European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2225

30.10.2023

DIRETTIVA (UE) 2023/2225 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ottubru 2023

dwar ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva 2008/48/KE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tistabbilixxi regoli fil-livell tal-Unjoni dwar il-ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumatur.

(2)

Fl-2014, il-Kummissjoni ppreżentat rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/48/KE. Fl-2020, il-Kummissjoni ppreżentat it-tieni rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva u Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bir-riżultati ta’ programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni tad-Direttiva li kienet tinkludi konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

(3)

Dawk ir-rapporti u l-konsultazzjonijiet żvelaw li d-Direttiva 2008/48/KE kienet parzjalment effettiva fl-iżgurar ta’ standards għoljin ta’ protezzjoni tal-konsumatur u fit-trawwim tal-iżvilupp ta’ suq uniku għall-kreditu, u li dawn l-objettivi għadhom rilevanti. Ir-raġunijiet għaliex id-Direttiva kienet biss parzjalment effettiva jirriżultaw kemm mid-Direttiva nnifisha, bħal pereżempju kliem mhux preċiż ta’ artikoli partikolari, kif ukoll minn fatturi esterni, bħall-iżviluppi marbuta mad-diġitalizzazzjoni, l-applikazzjoni prattika u l-infurzar fl-Istati Membri kif ukoll mill-fatt li ċerti aspetti tas-suq tal-kreditu għall-konsumatur mhux koperti minn dik id-Direttiva.

(4)

Id-diġitalizzazzjoni kkontribwiet għal żviluppi tas-suq li ma kinux previsti fiż-żmien meta ġiet adottata d-Direttiva 2008/48/KE. Fil-fatt, l-iżviluppi teknoloġiċi rapidi rreġistrati mill-adozzjoni ta’ dik id-Direttiva ‘l hawn ġabu bidliet sinifikanti fis-suq tal-kreditu għall-konsumatur, kemm min-naħa tal-forniment kif ukoll min-naħa tad-domanda, bħall-ħolqien ta’ prodotti ġodda u l-evoluzzjoni tal-imġiba u l-preferenzi tal-konsumatur.

(5)

Il-formulazzjoni mhux preċiża ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/48/KE, li jippermettu lill-Istati Membri jadottaw dispożizzjonijiet diverġenti li jmorru lil hinn minn dawk previsti f’dik id-Direttiva, irriżultaw f’qafas regolatorju frammentat fl-Unjoni kollha f’għadd ta’ aspetti tal-ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi.

(6)

Is-sitwazzjoni de facto u de jure li tirriżulta minn dawk id-differenzi nazzjonali f’xi każijiet twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fost il-kredituri fl-Unjoni u toħloq ostakli għas-suq intern. Is-sitwazzjoni tillimita l-kapaċità tal-konsumaturi li jibbenefikaw minn offerta li qed tiżdied gradwalment ta’ kreditu transfruntier, li hija mistennija li tkompli tikber bħala riżultat tad-diġitalizzazzjoni. Dawk id-distorsjonijiet u restrizzjonijiet jista’ mbagħad ikollhom konsegwenzi f’termini ta’ domanda mnaqqsa għal oġġetti u servizzi. Is-sitwazzjoni twassal ukoll għal livell inadegwat u inkonsistenti ta’ protezzjoni għall-konsumaturi fl-Unjoni kollha.

(7)

F’dawn l-aħħar snin, il-kreditu offrut lill-konsumaturi evolva u ddiversifika b’mod konsiderevoli. Tfaċċaw prodotti ta’ kreditu ġodda, b’mod partikolari fl-ambjent online, u l-użu tagħhom qed ikompli jiżviluppa. Dan wassal għal inċertezza legali fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48/KE għal prodotti ġodda bħal dawn.

(8)

Din id-Direttiva tikkomplementa r-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġi ċċarat li f’każ ta’ kunflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u dawk f’dik id-Direttiva, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva bħala lex specialis.

(9)

F’konformità mal-Artikolu 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), is-suq intern jikkonsisti f’żona li fiha jiġu żgurati l-moviment liberu ta’ oġġetti, persuni u servizzi. Jenħtieġ li l-iżvilupp ta’ qafas legali aktar trasparenti u effiċjenti għall-kreditu għall-konsumatur iżid il-fiduċja u l-protezzjoni tal-konsumaturi, u jiffaċilita l-iżvilupp ta’ attivitajiet transfruntiera.

(10)

Sabiex ikun hemm titjib tal-funzjonament tas-suq intern għall-krediti għall-konsumaturi, jeħtieġ li jiġi previst qafas tal-Unjoni armonizzat f’għadd ta’ oqsma ċentrali. Fid-dawl tas-suq tal-kreditu għall-konsumaturi li qed jiżviluppa, b’mod partikolari fl-ambjent online, u taż-żieda fil-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni, leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tħares ‘il quddiem u li kapaċi tadatta ruħha għal forom futuri ta’ kreditu u li tagħti lill-Istati Membri l-livell xieraq ta’ flessibbiltà fl-implimentazzjoni tagħhom ser tgħin biex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għan-negozji.

(11)

L-Artikolu 169(1) u l-Artikolu 169(2)(a) TFUE jipprevedi li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi biex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur permezz ta’ miżuri adottati skont l-Artikolu 114 TFUE. L-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-”Karta”) jipprevedi li l-politiki tal-Unjoni għandhom jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

(12)

Huwa importanti li l-konsumaturi jibbenefikaw minn livell għoli ta’ protezzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-moviment liberu tal-offerti ta’ kreditu jsir bl-aħjar kundizzjonijiet kemm għal dawk li joffru l-kreditu kif ukoll għal dawk li jkollhom bżonnu, b’attenzjoni dovuta għal sitwazzjonijiet speċifiċi fl-Istati Membri.

(13)

Armonizzazzjoni sħiħa hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha fl-Unjoni jgawdu livell għoli u ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-interessi tagħhom u biex jinħoloq suq intern li jiffunzjona tajjeb. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jitħallewx iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali li jiddevjaw minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’din id-Direttiva. Madankollu, tali restrizzjoni jenħtieġ li tapplika biss fejn hemm dispożizzjonijiet armonizzati f’din id-Direttiva. Fejn tali dispożizzjonijiet armonizzati ma jeżistux, jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni nazzjonali. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibilità li jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-obbligazzjoni in solidum tal-fornitur ta’ oġġetti jew il-fornitur ta’ servizzi u l-kreditur. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom ukoll il-possibbiltà li jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-kanċellazzjoni ta’ kuntratt għall-bejgħ ta’ oġġetti jew il-provvista ta’ servizzi fejn il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar mill-ftehim ta’ kreditu. F’dak ir-rigward, l-Istati Membri, fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa, jenħtieġ li jitħallew jistipulaw perjodu minimu li għandu jgħaddi bejn il-mument meta l-kreditur jitlob ir-rimborż u l-jum li fih il-kreditu għandu jiġi rimborżat.

(14)

Id-definizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva jiddeterminaw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-armonizzazzjoni. L-obbligu tal-Istati Membri li jittrasponu din id-Direttiva, għaldaqstant, jenħtieġ li jkun limitat għall-kamp ta’ applikazzjoni tagħha kif iddeterminat b’dawk id-definizzjonijiet. Madankollu, jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għal oqsma mhux koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. B’hekk Stat Membru jista’ jżomm jew jintroduċi leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkorrispondi għal din id-Direttiva jew għal uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-ftehimiet ta’ kreditu li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, pereżempju dwar ftehimiet ta’ kreditu li mal-konklużjoni tagħhom il-konsumatur jintalab jiddepożita oġġett bħala garanzija fil-kustodja tal-kreditur u fejn ir-responsabbiltà tal-konsumatur tkun strettament limitata għal dak l-oġġett iddepożitat, jew fuq ftehimiet ta’ kreditu li jinvolvu ammont totali ta’ kreditu ta’ aktar minn EUR 100 000. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu japplikaw din id-Direttiva wkoll għal kreditu konness, li ma jaqax taħt id-definizzjoni ta’ ftehim ta’ kreditu konness stabbilit f’din id-Direttiva. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-ftehimiet ta’ kreditu konnessi jistgħu jiġu applikati għal ftehimiet ta’ kreditu li jservu biss parzjalment biex jiffinanzjaw kuntratt għall-forniment ta’ oġġetti jew il-provvista ta’ servizz.

(15)

Għadd ta’ Stati Membri applikaw id-Direttiva 2008/48/KE għal oqsma mhux koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha sabiex itejbu l-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur, filwaqt li Stati Membri oħra għandhom regoli nazzjonali differenti li jirregolaw dawk l-oqsma li jirriżultaw mill-ispeċifiċitajiet tas-suq, u b’hekk iżommu ċerti diverġenzi bejn id-dritt nazzjonali ta’ Stati Membri differenti fir-rigward ta’ dawk it-tipi ta’ krediti. Fil-fatt, diversi ftehimiet ta’ kreditu li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48/KE jistgħu jkunu ta’ detriment għall-konsumaturi, inkluż ftehimiet ta’ kreditu ta’ terminu qasir bi prezz għoli li l-ammont tagħhom ikun tipikament aktar baxx mil-limitu minimu ta’ EUR 200 stabbilit minn dik id-Direttiva. F’dak il-kuntest, u bil-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u biex jiġi ffaċilitat is-suq tal-kreditu għall-konsumatur transfruntier, din id-Direttiva jenħtieġ li jkopri xi ftehimiet li kienu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48/KE, bħal ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumatur li jinvolvu ammont totali ta’ kreditu ta’ inqas minn EUR 200. Bl-istess mod, prodotti oħra li jistgħu jkunu ta’ detriment, minħabba l-kostijiet għoljin li jinvolvu jew it-tariffi għoljin fil-każ ta’ ħlasijiet maqbuża, jenħtieġ li jkunu koperti minn din id-Direttiva, biex tiġi żgurata trasparenza akbar u protezzjoni aħjar tal-konsumatur, li jirriżultaw f’fiduċja akbar mill-konsumatur. Għal dan il-għan, il-ftehimiet ta’ kiri jew ta’ lokazzjoni bl-opzjoni ta’ xiri, il-ftehimiet ta’ kreditu fil-forma ta’ faċilità ta’ overdraft u fejn il-kreditu għandu jitħallas lura fi żmien xahar, il-ftehimiet ta’ kreditu fejn il-kreditu jingħata mingħajr imgħax u mingħajr ebda imposta oħra, u l-ftehimiet ta’ kreditu li skont it-termini tagħhom il-kreditu għandu jitħallas lura fi żmien tliet xhur u jitħallsu biss imposti insinifikanti jenħtieġ li ma jiġux esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Madankollu, għal xi wħud minn dawk il-ftehimiet ta’ kreditu li ġew esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48/KE u li jenħtieġ li jkunu koperti taħt din id-Direttiva, jiġifieri ftehimiet ta’ kreditu li jinvolvu ammont totali ta’ kreditu ta’ inqas minn EUR 200, kreditu mogħti mingħajr imgħax u mingħajr ebda imposta oħra u b’imposti limitati biss pagabbli mill-konsumatur għal ħlasijiet tard u kreditu li għandu jitħallas lura fi żmien tliet xhur b’imposti insinifikanti biss, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeskludu l-applikazzjoni ta’ għadd definit u limitat ta’ dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva relatati mar-reklamar, l-informazzjoni prekuntrattwali u l-informazzjoni kuntrattwali, sabiex jiġi evitat piż bla bżonn għall-kredituri, b’kont meħud tal-ispeċifiċitajiet tas-suq u l-karatteristiċi partikolari ta’ dawk il-ftehimiet ta’ kreditu, bħat-tul ta’ żmien iqsar tagħhom, filwaqt li jiġi żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

(16)

L-iskemi “Ixtri issa, ħallas aktar tard” fejn il-kreditur jagħti kreditu lil konsumatur għall-iskop esklussiv li jixtri oġġetti jew servizzi pprovduti minn fornitur, li huma għodod finanzjarji diġitali ġodda li jippermettu lill-konsumaturi jixtru u jħallsuhom maż-żmien, jingħataw spiss mingħajr imgħax u mingħajr ebda imposta oħra, u għalhekk jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(17)

Ċerti ħlasijiet differiti, fejn fornitur ta’ oġġetti jew fornitur ta’ servizzi jagħti lill-konsumatur żmien biex iħallas għal oġġett jew servizz mingħajr imgħax u mingħajr ebda imposta oħra ħlief għal imposti limitati għal ħlasijiet tard skont id-dritt nazzjonali, jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, dment li ma jkun hemm l-ebda parti terza, bħal fl-iskemi “ixtri issa, ħallas aktar tard”, li joffru kreditu għall-oġġett jew is-servizz u li l-ħlas għandu jitwettaq fl-intier tiegħu f’perjodu ta’ żmien limitat ta’ 50 jum mill-konsenja tal-oġġett jew il-provvista tas-servizz. Fil-fatt, tali ħlasijiet differiti huma prattiki kummerċjali użati b’mod komuni biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jħallsu biss wara li jirċievu l-oġġetti jew is-servizzi, li huma ta’ benefiċċju għall-konsumaturi, pereżempju fil-każ ta’ ħlas differit ta’ kontijiet mediċi fejn l-isptarijiet jagħtu żmien lill-konsumaturi biex iħallsu għall-ispejjeż mediċi. Jenħtieġ li dik l-esklużjoni tkun ristretta għal ċerti fornituri online kbar ta’ prodotti jew ta’ servizzi li jkollhom aċċess għal bażi kbira ta’ konsumaturi, fejn parti terza la tkun qed toffri u lanqas tixtri kreditu u fejn il-ħlas irid jitwettaq fl-intier tiegħu fi żmien 14-il jum mill-konsenja tal-oġġetti jew il-provvista tas-servizzi, mingħajr imgħax u mingħajr ebda imposta oħra u b’imposti limitati biss pagabbli mill-konsumatur għal ħlasijiet tard imposti f’konformità mad-dritt nazzjonali. Fornituri online kbar bħal dawn, meta jitqiesu l-kapaċitajiet finanzjarji tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jixprunaw lill-konsumaturi lejn xiri impulsiv u potenzjalment konsum żejjed, inkella jkunu jistgħu joffru ħlas differit b’mod estensiv ħafna mingħajr ebda salvagwardja għall-konsumaturi u jdgħajfu l-kompetizzjoni ġusta ma’ fornituri oħra ta’ oġġetti jew fornituri oħra ta’ servizzi. Restrizzjoni bħal din dejjem tippermetti lill-konsumaturi jagħmlu ħlasijiet b’mod konvenjenti fi żmien ġimagħtejn, filwaqt li tiżgura li, jekk fornituri online kbar ta’ oġġetti jew ta’ servizzi jkunu jridu jipprovdu kreditu fuq skala kbira b’perjodu ta’ żmien itwal, ikunu soġġetti għal din id-Direttiva.

(18)

Kif deskritt fil-premessa 17 tar-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), il-karti ta’ debitu differit huma kards ta’ kreditu disponibbli b’mod komuni fis-suq fejn l-ammont totali ta’ tranżazzjonijiet jiġi ddebitat mill-kont tad-detentur tal-kard f’data speċifika miftiehma minn qabel, normalment darba fix-xahar, mingħajr imgħax li jrid jitħallas. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeżentaw minn din id-Direttiva ċerti ftehimiet ta’ kreditu fil-forma ta’ kards ta’ debitu differit, peress li tali ftehimiet ta’ kreditu jistgħu jgħinu lill-unitajiet domestiċi jaġġustaw aħjar il-baġit tagħhom għal introjtu ta’ kull xahar, meta l-kreditu jeħtieġ li jitħallas lura fi żmien 40 jum, ikun mingħajr imgħax u mingħajr ebda imposta oħra u b’imposti limitati biss marbuta mal-provvista tas-servizz ta’ ħlas, u jiġi pprovdut minn istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni ta’ pagament. Jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-faċilitajiet overdraft jew l-overrunning, li għandhom japplikaw f’każ li l-ħlas lura jaqbeż il-bilanċ pożittiv fil-kont kurrenti.

(19)

Ftehimiet ta’ kiri u lokazzjoni fejn obbligu jew opzjoni għall-konsumatur li jixtri l-oġġett tal-ftehim mhuwiex stabbilit la fil-ftehim innifsu u lanqas fi kwalunkwe ftehim separat, bħal ftehimiet ta’ kera biss, jenħtieġ li ma jiġux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva minħabba li dawn ma jinvolvu l-ebda trasferiment possibbli tal-proprjetà fi tmiem il-kuntratt.

(20)

Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ftehimiet kollha ta’ kreditu sa EUR 100 000 jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-limitu massimu tal-ftehimiet ta’ kreditu stabbilit f’din id-Direttiva jkun ogħla minn dak stabbilit fid-Direttiva 2008/48/KE sabiex jitqies l-indiċjar għall-effetti tal-inflazzjoni mill-2008 u fis-snin li ġejjin.

(21)

Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu li jipprevedu arranġamenti bejn il-kreditur u l-konsumatur fir-rigward ta’ ħlas differit jew ta’ metodi ta’ ħlas lura, fejn il-konsumatur ikun diġà inadempjenti jew x’aktarx li jonqos fil-ftehim ta’ kreditu inizjali, meta tali arranġamenti x’aktarx jevitaw il-possibbiltà ta’ proċedimenti legali relatati mal-inadempjenza u t-termini tagħhom ma jkunux inqas favorevoli minn dawk stabbiliti fil-ftehim ta’ kreditu inizjali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu li japplikaw biss għadd limitat ta’ dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, fost l-oħrajn li jeżentaw lill-kredituri mill-obbligu li jwettqu valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Dan ma jwaqqafx lill-konsumaturi f’diffikultà li jħallsu milli jiksbu ftehim ta’ kreditu ġdid li jgħinhom iħallsu lura l-kreditu inizjali tagħhom b’mod aktar faċli. Il-konsumaturi jitqiesu li x’aktarx ikunu inadempjenti pereżempju f’sitwazzjonijiet meta jkunu tilfu l-impjieg tagħhom.

(22)

Mill-2008 ‘il hawn, il-finanzjament kollettiv żviluppa bħala forma ta’ finanzjament disponibbli għall-konsumaturi, tipikament għal spejjeż jew investimenti żgħar. Fornitur ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ finanzjament kollettiv jopera pjattaforma diġitali miftuħa għall-pubbliku sabiex tlaqqa’ jew tiffaċilita t-tlaqqigħ ta’ selliefa prospettivi, kemm jekk jaġixxu fl-eżerċizzju tal-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħhom jew le, ma’ konsumaturi li jkunu qegħdin ifittxu finanzjament. Tali finanzjament jista’ jieħu l-forma ta’ kreditu għall-konsumatur. Meta fornituri ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ finanzjament kollettiv jipprovdu kreditu direttament lill-konsumaturi, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jikkonċernaw lill-kredituri japplikaw għalihom. Meta fornituri ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ finanzjament kollettiv jiffaċilitaw l-għoti ta’ kreditu bejn kredituri li jaġixxu fl-eżerċizzju tal-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħhom, u l-konsumaturi, jenħtieġ li l-obbligi għall-kredituri skont din id-Direttiva japplikaw għal dawk il-kredituri. F’tali sitwazzjoni, fornituri ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ finanzjament kollettiv jaġixxu bħala intermedjarji tal-kreditu, għalhekk jenħtieġ li l-obbligi għall-intermedjarji tal-kreditu skont din id-Direttiva japplikaw għalihom.

(23)

Fil-każ ta’ tipi speċifiċi ta’ ftehimiet ta’ kreditu li għalihom huma applikabbli biss xi dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jirregolaw, fid-dritt nazzjonali tagħhom, tali tipi ta’ ftehimiet ta’ kreditu fir-rigward ta’ aspetti oħra mhux armonizzati minn din id-Direttiva.

(24)

Il-ftehimiet għall-provvista fuq bażi kontinwa ta’ servizzi jew għall-forniment ta’ oġġetti tal-istess tip, fejn il-konsumatur iħallas għalihom għat-tul ta’ żmien tal-forniment tagħhom permezz ta’ pagamenti rateali, jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli, f’termini ta’ interessi tal-partijiet kuntrattwali involuti u l-modalitajiet u prestazzjoni tat-tranżazzjonijiet, minn ftehimiet ta’ kreditu koperti minn din id-Direttiva. Għalhekk, jenħtieġ li tali ftehimiet ma jitqisux bħala ftehimiet ta’ kreditu għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Ftehimiet bħal dawn jinkludu, pereżempju, kuntratt ta’ assigurazzjoni fejn l-assigurazzjoni titħallas permezz ta’ pagament rateali mensili.

(25)

Il-ftehimiet ta’ kreditu li jkopru l-għoti ta’ kreditu garantit bi proprjetà immobbli u l-ftehimiet ta’ kreditu li l-għan tagħhom huwa li jiffinanzjaw l-akkwist jew iż-żamma ta’ drittijiet ta’ proprjetà fl-art jew f’kostruzzjoni eżistenti jew ipproġettata inkluż binjiet użati għall-kummerċ, negozju jew professjoni, jenħtieġ li jkunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva peress li tali ftehimiet huma rregolati mid-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Madankollu, krediti li l-għan tagħhom huwa r-rinnovazzjoni ta’ proprjetà immobbli residenzjali li jinvolvu ammont totali ta’ aktar minn EUR 100 000, u li mhumiex iggarantiti la b’ipoteka, jew b’garanzija komparabbli oħra normalment użata fi Stat Membru fuq proprjetà immobbli u lanqas bi dritt relatat ma’ proprjetà immobbli, jenħtieġ li ma jiġux esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(26)

Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika irrispettivament minn jekk il-kreditur ikunx persuna ġuridika jew persuna fiżika. Madankollu, jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax id-dritt tal-Istati Membri li jillimitaw il-forniment ta’ kreditu għall-konsumaturi lill-persuni ġuridiċi biss jew lil ċerti persuni ġuridiċi.

(27)

Ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw għal intermedjarji tal-kreditu, li huma persuni fiżiċi u ġuridiċi li, fl-eżerċizzju tal-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħhom, għal remunerazzjoni, jippreżentaw jew joffru ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi, jassistu lill-konsumaturi billi jagħmlu ħidma preparatorja rigward ftehimiet ta’ kreditu jew jikkonkludu ftehimiet ta’ kreditu mal-konsumaturi f’isem il-kreditur.

(28)

Jenħtieġ li l-informazzjoni lill-konsumaturi, bħal spjegazzjonijiet adegwati, informazzjoni prekuntrattwali, informazzjoni ġenerali u informazzjoni dwar konsultazzjoni ta’ bażijiet ta’ data, tingħata mingħajr ħlas. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabbiltajiet.

(29)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta. B’mod partikolari, din id-Direttiva tirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet għall-protezzjoni tad-data personali, għall-proprjetà, għan-nondiskriminazzjoni, għall-protezzjoni tal-ħajja tal-familja u dik professjonali, u għall-protezzjoni tal-konsumatur skont il-Karta.

(30)

Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) li japplika għal kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mwettaq minn kredituri u intermedjarji tal-kreditu li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari mingħajr preġudizzju għall-prinċipji relatati mal-ipproċessar tad-data personali stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament, inkluż il-minimizzazzjoni tad-data, il-preċiżjoni u l-limitazzjoni tal-iskop.

(31)

Jenħtieġ li l-konsumaturi legalment residenti fl-Unjoni ma jiġux iddiskriminati minħabba n-nazzjonalità jew il-post tar-residenza tagħhom, jew għal xi raġuni oħra kif imsemmi fl-Artikolu 21 tal-Karta meta jitolbu, jikkonkludu jew ikollhom ftehim ta’ kreditu fl-Unjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu offruti kundizzjonijiet differenti ta’ aċċess għal kreditu meta dawk il-kundizzjonijiet differenti huma ġustifikati direttament minn kriterji oġġettivi. Barra minn hekk, dan ma għandux jinftiehem bħala li joħloq obbligu għall-kredituri jew għall-intermedjarji tal-kreditu li jipprovdu servizzi f’oqsma li fihom ma jwettqux negozju.

(32)

Jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu protetti minn prattiki inġusti jew qarrieqa, b’mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni mogħtija mill-kreditur jew mill-intermedjarju tal-kreditu, f’konformità mad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Dik id-Direttiva tkompli tapplika għall-ftehimiet ta’ kreditu u taħdem bħala “xibka ta’ sikurezza” li tiżgura li jkun jista’ jinżamm livell komuni għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur kontra prattiki kummerċjali inġusti fis-setturi kollha, inkluż billi tikkomplementa liġijiet oħrajn tal-Unjoni.

(33)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-reklamar ta’ ftehimiet ta’ kreditu u ċerti elementi ta’ informazzjoni standard li għandhom jingħataw lill-konsumaturi sabiex ikunu jistgħu, b’mod partikolari, iqabblu offerti differenti. Jenħtieġ li tali informazzjoni standard tingħata b’mod ċar, konċiż u prominenti permezz ta’ eżempju rappreżentattiv. Jenħtieġ li l-ammont totali tal-kreditu u t-tul ta’ żmien tal-ħlas lura magħżul mill-kreditur għall-eżempju rappreżentattiv tiegħu jikkorrispondu kemm jista’ jkun mal-karatteristiċi tal-ftehim ta’ kreditu li l-kreditur jirreklama. Jenħtieġ li l-informazzjoni standard tintwera fil-bidu u b’mod li jispikka, b’mod ċar u f’format attraenti. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tkun tista’ tinqara faċilment u tiġi adattata biex jitqiesu r-restrizzjonijiet tekniċi ta’ ċerti mezzi bħal skrins tal-mobiles. Fuq kanali diġitali, parti mill-informazzjoni standard fl-eżempju rappreżentattiv tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ kklikkjar, skrolljar jew swiping. Madankollu, qabel ma jaċċessaw offerti ta’ kreditu, jenħtieġ li l-konsumaturi jiġu ppreżentati bl-informazzjoni standard kollha li għandha tiġi inkluża fir-reklamar li jikkonċerna ftehimiet ta’ kreditu anke fil-każ ta’ kklikkjar, skrolljar jew swiping. Jenħtieġ ukoll li l-informazzjoni standard tkun demarkata b’mod ċar minn kwalunkwe informazzjoni addizzjonali marbuta mal-ftehim ta’ kreditu. Il-kundizzjonijiet promozzjonali temporanji, bħal rata introduttorja b’rata ta’ self aktar baxxa għax-xhur inizjali tal-ftehim ta’ kreditu jenħtieġ li jiġu identifikati b’mod ċar bħala tali. Jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu jistgħu jaraw l-informazzjoni essenzjali kollha mad-daqqa t’għajn, anke meta jarawha fuq l-iskrin ta’ mobile.

In-numru tat-telefon u l-email tal-kreditur u, fejn applikabbli, tal-intermedjarju tal-kreditu jenħtieġ li jiġu kkomunikati wkoll lill-konsumatur biex dan ikun jista’ jikkuntattja lill-kreditur jew lill-intermedjarju tal-kreditu malajr u b’mod effiċjenti. Jenħtieġ li jiġi pprovdut limitu massimu fejn ma jkunx possibbli li jiġi indikat l-ammont totali ta’ kreditu bħala s-somom totali disponibbli, b’mod partikolari fejn ftehim ta’ kreditu jagħti lill-konsumatur il-libertà ta’ ġbid b’limitazzjoni rigward l-ammont. Il-limitu massimu jenħtieġ li jindika l-ogħla limitu ta’ kreditu li jista’ jsir disponibbli lill-konsumatur. F’każijiet speċifiċi u ġustifikati, sabiex jittejjeb il-fehim tal-konsumatur tal-informazzjoni mogħtija fir-reklamar ta’ ftehimiet ta’ kreditu fejn il-mezz użat ma jippermettix li dik l-informazzjoni tintwera b’mod viżiv, bħal fil-każ tar-reklamar fuq ir-radju, l-ammont ta’ informazzjoni mogħtija jenħtieġ li jitnaqqas. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom fir-rigward ta’ reklamar ta’ ftehimiet ta’ kreditu li ma jkunx jinkludi informazzjoni dwar il-kost tal-kreditu. Sabiex jitnaqqsu l-każijiet ta’ bejgħ inadatt ta’ kreditu lil konsumaturi li ma jistgħux jaffordjawh u biex jiġi promoss is-self sostenibbli, jenħtieġ li r-reklamar ta’ ftehimiet ta’ kreditu jkun fih, fil-każijiet kollha, twissija ċara u prominenti biex il-konsumaturi jsiru konxji li s-self jiswa l-flus. Sabiex jiġi żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumatur, ċerti reklami, bħal dawk li jħeġġu lill-konsumaturi jitolbu kreditu billi jissuġġerixxu li l-kreditu jtejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom jew jispeċifikaw li l-kreditu rreġistrat f’bażijiet tad-data għandhom ftit influwenza jew xejn fuq il-valutazzjoni ta’ applikazzjoni ta’ kreditu, jenħtieġ li jiġu pprojbiti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew ukoll jipprojbixxu r-reklami li huma jqisu bħala riskjużi għall-konsumaturi, bħal dawk li jenfasizzaw il-faċilità jew il-ħeffa li biha jista’ jinkiseb il-kreditu.

(34)

Mezz durabbli, inkluż verżjonijiet diġitali tad-dokumenti stampati u interoperabbli, portabbli u li jinqraw minn magna, jenħtieġ li jippermetti li l-informazzjoni tiġi indirizzata personalment lill-konsumatur, jenħtieġ li jippermetti lill-konsumatur jaħżen l-informazzjoni b’mod li jkun aċċessibbli għal referenza futura u għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni, jenħtieġ li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna u jenħtieġ li jiżgura l-leġġibbiltà tal-informazzjoni sabiex l-informazzjoni tkun tista’ tinqara u ssir referenza għaliha. Jenħtieġ li l-konsumaturi jkollhom il-possibbiltà li jagħżlu t-tip ta’ mezz durabbli li fuqu jirċievu l-informazzjoni fl-istadju prekuntrattwali u ladarba jiġi konkluż il-kuntratt, u li fuqu għandhom jinnotifikaw l-irtirar tagħhom. Madankollu, jenħtieġ li l-konsumaturi ma jkunux jistgħu jinnotifikaw l-irtirar tagħhom u li jitolbu lill-kredituri jew, fejn applikabbli, lill-intermedjarji tal-kreditu, li jipprovdu informazzjoni dwar tipi ta’ mezzi durabbli li ma jintużawx b’mod komuni.

(35)

Ir-reklamar għandu t-tendenza li jiffoka fuq prodott partikolari wieħed jew aktar, filwaqt li jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom bl-għarfien sħiħ tal-firxa ta’ prodotti offruti. F’dak ir-rigward, l-informazzjoni ġenerali għandha rwol importanti fl-edukazzjoni tal-konsumatur fir-rigward tal-firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi disponibbli u l-karatteristiċi prinċipali tagħhom. Għaldaqstant, il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jkollhom fi kwalunkwe ħin aċċess għall-informazzjoni ġenerali dwar il-prodotti ta’ kreditu disponibbli. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni prekuntrattwali personalizzata.

(36)

Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom b’għarfien sħiħ tal-fatti, jenħtieġ li jirċievu informazzjoni prekuntrattwali adegwata, għall-kunsiderazzjoni bir-reqqa fil-kumdità u l-konvenjenza tagħhom, fi żmien adegwat qabel il-konklużjoni u mhux fl-istess ħin tal-ftehim ta’ kreditu, inkluż informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u l-kost tal-kreditu u dwar l-obbligi tagħhom, kif ukoll spjegazzjonijiet adegwati tagħhom. Dan biex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom biżżejjed żmien biex jaqraw u jifhmu l-informazzjoni prekuntrattwali, iqabblu l-offerti u jieħdu deċiżjoni infurmata. Jenħtieġ li dawn ir-regoli jkunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (9).

(37)

L-informazzjoni prekuntrattwali jenħtieġ li tiġi pprovduta permezz tal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur, li tinsab fl-Anness I għal din id-Direttiva. Sabiex il-konsumaturi jkunu megħjuna jifhmu u jqabblu l-offerti differenti, jenħtieġ li l-elementi ewlenin tal-kreditu jiġu pprovduti b’mod prominenti fuq l-ewwel paġna ta’ dik il-formola, li permezz tagħha l-konsumaturi jenħtieġ li jaraw l-informazzjoni essenzjali kollha mad-daqqa t’għajn anke fuq l-iskrin ta’ mobile. F’każ li l-elementi kollha ewlenin ma jkunux jistgħu jintwerew b’mod prominenti fuq paġna waħda, jenħtieġ li dawn jintwerew fl-ewwel parti tal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur fuq mhux aktar minn żewġ paġni. Jenħtieġ li l-informazzjoni pprovduta f’ dik il-formola tkun ċara, tinqara faċilment u tkun adattata għar-restrizzjonijiet tekniċi ta’ ċerti mezzi bħall-iskrins tal-mobiles. Jenħtieġ li din tintwera b’mod adegwat u xieraq fuq il-mezzi differenti, biex jiġi żgurat li kull konsumatur ikun jista’ jaċċessa l-informazzjoni fuq bażi ugwali u f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(38)

Biex jiġi żgurat li l-offerti jkunu trasparenti u komparabbli bl-aħjar mod possibbli, jenħtieġ li l-informazzjoni prekuntrattwali tinkludi, b’mod partikolari, ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta applikabbli għall-kreditu, stabbilita bl-istess mod fl-Unjoni kollha. Billi f’dan l-istadju r-rata perċentwali annwali ta’ imposta tista’ tiġi indikata biss b’eżempju, tali eżempju jenħtieġ li jkun rappreżentattiv. Għalhekk, dan jenħtieġ li jikkorrispondi, pereżempju, għall-medja tat-tul ta’ żmien u l-ammont totali ta’ kreditu mogħti għat-tip ta’ ftehim ta’ kreditu taħt konsiderazzjoni u, jekk applikabbli, għall-oġġetti mixtrija. Meta jkun qed jiġi ddeterminat l-eżempju rappreżentattiv, jenħtieġ li l-frekwenza ta’ ċerti tipi ta’ ftehim ta’ kreditu f’suq partikolari tiġi kkunsidrata wkoll. Fir-rigward tar-rata tas-self, il-frekwenza tal-pagamenti rateali u l-kapitalizzazzjoni tal-imgħax, jenħtieġ li l-kredituri jużaw il-metodu ta’ kalkolu tas-soltu tagħhom għall-kreditu għall-konsumatur ikkonċernat. Fil-każ li l-informazzjoni prekuntrattwali tingħata inqas minn jum qabel ma l-konsumatur jintrabat bi kwalunkwe ftehim jew offerta ta’ kreditu, jenħtieġ li l-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jfakkru lill-konsumatur, bejn jum u sebat ijiem wara l-konklużjoni tal-kuntratt jew, fejn applikabbli, l-għoti tal-offerta vinkolanti ta’ kreditu mill-konsumatur, dwar il-possibbiltà li jirtiraw mill-ftehim ta’ kreditu.

(39)

Jenħtieġ li l-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur jinkludi l-kostijiet kollha, inkluż interessi, kummissjonijiet, taxxi, tariffi għall-intermedjarji tal-kreditu u kwalunkwe tariffa oħra li l-konsumatur għandu jħallas b’rabta mal-ftehim ta’ kreditu, minbarra l-kostijiet notarili. L-għarfien reali tal-kreditur dwar il-kostijiet jenħtieġ li jkun valutat b’mod oġġettiv, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-professjonalità stabbiliti f’din id-Direttiva.

(40)

Jenħtieġ li l-ftehimiet tal-kreditu li fihom rata tas-self hija perjodikament riveduta f’konformità mal-bidliet li jseħħu f’rata ta’ referenza msemmija fil-ftehim ta’ kreditu ma jkunux ikkunsidrati bħala ftehimiet ta’ kreditu b’rata fissa tas-self.

(41)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprojbixxu lill-kreditur milli jirrikjedi li l-konsumatur, fir-rigward tal-ftehim ta’ kreditu, jiftaħ kont bankarju jew jikkonkludi ftehim fir-rigward ta’ servizz anċillari ieħor jew iħallas l-ispejjeż jew it-tariffi għal tali kontijiet bankarji jew servizzi anċillari oħrajn. F’dawk l-Istati Membri fejn tali offerti kkombinati huma permessi, jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu informati qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu dwar kwalunkwe servizz anċillari, li qabel kollox huwa obbligatorju għall-kisba tal-kreditu jew dwar it-termini u l-kundizzjonijiet offruti. Il-kostijiet pagabbli għal dawk is-servizzi anċillari, b’mod partikolari primjums tal-assigurazzjoni, jenħtieġ li jkunu inklużi fil-kost totali tal-kreditu. Alternattivament, jekk l-ammont ta’ tali kostijiet ma jistax jiġi ddeterminat minn qabel, jenħtieġ li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni adegwata dwar l-eżistenza ta’ kostijiet fl-istadju prekuntrattwali. Jenħtieġ li jkun preżunt li l-kredituri għandhom għarfien dwar il-kostijiet tas-servizzi anċillari li joffru lill-konsumatur huma stess jew f’isem parti terza, sakemm il-prezz tagħhom ma jkunx jiddependi fuq il-karatteristiċi speċifiċi jew is-sitwazzjoni tal-konsumaturi.

(42)

Għal tipi speċifiċi ta’ ftehim ta’ kreditu, madankollu, huwa xieraq, sabiex fl-istess ħin jiġi żgurat livell adegwat ta’ protezzjoni tal-konsumatur mingħajr ma jitpoġġa piż eċċessiv fuq kredituri jew, fejn applikabbli, intermedjarji tal-kreditu, li jiġu ristretti r-rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali filwaqt li titqies in-natura speċifika ta’ tipi bħal dawn ta’ ftehimiet ta’ kreditu.

(43)

Jenħtieġ li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni komprensiva qabel jikkonkludu l-ftehim ta’ kreditu, irrispettivament minn jekk intermedjarju tal-kreditu jkunx involut jew le fil-kummerċjalizzazzjoni tal-kreditu. Għalhekk, b’mod ġenerali, jenħtieġ li r-rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali japplikaw ukoll għall-intermedjarji tal-kreditu. Madankollu, fejn fornituri ta’ oġġetti jew fornituri ta’ servizzi jaġixxu bħala intermedjarji tal-kreditu f’kapaċità anċillari, mhuwiex xieraq li jiġi impost fuqhom l-obbligu legali li jagħtu l-informazzjoni prekuntrattwali f’konformità ma’ din id-Direttiva. Il-fornituri ta’ oġġetti jew il-fornituri ta’ servizzi jistgħu, pereżempju, jitqiesu li jkunu qegħdin jaġixxu bħala intermedjarji tal-kreditu f’kapaċità anċillari jekk l-attività tagħhom bħala intermedjarji tal-kreditu ma tkunx l-għan prinċipali tal-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħhom. F’dawk il-każijiet, xorta jinkiseb livell suffiċjenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur peress li l-kreditur jenħtieġ li jkun responsabbli biex jiżgura li l-konsumatur jirċievi l-informazzjoni prekuntrattwali sħiħa, jew mingħand l-intermedjarju tal-kreditu, meta jaqblu hekk il-kreditur u l-intermedjarju tal-kreditu, jew b’xi mod xieraq ieħor.

(44)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jirregolaw in-natura potenzjalment vinkolanti tal-informazzjoni li għandha tingħata mill-kreditur, jew fejn applikabbli, mill-intermedjarju tal-kreditu lill-konsumatur qabel il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu u l-perjodu ta’ żmien li matulu l-kreditur ikun marbut bih.

(45)

Minkejja l-informazzjoni prekuntrattwali li għandha tingħata, il-konsumatur xorta waħda jista’ jeħtieġ għajnuna addizzjonali biex jiddeċiedi liema ftehim ta’ kreditu, mill-firxa ta’ prodotti proposti, ikun l-aktar adattat għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li qabel il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu, il-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu jipprovdu din l-assistenza b’rabta mal-prodotti ta’ kreditu li joffru lill-konsumatur, billi jipprovdu spjegazzjonijiet adegwati dwar l-informazzjoni rilevanti mingħajr ħlas, inkluż b’mod partikolari l-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti lill-konsumatur b’mod personalizzat sabiex il-konsumatur ikun jista’ jifhem l-effetti li dawn jistgħu jkollhom fuq is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu inkluż konsegwenzi legali u finanzjarji li jistgħu jirriżultaw minn prestazzjoni mhux tajba tal-obbligi kuntrattwali. Il-kredituri u, meta applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu jenħtieġ li jadattaw il-mod li bih jingħataw dawn l-ispjegazzjonijiet għaċ-ċirkostanzi li fihom jiġi offrut il-kreditu u l-bżonn tal-konsumatur għal assistenza, filwaqt li jitqiesu l-għarfien u l-esperjenza tal-konsumatur dwar il-kreditu u n-natura tal-prodotti ta’ kreditu individwali. Jenħtieġ li dawn l-ispjegazzjonijiet fihom infushom ma jikkostitwixxux rakkomandazzjoni personali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikjedu li l-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu, jiddokumentaw f’liema forma u meta tali spjegazzjonijiet ġew ipprovduti lill-konsumatur.

(46)

Kif enfasizzat fil-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) ippubblikata fil-21 ta’ April 2021, is-sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA) jistgħu jintużaw faċilment f’diversi setturi tal-ekonomija u tas-soċjetà, inkluż dawk transfruntiera, u jistgħu jiċċirkolaw madwar l-Unjoni. F’dan il-kuntest, il-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu, meta jippersonalizzaw il-prezz tal-offerti tagħhom għal konsumaturi speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta’ konsumaturi abbażi tat-teħid tad-deċiżjonijiet awtomatizzat, jenħtieġ li jinfurmaw b’mod ċar lill-konsumaturi li l-prezz ippreżentat lilhom huwa personalizzat abbażi ta’ pproċessar awtomatizzat ta’ data personali inkluż data inferita, sabiex ikunu jistgħu jqisu r-riskji potenzjali fid-deċiżjoni tax-xiri tagħhom. Skont l-Artikolu 14(2), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2016/679, il-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu huma meħtieġa wkoll jinfurmaw lill-konsumaturi li jirċievu l-offerta dwar is-sorsi tad-data użati għall-personalizzazzjoni tal-offerta.

(47)

Huwa importanti li jiġu prevenuti prattiċi bħal dawn bħal pereżempju l-irbit ta’ ċerti prodotti li jista’ jħajjar lill-konsumatur biex jidħol f’kuntratti ta’ kreditu li mhumiex fl-aħjar interess tiegħu, madankollu, mingħajr ma jillimitaw ir-raggruppament tal-prodotti li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-konsumaturi. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jissorveljaw mill-qrib is-swieq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur biex jiżguraw li l-prattiċi ta’ raggruppament ma joħolqux distorsjoni fl-għażla għall-konsumatur jew fil-kompetizzjoni. Bħala regola ġenerali, jenħtieġ li l-bejgħ abbinat ma jkunx permess sakemm is-servizz jew prodott finanzjarju offrut flimkien mal-ftehim ta’ kreditu ma jkunx jista’ jiġi offrut separatament peress li jkun jagħmel parti integrata bis-sħiħ tal-kreditu, pereżempju fil-każ ta’ faċilità ta’ overdraft. Filwaqt li, jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet tal-proporzjonalità, jenħtieġ li kreditur ikun jista’ jirrikjedi li l-konsumatur ikollu polza tal-assigurazzjoni rilevanti sabiex jiggarantixxi l-ħlas lura tal-kreditu jew jassigura l-valur tal-garanzija, jenħtieġ li l-konsumatur ikollu l-opportunità li jagħżel il-fornitur tal-assigurazzjoni tiegħu stess. Dan jenħtieġ li ma jippreġudikax il-kundizzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti mill-kreditur, dment li l-polza tal-assigurazzjoni ta’ dak il-fornitur ikollha livell ekwivalenti ta’ garanzija bħall-polza tal-assigurazzjoni proposta jew offruta mill-kreditur. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistandardizzaw, kompletament jew parzjalment, il-kopertura provduta mill-kuntratti tal-assigurazzjoni sabiex jiffaċilitaw it-tqabbil bejn offerti differenti għall-konsumaturi li jkunu jixtiequ jagħmlu dan it-tqabbil. Sabiex il-konsumatur ikollu żmien addizzjonali biex iqabbel l-offerti tal-assigurazzjoni qabel ma jixtri polza tal-assigurazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrikjedu li l-konsumatur jingħata mill-inqas tlett ijiem biex iqabbel l-offerti tal-assigurazzjoni relatati ma’ ftehim ta’ kreditu, mingħajr ma tinbidel l-offerta, u l-konsumatur ikun infurmat bil-bidla. Il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkonkludu polza tal-assigurazzjoni qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ tliet ijiem jekk jitolbu dan b’mod espliċitu.

(48)

Minħabba l-istorja medika tagħhom, ħafna superstiti tal-kanċer f’remissjoni fit-tul spiss jesperjenzaw trattament inġust fl-aċċess għas-servizzi finanzjarji. Dawn spiss jiffaċċjaw premiums għoljin b’mod projbittiv, għalkemm ikunu ilhom imfejqa għal ħafna snin, anke għexieren ta’ snin. Sabiex il-konsumaturi li jkunu salvaw mill-kanċer jingħataw aċċess ugwali għall-assigurazzjoni relatata ma’ ftehimiet ta’ kreditu, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrikjedu li l-poloz tal-assigurazzjoni ma jkunux ibbażati fuq data personali li tikkonċerna d-dijanjożi tal-konsumaturi ta’ mard onkoloġiku wara perjodu ta’ żmien rilevanti wara t-tmiem tat-trattament mediku ta’ dawk il-konsumaturi. Jenħtieġ li tali perjodu ta’ żmien iddeterminat mill-Istati Membri ma jaqbiżx il-15-il sena li jibdew mit-tmiem tat-trattament mediku tal-konsumatur.

(49)

Jenħtieġ li l-ftehimiet ta’ kreditu u s-servizzi anċillari jiġu ppreżentati b’mod ċar u trasparenti. Jenħtieġ li ma jkunx possibbli li wieħed jinferixxi l-ftehim tal-konsumatur biex jikkonkludi ftehim ta’ kreditu jew li jixtri servizzi anċillari. Jenħtieġ li kwalunkwe ftehim bħal dan mill-konsumatur jkun att affermattiv ċar li jistabbilixxi indikazzjoni mogħtija liberament, speċifika, infurmata u mhux ambigwa tal-approvazzjoni tal-konsumatur. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li s-silenzju, l-inattività jew l-għażla prestabbilita bħal kaxxi mmarkati minn qabel ma jitqisux li jikkostitwixxu li l-konsumatur jaqbel.

(50)

L-għoti ta’ konsulenza fil-forma ta’ rakkomandazzjoni personalizzata, jiġifieri servizzi ta’ konsulenza, huwa attività li tista’ tkun abbinata ma’ aspetti oħra tal-għoti jew l-intermedjazzjoni tal-kreditu. Għaldaqstant, sabiex ikunu f’pożizzjoni li jifhmu n-natura tas-servizzi pprovduti lilhom, jenħtieġ li l-konsumaturi jiġu mgħarrfa dwar x’jikkostitwixxi tali servizzi ta’ konsulenza u dwar jekk ikunux qed jiġu pprovduti, jew jistgħux jiġu pprovduti jew le. Minħabba l-importanza li l-konsumaturi jagħtu lill-użu tat-termini “konsulenza” u “konsulenti”, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jipprojbixxu l-użu ta’ dawk it-termini, jew ta’ termini simili, meta jkunu qed jiġu pprovduti tali servizzi ta’ konsulenza lill-konsumaturi mill-kredituri jew mill-intermedjarji tal-kreditu. Huwa xieraq li jiġi żgurat li l-Istati Membri jimponu salvagwardji meta l-konsulenza tiġi deskritta bħala indipendenti sabiex jiġi żgurat li l-firxa ta’ prodotti kkunsidrati u l-arranġamenti dwar ir-remunerazzjoni jkunu proporzjonati mal-aspettattivi tal-konsumaturi ta’ tali konsulenza. Meta jipprovdu servizzi ta’ konsulenza, jenħtieġ li l-kredituri jew l-intermedjarji tal-kreditu jagħtu indikazzjoni dwar jekk ir-rakkomandazzjoni hijiex ser tkun ibbażata biss fuq il-firxa ta’ prodotti tiegħu stess jew fuq firxa wiesgħa ta’ prodotti mis-suq kollu, sabiex il-konsumatur ikun jista’ jifhem il-bażi li fuqha ssir ir-rakkomandazzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kreditur u l-intermedjarju tal-kreditu jagħti indikazzjoni tat-tariffa pagabbli mill-konsumatur għas-servizzi ta’ konsulenza jew tal-metodu użat għall-kalkolu tagħha, meta l-ammont ma jkunx jista’ jiġi stabbilit fil-mument tal-iżvelar. Jenħtieġ li dejjem jingħata parir fl-aħjar interess tal-konsumatur, billi l-konsulenti jinfurmaw lilhom infushom dwar il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi tal-konsumatur u jirrakkomandaw ftehimiet ta’ kreditu adatti għall-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkostanzi personali tal-konsumatur, filwaqt jqisu ukoll l-objettiv li jiġu minimizzati l-inadempjenzi u l-arretrati. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqies għadd kbir biżżejjed ta’ ftehimiet ta’ kreditu fil-firxa ta’ prodotti tal-konsulent meta jkun qed jingħata parir.

(51)

L-għoti ta’ kreditu li ma jkunx intalab mill-konsumatur jista’ f’xi każijiet ikun assoċjat ma’ prattiki li huma ta’ ħsara għall-konsumatur. F’dak ir-rigward, l-għoti mhux mitlub ta’ kreditu, inkluż karti ta’ kreditu approvati minn qabel mhux mitluba mibgħuta lill-konsumaturi, l-introduzzjoni unilaterali ta’ faċilità ġdida ta’ overdraft jew overrunning jew iż-żieda unilaterali fil-limitu tal-overdraft, l-overrunning jew tal-karti ta’ kreditu tal-konsumatur, jenħtieġ li jkunu pprojbiti. L-għoti mhux mitlub ta’ kreditu fil-forma ta’ kuntratti barra mill-post tan-negozju kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 8 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jenħtieġ li jkun ipprojbit ukoll. Jenħtieġ li l-projbizzjoni tal-għoti mhux mitlub ta’ kreditu ma tipprevjenix lill-kredituri u lill-intermedjarji tal-kreditu milli jirreklamaw jew joffru kreditu matul relazzjoni kummerċjali f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u ma’ miżuri nazzjonali f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, inkluż ir-reklamar u l-offerta ta’ kreditu fil-punt tal-bejgħ biex jiġi ffinanzjat ix-xiri ta’ prodott jew servizz.

(52)

Huwa possibbli għall-Istati Membri li joffru lill-konsumaturi l-possibbiltà li jfittxu rimedji proporzjonati u effettivi kontra kredituri jew intermedjarji tal-kreditu fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ din id-Direttiva f’konformità mad-dritt nazzjonali. Dawk ir-rimedji jistgħu jinvolvu indennizz u tnaqqis fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur jew it-terminazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu.

(53)

L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri xierqa biex jippromwovu prattiki responsabbli matul il-fażijiet kollha tar-relazzjoni ta’ kreditu filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-suq ta’ kreditu tagħhom. Jenħtieġ li jkun possibbli għal dawk il-miżuri li jinkludu, pereżempju, l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi, kif ukoll edukazzjoni dwar is-suġġett li tinkludi twissijiet rigward ir-riskji relatati man-nuqqas ta’ ħlas jew ta’ dejn eċċessiv. F’suq tal-kreditu li qed jespandi, b’mod partikolari, huwa importanti li l-kredituri ma jkunux involuti f’għoti ta’ self irresponsabbli jew jagħtu kreditu mingħajr valutazzjoni minn qabel tal-affidabbiltà kreditizja. L-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu s-superviżjoni meħtieġa biex jevitaw imġiba bħal din tal-kredituri u jenħtieġ li jiddeterminaw il-mezzi meħtieġa biex jissanzjonaw tali mġiba. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-riskju ta’ kreditu tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), il-kredituri jenħtieġ li jġorru r-responsabbiltà li jivverifikaw individwalment l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-kredituri jitħallew jużaw informazzjoni mogħtija mill-konsumatur mhux biss matul it-tħejjija tal-ftehim ta’ kreditu inkwistjoni, iżda anke matul relazzjoni kummerċjali fuq perjodu ta’ żmien twil. Il-konsumaturi jenħtieġ li jaġixxu wkoll bi prudenza u jirrispettaw l-obbligi kuntrattwali tagħhom.

(54)

Huwa essenzjali li jiġu valutati u verifikati l-kapaċità u l-propensità tal-konsumatur li jħallas lura l-kreditu qabel ma jiġi konkluż ftehim ta’ kreditu. Dik il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja jenħtieġ li tkun proporzjonata u ssir fl-interess tal-konsumatur, biex jiġu evitati prattiki ta’ self irresponsabbli u dejn eċċessiv, u jenħtieġ li tqis il-fatturi kollha meħtieġa u rilevanti li jistgħu jinfluwenzaw il-kapaċità tal-konsumatur li jħallas lura l-kreditu. L-iskeda ta’ ħlas lura jenħtieġ li tkun imfassla skont il-ħtiġijiet speċifiċi u l-kapaċità ta’ ħlas lura tal-konsumatur. F’każijiet fejn l-applikazzjoni għal kreditu tiġi ppreżentata b’mod konġunt minn aktar minn konsumatur wieħed, il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tista’ titwettaq abbażi tal-kapaċità ta’ ħlas lura konġunt. Valutazzjoni pożittiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għal-libertà kuntrattwali tal-kreditur fir-rigward tal-għoti ta’ kreditu. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu joħorġu gwida addizzjonali dwar kriterji u metodi addizzjonali għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ konsumatur, pereżempju billi jistabbilixxu limiti fuq il-proporzjonijiet bejn is-self u l-valur jew bejn is-self u l-introjtu.

(55)

Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja jenħtieġ li tkun ibbażata fuq informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika. Tali informazzjoni jenħtieġ li tkun meħtieġa u proporzjonata għan-natura, it-tul ta’ żmien, il-valur u r-riskji tal-kreditu għall-konsumatur, f’konformità mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679, u jenħtieġ li tkun rilevanti, kompluta u preċiża. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tinkludi mill-inqas l-introjtu u l-ispejjeż tal-konsumatur, inkluż l-għoti ta’ kunsiderazzjoni xierqa għall-obbligi attwali tal-konsumatur, inter alia l-ispejjeż tal-għajxien tal-konsumatur u tal-unità domestika tal-konsumatur, kif ukoll ir-responsabbiltajiet finanzjarji tal-konsumatur. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni ma a tinkludix kategoriji speċjali ta’ data personali msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, bħal data dwar is-saħħa inkluż data dwar il-kanċer, u lanqas informazzjoni miksuba minn networks soċjali. Il-Linji Gwida tal-Awtorità Bankarja Ewropea tad-29 ta’ Mejju 2020 dwar l-oriġini u l-monitoraġġ ta’ self jipprovdu linji gwida dwar liema kategoriji ta’ data jistgħu jintużaw għall-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet tal-affidabbiltà kreditizja, li jinkludu evidenza tal-introjtu jew ta’ sorsi oħra ta’ ħlas lura, u informazzjoni dwar assi u obbligazzjonijiet finanzjarji jew dwar impenji finanzjarji oħra. Il-konsumaturi jenħtieġ li jagħtu informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika tagħhom sabiex jiffaċilitaw il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Jenħtieġ li l-kreditu jsir disponibbli biss għall-konsumatur meta r-riżultat tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja jindika li l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim ta’ kreditu x’aktarx li jiġu ssodisfati kif meħtieġ skont dak il-ftehim. Meta jivvaluta l-kapaċità tal-konsumatur li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont il-ftehim ta’ kreditu, jenħtieġ li l-kreditur iqis il-fatturi rilevanti u ċ-ċirkostanzi speċifiċi, pereżempju, iżda mhux biss, fil-każ ta’ kreditu mogħti f’konformità ma’ din id-Direttiva biex jiffinanzja studji jew biex ikopri spejjeż eċċezzjonali ta’ kura tas-saħħa, l-eżistenza ta’ evidenza suffiċjenti li tali kreditu ser iġib lill-konsumatur dħul futur, jew l-eżistenza ta’ kollateral jew forom oħra ta’ garanziji li l-konsumatur jista’ jipprovdi biex jiggarantixxi l-kreditu.

(56)

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali), tistabbilixxi li s-sistemi tal-IA użati għall-evalwazzjoni tal-kreditu jew l-affidabbiltà kreditizja ta’ persuni fiżiċi jenħtieġ li jiġu kklassifikati bħala sistemi tal-IA b’riskju għoli, peress li jiddeterminaw l-aċċess ta’ dawk il-persuni għar-riżorsi finanzjarji jew għas-servizzi essenzjali bħas-servizzi tal-akkomodazzjoni, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni. Fid-dawl ta’ dawk l-interessi kbar, kull meta l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tinvolvi pproċessar awtomatizzat, il-konsumatur jenħtieġ li jkollu d-dritt li jikseb intervent uman min-naħa tal-kreditur. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679, il-konsumatur jenħtieġ li jkollu d-dritt li jikseb spjegazzjoni sinifikattiva u komprensibbli tal-valutazzjoni li tkun saret u tal-funzjonament tal-ipproċessar awtomatizzat użat, inkluż il-varjabbli ewlenin, il-loġika u r-riskji involuti, kif ukoll id-dritt li jesprimi l-fehma tal-konsumatur u li jitlob rieżami tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja u rieżami tad-deċiżjoni dwar jekk għandux jingħata kreditu. Il-konsumatur jenħtieġ li jkollu d-dritt li jiġi infurmat dwar dawk id-drittijiet wara li jkun irċieva kif xieraq informazzjoni dwar il-proċedura li għandu jsegwi. Jenħtieġ li l-possibbiltà li jintalab rieżami tal-valutazzjoni inizjali u tad-deċiżjoni ma twassalx neċessarjament għall-għoti ta’ kreditu lill-konsumatur.

(57)

Sabiex jivvaluta l-istatus ta’ kreditu ta’ konsumatur, jenħtieġ li l-kreditur jikkonsulta wkoll bażijiet ta’ data dwar il-kreditu. Iċ-ċirkostanzi legali u fattwali jistgħu jirrikjedu li tali konsultazzjonijiet ivarjaw fl-ambitu tagħhom. Biex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni fost il-kredituri jenħtieġ li dawk li huma ssorveljati u jikkonformaw bis-sħiħ mar-Regolament (UE) 2016/679 ikollhom aċċess għal bażijiet ta’ data dwar il-kreditu, privati jew pubbliċi, li jikkonċernaw konsumaturi fi Stat Membru fejn ma jkunux stabbiliti b’kundizzjonijiet nondiskriminatorji meta mqabbla ma’ kredituri stabbiliti f’dak l-Istat Membru. L-Istati Membri jenħtieġ li jiffaċilitaw l-aċċess transfruntier għal bażijiet ta’ data privati jew pubbliċi, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679. Sabiex tissaħħaħ ir-reċiproċità, il-bażijiet ta’ data tal-kreditu għandhom bħala minimu jżommu informazzjoni dwar l-arretrati tal-konsumaturi fil-ħlas lura tal-kreditu, dwar it-tip ta’ kreditu u dwar l-identità tal-kreditur, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u dik nazzjonali. Il-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jenħtieġ li ma jipproċessawx kategoriji speċjali ta’ data, bħal data dwar is-saħħa, imsemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, u lanqas informazzjoni miksuba minn networks soċjali, peress li jenħtieġ li la dawk il-kategoriji ta’ data u lanqas tali informazzjoni ma jintużaw għall-fini tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur. Il-fornituri ta’ bażijiet ta’ data dwar il-kreditu jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ proċessi biex jiżguraw li l-informazzjoni li tinsab fil-bażijiet ta’ data tagħhom tkun aġġornata u preċiża. Fejn l-applikazzjoni għall-kreditu tiġi miċħuda abbażi ta’ konsultazzjoni ta’ bażi ta’ data jenħtieġ li l-kredituri jinformaw lill-konsumaturi mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas bir-riżultat ta’ tali konsultazzjoni u bid-dettalji tal-bażi ta’ data kkonsultata kif ukoll bil-kategoriji ta’ data meqjusa. Barra minn hekk, biex tiġi żgurata s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-konsumaturi jkunu infurmati dwar ir-reġistrazzjoni ta’ kwalunkwe arretrati ta’ ħlas lura tal-kreditu f’bażi ta’ data fil-ħin u fi żmien 30 jum mir-reġistrazzjoni, pereżempju billi jibagħtulhom twissija permezz ta’ email li titlobhom jaċċessaw il-bażi ta’ data biex jaraw l-informazzjoni tagħhom stess dwar l-arretrati fil-ħlas lura tal-kreditu.

(58)

Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tirregolax kwistjonijiet tad-dritt kuntrattwali marbutin mal-validità ta’ ftehimiet ta’ kreditu. Għalhekk, f’dak il-qasam, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali li jkunu f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirregolaw ir-reġim legali li jirregola l-offerta għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu, b’mod partikolari meta l-offerta għandha tingħata u l-perjodu li matulu tali offerta tkun torbot lill-kreditur. Jekk tali offerta ssir fl-istess ħin li tingħata l-informazzjoni prekuntrattwali prevista f’din id-Direttiva, jenħtieġ li din l-offerta tingħata, bħal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-kreditur ikun jixtieq jagħti lill-konsumatur, f’dokument separat. Dak id-dokument separat jista’ jiġi anness mal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur.

(59)

Il-ftehim ta’ kreditu jenħtieġ li jkun fih l-informazzjoni kollha meħtieġa b’mod ċar u konċiż biex il-konsumatur ikun jaf id-drittijiet u l-obbligi tiegħu skont dak il-ftehim.

(60)

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 93/13/KEE, u għall-obbligi prekuntrattwali skont dik id-Direttiva, u sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, il-konsumatur jenħtieġ li jiġi ppreżentat, fi żmien debitu u qabel kwalunkwe modifika fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim ta’ kreditu, b’deskrizzjoni tal-bidliet proposti u, fejn applikabbli, tal-ħtieġa għall-kunsens tal-konsumatur jew spjegazzjoni tal-bidliet introdotti ex lege; bl-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-bidliet; u bil-mezzi għall-ilment disponibbli għall-konsumatur kif ukoll il-perjodu ta’ żmien li l-konsumatur għandu biex iressaq ilment u l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti fejn jista’ jitressaq l-ilment. Il-modifika ta’ ftehim ta’ kreditu jenħtieġ li ma taffettwa l-ebda dritt tal-konsumatur, inkluż drittijiet ta’ informazzjoni skont din id-Direttiva. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni jew għad-dispożizzjonijiet nazzjonali rigward l-ammissibbiltà, il-kundizzjonijiet u l-validità tal-modifiki tal-kuntratt.

(61)

Sabiex tiġi żgurata trasparenza sħiħa, il-konsumatur jenħtieġ li jingħata l-informazzjoni dwar ir-rata tas-self, kemm fi stadju prekuntrattwali kif ukoll meta il-ftehim ta’ kreditu jiġi konkluż. Matul ir-relazzjoni kuntrattwali, il-konsumatur jenħtieġ, barra minn hekk, li jiġi infurmat bil-bidliet fir-rata tas-self varjabbli u bil-bidliet fil-ħlasijiet ikkawżati minn dawk il-bidliet. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li ma jkunx relatat mal-informazzjoni lill-konsumatur li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-bidliet, jew jippreskrivu l-konsegwenzi tagħhom, minbarra l-bidliet dwar ħlasijiet, fir-rati tas-self u f’kundizzjonijiet ekonomiċi oħra li jirregolaw il-kreditu, pereżempju regoli li jipprovdu li l-kreditur jista’ jbiddel ir-rata tas-self biss meta jkun hemm raġuni valida għal tali bidla jew li l-konsumatur jista’ jittermina l-ftehim ta’ kreditu fil-każ ta’ bidla fir-rata tas-self jew f’kundizzjonijiet ekonomiċi speċifiċi oħra li tikkonċerna l-kreditu.

(62)

Il-faċilitajiet ta’ overdraft u overrunning huma forom dejjem aktar komuni ta’ kreditu għall-konsumatur. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-prodotti finanzjarji jiġu rregolati sabiex jiżdied il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur u jiġi evitat dejn eċċessiv. Hemm il-periklu li l-konsumaturi ma jkunux jistgħu jħallsu jekk il-kredituri jiddeċiedu li jitolbu rifużjonijiet immedjati. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Direttiva tistabbilixxi d-drittijiet tal-konsumatur fir-rigward ta’ faċilitajiet ta’ overdraft u overrunning.

(63)

F’każ ta’ overrunning sinifikanti li jaqbeż perjodu ta’ xahar, jenħtieġ li l-kreditur jagħti mingħajr dewmien informazzjoni dwar l-overrunning lill-konsumatur, li tinkludi l-ammont involut, ir-rata tas-self u kwalunkwe penali, imposta jew imgħax applikabbli fuq l-arretrati. F’każ ta’ overrunning regolari, jenħtieġ li l-kreditur joffri servizzi ta’ konsulenza lill-konsumatur, fejn disponibbli, biex jgħin lill-konsumaturi jidentifikaw alternattivi inqas għaljin, u biex il-konsumaturi jiġu ggwidati lejn servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn.

(64)

Il-konsumaturi jenħtieġ li jkollhom dritt ta’ rtirar mingħajr penali u mingħajr ebda obbligu li jipprovdu ġustifikazzjoni. Madankollu, sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali, jenħtieġ li fi kwalunkwe każ il-perjodu tal-irtirar jiskadi 12-il xahar u 14-il jum wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu jekk il-konsumatur ma jkunx irċieva t-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali u l-informazzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-perjodu ta’ rtirar ma jiskadix jekk il-konsumatur ma jkunx ġie infurmat dwar id-dritt tiegħu ta’ rtirar.

(65)

Meta konsumatur jirtira minn ftehim ta’ kreditu li b’konnessjoni miegħu l-konsumatur ikun irċieva oġġetti, b’mod partikolari minn xiri b’pagamenti rateali jew minn ftehim ta’ kiri jew ta’ lokazzjoni li jipprevedi obbligu ta’ xiri, din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regolamentazzjoni mill-Istati Membri ta’ kwistjonijiet dwar ir-ritorn tal-oġġetti jew kwalunkwe kwistjoni relatata.

(66)

F’xi każijiet, id-dritt nazzjonali diġà jipprovdi li l-fondi ma jistgħux isiru disponibbli għall-konsumaturi qabel skadenza speċifika. F’dawk il-każijiet, il-konsumaturi jistgħu jkunu jixtiequ jiżguraw li jirċievu l-oġġetti jew is-servizzi mixtrija kmieni. Għalhekk fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu konnessi, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jipprovdu eċċezzjonalment li, jekk il-konsumaturi jkunu jixtiequ espliċitament konsenja kmieni tal-oġġetti jew is-servizzi mixtrija, l-iskadenza għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar tista’ titnaqqas sabiex tkun l-istess bħall-iskadenza li qabilha l-fondi ma jistgħux isiru disponibbli.

(67)

Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu konnessi, tkun teżisti relazzjoni ta’ interdipendenza bejn ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi u l-ftehim ta’ kreditu konkluż għal dak il-għan. Għaldaqstant, fejn il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ rtirar fir-rigward tal-ftehim ta’ xiri, abbażi tad-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li l-konsumatur ma jibqax marbut aktar bil-ftehim ta’ kreditu konness. Dan jenħtieġ li ma jaffettwax id-dritt nazzjonali applikabbli għall-ftehimiet ta’ kreditu konnessi f’każijiet fejn ftehim ta’ xiri jkun ġie annullat jew fejn il-konsumatur ikun eżerċita d-dritt li jirtira abbażi tad-dritt nazzjonali. Jenħtieġ li lanqas ma jaffettwa d-drittijiet tal-konsumaturi mogħtija mid-dritt nazzjonali li permezz tiegħu ma jista’ jittieħed l-ebda impenn bejn konsumatur u fornitur tal-oġġetti jew fornitur tas-servizzi, u lanqas ma jsir ebda ħlas bejn dawk il-persuni, sakemm il-konsumatur ma jkunx iffirma l-ftehim ta’ kreditu sabiex jiffinanzja x-xiri ta’ oġġetti jew servizzi.

(68)

Il-partijiet kontraenti jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jwettqu terminazzjoni standard ta’ ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa. Barra minn hekk, fejn ikun miftiehem fil-ftehim ta’ kreditu, il-kreditur jenħtieġ li jkollu d-dritt li jissospendi d-dritt tal-konsumatur li jiġbed kreditu minn ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa għal raġunijiet oġġettivament ġustifikati. Tali raġunijiet jistgħu jinkludu pereżempju is-suspett ta’ użu mhux awtorizzat jew frawdolenti tal-kreditu jew żieda sinifikanti tar-riskju li l-konsumatur ma jkunx jista’ jwettaq l-obbligu tiegħu li jħallas lura l-kreditu. Din id-Direttiva jenħtieġ li ma taffettwax id-dritt kuntrattwali nazzjonali li jirregola d-drittijiet tal-partijiet kontraenti li jitterminaw il-ftehim ta’ kreditu abbażi ta’ ksur tal-kuntratt.

(69)

Taħt ċerti kundizzjonijiet, il-konsumatur jenħtieġ li jitħalla jfittex rimedji kontra l-kreditur f’każ ta’ problemi relatati mal-ftehim ta’ xiri. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeterminaw sa liema punt u b’liema kundizzjonijiet il-konsumatur huwa meħtieġ li jfittex dawk ir-rimedji kontra l-fornitur ta’ oġġetti jew il-fornitur ta’ servizzi, b’mod partikolari billi jibda proċedimenti kontra l-fornitur ta’ oġġetti jew il-fornitur ta’ servizzi, qabel ma jkun f’pożizzjoni li jfittixhom kontra l-kreditur. Il-konsumaturi jenħtieġ li ma jiġux imċaħħda mid-drittijiet tagħhom skont id-dritt nazzjonali li jagħtu responsabbiltà in solidum lill-fornitur tal-oġġetti jew lill-fornitur tas-servizzi u lill-kreditur.

(70)

Il-konsumatur jenħtieġ li jkollu d-dritt li jeħles mill-obbligi tiegħu qabel id-data miftiehma fil-ftehim ta’ kreditu. Kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza Lexitor (13), id-dritt tal-konsumatur għal tnaqqis fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur f’każ ta’ ħlas lura antiċipat tal-kreditu jinkludi l-kostijiet kollha imposti fuq il-konsumatur. It-tnaqqis fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur jenħtieġ li jkun proporzjonat għat-tul ta’ żmien li jifdal tal-ftehim ta’ kreditu u jenħtieġ li jinkludi wkoll kostijiet li mhumiex dipendenti fuq it-tul ta’ żmien ta’ dak il-ftehim ta’ kreditu, inkluż dawk li jkunu eżawriti kompletament fil-mument tal-għoti tal-kreditu. Madankollu, jenħtieġ li t-taxxi u t-tariffi applikati minn parti terza u mħallsa direttament lilha u li ma jiddependux fuq it-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’kreditu ma jitqisux fil-kalkolu tat-tnaqqis, peress li dawk il-kostijiet mhumiex imposti mill-kreditur u għalhekk ma jistgħux jinbidlu unilateralment mill-kreditur. Madankollu, jenħtieġ li tariffi imposti minn kreditur għall-benefiċċju ta’ parti terza jiġu kkunsidrati meta jiġi kkalkulat it-tnaqqis. Fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat, il-kreditur jenħtieġ li jkun intitolat għal kumpens ġust u oġġettivament ġustifikat għall-kostijiet direttament marbutin mal-ħlas lura antiċipat, filwaqt li jitqies ukoll it-tfaddil possibbli magħmul mill-kreditur bħala konsegwenza. Madankollu, sabiex jiġi ddeterminat il-metodu tal-kalkolu tal-kumpens, huwa importanti li jiġu ssodisfatti diversi prinċipji. Il-kalkolu tal-kumpens dovut lill-kreditur jenħtieġ li jkun trasparenti u komprensibbli għall-konsumaturi diġà fl-istadju prekuntrattwali u fi kwalunkwe każ matul it-twettiq tal-ftehim ta’ kreditu. Barra minn hekk, il-metodu ta’ kalkolu jenħtieġ li jkun faċli biex jiġi applikat mill-kredituri u jenħtieġ li jiġi ffaċilitat il-kontroll superviżorju tal-kumpens mill-awtoritajiet kompetenti. Għalhekk, u minħabba l-fatt li kreditu għall-konsumatur ma jkunx iffinanzjat minn mekkaniżmi ta’ finanzjament fit-tul, minħabba d-durata u l-volum tiegħu, il-livell massimu għall-kumpens jenħtieġ li jkun stipulat f’termini ta’ ammont b’rata fissa. Dan l-approċċ jirrifletti n-natura speċifika tal-krediti għall-konsumaturi u jenħtieġ li ma jippreġudikax l-approċċ fir-rigward ta’ prodotti oħrajn li jkunu ffinanzjati minn mekkaniżmi ta’ finanzjament fit-tul, bħal self ipotekarju b’rata fissa.

(71)

L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jipprovdu li l-kumpens għall-ħlas lura antiċipat jista’ jintalab mill-kreditur biss bil-kundizzjoni li l-ammont li jkun tħallas lura fi żmien 12-il xahar jaqbeż limitu definit mill-Istati Membri. Meta jiġi ffissat dak il-limitu, li jenħtieġ li ma jkunx jaqbeż l-EUR 10 000, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw l-ammont medju ta’ krediti għall-konsumatur fis-suq tagħhom.

(72)

Sabiex jiġu promossi l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi fl-Unjoni kollha, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-informazzjoni relatata mar-rati perċentwali annwali ta’ imposta fl-Unjoni kollha.

(73)

L-iffissar ta’ limiti massimi fuq ir-rati tas-self, fuq ir-rati perċentwali annwali ta’ imposta jew fuq il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur huwa prattika komuni f’għadd ta’ Stati Membri. Tali sistema ta’ limiti massimi wriet li hija ta’ benefiċċju fil-protezzjoni tal-konsumaturi minn rati tas-self eċċessivament għoljin, rati perċentwali annwali ta’ imposta jew il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu r-reġim legali attwali tagħhom. Fi sforz biex tiżdied il-protezzjoni tal-konsumatur mingħajr ma jiġu imposti limiti bla bżonn fuq l-Istati Membri, jenħtieġ li jkun hemm miżuri adegwati, bħal limiti massimi jew rati tal-użura, biex jiġi prevenut b’mod effettiv l-abbuż u biex jiġi żgurat li l-konsumaturi ma jintalbux rati tas-self, rati perċentwali annwali ta’ imposta jew kost totali tal-kreditu eċċessivament għoljin.

(74)

Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel dawn il-miżuri introdotti mill-Istati Membri disponibbli għall-pubbliku, f’forma konċiża u ċara.

(75)

Hemm differenzi sostanzjali fil-liġijiet tad-diversi Stati Membri fir-rigward tal-kondotta kummerċjali fl-għoti ta’ ftehimiet ta’ kreditu. Filwaqt li tiġi rikonoxxuta d-diversità fit-tipi ta’ atturi involuti fl-intermedjazzjoni tal-kreditu, ċerti standards fil-livell tal-Unjoni huma essenzjali sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ professjonalità u servizz.

(76)

Il-qafas applikabbli tal-Unjoni jenħtieġ li jagħti lill-konsumaturi l-fiduċja li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jqisu l-interessi tal-konsumatur, inkluż il-vulnerabbiltà u d-diffikultajiet possibbli tagħhom biex jifhmu l-prodott, abbażi tal-informazzjoni li jkollu l-kreditur u l-intermedjarju tal-kreditu fil-ħin rilevanti u0 abbażi ta’ suppożizzjonijiet raġonevoli dwar ir-riskji għas-sitwazzjoni tal-konsumatur tul it-terminu tal-0ftehim ta’ kreditu propost. Aspett ewlieni fl-iżgurar ta’ din il-fiduċja tal-konsumatur huwa r-rekwiżit li jkun żgurat livell għoli ta’ ġustizzja, onestà u professjonalità fl-industrija, li tinkludi wkoll imġiba responsabbli biex jiġu evitati prattiki li jkollhom impatt negattiv fuq il-konsumaturi, u ġestjoni adegwata tal-kunflitti ta’ interess inkluż dawk li jirriżultaw mir-remunerazzjoni, kif ukoll biex jingħata parir fl-aħjar interess tal-konsumatur.

(77)

Huwa xieraq li jkun żgurat li l-persunal rilevanti tal-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jkollhom livell xieraq ta’ għarfien u kompetenza sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ professjonalità. Għalhekk, jenħtieġ li l-kredituri u l-kredituri intermedjarji jkunu mitluba jagħtu prova tal-għarfien u l-kompetenza rilevanti fil-livell tal-kumpanija, abbażi tar-rekwiżiti minimi ta’ għarfien u kompetenza. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi li jintroduċu jew iżommu tali rekwiżiti applikabbli għal persuni fiżiċi individwali, u li jadattaw ir-rekwiżiti minimi ta’ għarfien u kompetenza għat-tipi differenti ta’ kredituri u intermedjarji tal-kreditu, b’mod partikolari meta jaġixxu f’kapaċità anċillari. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-persunal direttament involut fl-attivitajiet skont din id-Direttiva jinkludi kemm persunal li jkollu kuntatt mal-klijent kif ukoll persunal amministrattiv, inkluż il- bord tal-maniġment u, fejn adatt, membri tal-bord tal-kredituri u intermedjarji tal-kreditu, li jwettqu rwol importanti fil-proċess tal-ftehim ta’ kreditu. Il-persuni b’funzjonijiet ta’ sostenn li ma jkunux relatati mal-proċess tal-ftehim ta’ kreditu, inkluż il-persunal tar-riżorsi umani u l-persunal tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, jenħtieġ li ma jitqisux bħala persunal skont din id-Direttiva. L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu miżuri biex jappoġġaw s-sensibilizzazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva f’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li huma kredituri jew intermedjarji tal-kreditu u jiffaċilitaw il-konformità tagħhom, bħal kampanji ta’ informazzjoni, gwidi għall-utenti u skemi ta’ taħriġ għall-impjegati.

(78)

Sabiex tiżdied il-ħila tal-konsumaturi li jieħdu deċiżjonijiet informati dwar is-self u dwar l-immaniġġar responsabbli tad-dejn, l-Istati Membri jenħtieġ li joħolqu u jippromwovu miżuri biex jappoġġaw l-edukazzjoni tal-konsumaturi rigward is-self responsabbli u l-immaniġġar tad-dejn, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi, kif ukoll dwar l-immaniġġar ġenerali ta’ baġit. Obbligu bħal dan jista’ jitwettaq b’kunsiderazzjoni tal-qafas ta’ kompetenza finanzjarja żviluppat mill-Unjoni flimkien mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi. Huwa partikolarment importanti li tingħata gwida lill-konsumaturi li jkunu qed jieħdu, b’mod partikolari permezz ta’ għodod diġitali, kreditu għall-konsumatur għall-ewwel darba. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni jenħtieġ li tidentifika eżempji tal-aħjar prattika biex tiffaċilita l-iżvilupp ulterjuri ta’ miżuri biex titjieb is-sensibilizzazzjoni finanzjarja tal-konsumaturi. Il-Kummissjoni tista’ tippubblika dawn l-eżempji tal-aħjar prattiki f’koordinazzjoni ma’ rapporti simili mfassla b’rabta ma’ atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni. Meta joħolqu u jippromwovu dawk il-miżuri, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkonsultaw il-partijiet kkonċernati rilevanti, inkluż l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. Jenħtieġ li obbligu bħal dan ma jipprevjenix lill-Istati Membri milli jipprevedu edukazzjoni finanzjarja addizzjonali.

(79)

Minħabba l-konsegwenzi sinifikanti tal-proċedimenti ta’ infurzar għall-kredituri u l-konsumaturi u potenzjalment għall-istabbiltà finanzjarja, huwa neċessarju li l-kredituri jittrattaw b’mod proattiv ir-riskju ta’ kreditu emerġenti fi stadju bikri u li jistabbilixxu l-miżuri neċessarji biex jiġi żgurat li huma jeżerċitaw, fejn xieraq, tolleranza raġonevoli qabel ma jinbdew il-proċedimenti ta’ infurzar. Meta jiddeċiedi jekk ikunx xieraq li jeżerċita miżuri ta’ tolleranza, jew jekk ikunx ġustifikat li joffrihom b’mod ripetut, jenħtieġ li l-kreditur iqis, fost elementi oħra, iċ-ċirkostanzi individwali tal-konsumatur, bħall-interessi u d-drittijiet tal-konsumatur, il-kapaċità tiegħu li jħallas lura l-kreditu u l-ħtiġijiet raġonevoli tiegħu għall-ispejjeż tal-għajxien, u jenħtieġ li l-kreditur jillimita l-kostijiet għall-konsumatur f’każ ta’ inadempjenza. B’mod partikolari, meta l-konsumatur ma jweġibx għall-offerta tal-kreditur f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, jenħtieġ li l-kreditur ma jkolluxjkunx meħtieġ joffri miżuri ta’ tolleranza b’mod ripetut. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jipprevjenux lill-partijiet fi ftehim ta’ kreditu milli jaqblu b’mod espliċitu li t-trasferiment lill-kreditur ta’ oġġetti koperti bi ftehim ta’ kreditu konness jew bid-dħul mill-bejgħ ta’ tali oġġetti jkun biżżejjed biex jitħallas lura l-kreditu.

(80)

Meta l-miżuri ta’ tolleranza jitqiesu xierqa, jenħtieġ li dawn jinkludu modifika tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim ta’ kreditu inizjali u jistgħu jinkludu, fost oħrajn, rifinanzjament totali jew parzjali ta’ ftehim ta’ kreditu. Il-modifika ta’ dawk it-termini u l-kundizzjonijiet tista’ tinkludi, fost oħrajn: estensjoni tat-terminu tal-ftehim ta’ kreditu; bidliet fit-tip tal-ftehim ta’ kreditu; differiment tal-ħlas ta’ parti mill-pagamenti rateali jew tal-pagamenti rateali kollha għal perjodu; tnaqqis tar-rata tas-self; offerta ta’ moratorju fuq il-pagamenti; ħlasijiet lura parzjali; kambju tal-munita; u kanċellazzjoni parzjali u konsolidazzjoni tad-dejn. Meta l-miżuri ta’ tolleranza jitqiesu xierqa, jenħtieġ li l-kredituri ma jkunux meħtieġa jwettqu valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja meta jimmodifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim ta’ kreditu, sakemm l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur ma jiżdiedx b’mod sinifikanti meta jiġu mmodifikati dawk it-termini u l-kundizzjonijiet. Filwaqt li l-obbligu li jiġu eżerċitati miżuri ta’ tolleranza jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-proċeduri skont regoli nazzjonali dwar il-proċedimenti ta’ infurzar, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-miżuri ta’ tolleranza previsti f’din id-Direttiva jiġu applikati sew.

(81)

Il-konsumaturi li jiffaċċaw diffikultajiet biex jissodisfaw l-impenji finanzjarji tagħhom jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna speċjalizzata għall-immaniġġar tad-djun tagħhom. Id-diffikultajiet finanzjarji jkopru varjetà wiesgħa ta’ sitwazzjonijiet, pereżempju fost ħafna oħrajn, il-ħlas tard lura tad-dejn b’aktar minn 90 jum. L-objettiv tas-servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn huwa li jgħinu lill-konsumaturi jiffaċċaw diffikultajiet finanzjarji u jiggwidawhom biex iħallsu lura, kemm jista’ jkun, id-djun pendenti tagħhom, filwaqt li jżommu livell ta’ ħajja deċenti u jippreservaw id-dinjità tagħhom. Dik l-assistenza personalizzata u indipendenti tista’ tinkludi konsulenza legali, immaniġġar tal-flus u tad-dejn kif ukoll assistenza soċjali u psikoloġika. L-assistenza jenħtieġ li tiġi pprovduta minn operaturi professjonisti li mhumiex kredituri, intermedjarji tal-kreditu, fornituri ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ finanzjament kollettiv, xerrejja tal-kreditu jew servizzjanti tal-kreditu, u li huma indipendenti minnhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li s-servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn ipprovduti minn operaturi professjonali indipendenti jkunu disponibbli, direttament jew indirettament u b’imposti limitati biss, għall-konsumaturi. Jenħtieġ li fil-prinċipju dawk it-tariffi jkopru biss l-ispejjeż operattivi u ma jpoġġux piż bla bżonn fuq il-konsumaturi li jesperjenzaw jew li jistgħu jesperjenzaw diffikultajiet biex jissodisfaw l-impenji finanzjarji tagħhom. Fejn possibbli, il-konsumaturi li jiffaċċaw diffikultajiet biex iħallsu lura d-djun tagħhom jiġu riferuti għal servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn qabel ma jinbdew il-proċedimenti ta’ infurzar. Is-servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn jenħtieġ li jkunu faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi, filwaqt li jqisu pereżempju l-post ta’ residenza tal-konsumaturi kif ukoll il-lingwa tagħhom. L-Istati Membri jibqgħu liberi li jżommu jew jintroduċu rekwiżiti speċifiċi għal servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn. Il-kredituri għandhom rwol x’jaqdu fil-prevenzjoni tad-dejn eċċessiv permezz tal-identifikazzjoni bikrija u l-appoġġ tal-konsumaturi li jkunu qed jesperjenzaw diffikultajiet finanzjarji. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-kredituri jkollhom fis-seħħ proċessi u politiki għall-kxif ta’ tali konsumaturi biex ikunu żguri li jistgħu jirreferuhom b’mod effettiv għal servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn faċilment aċċessibbli.

(82)

Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-istabbiltà tas-suq, u sakemm ikun hemm aktar armonizzazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jkunu stabbiliti miżuri xierqa għar-regolamentazzjoni jew is-superviżjoni tal-kredituri.

(83)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu, inkluż l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu, ikunu soġġetti għal proċess ta’ ammissjoni adegwat inkluż proċess ta’ awtorizzazzjoni jew iż-żieda tal-istituzzjoni mhux tal-kreditu f’reġistru, u arranġamenti ta’ superviżjoni minn awtorità kompetenti. Jenħtieġ li r-rekwiżit ta’proċess ta’ ammissjoni adegwat u tar-reġistrazzjoni ma japplikax għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), li diġà huma soġġetti għal proċess ta’ awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2013/36/UE, u lanqas għall-istituzzjonijiet ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), għas-servizzi msemmija fl-Anness I, il-punt 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366, u lanqas għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt 1 tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), għall-għoti ta’ kreditu msemmi fl-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tad-Direttiva 2009/110/KE. Jenħtieġ li dan ikun mingħajr preġudizzju għall-proċessi ta’ ammissjoni u l-arranġamenti ta’ reġistrazzjoni jew superviżjoni nazzjonali imposti fuq l-istituzzjonijiet ta’ pagament u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għall-fini tal-għoti ta’ kreditu lill-konsumaturi u imposti fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-fini ta’ attivitajiet tal-intermedjarji tal-kreditu f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

(84)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti ta’ ammissjoni u reġistrazzjoni lill-fornituri ta’ oġġetti jew fornituri ta’ servizzi li jikkwalifikaw bħala intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (17) u li jaġixxu bħala intermedjarji tal-kreditu f’kapaċità anċillari jew li jagħtu kreditu fil-forma ta’ ħlas differit għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi offruti minnhom, mingħajr ebda parti terza li toffri kreditu, jekk il-kreditu jiġi pprovdut mingħajr imgħax u imposti, ħlief għal imposti limitati għal ħlasijiet tard f’konformità mad-dritt nazzjonali. Dik l-eżenzjoni possibbli jenħtieġ li ma tintużax minn impriżi kbar biex jiġu evitati r-rekwiżiti ta’ ammissjoni u reġistrazzjoni stabbiliti f’din id-Direttiva.

(85)

Din id-Direttiva tirregola biss ċerti obbligi tal-intermedjarji tal-kreditu fir-rigward tal-konsumaturi. Jenħtieġ għalhekk li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jżommu jew jintroduċu obbligi addizzjonali fuq l-intermedjarji tal-kreditu, inkluż il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom intermedjarju tal-kreditu jista’ jirċievi tariffi mingħand konsumatur li jkun talab is-servizz ta’ dak l-intermedjarju tal-kreditu.

(86)

Jenħtieġ li ċ-ċessjoni tad-drittijiet tal-kreditur skont ftehim ta’ kreditu ma jkollhiex l-effett li tpoġġi lill-konsumatur f’qagħda inqas favorevoli. Il-konsumatur jenħtieġ ukoll jiġi mgħarraf sew meta l-ftehim ta’ kreditu jiġi ċedut lil parti terza. Madankollu, fejn il-kreditur oriġinali, bi ftehim maċ-ċessjonarju, ikompli jipprovdi l-kreditu fir-rigward tal-konsumatur, il-konsumatur ma jkollux interess partikolari li jiġi mgħarraf biċ-ċessjoni. Għalhekk, rekwiżit fil-livell tal-Unjoni li l-konsumatur jiġi mgħarraf biċ-ċessjoni f’każijiet bħal dawn, ikun eċċessiv.

(87)

L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi li jżommu jew jintroduċu regoli nazzjonali li jipprevedu forom kollettivi ta’ komunikazzjoni meta dan ikun meħtieġ għal finijiet marbutin mal-effettività ta’ tranżazzjonijiet kumplessi bħat-titolizzazzjonijiet jew il-likwidazzjoni ta’ assi li jseħħu fil-likwidazzjoni amministrattiva obbligatorja tal-banek.

(88)

Il-konsumaturi jenħtieġ li jkollhom aċċess għal proċeduri effettivi, fil-pront u adegwati ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim biex jiġi solvut tilwim li jirriżulta mid-drittijiet u l-obbligi relatati ma’ ftehimiet ta’ kreditu, bl-użu ta’ entitajiet eżistenti fejn xieraq. Tali aċċess huwa diġà żgurat bid-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) f’dak li jirrigwarda t-tilwim kuntrattwali rilevanti. Madankollu, jenħtieġ li l-konsumaturi jkollhom ukoll aċċess għal proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim fil-każ ta’ tilwim prekuntrattwali dwar id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti b’din id-Direttiva, pereżempju, fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali, is-servizzi ta’ konsulenza u l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja kif ukoll fir-rigward tal-informazzjoni mogħtija mill-intermedjarji li jkunu remunerati mill-kredituri u għalhekk ma jkollhom l-ebda relazzjoni kuntrattwali diretta mal-konsumaturi. Tali proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim u l-entitajiet li joffruhom jenħtieġ li jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti bid-Direttiva 2013/11/UE.

(89)

L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtoritajiet kompetenti li jkollhom is-setgħa jiżguraw l-infurzar ta’ din id-Direttiva u jenħtieġ li jiżguraw li dawk l-awtoritajiet kompetenti jingħataw setgħat ta’ investigazzjoni u ta’ infurzar u riżorsi adegwati neċessarji għat-twettiq ta’ dmirijiethom. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu setgħat ta’ intervent fuq il-prodott lill-awtoritajiet nazzjonali fejn il-prodotti ta’ kreditu huma ta’ detriment għall-konsumaturi u hemm bżonn li jiġu rtirati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw data dwar ir-rati ta’ inadempjenza ta’ kull xahar assoċjati ma’ tipi differenti ta’ prodotti ta’ kreditu għall-konsumatur rilevanti għall-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri differenti jenħtieġ li jikkooperaw ma’ xulxin kull meta meħtieġ bil-għan li jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont din id-Direttiva.

(90)

L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Filwaqt li l-għażla tal-penali tibqa’ fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri, il-penali previsti jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u b’dawk il-miżuri u jenħtieġ li jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

(91)

Ir-regoli nazzjonali attwali dwar il-penali jvarjaw b’mod sinifikanti fl-Unjoni kollha. B’mod partikolari, mhux l-Istati Membri kollha jiżguraw li multi effettivi, proporzjonati u dissważivi jistgħu jiġu imposti fuq kummerċjanti li jkunu responsabbli għal każijiet ta’ ksur mifruxa jew każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni. F’ċerti każijiet, dawk il-kummerċjanti jistgħu jkunu wkoll grupp ta’ kumpaniji. Biex ikun żgurat li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fir-rigward tal-każijiet ta’ ksur mifruxa u tal-każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni li jkunu soġġetti għal miżuri kkoordinati ta’ investigazzjoni u ta’ infurzar f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), jenħtieġ li jiġu introdotti multi bħala element ta’ penali għal tali ksur.

(92)

Biex jissaħħu t-trasparenza u l-fiduċja tal-konsumaturi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jiddivulgaw lill-pubbliku kwalunkwe penali amministrattiva li tiġi imposta għal ksur tal-miżuri adottati skont din id-Direttiva, sakemm tali divulgazzjoni ma tippreġudikax serjament is-swieq finanzjarji jew tikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti.

(93)

Il-funzjonament effiċjenti ta’ din id-Direttiva jeħtieġ li jiġi rieżaminat, flimkien mal-progress fl-istabbiliment ta’ suq intern b’livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur għal ftehimiet ta’ kreditu. Kull erba’ snin, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva biex tivvaluta l-limitu massimu ta’ EUR 100 000 stabbilit f’din id-Direttiva u l-perċentwali użati għall-kalkolu tal-kumpens pagabbli fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat, kif ukoll valutazzjoni ta’ jekk il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jibqax adatt fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ kreditu li huma ggarantiti minn proprjetà immobbli mhux residenzjali. Dik l-evalwazzjoni jenħtieġ li tinkludi wkoll analiżi tal-evoluzzjoni tas-suq għall-krediti għall-konsumatur li jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika u valutazzjoni tal-ħtieġa għal aktar miżuri biex jittejjeb l-użu ta’ tali krediti, kif ukoll valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-penali imposti f’konformità ma’ din id-Direttiva u b’mod partikolari tal-effettività u l-effett deterrenti tagħhom. Meta tevalwa din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tanalizza x-xejriet ekonomiċi fl-Unjoni u s-sitwazzjoni fis-suq ikkonċernat, bħall-emerġenza ta’ forom ġodda ta’ servizzi finanzjarji, ix-xejriet diġitali, u l-volumi u x-xejriet tal-forniment transfruntier ta’ krediti. Jenħtieġ li tħares ukoll lejn l-effiċjenza ta’ din id-Direttiva, inkluż il-kostijiet u l-benefiċċji li tinvolvi għan-negozji u l-konsumaturi. Barra minn hekk, il-finanzjament kollettiv qed isir dejjem aktar forma ta’ finanzjament disponibbli għall-konsumaturi, tipikament għal spejjeż jew investimenti żgħar. Ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu servizzi ta’ finanzjament kollettiv, inkluż dawk li jiffaċilitaw l-għoti ta’ kreditu, li jiġu pprovduti lill-konsumaturi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-ħtieġa għal aktar miżuri biex tipproteġi lill-konsumaturi li jkunu qed jippruvaw jieħdu kreditu jew li jinvestu permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ finanzjament kollettiv.

(94)

Billi l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-istabbiliment ta’ regoli komuni għal ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-kreditu għall-konsumaturi, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri, meta jitqies l-iżvilupp tas-suq fid-dawl tad-diġitalizzazzjoni u l-għan li tiġi ffaċilitata l-forniment transfruntiera ta’ kreditu iżda pjuttost jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(95)

Sabiex jiġu emendati elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward ta’ suppożizzjonijiet addizzjonali għall-kalkoli tal-rata perċentwali annwali ta’ imposta. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (21). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(96)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (22), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jżidu man-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom, f’każijiet ġustifikati, dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawn id-dokumenti hija ġġustifikata.

(97)

Meta jitqies l-għadd ta’ emendi li jeħtieġ li jsiru fid-Direttiva 2008/48/KE minħabba l-evoluzzjoni fis-settur tal-kreditu għall-konsumatur u fl-interessi taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, dik id-Direttiva jenħtieġ li tiġi rrevokata u ssostitwita b’din id-Direttiva.

(98)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) u ta l-opinjoni tiegħu fis-26 ta’ Awwissu 2021 (24),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni għall-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika għall-ftehimiet ta’ kreditu.

2.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal dawn li ġejjin:

(a)

ftehimiet ta’ kreditu li jkunu garantiti b’ipoteka jew b’garanzija komparabbli oħra normalment użata fi Stat Membru fuq proprjetà immobbli jew bi dritt relatat ma’ proprjetà immobbli;

(b)

ftehimiet ta’ kreditu li l-fini tagħhom ikun l-akkwist jew iż-żamma tad-drittijiet ta’ proprjetà f’art jew f’kostruzzjoni eżistenti jew ipproġettata, inkluż bini li jintuża għall-kummerċ, in-negozju jew professjoni;

(c)

ftehimiet ta’ kreditu li jinvolvu ammont totali ta’ kreditu ta’ aktar minn EUR 100 000;

(d)

ftehimiet ta’ kreditu fejn il-kreditu jingħata minn impjegatur lill-impjegati tiegħu bħala attività sekondarja bla imgħax jew offruti b’rati perċentwali annwali ta’ imposta aktar baxxi minn dawk prevalenti fis-suq u li ma jkunux offruti lill-pubbliku ġenerali;

(e)

ftehimiet ta’ kreditu li jkunu konklużi ma’ ditti ta’ investiment kif definit fl-Artikolu 4(1), punt (1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) jew ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definit fl-Artikolu 4(1), punt (1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sabiex investitur ikun jista’ jwettaq tranżazzjoni relatata ma’ strument finanzjarju wieħed jew aktar minn dawk elenkati fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, fejn id-ditta ta’ investiment jew l-istituzzjoni ta’ kreditu li tagħti l-kreditu tkun involuta f’dik it-tranżazzjoni;

(f)

ftehimiet ta’ kreditu li jkunu r-riżultat ta’ ftehim milħuq fil-qorti jew quddiem awtorità statutorja oħra;

(g)

ftehimiet ta’ kiri jew ta’ lokazzjoni fejn m’hemm previst ebda obbligu jew opzjoni għax-xiri tal-oġġett tal-ftehim la fil-ftehim innifsu u lanqas fi kwalunkwe ftehim separat;

(h)

ħlasijiet differiti fejn:

(i)

fornitur ta’ oġġetti jew fornitur ta’ servizzi, mingħajr parti terzi li toffri kreditu, jagħti żmien lill-konsumatur biex iħallas għall-oġġetti jew is-servizzi pprovduti minn dak il-fornitur;

(ii)

il-prezz tax-xiri irid jitħallas mingħajr interessi u mingħajr ebda imposta oħra u b’ imposti limitati biss pagabbli mill-konsumatur għal ħlasijiet tard imposti skont id-dritt nazzjonali; u

(iii)

il-pagament irid isir kollu kemm hu fi żmien 50 jum mill-konsenja tal-oġġett jew tas-servizz.

Fil-każ ta’ ħlasijiet differiti offruti minn fornituri ta’ oġġetti jew fornituri ta’ servizzi li mhumiex intrapriżi mikro, żgħar jew ta’ daqs medju kif definit fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE fejn tali fornituri joffru servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni fis-sens tal-Artikolu 1(1), il-punt (b) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) li jikkonsistu fil-konklużjoni ta’ kuntratti mill-bogħod ma’ konsumaturi għall-bejgħ ta’ oġġetti jew il-provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 2, il-punt 7 tad-Direttiva 2011/83/UE, din l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tapplika biss meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

parti terza la tkun qed toffri u lanqas tixtri kreditu;

(ii)

il-ħlas għandu jsir kollu kemm hu fi żmien 14-il jum mill-kunsinna tal-prodotti jew l-provvista tas-servizzi; u

(iii)

il-prezz tax-xiri irid jitħallas mingħajr imgħax u mingħajr ebda imposta oħra u b’imposti limitati biss pagabbli mill-konsumatur għal ħlasijiet tard imposti f’konformità mad-dritt nazzjonali;

(i)

ftehimiet ta’ kreditu li jirrigwardaw il-ħlas differit, mingħajr imposti, ta’ dejn eżistenti;

(j)

ftehimiet ta’ kreditu fejn il-konsumatur ikun mitlub jiddepożita oġġett bħala garanzija fil-kustodja tal-kreditur u l-obbligu tal-konsumatur ikun strettament limitat għal dak l-oġġett iddepożitat;

(k)

ftehimiet ta’ kreditu li jirrigwardaw self mogħti lil pubbliku ristrett b’dispożizzjoni statutorja b’fini ta’ interess ġenerali u b’rati ta’ imgħax aktar baxxi minn dawk prevalenti fuq is-suq jew mingħajr imgħax jew b’termini oħrajn li jkunu aktar favorevoli għall-konsumatur minn dawk prevalenti fis-suq;

(l)

ftehimiet ta’ kreditu eżistenti fl-20 ta’ Novembru 2026; madankollu, l-Artikoli 23 u 24, l-Artikolu 25(1), it-tieni sentenza, l-Artikolu 25(2) u l-Artikoli 28 u 39 għandhom japplikaw għall-ftehimiet kollha ta’ kreditu bla skadenza fissa eżistenti fl-20 ta’ Novembru 2026.

3.   Minkejja l-paragrafu 2, il-punt (c), din id-Direttiva tapplika għal ftehimiet ta’ kreditu li jinvolvu ammont totali ta’ kreditu ta’ aktar minn EUR 100 000, li mhumiex garantiti la b’ipoteka, jew b’garanzija komparabbli oħra normalment użata fi Stat Membru fuq proprjetà immobbli u lanqas bi dritt relatat ma’ proprjetà immobbli, fejn l-għan ta’ dawk il-ftehimiet ta’ kreditu jkun ir-rinnovazzjoni ta’ proprjetà immobbli residenzjali.

4.   Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu fil-forma ta’ overrunning, għandhom japplikaw biss l-Artikoli li ġejjin:

(a)

l-Artikoli 1, 2, 3, 17, 19, 25, 31, 35, 36 u 39 sa 50; u

(b)

l-Artikolu 18 sakemm ma jiġix iddeterminat mod ieħor mill-Istati Membri.

5.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ftehimiet ta’ kreditu fil-forma ta’ karti ta’ debitu differit:

(a)

li huma pprovduti minn istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ pagament;

(b)

fejn, skont it-termini tagħhom il-kreditu għandu jitħallas lura fi żmien 40 jum; u

(c)

li huma mingħajr imgħax u b’imposti limitati biss għall-provvista tas-servizz ta’ ħlas.

6.   L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw li l-Artikoli 1, 2, 3, 7, 8, 11, 19 u 20, l-Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (h) u (l), l-Artikolu 21(3), l-Artikoli 23, 25 u 28 sa 50 biss japplikaw għal ftehimiet ta’ kreditu li jiġu konklużi minn organizzazzjoni li s-sħubija tagħha tkun ristretta għal persuni residenti jew impjegati f’post partikolari jew għal impjegati u impjegati rtirati ta’ impjegatur partikolari, jew għal persuni li jissodisfaw kwalifiki oħra stabbiliti skont id-dritt nazzjonali bħala l-bażi għall-eżistenza ta’ rabta komuni bejn il-membri u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

tkun stabbilita għall-benefiċċju reċiproku tal-membri tagħha;

(b)

ma tagħmilx profitti għal kwalunkwe persuna oħra jekk mhux membri tagħha;

(c)

tissodisfa għan soċjali meħtieġ mid-dritt nazzjonali;

(d)

tirċievi u tiġġestixxi t-tfaddil tal-membri tagħha biss u tipprovdi sorsi ta’ kreditu lilhom biss;

(e)

tipprovdi kreditu abbażi ta’ rata perċentwali annwali ta’ imposta li tkun aktar baxxa minn dik prevalenti fis-suq jew li jkun soġġett għal-limitu massimu stabbilit bid-dritt nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva l-ftehimiet ta’ kreditu konklużi minn organizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu meta l-valur totali tal-ftehimiet ta’ kreditu kollha eżistenti li tkun daħlet għalihom dik l-organizzazzjoni jkun insinifikanti meta mqabbel mal-valur totali tal-ftehimiet ta’ kreditu kollha eżistenti fl-Istat Membru li fih tkun ibbażata l-organizzazzjoni u l-valur totali tal-ftehimiet ta’ kreditu kollha eżistenti li jkunu daħlu għalihom l-organizzazzjonijiet kollha simili f’dak l-Istat Membru jkun inqas minn 1 % tal-valur totali tal-ftehimiet ta’ kreditu kollha eżistenti konklużi f’dak l-Istat Membru.

L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw kull sena jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ kwalunkwe eżenzjoni bħal dik imsemmija fit-tieni subparagrafu għadhomx issodisfati u għandhom jieħdu azzjoni biex jirtiraw l-eżenzjoni fejn huma jqisu li ma baqgħux issodisfati.

7.   L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw li l-Artikoli 1, 2, 3, 7, 8, 11, 19 u 20, l-Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (h), (l) u (r), l-Artikolu 21(3) u l-Artikoli 23, 25, 28 sa 38 u 40 sa 50 biss għandhom japplikaw għall-ftehimiet ta’ kreditu bejn il-kreditur u l-konsumatur fir-rigward ta’ ħlas differit jew tal-metodi ta’ ħlas lura, meta l-konsumatur ikun diġà inadempjenti jew aktarx ser isir inadempjenti fir-rigward tal-ftehim ta’ kreditu inizjali u fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

l-arranġament x’aktarx li jevita l-possibbiltà ta’ proċedimenti legali dwar l-inadempjenza tal-konsumatur;

(b)

jekk jaċċetta l-arranġament il-konsumatur ma jkunx soġġett għal termini inqas favorevoli minn dawk stabbiliti fil-ftehim ta’ kreditu inizjali.

8.   L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw li l-Artikoli 8(3), il-punti (d), (e) u (f), l-Artikolu 10(5), l-Artikolu 11(4) u l-Artikolu 21(3) ma japplikawx għall-ftehim ta’ kreditu wieħed jew aktar li ġejjin:

(a)

ftehimiet ta’ kreditu li jinvolvu ammont totali ta’ kreditu ta’ inqas minn EUR 200;

(b)

ftehimiet ta’ kreditu fejn il-kreditu jingħata mingħajr imgħax u mingħajr ebda imposta oħra;

(c)

ftehimiet ta’ kreditu li skont it-termini tagħhom il-kreditu jrid jitħallas lura fi żmien tliet xhur u huma pagabbli biss imposti insinifikanti.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“konsumatur” tfisser persuna fiżika li taġixxi għall-finijiet li huma ‘l barra min-negozju, mill-kummerċ jew mill-professjoni tagħha;

(2)

“kreditur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħti jew twiegħed li tagħti kreditu fl-eżerċizzju tal-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;

(3)

“ftehim ta’ kreditu” tfisser ftehim li bih kreditur jagħti jew iwiegħed li jagħti lil konsumatur kreditu fil-forma ta’ ħlas differit, self jew akkomodazzjoni finanzjarja simili oħra; ħlief għal ftehimiet għall-provvista fuq bażi kontinwa ta’ servizzi jew il-provvista ta’ oġġetti tal-istess xorta, fejn il-konsumatur iħallas għal tali servizzi jew oġġetti għat-tul ta’ żmien tal-provvista tagħhom permezz ta’ pagamenti rateali;

(4)

“servizz anċillari” tfisser servizz offrut lill-konsumatur flimkien mal-ftehim ta’ kreditu;

(5)

“kost totali tal-kreditu għall-konsumatur” tfisser il-kostijiet kollha, inkluż imgħax, kummissjonijiet, taxxi u kwalunkwe tip ta’ tariffa oħra li l-konsumatur għandu jħallas b’konnessjoni mal-ftehim ta’ kreditu u li huma magħrufin mal-kreditur, ħlief għal kostijiet notarili; il-kostijiet relatati ma’ servizzi anċillari fir-rigward tal-ftehim ta’ kreditu b’mod partikolari premiums tal-assigurazzjoni, huma wkoll inklużi fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur fejn, barra minn hekk, il-konklużjoni ta’ kuntratt fir-rigward ta’ tali servizzi anċillari huwa obbligatorju sabiex jinkiseb il-kreditu jew biex dan jinkiseb skont it-termini u l-kundizzjonijiet kummerċjalizzati;

(6)

“ammont totali pagabbli mill-konsumatur” tfisser is-somma tal-ammont totali ta’ kreditu u l-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur;

(7)

“rata perċentwali annwali ta’ imposta” jew “RPAI” tfisser il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur espressa bħala perċentwali annwali tal-ammont totali ta’ kreditu u kkalkulat kif imsemmi fl-Artikolu 30;

(8)

“rata tas-self” tfisser ir-rata tal-imgħax espressa bħala perċentwali fiss jew varjabbli applikata fuq bażi annwali għall-ammont ta’ ġbid ta’ kreditu;

(9)

“rata tas-self fissa” tfisser ir-rata tas-self li l-kreditur u l-konsumatur jaqblu dwarha fil-ftehim ta’ kreditu għat-tul kollu tal-ftehim ta’ kreditu, jew diversi rati tas-self li l-kreditur u l-konsumatur jaqblu dwarhom fil-ftehim ta’ kreditu għal perjodi parzjali li għalihom ir-rati tas-self huma determinati esklużivament minn perċentwal speċifiku fiss; jekk fil-ftehim ta’ kreditu ma jkunux determinati r-rati tas-self kollha, ir-rata tas-self għandha titqies bħala fissa biss għall-perjodi parzjali li għalihom ir-rati tas-self huma determinati esklużivament minn perċentwal speċifiku fiss miftiehma fil-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

(10)

“ammont totali ta’ kreditu” tfisser il-limitu massimu jew is-somom totali magħmula disponibbli skont ftehim ta’ kreditu;

(11)

“mezz durabbli”“ tfisser kull strument li jippermetti lill-konsumatur jaħżen informazzjoni indirizzata lilu personalment b’mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet ta’ informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;

(12)

“intermedjarju tal-kreditu” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx qed taġixxi bħala kreditur jew nutar u li ma tkunx sempliċiment qed tintroduċi, direttament jew indirettament, konsumatur lil kreditur, u li, fl-eżerċizzju tal-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni ta’ dik il-persuna, għal remunerazzjoni, li tista’ tkun f’forma pekunarja jew fi kwalunkwe forma ta’ kunsiderazzjoni finanzjarja oħra miftiehma:

(a)

tippreżenta jew toffri ftehimiet ta’ kreditu lil konsumaturi;

(b)

tassisti lill-konsumaturi billi tagħmel ħidma preparatorja jew amministrazzjoni prekuntrattwali oħra fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ kreditu minbarra kif imsemmi fil-punt (a); jew

(c)

tikkonkludi ftehim ta’ kreditu mal-konsumaturi f’isem il-kreditur;

(13)

“informazzjoni prekuntrattwali” tfisser l-informazzjoni li tingħata qabel li l-konsumatur ikun marbut bi ftehim ta’ kreditu jew, fejn applikabbli, bl-għoti ta’ offerta vinkolanti u li l-konsumatur jeħtieġ sabiex ikun jista’ jqabbel offerti ta’ kreditu differenti u jieħu deċiżjoni infurmata dwar jekk għandux jikkonkludi l-ftehim ta’ kreditu;

(14)

“tfassil ta’ profili” tfisser tfassil ta’ profili kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (4) tar-Regolament (UE) 2016/679;

(15)

“bejgħ abbinat” tfisser l-offerta jew il-bejgħ ta’ ftehim ta’ kreditu f’pakkett ma’ prodotti jew servizzi finanzjarji distinti oħra fejn il-ftehim ta’ kreditu ma jkunx disponibbli għall-konsumatur b’mod separat;

(16)

“prattika ta’ raggruppament” tfisser l-offerta jew il-bejgħ ta’ ftehim ta’ kreditu f’pakkett ma’ prodotti jew servizzi finanzjarji distinti oħra fejn il-ftehim ta’ kreditu huwa disponibbli wkoll għall-konsumatur b’mod separat iżda mhux neċessarjament bl-istess termini jew kundizzjonijiet bħal meta jiġu offruti abbinati flimkien ma’ dawk il-prodotti jew is-servizzi l-oħra;

(17)

“servizzi ta’ konsulenza” tfisser rakkomandazzjonijiet personali lil konsumatur rigward tranżazzjoni waħda jew aktar relatati ma’ ftehimiet ta’ kreditu u li jikkostitwixxu attività separata mill-għoti ta’ kreditu u mill-attivitajiet ta’ intermedjazzjoni ta’ kreditu kif stabbilit fil-punt (12);

(18)

“faċilità ta’ overdraft” tfisser ftehim ta’ kreditu espliċitu li permezz tiegħu kreditur jagħmel disponibbli għall-konsumatur fondi li jaqbżu l-bilanċ kurrenti fil-kont kurrenti tal-konsumatur;

(19)

“overrunning” tfisser overdraft aċċettat taċitament li permezz tiegħu kreditur jagħmel disponibbli għall-konsumatur fondi li jaqbżu l-bilanċ kurrenti fil-kont kurrenti tal-konsumatur jew fil-faċilità ta’ overdraft miftiehma;

(20)

“ftehim ta’ kreditu konness” tfisser ftehim ta’ kreditu fejn:

(a)

il-kreditu jew is-servizzi in kwistjoni jservu esklużivament biex jiffinanzja ftehim għall-provvista ta’oġġetti speċifiċi jew il-provvista ta’ servizz speċifiku; u

(b)

dawk iż-żewġ ftehimiet jiffurmaw, minn perspettiva oġġettiva, unità kummerċjali; unità kummerċjali għandha titqies li teżisti meta l-fornitur ta’ oġġetti jew il-fornitur ta’ servizz innifsu jiffinanzja l-kreditu lill-konsumatur jew, jekk ikun iffinanzjat minn parti terza, meta l-kreditur juża s-servizzi tal-fornitur ta’ oġġetti jew tal-fornitur ta’ servizz b’konnessjoni mal-kummerċjalizzazzjoni, il-konklużjoni jew it-tħejjija tal-ftehim ta’ kreditu, jew fejn l-oġġetti speċifiċi jew il-provvista ta’ servizz speċifiku huma espliċitament speċifikati fil-ftehim ta’ kreditu;

(21)

“ħlas lura antiċipat” tfisser il-ħelsien sħiħ jew parzjali mill-obbligi tal-konsumatur skont ftehim ta’ kreditu, qabel id-data miftiehma fil-ftehim ta’ kreditu;

(22)

“servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn” tfisser assistenza personalizzata ta’ natura teknika, legali jew psikoloġika pprovduta minn operaturi professjonali indipendenti li mhumiex, b’mod partikolari, kredituri jew intermedjarji tal-kreditu kif definiti f’din id-Direttiva, jew xerrejja tal-kreditu jew servizzjanti tal-kreditu kif definit fl-Artikolu 3, il-punti (6) u (8), tad-Direttiva (UE) 2021/2167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), favur il-konsumaturi li jesperjenzaw jew li jistgħu jesperjenzaw diffikultajiet biex jissodisfaw l-impenji finanzjarji tagħhom.

Artikolu 4

Konverżjoni ta’ ammonti espressi f’euro f’munita nazzjonali

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, dawk l-Istati Membri li jikkonvertu l-ammonti espressi f’euro fil-munita nazzjonali tagħhom għandhom inizjalment jużaw f’dik il-konverżjoni r-rata tal-kambju prevalenti fid-19 ta’ Novembru 2023.

2.   L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-ammonti li jirriżultaw mill-konverżjoni msemmija fil-paragrafu 1, dment li tali aġġustament ma jaqbiżx EUR 10.

Artikolu 5

Obbligu li tingħata informazzjoni mingħajr ħlas lill-konsumaturi

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, meta tingħata informazzjoni lill-konsumaturi f’konformità ma’ din d-Direttiva, tali informazzjoni tingħata mingħajr ħlas lill-konsumatur, irrispettivament mill-mezz li jintuża biex din tingħata.

Artikolu 6

Nondiskriminazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati biex jingħata kreditu ma jiddiskriminawx kontra konsumaturi legalment residenti fl-Unjoni abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post tar-residenza tagħhom jew għal kwalunkwe raġuni kif imsemmi fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, meta dawk il-konsumaturi jitolbu, jikkonkludu jew ikollhom ftehim ta’ kreditu fl-Unjoni.

L-ewwel paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu offruti kundizzjonijiet differenti ta’ aċċess għal kreditu fejn dawk il-kundizzjonijiet differenti huma debitament ġustifikati minn kriterji oġġettivi.

KAPITOLU II

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATAQABEL IL-KONKLUŻJONI TAL-FTEHIM TA’ KREDITU

Artikolu 7

Reklamar u kummerċjalizzazzjoni ta’ ftehimiet ta’ kreditu

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kwalunkwe komunikazzjoni ta’ reklamar u kummerċjalizzazzjoni rigward ftehimiet ta’ kreditu tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa. Il-kliem f’tali komunikazzjonijiet ta’ reklamar u kummerċjalizzazzjoni li jistgħu joħolqu aspettattivi foloz għal konsumaturi fir-rigward tad-disponibbiltà jew il-kost ta’ kreditu jew l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur għandhom jiġu pprojbiti.

Artikolu 8

Informazzjoni standard li għandha tiġi inkluża fir-reklamar ta’ ftehimiet ta’ kreditu

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-reklamar li jikkonċerna l-ftehimiet ta’ kreditu jinkludi twissija ċara u prominenti biex il-konsumaturi jsiru konxji li s-self jiswa l-flus, bl-użu tal-kliem “Twissija! Is-self tal-flus jiswa l-flus” jew formulazzjoni ekwivalenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-reklamar dwar ftehimiet ta’ kreditu li jindika rata tal-imgħax jew kwalunkwe ċifra relatata ma’ kwalunkwe kost tal-kreditu għall-konsumatur ikun jinkludi informazzjoni standard f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

L-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn id-dritt nazzjonali jirrikjedi l-indikazzjoni tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta fir-reklamar dwar ftehimiet ta’ kreditu li ma jindikax rata tal-imgħax jew ebda ċifra relatata ma’ kwalunkwe kost tal-kreditu għall-konsumatur fis-sens tal-ewwel subparagrafu.

3.   L-informazzjoni standard għandha tkun tista’ tinqara faċilment jew tinstema’ b’mod ċar, kif xieraq, u adattata għar-restrizzjonijiet tekniċi tal-mezz użat għar-reklamar u għandha tispeċifika b’mod ċar, konċiż u prominenti, l-elementi kollha li ġejjin:

(a)

ir-rata tas-self, fissa jew varjabbli jew it-tnejn li huma, flimkien mad-dettalji ta’ kwalunkwe imposta inkluża fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur;

(b)

l-ammont totali tal-kreditu;

(c)

ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta;

(d)

fejn applikabbli, it-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ kreditu;

(e)

fil-każ ta’ kreditu fil-forma ta’ ħlas differit għal oġġetti jew servizzi speċifiċi, il-prezz fi flus kontanti u l-ammont ta’ kwalunkwe ħlas bil-quddiem;

(f)

fejn applikabbli, l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur u l-ammont tal-pagamenti rateali.

F’każijiet speċifiċi u ġġustifikati fejn il-mezz użat biex tiġi kkomunikata l-informazzjoni standard imsemmija fl-ewwel subparagrafu ma jkunx jippermetti li l-informazzjoni tintwera b’mod viżiv, il-punti (e) u (f) ta’ dak is-subparagrafu ma għandhomx japplikaw.

4.   L-informazzjoni standard imsemmija fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, għandha tiġi speċifikata permezz ta’ eżempju rappreżentattiv.

5.   Meta l-konklużjoni ta’ kuntratt dwar servizz anċillari relatat mal-ftehim ta’ kreditu tkun obbligatorja biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu bit-termini u l-kundizzjonijiet kummerċjalizzati, u l-kost ta’ dak is-servizz ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat minn qabel, l-informazzjoni standard imsemmija fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, għandha tispeċifika b’mod ċar, konċiż u prominenti l-obbligu ta’ dħul f’dak il-kuntratt.

6.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE, f’każijiet speċifiċi u ġustifikati fejn il-mezz elettroniku użat biex tiġi kkomunikata l-informazzjoni standard imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ma jippermettix li dik l-informazzjoni tintwera viżwalment b’mod prominenti u ċar, il-konsumatur għandu jkun jista’ jaċċessa l-informazzjoni msemmija fil-punti (e) u (f) tal-ewwel subparagrafu ta’ dak il-paragrafu permezz ta’ kklikkjar, skrolljar jew swiping.

7.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu r-reklamar għal prodotti ta’ kreditu li:

(a)

iħeġġeġ lill-konsumaturi jfittxu kreditu billi jissuġġerixxu li l-kreditu jtejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dawk il-konsumaturi;

(b)

jispeċifika li l-ftehimiet ta’ kreditu pendenti jew il-kreditu reġistrat f’bażijiet ta’ data ftit li xejn għandhom influwenza fuq il-valutazzjoni ta’ applikazzjoni għal kreditu;

(c)

jissuġġerixxi b’mod falz li l-kreditu jwassal għal żieda fir-riżorsi finanzjarji, jikkostitwixxi sostitut għat-tfaddil jew jista’ jgħolli l-istandards tal-għajxien ta’ konsumatur.

8.   L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu, fost l-oħrajn, ir-reklamar għal prodotti ta’ kreditu li:

(a)

jenfasizza l-faċilità jew il-ħeffa li biha jista’ jinkiseb il-kreditu;

(b)

jiddikjara li roħs huwa kondizzjonali fuq it-teħid ta’ kreditu;

(c)

joffri “perjodi ta’ grazzja” ta’ aktar minn tliet xhur għall-ħlas lura tal-pagamenti rateali tal-kreditu.

Artikolu 9

Informazzjoni ġenerali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri jew, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu jagħmlu disponibbli lill-konsumaturi informazzjoni ġenerali ċara u li tinftiehem dwar il-ftehimiet ta’ kreditu f’kull ħin fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur.

Informazzjoni ġenerali dwar ftehimiet ta’ kreditu li ssir disponibbli mill-kredituri jew, fejn applikabbli, mill-intermedjarji tal-kreditu fil-bini tagħhom għandha tkun disponibbli għall-konsumaturi mill-inqas fuq karta.

2.   L-informazzjoni ġenerali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)

l-identità, l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-email tal-emittent tal-informazzjoni;

(b)

l-għanijiet li għalihom il-kreditu jista’ jintuża;

(c)

it-tul ta’ żmien possibbli tal-ftehim ta’ kreditu;

(d)

it-tipi ta’ rata tas-self disponibbli, b’indikazzjoni jekk tkunx fissa jew varjabbli jew it-tnejn, b’deskrizzjoni fil-qosor tal-karatteristiċi ta’ rata fissa u varjabbli, inkluż l-implikazzjonijiet relatati għall-konsumatur;

(e)

eżempju rappreżentattiv tal-ammont totali ta’ kreditu, il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur, l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur u r-rata perċentwali annwali ta’ imposta;

(f)

indikazzjoni ta’ kostijiet ulterjuri possibbli, mhux inklużi fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur, li għandhom jitħallsu b’konnessjoni ma’ ftehim ta’ kreditu;

(g)

il-firxa ta’ għażliet differenti disponibbli għar-rimborż tal-kreditu lill-kreditur, inkluż l-għadd, il-frekwenza u l-ammont tal-pagamenti rateali regolari;

(h)

deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet direttament marbuta mal-ħlas lura antiċipat;

(i)

deskrizzjoni tad-dritt ta’ rtirar;

(j)

indikazzjoni tas-servizzi anċillari li l-konsumatur huwa obbligat li jakkwista biex jikseb il-kreditu jew biex jiksbu bit-termini u l-kundizzjonijiet kummerċjalizzati, u, fejn applikabbli, kjarifika li s-servizzi anċillari jistgħu jinxtraw minn fornitur li ma jkunx il-kreditur; u

(k)

twissija ġenerali dwar il-konsegwenzi possibbli tan-nuqqas ta’ konformità mal-impenji marbutin mal-ftehim ta’ kreditu.

Artikolu 10

Informazzjoni prekuntrattwali

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jagħtu lill-konsumatur l-informazzjoni prekuntrattwali ċara u li tinftiehem meħtieġa biex iqabbel offerti differenti sabiex jieħu deċiżjoni infurmata dwar jekk jikkonkludix ftehim ta’ kreditu abbażi tat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kreditu offruti mill-kreditur u, fejn applikabbli, il-preferenzi espressi u l-informazzjoni mogħtija mill-konsumatur. Tali informazzjoni prekuntrattwali għandha tingħata lill-konsumatur fi żmien xieraq qabel ma l-konsumatur jintrabat bi kwalunkwe ftehim jew offerta ta’ kreditu, inkluż fejn jintużaw mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (e) tad-Direttiva 2002/65/KE.

Fil-każ li l-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tingħata inqas minn jum qabel ma l-konsumatur jkun marbut bil-ftehim jew l-offerta ta’ kreditu, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jibagħtu tfakkira lill-konsumatur dwar il-possibbiltà li jirtira mill-ftehim ta’ kreditu u dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita għall-irtirar, f’konformità mal-Artikolu 26. Dik it-tfakkira għandha tingħata lill-konsumatur, fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur u speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu, bejn jum u sebat ijiem wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu jew, fejn applikabbli, l-għoti tal-offerta vinkolanti ta’ kreditu mill-konsumatur.

2.   L-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur permezz tal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur stabbilita fl-Anness I. L-informazzjoni kollha mogħtija fil-formola għandha tkun prominenti bl-istess mod. Il-kreditur għandu jitqies li jkun issodisfa r-rekwiżiti tal-informazzjoni stipulati f’dan il-paragrafu u fl-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2002/65/KE jekk dak il-kreditur ikun ipprovda dik il-formola.

3.   L-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-elementi kollha li ġejjin b’mod prominenti fl-ewwel parti tal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur fuq paġna waħda:

(a)

l-identità tal-kreditur kif ukoll, fejn applikabbli, tal-intermedjarju tal-kreditu involut;

(b)

l-ammont totali tal-kreditu;

(c)

it-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ kreditu;

(d)

ir-rata tas-self, jew ir-rati tas-self kollha jekk japplikaw rati ta’ self differenti f’ċirkostanzi differenti;

(e)

ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur;

(f)

fil-każ ta’ kreditu fil-forma ta’ ħlas differit għal oġġetti jew servizzi speċifiċi u fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu konnessi, l-oġġetti jew is-servizzi speċifiċi u l-prezz tagħhom fi flus kontanti;

(g)

il-kostijiet f’każ ta’ ħlasijiet tard, jiġifieri r-rata tal-imgħax applikabbli fil-każ ta’ ħlasijiet tard u l-arranġamenti għall-aġġustament tagħha u, fejn applikabbli, kwalunkwe imposta pagabbli għall-inadempjenza;

(h)

l-ammont, l-għadd u l-frekwenza tal-ħlasijiet li jridu jsiru mill-konsumatur u, fejn xieraq, l-ordni li fiha l-ħlasijiet ikunu allokati għal bilanċi pendenti differenti b’rati tas-self differenti għall-finijiet tar-rimborż;

(i)

twissija dwar il-konsegwenzi meta ma jsirux ħlasijiet jew meta dawn isiru tard;

(j)

l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ dritt ta’ rtirar u, fejn applikabbli, il-perjodu ta’ rtirar;

(k)

l-eżistenza ta’ dritt ta’ ħlas lura antiċipat, u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar id-dritt tal-kreditur għal kumpens;

(l)

l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-email tal-kreditur kif ukoll, fejn applikabbli, l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-email tal-intermedjarju tal-kreditu involut.

4.   F’każ li l-elementi kollha msemmija fil-paragrafu 3 ma jkunux jistgħu jintwerew b’mod prominenti fuq paġna waħda, dawn għandhom jintwerew fl-ewwel parti tal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur fuq mhux aktar minn żewġ paġni. F’dak il-każ, l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (g) ta’ dak il-paragrafu għandha tintwera fuq l-ewwel paġna tal-formola.

5.   L-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-elementi kollha li ġejjin, li għandhom jintwerew wara u jiġu separati b’mod evidenti mill-elementi elenkati fil-paragrafu 3:

(a)

it-tip ta’ kreditu;

(b)

il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid tal-kreditu;

(c)

fejn japplikaw rati tas-self differenti f’ċirkostanzi differenti, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ kull rata tas-self u, fejn ikun disponibbli, kwalunkwe indiċi jew rata ta’ referenza applikabbli għal kull rata inizjali tas-self, kif ukoll il-perjodi, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-bidliet ta’ kull rata tas-self;

(d)

meta ftehim ta’ kreditu jipprovdi modi differenti ta’ ġbid ta’ kreditu b’imposti jew rati tas-self differenti u l-kreditur juża s-suppożizzjoni stabbilita fl-Anness III, il-Parti II, il-punt (b), indikazzjoni li mekkaniżmi oħrajn ta’ ġbid ta’ kreditu għat-tip rilevanti ta’ ftehim ta’ kreditu jistgħu jirriżultaw f’rati perċentwali annwali ogħla ta’ imposta;

(e)

fejn applikabbli, l-imposti għaż-żamma ta’ kont wieħed jew ta’ diversi kontijiet obbligatorji biex jiġu rreġistrati kemm it-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll il-ġbid ta’ kreditu, l-imposti għall-użu ta’ mezz ta’ ħlas kemm għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll għall-ġbid ta’ kreditu, kwalunkwe imposta oħra li tirriżulta mill-ftehim ta’ kreditu, u l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom kwalunkwe imposta tista’ tiġi mibdula;

(f)

eżempju rappreżentattiv li juri r-rata perċentwali annwali ta’ imposta u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, li lkoll jirreferu għas-suppożizzjonijiet kollha użati għall-kalkolu ta’ dik ir-rata; meta l-konsumatur ikun informa lill-kreditur b’komponent wieħed jew aktar tal-kreditu preferut tiegħu, bħat-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ kreditu u l-ammont totali ta’ kreditu, il-kreditur għandu jqis dawk il-komponenti;

(g)

fejn applikabbli, kwalunkwe kost pagabbli mill-konsumatur lil nutar mal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

(h)

l-obbligu, jekk ikun hemm, li wieħed jidħol f’kuntratt għal servizz anċillari relatat mal-ftehim ta’ kreditu, meta il-konklużjoni ta’ tali kuntratt tkun obbligatorja biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu bit-termini u l-kundizzjonijiet kummerċjalizzati;

(i)

fejn applikabbli, il-garanziji meħtieġa;

(j)

fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-mod li bih il-kumpens tal-kreditur ser jiġi determinat fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat;

(k)

id-dritt tal-konsumatur li jiġi infurmat immedjatament u mingħajr ħlas, skont l-Artikolu 19(6), bir-riżultat ta’ konsultazzjoni ta’ bażi tad-data li ssir biex tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tiegħu;

(l)

id-dritt tal-konsumatur, kif stabbilit fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, li għandu jingħata, fuq talba fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor u mingħajr ħlas, flimkien ma’ kopja tal-abbozz tal-ftehim ta’ kreditu, dment li l-kreditur, meta ssir it-talba, ikun lest li jipproċedi għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

(m)

fejn applikabbli, indikazzjoni li l-prezz ġie personalizzat abbażi ta’ pproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili;

(n)

fejn applikabbli, il-perjodu ta’ żmien li matulu l-kreditur ikun marbut bl-informazzjoni prekuntrattwali mogħtija f’konformità ma’ dan l-Artikolu;

(o)

il-possibilità għall-konsumatur li juża mekkaniżmu barra mill-qorti ta’ lment u ta’ rimedju u l-metodi biex ikollu aċċess għalih;

(p)

twissija u spjegazzjoni dwar il-konsegwenzi legali u finanzjarji tan-nonkonformità mal-impenji l-oħra marbuta mal-ftehim ta’ kreditu speċifiku;

(q)

skeda ta’ ħlas lura li fiha l-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura kollha matul id-durata tal-ftehim ta’ kreditu, inkluż dawk il-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura għal kwalunkwe servizz anċillari relatat mal-ftehim ta’ kreditu li jinbiegħ simultanjament, fejn il-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura, f’każ li japplikaw rati tas-self differenti f’ċirkostanzi differenti, huma bbażati fuq bidliet raġonevoli ‘l fuq fir-rata tas-self.

Meta l-ftehim ta’ kreditu jagħmel referenza għal parametru referenzjarju kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), l-isem ta’ dak il-parametru referenzjarju u tal-amministratur tiegħu u l-implikazzjonijiet potenzjali ta’ dak il-parametru referenzjarju għall-konsumatur għandhom jiġu speċifikati f’dokument separat li jista’ jiġi anness mal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur.

6.   L-informazzjoni murija fil-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur għandha tkun konsistenti. Din għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u għandhom jitqiesu r-restrizzjonijiet tekniċi tal-mezz li fuqu tintwera. L-informazzjoni għandha tintwera b’mod adegwat u xieraq fuq il-mezzi differenti, filwaqt li titqies l-interoperabbiltà.

Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-kreditur jista’ jagħti lill-konsumatur għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u tingħata f’dokument separat, li jista’ jiġi anness mal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur.

7.   B’deroga mill-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, fil-każ ta’ komunikazzjonijiet ta’ telefonija bil-vuċi, kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2002/65/KE, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizz finanzjarju li għandha tingħata skont l-Artikolu 3(3), il-punt (b), it-tieni inċiż ta’ dik id-Direttiva għandha tinkludi tal-inqas l-elementi msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. F’każ bħal dan, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom jagħtu lill-konsumatur il-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur fuq mezz durabbli immedjatament wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu.

8.   Fuq talba tal-konsumatur, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom, minbarra l-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur, jagħtu lill-konsumatur kopja tal-abbozz tal-ftehim ta’ kreditu mingħajr ħlas fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor, dment li l-kreditur, fiż-żmien tat-talba, ikun lest jipproċedi għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu mal-konsumatur.

9.   Fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu li permezz tagħhom il-ħlasijiet magħmula mill-konsumatur ma jwasslux għal amortizzament korrispondenti immedjat tal-ammont totali ta’ kreditu, iżda jintużaw biex jikkostitwixxu kapital matul perjodi u b’kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta’ kreditu, jew fi ftehim anċillari, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom jinkludu fl-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fil-paragrafu 1 dikjarazzjoni ċara u konċiża li tali ftehimiet ta’ kreditu ma jipprevedux garanzija ta’ ħlas lura tal-ammont totali ta’ kreditu miġbud skont il-ftehim ta’ kreditu, sakemm garanzija bħal din ma tingħatax espressament.

10.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-fornituri ta’ oġġetti jew fornituri ta’ servizzi li jkunu qed jaġixxu bħala intermedjarji tal-kreditu f’kapaċità anċillari. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-kreditur, jew fejn applikabbli, l-obbligu tal-intermedjarju tal-kreditu li jiżgura li l-konsumatur jirċievi l-informazzjoni prekuntrattwali msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 11

Informazzjoni prekuntrattwali fir-rigward tal-ftehimiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 2(6) jew (7)

1.   Għall-ftehimiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 2(6) jew (7), l-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fl-Artikolu 10(1) għandha, b’deroga mill-Artikolu 10(2), tingħata fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur permezz tal-formola tal-Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur stabbilita fl-Anness II. Dik l-informazzjoni għandha tkun ċara u tinftiehem sew. L-informazzjoni kollha mogħtija f’dik il-formola għandha tkun prominenti b’mod indaqs. Il-kreditur għandu jitqies li jkun issodisfa r-rekwiżiti tal-informazzjoni stabbiliti f’dan il-paragrafu u fl-Artikolu 3(1) u (2), tad-Direttiva 2002/65/KE jekk dak il-kreditur ikun ipprovda dik il-formola.

2.   Għall-ftehimiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 2(6) jew (7), l-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fl-Artikolu 10(1) għandha, b’deroga mill-Artikolu 10(3), tispeċifika l-elementi kollha li ġejjin, b’mod prominenti fuq paġna waħda fl-ewwel parti tal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur:

(a)

l-identità tal-kreditur kif ukoll, fejn applikabbli, tal-intermedjarju tal-kreditu involut;

(b)

l-ammont totali tal-kreditu;

(c)

it-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ kreditu;

(d)

ir-rata tas-self, jew ir-rati tas-self kollha jekk japplikaw rati ta’ self differenti f’ċirkostanzi differenti;

(e)

ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur;

(f)

fil-każ ta’ kreditu fil-forma ta’ ħlas differit għal oġġetti jew servizzi speċifiċi u fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu konnessi, l-oġġetti jew is-servizzi speċifiċi u l-prezz tagħhom fi flus kontanti;

(g)

il-kostijiet f’każ ta’ ħlasijiet tard, jiġifieri r-rata tal-imgħax applikabbli fil-każ ta’ ħlasijiet tard u l-arranġamenti għall-aġġustament tagħha, u, fejn applikabbli, kwalunkwe imposta pagabbli għal inadempjenza;

(h)

l-ammont, l-għadd u l-frekwenza tal-ħlasijiet li jridu jsiru mill-konsumatur u, fejn xieraq, l-ordni li fiha l-ħlasijiet ikunu allokati għal bilanċi pendenti differenti b’rati tas-self differenti għall-finijiet tar-rimborż;

(i)

twissija dwar il-konsegwenzi meta ma jsirux ħlasijiet jew meta dawn isiru tard;

(j)

l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ dritt ta’ rtirar;

(k)

l-eżistenza ta’ dritt ta’ ħlas lura antiċipat, u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar id-dritt tal-kreditur għal kumpens;

(l)

l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-email tal-kreditur kif ukoll, fejn applikabbli, l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-email tal-intermedjarju tal-kreditu involut.

3.   F’każ li l-elementi kollha msemmija fil-paragrafu 2 ma jkunux jistgħu jintwerew b’mod prominenti fuq paġna waħda, dawn għandhom jintwerew fl-ewwel parti tal-formola tal-Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur fuq mhux aktar minn żewġ paġni. F’dak il-każ, l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (g) ta’ dak il-paragrafu għandha tintwera fuq l-ewwel paġna tal-formola.

4.   L-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-elementi kollha li ġejjin, li għandhom jintwerew wara u jiġu separati b’mod evidenti mill-elementi elenkati fil-paragrafu 2:

(a)

it-tip ta’ kreditu;

(b)

fejn japplikaw rati ta’ self differenti f’ċirkostanzi differenti, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ kull rata tas-self, kwalunkwe indiċi jew rata ta’ referenza applikabbli għar-rata tas-self inizjali, l-imposti applikabbli miż-żmien li fih jiġi konkluż il-ftehim ta’ kreditu, u, fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom dawk l-imposti jistgħu jinbidlu;

(c)

eżempju rappreżentattiv li juri r-rata perċentwali annwali ta’ imposta u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, li lkoll jirreferu għas-suppożizzjonijiet kollha użati għall-kalkolu ta’ dik ir-rata;

(d)

il-kundizzjonijiet u l-proċedura għat-terminazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

(e)

fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-mod li bih il-kumpens tal-kreditur ser jiġi determinat fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat;

(f)

fejn applikabbli, indikazzjoni li l-konsumatur jista’ jintalab iħallas lura l-ammont totali tal-kreditu fi kwalunkwe ħin;

(g)

referenza għad-dritt tal-konsumatur li jiġi infurmat immedjatament u mingħajr ħlas, skont l-Artikolu 19(6), bir-riżultat ta’ konsultazzjoni ta’ bażi tad-data li ssir biex tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tiegħu;

(h)

fejn applikabbli, indikazzjoni li l-prezz ġie personalizzat abbażi ta’ pproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili;

(i)

fejn applikabbli, il-perjodu ta’ żmien li matulu l-kreditur ikun marbut bl-informazzjoni prekuntrattwali mogħtija f’konformità ma’ dan l-Artikolu;

(j)

referenza għall-possibilità li l-konsumatur juża mekkaniżmu ta’ lment u ta’ rimedju barra mill-qorti u l-metodi biex ikollu aċċess għalih;

(k)

twissija u spjegazzjoni dwar il-konsegwenzi legali u finanzjarji tan-nonkonformità mal-impenji l-oħra marbuta mal-ftehim ta’ kreditu speċifiku;

(l)

skeda ta’ ħlas lura li fiha l-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura kollha matul id-durata tal-ftehim ta’ kreditu, inkluż dawk il-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura għal kwalunkwe servizz anċillari relatat mal-ftehim ta’ kreditu li jinbiegħ simultanjament, fejn il-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura, f’każ li japplikaw rati tas-self differenti f’ċirkostanzi differenti, huma bbażati fuq bidliet raġonevoli ‘l fuq fir-rata tas-self.

5.   L-informazzjoni murija fil-formola tal-Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur għandha tkun konsistenti. Din għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u għandhom jitqiesu r-restrizzjonijiet tekniċi tal-mezz li fuqu tintwera. L-informazzjoni għandha tintwera b’mod adegwat u xieraq fuq il-kanali differenti, filwaqt li titqies l-interoperabbiltà.

6.   B’deroga mill-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, fil-każ ta’ komunikazzjonijiet ta’ telefonija bil-vuċi, kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2002/65/KE, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizz finanzjarju li għandha tingħata skont l-Artikolu 3(3), il-punt (b), it-tieni inċiż ta’ dik id-Direttiva għandha tinkludi tal-inqas l-elementi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. F’każ bħal dan, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom jagħtu lill-konsumatur il-formola tal-Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur fuq mezz durabbli immedjatament wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu.

7.   Fuq talba tal-konsumatur, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom, minbarra l-formola tal-Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur, jagħtu lill-konsumatur kopja tal-abbozz tal-ftehim ta’ kreditu mingħajr ħlas, dment li l-kreditur, fiż-żmien tat-talba, ikun lest jipproċedi għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu mal-konsumatur.

8.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-fornituri ta’ oġġetti jew fornituri ta’ servizzi li jkunu qed jaġixxu bħala intermedjarji tal-kreditu f’kapaċità anċillari. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-kreditur, jew fejn applikabbli, tal-intermedjarju tal-kreditu li jiżgura li l-konsumatur jirċievi l-informazzjoni prekuntrattwali msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 12

Spjegazzjonijiet adegwati

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu jkunu meħtieġa jagħtu spjegazzjonijiet adegwati lill-konsumatur dwar il-ftehimiet ta’ kreditu proposti u kwalunkwe servizz anċillari li jippermettu lill-konsumatur jivvaluta jekk il-ftehimiet ta’ kreditu u s-servizzi anċillari proposti jkunux adattati għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur. Dawn l-ispjegazzjonijiet għandhom jingħataw mingħajr ħlas u qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu. L-ispjegazzjonijiet għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 10, 11 u 38;

(b)

il-karatteristiċi essenzjali tal-ftehim ta’ kreditu jew tas-servizzi anċillari proposti;

(c)

l-effetti speċifiċi li l-ftehim ta’ kreditu jew is-servizzi anċillari proposti jista’ jkollhom fuq il-konsumatur, inkluż il-konsegwenzi ta’ inadempjenza fil-ħlas jew ta’ ħlas tard mill-konsumatur;

(d)

meta s-servizzi anċillari jkunu raggruppati ma’ ftehim ta’ kreditu, jekk kull komponent tal-grupp jistax jiġi tterminat separatament u l-implikazzjonijiet ta’ tali terminazzjoni għall-konsumatur.

2.   L-Istati Membri jistgħu, f’każijiet ġustifikati, jadattaw ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-mod li bih għandhom jingħataw l-ispjegazzjonijiet u l-punt sa fejn għandhom jingħataw għal dawn li ġejjin:

(a)

iċ-ċirkostanzi tas-sitwazzjoni li fiha jiġi offrut il-kreditu;

(b)

il-persuna li lilha jiġi offrut il-kreditu;

(c)

it-tip ta’ kreditu offrut.

Artikolu 13

Offerti personalizzati abbażi ta’ pproċessar awtomatizzat

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jinfurmaw lill-konsumaturi b’mod ċar u li jinftiehem meta jiġu ppreżentati b’offerta personalizzata li tkun ibbażata fuq ipproċessar awtomatizzat ta’ data personali.

KAPITOLU III

BEJGĦ ABBINAT U PRATTIKI TA’ RAGGRUPPAMENT, QBIL INFERIT, SERVIZZI TA’ KONSULENZA U GĦOTI TA’ KREDITU MHUX MITLUB

Artikolu 14

Bejgħ abbinat u prattiki ta’ raggruppament

1.   L-Istati Membri għandhom jippermettu prattiki ta’ raggruppament iżda għandhom jipprojbixxu l-bejgħ abbinat.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-kredituri jitolbu lill-konsumatur jiftaħ jew iżomm kont ta’ ħlas jew ta’ tfaddil, li l-uniku għan ta’ tali kont ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

li jiġi akkumulat il-kapital biex jitħallas lura l-kreditu;

(b)

li jiġi pprovdut il-kreditu;

(c)

li jinġabru flimkien ir-riżorsi biex jinkiseb il-kreditu;

(d)

li jipprovdi garanzija addizzjonali għall-kreditur f’każ ta’ inadempjenza.

3.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-kredituri jirrikjedu li l-konsumatur ikollu polza tal-assigurazzjoni rilevanti relatata mal-ftehim ta’ kreditu, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ta’ proporzjonalità. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur ikun meħtieġ jaċċetta l-polza ta’ assigurazzjoni minn fornitur differenti mill-fornitur preferut tiegħu jew tagħha meta tali polza jkollha livell ta’ garanzija ekwivalenti għal dik li jkun ippropona l-kreditur, mingħajr ma jibdel il-kundizzjonijiet tal- kreditu offrut lill-konsumatur.

4.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-data personali li tikkonċerna d-dijanjożi tal-konsumaturi ta’ mard onkoloġiku ma tintużax għall-fini ta’ polza tal-assigurazzjoni relatata ma’ ftehim ta’ kreditu wara perjodu ta’ żmien determinat mill-Istati Membri, li ma jaqbiżx il-15-il sena wara t-tmiem tat-trattament mediku tal-konsumaturi.

5.   Sabiex il-konsumaturi jkollhom żmien addizzjonali biex iqabblu l-offerti tal-assigurazzjoni relatati ma’ ftehimiet ta’ kreditu qabel ma jixtru polza tal-assigurazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-konsumaturi jingħataw mill-inqas tlett ijiem biex iqabblu l-offerti tal-assigurazzjoni relatati ma’ ftehimiet ta’ kreditu mingħajr ma jinbidlu tali offerti, u l-konsumaturi għandhom jiġu infurmati b’dan. Il-konsumaturi jistgħu jikkonkludu polza tal-assigurazzjoni qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ tlett ijiem jekk jitolbu dan b’mod espliċitu.

Artikolu 15

Qbil inferit għall-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratt ta’ kreditu jew ix-xiri ta’ servizzi anċillari

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu ma jinferux il-qbil tal-konsumatur mal-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratt ta’ kreditu jew max-xiri ta’ servizzi anċillari ppreżentati permezz ta’ għażliet prestabbiliti. L-għażliet prestabbiliti jinkludu kaxxi mmarkati minn qabel.

2.   Il-qbil tal-konsumatur mal-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratt ta’ kreditu jew max-xiri ta’ servizzi anċillari ppreżentati permezz ta’ kaxxi għandu jingħata permezz ta’ att affermattiv mhux ambigwu u ċar li jistabbilixxi indikazzjoni mogħtija liberament, speċifika, infurmata u mhux ambigwa tal-qbil tal-konsumatur mal-kontenut u s-sustanza assoċjati mal-kaxxi.

Artikolu 16

Servizzi ta’ konsulenza

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur u fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jinfurmaw b’mod espliċitu lill-konsumatur, fil-kuntest ta’ tranżazzjoni partikolari, jekk ikunux qed jingħataw jew jistgħux jingħataw servizzi ta’ konsulenza lill-konsumatur.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li qabel l-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza jew il-konklużjoni ta’ kuntratt għall-provvista ta’ tali servizzi, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu, jagħtu lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur:

(a)

indikazzjoni ta’ jekk ir-rakkomandazzjoni hijiex ser tkun ibbażata biss fuq il-firxa ta’ prodotti tagħhom stess jew fuq firxa wiesgħa ta’ prodotti mis-suq kollu f’konformità mal-paragrafu 3, il-punt (c);

(b)

fejn applikabbli, indikazzjoni tat-tariffa pagabbli mill-konsumatur għas-servizzi ta’ konsulenza jew tal-metodu użat għall-kalkolu tagħha, meta l-ammont ta’ tali tariffa ma jkunx jista’ jiġi stabbilit fil-mument li tingħata l-informazzjoni.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ tingħata lill-konsumatur fil-forma ta’ informazzjoni prekuntrattwali addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 10(6), it-tieni subparagrafu.

3.   Meta jiġu pprovduti servizzi ta’ konsulenza lill-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu:

(a)

jiksbu l-informazzjoni neċessarja dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur, il-preferenzi u l-objettivi relatati mal-ftehim ta’ kreditu, sabiex il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu jirrakkomandaw ftehimiet ta’ kreditu li huma adatti għall-konsumatur;

(b)

jivvalutaw is-sitwazzjoni finanzjarja u l-ħtiġijiet tal-konsumatur abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a), li għandha tkun aġġornata fiż-żmien tal-valutazzjoni, filwaqt li jqisu suppożizzjonijiet raġonevoli dwar ir-riskji għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur matul it-terminu tal-ftehim ta’ kreditu rakkomandat;

(c)

jikkunsidraw għadd kbir biżżejjed ta’ ftehimiet ta’ kreditu fil-firxa tal-prodotti tagħhom u fuq dik il-bażi jirrakkomandaw ftehim ta’ kreditu wieħed jew aktar minn fost dik il-firxa ta’ prodotti li jkunu adattati għall-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkostanzi personali tal-konsumatur;

(d)

jaġixxu fl-aħjar interessi tal-konsumatur; u

(e)

jagħtu lill-konsumatur rekord tar-rakkomandazzjoni pprovduta, fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur u speċifikat fil-kuntratt għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza.

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-użu tat-termini “konsulenza” u “konsulent” jew termini simili meta s-servizzi ta’ konsulenza jiġu kkummerċjalizzati u pprovduti lill-konsumaturi minn kredituri jew fejn applikabbli, minn intermedjarji tal-kreditu.

Fejn l-Istati Membri ma jipprojbixxux l-użu tat-termini “konsulenza” u “konsulent” jew termini simili, huma għandhom jimponu l-kundizzjonijiet li ġejjin fuq l-użu tat-terminu “konsulenza indipendenti” jew “konsulent indipendenti” minn kredituri u intermedjarji tal-kreditu li jagħtu servizzi ta’ konsulenza:

(a)

il-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu għandhom iqisu għadd kbir biżżejjed ta’ ftehimiet ta’ kreditu disponibbli fis-suq; u

(b)

l-intermedjarji tal-kreditu ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi ta’ konsulenza minn kreditur wieħed jew aktar.

Il-punt (b) tat-tieni subparagrafu għandu japplika biss meta l-għadd ta’ kredituri meqjusa jkun inqas minn maġġoranza tas-suq.

L-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti aktar stretti għall-użu tat-termini “konsulenza indipendenti” jew “konsulent indipendenti” mill-kredituri u, fejn applikabbli, mill-intermedjarji tal-kreditu.

5.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu jwissu lil konsumatur meta ftehim ta’ kreditu jista’ jwassal għal riskju speċifiku għall-konsumatur meta titqies is-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi ta’ konsulenza jistgħu jiġu pprovduti biss mill-kredituri u, fejn applikabbli, mill-intermedjarji tal-kreditu.

L-Istati Membri jistgħu, b’deroga mill-ewwel subparagrafu, jippermettu lil persuni oħra għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-servizzi ta’ konsulenza jiġu pprovduti b’mod inċidentali waqt attività professjonali li tkun irregolata minn dispożizzjonijiet legali jew regolatorji jew minn kodiċi ta’ etika li ma jeskludix il-provvista ta’ dawk is-servizzi;

(b)

is-servizzi ta’ konsulenza jiġu pprovduti fil-kuntest tal-immaniġġar tad-dejn eżistenti mill-prattikanti tal-insolvenza u fejn dik l-attività ta’ mmaniġġar tkun regolata minn dispożizzjonijiet legali jew regolatorji;

(c)

is-servizzi ta’ konsulenza jiġu pprovduti fil-kuntest tal-immaniġġar tad-dejn eżistenti minn fornituri tas-servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn pubbliċi jew volontarji kif imsemmi fl-Artikolu 36 li ma joperawx fuq bażi kummerċjali;

(d)

is-servizzi ta’ konsulenza jiġu pprovduti minn persuni li jkunu awtorizzati u ssorveljati minn awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 17

Projbizzjoni fuq għoti ta’ kreditu mhux mitluba

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu kwalunkwe għoti ta’ kreditu lill-konsumaturi mingħajr it-talba minn qabel tagħhom u l-qbil espliċitu tagħhom.

KAPITOLU IV

VALUTAZZJONI TAL-AFFIDABBILTÀ KREDITIZJA U AĊĊESS GĦAL BAŻI TA’ DATA

Artikolu 18

Obbligu li tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, qabel il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu, il-kreditur iwettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur. Dik il-valutazzjoni għandha ssir fl-interess tal-konsumatur, biex jiġu evitati prattiki ta’ self irresponsabbli u dejn eċċessiv, u għandha tqis kif xieraq il-fatturi rilevanti għall-verifika tal-prospett li l-konsumatur jissodisfa l-obbligi tiegħu skont il-ftehim ta’ kreditu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu jippreżentaw b’mod preċiż l-informazzjoni neċessarja miksuba mill-konsumatur lill-kreditur rilevanti f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 sabiex il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tkun tista’ titwettaq.

3.   Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja għandha titwettaq abbażi ta’ informazzjoni rilevanti u preċiża dwar l-introjtu u l-ispejjeż tal-konsumatur u ċirkostanzi finanzjarji u ekonomiċi oħra li hija meħtieġa u proporzjonata għan-natura, id-durata, il-valur u r-riskji tal-kreditu għall-konsumatur. Dik l-informazzjoni tista’ tinkludi evidenza ta’ dħul jew sorsi oħra ta’ ħlas lura, informazzjoni dwar assi u obbligi finanzjarji, jew informazzjoni dwar impenji finanzjarji oħra. Dik l-informazzjoni ma għandhiex tinkludi kategoriji speċjali ta’ data msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679. L-informazzjoni għandha tinkiseb minn sorsi interni jew esterni rilevanti, inkluż il-konsumatur u, fejn meħtieġ, abbażi ta’ konsultazzjoni ta’ bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 19 ta’ din id-Direttiva. In-networks soċjali ma għandhomx jitqiesu bħala sors estern għall-fini ta’ din id-Direttiva.

L-informazzjoni miksuba f’konformità ma’ dan il-paragrafu għandha tiġi vverifikata kif xieraq, fejn meħtieġ permezz ta’ referenza għal dokumentazzjoni verifikabbli b’mod indipendenti.

4.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jistabbilixxi proċeduri għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u li jiddokumenta u jżomm tali proċeduri.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu wkoll li l-kreditur jiddokumenta u jżomm l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

5.   Jekk l-applikazzjoni ta’ kreditu tiġi ppreżentata b’mod konġunt minn aktar minn konsumatur wieħed, il-kreditur għandu jwettaq il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja abbażi tal-kapaċità konġunta ta’ ħlas lura tal-konsumaturi.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur jagħmel il-kreditu disponibbli għall-konsumatur biss meta r-riżultat tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja jindika li l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim ta’ kreditu x’aktarx li jiġu ssodisfati kif meħtieġ skont dak il-ftehim, b’kont meħud tal-fatturi rilevanti kif imsemmi fil-paragrafu 1.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta kreditur jikkonkludi ftehim ta’ kreditu ma’ konsumatur, il-kreditur ma għandux sussegwentement jikkanċella jew jimmodifika l-ftehim ta’ kreditu għad-detriment tal-konsumatur għar-raġunijiet li l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja twettqet b’mod skorrett. Dan il-paragrafu ma għandux japplika fejn jintwera li l-konsumatur b’mod konxju żamm jew iffalsifika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 mogħtija lill-kreditur.

8.   Meta l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tinvolvi l-użu ta’ pproċessar awtomatizzat ta’ data personali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikollu d-dritt li jitlob u jikseb mingħand il-kreditur intervent uman, li jikkonsisti fid-dritt li:

(a)

jitlob u jikseb mill-kreditur spjegazzjoni ċara u komprensibbli tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja, inkluż dwar il-loġika u r-riskji involuti fl-ipproċessar awtomatizzat ta’ data personali kif ukoll is-sinifikat u l-effetti tiegħu fuq id-deċiżjoni;

(b)

jesprimil-fiehma proprja tal-konsumatur mal-kreditur; u

(c)

jitlob rieżami tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja u d-deċiżjoni dwar l-għoti tal-kreditu mill-kreditur.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun infurmat bid-dritt kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-applikazzjoni għall-kreditu tiġi miċħuda, il-kreditur ikun meħtieġ jinforma lill-konsumatur mingħajr dewmien dwar ir-rifjut u, fejn rilevanti, jirreferi lill-konsumatur għal servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn li huma aċċessibbli faċilment. Fejn applikabbli, il-kreditur għandu jkun meħtieġ jinforma lill-konsumatur dwar il-fatt li l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja hija bbażata fuq ipproċessar awtomatizzat tad-data u dwar id-dritt tal-konsumatur għal valutazzjoni umana u l-proċedura għall-kontestazzjoni tad-deċiżjoni.

10.   Meta l-partijiet jaqblu li jibdlu l-ammont totali ta’ kreditu wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur ikun meħtieġ li jivvaluta mill-ġdid l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur abbażi ta’ informazzjoni aġġornata qabel ma tingħata kwalunkwe żieda sinifikanti fl-ammont totali ta’ kreditu.

11.   L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-kredituri jivvalutaw l-affidabilità kreditizja tal-konsumaturi fuq il-bażi ta’ konsultazzjoni tal-bażi ta’ data rilevanti. Madankollu, il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ma għandhiex tkun ibbażata esklużivament fuq l-istorja tal-kreditu tal-konsumatur.

Artikolu 19

Bażijiet ta’ data

1.   Kull Stat Membru għandu fil-każ ta’ kreditu transfruntier jiżgura l-aċċess għal kredituri minn Stati Membri oħra għal bażijiet ta’ data użati f’dak l-Istat Membru għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi. Il-kundizzjonijiet għall-aċċess għal dawn il-bażijiet ta’ data ma għandhomx ikunu diskriminatorji.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-kredituri biss li jkunu taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti nazzjonali u li jikkonformaw bis-sħiħ mar-Regolament (UE) 2016/679 ikollhom aċċess għall-bażijiet ta’ data użati għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi.

3.   Il-paragrafu 1 għandu japplika kemm għall-bażijiet ta’ data pubbliċi kif ukoll għal dawk privati.

4.   Il-bażijiet ta’ data msemmija fil-paragrafu 1 li fihom informazzjoni dwar ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi għandu jkollhom mill-inqas informazzjoni dwar l-arretrati tal-konsumaturi fil-ħlas lura tal-kreditu, it-tip ta’ kreditu u l-identità tal-kreditur.

5.   Il-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu ma għandhomx jipproċessaw kategoriji speċjali ta’ data kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u data personali pproċessata minn networks soċjali li tista’ tkun inkluża fil-bażijiet ta’ data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Fejn applikazzjoni għall-kreditu tiġi miċħuda abbażi ta’ konsultazzjoni ta’ bażi ta’ data msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jinforma lill-konsumatur mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas bir-riżultat ta’ tali konsultazzjoni u bid-dettalji tal-bażi tad-data kkonsultata kif ukoll bil-kategoriji ta’ data meqjusa.

7.   Għall-finijiet tal-ftehimiet ta’ kreditu, il-fornituri ta’ bażijiet ta’ data għandu jkollhom fis-seħħ proċessi biex jiżguraw li l-informazzjoni li tinsab fil-bażijiet ta’ data tagħhom tkun aġġornata u preċiża. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkunu infurmati:

(a)

fi żmien 30 jum mir-reġistrazzjoni ta’ kwalunkwe arretrati fil-ħlas lura tal-kreditu f’bażi ta’ data; u

(b)

dwar id-drittijiet tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

8.   Għall-finijiet tal-ftehimiet ta’ kreditu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri ta’ ilmenti sabiex jiffaċilitaw l-isfidi tal-konsumaturi għall-kontenut tal-bażijiet tad-data, inkluż l-informazzjoni li tista’ tinkiseb minn persuni terzi permezz ta’ dawk l-bażijiet tad-data.

KAPITOLU V

FORMA U KONTENUT TAL-FTEHIMIET TA’ KREDITU

Artikolu 20

Forma tal-ftehim ta’ kreditu

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li ftehimiet ta’ kreditu u kwalunkwe modifika għal tali ftehimiet jitfasslu fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor u li l-partijiet kontraenti kollha jiġu pprovduti kopja tal-ftehim ta’ kreditu.

2.   L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu regoli nazzjonali dwar il-validità tal-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ kreditu li jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni.

Artikolu 21

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fi ftehim ta’ kreditu

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-ftehim ta’ kreditu jispeċifika b’mod ċar u konċiż l-elementi kollha li ġejjin:

(a)

it-tip ta’ kreditu;

(b)

l-identitajiet, l-indirizzi ġeografiċi, in-numri tat-telefon u l-email tal-partijiet kontraenti kif ukoll, fejn applikabbli, l-identità u l-indirizz ġeografiku tal-intermedjarju tal-kreditu involut;

(c)

l-ammont totali ta’ kreditu u l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid ta’ kreditu;

(d)

it-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ kreditu;

(e)

f’każ ta’ kreditu fil-forma ta’ ħlas differit għal oġġetti jew servizz speċifiċi u fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu konnessi, l-oġġetti jew is-servizzi speċifiċi u l-prezz fi flus kontanti tagħhom;

(f)

ir-rata tas-self, jew ir-rati tas-self kollha fejn japplikaw rati tas-self differenti f’ċirkostanzi differenti, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ kull rata tas-self u, fejn ikun disponibbli, kwalunkwe indiċi jew rata ta’ referenza applikabbli għal kull rata inizjali tas-self, kif ukoll il-perjodi, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex tinbidel kull rata tas-self;

(g)

ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, ikkalkulati fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu jiġu konklużi u indikazzjoni tas-suppożizzjonijiet kollha użati f’dak il-kalkolu;

(h)

l-ammont, l-għadd u l-frekwenza tal-ħlasijiet li jridu jsiru mill-konsumatur u, fejn xieraq, l-ordni li fiha l-ħlasijiet ikunu allokati għal bilanċi pendenti differenti b’rati tas-self differenti għall-finijiet tar-rimborż;

(i)

fejn ikun involut amortizzament ta’ kapital ta’ ftehim ta’ kreditu b’tul ta’ żmien fiss, referenza għad-dritt tal-konsumatur li jirċievi, fuq talba u mingħajr ħlas, fi kwalunkwe ħin tul il-ftehim ta’ kreditu kollu, rendikont fil-forma ta’ tabella ta’ amortizzament;

(j)

fejn ikollhom jitħallsu imposti u mgħaxijiet mingħajr amortizzament ta’ kapital, rendikont li juri l-perjodi u l-kundizzjonijiet għall-ħlas tal-imgħax u ta’ kwalunkwe imposta rikorrenti u mhux rikorrenti assoċjata;

(k)

fejn applikabbli, l-imposti għaż-żamma ta’ kont obbligatorju wieħed jew aktar biex jiġu rreġistrati kemm it-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll il-ġbid ta’ kreditu, l-imposti għall-użu ta’ mezz ta’ ħlas kemm għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll għall-ġbid ta’ kreditu, kwalunkwe imposta oħra li tirriżulta mill-ftehim ta’ kreditu, u l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom dawk l-imposti jistgħu jiġu mibdula;

(l)

ir-rata tal-imgħax applikabbli f’każ ta’ ħlasijiet tard kif applikabbli fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu u l-arranġamenti għall-aġġustament tagħha u, fejn applikabbli, kwalunkwe imposta pagabbli għall-inadempjenza;

(m)

twissija dwar il-konsegwenzi meta ma jsirux ħlasijiet jew meta dawn isiru tard;

(n)

fejn applikabbli, dikjarazzjoni li għandhom jitħallsu tariffi notarili;

(o)

fejn applikabbli, il-garanziji u l-assigurazzjoni meħtieġa;

(p)

l-eżistenza jew l-assenza ta’ dritt ta’ rtirar, il-perjodu ta’ rtirar, fejn applikabbli, u kundizzjonijiet oħra li jirregolaw l-eżerċizzju tiegħu, inkluż il-mezz durabbli li għandu jintuża għan-notifika msemmija fl-Artikolu 26(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), informazzjoni dwar l-obbligu tal-konsumatur stabbilit fl-Artikolu 26(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), li jħallas il-kapital miġbud u l-imgħax, u l-ammont ta’ imgħax pagabbli kuljum;

(q)

it-tip ta’ mezz durabbli li fuqu l-konsumatur jagħżel li jirċievi dan li ġej:

(i)

fejn applikabbli, it-tfakkira msemmija fl-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu;

(ii)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 22;

(iii)

l-informazzjoni dwar il-bidla fir-rata tas-self imsemmija fl-Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu;

(iv)

fejn applikabbli, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(1) u (2); u

(v)

fejn applikabbli, l-informazzjoni dwar it-terminazzjoni ta’ ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa msemmija fl-Artikolu 28(1), it-tieni subparagrafu, u fl-Artikolu 28(2);

(r)

fejn applikabbli, informazzjoni dwar id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 27 kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet;

(s)

referenza għad-dritt ta’ ħlas lura antiċipat stabbilit fl-Artikolu 29, il-proċedura għall-ħlas lura antiċipat, kif ukoll, fejn applikabbli, informazzjoni dwar id-dritt tal-kreditur għal kumpens spjegazzjoni trasparenti u komprensibbli dwar kif il-kumpens dovut lill-kreditur mill-konsumatur għandu jiġi kkalkulat;

(t)

il-proċedura li għandha tiġi segwita fl-eżerċizzju tad-dritt ta’ terminazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

(u)

il-possibbiltà għall-konsumatur li jirrikorri għal mekkaniżmu ta’ lment u rimedju barra mill-qorti u l-metodi biex ikollu aċċess għalih;

(v)

fejn applikabbli, termini u kundizzjonijiet kuntrattwali oħrajn;

(w)

l-isem u l-indirizz tal-awtorità superviżorja kompetenti;

(x)

id-dettalji ta’ kuntatt rilevanti ta’ fornituri tas-servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn u rakkomandazzjoni biex il-konsumatur jikkuntattja tali fornituri fil-każ ta’ diffikultajiet ta’ ħlas lura.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u adattata biex jitqiesu r-restrizzjonijiet tekniċi tal-mezz li fuqu tintwera. L-informazzjoni għandha tintwera b’mod adegwat u xieraq fuq il-mezzi differenti.

2.   Fejn japplika l-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (i), il-kreditur għandu jagħmel disponibbli għall-konsumatur, mingħajr ħlas u fi kwalunkwe ħin tul iż-żmien kollu tal-ftehim ta’ kreditu, rendikont fil-forma ta’ tabella ta’ amortizzament.

It-tabella ta’ amortizzament imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tindika l-ħlasijiet dovuti u l-perjodi u l-kundizzjonijiet relatati mal-ħlas ta’ tali ammonti.

It-tabella ta’ amortizzament għandu jkun fiha wkoll diżaggregazzjoni ta’ kull ħlas lura li tispeċifika l-amortizzament tal-kapital, l-imgħax ikkalkulat fuq il-bażi tar-rata tas-self u, fejn applikabbli, kwalunkwe kost addizzjonali.

Fejn ir-rata tas-self ma tkunx fissa jew il-kostijiet addizzjonali jistgħu jinbidlu skont il-ftehim ta’ kreditu, it-tabella ta’ amortizzament għandha tindika, b’mod ċar u konċiż, li d-data li tinsab fit-tabella tibqa’ valida biss sa meta dik ir-rata tas-self jew dawk il-kostijiet jinbidlu f’konformità mal-ftehim ta’ kreditu.

3.   Fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu li permezz tiegħu l-ħlasijiet magħmula mill-konsumatur ma jwasslux għal amortizzament korrispondenti immedjat tal-ammont totali ta’ kreditu, iżda jintużaw biex jikkostitwixxu kapital matul perjodi u taħt kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta’ kreditu, jew fi ftehim anċillari, il-ftehim ta’ kreditu għandu, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jinkludi dikjarazzjoni ċara u konċiża li tali ftehimiet ta’ kreditu ma jipprevedux garanzija ta’ ħlas lura tal-ammont totali ta’ kreditu miġbud skont il-ftehim ta’ kreditu, sakemm tali garanzija ma tingħatax espressament.

KAPITOLU VI

MODIFIKI TAL-FTEHIM TA’ KREDITU U BIDLIET FIR-RATA TAS-SELF

Artikolu 22

Informazzjoni rigward il-modifika tal-ftehim ta’ kreditu

Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra previsti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li qabel il-modifika tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim ta’ kreditu, il-kreditur jikkomunika lill-konsumatur fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni ċara tal-bidliet proposti u, fejn applikabbli, il-ħtieġa li l-konsumatur jagħti l-kunsens tiegħu jew spjegazzjoni tal-bidliet introdotti ex lege;

(b)

l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-bidliet imsemmija fil-punt (a);

(c)

il-mezzi għall-ilmenti disponibbli għall-konsumatur fir-rigward tal-bidliet imsemmija fil-punt (a);

(d)

il-perjodu ta’ żmien disponibbli għat-tressiq ta’ kwalunkwe lment bħal dan;

(e)

l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti fejn dak l-ilment ikun jista’ jitressaq.

Artikolu 23

Bidliet fir-rata tas-self

1.   Meta l-kredituri jitħallew ibiddlu r-rati tas-self tal-ftehimiet ta’ kreditu eżistenti, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jinforma lill-konsumatur bi kwalunkwe bidla fir-rata tas-self, fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu, fi żmien xieraq qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi l-ammont tal-ħlasijiet li għandhom isiru wara d-dħul fis-seħħ tar-rata tas-self il-ġdida u, fejn l-għadd jew il-frekwenza tal-ħlasijiet jinbidlu, id-dettalji tagħhom.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-informazzjoni msemmija f’dak il-paragrafu tista’ tingħata lill-konsumatur perjodikament meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-partijiet ikunu qablu dwar tali informazzjoni perjodika fil-ftehim ta’ kreditu;

(b)

il-bidla fir-rata tas-self tkun ikkawżata minn bidla fir-rata ta’ referenza;

(c)

ir-rata ta’ referenza l-ġdida ssir disponibbli għall-pubbliku fil-ħin u b’mezzi xierqa;

(d)

l-informazzjoni dwar ir-rata ta’ referenza l-ġdida tkun disponibbli wkoll:

(i)

fil-bini tal-kreditur;

(ii)

meta l-kreditur ikollu sit web, fuq dak is-sit web; u

(iii)

meta l-kreditur ikollu applikazzjoni għall-apparati mobbli, permezz ta’ dik l-applikazzjoni.

KAPITOLU VII

FAĊILITAJIET TA’ OVERDRAFT U OVERRUNNING

Artikolu 24

Faċilitajiet ta’ overdraft

1.   Meta kreditu jkun ingħata fil-forma ta’ faċilità ta’ overdraft, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur, tul iż-żmien kollu tal-ftehim ta’ kreditu, iżomm lill-konsumatur infurmat regolarment, mill-inqas darba fix-xahar, permezz ta’ rendikonti, fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu, li jkun fihom l-elementi li ġejjin:

(a)

il-perjodu preċiż li għalih jirreferi r-rendikont;

(b)

l-ammonti u d-dati ta’ ġbid ta’ kreditu;

(c)

il-bilanċ mir-rendikont preċedenti, u d-data tiegħu;

(d)

il-bilanċ il-ġdid;

(e)

id-dati u l-ammonti tal-ħlasijiet magħmula mill-konsumatur;

(f)

ir-rata tas-self applikata;

(g)

kwalunkwe imposta li ġiet applikata;

(h)

fejn applikabbli, l-ammont minimu li għandu jitħallas mill-konsumatur.

2.   Meta kreditu jkun ingħata fil-forma ta’ faċilità ta’ overdraft, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jinforma lill-konsumatur, fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu, b’żidiet fir-rata tas-self jew fi kwalunkwe imposta pagabbli, fi żmien xieraq qabel ma tidħol fis-seħħ il-bidla inkwistjoni.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni msemmija f’dak is-subparagrafu tista’ tingħata perjodikament bil-mod previst fil-paragrafu 1 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-partijiet ikunu qablu dwar tali informazzjoni perjodika fil-ftehim ta’ kreditu;

(b)

il-bidla fir-rata tas-self tkun ikkawżata minn bidla fir-rata ta’ referenza;

(c)

ir-rata ta’ referenza l-ġdida ssir disponibbli għall-pubbliku b’mezzi xierqa;

(d)

l-informazzjoni dwar ir-rata ta’ referenza l-ġdida tkun disponibbli wkoll:

(i)

fil-bini tal-kreditur;

(ii)

meta l-kreditur ikollu sit web, fuq dak is-sit web; u

(iii)

meta l-kreditur ikollu applikazzjoni għall-apparati mobbli, permezz ta’ dik l-applikazzjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jinnotifika lill-konsumatur b’mod miftiehem dwar kull tnaqqis jew kanċellazzjoni tal-faċilità ta’ overdraft mill-inqas 30 jum qabel il-jum meta t-tnaqqis jew il-kanċellazzjoni attwali tal-faċilità ta’ overdraft tidħol fis-seħħ.

4.   Fejn il-faċilità ta’ overdraft titnaqqas jew tiġi kkanċellata, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur joffri lill-konsumatur, qabel ma jkunu nbdew il-proċedimenti ta’ infurzar, mingħajr spejjeż addizzjonali, il-possibbiltà li jħallas lura l-ammont fil-fatt miġbud sal-limitu ta’ dak it-tnaqqis jew ta’ dik il-kanċellazzjoni. Tali ħlas lura għandu jsir fi 12-il pagament rateali mensili ugwali sakemm il-konsumatur ma jagħżilx li jħallas lura aktar kmieni, bir-rata tas-self applikabbli għall-faċilità ta’ overdraft.

5.   L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet aktar stretti dwar kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-konsumaturi li jkollhom faċilità ta’ overdraft minbarra dawk imsemmija f’dan l-Artikolu, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

Artikolu 25

Overrunning

1.   Fil-każ ta’ ftehim għall-ftuħ ta’ kont kurrenti, fejn ikun hemm possibbiltà li l-konsumatur jingħata overrun, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jinkludi informazzjoni dwar dik il-possibbiltà f’dak il-ftehim, kif ukoll informazzjoni dwar ir-rata tas-self, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ dik ir-rata, kwalunkwe indiċi jew rata ta’ referenza applikabbli għar-rata tas-self inizjali, l-imposti applikabbli mill-ħin li fih il-ftehim ta’ kreditu jiġi konkluż, u, fejn applikabbli, il-kondizzjonijiet li taħthom dawk l-imposti jistgħu jinbidlu. Il-kreditur għandu fi kwalunkwe każ jipprovdi lill-konsumatur b’dik l-informazzjoni fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur u speċifikat fil-ftehim li jiftaħ kont kurrenti, fuq bażi regolari.

2.   Fil-każ ta’ overrunning sinifikanti li jaqbeż perjodu ta’ xahar, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jinforma lill-konsumatur mingħajr dewmien, fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur u speċifikat fil-ftehim li jiftaħ kont kurrenti, dwar dawn kollha li ġejjin:

(a)

l-overrunning;

(b)

l-ammont involut;

(c)

ir-rata tas-self;

(d)

kwalunkwe penali, imposta jew imgħax fuq l-arretrati applikabbli;

(e)

id-data ta’ ħlas lura.

Barra minn hekk, fil-każ ta’ overrunning regolari, il-kreditur għandu joffri servizzi ta’ konsulenza lill-konsumatur, fejn disponibbli, u jiggwida lill-konsumatur, mingħajr ħlas, lejn servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn.

3.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kwalunkwe regola tad-dritt nazzjonali li tirrikjedi lill-kreditur joffri tip ieħor ta’ prodott ta’ kreditu meta t-tul ta’ żmien tal-overrunning ikun sinifikanti.

4.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jinnotifika lill-konsumatur b’mod miftiehem meta l-overrunning ma tkunx aktar permessa jew meta l-limitu ta’ overrunning jitnaqqas mill-inqas 30 jum qabel il-jum meta tidħol fis-seħħ il-kanċellazzjoni jew it-tnaqqis attwali tal-overrunning.

5.   Fejn l-overrunning titnaqqas jew tiġi kkanċellata, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur joffri lill-konsumatur, qabel ma jkunu nbdew il-proċedimenti ta’ infurzar, mingħajr spejjeż addizzjonali, il-possibbiltà li jħallas lura l-ammont fil-fatt miġbud sal-limitu ta’ dak it-tnaqqis jew ta’ dik il-kanċellazzjoni. Tali ħlas lura għandu jsir fi 12-il pagament rateali mensili ugwali sakemm il-konsumatur ma jagħżilx li jħallas lura aktar kmieni, bir-rata tas-self applikabbli għall-overrunning., fi 12-il pagament rateali mensili ugwali sakemm il-konsumatur ma jħallasx lura aktar kmieni bir-rata tas-self applikabbli għall-overrunning.

6.   L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet aktar stretti dwar kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-konsumaturi li jkollhom overrunning minbarra dawk imsemmija f’dan l-Artikolu, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

KAPITOLU VIII

IRTIRAR, TERMINAZZJONI U HLAS LURA ANTICIPAT

Artikolu 26

Dritt ta’ rtirar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur jista’ jirtira mill-ftehim ta’ kreditu mingħajr ma jagħti ebda raġuni fi żmien 14-il jum kalendarju.

Il-perjodu tal-irtirar imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jibda jew:

(a)

mill-jum tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu; jew

(b)

mill-jum li fih il-konsumatur jirċievi t-termini u l-kundizzjonijiet u l-informazzjoni kuntrattwali f’konformità mal-Artikoli 20 u 21, jekk dak il-jum ikun aktar tard mid-data msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu.

L-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha titqies li tkun ġiet issodisfata jekk in-notifika msemmija fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tintbagħat mill-konsumatur lill-kreditur qabel ma tiskadi dik l-iskadenza.

2.   Jekk il-konsumatur ma jkunx irċieva t-termini u l-kundizzjonijiet u l-informazzjoni kuntrattwali f’konformità mal-Artikoli 20 u 21, il-perjodu ta’ rtirar għandu fi kwalunkwe każ jiskadi 12-il xahar u 14-il jum wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu. Dan ma għandux japplika jekk il-konsumatur ma jkunx ġie infurmat dwar id-dritt tiegħu ta’ rtirar f’konformità mal-Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (p).

3.   Fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu marbut max-xiri ta’ oġġett li għandu politika ta’ ritorn tajba li tiżgura rifużjoni sħiħa għal ċertu perjodu li jaqbeż l-14-il jum kalendarju, id-dritt ta’ rtirar għandu jiġi estiż biex jaqbel mat-tul ta’ żmien ta’ tali politika ta’ ritorn.

4.   Meta, fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu konness, il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fid-19 ta’ Novembru 2023 diġà tipprovdi li l-fondi ma jistgħux isiru disponibbli għall-konsumatur qabel l-iskadenza ta’ perjodu speċifiku, l-Istati Membri jistgħu, b’deroga mill-paragrafu 1, jipprovdu li l-perjodu msemmi f’dak il-paragrafu jista’ jitnaqqas għall-istess tul ta’ żmien ta’ dak il-perjodu speċifiku fuq it-talba espliċita tal-konsumatur.

5.   Jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ rtirar, huwa għandu jieħu l-miżuri li ġejjin:

(a)

jinnotifika lill-kreditur f’konformità mal-informazzjoni mogħtija mill-kreditur skont l-Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (p), fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur u speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu fl-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

iħallas lill-kreditur il-kapital u l-imgħax akkumulat fuqu mid-data li fiha nġibed il-kreditu sad-data li fiha l-kapital jitħallas lura, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 30 jum kalendarju wara li tintbagħat in-notifika msemmija fil-punt (a).

L-imgħax imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkulat abbażi tar-rata tas-self miftiehma. Il-kreditur ma għandu jkun intitolat għal ebda kumpens ieħor mill-konsumatur fil-każ ta’ rtirar, ħlief kumpens għal kwalunkwe imposta mhux rimborżabbli mħallsa mill-kreditur lil kwalunkwe korp amministrattiv pubbliku.

6.   Meta servizz anċillari relatat mal-ftehim ta’ kreditu jiġi pprovdut mill-kreditur jew minn parti terza fuq il-bażi ta’ ftehim bejn dik il-parti terza u l-kreditur, il-konsumatur ma għandux jibqa’ marbut bil-kuntratt ta’ servizz anċillari jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ rtirar mill-ftehim ta’ kreditu f’konformità mal-Artikolu.

7.   Jekk il-konsumatur ikollu dritt ta’ rtirar skont il-paragrafi 1, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2002/65/KE ma għandhomx japplikaw.

8.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal ftehimiet ta’ kreditu li skont id-dritt nazzjonali għandhom jiġu konklużi permezz tas-servizzi ta’ nutar, dment li n-nutar jikkonferma li l-konsumatur ikollu l-garanzija tad-drittijiet previsti fl-Artikoli 10, 11, 20 u 21.

9.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola tad-dritt nazzjonali li tistabbilixxi perjodu ta’ żmien li matulu ma jistax jibda t-twettiq tal-kuntratt.

Artikolu 27

Ftehimiet ta’ kreditu konnessi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li konsumatur li jkun eżerċita d-dritt ta’ rtirar, abbażi tad-dritt tal-Unjoni, fir-rigward ta’ kuntratt għall-provvista ta’ oġġetti jew il-forniment ta’servizzi, ma jibqax marbut bi ftehim ta’ kreditu konness.

2.   Meta l-oġġetti jew is-servizzi koperti minn ftehim ta’ kreditu konness ma jiġux fornuti, jew jiġu fornuti parzjalment biss, jew ma jkunux konformi mal-kuntratt għall-provvista jew il-forniment tagħhom, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jfittex rimedji kontra l-kreditur jekk il-konsumatur ikun fittex rimedji kontra l-fornitur iżda ma jkunx irnexxielu jikseb is-sodisfazzjon li għalih huwa intitolat f’konformità mal-liġi jew il-kuntratt għall-provvista ta’ dawk l-oġġetti jew il-forniment ta’ dawk is-servizzi. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw sa liema punt u b’liema kundizzjonijiet dawk ir-rimedji jkunu eżerċitabbli.

3.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt nazzjonali li jagħmel lill-kreditur in solidum fir-rigward ta’ kwalunkwe pretensjoni li l-konsumatur jista’ jkollu kontra l-fornitur fejn ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi mill-fornitur ikun ġie ffinanzjat minn ftehim ta’ kreditu.

Artikolu 28

Ftehimiet ta’ kreditu bla skadenza fissa

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur jista’ jaffettwa terminazzjoni standard ta’ ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa mingħajr ħlas u fi kwalunkwe ħin, sakemm il-partijiet ma jkunux qablu dwar perjodu ta’ avviż. Tali perjodu ma għandux jaqbeż xahar.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur ikun jista’, fejn miftiehem fil-ftehim ta’ kreditu, iwettaq terminazzjoni standard ta’ ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa billi jagħti lill-konsumatur mill-inqas xahrejn avviż fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur, meta jkun miftiehem fil-ftehim ta’ kreditu jista’, għal raġunijiet ġustifikati b’mod oġġettiv, jittermina d-dritt tal-konsumatur li jiġbed kreditu minn ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa. Il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur dwar it-terminazzjoni u r-raġunijiet għaliha fuq karta jew b’mezz durabbli speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu, fejn possibbli qabel it-terminazzjoni u mhux aktar tard minn immedjatament wara, sakemm l-għoti ta’ tali informazzjoni ma jkunx ipprojbit mid-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni jew ma jkunx imur kontra l-objettivi tal-politika pubblika jew tas-sigurtà pubblika.

Artikolu 29

Ħlas lura antiċipat

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun fi kwalunkwe ħin intitolat għal ħlas lura antiċipat. F’tali każijiet, il-konsumatur għandu jkun intitolat għal tnaqqis fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur għat-tul taż-żmien li jifdal tal-kuntratt. Meta jiġi kkalkulat dak it-tnaqqis, għandhom jitqiesu l-kostijiet kollha imposti fuq il-konsumatur mill-kreditur.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur, fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat, ikun intitolat għal kumpens ġust u oġġettivament ġustifikat għal kostijiet possibbli marbuta direttament mal-ħlas lura antiċipat, dment li l-ħlas lura antiċipat jaqa’ f’perjodu ta’ żmien li għalih ir-rata tas-self hija fissa.

Il-kumpens imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jaqbeż il-1 % tal-ammont ta’ kreditu soġġett għal ħlas lura antiċipat meta l-perjodu ta’ żmien bejn il-ħlas lura antiċipat u d-data tat-terminazzjoni miftiehma tal-ftehim ta’ kreditu jaqbeż sena. Fejn dak il-perjodu ma jaqbiżx sena, il-kumpens ma għandux jaqbeż iż-0.5 % tal-ammont ta’ kreditu soġġett għal ħlas lura antiċipat.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur ma jkunx intitolat għall-kumpens imsemmi fil-paragrafu 2 meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ħlas lura jkun sar skont kuntratt ta’ assigurazzjoni maħsub biex jipprovdi garanzija ta’ ħlas lura ta’ kreditu;

(b)

il-kreditu jingħata fil-forma ta’ faċilità ta’ overdraft;

(c)

il-ħlas lura jaqa’ f’perjodu li għalih ir-rata tas-self ma tkunx fissa.

4.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li:

(a)

il-kreditur ikun intitolat biss għall-kumpens imsemmi fil-paragrafu 2 sakemm l-ammont tal-ħlas lura antiċipat jaqbeż il-limitu stabbilit fid-dritt nazzjonali, li ma għandux jaqbeż EUR 10 000 fi kwalunkwe perjodu ta’ 12-il xahar;

(b)

il-kreditur jista’ jitlob eċċezzjonalment kumpens ogħla jekk ikun jista’ juri li t-telf imġarrab minħabba l-ħlas lura antiċipat jaqbeż l-ammont iddeterminat f’konformità mal-paragrafu 2.

Meta l-kumpens mitlub mill-kreditur jaqbeż it-telf reali mġarrab minħabba l-ħlas lura antiċipat, il-konsumatur għandu jkun intitolat għal tnaqqis korrispondenti.

F’dak il-każ, it-telf għandu jikkonsisti fid-differenza bejn ir-rata tas-self miftiehma inizjalment u r-rata tas-self li biha l-kreditur jista’ jsellef l-ammont soġġett għal ħlas lura antiċipat fis-suq fiż-żmien ta’ dak il-ħlas lura, u għandu jqis l-impatt tal-ħlas lura antiċipat fuq il-kostijiet amministrattivi.

5.   Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 2 u fil-paragrafu 4, il-punt (b), ma għandu fl-ebda każ jaqbeż l-ammont ta’ imgħax li l-konsumatur kien ikollu jħallas matul il-perjodu ta’ żmien bejn il-ħlas lura antiċipat u d-data miftiehma tat-terminazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu.

KAPITOLU IX

RATA PERĊENTWALI ANNWALI TA’ IMPOSTI U MIŻURI BIEX JIĠU LIMITATI R-RATI U L-KOSTIJIET

Artikolu 30

Kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta

1.   Ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta għandha tiġi kkalkulata f’konformità mal-formula matematika li tinsab fil-Parti I tal-Anness III. Din għandha tammonta, fuq bażi annwali, għall-valur preżenti tal-impenji kollha (ġbid ta’ kreditu, ħlas lura u imposti), futuri jew eżistenti, miftiehma mill-kreditur u mill-konsumatur.

2.   Għall-fini tal-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposta, għandu jiġi ddeterminat il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur, bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe imposta pagabbli mill-konsumatur għan-nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe wieħed mill-impenji tiegħu stabbiliti fil-ftehim ta’ kreditu u l-imposti minbarra l-prezz tax-xiri li, għax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi, ikun obbligat iħallas kemm jekk it-tranżazzjoni ssir fi flus kontanti kif ukoll bi kreditu.

Il-kostijiet taż-żamma ta’ kont li jirreġistra kemm it-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll il-ġbid ta’ kreditu, il-kostijiet tal-użu ta’ mezz ta’ ħlas kemm għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll għall-ġbid ta’ kreditu, u kostijiet oħra relatati mat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas għandhom jiġu inklużi fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur sakemm il-ftuħ tal-kont ma jkunx fakultattiv u l-kostijiet tal-kont ikunu ġew identifikati b’mod ċar u separat fil-ftehim ta’ kreditu, jew fi kwalunkwe ftehim ieħor konkluż mal-konsumatur.

3.   Il-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposta għandu jkun ibbażat fuq is-suppożizzjoni li l-ftehim ta’ kreditu għandu jibqa’ validu għall-perjodu miftiehem u li l-kreditur u l-konsumatur jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont it-termini u sad-dati speċifikati fil-ftehim ta’ kreditu.

4.   Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu li fihom klawżoli li jippermettu varjazzjonijiet fir-rata tas-self jew varjazzjonijiet f’ċerti imposti li jinsabu fir-rata perċentwali annwali ta’ imposta li jagħmluhom mhux kwantifikabbli fiż-żmien tal-kalkolu, ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta għandha tiġi kkalkulata fuq is-suppożizzjoni li r-rata tas-self u imposti oħra jibqgħu fissi fir-rigward tal-livell inizjali u jibqgħu applikabbli sa tmiem il-ftehim ta’ kreditu.

5.   Fejn ikun meħtieġ, is-suppożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fil-Parti II tal-Anness III għandhom jintużaw fil-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta.

Fejn is-suppożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Parti II tal-Anness III ma jkunux biżżejjed biex tiġi kkalkulata r-rata perċentwali annwali ta’ imposta b’mod uniformi jew ma jibqgħux adattati għas-sitwazzjonijiet kummerċjali fis-suq, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 45 sabiex temenda dan l-Artikolu u l-Parti II tal-Anness III biex iżżid is-suppożizzjonijiet addizzjonali meħtieġa għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta jew biex timmodifika dawk eżistenti.

Artikolu 31

Miżuri biex jiġu limitati r-rati tas-self, ir-rati perċentwali annwali ta’ imposta jew il-kostijiet totali ta’ kreditu lill-konsumatur

1.   L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri, bħal limiti massimi, biex jipprevjenu l-abbuż b’mod effettiv u biex jiżguraw li l-konsumaturi ma jkunux jistgħu jintalbu jħallsu rati tas-self, rati perċentwali annwali tal-imposti jew kostijiet totali tal-kreditu għall-konsumatur li huma eċċessivament għoljin.

2.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw projbizzjonijiet jew limitazzjonijiet rigward imposti jew tariffi speċifiċi applikati mill-kredituri fit-territorju tagħhom.

3.   Sal-20 ta’ Novembru 2027, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-miżuri introdotti mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar dawk il-miżuri sal-20 ta’ Novembru 2026.

4.   Sal-20 ta’ Novembru 2029 l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. Dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Istati Membri, inkluż metodoloġiji biex jiġu stabbiliti limiti massimi fejn rilevanti, u tal-effettività tagħhom biex jillimitaw ir-rati tas-self, ir-rati perċentwali annwali tal-imposti jew il-kostijiet totali tal-kreditu għall-konsumatur li huma eċċessivament għoljin, u għandu jinkludi approċċ tal-aħjar prattika għall-istabbiliment ta’ tali miżuri.

KAPITOLU X

OBBLIGI TA’ KONDOTTA KUMMERĊJALI U REKWIŻITI GĦALL-PERSUNAL

Artikolu 32

Obbligi ta’ kondotta kummerċjali meta jingħata kreditu lill-konsumaturi

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur u l-intermedjarju tal-kreditu jaġixxu b’mod onest, ġust, trasparenti u professjonali u jqisu d-drittijiet u l-interessi tal-konsumaturi meta jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet li ġejjin:

(a)

il-manifattura ta’ prodotti ta’ kreditu;

(b)

ir-reklamar ta’ prodotti ta’ kreditu f’konformità mal-Artikoli 7 u 8;

(c)

l-għoti, l-intermedjazzjoni jew l-iffaċilitar tal-għoti ta’ kreditu;

(d)

l-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza;

(e)

il-provvista ta’ servizzi anċillari lill-konsumaturi;

(f)

l-eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ kreditu.

L-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (c) u (d), għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi tal-konsumatur u kwalunkwe rekwiżit speċifiku kkomunikat minn konsumatur u fuq suppożizzjonijiet raġonevoli dwar ir-riskji għas-sitwazzjoni tal-konsumatur matul id-durata kollha tal-ftehim ta’ kreditu.

L-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d) għandhom ikunu bbażati wkoll fuq l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 16(3), il-punt (a).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mod li bih il-kredituri jħallsu lill-persunal u lill-intermedjarji tal-kreditu tagħhom u l-mod li bih l-intermedjarji tal-kreditu jħallsu lill-persunal tagħhom ma jxekklux il-konformità mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jistabbilixxu u japplikaw politiki ta’ remunerazzjoni għall-persunal responsabbli għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja, il-kredituri jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin b’mod u sal-punt li jkun xieraq għad-daqs, għall-organizzazzjoni interna u għan-natura, għall-kamp ta’ applikazzjoni u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom:

(a)

il-politika ta’ remunerazzjoni tkun konsistenti ma’ u tippromwovi ġestjoni tajba u effettiva tar-riskju u ma tinkoraġġix it-teħid tar-riskju li jaqbeż il-livell ta’ riskju ttollerat tal-kreditur;

(b)

il-politika ta’ remunerazzjoni tkun konformi mal-istrateġija tan-negozju, l-objettivi, il-valuri u l-interessi fit-tul tal-kreditur, u tinkorpora miżuri biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess, b’mod partikolari billi tipprovdi li r-remunerazzjoni ma tkunx kontinġenti fuq l-għadd jew il-proporzjon ta’ applikazzjonijiet aċċettati għall-kreditu.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-kredituri jew l-intermedjarji tal-kreditu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza, l-istruttura tar-remunerazzjoni tal-persunal involut ma tippreġudikax il-kapaċità tagħhom li jaġixxu fl-aħjar interess tal-konsumatur u ma tkunx kontinġenti fuq il-miri tal-bejgħ. Sabiex jintlaħaq dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu wkoll il-kummissjonijiet imħallsa mill-kreditur lill-intermedjarju tal-kreditu.

5.   L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu jew jimponu restrizzjonijiet fuq il-ħlasijiet minn konsumatur għal kreditur jew intermedjarju tal-kreditur qabel il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu.

Artikolu 33

Rekwiżiti ta’ għarfien u ta’ kompetenza għall-persunal

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jirrikjedu li l-persunal tagħhom ikollu u jżomm aġġornat livell xieraq ta’ għarfien u kompetenza fir-rigward tal-manifattura, l-offerta u l-għoti ta’ ftehimiet ta’ kreditu, it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ intermedjazzjoni tal-kreditu u l-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza, kif ukoll fir-rigward tad-drittijiet tal-konsumatur fil-qasam tal-kummerċ tagħhom. Meta l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu tinkludi servizzi anċillari, għandhom ikunu meħtieġa għarfien u kompetenza adatta b’rabta ma’ dawk is-servizzi anċillari.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta’ għarfien u kompetenza għall-persunal tal-kredituri u tal-intermedjarji tal-kreditu.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 tiġi ssorveljata mill-awtoritajiet kompetenti, u li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat li jirrikjedu lill-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jipprovdu l-evidenza li l-awtorità kompetenti tqis li hija meħtieġa biex tippermetti tali superviżjoni.

KAPITOLU XI

EDUKAZZJONI FINANZJARJA U APPOĠĠ LILL-KONSUMATURI F’DIFFIKULTAJIET FINANZJARJI

Artikolu 34

Edukazzjoni finanzjarja

1.   L-Istati Membri għandhom jippromwovu miżuri li jappoġġaw l-edukazzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ teħid ta’ self responsabbli u l-immaniġġjar tad-dejn, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumatur. Għandha tingħata informazzjoni ċara u ġenerali dwar il-proċess tal-għoti ta’ kreditu lill-konsumaturi sabiex dawn jiġu ggwidati, speċjalment min jieħu kreditu għall-konsumatur għall-ewwel darba, b’mod partikolari bl-użu ta’ għodod diġitali. Meta joħolqu u jippromwovu dawk il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw il-partijiet kkonċernati rilevanti, inkluż l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li tiġi disseminata informazzjoni dwar il-gwida li l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jagħtu lill-konsumaturi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tippubblika rapport dwar l-edukazzjoni finanzjarja disponibbli għall-konsumaturi fl-Istati Membri u tidentifika eżempji tal-aħjar prattiki li jistgħu jiġu żviluppati aktar sabiex jiżdied l-għarfien finanzjarju tal-konsumaturi.

Artikolu 35

Arretrati u miżuri ta’ tolleranza

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kredituri jeżerċitaw, fejn xieraq, tolleranza raġonevoli qabel ma jinbdew proċedimenti ta’ infurzar. Tali miżuri ta’ tolleranza għandhom iqisu, fost elementi oħra, iċ-ċirkostanzi individwali tal-konsumatur. Il-kredituri ma għandhomx ikunu mitluba joffru miżuri ta’ tolleranza b’mod ripetut lill-konsumaturi, jekk mhux f’każijiet ġustifikati.

Il-kredituri ma għandhomx ikunu mitluba jwettqu valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja f’konformità mal-Artikolu 18 meta jimmodifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti ta’ ftehim ta’ kreditu f’konformità mat-tielet subparagrafu, il-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, dment li l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur ma jiżdiedx b’mod sinifikanti meta jiġi modifikat il-ftehim ta’ kreditu.

Il-miżuri ta’ tolleranza msemmija fl-ewwel subparagrafu:

(a)

jistgħu jinkludu, fost possibiltajiet oħrajn, rifinanzjament totali jew parzjali ta’ ftehim ta’ kreditu;

(b)

għandhom jinkludu modifika tat-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti ta’ ftehim ta’ kreditu, li tista’, fost possibiltajiet oħrajn, tinkludi:

(i)

estensjoni tat-terminu tal-ftehim ta’ kreditu;

(ii)

bidla fit-tip tal-ftehim ta’ kreditu;

(iii)

differiment tal-ħlas ta’ parti mill-pagamenti rateali jew tal-pagamenti rateali kollha għal perjodu;

(iv)

tnaqqis tar-rata tas-self;

(v)

offerta ta’ moratorju fuq il-ħlasijiet;

(vi)

ħlasijiet lura parzjali;

(vii)

kambju tal-munita;

(viii)

kanċellazzjoni parzjali u konsolidazzjoni tad-dejn.

2.   Il-lista ta’ miżuri potenzjali fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu, il-punt (b), għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt nazzjonali u ma tirrikjedix li l-Istati Membri jipprevedu dawk il-miżuri kollha fid-dritt nazzjonali.

3.   Fejn l-Istati Membri jippermettu li l-kredituri jiddefinixxu u jimponu imposti fuq il-konsumatur minħabba inadempjenza, dawk l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li dawk l-imposti ma jkunux akbar milli jkun meħtieġ biex jikkumpensaw lill-kreditur għall-kostijiet li jkun ġarrab b’riżultat tal-inadempjenza.

4.   Fejn l-Istati Membri jippermettu li l-kredituri jimponu imposti addizzjonali fuq il-konsumatur f’każ ta’ inadempjenza, dawk l-Istati Membri għandhom ipoġġu limitu massimu fuq dawk l-imposti.

5.   L-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu lill-partijiet fi ftehim ta’ kreditu milli jaqblu b’mod espliċitu li r-ritorn jew it-trasferiment lill-kreditur ta’ oġġetti koperti minn ftehim ta’ kreditu konness jew tad-dħul mill-bejgħ ta’ tali oġġetti jkun biżżejjed biex jitħallas lura l-kreditu.

Artikolu 36

Servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li servizzi ta’ konsulenza indipendenti dwar id-dejn isiru disponibbli għall-konsumaturi li jesperjenzaw jew li jistgħu jesperjenzaw diffikultajiet biex jissodisfaw l-impenji finanzjarji tagħhom, u li l-imposti għal dawk is-servizzi jkunu biss ta’ ammont limitat.

2.   Għall-finijiet tal-issodisfar tal-obbligi stipulati fil-paragrafu 1, il-kredituri għandu jkollhom proċessi u politiki fis-seħħ għad-detezzjoni bikrija tal-konsumaturi li jesperjenzaw diffikultajiet finanzjarji.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri jirreferu lill-konsumaturi li jesperjenzaw diffikultajiet biex jissodisfaw l-impenji finanzjarji tagħhom għand servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn li jkunu faċilment aċċessibbli għall-konsumatur.

4.   Il-Kummissjoni għandha, sal-20 ta’ Novembru 2028, tippreżenta rapport li jagħti ħarsa ġenerali lejn id-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn fl-Istati Membri u li jidentifika l-aħjar prattiki għall-iżviluppi ulterjuri ta’ tali servizzi. L-Istati Membri għandhom, sal-20 ta’ Novembru 2026, u kull sena wara, jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar is-servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn disponibbli.

KAPITOLU XII

KREDITURI U INTERMEDJARJI TA’ KREDITU

Artikolu 37

Ammissjoni, reġistrazzjoni u superviżjoni ta’ istituzzjonijiet mhux tal-kreditu u istituzzjonijiet mhux ta’ pagament

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jkunu soġġetti għal proċess ta’ ammissjoni adegwat, għal arranġamenti ta’ reġistrazzjoni u ta’ superviżjoni stabbiliti minn awtorità kompetenti indipendenti.

2.   Ir-rekwiżit ta’ proċess ta’ ammissjoni adegwat u ta’ reġistrazzjoni ma għandux japplika għal kredituri li jkunu:

(a)

istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

istituzzjonijiet ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2015/2366, għas-servizzi msemmija fl-Anness I, il-punt 4, ta’ dik id-Direttiva; jew

(c)

istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt 1, tad-Direttiva 2009/110/KE, għall-għoti ta’ kreditu msemmi fl-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dik id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx ir-rekwiżiti ta’ ammissjoni u reġistrazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 għall-fornituri ta’ oġġetti jew fornituri ta’ servizzi li jikkwalifikaw bħala intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju kif definiti fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, li jaġixxu bħala:

(a)

intermedjarji tal-kreditu f’kapaċità anċillari; jew

(b)

kredituri f’kapaċità anċillari, li jagħtu kreditu fil-forma ta’ ħlas differit biex jixtru oġġetti u servizzi offruti minnhom, jekk il-kreditu jingħata mingħajr imgħax u b’imposti limitati biss pagabbli mill-konsumatur għal ħlasijiet tard, skont id-dritt nazzjonali.

Artikolu 38

Obbligi speċifiċi għall-intermedjarji tal-kreditu

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-intermedjarji tal-kreditu:

(a)

jindikaw, fir-reklamar u fid-dokumentazzjoni maħsuba għall-konsumaturi, il-firxa tas-setgħat tagħhom u jekk jaħdmux esklużivament ma’ kreditur wieħed jew aktar jew bħala intermedjarju indipendenti;

(b)

jiżvelaw lill-konsumatur kwalunkwe tariffa pagabbli mill-konsumatur lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi li ser jiġu pprovduti;

(c)

jilħqu ftehim mal-konsumatur dwar kwalunkwe tariffa msemmija fil-punt (b) fuq il-karta jew fuq mezz durabbli qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

(d)

jikkomunikaw kwalunkwe tariffa msemmija fil-punt (b) lill-kreditur, għall-fini tal-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta.

KAPITOLU XIII

ĊESSJONIJIET TA’ DRITTIJIET U SOLUZZJONI TA’ TILWIM

Artikolu 39

Ċessjoni ta’ drittijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur, fil-każ ta’ ċessjoni lil parti terza tad-drittijiet tal-kreditur skont ftehim ta’ kreditu jew tal-ftehim ta’ kreditu nnifsu, ikun intitolat li jinvoka kontra ċ-ċessjonarju kwalunkwe difiża li kienet disponibbli għalih kontra l-kreditur oriġinali, inkluż tpaċija fejn tali difiża tkun permessa fl-Istat Membru kkonċernat.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur oriġinali jinforma lill-konsumatur dwar iċ-ċessjoni msemmija fil-paragrafu 1, ħlief meta il-kreditur oriġinali, bi ftehim maċ-ċessjonarju, ikompli jipprovdi l-kreditu fir-rigward tal-konsumatur.

Artikolu 40

Soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom aċċess għal proċeduri adegwati, effettivi u fil-pront ta’ soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim bejn il-konsumaturi u l-kredituri jew l-intermedjarji tal-kreditu dwar id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-ftehimiet ta’ kreditu stabbiliti skont din id-Direttiva, bl-użu ta’ entitajiet eżistenti li jwettqu soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim, fejn ikun xieraq. Tali proċeduri ta’ soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim u l-entitajiet li joffruhom għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti bid-Direttiva 2013/11/UE.

2.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-entitajiet li jwettqu s-soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim imsemmija fil-paragrafu 1 biex jikkooperaw sabiex isolvu tilwim transfruntier dwar ftehimiet ta’ kreditu.

KAPITOLU XIV

AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 41

Awtoritajiet kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jkollhom is-setgħa li jiżguraw l-applikazzjoni u l-infurzar ta’ din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li dawn jingħataw setgħat ta’ investigazzjoni u ta’ infurzar u riżorsi adegwati meħtieġa għat-twettiq effiċjenti u effettiv ta’ dmirijiethom.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jew awtoritajiet pubbliċi jew korpi rikonoxxuti mid-dritt nazzjonali jew minn awtoritajiet pubbliċi espressament mogħtija s-setgħa għal dak il-għan bid-dritt nazzjonali. Ma għandhomx ikunu kredituri jew intermedjarji tal-kreditu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, il-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll l-awdituri u l-esperti mogħtija struzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti, ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali. Ebda informazzjoni kunfidenzjali li jistgħu jirċievu waqt l-eżerċizzju ta’ dmirijiethom ma tista’ tiġi divulgata lil kwalunkwe persuna jew awtorità tkun xi tkun, ħlief f’forma fil-qosor jew aggregata, mingħajr preġudizzju għal kawżi koperti mid-dritt kriminali jew minn din id-Direttiva. Madankollu, dan ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw jew jittrażmettu informazzjoni kunfidenzjali skont id-dritt tal-Unjoni u nazzjonali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

awtoritajiet kompetenti kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29); u

(b)

awtoritajiet minbarra l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (a), dment li l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali jirrikjedu lil dawk l-awtoritajiet jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (a) kull meta jkun meħtieġ sabiex iwettqu dmirijiethom skont din id-Direttiva.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/2394.

5.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti u bi kwalunkwe bidla fihom, u, fejn ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fit-territorju tagħhom, jindikaw kwalunkwe tqassim tad-dmirijiet rispettivi bejn dawk l-awtoritajiet kompetenti. L-ewwel notifika bħal din għandha ssir kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard mill-20 ta’ Novembru 2025.

6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom f’konformità mad-dritt nazzjonali:

(a)

direttament taħt l-awtorità tagħhom stess jew taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji; jew

(b)

permezz ta’ talba lill-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni biex jagħtu d-deċiżjoni meħtieġa, inkluż, fejn xieraq, b’appell, jekk it-talba għall-għoti tad-deċiżjoni meħtieġa ma tintlaqax.

7.   Meta jkun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dmirijiet rispettivi tagħhom ikunu ddefiniti b’mod ċar u li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom b’mod effettiv.

8.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-awtoritajiet kompetenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mill-inqas darba fis-sena, u għandha taġġorna dik il-lista kontinwament fis-sit web tagħha.

9.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw leġiżlazzjoni nazzjonali biex jagħtu setgħat ta’ intervent tal-prodott lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali sabiex jirtiraw prodotti ta’ kreditu f’każijiet ġustifikati.

KAPITOLU XV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 42

Livell ta’ armonizzazzjoni

1.   Sa fejn din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet armonizzati, l-Istati Membri ma jistgħux iżommu jew jintroduċu fid-dritt nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’din id-Direttiva.

2.   Sakemm issir aktar armonizzazzjoni, meta Stat Membru jagħmel użu mill-għażliet regolatorji previsti fl-Artikolu 2(5) sa (8), l-Artikolu 8(8), l-Artikolu 14(2) u (3), l-Artikolu 16(4) u (6), l-Artikolu 18(11), l-Artikolu 24(5), l-Artikolu 25(6), l-Artikolu 26(4) u (8), l-Artikolu 29(4), l-Artikolu 31(2), l-Artikolu 32(4) u (5), l-Artikolu 35(3) u (4), l-Artikolu 37(3) u l-Artikolu 41(9), dak l-Istat Membru għandu mingħajr dewmien jinnotifika lill-Kummissjoni bihom, kif ukoll bi kwalunkwe bidla sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni pubblika fuq sit web jew b’mod ieħor li jkun faċilment aċċessibbli. L-Istati Membri għandhom ukoll jieħdu l-miżuri xierqa biex ixerrdu dik l-informazzjoni fost il-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu u l-konsumaturi nazzjonali.

Artikolu 43

In-natura imperattiva ta’ din id-Direttiva

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi ma jkunux jistgħu jirrinunzjaw id-drittijiet mogħtija lilhom mill-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet adottati sabiex jittrasponu din id-Direttiva ma jkunux jistgħu jiġu evitati b’riżultat tal-mod li bih jiġu fformulati l-ftehimiet.

Artikolu 44

Penali

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, sal-20 ta’ Novembru 2026, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkollhom jiġu imposti penali f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jew jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew jinbdew proċedimenti legali sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddivulgaw lill-pubbliku kwalunkwe penali amministrattiva li tiġi imposta għal ksur tal-miżuri adottati skont din id-Direttiva, sakemm tali divulgazzjoni ma tippreġudikax serjament is-swieq finanzjarji jew tikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti.

Artikolu 45

Eżerċizzju ta’ delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 30(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-19 ta’ Novembru 2023. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul ta’ żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 30(5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Mal-adozzjoni ta’ att delegat, il-Kummissjoni għandha tibgħat notifika dwaru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 30(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 46

Rieżami u monitoraġġ

1.   Sal-20 ta’ Novembru 2029 u kull erba’ snin wara, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-evalwazzjoni għandha tinkludi:

(a)

valutazzjoni ta’ jekk il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għadux adatt fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ kreditu li huma ggarantiti minn proprjetà immobbli mhux residenzjali;

(b)

valutazzjoni tal-limiti stipulati fl-Artikolu 2(2), il-punt (c), u fil-Parti II tal-Anness III, u tal-perċentwali użati għall-kalkolu tal-kumpens pagabbli fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat kif imsemmi fl-Artikolu 29(2), fid-dawl tax-xejriet ekonomiċi fl-Unjoni u tas-sitwazzjoni fis-suq ikkonċernat;

(c)

analiżi tal-evoluzzjoni tas-suq għall-krediti tal-konsumatur li jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika u valutazzjoni tal-ħtieġa għal aktar miżuri relatati ma’ tali krediti; u

(d)

valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 44(1) u (2), u b’mod partikolari tal-effettività u l-effett deterrenti tal-penali imposti skont dak l-Artikolu.

2.   Sal-20 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li tipproteġi lill-konsumaturi li jissellfu u jinvestu permezz ta’ pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2020/1503, fejn dawk il-pjattaformi ma jaġixxux bħala kredituri jew intermedjarji tal-kreditu, iżda jiffaċilitaw l-għoti ta’ kreditu bejn il-konsumaturi.

3.   Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, timmonitorja l-effett tal-eżistenza tal-għażliet regolatorji msemmija fl-Artikolu 42 dwar il-funzjonament tas-suq intern u dwar il-konsumaturi.

4.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta r-riżultati tal-evalwazzjoni u l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjati, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

Artikolu 47

Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Id-Direttiva 2008/48/KE hija mħassra b’effett mill-20 ta’ Novembru 2026.

Minkejja l-ewwel paragrafu, id-Direttiva 2008/48/KE għandha tibqa’ tapplika għal ftehimiet ta’ kreditu eżistenti fl-20 ta’ Novembru 2026.

Madankollu, l-Artikoli 23 u 24, l-Artikolu 25(1), it-tieni sentenza, l-Artikolu 25(2) u l-Artikoli 28 u 39 ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-ftehimiet kollha ta’ kreditu bla skadenza fissa eżistenti fl-20 ta’ Novembru 2026.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness IV.

Artikolu 48

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-20 ta’ Novembru 2025, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-20 ta’ Novembru 2026.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew jinkludu referenza għaliha meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li fiha jingħad li kull meta fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti jkun hemm referenzi għad-Direttiva mħassra minn din id-Direttiva dawk għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza u kif għandha titfassal dik id-dikjarazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 49

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 50

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, it-18 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

J. M. ALBARES BUENO


(1)   ĠU C 105, 4.3.2022, p. 92.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2023 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali) and d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2023.

(3)  Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

(4)  Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

(9)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).

(10)  Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).

(11)  Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(12)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(13)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Settembru 2019, Lexitor, C-383/18, ECLI:EU:C:2019:702.

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(15)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

(16)  Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

(17)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(18)  Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).

(19)  Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).

(20)  Ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1).

(21)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(22)   ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(23)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(24)   ĠU C 403, 6.10.2021, p. 5.

(25)  Ir-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(26)  Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

(27)  Id-Direttiva (UE) 2021/2167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2021 dwar is-servizzjanti tal-kreditu u x-xerrejja tal-kreditu u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE (ĠU L 438, 8.12.2021, p. 1).

(28)  Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).

(29)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE, (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS I

INFORMAZZJONI STANDARD EWROPEA DWAR IL-KREDITU GĦALL-KONSUMATUR  (1)

Informazzjoni Prinċipali

Parti I   [Dejjem fuq l-ewwel paġna tal-formola]:

Kreditur

Fejn applikabbli

Intermedjarju tal-kreditu

[Identità]

[Identità]

L-ammont totali tal-kreditu

Dan ifisser il-limitu massimu jew is-somom totali mqiegħda għad-dispożizzjoni skont il-ftehim ta’ kreditu.

 

Durata tal-ftehim ta’ kreditu

 

Ir-rata tas-self jew, fejn applikabbli, ir-rati tas-self differenti li japplikaw għall-ftehim ta’ kreditu

[ %

fissa, jew

varjabbli,

perjodi]

Rata perċentwali annwali ta’ imposta (RPAI)

Din hija l-kost totali espress bħala perċentwali annwali tal-ammont totali ta’ kreditu.

Ir-RPAI qiegħda hemmhekk biex tgħinek tqabbel offerti differenti.

 

L-ammont totali li ser ikollok tħallas

Dan ifisser l-ammont ta’ kapital missellef miżjud bl-imgħax u l-ispejjeż possibbli relatati mal-kreditu tiegħek.

[Is-somma tal-ammont totali ta’ kreditu u l-kost totali ta’ kreditu għall-konsumatur]

Fejn applikabbli

Il-kreditu jingħata fil-forma ta’ ħlas differit għal oġġetti speċifiċi jew servizzi speċifiċi jew huwa marbut mal-provvista ta’ oġġetti speċifiċi jew il-forniment ta’ servizzi speċifiċi

Isem tal-oġġett/tas-servizz

Prezz fi flus kontanti

 

Kostijiet fil-każ ta’ ħlasijiet tard

Inti jkollok tħallas [... (rata tal-imgħax applikabbli u arranġamenti għall-aġġustament tagħha u, fejn applikabbli, imposti minħabba inadempjenza)] għal ħlasijiet tard.

Parti II   [Jekk l-elementi li ġejjin ma jistgħux jintwerew b’mod prominenti fuq paġna waħda, għandhom jintwerew fl-ewwel parti tal-formola fuq it-tieni paġna]:

Pagamenti rateali u, fejn xieraq, l-ordni li fih il-pagamenti rateali ser ikunu allokati

Ser ikollok tħallas dan li ġej:

[L-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-ħlasijiet li għandhom isiru mill-konsumatur]

L-imgħax u/jew l-imposti ser ikollhom jitħallsu bil-mod li ġej:

Twissija dwar il-konsegwenzi meta l-ħlasijiet ma jsirux jew isiru tard

Ħlasijiet nieqsa jew li jsiru tard jista’ jkollhom konsegwenzi serji għalik (pereżempju, bejgħ furzat) u jagħmluha aktar diffiċli għalik biex tikseb kreditu fil-futur.

 

Dritt ta’ rtirar

Għandek id-dritt li tirtira mill-ftehim ta’ kreditu fi żmien 14-il jum kalendarju.

Iva/le

Ħlas lura antiċipat

Għandek id-dritt li tantiċipa l-ħlas lura tal-kreditu kollu jew ta’ parti minnu fi kwalunkwe ħin.

Fejn applikabbli

Il-kreditur huwa intitolat għal kumpens fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat.

Iva

Kreditur

Indirizz ġeografiku

Numru tat-telefown

Indirizz tal-posta elettronika

Indirizz web (*1)

 

Fejn applikabbli

Intermedjarju tal-kreditu

Indirizz ġeografiku

Numru tat-telefown

Indirizz tal-posta elettronika

Indirizz web  (*1)

 

Informazzjoni addizzjonali dwar il-ftehim ta’ kreditu

1.   Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tal-prodott ta’ kreditu

It-tip ta’ kreditu

 

Il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid tal-kreditu

Dan ifisser kif u meta inti tkun tista’ tikseb il-flus.

Fejn applikabbli

Mekkaniżmi oħra ta’ ġbid ta’ kreditu għat-tip rilevanti ta’ ftehim ta’ kreditu jistgħu jirriżultaw f’rati perċentwali annwali ogħla ta’ imposta

[Meta l-ftehim ta’ kreditu jipprovdi modi differenti ta’ ġbid ta’ kreditu b’imposti jew rati tas-self differenti u l-kreditur juża s-suppożizzjoni mogħtija fil-Parti II, il-punt (b), tal-Anness III, inkludi indikazzjoni li mekkaniżmi oħrajn ta’ ġbid ta’ kreditu għat-tip rilevanti ta’ ftehim ta’ kreditu jistgħu jirriżultaw f’rati perċentwali annwali ogħla ta’ imposta]

Fejn applikabbli

Garanziji meħtieġa

Din hija deskrizzjoni tal-garanzija li inti għandek tagħti rigward il-ftehim ta’ kreditu.

[Tipi ta’ garanziji]

Fejn applikabbli

Il-ħlasijiet lura ma jagħtux lok għal amortizzament immedjat tal-kapital.

 

Fejn applikabbli

Il-prezz kien personalizzat abbażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat.

 

2.   Kostijiet tal-kreditu

Fejn applikabbli

Ir-rati tas-self differenti li japplikaw għall-ftehim ta’ kreditu

[%

fissa, jew

varjabbli (bl-indiċi jew ir-rata ta’ referenza applikabbli għar-rata tas-self inizjali),

perjodi,

kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ kull rata tas-self,

perjodi, kundizzjonijiet u proċeduri biex tinbidel kull rata tas-self]

Eżempju rappreżentattiv li juri r-rata perċentwali annwali ta’ imposta (RPAI) u l-ammont totali li jitħallas mill-konsumatur

[% Hawn għandu jiġi ppreżentat eżempju rappreżentattiv li jsemmi s-suppożizzjonijiet kollha użati għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta]

Biex tikseb il-kreditu jew biex tikseb il-kreditu skont it-termini u l-kundizzjonijiet ikkummerċjalizzati, huwa obbligatorju li tieħu

polza tal-assigurazzjoni li tassigura l-kreditu, jew

kuntratt ta’ servizz anċillari ieħor?

Jekk il-kostijiet ta’ dawn is-servizzi mhumiex magħrufa mill-kreditur, dawn ma jiġux inklużi fir-RPAI.

Iva/le [jekk iva, indika t-tip ta’ assigurazzjoni]

Iva/le [jekk iva, indika t-tip ta’ servizz anċillari]

Kostijiet relatati

Fejn applikabbli

Imposti għaż-żamma ta’ kont wieħed jew aktar li huma meħtieġa biex jiġu rreġistrati kemm it-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll il-ġbid tal-kreditu

 

Fejn applikabbli

L-ammont ta’ kostijiet għall-użu ta’ mezz ta’ ħlas speċifiku (pereżempju, karta ta’ kreditu)

 

Fejn applikabbli

Kwalunkwe kost ieħor li jirriżulta mill-ftehim ta’ kreditu

 

Fejn applikabbli

Il-kundizzjonijiet li bihom il-kostijiet imsemmija hawn fuq relatati mal-ftehim ta’ kreditu jkunu jistgħu jinbidlu

 

Fejn applikabbli

Obbligu tal-ħlas ta’ onorarji notarili

 

3.   Aspetti legali importanti oħra

Fejn applikabbli

Il-kreditur huwa intitolat għal kumpens fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat

[Determinazzjoni tal-kumpens (metodu tal-kalkolu) f’konformità mad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2023/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)]

Konsultazzjoni ta’ bażi tad-data

Il-kreditur għandu jinfurmak immedjatament u mingħajr ħlas bir-riżultat tal-konsultazzjoni ta’ bażi tad-data jekk applikazzjoni għal kreditu tkun irrifjutata abbażi ta’ tali konsultazzjoni.

 

Dritt għal abbozz ta’ ftehim ta’ kreditu

Għandek id-dritt, fuq talba, li tikseb kopja tal-abbozz tal-ftehim ta’ kreditu mingħajr ħlas. Din id-dispożizzjoni tapplika jekk, fiż-żmien tat-talba tiegħek, il-kreditur ikun jixtieq jipproċedi għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu miegħek.

 

Fejn applikabbli

Il-perjodu ta’ żmien li matulu l-kreditur ikun marbut bl-informazzjoni prekuntrattwali

L-informazzjoni li tinsab f’din il-formola hija valida minn […] sa […].

Rigward rimedju

Għandek id-dritt li jkollok aċċess għal mekkaniżmu ta’ lment u rimedju barra mill-qorti.

[Il-mekkaniżmu ta’ lment u rimedju barra mill-qorti għall-konsumatur u kif għandu jiġi aċċessat]

Twissija dwar il-konsegwenzi legali u finanzjarji ta’ nuqqas ta’ konformità

Nuqqas ta’ konformità mal-impenji marbuta mal-ftehim ta’ kreditu għajr ħlasijiet tard jew maqbuża jista’ jkollu konsegwenzi serji għalik.

 

Skeda tal-ħlas lura

[Skeda tal-ħlas lura li jkun fiha l-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura kollha li jridu jsiru mill-konsumatur matul il-ftehim ta’ kreditu, inkluż il-ħlasijiet għal kwalunkwe servizz anċillari]

Fejn applikabbli

4.   Informazzjoni addizzjonali fil-każ ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-bogħod ta’ servizzi finanzjarji

(a)

Dwar il-kreditur

 

Fejn applikabbli

Rappreżentant tal-kreditur fl-Istat Membru ta’ residenza tiegħek

Indirizz

Numru tat-telefown

Indirizz tal-posta elettronika

Indirizz web (*2)

[Identità]

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

Fejn applikabbli

Reġistrazzjoni

[Ir-reġistru kummerċjali fejn huwa mdaħħal il-kreditur u n-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu jew mezz ekwivalenti ta’ identifikazzjoni f’dak ir-reġistru]

Fejn applikabbli

L-awtorità superviżorja

 

(b)

Dwar il-ftehim ta’ kreditu

 

Fejn applikabbli

Eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar

[Struzzjonijiet prattiċi għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar li jindikaw, fost oħrajn, il-perjodu għall-eżerċizzju tad-dritt, l-indirizz fejn għandha tintbagħat in-notifika tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar]

Fejn applikabbli

Il-liġi meħuda mill-kreditur bħala l-bażi għall-istabbiliment tar-relazzjonijiet miegħek qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu

 

Fejn applikabbli

Klawżola li tistipula l-liġi applikabbli għall-ftehim ta’ kreditu u/jew il-qorti kompetenti

[Il-klawżola rilevanti għandha titniżżel hawn]

Fejn applikabbli

Reġim lingwistiku

L-informazzjoni u t-termini kuntrattwali ser jingħataw bi [lingwa speċifika]. Bil-kunsens tiegħek, għat-tul tal-ftehim ta’ kreditu bi ħsiebna nikkomunikaw bi [lingwa speċifika/lingwi speċifiċi].


(1)  Kull fejn hemm indikat “fejn applikabbli”, il-kreditur għandu jimla l-kaxxa jekk l-informazzjoni tkun rilevanti għat-tip ta’ kreditu, jew iħassar l-informazzjoni jew ir-ringiela kollha fejn l-informazzjoni ma tkunx rilevanti għat-tip ta’ kreditu kkonċernat.

L-ispjegazzjonijiet bil-korsiv għandhom jgħinu lill-konsumatur jifhem iċ-ċifri aħjar.

L-indikazzjonijiet bejn il-parentesi kwadri jagħtu spjegazzjoni lill-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu u jridu jiġu ssostitwiti bl-informazzjoni korrispondenti.

(*1)  Din l-informazzjoni hija fakultattiva.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2023/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva 2008/48/KE (ĠU L, 2023/2225, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2225/oj).

(*2)  Din l-informazzjoni hija fakultattiva għall-kreditur.


ANNESS II

INFORMAZZJONI EWROPEA DWAR IL-KREDITU GĦALL-KONSUMATUR  (1)

Kreditu għall-konsumatur offrut minn ċerti organizzazzjonijiet ta’ kreditu (Artikolu 2(6) tad-Direttiva (UE) 2023/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (2) )

Konverżjoni tad-dejn (Artikoli 2(7) tad-Direttiva (UE) 2023/2225)

Informazzjoni Prinċipali

Parti I   [Dejjem fuq l-ewwel paġna tal-formola]:

Kreditur

Fejn applikabbli

Intermedjarju tal-kreditu

[Identità]

[Identità]

L-ammont totali tal-kreditu

Dan ifisser il-limitu massimu jew is-somom totali mqiegħda għad-dispożizzjoni skont il-ftehim ta’ kreditu.

 

It-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ kreditu

 

Ir-rata tas-self jew, fejn applikabbli, ir-rati tas-self differenti li japplikaw għall-ftehim ta’ kreditu

[%

fissa, jew

varjabbli,

perjodi]

Rata perċentwali annwali ta’ imposta (RPAI)

Din hija l-kost totali espress bħala perċentwali annwali tal-ammont totali ta’ kreditu.

Ir-RPAI qiegħda hemmhekk biex tgħinek tqabbel offerti differenti.

 

L-ammont totali li ser ikollok tħallas

Dan ifisser l-ammont ta’ kapital missellef miżjud bl-imgħax u l-ispejjeż possibbli relatati mal-kreditu tiegħek.

[Is-somma tal-ammont totali ta’ kreditu u l-kost totali ta’ kreditu għall-konsumatur]

Fejn applikabbli

Il-kreditu jingħata fil-forma ta’ ħlas differit għal oġġetti speċifiċi jew servizzi speċifiċi jew huwa marbut mal-provvista ta’ oġġetti speċifiċi jew il-forniment ta’ servizzi speċifiċi

Isem tal-oġġett/tas-servizz

Prezz fi flus kontanti

 

Kostijiet fil-każ ta’ ħlasijiet tard

Inti jkollok tħallas [... (rata tal-imgħax applikabbli u arranġamenti għall-aġġustament tagħha u, fejn applikabbli, imposti minħabba inadempjenza)] għal ħlasijiet tard.

Parti II   [Jekk l-elementi li ġejjin ma jistgħux jintwerew b’mod prominenti fuq paġna waħda, għandhom jintwerew fl-ewwel parti tal-formola fuq it-tieni paġna]:

Pagamenti rateali u, fejn xieraq, l-ordni li fih il-pagamenti rateali ser ikunu allokati

Ser ikollok tħallas dan li ġej:

[L-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-ħlasijiet li għandhom isiru mill-konsumatur]

L-imgħax u/jew l-imposti ser ikollhom jitħallsu bil-mod li ġej:

Twissija dwar il-konsegwenzi meta l-ħlasijiet ma jsirux jew isiru tard

Ħlasijiet nieqsa jew li jsiru tard jista’ jkollhom konsegwenzi serji għalik (pereżempju, bejgħ furzat) u jagħmluha aktar diffiċli għalik biex tikseb kreditu fil-futur.

 

Id-dritt ta’ rtirar

Iva/le

Ħlas lura antiċipat

Għandek id-dritt li tantiċipa l-ħlas lura tal-kreditu kollu jew ta’ parti minnu fi kwalunkwe ħin.

Fejn applikabbli

Il-kreditur huwa intitolat għal kumpens fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat.

 

Kreditur

Indirizz ġeografiku

Numru tat-telefown

Indirizz tal-posta elettronika

Indirizz web (*1)

 

Fejn applikabbli

Intermedjarju tal-kreditu

Indirizz ġeografiku

Numru tat-telefown

Indirizz tal-posta elettronika

Indirizz web (*1)

 

Informazzjoni addizzjonali dwar il-ftehim ta’ kreditu

1.   Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tal-prodott ta’ kreditu

It-tip ta’ kreditu

 

Fejn applikabbli

Indikazzjoni li l-konsumatur jista’ jintalab iħallas lura l-ammont totali tal-kreditu fi kwalunkwe ħin

 

Fejn applikabbli

Il-prezz kien personalizzat abbażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat.

 

2.   Kostijiet tal-kreditu

Fejn applikabbli

Ir-rati tas-self differenti li japplikaw għall-ftehim ta’ kreditu

[%

fissa, jew

varjabbli (bl-indiċi jew ir-rata ta’ referenza applikabbli għar-rata tas-self inizjali),

perjodi,

kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ kull rata tas-self,

Eżempju rappreżentattiv li juri r-rata perċentwali annwali ta’ imposta (RPAI) u l-ammont totali li jitħallas mill-konsumatur

[% Hawn għandu jiġi ppreżentat eżempju rappreżentattiv li jsemmi s-suppożizzjonijiet kollha użati għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta]

Fejn applikabbli

Spejjeż

Fejn applikabbli

Il-kundizzjonijiet li bihom dawk il-kostijiet jistgħu jinbidlu

[Il-kostijiet applikabbli mill-mument li fih jiġi konkluż il-ftehim ta’ kreditu]

3.   Aspetti legali importanti oħra

Terminazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu

[Il-kundizzjonijiet u l-proċedura għat-terminazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu]

Fejn applikabbli

Il-kreditur huwa intitolat għal kumpens fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat

[Determinazzjoni tal-kumpens (metodu ta’ kalkolu) f’konformità mad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2023/2225]

Konsultazzjoni ta’ bażi tad-data

Il-kreditur għandu jinfurmak immedjatament u mingħajr ħlas bir-riżultat tal-konsultazzjoni ta’ bażi tad-data, jekk applikazzjoni għal kreditu tkun irrifjutata abbażi ta’ tali konsultazzjoni.

 

Fejn applikabbli

Il-perjodu ta’ żmien li matulu l-kreditur ikun marbut bl-informazzjoni prekuntrattwali

L-informazzjoni li tinsab f’din il-formola hija valida minn […] sa […].

Rigward rimedju

Għandek id-dritt li jkollok aċċess għal mekkaniżmu ta’ lment u rimedju barra mill-qorti.

[Il-mekkaniżmu ta’ lment u rimedju barra mill-qorti għall-konsumatur u kif għandu jiġi aċċessat]

Twissija dwar il-konsegwenzi legali u finanzjarji ta’ nuqqas ta’ konformità

Nuqqas ta’ konformità mal-impenji marbuta mal-ftehim ta’ kreditu għajr ħlasijiet tard jew maqbuża jista’ jkollu konsegwenzi serji għalik.

 

Skeda tal-ħlas lura

[Skeda tal-ħlas lura li jkun fiha l-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura kollha li jridu jsiru mill-konsumatur matul il-kuntratt, inkluż dawk il-ħlasijiet għal kwalunkwe servizz anċillari]

Fejn applikabbli

4.   Informazzjoni addizzjonali fil-każ ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-bogħod ta’ servizzi finanzjarji

(a)

Dwar il-kreditur

 

Fejn applikabbli

Rappreżentant tal-kreditur fl-Istat Membru ta’ residenza tiegħek

Indirizz

Numru tat-telefown

Indirizz tal-posta elettronika

Indirizz web (*2)

[Identità]

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

Fejn applikabbli

Reġistrazzjoni

[Ir-reġistru kummerċjali li fih huwa mdaħħal il-kreditur u n-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu jew mezz ekwivalenti ta’ identifikazzjoni f’dak ir-reġistru]

Fejn applikabbli

L-awtorità superviżorja

 

(b)

Dwar il-ftehim ta’ kreditu

 

Fejn applikabbli

Eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar

[Struzzjonijiet prattiċi għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar li jindikaw, fost oħrajn, il-perjodu għall-irtirar, l-indirizz fejn għandha tintbagħat in-notifika tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar]

Fejn applikabbli

Il-liġi meħuda mill-kreditur bħala bażi għall-istabbiliment tar-relazzjonijiet miegħek qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu

 

Fejn applikabbli

Klawżola li tistipula l-liġi applikabbli għall-ftehim ta’ kreditu u/jew il-qorti kompetenti

[Il-klawżola rilevanti għandha titniżżel hawn]

Fejn applikabbli

Reġim lingwistiku

L-informazzjoni u t-termini kuntrattwali ser jingħataw bi [lingwa speċifika]. Bil-kunsens tiegħek, għat-tul tal-ftehim ta’ kreditu bi ħsiebna nikkomunikaw bi [lingwa speċifika/lingwi speċifiċi].


(1)  Kull fejn hemm indikat “fejn applikabbli”, il-kreditur għandu jimla l-kaxxa jekk l-informazzjoni tkun rilevanti għat-tip ta’ kreditu, jew iħassar l-informazzjoni jew ir-ringiela kollha fejn l-informazzjoni ma tkunx rilevanti għat-tip ta’ kreditu kkonċernat.

L-ispjegazzjonijiet bil-korsiv għandhom jgħinu lill-konsumatur jifhem iċ-ċifri aħjar.

L-indikazzjonijiet bejn il-parentesi kwadri jagħtu spjegazzjoni lill-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu u jridu jiġu sostitwiti bl-informazzjoni korrispondenti.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2023/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi u li tħassar id-Direttiva 2008/48/KE (ĠU L, 2023/2225, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2225/oj).

(*1)  Din l-informazzjoni hija fakultattiva.

(*2)  Din l-informazzjoni hija fakultattiva għall-kreditur.


ANNESS III

I.   L-ekwazzjoni bażika li tesprimi l-ekwivalenza ta’ ġbid ta’ kreditu minn naħa waħda u l-ħlas lura u l-imposti min-naħa l-oħra.

L-ekwazzjoni bażika, li tistabbilixxi r-rata perċentwali annwali ta’ imposta (RPAI), tammonta, fuq bażi annwali, għall-valur totali preżenti ta’ ġbid ta’ kreditu min-naħa l-waħda u t-total tal-valur preżenti ta’ ħlasijiet lura u tal-ħlasijiet ta’ imposti min-naħa l-oħra, jiġifieri:

Image 1

fejn:

— X

hija r-RPAI,

— m

hija n-numru tal-aħħar ġbid ta’ kreditu,

— k

hija n-numru ta’ ġbid ta’ kreditu, għalhekk 1 ≤ k ≤ m,

— Ck

hija l-ammont ta’ ġbid ta’ kreditu k,

— tk

hija l-intervall, espress fi snin u frazzjonijiet ta’ sena, bejn id-data tal-ewwel ġbid ta’ kreditu u d-data ta’ kull ġbid ta’ kreditu sussegwenti, għalhekk t1 = 0,

— m’

hija n-numru tal-aħħar ħlas lura jew ħlas ta’ imposti,

— l

hija n-numru ta’ ħlas lura jew ħlas ta’ imposti,

— Dl

hija l-ammont ta’ ħlas lura jew ħlas ta’ imposti,

— sl

hija l-intervall, espress fi snin u frazzjonijiet ta’ sena, bejn id-data tal-ewwel ġbid ta’ kreditu u d-data ta’ kull ħlas lura jew ħlas ta’ imposti.

Rimarki

(a)

L-ammonti mħallsa miż-żewġ partijiet fi żminijiet differenti ma għandhomx neċessarjament ikunu indaqs u ma għandhomx neċessarjament jitħallsu f’intervalli ugwali.

(b)

Id-data tal-bidu għandha tkun dik tal-ewwel ġbid ta’ kreditu.

(c)

L-intervalli bejn id-dati użati fil-kalkoli għandhom jiġu espressi fi snin jew fi frazzjonijiet ta’ sena. Sena hija preżunta li fiha 365 jum (jew 366 jum fi snin biżestili), 52 ġimgħa jew 12-il xahar indaqs. Xahar huwa preżunt li fih 30.41666 jum (jiġifieri 365/12) irrispettivament minn jekk tkunx sena biżestili jew le.

Fejn l-intervalli bejn id-dati użati fil-kalkoli ma jkunux jistgħu jiġu espressi f’numru sħiħ ta’ ġimgħat, xhur jew snin, l-intervalli għandhom jiġu espressi bħala numru sħiħ ta’ wieħed minn dawk il-perjodi flimkien ma’ numru ta’ jiem. Meta jintużaw il-jiem:

(i)

kull jum għandu jingħadd, inkluż tmiem il-ġimgħa u btajjel;

(ii)

perjodi ugwali u mbagħad il-jiem għandhom jingħaddu b’lura sad-data tal-ġbid ta’ kreditu inizjali;

(iii)

it-tul tal-perjodu ta’ jiem għandu jinkiseb billi jiġi eskluż l-ewwel jum u inkluż l-aħħar jum u għandu jiġi espress fi snin billi dan il-perjodu jiġi diviż bin-numru ta’ jiem (365 jew 366) tas-sena sħiħa magħduda b’lura mill-aħħar jum sal-istess jum tas-sena preċedenti.

(d)

Ir-riżultat tal-kalkolu għandu jiġi espress bi preċiżjoni ta’ mill-inqas punt deċimali wieħed. Jekk iċ-ċifra fil-post deċimali segwenti tkun ugwali għal 5 jew akbar, iċ-ċifra f’dak il-post deċimali partikolari għandha tiżdied b’wieħed.

(e)

L-ekwazzjoni tista’ tinkiteb mill-ġdid bl-użu ta’ somma waħda u l-kunċett ta’ flussi (Ak), li jkun pożittiv jew negattiv, fi kliem ieħor imħallsa jew riċevuta matul il-perjodi 1 sa n, espressi fi snin, jiġifieri:

Image 2
,

fejn S hija l-bilanċ preżenti ta’ flussi. Jekk l-għan ikun li tinżamm l-ekwivalenza tal-flussi, il-valur ta’ S ikun żero.

II.   Is-suppożizzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tar-RPAI għandhom ikunu kif ġej.

(a)

Meta kuntratt ta’ kreditu jagħti lill-konsumatur il-libertà ta’ ġbid ta’ kreditu, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jitqies li ġie prelevat minnufih u kompletament.

(b)

Meta kuntratt ta’ kreditu jagħti lill-konsumatur libertà ta’ ġbid ta’ kreditu b’mod ġenerali iżda jimponi, fost il-modi differenti ta’ prelevament, limitazzjoni fir-rigward tal-ammont ta’ kreditu u l-perjodu ta’ żmien, l-ammont ta’ kreditu għandu jitqies bħala prelevat fl-eqreb data stabbilita fil-ftehim ta’ kreditu u f’konformità ma’ dawk il-limiti ta’ ġbid ta’ kreditu.

(c)

Fejn kuntratt ta’ kreditu jipprovdi modi differenti ta’ ġbid ta’ flus b’imposti jew rati ta’ self differenti, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jitqies li ġie prelevat bl-ogħla imposta u rata ta’ self applikata għall-mekkaniżmu ta’ ġbid ta’ kreditu l-aktar komuni għal dak it-tip ta’ ftehim ta’ kreditu.

(d)

Fil-każ ta’ faċilità ta’ overdraft, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jitqies li huwa miġbud kompletament u għad-durata kollha tal-ftehim ta’ kreditu. Jekk id-durata tal-faċilità ta’ overdraft ma tkunx magħrufa, ir-RPAI għandha tiġi kkalkolata fuq is-suppożizzjoni li d-durata tal-kreditu hija ta’ tliet xhur.

(e)

Fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa, għajr faċilità ta’ overdraft, għandu jiġi preżunt li:

(i)

il-kreditu huwa pprovdut għal perjodu ta’ sena li jibda mid-data tal-ġbid ta’ kreditu inizjali, u li l-ħlas finali magħmul mill-konsumatur iħassar il-bilanċ tal-kapital, l-imgħax u imposti oħrajn, jekk ikun hemm;

(ii)

il-kapital huwa mħallas lura mill-konsumatur fi ħlasijiet indaqs kull xahar, li jibdew xahar wara d-data tal-ġbid ta’ kreditu inizjali. Madankollu, f’każijiet fejn il-kapital irid jitħallas lura biss kompletament fi ħlas uniku, f’kull perjodu ta’ ħlas, il-ġbid ta’ kreditu suċċessiv u l-ħlasijiet lura tal-kapital kollu mill-konsumatur għandhom jitqiesu li jsiru fuq il-perjodu ta’ sena. L-imgħax u imposti oħra għandhom jiġu applikati f’konformità ma’ dawk il-ġbid ta’ kreditu u l-ħlasijiet lura ta’ kapital u kif stabbilit fil-ftehim ta’ kreditu.

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa huwa ftehim ta’ kreditu mingħajr durata fissa u jinkludi krediti li jridu jitħallsu lura kompletament fi żmien jew wara perjodu iżda, ladarba jitħallsu lura, isiru disponibbli biex jerġgħu jiġu prelevati.

(f)

Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu minbarra overdrafts u ftehimiet ta’ kreditu bla skadenza fissa kif imsemmija fil-preżunzjonijiet imniżżla fil-punti (d) u (e):

(i)

meta d-data jew l-ammont ta’ ħlas lura ta’ kapital li għandu jsir mill-konsumatur ma jkunux jistgħu jiġu aċċertati, għandu jiġi preżunt li l-ħlas lura jsir fl-eqreb data prevista fil-ftehim ta’ kreditu u huwa għall-aktar ammont baxx li għalih jipprevedi l-kuntratt ta’ kreditu;

(ii)

fejn l-intervall bejn id-data tal-ġbid ta’ kreditu inizjali u d-data tal-ewwel ħlas li għandu jsir mill-konsumatur ma jistax jiġi aċċertat, għandu jiġi preżunt li huwa l-iqsar intervall.

(g)

Meta d-data jew l-ammont ta’ ħlas li għandu jsir mill-konsumatur ma jkunux jistgħu jiġu aċċertati abbażi tal-ftehim ta’ kreditu jew is-suppożizzjonijiet imniżżla fil-punti (d), (e) jew (f), għandu jiġi preżunt li l-ħlas isir f’konformità mad-dati u l-kundizzjonijiet meħtieġa mill-kreditur u, meta dawk id-dati u l-kundizzjonijiet ma jkunux magħrufa:

(i)

l-imposti tal-imgħax jitħallsu flimkien mal-ħlas lura tal-kapital;

(ii)

imposta mingħajr imgħax espressa bħala somma unika titħallas fid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

(iii)

imposti mingħajr imgħax espressi bħala diversi ħlasijiet jitħallsu f’intervalli regolari, li jibdew mad-data tal-ewwel ħlas lura tal-kapital, u fejn l-ammont ta’ tali ħlasijiet ma jkunx magħruf għandhom jiġu preżunti bħala ammonti indaqs;

(iv)

il-ħlas finali jħassar il-bilanċ tal-kapital, l-imgħax u imposti oħrajn, jekk ikun hemm.

(h)

Fejn il-limitu massimu applikabbli għall-kreditu jkun għadu ma ġiex miftiehem, ikun preżunt li huwa EUR 1 500.

(i)

Meta jiġu offruti rati tas-self u imposti differenti għal perjodu limitat jew ammont limitat, ir-rata tas-self u l-imposti għandhom jitqiesu bħala l-ogħla rata għad-durata kollha tal-ftehim ta’ kreditu.

(j)

Għal ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi li għalihom tiġi miftiehma rata tas-self fissa għall-perjodu inizjali, li fi tmiemu tiġi ddeterminata rata tas-self ġdida u sussegwentement aġġustata perjodikament skont indikatur maqbul, il-kalkolu tar-RPAI għandu jkun ibbażat fuq il-preżunzjoni li, fi tmiem il-perjodu tar-rata tas-self fissa, ir-rata tas-self tkun l-istess bħal fil-mument tal-kalkolu tar-RPAI, abbażi tal-valur tal-indikatur maqbul f’dak il-mument.


ANNESS IV

Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 2008/48/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

 

Artikolu 2(2), il-punti (a), (b) u (c)

Artikolu 2(2), il-punti (a), (b) u (c)

Artikolu 2(2), il-punt (d)

Artikolu 2(2), il-punt (g)

Artikolu 2(2), il-punti (e) u (f)

-

Artikolu 2(2), il-punti (g), (h), (i), (j), (k) u (l)

Artikolu 2(2), il-punti (d), (e), (f), (i), (j) u (k)

Artikolu 2(2a)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(3)

-

Artikolu 2(4), (5) u (6)

Artikolu 2(4), (6) u (7)

Artikolu 3, il-punti (a), (b) u (c)

Artikolu 3, il-punti 1, 2 u 3

-

Artikolu 3, il-punti 4

Artikolu 3, il-punti (d) u (e)

Artikolu 3, il-punti 18 u 19

Artikolu 3, punt (f)

Artikolu 3, punt 12

Artikolu 3, il-punti (g), (h), (i), (j), (k), (l) u (m)

Artikolu 3, il-punti 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11

Artikolu 3, il-punt (n)

Artikolu 3, il-punt 20

-

Artikolu 3, il-punti 13, 14, 15, 16, 17, 18, 21 u 22

-

Artikolu 5

-

Artikolu 6

-

Artikolu 7

Artikolu 4

Artikolu 8

-

Artikolu 9

Artikolu 5(1)

Artikolu 10(1), (3), (5) u (6)

Artikolu 5(2)

Artikolu 10(7)

Artikolu 5(4)

Artikolu 10(8)

Artikolu 5(5)

Artikolu 10(9)

Artikolu 5(6)

Artikolu 12(1), il-punti (a), (b) u (c) u Artikolu 12(2)

Artikolu 6(1) u (3)

Artikolu 11(1), (2) u (4)

Artikolu 6(2)

-

Artikolu 6(4)

Artikolu 11(6)

Artikolu 6(5)

-

Artikolu 6(6)

Artikolu 11(7)

Artikolu 6(7)

-

Artikolu 7

Artikolu 10(10) u Artikolu 11(8)

-

Artikolu 13

Artikolu 8

Artikolu 18

-

Artikolu 14

-

Artikolu 15

-

Artikolu 16

-

Artikolu 17

Artikolu 9

Artikolu 19

Artikolu 10(1)

Artikolu 20

Artikolu 10(2), 10(3) u 10(4)

Artikolu 21

Artikolu 10(5)

-

Artikolu 11a

Artikolu 22

Artikolu 11

Artikolu 23

Artikolu 12

Artikolu 24

Artikolu 13

Artikolu 28

Artikolu 14

Artikolu 26

Artikolu 15

Artikolu 27

Artikolu 16

Artikolu 29

Artikolu 17

Artikolu 39

Artikolu 18

Artikolu 25

Artikolu 19

Artikolu 30

-

Artikolu 31

-

Artikolu 32

-

Artikolu 33

-

Artikolu 34

Artikolu 16a

Artikolu 35

-

Artikolu 36

Artikolu 20

Artikolu 37

Artikolu 21

Artikolu 38

-

Artikolu 41

Artikolu 22

Artikolu 42, 43

Artikolu 23

Artikolu 44

Artikolu 24

Artikolu 40

Artikolu 24a

Artikolu 45

Artikolu 26

Artikolu 42(2)

Artikolu 27(1)

Artikolu 48

Artikolu 27(2)

Artikolu 46

Artikolu 28

Artikolu 4

Artikolu 29

Artikolu 47

Artikolu 30

Artikolu 47

Artikolu 31

Artikolu 49

Artikolu 32

Artikolu 50

Anness I

Anness III

Anness II

Anness I

Anness III

Anness II

-

Anness IV


ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2225/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)