Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2399 |
9.10.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2399
tas-6 ta’ Ottubru 2023
li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362 fir-rigward ta’ ċerti erruri li jikkonċernaw is-simulazzjoni komputazzjonali tad-dinamika tal-fluwidu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5c, l-ewwel paragrafu, il-punt (a) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 (2) fil-punt 3.2, fit-Tabella 2 u fit-Tabella 3 fih ċerti erruri. Ma kienx hemm rekwiżit u l-firxiet ta’ referenza kienu jirreferu għall-valuri assoluti tas-CD. Dawk l-erruri jikkonċernaw il-proċedura tas-simulazzjoni komputazzjonali tad-dinamika tal-fluwidu użata għaċ-ċertifikazzjoni tal-apparati ajrudinamiċi. |
(2) |
Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362 jenħtieġ li jiġi kkoreġut biex ikun żgurat li l-apparati ajrudinamiċi jiġu ċċertifikati bl-istess mod u applikati bl-istess mod mill-manifatturi kollha. |
(3) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362, u jenħtieġ li jidħol fis-seħħ minnufih/ |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur (TCMV) imsemmi fl-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362 hu kkoreġut f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-25 ta’ Awwissu 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 tal-1 ta’ Awwissu 2022 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni ta’ trejlers heavy-duty fir-rigward tal-influwenza tagħhom fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-enerġija u l-firxa tas-sewqan b’emissjonijiet żero tal-vetturi bil-mutur u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 (ĠU L 205, 5.8.2022, p. 145).
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness V mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362, il-punt 3.2 huwa kkoreġut kif ġej:
(1) |
Fit-Tabella 2, tiżdied ir-ringiela li ġejja:
|
(2) |
It-Tabella 3 tiġi sostitwita b’dan li ġej: “Tabella 3 Firxiet ta’ referenza għall-proċess tal-validazzjoni
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2399/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)