|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2185 |
12.10.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2185
tal-11 ta’ Ottubru 2023
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi jew entitajiet assoċjati mar-reġim tal-eks President Saddam Hussein milquta bl-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi u bi projbizzjoni fuq li fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli. |
|
(2) |
Fil-5 ta’ Ottubru 2023, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda mil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-assi. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja,
Servizzi Finanzjarji u Unjoni tas-Swieq Kapitali
ANNESS
Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, l-entrata li ġejja titħassar:
|
“26. |
ISEM: Walid Hamid Tawfiq Al-Tikriti
PSEWDONIMU: Walid Hamid Tawfiq al-Nasiri DATA TAT-TWELID/POST TAT-TWELID: 1954, Tikrit NAZZJONALITÀ: L-Iraq BAŻI SKONT IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KSNU: Gvernatur ta’ Basrah” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2185/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)