|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2298 |
25.10.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2298
tat-18 ta’ Ottubru 2023
li japprova l-emenda tal-Unjoni fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “La Mancha”
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “La Mancha”, imressqa minn Spanja f’konformità mal-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 flimkien mal-Artikolu 105(3), l-ewwel subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), kif meħtieġ mill-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 flimkien mal-Artikolu 105(3), l-ewwel subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-emendi tal-Unjoni fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata f’konformità mal-Artikolu 99(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward l-isem “La Mancha” (DOP) hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2298/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)