|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2391 |
5.10.2023 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2391
tal-4 ta’ Ottubru 2023
li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 717/2014, (UE) Nru 1407/2013, (UE) Nru 1408/2013 u (UE) Nru 360/2012 fir-rigward tal-għajnuna de minimis għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, u r-Regolament (UE) Nru 717/2014 fir-rigward tal-ammont totali ta’ għajnuna de minimis mogħtija lil impriża waħda, il-perjodu ta’ applikazzjoni tagħha u kwistjonijiet oħra
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,
Billi:
|
(1) |
Fl-2019, il-Kummissjoni nediet evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-istrumenti settorjali applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura sa mill-adozzjoni tagħhom fl-2014-2015, inkluż ir-Regolament tal-Kumissjoni (UE) Nru 717/2014 (2), bil-ħsieb li temendahom jew tissostitwihom għall-perjodu 2021-2027. Ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni wrew li r-Regolament (UE) Nru 717/2014 jibqa’ għodda rilevanti, effiċjenti u effettiva (3) għal għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura. |
|
(2) |
Fil-kuntest ta’ dik l-evalwazzjoni u biex jiġi żgurat ukoll li l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu jagħtu ammonti żgħar ta’ għajnuna sakemm jiġi adottat, fiż-żmien, ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/2008 (5) estenda l-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 717/2014 sal-31 ta’ Diċembru 2022. |
|
(3) |
Wara l-konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-għajnuna mill-Istat, u fid-dawl tas-sottomissjonijiet li waslu fil-kuntest tal-konsultazzjoni pubblika mal-partijiet ikkonċernati rigward ir-reviżjoni tal-istrumenti applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2514 (6) estenda l-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 717/2014 sal-31 ta’ Diċembru 2023 biex jippermetti lill-Kummissjoni tiffinalizza l-pożizzjoni tagħha dwar il-kwistjoni u biex jiżgura li l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu jagħtu ammonti żgħar ta’ għajnuna skont ir-Regolament (UE) Nru 717/2014. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 717/2014 bħalissa japplika għal għajnuna mogħtija lil impriżi fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, inklużi impriżi attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, filwaqt li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 (7) japplika biss għal impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli. Konsegwentement, l-impriżi attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma soġġetti għall-istess limitu massimu individwali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 717/2014 għall-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Madankollu, l-impriżi attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli huma soġġetti għal-limitu massimu individwali ogħla stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (8). |
|
(5) |
It-trattament differenzjali tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw minn ktajjen tal-ikel differenti jista’ fl-aħħar mill-aħħar jissogra li jiddeforma d-dinamika fis-settur tal-ikel. Meta titqies in-natura tal-attivitajiet fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, u s-similaritajiet ma’ attivitajiet oħra ta’ pproċessar u kummerċjalizzazzjoni, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1407/2013 japplika għal impriżi attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, dment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Għal dak l-għan, la l-attivitajiet f’azjenda agrikola jew abbord meħtieġa għall-preparazzjoni tal-ewwel bejgħ ta’ prodott tal-annimali jew tal-ħxejjex, inkluż it-tqattigħ, l-iffilittjar jew l-iffriżar, u lanqas l-ewwel bejgħ lil rivendituri jew lil proċessuri, ma għandhom jitqiesu bħala pproċessar jew kummerċjalizzazzjoni. |
|
(6) |
Għaldaqstant ir-Regolamenti (UE) Nru 717/2014 u (UE) Nru 1407/2013 jenħtieġ li jiġu emendati biex l-impriżi attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna de minimis skont ir-Regolament (UE) Nru 1407/2013. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-Regolamenti de minimis, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 (9) jenħtieġ li jsegwi wkoll l-istess approċċ fir-rigward tat-trattament tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Għall-finijiet ta’ tali allinjament, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1408/2013 jiġi emendat ukoll. |
|
(7) |
Fl-Anness tiegħu, ir-Regolament (UE) Nru 717/2014 bħalissa jistabbilixxi ammonti kumulattivi massimi ta’ għajnuna de minimis li kull Stat Membru jista’ jagħti lill-impriżi kollha fi kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin fiskali, skont l-Artikolu 3(3) ta’ dak ir-Regolament. Dawn l-ammonti kumulattivi massimi jirrappreżentaw 2,5 % tal-fatturat annwali tas-sajd, li jinkludu attivitajiet ta’ qbid, ta’ pproċessar u ta’ akkwakultura. Fid-dawl tal-emendi meħtieġa għar-Regolamenti (UE) Nru 717/2014, (UE) Nru 1407/2013, (UE) Nru 1408/2013 u (UE) Nru 360/2012, dawk l-ammonti kumulattivi massimi jenħtieġ li jiġu riveduti biex jeskludu l-attivitajiet ta’ pproċessar. Barra minn hekk jenħtieġ li jiġi aġġornat il-fatturat tal-attivitajiet tal-qbid u tal-akkwakultura abbażi ta’ data settorjali aktar reċenti. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-ammonti kumulattivi massimi jkunu bbażati fuq medja ta’ tliet snin tal-fatturat annwali tal-attivitajiet tal-qbid u tal-akkwakultura f’kull Stat Membru, miksub billi jiġu esklużi l-ogħla entrati u dawk l-aktar baxxi tul perjodu ta’ ħames snin bejn l-2014 u l-2018. Sabiex jiġu żgurati l-kontinwità fl-ippjanar u d-distribuzzjoni tal-għajnuna de minimis għall-produzzjoni primarja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif ukoll marġini suffiċjenti ta’ azzjoni għall-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni tqis li l-ebda Stat Membru ma għandu jitlef aktar minn 60 % tal-ammont kumulattiv massimu li qabel kien stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 717/2014. |
|
(8) |
Filwaqt li jittieħed inkonsiderazzjoni l-bżonn akbar li tintuża l-għajnuna de minimis, huwa xieraq li jiżdied il-limitu individwali, jiġifieri l-ammont ta’ għajnuna massima għal kull impriża individwali, stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 717/2014. Fid-dawl taċ-ċirkostanzi tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, tali żieda titlob monitoraġġ aktar mill-qrib tal-għajnuna mogħtija, għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri li jagħżlu tali limitu massimu individwali ogħla jkunu meħtieġa jużaw reġistru ċentrali sabiex iżommu rekord tal-għajnuna de minimis kollha mogħtija u jivverifikaw li la l-limitu massimu individwali, u lanqas il-limitu nazzjonali, ma jinqabżu. |
|
(9) |
Il-kriterji għall-kalkolu tal-ekwivalenti ta’ għotja gross għal self u garanziji skont ir-Regolament (UE) Nru 717/2014 jenħtieġ li jiġu aġġustati skont il-limitu massimu de minimis miżjud. |
|
(10) |
Meta titqies is-sitwazzjoni tal-flotot tas-sajd fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat, ċerti operazzjonijiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 717/2014 jenħtieġ li jiġu inklużi b’mod eċċezzjonali għal tali reġjuni ultraperiferiċi biss. Il-bastimenti ta’ tul totali ta’ inqas minn 12-il metru jirrappreżentaw proporzjon sostanzjali tal-flotot tas-sajd fir-reġjuni ultraperiferiċi, u l-operazzjonijiet li għandhom l-għan li jimmodernizzaw tali bastimenti huma xierqa biex jindirizzaw it-tħassib dwar is-sikurezza b’mod partikolari minħabba l-obsolexxenza tal-flotot kif ukoll l-esponiment għoli għal avvenimenti estremi tat-temp. Minħabba d-distanza, id-daqs żgħir u n-natura artiġjanali tal-attivitajiet tas-sajd f’dawn ir-reġjuni, u meta jitqies li l-għajnuna de minimis għal tali operazzjonijiet hija soġġetta għal-limiti massimi de minimis u għal-limiti nazzjonali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 717/2014, tali għajnuna tibqa’ taħt livell li kapaċi jaffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ fis-suq intern. |
|
(11) |
Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), li l-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (“il-Protokoll”) jifforma parti integrali minnu, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020. |
|
(12) |
L-Artikolu 126 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jipprevedi perjodu ta’ tranżizzjoni li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, u wara dan, id-dritt tal-Unjoni ma jibqax applikabbli għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq. |
|
(13) |
Madankollu, l-Artikolu 10 tal-Protokoll jipprevedi li ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, elenkati fl-Anness 5 ta’ dan il-Protokoll u li jinkludu r-Regolament (UE) Nru 717/2014 iridu japplikaw għar-Renju Unit fir-rigward ta’ miżuri li jaffettwaw il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni. |
|
(14) |
Sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-Protokoll, jenħtieġ li l-ammont kumulattiv massimu għar-Renju Unit kollu stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 717/2014 jiġi sostitwit bl-ammont korrispondenti għall-Irlanda ta’ Fuq biss. |
|
(15) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, l-ammont kumulattiv massimu għall-Irlanda ta’ Fuq jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-istess metodu ta’ kalkolu użat għall-Istati Membri. |
|
(16) |
Sabiex jiġu żgurati l-kontinwità u ċ-ċertezza legali u sabiex ir-Regolament (UE) Nru 717/2014 jiġi allinjat mal-qafas legali applikabbli fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, b’mod partikolari r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2473 (10), huwa xieraq li l-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2029. |
|
(17) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 717/2014, (UE) Nru 1407/2013, (UE) Nru 1408/2013 u (UE) Nru 360/2012 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 717/2014
Ir-Regolament (UE) Nru 717/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Kamp ta’ applikazzjoni 1. Dan ir-Regolament japplika għall-għajnuna mogħtija lill-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, ħlief għal:
2. Meta impriża tkun attiva fil-produzzjoni primarja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u hija attiva wkoll f’settur wieħed jew f’aktar, jew għandha attivitajiet oħra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (*2), dak ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna mogħtija fir-rigward tas-settur jew setturi jew attivitajiet tal-aħħar, dment li l-Istat Membru kkonċernat jiżgura, b’mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew bid-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont dak ir-Regolament. 3. Meta impriża tkun attiva fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif ukoll fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 (*3), dan ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna mogħtija fir-rigward tas-settur imsemmi qabel, dejjem jekk l-Istat Membru kkonċernat jiżgura, b’mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew bid-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont dan ir-Regolament. 4. Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-punti (d) sa (g) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-impriżi li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat fir-rigward ta’ bastimenti b’tul globali ta’ inqas minn 12-il metru. (*1) Ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (ĠU L 247, 13.7.2021, p. 1)." (*2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1)." (*3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9).”;" |
|
(2) |
L-Artikolu 2(1) huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. Meta impriża tkun attiva fil-produzzjoni primarja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u tkun attiva wkoll f’wieħed jew f’aktar mis-setturi jew għandha attivitajiet oħra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013, l-għajnuna de minimis mogħtija għal attivitajiet fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi akkumulata mal-għajnuna de minimis mogħtija fir-rigward tas-settur jew setturi jew attivitajiet tal-aħħar sal-limitu massimu rilevanti stabbilit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013, dment li l-Istat Membru jiżgura, b’mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew bid-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 1407/2013. 2. Meta impriża tkun attiva fil-produzzjoni primarja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif ukoll fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli, l-għajnuna de minimis mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 1408/2013 tista’ tiġi akkumulata mal-għajnuna de minimis fil-produzzjoni primarja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura f’konformità ma’ dan ir-Regolament sal-limitu massimu stabbilit f’dan ir-Regolament, dment li l-Istat Membru kkonċernat jiżgura b’mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew bid-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax minn għajnuna de minimis mogħtija skont dan ir-Regolament” |
|
(6) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
fl-Artikolu 8, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2029.”; |
|
(8) |
l-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1407/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 1407/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 2(1) huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1408/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 1408/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Meta impriża hija attiva fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli kif ukoll fil-produzzjoni primarja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 (*6) għandu japplika għall-għajnuna mogħtija fir-rigward tas-settur tal-aħħar, dment li l-Istat Membru kkonċernat jiżgura, b’mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew bid-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont dak ir-Regolament. (*6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(*7) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).”;" |
|
(3) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Meta impriża tkun attiva fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli kif ukoll fil-produzzjoni primarja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, l-għajnuna de minimis mogħtija għal attivitajiet fis-settur tal-produzzjoni agrikola f’konformità ma’ dan ir-Regolament tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna de minimis għal attivitajiet fis-settur tal-aħħar mogħtija f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 717/2014 sal-limitu rilevanti stabbilit f’dak ir-Regolament, dment li l-Istat Membru kkonċernat, permezz ta’ mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew bid-distinzjoni tal-ispejjeż, jiżgura li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 717/2014.” |
|
(4) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħti għajnuna de minimis skont dan ir-Regolament lil impriża, dan għandu jinforma lil din l-impriża bil-miktub jew f’forma elettronika dwar l-ammont prospettiv tal-għajnuna espressa bħala għotja grossa ekwivalenti u dwar in-natura de minimis tagħha, billi ssir referenza diretta għal dan ir-Regolament, u billi jiġi kkwotat it-titolu u r-referenza tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta l-għajnuna de minimis tingħata skont dan ir-Regolament lil impriżi differenti fuq il-bażi ta’ skema, u ammonti differenti ta’ għajnuna individwali jingħataw lil dawn l-impriżi skont din l-iskema, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jagħżel li jissodisfa dak l-obbligu billi jinforma lill-impriżi dwar is-somma fissa li tikkorrispondi mal-ammont massimu ta’ għajnuna li tkun se tingħata taħt dik l-iskema. F’dan il-każ, is-somma fissa għandha tintuża biex jiġi ddeterminat jekk il-limitu massimu de minimis rilevanti ntlaħaqx u jekk il-limiti nazzjonali u settorjali nqabżux. Qabel ma jagħti l-għajnuna, l-Istat Membru għandu jikseb dikjarazzjoni mingħand l-impriża konċernata, bil-miktub jew f’forma elettronika, dwar kwalunkwe għajnuna de minimis oħra li tkun ingħatatilha skont dan ir-Regolament jew skont regolamenti de minimis oħrajn matul is-sentejn (2) fiskali ta’ qabel u fis-sena fiskali kurrenti.” |
Artikolu 4
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 360/2012
Ir-Regolament (UE) Nru 360/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1(2) huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 1(3) huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).
(3) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2022, ir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — il-Linji Gwida għall-eżami tal-għajnuna mill-Istat għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) …/… ta’ XXX li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna lill-impriżi attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (SWD(2022) 408 final).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (ĠU L 247, 13.7.2021, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 702/2014, (UE) Nru 717/2014 u (UE) Nru 1388/2014, fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tagħhom u aġġustamenti rilevanti oħrajn (ĠU L 414, 9.12.2020, p. 15).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2514 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 717/2014 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu (ĠU L 326, 21.12.2022, p. 8).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8);
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2473 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 327, 21.12.2022, p. 82).
ANNESS
Il-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 3(3)
|
(EUR) |
|
|
Stat Membru |
Ammonti kumulattivi massimi ta’ għajnuna de minimis mogħtija minn kull Stat Membru lill-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (1) |
|
Il-Belġju |
4 496 000 |
|
Il-Bulgarija |
760 118 |
|
Iċ-Ċekja |
1 208 000 |
|
Id-Danimarka |
20 688 000 |
|
Il-Ġermanja |
22 208 000 |
|
L-Estonja |
1 572 000 |
|
L-Irlanda |
11 969 529 |
|
Il-Greċja |
25 343 906 |
|
Spanja |
66 336 000 |
|
Franza |
56 551 178 |
|
Il-Kroazja |
6 372 370 |
|
L-Italja |
38 524 000 |
|
Ċipru |
1 324 372 |
|
Il-Latvja |
1 780 000 |
|
Il-Litwanja |
3 328 000 |
|
Il-Lussemburgu |
0 |
|
L-Ungerija |
846 353 |
|
Malta |
4 234 963 |
|
In-Netherlands |
13 633 923 |
|
L-Awstrija |
613 703 |
|
Il-Polonja |
16 532 000 |
|
Il-Portugall |
11 786 313 |
|
Ir-Rumanija |
1 443 731 |
|
Is-Slovenja |
396 000 |
|
Is-Slovakkja |
344 000 |
|
Il-Finlandja |
3 149 148 |
|
L-Iżvezja |
7 544 000 |
|
Ir-Renju Unit f’dak li għandu x’jaqsam mal-Irlanda ta’ Fuq |
1 206 336 |
(1) L-ammonti kumulattivi massimi tal-għajnuna de minimis huma bbażati fuq medja ta’ tliet snin tal-fatturat annwali tal-attivitajiet tal-qbid u tal-akkwakultura f’kull Stat Membru, miksuba billi jiġu esklużi l-ogħla entrati u dawk l-aktar baxxi fuq perjodu ta’ ħames snin, dak bejn mill-2014 u l-2018. Sabiex jiġu żgurati l-kontinwità fl-ippjanar u d-distribuzzjoni tal-għajnuna de minimis għall-produzzjoni primarja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif ukoll ambitu suffiċjenti ta’ azzjoni għall-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni tqis li l-ebda Stat Membru ma għandu jitlef aktar minn 60 % tal-ammont kumulattiv massimu li qabel kien stabbilit b’ dan ir-Regolament.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2391/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)