European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2263

9.11.2023

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 110/2023

tat-28 ta’ April 2023

li temenda l-Protokoll 47 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar l-abolizzjoni ta’ ostakli tekniċi għall-kummerċ fl-inbid [2023/2263]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/68 tas-27 ta’ Ottubru 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/934 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-prattiki enoloġiċi awtorizzati (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/841 tal-24 ta’ Mejju 2022 li jagħti l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lill-isem “Bolandin” (DOP) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/842 tal-24 ta’ Mejju 2022 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem “Abadía Retuerta” (DOP) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid. Il-leġiżlazzjoni dwar l-inbid ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba’ paragrafu tal-introduzzjoni tal-Protokoll 47 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(5)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Protokoll 47 tal-Ftehim dwar ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi I tal-Protokoll 47 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 8e (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934):

“-

32022 R 0068: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/68 tas-27 ta’ Ottubru 2021 (ĠU L 12, 19.1.2022, p. 1).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 8q (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1915):

“8r.

32022 R 0841: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/841 tal-24 ta’ Mejju 2022 li jagħti l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lill-isem “Bolandin” (DOP) (ĠU L 148, 31.5.2022, p. 21).

8s.

32022 R 0842: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/842 tal-24 ta’ Mejju 2022 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem “Abadía Retuerta” (DOP) (ĠU L 148, 31.5.2022, p. 22).

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament Delegat (UE) Nru 2022/68 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2022/841 u (UE) 2022/842 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ April 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 12, 19.1.2022, p. 1.

(2)   ĠU L 148, 31.5.2022, p. 21.

(3)   ĠU L 148, 31.5.2022, p. 22.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2263/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)