|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2403 |
9.11.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 123/2023
tat-28 ta’ April 2023
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2403]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2074 tal-20 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 139/2014, fir-rigward tad-definizzjoni ta’ SNOWTAM (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 66nh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“- |
32022 R 2074: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2074 tal-20 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 280, 28.10.2022, p. 4).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2074 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ April 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 280, 28.10.2022, p. 4.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2403/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)