European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2168

16.10.2023

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2168

tad-9 ta’ Ottubru 2023

li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għar-raja ondjata fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 9 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2023.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tar-raja ondjata li, l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall jew li huma rreġistrati fih, għamlu fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 9 eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2023.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2023 għall-Portugall għall-istokk tar-raja ondjata fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 9 msemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

1.   Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera Portugiża jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.

2.   It-trażbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid f’gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art ta’ ħut u ta’ prodotti tas-sajd minn dak l-istokk li jinqabdu minn dawk il-bastimenti għandhom jibqgħu awtorizzati għall-qabdiet meħuda qabel dik id-data.

3.   Il-qbid mhux intenzjonat tal-ispeċi minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandu jinġieb u jinżamm abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġi rreġistrat, jinħatt l-art u jinqata’ mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).


ANNESS

Nru

11/TQ194

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

RJU/9-C.

Speċi

Raja ondjata (Raja undulata)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni ta’ 9

Data tal-għeluq

23 ta’ Settembru 2023


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2168/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)