European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2104

4.10.2023

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2104

tal-4 ta’ Lulju 2023

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2402 fir-rigward tar-rieżami tal-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u s-sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2402 (2) stabbilixxa valuri ta’ referenza armonizzati rieżaminati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u tas-sħana, bħala matriċi ta’ valuri differenzjati b’fatturi rilevanti, inkluż is-sena ta’ kostruzzjoni u t-tipi ta’ fjuwil, ikkomplementati b’fatturi ta’ korrezzjoni marbuta mas-sitwazzjoni klimatika medja u t-telf evitat mill-grilja.

(2)

Il-Kummissjoni wettqet rieżami ta’ dawn il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza (“ir-rieżami”) għall-produzzjoni separata tal-elettriku u tas-sħana, billi qieset id-data mill-użu operazzjonali taħt kundizzjonijiet realistiċi, mogħtija mill-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati. Bħala riżultat tal-iżviluppi fl-aħjar teknoloġija disponibbli u ekonomikament ġustifikabbli, osservati matul il-perjodu ta’ rieżami mill-2016 sal-2021, id-distinzjoni li saret fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2402 fir-rigward tas-sena ta’ kostruzzjoni tal-unità ta’ koġenerazzjoni jenħtieġ li tinżamm b’rabta mal-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku.

(3)

Ir-rieżami wera l-ħtieġa li jiġu inklużi fjuwils ġodda u teknoloġiji emerġenti li jistgħu jintużaw b’mod aktar wiesa’ jew jiġu introdotti fil-koġenerazzjoni. Għalhekk, il-lista tas-sorsi tal-enerġija b’valuri ta’ referenza speċifiċi jenħtieġ li tiġi estiża biex tinkludi wkoll il-gassijiet elettroniċi u l-idroġenu nnegozjat. Fir-rigward tal-idroġenu nnegozjat, jenħtieġ li jiġu stabbiliti valuri ta’ referenza separati biex tiżdied l-effiċjenza tal-użu tal-idroġenu f’unitajiet kbar ta’ koġenerazzjoni.

(4)

Ir-rieżami jappoġġa l-użu tal-valur ta’ referenza uniku għall-produzzjoni separata tal-elettriku għall-fjuwils fossili kollha, abbażi tal-użu tal-gass naturali fl-impjanti tal-enerġija tat-turbini tal-gass b’ċiklu kkombinat. Il-bini ta’ unitajiet ġodda ta’ koġenerazzjoni li jużaw fjuwils fossili likwidi jew solidi ma huwiex f’konformità mal-objettivi fit-tul tal-politika dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni. Għalhekk, sabiex jiġu evitati bidliet retroattivi għall-iskemi attwali, il-valuri ta’ referenza jenħtieġ li jiġu aġġornati u jkunu applikabbli għall-unitajiet ta’ koġenerazzjoni ġodda u sostanzjalment rinnovati li jikkunsmaw il-fjuwils fossili li jibdew joperaw mill-1 ta’ Jannar 2024.

(5)

Ir-rieżami wera li l-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tas-sħana jenħtieġ li jinbidlu biss fir-rigward tal-fjuwils fossili. Is-sett il-ġdid ta’ valuri ta’ referenza għall-fjuwils fossili huwa stabbilit abbażi ta’ bojlers tas-sħana biss li jużaw il-gass naturali u jenħtieġ li jkun applikabbli għal unitajiet ġodda jew sostanzjalment rinnovati għal produzzjoni separata ta’ sħana kompluta mill-1 ta’ Jannar 2024.

(6)

Jeħtieġ li jkun hemm kundizzjonijiet stabbli għall-investiment fil-koġenerazzjoni, u l-fiduċja kontinwa tal-investitur, u għaldaqstant huwa xieraq li jiġu ffissati l-valuri armonizzati ta’ referenza għall-elettriku u s-sħana.

(7)

Wieħed mill-objettivi tad-Direttiva 2012/27/UE huwa li tippromwovi l-koġenerazzjoni sabiex tiġi ffrankata l-enerġija, u għalhekk jenħtieġ li jingħata inċentiv għall-modifika retroattiva ta’ unitajiet ta’ koġenerazzjoni aktar antiki sabiex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tagħhom. Sabiex jiġi pprovdut tali inċentiv, u f’konformità mar-rekwiżit li l-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza jkunu bbażati fuq il-prinċipji stabbiliti fil-punt (f) tal-Anness II tad-Direttiva 2012/27/UE, il-valuri ta’ referenza tal-effiċjenza għall-elettriku applikabbli għal unità ta’ koġenerazzjoni jenħtieġ li jiżdiedu mill-11-il sena wara s-sena ta’ kostruzzjoni tagħha skont ir-regoli fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2402.

(8)

Il-ġenerazzjoni termali qiegħda ssir dejjem aktar importanti għas-sigurtà, għar-reżiljenza u għall-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija. It-tħaddim ta’ xi sistemi ta’ koġenerazzjoni jista’ jinbidel biex jipprovdi sigurtà tal-provvista, flessibbiltà jew servizzi anċillari għas-sistema tal-elettriku, skont l-applikazzjoni. Ir-reviżjonijiet futuri tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2402 għandhom jesploraw l-evoluzzjoni tal-livelli ta’ effiċjenza, peress li l-impjanti tal-enerġija termali jridu jadattaw l-operat tagħhom biex isiru aktar flessibbli b’reazzjoni għall-intermittenza tal-enerġija rinnovabbli u għall-elettrifikazzjoni min-naħa tad-domanda.

(9)

Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2402 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2402 huwa emendat kif ġej:

 

L-Annessi I u II huma sostitwiti bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

 

L-Anness IV huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2402 tat-12 ta’ Ottubru 2015 li jirrevedi l-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u s-sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 54).


ANNESS I

“ANNESS I

Valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku

(imsemmija fl-Artikolu 1)

Fit-tabella li jmiss il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza (%) għal produzzjoni separata tal-elettriku huma bbażati fuq valur kalorifiku nett u l-kundizzjonijiet standard atmosferiċi tal-ISO (temperatura ambjentali ta’ 15 °C, 1,013 bar, umdità relattiva ta’ 60 %):

 

Kategorija

Sors ta’ enerġija

Sena ta’ kostruzzjoni

Qabel l-2016

2016-2023

Wara l-2024

Solidi

S1

Faħam iebes inkluż antraċite, faħam bituminuż, faħam subbituminuż, kokk, semikokk, kokk petroliferu

44,2

44,2

53,0

S2

Linjite, mattunelli tal-linjite, shale bituminuż

41,8

41,8

53,0

S3

Pit, mattunelli tal-pit

39,0

39,0

53,0

S4

Bijomassa niexfa inkluż injam u bijomassa solida oħra inkluż gerbub u mattunelli tal-injam, laqx tal-injam imnixxef, skart tal-injam nadif u xott, qxur tal-ġewż u għadam taż-żebbuġ u għadam ieħor.

33,0

37,0

37,0

S5

Bijomassa solida oħra inkluż l-injam kollu mhux inkluż taħt S4 u likur iswed u kannella.

25,0

30,0

30,0

S6

Skart muniċipali u industrijali (mhux rinnovabbli, ta’ oriġini mhux bijoloġika bħal plastik, lastiku u materjali sintetiċi oħra) u skart rinnovabbli/bijodegradabbli

25,0

25,0

25,0

Likwidi

L7

Żejt fjuwil tqil, żejt tal-gass/tad-diżil, prodotti oħrajn taż-żejt

44,2

44,2

53,0

L8

Bijolikwidi inkluż bijometanol, bijoetanol, bijobutanol, bijodiżil, bijofjuwils oħra u l-likwidi elettroniċi kollha

44,2

44,2

44,2

L9

Likwidi ta’ skart inkluż skart bijodegradabbli u mhux rinnovabbli (inkluż xaħam tad-dam, xaħam u residwi tal-ħbub tal-birrerija).

25,0

29,0

29,0

Gassużi

G10

Gass naturali, LPG, LNG u bijometan

52,5

53,0

53,0

G11 A

Idroġenu negozjat (1)

44,2

44,2

53,0

G11B

Gassijiet tar-raffinerija, gass sintetiku, idroġenu (prodott sekondarju), gassijiet elettroniċi (2)

44,2

44,2

44,2

G12

Bijogass prodott minn diġestjoni anerobika, landfill u trattament tad-dranaġġ

42,0

42,0

42,0

G13

Gass tal-forn tal-kokk, gass tal-forn tal-blast, gass tal-minjieri, u gassijiet irkuprati oħrajn (minbarra gass tar-raffinerija)

35,0

35,0

35,0

Oħrajn

O14 A

Sħana mormija, inkluż gassijiet tal-egżost mill-proċess, prodott li jirriżulta minn reazzjonijiet kimiċi eżotermiċi (temperatura tal-input > 200 °C)

 

30,0

30,0

O14B

Sħana mormija, inkluż gassijiet tal-egżost mill-proċess, prodott li jirriżulta minn reazzjonijiet kimiċi eżotermiċi (temperatura tal-input < 200 °C)

 

30,0

20,0

O15

Nukleari

 

33,0

33,0

O16

Termali solari

 

30,0

30,0

O17

Ġeotermali

 

19,5

19,5

O18

Fjuwils oħra mhux imsemmija hawn fuq

 

30,0

30,0

ANNESS II

Valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tas-sħana

(imsemmija fl-Artikolu 1)

Fit-tabella li jmiss il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza (%) għal produzzjoni separata tas-sħana huma bbażati fuq valur kalorifiku nett u l-kundizzjonijiet standard atmosferiċi tal-ISO (temperatura ambjentali ta’ 15 °C, 1,013 bar, umdità relattiva ta’ 60 %):

Kategorija

Sors ta’ enerġija

Sena ta’ kostruzzjoni

Qabel l-2016

2016-2023

Wara l-2024

Ilma sħun

Fwar (3)

Użu dirett ta’ gassijiet tal-egżost (4)

Ilma sħun

Fwar (3)

Użu dirett ta’ gassijiet tal-egżost (4)

Ilma sħun

Fwar (3)

Użu dirett ta’ gassijiet tal-egżost (4)

Solidi

S1

Faħam iebes inkluż antraċite, faħam bituminuż, faħam subbituminuż, kokk, semikokk, kokk petroliferu

88

83

80

88

83

80

92

87

84

S2

Linjite, mattunelli tal-linjite, shale bituminuż

86

81

78

86

81

78

92

87

84

S3

Pit, mattunelli tal-pit

86

81

78

86

81

78

92

87

84

S4

Bijomassa niexfa inkluż injam u bijomassa solida oħra inkluż gerbub u mattunelli tal-injam, laqx tal-injam imnixxef, skart tal-injam nadif u xott, qxur tal-ġewż u għadam taż-żebbuġ u għadam ieħor.

86

81

78

86

81

78

86

81

78

S5

Bijomassa solida oħra inkluż l-injam kollu mhux inkluż taħt S4 u likur iswed u kannella.

80

75

72

80

75

72

80

75

72

S6

Skart muniċipali u industrijali (mhux rinnovabbli, ta’ oriġini mhux bijoloġika bħal plastik, lastiku u materjali sintetiċi oħra) u skart rinnovabbli/bijodegradabbli

80

75

72

80

75

72

80

75

72

Likwidi

L7

Żejt fjuwil tqil, żejt tal-gass/tad-diżil, prodotti oħrajn taż-żejt

89

84

81

85

80

77

92

87

84

L8

Bijolikwidi inkluż bijometanol, bijoetanol, bijobutanol, bijodiżil, bijofjuwils oħra u l-likwidi elettroniċi kollha

89

84

81

85

80

77

85

80

77

L9

Likwidi ta’ skart inkluż skart bijodegradabbli u mhux rinnovabbli (inkluż xaħam tad-dam, xaħam u residwi tal-ħbub tal-birrerija).

80

75

72

75

70

67

75

70

67

Gassużi

G10

Gass naturali, LPG, LNG u bijometan

90

85

82

92

87

84

92

87

84

G11 A

Idroġenu negozjat

89

84

81

90

85

82

92

87

84

G11B

Gassijiet tar-raffinerija, gass sintetiku, idroġenu (prodott sekondarju), gassijiet elettroniċi

89

84

81

90

85

82

90

85

82

G12

Bijogass prodott minn diġestjoni anerobika, landfill u trattament tad-dranaġġ

70

65

62

80

75

72

80

75

72

G13

Gass tal-forn tal-kokk, gass tal-forn tal-blast, gass tal-minjieri, u gassijiet irkuprati oħrajn (minbarra gass tar-raffinerija)

80

75

72

80

75

72

80

75

72

Oħrajn

O14 A

Sħana mormija, inkluż gassijiet tal-egżost mill-proċess, prodott li jirriżulta minn reazzjonijiet kimiċi eżotermiċi (temperatura tal-input > 200 °C)

—

—

—

92

87

—

92

87

—

O14B

Sħana mormija, inkluż gassijiet tal-egżost mill-proċess, prodott li jirriżulta minn reazzjonijiet kimiċi eżotermiċi (temperatura tal-input < 200 °C)

—

—

—

92

87

—

92

87

—

O15

Nukleari

—

—

—

92

87

—

92

87

—

O16

Termali solari

—

—

—

92

87

—

92

87

—

O17

Ġeotermali

—

—

—

92

87

—

92

87

—

O18

Fjuwils oħra mhux imsemmija hawn fuq

—

—

—

92

87

—

92

87

—

”

(1)  Idroġenu mibjugħ mill-fornitur tiegħu lil operatur ta’ unità ta’ koġenerazzjoni.

(2)  Il-gassijiet elettroniċi huma mifhuma bħala fjuwil sintetiku gassuż li joriġina mill-idroġenu rinnovabbli u mid-diossidu tal-karbonju maqbud jew minn sors ikkonċentrat, bħal gassijiet mit-tromba ta’ ċumnija f’sit industrijali, inkella mill-arja.

(3)  Meta l-impjanti ma jikkunsidrawx ir-ritorn tal-kondensat fil-kalkoli tagħhom tal-effiċjenzi tas-sħana tas-CHP, il-valuri ta’ referenza tal-effiċjenza stabbiliti fit-tabella ta’ hawn fuq jenħtieġ li jiżdiedu b’ħames punti perċentwali.

(4)  Meta t-temperatura tilħaq 250 °C jew aktar jenħtieġ li jintużaw il-valuri għal sħana diretta.


ANNESS II

“ANNESS IV

Fatturi ta’ korrezzjoni għal telf evitat mill-grilja għall-applikazzjoni tal-valuri armonizzati ta’ referenza tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku

(imsemmija fl-Artikolu 2(2))

Livell ta’ vultaġġ ta’ konnessjoni

Fattur ta’ korrezzjoni (mhux fuq il-post)

Fattur ta’ korrezzjoni (fuq il-post)

≥ 345 kV

1

0,976

≥ 200 – < 345 kV

0,972

0,963

≥ 100 – < 200 kV

0,963

0,951

≥ 50 – < 100 kV

0,952

0,936

≥ 12 – < 50 kV

0,935

0,914

≥ 0,45 – < 12 kV

0,918

0,891

< 0,45 kV

0,888

0,851

Eżempju:

Unità ta’ koġenerazzjoni ta’ 100 kWel b’magna b’moviment rotattiv li titħaddem bil-gass naturali tiġġenera elettriku b’vultaġġ ta’ 380 V. 85 % minn dan l-elettriku jintuża għall-konsum tal-unità stess u 15 % jmorru fil-grilja. L-impjant inbena fl-2020. It-temperatura ambjentali annwali hija ta’ 15 °C (għalhekk mhi meħtieġa l-ebda korrezzjoni klimatika).

Wara l-korrezzjoni għat-telf mill-grilja, abbażi tal-medja ponderata tal-fatturi f’dan l-Anness, il-valur ta’ referenza tal-effiċjenza li jirriżulta għall-produzzjoni separata tal-elettriku f’din l-unità ta’ koġenerazzjoni huwa:

Ref Εη = 53 % × (0,851 × 85 % + 0,888 × 15 %) = 45,4 %

”.

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2104/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)