Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2226 |
24.10.2023 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2023/2226
tas-17 ta’ Ottubru 2023
li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 113 u 115 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxi f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Il-frodi fiskali, l-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa jirrappreżentaw sfida ewlenija għall-Unjoni u fil-livell globali. L-iskambju tal-informazzjoni huwa kruċjali fil-ġlieda kontra dawn il-prattiki. |
(2) |
Il-Parlament Ewropew enfasizza l-importanza politika ta’ tassazzjoni ġusta u tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni amministrattiva eqreb u ta’ skambju estiż tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri. |
(3) |
Fis-7 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill approva rapport mill-Ecofin lill-Kunsill Ewropew dwar kwistjonijiet ta’ taxxa li jitlob lill-Kummissjoni biex fl-2022 tressaq proposta leġiżlattiva li jkun fiha reviżjonijiet ulterjuri għad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (3), rigward l-iskambju tal-informazzjoni dwar il-kriptoassi u d-deċiżjonijiet tat-taxxa għal individwi għonja. |
(4) |
Fis-26 ta’ Jannar 2021, il-Qorti tal-Awdituri ppubblikat rapport li jeżamina l-qafas legali u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/16/UE. Dak ir-rapport jikkonkludi li l-qafas legali ġenerali tad-Direttiva 2011/16/UE huwa solidu, iżda li jeħtieġ li jissaħħu xi dispożizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li jintuża l-potenzjal sħiħ tal-iskambju tal-informazzjoni u titkejjel l-effettività tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni. Ir-rapport jikkonkludi wkoll li jenħtieġ li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/16/UE sabiex ikopri kategoriji addizzjonali ta’ assi u introjtu, bħall-kriptoassi. |
(5) |
Is-suq tal-kriptoassi kiber fl-importanza u żdied fil-kapitalizzazzjoni b’mod sostanzjali u rapidu matul l-aħħar 10 snin. Il-kriptoassi huma rappreżentazzjoni diġitali ta’ valur jew ta’ dritt li jistgħu jiġu ttrasferiti u maħżunin elettronikament bl-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit jew teknoloġija simili. |
(6) |
L-Istati Membri għandhom fis-seħħ regoli u gwida, li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, għall-introjtu mit-taxxa dderivat minn tranżazzjonijiet tal-kriptoassi. Madankollu, minħabba n-natura deċentralizzata tal-kriptoassi, l-amministrazzjonijiet fiskali tal-Istati Membri jsibuha diffiċli jiżguraw il-konformità mat-taxxa. |
(7) |
Ir-Regolament (UE) 2023/1114 dwar il-Kriptoassi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) estenda l-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-kwistjonijiet ta’ kriptoassi li s’issa ma kinux irregolati minn atti tas-servizzi finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll għall-fornituri ta’ servizzi fir-rigward ta’ dawn il-kriptoassi (“fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi”). Ir-Regolament (UE) 2023/1114 jistipula d-definizzjonijiet li jintużaw għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Din id-Direttiva tqis ukoll ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi skont ir-Regolament (UE) 2023/1114 sabiex jiġi mnaqqas kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi. In-natura transkonfinali intrinsika tal-kriptoassi tirrikjedi kooperazzjoni amministrattiva internazzjonali b’saħħitha biex tiġi żgurata regolamentazzjoni effettiva. |
(8) |
Il-qafas tal-Unjoni kontra l-ħasil tal-flus/il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT) jestendi l-ambitu tal-entitajiet obbligati soġġetti għar-regoli tal-AML/CFT għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rregolati mir-Regolament (UE) 2023/1114. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jestendi l-obbligu tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li mat-trasferimenti tal-fondi jibagħtu wkoll l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju lill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi biex tkun żgurata t-traċċabbiltà tat-trasferimenti tal-kriptoassi għall-fini tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. |
(9) |
Fil-livell internazzjonali, il-Qafas tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) għar-Rapportar tal-Kriptoassi, stipulat fil-Parti I tad-dokument “Crypto-Asset Reporting Framework and Amendments to the Common Reporting Standard” (Qafas għar-Rapportar tal-Kriptoassi u Emendi għall-Istandard Komuni ta’ Rapportar) approvat mill-OECD fis-26 ta’ Awwissu 2022 (il-“Qafas tal-OECD għar-Rapportar tal-Kriptoassi”) għandu l-għan li jintroduċi aktar trasparenza fiskali fir-rigward tal-kriptoassi u r-rapportar tagħhom. Jenħtieġ li r-regoli tal-Unjoni jqisu l-qafas żviluppat mill-OECD sabiex tiżdied l-effettività tal-iskambju tal-informazzjoni u jitnaqqas il-piż amministrattiv. Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw il-Kummentarji dwar il-Mudell ta’ Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti, stipulat fid-dokument “International Standards for Automatic Exchange of Information in Tax Matters: Crypto-Asset Reporting Framework and 2023 update to the Common Reporting Standard” (Standards Internazzjonali għall-Iskambju Awtomatiku ta’ Informazzjoni dwar Kwistjonijiet ta’ Taxxa: Qafas għar-Rapportar tal-Kriptoassi u aġġornament tal-2023 għall-Istandard Komuni ta’ Rapportar), rilaxxat mill-OECD fit-8 ta’ Ġunju 2023 (il-“Kummentarji dwar il-Mudell ta’ Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti”) u l-Qafas tal-OECD għar-Rapportar tal-Kriptoassi), bħala sors ta’ deskrizzjoni jew interpretazzjoni u sabiex jiżguraw konsistenza fl-applikazzjoni fl-Istati Membri kollha. |
(10) |
Id-Direttiva 2011/16/UE tistabbilixxi l-obbligi għall-istituzzjonijiet finanzjarji biex jirrappurtaw l-informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji lill-amministrazzjonijiet fiskali li mbagħad ikunu meħtieġa jiskambjaw tali informazzjoni ma’ Stati Membri rilevanti oħrajn. Madankollu, għall-biċċa l-kbira tal-kriptoassi mhuwiex obbligatorju li jiġu rrappurtati skont dik id-Direttiva, peress li ma jikkostitwux flus miżmumin f’kontijiet ta’ depożitu u lanqas f’assi finanzjarji. Barra minn hekk, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi kif ukoll l-operaturi tal-kriptoassi mhumiex koperti mid-definizzjoni attwali ta’ istituzzjoni finanzjarja skont id-Direttiva 2011/16/UE. |
(11) |
Sabiex jiġu indirizzati sfidi ġodda li jirriżultaw mill-użu dejjem jiżdied ta’ mezzi alternattivi ta’ pagament u ta’ investiment, li joħolqu riskji ġodda ta’ evażjoni fiskali u li għadhom ma humiex koperti mid-Direttiva 2011/16/UE, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-rapportar u l-iskambju tal-informazzjoni jkopru l-kriptoassi u l-utenti tagħhom. |
(12) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, jenħtieġ li r-rapportar ikun effettiv, sempliċi u ddefinit b’mod ċar. L-identifikazzjoni ta’ avvenimenti taxxabbli li jseħħu waqt l-investiment fil-kriptoassi hija diffiċli. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti huma fl-aħjar pożizzjoni biex jiġbru u jivverifikaw l-informazzjoni neċessarja dwar l-utenti tagħhom. Jenħtieġ li l-piż amministrattiv jiġi mminimizzat għall-industrija sabiex tkun tista’ tiżviluppa l-potenzjal sħiħ tagħha fl-Unjoni. |
(13) |
L-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa huwa kruċjali biex dawn ikollhom l-informazzjoni neċessarja biex ikunu jistgħu jivvalutaw b’mod korrett l-ammonti tat-taxxi dovuti fuq l-introjtu. Jenħtieġ li l-obbligu ta’ rapportar ikopri kemm it-tranżazzjonijiet transkonfinali kif ukoll dawk domestiċi sabiex jiġu żgurati l-effettività tar-regoli tar-rapportar, il-funzjonament xieraq tas-suq intern, il-kondizzjonijiet ekwivalenti u r-rispett tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. |
(14) |
Din id-Direttiva tapplika għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rregolati mir-Regolament (UE) 2023/1114 u awtorizzati minnu, u għall-operaturi tal-kriptoassi li mhumiex. It-tnejn jissejħu fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti, peress li skont din id-Direttiva huma meħtieġa jirrapportaw. Il-fehim ġenerali ta’ x’jikkostitwixxi kriptoassi huwa wiesa’ ħafna u jinkludi l-kriptoassi li nħarġu b’mod deċentralizzat, kif ukoll stablecoins, inkluż tokens tal-Flus Elettroniċi kif iddefinit fir-Regolament (UE) 2023/1114 u ċerti tokens mhux funġibbli (NFTs). Il-kriptoassi li jistgħu jintużaw għall-finijiet ta’ pagament jew ta’ investiment huma rapportabbli skont din id-Direttiva. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti jikkunsidraw każ b’każ jekk il-kriptoassi jistgħux jintużaw għall-finijiet ta’ pagament u investiment, filwaqt li jqisu l-eżenzjonijiet previsti fir-Regolament (UE) 2023/1114, b’mod partikolari fir-rigward ta’ network limitat u ta’ ċerti tokens ta’ utilità. |
(15) |
Sabiex l-amministrazzjonijiet fiskali jkunu jistgħu janalizzaw l-informazzjoni li jirċievu u jużawha f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali, pereżempju, għat-tqabbil tal-informazzjoni u għall-valwazzjoni tal-assi u tal-qligħ kapitali, jixraq li jiġi mitlub ir-rapportar u l-iskambju ta’ informazzjoni li tkun suddiviża fir-rigward ta’ kull kriptoassi li fir-rigward tiegħu l-utent tal-kriptoassi jkun għamel tranżazzjonijiet. |
(16) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni li tadotta l-arranġamenti prattiċi neċessarji għall-implimentazzjoni tal-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni rrappurtata mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti, inkluż formola standard għall-iskambju tal-informazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
(17) |
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi koperti mir-Regolament (UE) 2023/1114 jistgħu jeżerċitaw l-attività tagħhom fl-Unjoni permezz tal-passaportar ladarba jkunu rċevew l-awtorizzazzjoni tagħhom fi Stat Membru. Għal dawk il-finijiet, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għandha reġistru tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati. Barra minn hekk, l-ESMA żżomm ukoll lista sewda ta’ operaturi li jeżerċitaw servizzi tal-kriptoassi li jeħtieġu awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2023/1114. |
(18) |
Jenħtieġ li l-operaturi tal-kriptoassi li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1114 iżda li huma obbligati jirrapportaw l-informazzjoni dwar l-utenti tal-kriptoassi residenti fl-Unjoni skont din id-Direttiva jkunu meħtieġa jirreġistraw fi Stat Membru wieħed għall-finijiet ta’ konformità mal-obbligi ta’ rapportar tagħhom. |
(19) |
Sabiex titrawwem il-kooperazzjoni amministrattiva ma’ ġuriżdizzjonijiet mhux tal-Unjoni, jenħtieġ li l-operaturi tal-kriptoassi li jilħqu ċerti kondizzjonijiet, jitħallew jirrapportaw l-informazzjoni dwar l-utenti tal-kriptoassi residenti fl-Unjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa ta’ ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni sa fejn biss l-informazzjoni rrappurtata tkun tikkorrispondi mal-informazzjoni stipulata f’din id-Direttiva u sa fejn ikun hemm fis-seħħ ma’ dik il-ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni ftehim effettiv bejn l-awtoritajiet kompetenti kwalifikanti. Il-ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni kkwalifikata min-naħa tagħha tikkomunika din l-informazzjoni lill-amministrazzjonijiet fiskali tal-Istati Membri fejn l-utenti tal-kriptoassi jkunu residenti. Fejn ikun xieraq, jenħtieġ li dak il-mekkaniżmu jkun attivat sabiex jiġi evitat li l-informazzjoni korrispondenti tiġi rrappurtata u trażmessa aktar minn darba. |
(20) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina jekk l-informazzjoni mitluba għall-iskambju skont ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni tikkorrispondix ma’ dik speċifikata f’din id-Direttiva. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Peress li l-konklużjoni ta’ ftehimiet ma’ ġuriżdizzjonijiet mhux tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni diretta għadha fil-kompetenza tal-Istati Membri, l-azzjoni tal-Kummissjoni tista’ tiġi attivata wkoll b’talba minn Stat Membru. Għal dak il-għan, huwa neċessarju li b’segwitu għat-talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni tkun tista’ tiddetermina l-korrispondenza minn qabel il-konklużjoni prevista ta’ tali ftehim. Meta l-iskambju ta’ din l-informazzjoni jkun ibbażat fuq ftehim multilaterali bejn l-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni dwar il-korrispondenza fir-rigward tal-qafas rilevanti kollu kopert minn dan il-ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti. Madankollu, jenħtieġ li xorta jibqa’ possibbli li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni dwar il-korrispondenza, fejn xieraq, dwar ftehim bilaterali bejn l-awtoritajiet kompetenti. |
(21) |
Minħabba li l-istandard internazzjonali dwar ir-rapportar u l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar il-kriptoassi, jiġifieri l-Qafas tal-OECD għar-Rapportar tal-Kriptoassi, huwa standard minimu jew ekwivalenti, li jistabbilixxi ambitu u kontenut minimu tal-implimentazzjoni tagħhom mill-ġuriżdizzjonijiet, id-determinazzjoni tal-korrispondenza ta’ din id-Direttiva u l-Qafas tal-OECD għar-Rapportar tal-Kriptoassi mill-Kummissjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa dment li jkun hemm fis-seħħ ftehim effettiv bejn l-awtoritajiet kompetenti kwalifikanti bejn il-ġuriżdizzjonijiet mhux tal-Unjoni u l-Istati Membri kollha. |
(22) |
Għalkemm il-G20 approva l-Qafas tal-OECD għar-Rapportar tal-Kriptoassi u rrakkomanda l-implimentazzjoni tiegħu, għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar jekk dan ikunx meqjus bħala standard minimu jew ekwivalenti. Sakemm tittieħed dik id-deċiżjoni, din id-Direttiva tinkludi żewġ approċċi differenti għad-determinazzjoni tal-korrispondenza. |
(23) |
Din id-Direttiva ma tissostitwixxi l-ebda obbligu usa’ li jirriżulta mir-Regolament (UE) 2023/1114. |
(24) |
Sabiex titrawwem il-konverġenza u tiġi promossa s-superviżjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ awtoritajiet jew ma’ istituzzjonijiet nazzjonali oħrajn u jikkondividu l-informazzjoni rilevanti. |
(25) |
L-eżenzjoni mill-obbligu ta’ rapportar kif previst f’din id-Direttiva, li hija dipendenti mid-determinazzjoni ta’ mekkaniżmi korrispondenti ta’ rapportar u skambju fir-rigward ta’ ġuriżdizzjonijiet mhux tal-Unjoni u l-Istati Membri, jenħtieġ li tapplika biss fil-qasam tat-tassazzjoni, u b’mod partikolari għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, u jenħtieġ li ma titqiesx bħala bażi għar-rikonoxximent tal-korrispondenza f’oqsma oħrajn tal-liġi tal-Unjoni. |
(26) |
Huwa kruċjali li jissaħħu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/16/UE dwar l-informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata jew skambjata sabiex isir adattament għal żviluppi ġodda ta’ swieq diversi u konsegwentement sabiex tiġi indirizzata b’mod effettiv l-imġiba li tiġi identifikata bħala frodi fiskali, evażjoni fiskali u evitar tat-taxxa. Jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet jirriflettu l-iżviluppi osservati fis-suq intern u fil-livell internazzjonali, bil-għan li jinkisbu rapportar u skambju effettivi ta’ informazzjoni. Konsegwentement, din id-Direttiva tinkludi fost l-oħrajn l-aħħar emendi għall-Istandard Komuni ta’ Rapportar tal-OECD, inkluż l-integrazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-Flus Elettroniċi u l-munita diġitali tal-bank ċentrali, stipulati fil-Parti II tal-Qafas għar-Rapportar tal-Kriptoassi u Emendi għall-Istandard Komuni ta’ Rapportar approvat mill-OECD fis-26 ta’ Awwissu 2022, u l-estensjoni tal-ambitu tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri għal ċerti deċiżjonijiet rigward persuni fiżiċi. Fl-implimentazzjoni tal-aħħar emendi għall-Istandard Komuni ta’ Rapportar, kif inkluż f’din id-Direttiva, u kif diġà msemmi fil-premessi tad-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE (7) fir-rigward tal-verżjoni oriġinali tal-Istandard Komuni ta’ Rapportar, l-Istati Membri għandhom jużaw il-Kummentarji dwar il-Mudell ta’ Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti u l-Istandard Komuni ta’ Rapportar, li issa jinkludu l-aħħar emendi għall-Istandard Komuni ta’ Rapportar, bħala sorsi ta’ illustrazzjoni jew interpretazzjoni u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni fl-Istati Membri kollha. |
(27) |
Il-flus elettroniċi, kif iddefinit fid-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), ta’ spiss jintużaw fl-Unjoni, u l-volum tat-tranżazzjonijiet u l-valur ikkombinat tagħhom qiegħed jiżdied b’mod kostanti. Madankollu, il-flus elettroniċi mhumiex koperti b’mod espliċitu mid-Direttiva 2011/16/UE. L-Istati Membri jadottaw approċċi differenti għall-flus elettroniċi. B’riżultat ta’ dan, il-prodotti relatati mhux dejjem huma koperti mill-kategoriji eżistenti ta’ introjtu u kapital tad-Direttiva 2011/16/UE. Għalhekk jenħtieġ li jiġu introdotti regoli fid-Direttiva 2011/16/UE sabiex jiġi żgurat li l-obbligi ta’ rapportar japplikaw għall-flus elettroniċi. |
(28) |
Sabiex jingħalqu l-lakuni li jippermettu l-frodi fiskali, l-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jiskambjaw l-informazzjoni relatata mal-introjtu miksub minn dividendi mhux ta’ kustodja. Għalhekk, jenħtieġ li l-introjtu li ġej minn dividendi mhux ta’ kustodja jiġi inkluż fil-kategoriji ta’ introjtu soġġetti għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni. |
(29) |
In-numru ta’ identifikazzjoni tal-kontribwent (NIT) huwa essenzjali biex l-Istati Membri jqabblu l-informazzjoni li jirċievu mad-data li jkollhom fil-bażijiet tad-data nazzjonali. Dan iżid il-kapaċità tal-Istati Membri li jidentifikaw il-kontribwenti rilevanti u li jivvalutaw b’mod korrett it-taxxi relatati. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jinkludu n-NIT ta’ individwi u entitajiet imsemmija fir-rapportar u l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni fil-kuntest ta’ skambji relatati ma’ kategoriji ta’ introjtu u kapital soġġetti għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni, kontijiet finanzjarji, deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u ftehimiet preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment, rapporti pajjiż b’pajjiż, arranġamenti transkonfinali rapportabbli, informazzjoni dwar bejjiegħa fuq pjattaformi diġitali u kriptoassi. |
(30) |
Sabiex tiżdied id-disponibbiltà tan-NIT għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jenħtieġ li kull Stat Membru jieħu l-miżuri neċessarji biex jirrikjedi li n-NIT ta’ individwi u entitajiet maħruġ mill-Istat Membru ta’ residenza jiġi rrapportat fir-rigward tal-introjtu mill-impjieg, il-miżati tad-direttur u l-pensjonijiet u fir-rigward ta’ deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment, rapporti pajjiż b’pajjiż u arranġamenti transkonfinali rapportabbli. Tali miżuri jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, l-introduzzjoni, sad-data ta’ skadenza tat-traspożizzjoni stabbilita f’din id-Direttiva, ta’ rekwiżiti legali domestiċi biex jiġi rrapportat in-NIT. Barra minn hekk, wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/2523 (9) u, fid-dawl tar-regoli dwar portijiet sikuri stabbiliti f’dik id-Direttiva, huwa importanti li jiġi żgurat tqabbil xieraq, fil-kuntest tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni dwar rapporti pajjiż b’pajjiż skont id-Direttiva 2011/16/UE. Madankollu, huwa rikonoxxut ukoll mill-Istati Membri li jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet rari fejn sempliċiment ma jkunx possibbli għall-entità rapportanti jew għall-individwu li jirrapporta li jiġbor u jirrapporta n-NIT. inkluż fejn, minkejja l-aħjar sforzi, l-entità rapportanti jew l-individwu li jirrapporta ma setgħux jiġbru n-NIT jew fejn NIT ma jkunx inħareġ lill-kontribwent. |
(31) |
Jenħtieġ li kull Stat Membru jinkludi, fejn ikun inkiseb mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, in-NIT ta’ individwi u entitajiet maħruġa mill-Istat Membru ta’ residenza fl-iskambji relatati ma’ deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment, rapporti pajjiż b’pajjiż u arranġamenti transkonfinali rapportabbli. |
(32) |
In-nuqqas ta’ skambju ta’ deċiżjonijiet dwar persuni fiżiċi jfisser li l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu ma jkunux konxji ta’ dawk id-deċiżjonijiet. Għalhekk hemm riskju li jinħolqu opportunitajiet għall-frodi fiskali, l-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa. Sabiex jitnaqqas dak ir-riskju, u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-iskambju awtomatiku ta’ deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri jiġi estiż għal tali deċiżjonijiet fejn l-ammont tat-tranżazzjoni jew serje ta’ tranżazzjonijiet tad-deċiżjoni antiċipata transfruntiera jaqbeż limitu speċifiku. |
(33) |
Jenħtieġ ukoll li deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri li jiddeterminaw jekk persuna hijiex residenti jew le għal finijiet ta’ taxxa fl-Istat Membru li joħroġ id-deċiżjoni jiġu skambjati awtomatikament. Madankollu, fl-interess tal-proporzjonalità, u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, xi forom komuni ta’ deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri li jistgħu jinkludu element ta’ determinazzjoni ta’ jekk persuna fiżika hijiex residenti jew le għal finijiet ta’ taxxa fi Stat Membru, għal dik ir-raġuni biss jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri. Jenħtieġ li d-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri dwar it-tassazzjoni f’ras il-għajn fir-rigward tal-introjtu ta’ persuni mhux residenti mill-impjieg, il-miżati tad-direttur u l-pensjonijiet ma jiġux skambjati, sakemm l-ammont tat-tranżazzjoni jew tas-serje ta’ tranżazzjonijiet tad-deċiżjoni antiċipata transfruntiera ma jaqbiżx il-limitu. |
(34) |
Għadd ta’ Stati Membri huma mistennija jintroduċu servizzi ta’ identifikazzjoni bħala mezz simplifikat u standardizzat ta’ identifikazzjoni tal-fornituri tas-servizzi u tal-kontribwenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu minn dak il-format għall-identifikazzjoni jitħallew jagħmlu dan dment li l-fluss u l-kwalità tal-informazzjoni ta’ Stati Membri oħrajn li ma jużawx dawn is-servizzi ta’ identifikazzjoni ma jiġux affettwati. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ servizzi ta’ identifikazzjoni ma jaffettwax il-proċeduri ta’ diliġenza dovuta jew ir-rekwiżiti għall-ġbir tal-informazzjoni. Barra minn hekk, jekk dak l-approċċ jitbiegħed mill-istandards korrispondenti tal-OECD dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni f’ċerti aspetti, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet f’din id-Direttiva dwar l-użu ta’ servizzi ta’ identifikazzjoni ma jkollhomx impatt fuq id-determinazzjoni ta’ jekk l-informazzjoni rrapportata u skambjata skont ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni hijiex ekwivalenti jew tikkorrispondi għal dik speċifikata f’din id-Direttiva. |
(35) |
Huwa importanti li, bi prinċipju, l-informazzjoni kkomunikata skont id-Direttiva 2011/16/UE tintuża għall-valutazzjoni, għall-amministrazzjoni u għall-infurzar ta’ taxxi li huma koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ dik id-Direttiva. Madanakollu, irriżultaw inċertezzi fir-rigward tal-użu tal-informazzjoni minħabba qafas mhux ċar. Minħabba r-rabtiet bejn il-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, u l-ħasil tal-flus, ukoll f’termini ta’ infurzar, jixraq li jiġi ċċarat li għandu jkun possibbli wkoll li l-informazzjoni kkomunikata bejn l-Istati Membri tintuża għall-valutazzjoni, għall-amministrazzjoni u għall-infurzar tad-dazji doganali u għall-ħasil tal-flus u għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. |
(36) |
Meta jitqiesu l-ammont u n-natura tal-informazzjoni miġbura u skambjata abbażi tad-Direttiva 2011/16/UE, dik l-informazzjoni tista’ tkun utli f’ċerti oqsma oħrajn. Filwaqt li jenħtieġ li l-użu ta’ dik l-informazzjoni f’oqsma oħrajn, bħala regola ġenerali, jkun ristrett għal oqsma approvati mill-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva, hemm il-ħtieġa li jkun hemm lok għal użu usa’ tal-informazzjoni f’sitwazzjonijiet li jippreżentaw karatteristiċi partikolari u serji u fejn ikun ġie maqbul fil-livell tal-Unjoni li tittieħed azzjoni. Sitwazzjonijiet bħal dawn ikunu b’mod partikolari dawk fejn ikunu ttieħdu deċiżjonijiet skont l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ miżuri restrittivi. L-informazzjoni skambjata skont id-Direttiva 2011/16/UE tista’ tkun rilevanti ħafna għall-iskoperta ta’ ksur jew ta’ evażjoni ta’ miżuri restrittivi. Min-naħa l-oħra, kull ksur potenzjali tal-miżuri restrittivi jkun rilevanti għall-finijiet tat-taxxa, peress li l-evitar ta’ miżuri restrittivi fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ikun jammonta wkoll għall-evitar tat-taxxa fir-rigward tal-assi kkonċernati. Għalhekk jixraq li jiġi awtorizzat li l-informazzjoni terġa’ tintuża, minħabba s-sinerġiji probabbli u r-rabta mill-qrib bejn l-iskoperta tal-evitar tal-miżuri restrittivi u l-iskoperta tal-evitar tat-taxxa. |
(37) |
Huwa essenzjali li l-informazzjoni kkomunikata skont id-Direttiva 2011/16/UE tintuża mill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru li jirċievi dik l-informazzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru tintalab tistabbilixxi mekkaniżmu effettiv biex jiġi żgurat l-użu ta’ informazzjoni miksuba permezz tar-rapportar jew l-iskambju ta’ informazzjoni skont id-Direttiva 2011/16/UE. Tali użu ta’ informazzjoni jista’ jinkludi, pereżempju, programmi volontarji ta’ konformità, notifiki biex jiġi ġġenerat żvelar, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, mili minn qabel tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa, valutazzjonijiet tar-riskju, awditi limitati, awditi ġenerali, kodifikazzjoni tat-taxxa, stima tat-taxxa, assimilazzjoni fis-sistemi domestiċi u miżuri oħra relatati mat-taxxa. |
(38) |
Sabiex jittejjeb l-użu effiċjenti tar-riżorsi, jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni u tiġi evitata l-ħtieġa li kull Stat Membru jagħmel bidliet simili fis-sistemi tiegħu għall-ħżin tal-informazzjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit direttorju ċentrali sabiex tiġi kkomunikata l-informazzjoni dwar il-kriptoassi, aċċessibbli għall-Istati Membri kollha, u għall-finijiet ta’ statistika biss, għall-Kummissjoni, li fih l-Istati Membri jtellgħu u jaħżnu l-informazzjoni rrappurtata, minflok ma jiskambjaw dik l-informazzjoni permezz ta’ posta elettronika sigura. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jaċċessaw biss data f’dak id-direttorju ċentrali relatata mar-residenti tagħhom stess. Jenħtieġ li l-aċċess u r-restrizzjonijiet kollha tal-aċċess għad-direttorju ċentrali jkunu konformi mar-rekwiżiti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-arranġamenti prattiċi neċessarji għall-istabbiliment ta’ dan id-direttorju ċentrali. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
(39) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tiżviluppa għodda li tippermetti verifika elettronika u awtomatizzata tal-korrettezza tan-NIT li tkun ġiet ipprovduta mill-kontribwent jew mill-entità li tirrapporta jew mill-individu li jirrapporta. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. L-għodda tal-IT li għandha tingħata lill-Istati Membri hija maħsuba biex tgħin sabiex jiżdiedu r-rati ta’ tqabbil għall-amministrazzjonijiet fiskali u biex tittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni skambjata b’mod ġenerali. |
(40) |
Jenħtieġ li l-perjodu minimu taż-żamma tar-rekords tal-informazzjoni miksubin permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri skont id-Direttiva 2011/16/UE ma jkunx itwal milli neċessarju iżda, fi kwalunkwe każ, ma għandux ikun iqsar minn ħames snin. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jżommux l-informazzjoni għal aktar żmien milli neċessarju biex jiksbu l-finijiet ta’ din id-Direttiva. |
(41) |
L-istituzzjonijiet finanzjarji rapportanti, l-intermedjarji, l-operaturi tal-pjattaformi rapportanti, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma kontrolluri tad-data skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679. Meta żewġ kontrolluri jew aktar ta’ dak it-tip jiddeterminaw flimkien l-għanijiet u l-mezzi ta’ pproċessar ta’ data personali, ikunu meqjusa bħala kontrolluri konġunti. Pereżempju, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jitqiesu bħala kontrolluri konġunti tad-direttorju ċentrali, wara li jkunu qablu b’mod konġunt dwar id-data personali li għandha tiġi pproċessata u l-mod tal-ipproċessar. |
(42) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tar-regoli skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar l-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni rrapportata mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, u jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Filwaqt li l-għażla tal-penali tibqa’ fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-penali previsti jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(43) |
Għall-finijiet tal-armonizzazzjoni tal-waqt u l-ħin bejn l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/16/UE u l-evalwazzjoni biennali tar-rilevanza tal-karatteristiċi distintivi fl-Anness IV għal din id-Direttiva, jenħtieġ li l-waqt u l-ħin ta’ dawk il-proċessi ta’ evalwazzjoni jiġi allinjat. |
(44) |
Filwaqt li titqies is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża C-694/20, Orde van Vlaamse Balies u Oħrajn (11), jenħtieġ li d-Direttiva 2011/16/UE tiġi emendata b’tali mod li d-dispożizzjonijiet tagħha ma jkollhomx l-effett li jirrikjedu li l-avukati jaġixxu bħala intermedjarji, meta dawn ikunu eżentati mill-obbligu ta’ rapportar minħabba l-privileġġ professjonali legali li bih huma marbutin, sabiex jinnotifikaw lil kwalunkwe intermedjarju ieħor li ma jkunx il-klijent tagħhom dwar l-obbligi ta’ rapportar ta’ dak l-intermedjarju. Madankollu, kwalunkwe intermedjarju li huwa eżentat mill-obbligu ta’ rapportar minħabba l-privileġġ professjonali legali li bih huwa marbut jenħtieġ li jibqa’ meħtieġ li jinnotifika mingħajr dewmien lill-klijent tiegħu dwar l-obbligi ta’ rapportar ta’ dak il-klijent. |
(45) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u ta opinjoni fit-3 ta’ April 2023 (13). |
(46) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”). B’mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt tal-protezzjoni tad-data personali stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta. F’dak ir-rigward, huwa importanti li jitfakkar li r-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 japplikaw għall-ipproċessar ta’ data personali skont id-Direttiva 2011/16/UE. Barra minn hekk, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għal-libertà ta’ intrapriża. |
(47) |
Minħabba li l-objettiv tad-Direttiva 2011/16/UE, jiġifieri l-kooperazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn l-Istati Membri skont kondizzjonijiet kompatibbli mat-tħaddim tajjeb tas-suq intern, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’, minħabba l-uniformità u l-effikaċja rikjesti, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. |
(48) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2011/16/UE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2011/16/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 8a huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
fl-Artikolu 8ab huwa emendat kif ġej
|
(5) |
fl-Artikolu 8ac(2), l-ewwel subparagrafu, jiżdied il-punt li ġej:
|
(6) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 8ad Ambitu u kondizzjonijiet tal-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni rrappurtata mill-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti 1. Kull Stat Membru għandu jwettaq il-miżuri neċessarji biex jeżiġi li l-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar u jwettqu l-proċeduri ta’ diliġenza dovuta stipulati fit-Taqsimiet II u III tal-Anness VI, rispettivament. Kull Stat Membru għandu jiżgura wkoll l-implimentazzjoni effettiva ta’ dawn il-miżuri, u l-konformità magħhom, skont it-Taqsima V tal-Anness VI. 2. F’konformità mar-rekwiżiti ta’ rappurtar u l-proċeduri ta’ diliġenza dovuta applikabbli li jinsabu fit-Taqsimiet II u III tal-Anness VI, rispettivament, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru fejn iseħħ ir-rapportar imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku, u fiż-żmien stipulat fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, tikkomunika l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati f’konformità mal-arranġamenti prattiċi adottati skont l-Artikolu 21. 3. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tikkomunika l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta’ kull Persuna Rapportabbli:
Għall-finijiet tal-punt (c)(ii) u (iii), l-ammont imħallas jew riċevut għandu jiġi kkomunikat fil-Munita ta’ Kors Legali li fiha jkun tħallas jew ġie riċevut. F’każ li l-ammonti jkunu tħallsu jew ġew riċevuti f’diversi Muniti ta’ Kors Legali, l-ammonti għandhom jiġu kkomunikati f’Munita ta’ Kors Legali waħda, ikkonvertiti fiż-żmien ta’ kull Tranżazzjoni Rapportabbli b’mod li jiġi applikat b’mod konsistenti mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti. Għall-finijiet tal-punt (c) (iv) sa (ix), il-valur ġust tas-suq għandu jiġi ddeterminat u kkomunikat f’Munita ta’ Kors Legali waħda, stmata fil-ħin ta’ kull Tranżazzjoni Rapportabbli b’mod li jiġi applikat b’mod konsistenti mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti. L-informazzjoni kkomunikata għandha tispeċifika l-Munita ta’ Kors Legali li fiha jiġi rrappurtat kull ammont. 4. Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-arranġamenti prattiċi neċessarji, inkluż miżuri biex tiġi standardizzata l-komunikazzjoni tal-informazzjoni stipulata f’dak il-paragrafu, bħala parti mill-proċedura li tistabbilixxi l-formola kompjuterizzata standard prevista fl-Artikolu 20(5). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2). 5. Il-Kummissjoni ma għandux ikollha aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b). 6. Il-komunikazzjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandha ssir billi tintuża l- formola kompjuterizzata standard imsemmija fl-Artikolu 20(5) fi żmien disa’ xhur wara tmiem is-sena kalendarja li magħha huma relatati r-rekwiżiti ta’ rapportar applikabbli għall-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti. L-ewwel informazzjoni għandha tiġi kkomunikata għas-sena kalendarja rilevanti jew għal perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor mill-1 ta’ Jannar 2026. 7. Għall-finijiet tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar imsemmija fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli neċessarji biex Operatur tal-Kriptoassi jintalab jirreġistra fl-Unjoni. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha talloka numru ta’ identifikazzjoni individwali lil dan l-Operatur tal-Kriptoassi. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli li skonthom Operatur tal-Kriptoassi għandu jirreġistra mal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru wieħed f’konformità mar-regoli stabbiliti fit-Taqsima V, il-paragrafu F, tal-Anness VI. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jeżiġu li Operatur tal-Kriptoassi li r-reġistrazzjoni tiegħu tkun ġiet revokata f’konformità mat-Taqsima V, is-subparagrafu F(7), tal-Anness VI jista’ jitħalla jirreġistra mill-ġdid biss jekk jipprovdi lill-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat assigurazzjoni xierqa fir-rigward tal-impenn tiegħu li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ rapportar fl-Unjoni, inkluż kull rekwiżit ta’ rapportar mhux rispettat pendenti. 8. Il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi skont it-tifsira tat-Taqsima IV, is-subparagrafu B(1), tal-Anness VI. 9. Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi u tekniċi neċessarji għar-reġistrazzjoni u għall-identifikazzjoni tal-Operaturi tal-Kriptoassi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2). 10. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2025, tistabbilixxi reġistru tal-Operaturi tal-Kriptoassi fejn għandha tiġi rreġistrata l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata u kkomunikata f’konformità mat-Taqsima V, is-subparagrafu F(2), tal-Anness VI. Dak ir-reġistru tal-Operaturi tal-Kriptoassi għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha. 11. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, wara talba motivata minn kwalunkwe Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha, tiddetermina jekk l-informazzjoni li jenħtieġ li tiġi skambjata awtomatikament skont ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni tikkorrispondix ma’ dik speċifikata fit- Taqsima II, il-paragrafu B, tal-Anness VI, skont it-tifsira tat-Taqsima IV, is-subparagrafu F(5), tal-Anness VI. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2). Stat Membru li jitlob il-miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jibgħat talba motivata lill-Kummissjoni. Jekk il-Kummissjoni tqis li ma għandhiex l-informazzjoni kollha neċessarja għall-valutazzjoni tat-talba, hija għandha tikkuntattja lill-Istat Membru kkonċernat fi żmien xahrejn minn meta tirċievi t-talba, u tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa. Ladarba l-Kummissjoni jkollha l-informazzjoni kollha li hija tqis neċessarja, għandha, fi żmien xahar, tinnotifika lill-Istat Membru rikjedenti u għandha tissottometti l-informazzjoni rilevanti lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 26(1). Meta taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, biss fir-rigward ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti ma’ ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni li jirrikjedi l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar individwu jew Entità li tkun klijent ta’ Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi rapportanti għall-fini tat-twettiq ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli, konkluż minn Stat Membru. Meta tkun qed tiddetermina jekk l-informazzjoni tkunx informazzjoni korrispondenti skont it-tifsira tal-ewwel subparagrafu fir-rigward ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli, il-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq sa liema punt ir-reġim li fuqu hija bbażata din l-informazzjoni jikkorrispondi ma’ dak stabbilit fl-Anness VI, b’mod partikolari fir-rigward ta’:
Il-proċedura stipulata f’dan il-paragrafu għandha tapplika wkoll biex jiġi ddeterminat li l-informazzjoni ma għadhiex korrispondenti skont it-tifsira tat-Taqsima IV, is-subparagrafu F(5), tal-Anness VI. 12. Minkejja l-paragrafu 11, fejn standard internazzjonali dwar ir-rapportar u l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar il-kriptoassi jiġi ddeterminat bħala standard minimu jew ekwivalenti, ma tibqa’ meħtieġa ebda determinazzjoni mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dwar jekk l-informazzjoni li hija rikjesta li tiġi skambjata awtomatikament skont l-implimentazzjoni ta’ dak l-istandard u l-ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti bejn l-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) u ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni hijiex informazzjoni korrispondenti. Dik l-informazzjoni għandha titqies li tikkorrispondi għall-informazzjoni li hija meħtieġa skont din id-Direttiva, dment li jkun hemm fis-seħħ ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha kkonċernati u l-ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni li jirrikjedi l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar individwu jew Entità li tkun klijent ta’ Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti għall-fini tat-twettiq ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli. Id-dispożizzjonijiet korrispondenti f’dan l-Artikolu u fl-Anness VI ma għandhomx jibqgħu japplikaw għal dawn il-finijiet.” |
(7) |
L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
fl-Artikolu 18, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha tistabbilixxi mekkaniżmu effettiv biex tiżgura l-użu tal-informazzjoni miksuba permezz tar-rapportar jew l-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikoli 8 sa 8ad.” |
(9) |
fl-Artikolu 20, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli kompjuterizzati standard, inkluż l-arranġamenti lingwistiċi fil-każijiet li ġejjin:
Dawk il-formoli kompjuterizzati standard ma għandux ikun fihom aktar komponenti għall-iskambju tal-informazzjoni minn dawk elenkati fl-Artikolu 8a(6), 8ab(14) u 8ad(3), u xi oqsma relatati oħrajn li jkunu konnessi ma’ dawk il-komponenti li jkunu neċessarji sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Artikoli 8a, 8ab u 8ad, rispettivament. L-arranġamenti lingwistiċi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx jipprekludu lill-Istati Membri milli jgħaddu l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 8a u 8ab bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Madankollu, dawk l-arranġamenti lingwistiċi jistgħu jipprevedu li l-elementi ewlenin ta’ din l-informazzjoni għandhom jintbagħtu wkoll b’lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).” |
(10) |
L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
|
(11) |
fl-Artikolu 22 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “3. L-Istati Membri għandhom iżommu r-rekords tal-informazzjoni li jirċievu permezz ta’ skambju awtomatiku tal-informazzjoni skont l-Artikoli 8 sa 8ad għal perjodu mhux itwal minn dak neċessarju iżda fi kwalunkwe każ mhux inqas minn ħames snin mid-data tal-wasla tagħha biex jintlaħqu l-finijiet ta’ din id-Direttiva. 4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li entità rapportanti titħalla tikseb konferma b’mezzi elettroniċi tal-validità tal-informazzjoni dwar in-NIT ta’ kull kontribwent li hu soġġett għall-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikoli 8 sa 8ad. Il-konferma tal-informazzjoni dwar in-NIT tista’ tintalab biss għall-finijiet ta’ validazzjoni tal-korrettezza tad-data msemmija fl-Artikoli 8(1), 8(3a), 8a(6), 8aa(3), 8ab(14), 8ac(2) u 8ad(3).” |
(12) |
fl-Artikolu 23, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Kull Stat Membru għandu jimmonitorja u jivvaluta, fir-rigward tiegħu innifsu, l-effettività tal-kooperazzjoni amministrattiva f’konformità ma’ din id-Direttiva, inkluż fil-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa, u kull sena għandu jikkomunika r-riżultati tal-valutazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-forma u l-kondizzjonijiet tal-komunikazzjoni għal dik il-valutazzjoni annwali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).” |
(13) |
L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:
|
(14) |
l-Artikolu 25a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 25a Penali L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u dwar l-Artikoli 8aa sa 8ad, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.” |
(15) |
fl-Artikolu 27, il-paragrafu 2 huwa mħassar; |
(16) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 27c Rapportar u komunikazzjoni tan-NIT 1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jirrikjedi li n-NIT ta’ individwi jew entitajiet irrapportati maħruġ mill-Istat Membru ta’ residenza jiġi rrapportat mill-entità li tirrapporta jew l-individwu li jirrapporta u jiġi kkomunikat minn kull Stat Membru meta jkun meħtieġ b’mod espliċitu minn, u skont, l-Artikoli u l-Annessi ta’ din id-Direttiva. 2. Għal perjodi taxxabbli li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2030 jew wara, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jirrikjedi li n-NIT ta’ residenti maħruġ mill-Istat Membru ta’ residenza jiġi rrapportat, fejn possibbli, fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (d), sal-punt li dawk huma kategoriji ta’ introjtu u kapital li fuqhom kienet tiġi kkomunikata l-informazzjoni anki jekk in-NIT ma kienx disponibbli. 3. Għal perjodi taxxabbli li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2028 jew wara, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jirrikjedi li n-NIT ta’ individwi u entitajiet maħruġ mill-Istat Membru ta’ residenza jiġi rrapportat, fejn possibbli, fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(6), il-punti (a) u (k), kif ukoll tal-individwi u l-entitajiet irrapportati fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8aa(3), il-punt (b), u fl-Artikolu 8ab(14), il-punt (h). 4. Għal perjodi taxxabbli li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2028 jew wara, kull Stat Membru għandu jinkludi, fejn dan ikun inkiseb mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, in-NIT ta’ individwi u entitajiet maħruġa mill-Istat Membru ta’ residenza fil-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(6), il-punti (a) u (k), kif ukoll ta’ individwi u entitajiet msemmija fil-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8aa(3), il-punt (b), u fl-Artikolu 8ab(14), il-punt (h).” |
(17) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I għal din id-Direttiva; |
(18) |
l-Anness V huwa emendat f’konformità mal-Anness II għal din id-Direttiva; |
(19) |
it-test li jinsab fl-Anness III għal din id-Direttiva jinżdied bħala Anness VI. |
Artikolu 2
1. Sal-31 ta’ Diċembru 2025, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2026.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif għandha ssir it-tali referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.
2. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 1, il-punt 11, ta’ din id-Direttiva u mal-Artikolu 1, il-punt 16, ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-Artikolu 27c(3) u (4) tad-Direttiva 2011/16/UE. Għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2028.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif għandha ssir it-tali referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.
3. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2029, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 1, il-punt 16, ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-Artikolu 27c(2) tad-Direttiva 2011/16/UE. Għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2030.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif għandha ssir it-tali referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.
4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
N. CALVIÑO SANTAMARÍA
(1) L-Opinjoni tat-13 ta’ Settembru 2023 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) L-Opinjoni tat-23 ta’ Marzu 2023 (ĠU C 184, 25.5.2023, p. 55).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40).
(5) Ir-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1).
(8) Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/2523 tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar l-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali u gruppi domestiċi fuq skala kbira fl-Unjoni (ĠU L 328, 22.12.2022, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(11) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Diċembru 2022, Orde van Vlaamse Balies u Oħrajn, C-694/20, ECLI:EU:C:2022:963.
(12) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS I
L-Anness I għad-Direttiva 2011/16/UE huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-Taqsima I hija emendata kif ġej:
|
(2) |
fit-Taqsima VI, il-paragrafu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
fit-Taqsima VII, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
|
(4) |
it-Taqsima VIII hija emendata kif ġej:
|
(5) |
fit-Taqsima IX, jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Sabiex jintlaħqu l-finijiet ta’ dan id-Direttiva, ir-rekords imsemmija fl-ewwel paragrafu, il-punt (2), għandhom jibqgħu disponibbli mhux aktar milli neċessarju iżda fi kwalunkwe każ mhux inqas minn ħames snin.”; |
(6) |
tiżdied it-taqsima li ġejja: “TAQSIMA XI MIŻURI TRANŻIZZJONALI Minkejja t-Taqsima I, is-subparagrafu A(1), il-punt (b), u s-subparagrafu A(6a), fir-rigward ta’ kull Kont Rapportabbli li jinżamm minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mill-31 ta’ Diċembru 2025 u għall-perjodi ta’ rapportar li jintemmu sat-tieni sena kalendarja wara dik id-data, l-informazzjoni fir-rigward tar-rwol(i) li bis-saħħa tiegħu/tagħhom kull Persuna Rapportabbli tkun Persuna Kontrollanti jew detentur ta’ Interess ta’ Ekwità tal-Entità hija meħtieġa li tiġi rrapportata biss jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli fid-data li tista’ titfittex b’mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti.”. |
(*1) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2023/2226 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat tassazzjoni (ĠU L, 2023/2226, 24.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2226/oj).”;”
ANNESS II
L-Anness V għad-Direttiva 2011/16/UE huwa emendat kif ġej:
(1) |
fit-Taqsima I, il-paragrafu C, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
|
(2) |
fit-Taqsima II, is-subparagrafu B(3) huwa mħassar; |
(3) |
fit-Taqsima III, il-paragrafu B, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
|
(4) |
fit-Taqsima IV, is-subparagrafu F(5), il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:
|
ANNESS III
“ANNESS VI
REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR, PROĊEDURI TA’ DILIĠENZA DOVUTA U REGOLI OĦRAJN APPLIKABBLI GĦALL-FORNITURI TA’ SERVIZZI TAL-KRIPTOASSI RAPPORTANTI
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ rapportar, il-proċeduri ta’ diliġenza dovuta u regoli oħrajn li għandhom jiġu applikati mill-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti sabiex l-Istati Membri, permezz ta’ skambju awtomatiku, ikunu jistgħu jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8ad.
Dan l-Anness jistabbilixxi wkoll ir-regoli u l-proċeduri amministrattivi li għandu jkollhom fis-seħħ l-Istati Membri sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti ta’ rapportar u tal-proċeduri ta’ diliġenza dovuta stipulati fih, u l-konformità magħhom.
TAQSIMA I
OBBLIGI TAL-FORNITURI TA’ SERVIZZI TAL-KRIPTOASSI RAPPORTANTI
A. |
Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti kif iddefinit fit-Taqsima IV, is-subparagrafu B(3), huwa soġġett għar-rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ diliġenza dovuta stipulati fit-Taqsimiet II u III, rispettivament, fi Stat Membru, jekk:
|
B. |
Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jkun soġġett għar-rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ diliġenza dovuta stipulati fit-Taqsimiet II u III, rispettivament, fi Stat Membru fir-rigward ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli mwettqa permezz ta’ Fergħa bbażata fi Stat Membru. |
C. |
Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti li jkun Entità ma huwiex meħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ diliġenza dovuta stipulati fit-Taqsimiet II u III, rispettivament, fi Stat Membru li jkun soġġett għalih skont is-subparagrafu A(2), il-punt (b), (c) jew (d), jekk dawk ir-rekwiżiti jkunu ssodisfati minn dak il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti fi kwalunkwe Stat Membru ieħor jew f’Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni oħra bis-saħħa tal-fatt li jkun residenti f’tali Stat Membru jew Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni għall-finijiet tat-taxxa. |
D. |
Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti li jkun Entità ma huwiex meħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ diliġenza dovuta stipulati fit-Taqsimiet II u III, rispettivament, fi Stat Membru li huwa soġġett għalih skont is-subparagrafu A(2), il-punt (c) jew (d), jekk dawk ir-rekwiżiti jkunu ssodisfati minn dak il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti fi kwalunkwe Stat Membru ieħor jew Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni oħra bis-saħħa li jkun Entità li (a) tkun inkorporata jew organizzata skont il-liġijiet ta’ dan l-Istat Membru jew Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni u (b) ikollha personalità ġuridika fl-Istat Membru l-ieħor jew il-Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni l-oħra jew ikollha obbligu li tippreżenta d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa jew dikjarazzjonijiet tal-informazzjoni dwar it-taxxa lill-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istat Membru l-ieħor jew il-Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni l-oħra fir-rigward tal-introjtu tal-Entità. |
E. |
Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti li jkun Entità ma huwiex meħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ diliġenza dovuta stipulati fit-Taqsimiet II u III, rispettivament, fi Stat Membru li huwa soġġett għalih skont is-subparagrafu A(2), il-punt (d), jekk dawk ir-rekwiżiti jkunu ssodisfati minn dak il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti fi kwalunkwe Stat Membru ieħor jew Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni oħra bis-saħħa tal-fatt li jkun ġestit minn ġo tali Stat Membru jew Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni. |
F. |
Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti li jkun individwu ma huwiex meħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ diliġenza dovuta stipulati fit-Taqsimiet II u III, rispettivament, fi Stat Membru li jkun soġġett għalih skont is-subparagrafu A(2), il-punt (d), jekk dawn ir-rekwiżiti jkunu ssodisfati minn dak il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti fi kwalunkwe Stat Membru ieħor jew f’Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni oħra bis-saħħa tal-fatt li jkun residenti f’tali Stat Membru jew Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni għall-finijiet tat-taxxa. |
G. |
Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti ma huwiex meħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ diliġenza dovuta stipulati fit-Taqsimiet II u III, rispettivament, fi Stat Membru li huwa soġġett għalih skont is-subparagrafi A(2), il-punt (a), (b), (c) jew (d), jekk ikun ippreżenta notifika ma’ Stat Membru f’format speċifikat minn dan l-Istat Membru li jikkonferma li dawk ir-rekwiżiti huma ssodisfati minn dak il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti skont ir-regoli ta’ xi Stat Membru jew Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni skont kriterji li huma sostanzjalment simili għas-subparagrafi A(2), il-punt (a), (b),(c) jew (d), rispettivament. |
H. |
Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti ma huwiex meħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ diliġenza dovuta stipulati fit-Taqsimiet II u III, rispettivament, fi Stat Membru fir-rigward ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli li jwettaq permezz ta’ Fergħa f’xi Stat Membru ieħor jew Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni oħra, jekk dawk ir-rekwiżiti jkunu ssodisfati minn dik il-Fergħa fi Stat Membru simili ieħor jew Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni. |
TAQSIMA II
REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR
A. |
Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti skont it-tifsira tat-Taqsima I, il-paragrafi A u l-paragrafu B, għandu jirrapporta l-informazzjoni li tinsab fil-paragrafu B ta’ din it-Taqsima lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun soġġett għar-rekwiżiti ta’ rapportar skont it-Taqsima I. |
B. |
Għal kull sena kalendarja rilevanti jew għal perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor, u soġġett għall-obbligi tal-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti stipulati fit-Taqsima I u l-proċeduri ta’ diliġenza dovuta stipulati fit-Taqsima III, Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti għandu jirrapporta l-informazzjoni li ġejja dwar l-Utenti tal-Kriptoassi tiegħu li huma Utenti Rapportabbli jew li għandhom Persuni Kontrollanti li huma Persuni Rapportabbli:
|
C. |
Minkejja s-subparagrafu B(1), il-post tat-twelid mhuwiex meħtieġ li jiġi rrapportat sakemm il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti ma jkunx meħtieġ jiksbu u jirrapportah b’mod ieħor skont id-dritt domestiku. |
D. |
L-informazzjoni elenkata fil-paragrafu B għandha tiġi rrapportata annwalment fis-sena kalendarja ta’ wara s-sena li magħha tkun relatata l-informazzjoni. L-ewwel informazzjoni għandha tiġi rrapportata għas-sena kalendarja rilevanti jew għal perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor mill-1 ta’ Jannar 2026. |
E. |
Minkejja l-paragrafi A u D ta’ din it-Taqsima, Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti skont it-tifsira tat-Taqsima I, is-subparagrafu A(2), il-punt (a), (b), (c) jew (d) ma għandux ikun meħtieġ jipprovdi l-informazzjoni stipulata fil-paragrafu B ta’ din it-Taqsima fir-rigward ta’ Utent Rapportabbli jew Persuna Kontrollanti li għalih il-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jlesti r-rapportar ta’ tali informazzjoni f’ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni li tkun koperta minn Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti Kwalifikanti Effettiv mal-Istat Membru ta’ residenza ta’ tali Utent Rapportabbli jew tali Persuna Kontrollanti. |
TAQSIMA III
PROĊEDURI TA’ DILIĠENZA DOVUTA
Utent tal-Kriptoassi jiġi ttrattat bħala Utent Rapportabbli mid-data li jiġi identifikat li hu hekk skont il-proċeduri ta’ diliġenza dovuta deskritti f’din it-Taqsima.
A. |
Proċeduri ta’ diliġenza dovuta għall-Utenti tal-Kriptoassi Individwali Il-proċeduri li ġejjin japplikaw biex jiġi ddeterminat jekk l-Utent tal-Kriptoassi Individwali huwiex Utent Rapportabbli.
|
B. |
Proċeduri ta’ diliġenza dovuta għall-Entitajiet Utenti tal-Kriptoassi Il-proċeduri li ġejjin japplikaw biex jiġi ddeterminat l-Entità Utent tal-Kriptoassi hijiex Utent Rapportabbli jew Entità, għajr Persuna Eskluża jew Entità Attiva, b’Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli.
|
C. |
Rekwiżiti għall-validità tal-awtoċertifikazzjonijiet
|
D. |
Rekwiżiti ġenerali ta’ diliġenza dovuta
|
TAQSIMA IV
TERMINI DEFINITI
It-termini li ġejjin għandhom it-tifsiriet stabbiliti hawn taħt:
A. |
Kriptoassi Rapportabbli
|
B. |
Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti
|
C. |
Tranżazzjoni Rapportabbli
|
D. |
Utent Rapportabbli
|
E. |
Persuna Eskluża
|
F. |
Mixxellanji
|
TAQSIMA V
IMPLIMENTAZZJONI EFFETTIVA
A. |
Regoli għall-infurzar tar-rekwiżiti tal-ġbir u tal-verifika stabbiliti fit-Taqsima III
|
B. |
Regoli li jeħtieġu li l-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jżommu r-rekords tal-passi li ttieħdu u ta’ kull informazzjoni li bbażaw fuqha għat-twettiq tar-rekwiżiti tar-rapportar u tal-proċeduri tad-diliġenza dovuta, u l-miżuri x-xierqa biex jinkisbu dawk ir-rekords.
|
C. |
Proċeduri amministrattivi biex tiġi vverifikata l-konformità tal-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti mar-rekwiżiti ta’ rapportar u mal-proċeduri ta’ diliġenza dovuta L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċeduri amministrattivi biex jivverifikaw il-konformità tal-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti mar-rekwiżiti ta’ rapportar u mal-proċeduri ta’ diliġenza dovuta stipulati fit-Taqsimiet II u III, rispettivament. |
D. |
Proċeduri amministrattivi għas-segwitu mal-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti fejn tiġi rrapportata informazzjoni mhux kompluta jew mhux preċiża L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċeduri biex ikun hemm segwitu mal-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti meta l-informazzjoni rrapportata ma tkunx kompluta jew preċiża. |
E. |
Proċedura amministrattiva għall-awtorizzazzjoni ta’ Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li tipprovdi l-awtorizzazzjoni lill-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/1114 għandha tikkomunika fuq bażi regolari u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja rilevanti jew perjodu xieraq ieħor lill-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva, jekk dik hija awtorità differenti, lista tal-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi awtorizzati kollha. |
F. |
Proċedura amministrattiva għal reġistrazzjoni unika ta’ Operatur tal-Kriptoassi
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2226/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)