 punt perċentwali għall-perjodu 2026 sa2030.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jgħoddu l-elettriku rinnovabbli użat fit-tisħin u t-tkessiħ minn ġeneraturi tas-sħana u tal-kesħa li l-effiċjenza tagħhom hija ogħla minn 100 % maż-żieda annwali stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-istimi tal-kapaċitajiet ta’ elettriku rinnovabbli ta’ unitajiet ta’ ġeneraturi tas-sħana u tal-kesħa li l-effiċjenza tagħhom hija ogħla minn 100 % fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tagħhom sottomessi skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-ammont ta’ elettriku rinnovabbli użat fit-tisħin u t-tkessiħ minn unitajiet ta’ ġeneraturi tas-sħana u tal-kesħa li l-effiċjenza tagħhom tkun ogħla minn 100 % fir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament.

1a.   Għall-kalkolu tas-sehem tal-elettriku rinnovabbli użat fit-tisħin u t-tkessiħ għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jużaw is-sehem medju tal-elettriku rinnovabbli fornut fit-territorju tagħhom fis-sentejn preċedenti.

1b.   L-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni tal-potenzjal tagħhom ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u tal-użu tas-sħana u l-kesħa mormija fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ inkluż, fejn xieraq, analiżi taż-żoni adatti għall-varar tagħhom b’riskju ekoloġiku baxx u tal-potenzjal għal proġetti fuq skala żgħira relatati ma’ unitajiet domestiċi. Dik il-valutazzjoni għandha tikkunsidra teknoloġija disponibbli u ekonomikament fattibbli għall-użi industrijali u domestiċi sabiex tistabbilixxi stadji importanti u miżuri biex jiżdied l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ u, fejn xieraq, l-użu tas-sħana u l-kesħa mormija permezz tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali bil-għan li tiġi stabbilita strateġija nazzjonali fit-tul għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u t-tniġġis tal-arja li joriġina mit-tisħin u t-tkessiħ. Dik il-valutazzjoni għandha tkun f’konformità mal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skontl-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999, u għandha takkumpanja l-valutazzjoni komprensiva tat-tisħin u t-tkessiħ meħtieġa mill-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2012/27/UE.”

;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta jiġi kkalkulat is-sehem tal-enerġija rinnovabbli tiegħu fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ u ż-żieda annwali medja tiegħu skont dak il-paragrafu, inkluż iż-żieda indikattiva addizzjonali mogħtija fl-Anness Ia, kull Stat Membru:”;

(ii)

il-punt (a) huwa mħassar;

(iii)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jipprovdu informazzjoni lis-sidien jew lill-inkwilini tal-binjiet u lill-SMEs dwar miżuri kosteffettivi, u strumenti finanzjarji, biex itejbu l-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni permezz ta’ għodod konsultattivi aċċessibbli u trasparenti.”;

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Sabiex tinkiseb iż-żieda annwali medja msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jimplimentaw tal-anqas żewġ miżuri mill-miżuri li ġejjin:

(a)

inkorporazzjoni fiżika tal-enerġija rinnovabbli jew tas-sħana u l-kesħa mormija fis-sorsi u fil-karburanti tal-enerġija fornuti għat-tisħin u t-tkessiħ;

(b)

l-installazzjoni ta’ sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli effiċjenti ħafna fil-binjiet, il-konnessjoni tal-binjiet ma’ sistemi effiċjenti ħafna tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jew l-użu ta’ enerġija rinnovabbli jew sħana u kesħa mormija fi proċessi tat-tisħin u t-tkessiħ industrijali;

(c)

miżuri koperti minn ċertifikati negozjabbli li jagħtu xhieda tal-konformità mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, permezz ta’ appoġġ għal miżuri ta’ installazzjoni skont il-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, imwettqa minn operatur ekonomiku ieħor bħal installatur tat-teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli indipendenti jew kumpanija tas-servizzi tal-enerġija li tipprovdi servizzi ta’ installazzjoni tal-enerġija rinnovabbli;

(d)

il-bini tal-kapaċitajiet għall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jimmappjaw il-potenzjal lokali tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli u biex jippjanaw, jimplimentaw proġetti u infrastrutturi tal-enerġija rinnovabbli u jagħtu pariri dwarhom;

(e)

il-ħolqien ta’ oqfsa tal-mitigazzjoni tar-riskju biex jitnaqqas il-kost tal-kapital għal proġetti tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli u tas-sħana u l-kesħa mormija, fost l-oħrajn, li jippermettu r-raggruppament ta’ proġetti iżgħar kif ukoll li jorbtu tali proġetti b’mod aktar olistiku ma’ miżuri oħra ta’ effiċjenza enerġetika u ta’ rinnovazzjoni tal-binjiet;

(f)

il-promozzjoni ta’ ftehimiet dwar ix-xiri ta’ tisħin u ta’ tkessiħ rinnovabbli għal konsumaturi żgħar korporattivi u kollettivi;

(g)

skemi ta’ sostituzzjoni ppjanati tas-sorsi u tas-sistemi tat-tisħin bil-karburanti fossili li mhumiex kompatibbli mas-sorsi rinnovabbli jew mal-iskemi ta’ eliminazzjoni gradwali tal-karburanti fossili bi stadji importanti;

(h)

ir-rekwiżiti fil-livell lokali u reġjonali relatati mal-ippjanar tat-tisħin u tat-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli;

(i)

il-promozzjoni tal-produzzjoni tal-bijogass u l-injezzjoni tiegħu fil-grilja tal-gass, minflok l-użu tiegħu għall-produzzjoni tal-elettriku;

(j)

miżuri li jippromwovu l-integrazzjoni ta’ teknoloġija tal-ħżin tal-enerġija termika fis-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ;

(k)

il-promozzjoni ta’ networks tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali bbażati fuq sorsi rinnovabbli, b’mod partikolari mill-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, inkluż permezz ta’ miżuri regolatorji, arranġamenti ta’ finanzjament u appoġġ;

(l)

miżuri ta’ politika oħrajn, b’effett ekwivalenti, inklużi miżuri fiskali, skemi ta’ appoġġ jew inċentivi finanzjarji oħrajn li jikkontribwixxu għall-installazzjoni ta’ tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli u għall-iżvilupp ta’ networks tal-enerġija li jfornu enerġija rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ fil-binjiet u fl-industrija.

Meta jadottaw u jimplimentaw dawk il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċessibbiltà tagħhom għall-konsumaturi kollha, b’mod partikolari dawk f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx jew vulnerabbli, li kieku ma jkollhomx biżżejjed kapital bil-quddiem biex jibbenefikaw.”

;

(14)

L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-enerġija u s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-sistemi ta’ tisħin u ta’ tkessiħ distrettwali tagħhom tingħata b’mod faċli u aċċessibbli lill-konsumaturi finali, bħal fuq kontijiet jew fuq is-siti web tal-fornituri u fuq talba. L-informazzjoni dwar is-sehem tal-enerġija rinnovabbli għandha tiġi espressa mill-anqas bħala perċentwal tal-konsum finali gross tal-enerġija fit-tisħin u t-tkessiħ assenjat lill-klijenti ta’ sistema partikolari ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali, inkluż l-informazzjoni dwar kemm intużat enerġija biex tiġi kkonsenjata unità waħda ta’ tisħin lill-klijent jew lill-utent finali.”

;

(b)

il-paragrafi 4, 5 u 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex iżidu s-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u mis-sħana u l-kesħa mormija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali b’2,2 punti perċentwali indikattivi bħala medja annwali kkalkulata għall-perjodu mill-2021 sal-2030, billi jibdew mis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u mis-sħana u l-kesħa mormija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fl-2020, u għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għal dak il-għan fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klimappreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. Is-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli għandu jiġi espress f’termini ta’ sehem tal-konsum finali gross tal-enerġija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali aġġustat għall-kundizzjonijiet klimatiċi medji normali.

L-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-elettriku rinnovabbli użat għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fiż-żieda medja annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jgħoddu l-elettriku rinnovabbli użat fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fiż-żieda annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-istimi tal-kapaċitajiet ta’ elettriku rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-kwantità ta’ elettriku rinnovabbli użata fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament.

4a.   Għall-kalkolu tas-sehem tal-elettriku rinnovabbli użat fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jużaw is-sehem medju tal-elettriku rinnovabbli fornut fit-territorju tagħhom fis-sentejn preċedenti.

L-Istati Membri b’sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u minn sorsi ta’ sħana u kesħa mormija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali ogħla minn 60 % jistgħu jgħoddu kwalunkwe tali sehem bħala li jissodisfa ż-żieda medja annwali msemmija fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri b’sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u minn sorsi ta’ sħana u kesħa mormija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali ogħla minn 50 % u sa 60 % jistgħu jgħoddu kwalunkwe tali sehem bħala li jissodisfa nofs iż-żieda medja annwali msemmija fil- paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw iż-żieda medja annwali msemmija fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

4b.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ta’ sistemi ta’ tisħin jew tkessiħ distrettwali ta’ kapaċità ’l fuq minn 25 MWth ikunu inkoraġġiti li joffru konnessjoni lil fornituri ta’ partijiet terzi tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u minn sħana u kesħa mormija jew li jkunu inkoraġġiti li joffru konnessjoni u jixtru sħana jew kesħa minn sorsi rinnovabbli u minn sħana u kesħa mormija minn fornituri ta’ partijiet terzi abbażi ta’ kriterji mhux diskriminatorji stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, fejn tali operaturi jeħtieġ li jagħmlu waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

jissodisfaw id-domanda minn klijenti ġodda;

(b)

jissostitwixxu l-kapaċità eżistenti ta’ ġenerazzjoni tas-sħana jew tal-kesħa;

(c)

jespandu l-kapaċità eżistenti ta’ ġenerazzjoni tas-sħana jew tal-kesħa.

5.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil operatur ta’ sistema ta’ tisħin jew tkessiħ distrettwali jirrifjuta konnessjoni u x-xiri ta’ sħana jew kesħa minn fornitur ta’ parti terza fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sistema ma jkollhiex il-kapaċità meħtieġa minħabba provvisti oħra ta’ sħana jew ta’ kesħa minn sorsi rinnovabbli jew ta’ sħana u kesħa mormija;

(b)

is-sħana jew il-kesħa mill-fornitur terz ma tissodisfax il-parametri tekniċi meħtieġa għall-konnessjoni u biex jiġi żgurat operat affidabbli u sikur tas-sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali;

(c)

l-operatur jista’ juri li l-għoti ta’ aċċess iwassal għal żieda eċċessiva fil-kost tat-tisħin jew tat-tkessiħ għall-klijenti finali meta mqabbel mal-kost tal-provvista lokali ewlenija ta’ tisħin jew tkessiħ li magħha jikkompetu s-sors rinnovabbli jew is-sħana u l-kesħa mormija;

(d)

is-sistema tal-operatur hija sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta operatur ta’ sistema tat-tisħin jew tkessiħ distrettwali jirrifjuta l-konnessjoni lil fornitur tat-tisħin jew tat-tkessiħ skont l-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni dwar ir-raġunijiet għar-rifjut, kif ukoll il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati u l-miżuri li għandhom jittieħdu fis-sistema sabiex issir il-konnessjoni, tiġi pprovduta minn dak l-operatur lill-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċess xieraq għar-rimedju tar-rifjuti inġustifikati.

6.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, fejn meħtieġ, qafas ta’ koordinazzjoni bejn l-operaturi tas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u s-sorsi potenzjali tas-sħana u l-kesħa mormija fis-setturi industrijali u terzjarji biex jiffaċilitaw l-użu tas-sħana u l-kesħa mormija. Dak il-qafas ta’ koordinazzjoni għandu jiżgura djalogu fir-rigward tal-użu tas-sħana u l-kesħa mormija li jinvolvi, b’mod partikolari:

(a)

l-operaturi ta’ sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali;

(b)

l-intrapriżi tas-settur industrijali u terzjarju li jiġġeneraw sħana u kesħa mormija li jistgħu jiġu rkuprati b’mod ekonomiku permezz ta’ sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, bħaċ-ċentri tad-data, l-impjanti industrijali, il-binjiet kummerċjali kbar, il-faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija u t-trasport pubbliku;

(c)

l-awtoritajiet lokali responsabbli għall-ippjanar u għall-approvazzjoni tal-infrastrutturi tal-enerġija;

(d)

l-esperti xjentifiċi li qed jaħdmu fuq l-aħħar sistemi mill-aktar avvanzati tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali; u

(e)

il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli involuti fit-tisħin u t-tkessiħ.”;

(c)

il-paragrafi 8, 9 u 10 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“8.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas li skontu l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni tal-elettriku jivvalutaw mill-anqas kull erba’ snin, f’kooperazzjoni mal-operaturi tas-sistemi ta’ tisħin jew tkessiħ distrettwali fl-oqsma rispettivi tagħhom, il-potenzjal għas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali li jipprovdu servizzi ta’ bbilanċjar u servizzi ta’ sistemi oħra, inkluż ir-rispons għad-domanda u l-ħżin termiku ta’ elettriku żejjed minn sorsi rinnovabbli, u jekk l-użu tal-potenzjal identifikat ikunx aktar effiċjenti fir-riżorsi u aktar kosteffiċjenti mis-soluzzjonijiet alternattivi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku jqisu kif xieraq ir-riżultati tal-valutazzjoni meħtieġa skont l-ewwel subparagrafu fl-ippjanar tal-grilja, fl-investiment fil-grilja u fl-iżvilupp tal-infrastruttura fit-territorji rispettivi tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn l-operaturi ta’ sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku biex jiżguraw li s-servizzi ta’ bbilanċjar, ħżin u flessibbiltà oħra, bħar-rispons għad-domanda, ipprovduti mill-operaturi tas-sistemi ta’ tisħin u ta’ tkessiħ distrettwali, ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-swieq tal-elettriku tagħhom.

L-Istati Membri jistgħu jestendu r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ koordinazzjoni skont l-ewwel u t-tielet subparagrafi għall-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-gass, inkluż in-networks tal-idroġenu u networks tal-enerġija oħrajn.

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet tal-konsumaturi u r-regoli għat-tħaddim tas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali f’konformità ma’ dan l-Artikolu jkunu definiti b’mod ċar u infurzati mill-awtorità kompetenti.

10.   Stat Membru ma għandux ikun mitlub japplika l-paragrafi 2 sa 9 meta tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sehem tiegħu tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali kien anqas minn jew daqs 2 % tal-konsum finali gross tal-enerġija fit-tisħin u t-tkessiħ fl-24 ta’ Diċembru 2018;

(b)

is-sehem tiegħu tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jiżdied għal aktar minn 2 % tal-konsum finali gross tal-enerġija fit-tisħin u t-tkessiħ fl-24 ta’ Diċembru 2018 bl-iżvilupp tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti ġdid ibbażat fuq il-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar- Regolament (UE) 2018/1999, u f’konformita’ miegħu- u mal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(1b) ta’ din id-Direttiva;

(c)

90 % tal-konsum finali gross tal-enerġija fis-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jseħħ f’sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti”;

(15)

L-Artikolu 25 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 25

Żieda fl-enerġija rinnovabbli u t-tnaqqis fl-intensità tal-gassijiet serra fis-settur tat-trasport

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi obbligu fuq il-fornituri tal-karburanti biex jiġi żgurat li:

(a)

il-kwantità ta’ karburanti rinnovabbli u ta’ elettriku rinnovabbli fornuti lis-settur tat-trasport iwassal għal:

(i)

sehem ta’ enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija fis-settur tat-trasport ta’ mill-anqas 29 % sal-2030; jew

(ii)

tnaqqis fl-intensità tal-gassijiet serra ta’ mill-anqas 14,5 % sal-2030, meta mqabbel mal-linja bażi stabbilita fl-Artikolu 27(1), il-punt (b), f’konformità ma’ trajettorja indikattiva stabbilita mill-Istat Membru;

(b)

is-sehem kombinat ta’ bijokarburanti u bijogass avvanzati prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX u tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fl-enerġija fornuta lis-settur tat-trasport huwa mill-anqas 1 % fl-2025 u 5,5 % fl-2030, li minnhom sehem ta’ mill-anqas punt perċentwali hija mill-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fl-2030.

L-Istati Membri huma mħeġġa biex jiffissaw miri differenzjati għall-bijokarburanti avvanzati u għall-bijogass prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX u għall-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fil-livell nazzjonali bil-għan li jiġi ssodisfat l-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, b’tali mod li l-iżvilupp ta’ żewġ tipi ta’ karburanti jiġi promoss u estiż.

L-Istati Membri li għandhom portijiet marittimi għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li, mill-2030, is-sehem tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fl-ammont totali tal-enerġija fornut lis-settur tat-trasport marittimu jkun mill-anqas 1,2 %.

Fir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tagħhom ippreżentati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija fis-settur tat-trasport, inkluż fis-settur tat-trasport marittimu, kif ukoll dwar it-tnaqqis fl-intensità tal-gassijiet serra tagħhom.

Jekk il-lista ta’ materja prima stabbilita fil-Parti A tal-Anness IX tiġi emendata f’konformità mal-Artikolu 28(6), l-Istati Membri jistgħu jżidu s-sehem minimu tagħhom ta’ bijokarburanti u bijogass avvanzati prodotti minn dik il-materja prima fl-enerġija fornuta lis-settur tat-trasport kif meħtieġ.

2.   Għall-kalkolu tal-miri msemmijin fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u l-ishma msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), l-Istati Membri:

(a)

għandhom iqisu l-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika wkoll meta jintużaw bħala prodotti intermedji għall-produzzjoni ta’:

(i)

karburanti tat-trasport konvenzjonali; jew

(ii)

bijokarburanti, dment li t-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra miksub bl-użu ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika ma jiġux magħduda fil-kalkolu tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-bijokarburanti;

(b)

jistgħu jqisu l-bijogass injettat fl-infrastruttura nazzjonali ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni tal-gass.

3.   Għall-kalkolu tal-miri stipulati fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-Istati Membri jistgħu jqisu l-karburanti tal-karbonju riċiklat.

Meta ifasslu l-obbligu dwar il-fornituri tal-karburanti, l-Istati Membri jistgħu:

(a)

jeżentaw lill-fornituri tal-karburanti li jfornu l-elettriku jew karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika mir-rekwiżit li jikkonformaw mas-sehem minimu ta’ bijokarburanti u bijogass avvanzati prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX fir-rigward ta’ dawk il-karburanti;

(b)

jistabbilixxu l-obbligu permezz ta’ miżuri li jimmiraw lejn volumi, kontenut enerġetiku jew l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra;

(c)

jagħmlu distinzjoni bejn vetturi tal-enerġija differenti;

(d)

jagħmlu distinzjoni bejn is-settur tat-trasport marittimu u setturi oħra.

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu li jippermetti lill-fornituri tal-karburanti fit-territorju tagħhom jiskambjaw krediti għall-provvista ta’ enerġija rinnovabbli lis-settur tat-trasport. L-operaturi ekonomiċi li jfornu elettriku rinnovabbli lil vetturi elettriċi permezz ta’ punti pubbliċi tal-irriċarġjar għandhom jirċievu krediti, irrispettivament minn jekk l-operaturi ekonomiċi jkunux soġġetti għall-obbligu stabbilit mill-Istat Membru dwar il-fornituri tal-karburanti, u jistgħu jbigħu dawk il-krediti lill-fornituri tal-karburanti, li għandhom jitħallew jużaw il-krediti biex jissodisfaw l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri jistgħu jinkludu punti privati tal-irriċarġjar f’dak il-mekkaniżmu, dment li jista’ jintwera li l-elettriku rinnovabbli fornut lil dawk il-punti privati tal-irriċarġjar ikun ipprovdut unikament lill-vetturi elettriċi.”;

(16)

L-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għall-kalkolu tal-konsum finali gross tal-enerġija ta’ Stat Membru minn sorsi rinnovabbli msemmija fl-Artikolu 7 u tas-sehem minimu ta’ enerġija rinnovabbli u l-mira ta’ tnaqqis tal-intensità tal-gassijiet serra msemmi fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), is-sehem ta’ bijokarburanti u bijolikwidi, kif ukoll ta’ karburanti tal-bijomassa kkunsmati fit-trasport, fejn jiġu prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf, ma għandux ikun aktar minn punt perċentwali wieħed ogħla mis-sehem ta’ tali karburanti fil-konsum finali ta’ enerġija fis-settur tat-trasport fl-2020 f’dak l-Istat Membru, b’massimu ta’ 7 % tal-konsum finali tal-enerġija fis-settur tat-trasport f’dak l-Istat Membru.”

;

(ii)

ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta s-sehem ta’ bijokarburanti u bijolikwidi, kif ukoll ta’ karburanti tal-bijomassa kkunsmati fit-trasport, prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf fi Stat Membru jkun limitat għal sehem ta’ anqas minn 7 % jew Stat Membru jiddeċiedi li jillimita s-sehem aktar, dak l-Istat Membru jista’ jnaqqas is-sehem minimu ta’ enerġija rinnovabbli jew il-mira ta’ tnaqqis tal-intensità tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), kif xieraq, fid-dawl tal-kontribut li dawk il-karburanti kienu jagħmlu f’termini tas-sehem minimu ta’ enerġija rinnovabbli jew tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Għall-finijiet tal-mira ta’ tnaqqis tal-intensità tal-gassijiet serra, l-Istati Membri għandhom iqisu li dawk il-karburanti jiffrankaw 50 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Għall-kalkolu tal-konsum finali gross ta’ enerġija ta’ Stat Membru minn sorsi rinnovabbli msemmija fl-Artikolu 7 u s-sehem minimu ta’ enerġija rinnovabbli u l-mira ta’ tnaqqis tal-intensità tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), is-sehem ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art, prodotti minn għelejjel tal-ikel jew tal-għalf, li għalihom hija osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta’ produzzjoni f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju ma għandux jaqbeż il-livell ta’ konsum ta’ tali karburanti f’dak l-Istat Membru fl-2019, sakemm ma jkunux iċċertifikati li huma bijokarburanti, bijolikwidi jew karburanti mill-bijomassa b’riskju baxx ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art skont dan il-paragrafu.”

;

(ii)

il-ħames subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Sal-1 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-kriterji stabbiliti fl-atti delegati msemmija fir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu abbażi tal-aħjar data xjentifika disponibbli u għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 sabiex temenda dawk il-kriterji, fejn xieraq, u biex tissuplimenta din id-Direttiva billi tinkludi trajettorja biex jitnaqqas gradwalment il-kontribut għall-mira tal-Unjoni ġenerali stabbilita fl-Artikolu 3(1) u għas-sehem minimu ta’ enerġija rinnovabbli u għall-mira ta’ tnaqqis tal-intensità tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art, prodotti minn materja prima, li għalihom hija osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta’ produzzjoni f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju. Dak ir-rieżami għandu jkun ibbażat fuq verżjoni riveduta tar-rapport dwar l-espansjoni tal-materja prima ppreżentat f’konformità mat-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dak ir-rapport għandu jivvaluta, b’mod partikolari, jekk il-limitu għas-sehem minimu tal-espansjoni medja annwali taż-żona ta’ produzzjoni globali f’ħażniet għolja ta’ karbonju għandux jitbaxxa abbażi ta’ kriterji oġġettivi u b’bażi xjentifika u b’kont meħud tal-miri u tal-impenji tal-Unjoni fil-qasam klimatiku.

Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandha temenda l-kriterji stabbiliti fl-att delegat msemmi fir-raba’ subparagrafu abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu. Kull tliet snin wara l-adozzjoni tal-att delegat imsemmi fir-raba’ subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tkompli tirrieżamina d-data li tirfed l-att delegat. Il-Kummissjoni għandha taġġorna dak l-att delegat meta jkun neċessarju fid-dawl taċ-ċirkostanzi li jevolvu u tal-evidenza xjentifika l-aktar reċenti għad-dispożizzjoni tagħha.”;

(17)

L-Artikolu 27 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Ir-regoli għall-kalkolu fis-settur tat-trasport u fir-rigward ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika irrispettivament mill-użu finali tagħhom

1.   Għall-kalkolu tat-tnaqqis fl-intensità ta’ gassijiet serra msemmi fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(ii), għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(i)

għall-bijokarburanti u għall-bijogass, billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta’ dawn il-karburanti fornuti lill-modi kollha tat-trasport bl-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 31;

(ii)

għall-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u għall-karburanti tal-karbonju riċiklat, billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta’ dawk il-karburanti li jiġu fornuti lill-modi kollha tat-trasport bl-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom iddeterminati f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 29a(3);

(iii)

għall-elettriku rinnovabbli, billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta’ elettriku rinnovabbli li jiġi pprovdut lill-modi kollha tat-trasport bil-komparatur tal-karburanti fossili ECF(e) stabbilit fl-Anness V;

(b)

il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(ii), għandha tiġi kkalkulata sal-31 ta’ Diċembru 2030 billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta’ enerġija fornuta lis-settur tat-trasport bil-komparatur tal-karburanti fossili EF(t) stabbilit fl-Anness V; mill-1 ta’ Jannar 2031, l-linja bażi msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(ii), għandha tkun is-somma:

(i)

tal-ammont ta’ karburanti fornuti lill-modi kollha tat-trasport immultiplikat bil-komparatur tal-karburanti fossili EF(t) stabbilit fl-Anness V;

(ii)

tal-ammont ta’ elettriku fornut lill-modi kollha tat-trasport immultiplikat bil-komparatur tal-karburanti fossili ECF(e) stabbilit fl-Anness V;

(c)

għall-kalkolu tal-ammonti ta’ enerġija rilevanti, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(i)

sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ enerġija fornuta lis-settur tat-trasport, għandhom jintużaw il-valuri fir-rigward tal-kontenut enerġetiku tal-karburanti tat-trasport stabbiliti fl-Anness III;

(ii)

sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut enerġetiku tal-karburanti tat-trasport mhux inklużi fl-Anness III, l-Istati Membri għandhom jużaw l-istandards Ewropej rilevanti għad-determinazzjoni tal-valuri kalorifiċi tal-karburanti, jew fejn l-ebda standard Ewropew ma jkun ġie adottat għal dak l-għan, l-istandards tal-ISO rilevanti;

(iii)

l-ammont ta’ elettriku rinnovabbli fornut lis-settur tat-trasport jiġi ddeterminat billi l-ammont ta’ elettriku fornut lil dak is-settur jiġi mmultiplikat bis-sehem medju ta’ elettriku rinnovabbli fornut fit-territorju tal-Istat Membru fis-sentejn preċedenti, sakemm l-elettriku ma jinkisibx minn konnessjoni diretta ma’ installazzjoni li tiġġenera elettriku rinnovabbli u jiġi fornut lis-settur tat-trasport, f’liema każ, l-elettriku għandu jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli u l-elettriku ġġenerat minn vettura elettrika solari u użat għall-konsum tal-vettura nnifisha jista’ jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli;

(iv)

is-sehem ta’ bijokarburanti u ta’ bijogass prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX fil-kontenut enerġetiku tal-karburanti u tal-elettriku fornuti lis-settur tat-trasport għandu, ħlief f’Ċipru u f’Malta, ikun limitat għal 1,7 %.;

(d)

it-tnaqqis fl-intensità tal-gassijiet serra mill-użu tal-enerġija rinnovabbli jiġi ddeterminat billi l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tal-bijokarburanti, tal-bijogass, tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u tal-elettriku rinnovabbli pprovdut lill-modi kollha tat-trasport jiġi diviż bil-linja bażi; l-Istati Membri jistgħu jqisu l-karburanti tal-karbonju riċiklat.

L-Istati Membri jistgħu, meta ġustifikati, iżidu l-limitu msemmi fl-ewwel subparagafu, il-punt(c)(iv), ta’ dan il-paragrafu, filwaqt li jqisu d-disponibbiltà tal-materja prima elenkata fil-Parit B tal-Anness IX. Kwalunkwe żieda tali għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, flimkien mar-raġunijiet għaliha, u. għandha tkun soġġetta għal approvazzjoni mill-Kummissjoni.

2.   Għall-kalkolu tal-ishma minimi msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(i) u l-punt (b), għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

għall-kalkolu tad-denominatur, jiġifieri l-ammont ta’ enerġija kkunsmata fis-settur tat-trasport, għandhom jitqiesu l-elettriku u l-karburanti kollha fornuti lis-settur tat-trasport;

(b)

għall-kalkolu tan-numeratur, jiġifieri l-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli kkunsmata fis-settur tat-trasport għall-finijiet tal-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, għandu jitqies il-kontenut enerġetiku tat-tipi kollha ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fornuta lill-modi kollha ta’ trasport, inkluż lil bunkers marittimi internazzjonali, fit-territorju ta’ kull Stat Membru; l-Istati Membri jistgħu jqisu l-karburanti tal-karbonju riċiklat;

(c)

is-sehem ta’ bijokarburanti u bijogass prodotti mill-materja prima elenkata fl-Anness IX u karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għandhom jitqiesu bħala darbtejn il-kontenut enerġetiku tiegħu;

(d)

is-sehem ta’ elettriku rinnovabbli għandu jitqies bħala erba’ darbiet il-kontenut enerġetiku tiegħu meta jiġi fornut lill-vetturi bit-triq u jista’ jitqies bħala 1,5 darba il-kontenut enerġetiku meta jiġi fornut lit-trasport bil-ferrovija;

(e)

is-sehem ta’ bijokarburanti u ta’ bijogass avvanzati prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX fornuti fil-modi ta’ trasport tal-avjazzjoni u dawk marittimi għandhom jitqiesu bħala 1,2 darba l-kontenut enerġetiku tagħhom u s-sehem ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fornuti fil-modi ta’ trasport tal-avjazzjoni u dawk marittimi għandhom jitqiesu bħala 1,5 darba) il-kontenut enerġetiku tagħhom;

(f)

is-sehem ta’ bijokarburanti u ta’ bijogass prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX fil-kontenut enerġetiku tal-karburanti u tal-elettriku fornuti lis-settur tat-trasport għandu, ħlief f’Ċipru u f’Malta, ikun limitat għal 1,7 %;

(g)

sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ enerġija fornuta lis-settur tat-trasport, għandhom jintużaw il-valuri fir-rigward tal-kontenut tal-enerġija tal-karburanti tat-trasport stabbiliti fl-Anness III;

(h)

sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut tal-enerġija tal-karburanti tat-trasport mhux inklużi fl-Anness III, l-Istati Membri għandhom jużaw l-istandards Ewropej rilevanti għad-determinazzjoni tal-valuri kalorifiċi tal-karburanti, jew fejn l-ebda standard Ewropew ma jkun ġie adottat għal dak l-għan, l-istandards tal-ISO rilevanti;

(i)

l-ammont ta’ elettriku rinnovabbli fornut lis-settur tat-trasport għandu jiġi ddeterminat billi l-ammont ta’ elettriku fornut lil dak is-settur jiġi mmultiplikat bis-sehem medju ta’ elettriku rinnovabbli fornut fit-territorju tal-Istat Membru fis-sentejn preċedenti, sakemm l-elettriku ma jinkisibx minn konnessjoni diretta ma’ installazzjoni li tiġġenera elettriku rinnovabbli u jiġi fornut lis-settur tat-trasport, f’liema każ dak l-elettriku għandu jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli ul-elettriku ġġenerat minn vettura elettrika solari u użat għall-konsum tal-vettura nnifisha jista’ jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli.

L-Istati Membri jistgħu, meta jkun ġustifikat, iżidu l-limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (f), ta’ dan il-paragrafu, filwaqt li jqisu d-disponibbiltà tal-materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX. Kwalunkwe żieda tali għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni, flimkien mar-raġuni għaliha, u għandha tiġi soġġetta għal approvazzjoni mill-Kummissjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 biex temenda din id-Direttiva billi tadatta l-limitu tas-sehem tal-bijokarburanti u tal-bijogass prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX abbażi ta’ valutazzjoni tad-disponibbiltà tal-materja prima. Il-limitu għandu jkun mill-anqas 1,7 %. Jekk il-Kummissjoni taddotta tali att delegatil-limitu stabbilit fih għandu japplikaw wkoll għall-Istati Membri li jkunu kisbu approvazzjoni mill-Kummissjoni biex jiżdied il-limitu, f’konformità mal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, jew paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, wara perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ ħames snin, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istat Membru li japplika qabel dak il-limitu l-ġdid. L-Istati Membri jistgħu japplikaw għal approvazzjoni ġdida mingħand il-Kummissjoni għal żieda mil-limitu stabbilit fl-att delegat f’konformità mal- paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, jew paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 biex temenda din id-Direttiva billi tadattail-karburanti tat-trasport u l-kontenut enerġetiku tagħhom, kif stabbilit fl-Anness III, f’konformità mal-progress xjentifiku u tekniku.

5.   Għall-finijiet tal-kalkoli msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-ammont ta’ enerġija fornuta lis-settur tat-trasport marittimu għandu, bħala proporzjon tal-konsum finali gross tal-enerġija ta’ dak l-Istat Membru, jitqies li ma jkunx aktar minn 13 %. Fil-każ ta’ Ċipru u ta’ Malta, l-ammont ta’ enerġija kkunsmata fis-settur tat-trasport marittimu għandu, bħala proporzjon tal-konsum finali gross tal-enerġija ta’ dawk l-Istati Membri, jitqies li ma jkunx aktar minn 5 %. Dan il-paragrafu għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2030.

6.   Meta l-elettriku jintuża għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, direttament jew għall-produzzjoni ta’ prodotti intermedji, is-sehem medju ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli fil-pajjiż tal-produzzjoni, kif imkejjel sentejn qabel is-sena inkwistjoni, għandu jintuża biex jiġi ddeterminat is-sehem tal-enerġija rinnovabbli.

Madankollu, l-elettriku miksub minn konnessjoni diretta ma’ installazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli jista’ jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli fejn jintuża għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika dment li l-installazzjoni:

(a)

tibda taħdem wara, jew fl-istess ħin tal-installazzjoni li tipproduċi karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika; u

(b)

ma tkunx konnessa mal-grilja, jew tkun konnessa mal-grilja iżda tkun tista’ tingħata evidenza li l-elettriku kkonċernat ikun ġie fornut mingħajr ma jkun ittieħed l-elettriku mill-grilja.

L-elettriku li ttieħed mill-grilja jista’ jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli sakemm ikun prodott esklużivament minn sorsi rinnovabbli u jkunu ntwerew il-proprjetajiet rinnovabbli u l-kriterji xierqa l-oħra, waqt li jiġi żgurat li l-karatteristiċi rinnovabbli ta’ dak l-elettriku jiġu magħduda darba biss u biss f’settur ta’ użu finali wieħed.

Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 35 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi metodoloġija tal-Unjoni li tiddefinixxi regoli dettaljati li bihom l-operaturi ekonomiċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni u fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Sal-1 ta’ Lulju 2028, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih tivvaluta l-impatt tal-metodoloġija tal-Unjoni stabbilita skont ir-raba’ subparagrafu, inkluż l-impatt tal-addizzjonalità u l-korrelazzjoni temporali u ġeografika fuq il-kostijiet ta’ produzzjoni, l-iffrankar fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u s-sistema tal-enerġija.

Dak ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jivvaluta, b’mod partikolari, l-impatt fuq id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ekonomika tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għas-setturi tal-industrija u tat-trasport u fuq il-kapaċità li l-Unjoni tilħaq il-miri tagħha marbuta mal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika filwaqt li titqies l-istrateġija tal-Unjoni għall-idroġenu importat u intern skont l-Artikolu 22a u, fl-istess ħin, titnaqqas sal-minimu ż-żieda fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tal-elettriku u fis-sistema ġenerali tal-enerġija. Jekk dan ir-rapport jikkonkludi li r-rekwiżiti ma jirnexxilhomx jiżguraw biżżejjed d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ekonomika tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għas-setturi tal-industrija u tat-trasport u ma jikkontribwux b’mod sostanzjali għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija u għall-ilħuq tal-miri tal-Unjoni stabbiliti għall-2030 marbuta mal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-metodoloġija tal-Unjoni u għandha, fejn xieraq, tadotta att delegat skont l-Artikolu 35 biex temenda tali metodoloġija, ħalli tforni l-aġġustamenti neċessarji rigward il-kriterji stabbiliti fit-tieni u fit-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu bil-għan li taġevola ż-żieda tal-industrija tal-idroġenu.”;

(18)

L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 2, 3 u 4 huma mħassra;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Sat-30 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tispeċifika l-metodoloġija biex tiddetermina s-sehem tal-bijokarburanti, u tal-bijogass għat-trasport, li jirriżultaw mill-bijomassa li tkun qed tiġi pproċessata ma’ karburanti fossili fi proċess komuni.”

;

(c)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Sal-31 ta’ Diċembru 2025, fil-kuntest ta’ valutazzjoni biennali tal-progress imwettaq skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk l-obbligu fir-rigward ta’ bijokarburanti avvanzi u ta’ bijogass prodotti minn materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX ta’ din id-Direttiva stipulat fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) ta’ din id-Direttiva jistimulax b’mod effettiv l-innovazzjoni u jiżgura l-iffrankar ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur tat-trasport. Il-Kummissjoni għandha tanalizza f’dik l-evalwazzjoni jekk l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu effettivament tevitax l-għadd doppju ta’ enerġija rinnovabbli.

Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta biex temenda l-obbligu fir-rigward ta’ bijokarburanti avvanzati u ta’ bijogass prodotti minn materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX stipulat fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b).”

;

(19)

L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

il-kontribut lejn is-sehem tal-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri u l-miri msemmija fl-Artikolu 3(1), l-Artikolu 15a(1), l-Artikolu 22a(1), l-Artikolu 23(1), l-Artikolu 24(4), u l-Artikolu 25(1);”;

(ii)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Madankollu, il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-iskart u mir-residwi, minbarra r-residwi li ġejjin mill-agrikoltura, mill-akwakultura, mis-sajd u mill-forestrija, iridu jissodisfaw biss il-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbiliti fil-paragrafu 10 sabiex jitqiesu għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. F’każ ta’ skart imħallat, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-operaturi japplikaw sistemi ta’ separazzjoni tal-iskart imħallat li għandhom l-għan li jneħħu l-materjali fossili. Dan is-subparagrafu għandu japplika wkoll għal skart u residwi li l-ewwel jiġu pproċessati fi prodott qabel ikomplu jiġu proċessati f’bijokarburanti, f’bijolikwidi u f’karburanti tal-bijomassa.”;

(iii)

ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-karburanti tal-bijomassa għandhom jissodisfaw il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 jekk jintużaw:

(a)

fil-każ ta’ karburanti tal-bijomassa solida, f’installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ b’kapaċità termika kklassifikata totali ta’ 7,5 MW jew aktar;

(b)

fil-każ ta’ karburanti ta’ bijomassa gassuża, f’installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ b’kapaċità termika kklassifikata totali ta’ 2 MW jew aktar;

(c)

fil-każ ta’ installazzjonijiet li jipproduċu karburanti ta’ bijomassa gassuża bir-rata medja tal-fluss tal-bijometan li ġejja:

(i)

aktar minn 200 m3 ta’ ekwivalenti ta’ metan/siegħa mkejjel f’kundizzjonijiet standard ta’ temperatura u pressjoni, jiġifieri 0 °C u pressjoni atmosferika ta’ 1 bar;

(ii)

jekk il-bijogass ikun magħmul minn taħlita ta’ metan u gass ieħor mhux kombustibbli, għar-rata tal-fluss tal-metan, il-limitu stabbilit fil-punt (i) ikkalkulat mill-ġdid b’mod proporzjonali għas-sehem volumetriku tal-metan fit-taħlita.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal installazzjonijiet b’kapaċità termika kklassifikata totali jew rata ta’ fluss tal-bijometan aktar baxxi.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti minn bijomassa agrikola kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’valur għoli f’termini ta’ bijodiversità, jiġifieri art li f’Jannar 2008 jew warajh kellha status wieħed minn dawn li ġejjin, indipendentement mill-fatt li l-art għad għandha jew le dak l-istatus:

(a)

foresta primarja u art msaġġra oħra, jiġifieri foresta u art imsaġġra oħra ta’ speċijiet nattivi, fejn ma hemmx indikazzjoni viżibbli b’mod ċar ta’ attività tal-bniedem u l-proċessi ekoloġiċi mhumiex disturbati b’mod sinifikanti; u foresti antiki kif definiti fil-pajjiż fejn tkun tinsab il-foresta;

(b)

foresta b’bijodiversità għolja u art imsaġġra oħra rikka fl-ispeċijiet u mhux degradata, u li tkun ġiet identifikata bħala foresta b’bijodiversità għolja mill-awtorità kompetenti rilevanti, sakemm ma tkunx ingħatat evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma ħolqotx interferenza ma’ dawk il-finijiet ta’ ħarsien tan-natura;

(c)

żoni deżinjati:

(i)

mil-liġi jew mill-awtorità kompetenti rilevanti għall-finijiet ta’ ħarsien tan-natura, sakemm ma tkunx ingħatat evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk il-finijiet tal-ħarsien tan-natura; jew

(ii)

għall-protezzjoni ta’ ekosistemi jew speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu li jinqerdu li huma rikonoxxuti minn ftehimiet internazzjonali jew inklużi f’listi mfassla minn organizzazzjonijiet intergovernattivi jew mill-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura, soġġett għar-rikonoxximent tagħhom f’konformità mal-Artikolu 30(4), l-ewwel subparagrafu, sakemm ma tkunx ingħatat evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk il-finijiet tal-ħarsien tan-natura;

(d)

art bil-ħaxix b’bijodiversità għolja ta’ aktar minn ettaru li huwa:

(i)

naturali, jiġifieri art bil-ħaxix li se tibqa’ tali fl-assenza ta’ intervent tal-bniedem u li żżomm il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet naturali u l-karatteristiċi u l-proċessi ekoloġiċi; jew

(ii)

mhux naturali, jiġifieri art bil-ħaxix li mingħajr l-intervent tal-bniedem ma tibqax tali u li hija rikka bi speċijiet u mhux degradata u li ġiet identifikata bħala li għandha bijodiversità għolja mill-awtorità kompetenti rilevanti, sakemm ma tingħatax evidenza li l-ħsad tal-materja prima jkun meħtieġ biex jinżamm l-istatus tagħha ta’ art bil-ħaxix b’bijodiversità għolja; jew

(e)

art xagħrija.

Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6, il-punti (a)(vi) u (vii), ma jiġux issodisfati, l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni tal-punt (c), japplika wkoll għall-bijokarburanti, għall-bijolikwidi u għall-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti.

Il-Kummissjoni tista’ taddotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw aktar il-kriterji li permezz tagħhom jiġi ddeterminat liema art bil-ħaxix għandha tkun koperta mill-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ta’ dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(3).”

;

(c)

fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6, il-punt (a)(vi) u (vii) ma jiġux issodisfati, l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni tal-punt (b) u (c), u t-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu japplika wkoll għall-bijokarburanti, għall-bijolikwidi u għall-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti.”;

(d)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa agrikola kkunsidrati għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), ma għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art li f’Jannar 2008 kienet torbiera, sakemm ma tingħatax evidenza li turi li l-kultivazzjoni u l-ħsad ta’ dik il-materja prima ma jinvolvux id-drenaġġ ta’ ħamrija li qabel ma jkunx sarilha drenaġġ. Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6, il-punt (a)(vi) u (vii) ma jiġux issodisfati, dan il-paragrafu japplika wkoll għall-bijokarburanti, għall-bijolikwidi u għall-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti.”

;

(e)

il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), il-punti (iii) u (iv) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(iii)

li ż-żoni deżinjati mil-liġijiet internazzjonali jew nazzjonali jew mill-awtorità kompetenti rilevanti għall-finijiet ta’ ħarsien tan-natura, inkluż fl-artijiet mistagħdra, art bil-ħaxix, art xagħrija u torbiera, ikunu protetti bil-għan li tiġi kkonservata l-bijodiversità u impedita l-qerda tal-ħabitat;

(iv)

li l-ħsad isir b’kunsiderazzjoni taż-żamma tal-kwalità tal-ħamrija u tal-bijodiversità skont il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, bil-għan li jiġi impedit kwalunkwe impatt negattiv, b’mod li jiġi evitat il-ħsad tal-ġdur u tal-għeruq, id-degradazzjoni tal-foresti primarji, u tal-foresti antiki kif definiti fil-pajjiż fejn tkun tinsab il-foresta, jew il-konverżjoni tagħhom f’foresti ta’ tħawwil, u l-ħsad fuq ħamriji vulnerabbli, li l-ħsad isir f’konformita’ mal-limiti massimi relatati mat-tqaċċit totali tas-siġar fuq żona estiża kif definit fil-pajjiż fejn tkun tinsab il-foresta u l-limiti ta’ konservazzjoni xierqa lokalment u ekoloġikament għall-estrazzjoni tal-injam niexef u li l-ħsad isir f’konformita’ mar-rekwiżiti għall-użu ta’ sistemi ta’ qtugħ tas-siġar għall-injam li jimminimizzaw kwalunkwe impatt negattiv fuq il-kwalità tal-ħamrija, inkluż il-kompattazzjoni tal-ħamrija, u fuq il-karatteristiċi u l-ħabitats tal-bijodiversità:”;

(ii)

fil-punt (a), jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(vi)

li l-foresti li fihom tinħasad il-bijomassa tal-foresti ma jinsabux fuq l-artijiet li għandhom l-istatus imsemmi fil-paragrafu 3, il-punti (a), (b), (d) u (e), fil-paragrafu 4, il-punt (a), u fil-paragrafu 5, rispettivament fl-istess kundizzjonijiet ta’ determinazzjoni tal-istatus tal-art speċifikata f’dawk il-paragrafi; u

(vii)

li l-installazzjonijiet li jipproduċu l-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa mill-bijomassa tal-foresti joħorġu dikjarazzjoni ta’ aċċertament, mirfuda mill-proċessi interni fil-livell tal-kumpaniji, għall-finijiet tal-awditjar li jsir skont l-Artikolu 30(3), skont liema l-bijomassa tal-foresti ma tkunx ġejja mill-artijiet imsemmija fil-punt (vi) ta’ dan is-subparagrafu.”;

(iii)

fil-punt (b), il-punti (iii) u (iv) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(iii)

li ż-żoni deżinjati mil-liġijiet internazzjonali jew nazzjonali jew mill-awtorità kompetenti rilevanti għall-finijiet ta’ ħarsien tan-natura, inkluż fl-artijiet mistagħdra, art bil-ħaxix, art xagħrija u torbiera, ikunu protetti bil-għan li tiġi kkonservata l-bijodiversità u impedita l-qerda tal-ħabitat, sakemm ma tingħatax evidenza li l-ħsad ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk il-finijiet ta’ ħarsien tan-natura;

(iv)

li l-ħsad isir b’kunsiderazzjoni taż-żamma tal-kwalità tal-ħamrija u tal-bijodiversità, skont il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, bil-għan li jiġi impedit kwalunke impatt negattiv, b’mod li jiġi evitat il-ħsad tal-ġdur u tal-għeruq, id-degradazzjoni tal-foresti primarji, u tal-foresti antiki kif definiti fil-pajjiż fejn tkun tinsab il-foresta, jew il-konverżjoni tagħhom f’foresti ta’ tħawwil, u l-ħsad fuq ħamrija vulnerabbli, li l-ħsad isir f’konformita’ mal-limiti massimi relatati mat-tqaċċit totali tas-siġar fuq żona estiża kif definit fil-pajjiż fejn tkun tinsab il-foresta, u l-limiti ta’ konservazzjoni xierqa lokalment u ekoloġikament għall-estrazzjoni tal-injam niexef u li l-ħsad isir f’konformita’ mar-rekwiżiti għall-użu ta’ sistemi ta’ qtugħ tas-siġar għall-injam li jimminimizzaw kwalunke impatt negattiv fuq il-kwalità tal-ħamrija, inkluż il-kompattazzjoni tal-ħamrija, u fuq il-karatteristiċi u l-ħabitats tal-bijodiversità; u”;

(f)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“7a.   Il-produzzjoni tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi u tal-karburanti tal-bijomassa mill-bijomassa tal-foresti interna għandha tkun konsistenti mal-impenji u mal-miri tal-Istati Membri stipulati fl-Artikolu 4 of tar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*20) u mal-politiki u mal-miżuri deskritti mill-Istati Membri fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

7b.   Bħala parti mill-pjan nazzjonali integrat finali tagħhom għall-enerġija u l-klima li se jippreżentaw sat-30 ta’ Ġunju 2024 skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:

(a)

valutazzjoni tal-provvista interna tal-bijomassa tal-foresti disponibbli għall-finijiet ta’ enerġija fl-2021-2030 f’konformità mal-kriterji stabbiliti f’dan l-Artikolu;

(b)

valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-użu projettat tal-bijomassa tal-foresti għall-produzzjoni tal-enerġija mal-miri u mal-baġits tal-Istati Membri għall-2026 sa 2030 stipulati fl-Artikolu 4 of tar-Regolament (UE) 2018/841; u

(c)

deskrizzjoni tal-miżuri u tal-politiki nazzjonali li jiżguraw il-kompatibbiltà ma’ dawk il-miri u dawk il-baġits.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni rigward il-miżuri u l-politiki msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan il-paragrafu bħala parti mir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

(*20)  Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).”;"

(g)

fil-paragrafu 10, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ minn karburanti tal-bijomassa użati f’installazzjonijiet li bdew joperaw wara l-20 ta’ Novembru 2023, mill-inqas 80 %;

(e)

għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u it-tkessiħ mill-karburanti tal-bijomassa użati f’installazzjonijiet b’kapaċità termika kklassifikata ugwali għal 10 MW jew aktar li bdew joperaw mill-1 ta’ Jannar 2021 u l-20 ta’ Novembru 2023, mill-inqas 70 % sal-31 ta’ Diċembru 2029, u mill-inqas 80 % mill-1 ta’ Jannar 2030;

(f)

għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u it-tkessiħ mill-karburanti tal-bijomassa gassużi użati f’installazzjonijiet b’kapaċità termika kklassifikata totali ugwali għal 10 MW jew anqas li bdew joperaw bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-20 ta’ Novembru 2023, mill-inqas 70 % qabel ma operaw għal 15-il sena ta’ operat, u mill-inqas 80 % wara li jkunu operaw għal 15-il sena;

(g)

għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u it-tkessiħ mill-karburanti tal-bijomassa użati f’installazzjonijiet b’kapaċità termika kklassifikata ugwali għal 10 MW jew aktar li bdew joperaw qabel l-1 ta’ Jannar 2021, mill-inqas 80 % wara li jkunu operaw għal 15-il sena„ sa mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2026 u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2029;

(h)

għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u it-tkessiħ mill-karburanti tal-bijomassa gassużi użati f’installazzjonijiet b’kapaċità termika kklassifikata totali ugwali għal 10 MW jew anqas li bdew joperaw qabel l-1 ta’ Jannar 2021, mill-inqas 80 % wara li jkunu operaw għal 15-il sena u mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2026.”;

(h)

fil-paragrafu 13, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(a)

installazzjonijiet li jinsabu f’reġjun ultraperiferiku kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-TFUE sa fejn tali faċilitajiet jipproduċu elettriku jew tisħin jew tkessiħ minn karburanti mill-bijomassa u mill-bijolikwidi jew jipproduċu bijokarburanti; u

(b)

karburanti mill-bijomassa u bijolikwidi użati fl-installazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu u bijokarburanti prodotti f’dawk l-installazzjonijiet, irrispettivament mill-post ta’ oriġini ta’ dik il-bijomassa, sakemm tali kriterji jkunu oġġettivament iġġustifikati għal raġunijiet li l-għan tagħhom huwa jiżguraw, għal dan ir-reġjun ultraperiferiku, aċċess għal enerġija sikura u bla periklu u introduzzjoni gradwali bla xkiel tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 u 11 ta’ dan l-Artikolu u b’hekk jinċentivaw it-tranżizzjoni mill-karburanti fossili għal bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa sostenibbli.”;

(i)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“15.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2030, l-enerġija mill-bijokarburanti, mill-bijolikwidi u mill-karburanti tal-bijomassa tista’ wkoll titqies għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, meta:

(a)

l-appoġġ ikun ingħata qabel l-20 ta’ Novembru 2023 f’konformita’ mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29 fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2020; u

(b)

l-appoġġ ikun ingħata fil-forma ta’ appoġġ fit-tul li għalih ammont fiss ikun ġie ddeterminat fil-bidu tal-perjodu ta’ appoġġ u dment li jkun stabbilit mekkaniżmu ta’ korrezzjoni li jiżgura l-assenza ta’ kumpens eċċessiv.”;

(20)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 29a

Kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u għall-karburanti tal-karbonju riċiklat

1.   L-enerġija minn karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għandha tingħadd għall-ishma tal-Istati Membri tal-enerġija rinnovabbli u l-miri msemmija fl-Artikoli 3(1), 15a(1), 22a(1), 23(1), 24(4) u 25(1) biss jekk l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu ta’ dawk il-karburanti jkun ta’ mill-anqas 70 %.

2.   L-enerġija mill-karburanti tal-karbonju riċiklat tista’ tingħadd għall-miri msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), biss jekk l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu ta’ dawk il-karburanti jkun ta’ mill-anqas 70 %.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tispeċifika l-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u minn karburanti tal-karbonju riċiklat. Il-metodoloġija għandha tiżgura li l-kreditu għall-emissjonijiet evitati ma jingħatax għas-CO2 minn sorsi fossili li l-qbid tiegħu diġà rċieva kreditu tal-emissjonijiet skont dispożizzjonijiet oħra tal-liġi. Il-metodoloġija għandha tkopri l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja u tqis l-emissjonijiet indiretti li jirriżultaw mid-devjazzjoni ta’ inputs riġidi bħal skart użat għall-produzzjoni ta’ karburanti tal-karbonju riċiklat.”;

(21)

L-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“1.   Fejn il-karburanti rinnovabbli u l-karburanti tal-karbonju riċiklat għandhom jingħaddu mal-miri msemmija fl-Artikolu 3(1), l-Artikolu 15a(1), l-Artikolu 22a(1), l-Artikolu 23(1), l-Artikolu 24(4) u l-Artikolu 25(1), l-Istati Membri għandhom jesiġu lill-operaturi ekonomiċi juru, permezz ta’ awditi indipendenti, trasparenti u obbligatorji, bi qbil mal-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, li l-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7) u (10) u fl-Artikolu 29a(1) u (2) għall-karburanti rinnovabbli u għall-karburanti tal-karbonju riċiklat ġew issodisfati. Għal dak il-għan, huma għandhom jesiġu li l-operaturi ekonomiċi jużaw sistema ta’ bilanċ tal-massa li:”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘2.   Meta kunsinna tkun ipproċessata, l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà u l-karatteristiċi tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-kunsinna għandhom jiġu aġġustati u assenjati għall-output skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

meta l-ipproċessar ta’ kunsinna ta’ materja prima jirriżulta biss f’output waħda li hi maħsuba għall-produzzjoni tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi jew il-karburanti mill-bijomassa, karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, jew karburanti tal-karbonju riċiklat, id-daqs tal-kunsinna u l-kwantitajiet relatati tas-sostenibbiltà u l-karatteristiċi tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għandhom jiġu aġġustati bl-applikazzjoni ta’ fattur ta’ konverżjoni li jirrappreżenta l-proporzjon bejn il-massa tal-output li hi maħsuba għal tali produzzjoni u l-massa tal-materja prima li tidħol fil-proċess;

(b)

meta l-ipproċessar ta’ kunsinna ta’ materja prima jirriżulta f’aktar minn output wieħed li hu maħsub għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi jew karburanti mill-bijomassa, karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, jew karburanti tal-karbonju riċiklat, għal kull output għandu jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni separat u għandu jintuża bilanċ tal-massa separat.’;

(c)

fil-paragrafu 3, l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jippreżentaw informazzjoni affidabbli dwar il-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikoli 29(2) sa (7) u (10) u 29a(1) u (2), u li l-operaturi ekonomiċi jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri rilevanti, fuq talba, id-data li ntużat biex tkun żviluppata l-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jagħmlu arranġament għal standard adegwat ta’ awditjar indipendenti tal-informazzjoni ppreżentata, u li jipprovdu evidenza li dan sar. Sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 29(3), il-punti (a), (b), (d) u (e), mal-Artikolu 29(4), il-punt (a), mal-Artikolu 29(5), mal-Artikolu 29(6), il-punt (a), u tmal-Artikolu 29(7), il-punt (a), l-awditjar tal-ewwel u t-tieni parti jista’ jintuża sal-ewwel punt ta’ ġbir tal-bijomassa tal-foresti. L-awditjar għandu jivverifika li s-sistemi użati mill-operaturi ekonomiċi huma preċiżi, affidabbli u mħarsa kontra l-frodi, inkluża verifika li tiżgura li l-materjali mhumiex modifikati jew mormija intenzjonalment sabiex il-kunsinna jew parti minnha tkun tista’ ssir skart jew residwu. L-awditjar għandu jevalwa wkoll il-frekwenza u l-metodoloġija tat-teħid tal-kampjuni u l-affidabbiltà tad-data.

L-obbligi stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom japplikaw irrispettivament minn jekk il-karburanti rinnovabbli u l-karburanti tal-karbonju riċiklat jkunux prodotti fl-Unjoni jew ikunux importati fiha. L-informazzjoni dwar l-oriġini ġeografika u t-tip ta’ materja prima tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi u tal-karburanti tal-bijomassa għal kull fornitur tal-karburanti għandha tkun magħmula disponibbli għall-konsumaturi b’mod aġġornat, faċilment aċċessibbli u faċli għall-utent fuq is-siti web tal-operaturi, tal-fornituri u tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, u għandha tiġi aġġornata fuq bażi annwali.”;

(d)

fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skemi nazzjonali jew internazzjonali volontarji li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli u karburanti tal-karbonju riċiklat, jipprovdu data preċiża dwar l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-finijiet tal-Artikolu 29(10) u l-Artikolu 29a (1) u (2), juru konformità mal-Artikolu 27(6) u l-Artikolu 31a(5), jew juru li l-kunsinni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7). Meta juru li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29(6) u (7) huma ssodisfati, l-operaturi jistgħu jipprovdu l-evidenza meħtieġa direttament fil-livell taż-żona tas-sorsi. Il-Kummissjoni tista’ tirrikonoxxi żoni għall-protezzjoni ta’ ekosistemi jew ta’ speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu, rikonoxxuti minn ftehimiet internazzjonali jew inklużi f’listi mfassla minn organizzazzjonijiet intergovernattivi jew mill-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura għall-finijiet tal-Artikolu 29(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(ii).”

;

(e)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skemi nazzjonali li fihom il-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7) u (10) u l-Artikolu 29a(1) u (2), f’konformità mal-metodoloġija żviluppata skont l-Artikolu 29a(3), hija vverifikata tul il-katina kollha tal-kustodja li tinvolvi lill-awtoritajiet kompetenti. Dawk l-iskemi jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni u l-kompletezza tal-informazzjoni inkluża mill-operaturi ekonomiċi fil-bażi tad-data tal-Unjoni, biex tintwera l-konformità mal-Artikolu 27(6) u għaċ-ċertifikazzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa b’riskju baxx ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art.

Stat Membru jista’ jinnotifika tali skema nazzjonali lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-valutazzjoni ta’ tali skema sabiex tiffaċilita r-rikonoxximent bilaterali u multilaterali reċiproku ta’ dawk l-iskemi. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, jekk tali skema nazzjonali nnotifikata tikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(3).

Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li l-iskema nazzjonali tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva,skemi oħrajn rikonoxxuti mill-Kummissjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu ma għandhomx jirrifjutaw ir-rikonoxximent reċiproku mal- ta’ dak l-Istat Membru fir-rigward tal-verifika tal-konformità mal-kriterji li għalihom tkun ġiet rikonoxxuta mill-Kummissjoni.

Għall-installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ b’kapaċità termika kklassifikata totali ta’ bejn 7,5 u 20 MW, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skemi nazzjonali semplifikati ta’ verifika biex jiżguraw l-issodisfar tal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29 (2) sa (7) u (10). Għall-istess installazzjonijiet, l-atti ta’ implimentazzjoni previsti fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet uniformi għall-iskemi volontarji semplifikati ta’ verifika biex jiżguraw l-issodisfar tal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7) u (10).”

;

(f)

fil-paragrafu 9, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.   Meta operatur ekonomiku jipprovdi evidenza jew data miksuba f’konformità ma’ skema li kienet is-suġġett ta’ deċiżjoni skont il-paragrafu 4 jew 6, Stat Membru ma għandux jesiġi li l-operatur ekonomiku jipprovdi aktar evidenza ta’ konformità mal-elementi koperti mill-iskema li għaliha l-iskema tkun ġiet rikonoxxuta mill-Kummissjoni.”

;

(g)

il-paragrafu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“10.   Fuq talba ta’ Stat Membru, li tista’ tkun ibbażata fuq it-talba ta’ operatur ekonomiku, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-evidenza kollha disponibbli, teżamina jekk il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7) u (10) u fl-Artikolu 29a(1) u (2) fir-rigward ta’ sors ta’ karburanti rinnovabbli u ta’ karburanti tal-karbonju riċiklat ġewx issodisfati.

Fi żmien sitt xhur mill-wasla ta’ tali talba, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat jistax:

(a)

iqis il-karburanti rinnovabbli u l-karburanti tal-karbonju riċiklat minn dak is-sors għall-finijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(1); jew

(b)

b’deroga mill-paragrafu 9, jesiġi li l-fornituri tas-sors ta’ karburanti rinnovabbli u ta’ karburanti tal-karbonju riċiklat għandhom jipprovdu aktar evidenza ta’ konformità ma’ dawk il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u dawk il-limiti ta’ ffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(3).”

;

(22)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 31a

Bażi tad-data tal-Unjoni

1.   Sal-21 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tiġi stabbilita bażi tad-data tal-Unjoni li tippermetti t-traċċar ta’ karburanti tal-bijomassa, ta’ karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi u ta’ karburanti tal-karbonju riċiklat (il-“Bażi tad-Data tal-Unjoni”).

2.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operaturi ekonomiċi rilevanti fil-bażi tad-data tal-Unjoni jdaħħlu fil-ħin data preċiża dwar it-tranżazzjonijiet li jkunu saru u l-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà tal-karburanti soġġetti għal dawk it-tranżazzjonijiet, inklużi l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet serra prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja, mill-punt tal-produzzjoni tagħhom sal-mument li huma jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni. Għal-fini tad-dħul tad-data fil-bażi tad-data tal-Unjoni, is-sistema tal-gass interkonnessa għandha titqies bħala sistema ta’ bilanċ tal-massa waħda. Id-data relatata mal-injezzjoni u mal-irtirar tal-karburanti gassużi rinnovabbli għandha tingħata fil-Bażi tad-Data fl-Unjoni. Id-data dwar jekk ġiex ipprovdut appoġġ għall-produzzjoni ta’ kunsinna speċifika ta’ karburant, u jekk iva, dwar it-tip ta’ skema ta’ appoġġ, għandha tiġi mdaħħla wkoll fil-bażi tad-data tal-Unjoni. Dik id-data tista’ tiddaħħal fil-bażi tad-data tal-Unjoni permezz ta’ bażijiet tad-data nazzjonali.

Meta jkun xieraq għall-finijiet tat-titjib tat-traċċabbiltà tad-data tul il-katina tal-provvista kollha, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 biex tissuplimenta din id-Direttive billi testendi ulterjorment il-firxa tad-data li għandha tiġi inkluża fil-bażi tad-data tal-Unjoni biex tkopri data rilevanti mill-punt tal-produzzjoni jew tal-ġbir tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-karburant.

L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-fornituri tal-karburanti jdaħħlu d-data meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, fil-bażi tad-data tal-Unjoni.

Minkejja l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi, għal karburanti gassużi injettati fl-infrastruttura interkonnessa tal-gass tal-Unjoni, l-operaturi ekonomiċi għandhom, fil-każ li l-Istat Membru jiddeċiedi li jikkumplimenta is-sistema ta’ bilanċ tal-massa b’sistema ta’ garanziji tal-oriġini, idaħħlu fil-bażi tad-data tal-Unjoni data dwar it-tranżazzjonijiet li jkunu saru u l-karatteristiċi relatati mas-sostenibbiltà u data rilevanti oħra, bħall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-karburanti sal-istadju ta’ injezzjoni fl-infrastruttura interkonnessa tal-gass.

3.   L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-bażi tad-data tal-Unjoni għall-finijiet ta’ monitoraġġ u verifika tad-data.

4.   Meta jkunu nħarġu garanziji tal-oriġini għall-produzzjoni ta’ kunsinna ta’ gass rinnovabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-garanziji tal-oriġini jiġu ttrasferiti lill-bażi tad-data tal-Unjoni fil-mument meta kunsinna ta’ gass rinnovabbli tiġi rreġistrata fil-bażi tad-data tal-Unjoni u jiġu kkanċellati wara li l-kunsinna ta’ gass rinnovabbli tkun ġiet irtirata mill-infrastruttura interkonnessa tal-Unjoni tal-gass. Tali garanziji tal-oriġini, ladarba jsir it-trasferiment, ma għandhomx ikunu negozzjabbli barra mill-bażi tad-data tal-Unjoni.

5.   Fil-qafas ġuridiku nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-preċiżjoni u l-kompletezza tad-data mdaħħla mill-operaturi ekonomiċi fil-bażi tad-data tiġi vverifikata, pereżempju billi jintużaw korpi taċ-ċertifikazzjoni fil-qafas ta’ skemi volontarji jew nazzjonali rikonoxxuti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(4), (5f) u (6) u li jistgħu jiġu kkomplementati minn sistema ta’ garanziji tal-oriġini.

Tali skemi volontarji jew nazzjonali jistgħu jużaw sistemi ta’ data ta’ partijiet terzi bħala intermedjarji biex jiġbru d-data, dment li tali użu jkun ġie nnotifikat lill-Kummissjoni.

Kull Stat Membru jista’ juża bażitad-data nazzjonali diġà eżistenti allinjati mal-bażi tad-data tal-Unjoni u konnessi magħha permezz ta’ interfaċċa, jew jistabbilixxi bażi tad-data nazzjonali li tista’ tintuża mill-operaturi ekonomiċi bħala għodda għall-ġbir u għad-dikjarazzjoni tad-data u għad-dħul u t-trasferiment ta’ dik id-data fil-bażi tad-data tal-Unjoni, dment li:

(a)

il-bażi tad-data nazzjonali tkun konformi mal-bażi tad-data tal-Unjoni anki f’termini tal-puntwalità tat-trażmissjoni tad-data, tat-tipoloġija tas-settijiet tad-data ttrasferiti, u tal-protokolli għall-kwalità tad-data u tal-verifika tad-data;

(b)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data mdaħħla fil-bażi tad-data nazzjonali tiġi ttrasferita minnufih fil-bażi tad-data tal-Unjoni.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-bażijiet tad-data nazzjonali tagħhom skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali, pereżempju biex iqisu rekwiżiti nazzjonali aktar stretti, fir-rigward ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà. Dawn il-bażijiet tad-data ma għandhomx ifixklu t-traċċabbiltà ġenerali tal-kunsinni sostenibbli ta’ materja prima jew karburanti li għandhom jiddaħħlu fil-bażi tad-data tal-Unjoni skont din id-Direttiva.

Il-verifika tal-kwalità tad-data mdaħħla fil-bażi tad-data tal-Unjoni permezz tal-bażijiet tad-data nazzjonali, il-karatteristiċi tas-sostenibbiltà tal-karburanti relatati ma’ dik id-data, u l-approvazzjoni finali tat-tranżazzjonijiet għandhom jitwettqu biss permezz tal-bażi tad-data tal-Unjoni. Il-preċiżjoni u l-kompletezza ta’ dik id-data għandhom jiġu vverifikati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/996 (*21). Huma jistgħu jiġu vverifikati mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-karatteristiċi dettaljati tal-bażi tad-data nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni. Wara dik in-notifika, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-bażi tad-data nazzjonali tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fit-tielet subparagrafu. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri jieħdu l-passi xierqa biex jiżguraw il-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.

6.   Id-data aggregata mil-bażi tad-data tal-Unjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-protezzjoni tal-informazzjoni sensittiva f’termini kummerċjali u għandha tinżamm aġġornata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u tagħmel disponibbli għall-pubbliku rapporti annwali dwar id-data li tinsab fil-bażi tad-data tal-Unjoni, inklużi l-kwantitajiet, l-oriġini ġeografika u t-tip ta’ materja prima tal-karburanti.

(*21)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/996 tal-14 ta’ Ġunju 2022 dwar regoli biex jiġu vverifikati l-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-kriterji ta’ riskju baxx ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art (ĠU L 168, 27.6.2022, p. 1).”;"

(23)

L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk xieraq, proposta leġiżlattiva dwar il-qafas regolatorju għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli għall-perjodu ta’ wara l-2030.”

;

(ii)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta tkun qed tħejji l-proposta leġiżlattiva msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tqis, meta jkun xieraq:

(a)

il-parir tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*22);

(b)

il-baġit indikattiv projettat tal-Unjoni għall-gassijiet b’effett ta’ serra kif stabbilit fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*23);

(c)

il-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima ppreżentati mill-Istati Membri sat-30 ta’ Ġunju 2024 skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999;

(d)

l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inklużi l-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra; u

(e)

l-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

(*22)  Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13)."

(*23)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1)”;"

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“(3a)   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 29(7a) u (7b) u l-impatt tagħhom fuq l-iżgurar tas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi u tal-karburanti tal-bijomassa.”

;

(24)

L-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 26(2), ir-raba’ subparagrafu, fl-Artikolu 26(2), il-ħames subparagrafu, fl-Artikolu 27(3), fl-Artikolu 27(4), fl-Artikolu 27(6), ir-raba’ subparagrafu, fl-Artikolu 28(5), fl-Artikolu 28(6), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 29a(3), fl-Artikolu 31(5), it-tieni subparagrafu, u fl-Artikolu 31a(2), it-tieni subparagrafu, għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-20 ta’ Novembru 2023. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.”

;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 7(3), il-ħames subparagrafu, fl-Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 26(2), ir-raba’ subparagrafu, fl-Artiokolu 26(2), il-ħames subparagrafu, fl-Artikolu 27(3), fl-Artikolu 27(4), fl-Artikolu 27(6), ir-raba’ subparagrafu, fl-Artikolu 28(5), fl-Artikolu 28(6), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 29a(3), fl-Artikolu 31(5), u fl-Artikolu 31a(2), it-tieni subparagrafu, tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.”

;

(c)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 7(3), il-ħames subparagrafu, fl-Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 26(2), ir-raba’ subparagrafu, fl-Artikolu 26(2), il-ħames subparagrafu, fl-Artikolu 27(3), fl-Artikolu 27(4), fl-Artikolu 27(6), ir-raba’ subparagrafu, fl-Artikolu 28(5), fl-Artikolu 28(6), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 29a(3), fl-Artikolu 31(5), jew fl-Artikolu 31a(2), it-tieni subparagrafu għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”

;

(25)

l-Annessi huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1999

Ir-Regolament (UE) 2018/1999 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(11)

‘il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030’ tfisser il-mira vinkolanti tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 stabbilita fl-Artikolu 3(1)tad-Direttiva (UE) 2018/2001, il-mira fil-livell tal-Unjoni għat-titjib fl-effiċjenza enerġetika fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*24), u l-mira tal-interkonnessjoni tal-elettriku ta’ 15 % għall-2030 jew kwalunkwe objettiv sussegwenti f’dak ir-rigward maqbula mill-Kunsill Ewropew jew mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għall-2030.

(*24)  Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (ĠU L 231, 20.9.2023, p. 1).”;"

(b)

fil-punt 20, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni bbażati fuq il-valutazzjoni skont l-Artikolu 29(1), il-punt (b), fir-rigward tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, l-implimentazzjoni bikrija tal-kontribut ta’ Stat Membru lejn il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u kif imkejjel mal-punti ta’ referenza nazzjonali tagħha għall-enerġija rinnovabbli;”;

(2)

fl-Artikolu 4, il-punt (a)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli:

Bl-għan li tintlaħaq il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, kontribut għal dak l-objettiv f’termini tas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli tal-Istat Membru fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030, bi trajettorja indikattiva għal dak il-kontribut mill-2021 ’il quddiem. Sal-2022, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq punt ta’ referenza ta’ mill-anqas 18 % taż-żieda totali fis-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 ta’ dak l-Istat Membru u l-kontribut tiegħu għall-mira tal-2030. Sal-2025, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq punt ta’ referenza ta’ mill-anqas 43 % taż-żieda totali fis-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 ta’ dak l-Istat Membru u l-kontribut tiegħu għall-mira tal-2030. Sal-2027, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq punt ta’ referenza ta’ mill-anqas 65 % taż-żieda totali fis-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 ta’ dak l-Istat Membru u l-kontribut tiegħu għall-mira tal-2030.

Sal-2030, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq mill-anqas il-kontribut ippjanat tal-Istat Membru. Jekk Stat Membru jistenna li jaqbeż il-mira nazzjonali vinkolanti tiegħu għall-2020, it-trajettorja indikattiva tiegħu tista’ tibda fil-livell li tkun ipproġettata li tilħaq. It-trajettorji indikattivi tal-Istati Membri, meħudin flimkien, għandhom jikkorrispondu għall-punti ta’ referenza tal-Unjoni fl-2022, fl-2025 u fl-2027 u għall-mira vinkolanti tal-Unjoni tal-enerġija rinnovabbli għall-2030 stabbilita fl-Artikolu 3(1)tad-Direttiva (UE) 2018/2001. B’mod separat mill-kontribut tiegħu għall-mira tal-Unjoni u t-trajettorja indikattiva tiegħu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, Stat Membru għandu jkun liberu li jindika ambizzjonijiet ogħla għall-finijiet tal-politika nazzjonali.”;

(3)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri b’mod kollettiv għandhom jiżguraw li s-somma tal-kontribuzzjonijiet tagħhom tammonta għal mill-anqas il-livell tal-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.”

;

(4)

Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress li jkun sar fis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni abbażi ta’ trajettorja indikattiva tal-Unjoni li tibda minn 20 % fl-2020, tilħaq punti ta’ referenza ta’ mill-anqas 18 % fl-2022, 43 % fl-2025 u 65 % fl-2027 taż-żieda totali fis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli fl-2020 u l-mira tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli fl-2030, u tilħaq il-mira tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.”

.

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 98/70/KE

Id-Direttiva 98/70/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tistabbilixxi, fir-rigward ta’ vetturi tat-triq, u makkinarju mobbli mhux tat-triq, inklużi bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni meta ma jkunux fuq il-baħar, tratturi tal-biedja u tal-forestrija, u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni meta ma jkunux fuq il-baħar, speċifikazzjonijiet tekniċi għal raġunijiet ambjentali u ta’ saħħa għall-karburanti li għandhom jintużaw ma’ magni “positive ignition” u magni “compression ignition”, filwaqt li tqis ir-rekwiżiti tekniċi ta’ dawk il-magni.”;

(2)

fl-Artikolu 2, (b) il-punti 8 u 9 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“8.

‘fornitur’ tfisser ‘fornitur tal-karburant’ kif definit fl-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (38), tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*25);

9.

‘bijokarburanti’ tfisser ‘bijokarburanti’ kif definiti fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (33), tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(*25)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).”;"

(3)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-fornituri jiżguraw it-tqegħid fis-suq tad-diżil b’kontenut ta’ ester metiliku tal-aċidi xaħmin (FAME) ta’ mhux aktar minn 7 %.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu permissibbli ta’ kubrit fiż-żjut tal-gass maħsuba għall-użu minn makkinarju mobbli mhux tat-triq, inklużi bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, tratturi agrikoli u tal-forestrija u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni jkun ta’ 10 mg/kg. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-karburanti likwidi barra minn dawk iż-żjut tal-gass jistgħu jintużaw f’bastimenti għall-passaġġi tal-ilma interni u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni biss jekk il-kontenut ta’ kubrit f’dawn il-karburanti likwidi ma jaqbiżx il-kontenut massimu permissibbli ta’ dawk iż-żjut tal-gass.”

;

(4)

jitħassru l-Artikoli 7a sa 7e;

(5)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punti (g), (h), (i) u (k) huma mħassra;

(b)

jitħassar il-paragrafu 2;

(6)

L-Annessi I, II, IV u V huma emendati f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data miġbura u rrapportata lill-awtorità maħtura mill-Istat Membru fir-rigward tas-sena 2023. jew parti minnha f’konformità mal-Artikolu 7a(1), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 7a(7) tad-Direttiva 98/70/KE, li jitħassru mill-Artikolu 3, il-punt (4), ta’ din id-Direttiva, tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinkludi d-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi kwalunkwe rapport li hija obbligata tissottometti skont id-Direttiva 98/70/KE.

Artikolu 5

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-21 ta’ Mejju 2025.

MB’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 1, il-punt (6), fir-rigward tal-Artikolu 15e tad-Direttiva (UE) 2018/2001, u mal-Artikolu 1, punt (7), fir-rigward tal-Artikoli 16, 16b,16c, 16d, 16e u 16f ta’ dik id-Direttiva, sal-1 ta’ Lulju 2024.

Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawk il-miżuri.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 6

Tħassir

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 hija mħassra b’effett mill- 1 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, it-18 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

J. M. ALBARES BUENO


(1)   ĠU C 152, 6.4.2022, p. 127 u ĠU C 443, 22.11.2022, p. 145.

(2)   ĠU C 301, 5.8.2022, p. 184.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2023 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2023.

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22).

(6)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(8)  Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (ĠU L 231, 20.9.2023, p. 1).

(9)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1749 tat-28 ta’ Settembru 2021 dwar l-Effiċjenza Enerġetika tiġi L-Ewwel: minn prinċipji għall-prattika — Linji gwida u eżempji għall-implimentazzjoni tagħha fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fis-settur tal-enerġija u lil hinn minnu (ĠU L 350, 4.10.2021, p. 9).

(10)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294 tal-15 ta’ Settembru 2020 dwar il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni (ĠU L 303, 17.9.2020, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1).

(14)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

(15)  Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).

(16)   ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4.

(17)   ĠU L 104, 24.4.1992, p. 7.

(18)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(19)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(20)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(21)  Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1).

(22)  Ir-Regolament (UE) 2023/1804.tal-Parlament u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 1).

(23)  Ir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart tal-batteriji, li jemenda id-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE (ĠU L 191, 28.7.2023, p. 1).

(24)  Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54).

(25)  Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).

(26)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(27)  Ir-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 48).

(28)  Ir-Regolament (UE) 2023/2405 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għal trasport bl-ajru sostenibbli (Avjazzjoni ReFuelEU) (ĠU L, 2023/2405, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2405/oj).

(29)  Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

(30)  Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).

(31)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/996 tal-14 ta’ Ġunju 2022 dwar regoli biex jiġu vverifikati l-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-kriterji ta’ riskju baxx ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art (ĠU L 168, 27.6.2022, p. 1).

(32)  Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58).

(33)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 tal-20 ta’ April 2015 li tistabbilixxi l-metodi ta’ kalkolu u r-rekwiżiti ta’ rapportar skont id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil (ĠU L 107, 25.4.2015, p. 26).

(34)   ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(35)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Lulju 2019, Kummissjoni vs il-Belġju, C-543/17, ECLI:EU:C:2019:573.


ANNESS I

L-Annessi tad-Direttiva (UE) 2018/2001 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, titħassar l-aħħar ringiela fit-tabella;

(2)

jiddaħħal l-Anness li ġej:

“ANNESS IA

ISHMA TAT-TISĦIN U T-TKESSIĦ NAZZJONALI TAL-ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI FIL-KONSUM FINALI GROSS TAL-ENERĠIJA GĦALL-2020-2030

 

Żidiet addizzjonali għall-Artikolu 23(1)

(f’punti perċentwali)

għall-perjodu 2021-2025 (*1)

Żidiet addizzjonali għall-Artikolu 23(1)

(f’punti perċentwali)

għall-perjodu 2026-2030 (*2)

Ishma riżultanti inklużi żidiet mingħajr sħana u kesħa mormija

(f’punti perċentwali)

Il-Belġju

1,0

0,7

1,8

Il-Bulgarija

0,7

0,4

1,5

IĊekja

0,8

0,5

1,6

Id-Danimarka

1,2

1,1

1,6

Il-Ġermanja

1,0

0,7

1,8

L-Estonja

1,3

1,2

1,7

L-Irlanda

2,3

2,0

3,1

Il-Greċja

1,3

1,0

2,1

Spanja

0,9

0,6

1,7

Franza

1,3

1,0

2,1

Il-Kroazja

0,8

0,5

1,6

L-Italja

1,1

0,8

1,9

Ċipru

0,8

0,5

1,6

Il-Latvja

0,7

0,6

1,1

Il-Litwanja

1,7

1,6

2,1

Il-Lussemburgu

2,3

2,0

3,1

L-Ungerija

0,9

0,6

1,7

Malta

0,8

0,5

1,6

In-Netherlands

1,1

0,8

1,9

L-Awstrija

1,0

0,7

1,8

Il-Polonja

0,8

0,5

1,6

Il-Portugall

0,7

0,4

1,5

Ir-Rumanija

0,8

0,5

1,6

Is-Slovenja

0,8

0,5

1,6

Is-Slovakkja

0,8

0,5

1,6

Il-Finlandja

0,6

0,5

1,0

L-Iżvezja

0,7

0,7

0,7

;

(3)

L-Anness III huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS III

KONTENUT ENERĠETIKU TAL-KARBURANTI

Karburant

Kontenut enerġetiku skont il-piż

(valur kalorifiku aktar baxx, MJ/kg)

Kontenut enerġetiku skont il-volum

(valur kalorifiku aktar baxx, MJ/l)

KARBURANTI TAL-BIJOMASSA U/JEW OPERAZZJONIJIET TAL-IPPROĊESSAR TAL-BIJOMASSA

 

 

Bijopropan

46

24

Żejt veġetali pur (żejt prodott minn pjanti taż-żejt permezz tal-għasir, l-estrazzjoni jew proċeduri paragunabbli, grezz jew raffinat imma mhux modifikat kimikament)

37

34

Bijodiżil — ester metiliku tal-aċidi xaħmin (ester metiliku prodott minn żejt ta’ oriġini mill-bijomassa)

37

33

Bijodiżil — ester etiliku tal-aċidi xaħmin (ester etiliku prodott minn żejt ta’ oriġini mill-bijomassa)

38

34

Bijogass li jista’ jissaffa sa kwalità ta’ gass naturali

50

Żejt idrotrattat (trattat termokimikament bl-idroġenu) ta’ oriġini mill-bijomassa, li jintuża bħala sostitut għad-diżil

44

34

Żejt idrotrattat (trattat termokimikament bl-idroġenu) ta’ oriġini mill-bijomassa, li jintuża bħala sostitut għall-petrol

45

30

Żejt idrotrattat (trattat termokimikament bl-idroġenu) ta’ oriġini mill-bijomassa, li jintuża bħala sostitut għall-karburant tal-ġettijiet

44

34

Żejt idrotrattat (trattat termokimikament bl-idroġenu) ta’ oriġini mill-bijomassa, li jintuża bħala sostitut għall-gass likwifikat miż-żejt

46

24

Żejt koproċessat (proċessat f’raffinerija fl-istess waqt ma’ karburant fossili) ta’ oriġini mill-bijomassa jew il-bijomassa pirolizzata li jintuża bħala sostitut għad-diżil

43

36

Żejt koproċessat (proċessat f’raffinerija fl-istess waqt ma’ karburant fossili) ta’ oriġini mill-bijomassa jew il-bijomassa pirolizzata li jintuża bħala sostitut għall-petrol

44

32

Żejt koproċessat (proċessat f’raffinerija fl-istess waqt ma’ karburant fossili) ta’ oriġini mill-bijomassa jew il-bijomassa pirolizzata li jintuża bħala sostitut għall-karburant tal-ġettijiet

43

33

Żejt koproċessat (proċessat f’raffinerija fl-istess waqt ma’ karburant fossili) ta’ oriġini mill-bijomassa jew il-bijomassa pirolizzata li jintuża bħala sostitut għall-gass likwifikat miż-żejt

46

23

KARBURANTI RINNOVABBLI LI JISTGĦU JIĠU PRODOTTI MINN SORSI RINNOVABBLI VARJI, INKLUŻA L-BIJOMASSA

 

 

Metanol minn sorsi rinnovabbli

20

16

Etanol minn sorsi rinnovabbli

27

21

Propanol minn sorsi rinnovabbli

31

25

Butanol minn sorsi rinnovabbli

33

27

Diżil Fischer-Tropsch (idrokarbur sintetiku jew taħlita ta’ idrokarburi sintetiċi li jintużaw bħala sostitut għad-diżil)

44

34

Petrol Fischer-Tropsch (idrokarbur sintetiku jew taħlita ta’ idrokarburi sintetiċi prodotta mill-bijomassa li jintużaw bħala sostitut għall-petrol)

44

33

Karburant tal-ġettijiet Fischer-Tropsch (idrokarbur sintetiku jew taħlita ta’ idrokarburi sintetiċi prodotta mill-bijomassa li jintużaw bħala sostitut għall-karburant tal-ġettijiet)

44

33

Gass likwifikat miż-żejt Fischer-Tropsch (idrokarbur sintetiku jew taħlita ta’ idrokarburi sintetiċi li jintużaw bħala sostitut għall-gass likwifikat miż-żejt)

46

24

DME (dimetiletere)

28

19

Idroġenu minn sorsi rinnovabbli

120

ETBE (etil-terz-butil-etere prodott abbażi tal-etanol)

36 (li minnu 33 % minn sorsi rinnovabbli)

27 (li minnu 33 % minn sorsi rinnovabbli)

MTBE (metil-terz-butil-etere prodott abbażi tal-metanol)

35 (li minnu 22 % minn sorsi rinnovabbli)

26 (li minnu 22 % minn sorsi rinnovabbli)

TAEE (terz-amil-etil-etere prodott abbażi tal-etanol)

38 (li minnu 29 % minn sorsi rinnovabbli)

29 (li minnu 29 % minn sorsi rinnovabbli)

TAME (terz-amil-metil-etere prodott abbażi tal-metanol)

36 (li minnu 18 % minn sorsi rinnovabbli)

28 (li minnu 18 % minn sorsi rinnovabbli)

THxEE (terz-eżil-etil-etere prodott fuq il-bażi tal-metanol)

38 (li minnu 25 % minn sorsi rinnovabbli)

30 (li minnu 25 % minn sorsi rinnovabbli)

THxME (terz-eżil-metil-etere prodott abbażi tal-metanol)

38 (li minnu 14 % minn sorsi rinnovabbli)

30 (li minnu 14 % minn sorsi rinnovabbli)

KARBURANTI MHUX RINNOVABBLI

 

 

Petrol

43

32

Diżil

43

36

Karburant tal-ġettijiet

43

34

Idroġenu minn sorsi mhux rinnovabbli

120

(4)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“TAĦRIĠ U ĊERTIFIKAZZJONI TAL-INSTALLATURI U D-DISINJATURI TA’ INSTALLAZZJONIJIET TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI”;

(b)

is-sentenza introduttorja u l- punti 1, 2 and 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jew l-iskemi ta’ kwalifikazzjoni ekwivalenti u l-programmi ta’ taħriġ imsemmija fl-Artikolu 18(3) għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji li ġejjin:

1.

Il-proċess ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ kwalifikazzjoni ekwivalenti għandu jkun trasparenti u definit b’mod ċar mill-Istati Membri jew mill-korp amministrattiv maħtur minnhom.

1a.

Iċ-ċertifikati maħruġa mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandhom ikunu definiti b’mod ċar u faċli biex jiġu identifikati l-ħaddiema u l-professjonisti li jkunu jixtiequ jiksbu ċ-ċertifikazzjoni.

1b.

Il-proċess ta’ ċertifikazzjoni għandu jippermetti lill-installaturi jiksbu l-għarfien teoriku u prattiku meħtieġ u jiggarantixxi l-eżistenza tal-ħiliet meħtieġa biex jiġu stabbiliti installazzjonijiet ta’ kwalità għolja li joperaw b’mod affidabbli.

2.

L-installaturi ta’ sistemi li jużaw bijomassa, pompi tas-sħana, sistemi ġeotermiċi tal-wiċċ u sistemi solari fotovoltajċi u solari termiċi, inklużi l-ħżin tal-enerġija u l-punti tal-irriċarġjar, għandhom ikunu ċċertifikati minn programm ta’ taħriġ jew minn fornitur tat-taħriġ akkreditat jew minn skemi ta’ kwalifikazzjoni ekwivalenti.

3.

L-akkreditament tal-programm ta’ taħriġ jew tal-fornitur għandu jsir mill-Istati Membri jew mill-korp amministrattiv maħtur minnhom. Il-korp ta’ akkreditament għandu jiżgura li l-programmi ta’ taħriġ, ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ tiġdid tal-ħiliet offruti mill-fornitur tat-taħriġ ikunu inklużivi u jkollhom kontinwità u kopertura reġjonali jew nazzjonali.

Il-fornitur tat-taħriġ għandu jkollu faċilitajiet tekniċi adegwati biex jipprovdi taħriġ prattiku, inkluż biżżejjed tagħmir tal-laboratorju jew faċilitajiet korrispondenti biex jipprovdi taħriġ prattiku.

Minbarra t-taħriġ bażiku, il-fornitur tat-taħriġ għandu joffri korsijiet iqsar ta’ aġġornament u titjib tal-ħiliet organizzati f’moduli ta’ taħriġ li jippermettu lill-installaturi u lid-disinjaturi jżidu kompetenzi ġodda, iwessgħu u jiddiversifikaw il-ħiliet tagħhom f’diversi tipi ta’ teknoloġija u l-kombinamenti tagħhom. Il-fornitur tat-taħriġ għandu jiżgura l-adattament tat-taħriġ għal teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli ġdida fil-kuntest tal-bini, l-industrija u l-agrikoltura. Il-fornituri tat-taħriġ għandhom jirrikonoxxu l-ħiliet rilevanti miksuba.

Il-programmi u l-moduli ta’ taħriġ għandhom jitfasslu b’tali mod li jippermettu t-tagħlim tul il-ħajja f’installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli u li jkunu kompatibbli mat-taħriġ vokazzjonali għal dawk li jkunu jfittxu impjieg għall-ewwel darba u l-adulti li jkunu qed ifittxu tiġdid tal-ħiliet jew impjieg ġdid.

Il-programmi ta’ taħriġ għandhom jitfasslu sabiex jiffaċilitaw il-kisba ta’ kwalifiki li jkopru tipi differenti ta’ teknoloġija u soluzzjonijiet u jevitaw speċjalizzazzjoni limitata f’marka jew teknoloġija speċifika. Il-fornitur tat-taħriġ jista’ jkun il-manifattur tat-tagħmir jew tas-sistema, jew istitut jew assoċjazzjoni.”;

(c)

il-punt 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.

Il-kors ta’ taħriġ għandu jintemm b’eżami li jwassal għal ċertifikat jew kwalifika. L-eżami għandu jinkludi prova prattika li tivvaluta l-installazzjoni korretta ta’ bojlers jew stufi tal-bijomassa, pompi tas-sħana, sistemi ġeotermiċi tal-wiċċ, sistemi solari fotovoltajċi jew termiċi, inklużi l-ħżin tal-enerġija jew l-punti tal-irriċarġjar, li jippermettu r-rispons għad-domanda.”;

(d)

il-punt (6)(c) huwa emendat kif ġej:

(i)

il-kliem introduttorju jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Il-parti teorika tat-taħriġ tal-installatur tal-pompa tas-sħana għandha tagħti stampa ġenerali tas-sitwazzjoni fis-suq tal-pompi tas-sħana u tkopri sorsi ġeotermiċi tal-enerġija u temperaturi tas-sorsi mill-art ta’ reġjuni differenti, identifikazzjoni ta’ ħamrija u blat għall-konduttività termika, regolamenti dwar l-użu ta’ sorsi ġeotermiċi tal-enerġija, fattibbiltà tal-użu ta’ pompi tas-sħana fil-bini u d-determinazzjoni tal-aħjar sistema ta’ pompi tas-sħana, u għarfien dwar ir-rekwiżiti tekniċi tagħhom, is-sikurezza, il-filtraġġ tal-arja, il-konnessjoni mas-sors ta’ sħana u t-tqassim tas-sistema u l-integrazzjoni mas-soluzzjonijiet tal-ħżin tal-enerġija, anki f’kombinament ma’ installazzjonijiet solari. It-taħriġ għandu jipprovdi wkoll għarfien tajjeb dwar kull standard Ewropew għall-pompi tas-sħana, u dwar il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti. L-installatur għandu juri l-kompetenzi ewlenin li ġejjin:”;

(ii)

il-punt (iii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iii)

il-kapaċità li jagħżel u jkejjel il-komponenti f’sitwazzjonijiet tipiċi ta’ installazzjoni, inkluża d-determinazzjoni tal-valuri tipiċi tat-tagħbija tas-sħana ta’ bini differenti u għall-produzzjoni ta’ ilma sħun ibbażat fuq il-konsum ta’ enerġija, id-determinazzjoni tal-kapaċità tal-pompa tas-sħana fuq it-tagħbija tas-sħana għall-produzzjoni tal-ilma sħun, fuq il-massa inerzjali tal-bini u fuq il-provvista interrompibbli tal-kurrent; jiddetermina s-soluzzjoni tal-ħżin tal-enerġija, anki permezz tal-komponent tat-tank protettur u l-volum tiegħu u l-integrazzjoni tat-tieni sistema ta’ tisħin;

(iv)

konoxxenza tal-istudji tal-fattibbiltà u tad-disinn;

(v)

konoxxenza tat-tħaffir, f’każ ta’ pompi tas-sħana ġeotermika.”;

(e)

il-punt 6(d) huwa emendat kif ġej:

(i)

il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Il-parti teorika tat-taħriġ tal-installatur tas-sistemi solari fotovoltajċi u tas-sistemi solari termiċi għandha tagħti stampa ġenerali tas-sitwazzjoni tas-suq tal-prodotti solari u tqabbil tal-ispiża u l-potenzjal ta’ profitt, u tkopri l-aspetti ekoloġiċi, il-komponenti, il-karatteristiċi u d-daqsijiet tas-sistemi solari, l-għażla ta’ sistemi preċiżi u l-kejl tad-daqs tal-komponenti, id-determinazzjoni tad-domanda għas-sħana, l-għażliet għall-integrazzjoni ta’ soluzzjonijiet tal-ħżin tal-enerġija, il-protezzjoni min-nirien, is-sussidji relatati, kif ukoll id-disinn, l-installazzjoni u l-manutenzjoni tal-installazzjonijiet solari fotovoltajċi u termiċi. It-taħriġ għandu jipprovdi wkoll għarfien tajjeb ta’ kull standard Ewropew għat-teknoloġija, u ċertifikazzjoni bħal “Solar Keymark”, u l-liġi nazzjonali u tal-Unjoni relatata. L-installatur għandu juri l-kompetenzi ewlenin li ġejjin:”;

(ii)

il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

il-kapaċità li jidentifika sistemi u l-komponenti speċifiċi tagħhom tas-sistemi attivi u passivi, inkluż id-disinn mekkaniku, u li jiddetermina l-post tal-komponenti, it-tqassim tas-sistemi u l-konfigurazzjoni, u l-għażliet għall-integrazzjoni ta’ soluzzjonijiet tal-ħżin tal-enerġija, anki permezz tal-kombinament ma’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar.”;

(5)

Fl-Anness V, il-parti C hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.

Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt 1(a), l-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn ġestjoni agrikola mtejba, esca, bħal pereżempju billi ssir bidla lejn tnaqqis jew tneħħija tal-ħrit, għal titjib tan-newba ta’ għalla u tal-għelejjel, l-użu tal-għelejjel ta’ kopertura, inkluża l-ġestjoni tar-residwu mill-għelejjel, u l-użu ta’ sustanzi organiċi li jtejbu l-ħamrija, bħal kompost u diġestat tal-fermentazzjoni tad-demel, għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk ma jaffettwawx il-bijodiversità b’mod negattiv. Barra minn hekk, għandha tiġi pprovduta aktar evidenza solida u verifikabbli li l-karbonju fil-ħamrija żdied, jew li huwa raġonevoli li wieħed jistenna li dan żdied matul il-perjodu li fih tkun ġiet ikkultivata l-materja prima kkonċernata filwaqt li jitqiesu l-emissjonijiet fejn tali prattiki jwasslu għal żieda fl-użu tal-erbiċidi u tal-fertilizzanti (*3).

(*3)  Il-kejl tal-karbonju fil-ħamrija jista’ jikkostitwixxi tali evidenza, eż. permezz tal-ewwel kejl qabel il-kultivazzjoni u kejl sussegwenti f’intervalli regolari b’diversi snin bejn kull wieħed. Fit-tali każ, qabel ma jkun disponibbli t-tieni kejl, iż-żieda fil-karbonju fil-ħamrija tista’ tiġi stmata fuq il-bażi ta’ esperimenti jew kampjuni tal-ħamrija rappreżentattivi. Mit-tieni kejl ’il quddiem, il-kejl ikun jikkostitwixxi l-bażi biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ żieda fil-karbonju fil-ħamrija u d-daqs tagħha.”;"

(b)

il-punt 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“15.

L-iffrankar ta’ emissjonijiet mill-qbid u s-sostituzzjoni tas-CO2, eccr, għandu jkun relatat direttament mal-produzzjoni tal-bijokarburant jew il-bijolikwidu li huma attribwiti għalih, u għandu jkun limitat għall-emissjonijiet evitati permezz tal-qbid ta’ CO2 li fihom il-karbonju joriġina minn bijomassa u li hija użata biex tissostitwixxi CO2 li joriġina mill-fossili fil-produzzjoni ta’ prodotti u servizzi kummerċjali qabel l-1 ta’ Jannar 2036.”;

(c)

il-punt 18 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“18.

Għall-finijiet tal-kalkoli msemmija fil-punt 17, l-emissjonijiet li jridu jiġu diviżi għandhom ikunu eec + el + esca + dawk il-frazzjonijiet ta’ ep, etd, eccs u eccr li jintervjenu sal-istadju u fl-istadju tal-proċess ta’ produzzjoni li fih il-prodott sekondarju jiġi prodott. Jekk tkun saret xi allokazzjoni għal prodotti sekondarji fi stadju ta’ proċess preċedenti fiċ-ċiklu tal-ħajja, il-frazzjoni ta’ dawk l-emissjonijiet assenjata f’dak l-aħħar stadju tal-proċess lill-prodott ta’ karburant intermedju, għandha tintuża għal dawk l-għanijiet minflok mit-total ta’ dawk l-emissjonijiet. Fil-każ ta’ bijokarburanti u bijolikwidi, il-prodotti sekondarji kollha li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 17, għandhom ikunu kkunsidrati għall-finijiet ta’ dak il-kalkolu.

Il-prodotti sekondarji li għandhom kontenut enerġetiku negattiv għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom kontenut enerġetiku żero għall-finijiet tal-kalkolu.

Bħala regola ġenerali, l-iskart u r-residwi, inkluż l-iskart u r-residwi inklużi fl-Anness IX għandhom jitqiesu li għandhom emissjonijiet żero ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja sal-proċess tal-ġbir ta’ dawk il-materjali irrispettivament minn jekk humiex ipproċessati fi prodotti intermedji qabel jiġu ttrasformati fil-prodott finali.

Fil-każ ta’ karburanti tal-bijomassa prodotti fir-raffineriji, minbarra l-kombinament ta’ impjanti tal-ipproċessar ma’ bojlers jew unitajiet ta’ koġenerazzjoni li jipprovdu s-sħana u/jew l-elettriku lill-impjant tal-ipproċessar, l-unità tal-analiżi għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt 17 għandha tkun ir-raffinerija”;

(6)

Fl-Anness VI, il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.

Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt 1(a), l-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn ġestjoni agrikola mtejba, esca, bħal pereżempju billi ssir bidla lejn tnaqqis jew tneħħija tal-ħrit, għal titjib tan-newba ta’ għalla u tal-għelejjel, l-użu tal-għelejjel ta’ kopertura, inkluża l-ġestjoni tar-residwu mill-għelejjel, u l-użu ta’ sustanzi organiċi li jtejbu l-ħamrija, bħal kompost u diġestat tal-fermentazzjoni tad-demel, għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk ma jaffettwawx il-bijodiversità b’mod negattiv. Barra minn hekk, għandha tiġi pprovduta aktar evidenza solida u verifikabbli li l-karbonju fil-ħamrija żdied, jew li huwa raġonevoli li wieħed jistenna li dan żdied matul il-perjodu li fih tkun ġiet ikkultivata l-materja prima kkonċernata filwaqt li jitqiesu l-emissjonijiet fejn tali prattiki jwasslu għal żieda fl-użu tal-erbiċidi u tal-fertilizzanti (*4);

(*4)  Il-kejl tal-karbonju fil-ħamrija jista’ jikkostitwixxi tali evidenza, eż. permezz tal-ewwel kejl qabel il-kultivazzjoni u kejl sussegwenti f’intervalli regolari b’diversi snin bejn kull wieħed. Fit-tali każ, qabel ma jkun disponibbli t-tieni kejl, iż-żieda fil-karbonju fil-ħamrija tista’ tiġi stmata fuq il-bażi ta’ esperimenti jew kampjuni tal-ħamrija rappreżentattivi. Mit-tieni kejl ’il quddiem, il-kejl ikun jikkostitwixxi l-bażi biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ żieda fil-karbonju fil-ħamrija u d-daqs tagħha.”;"

(b)

il-punt 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“15.

L-iffrankar ta’ emissjonijiet mill-qbid u s-sostituzzjoni tas-CO2, eccr, għandu jkun relatat direttament mal-produzzjoni tal-karburanti tal-bijomassa li huma attribwiti għalihom, u għandu jkun limitat għall-emissjonijiet evitati permezz tal-qbid ta’ CO2 li fihom il-karbonju joriġina minn bijomassa u li hija użata biex tissostitwixxi CO2 li joriġina mill-fossili fil-produzzjoni ta’ prodotti u servizzi kummerċjali qabel l-1 ta’ Jannar 2036.”;

(c)

il-punt 18 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“18.

Għall-finijiet tal-kalkoli msemmija fil-punt 17, l-emissjonijiet li jridu jiġu diviżi għandhom ikunu eec + el + esca + dawk il-frazzjonijiet ta’ ep, etd, eccs u eccr li jintervjenu sal-istadju u fl-istadju tal-proċess ta’ produzzjoni li fih il-prodott sekondarju jiġi prodott. Jekk tkun saret xi allokazzjoni għal prodotti sekondarji fi stadju ta’ proċess preċedenti fiċ-ċiklu tal-ħajja, il-frazzjoni ta’ dawk l-emissjonijiet assenjata f’dak l-aħħar stadju tal-proċess lill-prodott ta’ karburant intermedju, għandha tintuża għal dawk l-għanijiet minflok mit-total ta’ dawk l-emissjonijiet.

Fil-każ ta’ bijogass u bijometan, il-prodotti sekondarji kollha li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 17, għandhom ikunu kkunsidrati għall-finijiet ta’ dak il-kalkolu. Il-prodotti sekondarji li għandhom kontenut enerġetiku negattiv għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom kontenut enerġetiku żero għall-finijiet tal-kalkolu.

Bħala regola ġenerali, l-iskart u r-residwi, inkluż l-iskart u r-residwi inklużi fl-Anness IX għandhom jitqiesu li għandhom emissjonijiet żero ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja sal-proċess tal-ġbir ta’ dawk il-materjali irrispettivament minn jekk humiex ipproċessati fi prodotti intermedji qabel jiġu ttrasformati fil-prodott finali.

Fil-każ ta’ karburanti tal-bijomassa prodotti fir-raffineriji, minbarra l-kombinament ta’ impjanti tal-ipproċessar ma’ bojlers jew unitajiet ta’ koġenerazzjoni li jipprovdu s-sħana u/jew l-elettriku lill-impjant tal-ipproċessar, l-unità tal-analiżi għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt 17 għandha tkun ir-raffinerija”;

(7)

fl-Anness VII, fid-definizzjoni ta’ “Qużabbli”, ir-referenza għall-Artikolu 7(4) hija sostitwita b’referenza għall-Artikolu 7(3);

(8)

L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti A, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Materja prima għall-produzzjoni ta’ bijogass għat-trasport u ta’ bijokarburanti avvanzati:”

(b)

Fil-Parti B, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-materja prima għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti u ta’ bijogass għat-trasport, li l-kontribut tagħha għall-miri msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha tkun limitata:”.


(*3)  Il-kejl tal-karbonju fil-ħamrija jista’ jikkostitwixxi tali evidenza, eż. permezz tal-ewwel kejl qabel il-kultivazzjoni u kejl sussegwenti f’intervalli regolari b’diversi snin bejn kull wieħed. Fit-tali każ, qabel ma jkun disponibbli t-tieni kejl, iż-żieda fil-karbonju fil-ħamrija tista’ tiġi stmata fuq il-bażi ta’ esperimenti jew kampjuni tal-ħamrija rappreżentattivi. Mit-tieni kejl ’il quddiem, il-kejl ikun jikkostitwixxi l-bażi biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ żieda fil-karbonju fil-ħamrija u d-daqs tagħha.”;

(*4)  Il-kejl tal-karbonju fil-ħamrija jista’ jikkostitwixxi tali evidenza, eż. permezz tal-ewwel kejl qabel il-kultivazzjoni u kejl sussegwenti f’intervalli regolari b’diversi snin bejn kull wieħed. Fit-tali każ, qabel ma jkun disponibbli t-tieni kejl, iż-żieda fil-karbonju fil-ħamrija tista’ tiġi stmata fuq il-bażi ta’ esperimenti jew kampjuni tal-ħamrija rappreżentattivi. Mit-tieni kejl ’il quddiem, il-kejl ikun jikkostitwixxi l-bażi biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ żieda fil-karbonju fil-ħamrija u d-daqs tagħha.”;”


(*1)  Il-flessibbiltajiet tal-Artikolu 23(2), il-punti (b) u (c), fejn tqiesu fil-kalkolu taż-żidiet u tal-ishma riżultanti.

(*2)  Il-flessibbiltajiet tal-Artikolu 23(2), il-punti (b) u (c), fejn tqiesu fil-kalkolu taż-żidiet u tal-ishma riżultanti.


ANNESS II

L-Annessi I, II, IV u V tad-Direttiva 98/70/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

in-nota 1 f’qiegħ il-paġna huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)

Il-metodi tal-ittestjar għandhom ikunu dawk speċifikati f’EN 228:2012+A1:2017. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu analitiku speċifikat minflok l-istandard EN 228:2012+A1:2017 jekk ikun jista’ jintwera li jipprovdi għall-inqas l-istess eżattezza u għall-inqas l-istess livell ta’ preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jkun qed jissostitwixxi.”;

(b)

in-nota 2 f’qiegħ il-paġna huwa sostitwit b’dan li ġej:

(2)

il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma “valuri reali”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu tagħhom, it-termini ta’ EN ISO 4259–1:2017/A1:2021 ‘Petroleum and related products — Precision of measurement methods and results – Part 1: Determination of precision data in relation to methods of test’ u sabiex jiġi ffissat valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero (R = riproduċibbiltà). Ir-riżultati tal-kejl individwali għandhom ikunu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f’EN ISO 4259-2:2017/A1:2019.”;

(c)

in-nota 6 f’qiegħ il-paġna huwa sostitwit b’dan li ġej:

(6)

Monoalkoħols u eteri oħra b’punt finali ta’ togħlija li ma jkunx ogħla minn dak iddikjarat f’EN 228:2012 +A1:2017.”;

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-aħħar linja tat-tabella, “Kontenut ta’ FAME — EN 14078”, l-entrata fl-aħħar kolonna “Limiti”“Massimu”, “7,0” hija sostitwita bi “10,0”;

(b)

in-nota 1 f’qiegħ il-paġna huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)

Il-metodi tal-ittestjar għandhom ikunu dawk speċifikati f’EN 590:2013+A1:2017. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu analitiku speċifikat minflok l-istandard EN 590:2013+A1:2017 jekk ikun jista’ jintwera li jipprovdi għall-inqas l-istess eżattezza u għall-inqas l-istess livell ta’ preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jkun qed jissostitwixxi.”;

(c)

in-nota 2 f’qiegħ il-paġna huwa sostitwit b’dan li ġej:

(2)

Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma “valuri reali”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu tagħhom, it-termini ta’ EN ISO 4259–1:2017/A1:2021 “Petroleum and related products — Precision or measurement methods and results – Part 1: Determination of precision data in relation to methods of test” u sabiex jiġi ffissat valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero (R = riproduċibbiltà). Ir-riżultati tal-kejl individwali għandhom ikunu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f’EN ISO 4259-2:2017/A1:2019.”;

(3)

L-Annessi IV u V huma mħassra.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2413/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)