European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2176

17.10.2023

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2176

tat-13 ta’ Ottubru 2023

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1388 fir-rigward tal-fornitur tal-materjal ta’ referenza

(notifikata bid-dokument C(2023) 6734)

(It-testi bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 21(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Corteva Agriscience LLC, l-Istati Uniti, irrappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, hija d-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tal-qamħirrum ġenetikament modifikat li fih l-event uniku MIR 162 (l-identifikatur uniku SYN-IR162-4), kopert mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1388 (2).

(2)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1388 fih indikazzjoni tal-fornitur tal-materjali ta’ referenza u link għall-paġna web li fuqha huwa disponibbli l-materjal ta’ referenza għall-metodu ta’ detezzjoni.

(3)

Permezz ta’ ittra bid-data tal-11 ta’ Ottubru 2022, Corteva Agriscience Belgium BV, f’isem Corteva Agriscience LLC, infurmat lill-Kummissjoni dwar bidla fil-fornitur tal-materjal ta’ referenza tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162. Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1388 tiġi emendata sabiex tiġi aġġornata l-indikazzjoni fir-rigward tal-link tas-sit web għall-aċċess għall-materjal ta’ referenza ċċertifikat.

(4)

Jenħtieġ li l-bidla fil-fornitur tal-materjal ta’ referenza tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162 tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikat imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(5)

L-emendi proposti għad-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni huma ta’ natura purament amministrattiva u ma jinvolvux valutazzjoni ġdida tal-prodotti kkonċernati.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1388

Fl-Anness, il-punt (d)(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

Materjal ta’ Referenza: ERM®-BF418 (għal DAS-Ø15Ø7), ERM®-BF413 (għal MON-ØØ81Ø-6), ERM®-BF415 (għal MON-ØØ6Ø3-6) u ERM®-BF446 (għal SYN-IR162-4) huma aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea fuq https://crm.jrc.ec.europa.eu/.”

Artikolu 2

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti, irrappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Rue Montoyer 25, 1000 Brussell, il-Belġju.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1388 tas-17 ta’ Awwissu 2021 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu magħmulin mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × MON810 × NK603, u mill-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, MIR162, MON810 u NK603 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 300, 24.8.2021, p. 22).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2176/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)