|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2147 |
11.10.2023 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/2147
tad-9 ta’ Ottubru 2023
dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jimminaw l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135 tad-9 ta’ Ottubru 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jimminaw l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135, li tistabbilixxi qafas għal miżuri restrittivi mmirati fid-dawl ta’ attivitajiet li jimminaw l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan. Il-kuntest politiku u r-raġunijiet ta’ politika għall-istabbiliment tal-miżiri restrittivi jinsabu fil-premessi għalihom. Dik id-Deċiżjoni tipprevedi projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar, l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi, u projbizzjoni li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli għalihom. Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għal dawk il-miżuri restrittivi huma elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(2) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għaldaqstant, notevolment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn ikunu implimentati. |
|
(3) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għad-difiża u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat f’konformità ma’ dawk id-drittijiet. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-proċedura għall-emendar tal-lista stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament tkun tinkludi l-għoti tar-raġunijiet għall-elenkar lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, lill-entitajiet jew lill-korpi indikati, sabiex ikollhom l-opportunità jippreżentaw osservazzjonijiet. |
|
(5) |
Għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u sabiex tiġi ggarantita ċertezza ġuridika massima fl-Unjoni, jenħtieġ li l-ismijiet u data rilevanti oħra rigward persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom għandhom jiġu ffriżati f’konformità ma’ dan ir-Regolament isiru pubbliċi. Jenħtieġ li kwalunkwe proċessar ta’ data personali jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 (2) u (UE) 2018/1725 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri li jieħdu skont dan ir-Regolament u bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b’rabta ma’ dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Jenħtieġ li dawk il-pieni jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“pretensjoni” tfisser kwalunkwe pretensjoni, kemm jekk iddikjarata bi proċedimenti legali kif ukoll jekk le, li ssir qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b’rabta ma’ wieħed minnhom, u b’mod partikolari:
|
|
(b) |
“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni ta’ liema forma hi u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, sew jekk tikkonsisti f’kuntratt wieħed jew aktar jew obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew differenti; għal dan l-iskop, “kuntratt” jinkludi bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, sew jekk legalment indipendenti jew mhux, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni relatata li toriġina mit-tranżazzjoni jew li tkun marbuta magħha; |
|
(c) |
“awtoritajiet kompetenti” tirreferi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness II; |
|
(d) |
“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta’ kull tip, kemm jekk tanġibbli kif ukoll jekk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi, iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi; |
|
(e) |
“iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta’ riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta’ fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod, inklużi, iżda mhux limitat għal, il-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar tagħhom; |
|
(f) |
“iffriżar ta’ fondi” tfisser il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe ċaqliq, trasferiment, alterazzjoni, użu, aċċess, jew trattar ta’ fondi bi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, fl-ammont, fil-post, fis-sjieda, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni tagħhom jew fi bdil ieħor li jippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż ġestjoni ta’ portafolli; |
|
(g) |
“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta’ kull tip, inkluż, iżda mhux limitati għal:
|
|
(h) |
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom. |
Artikolu 2
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma l-proprjetà, jew fil-pussess jew taħt il-kontroll ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I għandhom jiġu ffriżati.
2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, jew għall-benefiċċju tagħhom.
3. L-Anness I għandu jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi:
|
(a) |
responsabbli għal azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tas-Sudan, jew li direttament jew indirettrament kienu involuti fl-għoti ta’ appoġġ għalihom, jew li bbenefikaw minnhom; |
|
(b) |
li jfixklu jew jimminaw l-isforzi biex titkompla t-tranżizzjoni politika fis-Sudan; |
|
(c) |
li jfixklu t-twassil ta’ assistenza umanitarja fis-Sudan, l-aċċess għaliha jew id-distribuzzjoni tagħha, inkluż attakki fuq ħaddiema tas-saħħa u umanitarji u s-sekwestru u l-qerda ta’ infrastruttura u assi umanitarji jew tas-saħħa; |
|
(d) |
involuti fl-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta’ atti fis-Sudan li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali, inkluż qtil u mmankar, stupru u forom serji oħra ta’ vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, ħtif u spostament furzat.; |
|
(e) |
assoċjati mal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi koperti mill-punti minn (a) sa (d). |
Artikolu 3
1. B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont dawk il-kundizzjonijiet li jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:
|
(a) |
meħtieġa biex jissodisfaw il-bżonnijiet bażiċi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, u tal-membri dipendenti tal-familji ta’ dawn il-persuni fiżiċi, inklużi ħlasijiet għall-ikel, għall-kera jew għall-ipotekar, għall-mediċini u għat-trattament mediku, għat-taxxi, għall-primjums tal-assigurazzjoni, u għall-ispejjeż tas-servizzi pubbliċi; |
|
(b) |
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-għoti ta’ servizzi legali; |
|
(c) |
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi jew imposti ta’ servizzi ta’ kustodja jew ġestjoni normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; |
|
(d) |
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li jenħtieġ li tingħata awtorizzazzjoni speċifika, tal-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew |
|
(e) |
se jitħallsu f’kont ta’ missjoni diplomatika jew konsulari, jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet f’konformità mad-dritt internazzjonali, jew jinħarġu minn tali kont, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsuba biex jintużaw għal finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari, jew tal-organizzazzjoni internazzjonali. |
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.
Artikolu 4
1. L-Artikolu 2(1) u (2) ma għandux japplika għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-bżonnijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
|
(a) |
in-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u l-entitajiet u l-korpi l-oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha; |
|
(b) |
organizzazzjonijiet internazzjonali; |
|
(c) |
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji; |
|
(d) |
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, fil-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, f’appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (Office for the Coordination of Humanitarian Affairs, OCHA); |
|
(e) |
organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tkun tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja jew li jkunu ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità ma’ proċeduri nazzjonali; |
|
(f) |
aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri; jew |
|
(g) |
l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (f) waqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet. |
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, u b’deroga mill-Artikolu 2(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-provvista ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi hija meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil fil-ħin ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħrajn li jappoġġaw bżonnijiet bażiċi tal-bniedem.
3. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 2, l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu fi żmien erba’ ġimgħat minn tali awtorizzazzjoni.
Artikolu 5
1. B’deroga mill-Artikolu 2(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta’ deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 2 jkun ġie elenkat fl-Anness I, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data; |
|
(b) |
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu se jintużaw esklużivament biex jissodisfaw pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f’tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom tali pretensjonijiet; |
|
(c) |
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u |
|
(d) |
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat. |
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.
Artikolu 6
1. B’deroga mill-Artikolu 2(1) u dment li jkun dovut pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I skont kuntratt jew ftehim li jkun ġie konkluż minn, jew skont obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat qabel id-data ta’ meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, skont il-kundizzjonijiet li jqisu li jkunu adattati, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:
|
(a) |
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu se jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u |
|
(b) |
il-pagament ma jkunx bi ksur tal-Artikolu 2(2). |
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.
Artikolu 7
1. L-Artikolu 2(2) ma għandux iwaqqaf l-ikkreditar ta’ kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, dejjem jekk kull żieda f’dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti bi kwalunkwe tranżazzjoni ta’ dan it-tip, mingħajr dewmien.
2. L-Artikolu 2(2) ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:
|
(a) |
mgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; |
|
(b) |
pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 2 jkunu ġew inklużi fl-Anness I; jew |
|
(c) |
pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fi Stat Membru jew eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, |
dment li kull tali mgħax, qligħ u pagament ieħor jiġi ffriżat f’konformità mal-Artikolu 2(1).
Artikolu 8
1. Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi għandhom:
|
(a) |
jipprovdu minnufih kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal informazzjoni dwar kontijiet u l-ammonti ffriżati f’konformità mal-Artikolu 3(1), lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti jew fejn jinsabu, u jittrażmettu tali informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istat Membru, lill-Kummissjoni; u |
|
(b) |
jikkooperaw mal-awtorità kompetenti f’kull verifika tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a). |
2. L-obbligu fil-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għar-regoli nazzjonali jew regoli applikabbli oħra dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet ġudizzjarji, u konsistenti mar-rispett għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn l-avukati u l-klijenti tagħhom iggarantit mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għal dan l-għan, tali komunikazzjoni tinkludi dik relatata ma’ pariri legali pprovduti minn professjonisti ċċertifikati oħra li jkunu awtorizzati skont il-liġi nazzjonali biex jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom fi proċedimenti ġudizzjarji, sa fejn tali parir legali jingħata b’rabta ma’ proċedimenti ġudizzjarji pendenti jew prospettivi.
3. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.
4. Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew riċevuta f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ingħatat jew ġiet riċevuta.
5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inkluż l-awtoritajiet tal-infurzar, l-awtoritajiet doganali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (5), id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u d-Direttiva 2014/65/UE (7), kif ukoll l-amministraturi tar-reġistri uffiċjali li fihom ikunu rreġistrati persuni fiżiċi, persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi kif ukoll proprjetà immobbli jew mobbli, għandhom jipproċessaw u jiskambjaw mingħajr dewmien informazzjoni, inkluż data personali u, jekk meħtieġ, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ma’ awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istat Membru tagħhom, ta’ Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni, jekk dan l-ipproċċessar u l-iskambju jkun meħtieġ biex jitwettqu l-kompiti tal-awtorità tal-ipproċċessar jew tal-awtorità riċeventi skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari meta jidentifikaw każijiet ta’ ksur jew ċirkomvenzjoni, jew tentattivi ta’ ksur jew ċirkomvenzjoni, tal-projbizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.
6. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali għandu jitwettaq f’konformità mar-Regolamentpreżenti u r-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn ikun meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament biss u sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva bejn l-Istati Membri kif ukoll mal-Kummissjoni Ewropea fl-applikazzjoni tiegħu.
Artikolu 9
1. Il-parteċipazzjoni, konsapevolment u intenzjonalment, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 għandha tkun ipprojbita.
2. Persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati, elenkati fl-Anness I, għandhom:
|
(a) |
jirrapportaw fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-elenkar tagħhom fl-Anness I, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru li jappartjenu, huma l-proprjetà, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu dawk il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi; u |
|
(b) |
jikkooperaw ma’ dik l-awtorità kompetenti fil-verifika ta’ tali informazzjoni. |
3. In-nuqqas ta’ konformità mal-paragrafu 2 għandu jitqies bħala parteċipazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2.
4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni fi żmien ġimagħtejn mill-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a).
5. Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew riċevuta f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ingħatat jew ġiet riċevuta.
6. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali għandu jitwettaq f’konformità ma’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u sa fejn ikun meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament biss.
Artikolu 10
1. L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu disponibbli, imwettqa bona fide fuq il-bażi li tali azzjoni tkun konformi ma’ dan ir-Regolament, ma għandhom joħolqu ebda tip ta’ responsabbiltà fir-rigward tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawhom, jew ta’ diretturi jew impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b’riżultat ta’ negliġenza.
2. L-azzjonijiet mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhomx jagħtu lok għal responsabbiltà tal-ebda xorta fuq in-naħa tagħhom jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu se jiksru l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 11
1. Ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni, li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, partikolarment pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kwalunkwe għamla, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk dawn isiru minn:
|
(a) |
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I; |
|
(b) |
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta’ waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-punt (a), jew f’isimha. |
2. Fi kwalunkwe proċedura għall-infurzar ta’ pretensjoni, l-obbligu biex ikun ippruvat li l-issodisfar tal-pretensjoni mhux ipprojbit bil-paragrafu 1 għandu jkun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu l-infurzar ta’ din il-pretensjoni.
3. Dan l-Artikolu huwa bla preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, tal-entitajiet u tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligi kuntrattwali f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 12
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jikkondividu kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari informazzjoni dwar:
|
(a) |
il-fondi ffriżati skont l-Artikolu 2 u l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 3, 4(2), 5 u 6; |
|
(b) |
ksur u problemi ta’ infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali. |
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni minnufih b’kull informazzjoni rilevanti oħra għad-dispożizzjoni tagħhom li tista’ taffettwa l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 13
1. Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2, għandu jemenda l-Anness I kif xieraq.
2. Il-Kunsill għandu jikkomunika deċiżjoni skont il-paragrafu 1, inkluż ir-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernati, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, u b’hekk dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.
3. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni kkonċernata u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat kif xieraq.
4. Il-lista fl-Anness I għandha tiġi rieżaminata f’intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.
5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri.
Artikolu 14
1. L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, tal-entitajiet jew tal-korpi kkonċernati.
2. L-Anness I għandu jinkludi, meta tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista’ tinkludi: ismijiet u psewdonimi; id-data u l-post tat-twelid; in-nazzjonalità; in-numri tal-passaport u tal-karti tal-identità; il-ġeneru; l-indirizz, jekk ikun magħruf; u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.
Artikolu 15
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll miżuri xierqa ta’ konfiska tar-rikavati minn tali ksur.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti.
Artikolu 16
1. Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw id-data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Dawn il-kompiti jinkludu:
|
(a) |
fir-rigward tal-Kunsill, it-tħejjija u l-emendar tal-Anness I; |
|
(b) |
fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, it-tħejjija ta’ emendi għall-Anness I; |
|
(c) |
fir-rigward tal-Kummissjoni;
|
2. Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli għandhom jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti relatata ma’ reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, ma’ kundanni kriminali ta’ tali persuni jew ma’ miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw lil tali persuni, biss sa fejn tali pproċessar ikun meħtieġ għat-tħejjija tal-Anness I.
3. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli huma maħtura bħala “kontrollur” skont it-tifsira tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1725 sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont dak ir-Regolament.
Artikolu 17
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan ir-Regolament u jidentifikawhom fuq is-siti web elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull tibdil fl-indirizzi tas-siti web tagħhom kif elenkati fl-Anness II.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, u bid-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u għandhom jinnotifikawha b’kull emenda sussegwenti.
3. Meta dan ir-Regolament jistipula rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata, jew li b’xi mod ieħor issir komunikazzjoni magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li jridu jintużaw għal tali komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.
Artikolu 18
Kwalunkwe informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni jew riċevuta minnha skont dan ir-Regolament għandha tintuża mill-Kummissjoni għall-għanijiet li għalihom tkun ingħatat jew ġiet riċevuta biss.
Artikolu 19
Dan ir-Regolament għandu japplika:
|
(a) |
fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha; |
|
(b) |
abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta’ xi Stat Membru; |
|
(c) |
għal kwalunkwe persuna fiżika fit-territorju jew barra mit-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadina ta’ Stat Membru; |
|
(d) |
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp, fit-territorju jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru; |
|
(e) |
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni. |
Artikolu 20
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
Y. DÍAZ PÉREZ
(1) ĠU L 2023/2135, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2135/oj
(2) Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjon (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176 27.6.2013, p. 1).
(6) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(7) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173 12.6.2014, p. 349).
ANNESS I
Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2
[…]
ANNESS II
Siti web għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
IL-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions
IĊ-ĊEKJA
https://fau.gov.cz/en/international-sanctions
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html
L-ESTONJA
https://vm.ee/sanktsioonid-ekspordi-ja-relvastuskontroll/rahvusvahelised-sanktsioonid
L-IRLANDA
https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955
L-ITALJA
https://www.esteri.it/it/politica-estera-e-cooperazione-allo-sviluppo/politica_europea/misure_deroghe/
ĊIPRU
https://mfa.gov.cy/themes/
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html
L-UNGERIJA
https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato
MALTA
https://foreignandeu.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/SMB-Home.aspx
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe
https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions
IL-PORTUGALL
https://portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
https://um.fi/pakotteet
L-IŻVEZJA
https://www.regeringen.se/sanktioner
Indirizz għan-notofiki lill-Kummissjoni Ewropea:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Financial Stability, Financial Services |
|
and Capital Markets Union (DG FISMA) |
|
Rue Joseph II 54 |
|
B-1049 Brussels, Belgium |
E-mail : mailto:relex-sanctions@ec.europa.eu
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2147/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)