ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 242

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
29 ta' Settembru 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1813 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew

1

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1814 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew

3

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1815 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

36

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1816 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

37

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2023/1817 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni

45

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2023/1818 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (Chafea) għas-sena finanzjarja 2021

47

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2023/1819 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent — CINEA (qabel l-1 ta’ April 2021 l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks) għas-sena finanzjarja 2021

49

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2023/1820 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura — EACEA (qabel l-1 ta’ April 2021 l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura) għas-sena finanzjarja 2021

51

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2023/1821 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-SMEs — Eismea (qabel l-1 ta’ April 2021 l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji) għas-sena finanzjarja 2021

53

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2023/1822 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA) għas-sena finanzjarja 2021

55

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2023/1823 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HADEA) għas-sena finanzjarja 2021

57

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2023/1824 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka — REA (qabel l-1 ta’ April 2021 l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka) għas-sena finanzjarja 2021

59

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1825 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

61

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2023/1826 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni

97

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1827 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

99

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1828 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

100

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1829 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri

110

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1830 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri

111

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1831 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

123

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1832 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

124

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1833 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni

136

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1834 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni

137

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1835 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew

150

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1836 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew

151

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1837 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

157

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1838 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

158

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1839 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima X — Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

165

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1840 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima X — Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

166

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1841 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, id-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2021

176

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1842 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2021

178

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1843 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2021

190

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1844 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għas-sena finanzjarja 2021

192

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1845 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għas-sena finanzjarja 2021

194

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1846 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għas-sena finanzjarja 2021

199

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1847 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2021

200

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1848 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2021

202

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1849 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2021

207

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1850 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għas-sena finanzjarja 2021

208

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1851 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għas-sena finanzjarja 2021

209

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1852 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għas-sena finanzjarja 2021

214

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1853 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2021

215

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1854 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2021

217

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1855 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2021

223

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1856 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2021

224

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1857 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2021

226

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1858 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2021

232

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1859 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għas-sena finanzjarja 2021

233

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1860 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għas-sena finanzjarja 2021

235

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1861 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għas-sena finanzjarja 2021

240

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1862 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil — EUAA) għas-sena finanzjarja 2021

242

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1863 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil — EUAA) għas-sena finanzjarja 2021

244

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1864 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil — EUAA) għas-sena finanzjarja 2021

250

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1865 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għas-sena finanzjarja 2021

252

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1866 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għas-sena finanzjarja 2021

253

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1867 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għas-sena finanzjarja 2021

258

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1868 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għas-sena finanzjarja 2021

259

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1869 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għas-sena finanzjarja 2021

261

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1870 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għas-sena finanzjarja 2021

266

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1871 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għas-sena finanzjarja 2021

267

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1872 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għas-sena finanzjarja 2021

269

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1873 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għas-sena finanzjarja 2021

275

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1874 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għas-sena finanzjarja 2021

277

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1875 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għas-sena finanzjarja 2021

279

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1876 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għas-sena finanzjarja 2021

284

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1877 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) għas-sena finanzjarja 2021

285

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1878 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) għas-sena finanzjarja 2021

286

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1879 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) għas-sena finanzjarja 2021

291

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1880 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2021

292

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1881 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2021

294

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1882 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) għas-sena finanzjarja 2021

299

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1883 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) għas-sena finanzjarja 2021

300

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1884 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) għas-sena finanzjarja 2021

301

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1885 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) għas-sena finanzjarja 2021

306

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1886 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) għas-sena finanzjarja 2021

307

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1887 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) għas-sena finanzjarja 2021

309

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1888 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) għas-sena finanzjarja 2021

315

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1889 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2021

316

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1890 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2021

318

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1891 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2021

323

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1892 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) għas-sena finanzjarja 2021

325

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1893 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) għas-sena finanzjarja 2021

327

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1894 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) għas-sena finanzjarja 2021

333

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1895 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għas-sena finanzjarja 2021

334

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1896 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għas-sena finanzjarja 2021

336

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1897 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għas-sena finanzjarja 2021

342

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1898 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) għas-sena finanzjarja 2021

343

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1899 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) għas-sena finanzjarja 2021

345

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1900 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga n (EMCDDA) għas-sena finanzjarja 2021

350

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1901 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għas-sena finanzjarja 2021

351

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1902 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għas-sena finanzjarja 2021

352

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1903 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għas-sena finanzjarja 2021

357

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1904 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2021

358

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1905 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2021

360

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1906 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2021

365

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1907 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għas-sena finanzjarja 2021

366

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1908 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għas-sena finanzjarja 2021

368

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1909 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għas-sena finanzjarja 2021

376

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1910 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) għas-sena finanzjarja 2021

377

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1911 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) għas-sena finanzjarja 2021

379

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1912 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) għas-sena finanzjarja 2021

384

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1913 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għas-sena finanzjarja 2021

385

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1914 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għas-sena finanzjarja 2021

387

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1915 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għas-sena finanzjarja 2021

393

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1916 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) għas-sena finanzjarja 2021

394

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1917 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) għas-sena finanzjarja 2021

395

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1918 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) għas-sena finanzjarja 2021

400

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1919 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2021

401

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1920 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2021

403

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1921 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2021

409

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1922 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2021

411

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1923 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2021

413

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1924 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2021

418

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2023/1925 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2021

419

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1926 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2021

420

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2023/1927 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2021

423

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1928 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2021

424

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1929 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2021

426

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1930 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2021

432

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1931 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2021

433

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1932 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2021

435

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1933 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2021

440

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1934 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2021

441

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1935 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2021

443

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1936 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2021

449

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1937 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għas-sena finanzjarja 2021

450

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1938 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għas-sena finanzjarja 2021

452

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1939 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għas-sena finanzjarja 2021

456

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1940 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2021

457

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1941 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2021

458

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1942 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2021

470

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1943 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali — EUSPA (qabel it-12 ta’ Mejju 2021 l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea) għas-sena finanzjarja 2021

471

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1944 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali — EUSPA (qabel it-12 ta’ Mejju 2021 l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea) għas-sena finanzjarja 2021

473

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1945 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali — EUSPA (qabel it-12 ta’ Mejju 2021 l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea) għas-sena finanzjarja 2021

478

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1946 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll

480

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1947 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika) għas-sena finanzjarja 2021

491

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1948 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika) għas-sena finanzjarja 2021

493

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1949 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika (qabel it-30 ta’ Novembru: Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika) għas-sena finanzjarja 2021

500

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1950 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: l-Impriża Konġunta Clean Sky 2) għas-sena finanzjarja 2021

502

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1951 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: l-Impriża Konġunta Clean Sky 2) għas-sena finanzjarja 2021

504

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1952 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: l-Impriża Konġunta Clean Sky 2) għas-sena finanzjarja 2021

509

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1953 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: l-Impriża Konġunta ECSEL) għas-sena finanzjarja 2021

511

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1954 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 illi tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin (qabel it-30 ta’ Novembru 2021 l-Impriża Konġunta ECSEL) għas-sena finanzjarja 2021

513

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1955 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: l-Impriża Konġunta ECSEL) għas-sena finanzjarja 2021

518

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1956 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2) għas-sena finanzjarja 2021

520

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1957 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2) għas-sena finanzjarja 2021

522

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1958 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kontijiet tal-Impriża Konġunta Irdoġenu Nadif (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2) għas-sena finanzjarja 2021

527

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1959 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2) għas-sena finanzjarja 2021

529

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1960 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2) għas-sena finanzjarja 2021

531

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1961 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva — IHI (qabel it- 30 ta’ Novembru 2021: L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2) għas-sena finanzjarja 2021

536

 

*

Deċiżjoni(UE, Euratom) 2023/1962 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (F4E) għas-sena finanzjarja 2021

538

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1963 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (F4E) għas-sena finanzjarja 2021

540

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2023/1964 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (F4E) għas-sena finanzjarja 2021

546

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1965 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: L-Impriża Konġunta SESAR) għas-sena finanzjarja 2021

547

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1966. tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: L-Impriża Konġunta SESAR) għas-sena finanzjarja 2021

549

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1967 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: L-Impriża Konġunta SESAR) għas-sena finanzjarja 2021

555

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1968 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: l-Impriża Konġunta Shift2Rail) għas-sena finanzjarja 2021

557

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1969 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovija (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: Impriża Konġunta Sistema Ferrovija Shift2Rail) għas-sena finanzjarja 2021

559

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1970 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovija Ewropea (qabel it-30 ta’ November 2021: l-Impriża Konġunta Shift2Rail) għas-sena finanzjarja 2021

566

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1971 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2021

568

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2023/1972 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2021

570

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1973 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2021

576

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/1


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1813 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0228/2022) (2),

wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew (3),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 34 tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100, l-Artikolu 104(3) u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0086/2023),

A.

billi l-President adottat il-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2021 fit-30 ta’ Ġunju 2022;

B.

billi s-Segretarju Ġenerali, bħala l-uffiċjal awtorizzanti prinċipali b’delega, fit-3 ta’ Ġunju 2022, iċċertifika b’aċċertament raġonevoli li r-riżorsi assenjati għall-baġit tal-Parlament intużaw għall-iskopijiet previsti, f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, u li l-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti joffru l-garanziji neċessarji ta’ legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi;

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat fl-awditu tagħha li, fil-valutazzjoni speċifika tagħha tan-nefqa amministrattiva fl-2021, ir-rapporti annwali tal-attività tal-istituzzjonijiet ma wrewx livelli materjali ta’ żball, u dan huwa konsistenti mas-sejbiet tal-Qorti;

D.

billi l-Artikolu 262(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jirrikjedi li kull istituzzjoni tal-Unjoni tieħu l-passi xierqa kollha biex taġixxi fuq il-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta’ kwittanza tal-Parlament;

1.

Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU L 93, 17.3.2021.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.

(3)   ĠU C 279, 20.07.2022, p. 1.

(4)   ĠU C 391, 12.10.2022, p. 6.

(5)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(6)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/3


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1814 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100, l-Artikolu 104(3) u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0086/2023),

A.

billi, fiċ-ċertifikazzjoni tiegħu tal-kontijiet finali, il-Parlament Ewropew (il-“Parlament”) l-uffiċjal tal-kontabbiltà ddikjara l-aċċertament raġonevoli tiegħu li l-kontijiet, fl-aspetti materjali kollha, jippreżentaw b’mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati tal-operazzjonijiet u l-fluss tal-flus tal-Parlament;

B.

billi, f’konformità mal-proċedura tas-soltu, intbagħtu 145 mistoqsija lill-amministrazzjoni tal-Parlament u t-tweġibiet bil-miktub waslu u ġew diskussi pubblikament mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fl-1 ta’ Diċembru 2022, fil-preżenza tal-Viċi President responsabbli għall-baġit, is-Segretarju Ġenerali, id-direttur tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej (l-“Awtorità”) u l-awditur intern;

C.

billi dejjem hemm lok għal titjib f’termini ta’ kwalità, effiċjenza u effikaċja fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, l-iskrutinju huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li t-tmexxija politika u l-amministrazzjoni tal-Parlament jagħtu rendikont ta’ għemilhom liċ-ċittadini tal-Unjoni;

D.

billi l-fiduċja fl-integrità tal-Parlament u fl-istat tad-dritt hija tal-ogħla importanza għall-funzjonament tad-demokrazija Ewropea;

E.

billi l-integrità tal-Parlament hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-proċessi demokratiċi ma jiġux influwenzati minn interessi privati u esterni u li d-drittijiet taċ-ċittadini jiġu rispettati bis-sħiħ;

F.

billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2021, il-Parlament iddikjara kemm kien importanti li jissaħħu t-trasparenza u l-integrità fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jiġi stabbilit korp tal-etika indipendenti tal-Unjoni;

G.

billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2022, il-Parlament enfasizza suspetti ta’ korruzzjoni mill-Qatar u l-ħtieġa usa’ ta’ trasparenza u responsabbiltà fl-istituzzjonijiet Ewropej,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament

1.

Jinnota li l-approprjazzjonijiet finali tal-Parlament għall-2021 ammontaw għal EUR 2 063 521 135, jew 19,4 % tal-Intestatura 7 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (1) allokati għall-infiq amministrattiv għall-2021 tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fit-totalità tagħhom, u li jirrappreżentaw żieda ta’ 1,2 % meta mqabbla mal-baġit tal-2020 (EUR 2 038 745 000);

2.

Jinnota li d-dħul totali li tniżżel fil-kontijiet mill-31 ta’ Diċembru 2021 kien jammonta għal EUR 215 332 108 (meta mqabbel ma’ EUR 203 449 523 fl-2020), li jinkludi EUR 37 150 961 minn dħul assenjat (meta mqabbel ma’ EUR 33 567 305 fl-2020);

3.

Jenfasizza li ħames kapitoli kienu jirrappreżentaw 75,8 % tal-impenji totali: il-Kapitolu 1 0 (Membri tal-istituzzjoni), il-Kapitolu 1 2 (Uffiċjali u membri temporanji tal-persunal), il-Kapitolu 2 0 (Bini u kostijiet assoċjati), il-Kapitolu 2 1 (Proċessar ta’ data, tagħmir u proprjetà mobbli), u l-Kapitolu 4 2 (Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari), li jindika livell għoli ta’ riġidità għall-parti l-kbira tan-nefqa tal-Parlament;

4.

Jinnota ċ-ċifri li abbażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2021, jiġifieri:

(a)

Approprjazzjonijiet disponibbli (EUR)

approprjazzjonijiet għall-2021:

2 063 521 135

riporti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2020:

74 900 000

riporti awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2020:

356 517 980

approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal dħul assenjat għall-2021:

37 150 961

riporti li jikkorrispondu għal dħul assenjat mill-2020:

39 313 649

Total:

2 571 403 726

(b)

Użu ta’ approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2021 (EUR)

impenji:

2 435 954 496

pagamenti li saru:

2 077 518 430

approprjazzjonijiet riportati awtomatikament inklużi dawk li ġejjin minn dħul assenjat:

419 702 461

approprjazzjonijiet riportati mhux awtomatikament:

22 007 230

approprjazzjonijiet ikkanċellati:

52 175 603

(c)

Dħul tal-baġit (EUR)

riċevut fl-2021:

215 332 108

(d)

Karta tal-bilanċ totali fil-31 ta’ Diċembru 2021 (EUR)

1 720 527 780

5.

Jirrimarka li 98,5 % tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Parlament, li ammontaw għal EUR 2 033 160 247, ġew impenjati, b’rata ta’ kanċellazzjoni ta’ 0,6 %; jinnota b’sodisfazzjon li, bħal ma ġara fis-snin preċedenti, inkiseb livell għoli ħafna ta’ implimentazzjoni tal-baġit; jinnota li l-pagamenti ammontaw għal total ta’ EUR 1 649 796, u dan irriżulta f’rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ 81,1 % (EUR 1 590 035 012 u 81,5 % rispettivament fl-2020);

6.

Jinnota li tmintax-il trasferiment ġew approvati mill-Kumitat għall-Baġit tal-Parlament (“Trasferimenti C”), f’konformità mal-Artikoli 31 u 49 tar-Regolament Finanzjarju, fis-sena finanzjarja 2021, li jammontaw għal EUR 106 753 497 jew 5,2 % tal-approprjazzjonijiet finali; jinnota li l-President min-naħa tiegħu awtorizza tmien trasferimenti (“Trasferimenti P”) li jammontaw għal EUR 26 464 877 jew 1,3 % tal-baġit tal-2021;

7.

Josserva l-livell ogħla ta’ trasferimenti fl-2021 minħabba l-iffrankar baġitarju li jirriżulta mill-kriżi tal-COVID-19 meta mqabbel mas-snin ta’ qabel il-pandemija, meta l-ammont totali ta’ trasferimenti C u P ikkombinati laħaq il-5 % fl-2019, it-3,2 % fl-2018 u l-4,0 % fl-2017; ifakkar li l-attivitajiet normali tal-ivvjaġġar kienu possibbli biss matul partijiet tas-sena, u għalhekk il-linji baġitarji rilevanti tal-Parlament ma ntużawx bis-sħiħ u ġew riallokati għal skopijiet oħra;

8.

Josserva li l-aktar linji baġitarji mhux użati, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, li pprovdew għal trasferimenti baġitarji fl-2021 kienu spejjeż ordinarji tal-ivvjaġġar (EUR 20 041 000), spejjeż għal missjonijiet tal-persunal (EUR 18 460 000), organizzazzjoni u akkoljenza ta’ gruppi ta’ viżitaturi (EUR 16 517 980) u assistenza parlamentari (EUR 11 418 251); josserva li l-akbar entrati ta’ alimentazzjoni, jiġifieri li jikkontribwixxu aktar minn EUR 5 000 000, ammontaw għal total ta’ EUR 79 152 282 fit-trasferimenti C u P flimkien;

9.

Jinnota li l-bilanċ pożittiv iġġenerat mill-pandemija tal-COVID-19 kien, permezz ta’ trasferimenti baġitarji C u P fl-2021, prinċipalment allokat għall-finanzjament tal-politika tal-bini tal-Parlament, jiġifieri l-“pagamenti ta’ lokazzjoni” li ġew imsaħħa b’EUR 33 559 035 biex jitkompla l-investiment fil-proġett tal-binja Adenauer II filwaqt li l-“akkwist ta’ proprjetà immobbli” ġie msaħħaħ b’EUR 22 007 230, li jippermetti l-akkwist tal-binja Trèves II, li flimkien kienu jagħmlu 52,1 % tat-trasferimenti C fl-2021; jinnota li trasferimenti importanti oħra indirizzaw il-ħtiġijiet mhux antiċipati li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19, eż. miżuri tas-saħħa u l-prevenzjoni, tagħmir tekniku u nefqa fuq l-interpretazzjoni biex jiġu appoġġjati t-telexogħol u l-laqgħat ibridi; jinnota li trasferimenti ulterjuri kienu relatati mal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u ma’ investimenti f’diversi aspetti tas-servizzi tal-IT;

L-opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-2021 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

10.

Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) twettaq valutazzjoni speċifika tal-infiq amministrattiv bħala grupp ta’ politiki uniku għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni; jenfasizza li l-infiq amministrattiv jinkludi n-nefqa fir-riżorsi umani (is-salarji, l-indennizzi u l-pensjonijiet), li jirrappreżenta 68 % tat-total, u f’kategoriji oħra, bħall-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni;

11.

Jinnota li l-intestatura 7 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali “Amministrazzjoni pubblika Ewropea” tammonta għal EUR 10,7 biljun jew 5,9 % tal-baġit tal-Unjoni fl-2021, li minnhom il-Parlament jammonta għal EUR 2,1 biljun jew 19,4 %; jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun ta’ 60 tranżazzjoni ta’ din l-intestatura tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sabet li 15 kien fihom żbalji (25 %), li minnhom il-Qorti kkwantifikat ħames żbalji u stmat, fuq dik il-bażi, li l-livell ta’ żball tal-infiq tal-Unjoni fuq l-amministrazzjoni fl-2021 huwa taħt il-limitu ta’ materjalità; itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Qorti li twessa’ l-kampjun tagħha ta’ tranżazzjonijiet eżaminati sabiex tiddetermina l-oriġini tas-sehem għoli ta’ tranżazzjonijiet li fihom l-iżbalji, għalkemm taħt il-livell limitu ta’ materjalità;

12.

Jinnota li r-rapport annwali tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit li jikkonċerna s-sena finanzjarja 2021 jippreżenta sejbiet speċifiċi dwar il-Parlament, jiġifieri żbalji f’żewġ pagamenti: (i) pagament żejjed minuri għas-servizzi tal-IT ikkawżat minn applikazzjoni skorretta ta’ termini kuntrattwali, u (ii) pagament wieħed mill-Parlament lil wieħed mill-gruppi politiċi tiegħu; jinsab imħasseb li r-regoli interni dwar l-akkwist adottati mil-linji gwida tal-Bureau u tal-Parlament dwar l-applikazzjoni tagħhom jippermettu l-użu ta’ proċeduri ta’ akkwist innegozjati għal kuntratti ta’ valur għoli, filwaqt li r-Regolament Finanzjarju jistipula l-użu ta’ proċeduri ta’ akkwist miftuħa jew ristretti; jinnota, barra minn hekk, is-sejba tal-Qorti li l-grupp politiku naqas milli jirrispetta bis-sħiħ dawk ir-regoli interni, minħabba, skont il-grupp ikkonċernat, id-diffikultà biex isib offerent li jista’ jissodisfa l-kriterji speċifiċi ħafna użati biex jingħata l-kuntratt; jenfasizza li l-Qorti preċedentement irrapportat nuqqasijiet fit-tranżazzjonijiet relatati mal-akkwist minn gruppi politiċi;

13.

Josserva li l-pożizzjoni tal-amministrazzjoni tal-Parlament hija li l-użu ta’ proċeduri ta’ akkwist innegozjati għal kuntratti ta’ valur għoli (i.e. kuntratti mogħtija fi proċeduri b’valur li jilħaq il-limiti msemmija fl-Artikolu 175(1) tar-Regolament Finanzjarju, japplika biss għal ġestjoni diretta, filwaqt li l-gruppi politiċi jimmaniġġjaw il-fondi allokati lilhom skont il-prinċipji ta’ ġestjoni indiretta b’applikazzjoni analoġika tal-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju; jilqa’, madankollu, li l-Parlament aċċetta r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li tirrevedi l-linji gwida tagħha dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku mill-gruppi politiċi biex jiġu allinjati aħjar mar-Regolament Finanzjarju; jissuġġerixxi lill-amministrazzjoni tal-Parlament tqis l-ispeċifiċità teknika ta’ xi proċeduri ta’ akkwist li għalihom numru limitat biss ta’ offerenti b’għarfien espert għoli jistgħu jwieġbu; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta lura lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit meta tali reviżjoni għandha titwettaq; jinnota l-impenn tal-amministrazzjoni tal-Parlament li tkompli tappoġġja l-gruppi politiċi biex l-approprjazzjonijiet jintużaw f’konformità mar-regoli applikabbli;

14.

Jinnota li, b’mod partikolari, il-Qorti eżaminat ukoll pagament ta’ EUR 74,9 miljun relatat max-xiri tal-binja Scholl f’Rue Wiertz, li x-xiri tiegħu kien iffinanzjat minn fondi li ma ntużawx matul il-kriżi tal-COVID-19 u ġew riportati mill-2020; jinnota li, meta kien qed ifittex l-offerti, il-Parlament uża kriterji għall-għoti li kellhom ponderazzjoni ta’ 50 % tal-punti kemm għall-prezz kif ukoll għall-kwalità tal-binja proposta; jinnota li l-Parlament irċieva żewġ offerti u ta l-kuntratt lill-offerent li kien qed jipproponi l-binja ta’ Scholl, ferm eqreb lejn is-sit prinċipali tal-Parlament iżda 30 % aktar għali għal kull metru kwadru mill-bini propost mill-offerent l-ieħor; jinnota li l-Qorti qieset li “l-kriterji għall-għoti tal-Parlament naqqsu b’mod sinifikanti l-importanza tal-prezz bħala bażi għad-deċiżjoni ta’ xiri, b’dan jagħmilha probabbli li ma kinitx tiġi aċċettata xi offerta oħra”; jenfasizza kemm hu importanti li jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwi għall-offerenti kollha sabiex tingħata l-assigurazzjoni li l-akkwist ikun regolari, u biex jiġi evitat ir-riskju potenzjali għar-reputazzjoni; josserva li x-xiri tal-binja Scholl jippermetti lill-Parlament isaħħaħ is-sigurtà tal-kumpless ċentrali tiegħu, iżomm konnessjoni diretta ma’ binjiet oħra tal-Parlament, u jippreserva l-investimenti li saru s’issa f’dik il-binja;

15.

Jinnota t-tweġiba mogħtija mill-Parlament għall-osservazzjoni tal-Qorti li l-kriterju tad-distanza kellu rwol ewlieni fil-kriterji ta’ kwalità (jiġifieri fattur ta’ ponderazzjoni ta’ 20/50 punt ta’ kwalità), u l-possibbiltà ta’ interkonnessjoni mal-binjiet ċentrali rċeviet fattur ta’ ponderazzjoni addizzjonali (4/50 punti ta’ kwalità), li wassal lill-Parlament biex iqis il-binja Scholl f’Rue Wiertz bħala l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża minkejja d-differenza sostanzjali fil-prezz; jinnota li l-Bureau analizza l-akkwist tal-binja Scholl f’paragun mat-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ użufrutt u, f’dak is-sens, qies li se jiġi ffrankat ammont finanzjarju sinifikanti, jiġifieri l-pagamenti kuntrattwali li fadal (EUR 24 000 000) u l-investimenti li diġà saru mill-Parlament (EUR 15 300 000);

Ir-rapport annwali tal-awditur intern

16.

Jinnota li, fil-laqgħa bejn il-kumitat responsabbli u l-awditur intern li saret fl-1 ta’ Diċembru 2022, l-awditur intern ippreżenta r-rapport annwali tiegħu u ddeskriva l-awditi tal-assigurazzjoni u s-servizzi ta’ konsultazzjoni li wettaq, u rrapporta dwar l-eżitu tas-sitwazzjoni attwali, li fl-2021 kopriet is-suġġetti li ġejjin:

awditjar tal-indennizz tal-assistenza parlamentari (Direttorat Ġenerali għall-Finanzi (DĠ FINS));

tħejjija tal-awditjar tat-tieni fażi tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (DĠ FINS);

assenjament ta’ konsultazzjoni dwar l-istabbiliment ta’ pedamenti għall-qafas tal-governanza tad-data (Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u l-Appoġġ Teknoloġiku (DĠ ITEC));

awditjar tal-missjonijiet tal-persunal (Direttorat Ġenerali għall-Persunal, (DĠ PERS));

awditjar tal-proċess ta’ akkwist (Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika (DĠ INLO));

rieżami tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-Parlament;

segwitu tal-azzjonijiet miftuħa mir-rapporti tal-awditjar interni — fażijiet 1 u 2 tal-2021;

17.

Jilqa’ u jappoġġja l-azzjonijiet li ġejjin li l-awditur intern laħaq ftehim dwarhom mad-direttorati ġenerali responsabbli, b’riżultat tal-kompiti ta’ aċċertament:

fir-rigward tal-awditjar tal-indennizz tal-assistenza parlamentari, l-indirizzar tal-kwistjoni dwar ir-rispett għal-limiti massimi stabbiliti mill-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew fir-rigward tat-tariffi tal-aġent tal-ħlas; it-tnaqqis tad-dewmien fis-sottomissjoni mill-aġent tal-ħlas ta’ dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għall-ammonti mħallsa mill-Parlament lilhom u fit-tlestija tal-kontrolli relatati fuqhom mid-DĠ FINS, u r-regolarizzazzjoni tal-akkumulazzjoni rikorrenti ta’ xogħol b’lura; il-kjarifika ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u l-gwida interna assoċjata li ma jappoġġjawx b’mod konsistenti ġestjoni effiċjenti u effettiva tal-assistenza parlamentari minfuqa fuq l-assistenti parlamentari lokali;

fir-rigward tat-tieni fażi tal-awditjar tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, filwaqt li jilqa’ l-iffirmar ta’ Memorandum ta’ Qbil, għall-bidu ta’ Jannar 2022, mill-awditur intern tal-Parlament u l-Awtorità, li jistabbilixxi l-modalitajiet għall-attivitajiet ta’ awditjar li l-awditur intern jista’ jagħżel li jwettaq, bħala parti mill-awditi tiegħu li jkopru l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament, fuq is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li l-Awtorità tapplika għall-proċessi ta’ reġistrazzjoni, kontroll u, meta meħtieġ, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fuq il-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Ewropej;

fir-rigward tal-assenjazzjoni ta’ konsultazzjoni dwar il-qafas tal-governanza tad-data, li l-objettiv tagħha kien li tappoġġja lid-DĠ ITEC fl-isforzi tiegħu biex jiżviluppa kapaċitajiet li jippermettu lill-Parlament jiżgura li teżisti data ta’ kwalità għolja tul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tad-data, is-sitt rakkomandazzjonijiet speċifiċi mressqa jindirizzaw l-inklużjoni ta’ proġetti relatati mad-data fil-portafoll tal-Parlament għall-perjodu 2022-2024, l-istabbiliment ta’ inventarju tad-data istituzzjonali, il-ħolqien ta’ korrispondenti tad-data lokali, id-deżinjazzjoni ta’ korp inter-DĠ għal deċiżjonijiet relatati mad-data, is-sorveljanza minn korp, u l-eżami ta’ sinerġiji possibbli ma’ politiki eżistenti relatati mad-data u rekwiżiti oħra ta’ konformità;

18.

Jieħu nota tal-kompiti ta’ aċċertament li għadhom kif tlestew, u li bħalissa qed isegwu l-proċess ta’ komunikazzjoni previst mill-Karta tal-Awditur Intern;

fir-rigward tal-awditjar tal-missjonijiet tal-persunal, l-enfasi fuq l-evalwazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi interni ta’ ġestjoni u kontroll fil-qasam tal-missjonijiet tal-kategoriji kollha tal-persunal inklużi l-assistenti parlamentari akkreditati (APAs), u dwar il-konformità tal-operat ta’ dawk is-sistemi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Persunal, mal-qafas regolatorju intern relatat, u mar-Regolament Finanzjarju;

fir-rigward tal-awditjar tal-proċess ta’ akkwist fid-DĠ INLO, l-enfasi fuq l-evalwazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi interni ta’ ġestjoni u kontroll fil-qasam tal-akkwist, dwar il-konformità tal-proċeduri ta’ akkwist mal-leġiżlazzjoni applikabbli u mal-qafas regolatorju intern rilevanti, u dwar l-affidabbiltà tal-informazzjoni ta’ ġestjoni u tar-reġistrazzjoni;

fir-rigward tar-rieżami tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-Parlament, l-enfasi fuq ir-rieżami tal-maturità ta’ dak il-qafas, li rriżulta f’valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali u l-identifikazzjoni ta’ modi ’l quddiem biex jittejbu l-effiċjenza u l-effettività tiegħu;

19.

Jinnota li l-proċess ta’ segwitu tal-2021 irriżulta fl-għeluq ta’ 47 azzjoni mid-99 miftuħa u li għalihom id-dati ta’ skadenza miftiehma għall-implimentazzjoni kienu skadew; jenfasizza l-fatt li xi wħud mit-52 azzjoni li jifdal ġew irrakkomandati diversi snin ilu iżda għadhom ma ġewx implimentati u jenfasizza li 23 minnhom jindirizzaw riskju sinifikanti; jistenna li d-direttorati ġenerali differenti jiżguraw li l-azzjonijiet li fadal jingħalqu mingħajr aktar dewmien u li l-azzjonijiet miftiehma jiġu implimentati f’konformità mad-dati ta’ skadenza stabbiliti fir-rapport annwali tal-awditur intern; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza darbtejn fis-sena dwar l-istatus tal-azzjonijiet li jifdal;

20.

Jirrikonoxxi li, f’konformità mal-Artikolu 118(9) tar-Regolament Finanzjarju, “ir-rapporti u s-sejbiet tal-awditur intern, kif ukoll ir-rapport tal-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni, għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku wara validazzjoni mill-awditur intern tal-azzjoni meħuda għall-implimentazzjoni tagħhom”; jinnota li fil-prattika r-rapporti u s-sejbiet huma aċċessibbli biss ladarba r-rakkomandazzjonijiet kollha jkunu ġew implimentati, li jfisser dewmien de facto ta’ diversi snin fl-aċċess għalihom, u li l-Membri, abbażi tal-ħtieġa ta’ tagħrif, jista’ jkollhom aċċess biss f’konformità mar-regoli tal-Bureau għall-aċċess għal dokumenti kunfidenzjali; jistieden lill-Bureau jiżgura li l-Membri jkollhom aċċess immedjat u sħiħ għar-rapport tal-awditu intern tal-anqas fid-dawl tal-proċedura ta’ kwittanza b’mod aktar rapidu; jistieden ukoll lill-Bureau jagħmel kull rapport tal-awditjar intern disponibbli għall-pubbliku sena wara l-finalizzazzjoni tiegħu, hekk kif l-awditur intern ikun ivvalida l-azzjonijiet meħuda biex tiġi implimentata r-rakkomandazzjoni tas-sena preċedenti; ifakkar ukoll li l-validazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ma tirrikjedix l-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet kollha; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta spiss kemm jista’ jkun lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar l-attivitajiet annwali tal-awditjar imwettqa;

21.

Jinnota l-bidla tal-kap tas-Servizz tal-Awditjar Intern mill-1 ta’ Marzu 2021; huwa mħasseb li t-tiġdid ta’ madwar nofs it-tim tal-awditjar u t-total ta’ 16-il xahar ta’ postijiet tax-xogħol vakanti lil hinn minn dak li kien ippjanat minħabba diffikultajiet fl-identifikazzjoni ta’ kandidati xierqa minkejja l-appoġġ kontinwu mill-amministrazzjoni tal-Parlament kellhom impatt negattiv fuq l-attività tal-awditjar, speċjalment fid-dominju tal-IT; jilqa’ l-miżuri meħuda mill-awditur intern biex jimla l-pożizzjoni li jifdal ta’ awditur speċjalizzat tas-sistemi tal-informazzjoni b’kandidat bi sfond rilevanti b’saħħtu u l-miżuri meħuda sadanittant f’termini ta’ bini tal-kapaċitajiet u taħriġ speċjalizzat addizzjonali; ifakkar lill-amministrazzjoni tal-Parlament dwar l-importanza tal-ippjanar għal postijiet tax-xogħol vakanti b’biżżejjed żmien ta’ tħejjija f’servizzi essenzjali bħall-unità tal-awditjar intern;

22.

Jilqa’ l-fatt li fl-2021 assessur estern iċċertifika li s-Servizz tal-Awditjar Intern “ġeneralment jikkonforma mal-Istandards u l-Kodiċi tal-Etika tal-Istitut tal-Awdituri Interni” li jikkorrispondi għall-ogħla livell ta’ konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Prattika Professjonali tal-Awditjar Intern, kif kien il-każ fl-2016;

Segwitu mill-amministrazzjoni tal-Parlament u mill-Bureau għar-riżoluzzjoni ta’ kwittanza preċedenti

23.

Jieħu nota tat-tweġibiet bil-miktub għar-riżoluzzjoni ta’ kwittanza għall-2020 mogħtija lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fis-26 ta’ Settembru 2022, u tal-preżentazzjoni tas-Segretarju Ġenerali fil-25 ta’ Ottubru 2022 li tindirizza d-diversi mistoqsijiet u talbiet imqajma fir-riżoluzzjoni tal-Parlament, segwiti mill-iskambju ta’ fehmiet mal-Membri;

24.

Ifakkar li l-kompożizzjoni tal-Bureau hija l-President tal-Parlament Ewropew, l-14-il Viċi President u l-ħames Kwesturi (membri mingħajr vot) eletti demokratikament mill-Parlament; ifakkar li ladarba l-Plenarja tappella għal regoli jew miżuri differenti biex jiġu implimentati mill-Parlament, tali regoli jew miżuri proposti għandhom jiġu diskussi mill-Bureau, li jivvota wkoll fuqhom, skont l-Artikolu 25 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura u l-Artikoli 6 u 262 tar-Regolament Finanzjarju; jiddispjaċih li għadd sostanzjali ta’ talbiet konkreti adottati mill-Plenarja fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza mhux dejjem ikunu riflessi tajjeb fid-diskussjonijiet waqt il-laqgħat tal-Bureau minkejja l-fatt li kemm il-membri tal-Bureau kif ukoll is-Segretarju Ġenerali jkunu konxji mir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza u jkollhom il-kapaċità li jressqu proposti skont l-Artikolu 25 imsemmi qabel; ifakkar fl-eżerċizzju ta’ skrutinju demokratiku li jitwettaq permezz tal-proċedura ta’ kwittanza u li għalih il-Parlament għandu jkun mudell għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni; jenfasizza li tul iż-żmien kollu tal-pandemija tal-COVID-19, id-deliberazzjonijiet tal-Bureau kellhom jiffukaw, fil-biċċa l-kbira, fuq il-protezzjoni tal-integrità tal-Membri u tal-persunal, filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat;

25.

Ifakkar, fid-dawl tal-Artikolu 25 tar-Regoli ta’ Proċedura, li l-Bureau huwa responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet finanzjarji, organizzattivi u amministrattivi li jikkonċernaw l-organizzazzjoni interna tal-Parlament u l-Membri; jinsab imħasseb li d-deċiżjonijiet tal-Bureau spiss jonqsu milli jirrispettaw ir-rieda espressa mill-Plenarja fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza; itenni l-importanza tal-proċedura ta’ kwittanza kif stabbilita fir-Regolament Finanzjarju u fir-Regoli ta’ Proċedura u jitlob li r-riżoluzzjonijiet li jaffettwaw il-funzjonament tal-Parlament jitqiesu bir-reqqa u jiġu segwiti b’mod leġittimu u trasparenti; jinnota li l-aġendi u l-minuti tal-laqgħat tal-Bureau u d-deċiżjonijiet jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Parlament; itenni l-istedina tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex jagħmel ġabra konkreta ta’ proposti biex tkompli tittejjeb it-trasparenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bureau; jirrakkomanda li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit għandu jiġi infurmat b’mod sistematiku kull meta proposta li tirriżulta minn riżoluzzjoni ta’ kwittanza tiġi diskussa mill-Bureau;

26.

Jilqa’ l-proposta mingħand is-Segretarju Ġenerali biex il-Bureau jingħata l-abbiltà li jiddibatti l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet importanti u jiddeċiedi dwarhom fil-laqgħa li jkun imiss tiegħu; jistieden lill-Bureau u lill-Kwesturi jimplimentaw dik il-prattika;

Miżuri relatati mal-pandemija tal-COVID-19

27.

Jinnota li l-2021 kienet ikkaratterizzata mill-isfidi li għaddejjin li rriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19, li rrikjedew li l-biċċa l-kbira tal-miżuri bla preċedent u straordinarji introdotti fl-2020 jinżammu, u fejn meħtieġ, jiġu adattati sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju għall-Membri u għall-persunal, filwaqt li ġie żgurat li l-Parlament baqa’ f’pożizzjoni li jkompli bl-attivitajiet ewlenin tiegħu; jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 hija stmata li ġġenerat surplus baġitarju ġenerali ta’ EUR 95 804 765 u, fl-istess ħin, wasslet għall-ħtieġa li jissaħħu linji baġitarji oħra b’total ta’ EUR 26 230 480, li rriżulta f’iffrankar nett ta’ EUR 69 574 285;

28.

Jinnota, b’mod partikolari, li r-reġimi tat-telexogħol, il-votazzjoni mill-bogħod u l-laqgħat ibridi komplew jiġu applikati fuq skala kbira matul l-2021; jinnota li l-obbligu għall-maġġoranza tal-persunal, inklużi l-APAs, ta’ telexogħol sħiħ (100 %) tneħħa gradwalment minn Ġunju 2021 u li fis-16 ta’ Lulju 2021 is-Segretarju Ġenerali ddeċieda li jestendi l-ambitu tat-telexogħol eżistenti; jinnota li, f’Settembru 2021, tneħħew xi wħud mir-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-Parlament, eż. fuq delegazzjonijiet jew l-akkoljenza ta’ viżitaturi individwali, u li daħlu fis-seħħ regoli ġodda dwar it-telexogħol għall-persunal tal-Parlament;

29.

Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Qorti fir-Rapport Speċjali tagħha 18/2022 bit-titolu “Istituzzjonijiet tal-UE u COVID-19” li l-istituzzjonijiet awditjati, inkluż il-Parlament, urew ir-reżiljenza tagħhom quddiem il-pandemija tal-COVID-19 u li r-rispons tagħhom kien rapidu u flessibbli u bbenefikaw minn investimenti preċedenti fid-diġitalizzazzjoni; jenfasizza r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, b’mod partikolari r-rieżami tal-pjanijiet għall-kontinwità tal-operat u l-valutazzjoni tal-adegwatezza ta’ modi ġodda ta’ ħidma fl-ambjent ta’ wara l-COVID-19;

30.

Jinnota li l-impatt tal-kontinwazzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 fl-2021 wassal għal trasferimenti sostanzjali fil-baġit tal-Parlament, u li sar disponibbli surplus baġitarju f’oqsma bħall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-organizzazzjoni u l-akkoljenza ta’ gruppi ta’ viżitaturi, l-operat taċ-ċentri tal-viżitaturi tal-Parlament, it-taħriġ personali, u konsum tal-enerġija aktar baxx; jinnota li, fl-istess ħin, il-pandemija ħolqot ħtiġijiet baġitarji addizzjonali f’oqsma oħra, b’mod partikolari s-saħħa u l-prevenzjoni, kif ukoll tagħmir tekniku u loġistika għal laqgħat u voti ibridi multilingwi; josserva li parti sostanzjali tal-iffrankar tal-aħħar snin ġiet trasferita għall-politika tal-bini;

31.

Jenfasizza lis-sena 2021 intlaqtet enomement mill-pandemija tal-COVID-19 u l-biċċa l-kbira tal-miżuri straordinarji introdotti fl-2020 kien meħtieġ li jibqgħu jinżammu u jiġu adattati; jinsab imħasseb li f’ċerti każijiet, xi wħud mill-miżuri li ġew introdotti biex jipprevjenu li l-pandemija tal-COVID-19 tkompli tinfirex irriżultaw f’kundizzjonijiet tax-xogħol modifikati f’servizzi speċifiċi, bħal fil-copy shops u fl-unitajiet tal-istampar fi ħdan il-Parlament, li kellhom impatt negattiv fuq xi membri tal-persunal, pereżempju l-persunal tal-copy shop fi Brussell kellhom jaħdmu f’iżolament għal perjodu ta’ żmien twil anke wara li tneħħew il-miżuri tas-sikurezza; jitlob lill-amministrazzjoni tal-Parlament tevalwa mill-ġdid b’mod proattiv il-kundizzjonijiet tax-xogħol f’sitwazzjonijiet simili possibbli;

32.

Jenfasizza li, fl-2021, ġew imposti bosta sfidi fuq il-ħidma tal-Parlament, u dik ewlenija fosthom kienet l-inċertezza fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-pandemija tal-COVID-19; ifaħħar ir-rwol ewlieni tas-servizzi mediċi tal-Parlament fuq quddiem nett tar-rispons għall-pandemija tal-COVID-19 u jirrikonoxxi l-ammont ta’ xogħol enormi involut, li kien jinkludi t-trattament, l-ittestjar u t-tilqim tal-persunal, l-għoti ta’ appoġġ psikoloġiku u l-għoti ta’ pariri dwar miżuri ta’ mitigazzjoni; jinnota li, b’mod eċċezzjonali, l-eżami mediku annwali tal-persunal kellu jiġi kkanċellat u l-persunal ġie mistieden jagħmel l-eżami mediku annwali tiegħu esternament, taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk normalment offruti mill-Parlament, f’konformità mal-Artikolu 59(6) tar-Regolamenti tal-Persunal, u jilqa’ l-fatt li l-progressjoni tas-sitwazzjoni pandemika għamlitha possibbli li l-eżamijiet mediċi annwali tal-persunal jissoktaw; jilqa’ l-ħolqien, f’Ottubru 2021, tal-Unità għat-Tħejjija Medika u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet (MPCMU) magħmula minn persunal mis-servizzi mediċi fi Brussell u fil-Lussemburgu bl-objettiv li tissaħħaħ il-kapaċità ta’ rispons tal-Parlament għall-kriżijiet futuri;

33.

Jinnota li l-kost totali taċ-ċentri tal-ittestjar kien ta’ EUR 5 415 789 fi Brussell, EUR 302 288 fil-Lussemburgu u EUR 39 370 fi Strażburgu; jilqa’ l-fatt li l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika pprovdew il-vaċċini u l-materjal l-ieħor kollu mingħajr ħlas għall-kampanja ta’ tilqim tal-Parlament; jinnota li l-kost totali taċ-ċentru tat-tilqim fi Brussell fl-2021 kien ta’ EUR 230 502, inkluż tisħiħ minn sitt infermiera interim u l-adattament ta’ għodda tal-IT eżistenti għall-aspetti amministrattivi (EUR 45 655 u EUR 184 847 rispettivament); ifaħħar il-ħidma tas-servizz mediku, tal-persunal tal-laboratorju kkuntrattat u tal-voluntiera fiċ-ċentri tal-ittestjar u tat-tilqim tal-Parlament fi Brussell; jinnota li kemm fi Strażburgu kif ukoll fil-Lussemburgu, il-kampanji ta’ tilqim ġew organizzati mill-awtoritajiet nazzjonali, u għalhekk l-ebda kost ma ġie mġarrab mill-Parlament;

34.

Ifakkar li l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni tal-President tal-1 ta’ Ġunju 2021 dwar miżuri ta’ sigurtà biex jillimitaw it-tixrid tal-pandemija tal-COVID-19 kien jipprevedi kontrolli tat-temperatura fuq kwalunkwe persuna li tidħol fil-bini tal-Parlament; jinnota li, għal dak il-għan, il-Parlament xtara mudelli differenti ta’ detetturi tat-temperatura tal-ġisem għal ammont totali ta’ EUR 595 459 (EUR 382 515 fl-2020 u EUR 212 944 fl-2021); josserva li 40 unità ta’ detezzjoni tat-temperatura mixtrija fl-2021 bħala parti mit-tagħmir u installati fid-detetturi tal-metall ma ntużawx mill-14 ta’ Marzu 2022 u li erba’ kameras issa qed jinżammu maħżuna; jenfasizza li matul is-sajf spiss kien il-każ li l-persuni ġew miċħuda l-aċċess minħabba t-temperatura għolja ta’ barra, li ma kellha xejn x’taqsam mad-deni għoli; ifakkar li ma ġiet introdotta l-ebda dispożizzjoni biex jiġi pprevenut li n-nies li kienu ġew miċħuda milli jidħlu sempliċement jippruvaw mill-ġdid ftit ħin wara; jinnota li l-Parlament la ttratta u lanqas ġabar data sensittiva fl-ambitu tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2); josserva li, mingħajr il-ħtieġa li tinħażen xi data sensittiva, ma hemm l-ebda informazzjoni dwar in-numru ta’ persuni li ġew miċħuda aċċess għall-bini tal-Parlament matul il-perjodu ta’ validità tal-miżura; jesprimi dispjaċir għall-konklużjoni li għalhekk mhuwiex possibbli li tiġi vvalutata l-effettività tal-kontrolli tat-temperatura tal-ġisem jew tax-xiri tat-tagħmir; ifakkar fil-prinċipju li jipprevedi li kwalunkwe użu ta’ flus pubbliċi għandu dejjem jippermetti li ssir verifika tar-regolarità tal-infiq u l-effettività tal-użu tiegħu;

35.

Jinnota li ma kienx meħtieġ tnaqqis fil-persunal tat-tindif fi Brussell peress li l-bini baqa’ miftuħ u li fi Strażburgu u fil-Lussemburgu l-ħtiġijiet akbar ta’ tindif ikkumpensaw għat-tnaqqis fl-attività u għalhekk, l-ebda telf ma ġie mġarrab mill-fornituri tat-tindif matul is-sena; jinnota li fi tmiem l-2021 u fil-bidu tal-2022, iż-żewġ kuntratturi tat-tindif fi Brussell nedew stħarriġ dwar is-sodisfazzjon fost l-impjegati tagħhom kif mitlub fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tal-2020; jinnota li l-impjegati mlew il-kwestjonarju b’mod anonimu u li t-tweġibiet waslu u ġew maħżuna fuq pjattaforma sigura; jissottolinja li għall-ewwel kuntrattur, l-analiżi tar-riżultati turi li aktar minn 90 % tal-persunal huma motivati biex jagħtu prestazzjoni tajba, jirċievu direzzjoni tajba mill-maniġment tagħhom u jħossuhom parti minn tim magħqud sewwa; jinnota li, mid-9 ta’ Novembru 2022, is-servizzi kollha tat-tindif fil-bini tal-Parlament fi Brussell huma pprovduti minn żewġ fornituri ġodda tas-servizzi; jilqa’ l-fatt li l-kuntrattur il-ġdid huwa soġġett għal obbligi aktar stretti li jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti; ifakkar fil-fatt li l-kuntrattur il-ġdid impenja ruħu li jieħu f’idejh l-impjegati kollha li kienu impjegati mill-kuntrattur preċedenti għal mill-anqas disa’ xhur u jitlob lill-Parlament jiżgura li dak l-impenn jiġi rispettat;

36.

Ifakkar fl-impatt negattiv tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-persunal tal-forniment tal-ikel tal-Parlament; jilqa’ l-miżuri ta’ solidarjetà implimentati minn April 2020 sa Diċembru 2021, jiġifieri l-forniment ta’ “ikliet għall-karità” u tariffa għall-kontinwità tal-operat fit-tliet postijiet tax-xogħol, li tal-anqas għenu biex jiġu ssalvagwardjati 37 impjieg għall-persunal tal-forniment tal-ikel; ifaħħar il-fatt li l-Parlament kien l-ewwel istituzzjoni tal-Unjoni li varat programm ta’ donazzjoni tal-ikel, u li matul il-kriżi tal-COVID-19, kienet l-unika istituzzjoni li ħadet azzjoni biex issalva l-impjiegi; jilqa’ l-fatt li nħolqu 20 impjieg ġdid mindu bdew mill-ġdid l-attivitajiet kollha tal-forniment tal-ikel f’Marzu 2022; jinnota li s-servizzi tal-forniment tal-ikel u tat-tindif jitwettqu minn fornituri esterni tas-servizzi minħabba n-natura speċifika tagħhom li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-internalizzazzjoni; jenfasizza li l-internalizzazzjoni ta’ servizzi essenzjali bħall-forniment tal-ikel u t-tindif tkun teħtieġ ir-reklutaġġ massiv ta’ impjegati u twassal għal żieda sinifikanti fil-kostijiet; huwa, għalhekk, tal-fehma li l-internalizzazzjoni ta’ dawn is-servizzi m’għandhiex tiġi kkunsidrata mill-korpi governattivi;

Interpreti

37.

Ifakkar li fl-ambitu tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, il-Membri għandhom id-dritt li jitkellmu bil-lingwa uffiċjali tal-għażla tagħhom, riflessjoni tad-diversità kulturali u lingwistika Ewropea li tagħmel ukoll lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni aktar aċċessibbli u trasparenti għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni; jilqa’ l-ħidma li saret mill-uffiċjali tal-Parlament u mill-interpreti freelance matul il-pandemija li tagħmel dan id-dritt possibbli u żżomm lill-Parlament jiffunzjona bħala d-dar tad-demokrazija Ewropea; jisħaq li l-kwalità tal-interpretazzjoni pprovduta għandha impatt dirett fuq il-messaġġ li jintbagħat liċ-ċittadini tal-Unjoni;

38.

Jinnota li l-amministrazzjoni tal-Parlament introduċiet salvagwardji bħal limitazzjoni fuq is-sigħat ta’ interpretazzjoni ta’ kull ġimgħa minħabba l-isforz addizzjonali meħtieġ biex jiġu interpretati l-kelliema mill-bogħod u li l-interpreti kienu għal perjodu twil ta’ żmien barra mill-kamra tal-laqgħat (jiġifieri kmamar akkoppjati, ċentri fl-Istati Membri, eċċ.); jilqa’ l-fatt li diversi azzjonijiet approvati mill-Bureau fl-2020 u fl-2021, li jvarjaw mit-tisħiħ tal-infrastruttura teknika sal-interpretazzjoni mill-bogħod, ippermettew li l-kapaċitajiet ta’ interpretazzjoni jiżdiedu gradwalment għal 70 % tal-kapaċità ta’ qabel il-COVID-19 minn Novembru 2020 sa April 2021, u għal 90 % f’Jannar 2022;

39.

Jinsab imħasseb dwar il-problemi ta’ smigħ irrapportati li rriżultaw mill-interpretazzjoni mill-bogħod għal perjodi twal ta’ ħin b’sistemi akustiċi ta’ kwalità baxxa; huwa allarmat li 63,5 % tar-rispondenti (127 minn 200) irrapportaw problemi ta’ smigħ fi stħarriġ dwar l-interpretazzjoni simultanja mill-bogħod imwettaq mid-delegazzjoni tal-Interpreti tal-Persunal fil-bidu tal-2021 u 54 % tar-rispondenti (702 minn 1 602) semmew fi stħarriġ li sar fost l-interpreti tal-persunal u dawk freelance f’Mejju 2022 li l-ħidma taħt il-kundizzjonijiet imposti b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq is-saħħa u l-benesseri tagħhom; jenfasizza l-fatt li l-kwistjonijiet tas-saħħa rrappurtati mill-interpreti qed jingħataw segwitu mis-Servizzi mediċi tal-Parlament u l-fatt li l-amministrazzjoni varat azzjonijiet immirati biex ittejjeb il-kwalità tal-akustika; ifakkar fid-dmir ta’ diliġenza li l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom lejn l-impjegati tagħhom, li jrid jitqies meta jkunu qed jiġu implimentati miżuri preventivi;

40.

Jinnota d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-2 ta’ Ġunju 2022 li tippermetti eċċezzjonijiet għall-interventi mill-bogħod f’laqgħat tal-kumitati u josserva li l-istruttura teknika u l-konformità tal-interventi mill-bogħod huma l-isfidi prinċipali li hemm bżonn jintgħelbu biex tinkiseb akustika ta’ kwalità tajba fil-laqgħat ibridi tal-Parlament; jilqa’ l-fatt li, fost miżuri oħra u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, aktar minn 1 700 mikrofonu professjonali ta’ kwalità għolja u 1 342 headset tqassmu lill-Membri, kif ukoll li l-Kwesturi ħarġu l-avviżi 50/2020 u 12/2021 b’linji gwida għall-kelliema mill-bogħod; josserva li l-amministrazzjoni tal-Parlament qed toffri wkoll, fuq bażi pilota, mikrofoni ta’ kwalità għolja lill-kelliema esterni li se jintervjenu mill-bogħod, bħall-petizzjonanti; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-isforzi u l-baġit allokat se jkunu kollha għalxejn jekk jibqgħu permessi l-interventi mill-bogħod mill-Membri u minn kelliema oħra mingħajr it-tagħmir xieraq; jilqa’ l-kampanja biex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-kwalità akustika għall-interventi mill-bogħod u jappella għal aktar kontrolli tekniċi qabel kull intervent;

41.

Jinnota li s-servizzi tal-pjattaforma Interactio nkisbu fl-2021 permezz ta’ kuntratt qafas disponibbli li bħalissa ma jirreferix għall-istandard ISO dwar l-interpretazzjoni tal-konferenzi; jinnota li s-Segretarju Ġenerali jiddikjara fit-tweġibiet bil-miktub tiegħu lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament li l-pjattaforma Interactio tissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità tas-sound tal-ISO;

42.

Josserva li l-interpreti tal-Parlament għamlu strajk minn Ġunju sa Ottubru 2022 bl-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, primarjament kwalità tas-sound aħjar u limitazzjoni fuq in-numru u d-durata tas-sigħat ta’ interpretazzjoni ta’ kelliema mill-bogħod kif saru matul il-pandemija tal-COVID-19; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, waqt l-istrajk tal-interpreti, l-amministrazzjoni tal-Parlament irrikorriet għas-servizzi ta’ interpretazzjoni esterni, għall-kost totali ta’ EUR 47 324, peress li din id-deċiżjoni pperikolat l-istandard tal-kwalità tal-Parlament għall-interpretazzjoni, u aktar importanti minn hekk xekklet id-dritt tal-istrajkjar tal-ħaddiema; jenfasizza li ġeneralment ma għandhomx jiġu pprovduti servizzi esterni ta’ interpretazzjoni mill-bogħod fil-laqgħat ewlenin tal-korpi parlamentari; jilqa’ l-arranġamenti ta’ ħidma interim għal-laqgħat b’parteċipazzjoni mill-bogħod miftiehma bejn it-trade union, ir-rappreżentanti tal-interpreti u l-amministrazzjoni tal-Parlament fis-17 ta’ Ottubru 2022 u jinnota li se jsiru negozjati dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-interpreti biex jirriflettu fuq il-metodi ta’ ħidma ta’ wara l-pandemija tal-Parlament; jenfasizza li d-DĠ LINC għandu jippjana l-ħtiġijiet ta’ kapaċità ta’ interpretazzjoni futuri tiegħu u jfittex li jirrekluta interpreti ġodda b’mod li jkun f’waqtu;

Persunal, assistenti parlamentari akkreditati (APAs) u assistenti lokali, trainees

Persunal

43.

Jinnota li 877 minn 6 621 kariga (13,2 %) kienu vakanti fi tmiem l-2021; jirrikonoxxi d-diffikultajiet ġenerali li jiltaqgħu magħhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluż il-Parlament, biex jattiraw u jżommu t-talent, li għandu impatt fuq id-diversità u d-distribuzzjoni ġeografika tal-forza tax-xogħol; jinnota li, fl-2021, tmexxew żewġ stħarriġiet mid-DĠ PERS biex jinstabu r-raġunijiet prinċipali għala n-nies japplikazzjoni għal impjieg fil-Parlament u li r-riżultati indikaw is-salarji, iżda wkoll is-sinifikat tal-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol flessibbli; jinnota l-opinjoni tal-amministrazzjoni tal-Parlament dwar id-dewmien tal-kompetizzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) iżda jfakkar fil-proċess ta’ trasformazzjoni attwali li għandu l-għan li jqassar id-durata tal-kompetizzjonijiet, li jagħmilhom aktar effiċjenti u li jkunu mmirati aħjar lejn profili speċjalizzati filwaqt li tinżamm l-oġġettività u l-ugwaljanza tat-trattament fil-qalba tal-proċess; jinnota li, fl-2021, il-Parlament beda jmexxi kompetizzjonijiet interni u jinsab imħasseb dwar il-proċeduri ta’ reklutaġġ rapidi li jistgħu jwasslu għal diskriminazzjoni bejn il-kategoriji professjonali;

44.

Jitlob li ssir riflessjoni profonda dwar il-modi l-ġodda ta’ ħidma li jistgħu jirrikonċiljaw il-ħtiġijiet tal-amministrazzjoni tal-Parlament (inklużi l-koeżjoni tat-tim, il-komunikazzjoni interna, u r-reklutaġġ ta’ parteċipanti ġodda), filwaqt li jitqiesu l-aspettattivi u s-sodisfazzjon tal-persunal tiegħu, li jkollhom impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni tagħhom kif ukoll fuq l-attraenza tal-Parlament bħala impjegatur; jenfasizza f’dan il-kuntest l-importanza ta’ djalogu soċjali ġenwin mar-rappreżentanti tal-persunal dwar punti kruċjali bħal ambjent tax-xogħol flessibbli, saħħa u benesseri u opportunitajiet ta’ taħriġ u karriera; jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-ħtieġa li jiġu rieżaminati r-regoli dwar il-fastidju fir-rigward ta’ dawn il-forom ġodda ta’ xogħol; josserva li l-preżenza fiżika hija ta’ importanza għall-interazzjoni effiċjenti tal-atturi kollha fil-proċessi parlamentari; jissuġġerixxi li jiġi stabbilit kumitat konġunt li jassisti lid-DĠ PERS fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni effettiva u tal-konformità ta’ linji gwida ċari dwar it-telexogħol u d-dritt għall-iskonnessjoni li jistgħu jiġu adattati għall-ħtiġijiet tas-servizzi differenti; jenfasizza li, fid-dawl li jkollna regoli uniformi li jirriżultaw mir-Regolamenti tal-Persunal, il-Parlament għandu jallinja r-regoli tat-telexogħol ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni li introduċew il-possibbiltà tat-telexogħol barra mit-tliet postijiet tax-xogħol, li jżid ukoll l-attraenza tal-Parlament bħala impjegatur;

45.

Ifakkar fil-livelli serjament inadegwati ta’ persunal fis-segretarjati tal-kumitati tal-Parlament fi tmiem l-2020 minħabba, fost l-oħrajn, iż-żieda fl-ammont ta’ xogħol, il-metodi ta’ ħidma applikati b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 u l-ħolqien ta’ kumitati temporanji ġodda; jilqa’ l-fatt li wara l-adozzjoni tal-baġit tal-2022, inħolqu 66 kariga ġdida fl-organigramma (12 għad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni (DĠ EXPO) u 54 kariga għad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni (DĠ IPOL)), fit-tabella tal-persunal bil-ħsieb li jissaħħaħ malajr l-appoġġ għall-kumitati parlamentari; jinsab imħasseb li, bħalissa, iż-żieda netta tal-persunal (inklużi l-karigi fl-organigramma u l-aġenti kuntrattwali) hija ppjanata li tinkludi biss tmien membri addizzjonali tal-persunal, minkejja l-fatt li l-għadd ta’ aġenti kuntrattwali naqas bi 23 bejn Jannar u Novembru 2022; ifakkar lis-Segretarju Ġenerali dwar l-impenn għal tisħiħ reali tal-kapaċità tar-riżorsi umani fid-DĠ EXPO u fid-DĠ IPOL, inkluż livell adegwat ta’ aġenti kuntrattwali; jindika li r-riżorsi kollha disponibbli fil-kumitati, fid-dipartimenti ta’ politika, fis-servizzi orizzontali u ta’ appoġġ għandhom jiġu assenjati għall-implimentazzjoni tas-setgħat u tal-proċeduri leġiżlattivi, baġitarji u ta’ kontroll tal-Parlament; jitlob għalhekk li r-riżorsi disponibbli jitqassmu skont il-livell ta’ attività tal-kumitati f’dawn l-oqsma u mhux biss skont in-numru ta’ rapporti leġiżlattivi;

46.

Jinsab imħasseb dwar id-deċiżjoni tal-Bureau tal-21 ta’ Novembru 2022, ibbażata fuq il-proposta tas-Segretarju Ġenerali dwar Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni Ġenerali, li jagħtu effett lill-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal; jinsisti fuq l-importanza li jinkiseb bilanċ ġeografiku ġust fost il-persunal tal-Parlament dment li l-miżuri jkunu “xierqa”, kif meħtieġ mill-Artikolu 27, u jisħaq li l-kompetizzjonijiet iridu jirrispettaw il-prinċipji fundamentali minquxa fir-Regolamenti tal-Persunal u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, bħall-prinċipji tal-ugwaljanza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-proporzjonalità; ifakkar ukoll li l-Artikolu 27 jiddikjara li “dawk il-miżuri xierqa jridu jkunu ġustifikati u qatt ma għandhom jirriżultaw fi kriterji ta’ reklutaġġ għajr dawk imsejsa fuq il-mertu”; jappella għar-riferiment immedjat tad-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni Ġenerali lis-servizz legali tal-Parlament għal valutazzjoni tal-konformità;

47.

Jinnota l-“proġett tal-Istrateġija tal-Aġenti Kuntrattwali II” li għandu l-għan li jappoġġja lid-direttorati ġenerali fil-valutazzjoni ta’ jekk ikunx aktar ta’ vantaġġ għall-Parlament jekk jiġu internalizzati l-funzjonijiet imwettqa minn fornituri tas-servizzi esterni; jinnota li d-DĠ PERS ipprovda appoġġ għat-tnedija ta’ proċeduri ta’ internalizzazzjoni lid-DĠ INLO, lid-DĠ ITEC u lid-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni (DĠ SAFE); itenni li r-reklutaġġ ta’ aġenti kuntrattwali huwa miżura aċċettabbli meta jkun iġġustifikat, iżda jsostni li l-kompiti ewlenin għandu jitwettqu minn persunal permanenti;

48.

Josserva diffikultajiet partikolari biex jinstabu kandidati li lesti jaħdmu għall-Parlament fil-Lussemburgu, l-aktar minħabba l-għoli tal-ħajja u l-prezz tal-akkomodazzjoni li qed jiżdied filwaqt li jkollhom salarju li huwa adattat għall-kundizzjonijiet tal-għajxien fi Brussell; jitlob lill-amministrazzjoni tal-Parlament tressaq talba lill-Kummissjoni biex tindirizza l-problema serja u li ilha għaddejja tal-indiċjar tas-salarji fil-Lussemburgu billi tadotta att delegat biex tikkoreġi d-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal;

49.

Jinnota l-importanza tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-għarfien biex jiġi evitat it-telf ta’ għarfien fl-amministrazzjoni tal-Parlament; jirrikonoxxi li l-mobilità tista’ tgħin lill-membri tal-persunal jiksbu ħiliet ġodda iżda jemmen ukoll li l-amministrazzjoni tal-Parlament għandha timmotiva u takkumpanja lill-membri tal-persunal biex jiċċaqilqu b’mod volontarju bejn servizzi differenti sabiex l-iskema ta’ mobilità obbligatorja tkun l-aħħar alternattiva, peress li f’xi każijiet dan l-obbligu jista’ jwassal biex il-membri tal-persunal jitilqu mill-Parlament; jindika li politika obbligatorja dwar il-mobilità tista’ tkun partikolarment ta’ sfida għall-membri tal-persunal li jaħdmu fid-DĠ IPOL minħabba l-għarfien espert speċifiku miġbur; jitlob reviżjoni sħiħa tal-politika dwar il-mobilità filwaqt li jitqiesu l-fehmiet u l-esperjenza tar-rappreżentanti tal-persunal;

50.

Ifakkar li fit-13 ta’ Jannar 2020, il-Bureau approva miri ġodda u aktar ambizzjużi għall-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli ta’ maniġment superjuri u dak intermedju tal-amministrazzjoni tal-Parlament li għandhom jintlaħqu sal-2024, jiġifieri li n-nisa jokkupaw 50 % tal-postijiet ta’ kap ta’ unità, 50 % tal-postijiet ta’ direttur u 40 % ta’ postijiet ta’ direttur ġenerali; ifakkar li, sussegwentement, fis-6 ta’ Lulju 2020, il-Bureau żviluppa u approva pjan ta’ azzjoni dwar il-ġeneru għas-snin 2021–2022 immirat biex jaġevola l-implimentazzjoni ta’ dawk il-miri, kif ukoll biex jintegra l-perspettiva tal-ġeneri b’mod komprensiv fl-attivitajiet kollha tal-Parlament; jilqa’ l-fatt li 42,7 % tal-kapijiet ta’ unità u 50 % tad-diretturi huma nisa, filwaqt li n-nisa li jokkupaw pożizzjonijiet ta’ direttur ġenerali żdiedu minn 15,4 % għal 28 % mill-2021 ’il hawn; jinnota li, fl-2021, il-Parlament irrekluta 536 mara (50,3 %) u 530 raġel (49,7 %) fil-kategoriji kollha ta’ persunal ikkombinati; jinnota d-diffikultajiet biex jinkiseb bilanċ sodisfaċenti bejn il-ġeneri f’xi servizzi speċifiċi, bħad-DĠ SAFE b’81 % rġiel u 19 % nisa; jitlob lill-amministrazzjoni twettaq valutazzjoni tal-pjan direzzjonali 2021-2022 ibbażata fuq l-indikaturi ta’ monitoraġġ tal-progress magħżula fil-kuntest tal-kwittanza li jmiss;

51.

Jilqa’ l-pjan direzzjonali dwar id-diversità adottat mill-Bureau f’Novembru 2021 li jistabbilixxi miri fil-qasam tal-opportunitajiet indaqs, bħall-konsolidazzjoni tar-rwol u tal-mandat tal-Grupp ta’ Aċċess u Inklużjoni biex jissaħħu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Parlament dwar id-diżabilità u t-twettiq ta’ proposti konkreti; jilqa’ l-fatt li l-Parlament huwa l-ewwel istituzzjoni li torganizza proċeduri ta’ selezzjoni (Azzjonijiet Pożittivi) għal trainees u aġenti kuntrattwali b’diżabilità;

52.

Ifakkar li, skont l-Artikolu 9 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kumitat tal-Persunal jirrappreżenta l-interessi tal-persunal vis-à-vis l-istituzzjoni tagħhom u jżomm kuntatt kontinwu magħhom; jindika li d-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi ta’ tmexxija tal-Parlament spiss ikollhom impatt sinifikanti fuq il-persunal u għalhekk, itenni li huwa essenzjali li jinstemgħu r-rappreżentanti tal-persunal meta jiġu diskussi kwistjonijiet ġenerali li jaffettwaw il-politika tal-persunal tal-Parlament;

53.

Ifakkar fir-rakkomandazzjoni tal-Parlament lill-Kummissjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2018“biex tagħmel rieżami tal-proċedura amministrattiva tagħha għall-ħatra ta’ uffiċjali għolja bl-objettiv li jiġi żgurat bis-sħiħ li jiġi żgurat għalkollox li jintgħażlu l-aħjar kandidati f’qafas ta’ trasparenza massima u opportunitajiet indaqs, u b’hekk anke tkun ta’ eżempju għall-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra”; ifakkar li l-proċedura tal-ħatra tas-Segretarju Ġenerali kienet proċess trasparenti, fejn il-kandidati ġew ittrattati b’mod ġust u ekwu filwaqt li kienu konformi mar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà kollha meħtieġa; jenfasizza li d-deċiżjoni li ttieħdet dwar is-selezzjoni tal-kandidat magħżul twettqet b’maġġoranza kbira tal-Bureau;

Assistenti Parlamentari Akkreditati (APAs)

54.

Itenni l-opinjoni tiegħu li r-relazzjoni ta’ ħidma partikolari bejn il-Membri u l-APAs tista’ tinkludi sitwazzjoni li fihom iż-żewġ partijiet jiddeċiedu li jitterminaw il-kuntratt bi ftehim reċiproku qabel dak antiċipat iżda mingħajr telf ta’ fiduċja; iħeġġeġ lill-Bureau jikkonsulta mas-servizz legali tal-Parlament u mad-DĠ PERS dwar il-fattibbiltà tal-kuntratt li għandu jiġi tterminat bi ftehim reċiproku qabel id-data ta’ skadenza tiegħu u jinforma lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar l-eżitu;

55.

Itenni li l-APAs li jakkumpanjaw lill-Membri għas-sessjonijiet parzjali fi Strażburgu għandha tinħarġilhom ordni ta’ missjoni u jiġu rimborżati f’konformità mar-regoli applikabbli;

56.

Itenni t-talba insistenti tiegħu biex l-APAs jirċievu l-istess indennizz tas-sussistenza bħall-uffiċjali u persunal statutorju ieħor għall-missjonijiet tagħhom ħalli jattendu s-sessjonijiet parzjali fi Strażburgu, filwaqt li jitqies li l-pakkett tal-indennizzi parlamentari jibqa’ kif inhu; huwa tal-fehma li s-sitwazzjoni attwali, aggravata miż-żieda akkumulata fil-prezzijiet matul l-aħħar ftit snin, tpoġġi lill-APAs f’sitwazzjoni finanzjarja aktar diffiċli minħabba li jridu jivvjaġġaw lejn Strażburgu biex iwettqu x-xogħol tagħhom eżattament bl-istess mod bħall-uffiċjali tal-Parlament u persunal statutorju ieħor; ma jistax jifhem dan it-trattament inugwali fir-rigward tal-missjonijiet fi Strażburgu fid-dawl tal-fatt li l-ispejjeż imġarrba mill-APAs li jwettqu missjonijiet barra mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament jiġu rimborżati, mutatis mutandis, f’konformità mar-regoli applikabbli għall-missjonijiet tal-uffiċjali; jenfasizza li l-allinjament tal-indennizz tas-sussistenza ta’ kuljum ma’ dak tal-persunal statutorju jġib fi tmiemha wkoll l-eżistenza mhux ġustifikata ta’ tliet ammonti differenti ta’ indennizzi biex wieħed jagħżel minnhom; itenni, għalhekk, it-talba tiegħu lill-Bureau biex jimmodifika d-deċiżjoni tiegħu tat-2 ta’ Ottubru 2017 bl-għan li jimplimenta dan l-allinjament;

57.

Jinnota li r-regoli adottati mill-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti bħalissa jipprojbixxu lill-APAs milli jakkumpanjaw lill-Membri f’delegazzjonijiet uffiċjali tal-Parlament u f’missjonijiet tal-kumitati; jindika li l-appoġġ tekniku li l-APAs jipprovdu matul il-missjonijiet huwa ta’ importanza ewlenija għall-Membri parteċipanti; jinsab imħasseb li din is-sitwazzjoni fil-prattika twassal biex il-Membri jiffinanzjaw l-ivvjaġġar tal-APAs bl-allowance għall-ispejjeż ġenerali (GEA) u tobbliga lill-APAs jużaw il-liv annwali tagħhom; iħeġġeġ lill-Bureau u lill-Konferenza tal-Presidenti jbiddlu r-regoli attwali biex jippermettu lill-APAs — taħt ċerti kundizzjonijiet li għad iridu jiġu ddeterminati u filwaqt li jżommu f’moħħhom il-limiti loġistiċi tal-missjonijiet — jakkumpanjaw lill-Membri f’delegazzjonijiet u f’missjonijiet uffiċjali tal-Parlament, kif imtenni minn diversi riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza;

58.

Jilqa’ l-fatt li l-aħħar reviżjoni li wettaq il-Bureau tar-regoli għall-gruppi tal-viżitaturi introduċiet il-possibbiltà li l-Membri jaħtru professjonisti biex jieħdu r-responsabbiltà finanzjarja, li wasslet għal tnaqqis ta’ 28 % fl-għadd ta’ APAs li jaġixxu ta’ kapijiet tal-gruppi tal-viżitaturi; jinsisti, għalhekk, mal-Bureau li l-APAs ma jiġux maħtura kapijiet ta’ gruppi peress li dan il-livell ta’ responsabbiltà finanzjarja jista’ jikkomprometti l-proċeduri xierqa tal-awditjar jew inkella jitlob is-separazzjoni tar-rwoli ta’ kap ta’ grupp u tal-persuna li jkollha r-responsabbiltà finanzjarja, li tħalli biss membru tal-grupp sponsorjat jew professjonist, bħall-aġenti tal-pagamenti jew l-aġenziji tal-ivvjaġġar, biex jerfa’ r-responsabbiltà finanzjarja;

59.

Ifakkar li l-Membri jistgħu joffru traineeship liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, dment li jiżguraw li t-trainees jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-viża tal-pajjiż tal-ħatra; jinnota li l-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jiġu l-Belġju għal traineeship fi Brussell li jdum għaddej aktar minn 90 jum, ikollhom japplikaw għal awtorizzazzjoni minn qabel mis-servizz pubbliku reġjonali kompetenti, jiġifieri mill-Brussels Economy and Employment; jinsab allarmat li s-servizz kompetenti tal-Parlament qabel ma’ dan tal-aħħar li l-uffiċċju tal-Membru rilevanti jressaq id-dossier tal-kandidat, li fil-prattika jfisser li APA mill-uffiċċju tal-Membru huwa meħtieġ jipprovdi d-data personali tiegħu stess lill-awtoritajiet pubbliċi sabiex jaġixxi ta’ punt ta’ kuntatt għall-awtoritajiet pubbliċi fir-rigward tal-applikazzjoni għal viża tat-trainee minn pajjiż terz; ifakkar li l-Parlament ma jistax ipoġġi lill-APAs f’sitwazzjoni li tista’ tkun ta’ detriment għad-drittijiet tagħhom bħala persunal statutorju u jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament issib soluzzjoni differenti li mhix se tipperikola l-privatezza u s-sigurtà legali tal-APAs jew tkun ta’ riskju għas-sigurtà tal-Parlament;

60.

Jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tiskeda korsijiet ta’ taħriġ għall-APAs skont l-ammont ta’ xogħol tagħhom, li jkun marbut direttament mal-kalendarju parlamentari u mal-preżenza ġenerali tal-Membri fil-Parlament, sabiex il-qadi ta’ dmirijiethom jiġi rrikonċiljat mat-taħriġ professjonali li huma intitolati għalih skont l-Artikolu 11 tal-miżuri ta’ implimentazzjoni tat-Titolu VII ta’ Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea;

Apprendisti

61.

Jinnota l-programm ta’ reklutaġġ u ta’ żvilupp ta’ Schuman li ġie varat għall-ewwel darba mill-amministrazzjoni tal-Parlament matul il-perjodu ta’ traineeship ta’ Marzu 2021; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-amministrazzjoni tal-Parlament naqset milli tikkonsulta lill-Kumitat tal-Persunal dwar din l-inizjattiva fi stadju bikri u jinnota l-opinjoni negattiva espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Ottubru 2021, li tqajjem dubji dwar l-oġġettività u l-ekwità ta’ dan il-programm; jinsab konxju tad-diffikultajiet li ltaqgħet magħhom l-amministrazzjoni tal-Parlament fir-reklutaġġ u ż-żamma tat-talent għall-istituzzjoni, b’mod partikolari l-professjonisti żgħażagħ; jinsisti fuq ir-reklutaġġ li huwa bbażat fuq il-prinċipji essenzjali tat-trasparenza, l-oġġettività u l-ekwità tas-servizz pubbliku tal-Unjoni; jisħaq li l-proċeduri ta’ reklutaġġ iridu jkunu bbażati fuq il-mertu, kompetittivi, ġusti u trasparenti, u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jinvolvi kemm lill-Kumitat tal-Persunal kif ukoll lill-Kumitat tal-APAs f’reviżjoni ta’ dan il-programm biex jinstab ftehim dwar il-mudell li għandu jiġi segwit fil-futur;

62.

Jinnota li t-tnaqqis għat-trainees fil-canteens tal-Parlament, li jammonta għal EUR 1, huwa bbażat fuq skontijiet preċedenti li min-naħa tagħhom huma bbażati fuq il-kuntratti ffirmati u l-prezzijiet ta’ dak iż-żmien; jemmen li dan it-tnaqqis bħalissa huwa purament simboliku u insuffiċjenti u jistieden, għalhekk, lill-amministrazzjoni tal-Parlament tqis jistax jiddaħħal aġġornament awtomatiku abbażi tal-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-ikel;

Trasparenza u etika

63.

Jisħaq li t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-integrità huma prinċipji etiċi essenzjali fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u b’mod partikolari l-Parlament bħala d-dar tad-demokrazija Ewropea; ifakkar li regoli etiċi dgħajfa u n-nuqqas ta’ infurzar tagħhom għandhom il-potenzjal li jikkompromettu l-integrità tal-istituzzjoni u li l-imġiba mhux etika trid tiġi prevenuta, ippersegwitata u kkundannata minħabba li tagħmel ħsara sinifikanti lill-kredibbiltà u l-leġittimità tal-Parlament u tal-Unjoni kollha kemm hi u tikkostitwixxi theddida serja għad-demokrazija u l-fiduċja tal-pubbliku; ifakkar fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar is-suspetti ta’ korruzzjoni mill-Qatar u l-ħtieġa usa’ ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont fl-istituzzjonijiet Ewropej; ifakkar fil-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali 13/2019 tagħha dwar l-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-16 ta’ Settembru 2021 dwar it-tisħiħ tat-trasparenza u l-integrità fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jappellaw għall-ħolqien ta’ korp tal-etika indipendenti u interistituzzjonali b’rwol preventiv, ta’ konformità u konsultattiv; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffinalizza u tippreżenta l-proposta tagħha li tistabbilixxi dak ir-rwol; ifakkar fil-ħtieġa li jitwaqqaf korp tal-Etika tal-Unjoni bħal dan sa tmiem il-mandat attwali;

64.

Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-fiduċja fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni billi jissaħħu t-trasparenza, l-etika u l-imġiba tajba fil-Parlament; jitlob li l-qafas etiku tal-Parlament jinbidel għalkollox billi jiġu integrati t-tagħlimiet meħuda, tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tar-regoli ta’ kontroll attwali u tali regoli jiġu msaħħa biex jiġi żgurat li jkun hemm deterrenti aktar b’saħħithom biex jiġu indirizzati b’mod effettiv it-theddidiet u l-interferenzi attwali u futuri, kemm jekk jaffettwaw lill-Membri u kemm jekk lill-persunal; jisħaq li l-attivitajiet illegali ffinanzjati minn lobbjar imħallas jikkostitwixxu attakk profond fuq id-demokrazija u għandhom jintlaqgħu b’tolleranza żero u b’viġilanza mill-akbar; jappella, b’mod partikolari, għal reviżjoni tar-Regoli ta’ Proċedura u tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri, kif ukoll għall-aġġornament u r-riforma urġenti tal-Kumitat Konsultattiv attwali tal-Parlament Ewropew dwar il-Kondotta tal-Membri tal-Parlament bil-parteċipazzjoni ta’ esperti indipendenti, magħżula abbażi tal-kompetenza, l-esperjenza, l-indipendenza u l-kwalitajiet professjonali tagħhom, sabiex isir aktar viżibbli u prominenti, biex ir-rwol tiegħu jiġi konsolidat u biex is-setgħat tiegħu jissaħħu sabiex jiġi żgurat li l-Membri jaġixxu mingħajr ebda influwenza indebita mir-rappreżentanti tal-gruppi ta’ interess permezz tar-regolamentazzjoni stretta tal-attivitajiet imħallsa matul il-mandat, ir-rigali jew l-istediniet għall-ivvjaġġar, l-aspettattivi futuri ta’ impjieg, u tal-użu indebitu ta’ informazzjoni jew kuntatti; jirrakkomanda li l-Membri, l-APAs u l-membri tal-persunal jiġu mħarrġa fit-trasparenza u kontra l-korruzzjoni;

65.

Jenfasizza, f’dan ir-rigward,l il-ħtieġa ta’ regoli aktar stretti, trasparenza msaħħa, u monitoraġġ dwar l-introjtu sekondarju tal-Membri sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess; jitlob li jiġi rivedut il-Kodiċi ta’ Kondotta biex jitqies dan it-tħassib partikolari;

66.

Jenfasizza l-ksur reċenti tat-trasparenza u l-korruzzjoni b’rabta mal-NGOs Fight Impunity (Niġġieldu l-Impunità) u No Peace Without Justice (Mhemmx Paċi mingħajr Ġustizzja) u jiddispjaċih li s-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) organizza konferenza ta’ jumejn f’Ġunju 2022 flimkien ma’ dawk l-organizzazzjonijiet, minkejja l-fatt li ma kinux irreġistrati fir-Reġistru tat-Trasparenza;

67.

Ifakkar li skont ir-Regoli tal-Parlament dwar is-Seduti ta’ Smigħ Pubbliċi adottati mill-Bureau (3), ir-rappreżentanti tal-gruppi ta’ interess jistgħu jiġu mistiedna biss bħala kelliema waqt l-avvenimenti tal-Parlament, inklużi l-laqgħat tal-kumitati, jekk ikunu rreġistrati fir-Reġistru tat-Trasparenza u li s-segretarjat tal-kumitat jew il-korp governattiv tal-Parlament li jkunu qed jorganizzaw seduta ta’ smigħ ikunu responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma’ dan l-obbligu; jitlob li jsiru kontrolli obbligatorji tat-trasparenza mill-amministrazzjoni u kontrolli korrispondenti mis-segretarjati tal-kumitati;

68.

Iħeġġeġ lill-amministrazzjoni tistabbilixxi l-mezzi biex issaħħaħ ir-regoli u l-istrumenti interni għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess, bħas-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni (EDES) u l-Forum tal-Akkwisti Pubbliċi (PPF), b’mod partikolari fir-rigward tal-avvenimenti u l-istudji kkummissjonati mill-korpi tal-Parlament, u tagħmel ir-reġistrazzjoni fir-Reġistru tat-Trasparenza obbligatorja għall-entitajiet esterni li jipparteċipaw fi kwalunkwe forma;

69.

Jenfasizza li r-regoli ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament għall-partijiet ikkonċernati jeħtieġ li jiġu riveduti; jirrakkomanda li jintużaw soluzzjonijiet diġitali biex jiġi integrat u traċċat in-numru ta’ identifikazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fir-Reġistru tat-Trasparenza fl-attivitajiet kollha tal-Parlament li jinvolvu entitajiet esterni, bħal li jintalab in-numru tar-reġistrazzjoni għall-akkreditazzjoni tal-viżitaturi u għall-organizzazzjoni tal-avvenimenti;

70.

Jinnota li l-kwalità tal-entrati fir-Reġistru tat-Trasparenza ttejbet matul dawn l-aħħar snin u jfaħħar ir-rwol tas-segretarjat konġunt f’dak it-titjib, minkejja r-riżorsi limitati; jiddispjaċih, madankollu, li l-kwalità ġenerali tal-entrati għadha mhix sodisfaċenti; jitlob li jiġu pprovduti r-riżorsi kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li r-regoli interni relatati mar-Reġistru tat-Trasparenza jiġu infurzati b’mod effettiv, inkluż, fejn xieraq, bl-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet adegwati; jitlob li r-Reġistru tat-Trasparenza li għandu jkun tassew obbligatorju jissaħħaħ u li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza jitwessa’ biex jinkludi rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi;

71.

Ifakkar kemm hu importanti li tiġi żgurata u promossa fil-livell tal-Unjoni rappreżentanza trasparenti u etika tal-gruppi ta’ interess u li ġie stabbilit reġistru tat-trasparenza sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu miftuħa u trasparenti fid-djalogu tagħhom mar-rappreżentanti tal-gruppi ta’ interess u mas-soċjetà ċivili; ifakkar fl-obbligi tat-trasparenza li jirriżultaw fl-ambitu tal-Artikolu 11 tar-Regoli ta’ Proċedura u jistieden lill-Parlament jinkoraġġixxi b’mod attiv lill-Membri u lill-persunal biex ma jorganizzaw l-ebda laqgħa ma’ organizzazzjonijiet li mhumiex irreġistrati fir-Reġistru tat-Trasparenza u biex ma jipparteċipaw fl-ebda attività ta’ lobbying ma’ tali organizzazzjonijiet; ifakkar li l-informazzjoni u l-avviżi ta’ tfakkira dwar l-obbligu li l-laqgħat mar-rappreżentanti tal-gruppi ta’ interess jiġu ppubblikati għandhom jintbagħtu lill-Membri kollha f’intervalli regolari; jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament jirrevedi r-Regoli ta’ Proċedura biex l-obbligu li l-laqgħat mar-rappreżentanti tal-gruppi ta’ interess jiġu ppubblikati jiġi estiż għall-Membri kollha li jkunu qed jaħdmu fuq rapporti, opinjonijiet jew riżoluzzjonijiet; jilqa’ l-fatt li l-infrastruttura tal-Parlament biex il-Membri jkunu jistgħu jippubblikaw il-laqgħat skedati mar-rappreżentanti tal-gruppi ta’ interess ġiet aġġornata u issa hija marbuta kemm mar-Reġistru tat-Trasparenza kif ukoll mal-Osservatorju Leġiżlattiv; jistieden lis-servizzi tal-Parlament jespandu l-infrastruttura fuq is-sit web tal-Parlament biex jippermettu lill-APAs u lill-konsulenti tal-politika jippubblikaw b’mod volontarju l-laqgħat tagħhom mar-rappreżentanti tal-gruppi ta’ interess; jistieden lis-servizzi parlamentari joħolqu repożitorju online faċli għall-utent biex l-informazzjoni dwar il-laqgħat ta’ lobbying tkun tista’ tiġi ppubblikata f’format ta’ data miftuħa;

72.

Jistieden lill-amministrazzjoni tqis it-talbiet insistenti tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fir-rigward tat-trasparenza u l-etika f’konformità mal-pjan ta’ azzjoni “It-Tisħiħ tal-Integrità, l-Indipendenza u r-Responsabbiltà — L-Ewwel Passi”, approvat mill-Bureau fit-8 ta’ Frar 2023, u mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament; jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament biex tqis bl-istess mod l-osservazjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet futuri tal-Ombudsman fil-każ SI/1/2023/MIK dwar il-proċess ta’ riforma biex tkompli ttejjeb il-qafas tal-etika u tat-trasparenza tal-Parlament; iħeġġeġ lill-Parlament jimplimenta malajr it-talbiet kollha li saru fir-Riżoluzzjonijiet tal-Parlament inkluż it-tisħiħ tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll u monitoraġġ, kif ukoll l-allinjament tar-regoli interni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta mal-istandards tad-direttiva tal-UE;

73.

Ifakkar b’mod partikolari fil-ħtieġa li jiġu implimentati mingħajr dewmien il-15-il miżura kollha biex titrażżan il-korruzzjoni u jissaħħu l-integrità, ir-responsabbiltà u t-trasparenza adottati fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar suspetti ta’ korruzzjoni mill-Qatar u l-ħtieġa usa’ ta’ trasparenza u responsabbiltà fl-istituzzjonijiet Ewropej, kif ukoll it-talbiet ċari li saru fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Frar 2023 dwar is-segwitu mogħti lill-miżuri mitluba mill-Parlament biex tissaħħaħ l-integrità tal-istituzzjonijiet Ewropej;

74.

Jinnota li l-linji gwida attwali rigward il-ftehim interistituzzjonali tal-2021 biex il-partijiet ikkonċernati jiġu rreġistrati mhumiex biżżejjed; jisħaq fuq il-ħtieġa li ssir verifika minn qabel bir-reqqa fi ħdan ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tat-trasparenza biex jiġu żvelati s-sorsi kollha ta’ finanzjament; jinnota li l-finanzjament mill-fondi tal-Unjoni jrid ikun traċċabbli mir-riċevitur dirett sal-benefiċjarju finali meta l-fondi jiġu mgħoddija f’katina; jitlob li jiġu riveduti l-linji gwida għar-reġistrazzjoni fir-reġistru tat-trasparenza biex jiġu żvelati l-fondi kollha li jidħlu u li joħorġu, inkluż it-trasferiment ta’ fondi minn NGO waħda u parti interessata waħda għall-oħra;

75.

Josserva li f’xi każijiet, il-ħidma tal-NGOs u ta’ partijiet ikkonċernati tintuża biex tiffinanzja attivitajiet illegali u biex tinfluwenza t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Parlament f’isem partijiet terzi; jirrimarka li tali każijiet ġew identifikati minħabba l-miżuri ta’ kontroll u sigurtà fis-seħħ, għalkemm m’hemm l-ebda skop sinifikanti għal titjib;

76.

Itenni li l-aċċess tar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-programmi ta’ finanzjament tagħhom irid jiġi vverifikat minn qabel u ċċekkjat għall-inklużjoni possibbli fis-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni (EDES);

77.

Jitlob projbizzjoni fuq gruppi ta’ ħbiberija ma’ pajjiżi terzi meta tkun diġà teżisti delegazzjoni uffiċjali tal-Parlament; ifakkar li r-Regola 35 tar-Regoli ta’ Proċedura jrid jiġi rrispettat sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament ma’ pajjiżi terzi; jirrakkomanda li l-Parlament jippermetti, fuq bażi ta’ kull każ għalih, gruppi ta’ ħbiberija għall-attivitajiet relatati ma’ ċerti sottoreġjuni, jew xi minoranzi lokali ppersegwitati li għalihom ma teżistix delegazzjoni uffiċjali;

78.

Jinnota li l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri tal-Parlament investiga żewġ każijiet ta’ allegat ksur tal-Kodiċi ta’ Kondotta fl-2021, u f’wieħed minnhom il-President iddeċieda li jimponi penali fil-forma ta’ twissija fuq il-Membri kkonċernati f’Lulju 2021; jinnota li l-amministrazzjoni tal-Parlament ivverifikat każ wieħed ta’ kunflitt ta’ interess possibbli fl-ambitu tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew minħabba r-reklutaġġ ta’ qarib tal-familja identifikat fl-2021, li min-naħa tiegħu eventwalment wassal għall-bidu fl-2022 ta’ proċedura ta’ rkupru tan-nefqa fuq l-assistenza parlamentari użata ħażin;

79.

Jirrimarka li minkejja l-fatt li f’dawn l-aħħar ħdax-il sena ġew irreġistrati mill-anqas 25 każ ta’ ksur tal-Kodiċi ta’ Kondotta mill-Membri, il-Presidenti tal-Parlament qatt ma imponew sanzjoni finanzjarja fuq xi Membru; jistieden lill-President tikkunsidra li timponi sanzjonijiet finanzjarji meta jkun ġie ppruvat li l-Membri jkunu kisru l-Kodiċi ta’ Kondotta biex tiżgura li s-sanzjonijiet fil-fatt ikollhom effett deterrenti;

80.

Jinnota li fl-2021 l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) investiga 18-il każ u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) investiga tliet każijiet li kienu jinvolvu lill-Parlament dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijiet finanzjarji u soċjali tal-Membri u l-finanzjament ta’ strutturi politiċi; jinnota li, minn 18-il investigazzjoni tal-OLAF, erbgħa wasslu għal rapport b’rakkomandazzjonijiet finanzjarji, wieħed wassal għal rapport finali b’rakkomandazzjonijiet dixxiplinari, ħamsa wasslu għal deċiżjoni li jiġi miċħud il-każ, u tmienja għadhom għaddejjin fl-2022; jinnota wkoll li l-OLAF investiga ħames każijiet li jinvolvu l-persunal tal-Parlament, li minnhom tnejn ingħalqu fl-2021 mingħajr ebda rakkomandazzjoni u tlieta ma ġewx konklużi; jinnota li l-ebda waħda mill-investigazzjonijiet tal-UPPE ma ġiet konkluża fl-2021; jistaqsi lill-amministrazzjoni jekk ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-OLAF ġewx implimentati bis-sħiħ u jekk l-ammonti f’riskju ġewx irkuprati (b’mod partikolari l-EUR 1 837 000 li nstabu li tħallsu b’mod irregolari), u jitlobha wkoll tipprovdi sommarju, mingħajr ebda data sensittiva, tat-tipoloġija tal-każijiet investigati sabiex ikunu jistgħu jinsiltu konklużjonijiet u jsir titjib;

81.

Jinnota l-fatt li l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), bħalissa, fl-ebda ċirkostanza ma għandu aċċess għall-uffiċċji, il-kompjuters u l-kontijiet tal-posta elettronika tal-Membri, anke meta jkun qed jinvestiga każijiet marbuta mal-Membri abbażi ta’ suspett sostanzjat; jissottolinja l-ħtieġa li jkun hemm proċedura adegwata għall-għoti ta’ aċċess lill-OLAF f’każijiet ta’ suspetti sostanzjati kontra Membri individwali; jistieden lill-Bureau jistabbilixxi tali proċedura kif ukoll jirrikonoxxi u jiżgura l-kompetenza tal-OLAF billi jinvestiga ksur possibbli tal-Kodiċi ta’ Kondotta mill-Membri;

82.

Itenni li l-Artikolu 4 tal-Kodiċi ta’ Kondotta jipprevedi li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-Membri għandhom jiġu pprovduti b’mod dettaljat sabiex ikun jista’ jinstab kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali mal-attività parlamentari; jiddispjaċih li, madankollu, ħafna dikjarazzjonijiet jinkludu biss deskrizzjonijiet tal-impjieg vagi jew ġeneriċi u, għalhekk, itenni l-istedina tiegħu lill-Bureau biex jirrevedi l-format tad-dikjarazzjonijiet biex jirrikjedi aktar dettall; jitlob lill-President tagħti struzzjonijiet lis-servizzi biex sistematikament iwettqu kontrolli bir-reqqa tad-dikjarazzjonijiet;

83.

Jinnota li, mill-459 Membru tat-8 leġiżlatura li ma reġgħux ġew eletti fl-2019, il-Parlament irċieva notifika waħda biss ta’ impjieg wara l-mandat; jinnota li, fl-2021, mill-203 uffiċjali li telqu mis-servizz, 54 talbu permess għal attività wara li telqu mis-servizz; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Bureau (4) li jistabbilixxi regoli aktar b’saħħithom biex jirregola r-revolving doors għall-eks Membri u l-uffiċjali, billi jintroduċi perjodu ta’ preklużjoni għall-eks Membri li ma għandhomx jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ lobbying jew ta’ rappreżentanza mal-Parlament, għal perjodu ta’ sitt xhur wara t-tmiem tal-mandat tagħhom; jilqa’ wkoll id-deċiżjoni li jiġu ċċarati r-regoli dwar l-aċċess għall-bini tal-Parlament, is-sostituzzjoni tal-badges ta’ aċċess permanenti tal-eks Membri b’dawk ta’ aċċess ta’ kuljum, u l-iżgurar li l-eks Membri u l-persunal tal-Parlament li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ lobbying jiġu identifikati b’badge speċifika; jistieden lill-Parlament jiżgura li dawn ir-regoli l-ġodda jkunu effettivi, immonitorjati mill-qrib u infurzati; jemmen li m’għandha titħallas l-ebda Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali lil ex Membri u jappella għalhekk li jitħassar l-Artikolu 42(4) tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri;

84.

Iqis li l-votazzjonijiet b’sejħa tal-ismijiet (RCV) huma strument ewlieni għat-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni; jitlob li jiddaħlu votazzjonijiet b’RCV awtomatiċi għal kwalunkwe votazzjoni finali ħlief għall-votazzjonijiet sigrieti, u li jiżdied l-għadd ta’ votazzjonijiet b’RCV li grupp politiku jkollu l-possibbiltà li jitlob għal kull sessjoni parzjali fl-Artikolu 190(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, jew li l-fajls leġiżlattivi jiġu eżentati minn dik il-limitazzjoni;

85.

Jinnota l-proġett li għaddej biex ir-rekords tal-votazzjoni fil-plenarja jsiru disponibbli fi spazju ddedikat li fih l-utenti jkollhom aċċess għal dokumenti ċari u faċli għall-qarrej u jemmen li l-Parlament għandu jagħmel aktar u joħloq sit web koerenti li jgħaqqad l-għadd kollu ta’ siti web interkonnessi relatati mal-ħidma leġiżlattiva, jiġifieri l-Osservatorju Leġiżlattiv, il-profili tal-Membri, is-sit web tal-plenarja, eċċ. minħabba raġunijiet ta’ trasparenza u skrutinju pubbliku; jistieden lis-servizzi tal-Parlament jagħmlu disponibbli l-emendi kollha u r-rekords kollha tal-votazzjonijiet b’RCV fil-livell tal-kumitat u jinkluduhom fit-tqassim il-ġdid;

86.

Jinnota li l-Ombudsman indirizza 16-il każ li kkonċernaw lill-Parlament fl-2021, li minnhom saru u ġew applikati żewġ rakkomandazzjonijiet rispettivament mill-Awtorità, li ntalbet iżżid it-trasparenza fuq is-sit web tagħha, u l-amministrazzjoni tal-Parlament, li ntalbet tinforma aħjar lill-applikanti għal traineeships dwar il-possibbiltà li tintalab assistenza speċjali;

87.

Jistieden lill-Bureau jirrevedi l-Kodiċi ta’ Kondotta billi jinkludi restrizzjonijiet fuq il-Membri li jimpjegaw mhux biss membri tal-familja diretti, iżda wkoll indiretti;

Fastidju u żvelar ta’ informazzjoni protetta

88.

Jinnota li fl-2021 ingħata bidu għal sitt każijiet ta’ fastidju kontra Membri u li erba’ każijiet kienu pendenti mill-2020; jinnota li ma nstab l-ebda fastidju fl-erba’ każijiet magħluqa fl-2021; jinnota li fl-2021 kien hemm ilment wieħed ġdid ta’ fastidju li kien ġej minn membru tal-persunal u jinnota li kien hemm każ wieħed li għadu għaddej u tliet każijiet magħluqa; jiddispjaċih li l-investigazzjoni ta’ wħud mill-każijiet ta’ fastidju estendew għal aktar minn sena, u dan ikkawża ħsara bla bżonn lill-Membri, lill-persunal u lill-APAs); ifakkar lill-amministrazzjoni tal-Parlament li għandha responsabbiltà legali li tinvestiga każijiet miġjuba quddiemha bir-rigorożità, il-ħeffa u d-diskrezzjoni dovuti; jistieden lill-Bureau jippreskrivi limiti ta’ żmien biex jindirizza lmenti ta’ fastidju;

89.

Jisħaq li l-Kodiċi ta’ Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew jistipula li, fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom, il-Membri jaġixxu fil-konfront ta’ kull min jaħdem fil-Parlament Ewropew b’dinjità, korteżija u rispett u mingħajr preġudizzju jew diskriminazzjoni; jilqa’ l-politika ta’ tolleranza żero tal-Parlament dwar il-fastidju u l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni mwettqa; jinsab imħasseb, madankollu, li fit-28 ta’ Ottubru 2022, 245 Membru biss li kienu qed jattendu (36,3 %) kienu lestew it-taħriġ dwar ir-rispett u d-dinjità fuq il-post tax-xogħol; ifakkar li l-Parlament talab f’diversi okkażjonijiet l-implimentazzjoni ta’ korsijiet ta’ taħriġ obbligatorji kontra l-fastidju għall-Membri kollha u jissuġġerixxi li dan jiġi estiż għall-persunal, inklużi persuni fi rwoli maniġerjali fid-direttorati ġenerali u l-gruppi politiċi differenti; jilqa’ d-dibattitu ta’ orjentazzjoni dwar il-politiki kontra l-fastidju li sar waqt il-laqgħa tal-Bureau tal-21 ta’ Novembru 2022 u jitlob li l-Bureau jesprimi pożizzjoni finali dwar is-suġġett; jisħaq fuq l-importanza ta’ intervent bikri, flimkien ma’ azzjonijiet ta’ taħriġ u ta’ sensibilizzazzjoni u jinnota l-inizjattiva meħuda mill-amministrazzjoni biex tistabbilixxi medjaturi interni bħala pass lejn riżoluzzjoni bikrija tal-kunflitti, li għandhom jinkludu l-għoti ta’ informazzjoni liż-żewġ partijiet dwar id-drittijiet tagħhom;

90.

Jinnota li l-“kumitat konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fuq il-post tax-xogħol” huwa magħmul minn tliet membri maħtura mill-Awtorità tal-Ħatra (inkluż il-president), żewġ membri tal-Kumitat tal-Persunal u konsulent espert wieħed mis-servizz mediku; jinnota li l-“Kumitat konsultattiv li jittratta lmenti ta’ fastidju li jikkonċernaw il-Membri” huwa magħmul minn tliet Kwesturi (inkluż il-president), il-president tal-ewwel kumitat, żewġ membri tal-kumitat APA, membru wieħed tal-kumitat tal-persunal (unikament għal każijiet li jikkonċernaw membru tal-persunal), u żewġ konsulenti esperti, jiġifieri mis-servizz legali u dak mediku rispettivament; jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ esperti indipendenti dwar kwistjonijiet ta’ fastidju fiż-żewġ kumitati, kif ukoll in-nuqqas tas-servizz legali fl-ewwel każ; ifakkar li l-president tal-kumitat imsemmi l-aħħar għandu l-vot deċiżiv u jinsab imħasseb dwar il-fatt li wieħed ikun Membru jista’ jwassal għal kunflitti ta’ interess; jistieden lill-Bureau jirrieżamina l-kompożizzjoni taż-żewġ kumitati konsultattivi sabiex jinkludu l-għarfien espert indipendenti pertinenti, jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess u jiġi stipulat taħriġ obbligatorju dwar il-prevenzjoni tal-fastidju u l-opportunitajiet indaqs għall-membri kollha tagħhom; jirrakkomanda rieżami sħiħ tal-funzjonament tal-kumitati konsultattivi bl-assistenza ta’ speċjalisti dwar il-prevenzjoni tal-fastidju magħżula għall-kompetenza, l-esperjenza, l-indipendenza u l-kwalitajiet professjonali tagħhom, sabiex il-Parlament ikun mgħammar b’regoli ta’ proċedura ċari, effettivi u robusti filwaqt li jiġu żgurati żmien ta’ rispons adegwati u s-salvagwardji proċedurali meħtieġa, informazzjoni, konsulenza u miżuri ta’ protezzjoni għall-partijiet kollha kif xieraq;

91.

Jinnota li kien hemm każ wieħed ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta fl-2021 u li l-informatur kien ikkuntattja lill-OLAF qabel ma indirizza l-punt ta’ kuntatt; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiċċara d-data kontradittorja pprovduta dwar l-għadd ta’ każijiet ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta rrappurtati fl-2021 u fl-2022 rispettivament; ifakkar lill-amministrazzjoni dwar id-dmir tagħha li tirrapporta minnufih każijiet allegati ta’ frodi lill-OLAF; jinnota li l-amministrazzjoni tal-Parlament irċeviet għadd ta’ allegazzjonijiet anonimi ta’ frodi u ta’ mġiba ħażina li ġew segwiti kollha kemm internament kif ukoll mill-OLAF, u jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tipprovdi sommarju tan-natura tal-każijiet possibli miftuħa u tal-miżuri meħuda mill-amministrazzjoni;

92.

Ifakkar li l-Parlament għandu punt ta’ kuntatt għall-informaturi fi ħdan il-kabinett tas-Segretarju Ġenerali li jistgħu jiġu rrapportati lilu irregolaritajiet u li jipprovdi pariri u jiffaċilita l-applikazzjoni tal-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni rilevanti; jistieden lill-amministrazzjoni tniedi b’urġenza kampanja ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-eżistenza ta’ dan il-punt ta’ kuntatt; jistieden lill-Bureau jirrikjedi verifiki u taħriġ rilevanti għall-punti ta’ kuntatt għall-informaturi;

93.

Itenni li l-APAs huma f’pożizzjoni partikolarment vulnerabbli meta wieħed jiġi għar-rappurtar ta’ frodi u t-talba ta’ protezzjoni tal-informatur minħabba s-sitwazzjoni partikolari ta’ impjieg tal-persuna; jistieden, għalhekk, lis-Segretarju Ġenerali jadatta bis-sħiħ ir-regoli interni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta adottati fl-4 ta’ Diċembru 2015 u li jinsabu fir-Regolamenti tal-Persunal biex jallinjahom mad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), kif ukoll jipprovdi lill-APAs u lill-persunal bi protezzjoni msaħħa, inkluż billi jistabbilixxi kanali siguri għar-rapportar, fuq l-istess linji tal-vittmi ta’ fastidju, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri proviżorji matul l-investigazzjoni amministrattiva, il-miżuri ta’ protezzjoni xierqa l-oħra kollha u l-assistenza biex tittieħed azzjoni legali għad-danni mġarrba; jitlob lill-Parlament joħloq sensibilizzazzjoni, fejn possibbli, fost il-persunal parlamentari dwar il-protezzjonijiet tal-informaturi disponibbli għalihom; jappella wkoll għal taħriġ obbligatorju dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta għall-Membri tal-PE u għal kwalunkwe superjur, kemm fi ħdan l-amministrazzjoni kif ukoll fi ħdan il-gruppi politiċi, li jirċievi rapporti potenzjali ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta (6);

Komunikazzjoni u kooperazzjoni interistituzzjonali

Komunikazzjoni

94.

Jenfasizza l-importanza tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni tiegħu biex jagħmel djalogu maċ-ċittadini tal-Unjoni permezz ta’ serje varjata ta’ proġetti u attivitajiet b’diversi kanali minkejja l-isfidi ffaċċjati fl-2021; jinnota tkabbir medju fir-rata ta’ impenn ta’ 69 % fuq il-kanali tal-media soċjali tal-Parlament bejn l-2020 u l-2021 u tkabbir medju ta’ 11 % fl-għadd ta’ segwaċi fl-2021; jinnota li, wara deċiżjoni tal-President f’Ġunju 2021, il-faċilitajiet tal-viżitaturi reġgħu nfetħu parzjalment u setgħu jilqgħu total ta’ 337 984 viżitatur sa tmiem is-sena u impenji baġitarji ta’ EUR 15 982 020 għall-2021; jinnota li x-xogħlijiet taċ-Ċentru tal-Viżitaturi Zweig komplew kif ippjanat fl-2021 u ġie inawgurat f’Novembru 2022, u f’dan ir-rigward jitlob li jiġi kkunsidrat l-ammont ta’ ħin li l-gruppi ta’ viżitaturi jinvestu fiċ-ċaqliq mill-bini Zweig għall-bini Spaak, inklużi kontrolli ta’ sigurtà u identifikazzjoni, li jistgħu jnaqqsu l-għadd ta’ gruppi li jistgħu jiġu riċevuti fuq bażi ta’ kuljum; jinnota li Dar l-Istorja Ewropea, il-Parlamentarium u l-Europa Experiences baqgħu magħluqa jew operaw b’kapaċità mnaqqsa għal partijiet mill-2021; jilqa’ l-fatt li l-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ fl-aħħar seta’ jsir fl-2021 f’format ibridu u li kellu suċċess bil-parteċipazzjoni ta’ 10 000 żagħżugħ u żagħżugħa, għalkemm jiddispjaċih għal ċertu nuqqas ta’ tħejjija għall-kontrolli tas-sigurtà li dewmu l-aċċess għall-bini tal-Parlament; jinnota l-ewwel edizzjonijiet tal-LUX — Premju tal-udjenza, b’6 000 votant, u l-Premju Daphne Caruana Galizia għall-ġurnaliżmu, li attira aktar minn 200 applikazzjoni minn madwar l-Unjoni;

95.

Jinnota li erba’ uffiċċji ta’ kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLOs) f’Madrid, Ruma, Bratislava u Zagreb kienu mgħammra b’faċilitajiet ta’ VoxBox fl-2021 bħala parti minn proġett pilota u li huwa ppjanat li jiġi installat tagħmir awdjoviżiv ħafif u faċli għall-utent f’14 mill-24 EPLOs magħżula sal-aħħar ta’ Ġunju 2022; ifakkar li l-Parlament aġġorna wkoll il-faċilitajiet awdjoviżivi fl-EPLOs fil-kuntest ta’ sessjonijiet plenarji mill-bogħod; jistenna reviżjoni tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni tal-EPLOs sabiex l-investiment li jsir verament jgħin biex jintlaħqu ċ-ċittadini tal-Unjoni u jistieden lill-EPLOs jipprovdu avviż f’waqtu lill-Membri tal-kostitwenzi tagħhom tal-kalendarju tal-attivitajiet sabiex jiżguraw koordinazzjoni u preżenza aħjar tal-Membri;

96.

Jissottolinja li l-ammont ta’ xogħol fl-EPLOs jidher li żied b’mod drammatiku billi żdiedu kompiti permanenti ġodda, u jappella lill-Parlament biex jiżgura li l-EPLOs ikollhom biżżejjed riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji biex iwettqu l-missjonijiet tagħhom;

97.

Jinnota li, f’Mejju 2018, il-Bureau approva aġġornament tal-Punt ta’ Informazzjoni preċedenti fi Brussell u li ċ-Ċentru ta’ Informazzjoni l-ġdid għandu l-għan li jattira lill-partijiet ikkonċernati tas-soċjetà ċivili, lill-multiplikaturi, lis-sħab u lill-gruppi ta’ interess speċjalizzati; jinnota li ċ-Ċentru ta’ Informazzjoni kellu kost totali ta’ madwar EUR 8 400 000 li jinkludi madwar EUR 6,6 miljun għal xogħlijiet ta’ rinnovament u EUR 1,8 miljun għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni, u li laqa’ 20 000 viżitatur minn meta fetaħ il-bibien tiegħu f’nofs Lulju 2022; jiddispjaċih, madankollu, għall-fatt li l-Membri mhumiex konxji ta’ dawk il-faċilitajiet u jappella għal kampanja ta’ informazzjoni aħjar biex dawn jirreklamaw l-attivitajiet u l-użi possibbli tagħhom;

98.

Jilqa’ l-programm ambizzjuż “Europa Experience” li għandu l-għan li jġib lill-Unjoni qrib iċ-ċittadini tagħha; jilqa’ l-fatt li l-għadd globali ta’ viżitaturi fiċ-ċentri ta’ Europa Experience żdied bi ftit minn 124 352 fl-2020 għal 135 835 fl-2021, minkejja l-isfidi li rriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19; jinnota bl-istess mod li r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fl-2020 u fl-2021 ipprovokaw dewmien fil-proċeduri tal-kuntratti tal-bini (jiġifieri f’Dublin, fi Praga, f’Madrid, f’Bucharest, f’Liżbona, fi Bratislava, f’Riga u f’Vilnius) mingħajr impatt negattiv fuq il-pagamenti tal-kera peress li dawn jiġu skattati mit-tlestija tax-xogħol tal-adattament; jinnota li fl-2021 kien hemm sitt faċilitajiet ta’ viżitaturi deċentralizzati operazzjonali (Berlin, Copenhagen, Helsinki, Ljubljana, Tallinn u l-Parlamentarium Simone Veil fi Strażburgu); barra minn hekk, id-Direttorat għall-Komunikazzjoni tal-Parlament nieda l-implimentazzjoni ta’ ħames wirjiet ġodda fuq skala kbira (Pariġi, Ruma, Stokkolma, Praga u Varsavja), u temm id-disinn ta’ tliet proġetti ġodda oħra (Vjenna, Dublin u l-Lussemburgu) filwaqt li d-DĠ INLO mexxa serje ta’ studji ta’ fattibbiltà f’seba’ bliet kapitali oħra; jinnota li l-maġġoranza tal-faċilitajiet tal-Europa Experience se jkunu miftuħa għall-pubbliku fl-2024 iżda jifhem id-dipendenza ta’ dan il-proġett mill-prospetti f’suq tal-proprjetà immobbli li qed jinbidel malajr;

99.

Jinnota li l-kunċerti tal-mużika klassika matul l-ikla ta’ nofsinhar fil-Ġnien taċ-Ċittadini kienu maħsuba biex jappoġġjaw lill-mużiċisti klassiċi matul il-kriżi tal-COVID-19 u biex juru l-valur li l-Parlament jagħti lill-wirt mużikali Ewropew; jinnota li fl-2021 saru 40 kunċert b’4 106 persuni li għalihom attendew, b’baġit ta’ EUR 51 925; jappoġġja bis-sħiħ din l-inizjattiva matul il-pandemija straordinarja tal-COVID-19 fl-2020 u l-2021, iżda jqiegħed f’dubju l-użu ta’ flus tal-kontribwenti mill-Parlament biex jirrinnova l-Ġnien u d-dar taċ-Ċittadini, spazju pubbliku li jappartjeni lill-Istat Belġjan;

Multilingwiżmu

100.

Ifakkar li l-Unjoni, u għalhekk il-Parlament ukoll, hija legalment impenjata li tipprovdi informazzjoni u komunikazzjoni aċċessibbli skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità; jistieden, għalhekk, lill-amministrazzjoni tal-Parlament tiżviluppa inizjattivi speċifiċi biex tiżgura aktar aċċessibbiltà u aċċessibbiltà aħjar għad-dokumenti u d-dibattiti tiegħu, b’enfasi partikolari fuq id-dibattitu dwar l-Istat tal-Unjoni, kif ukoll id-dibattiti plenarji “Din hija l-Ewropa”, filwaqt li tibni fuq eżempji bħall-interpretazzjoni fis-Sinjal Internazzjonali tal-qari ta’ kull ġimgħa tal-kulleġġ tal-Kummissjoni; itenni t-talba li ilu jagħmel lis-Segretarju Ġenerali biex janalizza l-fattibbiltà tal-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali internazzjonali għad-dibattiti plenarji kollha u biex jimplimenta din it-talba mingħajr dewmien; jemmen, barra minn hekk, li t-trażmissjoni mill-ġdid tas-sessjonijiet plenarji fil-lingwi tas-sinjali użati f’kull Stat Membru żżid il-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabilità fil-proċess demokratiku tal-Unjoni; jinnota li d-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni qed jiżviluppa għodda li tista’ awtomatikament tittraskrivi u tittraduċi d-dibattiti multilingwi parlamentari f’ħin reali, sabiex iċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess ugwali għall-informazzjoni fil-lingwa tagħhom; jitlob aġġornament dwar il-proġett u analiżi dwar l-implimentazzjoni u l-kost totali tiegħu;

Kooperazzjoni internazzjonali

101.

Jinnota li l-preżenza tal-uffiċjali tal-Parlament fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jew f’korpi oħra għandha l-għan li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet interparlamentari mal-organizzazzjonijiet internazzjonali; itenni, madankollu, it-tħassib rigward id-deċiżjoni tal-Bureau tal-11 ta’ Frar 2019 dwar l-appoġġ parlamentari lill-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-ASEAN f’Jakarta, id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Unjoni Afrikana f’Addis Ababa u d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York; jinnota li l-ebda persunal ma ġie stazzjonat fl-2020, filwaqt li żewġ uffiċjali ġew issekondati fi New York u wieħed f’Addis Ababa fl-2022; ifakkar lill-amministrazzjoni tal-Parlament dwar l-impenn tagħha li tistabbilixxi indikaturi li jistgħu jitkejlu biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni annwali tagħhom; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-amministrazzjoni tal-Parlament stabbiliet unità responsabbli mir-relazzjonijiet mal-ASEAN u pproponiet l-istazzjonament tal-biċċa l-kbira tal-persunal tiegħu f’Jakarta, filwaqt li għaż-żewġ destinazzjonijiet l-oħra l-amministrazzjoni sempliċement għażlet membri anzjani tal-persunal; itenni l-appell tiegħu għal proċessi ta’ ħatra trasparenti tal-persunal involut u biex il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament jinżamm infurmat;

102.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li fl-2021 tmien Membri ddeċidew, fuq inizjattiva tagħhom stess, li josservaw l-elezzjonijiet f’pajjiżi terzi fejn il-Parlament kien iddeċieda li ma jibgħatx delegazzjoni ta’ osservazzjoni elettorali jew fejn ma kienx ġie mistieden; jinnota li fit-tmien każijiet kollha l-Membri kienu qed jiksru d-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Grupp għas-Sostenn għad-Demokrazija u Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u li la setgħu jintgħażlu u lanqas ma ntgħażlu biex jipparteċipaw f’delegazzjoni uffiċjali ta’ Osservazzjoni Elettorali sal-aħħar tal-2021; jitlob li l-Membri involuti f’missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali mhux uffiċjali jiġu sanzjonati għat-tul tal-mandat;

Diġitalizzazzjoni u ċibersigurtà

103.

Jilqa’ l-fatt li l-Portal tal-Firma Diġitali (DiSP) jippermetti lill-Membri jiffirmaw id-dokumenti b’mod diġitali, u li dan itejjeb l-effiċjenza, it-traċċabbiltà u t-trasparenza tal-proċeduri, u jiddispjaċih għall-fatt li, b’kuntrast mad-DiSP, l-iffirmar tal-emendi tal-plenarja bl-id u l-fatt li jintbagħtu fil-forma skennjata għadhom proċedura skaduta u oneruża; jistieden lill-Bureau jieħu l-passi meħtieġa biex jintroduċi l-possibbiltà li l-Membri jiffirmaw l-emendi tal-plenarja b’mod diġitali fil-futur; jappella għall-estensjoni tad-DiSP għad-dokumenti ffirmati kollha;

104.

Jinnota d-deċiżjoni tal-10 ta’ Mejju 2021 li jiġi sospiż l-HERMES, software għall-ġestjoni u l-arkivjar tad-dokumenti, minħabba serje ta’ nuqqasijiet, l-aktar il-fatt li kien impossibbli li jiġi adattat għall-flussi tax-xogħol tal-Parlament u kwistjonijiet tekniċi ewlenin oħra; jinnota li l-partijiet back-end u front-end tas-sistema HERMES sal-lum kellhom kost estern ta’ EUR 7 500 000 u kost intern ta’ EUR 1 700 000 li ammonta għal total ta’ madwar EUR 9 200 000 rapportati bħala assi taħt kostruzzjoni; jinnota li l-parti back-end tas-sistema HERMES għadha tintuża bħala sistema għall-ġestjoni tad-dokumenti u tar-rekords, kif ukoll għal applikazzjonijiet oħra;

105.

Jinnota li, fl-2021, il-kost ġenerali tas-soluzzjonijiet tekniċi biex ikunu jistgħu jsiru sessjonijiet ta’ votazzjoni mill-bogħod ammonta għal EUR 1 275 500, inkluża estensjoni tal-applikazzjonijiet għall-plenarja (EUR 120 000), l-iżvilupp tal-applikazzjoni EPvote (EUR 233 500), l-appoġġ tal-IT lill-Membri (EUR 529 200), biex tintuża s-sistema tal-votazzjoni elettronika (EUR 250 000) u servizzi ad hoc biex jippermettu l-parteċipazzjoni tal-Membri mill-EPLOs (EUR 142 800); jieħu nota tal-importanza tas-sistemi tal-IT kollha li jiżguraw il-funzjonament mill-bogħod xieraq tal-Parlament; jirrimarka, madankollu, li l-innovazzjonijiet kollha implimentati se jirrikjedu investiment għall-manutenzjoni tagħhom fid-dawl tal-użi futuri;

106.

Jinnota li, ta’ spiss, il-Virtual Desktop Infrastructure (VDI) tal-Parlament ma tkunx disponibbli fis-sigħat intensivi tal-login filgħodu; jistieden lis-servizzi jiżguraw li l-VDI jkollha biżżejjed kapaċità biex tippermetti login ħafif anke fis-sigħat l-aktar intensivi;

107.

Jilqa’ l-investiment tal-Parlament fit-tisħiħ taċ-ċibersigurtà tiegħu, li jinkludi l-ħolqien ta’ Direttorat dedikat fid-DĠ ITEC u żieda sinifikanti fir-riżorsi relatati li jkollhom l-għan li jżidu l-protezzjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-Parlament fid-dawl ta’ theddid dejjem akbar u attakki ta’ ransomware; iħeġġeġ lill-Parlament ikompli bl-isforzi tiegħu u jżid l-investimenti tiegħu fiċ-ċibersigurtà; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu żgurati r-reklutaġġ u ż-żamma ta’ persunal bi kwalifiki għoljin f’dan is-settur strateġiku ħafna; jissuġġerixxi li jiġi offrut taħriġ relatat maċ-ċibersigurtà aġġornat regolarment għall-persunal kollu tal-Parlament; jilqa’ l-espansjoni tal-firxa ta’ servizzi diġitali pprovduti permezz tal-e-Portal, li twassal għal żieda ta’ 67 % fl-għadd ta’ tranżazzjonijiet, li hija żieda sinifikanti meta mqabbla mal-2020, u għall-kisba ta’ rata ta’ użu ta’ 85 % tal-e-Portal mill-Membri għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tagħhom; ifaħħar il-miżuri speċifiċi meħuda biex jiġu ffaċilitati l-proċeduri amministrattivi u titnaqqas il-burokrazija fir-rigward tas-servizzi għall-Membri, inkluża d-diġitalizzazzjoni akbar tal-e-Portal;

108.

Jinnota li r-riorganizzazzjoni tad-DĠ SAFE pprevediet il-ħolqien tad-Direttorat il-ġdid għat-Teknoloġija tas-Sigurtà u l-Informazzjoni li għandu l-għan li jiżgura l-protezzjoni tal-kategoriji kollha ta’ informazzjoni ttrattati mill-Parlament; josserva li meta nħolqot l-unità speċifika responsabbli għall-inġinerija tas-sigurtà, il-pożizzjoni ta’ kap ta’ unità ma kinitx tidher bħala tali fl-organigramma tal-Parlament; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jirrimedja din is-sitwazzjoni fil-pront sabiex jipprovdi lid-direttorat ewlieni l-ġdid bir-riżorsi meħtieġa ħalli jwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu;

Politika tal-bini, loġistika u sigurtà

Politika tal-bini

109.

Jinnota li huwa intenzjonat li “l-Istrateġija dwar il-Bini tal-Parlament lil hinn mill-2019” tipprovdi qafas għal deċiżjonijiet futuri u tikkontribwixxi għall-konsolidazzjoni tal-portafoll tal-proprjetà immobbli tal-Parlament filwaqt li tadatta l-faċilitajiet għall-evoluzzjoni tax-xejriet tal-laqgħat, tkun fil-livell lokali u eqreb lejn iċ-ċittadini permezz tal-faċilitajiet tal-Europa Experience, ittejjeb is-sigurtà għall-bini tal-Parlament, u tikseb l-interkonnessjoni tal-binjiet ċentrali; jinnota li l-amministrazzjoni tal-Parlament bħalissa qed taħdem fuq approċċ komprensiv biex tiddefinixxi l-politika tal-bini fit-tul tal-Parlament filwaqt li tqis l-impatt tal-kriżi tal-enerġija, il-prezz tal-materja prima li qed jogħla, l-obbligi ambjentali u l-metodi ta’ ħidma ġodda introdotti fil-Parlament; jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tirrifletti fuq il-ħtieġa li fil-futur jinkiseb jew jinbnew binjiet ġodda; jinnota l-adozzjoni fit-8 ta’ Marzu 2021 ta’ strateġija integrata għall-ġestjoni tal-faċilitajiet li tiffoka fuq il-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-portafoll tal-bini tal-Parlament;

110.

Jesprimi tħassib dwar il-problemi strutturali fil-binja Trèves I; jissottolinja l-ħtieġa urġenti li l-binja tiġi mmodernizzata biex tilħaq in-normi enerġetiċi u ambjentali l-aktar reċenti; jissottolinja l-ħtieġa ta’ miżuri urġenti biex jiġu rimedjati s-sistema instabbli tat-tisħin, in-nuqqas ta’ arja kundizzjonata u t-toilets għall-persuni b’mobilità mnaqqsa, l-iżolazzjoni akustika ħażina, kif ukoll il-problema tad-drenaġġ;

111.

Jinnota x-xiri tal-binja Trèves II approvat mill-Bureau fit-18 ta’ Ottubru 2021; din inxtrat bl-intenzjoni li jkun hemm interkonnettività tal-binjiet ċentrali tal-Parlament fi Brussell u jinnota li se tkun għad-dispożizzjoni tal-Parlament mill-1 ta’ Jannar 2025 ’il quddiem; iwissi li ċ-ċertifikat tal-prestazzjoni enerġetika jindika konsum annwali tal-enerġija primarja ekwivalenti għall-klassi E, u jinnota li l-aħħar rinnovazzjoni tal-bini tmur lura għas-sena 2000; jistieden lill-Bureau japprova r-rinnovazzjonijiet meħtieġa biex tittejjeb il-prestazzjoni enerġetika tal-bini f’konformità mar-regolamenti applikabbli dwar l-effiċjenza enerġetika peress li l-bini jintuża mill-Parlament;

112.

Jinnota l-kompetizzjoni arkitettonika dwar id-disinn tat-tiġdid tal-binja Spaak li għaliha l-kompetituri ppreżentaw il-proposti tagħhom f’Jannar 2021, il-ġurija analizzat il-15-il proposta u kklassifikat il-ħames kandidati li rnexxew fi Frar 2021, u l-Bureau approva l-ħames kandidati li rnexxew proposti mill-ġurija fil-laqgħa tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2022; huwa tal-fehma li jridu jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-bini jiġi rinnovat minħabba l-kundizzjoni tiegħu li qed tiddeterjora sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u l-benesseri tal-persunal mingħajr implikazzjonijiet baġitarji mhux raġonevoli; jitlob, għalhekk, li tingħata informazzjoni xierqa u li ssir konsultazzjoni mal-kumitati rilevanti tal-Parlament dwar il-passi li jmiss li għandhom jittieħdu fil-pjanijiet ta’ rinnovazzjoni, kif ukoll pjanijiet rigward ix-xiri ta’ binjiet ġodda;

113.

Jieħu nota tad-deċiżjoni unanima tal-Bureau tat-23 ta’ Ottubru 2019 li japprova l-ħolqien ta’ IDEA Lab bil-għan li jiġu ttestjati soluzzjonijiet ġodda u innovattivi fil-kuntest tal-uffiċċji u l-ġestjoni tal-faċilitajiet; jinnota li d-deċiżjoni tal-Bureau ma kienet ibbażata fuq l-ebda stima speċifika tal-kostijiet u jilqa’ t-tħabbira tas-segretarju Ġenerali l-ġdid li kull proposta għal deċiżjoni se tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni finanzjarja tal-kostijiet stmati, u li n-nefqa għandha titqies b’mod trasparenti; jilqa’ l-ħolqien ta’ laboratorju permanenti għall-innovazzjoni bl-istabbiliment ta’ linja tal-baġit separata iżda jqis li l-kostijiet jeħtieġ li jibqgħu raġonevoli u ġustifikabbli; jinnota li x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kunċett arkitettoniku innovattiv, inklużi t-tagħmir tekniku u l-kostijiet tal-installazzjoni, kellhom kost ta’ EUR 2 000/m2 flimkien max-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni “standard”, li huma mistennija li jibbenifikaw xogħol ta’ rinnovazzjoni aktar tard fil-każ ta’ introduzzjoni fuq skala akbar; jinnota li sal-lum ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kunċett arkitettoniku jammontaw għal EUR 663 265 filwaqt li t-tagħmir tal-IT sewa EUR 108 104;

114.

Jirrimarka li l-IDEA Lab suppost ikun għad-dispożizzjoni tal-Membri; jitlob li l-Membri jiġu infurmati f’dan ir-rigward dwar l-innovazzjonijiet u s-soluzzjonijiet ittestjati li għandhom jiġu introdotti fil-futur u dawk li mhumiex segwiti aktar u r-raġunijiet għaliex dawk l-innovazzjonijiet u s-soluzzjonijiet ma ġewx segwiti; jesprimi dubji dwar ir-raġuni wara l-għażla tal-fornituri u ta’ xi wħud mill-innovazzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu ttestjati u jiddispjaċih għall-fatt li xi wħud mill-innovazzjonijiet ikunu għaljin wisq biex jespandu minkejja l-interess dwarhom; huwa tal-fehma li waħda mill-prijoritajiet tal-IDEA Lab għandha tkun soluzzjoni arkitettonika innovattiva biex isir użu aħjar mill-ispazju okkupat mid-doċċi mhux użati fl-uffiċċji tal-Membri; jistieden lill-grupp ta’ ħidma tal-Bureau dwar il-binjiet u lill-amministrazzjoni tal-Parlament biex jiżgura trasparenza akbar rigward il-baġit għal IDEA Lab u jippreżenta regolarment lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit il-lista ta’ soluzzjonijiet innovattivi, il-kost tagħhom u l-feedback li ġġeneraw, kif ukoll l-iffrankar potenzjali jekk jiġu implimentati;

115.

Jinnota li fl-2021 l-għadd totali ta’ serqiet irrapportati fl-uffiċċji tal-Membri u fl-uffiċċji tal-persunal kien ta’ 83, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 58,2 % meta mqabbel mal-2020, b’valur totali ta’ oġġetti misruqa li ammonta għal EUR 190 791; jilqa’ l-fatt li s-servizzi responsabbli tal-Parlament identifikaw l-awtur ta’ żewġ serqiet importanti, waħda relatata ma’ 101 kompjuter ibridu u 26 iPad u l-oħra relatata ma’ 15-il kompjuter ibridu, u li l-każ huwa pendenti quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji Belġjani;

116.

Jilqa’ l-fatt li l-crèche ta’ Wayenberg ġie ċċertifikat mill-awtorità nazzjonali tal-Belġju (ONE — Office de la Naissance et de l’Enfance) fi tmiem l-2021; jiddispjaċih għall-kwistjonijiet li nqalgħu mal-fornitur tas-servizz fl-2021, inkluż l-għeluq ta’ taqsimiet u bidliet suċċessivi f’daqqa fil-protokoll intern tal-COVID-19, u jilqa’ t-tranżizzjoni pożittiva għal fornitur ġdid mill-1 ta’ Frar 2022, kif ukoll il-miżura għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-kuntratt il-ġdid;

117.

Jinnota li l-Parti tal-Lvant tal-binja Adenauer fil-Lussemburgu tlestiet fl-2020 u r-rilokazzjoni fuq skala kbira tal-uffiċċji mill-binja Schuman intemmet fl-2022; jinnota li x-xogħlijiet biex tinbena l-Parti tal-Punent bdew fl-2020 u li l-ispazji għall-uffiċċji huma kważi kollha allokati għall-persunal tal-parlament; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-fatt li l-akbar u l-aktar investiment għali tal-Parlament f’dawn l-aħħar snin għadu ma ntużax biżżejjed minħabba rata baxxa ħafna ta’ okkupanza tal-bini;

Canteens

118.

Jinnota bi tħassib id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2021 li l-Kumitat ta’ Sorveljanza għall-Canteens, il-Kafetteriji u l-Ħanut tal-Persunal (CORECA) jiġi abolit abbażi tal-fatt li minn Ottubru 2020 l-attivitajiet kollha fis-settur fil-bini tal-Parlament operaw taħt kuntratti ta’ konċessjoni, li jiffunzjonaw mingħajr ebda involviment dirett mill-baġit tal-Parlament; jemmen, madankollu, li CORECA kien punt ta’ kuntatt utli bejn is-servizzi kompetenti tal-Parlament u l-Kumitat tal-Persunal dwar l-offerta tal-ikel u s-servizzi tal-catering, u li kien ikun utli, pereżempju, li l-persunal jiġi involut u jagħti feedback dwar l-adattament reċenti tal-offerta tal-ikel f’diversi postijiet; jistieden, għalhekk, lis-Segretarju Ġenerali jerġa’ jistabbilixxi l-CORECA jew punt ta’ kuntatt simili biex jinvolvi rappreżentanti tal-persunal;

119.

Jinnota li l-canteen tal-Parlament fis-sular -1 tal-binja Spinelli, minbarra d-deterjorament fil-kwalità tal-ikel li joffri, spiss ikun iffullat fil-ħinijiet l-aktar intensivi, u dan jirriżulta fi kjuwijiet twal u ħinijiet ta’ stennija twal; jiddispjaċih ukoll li l-Astrid Lulling Lounge naqqas l-offerta tiegħu u li huwa disponibbli biss platt sħun ta’ kuljum; jistieden lill-Bureau jirrifletti dwar il-ħtieġa ta’ għażla tal-ikel aktar varjata u l-possibbiltà li jiġu imposti xi restrizzjonijiet ta’ aċċess għall-canteens fil-binjiet ewlenin tal-Parlament;

120.

Ifakkar li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratti ta’ konċessjoni jipprevedu l-obbligu li tiġi offruta soluzzjoni biex jiġu rispettati l-intolleranzi tal-ikel fuq talba minn qabel; jirrimarka li l-maġġoranza l-kbira tal-klijenti ma huma xejn konxji li tali kundizzjonalità teżisti u, fi kwalunkwe każ, dan bl-ebda mod ma huwa suffiċjenti għas-servizz ipprovdut fil-Parlament; jappella għal aktar komunikazzjoni u informazzjoni diretta dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-allerġeni fl-ikliet proposti; itenni t-talba tiegħu li mill-inqas għażla waħda ta’ ikel frisk mingħajr glutina tkun disponibbli kuljum fil-canteens u fil-kafetteriji tal-Parlament, kif ukoll għażliet li b’mod ċar iqisu restrizzjonijiet oħra tad-dieta;

Sigurtà

121.

Jinnota t-tħejjija matul l-2021 tal-internalizzazzjoni tas-servizzi ta’ sigurtà ġenerali fil-Lussemburgu bl-organizzazzjoni u s-segwitu tal-proċeduri kollha ta’ reklutaġġ u taħriġ ta’ introduzzjoni għal 115-il aġent; jinnota li l-internalizzazzjoni daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2022; jinsab imħasseb li l-offerta ta’ pożizzjonijiet fil-grupp ta’ funzjoni I u s-salarju assoċjat jagħmluha diffiċli li jiġi attirat u reklutat persunal speċjalizzat mill-Istati Membri kollha fil-qasam tas-sigurtà; itenni li huwa partikolarment imħasseb dwar is-sitwazzjoni fil-Lussemburgu; fejn dan is-salarju huwa aktar baxx mill-paga minima interprofessjonali, u dan iġiegħel lill-Parlament jirrikorri għal allowance kumpensatorju; itenni, għalhekk, li l-Parlament għandu jgħaddi lill-Kummissjoni l-urġenza estrema li jinħoloq koeffiċjent ta’ korrezzjoni għal-Lussemburgu;

122.

Jenfasizza l-proġett tas-Sistema Integrata għall-Kontroll tal-Aċċess Fiżiku (iPACS) li għandu l-għan li jipprovdi lill-Parlament b’sistema robusta, effiċjenti u innovattiva għall-kontroll tal-aċċess fiżiku; jinnota d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġett li seħħ fl-2020 minħabba esklużjoni possibbli skont l-Artikolu 136(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju tal-kuntrattur magħżul; jinnota b’sodisfazzjon il-kooperazzjoni bejn DĠ SAFE u DĠ INLO li tippermetti t-tkomplija tal-ħidma teknika kollha minn Ġunju 2021 u l-integrazzjoni tal-bini kollu tal-Parlament fis-sistema; jilqa’ d-distribuzzjoni ta’ badges ta’ aċċess siguri ħafna u li ma jistgħux jiġu dduplikati għall-Membri, l-APAs u l-fornituri esterni kollha;

123.

Jiddispjaċih li s-sistema ta’ evakwazzjoni fil-binjiet tal-Parlament hija fil-biċċa l-kbira bbażata fuq voluntiera tas-sigurtà, u jissottolinja d-diffikultajiet fir-reklutaġġ tagħhom f’binjiet fejn hemm persunal amministrattiv inqas preżenti u filwaqt li jitqies li l-voluntiera jistgħu jkunu wkoll fuq modalità ta’ telexogħol; jisħaq fuq l-importanza tal-fatt li ma nserrħux fuq voluntiera mħarrġa li kapaċi jiggwidaw u jgħinu lin-nies preżenti fil-bini tal-Parlament matul simulazzjonijiet ta’ evakwazzjoni u emerġenzi reali;

124.

Jistieden lis-servizzi tas-sigurtà li jikkontrollaw l-aċċess għall-binjiet tal-Parlament isibu soluzzjoni raġonevoli għall-fotografi esterni li jaħdmu fil-bini tal-Parlament kuljum u li jkollhom iġorru ammont kbir ta’ tagħmir professjonali u jgħadduh mill-postijiet ta’ kontroll tas-sigurtà kull darba, pereżempju billi jippermettulhom jużaw l-aċċess speċifiku għall-istampa;

125.

Jirrimarka li fi tmiem il-ġimgħa, l-aċċess għall-binjiet tal-Parlament jeħtieġ li l-attendenza tiġi ffirmata f’reġistru stampat u, abbażi tal-problemi tal-passat b’dan il-metodu, jirrakkomanda bil-qawwa li tiġi stabbilita sistema aktar affidabbli u effettiva;

Impronta ambjentali tal-operazzjonijiet tal-Parlament u mobilità

126.

Jinnota l-analiżi tal-lakuni tal-prestazzjoni ambjentali attwali tal-Parlament imwettqa mill-Unità EMAS fl-14 ta’ Diċembru 2021; jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tirrapporta dwar l-attivitajiet li għandhom l-għan li jagħlqu l-lakuni biex jintlaħqu l-miri kollha fil-ħin magħżula mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Bureau dwar il-Bini, it-Trasport u l-Parlament Ekoloġiku;

127.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-emissjonijiet fl-2021 huma inqas minn dawk fl-2019, b’2 501 tunnellata ta’ CO2; jilqa’ l-fatt li diversi prattiki żviluppati jew estiżi fl-2020 u l-2021 biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat u li kienu ta’ benefiċċju għall-prestazzjoni ambjentali tal-Parlament aktarx li se jinżammu fil-futur, b’mod partikolari miżuri relatati mad-diġitalizzazzjoni u t-telexogħol; dan għen biex jitnaqqas il-konsum tal-karta (11,8 kg/FTE fl-2021 meta mqabbel ma’ 28,1 kg/FTE fl-2019), it-trasport ta’ dokumentazzjoni bejn it-tliet postijiet tax-xogħol (49 tunnellata ta’ CO2 meta mqabbel ma’ 72 tunnellata fl-2019) u l-emissjonijiet tas-CO2 kkawżati mill-ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura u mill-ivvjaġġar inġenerali;

128.

Ifakkar li t-trasport ta’ persuni jirrappreżenta madwar żewġ terzi tal-impronta tal-karbonju tal-Parlament; jinnota li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vjaġġi minħabba xogħol lejn Strasburgu kull xahar fl-2021 ammontaw għal madwar 490 tunnellata ta’ CO2, inkluż l-ivvjaġġar tal-persunal u tal-APAs, u t-trasport ta’ dokumenti u ta’ tagħmir; jissottolinja, madankollu, l-isforzi tal-Parlament biex inaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 permezz ta’ ferroviji mikrija u l-“inizjattiva mingħajr karti” biex jgħinu fit-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju;

129.

Jinnota li fl-2021 saru 15-il sessjoni plenarja, li minnhom 14 saru f’format ibridu (ħamsa fi Brussell, sebgħa fi Strażburgu u żewġ sessjonijiet parzjali fi Brussell), filwaqt li saret sessjoni parzjali fi Brussell fil-format standard; jinnota li fl-2021 il-kost tal-ferroviji mikrija ta’ Thalys biex isiru vjaġġi lejn Strażburgu kien ta’ EUR 2 227 207 u l-kost tal-missjonijiet kien ta’ EUR 9 578 266, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li l-interpreti esterni ħadmu mill-bogħod, u dan naqqas il-kost totali meta mqabbel mas-snin ta’ qabel il-pandemija; jinnota li l-ferroviji mikrija ta’ Thalys ġew ikkanċellati minn Jannar sa Mejju 2021 filwaqt li għal Ġunju u Lulju 2021 ġiet stabbilita ferrovija waħda biss, u dan irriżulta f’iffrankar totali ta’ EUR 1 659 845 għas-sena 2021; jinnota li l-infiq fuq il-missjonijiet tal-persunal lejn Strażburgu fl-2021 tnaqqas bi EUR 18 248 274 meta mqabbel mal-infiq totali fl-2018;

130.

Jinnota li s-sospensjoni tas-sessjonijiet parzjali ta’ Strażburgu kkontribwiet għal iffrankar totali ta’ EUR 26 260 608 skont is-Segretarjat tal-Parlament, filwaqt li naqqset ukoll b’mod sinifikanti l-impronta tal-karbonju tal-Parlament; jenfasizza li l-Qorti stmat li “jekk jintemm it-trasferiment minn Strażburgu lejn Brussell jistgħu jiġu ffrankati annwalment, EUR 114-il miljun, flimkien ma’ ffrankar ta’ darba ta’ EUR 616-il miljun f’każ ta’ suċċess fiċ-ċessjoni tal-binjiet fi Strażburgu, jew spiża ta’ darba ta’ EUR 40 miljun jekk dan ma jseħħx”;

131.

Jinnota li l-kost totali tal-enerġija u tat-tisħin fl-2021 kien ta’ EUR 13 157 982 (EUR 2 259 496 fil-Lussemburgu, EUR 3 102 010 fi Strażburgu u EUR 7 796 476 fi Brussell), filwaqt li l-kostijiet annwali stmati tal-enerġija u tat-tisħin tal-bini tal-Parlament għall-2022 jammontaw għal EUR 41 020 327 u l-approprjazzjonijiet baġitarji għall-2023 għal dan il-għan jammontaw għal EUR 42 150 000; huwa mħasseb dwar il-fatt li l-kriżi attwali tal-enerġija se twassal għal aktar żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija fil-futur u li l-baġit tal-Parlament għalhekk se jkun affettwat ħafna, biex b’hekk se jkunu essenzjali miżuri proporzjonati u effettivi tal-iffrankar tal-enerġija;

132.

Jilqa’ l-installazzjoni ta’ pannelli solari fotovoltajċi fil-binjiet Spinelli, Montoyer 70, Brandt u Antall fi Brussell; jilqa’ wkoll id-deċiżjoni li jitnieda studju ġdid dwar il-produzzjoni tal-elettriku fuq il-post fi Strażburgu sabiex tiġi aġġornata d-data u jiġu esplorati soluzzjonijiet ġodda; iħeġġeġ ukoll lill-Bureau jiddeċiedi li jinstalla pannelli fotovoltajċi kemm jista’ jkun possibbli u utli abbażi tar-riżultati tal-istudju;

Miżuri tal-iffrankar tal-enerġija

133.

Jirrikonoxxi li, skont l-eżempju tal-miżuri meħuda f’ħafna Stati Membri u f’istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, id-deċiżjoni meħuda mill-Bureau li s-sistema tat-tisħin tintefa u li l-bini jitħalla jinżel bil-mod għal temperatura minima mill-Ħamis filgħaxija sat-Tnejn filgħodu u matul il-perjodi ta’ vaganzi tirriżulta f’iffrankar sinifikanti stmat għal aktar minn EUR 2,5 miljun b’kollox; jistieden, madankollu, lill-Parlament jiggarantixxi temperatura adegwata fil-binjiet tal-Parlament mit-Tnejn sal-Ġimgħa bħala jiem ta’ xogħol regolari; jifhem il-ħtieġa li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u jenfasizza li l-miżuri tal-iffrankar tat-tisħin jeħtieġ li jibqgħu kompatibbli mal-benesseri tal-persunal;

134.

Ifakkar li soluzzjonijiet effiċjenti ta’ tidwil huma fattur essenzjali għas-sostenibbiltà tal-binjiet; jilqa’ l-fatt li s-sostituzzjoni tat-tidwil eżistenti bi dwal LED b’konsum baxx ta’ enerġija tiġi evalwata kull meta jkun possibbli u fattibbli fil-binjiet tal-Parlament; jinnota li l-uffiċċji f’dawk il-binjiet tal-Parlament fi Brussell li huma mikrija jew li qed jistennew deċiżjoni dwar il-futur tagħhom mhumiex mgħammra b’detetturi tal-moviment u li jidher li d-detetturi tal-moviment f’diversi uffiċċji fil-binja Spinelli ma jaħdmux kif suppost; jilqa’ l-fatt li, fi Strażburgu, l-uffiċċji kollha huma mgħammra b’detetturi tal-moviment, u li, fil-Lussemburgu, il-bini Adenauer il-ġdid huwa mgħammar b’tifi awtomatiku bbażat fuq in-nuqqas ta’ moviment; jistieden lill-Parlament jiżgura li jiġu installati detetturi tal-moviment li jiffunzjonaw sew fi Brussell malajr kemm jista’ jkun kull fejn ikun fattibbli biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija; jifhem il-ħtieġa li jitnaqqas il-konsum tal-elettriku iżda jitlob li l-miżuri tal-iffrankar tad-dawl ikunu kompatibbli mal-benesseri tal-persunal;

Mobilità

135.

Jifhem li n-negozju ewlieni tal-karozzi tas-servizz huwa t-trasport tal-Membri, inkluż il-vjaġġ bejn Brussell u Strażburgu; jirrimarka, madankollu, il-fatt li bħala medja 15 % tas-sits disponibbli fil-flotta tas-servizz kienu okkupati għal dak il-vjaġġ fl-2021; itenni l-appell tiegħu lill-amministrazzjoni tal-Parlament biex twessa’ l-grupp ta’ utenti filwaqt li tiżgura li jkunu ggarantiti s-sits tal-Membri, jiġifieri tippermetti li l-persunal tal-Parlament jivvjaġġa mingħajr ma jkun preżenti Membru, filwaqt li tagħti aġġornamenti regolari dwar l-għadd ta’ sits disponibbli, tistabbilixxi lista ta’ riżerva u skadenzi koerenti biex jiġi kkonfermat il-vjaġġ;

136.

Jilqa’ l-fatt li s-sit ta’ Brussell għandu 138 spazju ta’ parkeġġ riżervati għall-vetturi elettriċi, kull wieħed bi stazzjon tal-iċċarġjar, flimkien ma’ 12-il unità għall-vannijiet tal-konsenja tal-Parlament; jinnota li wara l-aħħar permess ambjentali, maħruġ mill-awtoritajiet lokali f’April 2021 għall-binja Spinelli, hija meħtieġa sistema ta’ bexxiexa għal dan il-parkeġġ kbir tal-karozzi ta’ taħt l-art mgħammar bi stazzjonijiet tal-iċċarġjar, u din se tiġi installata fl-2022, li se tippermetti l-installazzjoni ta’ 20 stazzjon addizzjonali tal-iċċarġjar; jistieden lid-DĠ INLO jfassal u jimplimenta skeda għall-istazzjonijiet tal-iċċarġjar biex jiġi evitat li vetturi individwali jimblukkaw postijiet individwali għal perjodi twal ta’ żmien; iħeġġeġ lill-Parlament ikompli b’espansjoni ambizzjuża tal-infrastruttura tal-iċċarġjar elettriku għat-tipi kollha ta’ vetturi;

137.

Jinnota l-ħolqien fl-2021 ta’ żoni ġodda għall-parkeġġ tar-roti fil-binjiet Scholl u Adenauer; jistieden lill-amministrazzjoni tivvaluta l-ħtiġijiet attwali tal-persunal f’termini ta’ spazji għall-parkeġġ tar-roti ġewwa u barra mill-binjiet tal-Parlament u, jekk ikun meħtieġ, iżżid in-numru ta’ spazji disponibbli;

138.

Jilqa’ l-possibbiltà li l-persunal jikri roti standard u elettriċi matul is-sessjonijiet part-time fi Strażburgu; jiddispjaċih li r-roti fil-prattika jiġu bbukkjati kollha kemm huma aktar minn ġimgħa qabel; jistieden lill-Parlament jeżamina l-possibbiltà li joffri aktar roti tal-kiri fi Strażburgu biex jissodisfa d-domanda tal-Membri u tal-persunal u jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-mobilità sostenibbli;

Finanzi u amministrazzjoni

139.

Jirrimarka li d-deċiżjonijiet baġitarji, amministrattivi u relatati mal-persunal meħuda mill-korpi governattivi tal-Parlament għandhom impatt trażversali fuq l-amministrazzjoni, u b’hekk jaffettwaw il-fażi ta’ implimentazzjoni, pereżempju, servizzi għajr dawk inizjalment previsti; jistieden għalhekk lis-Segretarju Ġenerali jinkludi valutazzjoni tal-impatt realistika fuq il-baġit, l-amministrazzjoni u l-persunal tal-Parlament fil-proposti futuri tiegħu qabel id-diskussjoni fil-korpi governattivi tal-Parlament;

140.

Jitlob li jintemm l-użu ta’ kumpaniji esterni li, skont il-klassifikazzjoni tal-Università ta’ Yale (7), għadhom qed joperaw fir-Russja;

141.

Jinnota li l-aħħar reviżjoni tar-regoli li jirregolaw l-akkoljenza ta’ gruppi ta’ viżitaturi mit-18 ta’ Jannar 2021 ma tinkludix riflessjoni dwar ċirkostanzi possibbli ta’ force majeure fir-rigward tal-kanċellazzjonijiet taż-żjarat; jistieden lill-Bureau jikkunsidra li jaċċetta strajk nazzjonali bħala ċirkostanza ta’ force majeure meta jikkanċella żjara organizzata ta’ grupp, peress li spiss ikun il-każ li l-ġranet tal-istrajk nazzjonali jitħabbru fi stadju ħafna aktar tard u wara li jkunu nxtraw il-biljetti u jkun estremament ikkumplikat li tiġi kkanċellata żjara fi grupp fl-aħħar minuta u li jkunu jistgħu jiġu rkuprati l-ispejjeż finanzjarji kollha mġarrba waqt li tkun qed tiġi organizzata ż-żjara;

JSIS

142.

Jistieden lill-Bureau jiżgura li r-reġim komuni tal-assigurazzjoni tal-mard (JSIS) jipprovdi spjegazzjoni koerenti u individwali għar-rifjut ta’ talba għal rimborż; jinnota li l-kultura ta’ rifjut ta’ talba għal rimborż f’format pdf mingħajr il-possibbiltà li d-deċiżjoni tiġi kkontestata personalment timponi ċerti diffikultajiet fuq l-applikanti li japplikaw għal rimborż; jistieden lill-Bureau jqis li jintroduċi l-possibbiltà li t-tobba lokali inkarigati mit-trattament ta’ applikant jitkellmu mal-unità jew mal-grupp ta’ esperti tal-JSIS responsabbli biex jispjegaw it-trattament u l-benefiċċji mediċi; jesprimi wkoll ix-xewqa tiegħu li tittejjeb il-faċilità tal-użu tal-applikazzjoni sabiex tippermetti segwitu aktar rapidu u aktar dirett għal talbiet individwali; jitlob li l-korpi rilevanti fi ħdan il-JSIS iqisu debitament u regolarment l-iżviluppi mediċi reċenti u l-kisbiet tal-għarfien meta jaġġornaw il-lista ta’ trattamenti u mediċini eliġibbli;

Vjaġġi u spejjeż tal-Membri

143.

Ifakkar fir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-Parlament għandu jimplimenta l-bidliet meħtieġa biex jiżgura li jħallas biss l-indennizzi tas-sussistenza ta’ kuljum lill-Membri li jikkwalifikaw għalihom, ħaġa li ġiet aċċettata mill-Parlament; ifakkar li l-proġett għall-awtomatizzazzjoni tar-reġistru tal-attendenza ċentrali u tal-plenarja bit-teknoloġija bijometrika ġie deċiż mill-Bureau f’Ġunju 2019, li l-amministrazzjoni tal-Parlament f’Marzu 2021 integrat fil-proġett l-ewwel lott ta’ rakkomandazzjonijiet sottomessi mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u li issa qed tistenna r-rakkomandazzjonijiet finali tiegħu; huwa tal-fehma li l-użu ta’ teknoloġija ġdida huwa pass essenzjali lejn id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi finanzjarji li għandha l-għan li żżid l-effiċjenza amministrattiva u tħaffef il-pagamenti ta’ intitolamenti relatati, u jitlob għalhekk li l-awtomatizzazzjoni tar-reġistru tal-attendenza titwettaq permezz ta’ soluzzjoni effiċjenti u effettiva bil-garanziji kollha meħtieġa fir-rigward tal-protezzjoni tad-data;

144.

Ifakkar li fl-2019, il-Parlament nieda proġett biex tiġi awtomatizzata r-reġistrazzjoni tal-attendenza permezz tat-teknoloġija bijometrika fir-reġistru ċentrali tal-attendenza u ffirma kuntratt għal dan il-proġett fi tmiem l-2020; jisħaq li l-ipproċessar fuq skala kbira ta’ data bijometrika għandu jiġi evitat; jitlob, għal darb’oħra, lill-Bureau jiżviluppa soluzzjoni alternattiva li ma tinvolvix l-ipproċessar ta’ data bijometrika u jiżgura li l-indennizz tas-sussistenza ta’ kuljum jirċevuh biss dawk il-Membri li fil-fatt huma intitolati għalih; jiddispjaċih li dan il-proġett għadu qed jiġi segwit minkejja l-opinjoni negattiva tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fl-aħħar ta’ Marzu 2021 u mtennija fir-Rapport Annwali tiegħu tal-2021, fejn ġie ddikjarat li l-Parlament għandu jikkunsidra alternattivi anqas intrużivi fir-rigward tal-protezzjoni tad-data;

145.

Jilqa’ t-tħabbira mill-President tal-21 ta’ Novembru 2022 dwar il-ħolqien ta’ grupp ta’ ħidma ad hoc tal-Bureau biex iwettaq reviżjoni radikali tal-IMMS sabiex id-dispożizzjonijiet jiġu adattati għall-iżviluppi leġiżlattivi reċenti, il-prattiki l-ġodda tal-Membri u r-rakkomandazzjonijiet mill-awditur intern, filwaqt li jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċertezza legali; jirrakkomanda bil-qawwa li ssir konsultazzjoni komprensiva tal-Membri u tas-servizzi rilevanti tal-amministrazzjoni qabel it-tmiem tal-mandat attwali biex dan il-grupp ta’ ħidma jiġi pprovdut b’informazzjoni diretta minn Membri u uffiċjali b’esperjenza dwar l-applikazzjoni prattika tar-regoli li jirregolaw il-Parlament u l-kapaċità tal-identifikazzjoni tal-inkonsistenzi bħar-regoli li jikkonċernaw l-iskeda ta’ żmien u l-bliet għall-ftuħ tar-reġistru tal-attendenza tal-Membri b’relazzjoni mas-sessjonijiet plenarji, il-missjonijiet u attivitajiet parlamentari oħra;

146.

Jiddeplora l-fatt li ma hemm l-ebda sistema fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-Membri jkunu jistgħu jkomplu jwettqu d-dmirijiet ewlenin tagħhom, prinċipalment meta jitkellmu fid-dibattiti u jivvotaw, meta jkunu temporanjament assenti għal raġuni ġustifikata, bħal liv tal-ġenituri, liv minħabba mard fit-tul jew liv għall-persuni li jindukraw; iqis li dan huwa problematiku peress li jista’ jkollu impatt negattiv fuq ir-rappreżentanza taċ-ċittadini fil-Parlament u b’mod partikolari l-Membri żgħażagħ, b’mod partikolari n-nisa; jieħu nota tal-bidliet fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament fl-20 ta’ Diċembru 2020 li jippermettu l-votazzjoni mill-bogħod iżda biss bil-kundizzjoni li l-President tistabbilixxi ċirkostanzi straordinarji; itenni t-talba tiegħu, adottata fil-livell tal-Plenarja f’diversi okkażjonijiet, lill-Bureau biex iniedi reviżjoni tar-Regoli ta’ Proċedura sabiex il-Membri jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dmirijiethom tagħhom matul assenzi ġustifikati, u b’hekk jikkapitalizzaw fuq l-isforz kbir u l-investiment finanzjarju li għamel il-Parlament f’soluzzjonijiet tekniċi biex jippermetti l-votazzjoni mill-bogħod;

147.

Ifakkar li fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti, il-Parlament talab riforma tal-GEA) biex in-nefqa ta’ din is-somma f’daqqa ssir aktar trasparenti u responsabbli; jinnota t-tħabbira fil-laqgħa tal-Bureau tas-7 ta’ Marzu 2022 dwar l-istabbiliment ta’ grupp ta’ ħidma ad hoc tal-Bureau dwar il-GEA, li ngħata l-kompitu li jevalwa l-operat tad-deċiżjoni tal-Bureau tat-2 ta’ Lulju 2018, billi jistabbilixxi lista ta’ spejjeż li jistgħu jitħallsu mill-GEA abbażi tal-esperjenza miksuba matul id-disa’ leġiżlatura parlamentari; josserva li l-Bureau, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ottubru 2022, adotta sett ta’ emendi għall-IMMS li bihom iċċara r-regoli applikabbli għall-intitolament u l-użu tal-GEA u miżuri mmirati biex tiżdied it-trasparenza u tiġi pprovduta aktar ċertezza legali rigward l-intitolament għall-allowance; jenfasizza li l-Grupp ta’ Ħidma ad hoc intalab iqis kif xieraq l-aspetti tat-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi disponibbli għall-Membri, filwaqt li jqis il-prinċipju tal-libertà u l-indipendenza tal-mandat parlamentari u l-objettiv li jiġi evitat il-ħolqien ta’ piżijiet amministrattivi bla bżonn għall-Membri, l-uffiċċji tagħhom u s-servizzi tal-Parlament; jenfasizza li l-Membri huma liberi li jiddokumentaw l-użu tagħhom tal-fondi fl-ambitu tal-GEA, fid-dettall jew skont it-tip ta’ kost, waħedhom jew bl-appoġġ ta’ awditur estern, u li din l-informazzjoni tiġi ppubblikata kompletament jew parzjalment fuq il-paġna online tagħhom fuq is-sit web tal-Parlament f’konformità mal-Artikolu 11, il-paragrafi 4 u 5, tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew; jilqa’ l-fatt li lista simplifikata ta’ tipi ta’ kostijiet hija integrata fl-IMMS u li ġiet adottata wkoll emenda li tiċċara l-possibbiltà għall-Membri li jużaw il-GEA f’każ ta’ eżawriment ta’ allowances oħra;

148.

Ifakkar li skont l-Artikolu 11(4) tar-Regoli ta’ Proċedura, il-Parlament diġà jipprovdi lill-Membri bil-possibbiltà li jippubblikaw awditu volontarju jew konferma tal-ispejjeż tagħhom u jiddispjaċih li matul is-sena kalendarja 2021 ġew ippreżentati biss 18-il dikjarazzjoni volontarja dwar l-użu tal-GEA; jistieden lis-servizzi tal-Parlament jibagħtu tfakkira annwali lill-Membri dwar din il-possibbiltà;

149.

Ifakkar li l-Ombudsman Ewropew (l-“Ombudsman”), fil-każ 1651/2018/THH, irrakkomandat li jingħata aċċess pubbliku għal proposta mill-grupp ta’ ħidma ad hoc tal-Bureau dwar ir-reviżjoni tal-lista ta’ spejjeż li jistgħu jitħallsu mill-GEA; jiddispjaċih li l-Parlament irrifjuta r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman u jħeġġeġ lill-amministrazzjoni tal-Parlament terġa’ tikkunsidra l-għoti ta’ aċċess lill-pubbliku għad-dokumenti inkwistjoni;

150.

Jinnota li l-ispejjeż ordinarji tal-ivvjaġġar fl-2021 ammontaw għal EUR 40 338 767; jissuġġerixxi rieżami tal-politika tal-ipprezzar applikata mill-aġenzija tal-ivvjaġġar sabiex tiġi kkonċiljata l-flessibbiltà meħtieġa mill-Parlament u għażliet inqas għaljin; jirrimarka li xi drabi l-proposti tal-ivvjaġġar offruti mill-aġenzija tal-ivvjaġġar lill-Membri ma jkunux faċli ħafna għall-qarrej u jieħdu wisq żmien biex jaslu, filwaqt li dan tal-aħħar għandu impatt fuq il-prezz tal-għażliet offruti jew saħansitra fuq id-disponibbiltà tal-għażliet tal-ivvjaġġar; jappella lill-amministrazzjoni tal-Parlament biex twettaq stħarriġ ta’ sodisfazzjon dwar is-servizzi offruti, indirizzat lill-Membri kollha, mhux biss lill-klijenti frekwenti, biex issir taf liema problemi setgħu impedew lil xi wħud minnhom milli jagħmlu prenotazzjoni mal-aġenzija tal-ivvjaġġar; jirrimarka li l-ordnijiet ta’ missjoni għall-membri tal-persunal spiss jaslu qrib wisq id-data tal-ivvjaġġar, anke jekk il-missjoni tiġi miftiehma ħafna qabel, u li dan ukoll iħalli impatt negattiv fuq l-offerti disponibbli, u jitlob lill-amministrazzjoni tfittex titjib għal din is-sitwazzjoni;

151.

Jinnota li, fl-2021, meta ġiet ikkuntattjata fil-kuntest ta’ missjoni tad-Delegazzjoni tal-Parlament għar-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi tal-Amerika Ċentrali (DCAM), l-aġenzija tal-ivvjaġġar ma setgħetx tipprovdi kwotazzjoni għal titjiriet lejn u minn Kuba minħabba li, bħala kumpanija proprjetà tal-Istati Uniti, għandha tirrispetta l-embargo tal-Istati Uniti kontra Kuba; jinnota li l-aġenzija tal-ivvjaġġar kellha testernalizza t-tfittxija għat-titjiriet imsemmija hawn fuq lil aġenzija oħra, u dan wassal għal dewmien fil-proċess; ifakkar li l-korpi tal-Parlament huma obbligati jużaw kwotazzjoni mill-aġenzija tal-ivvjaġġar tiegħu sabiex jistabbilixxu dikjarazzjoni finanzjarja għall-missjonijiet, li jista’ jiġi affettwat b’mod negattiv minn restrizzjonijiet li jikkonċernaw Kuba u pajjiżi oħra li fuqhom l-Istati Uniti imponiet sanzjonijiet; jitlob li din il-kwistjoni titqies kif xieraq fl-offerta li jmiss għall-għażla ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar ġdida;

152.

Jistieden lid-DĠ FINS jistabbilixxi metodoloġija ċara ta’ responsabbiltà, li tkun konformi mal-istandards tal-istat tad-dritt, bejn il-membri, l-aġenti tal-ħlas, l-assistenti, u l-fornituri tas-servizzi, li tiggarantixxi f’każ ta’ żbalji jew użi ħżiena relatati ma’ pagamenti jew tranżazzjonijiet finanzjarji oħra, li l-parti li tkun wettqet l-iżball jew l-użu ħażin biss tinżamm responsabbli u tagħti kont ta’għemilha; jisħaq li s-sanzjonijiet għandhom jiġu attribwiti biss lill-parti li tkun wettqet l-iżball u li tkun responsabbli għall-użu ħażin tal-fondi;

153.

Jinsab imħasseb ħafna dwar il-firxa tas-setgħat diskrezzjonali tal-persunal responsabbli tad-DĠ FINS fl-evalwazzjoni tat-talbiet tal-membri, inkluż meta jintgħażlu l-kuntratti ta’ impjieg jew ta’ fornitur ta’ servizzi għal aktar verifika ex post; jinnota n-nuqqas ta’ mekkaniżmi u proċeduri formali ta’ responsabbiltà biex jiġi żgurat proċess ġust fil-proċedimenti mad-DĠ FINS, li jżid ir-riskju ta’ diskriminazzjoni u trattament mhux ugwali; ifakkar lid-DĠ FINS biex japplika standards trasparenti, ċari u mhux diskriminatorji, inkluż meta jwettaq kontrolli fuq it-twettiq tal-kompiti mwettqa mill-assistenti lokali;

Fond ta’ Pensjoni Volontarja

154.

Jinsab imħasseb li d-defiċit attwarju tal-Fond ta’ Pensjoni Volontarja (VPF) fil-31 ta’ Diċembru 2021 kien jammonta għal EUR 379 miljun (meta mqabbel ma’ EUR 371,3 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2020); jinsab imħasseb li l-eżawriment sħiħ huwa mistenni sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2024 jew l-2025 u li sadanittant il-VPF ikompli jbigħ l-assi sabiex jissodisfa l-obbligi tal-pensjoni tiegħu, li probabbilment ifisser li l-kapital li jifdal qed jitnaqqas; ifakkar fid-deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta’ Diċembru 2018 li żżid l-età tal-irtirar minn 63 għal 65 sena u tintroduċi imposta ta’ 5 % fuq il-pagamenti tal-pensjoni għall-pensjonanti futuri bil-għan li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-VPF; jinnota li fis-sentenza tagħha tal-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawżi Magħquda T-720/19 sa T-725/19, Richard Ashworth et vs Il-Parlament (8), il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li d-drittijiet diġà akkwistati ma kinux affettwati mid-deċiżjoni kkontestata tal-Bureau tal-10 ta’ Diċembru 2018 u kkonfermat il-kompetenza tal-Bureau li jadotta deċiżjonijiet li jkollhom l-għan li jtejbu s-sostenibbiltà tal-fond dment li dawn jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità; jinnota li tressaq appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra s-sentenza tagħha tal-15 ta’ Settembru 2021 u li sadattant il-Bureau tal-Parlament jinsab fil-proċess li jeżamina l-implikazzjonijiet għal proposti futuri għal għażliet biex tittejjeb is-sostenibbiltà tal-fond filwaqt li titnaqqas ir-responsabbiltà tal-Parlament; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali, għalhekk, jipproponi aktar miżuri fattibbli lill-Bureau dwar l-aġġustament tal-modalitajiet tal-fond;

155.

Jistieden lill-Bureau jgħin biex jiġu ċċarati l-intitolamenti tal-Membri u l-ex Membri li jirċievu diversi pensjonijiet minħabba pożizzjonijiet fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jenfasizza l-każ tal-ex Kummissarji u jitlob informazzjoni dwar jekk il-pagamenti tal-Fond ta’ Pensjoni Volontarja jistgħux jiġu żborżati b’żieda mal-intitolamenti li jirriżultaw mid-drittijiet tal-pensjoni tagħhom bħala tal-Kummissarji u jekk il-kandidati għall-Kummissarju kinux obbligati jiżvelaw din l-informazzjoni; jitlob lill-Parlament jiċċara jekk it-tnaqqis reċiproku u parzjali tal-pensjonijiet huwiex possibbli;

156.

Jistieden lill-Bureau jipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza bi projezzjoni dettaljata tal-istima tal-ispejjeż għall-fond għas-snin li ġejjin; u biex jagħti segwitu sabiex tinstab soluzzjoni fattibbli, legali u ġusta minħabba l-urġenza tal-kwistjoni; jitlob lill-amministrazzjoni u lill-Bureau jiggarantixxu li l-ebda flus tal-kontribwenti ma jintużaw għal kwalunkwe salvataġġ futur;

157.

Jirrikonoxxi li l-Parlament mhuwiex involut fil-ġestjoni tal-portafoll iżda jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-artikli ppubblikati fl-istampa dwar l-investimenti magħmula mill-VPF u r-riskju potenzjali għar-reputazzjoni tal-istituzzjoni; jissottolinja li l-investimenti għandhom ikunu allinjati u koerenti mal-għanijiet u l-objettivi stabbiliti mill-politiki tal-Unjoni; jistieden lill-bord konsultattiv tal-fond jirrevedi l-investimenti kollha li għaddejjin bħalissa li mhumiex konformi mal-valuri u l-għanijiet tal-Unjoni;

Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija

158.

Ifakkar li r-Regolament Finanzjarju jispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi fornuta lill-awtorità baġitarja, kif ukoll lill-pubbliku, dwar l-għoti ta’ kuntratti mill-istituzzjoni; jinnota li r-Regolament Finanzjarju jirrikjedi l-pubblikazzjoni tal-kuntratti mogħtija ta’ valur ogħla minn EUR 15 000, valur li jikkorrispondi għal-limitu minimu li jekk jinqabeż jiskatta l-obbligu tal-proċedura kompetittiva ta’ offerti; jinnota li minn total ta’ 221 kuntratt mogħtija fl-2021, 80 kienu bbażati fuq proċeduri miftuħa jew ristretti, b’valur ta’ EUR 761,1 miljun, u 135 kienu bbażati fuq proċeduri negozjati, b’valur totali ta’ EUR 253,5 miljun; jinnota li l-għadd totali ta’ kuntratti mogħtija bi proċeduri negozjati naqas f’termini ta’ valur bħala perċentwal tal-valur totali ta’ kuntratti mogħtija, minn 31 % fl-2020 għal 2 % fl-2021, iżda żdied f’termini ta’ volum, minn EUR 179,1 miljun fl-2020 għal EUR 253,5 miljun fl-2021;

159.

Jinnota li l-kuntratti mogħtija fl-2020 u fl-2021 jistgħu jinqasmu kif ġej skont it-tip, inklużi l-kuntratti ta’ bini:

Tip ta’ kuntratt

2021

2020

Għadd

Perċentwal (%)

Għadd

Perċentwal (%)

Servizzi

Provvisti

Xogħlijiet

Bini

176

27

10

8

79,6

12

4,5

3,6

161

21

13

3

81,3

10,6

6,6

1,5

Total

221

100

225

100

Tip ta’ kuntratt

2021

2020

Valur (f’EUR)

Perċentwal (%)

Valur (f’EUR)

Perċentwal (%)

Servizzi

Provvisti

Xogħlijiet

Bini

634 689 038

136 777 513

76 247 759

168 302 638

62

13

8

17

457 940 293

14 143 825

28 291 234

86 812 000

77

3

5

15

Total

1 016 016 948

100

587 187 352

100

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2021, p. 7)

160.

Jinnota t-tqassim tal-kuntratti mogħtija fl-2021 u fl-2020 skont it-tip ta’ proċedura użata kif ġej, f’termini ta’ għadd u ta’ valur:

Tip ta’ proċedura

2021

2020

Għadd

Perċentwal (%)

Għadd

Perċentwal (%)

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Lista CEI

Eċċezzjonali

Sħubija għall-innovazzjoni

DPS

OP Aċċellerat

78

2

135

2

2

0

1

0

35

1

61

1

1

0

0

0

57

3

135

1

1

1

0

0

29

2

68

0

0

1

0

0

Total

221

100

198

100

161.

Jilqa’ l-fatt li fl-1 ta’ Ġunju 2021, il-Parlament stabbilixxa Grupp ta’ Ħidma dwar l-Akkwist Pubbliku Soċjalment Responsabbli li jinvolvi lid-direttorati ġenerali kollha u li ngħata l-kompitu li jiżviluppa prinċipji u gwidi prattiċi għal implimentazzjoni akbar tal-elementi soċjali fl-akkwist tal-Parlament; jinnota li l-grupp ta’ ħidma qabel dwar l-ewwel approċċ preliminari għall-akkwist soċjali fi tmiem l-2021 u dan l-approċċ qed jiġi implimentat f’fażi ta’ ttestjar matul l-2022; jilqa’ l-fatt li l-Parlament żviluppa taħriġ dwar akkwist pubbliku sostenibbli/soċjalment responsabbli għall-persunal tiegħu u li servizz ta’ helpdesk ikun disponibbli għas-servizzi tal-Parlament;

Gruppi politiċi (linja baġitarja 4 0 0)

162.

Jinnota li, fl-2021, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 0, attribwita lill-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati, intużaw kif ġej (9):

Grupp

2021

2020

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Infiq

Rata ta’ utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet annwali (%)

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Infiq

Rata ta’ utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet annwali (%)

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE)

16 750

10 229

13 646

81,47

12 562

17 239

4 448

11 489

66,65

10 198

Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D)

13 584

9 829

12 295

90,51

10 188

13 609

5 734

9 533

70,05

9 809

Renew Europe (dik li kienet l-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa (ALDE))

9 192

6 948

6 997

76,12

6 894

9 230

3 847

4 063

44,02

6 922

Grupp tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea (Ħodor/AĦE)

6 927

4 891

6 126

88,43

5 196

6 381

2 376

4 054

63,53

4 703

Grupp Identità u Demokrazija (ID)

6 874

4 762

5 940

86,42

5 155

7 121

1 616

3 976

55,84

4 761

Grupp tal-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej (ECR)

6 005

3 982

6 269

104,39

3 718

5 851

2 272

4 145

70,85

3 978

The Left — Xellug Magħqud Ewropew/Xellug Aħdar Nordiku (GUE/NGL)

3 806

2 266

4 036

106,05

2 036

3 790

1 536

3 060

80,72

2 266

Membri mhux affiljati

1 862

1 041

595

31,94

861

1 726

738

429

24,82

1 041

Total

65 000

43 948

55 904

86,01

46 611

64 947

22 568

40 749

62,74

43 678

163.

Jilqa’ l-fatt li awdituri esterni indipendenti għall-gruppi politiċi ħarġu biss opinjonijiet mhux kwalifikati għas-sena finanzjarja 2021;

164.

Ifakkar li dawn l-approprjazzjonijiet huma maħsuba biex ikopru attivitajiet b’rabta mal-attivitajiet politiċi tal-Unjoni, u li l-gruppi politiċi huma responsabbli lejn il-Parlament għall-użu tagħhom; huwa mħasseb ħafna li dawn l-approprjazzjonijiet jistgħu jintużaw biex iwasslu messaġġi li jmorru kontra d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jew il-valuri tal-Unjoni; ifakkar b’mod partikolari li l-Parlament jikkundanna r-reviżjoniżmu storiku u jappella għal kultura komuni ta’ tifkira li tiċħad ir-reati tar-reġimi totalitarji u awtoritarji tal-passat; jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tiskrutinizza bir-reqqa, anke b’mod retroattiv, kwalunkwe pubblikazzjoni ffinanzjata minn gruppi politiċi li ma tikkonformax ma’ dawk il-valuri;

Partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej

165.

Jinnota l-ħatra tad-direttur il-ġdid tal-Awtorità għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Settembru 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2026;

166.

Ifakkar fir-rwol ewlieni ta’ demokrazija Ewropea vivaċi u reżiljenti sostnuta mill-pluraliżmu tal-partiti politiċi fil-livell tal-Unjoni; jenfasizza għalhekk li għandhom jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, u l-konformità għandha tiġi kkontrollata b’rispett sħiħ tad-drittijiet proċedurali; jilqa’ f’dan il-kuntest il-ħidma essenzjali tal-Awtorità li b’mod indipendenti u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament tikkontrolla l-konformità tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mal-qafas legali, tipprovdi trasparenza liċ-ċittadini, u tikkontribwixxi għall-integrità tal-elezzjonijiet tal-Parlament; iħeġġeġ lill-awtorità baġitarja tiżgura li l-Awtorità tkun mgħammra bir-riżorsi meħtieġa, b’mod partikolari r-riżorsi umani u tal-IT, inklużi esperti taċ-ċibersigurtà, biex tkompli twettaq il-mandat eżistenti tagħha, inkluż fid-dawl tat-theddid ta’ ndħil barrani, speċjalment biex jiġu protetti l-valuri tal-Unjoni, biex jiġu kkumbattuti abbużi tad-data personali għal skopijiet elettorali u biex tiġi identifikata l-oriġini tad-donazzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe kompitu ġdid li jingħata mil-leġiżlatur; jissottolinja f’dan il-kuntest li s-sena 2024 tal-elezzjonijiet Ewropej se tkun kruċjali għall-integrità finanzjarja u funzjonali tad-demokrazija Ewropea u se toħloq żieda sinifikanti ta’ xogħol għall-Awtorità;

167.

Jinnota f’dan ir-rigward li riżorsi addizzjonali għall-integrità demokratika għandhom jiġu investiti mill-Unjoni Ewropea fl-intier tagħha; ifakkar li l-Awtorità hija korp indipendenti tal-Unjoni u konsegwentement l-approprjazzjonijiet u l-pożizzjonijiet tagħha għandhom ikunu distinti b’mod trasparenti minn dawk tal-Parlament; itenni, għalhekk, ir-rakkomandazzjoni tiegħu li tinħoloq taqsima separata għall-Awtorità fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, kif espress fir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2023;

168.

Jilqa’ s-segwitu mwettaq mill-Awtorità għas-suġġerimenti tal-Ombudsman għal titjib li nħareġ f’Jannar 2021 fil-kuntest tal-każ 1094/2020/DL tagħha, jiġifieri t-titjib tas-sit web li jippermetti żieda fl-ammont ta’ informazzjoni offruta lill-utenti, il-link għas-sit web tal-Parlament, u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar ir-Reġistru tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej;

169.

Jinnota li fl-2021 l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-linja baġitarja 4 0 2 intużaw kif ġej (10):

Partit (2021)

Taqsira

Riżorsi proprji

Kontribuzzjoni finali tal-PE (1)

Dħul totali

Kontribuzzjoni tal-PE bħala % tan-nefqa rimborżabbli (massimu 90 %)

Bilanċ pożittiv mid-dħul (trasferiment għar-riżerva jew telf)

Partit Popolari Ewropew

PPE

1 283 598

7 737 916

9 021 514

90

788 064

Partit tas-Soċjalisti Ewropej

PSE

977 280

6 217 037

7 194 317

90

645 859

Partit tal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa

ALDE

734 661

4 504 780

5 239 441

90

857 838

Partit Ewropew tal-Ħodor

EGP

560 006

3 597 971

4 157 977

90

854 803

Partit tax-Xellug Ewropew

EL

245 367

1 557 308

1 802 675

90

87 074

Partit Demokratiku Ewropew

PDE

112 014

652 921

764 935

90

120 482

Alleanza Ħielsa Ewropea

EFA

119 583

812 993

932 576

90

103 910

Partit tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej

Partit ECR

483 292

1 432 428

1 915 720

78

Moviment Politiku Kristjan Ewropew

ECPM

98 679

708 660

807 339

90

3 178

Partit Identità u Demokrazija

Partit ID

119 545

573 595

693 140

90

Total

 

4 734 025

27 795 609

32 529 634

 

3 461 208

170.

Jinnota li fl-2021 l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-linja baġitarja 4 0 3 intużaw kif ġej (11):

Fondazzjoni (2021)

Taqsira

Affiljata mal-partit

Riżorsi proprji

Għotja finali tal-PE

Dħul totali

Għotja tal-PE bħala % tal-kostijiet eliġibbli (massimu 95 %)

Bilanċ pożittiv mid-dħul (trasferiment għar-riżerva jew telf)

Ċentru għall-Istudji Ewropej Wilfried Martens

WMCES

PPE

480 822

4 450 779

4 931 601

95,00

161 217

Fondazzjoni għal Studji Progressivi Ewropej

FEPS

PSE

354 391

4 897 963

5 252 354

95,00

48 172

Forum Liberali Ewropew

ELF

ALDE

369 813

2 651 252

3 021 065

95,00

221 975

Fondazzjoni Ħadra Ewropea

GEF

EGP

146 351

2 156 106

2 302 456

95,00

20 419

Inbiddlu l-Ewropa

TE

EL

77 546

1 218 962

1 296 508

94,83

10 340

Istitut tad-Demokratiċi Ewropej

IED

PDE

27 763

504 172

531 935

95,00

854

Fondazzjoni Coppieters

Coppieters

EFA

86 417

520 773

607 190

95,00

45 208

Direzzjoni Ġdida — Fondazzjoni għar-Riforma Ewropea

ND

Partit ECR

258 096

1 519 566

1 777 662

95,00

Sallux

SALLUX

ECPM

23 013

366 409

389 422

95,00

3 728

Fondazzjoni tal-Assoċjazzjoni għall-Identità u d-Demokrazija

Fondazzjoni ID

Partit ID

12 778

660 075

672 853

95,00

Total

 

 

1 836 990

18 946 056

20 783 046

 

511 913


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).

(2)  Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(3)  Regoli dwar Seduti ta’ Smigħ Pubbliċi, Deċiżjoni tal-Bureau tat-18 ta’ Ġunju 2003.

(4)  Laqgħa tal-Bureau tat-13 ta’ Marzu 2023 (PE-9/BUR/PV/2023-03) u d-deċiżjoni tal-Bureau 17/04/2023 PE 422.534/BUR).

(5)  Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).

(6)  Din l-emenda hija bbażata fuq rakkomandazzjoni minn Transparency International.

(7)  https://som.yale.edu/story/2022/over-1000-companies-have-curtailed-operations-russia-some-remain

(8)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021, Richard Ashworth et vs Il-Parlament Ewropew, T-720/19 sa T-725/19, ECLI:EU:T:2021:580.

(9)  L-ammonti kollha qed jiġu espressi f’eluf ta’ EUR.

(10)  L-ammonti kollha huma f’eluf ta’ EUR.

(11)  L-ammonti kollha huma f’eluf ta’ EUR.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/36


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1815 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0229/2022) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0085/2023),

1.

Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta’ kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU L 93, 17.3.2021.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.

(3)   ĠU C 391, 12.10.2022, p. 6.

(4)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(5)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/37


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1816 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0085/2023),

A.

billi, skont l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Parlament huwa l-unika istituzzjoni responsabbli mill-għoti tal-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, u billi l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill huwa taqsima tal-baġit tal-Unjoni;

B.

billi, skont l-Artikolu 15(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew ma għandux jeżerċita funzjonijiet leġiżlattivi;

C.

billi, skont l-Artikolu 317 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit tal-Unjoni fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, wara li tqis il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, u billi, skont il-qafas fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni s-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit relatati magħhom;

D.

billi, skont l-Artikoli 235(4) u 240(2) tat-TFUE, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (il-“Kunsill”) huma megħjuna mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u billi s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill huwa kompletament responsabbli mill-ġestjoni tajba tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fit-Taqsima II tal-baġit tal-Unjoni;

E.

billi l-Parlament ilu kważi għoxrin sena jimplimenta l-prattika konsolidata u rispettata tal-għoti tal-kwittanza lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji kollha tal-Unjoni, u billi l-Kummissjoni taqbel li l-prattika li tingħata l-kwittanza lil kull istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija tal-Unjoni għan-nefqa amministrattiva tagħhom għandha tkompli tiġi segwita;

F.

billi, skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni s-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit li huma relatati magħhom;

G.

billi, mill-2009 ’l hawn, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza rriżulta fir-rifjut tal-Parlament li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill;

H.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

I.

billi l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni u riċevituri tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, għandhom ikunu trasparenti u responsabbli b’mod demokratiku lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u soġġetti għal skrutinju demokratiku tal-infiq tal-fondi pubbliċi;

J.

billi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tikkonferma d-dritt tal-kontribwenti u tal-pubbliku li jinżammu infurmati dwar l-użu tad-dħul pubbliku;

K.

billi r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew (l-“Ombudsman”) fl-inkjesta strateġika OI/2/2017/TE dwar it-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill indikat li l-prattika tal-Kunsill fir-rigward tat-trasparenza kienet tikkostitwixxi amministrazzjoni ħażina u għandha tiġi indirizzata sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsegwu l-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni;

1.

Jinnota li l-baġit tal-Kunsill jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika ewropea”, li fl-2021 kien jammonta għal total ta’ EUR 10,7 biljun; jinnota li l-baġit tal-Kunsill jirrappreżenta madwar 5,6 % tal-baġit amministrattiv totali fl-intestatura 7 tal-QFP;

2.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2021 żiedet il-kampjun tagħha ta’ tranżazzjonijiet taħt Amministrazzjoni minn 48 fl-2020 għal 60 fl-2021;

3.

Jinnota li l-Qorti ssemmi li l-ħidma tagħha mwettqa tul ħafna snin tindika li l-Intestatura 7 tal-QFP tikkonċerna nfiq kumplessiv b’riskju baxx;

4.

Jinnota b’sodisfazzjon li fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2021, il-Qorti tinnota li ma identifikat l-ebda kwistjoni speċifika li tikkonċerna lill-Kunsill;

Is-sitwazzjoni attwali tal-proċedura ta’ kwittanza

5.

Jesprimi dispjaċir kbir li, għas-sena finanzjarja 2020, il-Parlament kellu għal dab oħra jirrifjuta l-kwittanza lill-Kunsill minħabba li l-Kunsill jirrifjuta jikkoopera mal-Parlament dwar l-iżgurar ta’ proċedura ta’ kwittanza bir-reqqa, ordnata u infurmata sew;

6.

Jenfasizza l-prerogattivi tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikolu 319 tat-TFUE kif ukoll id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament f’konformità mal-interpretazzjoni u l-prattika attwali, jiġifieri, is-setgħa li jagħti l-kwittanza sabiex tinżamm it-trasparenza u li jiżgura r-responsabbiltà demokratika fil-konfront tal-kontribwenti tal-Unjoni;

7.

Jissottolinja li l-Artikolu 59(1) tar-Regolament Finanzjarju jiddikjara li l-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni s-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit li huma relatati magħhom u, għalhekk, isibha inkomprensibbli li l-Kunsill jemmen li huwa xieraq li għandha tingħata kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill;

8.

Jisħaq fuq il-prattika stabbilita sew u rispettata segwita mill-Parlament matul kważi għoxrin sena mill-għoti ta’ kwittanza lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji kollha tal-Unjoni; itenni li l-Kummissjoni ddikjarat in-nuqqas ta’ kapaċità tagħha li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġits tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni; jisħaq fuq il-fehma mtennija tal-Kummissjoni li l-prattika li tingħata kwittanza lil kull istituzzjoni tal-Unjoni għan-nefqa amministrattiva tagħha għandha tkompli tiġi segwita direttament mill-Parlament;

9.

Jisħaq li s-sitwazzjoni attwali, fejn il-Parlament jista’ jivverifika biss ir-rapporti tal-Qorti u tal-Ombudsman u l-informazzjoni fuq is-sit web tal-Kunsill iżda ma jirċevix tweġibiet bil-miktub jew orali mill-Kunsill matul il-proċedura annwali ta’ kwittanza, jiġifieri l-Kunsill jirrifjuta li jikkollabora mal-Parlament fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ kwittanza, tagħmilha impossibbli għall-Parlament li jwettaq dmirijietu b’mod xieraq u li jieħu deċiżjoni infurmata dwar l-għoti ta’ kwittanza;

10.

Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill għal aktar minn għaxar snin wera li ma għandu l-ebda rieda politika li jikkollabora mal-Parlament fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza annwali; jissottolinja li din l-attitudni kellha effett negattiv dejjiemi fuq iż-żewġ istituzzjonijiet billi poġġiet f’periklu l-immaġni tal-Unjoni kollha kemm hi u skreditat il-ġestjoni u l-iskrutinju demokratiku tal-baġit tal-Unjoni u naqqset il-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni bħala entità trasparenti; jesprimi dispjaċir kbir għar-rifjut kontinwu tal-Kunsill li jinvolvi ruħu f’kooperazzjoni leali fil-qafas tal-proċedura ta’ kwittanza;

11.

Jisħaq li, filwaqt li s-sitwazzjoni attwali għandha tittejjeb permezz ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali aħjar fi ħdan il-qafas tat-Trattati, reviżjoni tat-Trattati tista’ tagħmel il-proċedura ta’ kwittanza aktar ċara u trasparenti billi tagħti lill-Parlament il-kompetenza espliċita biex jagħti l-kwittanza lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni individwalment;

12.

Itenni li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tappoġġa d-dritt tal-kontribwenti u li l-pubbliku jinżamm infurmat dwar l-użu tad-dħul pubbliku; jitlob, għalhekk, rispett sħiħ għall-prerogattiva u r-rwol tal-Parlament bħala garanti tal-prinċipju tar-responsabbiltà demokratika; jistieden lill-Kunsill isegwi kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Parlament fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza;

13.

Jistieden lill-Kunsill jerġa’ jibda n-negozjati mal-Parlament mill-aktar fis possibbli sabiex isib soluzzjoni fil-qafas attwali tal-proċedura ta’ kwittanza jekk il-Kunsill huwa interessat li juri liċ-ċittadini tal-Unjoni li jieħu b’mod serju l-kontroll xieraq tal-baġit u t-trasparenza filwaqt li jirrispetta r-rwoli rispettivi tal-Parlament u l-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza;

14.

Jinnota li minkejja li l-Kunsill ma riedx jikkoopera fil-proċedura ta’ kwittanza, il-Parlament madankollu jisħaq fuq xi prijoritajiet politiċi u jistabbilixxi xi osservazzjonijiet dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Kunsill u osservazzjonijiet oħra rilevanti għall-proċedura ta’ kwittanza f’dan ir-rapport;

15.

Jinnota li fit-tlestija ta’ dan ir-rapport, il-Parlament kellu jaħdem b’informazzjoni pprovduta mill-Kunsill permezz tas-sit web tiegħu peress li l-Kunsill għażel bħal fis-snin preċedenti li ma jweġibx għall-kwestjonarju li ntbagħat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u għażel li ma jaċċettax stedina biex jiġi u jwieġeb mistoqsijiet minn rappreżentanti eletti demokratikament taċ-ċittadini tal-Unjoni, bħalma qed jagħmlu l-istituzzjonijiet l-oħra kollha bħala parti mill-proċess ta’ kwittanza;

Prijoritajiet politiċi

16.

Ifakkar li skont l-Artikolu 286(2) tat-TFUE, il-Kunsill jaħtar il-membri tal-Qorti wara konsultazzjoni mal-Parlament; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kunsill ripetutament naqas milli jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament fir-rwol konsultattiv tiegħu rigward il-ħatra tal-membri tal-Qorti iżda, minflok, ikompli jinnomina membri tal-Qorti li ġew irrifjutati mill-Parlament;

17.

Jesprimi dispjaċir b’mod ġenerali għall-fatt li l-Kunsill jeżerċita l-prerogattiva tiegħu fil-proċeduri ta’ nomina u ħatra għal ħafna istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni mingħajr ma jqis il-fehmiet tal-partijiet interessati jew tar-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF); jinsisti fuq il-ħtieġa li jsir rieżami tal-prerogattiva tal-Kunsill bil-għan li tiġi ggarantita u msaħħa l-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet, tal-korpi, tal-uffiċċji u tal-aġenziji kkonċernati u tiżdied il-leġittimità tan-nomini;

18.

Jirrimarka dwar l-iżbilanċ serju bejn il-ġeneri fil-Qorti fejn fi tmiem l-2021 kien hemm biss 8 membri nisa meta mqabbla ma’ 18-il membru raġel; Jieħu nota tad-diffikultajiet biex jinkiseb bilanċ bejn il-ġeneri fil-Qorti minħabba l-proċedura attwali ta’ nomina; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jikkunsidra mill-ġdid il-proċedura ta’ nomina bil-għan li din il-problema tiġi indirizzata b’azzjonijiet konkreti bħal pereżempju li jkun obbligatorju għall-Istati Membri li jippreżentaw mill-inqas żewġ kandidati ta’ ġeneru differenti;

19.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kunsill sa issa injora r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħtieġa ta’ konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (1) u jinsisti li forum istituzzjonali speċifiku jiżgura integrazzjoni aktar b’saħħitha tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki u l-istrateġiji tal-Unjoni kif ukoll koordinazzjoni u progress essenzjali fil-fajls ewlenin relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

20.

Ifakkar u jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill fl-inkjesta strateġika OI/2/2017/TE; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-proċess deċiżjonali fil-Kunsill għadu ’l bogħod milli jkun kompletament trasparenti li jaffettwa l-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni bħala entità trasparenti u b’hekk jipperikola r-reputazzjoni tal-Unjoni kollha kemm hi; iħeġġeġ lill-Kunsill jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien żejjed; jissottolinja f’dan ir-rigward l-importanza tas-sentenza reċenti tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-163/21 De Capitani vs il-Kunsill (2) dwar it-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni, li fiha ġie ddikjarat li d-dokumenti prodotti mill-Kunsill fil-gruppi ta’ ħidma tiegħu mhumiex ta’ natura teknika iżda leġiżlattiva u għalhekk huma soġġetti għal talbiet ta’ aċċess għal dokumenti; jissottolinja li l-Qorti tispeċifika li, meta jirrifjuta l-aċċess għal tali dokumenti, il-Kunsill għandu jipprovdi spjegazzjonijiet konkreti u preċiżi, u jirrifjuta kompletament ir-referenzi tal-Kunsill għal riskji vagi bħala raġuni suffiċjenti; jappoġġa bil-qawwa l-fehma tal-Qorti li l-aċċess għad-dokumenti leġiżlattivi bl-ebda mod ma jdgħajjef il-proċess deċiżjonali, minkejja d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill f’dan is-sens, u sempliċiment jikkorrispondi għall-obbligu ta’ responsabbiltà pubblika tal-koleġiżlaturi u tal-Istati Membri, li huwa minqux fi kwalunkwe sistema bbażata fuq il-leġittimità demokratika;

21.

Jemmen li l-użu tal-proċedura ta’ votazzjoni b’unanimità fil-Kunsill f’ċerti oqsma ta’ politika qed jipparalizza l-proċess deċiżjonali tal-Unjoni u għalhekk jagħmilha suxxettibbli għar-rikatt mill-gvernijiet tal-Istati Membri għall-finijiet politiċi interni, speċjalment dawk li jonqsu milli jirrispettaw l-istat tad-dritt; jistieden lill-Kunsill japplika l-proċeduri ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata kull meta previst fit-Trattati u jqis ir-rieżami tat-Trattati għal dak li jikkonċerna l-proċeduri ta’ votazzjoni; jemmen li l-bidla ġeneralizzata għal proċedura ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill hija pass kruċjali lejn tfassil ta’ politika aktar effiċjenti;

22.

Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar ir-rwol dejjem akbar tal-Kunsill Ewropew fil-fajls leġiżlattivi, minkejja l-fatt li dik l-istituzzjoni la għandha funzjoni leġiżlattiva u lanqas funzjoni eżekuttiva u ma tapplikax l-istess standards ta’ trasparenza bħall-Kunsill, li jfisser li mhix qed tinżamm responsabbli;

23.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-parteċipazzjoni tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri fir-Reġistru tat-Trasparenza hija kompletament volontarja u jinsisti li r-Rappreżentanzi Permanenti kollha għandhom jieħdu sehem attiv fir-Reġistru tat-Trasparenza qabel, matul u wara l-presidenza tal-Kunsill tal-Istat Membru tagħhom; jemmen li r-regoli etiċi eżistenti dwar il-kunflitti ta’ interess, ir-revolving doors u t-trasparenza tal-lobbjar għandhom jissaħħu u jiġu armonizzati; iħeġġeġ lill-Kunsill juża bis-sħiħ ir-Reġistru tat-Trasparenza lil hinn mil-limitazzjonijiet attwali tiegħu u jistieden lill-Kunsill jirrifjuta li jiltaqa’ ma’ lobbisti mhux irreġistrati;

24.

Jiddispjaċih dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza, jiġifieri li jirrifjuta li jikkunsidra kwalunkwe tisħiħ tal-miżuri u jirrifjuta kwalunkwe rakkomandazzjoni għal titjib;

25.

Itenni t-tħassib kbir tiegħu f’dak li jikkonċerna l-kunflitti ta’ interess ikkonfermati ta’ rappreżentanti ta’ Stati Membri involuti fi proċessi deċiżjonali tal-politika u l-baġit; jemmen li r-rappreżentanti tal-Istati Membri li jibbenefikaw direttament minn sussidji tal-Unjoni permezz tan-negozji li huma proprjetarji tagħhom ma għandhomx jitħallew jipparteċipaw f’diskussjonijiet u votazzjonijiet politiċi jew baġitarji relatati ma’ dawk is-sussidji;

26.

Itenni t-talba tiegħu lill-presidenzi b’rotazzjoni tal-Kunsill biex jirrifjutaw kwalunkwe sponsorizzar korporattiv ħalli jikkontribwixxu għall-kopertura tal-ispejjeż tagħhom; jifhem li r-riżorsi finanzjarji mill-baġits nazzjonali jvarjaw b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri u li kull Stat Membru, irrispettivament mid-daqs u l-baġit disponibbli tiegħu, għandu jkollu opportunità ugwali biex jorganizza presidenza tal-Kunsill li tirnexxi, iżda jemmen li l-aċċettazzjoni ta’ sponsorizzar korporattiv tikkawża danni għar-reputazzjoni minħabba li tirriskja li toħloq kunflitti ta’ interess; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jibbaġitja lill-presidenzi tal-Kunsill ħalli jiġu żgurati standards adegwati u uniformi ta’ effiċjenza u effikaċja fil-ħidma tal-Kunsill b’mod ġenerali; huwa diżappuntat bil-gwida mhux vinkolanti maħruġa dwar sponsorizzar korporattiv mill-Kunsill u huwa tal-fehma li din għandha tiġi riveduta;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

27.

Jinnota li l-baġit għall-Kunsill kien ta’ EUR 594 386 954 għall-2021 li jirrappreżenta żieda marġinali ta’ 0,6 % meta mqabbel mal-2020, li huwa anqas miż-żieda mill-2019 sal-2020 (1,5 %);

28.

Itenni d-dispjacir tiegħu li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill ma ġiex maqsum f’żewġ baġits separati b’mod ċar kif irrakkomandat mill-Parlament f’riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti sabiex jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, mhux l-inqas rigward il-Kunsill Ewropew fejn bħalissa huwa impossibbli li tinkiseb informazzjoni affidabbli dwar il-kostijiet tiegħu;

29.

Jinnota li s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jippubblika serje ta’ rapporti annwali tal-attività li jkopru partijiet differenti tas-Segretarjat Ġenerali iżda li huwa diffiċli li tinkiseb ħarsa ġenerali komprensiva tal-attivitajiet tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill peress li ma hemmx rapport wieħed li jiġbor fil-qosor u jippreżenta ħarsa ġenerali koerenti tal-attivitajiet tal-Kunsill;

30.

Jinnota b’sodisfazzjon li r-rapporti annwali tal-attività fihom dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni mill-uffiċjali awtorizzanti b’delega tal-Kunsill (AODs), li jiddikjaraw li r-riżorsi ntużaw għall-iskop intenzjonat tagħhom u f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u li l-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi;

31.

Jinnota li l-Kunsill wettaq 43 trasferiment tal-baġit fl-2021, kollha abbażi tal-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju u li tnejn minnhom kienu involuti biex jinfurmaw l-awtorità tal-baġit;

Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern

32.

Jilqa’ l-fatt li s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill kien kapaċi jiżgura li l-proċess deċiżjonali jkun jista’ jkompli fil-Kunsill Ewropew u fil-Kunsill minkejja s-sitwazzjoni eċċezzjonali kontinwa kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19;

33.

Jinnota li fl-2021, il-Kunsill organizza total ta’ 4 581 laqgħa, li jirrappreżenta żieda sinifikanti ta’ 30 % meta mqabbla mal-2020 fejn ġew organizzati 3 520 laqgħa; jinnota li l-parti l-kbira taż-żieda ġejja minn għadd akbar sinifikanti ta’ laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma, li żdiedu bi 48 % minn 2 790 għal 4 135;

34.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Kunsill jipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza sommarju tal-għadd u t-tipi ta’ awditi interni mwettqa fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, sinteżi tar-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjoni li ttieħdet dwar dawk ir-rakkomandazzjonijiet; jinnota li fl-2021 twettqu tmien awditi interni;

35.

Jinnota li l-awditi interni jkopru l-ippjanar u r-rapportar annwali tal-AODs; jinnota li r-rakkomandazzjonijiet ewlenin mill-awditi interni jinkludu rakkomandazzjoni li d-direttorat għall-finanzi tal-Kunsill għandu jipprovdi gwida lill-AODs dwar kif għandha tiġi ddokumentata l-valuta oni tal-effiċjenza u l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern tagħhom biex tiġi żgurata konformità sħiħa mal-Artikolu 74(9) tar-Regolament Finanzjarju; jilqa’ l-fatt li l-awditjar tal-helpdesk għall-finanzi tal-Kunsill ma ġiegħelx lill-awditur intern tal-Kunsill joħroġ xi rakkomandazzjoni bi prijorità għolja;

36.

Jinnota li l-awditu intern dwar il-protezzjoni tad-data juri li, b’mod ġenerali, is-sistema ta’ kontroll intern stabbilita tipprovdi aċċertamenti raġonevoli dwar il-proċessi mfassla biex jippermettu lis-servizzi tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jipproċessaw id-data bil-livell għoli meħtieġ ta’ protezzjoni; jinnota, madankollu, li l-awditur intern tal-Kunsill ħareġ rakkomandazzjonijiet li jiffukaw fuq il-kjarifika tar-rwoli u r-responsabbiltajiet, it-tisħiħ tar-rwol tal-persuni ta’ kuntatt għall-protezzjoni tad-data u l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni ulterjuri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (l-“EUDPR”) fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill; fuq is-soluzzjoni tax-xogħol b’lura ta’ notifiki magħmula fl-ambitu tar-regolament preċedenti, li jeħtieġ li jiġu ttrasformati f’rekords fis-sens tal-EUDPR, filwaqt li jiġi kkomunikat b’mod ċar it-tip ta’ attivitajiet li jirrikjedu rekord tal-protezzjoni tad-data u jiġi stabbilit pjan biex jiġi assorbit ix-xogħol b’lura attwali ta’ notifiki preeżistenti; u fuq r-reviżjoni tal-politika tal-cloud;

37.

Jinnota li l-awditjar tar-reklutaġġ ippermetta lill-awditur intern tal-Kunsill joħroġ rakkomandazzjonijiet lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tal-istabbiliment ta’ indikatur(i) għall-monitoraġġ tal-ilħuq tal-objettiv ewlieni tal-politika ta’ reklutaġġ li huwa li “jipprovdi lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bl-aħjar persunal biex jissodisfa l-ħtiġijiet tiegħu”; jilqa’ l-fatt li l-awditjar tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja ma ġiegħelx lill-awditur intern joħroġ xi rakkomandazzjoni bi prijorità għolja;

38.

Jinnota li l-awditjar tas-sigurtà operazzjonali wassal lill-awditur intern tal-Kunsill jikkonkludi li, b’mod ġenerali, is-sistema ta’ kontroll intern stabbilita tipprovdi aċċertamenti raġonevoli rigward l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti għas-sigurtà operazzjonali; jinnota, madankollu, li l-awditur intern ħareġ rakkomandazzjonijiet dwar id-dokumentazzjoni ta’ segwitu tal-kontrolli tal-kwalità u tat-testijiet tal-penetrazzjoni, it-titjib tas-sigurtà fiżika, l-aġġornament tal-istruzzjonijiet għall-persunal tas-sigurtà u t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju ġdida tan-network tas-sigurtà tal-IT;

39.

Jinnota li l-awditjar tan-network tal-awtomatizzazzjoni tal-uffiċċji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill wassal lill-awditur intern tal-Kunsill joħroġ rakkomandazzjonijiet relatati mal-kjarifika tal-mandati, l-allokazzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-vulnerabbiltà ta’ apparati tan-network u l-migrazzjoni ta’ sistemi sensittivi għal postijiet tan-network aktar protetti;

40.

Jinnota li l-awditu fuq in-network li jappoġġa s-sistemi ta’ ġestjoni tal-bini tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill wassal lill-awditur intern tal-Kunsill biex joħroġ rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li tiġi definita strateġija dwar il-futur tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-bini u l-livell ta’ involviment tas-servizzi diġitali f’attivitajiet operattivi relatati; li jintlaħaq qbil dwar sett minimu ta’ rekwiżiti tas-sigurtà tal-informazzjoni li għandhom jiġu inklużi f’kuntratti ma’ partijiet terzi għall-ġestjoni tar-riskju li jirriżulta mill-aċċess tal-fornituri esterni għas-sistemi tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill; u li tiġi evalwata l-migrazzjoni tas-sistemi tal-IT għall-ġestjoni tal-bini lejn iċ-ċentri tad-data għas-servizzi diġitali sabiex jittaffa t-theddid fiżiku u ambjentali għall-faċilitajiet attwali tal-ipproċessar tal-informazzjoni;

41.

Jinnota b’sodisfazzjon li bħala parti mid-diġitalizzazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, is-sehem relattiv tal-fatturi elettroniċi kien qed jiżdied kontinwament minn 1 % fl-2014 għal 74 % fl-2020 u 89 % fl-2021;

Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal

42.

Jinnota li l-għadd ta’ postijiet tax-xogħol fit-tabella tal-persunal tal-Kunsill fl-2021 ġie stabbilit għal 3 029; jiddeplora, madankollu, il-fatt li l-Kunsill jippubblika data limitata ħafna dwar il-kompożizzjoni tal-persunal tiegħu; jinnota li skont l-informazzjoni pprovduta fuq is-sit web tiegħu, fis-16 ta’ Jannar 2022, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill impjega total ta’ 3 119-il membru tal-persunal li minnhom 1 791 (57 %) kienu nisa u 1 328 (43 %) kienu rġiel; jinnota li kien hemm 50 membru tal-persunal ikkategorizzati bħala maniġment superjuri li minnhom 19 (38 %) kienu nisa, filwaqt li 31 (62 %) kienu rġiel; jinnota li kien hemm 82 membru tal-persunal ikkategorizzati bħala maniġment intermedju li minnhom 36 (44 %) kienu nisa, filwaqt li 46 (56 %) kienu rġiel; jinnota li 1 459 membru tal-personal ġew ikkategorizzati bħala amministraturi li minnhom 806 (55 %) kienu nisa, filwaqt li 653 (45 %) kienu rġiel; jinnota fl-aħħar nett li 1 412-il membru tal-persunal ġew ikkategorizzati bħala assistenti u segretarji li minnhom 889 (63 %) kienu nisa u 523 (37 %) kienu rġiel;

43.

Jiddispjaċih dwar l-iżbilanċ bejn il-ġeneri fil-pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill; jistieden lill-Kunsill jieħu miżuri immedjati u konkreti biex jinkiseb bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-ġerarkija;

44.

Jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u dwar il-miżuri meħuda biex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għall-persuni b’diżabilità impjegati mill-Kunsill; jistieden lill-Kunsill jipprovdi informazzjoni lill-awtorità baġitarja dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri, id-distribuzzjoni ġeografika u d-diżabilità tal-membri tal-persunal tiegħu u dwar il-politiki interni relatati; jinnota li s-27 Stat Membru kollha huma rrappreżentati fil-persunal iżda li l-bilanċ ġeografiku għadu subottimali (bi ftit Stati Membri rrappreżentati żżejjed);

Qafas etiku u trasparenza

45.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li, minkejja li l-Parlament għamel diversi talbiet, il-kodiċi ta’ kondotta għall-President tal-Kunsill Ewropew ma ġiex allinjat ma’ dak tal-Parlament u tal-Kummissjoni, b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna l-attivitajiet li għandhom jiġu approvati wara li l-President jitlaq mill-kariga;

46.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li ma rċeviex informazzjoni dwar il-kodiċi ta’ kondotta applikabbli għall-membri kollha tal-persunal tal-Kunsill; itenni li l-kondotta etika tikkontribwixxi għal ġestjoni finanzjarja tajba u żżid il-fiduċja pubblika u li, kif saħqet il-Qorti fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 13/2019, hemm lok għal titjib fl-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u dan huwa kruċjali peress li kwalunkwe mġiba mhux etika mill-persunal u mill-membri tattira livelli għoljin ta’ interess pubbliku u tnaqqas il-fiduċja fl-Unjoni;

47.

Ifakkar fir-rakkomandazzjoni maħruġa mill-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 13/2019 imsemmi hawn fuq fir-rigward tat-titjib tal-qafas etiku tal-Kunsill; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas, identifikat mill-Qorti, ta’ qafas etiku komuni tal-Unjoni li jirregola l-ħidma tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kunsill;

48.

Jinnota li s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jippubblika rapport annwali b’informazzjoni dwar l-attivitajiet tax-xogħol ta’ eks uffiċjali għolja tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill wara li jħallu s-servizz (l-Artikolu 16, it-tielet u r-raba’ paragrafi, tar-Regolamenti tal-Persunal); jinnota li skont ir-rapport mill-2022, żewġ uffiċjali għolja ddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet tax-xogħol b’total ta’ seba’ talbiet; jinnota li l-ebda waħda mit-talbiet ma nstabet li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data

49.

Jinnota li l-baġit tal-Kunsill għas-sistemi tal-kompjuter u t-telekomunikazzjoni fl-2021 kien ta’ EUR 47 116 000, li jirrappreżenta żieda ta’ 5,9 % meta mqabbel mal-2020;

50.

Jilqa’ l-fatt li l-għadd ta’ laqgħat ta’ vidjokonferenza u laqgħat ibridi żdied b’107 % mill-1 380 fl-2020 għal 2 859 fl-2021;

51.

Jistieden lill-Kunsill jesplora modi kif juża teknoloġiji b’sors miftuħ b’mod wiesa’ kemm jista’ jkun u jirrapporta dwar il-progress fl-użu ta’ tali sistemi;

Binjiet

52.

Jinnota li l-baġit tal-Kunsill għall-bini fl-2021 kien ta’ EUR 57 151 000, li jirrappreżenta żieda ta’ 0,9 % meta mqabbel mal-2020;

53.

Jinnota li l-Kunsill jiddikjara li l-politika tal-bini tiegħu hija stabbli u li l-għan mill-2004, li jiġu akkomodati l-attivitajiet kollha tiegħu u dawk tal-Kunsill Ewropew fi Brussell f’bini li huwa l-proprjetarju tagħhom, tlesta bl-addizzjoni tal-Bini Europa fl-2016;

Ambjent u sostenibilità

54.

Jinnota li huwa diffiċli li tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar kwalunkwe inizjattiva mill-Kunsill rigward l-ambjent u s-sostenibbiltà; iħeġġeġ lill-Kunsill jirrapporta b’mod sistematiku dwar l-elementi ambjentali u ta’ sostenibbiltà tal-ħidma tiegħu bħala parti mir-rapportar annwali tiegħu;

55.

Jistieden lill-Kunsill jistabbilixxi sistemi, jekk ma jkunux diġà ġew stabbiliti, biex iħeġġu lill-persunal juża t-trasport pubbliku jew trasport ieħor b’emissjonijiet baxxi bħar-roti, biex titnaqqas l-impronta tal-karbonju tal-Kunsill;

56.

Jinnota li r-rapport finanzjarju tal-Kunsill isemmi li fi tmiem l-2021 il-Kunsill kien fil-pussess ta’ 2 589,2 Ċertifikat tal-Enerġija Ekoloġika, abbażi tal-enerġija prodotta minn pannelli solari li jinsabu fuq il-bejt tal-bini tal-Kunsill; jitlob lill-Kunsill jirrapporta lura dwar il-bejgħ ta’ dawk iċ-ċertifikati fis-suq miftuħ u l-użu maħsub tad-dħul iġġenerat;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

57.

Jistieden lill-Kunsill jagħti segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar it-talba biex titlaqqa’ Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati (4);

58.

Jistieden lill-Kunsill jikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (5);

Komunikazzjoni

59.

Jinnota li l-2021 kienet sena rekord b’aktar minn 20 miljun żjara fuq is-sit web tal-Kunsill, li tirrappreżenta żieda ta’ 23 % meta mqabbla mal-2020, u li l-għadd ta’ segwaċi fuq Facebook żdied bi 3 %, filwaqt li l-għadd ta’ segwaċi fuq Twitter u Instagram żdied bi 11 % u 29 % rispettivament;

60.

Iħeġġeġ lill-Kunsill jinvolvi ruħu mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bil-għan li jutilizza ż-żewġ pjattaformi tal-media soċjali b’sors miftuħ, EU-Voice u EU-Video, li tnedew bħala proġett pilota pubbliku biex jippromwovi l-użu ta’ networks soċjali liberi u b’sors miftuħ; iħeġġeġ lill-Kunsill juża alternattivi tan-network soċjali deċentralizzati għal pjattaformi online kbar ħafna, bħal Mastodon.

(1)   ĠU C 445, 29.10.2021, p. 150.

(2)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023, De Capitani vs il-Kunsill, T-163/21, ECLI:EU:T:2023:15.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(4)   ĠU C 493, 27.12.2022, p. 130.

(5)   ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/45


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2023/1817 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0227/2022) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2022) 331) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2021 tal-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE (COM(2022) 401),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2021 (COM(2022) 292), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2022) 160),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3), ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE - Status fi tmiem l-2021, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (4), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06247/2023 — C9-0063/2023),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0101/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mar-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU L 93, 17.3.2021.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.

(3)   ĠU C 391, 12.10.2022, p. 6.

(4)   ĠU C 429, 11.11.2022, p. 8.

(5)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(6)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/47


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2023/1818 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (Chafea) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0227/2022) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2021 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2022) 331) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2021 (COM(2022) 292), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2022) 160),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06250/2023 — C9-0055/2023),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/770/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel u li tirrevoka id-Deċiżjoni 2004/858/KE (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/927/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/770/UE sabiex “L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel” tiġi ttrasformata f’“L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel”  (10),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta’ Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0101/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Interim tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur Interim tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU L 93, 17.3.2021.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.

(3)   ĠU C 478, 16.12.2022, p. 21.

(4)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(5)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(6)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(7)   ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)   ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)   ĠU L 341, 18.12.2013, p. 69.

(10)   ĠU L 363, 18.12.2014, p. 183.

(11)   ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/49


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2023/1819 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent — CINEA (qabel l-1 ta’ April 2021 l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0227/2022) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2021 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2022) 331) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2021 (COM(2022) 292), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2022) 160),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06250/2023 — C9-0055/2023),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/801/UE tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta’ Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0101/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU L 93, 17.3.2021.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.

(3)   ĠU C 427, 09.11.2022, p. 10.

(4)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(5)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(6)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(7)   ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)   ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)   ĠU L 352, 24.12.2013, p. 65.

(10)   ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/51


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2023/1820 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura — EACEA (qabel l-1 ta’ April 2021 l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0227/2022) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura għas-sena finanzjarja 2021 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2022) 331) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2021 (COM(2022) 292), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2022) 160),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06250/2023 — C9-0055/2023),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/776/UE tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta’ Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0101/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU L 93, 17.3.2021.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.

(3)   ĠU C 427, 9.11.2022, p. 11.

(4)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(5)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(6)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(7)   ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)   ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)   ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46.

(10)   ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/53


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2023/1821 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-SMEs — Eismea (qabel l-1 ta’ April 2021 l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0227/2022) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs għas-sena finanzjarja 2021 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2022) 331) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2021 (COM(2022) 292), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2022) 160),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06250/2023 — C9-0055/2023),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/771/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta’ Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0101/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU L 93, 17.3.2021.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.

(3)   ĠU C 427, 9.11.2022, p. 23.

(4)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(5)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(6)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(7)   ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)   ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)   ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73.

(10)   ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/55


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2023/1822 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0227/2022) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2021 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2022) 331) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2021 (COM(2022) 292), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2022) 160),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06250/2023 — C9-0055/2023),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/779/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/37/KE (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta’ Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0101/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Aġent Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur Aġent tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU L 93, 17.3.2021.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.

(3)   ĠU C 427, 09.11.2022, p. 32.

(4)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(5)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(6)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(7)   ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)   ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)   ĠU L 346, 20.12.2013, p. 58.

(10)   ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/57


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2023/1823 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HADEA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0227/2022) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali għas-sena finanzjarja 2021 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2022) 331) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2021 (COM(2022) 292), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2022) 160),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06250/2023 — C9-0055/2023),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta’ Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0101/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU L 93, 17.3.2021.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.

(3)   ĠU C 427, 9.11.2022, p. 47.

(4)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(5)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(6)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(7)   ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)   ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)   ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/59


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2023/1824 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka — REA (qabel l-1 ta’ April 2021 l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0227/2022) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2021 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2022) 331) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2021 (COM(2022) 292), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2022) 160),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06250/2023 — C9-0055/2023),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/778/UE tat-13 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/46/KE (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta’ Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0101/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU L 93, 17.3.2021.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.

(3)   ĠU C 427, 9.11.2022, p. 50.

(4)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(5)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(6)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(7)   ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)   ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)   ĠU L 346, 20.12.2013, p. 54.

(10)   ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/61


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1825 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni,

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-aġenziji eżekuttivi għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0101/2023),

A.

billi l-baġit tal-Unjoni huwa strument sinifikanti biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika komuni, u bħala medja jirrappreżenta 1,3 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-Unjoni jew 2,4 % tan-nefqa tal-gvern estiż tal-Istati Membri u l-infiq pubbliku totali fl-Unjoni;

B.

billi, meta l-Parlament jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni, huwa jivverifika u jevalwa jekk il-fondi ntużawx b’mod korrett jew le u jekk l-għanijiet ta’ politika ntlaħqux wara awditi interni u esterni, u b’hekk jikkonferma r-regolarità u l-prestazzjoni tal-infiq tal-Kummissjoni f’termini ta’ valur għall-flus;

Prijoritajiet politiċi

1.

Ifakkar l-impenn qawwi tiegħu għall-prinċipji u l-valuri fundamentali minquxa fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), inklużi l-ġestjoni finanzjarja tajba kif stabbilit fl-Artikolu 317 u l-ġlieda kontra l-frodi u l-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 325;

2.

Jisħaq li t-trasparenza, l-akkontabbiltà u l-integrità huma prinċipji etiċi essenzjali fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; ifakkar il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) fir-Rapport Speċjali 13/2019 tagħha dwar l-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tal-Parlament, tas-16 ta’ Settembru 2021, dwar it-tisħiħ tat-trasparenza u l-integrità fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jiġi stabbilit korp tal-etika indipendenti tal-Unjoni, minn naħa waħda, bi rwol preventiv permezz ta’ sensibilizzazzjoni u gwida etika, u, min-naħa l-oħra, bi rwol ta’ konformità u konsultattiv bil-kapaċità li jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet etiċi, inkluż dwar kunflitti ta’ interess;

3.

Jenfasizza r-rwol tal-UPPE, tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), tal-Europol u tal-OLAF fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jitlob li l-kapaċitajiet tal-UPPE u tal-OLAF, kif ukoll il-kooperazzjoni ta’ bejniethom, jissaħħu aktar; jitlob regoli komuni kontra l-korruzzjoni applikabbli għall-persunal kollu tal-korpi tal-Unjoni;

4.

Jenfasizza l-importanza tal-baġit tal-Unjoni biex jinkisbu l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, kif ukoll ir-rwol tiegħu biex jassisti lill-Istati Membri f’sitwazzjonijiet mhux previsti bħall-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha; jisħaq li implimentazzjoni soda u f’waqtha tal-baġit tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b’mod aktar effiċjenti u effettiv il-ħtiġijiet u l-isfidi f’oqsma ta’ politika differenti; iwissi li l-implimentazzjoni tal-baġit taħt il-pressjoni taż-żmien tista’ twassal għal żieda fl-iżbalji u l-irregolaritajiet;

5.

Ifakkar fl-importanza ta’ evalwazzjoni ex post inkluża għall-programmi finanzjarji maħluqa biex jirreaġixxu għal kriżi; l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm fir-rigward tal-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-Unjoni tkun konformi mar-Regolament Finanzjarju, il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet u l-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar;

6.

Jissottolinja r-rilevanza tar-rapportar dwar il-prestazzjoni tal-programmi tal-baġit tal-Unjoni għall-proċedura ta’ kwittanza; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-valur miżjud tar-riżorsi investiti huwa marbut mill-qrib mar-riżultati miksuba u l-kontribut tagħhom għat-titjib tal-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-impatt ekonomiku fi ħdan l-Unjoni;

7.

Itenni t-tħassib qawwi tiegħu dwar is-sitwazzjoni rigward l-istat tad-dritt f’għadd ta’ Stati Membri, li hija inkwetanti ħafna fiha nfisha u li twassal għal telf serju għall-baġit tal-Unjoni; jissottolinja li l-fondi tal-Unjoni ma jridux jintużaw għal attivitajiet antidemokratiċi jew għat-tisħiħ tal-awtoritarjaniżmu; ifakkar li l-Unjoni introduċiet mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità legali biex ma jingħatax finanzjament mill-Istati Membri li jimminaw l-istat tad-dritt u jilqa’ l-ewwel applikazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu fil-każ tal-Ungerija; din il-proċedura tnediet f’Novembru 2021 u ġiet konkluża f’Diċembru 2022 bl-iffriżar ta’ 55 % tat-tliet programmi tal-politika ta’ koeżjoni (madwar EUR 6,35 biljun); għalkemm il-fatti kienu jiġġustifikaw l-iffriżar ta’ 100 %, jinnota li l-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRPs) tal-Ungerija u tal-Polonja ġew approvati; jenfasizza li ż-żewġ pjanijiet fihom diversi hekk imsejħa “objettivi importanti immens” fir-rigward tal-istat tad-dritt; jitlob lill-Kummissjoni timmonitorja kontinwament is-sitwazzjoni u żżomm milli tagħti l-finanzjament sakemm il-ksur tal-istat tad-dritt jibqa’ jhedded il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni; itenni, f’dan il-kuntest, il-konvinzjoni qawwija tiegħu li l-Istati Membri jeħtiġilhom jirrispettaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt sabiex jirċievu fondi tal-Unjoni u jiġbed l-attenzjoni lill-Kummissjoni li s-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt kienet qed tiddeterjora wkoll fi Stati Membri oħra; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tiskatta mingħajr dewmien l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità kull meta jiġi identifikat ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li jkun qed jaffettwa jew jippreżenta riskju serju li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’mod dirett biżżejjed; barra minn hekk jenfasizza l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni b’saħħitha bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni filwaqt li jissaħħu l-kontrolli u l-bilanċi istituzzjonali; jissottolinja t-talbiet b’saħħithom u ripetuti tiegħu lill-Kummissjoni u lill-aġenziji eżekuttivi biex jiżguraw il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi jagħmlu użu globali u sistematiku mis-sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rapportar, il-monitoraġġ u l-awditjar u billi jagħmlu regoli komuni kontra l-korruzzjoni u billi jagħmlu r-reġistru interistituzzjonali tat-trasparenza (1) obbligatorju għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, anki l-aġenziji;;

8.

Ifakkar li l-iżvilupp ekonomiku fl-Ungerija kien fil-biċċa l-kbira marbut ma’ investimenti ta’ kapital barranin; għalhekk jiddeplora r-retorika antimultinazzjonali tal-gvern Ungeriż u jiddeplora l-fatt li l-istituzzjonalizzazzjoni tal-korruzzjoni u s-sistema mhux trasparenti tal-akkwist pubbliku, li għandhom jiġu indirizzati permezz tar-riformi mitluba fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità, ippermettew lill-gvern iżid, f’dawn l-aħħar snin, is-sjieda tiegħu fis-setturi tal-enerġija, tal-banek, tat-telekomunikazzjoni u tal-midja; jiddeplora ċ-ċaħda selettiva u preġudikata tal-permessi u l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet u restrizzjonijiet arbitrarjament riġidi bl-għan li jiddgħajfu u jiġu żvinati ekonomikament ċerti kumpaniji barranin sakemm jiġu mġiegħla jaċċettaw akkwiżizzjoni ostili sħiħa jew parzjali mill-gvern Ungeriż jew mill-oligarki qrib il-gvern bi prezzijiet ferm aktar baxxi mill-valur reali tal-kumpanija; jikkritika lill-Kummissjoni talli ma ssodisfatx ir-responsabbiltà tagħha fir-rigward tad-difiża tas-suq intern u tal-kompetizzjoni ġusta billi ma intervjenietx f’dan il-ksur wiesa’ tal-istat tad-dritt u tar-regoli tas-suq intern;

9.

Jinnota bi tħassib is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) rigward il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni; jieħu nota tar-Rapport Speċjali 11/2022 tal-Qorti “Protezzjoni tal-baġit tal-UE” li fih il-Qorti sabet li għalkemm is-sistema ta’ esklużjoni tal-Kummissjoni għandha xi punti b’saħħithom, in-nuqqasijiet jillimitaw l-effettività tagħha; jinnota bi tħassib li l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni (EDES) ħadet aktar żmien milli ppjanat; huwa inkwetat minħabba d-differenzi fl-approċċi li jimminaw l-effettività ġenerali tal-esklużjoni; jistieden lill-Kummissjoni taħdem id f’id mal-Parlament dwar ir-riformulazzjoni tar-Regolament Finanzjarju biex tittejjeb aktar l-EDES u ssir għodda effiċjenti u effettiva;

10.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu estiżi l-oqsma fejn l-EDES tintuża lil hinn mill-ġestjoni diretta u jitlob lill-Kummissjoni tużaha għall-fondi kollha tal-Unjoni inklużi l-fondi b’ġestjoni kondiviża: jinnota li, l-EDES għandha tintuża sistematikament biex jiġi żgurat li l-kumpaniji u s-sidien benefiċjarji li jkunu nstabu ħatja fir-rigward ta’ frodi, korruzzjoni jew attivitajiet kriminali ekonomiċi serji oħra, ma jkunux jistgħu jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-indikaturi fl-Arachne jiġu armonizzati mar-raġunijiet ta’ esklużjoni tal-EDES biex jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi esklużi jkunu viżibbli wkoll fl-Arachne; jitlob interoperabbiltà massima bejn l-Arachne, l-EDES u għodod tal-IT oħra biex titnaqqas il-ħtieġa li jiddaħħlu punti ta’ informazzjoni f’diversi sistemi tal-IT għal bosta drabi u biex il-piż burokratiku jinżamm baxx kemm jista’ jkun; jemmen li s-sistemi ta’ kontroll ma għandhomx ikunu iżjed numerużi iżda immirati aħjar, filwaqt li jinkludu l-użu ta’ teknoloġiji ġodda sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni jew attivitajiet kriminali ekonomiċi serji oħra li ma jistgħux jibbenefikaw mill-fondi tal-Unjoni;

11.

Itenni l-ħtieġa imperattiva ta’ sistema integrata u interoperabbli unika u obbligatorja ta’ informazzjoni u monitoraġġ ipprovduta mill-Kummissjoni, li tippermetti r-reġistrazzjoni u l-ħżin elettroniċi tad-data dwar ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni, inkluż is-sidien benefiċjarji tagħhom u li tippermetti d-disponibbiltà ta’ din l-informazzjoni għal finijiet ta’ estrazzjoni ta’ data u ta’ kejl tar-riskju; jissottolinja li huwa essenzjali li tinkiseb ħarsa ġenerali ċara u trasparenti tad-distribuzzjoni u tal-konċentrazzjoni potenzjali tal-fondi tal-Unjoni żborżati, inkluż permezz ta’ funzjonalità li tippermetti l-aggregazzjoni ta’ dawn il-fondi; jissottolinja li dan inaqqas il-piż burokratiku fuq l-atturi finanzjarji, fuq il-kontrolluri u l-awdituri, kif ukoll fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni, u għandu jiffaċilita l-valutazzjoni tar-riskju għall-finijiet tal-għażla, l-għoti, il-ġestjoni finanzjarja, il-monitoraġġ, l-investigazzjoni, il-kontroll u l-awditu u jikkontribwixxi wkoll għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu effettivi tal-frodi, tal-korruzzjoni, tal-kunflitti ta’ interess, tal-finanzjament doppju u ta’ irregolaritajiet oħra, li għandhom jiġu indirizzati b’mod serju kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll tal-Unjoni, permezz ta’ miżuri preventivi u deterrenti effettivi u effiċjenti, inklużi sanzjonijiet ċari; jinnota li din id-diġitalizzazzjoni jmissha ġa saret u hija indispensabbli minħabba n-natura transfruntiera tal-użu ħażin tal-fondi, il-frodi, l-approprjazzjonijiet ħżiena, il-kunflitti ta’ interess, il-finanzjament doppju u problemi sistemiċi oħrajn; jissottolinja li din l-għodda unika tal-estrazzjoni ta’data għandha tkun tista’ tiġi mfittxija u tkun disponibbli faċilment għall-OLAF, l-UPPE u l-Kummissjoni, sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni u tan-Next Generation EU kontra l-irregolaritajiet, il-frodi u l-kunflitti ta’ interess;

12.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li mhux l-Istati Membri kollha jagħmlu użu mill-għodda tal-Kummissjoni għall-estrazzjoni ta’ data u għall-kejl tar-riskju biex jidentifikaw proġetti, benefiċjarji u kuntratturi f’riskju ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u irregolaritajiet taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF); jinnota li ħamsa mill-Istati Membri fil-kampjun tal-awditjar tal-Qorti (il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja u l-Italja) se jużaw l-għodda tal-Kummissjoni għall-estrazzjoni ta’ data u għall-valutazzjoni tar-riskju; ifakkar li għodda komuni għall-estrazzjoni ta’ data u għall-kejl tar-riskju hija element kruċjali fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u, b’mod aktar speċifiku, fil-prevenzjoni ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u finanzjament doppju, kif ukoll fiż-żieda tat-trasparenza u l-akkontabbiltà;

13.

Japprezza l-utilità tas-sit web Kohesio u l-Pjattaforma Open Data stabbiliti mill-Kummissjoni bħala għodod ta’ trasparenza u ta’ akkontabbiltà għall-politika ta’ koeżjoni u għall-investimenti relatati mal-ġestjoni kondiviża għall-perjodi ta’ programmazzjoni 2014-2020 u 2021-2027, li jiġbru flimkien il-listi nazzjonali ta’ proġetti appoġġjati mill-Unjoni u joffru mmappjar tal-operazzjonijiet (Kohesio) u jipprovdu data aġġornata dwar il-programmi adottati, kif ukoll il-monitoraġġ regolari tal-finanzi u l-impenji u l-pagamenti tal-Unjoni (Pjattaforma Open Data); jinnota l-adattamenti li għaddejjin bħalissa mwettqa biex ikopru b’mod adegwat il-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, iżda jisħaq fuq il-ħtieġa imperattiva ta’ koordinazzjoni u interoperabbiltà mal-għodda għall-kejl tar-riskju Arachne; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tiżgura interoperabbiltà effettiva bejn l-għodod differenti;

14.

Itenni l-ħtieġa li tiġi bbilanċjata aħjar is-simplifikazzjoni ulterjuri tar-regoli u l-proċeduri b’kontrolli mtejba fuq l-aktar oqsma ripetuti ta’ nfiq irregolari, jiġu żviluppati sessjonijiet ta’ taħriġ mandatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, b’mod partikolari applikanti ġodda, u jittejbu l-assistenza u l-linji gwida għall-SMEs, l-ispin-offs, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha;

15.

Jisħaq fuq l-użu u l-importanza akbar tal-indikaturi tal-prestazzjoni, inklużi l-għażla tal-indikaturi, id-definizzjoni tal-miri u l-istadji importanti u l-monitoraġġ u r-rapportar fid-dawl tal-mudelli l-ġodda ta’ implimentazzjoni għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-Politika Agrikola Komuni riformata; ,F’dan ir-rigward jitlob lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb il-monitoraġġ u r-rapportar dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni b’indikaturi aktar simplifikati u kwalitattivi bħal indikaturi dwar l-infiq relatat mal-klima, dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u indikaturi dwar il-bijodiversità, kif rifless fl-atti bażiċi adottati tal-programmi ta’ nfiq 2021-2027; jinnota li l-istadji importanti u l-miri kif ukoll l-indikaturi tal-output huma differenti fin-natura tagħhom; jinnota li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tkompli tiddistingwi bejn l-investimenti u r-riformi; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tipprovdi ħarsa ġenerali lejn iċ-ċiklu sħiħ tal-awditjar fi ħdan l-Istati Membri, il-Kummissjoni kif ukoll ħarsa ġenerali lejn il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-awditjar rispettivi inkluża l-Qorti, kif ukoll l-OLAF u l-UPPE;;

16.

Huwa mħasseb dwar l-għadd dejjem akbar u l-kumplessità tal-istrumenti kważi-legali tal-Kummissjoni bħal opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, komunikazzjonijiet, riżoluzzjonijiet mhux leġiżlattivi, avviżi, dokumenti ta’ gwida u dikjarazzjonijiet ta’ prijoritajiet amministrattivi; jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika u tirrazzjonalizza dawn l-istrumenti u tużahom bl-intenzjoni li tissimplifika aktar il-proċeduri u tnaqqas il-piż burokratiku; ifakkar fil-programm REFIT intiż li jissimplifika r-regoli tal-Unjoni u jnaqqas il-piżijiet bla bżonn, filwaqt li jikseb il-benefiċċji tal-leġiżlazzjoni u billi jintroduċi l-approċċ “one in, one out”; jitlob għall-applikazzjoni sistematika mill-Kummissjoni tal-prinċipju li jfisser li l-piżijiet introdotti ġodda jiġu kkumpensati billi jitneħħew il-piżijiet ekwivalenti fl-istess qasam ta’ politika;

17.

Itenni l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi fil-ġlieda kontra l-frodi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak tal-Istati Membri, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-UPPE u l-OLAF; japprezza l-isforzi notevoli u jisħaq fuq ir-rwol tal-UPPE fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jenfasizza l-importanza tal-indipendenza u l-imparzjalità sħiħa tal-UPPE għall-eżerċitar effettiv tal-funzjonijiet tiegħu; jisħaq fuq il-fatt li l-indipendenza, l-imparzjalità u l-effettività tal-UPPE u l-OLAF jirrikjedu biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani, speċjalment fid-dawl tal-kompiti l-ġodda relatati man-NextGenerationEU (NGEU); jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni b’mod urġenti rigward it-talbiet magħmula mill-UPPE dwar l-implimentazzjoni baġitarja tiegħu, sabiex l-UPPE jkun jista’ jsir uffiċċju ta’ prosekuzzjoni totalment effettiv;

18.

Jinnota li l-Kummissjoni tippreżenta r-rapport annwali tagħha dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni (ir-rapport PIF) fil-ħarifa tas-sena ta’ wara, li jagħmilha impossibbli għall-Parlament li jadotta r-rapport qabel jgħaddu sentejn mill-perjodu kkonċernat fir-rapport (n+2); jisħaq fuq il-fatt li sabiex tinkiseb effiċjenza aħjar fl-adozzjoni tal-politiki u l-kontromiżuri tal-Unjoni għall-frodi, l-evażjoni tat-taxxa u irregolaritajiet finanzjarji oħra ppreżentati fir-rapport, il-Parlament għandu jkun jista’ jipproċessa u jadotta r-rapport PIF mhux aktar tard mis-sena d-dieħla (n+1); jistieden lill-OLAF u lill-Kummissjoni jadottaw ir-rapportar tagħhom dwar il-PIF kif xieraq;

19.

Jissottolinja l-importanza tal-operazzjonijiet trasparenti tal-NGOs u l-intermedjarji fir-rigward tal-finanzjament u tas-sjieda tagħhom, peress li huma atturi importanti fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni fl-ambitu tal-metodi ta’ ġestjoni differenti u speċjalment fil-qasam tal-azzjoni esterna; jinsab imħasseb ħafna dwar il-finanzjament ta’ proġetti mwettqa mill-NGOs jew li jinvolvuhom b’rabtiet ma’ organizzazzjonijiet reliġjużi u politiċi radikali; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li l-Unjoni tiffinanzja biss organizzazzjonijiet li jirrispettaw strettament il-valuri kollha tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmi ex ante li jidentifikaw b’mod ċar l-NGOs li joperaw fit-territorju tal-Unjoni u lil hinn minnu li għandhom rabtiet magħrufa ma’ networks fundamentalisti reliġjużi u li jmexxu ’l quddiem aġenda li qed iddgħajjef il-valuri tal-Unjoni; jappella, f’dan il-kuntest, għall-ħolqien ta’ lista sewda pubblika ta’ NGOs, li involvew ruħhom f’attivitajiet bħad-diskors ta’ mibegħda, l-inċitament għat-terroriżmu, l-estremiżmu reliġjuż li jappoġġja jew jigglorifika l-vjolenza, jew li użaw ħażin jew wettqu approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Unjoni u li huma elenkati fil-bażi ta’ data tal-EDES, sabiex jiġi żgurat li dawn jiġu mblukkati mill-aċċess għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u għall-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni; itenni li l-ebda fond ma jista’ jiġi allokat jew ikun marbut ma’ kwalunkwe kawża jew forma ta’ terroriżmu u/jew radikalizzazzjoni reliġjuża jew politika; jenfasizza l-ħtieġa ta’ verifika minn qabel u bir-reqqa fir-rigward tar-reġistrazzjoni fir-reġistru ta’ trasparenza biex jiġu żvelati s-sorsi kollha ta’ finanzjament; jinnota li l-finanzjament mill-fondi tal-Unjoni jrid ikun traċċabbli mir-riċevitur dirett sal-benefiċjarju finali meta l-fondi jiġu trasferiti tul katina; ifakkar li fir-rigward tal-finanzjament pubbliku, l-atti bażiċi tal-Unjoni jirregolaw kif għandhom jiġu ttrattati t-trasparenza u l-viżibbiltà f’dan ir-rigward, u għalhekk ifakkar lill-Kummissjoni dwar ir-responsabbiltà li għandha biex tivverifika l-konformità mar-regoli u l-proċeduri, speċjalment ir-regoli u l-proċeduri dwar l-għotjiet sussidjari lill-NGOs u lill-intermedjarji tal-istituzzjonijiet finanzjarji; jitlob, barra minn hekk, li l-Kummissjoni tipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza ħarsa ġenerali tal-ammont totali tan-nefqa relatata mal-NGOs tal-Unjoni;

20.

Fl-interess taċ-ċarezza, iċ-ċertezza legali u l-istat tad-dritt, jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għal Regolament dwar l-NGOs li tinkludi definizzjoni ċara u kategorizzazzjoni tal-oqsma ta’ attività u d-daqs tal-NGOs; il-leġiżlazzjoni għandha tipprovdi ħarsa ġenerali ċara tal-kundizzjonijiet għall-kisba, min-naħa tal-NGOs, ta’ fondi tal-Unjoni, li tkopri l-obbligi li ġejjin:

(a)

tirrapporta l-ammonti u s-sorsi ta’ finanzjament riċevuti kif ukoll tirreġistra l-attivitajiet kollha tagħhom imwettqa f’isem id-diriġenti barranin;

(b)

tqiegħed tikketta tal-materjal li jixxerred bl-informazzjoni rikjesta

(c)

tiddivulga l-flussi ta’ dħul u ħruġ finanzjarji u mhux finanzjarji tagħhom, inklużi pagamenti jew donazzjonijiet mhux finanzjarji li jiġu mgħoddija minn NGO għal oħra fi ħdan organizzazzjoni umbrella lill-membri tagħha;

(d)

tiżvela l-finanzjament ta’ reklamar politiku jew ta’ kampanji politiċi min-naħa tal-NGOs;

(e)

tikkonforma mal-akkontabilità demokratika u r-rispett għall-valuri tal-Unjoni;

(f)

għal NGOs kbar ħafna bi strutturi korporattivi simili għall-kumpaniji privati, l-obbligi ta’ rapportar dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva, il-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-impjegati, id-dispożizzjoni għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-obbligi ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà, it-tassonomija għall-investimenti u l-ħoloq tal-katina tal-provvista fix-xiri;

21.

Jisħaq fuq il-fatt li l-proposta għandha tkopri wkoll l-obbligi ta’ trasparenza f’isem il-Kummissjoni, inkluż fir-rigward tal-iżvelar ta’ ftehimiet finanzjarji, amministrattivi jew ta’ kooperazzjoni mal-NGOs;

22.

Ifakkar lill-Kummissjoni li l-proposti leġiżlattivi kollha, li għandhom impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali sinifikanti għandhom ikunu akkumpanjati minn valutazzjonijiet tal-impatt solidi u bir-reqqa; jisħaq li dan huwa parti mill-aġenda tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar u jissottolinja li l-awtorità ta’ kwittanza se timmonitorja mill-qrib li dawn il-valutazzjonijiet tal-impatt jitwettqu b’mod kompletament newtrali u imparzjali u li janalizzaw sistematikament l-impatti tal-għażliet ikkunsidrati, l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-għażla ppreferuta, inkluż billi jitqiesu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati, permezz ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa;

23.

Jindika r-Rapport Speċjali 17/2022 tal-Qorti “Konsulenti esterni fil-Kummissjoni Ewropea” li jenfasizza li l-Kummissjoni Ewropea tonfoq madwar EUR 1 biljun kull sena fuq l-ikkuntrattar ta’ konsulenti esterni, billi tużahom biex tappoġġja firxa wiesgħa ta’ konsulenza, studju, attivitajiet ta’ evalwazzjoni u riċerka u kkonkluda li l-ġestjoni tal-Kummissjoni tal-użu ta’ konsulenti esterni la kienet tiżgura li timmassimizza l-valur għall-flus, u lanqas tissalvagwardja bis-sħiħ l-interessi tagħha; jisħaq, barra minn hekk, li hemm lakuni sinifikanti fil-qafas li jirregola l-użu ta’ dawn is-servizzi, b’riskji potenzjali relatati mal-konċentrazzjoni tal-fornituri tas-servizzi, id-dipendenza żejda u l-kunflitti ta’ interess li mhumiex immonitorjati biżżejjed; jitlob f’dan il-kuntest lill-Kummissjoni biex tkompli tiżviluppa l-qafas tagħha li jirregola l-użu ta’ konsulenti esterni, tagħmel użu aħjar mir-riżultati ta’ servizzi ta’ konsulenti esterni, ittejjeb il-monitoraġġ biex ittaffi r-riskji li jirriżultaw mill-użu ta’ servizzi ta’ konsulenti esterni u ttejjeb ir-rappurtar tagħha dwar l-użu ta’ servizzi ta’ konsulenti esterni kif ukoll tipprovdi data eżatta u kompluta dwar il-volum u t-tipi ta’ servizzi akkwistati. Jisħaq, barra minn hekk, fuq il-potenzjal mhux użat tal-Aġenziji tal-Unjoni f’li jipprovdu informazzjoni speċifika u rilevanti, u l-istess prodotti ta’ kwalità bħall-konsulenti esterni, jekk il-mandati tagħhom jippermettu dan; jistieden lill-Kummissjoni teżamina din il-possibbiltà fil-futur għal finijiet ta’ konsulenza u riċerka f’oqsma speċifiċi;

24.

Jilqa’ pożittivament il-kontribut inizjali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-potenzjal ulterjuri tagħha għall-prevenzjoni ta’ reċessjoni ekonomika qawwija wara l-pandemija tal-COVID-19; jinnota li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza kienet strumentali biex isir progress fl-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (CSR) li jirriżultaw mis-Semestru Ewropew fi kważi l-Istati Membri kollha; jinnota madankollu li diversi CSRs għadhom ma ġewx indirizzati, jinnota wkoll il-kontribut tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Unjoni jsiru aktar sostenibbli, reżiljenti u mħejjija aħjar għall-isfidi u l-opportunitajiet tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali;

25.

Jinnota s-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-Qorti fl-ewwel valutazzjoni annwali tagħha tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jifhem li l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ssir taħt pressjoni ta’ żmien, sabiex jiġi provdut appoġġ f’waqtu għall-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19, b’madankollu, mudell tal-implimentazzjoni ħafna aktar dirett li jpoġġi rekwiżiti ferm anqas stretti sew fuq il-Kummissjoni u sew fuq l-Istati Membri, u jnaqqas il-piż tal-kontroll mill-Kummissjoni u jgħaddih fuq l-Istati Membri, b’mod partikolari meta mqabbel mal-iffinanzjar, ir-rapportar u l-istruttura ta’ kontroll tal-politika ta’ koeżjoni jew dik agrikola; jenfasizza li kwalunkwe mudell ta’ implimentazzjoni rapida għandu jkun akkumpanjat minn sistema ta’ kontroll robusta li l-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għaliha; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li meta tipproponi programmi u politiki ġodda tal-Unjoni b’mudell ta’ implimentazzjoni bbażat fuq il-prestazzjoni kif użat fl-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, tintegra bis-sħiħ it-tagħlimiet meħuda mill-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif ukoll is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza minn awditi u valutazzjonijiet magħmula mill-Qorti; ifakkar fl-importanza li wieħed ikun jaf jekk l-assorbiment tal-fondi huwiex fit-triq it-tajba, peress li s-sena 2023 hija l-punt tan-nofs tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jirrikonoxxi l-progress li sar mill-Kummissjoni fl-indirizzar tat-tħassib tal-awtorità ta’ kwittanza rigward it-trasparenza u l-akkontabbiltà permezz tal-istabbiliment ta’ pjattaforma simili għall-pjattaforma Kohesio għall-Politika ta’ Koeżjoni;

26.

Jilqa’ l-ftehim milħuq fin-negozjati interistituzzjonali dwar ir-RePowerEU fir-rigward tal-pubblikazzjoni biannwali tal-akbar 100 benefiċjarju finali għal kull Stat Membru fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; itenni l-appell tiegħu biex il-lista tal-benefiċjarji finali kollha fil-politiki u fil-proġetti kollha tal-Unjoni ssir disponibbli fil-qafas tal-proċedura ta’ kwittanza għall-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u għall-awtorità ta’ kwittanza;

27.

Jinnota l-isforzi ta’ suċċess min-naħa tal-Kummissjoni biex tikseb fondi fis-swieq finanzjarji biex tipprovdi l-mezzi finanzjarji għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, bħala strument importanti fi żmien ta’ kriżi estrema; madankollu jesprimi tħassib dwar iż-żieda fir-rati tal-imgħax u l-kapaċità inċerta li tirriżulta biex jitħallas lura s-self, u r-riskju li dan joħloq għall-baġit maqbul tal-Unjoni u għall-politiki tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni timmitiga r-riskju u żżomm lill-Parlament infurmat bis-sħiħ dwar l-istatus annwali ta’ dan is-self;

28.

Jesprimi tħassib dwar l-għadd limitat ta’ proġetti transfruntiera fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jirrikonoxxi fl-istess ħin li wieħed mill-objettivi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza huwa li jappoġġja l-irkupru ekonomiku fl-Istati Membri tal-Unjoni wara l-pandemija tal-COVID-19; jisħaq fuq il-fatt li l-allinjament tal-Faċilitajiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza nazzjonali mal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni, inklużi proġetti transfruntiera, jiġġenera valur miżjud tal-Unjoni;

29.

Jinsab imħasseb li bħal fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazjoni 2014–2020, l-adozzjoni tard ta’ sensiela ta’ regolamenti li jirregolaw politiki differenti tal-Unjoni, dewmet b’mod sinifikanti l-bidu tal-implimentazzjoni fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tħaffef l-implimentazzjoni tal-politiki fil-prattika, filwaqt li tagħmel enfasi kbira fuq il-kwalità u l-ħtieġa li tiżdied il-ġlieda kontra l-frodi u li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, speċjalment b’ġestjoni kondiviża, parti sinifikanti mill-allokazzjoni baġitarja tal-2021 għandha tiġi pprogrammata mill-ġdid għas-snin ta’ wara; jenfasizza f’dan il-kuntest ir-riskju li jkollhom l-impenji pendenti fuq il-baġit tal-Unjoni, billi possibbilment jiġġeneraw diżimpenji sinifikanti li min-naħa tagħhom inaqqsu l-impatt tal-baġit tal-Unjoni; jitlob li l-Kummissjoni tindika lill-awtorità ta’ kwittanza l-miżuri li biħsiebha tieħu biex tevita din is-sitwazzjoni u tislet il-konklużjonijiet u l-esperjenza meħtieġa biex tiżgura li sitwazzjoni simili ma titħalliex isseħħ fil-bidu tal-QFP 2028–2034;

30.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Qorti u lill-Kunsill biex jaħdmu ħalli jħaffu l-proċess ta’ kwittanza għall-n+1;

31.

Jinnota li l-Protokoll Nru 7 tat-TFUE (Privileġġi u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea) jipprevedi l-hekk imsejħa “Laissez-Passers” li għandhom jinħarġu lill-membri tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u b’mod partikolari lill-Membri tal-Parlament Ewropew, għall-użu bħala dokumenti tal-ivvjaġġar; jinsab imħasseb dwar il-fatt li s-servizz ċentrali tal-Kummissjoni għal-Laissez-Passers imur kontra r-reġistrazzjoni tal-“funzjoni” ta’ Membru tal-Parlament Ewropew fuq id-dokument, li jfisser li l-membri ma jistgħux jagħtu prova tal-istatus tagħhom meta jivvjaġġaw, għall-kuntrarju, pereżempju, tal-persunal diplomatiku tas-SEAE; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni urġenti biex tirrettifika din l-inkonsistenza sabiex il-membri tal-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jagħtu prova adegwata tal-kariga tagħhom meta jivvjaġġaw.

32.

Jiddispjaċih li, għal darb’ oħra, il-Qorti ħarġet opinjoni negattiva dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa, u sabet li l-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri sempliċiment mhumiex affidabbli biżżejjed; jissottolinja l-importanza li jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri li mhumiex meqjusa affidabbli mill-Qorti, u b’hekk tiġi kompromessa l-affidabbiltà tar-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni;

33.

Ifakkar li l-Kummissjoni għandha ssegwi fid-dettall l-osservazzjonijiet kollha tal-Parlament, inklużi l-prijoritajiet politiċi kollha;

KAPITOLU I

Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP)

Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-Qorti u l-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

Affidabbiltà tal-kontijiet

34.

Jilqa’ l-fatt li għas-sena 2021, il-Qorti ssib li l-kontijiet tal-Unjoni Ewropea huma affidabbli, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju u li, in-naħa tad-dħul tal-baġit hija ħielsa minn kwalunkwe żball materjali;

35.

Jinnota li fil-31 ta’ Diċembru 2021, l-obbligazzjonijiet totali ammontaw għal EUR 496,4 biljun, meta mqabbla ma’ EUR 414,1-il biljun tal-assi totali; jenfasizza li d-differenza ta’ EUR 82,3 biljun kienet tirrappreżenta assi netti (negattivi), li jinkludu riżervi u dik il-parti tal-ispejjeż li l-Unjoni kienet diġà ġarrbet sal-31 ta’ Diċembru u li trid tiġi ffinanzjata minn baġits futuri;

36.

Jinnota li fi tmiem l-2021, il-valur stmat tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba dovuti lill-benefiċjarji iżda li għadhom ma ġewx iddikjarati kien ta’ EUR 129,9 biljun (2020: EUR 107,8 biljun), irreġistrati bħala spejjeż dovuti; jinnota li ż-żieda f’dik l-istima hija relatata prinċipalment mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li hija l-qofol tal-programm Next Generation EU stabbilit biex jindirizza l-ħsara ekonomika u soċjali immedjata li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19; jenfasizza li l-pagamenti lill-Istati Membri fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jsegwu profil ta’ ħlas parzjali predefinit sal-2026;

37.

Jinnota li wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni sussegwentement għall-proċess ta’ ħruġ tar-Renju Unit, il-Kummissjoni stmat li, fid-data tal-karta tal-bilanċ, il-kontijiet tal-Unjoni wrew riċevibbli nett dovut mir-Renju Unit ta’ EUR 41,8 biljun (2020: EUR 47,5 biljun), li minnhom huwa stmat li EUR 10,9 biljun se jitħallsu fit-12-il xahar wara d-data tar-rapportar;

38.

Jinnota li l-Qorti vvalutat l-impatt fuq il-kontijiet tal-aggressjoni militari mhux ipprovokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna; jilqa’ l-valutazzjoni tal-Qorti li t-trattament tal-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna bħala avveniment wara l-għeluq tal-karta tal-bilanċ mingħajr aġġustament huwa xieraq u li l-impatt tiegħu ġie żvelat u ppreżentat b’mod ġust fil-kontijiet annwali konsolidati;

39.

Jinnota li l-Qorti, bħala parti mill-proċeduri normali ta’ awditjar tagħha, awditjat l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-dħul u l-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-miżuri meħuda mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ azzjonijiet relatati mal-COVID-19; jilqa’ l-fatt li l-Qorti kkonkludiet li dawn huma ppreżentati b’mod ġust fil-kontijiet annwali konsolidati;

Legalità u regolarità tad-dħul u tan-nefqa tal-Unjoni

40.

Jesprimi dispjaċir dwar opinjoni negattiva dwar il-legalità u r-regolarità tan-naħa tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni, maħruġa mill-Qorti;

41.

Jinnota r-rata ġenerali ta’ żball ikkalkolata mill-Qorti ta’ 3,0 %, li hija 1,0 % ogħla mil-livell limitu ta’ materjalità; jinnota li dan huwa deterjorament meta mqabbel mal-2020, meta r-rata ta’ żball kienet ta’ 2,7 %, li kienet ukoll ogħla sew mil-livell limitu ta’ materjalità; jinnota t-tweġiba tal-Kummissjoni li ma tikkontestax ir-rata ta’ żball stabbilita tal-Qorti, u tiddefendi r-riżultati tal-ħidma tagħha stess li tirriżulta f’rata ta’ żball stmata fil-waqt tal-pagament li hija bbażata fuq metodoloġija differenti; jinnota li l-Kummissjoni tikkalkula r-riskju tagħha fil-waqt tal-pagament għall-2021 bħala 1,9 %; huwa inkwetat minħabba l-fatt li, għall-kuntrarju tal-Qorti, il-Kummissjoni tistma li r-rata ta’ żball tagħha hija taħt il-livell limitu ta’ materjalità u tmur saħansitra taħt il-medda tal-qiegħ tal-livell stmat ta’ żball tal-Qorti, ta’ 2,2 %;

42.

Jiddeplora l-fatt li l-iżbalji li nstabu huma sinjal ta’ nuqqasijiet persistenti fir-regolarità tan-nefqa ddikjarata mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u li l-Qorti identifikat nuqqasijiet fil-metodoloġiji ta’ kampjunar tal-awtoritajiet superviżorji;

43.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti tqis li l-valutazzjoni tar-riskju tal-Kummissjoni x’aktarx tissottovaluta l-livell ta’ riskju f’diversi oqsma; jenfasizza li l-Qorti rrapportat nuqqasijiet fl-awditi ex post tal-Kummissjoni fl-Intestatura 1 “Suq uniku, innovazzjoni u diġitali”, sottovalutazzjoni tal-iżbalji fl-Intestatura 2 “Koeżjoni, reżiljenza u valuri”, u sottostimi tar-riskju u għadd kbir ta’ żbalji fl-Intestatura 6 “Il-Viċinat u d-Dinja”, fost kwistjonijiet oħra; jenfasizza li fl-intestatura “Riżorsi Naturali u Ambjent” iż-żewġ istituzzjonijiet huma allinjati fil-kalkoli tagħhom filwaqt li pereżempju għall-intestatura “Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali”, il-Qorti tistma livell ta’ żball ta’ 4,4 % filwaqt li l-Kummissjoni tistma riskju fil-waqt tal-pagament ta’ 1,3 %;

44.

Jinnota li l-Kummissjoni tapplika kontrolli għall-baġit tal-Unjoni kemm qabel kif ukoll wara li jkunu saru l-pagamenti, u tagħmel korrezzjonijiet jekk u meta jkun meħtieġ; jinnota li din is-sistema ta’ kontroll hija riflessa kemm fir-“riskju fil-waqt tal-pagament”, li huwa stima tal-livell ta’ nefqa li mhuwiex konformi mar-regoli u r-regolamenti applikabbli fiż-żmien tal-pagament, kif ukoll fir-“riskju fil-waqt tal-għeluq” (tal-programm), li jistma l-livell ta’ nefqa li mhuwiex konformi meta jitlestew il-kontrolli u l-korrezzjonijiet relatati kollha u, legalment, ma tista’ tittieħed l-ebda azzjoni ulterjuri; jinnota wkoll li l-istima tal-Kummissjoni tar-riskju fil-waqt tal-għeluq huwa ta’ 0,8 %, ferm taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ 2 %;

45.

Itenni l-appoġġ tiegħu għall-approċċ u l-metodoloġija tal-awditjar tal-Qorti; jinnota li l-metodoloġija tal-Qorti hija bbażata fuq standards internazzjonali ta’ awditjar li jinvolvu l-ittestjar ta’ kampjun aleatorju ta’ tranżazzjonijiet u li kampjun rappreżentattiv ma jistax ikun ibbażat kollu kemm hu fuq ir-riskju; jinnota bi tħassib id-diverġenzi bejn ir-rati ta’ żball u r-riskju fil-waqt tal-pagament kif ikkalkolati mill-Qorti u mill-Kummissjoni; jenfasizza li dawn id-differenzi ma jseħħux fl-oqsma kollha tan-nefqa; jirrimarka l-fatt li l-istimi tal-Kummissjoni għar-riskju fil-waqt tal-pagament huma konsistentement fil-medda inferjuri jew taħt l-istimi statistiċi tal-Qorti u huwa mħasseb li dan jirrappreżenta sottovalutazzjoni sistematika tal-livell ta’ żball eżistenti mill-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid il-metodoloġija tagħha u tikkoopera mal-Qorti bil-ħsieb li tiżdied l-armonizzazzjoni sabiex jiġu previsti ċifri aktar komparabbli; jissottolinja madankollu li l-istima ġenerali tar-rata ta’ żball ippreżentata fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-Qorti mhijiex qed tindika l-okkorrenza ta’ frodi;

46.

Huwa inkwetat li l-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi fuq riskji potenzjalment sottovalutati, ma tistax tipproteġi b’mod effettiv l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; huwa mħasseb ukoll bil-konfużjoni li dan joħloq għall-awtorità ta’ kwittanza u għaċ-ċittadini tal-Unjoni, peress li l-Kummissjoni minn naħa waħda taċċetta r-rata ta’ żball tal-Qorti f’oqsma li fihom din hija taħt il-livell limitu ta’ materjalità (riżorsi naturali), madankollu tippreżenta l-iżball stmat tagħha stess fil-waqt tal-pagament f’oqsma li fihom ir-rata ta’ żball tal-Qorti tkun ogħla mil-livell limitu ta’ materjalità, li tqajjem mistoqsijiet dwar l-affidabbiltà tar-rapportar finanzjarju;

47.

Jistieden lill-Qorti tispeċifika liema hu l-impatt tal-miżuri korrettivi fuq il-livell ta’ żball kumplessiv;

48.

Jinnota s-segwitu tal-Qorti għall-osservazzjonijiet li jirriżultaw mir-Rapport Annwali tal-2020 fir-rigward tar-rapportar dwar l-irkupri fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Kummissjoni li l-Qorti tqis li huma kumplessi u mhux dejjem ċari; jilqa’ l-osservazzjoni tal-Qorti li r-reviżjoni tal-Kummissjoni tar-rapportar tagħha ġabet titjib; huwa inkwetat, madankollu, minħabba li l-Qorti tqis li l-preżentazzjoni ta’ “korrezzjonijiet għal pagamenti fil-passat” (EUR 5,6 biljun) u l-perċentwal assoċjat tan-nefqa rilevanti (3,3 %) mhumiex adegwati u suxxettibbli għal nuqqas ta’ fehim; jinnota b’mod partikolari s-sejba tal-Qorti li ċ-ċifri ppreżentati jinkludu miżuri preventivi, li mhumiex relatati ma’ pagamenti fil-passat jew nefqa aċċettata, u miżuri preventivi tal-Istati Membri, li ma jistgħux jiġu attribwiti direttament lill-Kummissjoni;

49.

Jinnota li l-Qorti sabet li n-nefqa b’riskju baxx kienet ħielsa minn żball materjali iżda li n-nefqa b’riskju għoli baqgħet affettwata minn żball materjali; jenfasizza li l-akbar kontributuri għar-rata ta’ żball ta’ 3,0 % kienu “Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri” (1,2 punti perċentwali), segwit minn “Riżorsi Naturali u Ambjent” (0,7 punti perċentwali), “Il-Viċinat u d-Dinja” (0,4 punti perċentwali) u “Suq uniku, Innovazzjoni u Diġitali” (0,4 punti perċentwali);

50.

Jinnota li l-Qorti taqsam il-popolazzjoni tal-awditjar tagħha f’nefqa b’riskju għoli (prinċipalment pagamenti bbażati fuq ir-rimborż) u f’nefqa b’riskju baxx (prinċipalment pagamenti bbażati fuq l-intitolamenti); jinnota, madankollu, bi tħassib, li l-Kummissjoni fir-Rapport Annwali tagħha dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tikkategorizza n-nefqa f’segmenti ta’ riskju ogħla, medju u aktar baxx, abbażi tal-verifiki mwettqa kull sena mill-awtoritajiet nazzjonali, sħab oħra u l-Kummissjoni nfisha; jenfasizza li l-użu ta’ kategoriji differenti ta’ riskju mill-Qorti u mill-Kummissjoni jippreżenta sfida għall-ħidma tal-awtorità ta’ kwittanza meta tagħmel analiżi komparattiva tar-rapporti rispettivi; jinnota bi tħassib li dan iwassal għad-diskrepanza bejn il-kalkolu tal-Qorti tan-nefqa b’riskju għoli bħala 63,2 % meta mqabbla mal-kalkolu tal-Kummissjoni ta’ 22 %; itenni li tali diskrepanzi bejn il-Qorti u l-Kummissjoni qed ixekklu l-affidabbiltà tad-data tal-input meħtieġa għall-awtorità ta’ kwittanza;

51.

Jinnota bi tħassib li nstabu problemi sostanzjali fin-nefqa bbażata fuq ir-rimborżi, li tirrappreżenta 63,2 % tal-popolazzjoni tal-awditjar tal-Qorti, li fiha l-livell stmat ta’ żball huwa ta’ 4,7 %; jieħu nota tal-fatt li l-effetti tal-iżbalji misjuba mill-Qorti huma kemm materjali kif ukoll pervażivi għan-nefqa aċċettata tas-sena;

52.

Jinnota li, minkejja l-fatt li l-Qorti tqis in-nefqa tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza aċċettata fil-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2021 bħala legali u regolari fl-aspetti materjali kollha, ikkunsidrat li stadju importanti fil-pagament lil Spanja ma ntlaħaqx b’mod sodisfaċenti, u jibqgħu d-dubji dwar il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-istadju importanti u l-miri assoċjati man-nefqa relatata tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jinnota l-valutazzjoni tal-Qorti li qieset l-iżball bħala mhux materjali; ifakkar li l-objettiv tal-awditu tal-Qorti għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza kien li jikkontribwixxi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u jipprovdi l-bażi għall-opinjoni tagħha dwar ir-regolarità tan-nefqa tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għall-2021; jinnota li l-popolazzjoni tal-awditjar kienet tinkludi l-uniku żborż tal-2021, pagament li sar lil Spanja, u l-approvazzjoni tal-prefinanzjament relatat; ifakkar li l-unika raġuni għalfejn l-iżball identifikat ma kienx ikkwantifikat kienet l-assenza ta’ metodoloġija għall-pagamenti parzjali mill-Kummissjoni; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni ppubblikat metodoloġija bħal din fil-21 ta’ Frar 2023;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

53.

Jinnota bi tħassib li fl-2021 l-implimentazzjoni tal-impenji kienet baxxa ħafna, bi 68 % tal-ammont totali disponibbli, u li l-adozzjoni tard tar-regolamenti settorjali matul l-2021 ittardjat it-tnedija ta’ programmi ġodda; jilqa’ l-fatt li r-rata ġenerali ta’ assorbiment tal-FSIE żdiedet fl-2021 minħabba pagamenti ogħla milli fl-2020; jenfasizza li fi tmiem l-2021, madwar EUR 161 biljun kienu għadhom iridu jiġu assorbiti mill-għeluq tal-programmi tal-FSIE fl-2025; itenni t-tħassib tiegħu dwar id-differenzi sinifikanti fir-rati ta’ assorbiment mill-Istati Membri, u l-fatt li xi Stati Membri għad għandhom aktar minn 40 % tal-ammonti impenjati tagħhom li jridu jiġu assorbiti; jisħaq għal darb’oħra li differenzi kbar fil-kapaċitajiet ta’ assorbiment bejn l-Istati Membri jippreżentaw wieħed mill-aktar ostakli serji għal żvilupp aktar effettiv ta’ reġjuni anqas żviluppati;

54.

Jieħu nota tal-fatt li l-Fondi SIE li għadhom ma ġewx assorbiti għall-perjodu 2014–2020 jirrappreżentaw parti sinifikanti mill-impenji pendenti tal-baġit tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-progress tal-implimentazzjoni fl-Istati Membri u tanalizza d-differenzi, filwaqt li tiffoka b’mod partikolari fuq il-każijiet ta’ sottoimplimentazzjoni u rati baxxi ta’ assorbiment; jistenna li l-Kummissjoni tagħti valutazzjonijiet tal-pajjiżi lill-awtorità ta’ kwittanza, filwaqt li tidentifika l-problemi rikorrenti, u tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tottimizza s-sitwazzjoni, inkluż permezz ta’ assistenza teknika u skambju tal-aħjar prattiki;

55.

Itenni t-tħassib tiegħu li, fi tmiem l-2021, l-impenji pendenti totali laħqu livell rekord ta’ EUR 341,6 biljun (billi jiġu kkombinati l-impenji pendenti tal-baġit tal-Unjoni u tan-Next Generation EU); jenfasizza li l-impenji pendenti x’aktarx li jaqbżu s-somma ta’ EUR 460 biljun fl-2023 iżda li mbagħad normalment se jonqsu hekk kif in-Next Generation EU jasal fi tmiemu; jissottolinja li ċertu livell ta’ impenji pendenti huwa konsegwenza loġika tas-sistema baġitarja tal-Unjoni b’approprjazzjonijiet ta’ impenn u b’approprjazzjonijiet ta’ pagament iżda jesprimi t-tħassib tiegħu li ammont sinifikanti ta’ impenji pendenti jista’ jikkostitwixxi riskju għall-operat normali u bla xkiel tal-baġit tal-Unjoni fil-futur;

56.

Jieħu nota tal-fatt li l-impenji pendenti tal-baġit tal-Unjoni naqsu minn livell għoli storiku fi tmiem l-2020 u li l-Kummissjoni tbassar li ż-żieda mistennija fl-2027 se tiżdied b’ammont żgħir, prinċipalment minħabba d-distakk iżgħar bejn l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament; jirrifletti li l-Qorti, f’diversi okkażjonijiet, ġibdet l-attenzjoni li dawn jistgħu jitnaqqsu biss jekk l-approprjazzjonijiet ta’ pagament ibbaġitjati jaqbżu l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u jintużaw; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi b’mod konsistenti din ir-rakkomandazzjoni, li hija konsistenti mar-rekwiżit li jinżamm proporzjon ordnat bejn l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagamenti;

57.

Jenfasizza li ż-żmien disponibbli għall-implimentazzjoni tal-fondi b’ġestjoni kondiviża fl-ambitu tal-QFP 2021–2027 huwa iqsar minn dak fl-ambitu tal-QFP li ġew qabel; huwa konxju mill-isfidi fir-rigward tal-ġestjoni u l-kontroll ta’ dawn il-fondi biex jiġu żgurati l-konformità u l-ġestjoni finanzjarja tajba; jinsab imħasseb dwar iż-żieda fil-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri bħala riżultat tal-implimentazzjoni tal-programm Next Generation EU u t-tendenza tal-Istati Membri li jagħtu prijorità lill-implimentazzjoni tan-Next Generation EU fuq il-fondi tradizzjonali b’ġestjoni kondiviża, kif diskuss fis-Smigħ Pubbliku fil-Kumitat CONT fit-23 ta’ Jannar 2023;

58.

Jemmen li l-Gwida tal-Kummissjoni dwar l-evitar u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess skont ir-Regolament Finanzjarju tiġġenera burokrazija sinifikanti u mhux ġustifikabbli b’mod partikolari fir-rigward tal-SMEs, l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u l-istrutturi parteċipattivi fil-livell lokali; huwa tal-fehma li l-Gwida għandha tiffoka fuq il-benefiċċji ekonomiċi u finanzjarji, aktar milli tipprova tinkludi s-sorveljanza tal-ħajja personali jew tar-relazzjonijiet tas-soċjetà, b’mod espliċitu fil-livell lokali jew reġjonali; jitlob lill-Kummissjoni tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-privatezza u ma tpoġġix lill-atturi kollha taħt suspett ġenerali; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-Gwida attwali tagħha f’dan ir-rigward biex tipprovdi ċarezza lill-applikanti u lill-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

59.

Jinsab inkwetat dwar ir-riskji relatati identifikati mill-Qorti fir-rapport tagħha tal-2020 u mtenni għas-sena finanzjarja 2021, jiġifieri li l-livell ta’ riżorsi amministrattivi meħtieġa għall-ġestjoni ta’ strumenti baġitarji differenti b’mod parallel jista’ ma jkunx disponibbli u li, l-introduzzjoni ta’ flessibbiltà fis-sistema biex tlaħħaq mal-effetti tal-COVID, tista’ twassal għal dgħufija tas-sistemi ta’ kontroll stabbiliti;

60.

Jinnota bi tħassib iż-żieda fl-iskopertura totali tal-baġit tal-Unjoni għall-obbligazzjonijiet kontinġenti minn EUR 131,9 biljun fl-2020 għal EUR 277,9 biljun fl-2021; jirrikonoxxi li ż-żewġ raġunijiet prinċipali għal din iż-żieda sostanzjali kienu l-introduzzjoni tan-Next Generation EU u ż-żieda fl-ammont ta’ self ipprovdut fl-ambitu tal-istrument SURE; jifhem li r-riskju għall-baġit tal-Unjoni minn obbligazzjonijiet kontinġenti huwa mmitigat biż-żieda tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji u l-kontrogaranziji tal-Istati Membri tas-self SURE;

Rakkomandazzjonijiet

61.

Jappoġġja bil-qawwa r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha kif ukoll fir-rapporti speċjali relatati; jistieden lill-Kummissjoni timplimentahom mingħajr dewmien u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress tal-implimentazzjoni;

62.

Jistieden, b’mod partikolari, lill-Kummissjoni:

(a)

tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku minn sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rapportar, il-monitoraġġ u l-awditjar (Arachne, EDES eċċ) u fil-kuntest tar-reviżjonijiet li jmiss tar-Regolament Finanzjarju tistabbilixxi b’mod urġenti sistema obbligatorja integrata u interoperabbli li tibni fuq għodod u bażijiet ta’ data eżistenti, iżda mhux limitata għalihom; tiżviluppa t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ħalli tiżgura li d-deskrizzjoni tal-istadji importanti u l-mira u l-eżitu tal-awditu jkunu trasparenti; tiżgura li l-Istati Membri kollha jużaw is-sistemi u r-reġistri ċentrali biex jirrapportaw dwar is-sidien benefiċjarji u l-benefiċjarji finali;

(b)

tissimplifika b’mod sostanzjali r-regoli u l-proċeduri, tiżviluppa sessjonijiet ta’ taħriġ obbligatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, b’mod partikolari applikanti ġodda, u ttejjeb l-assistenza u l-linji gwida għall-SMEs u l-NGOs, l-ispin-offs, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha mingħajr ma tiġi kompromessa l-kwalità tal-kontrolli;

(c)

tkompli żżid il-kapaċità amministrattiva tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri u tipproponi linji baġitarji adegwati għall-Qorti, l-UPPE u l-OLAF biex tiżgura l-effiċjenza tagħhom fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kompiti l-ġodda li jmiss relatati mal-istrument Next Generation EU sabiex jiġu protetti l-finanzi tal-Unjoni;

(d)

tiġbor fil-qosor u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza u lill-Qorti r-raġunijiet għad-differenzi fid-diversi oqsma ta’ nefqa u fl-irkupri, kif ukoll ir-riżultati li jikkonċernaw il-livell stmat ta’ żball kif ikkalkolat mill-Qorti u r-riskju fil-waqt tal-pagament kif ikkalkolat mill-Kummissjoni fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni u timpenja ruħha fl-iskambju ta’ fehmiet mal-Qorti kemm fuq livell maniġerjali kif ukoll dak tekniku bil-għan li tintroduċi metodoloġija unika dwar ir-rata ta’ żball tan-nefqa tal-Unjoni;

(e)

taħdem mal-Qorti biex tallinja l-metodoloġiji rispettivi ta’ kategorizzazzjoni tar-riskju u l-metodoloġiji ta’ ħidma tal-awditjar;

(f)

tqabbel ir-rati ta’ implimentazzjoni tal-istrument REACT-EU mill-Istati Membri li ġew stabbiliti biex jirċievu appoġġ finanzjarju fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u l-Istati Membri fejn il-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru ġie approvat biss taħt kundizzjonijiet fi stadju aktar tard (l-Ungerija u l-Polonja), u tidentifika l-kawżi għad-differenzi identifikati, b’mod partikolari mmirati lejn id-disponibbiltà tal-kapaċità amministrattiva;

(g)

tkompli tappoġġja lill-Istati Membri biex itejbu kemm il-kwalità kif ukoll l-għadd ta’ verifiki u biex jikkondividu l-aħjar prattiki fil-ġlieda kontra l-frodi;

(h)

tipprevedi s-simplifikazzjoni tal-proċedura, inkluża d-dokumentazzjoni meħtieġa għall-aċċess għall-finanzjamenti, mingħajr ksur tal-prinċipji ta’ awditjar u monitoraġġ;

(i)

tippubblika r-rapporti tal-awditjar tagħha, inkluż għal każijiet ta’ kunflitt ta’ interess, fi żmien raġonevoli, peress li dan jgħin biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet korrettivi u ta’ segwitu rakkomandati jiġu implimentati minn dawk awditjati;

(j)

tissorvelja b’mod strett ir-riskju possibbli ta’ korruzzjoni u frodi;

(k)

tiffaċilita l-kooperazzjoni interistituzzjonali billi taħdem biex tħaffef il-proċess ta’ kwittanza għal n+1, mingħajr ma tiġi kompromessa l-kwalità tal-proċess;

(l)

iżżid l-isforzi biex tittejjeb it-trasparenza fl-użu tal-fondi, inkluż fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-benefiċjarji finali u biex jiġi ristrett l-iżborż ta’ fondi lil kumpaniji bbażati f’rifuġji fiskali;

(m)

tagħti aktar attenzjoni lill-Istati Membri, u toffrilhom appoġġ tekniku msaħħaħ f’każijiet fejn is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tagħhom huma biss parzjalment affidabbli, jew mhumiex affidabbli u fejn hemm riskju akbar ta’ frodi u korruzzjoni relatati mal-fondi tal-Unjoni;

(n)

tevalwa mill-ġdid l-identifikazzjoni tagħha ta’ entitajiet bħala NGOs u tipprevedi definizzjoni ċara, kif ukoll tkompli ttejjeb ir-Reġistru tal-Lobbisti tal-Unjoni, filwaqt li tiżgura li l-NGOs li javviċinaw lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu rreġistrati bħala lobbisti; jitlob ukoll lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmu effettiv biex tiżgura li l-attivitajiet tal-NGOs ikunu allinjati mal-valuri tal-Unjoni u titlob trasparenza sħiħa dwar il-finanzjament tagħhom, filwaqt li tipprovdi li għarfien aktar profond dwar il-finanzjament tal-entitajiet kollha rreġistrati għandha tkun il-kundizzjoni biex jiġu avviċinati l-Istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-Unjoni;

(o)

jimpenja ruħu li jiggarantixxi riżorsi adegwati għas-segretarjat tar-Reġistru ta’ Trasparenza sabiex jiżgura li l-informazzjoni marbuta mal-attivitajiet ta’ lobbying tal-gruppi ta’ interess, tal-lobbies u tal-NGOs tkun tista’ tiġi vverifikata għall-preċiżjoni tagħha u li l-lobbying isir aktar trasparenti;

(p)

tabbozza kuntratt standard dwar il-kundizzjonijiet li l-NGOs għandhom jilħqu biex jirċievu fondi tal-Unjoni; tisħaq li dan il-kuntratt irid ikun vinkolanti b’mod ugwali għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni;

Prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni

63.

Jilqa’ r-rapport tal-Qorti dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni — L-istatus fi tmiem l-2021, li jiffoka fuq l-integrazzjoni ta’ ħames prijoritajiet ta’ politika orizzontali fil-baġit tal-Unjoni, jiġifieri l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-preżervazzjoni tal-bijodiversità, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti, u t-tranżizzjoni diġitali;

64.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Qorti tqis li t-tħejjija ta’ dan ir-rapport ta’ prestazzjoni għandha impatt negattiv fuq il-prijoritajiet tal-awditjar emerġenti tagħha u tal-Unjoni; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Qorti li tirritorna għar-rapportar dwar il-prestazzjoni skont il-linji li kienu jintużaw qabel fil-kapitolu 3 tar-Rapport Annwali; jirrimarka li minħabba l-iskadenzi legali stabbiliti, il-Qorti tista’ ssibha diffiċli li tinkludi l-valutazzjoni tagħha tar-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni fir-Rapport Annwali tagħha; jitlob lill-Qorti tqis ir-Rapporti Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni fir-rapportar annwali tagħha jew permezz ta’ dokument separat jekk ikun meħtieġ sabiex jitqies l-eżerċizzju annwali ta’ kwittanza; ifakkar fil-fatt li l-persunal tal-Qorti diġà żdied fl-2023 sabiex iqis iż-żieda fl-ammont ta’ xogħol minħabba n-Next Generation EU;

65.

Jilqa’ l-fatt li l-Qorti sabet li hemm qafas stabbilit fil-QFP tal-2021–2027 biex jiġu indirizzati l-aktar prijoritajiet orizzontali, li programmi magħżula ta’ nfiq tal-Unjoni jinkorporaw il-prijoritajiet ta’ politika orizzontali li għażlet il-Qorti, u li l-Kummissjoni żviluppat metodi biex iżżomm rendikont tal-infiq għal xi prijoritajiet orizzontali;

66.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni jipprovdi konklużjonijiet pożittivi żżejjed dwar il-progress li sar lejn il-miri ta’ integrazzjoni, li hemm ftit informazzjoni disponibbli dwar jekk l-infiq jikkontribwixxix b’mod sinifikattiv għal diversi prijoritajiet fl-istess ħin, li l-qafas ta’ prestazzjoni tal-Kummissjoni huwa ffukat l-aktar fuq l-outputs u għadu ma jkejjilx l-eżiti, u li r-rieżami tal-Kummissjoni tal-informazzjoni rrapportata jiffaċċja sfidi;

67.

Jinnota li, skont il-Kummissjoni, il-prijoritajiet tal-klima u tal-bijodiversità huma integrati fil-qafas ta’ prestazzjoni; iżda jinnota bi tħassib kbir is-sejbiet addizzjonali tal-Qorti fir-Rapport Speċjali 09/2022 tagħha “L-infiq fuq il-klima fil-baġit tal-UE għall-perjodu 2014–2020”; huwa inkwetat li l-infiq irrapportat mhux dejjem huwa rilevanti għall-azzjoni klimatika u li l-kontribuzzjoni baġitarja tal-Unjoni għall-klima u l-bijodiversità hija esaġerata; jinnota b’aktar tħassib is-sejbiet tal-Qorti li r-rapportar ġenerali dwar l-infiq fuq il-klima ma kienx affidabbli, peress li kien jinvolvi approssimazzjoni sinifikanti u kien iżomm rendikont biss tal-impatt pożittiv potenzjali fuq il-klima mingħajr ma evalwa l-kontribut finali għall-għanijiet klimatiċi tal-Unjoni; jinnota bi tħassib li r-riskju li l-ammonti ppjanati jew impenjati ma jintnefqux, jista’ jkompli jżid l-infiq fuq il-klima rrapportat; huwa inkwetat li l-Qorti sabet li huwa mistenni biss titjib limitat fir-rapportar klimatiku tal-2021–2027; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni għadha ma indirizzatx in-nuqqasijiet fiċ-ċifri rrapportati tal-metodoloġija l-ġdida tagħha; jesprimi dispjaċir profond għar-reazzjoni tal-Kummissjoni li tindika nuqqas ta’ responsabbiltà u l-mankanza li jiġu rikonoxxuti b’mod sħiħ in-nuqqasijiet fil-metodoloġija tagħha; ma jistax jaċċetta d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar “naqbel li ma naqbilx” mal-Membri tal-awtorità ta’ kwittanza minħabba l-fatt li, skont il-Qorti, l-ammont irrapportat li ntnefaq fuq l-azzjoni klimatika kien ġie stmat iżżejjed b’tal-anqas EUR 72 biljun għall-perjodu 2014–2020;

68.

Huwa inkwetat dwar in-nuqqas potenzjali ta’ analiżi komprensiva tal-infiq preċedenti, inkluż il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta; huwa tal-fehma li huma meħtieġa valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi biex tiġi żgurata l-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni; iqis ir-rwol tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju bħala fundamentali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa għodod u proċeduri li jippermettu l-użu effiċjenti tal-għarfien espert disponibbli għaliha; jistieden lill-Kummissjoni tiġġustifika b’mod espliċitu l-każijiet fejn ma taqbilx mar-rakkomandazzjonijiet;

69.

Jinnota li sar progress fl-inkorporazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-qafas ta’ prestazzjoni; jinnota bi tħassib kbir li, minbarra bosta diskussjonijiet tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Parlament, il-Qorti identifikat dgħufijiet fl-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-ewwel stima mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni ġenerali tal-baġit tal-Unjoni għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri kienet affettwata minn dgħufijiet; jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni qed tkompli timplimenta l-programmi tal-Unjoni mingħajr miri ta’ nfiq u bi ftit indikaturi biss fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tippromwovi bilanċ bejn il-ġeneri kif ukoll approċċ ta’ bbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru fil-fondi allokati; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa b’mod urġenti metodoloġija għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri sabiex tintegra perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-oqsma kollha ta’ politika;

70.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li hemm informazzjoni limitata disponibbli dwar il-progress tal-programmi tal-Unjoni fir-rigward tal-SDGs; jinnota bi tħassib li l-ħidma preċedenti mill-Qorti turi li l-Kummissjoni ma tirrapportax dwar il-kontribuzzjoni tal-baġit għall-SDGs; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni bdiet tirrapporta dwar ir-rabtiet bejn il-programmi ta’ nfiq tal-Unjoni u l-SDGs;

71.

Jilqa’ l-fatt li t-tranżizzjoni diġitali hija prijorità ġdida; jifhem li l-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni dwar il-kontribut għat-tranżizzjoni diġitali għal programmi speċifiċi u jistenna l-aktar valutazzjoni reċenti mill-Qorti dwar l-affidabbiltà tar-rapportar tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din il-prijorità;

Rakkomandazzjonijiet

72.

Jappoġġja bil-qawwa r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha kif ukoll fir-rapporti speċjali relatati; jistieden lill-Kummissjoni timplimentahom mingħajr dewmien u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress tal-implimentazzjoni;

73.

Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni:

(a)

ittejjeb ir-rapportar tal-prestazzjoni fl-oqsma indikati hawn fuq, inkluż il-klima, l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-bilanċ ġeografiku;

(b).

issegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti biex l-infiq tal-Unjoni jintrabat aħjar mal-objettivi tagħha dwar il-klima, il-bijodiversità, l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-enerġija;

(c)

tipprovdi evalwazzjoni ċara u komprensiva tal-prestazzjoni tal-programmi fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni;

74.

Jenfasizza l-fatt li l-awtorità ta’ kwittanza tagħti importanza kbira lill-implimentazzjoni sħiħa u f’waqtha ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet mill-Qorti u se tivvaluta s-sitwazzjoni bir-reqqa fir-rapport ta’ kwittanza li jmiss;

Dħul

75.

Jinnota li d-dħul tal-baġit tal-Unjoni jinkludi riżorsi proprji, dħul assenjat estern li jiffinanzja l-aktar in-nefqa tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u dħul ieħor; jinnota li r-riżorsa proprja nazzjonali grossa bbażata fuq l-introjtu tirrappreżenta EUR 115,8-il biljun (48,2 %), l-operazzjonijiet ta’ self u ta’ teħid b’self ta’ garanziji baġitarji fil-kuntest tan-Next Generation EU jammontaw għal EUR 55,5 biljun (23,2 %), il-kontribuzzjonijiet u r-rifużjonijiet marbuta mal-ftehimiet u l-programmi tal-Unjoni jammontaw għal EUR 19,8-il biljun (8,3 %), ir-riżorsi proprji tradizzjonali jammontaw għal EUR 19,0-il biljun (7,9 %), ir-riżorsa proprja bbażata fuq il-valur miżjud tat-taxxa tammonta għal EUR 17,9-il biljun (7,5 %), ir-riżorsa proprja tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik tammonta għal EUR 5,9 biljun (2,5 %), u dħul ieħor jammonta għal EUR 5,7 biljun (2,4 %);

76.

Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun ta’ 55 ordni ta’ rkupru tal-Kummissjoni, imfassla biex ikunu rappreżentattivi tas-sorsi kollha ta’ dħul, tas-sistemi tal-Kummissjoni għall-iżgurar u l-ġestjoni tar-riżorsi proprji differenti, tas-sistemi għall-kontabbiltà u l-ġestjoni tar-riżorsi proprji tradizzjonali fi tliet Stati Membri, u l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar ir-regolarità li tinsab fir-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ BUDG u tal-Eurostat;

77.

Jinnota li l-Qorti tikkonkludi li l-livell ta’ żball fid-dħul ma kienx materjali; jinnota li s-sistemi relatati mad-dħul eżaminati kienu ġeneralment effettivi iżda li l-kontrolli interni ewlenin tar-riżorsi proprji tradizzjonali f’ċerti Stati Membri u l-ġestjoni tar-riżervi tal-VAT u l-punti miftuħa tar-riżorsi proprji tradizzjonali fil-Kummissjoni nstabu li kienu parzjalment effettivi biss minħabba dgħufijiet persistenti;

78.

Jinnota bi tħassib li d-dazji doganali jew hemm riskju li ma jiġux iddikjarati jew li jiġu ddikjarati b’mod skorrett mill-importaturi lill-awtoritajiet doganali nazzjonali; jenfasizza li dawn l-ammonti evażi, magħrufa bħala d-“distakk doganali”, ma jaqgħux fis-sistemi tal-kontabbiltà tar-riżorsi proprji tradizzjonali tal-Istati Membri u ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-opinjoni tal-awditjar tal-Qorti dwar id-dħul; jinnota bi tħassib li d-distakk doganali jista’ jaffettwa l-ammonti ta’ dazji stabbiliti mill-Istati Membri; huwa inkwetat li, skont il-Qorti, għat-tielet sena konsekuttiva, l-azzjonijiet tal-Unjoni meħuda biex jitnaqqas id-distakk u jiġi mmitigat ir-riskju tar-riżorsi proprji tradizzjonali mhumiex kompluti; huwa inkwetat li dgħufijiet serji fil-kontabbiltà u l-ġestjoni tal-Istati Membri tar-riżorsi proprji tradizzjonali ilhom jippersistu għal diversi snin; jinnota bi tħassib il-progress insuffiċjenti dwar għadd ta’ azzjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni Doganali tal-Kummissjoni;

79.

Jilqa’ l-fatt li l-għadd ta’ punti tar-riżorsi proprji tradizzjonali miftuħa li ilhom pendenti naqas b’mod sinifikanti bejn l-2019 u l-2021, u li l-Kummissjoni aġġornat il-proċedura tagħha għall-ipproċessar tar-riżultati tal-ispezzjoni tar-riżorsi proprji tradizzjonali, filwaqt li jħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi sistema għall-klassifikazzjoni tan-nuqqasijiet tal-Istati Membri skont il-prijorità u tistabbilixxi skadenzi għall-azzjonijiet ta’ segwitu tagħhom skont fuq it-tweġibiet tal-Istati Membri;

80.

Jinnota li għas-sitt sena konsekuttiva, id-DĠ BUDG żamm ir-riżerva li l-ammonti tar-riżorsi proprji tradizzjonali li ġew ittrasferiti għall-baġit tal-Unjoni mhumiex preċiżi minħabba s-sottovalutazzjoni ta’ tessuti u żraben importati miċ-Ċina matul il-perjodu mill-2011 sal-2017; jinnota li fit-8 ta’ Marzu 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ppubblikat id-deċiżjoni finali tagħha dwar il-każ ta’ ksur tal-Kummissjoni kontra r-Renju Unit u kkonkludiet li r-Renju Unit naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont id-dritt tal-Unjoni fir-rigward tar-riżorsi proprji;

Rakkomandazzjonijiet

81.

Jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha kif ukoll fir-rapporti speċjali relatati; jistieden lill-Kummissjoni timplimentahom mingħajr dewmien u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress tal-implimentazzjoni;

82.

Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni:

(a)

ittejjeb il-valutazzjoni tar-riskji finanzjarji għar-riżorsi proprji tradizzjonali billi timplimenta l-miżuri rilevanti tal-Pjan ta’ Azzjoni Doganali tagħha f’waqthom;

(b)

tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku minn sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rapportar, il-monitoraġġ u l-awditjar u tistabbilixxi b’mod urġenti sistema integrata u interoperabbli li tibni fuq għodod u bażijiet ta’ data eżistenti iżda mhux limitata għalihom;

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

83.

Jinnota li l-intestatura 1 “Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali” tal-QFP tirrappreżenta 10,2 % jew EUR 18,5-il biljun tal-baġit tal-Unjoni: minn dan l-ammont, EUR 10,8 biljun (58,7 %) jintefqu fuq ir-riċerka, EUR 2,6 biljun (13,9 %) fuq l-Ispazju, EUR 2,2 biljun (11,8 %) fuq it-Trasport, l-Enerġija u s-settur Diġitali, EUR 1,5 biljun fuq InvestEU, u EUR 1,4 biljun (7,4 %) fuq oqsma oħra;

84.

Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun rappreżentattiv tal-istatistika ta’ 130 tranżazzjoni li jkopru l-firxa sħiħa ta’ nfiq taħt fl-ambitu ta’ din l-intestatura tal-QFP, l-informazzjoni dwar ir-regolarità fir-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u finanzjarji (DĠ ECFIN), tad-DĠ RTD u tal-REA, li huwa inkluż fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Kummissjoni, u fis-sistemi tal-IT magħżula tal-Kummissjoni;

85.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet li l-livell stmat ta’ żball fl-infiq fl-intestatura “Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali” kien materjali, u laħaq 4,4 %, meta mqabbel ma’ 3,9 % fis-sena preċedenti; huwa inkwetat li r-riskju stmat fil-waqt tal-pagament ikkalkolat mill-Kummissjoni huwa ta’ 1,3 %, li huwa kemm taħt il-livell limitu ta’ materjalità kif ukoll taħt il-firxa tal-livell stmat ta’ żball tal-Qorti; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li, minkejja l-miżuri li diġà ttieħdu mill-Kummissjoni, ir-rata ta’ żball tagħha għadha sottovalutata;

86.

Jinnota li l-Orizzont 2020 għadu jirrappreżenta l-maġġoranza tal-proġetti fil-kampjun tal-Qorti, jinnota li l-ebda proġett ta’ Orizzont Ewropa għadu ma ntgħażel għall-awditjar, jirrimarka li l-infiq tal-Orizzont 2020 u tas-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007–2013) għadu ta’ riskju għoli u huwa sors ewlieni tal-iżbalji identifikati;

87.

Jinnota bi tħassib li r-regoli għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż għall-persunal fl-ambitu tal-Orizzont 2020 għadhom kumplessi, minkejja li saru sforzi għas-simplifikazzjoni, u l-kalkolu tagħhom għadu sors prinċipali ta’ żball fit-talbiet dwar l-ispejjeż; jesprimi dispjaċir għall-fatt li waħda mill-kawżi ewlenin ta’ żball hija l-applikazzjoni skorretta tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-ispejjeż għall-persunal; jilqa’ d-dispożizzjoni fl-ambitu tas-suċċessur tiegħu, Orizzont Ewropa, ta’ użu akbar ta’ somom f’daqqa u spejjeż unitarji għall-ispejjeż tal-persunal; jenfasizza, għaldaqstant, li l-Kummissjoni għandha trawwem u tiffaċilita aktar s-simplifikazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-persunal u tippromwovi użu aktar mifrux ta’ għażliet ta’ spejjeż issimplifikati, bħala prekundizzjonijiet biex ir-rati ta’ żball jiġu stabbilizzati taħt il-livell limitu ta’ materjalità; jiġbed l-attenzjoni għall-osservazzjoni tal-Qorti li entitajiet privati, b’mod partikolari SMEs u parteċipanti ġodda, huma suxxettibbli għal żball;

88.

Jinnota li, fl-2021, appoġġ speċifiku fl-ambitu tal-Programm tas-Suq Uniku pproduċa riżultati fir-rigward tal-iskambji ta’ prattika tajba u stejjer ta’ suċċess fl-appoġġ tal-inizjattivi tal-ekonomija soċjali fil-livell lokali u reġjonali u l-bażi tan-Network Ewropew tar-reġjuni għall-Ekonomija Soċjali; jinnota li, fl-2021, il-Kummissjoni mexxiet kampanja biex tippromwovi s-sit web “Aċċess għall-Finanzi” (A2F), sensiela ta’ webinars dwar “Strumenti ta’ appoġġ tal-UE għall-SMEs” u kampanja ddedikata għall-pjattaformi ta’ komunikazzjoni soċjali (Outreach to Businesses and Citizens) b’enfasi fuq l-appoġġ għan-negozju transfruntier u l-opportunitajiet għall-SMEs;

89.

Jieħu nota li l-Qorti fir-Rapport Speċjali 15/2022 tagħha sabet li “Il-miżuri biex titwessa’ l-parteċipazzjoni f’Orizzont 2020 tfasslu tajjeb, iżda bidla sostenibbli se tiddependi l-aktar fuq l-isforzi mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali” filwaqt li t-tfassil tal-miżuri ta’ twessigħ kien fil-biċċa l-kbira xieraq iżda dawn jistgħu jagħtu bidu biss għall-progress fil-prestazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni; jilqa’ l-fatt li l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ twessigħ iffaċċjat sfidi iżda qiegħda turi l-ewwel riżultati; jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni ma għamlet l-ebda arranġament suffiċjenti għall-monitoraġġ tal-impatt tal-miżuri ta’ twessigħ; jenfasizza l-konklużjoni tal-Qorti li biex jiġu evitati sitwazzjonijiet li fihom il-biċċa l-kbira mill-proġetti tat-twessigħ tal-parteċipazzjoni jmorru għand ftit pajjiżi biss, il-Kummissjoni għandha timmonitorja mill-qrib il-livelli ta’ parteċipazzjoni fil-miżuri ta’ twessigħ fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa u, jekk jirriżultaw żbilanċi sinifikanti kontinwi, tintroduċi miżuri biex tinkiseb xejra usa’ tal-parteċipazzjoni;

90.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti, fir-Rapport Speċjali 07/2022 tagħha “Strumenti ta’ internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs”, sabet li l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni tal-istrateġija ta’ internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs ma kinitx kompluta; jilqa’ l-fatt li n-Network Enterprise Europe qiegħed jilħaq il-miri ewlenin tiegħu iżda jesprimi dispjaċir għall-fatt li hemm viżibbiltà u kopertura subottimali f’pajjiżi terzi; jinnota li Startup Europe indirizzat ħtiġijiet importanti, iżda li l-Qorti sabet li s-sostenibbiltà, il-monitoraġġ u l-koordinazzjoni huma varjabbli;

Rakkomandazzjonijiet

91.

Jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha kif ukoll fir-rapporti speċjali relatati; jistieden lill-Kummissjoni timplimentahom mingħajr dewmien u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress tal-implimentazzjoni;

92.

Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni:

(a)

tissimplifika r-regoli u l-proċeduri, tiżviluppa sessjonijiet ta’ taħriġ obbligatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, b’mod partikolari applikanti ġodda, u ttejjeb l-assistenza u l-linji gwida għall-SMEs, l-ispin-offs, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha mingħajr ma tiġi kompromessa l-kwalità tal-kontrolli;

(b)

toħroġ gwida lill-benefiċjarji dwar id-differenzi speċifiċi, li tiffoka fuq l-aspetti tal-eliġibbiltà fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa, bi tqabbil ma’ Orizzont 2020 u programmi simili;

(c)

tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku tas-sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rapportar, il-monitoraġġ u l-awditjar; u tistabbilixxi b’mod urġenti sistema integrata u interoperabbli li tibni fuq għodod u bażijiet ta’ data eżistenti, iżda mhux limitata għalihom;

(d)

fil-kuntest ta’ miżuri ta’ twessigħ, timmira lejn parteċipazzjoni aktar bilanċjata tal-pajjiżi ta’ twessigħ;

(e)

tipprovdi appoġġ, tippromwovi kuntatti bejn il-benefiċjarji tal-proġetti u s-sħab industrijali potenzjali, b’mod partikolari permezz ta’ inizjattivi eżistenti tal-Unjoni li għandhom l-għan li joħolqu rabtiet bejn ir-riċerka u n-negozju, u li tkompli tappoġġja l-viżibbiltà tal-proġetti billi tħeġġeġ lill-benefiċjarji jipprovdu aġġornamenti regolari tar-riżultati tal-proġetti u jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku fuq il-pjattaformi tal-Unjoni stabbiliti għal dak il-għan;

(f)

iżżid is-sensibilizzazzjoni, il-koerenza u s-sostenibbiltà tal-appoġġ li jingħata għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs; itenni l-ħtieġa li jiġu ssimplifikati r-regoli u l-proċeduri, jiġu żviluppati sessjonijiet ta’ taħriġ obbligatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, b’mod partikolari applikanti ġodda, u jittejbu l-assistenza u l-linji gwida għall-SMEs, l-ispin-offs, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet interessati rilevanti l-oħra kollha;

Koeżjoni, reżiljenza u valuri

93.

Jinnota li l-intestatura 2 “Koeżjoni, reżiljenza u valuri” tal-QFP tirrappreżenta 44,1 % jew EUR 80,1 biljun tal-baġit tal-Unjoni: minn dan l-ammont, EUR 45,5 biljun (56,9 %) jintefqu fuq il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u fuq operazzjonijiet reġjonali oħra, EUR 19,4-il biljun (24,2 %) fuq il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), EUR 9,7 biljun (12,1 %) fuq il-Fond ta’ Koeżjoni (FK), EUR 2,4 biljun (3,0 %) fuq l-Erasmus+, EUR 1,0 biljun (1,2 %) fuq it-Trasport tal-FNE, EUR 0,6 biljun (0,7 %) fuq il-Fondi SIE u EUR 1,5 biljun (1,9 %) fuq oqsma oħra;

94.

Jilqa’ ż-żieda fl-użu fl-2021, meta EUR 56 biljun f’finanzjament mill-FEŻR/FK ġew żborżati mill-baġit tal-Unjoni, meta mqabbla ma’ medja ta’ EUR 40,6 biljun fis-snin preċedenti, li rriżulta f’rata ta’ nfiq ta’ madwar 75 % fl-aħħar ta’ Novembru 2022 (meta mqabbla ma’ 67 % fi tmiem l-2021); jinnota b’sodisfazzjon li, sal-aħħar ta’ Ġunju 2022, kważi miljun proġett (988 000) kienu ntgħażlu fuq il-post;

95.

Jirrimarka li l-finanzjament mill-FEŻR, il-FK u l-FSUE kellu rwol ċentrali fit-trażżin tal-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19, l-inkoraġġiment tal-konverġenza u l-iżgurar li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura; jinnota l-flessibbiltà eċċezzjonali offruta fl-ambitu tas-CRII+ u l-iżborż li rriżulta ta’ madwar EUR 23 biljun mill-approprjazzjonijiet baġitarji mhux allokati għall-2014–2020; jinnota li ġie allokat ukoll finanzjament addizzjonali ta’ REACT-EU ta’ EUR 50,6 biljun għal miżuri ta’ tiswija u rkupru mill-kriżi sal-2023 biex jitnaqqas id-distakk bejn ir-rispons inizjali għall-kriżijiet u l-irkupru fit-tul;

96.

Jinnota b’sodisfazzjon li REACT-EU kien l-ewwel strument Next Generation EU biex jidderieġi appoġġ effettiv lejn l-ekonomija, in-negozji u l-ħaddiema Ewropej fuq il-post u li pprovda, fost l-oħrajn, aktar minn EUR 4,6 biljun fil-forma ta’ għotjiet permezz ta’ kapital operatorju għal aktar minn 754 000 SME, EUR 4,4 biljun allokati speċifikament għal miżuri tal-kura tas-saħħa biex tiġi miġġielda l-pandemija tal-COVID-19 u EUR 2 biljun minn dan l-ammont għax-xiri ta’ tagħmir mediku għall-isptarijiet; jinnota li dan il-finanzjament essenzjali pprovda 13 200 ventilatur u 12 500 sodda tal-isptarijiet għal unitajiet ta’ kura intensiva u li EUR 372 miljun f’finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni marru għall-ispejjeż kollha tat-tilqim, inklużi 133 miljun vaċċin kontra l-COVID-19 u l-infrastruttura tar-refriġerazzjoni meħtieġa;

97.

Jinnota b’sodisfazzjoni li, fl-2021, l-Istrumenti Finanzjarji tal-EaSI (li jinkludu l-Garanzija tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali tal-EaSI, it-Tieqa tal-EaSI għall-Investimenti ta’ Bini ta’ Kapaċità u l-Istrument Iffinanzjat mill-EaSI) komplew jappoġġjaw mikrointrapriżi u intrapriżi soċjali u li mindu tnediet sat-30 ta’ Settembru 2021, ġew iffirmati ftehimiet ta’ garanzija b’valur ta’ EUR 401 miljun u rriżultaw f’total ta’ 154 137 self lil mikrointrapriżi u intrapriżi soċjali b’valur totali ta’ EUR 2,5 biljun; jiddispjaċih, madankollu, bil-fatt li l-EaSI fl-2021 beda tard minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u kwistjonijiet oħrajn;

98.

Jinnota li, bħala medja, aktar minn persuna waħda minn kull ħamsa u wieħed minn kull erbat itfal għadhom f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali fl-Unjoni; ifakkar fl-impenn tal-Unjoni biex tagħti appoġġ lill-persuni l-aktar fil-bżonn permezz tal-FEAD u tal-FSE+, billi ttaffi l-agħar forom ta’ faqar fl-Unjoni, bħall-privazzjoni tal-ikel, il-problema ta’ persuni mingħajr dar u l-faqar fost it-tfal; jinnota li madwar 13-il miljun persuna, inklużi madwar 4 miljun tifel u tifla taħt l-età ta’ 15-il sena, jiġu appoġġjati mill-FEAD kull sena;

99.

Jilqa’ l-kooperazzjoni mill-qrib tal-Kummissjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri biex titħaffef l-implimentazzjoni fuq il-post, speċjalment fil-każ ta’ programmi meqjusa li jinsabu f’diffikultà, u biex tgħinhom jindirizzaw problemi ewlenin f’dan ir-rigward; jinnota li l-Kummissjoni pprovdiet gwida bikrija lill-Istati Membri biex jiżguraw li kellhom biżżejjed żmien biex iħejju għall-għeluq tal-perjodu ta’ programmazzjoni u, f’Ottubru 2021, adottat il-linji gwida rilevanti, li ġew trażmessi lill-Istati Membri fil-forma ta’ webinars u korsijiet ta’ taħriġ;

100.

Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun statistikament rappreżentattiv ta’ 243 tranżazzjoni li jkopru l-firxa sħiħa ta’ nfiq fl-ambitu ta’ din l-intestatura tal-QFP; jinnota li l-Qorti eżaminat l-informazzjoni dwar ir-regolarità mogħtija fir-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ EMPL u tad-DĠ REGIO u mbagħad ġiet inkluża fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Kummissjoni, kif ukoll fil-ħidma mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar;

101.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet li l-livell ta’ żball fl-infiq fl-intestatura “Koeżjoni, reżiljenza u valuri” kien materjali u għall-intestatura 2 tal-QFP, il-livell globali stmat ta’ żball kien 3,6 %, meta mqabbel ma’ 3,5 % fis-sena preċedenti; jinnota li l-infiq fl-ambitu tas-subintestatura 2a kellu livell stmat ta’ żball ta’ 4,1 %; jirrimarka li l-Kummissjoni rrapportat riskju kkombinat fil-waqt tal-pagament għall-intestatura 2 kollha kemm hi ta’ bejn 1,7 % u 2,3 %, filwaqt li għas-subintestatura 2a, il-Kummissjoni stmat ir-riskju fil-waqt tal-pagament huwa ta’ bejn 1,8 % u 2,5 %; jiġbed l-attenzjoni għad-differenza fiċ-ċifri bejn il-Kummissjoni u l-Qorti;

102.

Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tejbet il-metodoloġija tagħha għall-istima tar-riskju massimu, iżda jinnota bi tħassib li għad hemm riskji inerenti fil-mudell ta’ aċċertament tagħha; huwa inkwetat li l-Kummissjoni tipprovdi stima minima għal-livell ta’ żball li mhijiex finali; jinnota bi tħassib li l-Qorti tqis li r-rieżamijiet dokumentarji tal-Kummissjoni jistgħu jonqsu milli jidentifikaw u jikkoreġu n-nefqa irregolari u huma ta’ valur limitat fil-konferma tal-validità tar-rati ta’ żball totali residwi rrapportati mill-awtoritajiet tal-awditjar; huwa inkwetat li l-klassifikazzjoni tar-riskju tal-awtoritajiet tal-awditjar mhux dejjem tinfluwenza jekk jintgħażlux għal awditi tal-konformità;

103.

Jenfasizza li l-aktar żbalji komuni misjuba mill-Qorti kienu spejjeż ineliġibbli, proġetti ineliġibbli u ksur tar-regoli tas-suq intern, b’mod partikolari nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u ksur tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat;

104.

Jinnota bi tħassib li r-riżultati tal-awditjar tal-Qorti matul l-aħħar ħames snin juru li l-kontrolli attwalment stabbiliti għadhom ma jikkumpensawx biżżejjed ir-riskju inerenti għoli ta’ żball f’dan il-qasam, u li dan huwa partikolarment minnu għall-awtoritajiet maniġerjali, li l-verifiki tagħhom għadhom parzjalment ineffettivi għall-prevenzjoni jew għall-identifikazzjoni ta’ irregolaritajiet fin-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarji; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-kontribuzzjoni ewlenija għal-livell stmat ta’ żball ikkalkolat mill-Qorti f’dan il-qasam ġejja minn teħid dgħajjef ta’ deċiżjonijiet mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni, inkluża l-approvazzjoni ta’ proġetti ineliġibbli jew għajnuna illegali mill-Istat;

105.

Jinnota bi tħassib li għad hemm nuqqasijiet fil-mod kif l-awtoritajiet tal-awditjar iwettqu u jiddokumentaw il-ħidma tagħhom; huwa inkwetat minħabba l-fatt li l-Qorti sabet żbalji kwantifikabbli li ma kinux ġew identifikati qabel mill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar f’bosta każijiet meta wettqu mill-ġdid l-awditi tagħhom;

106.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti, fir-Rapport Speċjali 08/2022 tagħha “Appoġġ taħt il-FEŻR għall-kompetittività tal-SMEs” sabet li l-użu mill-Istati Membri tal-FEŻR biex itejbu l-kompetittività tal-SMEs ma kienx immirat biżżejjed; huwa inkwetat li l-appoġġ tal-FEŻR ma tejjibx b’mod sinifikanti l-kompetittività tal-SMEs appoġġjati, jieħu nota tas-sejba tal-Qorti li l-appoġġ ta’ proġetti awtonomi jillimita l-impatt potenzjali tal-FEŻR; jinnota bi tħassib li l-proċeduri tal-għażla tal-FEŻR mhumiex kompetittivi biżżejjed u l-biċċa l-kbira tal-appoġġ huwa pprovdut permezz ta’ għotjiet aktar milli permezz ta’ għajnuna li titħallas lura;

107.

Jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf kull finanzjament għall-Iżlamiżmu u lil organizzazzjonijiet b'rabtiet mal-Iżlamiżmu kif ukoll għal kampanji li jigglorifikaw jew jilleġittimizzaw il-Hijab;

Rakkomandazzjonijiet

108.

Jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha kif ukoll fir-rapporti speċjali relatati; jistieden lill-Kummissjoni timplimentahom mingħajr dewmien u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress tal-implimentazzjoni;

109.

Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni:

(a)

tkompli l-kooperazzjoni tagħha mal-Qorti sabiex tarmonizza ulterjorment l-istandards dwar id-data u tallinja l-interpretazzjoni tat-testi legali;

(b)

tagħmel l-użu ta’ għodod tal-IT bħal EDES u Arachne obbligatorju u sistematiku għall-fondi kollha tal-Unjoni inklużi b’ġestjoni kondiviża, u tiżgura użu aħjar ta’ teknoloġija ġdida sabiex iżżid il-kontrolli u tipproteġi l-baġit tal-Unjoni mill-frodi u mill-użu ħażin tal-fondi;

(c)

tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku minn sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rapportar, il-monitoraġġ u l-awditjar u tistabbilixxi b’mod urġenti sistema integrata u interoperabbli li tibni fuq għodod u bażijiet ta’ data eżistenti, iżda mhux limitata għalihom;

(d)

tirrapporta dwar l-awditi bikrija tas-sistema preventiva mwettqa fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni, sabiex tikkonferma l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll fl-Istati Membri, inkluża s-sistema stabbilita għall-prevenzjoni tal-irregolaritajiet;

(e)

taħdem flimkien mal-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri, biex tiżgura li r-riskju speċifiku ta’ finanzjament doppju, speċjalment bil-finanzjament tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jkun kopert sew mill-awditi nazzjonali; jenfasizza li l-Kummissjoni twettaq awditi tematiċi jew ta’ konformità, imfassla biex jimmiraw żoni u/jew Stati Membri b’riskju għoli;

(f)

tissimplifika r-regoli u l-proċeduri, tiżviluppa sessjonijiet ta’ taħriġ obbligatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, b’mod partikolari applikanti ġodda, u ttejjeb l-assistenza u l-linji gwida għall-SMEs, l-ispin-offs, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha mingħajr ma tiġi kompromessa l-kwalità tal-kontrolli;

Riżorsi naturali u ambjent

110.

Jinnota li l-intestatura 3 “Riżorsi Naturali u Ambjent” tal-QFP tirrappreżenta 31,3 % jew EUR 56,8 biljun tal-baġit tal-Unjoni: minn dan l-ammont, EUR 38,3 biljun (67,3 %) jintefqu fuq pagamenti diretti fl-ambitu tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), EUR 14,6-il biljun (25,7 %) fuq il-Fond Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), EUR 2,5 biljun (4,5 %) fuq nefqa relatata mas-suq fl-ambitu tal-FAEG, EUR 0,9 biljun (1,6 %) fuq l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, EUR 0,4 biljun (0,7 %) fuq l-Ambjent u l-Klima (LIFE), u EUR 0,1 biljun (0,2 %) fuq oqsma oħra;

111.

Jinnota li l-2021 kienet l-ewwel sena tal-perjodu tranżitorju tal-PAK ta’ sentejn li fih il-pakketti tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) li jiffurmaw parti mill-QFP 2021–2027 intużaw għall-implimentazzjoni tal-PAK skont ir-regoli tranżizzjonali, filwaqt li l-programmi ta’ żvilupp rurali għall-perjodu 2014–2020 ġew estiżi; jinnota wkoll li l-finanzjament tal-FAEG ta’ EUR 40,7 biljun, ibbaġitjat għall-2021 fl-ambitu tal-QFP 2021–2027, ġie impenjat u mħallas matul is-sena; jinnota li, mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-2021 għall-FAEŻR u n-Next Generation EU (EUR 17,7-il biljun), tħallas ammont ta’ EUR 624 miljun fl-2021, filwaqt li EUR 14-il biljun mill-pagamenti tal-2021 kienu relatati ma’ impenji li saru qabel l-2021;

112.

Jesprimi dispjaċir rigward l-użu insuffiċjenti tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd; jisħaq li minn pakkett tal-FEMS ta’ EUR 5,69 biljun disponibbli f’ġestjoni kondiviża għall-perjodu 2014–2020 ġew impenjati biss EUR 4,1 biljun sa tmiem l-2021, jinnota li n-nuqqas ta’ użu tal-FEMS mill-benefiċjarji potenzjali tiegħu probabbilment huwa dovut għad-diffikultà biex jitressqu applikazzjonijiet għal fondi u l-ipproċessar tagħhom, jitlob lill-Kummissjoni tanalizza r-raġunijiet;

113.

Jinnota li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll ġew adottati mill-Istati Membri biex jidentifikaw każijiet ta’ finanzjament doppju u li hemm fis-seħħ proċeduri biex jirrimedjaw sitwazzjonijiet bħal dawn jekk jinqalgħu; jinnota wkoll li, fejn jiġu identifikati dgħufijiet fil-kontrolli u l-proċeduri, il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda titjib lill-Istati Membri u, fejn xieraq, tagħmel aġġustamenti finanzjarji biex tipproteġi l-baġit tal-Unjoni;

114.

Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun statistikament rappreżentattiv ta’ 212-il tranżazzjoni li jkopru l-firxa sħiħa ta’ nfiq fl-ambitu ta’ din l-intestatura tal-QFP; jinnota li l-Qorti eżaminat ukoll l-informazzjoni dwar ir-regolarità mogħtija fir-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ AGRI u tad-DĠ CLIMA u mbagħad inkluditha fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Kummissjoni, kif ukoll fis-sistemi magħżula fl-Istati Membri;

115.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti sabet li l-livell ta’ żball fl-intestatura “Riżorsi naturali” kien qrib il-livell limitu ta’ materjalità, stmat li huwa ta’ 1,8 % meta mqabbel ma’ 2,0 % fl-eżerċizzju preċedenti, u li l-maġġoranza tal-iżbalji li nstabu affettwaw l-iżvilupp rurali u t-tranżazzjonijiet tal-miżuri tas-suq; jenfasizza li din iċ-ċifra hija konformi mal-istimi proprji tal-Kummissjoni; jirrimarka li d-DĠ AGRI kien jistma riskju fil-waqt tal-pagament (rata ta’ żball aġġustata) ta’ madwar 1,4 % għall-pagamenti diretti, 2,9 % għall-iżvilupp rurali u 2,1 % għall-miżuri tas-suq, li huwa konformi mas-sejbiet tal-Qorti; jirrimarka li dan l-allinjament bejn il-Qorti u l-istimi tal-iżbalji tal-Kummissjoni mhuwiex preżenti f’oqsma oħra tan-nefqa;

116.

Jenfasizza li l-aktar sors komuni ta’ żbalji misjuba mill-Qorti kien benefiċjarji jew nefqa ineliġibbli, segwit minn żbalji amministrattivi u nuqqas ta’ rispett tal-impenji agroambjentali; jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet f’diversi każijiet li l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu, jew jidentifikaw u jikkoreġu, l-iżball qabel ma jaċċettaw in-nefqa; jenfasizza li l-Qorti tqis li l-livell stmat ta’ żball għal dan il-kapitolu kien ikun 1,2 % aktar baxx kieku l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni (għall-ġestjoni diretta) għamlu użu xieraq mill-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħhom; jieħu nota tal-fatt li l-Qorti tqis li dan huwa żball amministrattiv minħabba l-mankanza li tintuża l-informazzjoni disponibbli;

117.

Jirrikonoxxi li l-pagamenti diretti, li jirrappreżentaw 67 % tan-nefqa, għandhom riskju ta’ żball aktar baxx; jinnota li dawn huma ġestiti permezz tas-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK), li tinkorpora s-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Irqajja’ tal-Art (LPIS); jieħu nota tal-fatt li l-Qorti tqis li s-SIAK, u b’mod partikolari l-LPIS, jifformaw sistema ta’ ġestjoni u kontroll effettiva biex tiżgura li l-pagamenti diretti fl-intier tagħhom ma jiġux affettwati minn żball materjali; jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet li l-iżvilupp rurali, il-miżuri tas-suq u pagamenti oħra, li jirrappreżentaw 33 % tan-nefqa, għandhom riskju ta’ żball ogħla;

118.

Jieħu nota tal-fatt li l-Qorti, fir-Rapport Speċjali 14/2022 tagħha “Ir-rispons tal-Kummissjoni għall-frodi fil-Politika Agrikola Komuni” sabet li r-riskji ta’ frodi jvarjaw bejn l-iskemi ta’ pagament tal-PAK; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni ħadet azzjoni dwar l-infiq fuq il-frodi; jesprimi dispjaċir għall-fatt li skont il-Qorti, l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni ma kinux proattivi biżżejjed fl-indirizzar tar-riski ta’ frodi, bħal ħtif tal-art b’mod illegali; jenfasizza li d-dgħufijiet fil-verifiki tal-Istati Membri huma suxxettibbli li jiġu sfruttati mill-frodaturi u li l-Kummissjoni għandha timmonitorja aħjar il-miżuri nazzjonali kontra l-frodi, tipprovdi gwida aktar konkreta, u tippromwovi l-użu ta’ teknoloġiji ġodda għall-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi; jinnota bi tħassib li xi aġenziji tal-pagamenti indikaw ħtieġa ta’ parir aktar prattiku mill-Kummissjoni;

119.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex tidentifika u tiġġieled il-frodi fil-pagamenti tal-PAK ma jwasslux għall-qerda sostanzjali tar-riskji u l-abbużi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta b’mod sistematiku l-użu tal-pagamenti tal-PAK billi tipprovdi l-lista tal-akbar benefiċjarji għal kull Stat Membru u tippubblikaha kif xieraq;

120.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti, fir-Rapport Speċjali 16/2022 tagħha “Data fil-Politika Agrikola Komuni” sabet li d-data u l-għodod attwali jagħtu biss parzjalment l-informazzjoni meħtieġa għal tfassil ta’ politika infurmat tajjeb fil-livell tal-Unjoni; jinnota li l-Qorti sabet li l-Kummissjoni għandha diversi inizjattivi biex tagħmel użu aħjar mid-data eżistenti; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Qorti sabet li għad hemm ostakli f’dan il-qasam;

121.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti, fir-Rapport Speċjali 10/2022 tagħha “Il-LEADER u l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jiffaċilitaw l-impenn lokali iżda l-benefiċċji addizzjonali għadhom ma jidhrux suffiċjentement” sabet li l-gruppi ta’ azzjoni lokali jiffaċilitaw l-involviment lokali iżda jinvolvu spejjeż addizzjonali u proċessi ta’ approvazzjoni bil-mod; huwa inkwetat li għadhom ma ntwerewx benefiċċji addizzjonali tal-LEADER u tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità;

122.

Ifakkar fl-importanza ta’ allokazzjoni ġusta tal-PAK, li minn naħa waħda għandha tevita kwalunkwe użu ħażin tal-fondi b’mod partikolari minn eliti, konglomerati kbar u individwi sinjuri politikament prominenti, u min-naħa l-oħra għandha tikkonċentra fuq bdiewa attivi, impenjati bis-sħiħ fl-attività agrikola;

Rakkomandazzjonijiet

123.

Jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha kif ukoll fir-rapporti speċjali relatati; jistieden lill-Kummissjoni timplimentahom mingħajr dewmien u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress tal-implimentazzjoni;

124.

Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni:

(a)

tissimplifika b’mod sostanzjali r-regoli u l-proċeduri, tiżviluppa sessjonijiet ta’ taħriġ obbligatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, b’mod partikolari applikanti ġodda, u ttejjeb l-assistenza u l-linji gwida għall-SMEs, l-ispin-offs, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha mingħajr ma tiġi kompromessa l-kwalità tal-kontrolli;

(b)

tagħmel użu aħjar u tħeġġeġ l-użu sistematiku tal-IA u tad-data minn teknoloġiji ġodda bħas-satelliti Copernicus Sentinel, li huma proprjetà tal-Unjoni, biex timmonitorja u tikkontrolla l-użu korrett tal-fondi tal-PAK;

(c)

tagħmel l-użu tal-għodda tal-IT, ARACHNE u EDES, obbligatorju u sistematiku għall-aġenziji tal-pagamenti, bħala għodda importanti li tista’ tintuża biex jiġu identifikati proġetti, benefiċjarji u kuntratturi f’riskju ta’ frodi;

(d)

tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku minn sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rapportar, il-monitoraġġ u l-awditjar u tistabbilixxi b’mod urġenti sistema integrata u interoperabbli li tibni fuq għodod u bażijiet ta’ data eżistenti, iżda mhux limitata għalihom;

(e)

tippreżenta emenda għar-regoli tal-PAK bil-għan li jiġi evitat li l-fondi tal-Unjoni jiġu żborżati fejn l-art tkun inkisbet bil-forza jew fejn is-sjieda tkun ġiet iddikjarata b’mod falz;

(f)

tiġbor u tippubblika data dwar l-akbar benefiċjarji tal-PAK madwar l-Istati Membri, inkluża d-data integrata minn fondi oħra tal-Unjoni;

Migrazzjoni u ġestjoni tal-fruntieri, Sigurtà u Difiża

125.

Jilqa’ l-ħolqien tal-intestatura 4 “Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri” tal-QFP għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027 peress li dan jissottolinja l-importanza tal-kwistjonijiet relatati għall-Unjoni kollha kemm hi u b’mod partikolari l-baġit tal-Unjoni; jinnota li din l-intestatura fl-2021 kienet tikkonċerna EUR 2,5 biljun f’pagamenti, mill-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (EUR 1,2 biljun), mill-Fond għas-Sigurtà Interna — Fruntieri u Viżi (EUR 0,4 biljun) u mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, il-Frontex u l-eu-LISA (EUR 0,9 biljun); jinnota li din in-nefqa tikkonċerna prinċipalment it-tlestija ta’ proġetti u skemi pendenti mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020;

126.

Jinnota li l-intestatura 5 “Sigurtà u difiża” tal-QFP kienet tikkonċerna EUR 0,7 biljun f’pagamenti, mill-Fond Ewropew għad-Difiża (EUR 0,2 biljun), mill-Fond għas-Sigurtà Interna — Pulizija (EUR 0,2 biljun), mill-aġenziji deċentralizzati (EUR 0,2 biljun), u mis-Sikurezza u d-dekummissjonar nukleari (EUR 0,1 biljun);

127.

Jinsab imħasseb li, mit-28 tranżazzjoni li eżaminat il-Qorti, disgħa (32 %) kienu affettwati minn żbalji, li l-Qorti kkwantifikat sitt żbalji li kellhom impatt fuq l-ammonti imposti fuq il-baġit tal-Unjoni, u li l-Qorti sabet ukoll sitt każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet legali u finanzjarji, mingħajr l-ebda impatt fuq il-baġit tal-Unjoni;

128.

Jinnota li l-Qorti rrieżaminat ukoll il-ħidma mwettqa minn tliet awtoritajiet tal-awditjar ta’ Stati Membri li awditjaw il-kontijiet annwali tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni/Fond għas-Sigurtà Interna tal-Istati Membri tagħhom; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Qorti identifikat nuqqasijiet fir-rapportar tagħha, relatati max-xogħol ta’ awditjar li sar fuq għażla ta’ proġetti, proċeduri ta’ akkwist, ittestjar inadegwat tal-eliġibbiltà tan-nefqa u rekord insuffiċjenti tal-awditjar jew dokumentazzjoni ħażina, li jirriżultaw f’mankanza li tiġi identifikata n-nefqa ineliġibbli, f’konklużjonijiet tal-awditjar mhux affidabbli u f’aċċertament limitat mill-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar; jinnota li l-Qorti fformulat rakkomandazzjonijiet biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati;

129.

Jinnota mit-tweġibiet tal-Kummissarju għall-mistoqsijiet bil-miktub li l-SMEs jipparteċipaw f’sejħiet mill-FEŻ u jikkonsistu f’43 % tal-entitajiet involuti fil-proposti magħżula; jinnota li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ tekniku ġenerali lill-benefiċjarji potenzjali ta’ fondi mill-Fond Ewropew għad-Difiża permezz tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti; jinnota wkoll li l-Kummissjoni tqis li l-parteċipazzjoni tal-SMEs f’sejħiet mill-FEŻ hija appoġġjata permezz ta’ għażliet ta’ spejjeż issimplifikati, li huma ta’ benefiċċju għall-parteċipanti kollha, u l-organizzazzjoni ta’ jiem ta’ informazzjoni; iqis li għall-SMEs dan jista’ ma jkunx biżżejjed minħabba l-problemi li jiltaqgħu magħhom dawn l-intrapriżi, li prinċipalment jirrigwardaw nuqqas ta’ għarfien speċifiku dwar il-finanzjament tal-Unjoni u l-kapaċità amministrattiva;

130.

Jinnota b’sodisfazzjon li, fl-ewwel sena tas-sejħiet għal proposti tal-FEŻ (2021), 692 entità “unika” mill-Istati Membri kollha (ħlief Malta) u n-Norveġja kienu involuti fil-proċedura finali li wasslet għall-għażla ta’ 61 proposta, li jindika kemm il-livell għoli ta’ parteċipazzjoni kif ukoll il-livell ta’ kooperazzjoni transfruntiera; jinnota wkoll li, bħala medja, entitajiet minn madwar tmien Stati Membri kienu involuti fi proposta magħżula għall-finanzjament;

Rakkomandazzjonijiet

131.

Jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha kif ukoll fir-rapporti speċjali relatati; jistieden lill-Kummissjoni timplimentahom mingħajr dewmien u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress tal-implimentazzjoni;

132.

Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tikkunsidra l-attivitajiet użati miċ-Ċentru Komuni ta’ Implimentazzjoni fl-RTD għall-Fondi ta’ Orizzont Ewropa b’appoġġ għall-SMEs, bħal webinars u jiem tal-koordinaturi, u tikkopja elementi ta’ suċċess fl-approċċ għall-FEŻ taċ-Ċentru ta’ Implimentazzjoni Komuni fl-RTD, b’mod partikolari biex jingħata għarfien aktar speċifiku tal-finanzjament tal-Unjoni lill-SMEs u jitnaqqas il-piż amministrattiv għalihom;

133.

Jistieden lill-Qorti tikkunsidra li tirrifletti l-intestaturi differenti tal-QFP fir-Rapport Annwali tagħha billi tiddedika kapitolu speċifiku għal kull intestatura;

Il-Viċinat u d-Dinja

134.

Jilqa’ l-adozzjoni tal-NDICI-Ewropa Globali fl-2021 bħala l-istrument ta’ finanzjament ewlieni fl-ambitu ta’ din l-intestatura tal-QFP, bl-objettiv tiegħu li jirrispetta u jippromwovi l-valuri, il-prinċipji u l-interessi fundamentali tal-Unjoni madwar id-dinja, u li jgħin fil-promozzjoni tal-multilateraliżmu u ta’ sħubijiet aktar b’saħħithom ma’ pajjiżi mhux tal-Unjoni; jinnota li l-NDICI-Ewropa Globali jirrifletti bidla kbira meta mqabbla mal-QFP tal-2014–2020, bl-integrazzjoni tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, li qabel kienu ffinanzjati mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp, fil-baġit ġenerali tal-Unjoni; jesprimi dispjaċir għall-fatt li hemm nuqqas ta’ approċċ aktar integrat fil-proġetti ta’ żvilupp globali;

135.

Ifakkar fil-fatt li d-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DĠ DEVCO) ġie organizzat mill-ġdid fis-16 ta’ Jannar 2021 u sar id-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali (DĠ INTPA); jilqa’ l-konsolidazzjoni tar-riżorsi fil-qasam tas-sħubijiet internazzjonali bl-introduzzjoni tal-NDICI — Ewropa Globali u anke permezz tal-approċċ Tim Ewropa;

136.

Jinnota li fl-2021, il-pagamenti għall-intestatura“Il-Viċinat u d-Dinja” kienu jammontaw għal EUR 10,9 biljun; jinnota li dawn il-pagamenti ġew żborżati bl-użu ta’ varjetà ta’ strumenti u metodi ta’ konsenja; jinnota bi tħassib li l-Qorti tikkwalifika r-riskju ta’ żball f’din l-intestatura tal-QFP bħala “għoli”, bi 32 minn 67 tranżazzjoni awditjati (48 %) affettwati minn żbalji;

137.

Jinnota li l-Qorti sabet 12-il każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet legali u finanzjarji li ma kellhomx impatt fuq il-baġit tal-Unjoni, iżda madankollu jimminaw il-ġestjoni finanzjarja tajba u għandhom il-potenzjal li jagħmlu l-ispejjeż ineliġibbli; jinnota li dawn il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità huma relatati mal-għażla ta’ proġetti u mal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist u mas-sottomissjoni ta’ dokumentazzjoni ta’ sostenn għat-talbiet dwar l-ispejjeż;

138.

Jinnota r-riżultati tas-seba’ studju dwar ir-rata ta’ żball residwu mwettaq fl-2021 mid-DĠ NEAR, u b’mod partikolari r-rata ta’ żball residwu ġenerali li nstabet li kienet 1,05 %, taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ 2 %; jinnota l-limitazzjonijiet li identifikat il-Qorti fir-rigward tal-metodoloġija biex tiddetermina r-rata ta’ żball residwu, b’mod partikolari li sehem sostanzjali tan-nefqa tad-DĠ NEAR ma jiġix ikkunsidrat fil-popolazzjoni tal-kampjunar tar-rata ta’ żball residwu, li l-Qorti tqis li ġġorr ir-riskju li l-iżbalji jibqgħu ma jiġux identifikati; huwa partikolarment inkwetat li d-DĠ NEAR ma ddivulgax il-limitazzjonijiet fir-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu tal-2021;

139.

Jinnota r-riżultati tal-istudju dwar ir-rata ta’ żball residwu għall-2021 imwettaq mid-DĠ INTPA, li jiddistingwi r-rata ta’ żball residwu għall-fondi implimentati mill-baġit tal-Unjoni (1,45 %) u l-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (0,91 %); jilqa’ l-fatt li d-DĠ INTPA jindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-rigward tal-osservazzjonijiet tal-awditjar dwar ir-rata ta’ żball residwu; jinnota l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mid-DĠ INTPA dwar il-metodoloġija tar-rata ta’ żball residwu tiegħu u d-distinzjoni bejn ir-rata ta’ żball residwu u x-xogħol tal-awditjar li sar, u l-konklużjonijiet li jirriżultaw minn dik il-ħidma, mill-Qorti; huwa inkwetat, madankollu, li għad hemm kritika fundamentali tal-Qorti dwar il-metodoloġija, u b’mod partikolari d-deċiżjonijiet relatati dwar ir-riżervi;

140.

Jiddeplora l-materjal problematiku u ta’ mibegħda fil-kotba tal-iskola u l-karti tal-istudju Palestinjani li għadu ma tneħħiex; jissottolinja li l-edukazzjoni u l-aċċess tal-istudenti għal kotba tal-iskola paċifiċi u imparzjali huma essenzjali, speċjalment fil-kuntest tal-implikazzjoni dejjem tikber tal-adolexxenti f’attakki terroristiċi; jisħaq li l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għall-Awtorità Palestinjana fil-qasam tal-edukazzjoni għandu jingħata bil-kundizzjoni li l-kontenut tal-kotba tal-iskola jkun allinjat mal-istandards tal-Unesco, kif deċiż mill-ministri tal-edukazzjoni tal-Unjoni f’Pariġi fis-17 ta’ Marzu 2015, li r-referenzi antisemitiċi jitħassru kollha, u li jitneħħew l-eżempji li jinċitaw il-mibegħda u l-vjolenza, kif mitlub ripetutament fir-riżoluzzjonijiet li jakkumpanjaw id-deċiżjonijiet ta’ kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-snin finanzjarji 2016, 2018, 2019 u 2020; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni tiskrutinizza mill-qrib li l-Awtorità Palestinjana timmodifika l-kurrikulu sħiħ fil-pront;

141.

Jinsab imħasseb dwar il-qerda u l-konfiska ta’ proġetti ffinanzjati mill-Unjoni fix-Xatt tal-Punent; ifakkar fil-pożizzjoni tal-Kunsill, li esprima l-impenn tiegħu li jiżgura li l-ftehimiet kollha bejn Iżrael u l-Unjoni jridu jindikaw b’mod inekwivoku u espliċitu l-inapplikabbiltà għat-territorji okkupati minn Iżrael mill-1967, kif ukoll li jkompli l-implimentazzjoni effettiva tad-dritt eżistenti tal-Unjoni u l-arranġamenti bilaterali applikabbli għall-prodotti tal-insedjamenti;

142.

Jirrimarka dwar id-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-proġett immexxi mill-konsorzju Jordan Industry 4.0 & Digitalisation Innovation Centre (InJo4.0); jenfasizza li l-proġett huwa nieqes minn governanza u amministrazzjoni ċari, u li s-sieħeb ewlieni tal-konsorzju ddomina r-riżorsi tal-proġett b’tali mod li s-sħab kellhom biss aċċess ristrett ħafna jew l-ebda aċċess għar-riżorsi tal-proġett, u li żewġ sħab diġà ddeċidew li ma jibqgħux involuti fil-proġett; barra minn hekk, minħabba kunflitt ta’ interess ċar min-naħa ta’ dak li qed imexxi l-proġett, li jaġixxi bħala l-koordinatur tal-proġett, u l-biża’ ta’ monopolju favur il-kumpanija tal-koordinatur permezz tal-approprjazzjoni tal-proprjetà intellettwali kollha, jiddubita dwar il-kapaċità tal-Kummissjoni li timmaniġġja l-proġett; jistieden lill-Kummissjoni twettaq awditu indipendenti biex tikseb ħarsa ġenerali ċara tal-kwistjonijiet fuq il-post, tiżgura l-implimentazzjoni legali u trasparenti tal-proġett u tiżviluppa salvagwardji għal proġetti futuri biex tiġi evitata l-approprjazzjoni minn kumpanija waħda kif ukoll kanali ta’ komunikazzjoni trasparenti għal proġetti f’pajjiżi terzi;

143.

Jinnota l-importanza li tinħoloq rabta bejn il-kundizzjonalità u l-istat tad-dritt, kif ukoll tal-allinjament mal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-Unjoni; itenni li l-finanzjament tal-IPA III għandu jkun strettament marbut ma’ dawn il-kriterji u l-fondi ma għandhomx jiġu żborżati lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent sakemm dawn il-kriterji ma jiġux issodisfati b’mod ċar, kif issottolinjat fir-Rapport Speċjali Nru 01/2022 tal-Qorti “L-appoġġ mogħti mill-UE għall-istat tad-dritt fil-Balkani tal-Punent”;

144.

Ifakkar li l-politika ta’ żvilupp u kooperazzjoni hija maħsuba biex teqred il-faqar u tnaqqas l-inugwaljanza u li l-fondi għandhom jilħqu biss il-benefiċjarji intenzjonati tagħhom;

Rakkomandazzjonijiet

145.

Jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha kif ukoll fir-rapporti speċjali relatati; jistieden lill-Kummissjoni timplimentahom mingħajr dewmien u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress tal-implimentazzjoni;

146.

Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni:

(a)

terġa’ tqis l-esklużjoni tal-kategoriji ta’ nefqa li identifikat il-Qorti u tiżvela b’mod ċar il-limitazzjonijiet tal-metodoloġija tagħha tar-rata ta’ żball residwu;

(b)

tikkomunika aħjar ir-rati ta’ żball li tippreżenta fir-rigward tar-rata ta’ żball ippreżentata mill-Qorti, filwaqt li tispjega aħjar id-differenzi u tiddikjara b’mod ċar li l-Kummissjoni tappoġġja r-rata ta’ żball tal-Qorti, u tipprovdi l-kalkoli tagħha stess sabiex tagħti analiżi aktar dettaljata li tħares lejn il-kawżi ewlenin tal-iżbalji;

(c)

tiżgura li ftehimiet ta’ sħubija futuri jkunu bbażati fuq il-prinċipji ta’ trasparenza, solidarjetà, responsabbiltà kondiviża, rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-dritt umanitarju internazzjonali; b’mod konkret billi twettaq valutazzjonijiet tal-impatt ex ante tad-drittijiet tal-bniedem qabel ma tinvolvi ruħha fi proġetti f’pajjiżi terzi, kif ukoll billi twettaq monitoraġġ matul il-fażi ta’ implimentazzjoni u tagħmel ir-riżultati disponibbli għall-awtorità ta’ kwittanza;

(d)

tikkonforma mar-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) billi tiżgura li l-infiq relatat mal-migrazzjoni fl-NDICI jkun b’mod indikattiv ta’ 10 % tal-istrument; tiżgura trasparenza sħiħa, billi tistabbilixxi ħarsa ġenerali ċara tal-istrumenti kollha fil-qafas tal-baġit tal-Unjoni użati biex jiffinanzjaw il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluż l-informazzjoni dwar l-ammont, l-għan u s-sors tal-finanzjament kif ukoll tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar kwalunkwe miżura potenzjali oħra ta' appoġġ ipprovduta minn aġenziji tal-Unjoni, bħall-Frontex, sabiex jiġi żgurat li l-awtorità ta’ kwittanza tkun tista' twettaq b'mod effettiv ir-rwol istituzzjonali tagħha fl-eżerċizzju ta' skrutinju tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

(e)

tagħmel il-lista tal-benefiċjarji u tal-proġetti finali kollha disponibbli għall-awdituri u għall-Awtorità ta’ Kwittanza u ssaħħaħ l-isforzi tal-Kummissjoni b’rabta mal-ġbir ta’ informazzjoni dwar ir-riċevituri finali tal-finanzjament tal-Unjoni fil-livell tal-Kummissjoni; jistieden lill Kummissjoni tiżgura li individwi jew gruppi affiljati, marbutin ma’ organizzazzjonijiet terroristiċi, jew li jappoġġjawhom jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni;

(f)

iżżid il-koerenza u s-sostenibbiltà tal-finanzjament tal-NDICI-Ewropa Globali;

(g)

tipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tal-infiq fl-ambitu tal-programm Global Gateway il-ġdid u tissimplifika l-istrumenti eżistenti sabiex il-prijoritajiet tal-Unjoni jiġu integrati fl-ambitu tal-Global Gateway;

Amministrazzjoni pubblika Ewropea

147.

Jinnota li l-Intestatura 7 “Amministrazzjoni Pubblika Ewropea” tal-QFP tirrappreżenta 5,9 % jew EUR 10,7 biljun tal-baġit tal-Unjoni, li tinkludi nefqa fuq ir-riżorsi umani u l-pensjonijiet, li fl-2021 kienet tirrappreżenta madwar 68 % tat-total, u fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni; minn dan l-ammont totali, EUR 6,3 biljun (58,5 %) jintnefqu mill-Kummissjoni; u l-bqija minn istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni; jinnota li l-Qorti tirrapporta separatament dwar l-aġenziji tal-Unjoni, entitajiet oħra u l-Iskejjel Ewropej; jenfasizza li l-mandat tal-Qorti ma jkoprix l-awditu finanzjarju tal-Bank Ċentrali Ewropew;

148.

Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun statistikament rappreżentattiv ta’ 60 tranżazzjoni li jkopru l-firxa sħiħa tal-infiq fl-ambitu ta’ din l-intestatura tal-QFP; jinnota li l-Qorti eżaminat ukoll l-informazzjoni dwar ir-regolarità mogħtija fir-rapporti annwali tal-attività tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kollha, inklużi dawk tad-direttorati ġenerali u tal-uffiċċji tal-Kummissjoni Ewropea li huma primarjament responsabbli għan-nefqa amministrattiva, u li mbagħad ġiet inkluża fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Kummissjoni, fost l-oħrajn;

149.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti tikkonkludi li l-livell ta’ żball fl-infiq fuq l-“Amministrazzjoni pubblika Ewropea” ma kienx materjali; jinnota li ma hemm l-ebda rakkomandazzjoni ġdida indirizzata lill-Kummissjoni;

150.

Jilqa’ l-fatt li l-Qorti sabet, fir-Rapport Speċjali 18/2022 tagħha, “Istituzzjonijiet tal-UE u COVID-19”, li l-pjanijiet għall-kontinwità tal-operat tal-istituzzjonijiet fil-biċċa l-kbira tagħhom segwew standards rikonoxxuti u pprovdew bażi għar-rispons tagħhom għall-kriżi; jilqa’ l-fatt li l-istituzzjonijiet irnexxielhom jimminimizzaw it-tfixkil fl-attivitajiet ewlenin tagħhom; jieħu nota tal-fatt li l-valutazzjoni tal-effiċjenza tal-modi l-ġodda ta’ ħidma f’ambjent ta’ wara l-kriżi bdiet;

151.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti, fir-Rapport Speċjali 17/2022 tagħha “Konsulenti esterni fil-Kummissjoni Ewropea”, sabet li hemm lakuni sinifikanti fil-qafas li jirregola l-involviment ta’ konsulenti esterni u li jiġġustifika l-użu tagħhom; jieħu nota tal-fatt li l-proċeduri ta’ akkwist ġew irrispettati, iżda r-riskji speċifiċi għadhom mhumiex ġestiti tajjeb; jinsab inkwetat dwar id-dgħufijiet identifikati fir-rigward tal-mod kif jiġu ġestiti u użati s-servizzi tal-konsulenti esterni; jinsab inkwetat dwar l-akkuratezza parzjali tal-informazzjoni ta’ ġestjoni tal-Kummissjoni u r-rapportar sistematiku dgħajjef tagħha;

L-Iskejjel Ewropej

152.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti ma sabet l-ebda żball materjali fil-kontijiet annwali konsolidati finali tal-Iskejjel Ewropej għall-2021; jilqa’ t-titjib enfasizzat mill-Qorti fil-kontijiet individwali u konsolidati;

153.

Jinnota bi tħassib id-dgħufijiet identifikati fis-sistemi ta’ kontroll intern tal-Uffiċċju Ċentrali u taż-żewġ skejjel magħżula mill-Qorti, b’mod partikolari fir-rigward tar-reklutaġġ, l-akkwist, u l-proċeduri ta’ pagament tagħhom; jinnota bi tħassib li l-Qorti ma tistax tikkonferma li l-ġestjoni finanzjarja tal-Iskejjel fl-2021 kienet kompletament konformi mar-Regolament Finanzjarju u mar-Regolamenti tal-Persunal;

Rakkomandazzjonijiet

154.

Jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha kif ukoll fir-rapporti speċjali relatati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Uffiċċju Ċentrali tal-Iskejjel Ewropej fil-mandati rispettivi tagħhom biex jimplimentawhom mingħajr dewmien u jżommu lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress tal-implimentazzjoni; jitlob skrutinju Parlamentari sħiħ tas-sistema tal-Iskejjel Ewropej sabiex tiżdied l-akkontabbiltà u tittejjeb il-governanza;

155.

Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni:

(a)

tkompli l-ħidma tagħha sabiex tiżgura l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-livelli kollha ta’ ġestjoni sa tmiem il-mandat attwali tal-Kummissjoni u tirrapporta data diżaggregata skont il-ġeneri;

(b)

tkompli l-ħidma tagħha biex tiżgura bilanċ ġeografiku ġust tal-persunal tagħha fil-livelli kollha, speċjalment fil-livell tal-maniġment superjuri, fejn għadhom jippersistu żbilanċi qawwija, filwaqt li fl-istess ħin jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fir-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-kompetenzi u tal-merti tal-kandidati; jisħaq li skont l-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali, il-Kummissjoni, bħall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, jeħtiġilha tiżgura li l-Istati Membri kollha jkunu rappreżentati b’mod proporzjonali;

(c)

tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tkompli tibni ambjent u kultura tax-xogħol aktar varjati u inklużivi billi tieħu azzjonijiet favur il-persuni b’diżabilità, inkluż titjib fl-aċċess għall-bini;

(d)

tipprovdi analiżi dwar l-effetti tar-reklutaġġ ta’ għadd dejjem jikber ta’ aġenti kuntrattwali, li l-Parlament b’mod kostanti esprima tħassib dwarhom;

(e)

tistabbilixxi regoli ċari dwar ir-revolving doors b’mod partikolari għall-Kummissarji u l-ex uffiċjali għolja involuti f’attivitajiet ġodda wara li jitilqu mis-servizz, anke fl-aġenziji;

(f)

tkun minn ta’ quddiem fil-protezzjoni tal-informaturi, filwaqt li tipprovdi l-pedamenti għal regolamentazzjoni aktar uniformi fost l-istituzzjonijiet kollha, abbażi tal-aħjar prattiki u standards ogħla;

Appoġġ relatat mal-COVID-19

156.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni għadha ma pproduċietx rapport komprensiv dwar in-nefqa relatata mal-COVID-19 taħt il-baġit tal-Unjoni;

157.

Jieħu nota tal-fatt li l-Qorti, fir-Rapport Speċjali 28/2022 tagħha “Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE)”, sabet li l-istrument SURE kien rispons f’waqtu biex jiġi mmitigat ir-riskju ta’ qgħad matul il-pandemija tal-COVID-19 u li kien jinvolvi riskju finanzjarju limitat għall-baġit tal-Unjoni; jilqa’ l-fatt li s-self SURE għen biex jiġu ffinanzjati l-iskemi nazzjonali għaż-żamma tal-impjiegi maħsuba biex irażżnu ż-żieda fil-qgħad matul il-kriżi tal-COVID-19; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-impatt ta’ SURE ma jistax jiġi vvalutat bis-sħiħ minħabba limitazzjonijiet fil-monitoraġġ tad-data u n-nuqqas ta’ evalwazzjoni ex post; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb b’mod sinifikanti l-monitoraġġ tad-data u tiddedika r-riżorsi tant meħtieġa biex tkun tista’ ssir valutazzjoni affidabbli tar-riżultati u tal-eżiti tal-programmi u tal-politiki tagħha; jenfasizza l-fatt li nuqqas kostanti ta’ valutazzjonijiet ex post ma jipprevedix ippjanar ibbażat fuq il-fatti tal-baġit tal-Unjoni li jmiss;

158.

Jieħu nota tal-fatt li l-Qorti, fir-Rapport Speċjali 19/2022 tagħha “L-akkwist ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 fl-UE”, tiddikjara li l-Unjoni ħolqot sistema ta’ akkwist imfassla apposta għall-vaċċini kontra l-COVID-19; jinnota l-fatt li n-negozjati ggarantew portafoll diversifikat ta’ vaċċini għall-Istati Membri; jinnota li l-Kummissjoni appoġġjat l-implimentazzjoni tal-kuntratti iżda kellha ingranaġġ limitat biex tegħleb l-isfidi fil-provvista; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni ma pprovdietx lill-Qorti b’aktar informazzjoni relatata mal-kontenut ta’ dawn il-kuntratti; jisħaq fuq l-obbligu ta’ kull Istituzzjoni tal-Unjoni, Stat Membru u riċevitur pubbliku jew privat ta’ fondi tal-Unjoni li jiżvelaw id-dokumenti rilevanti kollha, inkluża informazzjoni dwar in-negozjati preliminari mwettqa mill-Kummissjoni, fuq talba uffiċjali tal-Qorti bħala parti minn awditu li jkun jinsab għaddej; ifakkar fir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tiegħu tal-2020, relatata mal-aċċess għal SMS skambjati ma’ kumpanija farmaċewtika rigward ix-xiri ta’ vaċċin kontra l-COVID-19;

159.

Iqis bħala ta’ dispjaċir il-fatt li l-Kummissjoni għadha ma pprovdietx, b’mod trasparenti, informazzjoni dwar in-negozjati li saru mal-manifatturi tal-vaċċini, u b’hekk ħalliet lok għal suspett; jilqa’, għal darb’oħra, id-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li titlob lill-President tal-Kummissjoni informazzjoni ċara u konkreta dwar in-negozjati li saru mal-manifatturi tal-vaċċini, u għal aktar trasparenza fir-rigward tal-kuntratti konklużi;

160.

Iqis bħala ta’ dispjaċir il-fatt li l-President tal-Kummissjoni Ewropea ma marritx għas-seduta ta’ smigħ mal-kumitati speċjalizzati tal-Parlament Ewropew sabiex tipprovdi tweġibiet konkreti lill-Membri eletti direttament miċ-ċittadini tal-Ewropa, u dan jirrappreżenta nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni liċ-ċittadini;

Rakkomandazzjonijiet

161.

Jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha kif ukoll fir-rapporti speċjali relatati; jistieden lill-Kummissjoni timplimentahom mingħajr dewmien u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress tal-implimentazzjoni tagħhom;

162.

Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni:

(a)

tirrapporta b’mod komprensiv dwar in-nefqa relatata mal-COVID-19 u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza, u tinkludi preżentazzjoni tal-kuntratti tal-akkwist pubbliku tal-vaċċini;

(b)

tivverifika li l-manifatturi tal-vaċċini kontra l-COVID-19 jikkonformaw mat-termini tal-ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem, b’mod partikolari fir-rigward tal-estimi tal-kostijiet tal-produzzjoni, l-użu ta’ finanzjament bil-quddiem u, meta applikabbli, il-klawżoli li jipprojbixxu l-profitt, u tieħu azzjoni korrettiva kif meħtieġ u żżomm lill-Awtorità ta’ Kwittanza infurmata bis-sħiħ;

(c)

tipparteċipa f’seduti ta’ smigħ fil-Parlament Ewropew rigward in-negozjati u l-kuntratti mal-manifatturi tal-vaċċini;

KAPITOLU II

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Kummenti ġenerali

163.

Jisħaq li t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 biddlet f’daqqa l-perspettiva ekonomika u soċjali tal-Unjoni, filwaqt li rrikjediet sforz magħqud, li rriżulta fil-ftehim f’Diċembru 2020 dwar il-pakkett ta’ rkupru għall-Ewropa, inkluża l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif ukoll dwar il-QFP 2021–2027; ifakkar li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija strument ta’ rkupru temporanju bbażat fuq il-prestazzjoni, jiġifieri l-pagamenti huma marbuta mat-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u tal-miri relatati mar-riformi u mal-investimenti inklużi fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jisħaq li għalkemm il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija ffinanzjata mill-ħruġ ta’ dejn, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ir-Regolament RRF) jipprevedi li l-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza jridu jilħqu l-miri għan-nefqa klimatika u diġitali u jikkontribwixxu b’mod xieraq għall-oqsma ta’ politika ta’ rilevanza għall-Unjoni; ifakkar li kull pjan nazzjonali għandu jindirizza b’mod effettiv l-isfidi kollha jew subsett sinifikanti ta’ sfidi identifikati fis-Semestru Ewropew, b’mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż adottati mill-Kunsill; jisħaq fuq il-valur miżjud tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li tappoġġja aġenda bla preċedent ta’ riformi u investimenti biex jiġu indirizzati l-isfidi speċifiċi li qed jiffaċċjaw l-Istati Membri;

164.

Jinnota li fl-2021 il-Kummissjoni approvat 22 Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li impenjat EUR 154 biljun f’self u EUR 291 biljun f’għotjiet; jinnota li l-Kummissjoni żborżat prefinanzjament għal self b’valur totali ta’ EUR 18-il biljun, fejn l-akbar żewġ riċevituri kienu l-Italja (EUR 15,9-il biljun) u l-Greċja (EUR 1,65 biljun); ifakkar li l-approvazzjoni tal-Kunsill tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza ppermettiet lill-Istati Membri jirċievu prefinanzjament sa massimu ta’ 13 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja; jinnota li l-Kummissjoni żborżat prefinanzjament għal għotjiet b’valur totali ta’ EUR 36,3 biljun, fejn l-akbar żewġ riċevituri kienu Spanja (EUR 9,04 biljun) u l-Italja (EUR 8,95 biljun); jinnota li l-Kummissjoni żborżat pagament wieħed, lil Spanja, b’valur ta’ EUR 10,0 biljun; jinnota li l-pagament lil Spanja kien akkumpanjat mill-ikklerjar ta’ EUR 1,5 biljun ta’ prefinanzjament mill-ammont ta’ EUR 9,04 biljun li rċeviet bħala prefinanzjament minn dak l-Istat Membru, f’konformità mal-Artikolu 5(3) tal-ftehim ta’ finanzjament bejn il-Kummissjoni u r-Renju ta’ Spanja;

165.

Jinnota l-attivitajiet tal-Kummissjoni b’rabta mal-ħruġ ta’ titoli fis-swieq tal-kapital internazzjonali meħtieġa għall-finanzjament tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li għalihom sa tmiem l-2021, il-Kummissjoni ġabret EUR 71,0 biljun ta’ finanzjament fit-tul u EUR 20 biljun ta’ finanzjament fuq perjodu ta’ żmien qasir; jinnota l-ħruġ tal-ewwel bond ekoloġiku tan-Next Generation EU b’valur ta’ EUR 12,0-il biljun, li jirrikjedi l-implimentazzjoni tar-rapportar dwar l-użu preċiż tar-rikavati tal-bonds ekoloġiċi u dwar l-impatt tal-investimenti; ifakkar fil-kwistjonijiet rigward ir-rapportar tal-prestazzjoni identifikati mill-Qorti u r-riskji reputazzjonali u finanzjarji li dan jista’ jintroduċi għall-bonds ekoloġiċi; iqis li l-ewwel kostijiet tal-imgħax iġġarrbu għal dawn l-ammonti mislufa, inkluża rata tal-imgħax negattiva ta’ aktar minn EUR 20 biljun f’depożitu fil-BĊE; jinnota l-introduzzjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax għall-baġit tal-Unjoni minħabba l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tan-Next Generation EU;

166.

Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha tal-2021 rigward il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-uniku pagament li sar fl-2021, lil Spanja; jinnota li l-Qorti eżaminat il-ħidma ex ante tal-Kummissjoni dwar l-istadji importanti kollha assoċjati ma’ dan il-pagament, filwaqt li vvalutat jekk il-Kummissjoni kinitx ġabret evidenza suffiċjenti u xierqa biex tappoġġja l-valutazzjoni tagħha tal-issodisfar sodisfaċenti tal-istadji importanti inklużi fit-talba għall-pagament; josserva li l-Qorti ma eżaminatx pagamenti oħra fl-2021; josserva bi tħassib il-fatt li mhux se jkun possibbli għall-Qorti li tivvaluta l-istadji importanti kollha assoċjati ma’ pagamenti futuri lill-Istati Membri kollha, u dan se jkollu impatt fuq l-analiżijiet futuri tagħha; madankollu jissuġġerixxi li l-Qorti tinkludi, fil-kampjun tagħha għall-2022, l-istadji importanti u l-miri għall-pagamenti kollha li saru fl-2022;

167.

Jieħu nota tal-konklużjoni tal-Qorti li, għall-pagament li sar lil Spanja fl-2021, wieħed mill-istadji importanti ma ntlaħaqx b’mod sodisfaċenti; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Qorti ma setgħetx tikkwantifika dan l-iżball minħabba l-ħtieġa tal-iżvilupp f’waqtu ta’ metodoloġija biex jiġi kkwantifikat l-impatt ta’ stadju importanti jew mira li ma jkunux intlaħqu (parzjalment); jinnota li l-Awditur Intern tal-Kummissjoni osserva u emfasiżża l-assenza ta’ din il-metodoloġija fl-Opinjoni Ġenerali tiegħu tal-2021 dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-Kummissjoni; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni ma kellhiex metodoloġija aktar b’saħħitha stabbilita qabel ma għamlet il-pagamenti; iqis bħala negliġenza min-naħa tal-Kummissjoni li ma jkollhiex din il-metodoloġija stabbilita qabel ma tagħmel il-pagamenti, peress li dan iqajjem dubji dwar il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tat-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u tal-miri; jilqa’ madankollu l-fatt, li l-Kummissjoni, wara talbiet ripetuti mingħand l-awtorità ta’ kwittanza u l-Qorti, fil-21 ta’ Frar 2023, adottat komunikazzjoni dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) li tinkludi żewġ annessi li fihom qafas għall-valutazzjoni tal-istadji importanti u tal-miri skont ir-Regolament RRF u metodoloġija tal-Kummissjoni għad-determinazzjoni tas-sospensjoni tal-pagamenti skont ir-Regolament RRF;;

168.

Ifaħħar il-ħidma tal-Kummissjoni fir-rettifika tal-assenza ta’ metodoloġija għall-ewwel 23 pagament mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jinnota li l-metodoloġija għandha tippermetti lill-Kummissjoni tiddetermina l-ammont li għandu jiġi sospiż jekk stadju importanti jew mira ma jitwettqux b’mod sodisfaċenti, b’rispett sħiħ tal-prinċipji tat-trattament ugwali u tal-proporzjonalità; josserva li l-kalkolu tal-ammont sospiż se jirrifletti kemm in-natura bbażata fuq il-prestazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza kif ukoll it-taħlita unika ta’ riformi u ta’ investimenti, u anke l-fatt li mhux il-miżuri kollha jikkontribwixxu b’mod ugwali għat-twettiq tal-objettivi ta’ Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jinnota madankollu li l-qafas għall-valutazzjoni tal-istadji importanti u tal-miri huwa nieqes minn spjegazzjonijiet, pereżempju għalfejn il-mekkaniżmu ta’ verifika u l-passi ta’ monitoraġġ kif deskritti fl-arranġament operattiv ma għandhomx jitqiesu għall-valutazzjoni u għalfejn il-livell limitu de minimis huwa definit bħala “madwar devjazzjoni ta’ 5 % jew anqas”; jissottolinja li d-definizzjonijiet ta’ “twettiq sodisfaċenti” tal-istadji importanti u tal-miri rilevanti huma definiti permezz ta’ termini, li huma neqsin minn definizzjoni ċara u jinkludu elementi suġġettivi bħal “devjazzjoni minima minn rekwiżit formali”, “dewmien limitat u proporzjonali” u “devjazzjoni minima minn rekwiżit ta’ sustanza”; jitlob li jingħataw aktar kjarifiki f’dan ir-rigward u jappella għal approċċ ċar u komprensiv meta jiġu vvalutati d-devjazzjonijiet sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu limitati sal-livell meħtieġ; jemmen li l-metodoloġija tas-sospensjoni tal-pagamenti għandha tittejjeb aktar fir-rigward tal-komponent tal-investiment biex torbot aħjar l-istadji importanti u l-miri rispettivi mal-kost reali mġarrab; jenfasizza li għandu jkun hemm valutazzjoni kontinwa tal-progress li jkun sar sabiex jiġi żgurat li t-twettiq tal-istadji importanti u tal-miri ma jiddewwimx ħafna;

169.

Jinnota li l-metodoloġija għad-determinazzjoni tas-sospensjoni tal-pagamenti ma tipprovdix spjegazzjoni għall-valuri magħżula bħala koeffiċjenti u tinkludi wkoll elementi suġġettivi, bħall-aġġustamenti ‘l fuq jew ‘l isfel tal-valur tal-unità kkoreġut u termini li huma neqsin minn definizzjonijiet ċari, bħal investimenti ta’ “importanza kbira” jew riformi ta’ “importanza partikolari”; jitlob li jingħataw aktar kjarifiki;

170.

Jinnota l-konklużjonijiet wara l-missjoni tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju fi Spanja mill-20 sat-23 ta’ Frar 2023, fejn ġew rikonoxxuti d-diffikultajiet bl-implimentazzjoni sħiħa tal-pjattaforma ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għall-fondi Spanjoli tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, CoFFEE, speċjalment fir-rigward tan-nuqqas ta’ interoperabbiltà mal-pjattaformi reġjonali u tal-Unjoni u l-fatt li s-sistema ma kinitx kompletament operattiva; jinnota li l-Kummissjoni evalwat l-istadju importanti relatat fil-Pjan ta’ Rkupru Spanjol bħala mwettaq b’mod sodisfaċenti, b’funzjonalità sħiħa, fi żmien meta dan ma kienx għadu l-każ; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni talbet informazzjoni supplimentari u identifikat dgħufijiet fir-rigward tal-ġbir tal-informazzjoni; jirrikonoxxi li s-sistema għandha l-potenzjal li tkun sistema ta’ kontroll intern b’saħħitha għall-gvern ċentrali; jirrakkomanda li s-sistema għandha tittejjeb f’termini ta’ interoperabbiltà mas-sistemi rilevanti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali; jissottolinja li t-trasparenza għandha tiżdied sabiex ir-reġjuni jkunu jistgħu jikkondividu l-aħjar prattiki u jagħmlu l-informazzjoni adegwata u d-data diġitali aggregata faċilment aċċessibbli għall-pubbliku b’funzjonalitajiet ta’ tiftix moderni;

171.

Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni beda impenn ta’ awditjar fir-rigward tal-programm tan-Next Generation EU fl-2021; jinnota li, wara l-ħidma li saret, l-Awditur Intern jiġbed ukoll l-attenzjoni, fl-Opinjoni Kumplessiva tiegħu tal-2021 dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-Kummissjoni, għall-ħtieġa li titkompla l-ħidma fuq it-tfassil tal-kontroll u l-implimentazzjoni ta’ ġestjoni finanzjarja u strateġiji ta’ awditjar u ta’ kontroll xierqa; iqis li l-Awditur Intern huwa element essenzjali ta’ sistema ta’ kontroverifiki fi ħdan il-Kummissjoni u li informazzjoni indipendenti u oġġettiva derivata mill-attivitajiet ta’ awditjar proprji hija indispensabbli biex l-Awditur Intern jiffunzjona b’mod effettiv; jirrimarka li skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar intern, is-Servizz tal-Awditjar Intern għandu jqis li jikkoordina aħjar il-ħidma tiegħu mal-Qorti bħala awditur estern;

172.

Ifakkar fl-opinjoni tal-Kumitat CONT lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; ifakkar fit-talba fiha għal lista tar-riċevituri u tal-proġetti finali kollha tal-Faċilità f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data kif ukoll biex jinżammu rekords tal-operaturi ekonomiċi u tas-sidien benefiċjarji tagħhom għall-fini ta’ awditjar u ta’ kontroll; iqis li l-Artikolu 22(2)(d) tar-Regolament RRF iqiegħed ir-rekwiżit fuq l-Istati Membri li jżommu dawn ir-rekords (i) għall-fini ta’ awditjar u ta’ kontroll u (ii) biex jipprevedi informazzjoni komparabbli dwar l-użu tal-fondi; jinnota, barra minn hekk, li d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 22(3) jirrikjedu li d-data kkonċernata ssir disponibbli għall-Kummissjoni fil-qafas tal-kwittanza għall-awtorità ta’ kwittanza; jinnota li din id-data tista’ tintalab mill-korpi nazzjonali ta’ kontroll, investigattivi u tal-awditjar jew, fil-livell tal-Unjoni, skont l-Artikolu 22(2)(e) tar-Regolament RRF lill-Kummissjoni kif ukoll lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti; jesprimi dispjaċir rigward in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni waqt l-iżborż tal-pagamenti;

173.

Jilqa’ l-ftehim milħuq fin-negozjati interistituzzjonali dwar ir-Regolament RePowerEU li jemenda r-Regolament RRF biex isir obbligatorju li jiġu ppubblikati darbtejn fis-sena l-akbar 100 riċevitur tar-RePowerEU u tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għal kull Stat Membru sa Frar 2024; jinnota li, fil-gwida adottata fl-1 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri jippubblikaw tali lista sa minn April 2023 biex tiżdied it-trasparenza tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; iqis madankollu li dan ma jissostitwix ir-rekwiżit li tiġi pprovduta l-lista tar-riċevituri u tal-proġetti finali kollha lill-awdituri u lill-awtorità ta’ kwittanza għal kull sena finanzjarja;

174.

Jinnota li s-servizzi tal-Kummissjoni li jimplimentaw il-programmi tan-Next Generation EU, tal-koeżjoni u tal-iżvilupp rurali infurmaw lill-awtorità ta’ kwittanza li huma kkoordinaw ex ante biex jevitaw finanzjament doppju ta’ attivitajiet potenzjalment eliġibbli fl-ambitu ta’ dawn il-programmi; iqis li l-verifiki ex post fil-livell tar-riċevituri finali mill-Istati Membri huma indispensabbli biex jiġi identifikat finanzjament doppju; itenni l-importanza li jkun hemm sistema integrata obbligatorja unika ta’ informazzjoni u ta’ monitoraġġ fil-livell tal-Unjoni li tipprovdi interoperabbiltà bejn is-sistemi tal-Unjoni u dawk nazzjonali, biex, fost l-oħrajn, jiġu identifikati każijiet ta’ finanzjament doppju u użu ħażin tal-fondi madwar l-Istati Membri;

175.

Jinnota l-approċċ tal-Kummissjoni għall-aderenza mar-regoli dwar l-akkwist u l-għajnuna mill-Istat fl-investimenti fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza huwa li tibbaża fuq is-sistemi nazzjonali, u li tirrikorri għall-proċeduri ta’ ksur meta jiġu identifikati każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità fl-Istati Membri; iqis li dan mhux neċessarjament jolqot ir-riċevituri li jkunu gawdew minn vantaġġ inġust mill-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità; jirrikonoxxi li, f’konformità mal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-ewwel responsabbiltà f’dan ir-rigward hija tal-Istati Membri li huma obbligati jistabbilixxu sistemi ta’ kontroll xierqa u konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea kollha rilevanti, inklużi r-regoli dwar l-akkwist u l-għajnuna mill-Istat; ifakkar fis-sejbiet ripetuti mill-Qorti kif riflessi fir-rapporti ta’ kwittanza preċedenti li l-ħidma ta’ ċerti awtoritajiet nazzjonali jew korpi taċ-ċertifikazzjoni hija suxxettibbli wisq għall-iżbalji u mhux affidabbli; jisħaq, għalhekk, li l-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà residwa li tiżgura li jkun hemm fis-seħħ sistemi ta’ kontroll intern effettivi u effiċjenti li jiżguraw il-konformità mar-regoli kollha tal-Unjoni u nazzjonali, inklużi, b’mod partikolari, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat, u regoli għall-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess u l-finanzjament doppju, u li tintervjeni fejn l-Istati Membri ma jaġixxux kif meħtieġ mir-Regolament RRF inkluż permezz ta’ pagamenti parzjali meta jkun hemm nuqqas ta’ konformità mal-akkwist pubbliku; jilqa’ f’dak ir-rigward l-istrateġija tal-awditjar tal-Kummissjoni u t-tnedija fl-2022 ta’ awditi tas-sistemi rigward il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE f’16-il Stat Membru, kif ukoll il-pjanijiet biex l-Istati Membri kollha jiġu koperti sa tmiem l-2023;

176.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li d-differenzi fil-kwalità tal-kontrolli u l-kumplessità tas-sistemi ta’ kontroll applikati mill-Istati Membri jistgħu jirriżultaw f’nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll intern għall-fondi disponibbli fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fl-Istati Membri; jinsab imħasseb dwar l-osservazzjoni tal-Qorti fl-Opinjoni 04/2022 tagħha dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-kapitoli REPowerEU fil-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza dwar in-nuqqas ta’ mekkaniżmu effettiv ta’ rapportar tal-frodi li jippermetti monitoraġġ u superviżjoni kontinwi tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fir-rigward tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jinsab imħasseb dwar l-osservazzjoni tal-Qorti li l-Istati Membri ma għandhom l-ebda obbligu li jirrapportaw suspetti ta’ frodi fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza lill-Kummissjoni permezz tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet u lill-UPPE kif previst fir-Regolamenti rilevanti; jinsab imħasseb dwar twissijiet ripetuti mill-OLAF, mill-UPPE, mill-Europol u minn korpi kompetenti oħra li sistema ta’ kontroll intern anqas effettiva tista’ tattira l-użu ħażin, il-frodi u l-kriminalità organizzata;

177.

Ifakkar li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza trid tiġi implimentata mill-Kummissjoni b’ġestjoni diretta f’konformità mar-regoli rilevanti adottati skont l-Artikolu 322 tat-TFUE, b’mod partikolari r-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni; itenni li l-effettività tal-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità tal-istat tad-dritt parzjalment tiddependi minn informazzjoni li tirriżulta minn awditi u investigazzjonijiet fil-livell tal-Unjoni u jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli dan jista’ jkollu effett negattiv fuq l-effettività tal-mekkaniżmu;

178.

Jinsab imħasseb dwar l-involviment insuffiċjenti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħejjija tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-ftit influwenza tagħhom fuq il-verżjoni finali tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jenfasizza li għandu jkun hemm approċċ inklużiv, inkluż permezz ta’ approċċ ta’ kogovernanza, fl-Istati Membri kollha biex jiġi ggarantit li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali, l-akkademja jew partijiet ikkonċernati rilevanti oħra jkunu involuti b’mod adegwat fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jappella għall-involviment tagħhom ibbażat fuq prinċipji ċari, ġusti, trasparenti u mhux politiċizzati, fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza sal-livell massimu possibbli fl-ambitu tal-qafas leġiżlattiv nazzjonali;

179.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri japplikaw approċċ ta’ tolleranza żero għall-korruzzjoni sabiex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inklużi kontrolli ex ante b’saħħithom biex jipprevjenu u jidentifikaw l-approprjazzjoni indebita, il-frodi u l-kunflitti ta’ interess, mingħajr ebda eċċezzjoni;

Rapportar dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

180.

Jinnota r-rapportar tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fuq it-tabella ta’ valutazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif stipulat fl-Artikolu 30 tar-Regolament RRF; jinnota li l-biċċa l-kbira tar-rapportar s’issa, b’mod partikolari dwar l-indikaturi komuni, huwa dwar ir-riżultati mistennija u mhux dwar ir-riżultati miksuba; ifakkar li din l-istess kwistjoni ġiet identifikata mill-Qorti fir-Rapport Speċjali 09/2022 tagħha dwar l-Infiq fuq il-Klima;

181.

Jinnota t-tabella ta’ valutazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li fuqha l-Kummissjoni tirrapporta l-progress dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; iqis l-informazzjoni ppreżentata bħala utli meta jitqies l-ammont ta’ informazzjoni disponibbli; ifaħħar l-inklużjoni ta’ lista dettaljata ta’ stadji importanti u miri ssodisfati li turi l-progress miksub madwar l-Istati Membri u l-pilastri ta’ politika; iqis, madankollu, li għandha tiġi żviluppata aktar biex tinkludi informazzjoni addizzjonali dwar il-progress u l-prestazzjoni reali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; iqis li l-progress reali miksub dwar l-indikaturi, mhux biss dak ibbaġitjat jew mistenni, għandu jiġi ppreżentat b’mod li jista’ jinqara;

182.

Jistieden lill-Kummissjoni tniedi Tabella ta’ Valutazzjoni dettaljata li tkun apposta għall-istadji importanti tal-Istat tad-Dritt, filwaqt li tqis ir-riformi tal-Istati Membri u l-livell ta’ konformità tagħhom mal-istadji importanti u l-każistika tal-QĠUE, bil-kontribut tas-servizzi kompetenti kollha tal-Kummissjoni u l-kontributi akkademiċi u tas-soċjetà ċivili indipendenti;

183.

Jirrikonoxxi li t-tabella ta’ valutazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fiha repożitorju komplut u utli ta’ dokumenti uffiċjali li jagħti għarfien dwar l-aktar ftehimiet importanti li ntlaħqu mal-Istati Membri fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza u dokumenti relatati, bħall-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni tal-pagamenti lill-Istati Membri; jinnota li r-Regolament RRF jippermetti t-traċċar tal-flussi finanzjarji mil-livell tal-Unjoni għal-livell tal-Istati Membri bħala benefiċjarji tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament RRF, b’mod partikolari l-għotjiet u s-self allokati u żborżati lil kull Stat Membru, u b’hekk jippermetti li tingħata ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni reali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza f’dak il-livell; ifakkar li t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ma tippermettix it-traċċar tal-flussi finanzjarji mil-livell tal-Unjoni għal-livell tar-reċipjenti finali fl-Istati Membri u ma tipprovdix ħarsa ġenerali ċara lejn l-implimentazzjoni reali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza f’dak ir-rigward;

184.

Ifakkar fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament RRF li jiddikjara li l-objettiv speċifiku tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza huwa li tipprovdi lill-Istati Membri b’appoġġ finanzjarju bil-ħsieb li jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u tal-investimenti kif stabbiliti fil-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħhom; jifhem li huwa pprojbit b’ċertezza li l-flus mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jintużaw biex jissostitwixxu n-nefqa baġitarja rikorrenti nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament RRF; jinsab imħasseb madankollu mill-ewwel indikazzjonijiet li ma jistax jiġi eskluż li l-flus mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jintużaw biex jissostitwixxu n-nefqa nazzjonali f’għadd ta’ Stati Membri; iqis li analiżi tan-nefqa nazzjonali hija meħtieġa biex wieħed jara sa liema livell il-finanzjament li sar disponibbli permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza kien verament addizzjonali u ma ntużax biex jissostitwixxi n-nefqa nazzjonali rikorrenti, ifakkar li, f’konformità mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, f’dan l-istadju ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar x’ġara mill-prefinanzjament riċevut mill-Istati Membri li għalih għadu ma ġġarrab l-ebda kost relatat mal-investimenti; jistieden lill-Kummissjoni twettaq awditi u kontrolli rilevanti biex tiċċertifika l-addizzjonalità; jinnota, barra minn hekk, li l-Kummissjoni żviluppat linji gwida biex tifformula l-interpretazzjoni tal-finanzjament doppju u pprovdiet lill-Istati Membri b’informazzjoni ċara biex tiżgura sinerġiji u tevita finanzjament doppju; jinnota wkoll li l-Istati Membri jirrapportaw dwar il-finanzjament riċevut minn fondi oħra għall-miżuri fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;

185.

Ifakkar li ż-żamma ta’ dokumentazzjoni li tappoġġja l-pagamenti hija prinċipju importanti ta’ ġestjoni finanzjarja tajba; jinsab inkwetat dwar is-sejba tal-Qorti li r-rekord tal-awditjar ma kienx biżżejjed biex ikopri l-elementi kollha meqjusa rilevanti fil-proċess tal-valutazzjoni fil-każ ta’ żewġ stadji importanti għall-ewwel talba għall-pagament; ifakkar b’mod partikolari s-sejbiet tal-Qorti fir-rigward tal-istadju importanti 215 u t-tweġiba tal-Kummissjoni għal din is-sejba, li tispjega li l-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni kienet ibbażata fuq analiżi tal-kontenut tas-sit web DATAESTUR, inklużi ritratti tal-iskrin li ttieħdu f’Ottubru u f’Novembru 2021; jinnota li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li r-reġistrazzjoni ta’ dawn ir-ritratti tal-iskrin ma saritx f’konformità mal-gwida interna u li jista’ jsir titjib fiż-żamma tar-rekords; ifakkar fil-mistoqsija bil-miktub tal-awtorità ta’ kwittanza li titlob din l-analiżi u t-tweġiba mill-Kummissjoni li la kitbet analiżi u lanqas rapport dettaljat dwar din il-kwistjoni, iżda li “diversi membri tal-persunal tal-Kummissjoni rrieżaminaw is-sit DATAESTUR u kkonfermaw li l-informazzjoni meħtieġa kienet preżenti”; jinnota li dan jaf mhuwiex konformi mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;

186.

Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni stabbiliet għodda tal-IT apposta għar-rapportar mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza (“Fenix”); jinsab imħasseb madankollu dwar il-fatt li l-aċċess tal-Qorti għal din is-sistema huwa limitat kemm f’termini tal-għadd ta’ persuni li għandhom aċċess kif ukoll tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-aċċess; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni ħolqot funzjonalità f’Arachne li tippermetti li d-data dwar l-investimenti u l-miri mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tiddaħħal fl-għodda; iħeġġeġ lill-Istati Membri jtellgħu f’Arachne data kompluta u komprensiva dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;

187.

Jieħu nota tal-fatt li d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (DĠ ECFIN) għall-2021 hija differenti mid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tad-Direttorati Ġenerali l-oħra kollha; jinnota li d-dikjarazzjoni tikkonċerna l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, li huma allinjati mad-Direttorati Ġenerali l-oħra; jinnota wkoll iż-żieda ta’ “l-implimentazzjoni tal-Artikolu 22(5) tar-Regolament RRF”; jinnota t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-mistoqsijiet bil-miktub mill-awtorità ta’ kwittanza li “hija differenti biss fil-format iżda mhux fir-rigward tal-livell ta’ aċċertament ipprovdut”; jinnota wkoll li f’konformità mal-Artikolu 22(5) tar-Regolament RRF, u f’konformità mal-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni, l-obbligu li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jaqa’ f’idejn l-Istat Membru; jinnota, barra minn hekk, it-tweġiba tal-Kummissjoni li hija tiżgura, kemm permezz ta’ valutazzjoni inizjali ta’ kull programm ta’ rkupru u reżiljenza kif ukoll permezz ta’ awditi tas-sistemi li l-Istati Membri stabbilew biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li kull Stat Membru jimplimenta s-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll meħtieġa; jenfasizza li għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tad-Direttorati Ġenerali l-oħra kollha, dik tad-DĠ ECFIN ma tiżgurax il-konformità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-regoli kollha tal-Unjoni u dawk nazzjonali fil-livell tar-riċevitur jew tal-proġett finali; jikkonkludi li d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni mill-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattat, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-akkontabbiltà fil-konfront tal-kontribwenti, trid tkun affidabbli u ma tistax tħalli lok għal dubju li l-Kummissjoni tkun qed taħrab mir-responsabbiltà tagħha permezz ta’ dikjarazzjonijiet diverġenti ta’ uffiċjali awtorizzanti individwali;

Ir-relazzjoni bejn il-Koeżjoni u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

188.

Jinnota l-osservazzjonijiet tal-Qorti fir-Rieżami 01/2023 tagħha dwar il-finanzjament tal-Unjoni permezz tal-politika ta’ koeżjoni u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li jindirizzaw il-komplementarjetà taż-żewġ sorsi ta’ fondi; jinnota b’mod partikolari li matul il-perjodu 2014–2020, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni diġà pprovdew ekwivalenti ta’ madwar 10 % tal-investiment pubbliku totali madwar l-EU-27 u li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza se tkompli żżid is-sehem tal-investimenti pubbliċi ffinanzjati mill-Unjoni fl-Istati Membri; ifakkar, f’dan ir-rigward, fis-sejba tal-Qorti li r-rata ta’ assorbiment għall-Fond ta’ Koeżjoni kienet eċċezzjonalment baxxa fl-2021, spjegata mill-impatt ikkombinat fuq l-awtoritajiet maniġerjali tal-adozzjoni tard f’nofs l-2021 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u tar-regolamenti speċifiċi għall-fondi, il-programmazzjoni tar-REACT-EU, u l-implimentazzjoni ta’ miżuri oħra ta’ emerġenza;

189.

Jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li fl-Istati Membri fejn is-sehem tal-investimenti ffinanzjati mill-Unjoni diġà huwa għoli, il-finanzjament addizzjonali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jista’ jkompli jżid mal-pressjoni fuq il-kapaċità tal-Istati Membri li jonfqu l-fondi disponibbli għalihom; ifakkar li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija implimentata taħt ġestjoni diretta, filwaqt li l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni huma implimentati taħt ġestjoni kondiviża, li jfisser li l-awtoritajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri għandhom responsabbiltajiet differenti b’rabta ma’ kull wieħed mis-sorsi ta’ finanzjament; jinsab inkwetat dwar il-fatt li peress li l-metodi ta’ implimentazzjoni huma differenti, b’ġestjoni diretta għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u b’ġestjoni kondiviża għall-politika ta’ koeżjoni, il-metodu ta’ implimentazzjoni aktar dirett tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jaf “jieħu post” il-finanzjament aktar kumpless permezz tal-koeżjoni; jinnota li dan se jkun għad-detriment tal-involviment tal-awtoritajiet u tar-reġjuni lokali, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tas-sħab ekonomiċi u soċjali fil-finanzjament tal-Unjoni; jinnota r-riskju li xi Stati Membri jaf ma jkollhomx biżżejjed kapaċità amministrattiva biex jittrattaw il-piż ta’ sistemi amministrattivi paralleli; jinnota li tali pressjoni fuq il-kapaċità amministrattiva ġiet osservata matul seduti ta’ smigħ u missjonijiet differenti tal-Kumitat CONT; jinsab inkwetat ukoll dwar il-fatt li n-Next Generation EU jista’ potenzjalment iwassal, f’xi Stati Membri, għal spinta ta’ rinazzjonalizzazzjoni tal-ippjanar, tal-monitoraġġ u tal-kontroll tal-fondi tal-Unjoni, kemm mil-livell tal-Unjoni għall-gvernijiet nazzjonali u potenzjalment mir-reġjuni għall-gvernijiet nazzjonali; ifakkar fit-twissijiet li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tista’ tmur kontra l-iżviluppi pożittivi tal-għoti tas-setgħa reġjonali miksuba permezz tal-politika ta’ koeżjoni f’dawn l-aħħar deċennji, u li n-nuqqas ta’ relazzjoni finanzjarja diretta bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet maniġerjali jdgħajjef l-aspetti ewlenin tal-kontroll finanzjarju u tal-kwittanza;

190.

Jinsab inkwetat dwar il-kontribuzzjoni negliġibbli tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għall-kooperazzjoni transfruntiera, speċjalment meta jitqies l-ammont ta’ finanzjament tal-Unjoni involut;

191.

Josserva li skont id-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, 20 Stat Membru jipprevedu proġetti transfruntiera fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħhom u jinnota li l-ammonti investiti għal kull Stat Membru jvarjaw ħafna; jirrimarka li, fl-2021, l-investiment medju ppjanat għal proġetti transfruntiera huwa biss madwar total ta’ 6 % tal-allokazzjoni totali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fl-Istati Membri kollha; iqis li ftit wisq proġetti transfruntiera nbdew fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u jinsab imħasseb dwar il-kontribut negliġibbli tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għall-kooperazzjoni transfruntiera, speċjalment meta jitqies l-ammont ta’ finanzjament tal-Unjoni involut; jinnota li enfasi aktar qawwija fuq proġetti transfruntiera kienet tkun teħtieġ aktar żmien għall-ippjanar u mekkaniżmu ta’ inċentivi għall-Istati Membri; jenfasizza li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandha rwol sinifikanti fl-orjentazzjoni mill-ġdid tal-Unjoni lejn l-indipendenza enerġetika u fl-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ provvista tal-enerġija indipendenti għall-UE u investimenti korrispondenti f’networks, interkonnetturi u proġetti tal-idroġenu transfruntiera; jilqa’ l-fatt li, fil-gwida tagħha ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni offriet li tipprovdi lill-Istati Membri interessati bi pjattaforma ta’ koordinazzjoni biex tgħinhom jistabbilixxu proġetti transfruntiera; jinnota li l-emendar tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) fir-rigward tal-kapitoli tar-REPowerEU fil-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza jintroduċi fl-Artikolu 27 tiegħu kriterju dwar id-dimensjoni transfruntiera jew multinazzjonali jew l-effett tar-riformi u tal-investimenti; jesprimi dispjaċir għall-fatt li madankollu l-mira ta’ 30 % ta’ proġetti transfruntiera mhijiex vinkolanti; jappella biex is-self tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza disponibbli isir disponibbli għall-Istati Membri interessati li jinvestu fi proġetti transfruntiera li huma ffukati fuq l-indipendenza enerġetika u li jittrasformaw il-grilja tal-enerġija fl-Unjoni;

192.

Jisħaq li l-ammont sħiħ ta’ pagamenti diżimpenjati tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandhom isiru disponibbli għall-Istati Membri interessati li jinvestu fi proġetti transfruntiera li huma ffukati fuq l-indipendenza enerġetika u li jittrasformaw il-grilja tal-enerġija;

Valutazzjoni tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza

193.

Jinnota s-sejbiet tal-Qorti fir-Rapport Speċjali 21/2022 tagħha dwar “Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza — inġenerali xierqa iżda fadal riskji fl-implimentazzjoni”; josserva li l-valutazzjoni tal-Qorti hija bbażata fuq kampjun ta’ sitt Stati Membri, erbgħa bl-ogħla allokazzjoni ta’ għotjiet f’termini assoluti u tnejn bl-ogħla allokazzjoni ta’ għotjiet fir-rigward tal-prodott domestiku gross tagħhom għall-2020; jilqa’ l-konklużjoni tal-Qorti li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza kienet kumplessivament xierqa meta titqies il-kumplessità tal-proċess u r-restrizzjonijiet taż-żmien, għalkemm ġew identifikati wkoll għadd ta’ dgħufijiet fil-proċess u fir-riskji għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni pprovdiet appoġġ lill-Istati Membri meta kienu qed jabbozzaw il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza u ħarġet dokumenti ta’ gwida; jinnota l-fatt li l-Kummissjoni aċċettat kważi r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Qorti;

194.

Jinsab inkwetat dwar il-fatt li l-Qorti sabet li kien hemm lakuni fl-indirizzar tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż tal-2019 u tal-2020 fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jinnota li l-Qorti vvalutat li l-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza ta’ Stati Membri relattivament żgħar ma kienx fihom lakuni, filwaqt li l-Qorti vvalutat li l-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-Istati Membri l-kbar fihom lakuni serji; jinsab inkwetat dwar il-fatt li n-“negozjati” osservati mill-Qorti fil-qbil dwar il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza jwasslu għal inugwaljanza fit-trattament tal-Istati Membri; iqajjem dubju, barra minn hekk, dwar jekk partijiet importanti tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż, li anke bl-inċentivi finanzjarji tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza mhumiex qed jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, qatt humiex se jiġu implimentati;

195.

Jikkritika l-fatt li l-Kummissjoni ma spjegatx kif id-daqs tas-segment tal-pagamenti huwa relatat mal-ammont u mad-daqs tal-istadji importanti u tal-miri ta’ bażi; jinsab inkwetat dwar il-fatt li din id-diskrepanza fid-daqs ta’ pagament u fl-għadd ta’ stadji importanti u miri ta’ bażi tista’ tinċentiva lill-Istati Membri biex ma jissottomettux talbiet finali għall-pagamenti, li f’xi każijiet jiddependu minn għadd relattivament kbir ta’ stadji importanti u miri, u b’hekk ma jlestux ir-riformi u l-investimenti kollha miftiehma fil-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħhom, wara li jkunu diġà rċevew l-akbar sehem mill-kontribuzzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħhom;

196.

Ifakkar fis-sejba tal-Qorti li l-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza kollha, minkejja n-nuqqasijiet identifikati fil-kampjun tal-Qorti, tat “klassifikazzjoni B” għall-estimi tal-kostijiet tal-investimenti li saru fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li enfasizzat problemi possibbli b’rabta mal-akkuratezza tal-ammonti involuti; jinnota li dawn id-dgħufijiet ivarjaw minn nuqqas ta’ informazzjoni għal xi miżuri fl-istadju tal-ippjanar sa suppożizzjonijiet ta’ bażi li mhumiex kompletament plawżibbli għal kull miżura; jinnota li l-Kummissjoni vvalutat l-kostijiet totali stmati tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza abbażi tal-kriterji msemmija fl-Anness V tar-Regolament RRF; josserva li l-Kummissjoni rrikjediet li kull Stat Membru jtejjeb l-estimi tal-kostijiet tiegħu u jippreżenta evidenza u ġustifikazzjoni addizzjonali sa ma l-plawżibbiltà u r-raġonevolezza tal-estimu tal-kostijiet ikunu laħqu tal-anqas “B”; jissottolinja li l-kombinazzjoni speċifika ta’ investimenti mar-riformi tiżgura li r-riformi meħtieġa jiġu implimentati fil-ħin u spiss fis-snin bikrija u li jiġu rispettati; jenfasizza li l-awtorità ta’ kwittanza ma tistax tistenna sa wara t-tmiem tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex tirċievi ċarezza sħiħa dwar l-użu xieraq tal-fondi tal-Unjoni; jissottolinja r-riskju li l-Istati Membri jistgħu ma jitolbux l-aħħar segment tal-pagamenti, u għalhekk jistgħu jonqsu milli jissodisfaw ir-riformi u l-investimenti kollha wara li jkunu rċevew l-akbar parti tal-appoġġ finanzjarju totali tagħhom fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;

197.

Jinnota li huwa importanti li l-fondi kollha allokati lill-Istati Membri fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jirriżultaw f’riformi u investimenti, peress li huwa biss b’dan il-mod li l-awtorità ta’ kwittanza tista’ tkun ċerta li l-fondi kollha ġew allokati lir-riċevituri finali b’rispett sħiħ tal-prinċipju tal-addizzjonalità; ifakkar fil-kritika espressa f’rapporti ta’ kwittanza preċedenti tal-prattika li xi Stati Membri sistematikament jimlew iżżejjed il-programmi ta’ finanzjament f’ġestjoni kondiviża u jirtiraw proġetti mill-fondi tal-Unjoni meta jiġu skoperti irregolaritajiet u/jew frodi fin-nefqa relatata tagħhom, u b’hekk jevadu b’mod effettiv l-investigazzjonijiet tal-Unjoni u/jew segwitu effettiv u korrezzjonijiet possibbli; jiddeplora l-fatt li l-piż ta’ dawn l-irregolaritajiet u l-frodi possibbli jingħadda fuq il-baġit nazzjonali, u għaldaqstant, il-kontribwent nazzjonali;

Definizzjoni tal-istadji importanti

198.

Jinsab inkwetat dwar l-osservazzjoni tal-Qorti li ċerti stadji importanti u miri huma nieqsa miċ-ċarezza; jikkondividi t-tħassib tal-Qorti li l-assenza ta’ definizzjonijiet ċari u komparabbli tal-istadji importanti u tal-miri timplika r-riskju li dawn l-istadji importanti u l-miri jkunu diffiċli biex jiġu vvalutati u r-riskju relatat li l-objettiv inizjali li kien fil-mira ma ġiex issodisfat; jissottolinja li dan iħalli lill-Kummissjoni b’marġni kbir ta’ diskrezzjoni meta tivvaluta jekk stadju importanti u mira definiti b’mod vag inkisbux; jinnota f’dan ir-rigward l-osservazzjoni tal-Qorti li l-istadju importanti 395 fl-ewwel talba għall-pagament minn Spanja ma ntlaħaqx b’mod sodisfaċenti; jinnota bi tħassib it-tweġiba tal-Kummissjoni li l-element li l-Qorti qieset li mhuwiex issodisfat mhuwiex parti mill-istadju importanti, iżda jinsab fid-deskrizzjoni tal-miżura; jisħaq li l-konformità mal-istadji importanti u l-miri tista’ tiġi stabbilita biss abbażi ta’ valutazzjoni dettaljata u kriterji ċari, u mhux abbażi ta’ negozjati politiċi; iqis li għandhom jinsiltu tagħlimiet mill-esperjenza tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li għandhom jiġu riflessi f’metodoloġija standardizzata għad-definizzjoni ta’ stadji importanti u miri;

199.

Jisħaq li l-konformità mal-istadji importanti tista’ tiġi stabbilita biss abbażi ta’ valutazzjoni dettaljata u kriterji ċari u fissi, u mhux abbażi ta’ negozjati politiċi;

200.

Jinnota s-sejba tal-Qorti li l-istadji importanti u l-miri spiss ikunu bbażati fuq indikaturi tal-output u saħansitra tal-input, u dan jillimita l-possibbiltà li titkejjel il-prestazzjoni tal-miżuri biex jiġu ppreżentati biss l-outputs miksuba u mhux ir-riżultati u fl-aħħar mill-aħħar l-impatti ta’ nofs it-terminu tagħhom fuq l-objettivi tal-politika tal-Unjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-indikaturi tal-impatt għandhom, abbażi tad-definizzjoni tagħhom, perjodu ta’ żmien itwal, u dan jista’ ma jkunx adatt għall-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;

201.

Jinnota s-sejba tal-Qorti li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza kienet ibbażata parzjalment fuq arranġamenti li kienu għadhom ma ġewx stabbiliti; jinnota f’dan ir-rigward is-sejba tal-Qorti li l-Kummissjoni inkludiet stadji importanti u miri addizzjonali li għandhom jinkisbu qabel l-ewwel pagament sabiex jiġi adottat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza u li l-valutazzjoni tagħha kkontribwiet għat-titjib tal-kwalità tal-istadji importanti u tal-miri; jinsab inkwetat dwar il-fatt li jekk ma jkunx hemm stabbilita sistema ta’ monitoraġġ kompletament funzjonali fil-bidu tal-implimentazzjoni tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza jinħolqu riskji ta’ dewmien fil-valutazzjonijiet u fil-monitoraġġ tal-kisba tal-istadji importanti u tal-miri; jenfasizza l-fatt li s-sistemi ta’ monitoraġġ jew il-korpi ta’ implimentazzjoni fl-Istati Membri li kienu jagħmlu parti mill-kampjun fi żmien il-valutazzjoni kienu għadhom ma ġewx stabbiliti kompletament fiż-żmien meta ġew approvati l-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza u li dan ukoll illimita l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-kapaċità amministrattiva tagħhom; jinnota wkoll f’dan ir-rigward is-sejba tal-Qorti li anke fuq l-arranġamenti tal-awditjar u ta’ kontroll, l-aħħar għażla f’termini ta’ affidabbiltà tal-informazzjoni, ingħatat klassifikazzjoni A minkejja li diversi miżuri ma kinux stabbiliti; jinnota f’dak ir-rigward il-konklużjoni tal-Qorti li l-klassifikazzjoni “A” għall-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza kollha f’dan il-qasam hija tal-anqas parzjalment spjegata mill-fatt li r-Regolament RRF ta lok biss jew għal klassifikazzjoni “A” (adegwat) jew inkella għal “C” (insuffiċjenti), fejn “C” tirriżulta fil-fatt li l-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza jiġi rrifjutat fl-intier tiegħu; ifakkar fil-fatt li strutturi adegwati ta’ awditjar u ta’ kontroll huma prerekwiżit biex jiġu riċevuti fondi mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;

202.

Jinnota minn rapporti ta’ ġurnalisti investigattivi li diversi Stati Membri bbażaw fuq għarfien espert ipprovdut minn kumpaniji ta’ konsulenza fl-istabbiliment tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u li dawn il-kumpaniji min-naħa tagħhom joffru servizzi biex jappoġġjaw riċevituri potenzjali ta’ appoġġ finanzjarju fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza f’dawn l-Istati Membri;

Rakkomandazzjonijiet

203.

Jappoġġja bil-qawwa r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha, kif ukoll fir-rapporti speċjali relatati; jistieden lill-Kummissjoni timplimentahom mingħajr dewmien u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress tal-implimentazzjoni;

204.

Jistieden lill-Qorti:

(a)

tiżviluppa metodoloġija effettiva biex jittieħdu kampjuni tal-istadji importanti u tal-miri f’każ li tiddeċiedi li tivvaluta mill-ġdid il-valutazzjoni tal-Kummissjoni, peress li mhux se jkollha r-riżorsi biex tivverifika l-istadji importanti kollha u l-miri kollha tat-talbiet kollha għall-pagament fil-futur; tqis li din il-metodoloġija għandha tidentifika b’mod effettiv l-istadji importanti u l-miri, li jkollhom riskju ogħla ta’ nuqqas ta’ twettiq u/jew li jkollhom rilevanza ogħla biex jikkontribwixxu għas-suċċess ġenerali tal-għanijiet finali stabbiliti; jistieden lill-Qorti tinkludi, fl-awditu tagħha tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-istadji importanti u tal-miri, ir-rekord tal-awditjar tad-dokumentazzjoni dwar l-issodisfar tagħhom;

205.

Jistieden lill-Kummissjoni:

(a)

tagħmel il-lista tar-riċevituri u tal-proġetti finali kollha tal-finanzjament tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza disponibbli għall-awdituri u għall-awtorità ta’ kwittanza għall-pagamenti kollha (fl-2021 u tul l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza), u tipprovdi lill-Qorti b’aċċess sħiħ għall-għodda tal-IT “Fenix”);

(b)

tieħu passi biex tagħmel operazzjonali l-obbligu l-ġdid fuq l-Istati Membri li jippubblikaw il-100 riċevitur finali li jirċievu l-ogħla ammont ta’ finanzjament tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u li tieħu l-miżuri kollha xierqa jekk l-Istati Membri jonqsu milli jimplimentaw din id-dispożizzjoni b’mod adegwat;

(c)

tindika, flimkien mal-Istati Membri, l-isem eżatt tal-programmi soċjali u tal-miżuri ta’ appoġġ kollha implimentati fl-Istati Membri b’fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jitlob għalhekk indikazzjoni tas-sehem tal-fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza f’dawn il-programmi u indikazzjoni eżatta tal-benefiċċji li ġew sostitwiti b’mod proporzjonali bil-fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fil-protezzjoni nazzjonali għall-qgħad, is-saħħa u l-kura fit-tul;

(d)

tispjega lill-awtorità ta’ kwittanza r-raġunament u l-loġika wara l-qafas għall-valutazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fl-ambitu tar-Regolament RRF u l-metodoloġija tal-Kummissjoni għad-determinazzjoni tas-sospensjoni tal-pagamenti fl-ambitu tar-Regolament RRF u tqis li tipprovdi definizzjonijiet addizzjonali biex jitnaqqas l-impatt tal-elementi suġġettivi li jinsabu fihom;

(e)

tivvaluta l-issodisfar mill-Istati Membri tal-istadji importanti tal-Istat tad-Dritt fil-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza abbażi ta’ valutazzjoni dettaljata, kriterji ċari u fissi, u f’konformità sħiħa mal-każistika tal-QĠUE, mhux billi tħares biss lejn l-adozzjoni formali tal-leġiżlazzjoni ta’ riforma iżda wkoll lejn l-applikazzjoni legali u prattika, u mhux abbażi ta’ negozjati politiċi;

(f)

tapplika proċedura ta’ ħatra aktar trasparenti għall-pożizzjonijiet kollha, b’mod partikolari dawk fil-maniġment u biex tipprovdi aktar ċarezza fil-proċedura ta’ ħatra eżistenti, li hija nieqsa f’termini ta’ trasparenza u akkontabbiltà;

(g)

ma tapprova l-ebda talba għal pagament sakemm l-istadji importanti kollha tal-Istat tad-Dritt ma jkunux ġew issodisfati bis-sħiħ;

(h)

tappoġġja lill-Istati Membri biex iżidu l-kapaċità amministrattiva tagħhom biex jimmaniġġjaw is-sistemi amministrattivi paralleli tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-implimentazzjoni tal-fond ta’ koeżjoni, u tgħinhom inaqqsu l-piżijiet amministrattivi bla bżonn, jissimplifikaw l-offerti u jipprovdu informazzjoni aktar immirata, u b’hekk jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-SMEs u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom għall-finanzjament;

(i)

tapplika viġilanza addizzjonali jekk ikun hemm sinjali ta’ użu ħażin, frodi u kriminalità organizzata mmirati lejn il-fondi disponibbli fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza flimkien mal-Europol, l-UPPE, l-OLAF u atturi rilevanti oħra u tintroduċi rapportar dwar suspetti ta’ frodi fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza lill-Kummissjoni permezz tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet u lill-UPPE kif previst fir-Regolamenti rilevanti;

(j)

tagħmilha ċara li l-proġetti u l-miżuri kollha ffinanzjati minn kwalunkwe Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-Istati Membri li jipparteċipaw f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (5), għandhom jitqiesu bħala ffinanzjati mill-flus tal-Unjoni mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u b’hekk jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-UPPE;

(k)

jitlob speċjalment fid-dawl tal-valutazzjoni tar-riskju tal-Awditur Intern bħala l-bażi għall-ippjanar tiegħu tal-awditjar, li l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandha tkompli tidher b’mod prominenti fil-pjanijiet tal-awditjar tiegħu, meta jitqies il-karattru innovattiv u l-interessi finanzjarji għoljin tagħha;

(l)

tevalwa l-proċedura fir-rigward tal-infurzar tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż fis-Semestru Ewropew u fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u, meta meħtieġ, tipproponi għodod ġodda biex tiġi infurzata l-implimentazzjoni, filwaqt li jitqies li għal xi Stati Membri, ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż kollha ġew indirizzati fil-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li għal Stati Membri oħra (akbar), ma ġewx indirizzati r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż kollha;

(m)

tagħmel distinzjoni ċara bejn ir-riżultati bbaġitjati u r-riżultati miksuba fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza b’mod ġenerali u b’mod aktar speċifiku dwar it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, sabiex tinforma b’mod korrett lill-pubbliku ġenerali u tevita nuqqas ta’ fehim;

(n)

ittejjeb il-pubblikazzjoni, u tinkludi fuq it-tabella ta’ valutazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-ammonti mislufa mill-Unjoni biex tiġi ffinanzjata l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u l-imgħax imġarrab biex jitħallsu l-ammonti mislufa kif ukoll l-ammonti ta’ mgħax imħallsa mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fuq is-self li sar disponibbli għalihom fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;

(o)

twettaq, fl-2023, analiżi tan-nefqa nazzjonali billi tqabbel in-nefqa u l-investimenti fil-baġits nazzjonali qabel u wara li tagħmel il-finanzjament tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza disponibbli għall-Istati Membri li rċevew l-akbar sehem ta’ appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza sabiex jiġi stabbilit jekk il-finanzjament mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ssostitwiex in-nefqa nazzjonali rikorrenti minflok l-investimenti, filwaqt li jiġi rikonoxxut li ġiet evitata reċessjoni ekonomika severa wara l-pandemija tal-COVID-19;

(p)

tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza x’għamlu l-Istati Membri, li rċevew prefinanzjament mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li kien għadu ma jistax jiġi allokat lill-investimenti, bil-fondi li rċevew;

(q)

taċċetta biss stadji importanti u miri li għalihom tkun irċeviet dokumentazzjoni li tappoġġja l-implimentazzjoni tagħhom, u mhux sempliċi dikjarazzjonijiet tal-Istati Membri u tiżgura ir-reġistrazzjoni ta’ rekord tal-awditjar suffiċjenti li jkopri l-elementi kollha meqjusa rilevanti fil-proċess ta’ valutazzjoni tal-istadji importanti u tal-miri;

(r)

tistabbilixxi qafas ex ante u ex post affidabbli biex tivverifika jekk l-istadji importanti u l-miri kollha humiex verament implimentati u dokumentati, inkluż rekord tal-awditjar suffiċjenti li jirreġistra l-valutazzjoni tal-istadji importanti, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lill-valutazzjoni ta’ jekk il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” ġiex irrispettat, kif ukoll biex tissostanzja r-riżultati għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-miri ekoloġiċi u diġitali fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;

(s)

terġa’ tqis il-formulazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għall-konformità tal-miżuri ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza mar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali għas-snin li ġejjin meta titqies il-ġustifikazzjoni mhux sodisfaċenti pprovduta mill-Kummissjoni u r-responsabbiltà bħala Gwardjan tat-Trattat għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(t)

timmonitorja mill-qrib it-twettiq tal-istadji importanti u tal-miri, b’mod partikolari dawk relatati mal-awditjar, il-monitoraġġ u l-kontroll;

(u)

tivvaluta mhux biss l-istruttura iżda wkoll il-funzjonament attwali tal-arranġamenti tal-awditjar u ta’ kontroll tal-Istati Membri skont l-Artikolu 22 tar-Regolament RRF, filwaqt li tidentifika oqsma li jistgħu jittejbu jew isiru aktar effiċjenti;

(v)

tiċċara lill-awtorità ta’ kwittanza liema metodoloġija applikat biex tasal għall-profili ta’ pagamenti miftiehma, b’mod partikolari kif l-għadd u d-daqs tal-istadji importanti u l-miri ta’ bażi huma relatati mad-daqs ta’ kull segment tal-pagamenti;

(w)

twettaq mill-ġdid l-analiżi tal-Qorti tal-profili tal-pagamenti mir-Rapport Speċjali 21/2022 għall-profili kollha tal-pagamenti ta’ kull Stat Membru u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kif kull talba għall-pagament tkun marbuta mal-għadd ta’ stadji importanti u miri li għandhom jiġu ssodisfati għal kull Stat Membru, u tipproponi miżuri biex tiggarantixxi li l-istadji importanti u l-miri kollha jitlestew sal-31 ta’ Awwissu 2026;

(x)

tindirizza r-riskji u l-isfidi li jokkorru mill-implimentazzjoni parallela tal-koeżjoni u tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, b’mod partikolari fir-rigward tal-involviment tas-sħab lokali, reġjonali, ekonomiċi u soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li possibilment jirriżulta f’assorbiment aktar faċli tal-finanzjament tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza meta mqabbel mal-finanzjament ta’ koeżjoni, billi ssir aktar enfasi fuq l-involviment ta’ dawn l-atturi fl-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza permezz ta’ approċċ ta’ kogovernanza, li jkollu wkoll l-għan li jsaħħaħ il-komplementarjetà bejn il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-koeżjoni;

(y)

tħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri li jixtiequ jemendaw il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħhom biex jinkludu proġetti transfruntiera fl-investimenti tagħhom u b’mod ġenerali jagħmlu aktar enfasi fuq tali proġetti li huma verament Ewropej; ifakkar li l-proġetti transfruntiera għandhom jindirizzaw il-konġestjonijiet eżistenti fit-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-ħżin tal-enerġija, u b’hekk jipprovdu valur miżjud tal-Unjoni; tapprova biss kapitoli tar-RePowerEU tal-Istati Membri li jallokaw tal-anqas 30 % tal-finanzjament għal proġetti li jkollhom dimensjoni jew effett transfruntier jew multinazzjonali, kif miftiehem fin-negozjati tar-RePowerEU u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza;

(z)

tagħmel l-ammont sħiħ ta’ self pendenti u ta’ pagamenti diżimpenjati disponibbli, b’mod partikolari, għal proġetti transfruntiera li jiffukaw fuq l-indipendenza enerġetika u li jkollhom l-għan li jaċċelleraw it-tranżizzjoni tal-enerġija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħeġġeġ u tappoġġja lill-Istati Membri jiżviluppaw proġetti transfruntiera, b’mod partikolari dwar l-indipendenza enerġetika u tippermetti lill-Istati Membri jitolbu self minn self pendenti u pagamenti diżimpenjati biex jiffinanzjaw proġetti transfruntiera li jiffukaw fuq l-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta kemm lill-Parlament kif ukoll lill-Kunsill fir-rigward tal-progress fl-implimentazzjoni, il-pagamenti sospiżi u diżimpenjati u t-talbiet ta’ self;

(aa)

issaħħaħ, meta rilevanti, l-awditi tas-sistema tagħha fl-Istati Membri għal kull sistema ta’ kontroll intern (fil-każ ta’ metodi deċentralizzati jew ta’ implimentazzjoni) u tiżgura għadd raġonevoli ta’ testijiet ta’ fajls tal-akkwist individwali sabiex tiggarantixxi l-effettività fil-prattika tas-sistemi ta’ kontroll intern;

(ab)

tiżgura li l-verifiki fuq il-finanzjament doppju jiġu inklużi fl-oqfsa ta’ awditjar u ta’ kontroll tal-Istati Membri għall-programmi tan-Next Generation EU, tal-iżvilupp rurali u ta’ koeżjoni u tiżgura l-funzjonament xieraq tagħhom permezz ta’ verifiki tas-sistemi; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tivverifika li l-finanzjament doppju ma jseħħx billi jitwettqu verifiki bbażati fuq ir-riskju fuq il-pagamenti kollha lir-riċevituri finali fl-ambitu ta’ dawn il-programmi;

(ac)

tiżgura li tiġi ggarantita l-affidabbiltà tar-repożitorji tar-riċevituri finali tal-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-integrità u l-kompletezza, bil-ħsieb li jiġi żgurat, li ladarba jinstabu irregolaritajiet li jikkonċernaw ir-riċevituri finali, isir segwitu korrett fil-livell tal-Unjoni;

(ad)

tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza x’għamlet il-Kummissjoni biex tinnewtralizza l-kunflitt ta’ interess potenzjali fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni b’mod partikolari fir-rigward tal-involviment tal-konsulenti;

(ae)

tipprovdi rapport dettaljat lill-awtorità ta’ kwittanza dwar ir-riformi li l-Istati Membri kienu diġà implimentaw qabel ma kienu tħallsu l-iżborżi u l-miżuri obbligatorji li ħadu sabiex jadattaw il-liġi nazzjonali għal direttivi ġodda tal-Unjoni bħala stadji importanti jew miri fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza.


(1)  Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar Reġistru Obbligatorju ta’ Trasparenza (ĠU L 207, 11.6.2021, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali — Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/97


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2023/1826 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0227/2022) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2022) 331) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2021 tal-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE (COM(2022) 401),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2021 (COM(2022) 292), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2022) 160),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06247/2023 — C9-0063/2023),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06250/2023 — C9-0055/2023),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0101/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU L 93, 17.3.2021.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.

(3)   ĠU C 391, 12.10.2022, p. 6.

(4)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(5)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(6)   ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/99


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1827 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta' Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0230/2022) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0073/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU L 93, 17.3.2021.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.

(3)   ĠU C 391, 12.10.2022, p. 6.

(4)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(5)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/100


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1828 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0073/2023),

A.

billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) hija l-istituzzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea, li għandha l-kompitu li tiżgura l-konformità mad-dritt tal-Unjoni billi tissorvelja l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tat-Trattati u tiżgura l-legalità tal-miżuri adottati mill-istituzzjonijiet, mill-korpi u mill-organi tal-Unjoni;

B.

billi l-QĠUE tgħin biex jiġu ppreżervati l-valuri tal-Unjoni u, permezz tal-ġurisprudenza tagħha, taħdem lejn il-bini tal-Ewropa;

C.

billi l-QĠUE tinkludi żewġ qrati: il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali;

D.

billi fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani,

1.

Jinnota li l-baġit tal-QĠUE jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li kien jammonta għal total ta’ EUR 10,7 biljun fl-2021 (li jirrappreżenta 5,9 % tal-infiq tal-UE); jinnota li l-baġit tal-QĠUE jirrappreżenta madwar 4,1 % tal-infiq totali tal-Unjoni fuq l-amministrazzjoni;

2.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri, fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2021, żiedet il-kampjun ta’ tranżazzjonijiet tagħha taħt “Amministrazzjoni” minn 48 fl-2020 għal 60 fl-2021;

3.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ssemmi li l-ħidma mwettqa matul ħafna snin tindika li l-intestatura 7 tal-QFP tikkonċerna nefqa ġenerali b’riskju baxx; jinnota, madankollu, li r-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 ma jipprovdi l-ebda informazzjoni rilevanti dwar il-QĠUE u jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tinkludi, fir-rapporti annwali li jmiss, data komprensiva dwar it-twettiq għalkollox tar-rekwiżiti kollha meħtieġa għal proċedura ta’ kwittanza konsistenti;

4.

Jinnota b’sodisfazzjon li fir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2021, il-Qorti tal-Awdituri ma identifikat l-ebda kwistjoni speċifika dwar il-QĠUE;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.

Jinnota li l-baġit ġenerali allokat għall-QĠUE għall-2021 kien ta’ madwar EUR 444 miljun, żieda minn EUR 436 miljun fl-2020 u EUR 429 miljun fl-2019;

6.

Josserva r-rata għolja ta’ implimentazzjoni tal-baġit fl-2021 (98,69 %) li hija konformi mal-implimentazzjoni baġitarja tas-sena preċedenti (98,19 %); jinnota li matul l-2021, il-QĠUE għamlet għaxar trasferimenti baġitarji skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, li jirrappreżentaw total ta’ EUR 17,9-il miljun jew 4 % tal-approprjazzjonijiet għal dik is-sena finanzjarja;

7.

Ifaħħar lill-QĠUE talli kompliet ix-xejra ’l isfel fiż-żmien medju tal-pagamenti li kien ta’ 24,63 jum fl-2021, u jammonta għal tnaqqis ta’ madwar jum meta mqabbel mal-2020; japprezza l-fatt li ż-żmien medju għall-pagament tal-fatturi relatati mat-traduzzjoni esterna, li jirrappreżenta 75 % tal-għadd totali ta’ fatturi mħallsa u li għalihom il-limitu ta’ żmien kuntrattwali huwa ta’ 60 jum, kien ta’ 27,48 jum, filwaqt li l-perjodu medju għall-pagament ta’ fatturi oħra, li għalihom il-limitu ta’ żmien kuntrattwali għall-pagament huwa ta’ 30 jum, kien ta’ 18,92-il jum;

8.

Jirrimarka li fl-2021, il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt sinifikanti fuq l-attivitajiet kollha tal-QĠUE, kemm ġuriżdizzjonali kif ukoll amministrattiva, u li l-konsum tal-baġit f’diversi linji baġitarji tal-QĠUE kien affettwat minn dik il-kriżi; josserva li, għal ċerti linji tal-baġit, l-impatt nett kien tnaqqis fl-użu tal-approprjazzjonijiet, filwaqt li għal oħrajn dik il-kriżi kienet tirrikjedi nfiq addizzjonali; jinnota b’sodisfazzjon li, sabiex jittieħed vantaġġ mill-esperjenza miksuba mill-pandemija tal-COVID-19, il-QĠUE, fl-2021, wettqet rieżami tal-pjan ta’ emerġenza u ta’ kontinwità tal-operat tagħha;

9.

Josserva li, f’termini ta’ ċifri, l-infiq addizzjonali meħtieġ b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 jista’ jiġi stmat għal EUR 1,7 miljun (l-ispejjeż addizzjonali kienu jinkludu x-xiri ta’ tagħmir u servizzi tal-IT minħabba l-użu ġeneralizzat tat-telexogħol għall-persunal u li ammonta għal EUR 0,9 miljun, ix-xiri ta’ diżinfettanti u tagħmir protettiv personali għall-membri u l-persunal tal-QĠUE li kien jeħtiġilhom jaħdmu fil-bini tal-QĠUE ammonta għal EUR 0,1 miljun, u żieda fl-ispejjeż tat-tisħin minħabba d-deċiżjoni li jkun hemm tibdil tal-arja aktar frekwenti fil-binjiet tal-QĠUE, li ammontat għal EUR 0,3 miljun); jinnota li l-iffrankar huwa stmat għal EUR 6 miljun (fuq linji baġitarji relatati mal-interpretazzjoni freelance, l-iffrankar hu stmat li kien EUR 1,1 miljun, l-iffrankar fuq taħriġ professjonali u missjonijiet hu stmat li kien ta’ EUR 1,1 miljun, l-iffrankar fuq tindif u l-kustodja tal-binjiet hu stmat li kien EUR 0,5 miljun, l-iffrankar fuq għamara, oġġetti ta’ konsum tal-uffiċċju u attivitajiet relatati mal-protokoll hu stmat li kien ta’ EUR 0,5 miljun, waqt li l-iffrankar relatat mat-tnaqqis tal-aġġustament tas-salarju għal 1,9 % hu stmat li kien ta’ EUR 1,2 miljun);

10.

Jindika li l-ammont nett tal-iffrankar jista’ jiġi stmat li kien ta’ EUR 4,3 miljun, u dan għamilha possibbli li jiġi ffinanzjat, bħala parti mit-trasferiment ta’ tlaqqit ta’ tmiem is-sena, pagament bil-quddiem relatat mal-binjiet bil-għan li jitnaqqas il-piż finanzjarju futur tal-QĠUE;

Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern

11.

Jifhem li, fl-2021, il-miżuri mfassla biex jindirizzaw l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 ippermettew lill-QĠUE żżomm livell għoli ta’ prestazzjoni billi għamlet użu mit-tagħlimiet meħuda permezz tal-użu ta’ xogħol mill-bogħod, tekniki ta’ komunikazzjoni u sistema ta’ vidjokonferenzi li jippermettu seduti remoti quddiem iż-żewġ qrati; japprezza l-fatt li l-QĠUE ngħatat il-Premju tal-Ombudsman Ewropew għal Amministrazzjoni Tajba fil-kategorija Eċċellenza fl-Innovazzjoni/Trasformazzjoni;

12.

Jirrimarka li fl-2021 kien hemm żieda fl-għadd ta’ kawżi ġenerali mressqa quddiem iż-żewġ qrati (1 720 fl-2021 meta mqabbel ma’ 1 584 fl-2020) kif ukoll żieda fl-għadd ta’ kawżi magħluqa (1 723 fl-2021 meta mqabbel ma’ 1 540 fl-2020); jifhem li ż-żieda tikkonċerna primarjament il-Qorti tal-Ġustizzja u hija dovuta essenzjalment għaż-żieda sinifikanti fin-numru ta’ appelli kontra s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali, marbuta maż-żieda fl-attivitajiet tal-Qorti Ġenerali, li l-kawża tagħha kienet ir-riforma tal-Qorti Ġenerali li tlestiet f’Settembru 2021; jinnota li 29 % tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali huma soġġetti għal appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

13.

Josserva żieda fid-durata medja tal-proċedimenti fl-2021 (17,2-il xahar meta mqabbla ma’ 15,4-il xahar fl-2020); jinnota li fil-Qorti tal-Ġustizzja d-durata medja tal-proċedimenti żdiedet għal 16,6-il xahar fl-2021 meta mqabbel ma’ 15,4-il xahar fl-2020 filwaqt li fil-Qorti Ġenerali ż-żieda kienet għal 17,3-il xahar meta mqabbla ma’ 15,4-il xahar fl-2020; jaqbel li ż-żieda fid-durata medja ġenerali tista’ tkun marbuta, tal-inqas parzjalment, mal-miżuri relatati mal-pandemija li ġew adottati biex jiffaċilitaw il-ħila tal-partijiet li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom billi tawhom xahar addizzjonali biex jippreżentaw is-sottomissjoni bil-miktub tagħhom, u l-inabbiltà tal-partijiet li jivvjaġġaw lejn is-sede tal-QĠUE fil-Lussemburgu, u b’hekk wasslu għal fażi orali itwal tal-proċedimenti;

14.

Jinnota li l-għadd ta’ kawżi pendenti quddiem iż-żewġ qrati baqa’ stabbli fl-2021 (2 541 kawża, 1 428 quddiem il-Qorti Ġenerali u 1 113 quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, meta mqabbel ma’ 2 542 fl-2020);

Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal

15.

Jinnota li fl-2021 kien hemm tiġdid parzjali sinifikanti tal-QĠUE bil-wasla ta’ disa’ mħallfin ġodda fil-Qorti tal-Ġustizzja u ħames imħallfin ġodda fil-Qorti Ġenerali;

16.

Josserva li minn Lulju 2022, il-Qorti Ġenerali għandha żewġ imħallfin għal kull Stat Membru, filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja għad għandha imħallef wieħed għal kull Stat Membru; iħeġġeġ lill-QĠUE tkompli l-analiżi tagħha dwar kif tista’ tibbilanċja mill-ġdid l-ammont ta’ xogħol bejn iż-żewġ qrati;

17.

Isostni li n-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-kulleġġ tal-imħallfin jeħtieġ li jiġi indirizzat; jinsab konxju mill-fatt li l-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali jinħatru bi qbil komuni mal-gvernijiet tal-Istati Membri u li l-QĠUE ma għandha l-ebda sehem fl-għażla ta’ mħallfin jew ta’ avukati ġenerali, daqs kemm la l-Kunsill u lanqas il-Parlament ma għandhom rwol f’dan ir-rigward; japprezza l-fatt li, wara s-sejħa mill-Parlament fis-26 ta’ Marzu 2021, il-President tal-Qorti Ġenerali bagħat ittra lill-President tal-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri dwar l-iskadenza tat-termini tal-kariga ta’ 26 imħallef tal-Qorti Ġenerali biex jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri fil-Qorti Ġenerali, u fiha stieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri jqisu dak l-objettiv meta jinnominaw il-kandidati għas-sostituzzjoni parzjali tal-imħallfin, b’konsistenza mal-Premessa 11 tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Istati Membri jqisu l-ħtieġa ta’ bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw imħallfin ġodda;

18.

Jinnota li, fi tmiem l-2021, kien hemm 2 247 uffiċjal u membri oħra tal-persunal fil-QĠUE, meta mqabbel ma’ 2 239 fi tmiem l-2020, u josserva li d-distribuzzjoni tagħhom fil-kategoriji amministrattivi fl-2021 hija konsistenti mad-distribuzzjoni tas-snin preċedenti (fl-2021, il-persunal kien jikkonsisti f’59 % uffiċjali, 33 % aġenti temporanji u 8 % aġenti kuntrattwali, meta mqabbla ma’ 60 % uffiċjali, 32 % aġenti temporanji u 8 % aġenti kuntrattwali fl-2020); jinnota r-rata għolja ta’ okkupanza ta’ 97 % fl-2021; jinnota li d-distribuzzjoni tal-postijiet tax-xogħol skont is-settur tal-attività għadha simili għal dik tas-snin preċedenti: kważi 86 % tal-postijiet iddedikati għal attivitajiet ġuriżdizzjonali u lingwistiċi;

19.

Josserva li d-distribuzzjoni tal-ġeneru fost il-persunal u l-pożizzjonijiet maniġerjali fl-2021 kienet konformi mas-sena preċedenti; jinnota li fi tmiem l-2021, 60 % tal-persunal kienu nisa (1 355 membru tal-persunal) u jissottolinja li l-QĠUE qabżet il-medja għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tar-rappreżentanza tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ responsabbiltà fi ħdan l-amministrazzjoni (in-nisa għandhom 54 % tal-karigi ta’ amministraturi u 40 % tal-karigi maniġerjali intermedji u superjuri);

20.

Jinnota b’apprezzament l-isforzi mill-QĠUE biex tikseb bilanċ ġeografiku, billi tħeġġeġ applikazzjonijiet minn Stati Membri sottorappreżentati, billi tippubblika l-avviżi ta’ postijiet vakanti tagħha fil-portal interistituzzjonali u billi tagħmel ħidma mill-qrib mas-servizz tas-selezzjoni u tar-reklutaġġ tal-persunal tal-Kummissjoni (EPSO) biex jiġu esplorati modi biex jittejjeb ir-reklutaġġ tal-persunal; jirrimarka li l-iżbilanċ għadu sinifikanti u jħeġġeġ lill-QĠUE tistinka favur rappreżentanza aktar uniformi tal-Istati Membri fost il-persunal tagħha, b’mod partikolari dawk tal-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni wara l-2004;

21.

Jinsab konxju tal-pekuljaritajiet tas-suq tax-xogħol fil-Lussemburgu u jilqa’ l-approċċ olistiku meħud fit-tfassil ta’ strateġija ġdida għall-ġestjoni tan-nies li tinkludi l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tax-xogħol: reklutaġġ, żvilupp tal-ħiliet, taħriġ inizjali u kontinwu, job shadowing u mentoraġġ, servizz ta’ gwida għall-karriera li ġie varat fl-2021, u opportunitajiet ta’ mobilità sat-tħejjija għall-irtirar; jemmen li r-reklutaġġ ta’ membri tal-persunal b’impenn u b’talenti jirrikjedi ambjent tax-xogħol stimulanti u dinamiku u japprezza li l-kwistjonijiet assoċjati mad-diversità u l-inklużjoni jiġu integrati fl-istrateġiji applikati fl-amministrazzjoni tal-QĠUE;

22.

Jinnota b’sodisfazzjon li, fl-2021, l-attivitajiet tal-unità tat-taħriġ u l-iżvilupp tal-QĠUE, li tmexxi t-taqsima tal-opportunitajiet indaqs u d-diversità, inkludew inizjattivi speċifiċi relatati mal-opportunitajiet indaqs, id-diversità u l-inklużjoni, bħall-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti mis-settur tal-opportunitajiet indaqs u d-diversità fil-bosta gruppi ta’ ħidma interistituzzjonali f’dan il-qasam u, b’mod speċifiku, fil-grupp ta’ ħidma tal-EPSO dwar id-diversità fil-proċeduri ta’ reklutaġġ, attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni għall-persunal u għall-maniġers u t-tfassil mill-ġdid tal-programm ta’ induzzjoni għall-impjegati l-ġodda biex jiġu integrati l-aspetti tal-politika dwar id-diversità u l-inklużjoni;

23.

Jindika l-aspettattivi għoljin għall-eżitu tal-Grupp Interistituzzjonali ta’ Livell Għoli stabbilit fl-2020 biex jeżamina soluzzjonijiet li aktarx itejbu l-livell ta’ attraenza tal-Lussemburgu għall-persunal u jsib modi kif isaħħaħ l-attraenza tiegħu meta mqabbla ma’ bliet oħra li jospitaw il-kwartieri ġenerali ta’ istituzzjonijiet, korpi u organi oħra tal-Unjoni; jinsab konxju li, f’Ġunju 2021, ġie adottat rapport mill-Grupp Interistituzzjonali ta’ Livell Għoli li jidentifika azzjonijiet li jistgħu jittieħdu fl-oqsma rilevanti; josserva li, fost dawk l-azzjonijiet, ġie kkunsidrat il-forniment ta’ akkomodazzjoni temporanja; jitlob lill-QĠUE tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet varati biex tiġi implimentata dik il-proposta;

24.

Jinsab imħasseb dwar iż-żieda fl-għadd ta’ każijiet ta’ eżawriment fl-2021 (stima ta’ 34 każ) meta mqabbel mal-2020 (stima ta’ 27 każ); jilqa’ l-fatt li l-QĠUE użat aktar riżorsi biex tipprevjeni u ssegwi l-każijiet ta’ eżawriment billi żiedet in-numru ta’ sigħat tal-psikologu ta’ konsulenza tagħha, billi rreklutat infermier addizzjonali (erba’ b’kollox) u assistent b’responsabbiltà speċifika li jiżviluppa u jikkoordina azzjonijiet biex itejjeb il-benesseri tal-persunal u billi organizzat diversi sessjonijiet ta’ taħriġ għall-maniġers sabiex issaħħaħ il-ħiliet maniġerjali tagħhom u tgħinhom iqassmu l-volum ta’ xogħol b’mod tajjeb u jevitaw id-diskriminazzjoni; itenni l-appell tiegħu lill-QĠUE biex tkompli timmonitorja l-impatt tal-volum ta’ xogħol dejjem akbar fuq il-benesseri tal-persunal u jħeġġeġ l-użu ta’ stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-persunal biex jinkiseb fehim aħjar tal-oriġini tal-problema u tal-impatt tal-miżuri adottati;

25.

Ifaħħar lill-QĠUE talli ħadet miżuri speċifiċi sabiex tiżgura l-benesseri fiżiċi u mentali tal-persunal minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi tax-xogħol mill-bogħod imposti minħabba l-pandemija tal-COVID-19 fl-2021; josserva li l-arranġamenti flessibbli tax-xogħol disponibbli fil-QĠUE jinkludu xogħol part-time, liv tal-ġenituri, liv tal-familja, ħin flessibbli u telexogħol, li tali għażliet huma aċċessibbli għall-kategoriji kollha ta’ persunal f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra u d-deċiżjonijiet interni applikabbli, u li l-aġġornamenti rilevanti huma kkomunikati kif xieraq lill-persunal permezz tal-intranet u bullettin intern; jenfasizza, madankollu, l-iżbilanċ li għadu jeżisti fost l-utenti ta’ dan it-tip ta’ arranġamenti ta’ xogħol favur il-membri nisa tal-persunal; mill-205 persuni li applikaw għal-liv tal-ġenituri, 163 kienu nisa u 42 biss kienu rġiel, waqt li minn 98 persuna li applikaw għal xogħol part-time, 87 kienu nisa u 11 biss kienu rġiel; itenni l-appell tiegħu lill-QĠUE biex tinvolvi ruħha f’komunikazzjoni interna effettiva orjentata lejn kjarifika aħjar tal-għażliet offruti lill-membri kollha tal-persunal;

26.

Jinnota li l-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-QĠUE fl-2021 waqt il-pandemija tal-COVID-19 u wara kienu b’mod ġenerali perċepiti b’mod pożittiv mill-persunal, u li l-QĠUE wettqet tliet stħarriġiet dwar il-persunal u l-maniġers fl-2020 u fl-2021, u qieset l-interess espress għal reġim permanenti fakultattiv ta’ xogħol mid-dar meta xejriet tax-xogħol ġew lura għan-normal; jilqa’ l-inizjattivi adottati biex jittejbu l-kundizzjonijiet għall-membri tal-persunal li jaħdmu mill-bogħod, bħall-pakkett għax-xogħol mid-dar (laptop, skrin, stazzjon għad-dokkjar, maws u tastiera, kuffji u siġġu ergonomiku) u l-appoġġ u l-assistenza tekniċi li jinkludu l-vidjokonferenzi, l-offerti ta’ taħriġ dwar modalitajiet u strateġiji ta’ xogħol mill-bogħod, it-tixrid ta’ prattiki tajbin u l-istabbiliment ta’ servizz telefoniku permezz tan-network sigur tal-QĠUE li pprevjena spejjeż addizzjonali tat-telekomunikazzjoni għall-persunal;

27.

Japprezza l-attenzjoni mogħtija lis-saħħa mentali tal-persunal matul il-perjodu ta’ lockdown fl-2021, id-diversi komunikazzjonijiet mibgħuta fuq bażi regolari lill-persunal, inkluż parir dwar kif wieħed għandu jittratta l-iżolament, kuntatti u informazzjoni dwar kif wieħed ifittex l-għajnuna u l-appoġġ, informazzjoni prattika dwar konsultazzjonijiet mediċi, l-aħjar prattiki li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ xogħol mill-bogħod, vidjos informattivi mill-psikologu ta’ konsulenza dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja matul il-lockdown u l-possibbiltà ta’ sessjonijiet ta’ konsulenza mal-psikologu ta’ konsulenza;

28.

Josserva li fl-2021, il-QĠUE rreklutat 255 trainee, li minnhom 173 irċevew introjtu ta’ kull xahar; jiddeplora l-fatt li fl-2021, il-perċentwal ta’ trainees imħallsa kien 68 %, li juri tnaqqis meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (72 % fl-2020); jilqa’ madankollu l-adozzjoni reċenti, fid-29 ta’ Novembru 2021, ta’ deċiżjoni emendatorja dwar it-traineeships li skontha l-QĠUE għandha tħallas lit-trainees kollha, ħlief dawk imħallsa minn sorsi oħra, u dawn huma wkoll intitolati li jirċievu, minbarra l-indennizz fiss tal-ivvjaġġar, għotja ta’ kull xahar simili għal dawk mogħtija minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni; jirrikonoxxi l-progress li sar mill-QĠUE għal tnaqqis fil-perċentwal ta’ traineeships mhux imħallsa, u jistieden lill-QĠUE tiżgura li t-trainees kollha jirċievu remunerazzjoni deċenti fil-livell tar-remunerazzjoni mħallsa minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, ħlief għal trainees imħallsa minn sorsi oħra;

29.

Iħeġġeġ lill-QĠUE tkompli l-politika tagħha bl-għan li tiggwida u tinvolvi lill-maniġers fis-salvagwardja tal-benesseri tal-persunal kif ukoll tkompli tivvaluta l-impatt tal-volum ta’ xogħol dejjem akbar fuq il-benesseri tal-persunal sabiex tinftiehem aħjar l-oriġini tad-diffikultajiet u jiġu esplorati soluzzjonijiet possibbli; jilqa’ d-djalogu soċjali bejn l-amministrazzjoni u r-rappreżentanti tal-persunal u l-varar ta’ stħarriġ li għandu l-għan li jiġbor il-fehmiet tal-membri tal-persunal dwar ħafna suġġetti rilevanti, bħar-reġim tat-telexogħol u l-awtonomija fuq ix-xogħol;

Qafas tal-etika u trasparenza

30.

Jilqa’ l-adozzjoni tal-kodiċi ta’ kondotta l-ġdid għall-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Ottubru 2021; jinnota b’sodisfazzjon li l-kodiċi jitfa’ attenzjoni speċifika fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri, li sfortunatament għadhom awtodikjarazzjonijiet, fuq l-aġġornament perjodiku tagħhom f’kull bidla fis-sitwazzjoni u tal-inqas kull tliet snin, u fuq il-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit web tal-Curia, sa mill-aħħar tal-2021; jisħaq li d-dispożizzjonijiet il-ġodda huma mmirati speċifikament fuq il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess, u jaqbel mal-QĠUE li l-approċċ strett huwa mfassal biex tissaħħaħ il-fiduċja tal-pubbliku fl-indipendenza tal-ġudikatura tal-Unjoni;

31.

Japprezza l-konsolidazzjoni f’deċiżjoni waħda, adottata f’Marzu 2021, tar-regoli interni tal-QĠUE li jirregolaw l-ivvjaġġar, il-missjonijiet, il-karozzi tal-membri u l-użu tas-sewwieqa tal-membri, li qabel kienu stabbiliti f’diversi deċiżjonijiet komplementari; jemmen li dan se jagħmilha possibbli li tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni tar-regoli u se jipprevedi qafas aktar trasparenti; jilqa’ l-pubblikazzjoni, fi tmiem l-2021, tal-Kurrikuli tal-Membri, inklużi elementi addizzjonali bħal pożizzjonijiet jew titoli onorarji mogħtija kif ukoll sħubijiet fil-fondazzjonijiet;

32.

Jinnota l-livell adegwat ta’ trasparenza miksub mill-pubblikazzjoni annwali fuq is-sit web tal-Curia, mill-2018, tal-listi tal-attivitajiet esterni mwettqa mill-membri kemm tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll tal-Qorti Ġenerali; jisħaq li l-membri huma mistennija jiddedikaw ruħhom għalkollox għat-twettiq ta’ dmirijiethom fil-QĠUE u li huma jistgħu iwettqu attivitajiet esterni biss li jkunu relatati mat-twettiq ta’ dmirijiethom u soġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel mogħtija biss meta tali attivitajiet ikunu kompatibbli mar-rekwiżiti tal-kodiċi ta’ kondotta u, b’mod partikolari, mal-obbligu li jkunu disponibbli għall-attivitajiet ġudizzjarji;

33.

Jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li l-kodiċi ta’ kondotta l-ġdid għall-membri tal-persunal, li kien mistenni li jitlesta sa tmiem l-2021, għadu fil-proċess ta’ adozzjoni, u għaldaqstant jistieden lill-QĠUE tikkompleta dak il-proċess malajr kemm jista’ jkun; jissottolinja l-importanza li l-persunal jiġi pprovdut b’terminu ta’ referenza aġġornat u komprensiv dwar ħafna suġġetti sensittivi bħal revolving doors, attivitajiet esterni u attivitajiet tax-xogħol wara li wieħed jitlaq mis-servizz, u jtenni t-talba tiegħu li l-awtorità ta’ kwittanza tinżamm infurmata kif xieraq dwar il-kontenut finali u l-adozzjoni tal-kodiċi ta’ kondotta l-ġdid għall-persunal;

34.

Jirrimarka li l-konformità tal-persunal ma’ kwistjonijiet etiċi bħalissa qed tiġi segwita mill-QĠUE prinċipalment minn pakkett ta’ taħriġ obbligatorju għall-impjegati l-ġodda, li huwa aċċessibbli wkoll għal kollegi li ilhom fis-servizz, u mill-kontroll intern u mit-taħriġ finanzjarju (fl-2021 ġew organizzati total ta’ 14-il sessjoni); jinnota mill-ġdid l-għadd limitat ta’ membri tal-persunal li ħadu sehem f’dawk is-sessjonijiet (99 membru tal-persunal minn total ta’ aktar minn 2 000); jitlob lill-QĠUE tkompli tħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-persunal f’korsijiet ta’ taħriġ dwar kwistjonijiet etiċi, twettaq stħarriġ fost il-persunal biex tivverifika l-perċezzjoni tal-qafas etiku attwali u ttejjeb l-involviment tal-persunal; jilqa’ l-ħruġ ta’ linji gwida ad hoc dwar l-użu ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jinkludu kunsiderazzjonijiet relatati mad-dritt għall-iskonnessjoni u mal-protezzjoni tad-data personali u jistabbilixxi regoli għall-użu, iż-żamma u l-arkivjar;

35.

Jinnota li ġew sottomessi 96 talba minn membri tal-persunal li xtaqu jwettqu attività professjonali wara t-tluq mill-QĠUE, li dawn ġew approvati kollha, li ma ġie identifikat l-ebda ksur tal-perjodu ta’ preklużjoni, li r-regoli speċifiċi tal-kodiċi ta’ kondotta għar-referendaires dwar il-kunfidenzjalità u l-kunflitt ta’ interess japplikaw għal eks membri tal-persunal li jħallu tali pożizzjonijiet, u li ġew eżaminati u approvati żewġ dikjarazzjonijiet ta’ attività esterna matul il-liv minħabba raġunijiet personali;

36.

Jinnota li l-QĠUE aġġornat l-istrateġija tagħha kontra l-frodi bħala parti integrali mill-politika tagħha dwar il-ġestjoni tar-riskju u li r-reġistru tar-riskju huwa stabbilit kif xieraq u jinkludi riskji li huma relatati man-natura sensittiva tal-attività tal-QĠUE, bħad-divulgazzjoni mhux xierqa ta’ informazzjoni;

37.

Jitlob li jintemm l-użu ta’ kumpaniji esterni li, skont il-klassifikazzjoni tal-Università ta’ Yale (2), għadhom qed joperaw fir-Russja;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data

38.

Jilqa’ l-isforzi tal-QĠUE li taċċellera u twessa’ d-diġitalizzazzjoni tal-attivitajiet u l-proċeduri tagħha, kemm fil-qasam ġudizzjarju kif ukoll f’dak amministrattiv; jifhem li l-għan huwa li jissaħħaħ l-għoti ta’ appoġġ dirett għall-attivitajiet ġudizzjarji u b’hekk jiġi indirizzat il-livell ta’ volum ta’ xogħol bla preċedent li ntlaħaq, b’mod partikolari fil-Qorti tal-Ġustizzja;

39.

Jilqa’ l-progress li sar, fl-2021, fl-iżvilupp tas-sistema integrata ta’ ġestjoni tal-kawżi (SIGA), u l-possibbiltajiet li din toffri għal ottimizzazzjoni u awtomatizzazzjoni akbar tad-diversi stadji fl-ipproċessar tal-kawżi;

40.

Jinnota l-livell għoli ta’ attakki ċibernetiċi li seħħew fl-2021 meta mqabbel mas-snin preċedenti u japprezza l-fatt li kollha ġew indirizzati mingħajr impatt sinifikattiv; ifaħħar ir-rwol attiv tal-QĠUE fl-appoġġ ta’ inizjattivi għat-tisħiħ taċ-ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi kollha tal-Unjoni bħala parti mill-bord ta’ tmexxija tas-CERT-UE u bħala membru tal-Kumitat Interistituzzjonali għat-Trasformazzjoni Diġitali (ICDT); jinsab konxju li l-QĠUE ġeddet il-programm tagħha ta’ sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà, li hi żviluppat kors ta’ taħriġ obbligatorju ta’ apprendiment elettroniku dwar iċ-ċibersigurtà għall-persunal tagħha, u li wettqet studju dwar “fiduċja żero” bħala parti mill-programm pluriennali ta’ trasformazzjoni diġitali filwaqt li bdiet il-ħidma, fl-2021, fuq id-disinn dettaljat tan-network il-ġdid li jinkorpora “arkitettura b’fiduċja żero”; iħeġġeġ ukoll lill-QĠUE twettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari dwar l-infrastruttura tal-IT tagħha u tiżgura awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tagħha;

41.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-QĠUE tuża sistemi ta’ hosting b’mod intern, ibbażati fuq teknoloġija b’sors miftuħ, bħala l-ewwel għażla biex tittratta u tipproċessa l-kontenut ġudizzjarju sensittiv tagħha u li, meta jintużaw soluzzjonijiet tal-cloud, il-QĠUE tfassal miżuri tekniċi speċjali u tinnegozja kuntratti b’rekwiżiti b’saħħithom ta’ protezzjoni tad-data u ta’ sigurtà, bl-awtorizzazzjoni, meta jkun meħtieġ, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS); jifhem li approċċ bħal dan jippermetti lill-QĠUE żżomm il-kontroll tas-sistemi tekniċi tagħha, tipproteġi s-sjieda tal-ħżin ta’ data u tal-flussi ta’ data, u tevita d-dipendenza kritika fuq kwalunkwe sistema esterna, inklużi sistemi ta’ istituzzjonijiet oħra; jirrimarka li s-sjieda hija msaħħa permezz tal-politika fis-seħħ dwar id-drittjiet ta’ aċċess, permezz tal-ħatra ta’ uffiċjali bħala maniġers tas-servizzi responsabbli għall-infrastruttura tal-QĠUE, permezz tal-iżgurar ta’ monitoraġġ kostanti tal-operazzjonijiet u permezz tas-segregazzjoni tad-dmirijiet tat-timijiet tal-iżvilupp u tal-konsulenti u l-kuntratturi esterni;

42.

Jilqa’ l-fatt li qed jiġi kkunsidrat l-użu ta’ formati aktar newtrali ta’ dokumenti u ta’ skambju ta’ data biex jitrawmu għodod tal-uffiċċju “nonproprjetarji” u tissaħħaħ it-trasparenza; jinnota li, minn Jannar 2021, ir-rekord ċentrali tal-attivitajiet ta’ pproċessar jinsab online u huwa aċċessibbli b’mod dirett għall-pubbliku;

43.

Ifakkar li l-QĠUE, bħala parti mill-parteċipazzjoni tagħha fis-sottogruppi kollha tal-ICDT, fl-2021 ħadet f’idejha l-presidenza tal-Grupp dwar it-Teknoloġiji Emerġenti; jifhem li l-objettiv ewlieni ta’ dan il-grupp, maħluq f’Ottubru 2020, huwa li jibqa’ aġġornat dwar l-iżviluppi teknoloġiċi u li jippromwovi approċċ komuni għalihom fi ħdan l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni fl-oqsma tal-intelliġenza artifiċjali, tal-blockchain, tal-awtomatizzazzjoni tal-proċess robotiku u tal-computing kwantistiku; jinsab konxju li qed jitħejja programm interistituzzjonali komuni b’ħarsa ġenerali lejn l-investimenti, il-kompetenzi disponibbli, il-prodotti żviluppati diġà u l-possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid, u li qed jitħejjew oqsma futuri ta’ kooperazzjoni u li hu mistenni li jinkludu taħriġ f’ħiliet ġodda, arkitettura komuni biex jiġu appoġġjati kollaborazzjonijiet futuri u l-istabbiliment ta’ ċentru interistituzzjonali tal-innovazzjoni;

44.

Isegwi r-riżoluzzjonijiet preċedenti dwar l-użu tal-intelliġenza artifiċjali fis-sistemi ġudizzjarji u jistieden lill-QĠUE tiżgura l-akbar rispett għad-drittijiet tal-bniedem; jifhem li l-għan ewlieni tal-użu ta’ għodod tal-intelliġenza artifiċjali huwa li jiġu analizzati t-testi sabiex l-informazzjoni tiġi estratta b’mod awtomatiku u jitħaffef l-ipproċessar ta’ ċerti kompiti; jinnota l-impenn tal-QĠUE li tqis il-prinċipji tar-rispett għad-drittijiet fundamentali, in-nondiskriminazzjoni, is-sigurtà, it-trasparenza, in-newtralità u l-integrità intellettwali, kif ukoll il-kontroll tal-utenti, f’konformità mal-Karta Ewropea tal-Etika dwar l-użu tal-intelliġenza artifiċjali fis-sistemi ġudizzjarji u fl-ambjent tagħhom; ifakkar li, fi kwalunkwe każ, il-kompiti mwettqa bl-għajnuna tal-intelliġenza artifiċjali għandhom dejjem jiġu mmonitorjati u riżolti minn operatur uman u jkunu etiċi u juru rispett għad-drittijiet tal-bniedem, sa mill-fażi tat-tfassil tagħhom; itenni t-talba tiegħu li jiġi infurmat dwar il-modalità tal-użu possibbli tal-intelliġenza artifiċjali fit-twettiq tal-attivitajiet tal-QĠUE;

45.

Josserva li l-investigazzjoni li fetaħ l-EDPS fl-2020 dwar l-użu ta’ servizzi web ta’ partijiet terzi mill-QĠUE (bħal YouTube, Twitter, LinkedIn, Google Play u Apple), u l-obbligu li l-essenza ta’ ftehim ta’ kontrollur konġunt issir disponibbli, għadha pendenti; josserva, barra minn hekk, li l-EDPS fetaħ ukoll investigazzjoni dwar l-użu tas-servizzi tal-cloud mill-QĠUE pprovduti minn Amazon Web Services u minn Microsoft fi ħdan kuntratti ta’ akkwist tal-Cloud II u li deċiżjoni għadha pendenti; jilqa’ l-azzjonijiet ta’ segwitu meħuda mill-QĠUE biex tkun allinjata mar-rakkomandazzjonijiet tal-EDPS;

Binjiet u sigurtà

46.

Jilqa’ r-rapport dettaljat lill-awtorità tal-baġit dwar il-pjanijiet ta’ investiment għall-bini tal-QĠUE abbozzati f’konformità mal-Artikolu 266 tar-Regolament Finanzjarju; josserva li, sa minn Ġunju 2021, il-QĠUE kellha kuntratt għall-istabbiliment ta’ inventarju tal-assi arkitettoniċi tagħha u l-ispezzjoni sistematika tagħhom, li għalih fl-2021 ġew allokati EUR 140 000 u fl-2022 ġew allokati EUR 230 000;

47.

Jinnota li, fl-2021, il-QĠUE kompliet tippresjedi l-Grupp tas-Sigurtà Interistituzzjonali stabbilit fl-2014 fuq l-inizjattiva tal-QĠUE sabiex jiġu armonizzati l-approċċi, jiġu skambjati l-aħjar prattiki, ikun hemm kooperazzjoni f’każ ta’ theddida speċifika u biex jikkoordina fl-istabbiliment ta’ proċeduri għall-kontroll tal-aċċess għall-bini;

48.

Jinsab konxju li l-QĠUE ilha minn Ottubru 2019 tospita l-uffiċċju tal-Lussemburgu tal-EPSO fil-kumpless ta’ bini tagħha u tipprovdilu l-kmamar tal-laqgħat meħtieġa biex jiġu organizzati ċentri ta’ valutazzjoni għall-kandidati għal karigi fil-Lussemburgu, b’mod partikolari fil-qasam tat-traduzzjoni;

49.

Josserva li l-grupp ta’ ħidma interistituzzjonali dwar il-koordinazzjoni tal-bini fil-Lussemburgu (GICIL) kompla l-ħidma tiegħu fuq bażi aktar sporadika biex irawwem l-armonizzazzjoni tal-prattiki tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni stabbiliti fil-Lussemburgu; jinnota li l-GICIL jippromwovi l-iskambju ta’ prattika tajba fil-qasam tal-ġestjoni tal-binjiet u jiffaċilita l-kooperazzjoni interistituzzjonali fil-qasam tal-provvista tal-gass u tal-elettriku kif ukoll is-servizzi ta’ assistenza teknika fis-settur tal-bini li jiġġeneraw ekonomiji ta’ skala; jirrimarka li, fil-11 ta’ Ġunju 2021, saret sessjoni ta’ ħidma taħt il-patroċinju tiegħu dwar kunċetti ġodda għad-disinn tal-post tax-xogħol wara l-pandemija;

Ambjent u sostenibbiltà

50.

Jilqa’ l-adozzjoni ta’ politika ambjentali mill-QĠUE, disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha, u jappoġġja r-reġistrazzjoni tal-QĠUE fis-sistema tal-EMAS (mill-2016), u l-parteċipazzjoni tagħha fid-diversi kumitati ambjentali interistituzzjonali li fihom jiġu skambjati prattiki ambjentali tajbin u jiġu pprovduti kontributi biex jiġu elaborati strateġiji ambjentali komuni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u għall-ksib ta’ sinerġiji finanzjarji, jiġifieri GIME (Groupe Interinstitutionnel de Management Environmental, it-tlaqqigħ ta’ koordinaturi tal-EMAS minn diversi istituzzjonijiet Ewropej li s-sedi tagħhom mhumiex biss fil-Lussemburgu), ECOnet (Network Ambjentali Interistituzzjonali magħmul minn koordinaturi tal-EMAS minn diversi istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-Lussemburgu li jikkollaboraw mal-Kulleġġ tas-Segretarji Ġenerali u l-Kapijiet ta’ Amministrazzjoni fil-Lussemburgu - CALux), u l-grupp ta’ ħidma interistituzzjonali dwar l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku li jopera fis-settur tax-xiri ekoloġiku;

51.

Jinnota b’sodisfazzjon li, fl-2021, il-QĠUE kisbet tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-elettriku, tal-ilma u tal-karti, tal-iskart tal-kantin u tal-uffiċċju u tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra; jinnota li l-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi f’żona totali ta’ 3 447 m2 pproduċiet 381 586 kWh u b’hekk ikkontribwixxiet biex tiġi żgurata provvista tal-enerġija sostenibbli; jinnota wkoll l-installazzjoni, matul l-2021, ta’ 32 funtana tal-ilma introdotti fis-servizz fl-2022 f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tas-saħħa tal-uffiċjali mediċi, u b’hekk jitnaqqas il-konsum ta’ fliexken tal-plastik li jintużaw darba biss;

52.

Jinsab konxju li t-tnaqqis qawwi ħafna fl-emissjonijiet tas-CO2 (tnaqqis minn 32 747 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fl-2010 għal 11 181 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fl-2020) huwa spjegat ukoll mir-rata baxxa ta’ okkupanza tal-bini u t-tnaqqis fl-ivvjaġġar marbut mal-pandemija tal-COVID-19; iħeġġeġ lill-QĠUE tillimita aktar il-konsum tal-karti tagħha u ssegwi l-għan li ssir istituzzjoni mingħajr karti;

53.

Jifhem li, f’konformità mal-Programm tal-EMAS għall-2022, il-QĠUE se tinkludi objettivi ambjentali mġedda biex tkompli tnaqqas l-impronta ambjentali tagħha; jilqa’ l-ħafna inizjattivi adottati mill-QĠUE biex jappoġġjaw il-mobilità sostenibbli tal-persunal tagħha u jżidu l-għarfien dwar il-kwistjoni, inkluża l-promozzjoni ta’ karozzi ibridi u elettriċi għall-membri tagħha, sussidju għat-trasport pubbliku transfruntier annwali, u abbonament mingħajr ħlas għas-servizz ta’ bicycle sharing stabbilit mill-Belt tal-Lussemburgu;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

54.

Jilqa’ l-impenn tal-QĠUE li ssib approċċi kkoordinati biex jiġu indirizzati l-isfidi multipli ppreżentati mill-pandemija tal-COVID-19; jinnota li saru skambji dwar l-istrateġija għall-ġestjoni tal-kriżijiet, fi ħdan il-presidenza tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-laqgħat tal-Kulleġġ tal-Kapijiet tal-Amministrazzjoni tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni Ewropea, u fil-laqgħat tal-CALux bil-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Lussemburgu;

55.

Jinnota l-ħafna ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz bejn il-QĠUE u l-Kummissjoni (mal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali u l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet), mas-CERT-UE (fil-qasam taċ-ċibersigurtà) u mal-Parlament u mal-Kunsill (biex jinqasam il-piż finanzjarju relatat mas-servizz tal-għodda tal-ittestjar remot fil-qafas tal-akkreditazzjoni interistituzzjonali ta’ interpreti freelance) kif ukoll il-ftehim ta’ finanzjament annwali mas-servizzi ta’ traduzzjoni tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi l-oħra tal-Unjoni biex jiġu ffinanzjati diversi għodod tal-IT; jinsab konxju li, fil-qasam tat-traduzzjoni u tal-interpretazzjoni, il-kooperazzjoni kompliet fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Interistituzzjonali għat-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni u fi ħdan il-Kumitat Eżekuttiv għall-Interpretazzjoni u l-Kumitat Eżekuttiv għat-Traduzzjoni tiegħu;

56.

Jinnota b’apprezzament li l-QĠUE tikkoopera wkoll mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), mal-EDPS u mal-Ombudsman Ewropew, u li jsiru skambji attivi mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għal skopijiet ta’ kondiviżjoni tal-għarfien, inkluża offerta ta’ taħriġ għall-Prosekuturi Delegati Ewropej biex jiffamiljarizzawhom mal-attivitajiet tal-QĠUE, f’konformità mal-memorandum ta’ qbil li qed jiġi nnegozjat bħalissa u li għandu l-għan li jibni kooperazzjoni aktar soda bejn il-QĠUE u l-UPPE;

57.

Jilqa’ l-prosegwiment tal-attivitajiet imwettqa min-Network Ġudizzjarju tal-Unjoni Ewropea, li kkontribwixxa biex irawwem u jaġevola l-kooperazzjoni bejn il-QĠUE u l-qrati nazzjonali, b’mod partikolari fl-oqsma tar-riċerka legali, it-terminoloġija multilingwi u l-innovazzjoni teknoloġika;

Komunikazzjoni

58.

Itenni l-appell tiegħu lill-QĠUE biex iżżid l-isforzi ta’ komunikazzjoni tagħha ħalli ssaħħaħ ir-rabta maċ-ċittadini billi tapprova trasparenza akbar fl-operazzjonijiet tagħha, billi tintensifika l-użu tat-teknoloġiji diġitali u billi ssegwi strateġija ta’ komunikazzjoni li tippermetti li r-rwol tal-QĠUE u l-mod kif din tidħol fil-viżjoni tal-Unjoni jiġu pperċepiti u mifhuma b’mod korrett;

59.

Jinnota li, fl-2021, il-baġit għall-attivitajiet ta’ komunikazzjoni pubblika u ta’ promozzjoni kien ta’ EUR 510 500, li jkopri l-produzzjoni ta’ pubblikazzjonijiet interni u esterni (eż. rapporti annwali), materjali vidjo, materjali ta’ promozzjoni għall-viżitaturi, monitoraġġ tal-media u materjali speċifiċi għall-professjonisti tal-liġi jew tal-istampa u l-media;

60.

Josserva li, fl-2021, il-vidjokonferenzi ntużaw għal 131 seduta quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja, u li 231 stqarrija għall-istampa ġew ippubblikati f’total ta’ 3 206 verżjoni lingwistika differenti fuq is-sit web tal-Curia, 601 bullettin kull ġimgħa jew kull ġimagħtejn ġew indirizzati lill-media u lill-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja biex jipprovdu informazzjoni diretta, iżidu l-għarfien dwar kawżi importanti u jispjegaw is-sentenzi meħuda, u ġew iċċirkolati 630 bullettin ta’ informazzjoni dwar kawżi mhux koperti mill-istqarrijiet għall-istampa;

61.

Jirrimarka li fl-2021, 6,1 miljun viżitatur żar is-sit web tal-Curia, u b’kollox il-paġni tas-sit ġew aċċessati 25,3 miljun darba; jenfasizza r-rwol dejjem akbar ta’ e-Curia bħala passarella għall-komunikazzjonijiet bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali, minn naħa waħda, u l-partijiet u r-rappreżentanti tagħhom, min-naħa l-oħra; iħeġġeġ l-iżvilupp ulterjuri tal-funzjonalitajiet ta’ e-Curia;

62.

Jinnota li kważi 90 % tad-dokumenti proċedurali kollha ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali fl-2021 ġew sottomessi bl-użu ta’ e-Curia; jenfasizza li r-rata ta’ użu ta’ e-Curia kienet ta’ 85 % quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u ta’ 93 % quddiem il-Qorti Ġenerali (meta mqabbla ma’ 79 % u 95 % rispettivament fl-2020); jissottolinja li n-numru ta’ kontijiet miftuħa quddiem iż-żewġ qrati kompla jikber minn 7 378 fl-aħħar tal-2020 għal 8 212-il kont sena wara; josserva li l-għadd ta’ kontijiet miftuħa mill-qrati nazzjonali kien ta’ 45 biss fl-aħħar tal-2019, li laħaq il-121 fl-aħħar tal-2020 u kompla jiżdied għal 223 sal-31 ta’ Diċembru 2021, u dan jindika l-fiduċja mifruxa tal-utenti fis-siwi u l-affidabbiltà ta’ e-Curia; jilqa’ l-fatt li l-introduzzjoni ta’ e-Curia fl-2011 kellha impatt konsiderevoli fuq l-ispejjeż tal-posta, li naqsu b’madwar 85 % matul il-perjodu 2011-2021;

63.

Jirrimarka l-preżenza dejjem akbar tal-QĠUE u tal-għadd ta’ segwaċi fuq il-pjattaformi ewlenin u fuq in-networks soċjali (Twitter u LinkedIn iżda anke fuq il-pjattaforma Mastodon) u t-tħejjija ta’ komunikazzjonijiet imfassla apposta għall-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja permezz ta’ Skedi Informattivi u l-Ġabra ta’ Ġurisprudenza ta’ Kull Xahar;

64.

Jilqa’ l-fatt li l-QĠUE tipparteċipa b’mod attiv fil-proġett EU Voice varat mill-EDPS għall-interazzjoni mal-pubbliku, u li għandha l-ħsieb li tippromwovi l-użu ta’ networks soċjali deċentralizzati, mingħajr ħlas u b’sors miftuħ bħala alternattiva għal dawk aċċettati konvenzjonalment;

65.

Itenni l-appell tiegħu lill-QĠUE biex ittejjeb it-trasparenza billi tadotta soluzzjonijiet innovattivi fil-komunikazzjoni mal-pubbliku; jilqa’ l-progress li sar fl-istreaming tal-għoti tas-sentenzi u tas-seduti, li, abbażi tal-ħidma teknika mwettqa fl-2021, daħal f’fażi pilota fil-bidu tal-2022 bl-ewwel seduti tal-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja li xxandru minn April 2022;

66.

Ifaħħar l-impenn tal-QĠUE għall-multilingwiżmu u jaqbel li l-indirizzar ta’ kull litigant u kull ċittadin fil-lingwa tiegħu stess huwa kemm kwistjoni ta’ salvagwardja tad-diversità kulturali u lingwistika tal-Unjoni kif ukoll kwistjoni ta’ effettività, aċċessibbiltà u leġittimità tas-sistema tal-ġustizzja tal-Unjoni;

67.

Jenfasizza l-importanza tal-ħidma tal-QĠUE li tindirizza kwistjonijiet li jqajmu dubji dwar l-idea essenzjali tal-proġett Ewropew u l-valuri u l-prinċipji sottostanti tiegħu; jissottolinja l-importanza tas-sentenzi tal-QĠUE, b’mod partikolari b’referenza għall-konformità mal-istat tad-dritt; jinsab konxju mill-konsegwenzi estensivi tad-deċiżjonijiet tiegħu;

68.

Jilqa’ l-inizjattiva tal-QĠUE li toffri programm virtwali għall-viżitaturi għaċ-ċittadini Ewropej; jinnota li bħalissa l-proġett pilota ġie estiż għall-istudenti kollha tal-iskola sekondarja fl-Unjoni u fil-futur għandu l-għan li jiddiversifika billi jiżviluppa programmi maħsuba għal tipi oħra ta’ udjenza; jilqa’ l-fatt li l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-QĠUE kien involut mill-bidu tal-fażi pilota;

69.

Jappoġġja s-sejħa tas-soċjetà ċivili (3) biex is-seduti ta’ smigħ tal-QĠUE jixxandru b’mod dirett fuq is-sit web tagħha, peress li diġà hija l-prattika ta’ diversi qrati nazzjonali u internazzjonali, bħall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

(1)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14).

(2)  https://som.yale.edu/story/2022/over-1000-companies-have-curtailed-operations-russia-some-remain

(3)  https://www.thegoodlobby.eu/a-letter-to-the-president-of-the-court-of-justice-of-the-european-union-to-live-stream-hearings/


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/110


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1829 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0231/2022) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0081/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU L 93, 17.03.2021.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.

(3)   ĠU C 391, 12.10.2022, p. 6.

(4)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(5)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/111


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1830 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0081/2023),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) hija l-awditur estern tal-Unjoni, fdata, permezz ta’ ħidma ta’ awditjar indipendenti, professjonali u li tħalli impatt, biex tivvaluta l-ekonomija, l-effettività, l-effiċjenza, il-legalità u r-regolarità tal-azzjoni tal-Unjoni sabiex ittejjeb l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja, u b’hekk ittejjeb il-fiduċja taċ-ċittadini u tirrispondi b’mod effettiv għall-isfidi attwali u futuri li qed tiffaċċja l-Unjoni;

B.

billi, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 287 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), mill-għeluq tas-sena finanzjarja 1987, il-Qorti kellha l-kontijiet tad-dħul u tal-infiq tagħha awditjati minn awditur estern indipendenti kull sena u, mir-rapport dwar is-sena finanzjarja 1992, ir-rapporti tal-awditur estern ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

C.

billi l-obbligu ta’ rendikont tal-ġestjoni fil-konfront tal-awtoritajiet baġitarji huwa pprovdut permezz tar-rapport annwali tal-attività tas-Segretarju Ġenerali tal-Qorti, li l-għan tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 74(9) tar-Regolament Finanzjarju, huwa li jipprovdi informazzjoni dwar il-ġestjoni tar-riżorsi, inklużi s-sistemi, u dwar l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern tal-Qorti;

D.

billi fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

E.

billi, meta tiffunzjona b’mod trasparenti u indipendenti, il-Qorti tikkontribwixxi għas-sorveljanza demokratika, għad-dibattitu pubbliku u għas-sodezza tal-ġestjoni finanzjarja tal-Unjoni;

F.

billi l-Qorti ħadet il-pożizzjoni li skontha, sabiex tivvaluta l-governanza tal-Unjoni, l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza tagħha u l-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni u tad-data rrapportati dwar l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, l-aħjar soluzzjoni tkun li l-Qorti tingħata l-mandat li tawditja l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni stabbiliti mit-Trattati jew skonthom u l-istrutturi intergovernattivi kollha ta’ rilevanza ewlenija għall-funzjonament tal-Unjoni; billi l-Qorti għalhekk tilqa’ kwalunkwe inizjattiva li lill-Qorti tafdaha b’mandat usa’;

1.

Jinnota li l-baġit tal-Qorti jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, liema baġit kien jammonta għal total ta’ EUR 10,7 biljun fl-2021 (li jirrappreżentaw 5,9 % tal-infiq tal-Unjoni); jinnota li l-baġit tal-Qorti jirrappreżenta madwar 1,5 % tal-infiq totali tal-Unjoni fuq l-amministrazzjoni, inqas minn 0,1 % tal-infiq totali tal-Unjoni;

2.

Jinnota li l-Qorti ssemmi li l-ħidma tagħha mwettqa tul ħafna snin tindika li l-Intestatura 7 tal-QFP tikkonċerna nfiq kumplessiv b’riskju baxx;

3.

Huwa konxju mill-fatt li l-kontijiet annwali tal-Qorti jiġu awditjati minn awditur estern indipendenti sabiex jiġu applikati l-istess prinċipji ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont li l-Qorti tapplika fil-konfront ta’ dawk soġġetti għall-awditjar tagħha; jinnota b’sodisfazzjon li l-awditur estern ma rrapporta l-ebda kwistjoni speċifika bbażata fuq l-awditu tiegħu tal-Qorti;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.

Jinnota li l-baġit finali tal-Qorti għall-2021 kien ta’ EUR 153 721 727, ekwivalenti għal żieda żgħira ta’ 0,97 % meta mqabbel mal-baġit ta’ EUR 152 237 000 fl-2020, l-aktar minħabba adattamenti fis-salarji;

5.

Josserva l-implimentazzjoni għolja tal-baġit ta’ 96,65 %, meta mqabbla ma’ 95,70 % fl-2020, u li l-pagamenti kienu jirrappreżentaw 94,45 % tal-impenji totali, meta mqabbla ma’ 94,12 % fl-2020; jissottolinja li ż-żmien medju għall-pagamenti fl-2021 kien ta’ 10,7 ijiem u s-sehem tal-fatturi elettroniċi kien 19 %, meta mqabbel ma’ 11 % fl-2020;

6.

Jirrimarka li l-approprjazzjonijiet riportati għall-2021 ammontaw għal EUR 8 242 668 li rrappreżentaw 5,55 % tal-impenji totali, imqabbla ma’ EUR 8 565 175 u 5,88 % fl-2020; josserva li r-riport awtomatiku tal-approprjazzjonijiet mill-2020 għall-2021 wasslu għal rata ta’ utilizzazzjoni ta’ 91,70 % fl-2021, meta mqabbla ma’ 92,24 % fl-2020;

7.

Jinnota li fl-2021, il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq l-attività tal-Qorti, u b’riżultat ta’ dan, tnaqqas l-użu ta’ approprjazzjonijiet għal ċerti linji baġitarji, filwaqt li għal oħrajn il-kriżi tas-saħħa rrikjediet nefqa addizzjonali; jinnota li, skont dan, matul l-2021, il-Qorti għamlet 30 trasferiment baġitarju li jirrappreżentaw total ta’ EUR 4 397 588 bl-objettiv li jiġu riallokati fondi għall-finanzjament ta’ ħtiġijiet speċifiċi;

8.

Josserva li n-nefqa addizzjonali fl-2021 meta mqabbla mal-2020 kienet relatata mas-sistemazzjoni tal-bini (+ 294,55 %), mas-sigurtà (+ 167,55 %), mal-IT (+ 12,34 %) u mat-tagħmir u l-installazzjoni tekniċi (+ 31,85 %), filwaqt li kien hemm iffrankar fuq tnaqqis ta’ nfiq għall-missjonijiet (– 48,83 %), għall-pubblikazzjonijiet (– 41,29 %), għas-servizz konġunt tal-interpretazzjoni u tal-konferenzi (– 61,54 %) u għas-servizz legali (– 75 %); jisħaq li r-rata ta’ użu għall-approprjazzjonijiet tal-missjonijiet tal-persunal fl-2021 kienet ta’ 25,03 % tal-approprjazzjonijiet finali, meta mqabbla ma’ 23,94 % fl-2020, b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 li ma ppermettietx l-ivvjaġġar tal-awdituri; ifakkar lill-Qorti biex tieħu kull miżura possibbli biex tiżgura li l-approprjazzjonijiet tal-missjonijiet jintużaw f’konformità stretta mal-prinċipji tal-ekonomija, tal-effiċjenza u tal-effettività;

Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern

9.

Ifakkar fl-istrateġija tal-Qorti għall-perjodu mill-2021 sal-2025 u jissottolinja li l-Qorti żiedet l-isforzi tagħha biex tuża t-teknoloġija moderna u tekniki ġodda fl-awditjar bl-aħjar mod biex tipprovdi aktar informazzjoni u informazzjoni aħjar għall-proċess tal-obbligu ta’ rendikont; jilqa’ l-kapaċità tal-Qorti li twettaq ħidma tal-awditjar fuq il-post, minkejja r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-miżuri tas-saħħa pubblika li kellhom impatt qawwi fuq l-awditi fuq il-post tagħha, u ż-żieda fl-użu ta’ awditjar remot li ppermetta interazzjoni sinifikanti mal-partijiet ikkonċernati u twassil f’waqtu tar-riżultati; jirrimarka fuq l-interess tal-Parlament f’monitoraġġ effettiv u f’waqtu tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Qorti għall-perjodu mill-2021 sal-2025 sabiex tiġi ggarantita l-konsistenza mal-ogħla standards tat-trasparenza u tal-obbligu ta’ rendikont u biex jiġi pprovdut servizz ta’ awditjar pubbliku effettiv fl-Unjoni; jemmen li tali monitoraġġ jirrikjedi t-tfassil ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni u d-definizzjoni ta’ stadji importanti u ta’ eżiti li jistgħu jitkejlu meta jiġu żviluppati l-pjanijiet ta’ azzjoni msemmija fl-istrateġija u t-twettiq tar-rapportar perjodiku tal-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-istrateġija, inkluż ir-rieżamijiet ta’ nofs it-terminu u bejn il-pari;

10.

Josserva li, fl-2021, twettqu total ta’ 1 156 jum ta’ awditjar fuq il-post, meta mqabbla ma’ 1 817 fl-2020 u 6 109 fl-2019; jirrimarka li l-volum tar-riżultati ewlenin baqa’ l-istess jew f’xi każijiet ittejjeb meta mqabbel mas-snin preċedenti, pereżempju l-Qorti ħarġet 256 rakkomandazzjoni fl-2021 meta mqabbla mal-189 fl-2020, ippreżentat 7 rapporti annwali fl-2021, li huwa l-istess ammont ippreżentat fl-2020, u ppreżentat 27 rapport speċjali meta mqabbla ma’ 26 fl-2020, filwaqt li l-opinjonijiet naqsu għal 2 fl-2021 minn 11 fl-2020 u r-rieżamijiet għal 5 fl-2021 minn 6 fl-2020;

11.

Jilqa’ l-proċess ta’ riflessjoni interna li tnieda biex jiġi identifikat it-titjib sabiex tinkiseb il-mira ta’ perjodu li ma jdumx iktar minn 13-il xahar għat-tħejjija u għall-abbozzar ta’ rapporti speċjali billi jiġi ddefinit aħjar jew jitnaqqas il-kamp ta’ applikazzjoni tal-awditjar, billi jiġi intensifikat il-monitoraġġ tal-progress tal-awditjar, billi jitnaqqas it-tul ta’ żmien għall-proċeduri ta’ rieżami intern mingħajr ma jiġi affettwat il-livell tal-kwalità, u billi jitqassru jew jitneħħew il-perjodi ta’ notifika u ta’ ċirkolazzjoni kull fejn possibbli;

12.

Josserva li, f’Lulju 2021, il-Qorti adottat il-pjan ta’ żvilupp tagħha għall-perjodu mill-2021 sal-2025 bl-għan li t-teknoloġija u d-data jintużaw aħjar fl-awditjar, liema pjan jiffoka fuq żieda fl-użu tad-data, u jistabbilixxi l-objettivi għal dak il-perjodu fir-rigward tal-użu tat-teknoloġija b’appoġġ għall-objettivi tal-awditjar tal-Qorti; jilqa’ l-ħolqien tat-tim tad-Data u t-Teknoloġija għall-Awditjar — DATA, magħmul minn esperti, xjenzati tad-data u awdituri tal-IT, li għandu l-għan li jappoġġa t-timijiet tal-awditjar u li jkun responsabbli biex imexxi d-diġitalizzazzjoni tax-xogħol tal-awditjar tal-Qorti; japprova l-isforzi sinifikanti li għamlet il-Qorti biex ittejjeb il-kapaċità tal-IT tagħha sabiex twettaq analitika tad-data avvanzata;

13.

Japprezza l-approċċ tal-Qorti li tibbaża l-istrateġija tagħha fuq l-analiżi tagħha tax-xejriet, il-valutazzjoni tagħha tar-riskji u l-prijoritajiet tal-partijiet ikkonċernati istituzzjonali u ta’ dawk soġġetti għall-awditjar tagħha; jemmen li d-djalogu bejn il-Qorti u l-Parlament biex jiġu identifikati suġġetti ta’ interess u prijoritajiet għandu jiġi ssimplifikat u kkoordinat biex jiġu ggarantiti l-konsistenza u l-kopertura adegwata tal-kwistjonijiet ewlenin miftiehma filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjoni jew li dawn il-kwistjonijiet jikkoinċidu; huwa konxju li l-Qorti tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma tagħha b’mod kompletament indipendenti, għalkemm tuża l-kontribut mill-Parlament, ipprovdut permezz tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-Parlament; jemmen li l-programm ta’ ħidma tal-Qorti għandu jitfassal biex jipprovdi analiżi aktar effettiva speċifikament fir-rigward ta’ xi prijoritajiet identifikati sabiex jingħata aktar flessibbiltà rigward l-ammont ta’ xogħol importanti fuq il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) fil-futur; ifakkar li r-riżorsi tal-Qorti ma għandhomx jintużaw biex jimmultiplikaw ir-rapporti speċjali iżda biex jiffukaw aktar fuq it-tħejjija ta’ rapporti speċjali marbuta mas-sitwazzjoni u l-isfidi Ewropej attwali bħall-RRF, in-Next Generation EU (NGEU), il-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19 u l-ġestjoni doganali;

14.

Jirrikonoxxi li l-Qorti wettqet analiżi tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u talbet żieda fl-għadd ta’ pożizzjonijiet tal-awditjar għall-2023, filwaqt li mliet l-20 pożizzjoni addizzjonali li rċeviet fit-tabella tal-persunal tal-2022 biex tiffoka fuq l-NGEU; jirrikonoxxi li l-NGEU se jwassal għal ammont ta’ xogħol addizzjonali għall-Qorti u li l-Qorti esprimiet l-intenzjoni tagħha li tiffoka, b’mod partikolari, fuq l-RRF; jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li d-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll baġitarju previsti mill-Kunsill fl-RRF ma jipprovdux biżżejjed prerogattivi ta’ awditjar għall-Qorti fir-rigward tal-infiq tal-Istati Membri;

15.

Jemmen li l-ħidma tal-Qorti għandha tipprovdi analiżi aktar effettiva tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni, peress li huma parti rilevanti mill-proċedura ta’ kwittanza; huwa tal-fehma li l-awditu tal-intestatura “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, filwaqt li jitqies bħala nefqa b’riskju baxx u s’issa ma rriżultax fi żball ogħla mil-livell limitu tal-materjalità, jipprovdi informazzjoni aktar rilevanti lill-awtorità ta’ kwittanza minn kif inhu l-każ bħalissa kieku jitwettaq b’approċċ differenti, li mhux neċessarjament ikun jinvolvi valutazzjoni separata kull sena għal kull istituzzjoni;

16.

Jirrikonoxxi li t-tibdil relatat mal-QFP li jmiss, l-RRF u l-NGEU jinvolvi l-finanzjament u l-użu tal-baġit tal-Unjoni, inklużi forom ġodda ta’ riżorsi proprji, b’bidla sinifikattiva mir-regoli ta’ eliġibbiltà bbażati fuq il-konformità għal aspetti bbażati fuq il-prestazzjoni għal ħafna oqsma ta’ politika; jifhem li l-Qorti se tinvolvi ruħha fi żvilupp kontinwu tal-approċċ u l-metodoloġija tal-awditjar tagħha biex tipprovdi aċċertamenti b’saħħithom anke f’dak ix-xenarju li qed jinbidel;

17.

Iħeġġeġ lill-Qorti ttejjeb il-kontribut tagħha fil-ġlieda kontra l-frodi fir-rigward tal-baġit tal-Unjoni, mhux biss billi tidentifika u tirrapporta d-dgħufijiet li jagħmlu l-programmi ffinanzjati mill-Unjoni suxxettibbli għall-frodi, iżda wkoll billi tqis id-dibattitu li għaddej bħalissa fost l-atturi li huma parti mill-arkitettura tal-Unjoni kontra l-frodi u billi tintensifika l-ħidma tal-awditjar f’kooperazzjoni mal-korpi responsabbli mid-detezzjoni tal-frodi, filwaqt li tivvaluta regolarment l-attivitajiet ta’ tali korpi u tipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza b’feedback li jkun rilevanti għall-analiżi tagħha;

18.

Ifaħħar l-istrateġija tal-Qorti li timpenja ruħha fir-rigward tal-formulazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet dwar il-kosteffettività biex tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-burokrazija; jirrimarka li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti dwar iż-żieda fl-effiċjenza tal-proċeduri, l-użu tal-aħjar prattiki, it-titjib tal-koordinazzjoni, l-istabbiliment ta’ proċessi standard, il-prevenzjoni tal-gold plating, u s-simplifikazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, b’mod partikolari, iservu dak l-għan;

19.

Jenfasizza li, fl-2021, il-Qorti rrakkomandat li tiġi żviluppata kapaċità ta’ analiżi u koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex tikkoordina aħjar il-valutazzjonijiet tar-riskju u li jiġu żviluppati u miżmuma bażijiet tad-data tar-riskju madwar l-Unjoni għall-użu mill-Istati Membri; jenfasizza l-approvazzjoni importanti tal-Qorti tal-isforzi li saru sabiex jiġu segwiti kapaċitajiet effettivi ta’ estrazzjoni ta’ data biex titwettaq analiżi tad-data fil-livell tal-Unjoni u jiġu identifikati r-riskji rilevanti għall-Unjoni; japprova l-appoġġ tal-Qorti lill-Istati Membri biex itejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-amministrazzjonijiet pubbliċi billi jidentifikaw ostakli regolatorji u amministrattivi u jtejbu l-qafas ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri; jistieden lill-Qorti tistabbilixxi r-rekwiżiti meħtieġa għall-ġbir, l-ipproċessar u l-ħżin faċli u interoperabbli tad-data meħtieġa għall-awditjar tal-użu mill-Istati Membri tal-infiq pubbliku;

20.

Jistieden lill-Qorti tkompli bl-isforzi tagħha biex tindirizza l-ittaggjar ekoloġiku fl-RRF u tivvaluta l-RRF f’termini tal-allinjament u l-kontribut tiegħu għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew fir-rigward tal-azzjoni klimatika u jinnota li tali sforzi reċentement kienu jinkludu t-tħejjija ta’ rapporti u opinjonijiet speċjali dwar il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u dwar l-applikazzjoni tat-tassonomija tal-UE; jistieden lill-Qorti tinkludi kompiti speċifiċi biex tivvaluta l-kontribut u l-impatti tal-miri tad-diġitalizzazzjoni fl-RRF għall-istrateġija diġitali u t-trasformazzjoni diġitali tal-Unjoni; huwa mħasseb dwar il-fatt li sal-21 ta’ Frar 2023 il-Kummissjoni kienet għadha ma ddefinietx metodoloġija ċara għall-kwantifikazzjoni tal-impatt finanzjarju tan-nuqqas ta’ twettiq sodisfaċenti ta’ wieħed jew aktar mill-istadji importanti ta’ bażi tal-pagamenti;

Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal

21.

Jinnota li, fi tmiem l-2021, il-Qorti kellha 853 pożizzjoni, permanenti u temporanji (bħal fis-snin preċedenti) li minnhom 527 kienu f’awli tal-awditjar, inklużi 104 pożizzjoni fl-uffiċċji tal-membri, u li impjegat 92 aġent kuntrattwali u 25 espert nazzjonali sekondat addizzjonali, meta mqabbla ma’ 83 u 15 rispettivament fl-2020;

22.

Josserva li l-ekwivalenti għal full-time totali tal-Qorti fl-2021 kien ta’ 955, li minnhom 749 (li jikkorrispondu għal 79 %) kienu involuti fit-twettiq ta’ kompiti tal-awditjar;

23.

Jinnota li, fl-2021, tnedew azzjonijiet sinifikanti biex jiġu pprovduti riżorsi għall-awditjar tal-NGEU, b’mod partikolari sejħa interna għal espressjonijiet ta’ interess, imnedija f’Settembru 2021 u sejħa għal esperti nazzjonali sekondati, ippubblikata f’Ottubru 2021, u li s-selezzjoni għal-lista ta’ riżerva li minnha għandhom jiġu reklutati 20 pożizzjoni temporanja addizzjonali ġiet finalizzata u l-proċess biex fil-fatt jiġu reklutati dawk l-20 pożizzjoni temporanja addizzjonali mistenni li jiġi ffinalizzat għalkollox matul l-ewwel tliet xhur tal-2023;

24.

Josserva li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, ir-rata ta’ okkupazzjoni fil-Qorti kienet ta’ 97,3 % (23 mit-853 pożizzjoni tax-xogħol, permanenti u temporanji, fil-Qorti kienu vakanti u miftuħa għar-reklutaġġ) meta mqabbla ma’ 97,2 % fl-aħħar tal-2020; japprezza l-isforzi kontinwi biex jinżamm reklutaġġ intensiv, li fl-2021, irriżulta fir-reklutaġġ ta’ 80 impjegat ġdid, li kienu jinkludu 16-il uffiċjal, 21 aġent temporanju, 30 aġent kuntrattwali u 13-il espert nazzjonali sekondat;

25.

Jinnota li l-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal jitfittex u huwa miksub sew, fejn 50,76 % tal-uffiċjali u 60,82 % tal-aġenti temporanji huma nisa, u qrib dawn il-livelli għall-persunal kuntrattwali (47,83 % nisa) u għall-esperti nazzjonali sekondati (48 %) nisa; japprezza s-sitwazzjoni pożittiva fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-ġeneri fost il-pożizzjonijiet maniġerjali, fejn minn 28 kariga bħala kap ta’ kabinett 13 huma okkupati minn nisa u minn 10 karigi bħala direttur 4 huma okkupati minn nisa, filwaqt li jinnota li, fir-rigward tal-maniġers prinċipali, il-bilanċ għadu ma ntlaħaqx fejn 18 minn 50 kariga huma okkupati minn nisa;

26.

Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fir-rigward tal-kulleġġ tal-membri tal-Qorti; jirrimarka li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija minquxa bħala wieħed mill-valuri ewlenin tal-Unjoni fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; jenfasizza li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandu jkollha rwol mhux biss fil-politiki kollha tal-Unjoni, iżda wkoll fl-organizzazzjoni interna tal-istituzzjonijiet tagħha; iqis li huwa inaċċettabbli li fl-istorja tal-Qorti, minn 116-il membru, 16 biss kienu nisa; jirrikonoxxi, madankollu, li l-kulleġġ attwali huwa eqreb fil-kisba tal-bilanċ bejn il-ġeneri, peress li minn 27 membru, 10 huma nisa;

27.

Jifhem li huwa diffiċli li jinkiseb bilanċ bejn il-ġeneri peress li n-nomina hija responsabbiltà esklużiva tal-Istati Membri, u jinnota b’dispjaċir li 13-il Stat Membru qatt ma bagħtu mara għall-Qorti; madankollu jistieden lill-Qorti tanalizza l-kompożizzjoni kumplessiva tal-Qorti sabiex tinforma lill-Kunsill u lill-Istati Membri involuti ħalli l-bilanċ bejn il-ġeneri jitqies fid-deċiżjoni ta’ nomina; itenni t-talba tiegħu biex jintlaħaq bilanċ bejn il-ġeneri u jħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali jippreżentaw kandidati ta’ ġeneri differenti, bl-għan li jinkiseb livell qrib il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-membri tal-Qorti;

28.

Jiddispjaċih li l-Kunsill ripetutament jipproċedi bin-nomina ta’ membri tal-Qorti li n-nomini tagħhom ikunu ġew irrifjutati mill-Parlament; jissottolinja li l-valutazzjoni tal-Parlament tal-adegwatezza tal-kandidati għall-Qorti għandha titqies vinkolanti;

29.

Jilqa’ l-adozzjoni, fl-2021, ta’ strateġija ġdida dwar id-diversità u l-inklużjoni u ta’ pjan ta’ azzjoni u politika dwar id-diversità u l-inklużjoni, it-tnejn li huma għall-perjodu mill-2021 sal-2025, josserva li l-politika l-ġdida tinkludi kriterju ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni għall-maniġers rigward il-kapaċità tagħhom li jikkultivaw ġestjoni inklużiva u li jippromwovu d-diversità u l-inklużjoni u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; ifaħħar il-ħatra għall-ewwel darba, fl-2021, ta’ membru tal-Qorti bħala ambaxxatur tad-diżabilità u l-organizzazzjoni taħt l-isponsorizzazzjoni tiegħu tal-ġimgħa ta’ sensibilizzazzjoni dwar id-diżabilità biex tiġi promossa kultura inklużiva;

30.

Jilqa’ s-sett komprensiv ta’ indikaturi u miri ta’ prestazzjoni adottati sabiex jiġu mmonitorjati l-inizjattivi tad-diversità u tal-inklużjoni tal-Qorti u l-istħarriġ dwar opportunitajiet indaqs u dwar l-involviment tal-persunal; jinnota li dan tal-aħħar indika perċezzjoni pożittiva mill-maġġoranza tal-persunal fir-rigward tal-emanċipazzjoni, tal-appoġġ u tal-fiduċja;

31.

Jilqa’ l-iffirmar mill-Qorti, fl-14 ta’ Ottubru 2021, tal-Karta dwar id-Diversità Lëtzebuerg, test ta’ impenn nazzjonali ppreżentat lil kwalunkwe organizzazzjoni fil-Lussemburgu li tixtieq timpenja ruħha għall-promozzjoni u l-ġestjoni tad-diversità permezz ta’ azzjonijiet konkreti;

32.

Jinnota li għadu ma ntlaħaqx bilanċ ġeografiku fil-persunal tal-Qorti, li jirrifletti d-diffikultajiet tal-Qorti biex tattira lin-nies biex jaħdmu (u jgħixu) fil-Lussemburgu minħabba, fost affarijiet oħra, l-għoli tal-ħajja elevat; japprezza li l-Qorti bdiet tippromwovi sejħiet għal espressjonijiet ta’ interess fil-gazzetti diġitali u fis-siti tal-impjiegi fl-Istati Membri li mhumiex irrappreżentati biżżejjed fil-Qorti u permezz ta’ kuntatt mal-kabinetti rilevanti tal-Qorti għall-Istati Membri fil-mira; jinnota wkoll l-approċċ proattiv tal-Qorti biex tqajjem il-kwistjoni ta’ salarji mhux kompetittivi bl-għan li jinstabu soluzzjonijiet; iħeġġeġ lill-Qorti tilħaq lill-awtoritajiet nazzjonali permezz tar-rappreżentanzi permanenti tal-Istati Membri għall-Unjoni, tuża l-media soċjali b’mod aktar intensiv biex tirreklama l-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha u tipparteċipa f’fieri tal-karrieri u f’avvenimenti simili fi Stati Membri mhux rappreżentati biżżejjed biex tippromwovi lill-Qorti bħala impjegatur; japprova l-parteċipazzjoni tagħha fl-inizjattiva ta’ network tal-Akkademja Ewropea bħala għodda biex jiġi attirat it-talent lejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni bbażati fil-Lussemburgu permezz ta’ proġetti komuni mmirati lejn l-universitajiet;

33.

Jinnota li fl-2021 seba’ każijiet ta’ eżawriment ġew irrapportati lill-uffiċjal mediku tal-Qorti, numru li l-Qorti tqis li huwa għoli ħafna u li kien ir-riżultat tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien eċċezzjonali imposti matul il-pandemija tal-COVID-19; jinnota li l-Qorti wettqet stħarriġ biex tifhem kif il-pandemija tal-COVID-19 affettwat il-persunal u nediet kampanja ta’ komunikazzjoni bl-għan li tippromwovi bilanċ b’saħħtu bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; japprezza, fost il-ħafna inizjattivi, l-appoġġ psikoloġiku estiż għall-membri tal-persunal;

34.

Jilqa’ l-programm ta’ benesseri tal-Qorti “Lura l-uffiċċju”, li jinkorpora l-appoġġ mentali, fiżiku u soċjali u li huwa mfassal apposta għall-pekuljaritajiet tal-ħajja tax-xogħol ibrida, bl-għan li jiġi evitat l-eżawriment u tittejjeb ir-reżiljenza; japprezza l-approvazzjoni tal-Qorti tad-dritt għall-iskonnessjoni bl-introduzzjoni tal-“wisa’ tal-banda tal-konnessjoni” li barra minnha l-persunal mhuwiex mistenni li jaħdem jew ikun jista’ jintlaħaq ħlief f’każijiet ta’ emerġenza jew meta tali kuntatt ikun inftiehem qabel ma seħħ;

35.

Jinnota li l-politika tal-persunal tal-Qorti tinkludi mekkaniżmu kontra l-fastidju li jikkonsisti f’network ta’ appoġġ li jikkoordina l-konsulenti kunfidenzjali, l-uffiċjal mediku, is-superjuri ġerarkiċi diretti, is-servizz ta’ medjazzjoni u d-dipartiment tar-riżorsi umani; itenni t-talba tiegħu lill-Qorti biex tkompli taħdem fuq it-titjib tal-għodda għar-rapportar tal-ilmenti dwar fastidju u l-qafas etiku intern; huwa konxju li l-Qorti adottat l-aktar politika reċenti tagħha kontra l-fastidju fl-2017; iħeġġeġ lill-Qorti taġġorna dik il-politika, li r-reviżjoni tagħha tnediet fl-2021, bl-għan li ssir enfasi akbar fuq il-prevenzjoni, is-sensibilizzazzjoni u l-koordinazzjoni tad-diversi atturi involuti fl-għoti ta’ appoġġ u biex jiġi stabbilit approċċ aktar ċar ta’ proċedura ta’ rapportar u ta’ komunikazzjoni;

36.

Jinnota d-deċiżjoni dwar ix-xogħol ibridu li ġiet adottata f’Novembru 2021 u li l-kundizzjonijiet tax-xogħol jinkludu intervalli tax-xogħol u ħin flessibbli; josserva li t-telexogħol huwa soġġett għal limitu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol fix-xahar;

37.

Ifakkar fl-esperjenza miksuba mill-irregolaritajiet imwettqa minn Karel Pinxten, meta kien membru tal-Qorti, li fir-rigward tiegħu ma setgħet tittieħed l-ebda azzjoni biex jiġi rrimedjat b’mod komprensiv il-preġudizzju finanzjarju u reputazzjonali esperjenzati mill-Qorti u mill-Unjoni kollha kemm hi, peress li ma teżisti l-ebda bażi ġuridika biex jiġi rkuprat is-salarju tiegħu għal jiem ta’ assenza matul missjonijiet barra mit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu u għal assenzi mhux ġustifikati oħrajn; jisħaq li, kif indikat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-30 ta’ Settembru 2021 (1), ir-regoli interni vagi ħadmu favur l-imġiba ħażina tiegħu, li kienet permessa wkoll min-nuqqasijiet tal-kontrolli stabbiliti; jirrikonoxxi l-azzjonijiet li ħadet il-Qorti f’din il-kwistjoni, permezz ta’ kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF), it-tneħħija tal-immunitajiet u t-twassil għal konklużjoni b’suċċess tal-proċedura skont l-Artikolu 286(6) tat-TFUE; jissottolinja li l-Qorti għandha tagħmel dak kollu li għandha s-setgħa li tagħmel biex tevita li jokkorru każijiet simili fil-futur u għal din ir-raġuni huwa impenjat li jappoġġa u jaħdem mal-Qorti hekk kif tagħmel l-arranġamenti meħtieġa għar-regoli interni tagħha; jinnota li l-Qorti għandha taġixxi bħala l-gwardjan tal-finanzi tal-Unjoni u li għandha tapplika l-ogħla standards etiċi b’mod partikolari fir-rigward tal-persuni li għandhom kariga għolja mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

38.

Jinnota li, sal-2020, l-istabbiliment ta’ reġistru tal-attendenza kien ikopri biss il-ftit laqgħat bi preżenza fiżika tal-kulleġġ tal-membri tal-Qorti, minkejja r-rekwiżiti espressi mill-Parlament; jinnota li bid-Deċiżjoni tal-Qorti Nru 21-2021, il-parteċipazzjoni tal-membri f’laqgħat oħra għandha tiġi rreġistrata wkoll fir-reġistru tal-attendenza u jtenni t-talba li saret kull sena sa mill-kwittanza tal-2017 li r-reġistru tal-attendenza jiġi estiż biex ikopri l-ġranet tax-xogħol, il-missjonijiet, il-perjodi ta’ liv u l-assenzi ġustifikati sabiex jirrappreżenta mmappjar preċiż tal-ħidma mwettqa mill-membri u bħala għodda għall-prevenzjoni proattiva ta’ każijiet potenzjali ta’ assenteiżmu; jirrimarka li l-membri tal-Qorti għandhom obbligu li jiddedikaw lilhom infushom bis-sħiħ għall-qadi tal-mandat tagħhom; jirrikonoxxi li r-reġistru tal-attendenza tal-membri għall-2021 sar disponibbli għall-membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament f’Jannar 2022; itenni t-talba tiegħu li jirċievi aġġornamenti annwali tar-reġistru tal-attendenza sabiex dan ikun jista’ jitqies matul il-proċedura ta’ kwittanza

39.

Jinnota b’sodisfazzjoni li, wara r-rakkomandazzjoni tal-Parlament, il-kodiċi ta’ kondotta emendat tal-Qorti għall-membri attwali u għall-ex membri tagħha, ippubblikat fit-2 ta’ Mejju 2022, jinkludi Artikolu 10(1) ġdid, li jistipula li “Il-Membri tal-Qorti għandhom jiddedikaw lilhom infushom għall-qadi tal-mandat tagħhom. Huma għandhom jirrisjedu fil-post fejn il-Qorti għandha s-sede tagħha”; iqis li din id-dispożizzjoni riveduta hija konformi mal-interpretazzjoni espressa mill-Parlament, mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u mal-istandards etiċi mistennija mill-Qorti; jinnota li bħalissa l-membri kollha tal-Qorti għandhom ir-residenza primarja tagħhom fil-Lussemburgu;

40.

Jinnota li l-gratifika ta’ insedjament għal membru tal-Qorti tingħata bil-kundizzjoni li l-membru tal-Qorti jipprovdi evidenza li kienet meħtieġa bidla fil-post tar-residenza sabiex jassumi d-dmirijiet tiegħu biex ikun jista’ jaderixxi mal-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal; jifhem li l-ġestjoni tad-drittijiet finanzjarji kollha tal-persunal u tal-membri tal-Qorti, inkluża l-gratifika ta’ insedjament, ġiet iddelegata lill-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) tal-Kummissjoni, li jitlob u jivverifika l-validità tad-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa; jinnota li, fuq talba tal-Qorti, fl-2021, il-PMO wettaq kontroll ex post tal-gratifika ta’ insedjament u rrapporta r-riżultati lill-Qorti, filwaqt li indika li ma kienet seħħet l-ebda irregolarità fl-2021;

41.

Jinnota s-sett ta’ regoli u t-termini tal-użu adottati reċentement mill-Qorti biex jiġi rregolat l-użu privat tal-flotta tal-karozzi; jifhem li l-membri tal-Qorti issa huma obbligati jkopru l-kostijiet reali mġarrba għall-użu ta’ karozza mhux relatat ma’ missjoni u li jkopru vjaġġi oħra b’rabta mat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom meta ma jkunux koperti min-numru standard ta’ kilometri allokati għal dak it-tip ta’ użu; jinsab imħasseb li s-sistema l-ġdida introdotta b’dik id-deċiżjoni toħloq konfużjoni u ma turix l-effiċjenza amministrattiva allegata tagħha; itenni l-opinjoni tiegħu espressa fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti li l-użu tal-flotta tal-karozzi għandu jkun limitat għat-twettiq tad-dmirijiet tal-membri; jinnota li jeżistu regoli differenti għall-użu ta’ karozzi uffiċjali fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni mingħajr ebda ġustifikazzjoni apparenti; jistieden lill-Kummissjoni tissuġġerixxi regoli komuni għall-użu ta’ karozzi uffiċjali għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni;

42.

Isostni li l-missjonijiet huma essenzjali fil-qadi tar-rwol tal-Qorti u biex il-membri tagħha jkunu jistgħu jaġixxu bħala ambaxxaturi tal-Qorti fil-pajjiżi ta’ oriġini rispettivi tagħhom; jilqa’ l-fatt li l-Qorti tippubblika informazzjoni dwar il-missjonijiet imwettqa mill-membri tagħha fuq is-sit web tagħha iżda jinsisti li l-fatt li l-informazzjoni dwar il-missjonijiet imwettqa fis-snin preċedenti ma tinżammx fuq is-sit web tagħha għal aktar minn żmien limitat imur kontra l-istandards ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont mistennija mill-Qorti; bl-istess mod itenni t-talba tiegħu għat-trasparenza b’rabta mal-għanijiet u l-kostijiet tal-missjonijiet tal-Qorti u jitlob lill-Qorti tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-każijiet meta kontrolli ex ante u ex post ikunu individwaw irregolaritajiet; jirrifjuta l-valutazzjoni tal-Qorti u d-deċiżjoni li ma tingħaqadx mar-Reġistru tat-Trasparenza tal-Unjoni u jħeġġeġ lill-Qorti tirrifletti mill-ġdid dwar il-kwistjoni, filwaqt li jtenni t-talba qawwija tiegħu lill-Qorti biex tingħaqad mar-Reġistru tat-Trasparenza tal-Unjoni li mhu se joħloq l-ebda ostaklu għall-indipendenza sħiħa tal-Qorti;

43.

Jilqa’ d-deċiżjoni li jiġu ppubblikati l-missjonijiet tal-Membri lil hinn mis-sena attwali, iżda jfakkar fl-importanza li l-aġenda tal-membri tiġi ppubblikata wkoll fit-totalità tagħha, inklużi l-impenji pubbliċi u professjonali;

44.

Jistieden lill-Qorti tiżgura li r-regoli attwali jistgħu jevitaw kwalunkwe użu ħażin possibbli tal-ordnijiet ta’ missjoni li jistgħu jqajmu dubji dwar l-integrità, l-indipendenza u l-oġġettività tal-membri tagħha; jitlob b’mod partikolari li l-kompiti u r-responsabbiltajiet ta’ membru waqt missjoni jkunu speċifikati b’mod ċar sabiex tiġi evitata kwalunkwe forma ta’ mġiba ħażina potenzjali;

45.

Jiġbed l-attenzjoni tal-Qorti għar-rakkomandazzjoni tal-2021 tas-servizz tal-awditjar intern (IAS) tal-Qorti, biex jiġi żgurat li l-PMO jwettaq kontrolli effettivi fuq l-infiq tal-missjonijiet, b’mod partikolari billi japplika l-gwida tal-missjonijiet tal-Qorti b’mod korrett, u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet il-ġodda dwar il-ġestjoni u l-użu tal-flotta tal-karozzi, ir-regoli dwar l-ispejjeż tar-rappreżentanza, ir-regoli dwar it-taħriġ professjonali u l-kodiċi ta’ kondotta għall-membri attwali u għall-ex membri tal-Qorti, b’mod partikolari billi tiġi pprovduta gwida ulterjuri lill-atturi kollha involuti;

46.

Josserva li, fl-2021, il-Qorti rreklutat 55 trainee, u li kollha rċevew allowance ta’ kull xahar, ħlief wieħed li ma kienx eliġibbli minħabba li dak it-trainee kien ipparteċipa fil-qafas ta’ programm Universitarju; jistieden lill-Qorti tieħu l-passi xierqa biex tiżgura li t-trainees kollha tagħha jirċievu remunerazzjoni deċenti;

Qafas etiku u trasparenza

47.

Jilqa’ l-proċess ta’ riforma li għaddej bħalissa li permezz tiegħu l-Qorti qed issegwi r-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti, b’enfasi fuq xi aspetti tal-ġestjoni finanzjarja, it-trasparenza u l-imġiba etika;

48.

Jemmen li r-rwol u l-importanza tal-Qorti, bħala l-awditur estern indipendenti tal-Unjoni u l-gwardjan tal-finanzi tagħha, jimponu sett ta’ kriterji ta’ valutazzjoni stretti ħafna fuq l-awtorità ta’ kwittanza u jimponu fuq il-Qorti l-impenn li tilħaq l-ogħla standards possibbli; jenfasizza f’dak ir-rigward, kif sar fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti, li l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar bħall-Qorti jkunu mistennija li jilħqu standards għoljin u, għalhekk, jeħtiġilhom jaġixxu bħala organizzazzjonijiet mudell u jispiraw fiduċja u kredibbiltà, u li t-tmexxija trid tistabbilixxi t-ton mill-azzjonijiet tagħha lejn tali kisba; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-elezzjoni mill-membri tagħha tal-president attwali tal-Qorti, li jagħti l-garanziji addizzjonali ta’ esperjenza notevoli fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni u fi kwistjonijiet relatati mal-awditjar tal-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni;

49.

Jinnota, fir-rigward tal-kumitat tal-etika tal-Qorti u l-proċedura għall-ħatra tiegħu, li l-proċeduri interni tal-Qorti jipprevedu li hija l-prerogattiva tal-president tal-Qorti li jipproponi kandidati lill-kulleġġ ta’ membri tal-Qorti; josserva li d-deċiżjoni tal-kulleġġ li jinnomina membri għall-kumitat tal-etika tittieħed b’maġġoranza; jenfasizza, barra minn hekk, li, skont l-Artikolu 285 tat-TFUE, il-membri tal-Qorti huma kompletament indipendenti u li l-kumitat tal-etika għalhekk irid ikun kompletament indipendenti wkoll; itenni t-talbiet tiegħu lill-Qorti biex terġa’ tikkunsidra r-regoli għall-ħatra u l-kompożizzjoni tal-kumitat tal-etika; jitlob għal darb’oħra lill-kumitat tal-etika tal-Qorti jirrapporta dwar is-sejbiet ewlenin tar-rapport tal-awditjar intern dwar l-etika, diġà mitlub b’rabta mal-kwittanzi għall-2020 u l-2019;

50.

Itenni li filwaqt li l-kodiċi ta’ kondotta emendat għall-membri attwali u għall-ex membri tal-Qorti jistabbilixxi b’mod espliċitu l-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni annwali tal-interessi, il-Qorti għandha ssaħħaħ is-sistema attwali biex tiżgura li l-membri tagħha jikkonformaw mal-ogħla standards ta’ kondotta etika u mal-valuri u l-prinċipji etiċi li jridu jiġu osservati, bħall-integrità, l-indipendenza, l-oġġettività, l-imġiba professjonali, id-dinjità, l-impenn u l-lealtà;

51.

Jinnota li l-istruttura ta’ appoġġ għal pariri etiċi tikkonsisti f’kumitat tal-etika, konsulenti tal-etika, portal ta’ trasparenza u tim ta’ taħriġ, fdati bl-iżvilupp ta’ programm ta’ taħriġ li jikkonsisti f’kors tal-etika, konferenzi u workshops u li jiffukaw fuq is-sensibilizzazzjoni u l-għoti ta’ taħriġ speċifiku għall-konsulenti kunfidenzjali dwar suġġetti relatati mal-fastidju; josserva li 131 parteċipant attendew is-sessjonijiet ta’ taħriġ iddedikati għall-etika, li huma obbligatorji għall-ġodda, kif ukoll dawk dwar opportunitajiet indaqs u kontra l-fastidju, li huma kkomplementati minn sessjonijiet iddedikati għall-maniġers, għall-konsulenti tal-etika u għall-konsulenti kunfidenzjali;

52.

Huwa konxju li, fl-2021, il-Qorti bdiet il-proċess tal-aġġornament tal-qafas etiku tagħha għall-persunal; jirrikonoxxi li l-evalwazzjoni tal-qafas etiku tal-Qorti twettqet minn konsulent estern li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, maħruġa fl-2022, kienu bbażati fuq stħarriġ tal-persunal, workshop mal-persunal, intervisti mal-maniġers u rieżami tad-dokumenti; jifhem li l-ewwel azzjoni wara l-analiżi hija li jiġu aġġornati l-linji gwida etiċi tal-Qorti, li għandhom jiġu segwiti minn aġġornament tar-regoli dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta;

53.

Jilqa’ l-aġġornament tal-kodiċi ta’ kondotta għall-membri attwali u għall-ex membri tal-Qorti li jsegwi l-osservazzjonijiet tal-Parlament fil-kwittanza preċedenti; jisħaq li, filwaqt li jibbaża fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament, il-kodiċi ta’ kondotta jintroduċi l-obbligu għall-membri li jirrisjedu fil-post fejn tinsab is-sede tal-Qorti, jirregola r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-membri u l-persunal tal-Qorti, u jillimita l-possibbiltajiet għall-involviment tal-membri fil-politika; jilqa’ b’mod partikolari l-fatt li l-Artikolu 12(2) il-ġdid jipprojbixxi b’mod espliċitu lill-membri milli jkollhom karigi onorarji mhux imħallsa f’organizzazzjonijiet politiċi, biex b’hekk tiġi garantita l-indipendenza sħiħa tal-membri tagħha;

54.

Josserva li, fir-rigward tal-politika kontra l-frodi, fl-2021 l-IAS ikkonkluda li ma hemm l-ebda dokument li jikkonsolida l-politika tal-Qorti kontra l-frodi u li ma hemm l-ebda strateġija kontra l-frodi għall-Qorti kollha;

55.

Jirrimarka li, fir-rigward tal-kontrolli interni użati għall-prevenzjoni u d-detezzjoni ta’ frodi interni, l-IAS qies li huwa meħtieġ approċċ aktar strutturat fir-rigward tad-dokumentazzjoni tagħhom, ir-rabta tagħhom mal-valutazzjonijiet tar-riskju u r-riżorsi ddedikati għall-ġestjoni tar-riskju ta’ frodi u l-effettività tagħha; jistieden lill-Qorti taġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni li saret mill-IAS u tipprovdi messaġġ aktar ċar dwar ir-rwol tal-Qorti fil-ġlieda kontra l-frodi;

56.

Jitlob li jintemm l-użu ta’ kumpaniji esterni li, skont il-klassifikazzjoni tal-Università ta’ Yale (2), għadhom qed joperaw fir-Russja;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data

57.

Josserva li l-baġit totali tal-IT għall-2021 kien ta’ EUR 9 141 000 inklużi t-trasferimenti, meta mqabbel ma’ baġit tal-IT ta’ EUR 10 093 000 fl-2020 u ta’ EUR 8 085 000 fl-2019; jirrimarka li kemm fl-2020 kif ukoll fl-2021 iż-żidiet kienu ġustifikati, rispettivament għas-sostituzzjoni ta’ ħames snin tal-ħażna tal-IT tal-Qorti u għall-investimenti li saru biex il-Qorti tadatta għax-xogħol ibridu;

58.

Jaqbel li t-trasformazzjoni diġitali hija proċess trażversali fl-organizzazzjoni kollha kemm hi li mmaterjalizzat f’diversi inizjattivi fl-2021, inkluż l-iżvilupp ta’ teknoloġiji li jipprovdu esperjenza ibrida għall-utenti, titjib tas-sistema tal-ħżin tad-data tal-Qorti, il-migrazzjoni taċ-ċentru għall-irkupru f’każ ta’ diżastru u t-tisħiħ tas-sigurtà tas-sistemi tal-IT;

59.

Jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-Qorti, anke fl-2021, biex tadatta għall-kundizzjonijiet tax-xogħol dejjem jinbidlu, trawwem trasformazzjoni diġitali tal-awditjar u titjib tat-teknoloġija u tal-prattiki fl-organizzazzjoni kollha biex tkompli tipprovdi servizz tal-awditjar pubbliku effettiv fl-Unjoni; huwa konxju li aktar progress f’din id-direzzjoni jirrikjedi data aċċessibbli magħmula disponibbli fil-format meħtieġ mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jaħdmu lejn aktar interoperabbiltà;

60.

Jifhem li, anke fl-2021, fid-dawl tal-limitazzjonijiet imposti mill-pandemija tal-COVID-19, iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-awditjar twettaq fil-biċċa l-kbira tiegħu b’mod diġitali, filwaqt li kopra t-tħejjija tal-awditjar, il-ġbir tal-evidenza u l-proċeduri kontradittorji, u li l-missjonijiet lejn l-Istati Membri ġew sostitwiti b’telefonati bil-vidjo li kienu jinkludu interpretazzjoni remota fejn meħtieġ;

61.

Japprezza l-istadji importanti li kkaratterizzaw ix-xena diġitali tal-Qorti fl-2021, bħall-introduzzjoni ta’ proċess robotiku għas-servizzi tal-awtomatizzazzjoni, introdott biex inaqqas x-xogħol ripetittiv b’valur baxx għat-timijiet tal-awditjar, l-awtomatizzazzjoni tal-awditjar tal-aġenziji eżekuttivi, bħala parti mill-proċess regolari tal-awditjar, u l-implimentazzjoni ta’ sistema ġdida fjamanta ta’ ġestjoni tat-traduzzjoni bbażata fuq il-cloud;

62.

Jilqa’ l-implimentazzjoni kompluta tal-pjan taċ-ċibersigurtà għall-perjodu mill-2018 sal-2021 u l-adozzjoni ta’ pjan ġdid taċ-ċibersigurtà għat-tliet snin li ġejjin (2022-2024), li jipprevedi trasferiment gradwali lejn arkitettura ta’ fiduċja żero f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri għal livell komuni għoli ta’ ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni; jinnota li ma ġie individwat l-ebda attakk ċibernetiku rilevanti ta’ suċċess kontra l-Qorti fl-2021 u japprezza l-importanza tal-kooperazzjoni tal-Qorti mal-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE (CERT-UE); jistieden lill-Qorti żżomm livell għoli ta’ attenzjoni fuq it-theddid ċibernetiku u s-sigurtà tal-informazzjoni, speċjalment minħabba li l-għadd ta’ attakki ċibernetiċi serji żdied b’mod konsiderevoli f’dawn l-aħħar snin, u b’hekk l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni saru miri attraenti għal aggressuri potenzjali; iħeġġeġ lill-Qorti twettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari tal-infrastruttura tal-IT tagħha;

63.

Jinnota li, fl-2021, il-Qorti ospitat b’mod konġunt l-avveniment ta’ tnedija għax-Xahar iddedikat għaċ-Ċibersigurtà Ewropea u li l-uffiċjal tad-diversità u l-inklużjoni tal-Qorti kkoordina waħda mis-sessjonijiet ewlenin għall-avveniment ta’ tnedija dwar in-nisa fiċ-ċibersigurtà, li fih grupp divers ta’ nisa minn sfondi differenti kkondividew il-fehmiet tagħhom dwar il-motivazzjoni tan-nisa biex jissieħbu fil-qasam taċ-ċibersigurtà u tat-teknoloġija;

64.

Jinnota li, fl-2021, it-tisħiħ tal-linji baġitarji ġie deċiż għall-investiment f’tagħmir u f’servizzi relatati prinċipalment max-xogħol ibridu u mad-diġitalizzazzjoni, u li ntużaw ukoll approprjazzjonijiet addizzjonali biex jissaħħu l-kapaċitajiet tad-difiża ċibernetika tal-Qorti, biex isir investiment f’sistema ġdida ta’ ġestjoni tat-traduzzjoni u f’sistema ġdida ta’ ġestjoni tal-partijiet ikkonċernati, u biex tiġi implimentata s-soluzzjoni tal-firma elettronika tal-Unjoni;

65.

Jilqa’ d-deċiżjoni li jiġi implimentat software b’sors miftuħ mingħajr ħlas bħala komponent ewlieni tal-Qorti, bħal-Linux bħala s-sistema operattiva għal diversi servers tal-infrastruttura tal-IT, is-software b’sors miftuħ Belenios għal sistema ta’ votazzjoni sigrieta u s-software b’sors miftuħ Nagios għat-timijiet tal-operazzjonijiet tal-IT tal-Qorti; josserva li l-Qorti tuża s-software b’sors miftuħ NextCloud għall-iskambju ta’ dokumentazzjoni ma’ dawk soġġetti għall-awditjar fil-qafas tas-sistema ECAFiles li topera taħt l-ogħla standards ta’ sigurtà u ta’ protezzjoni tad-data personali;

66.

Jilqa’ l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet dwar l-ipproċessar tad-data kull meta d-data tiġi pproċessata minn partijiet terzi u l-Qorti, bħala kontrollur, għandha tiżgura l-konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u żżomm kontroll sħiħ fuq l-operazzjonijiet tal-ipproċessar; jinnota l-konsultazzjoni sistematika tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-Qorti dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data u mal-miżuri tekniċi u organizzattivi;

Bini u sigurtà

67.

Japprezza l-approċċ tal-Qorti li tikkonsulta lill-persunal u lir-rappreżentanti qabel ma tiddeċiedi dwar inizjattivi fil-qasam tar-rinnovazzjoni tal-bini; iħeġġeġ lill-Qorti tqis f’tali inizjattivi l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità kif ukoll l-aċċessibbiltà fiżika u diġitali;

68.

Jinnota li l-ħidma fuq ir-rinnovazzjoni tal-bini K2 miexja skont l-aġenda ppjanata, li l-ħames u r-raba’ sular tlestew fl-aħħar ta’ Diċembru 2021 u huma kompletament operattivi, u li l-ħidma fuq it-tieni u t-tielet sular tinsab ukoll fi stadju avvanzat kif ukoll is-sostituzzjoni tal-magni tat-tisħin, tal-arja kondizzjonata u tal-ventilazzjoni; josserva li, wara l-inċidenti tal-elementi tal-glazing li waqgħu fl-2019 mill-faċċata ta’ K1 u t-trasferiment ta’ baġit adegwat, il-kumitat amministrattiv tal-Qorti ddeċieda dwar l-installazzjoni ta’ films ta’ protezzjoni fuq l-elementi tal-glazing imwaħħlin, liema installazzjoni hija 90 % kompluta;

Ambjent u sostenibbiltà

69.

Jilqa’ l-pubblikazzjoni, fl-2021, tal-ewwel rapport dwar is-sostenibbiltà tal-Qorti, abbozzat f’konformità mal-istandards tal-Inizjattiva Globali tar-rapportar, li jsegwu l-istabbiliment tas-sostenibbiltà bħala kwistjoni trażversali fl-istrateġija tal-Qorti għall-perjodu mill-2021 sal-2025;

70.

Jistieden lill-Qorti tadotta pjan ta’ mobbiltà strutturat li jinkludi l-carpooling, l-ispazji ta’ parkeġġ għar-roti u ċ-ċarġers tal-batteriji elettriċi u tesplora l-possibbiltà li tikkalkula baġit tal-karbonju għall-kost tal-missjonijiet, sabiex il-mezzi tat-trasport jintgħażlu abbażi tal-impatt, kif ukoll tal-kostijiet; ifaħħar il-fatt li l-Qorti installat punti tal-iċċarġjar għall-karozzi elettriċi u ibridi fil-bini tagħha;

71.

Jisħaq li l-konsum totali tal-enerġija naqas b’24 % bejn l-2014 u l-2021, iżda żdied b’0,8 % bejn l-2020 u l-2021 minħabba konsum żejjed ikkawżat mill-użu fit-tul tas-sistemi ta’ ventilazzjoni fil-kuntest tal-miżuri preventivi relatati mal-pandemija tal-COVID-19; jistieden lill-Qorti tiżgura l-installazzjoni ta’ pannelli solari fuq il-bjut tal-bini tagħha;

72.

Huwa konxju tal-fatt li l-valutazzjoni annwali tal-2021 tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Qorti, li timmonitorja l-isforzi tagħha biex tnaqqas l-impronta tal-karbonju tagħha, tindika li l-emissjonijiet totali ammontaw għal 7 578 tCO2eq, meta mqabbla ma’ 10 699 tCO2eq fl-2014 (il-linja bażi) u jirrimarka li dan jikkostitwixxi tnaqqis ta’ GHG ta’ 3 121 tCO2eq matul dak il-perjodu;

73.

Jirrimarka li l-ġenerazzjoni tal-iskart tnaqqset b’62 % mill-2019 sal-2021, u bi 18,7 % mill-2020 sal-2021, li fl-2021 ir-rata ta’ riċiklaġġ laħqet 59 % u r-rata ta’ separazzjoni tal-iskart laħqet 82 %, u li s-sistema għall-ġbir tal-ilma tax-xita, b’kapaċità totali ta’ ħżin ta’ 95 m3 u li ntużat l-aktar għall-manutenzjoni tal-ġnien, ikkontribwiet għal tnaqqis fil-konsum kumplessiv tal-ilma;

74.

Jirrimarka li l-Qorti hija waħda mill-mexxeja tal-grupp tal-proġett dwar “It-tħejjija għal riskji futuri u l-kriżi klimatika: wasal iż-żmien biex l-awditjar jieħu perspettiva fit-tul?", kif ukoll membru ta’ Nispiraw Aktar Sostenibbiltà (IMS) b’sede l-Lussemburgu, network ta’ kumpaniji u organizzazzjonijiet stabbilit fil-Lussemburgu b’impenn lejn ir-responsabbiltà soċjali korporattiva;

75.

Japprezza l-progress li sar fit-tnaqqis tal-konsum tal-karti u jħeġġeġ lill-Qorti tkompli tibni fuq l-esperjenzi miksuba matul il-pandemija tal-COVID-19 biex jitnaqqas il-konsum tal-karti;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

76.

Jemmen li l-missjoni tal-Qorti timponi intensifikazzjoni tal-koordinazzjoni mal-Parlament u mal-Kunsill, relazzjoni kostruttiva mal-Kummissjoni fir-rwol tagħha ta’ entità ewlenija awditjata u skambji aktar mill-qrib mal-Istati Membri, kemm mal-gvernijiet, b’mod partikolari fid-dawl tar-rwol essenzjali tagħhom fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif ukoll mal-parlamenti nazzjonali u ma’ istituzzjonijiet supremi tal-awditjar oħra;

77.

Jinnota l-iffirmar ta’ ftehim tripartitiku ġdid bejn il-Qorti, il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) f’Novembru 2021; jilqa’ l-fatt li l-ftehim jippermetti aċċess akbar għad-dokumenti awditjati tal-BEI u s-simplifikazzjoni mtejba tagħhom, iżda xorta waħda jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-ftehim ma joffrix is-soluzzjoni estensiva li talab il-Parlament; huwa konxju li l-Qorti ma għandhiex mandat biex tawditja operazzjonijiet li b’mod esklużiv jużaw il-fondi proprji tal-BEI; itenni li l-Qorti hija mistennija li jkollha aċċess sħiħ għall-informazzjoni kollha relatata mal-operazzjonijiet tal-BEI maħsuba esklużivament għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni; jaqbel mal-Qorti dwar l-opportunità għal atti legali futuri tal-Unjoni li jikkonferixxu mandat fuq il-BEI biex jimplimenta l-politiki tal-Unjoni sabiex jintegra mandat komprensiv u ċar li jagħti s-setgħa lill-Qorti, f’konformità mat-Trattati, tawditja l-aspetti tal-prestazzjoni tal-attivitajiet kollha mwettqa abbażi ta’ tali atti legali u biex ikollha aċċess sħiħ għal kwalunkwe dokument li tqis li jkun meħtieġ għal dak l-għan; jistieden lill-Kummissjoni tikseb l-opinjoni tal-Qorti qabel ma tipproponi tali atti legali;

78.

Jinnota l-iffirmar ta’ memorandum ta’ qbil bejn il-Qorti u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) fir-rigward ta’ awdituri tal-Qorti li jwettqu kompiti fuq perjodu qasir biex jappoġġaw il-ħidma tal-bord tal-awdituri tal-MES bħala esperti fis-suġġett;

79.

Jilqa’ l-iffirmar ta’ arranġament ta’ ħidma mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), li jipprovdi qafas strutturat għall-kooperazzjoni u jippermetti lill-Qorti tittrasferixxi l-każijiet direttament lill-UPPE; japprezza d-djalogu intensiv mal-OLAF li, fl-2021, irriżulta fil-ftuħ rapidu ta’ investigazzjonijiet f’sitt każijiet wara t-trażmissjoni mill-Qorti ta’ informazzjoni rilevanti; jisħaq fuq l-importanza ta’ kooperazzjoni aktar b’saħħitha bejn il-Qorti, l-UPPE, l-OLAF u l-Ombudsman Ewropew sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-investigazzjonijiet u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu diskussi oqsma ta’ interess reċiproku;

80.

Josserva li l-Qorti hija membru attiv tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (INTOSAI) u waħda mit-30 membru fundatur tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (EUROSAI), li hija l-fergħa reġjonali Ewropea tal-INTOSAI; jirrimarka li l-Qorti tikkoopera ma’ istituzzjonijiet supremi tal-awditjar oħra u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali tal-awditjar kemm b’mod bilaterali, mal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar tas-27 Stat Membru, kif ukoll b’mod multilaterali, fil-qafas tal-Kumitat ta’ Kuntatt tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-Unjoni Ewropea, u li l-Qorti tappoġġa wkoll l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar tal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali għall-adeżjoni fl-Unjoni; japprezza li l-Qorti hija waħda mill-25 membru tal-Forum Globali ta’ Tmexxija fl-Awditjar li l-għanijiet tiegħu huma li jtejjeb l-attivitajiet tal-awditjar tal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar membri, jindirizza kwistjonijiet globali u strateġiċi, u jikkontribwixxi għall-komunità tal-INTOSAI;

81.

Jinnota li l-Qorti trawwem kooperazzjoni interistituzzjonali, u li tuża ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz biex tottimizza l-użu tar-riżorsi u tiffranka filwaqt li tibbenefika mill-għarfien espert speċifiku tas-sħab; josserva li fost il-ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz hemm wieħed mal-PMO li jkopri l-ġestjoni tal-pensjonijiet, tal-missjonijiet, tad-drittijiet finanzjarji u tal-pagi, wieħed dwar il-forniment ta’ servizzi tar-riżorsi umani, u oħrajn relatati mal-interpretazzjoni, it-traduzzjoni u l-pubblikazzjoni; jirrimarka li, permezz ta’ xi emendi, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz jista’ jiġi estiż, u li dan kien il-każ fl-2021 għall-forniment ta’ servizzi ta’ approvazzjoni tas-sigurtà tar-riżorsi umani wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 41/2021 tal-Qorti tal-Awdituri dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (EUCI) (4);

82.

Japprezza li l-Qorti hija membru tal-Bridge Forum Dialogue, forum ibbażat fil-Lussemburgu li għandu l-għan li jistimula diskussjoni dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-Ewropa u li jlaqqa’ flimkien istituzzjonijiet u aġenziji supranazzjonali, istituzzjonijiet nazzjonali, is-soċjetà ċivili u d-dinja akkademika.

Komunikazzjoni

83.

Fl-2021, il-baġit assenjat għall-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u promozzjonali ammonta għal EUR 205 000, peress li EUR 70 000 mill-baġit inizjali ta’ EUR 275 000 ġew ittrasferiti għal linji baġitarji oħra matul is-sena; josserva r-rata ta’ konsum ta’ 73,9 % (EUR 151 562);

84.

Jilqa’ l-pubblikazzjoni, f’Lulju 2021, tal-Kompendju tal-awditjar dwar ir-rispons għall-COVID-19 mill-Kumitat ta’ Kuntatt tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi informazzjoni dwar l-impatt tal-pandemija u r-rispons għaliha fil-livell nazzjonali u supranazzjonali, u t-tnedija ta’ taqsima ġdida tal-COVID-19 fuq is-sit web tal-Kumitat ta’ Kuntatt biex tiġi ffaċilitata informazzjoni aktar f’waqtha u kontinwa dwar il-ħidma tal-awditjar rilevanti mwettqa mill-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar tal-Unjoni;

85.

Japprezza l-pubblikazzjoni, fl-2021, tal-pjan ta’ komunikazzjoni dwar id-diversità u l-inklużjoni, li fih informazzjoni dwar l-objettivi ta’ komunikazzjoni tal-Qorti, l-udjenza fil-mira, il-partijiet ikkonċernati, il-messaġġi, il-kanali u l-monitoraġġ;

86.

Iħeġġeġ lill-Qorti tinvolvi ruħha mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bl-għan li tuża ż-żewġ pjattaformi tal-media soċjali b’sors miftuħ, EU Voice u EU Video, li tnedew bħala proġett pilota pubbliku biex jippromwovu l-użu ta’ networks soċjali mingħajr ħlas u b’sors miftuħ; ikompli jħeġġeġ lill-Qorti tuża alternattivi ta’ networks soċjali deċentralizzati flok pjattaformi online kbar ħafna, bħall-pjattaforma Mastodon;

87.

Itenni t-talba tiegħu lill-Qorti biex iżżid l-isforzi ta’ komunikazzjoni tagħha sabiex issaħħaħ ir-rabta tagħha maċ-ċittadini billi tapprova trasparenza akbar fl-operazzjonijiet tagħha, billi tintensifika l-użu tat-teknoloġiji diġitali u billi ssegwi strateġija ta’ komunikazzjoni li tippermetti l-perċezzjoni u l-fehim korretti tar-rwol tal-Qorti u tal-mod kif dan jaqbel mal-viżjoni tal-Unjoni u jtejjeb il-viżibbiltà tal-Qorti fid-diversi Stati Membri.

(1)  Is-Sentenza tal-Qorti (Seduta Plenarja) tat-30 ta’ Settembru 2021, Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri vs Karel Pinxten, C-130/19, ECLI:EU:C:2021:782.

(2)  https://som.yale.edu/story/2022/over-1000-companies-have-curtailed-operations-russia-some-remain

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(4)   ĠU L 256, 19.7.2021, p. 106.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/123


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1831 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0232/2022) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0074/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU L 93, 17.3.2021.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.

(3)   ĠU C 391, 12.10.2022, p. 6.

(4)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(5)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/124


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1832 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0074/2023),

A.

billi l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (il-“Kumitat”) huwa korp konsultattiv tal-Unjoni li jipprovdi forum għal konsultazzjoni, djalogu u kunsens fost ir-rappreżentanti tad-diversi komponenti ekonomiċi, soċjali u ċivili tas-soċjetà ċivili organizzata mill-Istati Membri;

B.

billi l-Kumitat jikkontribwixxi għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni u, billi jiżgura rabtiet bejn il-politiki u ċ-ċirkostanzi ekonomiċi, soċjali u ċiviċi tal-Unjoni, isegwi l-missjonijiet tiegħu ta’ tfassil aħjar tal-liġijiet, demokrazija parteċipattiva minn isfel għal fuq u promozzjoni tal-valuri Ewropej;

C.

billi l-konsultazzjoni tal-Kumitat mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill hija mandatorja f’ċerti każijiet; billi l-Kumitat jista’ jadotta wkoll opinjonijiet fuq inizjattiva tiegħu stess filwaqt li jgawdi minn qasam wiesa’ għal riferiment kif iddefinit mill-Att Uniku Ewropew, mit-Trattat ta’ Maastricht u mit-Trattat ta’ Amsterdam, li jippermettilu li jiġi kkonsultat mill-Parlament;

D.

billi l-kummissjoni tal-Kumitat għall-affarijiet finanzjarji u baġitarji (CAF) hija l-korp superviżorju tal-Kumitat għall-proċeduri baġitarji kollha u, b’mod partikolari, l-istabbiliment tal-istimi baġitarji, l-implimentazzjoni tal-baġit, ir-rapport annwali tal-attività, il-kwittanza u s-segwitu għar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”);

E.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċetti ta’ ġestjoni finanzjarja u amministrattiva effiċjenti, ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u ta’ governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.

Jinnota li l-baġit tal-Kumitat jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li kienet tammonta għal total ta’ EUR 10,7 biljun fl-2021 (li tirrappreżenta 5,9 % tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni); jinnota li l-baġit tal-Kumitat jirrappreżenta 1,2 % tal-infiq totali tal-Unjoni fuq l-amministrazzjoni;

2.

Jinnota li l-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2021 żiedet il-kampjun ta’ tranżazzjonijiet taħt “Amministrazzjoni” minn 48 fl-2020 għal 60 fl-2021;

3.

Jinnota li l-Qorti ssemmi li l-ħidma li twettqet matul ħafna snin tindika li l-intestatura 7 tal-QFP tikkonċerna infiq ġenerali b’riskju baxx; jinnota, madankollu, li r-Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 ma jipprovdi l-ebda informazzjoni rilevanti dwar il-Kumitat u jistieden lill-Qorti tinkludi, fir-rapporti annwali tagħha li jmiss, data komprensiva dwar it-twettiq għalkollox tar-rekwiżiti kollha meħtieġa għal proċedura ta’ kwittanza konsistenti;

4.

Jinnota b’sodisfazzjon li, fir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2021, il-Qorti ma identifikat l-ebda kwistjoni speċifika li tikkonċerna lill-Kumitat;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.

Jinnota li l-baġit finali tal-Kumitat għall-2021 kien ta’ EUR 145 024 938 li jirrappreżenta żieda żgħira ta’ 1,7 % meta mqabbel ma’ EUR 142 539 393 fl-2020 u EUR 138 502 768 fl-2019; jinnota li l-aktar linji baġitarji importanti fl-2021, li jikkostitwixxu madwar 80 % tal-baġit ġenerali, kienu dawk għar-remunerazzjoni u l-indennizzi, segwiti mill-indennizz tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-membri, il-pagamenti ta’ lokazzjoni, l-interpreti u s-sistemazzjoni tal-bini;

6.

Josserva bi tħassib l-implimentazzjoni baġitarja baxxa ta’ 90,8 %, meta mqabbla ma’ 91,8 % fl-2020 u ’l bogħod mil-livelli ta’ qabel il-pandemija ta’ 98,1 % u 98,7 % rispettivament fl-2019 u fl-2018; jinnota li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati rritornati lill-baġit tal-Unjoni huma l-ogħla fl-aħħar erba’ snin u jammontaw għal EUR 13 336 920, meta mqabbla ma’ EUR 11 677 200 u EUR 2 579 332 fl-2020 u fl-2019 rispettivament u EUR 1 819 462 fl-2018; jinnota li dan it-tnaqqis huwa meqjus mill-Kumitat bħala konsegwenza diretta tal-pandemija tal-COVID-19; josserva, madankollu, li fil-kont tal-eżitu ekonomiku, l-ispejjeż globali żdiedu bi ftit fl-2021, b’5 % meta mqabbla mal-2020, u dan huwa spjegat mill-Kumitat b’żieda fl-attività meta mqabbla mal-ewwel sena tal-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19; jirrimarka li ż-żewġ indikaturi jidhru li qed jippuntaw lejn direzzjonijiet opposti;

7.

Jissottolinja r-rata baxxa ta’ pagament fil-31 ta’ Diċembru 2021 ta’ 78 %, li naqset minn 83,2 % u 92,5 % fl-2020 u fl-2019 rispettivament; jirrikonoxxi li ż-żmien medju għall-pagament fl-2021 naqas għal 19,94-il jum li jikkostitwixxi titjib meta mqabbel mal-2020 (28,44 jum) u 2019 (30,12 jum); josserva, madankollu, li l-ammont ta’ fatturi elettroniċi bħala sehem tal-fatturi kollha laħaq biss 68 % fl-2021, meta mqabbel ma’ 67 % fl-2020 u għadu inqas minn 79 % fl-2019;

8.

Jirrimarka li surplus bla preċedent ta’ EUR 13 163 207 ġie riportat mill-2021 għall-2022, ħafna ogħla mill-2020 u l-2019 meta ġew riportati EUR 8 722 448 u EUR 8 614 946 rispettivament;

9.

Jinnota li, fl-2021, il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq l-attivitajiet tal-Kumitat, b’riżultat li għal ċerti linji kien hemm tnaqqis fl-użu tal-approprjazzjonijiet (spejjeż u indennizzi tal-ivvjaġġar tal-membri, interpretazzjoni, il-missjonijiet tal-persunal u l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti u seduti ta’ smigħ, inkluż il-catering relatat ma’ dawk l-avvenimenti) filwaqt li għal oħrajn il-kriżi tas-saħħa kienet tirrikjedi infiq addizzjonali (appoġġ tekniku għal laqgħat remoti jew ibridi, inkluża interpretazzjoni simultanja, it-tisħiħ tal-faċilitajiet tal-IT biex ilaħħqu ma’ żieda fit-telexogħol u tagħmir addizzjonali meħtieġ mis-servizz mediku tal-Kumitat); josserva li l-approprjazzjonijiet li kien fadal intużaw biex jiġi indirizzat ix-xogħol b’lura fl-IT u fil-bini, rikonoxxut f’eżerċizzji ta’ kwittanza preċedenti;

10.

Jirrimarka li l-ammont ta’ trasferiment fl-2021 kien ta’ EUR 5 323 400 li jfisser li t-trasferiment li sar fl-2021 flimkien mal-EUR 10 378 352 li ġew trasferiti fl-2020 huma bejn darbtejn u nofs u ħames darbiet ogħla mit-trasferimenti li saru fis-snin ta’ qabel il-pandemija tal-COVID-19 (EUR 3 119 041 u EUR 1 981 731 fl-2019 u fl-2018 rispettivament); jirrimarka li t-trasferimenti bdew aktar kmieni fis-sena iżda, minkejja l-isforzi, mhux l-ammonti kollha li kien fadal setgħu jiġu assorbiti minħabba l-pandemija tal-COVID-19;

11.

Josserva li, fl-2021, il-Kumitat kompla bl-attivitajiet tiegħu sabiex itejjeb il-kosteffettività taċ-ċirkwiti amministrattivi tiegħu, filwaqt li kiseb flussi ta’ xogħol finanzjarji kompletament mingħajr karti u uża firem elettroniċi kwalifikati għal kuntratti u emendi; jinnota li l-iffrankar inkiseb l-aktar permezz tas-sinerġiji li rriżultaw mill-ftehim ta’ kooperazzjoni ffirmat bejn il-Kumitat u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (il-“KtR”), li ġie mġedded fl-2021, b’mod partikolari fl-oqsma tal-infrastruttura (għall-kiri, il-manutenzjoni, l-oġġetti ta’ konsum u l-persunal, l-iffrankar stmat b’mod ġenerali kien jammonta għal aktar minn EUR 12-il miljun), l-IT, is-sigurtà u s-servizzi tal-laqgħat;

12.

Huwa konxju li l-proċeduri tal-offerti li jikkonċernaw il-Kumitat huma organizzati jew mis-servizzi tagħha stess jew f’isem il-Kumitat mis-servizzi konġunti kondiviżi mill-Kumitat u mill-KtR; josserva li, fl-2021, kien hemm 13-il proċedura ta’ akkwist biss li fihom il-Kumitat kien jew awtorità kontraenti unika jew awtorità kontraenti parteċipanti flimkien mal-KtR, li tnejn minnhom ġew ikkanċellati minħabba nuqqas ta’ offerti, tnejn oħra fil-qasam tal-bini saru bħala proċedura miftuħa bil-Kumitat ikun l-unikà awtorità kontraenti parteċipanti, u l-bqija saru permezz ta’ proċedura negozjata, sebgħa għal kuntratti ta’ valur medju u baxx u tnejn mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt kif previst mir-Regolament Finanzjarju;

13.

Jissottolinja li, bejn April u Ġunju 2021, diversi laqgħat tal-kumitat tal-baġit tal-Kunsill iddiskutew il-proposta tal-Kumitat għal indennizz speċifiku għall-attendenza remota tal-laqgħat tal-Kumitat; jinnota li l-proposta tas-CAF, appoġġata mill-kwesturi tal-Kumitat u approvata mill-Kunsill, tistabbilixxi l-indennizz għall-parteċipazzjoni remota għal EUR 145, li huwa nofs l-indennizz stabbilit fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/471/UE (1), applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2021 u limitat għall-perjodu li matulu hemm diffikultajiet fl-ivvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19; jinnota li r-rimborż jirrikjedi verifika tal-attendenza fil-laqgħa jew fl-avveniment għal kull parteċipant permezz ta’ varjetà ta’ metodi bħal listi ta’ firem, rapporti ta’ konnessjoni elettronika, ritratti tal-iskrin jew rapporti oħra li juru l-interventi li saru, u li r-rimborż jista’ jsir biss abbażi ta’ dik l-informazzjoni; jenfasizza li, fil-każ ta’ attendenza remota, jitħallas biss l-indennizz imnaqqas u ma jsir l-ebda rimborż ieħor (bħal għall-spejjeż tal-ivvjaġġar jew għall-indennizzi tal-ivvjaġġar) wara verifika tal-attendenza u verifika li ma tkun waslet l-ebda kontribuzzjoni minn parti terza oħra; iqis madankollu li l-indennizz, għalkemm imnaqqas, huwa diffiċli biex jinftiehem f’termini ta’ opinjoni pubblika peress li jista’ jwassal għal ħsara għar-reputazzjoni tal-Kumitat; iqis, barra minn hekk, li minn meta l-miżuri sanitarji u l-miżuri meħuda matul il-pandemija tal-COVID-19 tneħħew, l-indennizz għall-attendenza remota tal-laqgħat ma għadux meħtieġ;

Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern

14.

Jinnota li l-2021 kienet sena oħra li fiha l-Kumitat kien affettwat mill-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19, li matulha ttieħdu serje ta’ deċiżjonijiet biex il-korpi ewlenin tal-Kumitat ikunu jistgħu jkomplu jiffunzjonaw minkejja l-limitazzjoni imposta minn tħassib dwar is-sikurezza u s-sigurtà; josserva li tali deċiżjonijiet kienu jikkonċernaw il-format tal-laqgħat, ir-rekwiżiti tal-aċċess għall-bini, il-ġestjoni tal-avvenimenti u miżuri oħra tas-saħħa u s-sigurtà, inkluż it-tbegħid fiżiku u t-twettiq ta’ laqgħat f’format remot, li aktar tard saru f’format ibridu, inklużi l-votazzjoni ibrida u l-użu ta’ flussi tax-xogħol elettroniċi;

15.

Jirrikonoxxi l-pjan ta’ ġestjoni l-ġdid adottat mill-Kumitat fl-2021, li jiddefinixxi l-istrateġija tas-segretarjat ġenerali tiegħu u l-ħames valuri ewlenin u l-ħames objettivi strateġiċi ewlenin li se jmexxu l-ħidma tiegħu matul il-ħames snin li ġejjin u li jistabbilixxu l-objettivi strateġiċi annwali marbuta b’mod dirett mal-pjan ta’ ġestjoni li huma, għall-2021, 33 objettiv imfassla għall-partijiet kollha tal-amministrazzjoni tagħha;

16.

Jirrimarka r-rwol tas-CAF li tħejji d-deċiżjonijiet kollha ta’ natura finanzjarja jew baġitarja għall-bureau tal-Kumitat u li hija organizzata b’sottogruppi ad hoc li jimmiraw lejn suġġetti ad hoc b’mod aktar effiċjenti, kull wieħed magħmul minn tliet membri, wieħed minn kull grupp irrappreżentat fil-Kumitat;

17.

Jilqa’ l-programm ta’ analiżi integrata tan-negozju tal-Kumitat, immirat lejn il-ġbir u l-immappjar tal-proċessi kummerċjali sottostanti kollha li għandhom influwenza fuq it-tbassir tal-infiq fuq il-linji baġitarji, li huwa mistenni jgħin fl-identifikazzjoni tal-kawżi ewlenin potenzjali ta’ varjazzjonijiet bejn it-tbassir tal-infiq u l-ispejjeż finali tal-attivitajiet, li jwasslu għal titjib ulterjuri tal-ġestjoni tajba u effiċjenti tar-riżorsi umani u finanzjarji disponibbli biex jiġu appoġġati l-attivitajiet politiċi tal-membri tal-Kumitat;

18.

Huwa mħasseb dwar ir-riżorsi skarsi disponibbli għas-servizz tal-awditjar intern (IAS) tal-Kumitat li l-livell ta’ persunal tiegħu għandu impatt dirett fuq il-volum u l-kwalità tal-ħidma mwettqa u għalhekk fuq l-assigurazzjoni li l-IAS jista’ jipprovdi fuq l-ambjent tar-riskju u tal-kontroll; jifhem li, minn Novembru 2021, assistent minn barra l-IAS qed jikkontribwixxi għall-ħidma tat-tliet membri tal-persunal attwalment fl-IAS, iżda jemmen li din l-allokazzjoni addizzjonali temporanja ma tiżgurax il-konformità mal-istandards internazzjonali li jirregolaw l-għoti minimu ta’ funzjoni tal-awditjar intern; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-proposta tal-Kumitat li l-pożizzjoni ta’ assistent li diġà teżisti fi ħdan l-IAS tinbidel f’pożizzjoni ta’ amministratur sabiex jissaħħaħ l-awditjar intern fuq perjodu ta’ żmien qasir; jistieden lill-Kumitat u lill-KtR jottimizzaw il-koordinazzjoni tas-servizzi tal-awditjar intern rispettivi tagħhom meta jimplimentaw il-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Kumitat u l-KtR;

19.

Jirrikonoxxi li l-Kumitat ħa passi biex jimplimenta l-istandards ta’ kontroll intern fir-rigward tal-valutazzjoni ta’ funzjonijiet sensittivi billi f’Diċembru 2020 adotta politika dettaljata li tinkludi d-definizzjoni ta’ pożizzjonijiet sensittivi u l-metodoloġija li għandha tintuża għall-valutazzjoni tar-riskji assoċjati mal-pożizzjonijiet kollha; jinnota li fl-2021 ġiet konkluża valutazzjoni mal-Kumitat kollu; jirrimarka, madankollu, li s-sejbiet tal-IAS urew lok għal titjib; josserva li l-awditu intern dwar il-pagamenti tas-salarji fl-2018, il-pagament ta’ indennizz żejjed identifikat mill-Qorti fl-2019 u l-awditu intern ulterjuri dwar il-verifika fl-2020 indikaw il-ħtieġa li jsir eżami aktar mill-qrib tal-kontrolli fil-ġestjoni tad-drittijiet statutorji; jitlob lill-Kumitat jinforma lill-Parlament dwar is-segwitu puntwali tas-sejbiet tal-awditu;

20.

Josserva li l-indikaturi ewlenin tal-attività u tal-prestazzjoni huma għodda effettiva ta’ ġestjoni u jinnota l-interpretazzjoni tagħhom fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, u b’hekk l-importanza ponderata rikonoxxuta fir-rigward tax-xejriet fil-komunikazzjoni, fil-laqgħat fiżiċi, fir-relazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol, fil-produttività tal-ħanut tal-ikkuppjar u fl-interpretazzjoni; .

21.

Jinnota li l-Kumitat isegwi l-missjoni tiegħu permezz ta’ opinjonijiet, li jirreferu għal proposti leġiżlattivi li saru mill-Kummissjoni (riferimenti), u opinjonijiet fuq inizjattiva proprja, li jitolbu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jieħdu azzjoni, u li l-pożizzjonijiet tal-Kumitat jistgħu jiġu enfasizzati f’riżoluzzjonijiet jew inklużi fir-rapporti ta’ evalwazzjoni u informazzjoni;

22.

Josserva li, fl-2021, il-Kumitat adotta 200 opinjoni (meta mqabbel ma’ 131 fl-2020 u 127 fl-2019) li minnhom 151 opinjoni kienu bbażati fuq riferimenti, 28 kienu opinjonijiet fuq inizjattiva proprja u 12 kienu opinjonijiet esploratorji (l-opinjonijiet ibbażati fuq riferimenti ammontaw għal 65 u 59 fl-2020 u fl-2019 rispettivament); jilqa’ d-deċiżjoni li jitnieda proġett pilota dwar segwitu msaħħaħ tal-opinjonijiet maħruġa, bil-għan li jissaħħaħ il-monitoraġġ tal-azzjonijiet meħuda mill-istituzzjonijiet inkwistjoni fuq lista magħżula ta’ opinjonijiet ta’ importanza politika jew strateġika fir-rigward tal-programm ta’ ħidma tat-taqsimiet tal-Kumitat u l-kontribut tal-Kumitat għall-programm ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni, li għandu jitwettaq bejn Settembru 2022 u April 2023; jifhem li tali segwitu msaħħaħ jinkludi rwol imsaħħaħ għar-rapporteur tal-Kumitat fir-rigward tal-atturi differenti fil-proċess leġiżlattiv, inkluż il-preżenza fil-laqgħat tal-kumitat tal-Parlament u komunikazzjoni mfassla apposta orjentata lejn is-sensibilizzazzjoni;

23.

Josserva li r-Rapport rilevanti dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew juri, fl-2021, irduppjar tal-għadd ta’ laqgħat mal-kontropartijiet tal-Parlament fit-tħejjija tal-opinjonijiet tal-Kumitat meta mqabbel mal-2020 li jikkonferma l-preżenza tal-Kumitat fiċ-ċiklu leġiżlattiv u jistieden lill-Kumitat jiżgura li l-opinjonijiet tiegħu jiġu kondiviżi mal-membri tal-kumitati rilevanti tal-Parlament, f’konformità mal-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Parlament, minn naħa waħda, u l-Kumitat u l-KtR, min-naħa l-oħra; jinnota li, minbarra l-laqgħat bilaterali dwar il-fajls li għaddejjin, il-membri kemm mill-Parlament kif ukoll mill-Kumitat ħadu sehem f’diversi avvenimenti, konferenzi u laqgħat u li saru 156 laqgħa mal-kontropartijiet tal-Parlament, 538 laqgħa mal-kontropartijiet tal-Kummissjoni u 139 laqgħa mal-kontropartijiet tal-Kunsill u tal-Istati Membri;

24.

Jinnota l-parteċipazzjoni wiesgħa u r-rispons pożittiv għall-webinars li jsiru kull xahrejn tal-komunità Ewropea tal-ekonomija ċirkolari (Taħditiet ċirkolari tal-UE), u għall-premijiet tal-UE għall-produzzjoni organika li jirrappreżentaw l-ewwel eżempju ta’ premijiet għall-produzzjoni organika madwar l-Unjoni, organizzati b’mod konġunt mill-Kummissjoni, il-Kumitat, il-KtR, il-Vuċi Ewropea tal-Bdiewa u l-Kooperattivi Agrikoli u l-organizzazzjoni umbrella Ewropea għall-ikel u l-biedja organiċi (IFOAM — Organics Europe); josserva li, fl-2021, ġew organizzati xi konferenzi ta’ livell għoli b’riżultati pożittivi f’termini ta’ attendenza, bħall-konferenza tas-soċjetà ċivili dwar il-Ġeopolitika tal-Patt Ekoloġiku, il-konferenza pubblika ta’ livell għoli dwar il-Faqar enerġetiku f’salib it-toroq tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Patt Ekoloġiku Ewropew, u l-konferenza ta’ livell għoli dwar il-Politika taż-Żgħażagħ fil-Balkani tal-Punent; japprezza l-importanza tal-Kumitat biex jiżgura l-aspett soċjali tat-tranżizzjoni ekoloġika;

25.

Jinnota li l-Kumitat, permezz tal-ħidma tal-grupp ad hoc tiegħu dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, organizza jew appoġġa direttament l-introduzzjoni ta’ 75 avveniment, 33 fil-livell nazzjonali u 42 fil-livell ċentrali, u li 60 % ta’ dawk il-75 avveniment fasslu rapporti dwar il-pjattaforma tal-Konferenza, filwaqt li dawk il-45 avveniment waħedhom laqqgħu flimkien aktar minn 7 600 parteċipant; jinnota li l-Kumitat ikkodifika wkoll 60 idea ġdida dwar il-pjattaforma tal-Konferenza u nieda kampanja ta’ komunikazzjoni vasta dwar il-media soċjali u li ħafna minn dawk l-ideat iddaħħlu fit-325 proposta finali adottati f’Mejju 2022;

Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal

26.

Jinnota li fl-2021, bil-limitazzjonijiet imposti kawża tal-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kumitat irnexxielu jiggarantixxi kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri; jirrimarka l-azzjonijiet li wettaq is-servizz mediku, inkluż billi jaġġorna kontinwament ir-regoli tas-saħħa pubblika fil-bini u jżomm lill-persunal infurmat permezz ta’ appoġġ psikosoċjali personali u online offrut kontinwament lill-persunal u informazzjoni medika xjentifika aġġornata pprovduta lill-membri, lill-persunal, u lill-amministrazzjoni, flimkien mal-parteċipazzjoni attiva fil-kampanja ta’ tilqim tal-Kummissjoni; jissottolinja s-sinerġiji stabbiliti mal-Parlament fir-rigward tal-ittestjar tal-COVID-19;

27.

Jirrimarka li fil-31 ta’ Diċembru 2021 il-Kumitat irrapporta li impjega 699 membru tal-persunal, meta mqabbel mas-702 kemm fl-2020 kif ukoll fl-2019; jinnota li, fl-2021, l-għadd ta’ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal tal-Kumitat żdied għal 699 mis-668 previsti fl-2020; jirrimarka li r-rata ta’ okkupazzjoni għall-pożizzjonijiet ibbaġitjati kienet ta’ 94,3 % fl-2021, kemxejn aktar baxxa mir-rati ta’ okkupazzjoni ta’ 95,5 %, 96 % u 96,6 %, fl-2020, fl-2019 u fl-2018 rispettivament, u josserva li fl-2021 ġie ffinalizzat ir-reklutaġġ ta’ 74 membru tal-persunal ġdid, meta mqabbla mat-58 u s-57 fl-2020 u fl-2019 rispettivament;

28.

Josserva li fl-2021 ġew impjegati għadd kbir ta’ aġenti temporanji u kuntrattwali (107 aġenti temporanji u 46 aġent kuntrattwali minn total ta’ 699 membru tal-persunal, meta mqabbla ma’ 93 u 81 aġent temporanju fl-2020 u fl-2019 rispettivament, u 47 u 43 aġent kuntrattwali fl-2020 u fl-2019 rispettivament); jesprimi tħassib li din is-sitwazzjoni tinvolvi r-riskju ta’ telf konsiderevoli ta’ għarfien u ta’ għarfien espert għall-Kumitat meta jintemmu dawk il-kuntratti għal impjieg temporanju; jistieden lill-Kumitat ikompli japprofondixxi l-kooperazzjoni amministrattiva tiegħu mal-KtR permezz tal-arranġament tas-servizzi konġunti biex jissaħħu l-effetti sinerġiċi tal-ġbir flimkien tal-persunal;

29.

Jinnota li, f’termini tat-tabella tal-persunal, it-tnaqqis fir-riżorsi umani jidher li kellu impatt fuq il-Kumitat li jaqbeż il-mira stabbilita mill-Kummissjoni ta’ 5 % (tnaqqis fil-persunal ta’ 7,98 % meta mqabbel maċ-ċifri tal-2013); huwa konxju li l-prijoritajiet addizzjonali kkunsidrati matul dawn l-aħħar snin u dawk li għad iridu jiġu rriżultaw fit-talba tal-Kumitat biex ikun hemm riżorsi addizzjonali fil-kuntest tat-tħejjija tal-baġit għall-2023 (tliet pożizzjonijiet ta’ amministraturi addizzjonali);

30.

Japprezza l-fatt li biex iħaffef il-proċess ta’ reklutaġġ għall-pożizzjonijiet maniġerjali, id-direttorat għar-riżorsi umani u l-finanzi tal-Kumitat ħa miżuri biex iqajjem sensibilizzazzjoni fost il-presidenti tal-gruppi u l-kapijiet tas-segretarjat tal-gruppi dwar il-ħtieġa li jiġu ppjanati minn qabel is-selezzjonijiet u r-reklutaġġi sabiex jiġu evitati perjodi estiżi ta’ pożizzjonijiet ad interim u maniġers li jkollhom pożizzjonijiet doppji, fl-interess tas-servizz, u li ngħataw struzzjonijiet lill-persunal li jittratta r-reklutaġġi, akkumpanjati minn politika proattiva fil-pubblikazzjoni ta’ pożizzjonijiet vakanti; jinnota li d-direttorat għar-riżorsi umani u l-finanzi fassal pjan ta’ azzjoni dettaljat għar-reklutaġġ u ż-żamma tal-persunal, li ġie approvat mill-bord tat-tmexxija f’Ottubru 2021, strutturat madwar l-ippjanar bil-quddiem, iż-żieda fl-attraenza u ż-żamma tat-talent;

31.

Jinnota li n-nisa jiffurmaw il-maġġoranza tal-persunal tal-Kumitat (448 minn 699), kemm fil-kategorija ta’ assistent kif ukoll fil-kategorija ta’ amministratur; jilqa’ r-rappreżentanza bilanċjata sew bejn il-ġeneri fil-funzjonijiet ta’ maniġment intermedju u superjuri bi 52 % nisa u 48 % irġiel f’tali pożizzjonijiet, meta mqabbla ma’ 46 % nisa u 54 % irġiel fl-2020 u 48 % nisa u 52 % irġiel fl-2019; japprezza l-azzjoni tal-uffiċjal għall-opportunitajiet indaqs tal-Kumitat fit-tfassil tal-istrateġija dwar id-diversità u l-inklużjoni u l-pjan ta’ azzjoni li jmiss u huwa konxju li s-CAF qed tħares lejn l-implimentazzjoni prattika tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru fl-istituzzjonijiet pubbliċi, abbażi tal-informazzjoni mogħtija minn kelliema esterni, inkluż il-President tal-Kumitat tal-Parlament għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, li se jitressaq permezz ta’ analiżi fil-fond tal-modi li bihom din l-għodda tista’ tgħin biex tiġi indirizzata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

32.

Jissottolinja li, filwaqt li l-persunal huwa mill-Istati Membri kollha, peress li l-Istati Membri mhumiex rappreżentati b’mod proporzjonali, il-bilanċ ġeografiku tal-Kumitat mhuwiex sodisfaċenti; josserva li l-maniġers mit-13-il Stat Membru li ssieħbu fl-Unjoni wara l-2004 kienu jikkostitwixxu 19 % fl-2021 (l-istess bħall-2019), meta mqabbla ma’ 15 % fl-2020, filwaqt li d-distribuzzjoni tal-amministraturi għal kull grad turi li 65 % tal-amministraturi minn dawk l-Istati Membri bħalissa jinsabu fi grad bejn AD 8 u AD 10, u b’hekk huma eliġibbli biex japplikaw għal pożizzjoni maniġerjali; jistieden lill-Kumitat ikompli jieħu azzjoni, jagħmel sforzi akbar u jimpenja ruħu li jilħaq distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata ta’ ċittadini mill-Istati Membri kollha fi ħdan il-persunal tiegħu, b’enfasi partikolari fuq il-livell maniġerjali, filwaqt li titqies ir-rappreżentanza tal-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni wara l-2004;

33.

Josserva li l-miżuri adottati biex jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet b’riżultat tal-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19 kienu jinkludu l-forniment ta’ laptop u headset lill-membri kollha tal-persunal, il-forniment ta’ siġġijiet ergonomiċi minħabba raġunijiet mediċi debitament ġustifikati, l-għoti ta’ somma f’daqqa limitata fl-2020 biex tkopri l-ispejjeż straordinarji mġarrba għall-perjodu obbligatorju tat-telexogħol u fuq talba individwali, fl-2021, l-għoti tal-possibbiltà ta’ skrin addizzjonali jekk dan ikun essenzjali minħabba raġunijiet mediċi, u, minn April 2021 ’il quddiem, matul perjodu ta’ sitt xhur, indennizz temporanju ta’ kull xahar ta’ EUR 20 lill-membri tal-persunal u lit-trainees biex ikopri spejjeż addizzjonali ta’ natura differenti;

34.

Iħeġġeġ lill-Kumitat jadotta strateġija u pjan ta’ azzjoni aġġornati dwar id-diversità u l-inklużjoni; jistenna li tali strateġija u pjan ta’ azzjoni jqisu t-tagħlimiet meħuda matul il-pandemija tal-COVID-19, joffru għodod flessibbli biex jissodisfaw il-ħtiġijiet differenti fost il-gruppi differenti tal-persunal u jippromwovu d-diversità u l-inklużjoni iżda wkoll il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-opportunitajiet indaqs għall-persunal tiegħu; jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar il-progress f’dak ir-rigward;

35.

Jinnota li, fl-2021, il-Kumitat ivvaluta l-pjan ta’ azzjoni tiegħu għall-opportunitajiet indaqs u d-diversità sabiex jitnieda t-tfassil ta’ strateġija mtejba dwar id-diversità u l-inklużjoni; josserva li ġew organizzati avvenimenti online fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija u li l-Kumitat ħa sehem fil-konferenza tal-Kumitat Konġunt Interistituzzjonali dwar l-Opportunitajiet Indaqs u f’diversi networks interistituzzjonali fl-oqsma tad-diversità u tal-opportunitajiet indaqs; iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli japprova inizjattivi minn isfel għal fuq li jikkontribwixxu biex il-Kumitat isir post tax-xogħol aktar inklużiv; jitlob lill-Kumitat jinkludi fl-istrateġija u fil-pjan ta’ azzjoni ġodda li ġejjin dwar id-diversità u l-inklużjoni azzjonijiet speċifiċi dwar ir-reklutaġġ u l-inklużjoni fl-impjieg ta’ kandidati b’diżabilità u jagħti attenzjoni simili għall-aċċessibilità u l-mobilità fit-twettiq tar-rinnovazzjoni tal-bini;

36.

Jinnota li l-kundizzjonijiet tax-xogħol stabbiliti jipprevedu grad għoli ta’ flessibilità u li, filwaqt li huwa meħtieġ ippjanar bil-quddiem, ir-reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol ma għadhiex obbligatorja; josserva li, peress li l-Kumitat għażel eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol fl-2020 u fl-2021, l-adattament tal-iskeda għall-ħtiġijiet individwali hija possibbli, dment li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-servizz, u li dak jiffaċilita l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata f’ċirkostanzi diffiċli;

37.

Josserva li l-bidla fil-kundizzjonijiet tax-xogħol wara l-pandemija tal-COVID-19 kellha influwenza fuq ir-rata ta’ adozzjoni ta’ arranġamenti tal-ħin tax-xogħol mhux standard u li, mir-rebbiegħa 2020, it-talbiet għal arranġamenti tal-ħin tax-xogħol mhux standard naqsu b’mod kostanti; jirrimarka li fl-2021, u għall-ewwel darba mill-2016, is-sehem ta’ persunal li jirrikjedi arranġament xieraq tal-ħin tax-xogħol mhux standard naqas taħt l-20 % (18,88 % fl-2021 meta mqabbel ma’ 23,93 % u 32,19 % fl-2020 u fl-2019 rispettivament); jirrimarka li t-tnaqqis fl-applikazzjonijiet bejn l-2020 u l-2021 jikkonċerna l-aktar lin-nisa, b’madwar waħda minn kull ħamsa tapplika għal mudell ta’ xogħol mhux standard fl-2021, filwaqt li ċ-ċifra għall-irġiel tibqa’ stabbli (32 raġel fl-2020 meta mqabbla ma’ 31 raġel fl-2021); josserva li filwaqt li kien hemm żieda sinifikanti fl-għadd ta’ rġiel li użaw mudelli tax-xogħol flessibbli fl-2019, il-proporzjon bejn l-irġiel u n-nisa baqa’ bejn wieħed u ieħor l-istess fl-2020 u fl-2021 u madwar waħda minn kull ħames applikazzjonijiet saret mill-irġiel;

38.

Jinnota li matul l-2021 u fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 li għaddejja, it-telexogħol baqa’ n-norma iżda li, mill-14 ta’ Ġunju 2021, il-persunal seta’ jirritorna gradwalment l-uffiċċju jum fil-ġimgħa fuq bażi volontarja, filwaqt li jirrispetta l-miżuri ta’ prekawzjoni stabbiliti fil-bini; jinnota li t-telexogħol minn barra kien possibbli għall-persunal kollu matul perjodu ta’ żmien limitat u b’kundizzjonijiet speċifiċi, bħal għal sitwazzjonijiet partikolarment diffiċli tal-familja b’raġunijiet mediċi jew soċjali konvinċenti; jilqa’ l-fatt li d-dritt għall-iskonnessjoni, diġà minqux fid-deċiżjoni preċedenti dwar l-iskema tat-telexogħol, issa jissemma b’mod espliċitu fid-deċiżjoni riveduta tal-Kumitat dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ April 2022; iħeġġeġ lill-Kumitat jesplora s-soluzzjonijiet ta’ telexogħol fit-tul fl-ambjent ta’ wara l-pandemija;

39.

Jilqa’ t-tnedija ta’ stħarriġ f’Marzu 2021, ikkoordinat mill-Kumitat u mill-KtR, biex tiġi vvalutata l-esperjenza tal-membri tal-persunal kollha fir-rigward tal-perjodu twil ta’ telexogħol u jiġu identifikati linji gwida possibbli għall-futur; jifhem li aktar minn 71 % tal-persunal, inklużi l-maniġers, taw ir-rispons tagħhom, fil-biċċa l-kbira pożittiv fir-rigward tal-limitazzjonijiet imposti b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, u pprovdew indikazzjonijiet li tqiesu għat-tħejjija tad-deċiżjoni riveduta dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, li ġiet abbozzata fl-2021 u li, wara djalogu soċjali estensiv, daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ April 2022 bħala proġett pilota għal sitt xhur;

40.

Jiddispjaċih li, anke fl-2021, il-Kumitat ma setax jipprovdi data dwar każijiet ta’ eżawriment fost il-membri tal-persunal tal-Kumitat; jirrispetta l-limitazzjonijiet tal-protezzjoni tad-data, iżda jfakkar lill-Kumitat dwar l-importanza ta’ data statistika anonimizzata għal deċiżjonijiet maniġerjali fi ħdan organizzazzjoni filwaqt li jesprimi l-ħtieġa li l-benesseri tal-membri tal-persunal jiġi mħares; itenni li għandhom jitqiesu l-azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni, il-prattiki tajbin fir-rigward tal-ġestjoni tal-volum tax-xogħol, il-komunikazzjoni u s-soluzzjoni tal-kunflitti, kif ukoll il-politika tar-ritorn għax-xogħol;

41.

Jinnota li, fl-2021, il-Kumitat ħejja u ddiskuta deċiżjoni riveduta dwar il-proċeduri għall-prevenzjoni u t-trattament tal-fastidju psikoloġiku u sesswali fuq il-post tax-xogħol (id-Deċiżjoni 090/22A), li ġiet adottata biss f’Marzu 2022; josserva li dan huwa parti minn pjan ta’ azzjoni usa’ dwar l-etika adottat f’Jannar 2021, ibbażat fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta’ grupp ta’ ħidma konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-persunal u tal-amministrazzjoni; itenni d-dispjaċir tiegħu rigward l-adozzjoni kajmana ta’ dik id-deċiżjoni l-ġdida, li sfortunatament ma tinkludi l-ebda proċedura speċifika għal fastidju li jinvolvi membru tal-kumitat u uffiċjal (skont id-definizzjoni tad-Deċiżjoni 090/22 A), bil-konsegwenza li ma tiġi applikata l-ebda proċedura uniformi għat-trattament ta’ każijiet ta’ fastidju, li twassal biex il-vittmi jiġu ttrattati b’mod differenti; jistieden lill-Kumitat jipprevedi minnufih proċedura speċifika li tagħti lil kulħadd protezzjoni xierqa u fit-tul kontra l-fastidju; jemmen li politika ta’ tolleranza żero għall-fastidju biss se tipprevjeni lill-Kumitat minn allegazzjonijiet futuri ta’ fastidju u mġiba ħażina serja;

42.

Jinnota li, fl-2021, il-Kumitat ospita 52 trainee għal terminu ta’ ħames xhur, erba’ trainees għal terminu ta’ tliet xhur u żewġ trainees li ngħataw għotjiet minn korpi pubbliċi esterni; jinnota li t-trainees b’terminu ta’ ħames xhur irċevew għotja u indennizzi fix-xahar filwaqt li t-trainees b’terminu iqsar ma kienu intitolati għal ebda kontribuzzjoni finanzjarja; jilqa’ l-fatt li, anke wara s-sejħa mill-Parlament matul il-proċedura ta’ kwittanza tal-2020, qed issir riflessjoni interna biex jiġi żgurat li t-trainees kollha jirċievu remunerazzjoni deċenti u li ġie abbozzat qafas ġdid li jiċċara d-drittijiet u l-obbligi tat-trainees, u bħalissa għaddejja konsultazzjoni dwaru mas-servizz legali tal-Kumitat u mal-kumitat tal-persunal tiegħu u huwa mistenni li jiġi stabbilit għas-sessjoni ta’ traineeship li jmiss li tibda f’Marzu 2023;

43.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kumitat biex jintegra t-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19 fl-istrateġija ta’ ġestjoni interna tiegħu f’termini tal-kontinwità tal-operat u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, il-kapaċità ta’ rispons tal-IT, ir-reżiljenza tal-organizzazzjoni, id-dmir ta’ diliġenza lejn il-persunal tiegħu, il-komunikazzjoni effettiva u l-proċessi ta’ ħidma flessibbli, sabiex jiġi żviluppat stil ta’ ġestjoni orjentat lejn ir-riżultati li jista’ jħeġġeġ bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

Qafas etiku u trasparenza

44.

Jilqa’ l-aġġornament tal-kodiċi ta’ kondotta tal-Kumitat f’Jannar 2021 b’sanzjonijiet imsaħħa u b’kamp ta’ applikazzjoni usa’, li jistabbilixxi mekkaniżmu aktar effiċjenti biex jittratta l-ksur min-naħa tal-membri, u huwa konxju mir-reviżjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu li segwiet f’Marzu 2022; japprezza l-adozzjoni, f’Jannar 2021, ta’ pjan ta’ azzjoni dettaljat dwar l-etika bbażat fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta’ grupp ta’ ħidma konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-persunal u tal-amministrazzjoni;

45.

Jissottolinja l-importanza tal-awditu intern dwar l-etika u l-integrità li għandu l-għan li jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar l-allinjament konsistenti ta’ valuri, prinċipji u normi etiċi kondiviżi u l-konformità magħhom għaż-żamma u l-prijoritizzazzjoni tal-interess pubbliku fuq l-interessi privati; itenni l-appell tiegħu biex jiġi kkunsidrat awditu estern dwar l-etika u t-trasparenza;

46.

Josserva li, wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni riveduta tal-Kumitat dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta fil-15 ta’ Diċembru 2021 (id-Deċiżjoni 297/21A), kif ukoll tad-deċiżjoni riveduta dwar il-proċeduri għall-prevenzjoni u għat-trattament tal-fastidju psikoloġiku u sesswali fuq il-post tax-xogħol (id-Deċiżjoni 090/22A), adottata fil-31 ta’ Marzu 2022, il-qafas legali etiku mġedded se jitlesta b’deċiżjoni riveduta li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni dwar proċeduri dixxiplinari u investigazzjonijiet amministrattivi; iħeġġeġ lill-Kumitat jiżgura li dak il-proċess jinvolvi konsultazzjoni mal-uffiċjal tas-servizz legali u tal-protezzjoni tad-data tiegħu u djalogu mal-kumitat tal-persunal tiegħu u mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni;

47.

Jinnota li l-ftehimiet ta’ soluzzjoni relatati mal-każ OC/2018/0666/A1 tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) finalment ġew implimentati bis-sħiħ mal-membri tal-persunal ikkonċernati kollha; jiddispjaċih dwar ir-reazzjoni kajmana mill-Kumitat fil-konklużjoni u l-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet; jinnota li, fir-rigward tal-ex membru tal-Kumitat identifikat mill-OLAF bħala vittma ta’ mġiba ħażina serja, wara taħdidiet f’Marzu 2021 intlaħaq ftehim dwar il-modi kif għandha tiġi rrimedjata l-kwistjoni, iċċentrat fuq it-tisħiħ tal-kodiċi ta’ kondotta tal-Kumitat, filwaqt li jissaħħaħ il-qafas etiku, tingħata prijorità lis-sejbien ta’ soluzzjonijiet ġusti u jingħataw apoloġiji pubbliċi lill-vittmi;

48.

Jilqa’ l-fatt li, fit-13 ta’ April 2022, il-President tal-Kumitat għamlet dikjarazzjoni pubblika, ippubblikata fuq is-sit web tal-Kumitat, li tindirizza l-apoloġija uffiċjali tagħha f’isem il-Kumitat għall-vittmi kollha, kemm il-membri tal-persunal kif ukoll l-ex membru, fil-każ OC/2018/0666/A1 tal-OLAF; itenni t-tħassib tiegħu li s-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat għadu jirrifjuta li jammetti n-nuqqasijiet u r-responsabbiltajiet interni li wasslu għal ksur tad-dmir ta’ diliġenza lejn il-persunal tal-Kumitat;

49.

Jissottolinja li, fis-6 ta’ Ottubru 2022, permezz tas-sentenza tagħha fil-Kawża C-673/21 (2), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat il-legalità tal-miżuri meħuda fid-deċiżjoni tal-bureau tal-Kumitat tad-9 ta’ Ġunju 2020;

50.

Josserva li l-Kumitat huwa parti ċivili f’kawża legali li għaddejja mibdija mill-awtoritajiet nazzjonali kontra ex membru akkużat bi mġiba ħażina li bħalissa tinsab quddiem qorti Belġjana għal deċiżjoni kompetenti; jitlob lill-Kumitat jinforma lill-Parlament dwar l-iżvilupp ta’ dak il-każ fil-ħin;

51.

Jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li għadhom qed jiġu injorati l-appelli mhux ambigwi tal-Parlament biex issir investigazzjoni esterna u indipendenti ħalli jiġu rieżaminati speċifikament il-proċeduri tar-riżorsi umani tal-Kumitat u l-effettività tagħhom, b’enfasi fuq l-identifikazzjoni tar-responsabbiltajiet tal-ġerarkija amministrattiva li tindirizza lmenti ta’ fastidju u li tiżgura l-benesseri tal-persunal; iħeġġeġ lill-Kumitat jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprevjeni b’mod effiċjenti każijiet potenzjali ta’ fastidju fil-futur; jemmen li huwa essenzjali li jiġi ggarantit il-benesseri tal-persunal u li jiġu evitati b’mod effettiv u malajr każijiet ulterjuri, bħal dak li diġà seħħ;

52.

Jinnota li, fl-2021, l-OLAF investiga żewġ każijiet li kienu jinvolvu l-Kumitat li wieħed minnhom, li nfetaħ fl-2019 u li kien jinvolvi membru tal-Kumitat, ingħalaq fl-2022 minħabba li l-OLAF ma stabbilixxa l-ebda evidenza ta’ frodi jew irregolarità li taffettwa l-interessi finanzjarji jew interessi oħra tal-Unjoni, u l-ieħor, li kien jikkonċerna wkoll membru, ingħalaq mill-OLAF fl-2021 peress li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) kien beda investigazzjoni parallela tal-liġi kriminali dwar l-istess fatti; jirrimarka li każ ieħor mill-2020, li kien jinvolvi wkoll membru, ingħalaq mill-OLAF fl-2022 peress li l-membru kkonċernat sadanittant ħalliena;

53.

Jirrimarka li sal-lum każ wieħed, irrapportat lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament mill-Kumitat fl-2020, għadu miftuħ u li l-awtorità tal-ħatra tal-Kumitat beħsiebha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha dwaru sal-aħħar tal-2022; jinnota li, abbażi tal-kummenti li saru fis-seduta ta’ smigħ inizjali taż-żewġ partijiet, tnediet u tlestiet inkjesta komplementari biex jiġu investigati aktar diversi punti u biex jinstemgħu xhieda addizzjonali qabel il-waqfa fis-sajf tal-2022; jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li din l-investigazzjoni interna s’issa diġà ħadet sentejn mingħajr ebda konklużjoni finali, u dan ixekkel serjament ħajjet il-persuni involuti u jimblokka t-trasferiment potenzjali tagħha għall-OLAF; jitlob lill-Kumitat jagħti d-deċiżjoni finali tiegħu mill-aktar fis possibbli u jinforma lill-Parlament dwar l-eżitu;

54.

Japprezza r-rieda tal-Kumitat li jikkoopera mal-korpi investigattivi tal-Unjoni (OLAF u UPPE); jinnota li ftehim dwar il-livell ta’ servizz relatat mat-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi interni ġie ffirmat mal-uffiċċju ta’ investigazzjoni u ta’ dixxiplina tal-Kummissjoni fl-2021;

55.

Jilqa’ l-fatt li l-kodiċi ta’ kondotta rivedut tal-Kumitat introdott f’Jannar 2021 fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji u dwar il-kunflitti ta’ interess; jirrimarka li ġiet integrata dispożizzjoni ġdida fil-kodiċi, skont liema l-membri, id-delegati tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali tagħha, is-supplenti u l-esperti jeħtiġilhom jippreżentaw dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji tagħhom lill-president tal-Kumitat malli jibdew jaqdu dmirijiethom, li trid tiġi ppreżentata mill-ġdid fuq bażi annwali fl-1 ta’ Jannar u, f’każ ta’ kwalunkwe tibdil matul il-mandat ta’ membru, kmieni kemm jista’ jkun, iżda fi kwalunkwe każ, fi żmien xahrejn; jirrimarka li l-Kodiċi ta’ Kondotta rivedut jinvolvi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-revolving doors u jipprevedi li, għal perjodu ta’ sentejn wara li ma jibqax fil-kariga, ex membru ma għandux iwettaq lobbjar fil-konfront ta’ membri jew persunal preżenti fuq kwistjonijiet li dawn għandhom pożizzjonijiet importanti jew rapporti bil-miktub fir-rigward tagħhom; jitlob il-pubblikazzjoni perjodika u l-aġġornament fuq is-sit web uffiċjali tiegħu tal-informazzjoni dwar l-istat ta’ konformità kemm għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kif ukoll għad-derogi għall-perjodu ta’ rtirar;

56.

Jinnota b’sodisfazzjon li t-taħriġ dwar l-etika sar obbligatorju għall-membri kollha tal-persunal fl-2021 u li jinkludi taħriġ addizzjonali u aktar speċifiku ddedikat għall-maniġers; josserva li t-taħriġ għall-membri tal-Kumitat dwar l-etika ġie rivedut biex ikun allinjat mal-kodiċi ta’ kondotta l-ġdid u biex ikopri l-firxa sħiħa ta’ kwistjonijiet etiċi; japprezza t-twaqqif ta’ tim ġdid ta’ konsulenti fil-qasam tal-etika biex jipprovdi l-aħjar konsulenza possibbli lill-kollegi li jikkonsultawhom dwar kwistjonijiet etiċi, inkluż dwar ir-regoli interni tal-Kumitat dwar il-protezzjoni tal-informaturi kontra azzjoni ħażina u d-dritt tagħhom li jibqgħu anonimi, kif ukoll l-appoġġ matul il-proċess, u li l-informazzjoni dwar il-konsulenti fil-qasam tal-etika tiġi mxerrda lill-parteċipanti ġodda kollha; jissottolinja li f’Mejju 2022 ġiet ippubblikata gwida ġdida għall-persunal dwar ir-rispett fuq il-post tax-xogħol fil-Kumitat u li l-Kumitat jinsab ukoll fil-proċess li jistabbilixxi karta ġdida ta’ valuri tal-persunal tal-Kumitat;

57.

Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kumitat ikompli jesplora l-parteċipazzjoni tiegħu fir-Reġistru tat-Trasparenza Interistituzzjonali permezz tal-proċess ta’ valutazzjoni li tnieda għal dak il-għan, fl-2022;

58.

Huwa mħasseb li s’issa l-Kumitat ma adotta l-ebda strateġija kontra l-frodi; jistieden lill-Kumitat iniedi analiżi interna tar-riskju ta’ frodi u jikkoordina ma’ servizzi kompetenti oħra tal-Kummissjoni bil-għan li jikkunsidra l-adozzjoni ta’ strateġija interna adegwata kontra l-frodi;

59.

Jitlob li jintemm l-użu ta’ kumpaniji esterni li, skont il-klassifikazzjoni tal-Università ta’ Yale (3), għadhom qed joperaw fir-Russja;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data

60.

Jirrimarka li l-Kumitat għamel sforzi biex jappoġġa l-proċess ta’ rkupru wara l-pandemija tal-COVID-19, b’mod partikolari biex jibbenefika aktar mid-diġitalizzazzjoni akbar, u li l-azzjonijiet fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni u ċ-ċibersigurtà komplew jiġu ggwidati mill-istrateġija diġitali tal-Kumitat;

61.

Jinnota li l-baġit inizjali tal-IT għall-2021 kien ta’ EUR 5 400 000 meta mqabbel ma’ EUR 4 700 000 fl-2020, u dan għalhekk jikkostitwixxi żieda ta’ EUR 700 000 (15 %); josserva li bħala riżultat tat-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet mhux użati li ammontaw għal EUR 1 900 000 sabiex jiġi indirizzat aktar ix-xogħol b’lura fl-IT li ġie rikonoxxut f’eżerċizzji ta’ kwittanza preċedenti, l-ammont finali ta’ approprjazzjonijiet għall-IT fl-2021 kien ta’ EUR 7 300 000 meta mqabbel ma’ EUR 7 500 000 fl-2020;

62.

Jinnota li l-ftehim il-ġdid ta’ kooperazzjoni amministrattiva mal-KtR, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2021, irawwem l-iskambji dwar prattiki diġitali tajbin biex jixpruna s-servizzi tal-IT u diġitali tiegħu ’l quddiem;

63.

Jinnota l-għadd akbar ta’ theddidiet ċibernetiċi għall-infrastruttura tal-IT u għall-kanali ta’ komunikazzjoni online tal-Kumitat u jinnota li l-Kumitat ta attenzjoni dejjem akbar lit-tisħiħ tal-konfigurazzjoni tas-sistema tal-IT, l-identifikazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet f’kooperazzjoni mal-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej (CERT-UE), is-sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà tal-membri u tal-persunal u l-adozzjoni ta’ protokoll avvanzat għall-awtentikazzjoni tan-network tal-kompjuter; jistieden lill-Kumitat ikompli jagħti livell għoli ta’ attenzjoni lill-kwistjonijiet taċ-ċibersigurtà, speċjalment minħabba li l-għadd ta’ attakki ċibernetiċi serji żdied b’mod konsiderevoli f’dawn l-aħħar snin, u b’hekk l-istituzzjonijiet tal-Unjoni saru miri attraenti għal aggressuri potenzjali; iħeġġeġ ukoll lill-Kumitat iwettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari dwar l-infrastruttura tal-IT tagħha u jiżgura awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tagħha;

64.

Jinnota li l-Kumitat qed juża teknoloġija b’sors miftuħ u li, fl-2021, intużaw għadd dejjem jikber ta’ libreriji u oqfsa b’sors miftuħ fis-sistemi ta’ informazzjoni tal-Kumitat; jissottolinja li l-istrateġija diġitali tal-Kumitat tipprevedi l-migrazzjoni mill-applikazzjoni attwali tal-email fuq il-post għal waħda ospitata fil-cloud bħala parti mill-iżvilupp ta’ ambjent ibridu tal-cloud;

65.

Jirrimarka li l-maġġoranza tas-sistemi tekniċi tal-Kumitat huma ospitati internament u ġestiti minn persunal intern filwaqt li għas-sistemi esternalizzati jinżammu u jiġu żgurati l-kontroll u s-sjieda fil-livell kuntrattwali u jiġu kkomplementati minn miżuri organizzattivi u tekniċi li jinkludu l-impatt fuq il-protezzjoni tad-data u l-eżerċizzji ta’ valutazzjoni tar-riskju li jsegwu l-aħjar prattiki madwar is-settur;

Bini u sigurtà

66.

Ifakkar li, wara l-eżerċizzju tal-opzjonijiet ta’ xiri fir-rigward tal-bini JDE fl-2018 u tal-binjiet BvS u REM fl-2019, kemm il-Kumitat kif ukoll il-KtR saru sidien ta’ dawk il-binjiet; jinnota li l-binjiet fi Trèves 74 (TR74) u f’Belliard 68 (B68-72) jinsabu taħt lokazzjoni finanzjarja fit-tul; jinnota li, fl-10 ta’ Mejju 2021, l-awtorità baġitarja approvat it-teħid tal-kuntratt ta’ kiri, sa Settembru 2021, mill-Kumitat u mill-KtR, tal-bini preċedenti tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) f’Belliard 100 (B100) u li TR74 u B68-72 ġew ittrasferiti lill-Kummissjoni f’Settembru 2022 bħala parti mill-iskambju tal-bini VanMaerlant (VMA);

67.

Huwa konxju li l-iskambju tal-binjiet irriżulta fi tnaqqis sinifikanti fl-ispazju tal-uffiċċji għall-Kumitat u l-KtR, telf ta’ madwar 10 000 m2; jinnota li ġie ffirmat ftehim amministrattiv mas-SEAE għall-akkwist tal-kuntratt ta’ kiri tal-bini B100 mill-1 ta’ Settembru 2021 biex jikkumpensa parzjalment it-tnaqqis fl-ispazju u li, wara tali ftehim, ir-riżultat finali huwa l-iffrankar tal-ispazju tal-uffiċċji ta’ madwar 5 000 m2 meta mqabbel mas-sitwazzjoni fil-bidu tal-2021;

68.

Jirrikonoxxi li l-komponent ewlieni tal-istrateġija tal-bini tal-konċentrazzjoni ġeografika ġie segwit bl-iskambju tal-binjiet TR74 u B68 għall-bini tal-VMA; jifhem li l-operazzjoni li twettqet tirrikjedi intervent addizzjonali biex jiġi pprovdut ambjent tax-xogħol adattat għall-inkwilini l-ġodda, u li x-xogħlijiet ta’ restawr u rinnovazzjoni ġew approvati f’Ġunju 2021 bil-għan li jippermettu tqassim aktar flessibbli tal-ispazji tal-uffiċċju sabiex ikunu jistgħu jiġu adattati faċilment għal forom ġodda ta’ xogħol, minbarra li jkompli jiġi limitat il-konsum tal-enerġija u tal-ilma, li għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’ trasferiment ta’ tlaqqit;

69.

Jinnota li għax-xogħlijiet importanti ta’ rinnovazzjoni li twettqu f’kooperazzjoni fl-2021, f’kooperazzjoni mal-KtR, il-linja baġitarja korrispondenti “Sistemazzjoni fil-binjiet” ingħatat EUR 4 925 895 fl-2021, meta mqabbla ma’ EUR 1 121 655 u EUR 594 061 fl-2020 u fl-2019 rispettivament;

Ambjent u sostenibbiltà

70.

Jilqa’ l-kisbiet ambjentali pożittivi fl-2021, fir-rigward tal-konsum tal-elettriku, tal-ilma u tal-karti (tnaqqis ta’ 2,1 %, 14,3 % u 55 % rispettivament meta mqabbel mal-2020); jinnota l-installazzjoni ta’ pannelli solari fuq tnejn mill-binjiet tal-Kumitat u tal-KtR u jifhem li qed issir analiżi ulterjuri bil-għan li tiġi estiża l-installazzjoni tal-pannelli solari, probabbli fl-2023;

71.

Jenfasizza li 69,6 % tal-persunal tal-Kumitat juża mezzi tat-trasport ekoloġiċi; jinnota l-politika dwar il-mobilità stabbilita li tippromwovi l-użu ta’ modi ta’ vjaġġar sostenibbli għall-ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura, li tinkludi kontribuzzjoni finanzjarja għall-biljetti tat-trasport pubbliku u kontribuzzjoni ta’ kull xahar għaċ-ċiklisti; jirrimarka li huma disponibbli roti tas-servizz kif ukoll ċarġers għall-karozzi elettriċi tas-servizz;

72.

Jilqa’ l-inizjattiva innovattiva dwar il-missjonijiet b’emissjonijiet baxxi li tnediet f’Ottubru 2021, li għandha l-għan li tħeġġeġ lill-persunal li jkun qed iwettaq missjonijiet biex jagħżel mezzi ta’ trasport li jniġġsu anqas (ferrovija, xarabank, eċċ.) u li tinvolvi li l-aġenzija tal-ivvjaġġar minn issa ’l quddiem tipproponi għażliet ta’ vjaġġar f’ordni axxendenti tal-emissjonijiet tas-CO2 iġġenerati;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

73.

Jemmen li l-kooperazzjoni amministrattiva u r-riċerka tas-sinerġiji ma’ istituzzjonijiet oħra jirrappreżentaw għodda ta’ ġestjoni importanti għal istituzzjoni ta’ daqs żgħir bħall-Kumitat;

74.

Huwa konxju tal-kooperazzjoni mal-KtR, permezz tas-servizzi konġunti fejn madwar 460 membru tal-persunal (li minnhom madwar 290 membru tal-persunal jappartjenu għall-Kumitat) u aktar minn EUR 55 miljun fis-sena (li minnhom aktar minn EUR 30 miljun mill-Kumitat) jinġabru flimkien miż-żewġ kumitati; jirrikonoxxi li l-ftehim il-ġdid ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kumitat u l-KtR, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2021 għal perjodu ta’ ħames snin, saħħaħ il-governanza tal-kooperazzjoni u tal-mekkaniżmi ta’ kontroll u huwa espressjoni mġedda tar-rieda li r-riżorsi jiġu kondiviżi b’mod effiċjenti u jinħolqu sinerġiji; jinnota li l-ftehim il-ġdid ta’ kooperazzjoni amministrattiva jinkludi l-ħolqien ta’ direttorat għall-innovazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni u, fi ħdan is-servizzi konġunti diġà eżistenti, l-istabbiliment ta’ unità ċentralizzata għall-akkwist pubbliku u għall-ġestjoni finanzjarja u grupp ta’ esperti dwar l-akkwist;

75.

Josserva li l-Kumitat jesternalizza ċertu għadd ta’ servizzi lil istituzzjonijiet oħra, b’mod partikolari lill-Kummissjoni, permezz ta’ ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz ma’ servizzi differenti ta’ dik l-istituzzjoni (l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali u d-Direttorati Ġenerali għall-Baġit, għar-Riżorsi Umani u għad-Diġitalizzazzjoni) għall-forniment ta’ għodod ewlenin tas-software; jinnota li ġew konklużi ftehimiet ad hoc speċifiċi mal-Parlament u mal-Kummissjoni biex jiġu ttrattati xi aspetti tal-pandemija tal-COVID-19; josserva li l-Kumitat jibbenefika wkoll mill-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ sejħiet għal offerti interistituzzjonali mmexxija mill-Kummissjoni jew mill-Parlament fl-oqsma tal-IT, l-ivvjaġġar korporattiv, l-assigurazzjoni, it-trasport, il-kiri ta’ vetturi, u t-tagħmir awdjoviżiv;

76.

Jinnota li n-negozjati bil-għan li jiġi rieżaminat il-protokoll ta’ kooperazzjoni mal-Kummissjoni bdew fl-2021;

Komunikazzjoni

77.

Jinnota li, fl-2021, il-baġit assenjat għall-komunikazzjoni kien ta’ madwar EUR 1,5 miljun, u kien prinċipalment iddedikat għal attivitajiet immirati online lejn gruppi speċifiċi fil-mira (organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u istituzzjonijiet tal-Unjoni), inklużi relazzjonijiet mal-istampa u mal-media, l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u t-tisħiħ tal-komunikazzjoni u ż-żjarat online fil-Kumitat;

78.

Josserva li, fit-tieni semestru tal-2021, il-Kumitat beda jaħdem dwar l-istrateġija ta’ komunikazzjoni esterna tiegħu bil-għan li jtejjeb il-kwalità, is-sensibilizzazzjoni u l-impatt tal-komunikazzjoni tiegħu; jinnota li l-kummissjoni għall-komunikazzjoni tal-Kumitat iddeċidiet, bħala prijorità ġenerali, li ttejjeb l-immaġni, l-impatt u l-governanza u li tintegra aħjar il-komunikazzjoni fil-ħidma leġiżlattiva; josserva li, għal dan il-għan, il-Kumitat issimplifika l-komunikazzjoni tiegħu matul u madwar il-plenarji biex jiżgura li kull opinjoni tiġi kkomunikata lill-udjenza t-tajba, bl-aktar għodod xierqa disponibbli u fl-aktar ħin xieraq; iħeġġeġ lill-Kumitat jadotta qafas komprensiv għall-komunikazzjoni li jintegra t-tagħlimiet meħuda matul is-sentejn tal-pandemija tal-COVID-19 bil-għan li jkun ippreparat fl-eventwalità ta’ sitwazzjonijiet li jistgħu fil-futur jikkawżaw tħarbit u jkun jista’ jiżgura l-kontinwità operattiva;

79.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Kumitat huwa membru tal-grupp ta’ ħidma tal-media soċjali tal-Kumitat Interistituzzjonali tal-Komunikazzjoni Online, u li kien involut f’diskussjonijiet dwar il-fażi pilota ta’ żewġ pjattaformi tal-media soċjali, EU Voice u EU Video, li jikkontribwixxu għall-istrateġija tal-Unjoni għad-data u s-sovranità diġitali; josserva li ż-żewġ pjattaformi huma parti minn networks tal-media soċjali deċentralizzati, b’xejn u b’sors miftuħ li jgħaqqdu lill-utenti f’ambjent orjentat lejn il-privatezza u mingħajr reklamar;

80.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kumitat biex iżid l-isforzi ta’ komunikazzjoni tiegħu ħalli jsaħħaħ ir-rabta maċ-ċittadini billi japprova trasparenza akbar fl-operazzjonijiet tiegħu, billi jintensifika l-użu tat-teknoloġiji diġitali u billi jsegwi strateġija ta’ komunikazzjoni li tippermetti l-perċezzjoni u l-fehim korretti tar-rwol tal-Kumitat u tal-mod kif dan jidħol fil-viżjoni tal-Unjoni.

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/471/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar l-għoti ta’ allowances ta’ kuljum u r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u s-supplenti tagħhom (ĠU L 253, 25.9.2013, p. 22).

(2)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2022, KN vs Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, C-673/21, ECLI:EU:C:2022:759.

(3)  https://som.yale.edu/story/2022/over-1000-companies-have-curtailed-operations-russia-some-remain


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/136


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1833 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0232/2022) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat tar-Reġjuni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0080/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tar-Reġjuni għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU L 93, 17.3.2021.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.

(3)   ĠU C 391, 12.10.2022, p. 6.

(4)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(5)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/137


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1834 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0080/2023),

A.

billi l-Kumitat tar-Reġjuni (il-”Kumitat”) huwa assemblea politika ta’ 329 membru eletti mir-reġjuni, mill-bliet, mill-irħula u mill-muniċipalitajiet tas-27 Stat Membru, li topera bħala korp konsultattiv għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, bil-missjoni li tikkontribwixxi għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-perspettiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u fl-istess ħin tikkontribwixxi biex l-Unjoni ssir aktar effettiva u eqreb taċ-ċittadini;

B.

billi l-konsultazzjoni tal-Kumitat mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill hija obbligatorja f’ċerti każijiet, filwaqt li l-Kumitat jista’ wkoll jadotta opinjonijiet fuq inizjattiva proprja tiegħu u jgawdi minn qasam wiesa’ għal riferiment, kif stabbilit fit-Trattati, li jippermettilu li jiġi kkonsultat mill-Parlament;

C.

billi l-attivitajiet tal-Kumitat huma definiti abbażi tal-istrateġija politika ġenerali tiegħu kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ Lulju 2020 dwar il-prijoritajiet tiegħu għall-2020-2025 (1), u billi l-Kumitat adotta tliet prijoritajiet politiċi għall-mandat tiegħu tal-2020-2025, akkumpanjati minn tliet kampanji ta’ komunikazzjoni: inressqu lill-Ewropa eqreb taċ-ċittadini, nibnu komunitajiet reġjonali u lokali reżiljenti, u nippromwovu tal-koeżjoni bħala valur fundamentali tal-UE;

D.

billi l-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali jammontaw għal terz tan-nefqa pubblika, nofs l-investiment pubbliku u kwart tad-dħul mit-taxxa u, f’ħafna Stati Membri, għandhom kompetenzi f’oqsma ewlenin bħall-edukazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni, l-ambjent, il-protezzjoni soċjali, is-saħħa u s-servizzi ta’ interess ġenerali, għalhekk, il-koordinazzjoni tal-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej iżżid il-leġittimità tal-leġiżlazzjoni, ittejjeb is-sjieda u ssegwi b’mod aktar effettiv il-benefiċċju taċ-ċittadini;

E.

billi l-Kumitat isegwi l-għan politiku tiegħu li jsaħħaħ l-involviment tiegħu fiċ-ċiklu politiku u leġiżlattiv kollu tal-Unjoni filwaqt li r-rabta maċ-ċittadini tal-Unjoni jagħmilha aktar tanġibbli billi juża l-membri tal-Kumitat bħala multiplikaturi b’saħħithom fil-komunitajiet tagħhom u fl-assoċjazzjonijiet nazzjonali tagħhom tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

F.

billi l-Kumitat identifika disa’ inizjattivi ewlenin u ta segwitu għalihom fl-2021 biex jagħmel l-azzjoni tiegħu aktar strateġika u tħalli impatt: (1) Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, (2) Ir-rispons għall-COVID-19 marbut mas-saħħa, (3) Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, (4) Il-Patt CoR4Climate, (5) Il-futur tal-kooperazzjoni transfruntiera, (6) Il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, (7) Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, (8) Il-viżjoni fit-tul għaż-Żoni Rurali, u (9) Baġit Strateġiku tal-KtR — l-iżgurar ta’ sehem ġust mir-riżorsi għall-Kumitat;

G.

billi r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jirregola l-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni u l-finanzjament bejn l-2021 u l-2027, li daħal fis-seħħ f’Lulju 2021, jinkludi referenzi għall-prinċipju ta’ governanza tas-sħubija u f’diversi livelli, appoġġjati mill-Kumitat u mill-Parlament u li jinvolvu l-involviment tar-reġjuni;

H.

billi aktar minn erba’ mitt programm nazzjonali u reġjonali stabbiliti għat-twettiq tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 se jagħmlu disponibbli madwar EUR 380 biljun, fl-ambitu ta’ fondi differenti, biex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali li qed jiffaċċjaw ir-reġjuni u l-bliet tal-Unjoni;

I.

billi, fit-13 ta’ Frar 2021, daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-Unjoni, li jipprovdi l-bażi ġuridika għad-distribuzzjoni ta’ fondi u self sa EUR 672,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) lill-Istati Membri bejn l-2021 u l-2026 filwaqt li għandu l-għan li jappoġġja, fost affarijiet oħra, il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jiġu indirizzati d-disparitajiet bejn ir-reġjuni tal-Unjoni;

J.

billi, bħala istituzzjoni tal-Unjoni skont it-tifsira tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat huwa meħtieġ jadotta l-kontijiet annwali tiegħu stess, imħejjija f’konformità mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (Regoli Kontabilistiċi tal-Unjoni Ewropea) u abbażi tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku, li fl-aħħar mill-aħħar huma kkonsolidati f’dawk tal-Unjoni;

K.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.

Jinnota li l-baġit tal-Kumitat jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li kien jammonta għal total ta’ EUR 10,7 biljun fl-2021 (li jirrappreżenta 5,9 % tal-infiq tal-UE);

2.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (il-”Qorti”) fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2021 żiedet il-kampjun tagħha ta’ tranżazzjonijiet taħt Amministrazzjoni minn 48 fl-2020 għal 60 fl-2021;

3.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ssemmi li l-ħidma mwettqa matul ħafna snin tindika li l-intestatura 7 tal-QFP tikkonċerna nefqa ġenerali b’riskju baxx; jinnota, madankollu, li r-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2021 ma jipprovdi l-ebda informazzjoni rilevanti dwar il-Kumitat u jistieden lill-Qorti tinkludi, fir-rapporti annwali tagħha li jmiss, data komprensiva dwar it-tlestija tar-rekwiżiti kollha meħtieġa għal proċedura ta’ kwittanza konsistenti;

4.

Jinnota b’sodisfazzjon li fir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2021, il-Qorti ma identifikat l-ebda kwistjoni speċifika dwar il-Kumitat;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.

Jinnota li l-baġit finali tal-Kumitat għall-2021 kien ta’ EUR 106 740 880, li jirrappreżenta żieda żgħira ta’ 5,15 % meta mqabbel ma’ EUR 101 508 480 fl-2020 u EUR 98 751 065 fl-2019; josserva li, kif espress fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tas-sena l-oħra, l-aktar linji baġitarja importanti kienu dawk għar-remunerazzjoni u għall-allowances, segwiti mill-kiri u mil-lokazzjoni tal-bini, tat-tagħmir tal-IT u tas-software, u mbagħad l-allowances, l-attendenza fil-laqgħat u n-nefqa assoċjata u s-servizzi ta’ interpretazzjoni;

6.

Josserva l-implimentazzjoni għolja tal-baġit ta’ 98,9 %, meta mqabbla ma’ 92,7 % fl-2020, eqreb lejn il-livelli ta’ qabel il-pandemija tal-2019 u l-2018 b’99,6 % u 99,3 % rispettivament, u jinnota li r-rata ta’ pagamenti fil-31 ta’ Diċembru 2021 kienet ta’ 85,1 %, u tjiebet minn 82,4 % fl-2020 iżda xorta kienet inqas minn 88,8 % u 91 % fl-2019 u fl-2018 rispettivament; jissottolinja li ż-żmien medju tal-ħlas fl-2021 kien ta’ 16,11-il jum, li kien jikkostitwixxi titjib meta mqabbel mal-2020 (17,21-il jum) u mal-2019 (17,23-il jum); jinnota li l-użu ta’ fatturi elettroniċi għadu mhux sodisfaċenti, li jammonta għal 32 % biss tal-fatturi kollha fl-2021, li jirrappreżenta żieda meta mqabbel ma’ 29 % fl-2020, iżda tnaqqis meta mqabbel ma’ 33 % fl-2019;

7.

Jinnota ż-żieda fil-pagamenti bejn l-2020 u l-2021, it-tnejn li huma s-snin tal-pandemija tal-COVID-19, li hija relatata ma’ żieda fil-livell ta’ attivitajiet imwettqa fl-2021, meta investiment addizzjonali fis-settur tal-IT ippermetta użu aktar estensiv tal-faċilitajiet ta’ vidjokonferenzi għal laqgħat virtwali u ibridi (meta mqabbla mal-2020), biex b’hekk ġew evitati l-kanċellazzjoni jew il-posponiment tal-avvenimenti minkejja l-fatt li r-restrizzjonijiet imposti bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19 kienu għadhom fis-seħħ;

8.

Jirrimarka li surplus ta’ EUR 11 198 492 ġie riportat mill-2021 għall-2022, ftit inqas mill-2020 u ferm ogħla mill-2019 (meta ġew riportati EUR 11 708 078 u EUR 8 874 776 rispettivament); josserva li EUR 1,1 miljun ma kinux impenjati fl-aħħar tal-2021 u għalhekk ġew irritornati lill-baġit tal-Unjoni, li huwa konsiderevolment inqas mill-2020, fejn madwar EUR 7,4 miljun baqgħu mhux impenjati, u dan wassal biex iċ-ċifra attwali tkun eqreb lejn il-livelli ta’ qabel il-pandemija (fl-2019, EUR 0,4 miljun ma kinux impenjati); iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli jtejjeb il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli;

9.

Jinnota li, fl-2021, il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq l-attività tal-Kumitat, li jfisser li kien hemm tnaqqis fl-użu tal-approprjazzjonijiet għal ċerti linji baġitarji (allowances għal-laqgħat u għall-ivvjaġġar u għas-sussistenza, interpretazzjonijiet, missjonijiet u spejjeż operattivi tal-bini), filwaqt li għal oħrajn il-kriżi tas-saħħa kienet tirrikjedi nefqa addizzjonali (servizzi mediċi u proġetti tal-IT u tal-vidjokonferenzi); josserva li, għaldaqstant, l-iffrankar ġie stmat li jammonta għal aktar minn EUR 8 miljun, meta mqabbel mal-iffrankar ta’ EUR 11-il miljun fis-sena finanzjarja 2020;

10.

Jirrimarka li, sabiex jiġi ottimizzat l-użu tal-approprjazzjonijiet, il-Kumitat għamel trasferimenti baġitarji li jirrappreżentaw total ta’ EUR 8,7 miljun fl-2021 (8,2 %), meta mqabbla ma’ EUR 6,6 miljun fl-2020 (6,5 %), u li dawk it-trasferimenti kienu prinċipalment mill-oqsma li fihom sar iffrankar sostanzjali għall-oqsma li kienu jeħtieġu tisħiħ (IT, komunikazzjoni u għarfien espert estern); jissottolinja li tħejjew seba’ trasferimenti esterni ta’ approprjazzjonijiet mill-Kumitat u ġew approvati mill-awtorità baġitarja fl-2021; josserva li l-Kumitat ma kellux trasferiment speċifiku wieħed ta’ tlaqqit fi tmiem is-sena;

11.

Huwa konxju li l-proċeduri tal-offerti li jikkonċernaw il-Kumitat huma organizzati jew mis-servizzi proprji tiegħu jew f’isem il-Kumitat mis-servizzi konġunti kondiviżi mill-Kumitat u mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (il-”KESE”); josserva li fl-2021, meta mqabbel ma’ snin preċedenti, is-servizzi proprji tal-Kumitat ittrattaw għadd bla preċedent ta’ proċeduri miftuħa ta’ valur għoli, li rriżultaw fl-iffirmar ta’ għadd rekord ta’ kuntratti qafas pluriennali matul l-2021; jirrimarka li fl-istess perjodu ta’ żmien, minħabba l-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19, l-għadd ta’ proċeduri nnegozjati ta’ valur baxx u medju relatati mal-organizzazzjoni ta’ attivitajiet jew avvenimenti baqa’ aktar baxx mis-soltu b’madwar nofs il-proċeduri previsti fil-programm ta’ ħidma tal-2021 kellhom jiġu kkanċellati; jinnota li l-proċeduri kkonċernati kienu relatati ma’ laqgħat ippjanati tal-kummissjonijiet u tal-gruppi politiċi li qalbu minn format ibridu għal format kompletament remot;

Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern

12.

Jifhem li fl-2021, l-isfidi prinċipali għall-Kumitat kienu relatati mal-ħtieġa li jadatta bis-sħiħ għaċ-ċirkostanzi l-ġodda li rriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19, u li din is-sitwazzjoni inkludiet nuqqas mifrux ta’ riżorsi u l-ħtieġa li r-riżorsi tal-IT jiġu adattati biex jappoġġjaw il-proċess tad-diġitalizzazzjoni; jirrikonoxxi l-isforzi kollettivi tal-partijiet involuti kollha li ppermettew l-għoti ta’ appoġġ kontinwu għall-attivitajiet politiċi tal-Kumitat, filwaqt li jiżguraw li l-attivitajiet komplew isiru permezz ta’ laqgħat remoti u permezz ta’ pjattaformi ta’ komunikazzjoni bħal Agora u KIKLOS, filwaqt li jiggarantixxu s-saħħa u s-sikurezza tal-membri u l-persunal tal-Kumitat; jilqa’ t-twaqqif ta’ sensiela ta’ task forces fdati bl-indirizzar ta’ kwistjonijiet ta’ servizzi trażversali, bħall-ħtieġa li jiġu ssimplifikati l-proċessi tal-Kumitat, għat-tisħiħ tal-ippjanar strateġiku u għad-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri tiegħu;

13.

Jinnota li l-Kumitat isegwi l-missjoni tiegħu permezz ta’ opinjonijiet, li jirreferu għal proposti leġiżlattivi magħmula mill-Kummissjoni (referenzi), u opinjonijiet fuq inizjattiva proprja, li jitolbu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jieħdu azzjoni, u li l-pożizzjonijiet tal-Kumitat jistgħu jiġu enfasizzati fir-riżoluzzjonijiet; josserva li, fl-2021, il-Kumitat adotta referenzi, opinjonijiet fuq inizjattiva proprja u opinjonijiet ibbażati fuq dokumenti u riżoluzzjonijiet tal-Unjoni għal total ta’ 69 dokument, meta mqabbla ma’ 56 u 55 adottati fl-2020 u fl-2019 rispettivament; jinnota li l-Kumitat ippubblika studji u rapporti dwar kwistjonijiet speċifiċi, bħat-tieni edizzjoni tar-rapport annwali tal-Barometru reġjonali u lokali tal-UE dwar l-istat tar-reġjuni u l-bliet tal-Unjoni, u wettaq sensibilizzazzjoni għal aktar minn miljun politiku reġjonali u lokali elett permezz tal-kampanja “Kunsilliera Reġjonali u Lokali tal-UE” tal-Kumitat, li kkoordinat networks bħan-network tar-RegHub 2.0 bħala parti mill-Pjattaforma Fit for Future għal regolamentazzjoni aħjar, u jinnota li, fl-2021 il-Kumitat organizza aktar minn 200 konferenza u avveniment filwaqt li jikkomunika l-ħidma tiegħu permezz ta’ kanali u għodod rilevanti;

14.

Josserva li, fl-2021, wara l-ewwel sena tal-mandat 2020-2025 tiegħu li kien affettwat ħafna mill-pandemija tal-COVID-19, il-Kumitat iltaqa’ sitt darbiet f’sessjoni plenarja (tlieta remoti u tlieta ibridi);

15.

Jinnota li, fl-2021, membri tal-Kumitat intervjenew fi 42 laqgħa tal-kumitati tal-Parlament (meta mqabbla ma’ 14 fl-2020 u 13 fl-2019), li l-Membri tal-Parlament intervjenew fi 58 plenarja jew laqgħat tal-kummissjonijiet tal-Kumitat (meta mqabbla ma’ 46 fl-2020 u 62 fl-2019) u li n-numru ta’ drabi li l-Kumitat ipparteċipa f’avvenimenti tal-Presidenza tal-Kunsill baqa’ sostanzjalment stabbli matul is-snin (20 fl-2021, 15 fl-2020 u 22 fl-2019);

16.

Jilqa’ l-analiżi tal-kosteffettività tal-ippjanar u tar-rapportar u tas-sistema tal-kontroll intern tal-Kumitat imwettqa fl-2021, li rrieżaminat l-ambjent amministrattiv kollu, bis-simplifikazzjoni tal-proċessi, filwaqt li tissimplifika, tiddiġitalizza u tgawdi mis-sinerġiji bejn l-istrumenti differenti permezz tal-konverġenza tal-proġetti; jinnota li, f’Marzu 2021, il-bureau tal-Kumitat approva n-nota kunċettwali għall-analiżi, fix-xhur ta’ wara l-adattament ta’ kull wieħed mill-istrumenti li bdew, u sa Diċembru 2021 l-analiżi tal-politika ta’ kontinwità tal-operat u tal-metodoloġija tal-ġestjoni tar-riskju tlestiet;

17.

Japprezza r-rieżami u s-simplifikazzjoni ta’ xi wħud mill-proċessi ta’ kontroll intern, bħall-ġestjoni tal-atturi finanzjarji li saru fl-2021; jirrimarka li anke l-mudell ta’ governanza tal-IT ġie ssimplifikat biex jiġu allokati aħjar ir-riżorsi limitati tal-IT;

18.

Jilqa’ l-miżuri adottati fl-2021 fil-kuntest tal-inizjattiva Going for IMPact!, bl-għan li tagħmel lill-Kumitat aktar kosteffettiv u żżid l-impatt politiku tiegħu; jinnota d-diversi proġetti, bħall-proġett ta’ konverġenza, li għandu l-għan li jissimplifika l-qafas amministrattiv, u b’hekk inaqqas id-duplikazzjoni u jtejjeb is-sinerġiji bejn strumenti differenti relatati mal-ippjanar u r-rapportar, il-ġestjoni tar-riskju, ir-rapportar tal-impatt u l-kontinwità tal-operat, u xi proċessi ta’ standards ta’ kontroll intern; jappoġġja l-ħafna (55) proġetti ta’ simplifikazzjoni ddefiniti u mnedija fil-livell tad-direttorati differenti tal-Kumitat, kważi nofshom lesti kompletament fl-2021 (26) u kwota kbira oħra (25) implimentati kważi nofshom;

19.

Japprezza li l-plenarja tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (il-”COFE”), magħmula minn 449 delegat, kienet tinkludi 18-il rappreżentant tal-Kumitat u 12-il politiku eletti lokalment u reġjonalment, b’kunsiderazzjoni li n-numru propost inizjalment kien ta’ erba’ rappreżentanti biss mill-Kumitat u li dan in-numru żdied wara proposta mill-Kumitat; jinnota li din il-parteċipazzjoni sinifikanti fil-kuntest tal-COFE ppermettiet lill-Kumitat jorganizza 6 avvenimenti ta’ livell għoli, 60 avveniment lokali, 63 avveniment fil- Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet u 7 avvenimenti għall-Programm għall-Politiċi Żgħażagħ Eletti, li laħqu aktar minn 10 000 ċittadin, politiċi lokali, u partijiet ikkonċernati; jissottolinja li fil-pjattaforma diġitali multilingwi tal-COFE, il-Kumitat ippreżenta 44 idea b’messaġġi ewlenin minn opinjonijiet adottati fil-kuntest tad-disa’ suġġetti prinċipali tal-COFE u li ħafna mill-fehmiet espressi f’dawk l-ideat jistgħu jinstabu fir-Rapport tal-COFE dwar l-eżitu finali; iħeġġeġ ukoll lill-Kumitat jassisti lill-membri tiegħu biex jipparteċipaw fi djalogi lokali maċ-ċittadini dwar kwistjonijiet Ewropej;

20.

Jenfasizza li fir-Rapport tiegħu dwar l-eżitu finali, il-plenarja tal-COFE fl-40 proposta tagħha, miżura 3, titlob li l-Kumitat jiġi riformat biex “jinkludi kanali adegwati ta’ djalogu għar-reġjuni kif ukoll għall-bliet u l-muniċipalitajiet, filwaqt li jingħata rwol imsaħħaħ fl-arkitettura istituzzjonali, jekk ikunu kkonċernati kwistjonijiet ta’ impatt territorjali”;

21.

Jilqa’ t-tnedija, f’Marzu 2021, tal-ġenerazzjoni l-ġdida tan-Network ta’ Ċentri Reġjonali tal-Kumitat (RegHub 2.0), parti mill-”istrumenti għal regolamentazzjoni aħjar” tal-Kumitat, li tgħodd aktar minn 50 membru u osservatur (awtoritajiet u korpi lokali u reġjonali minn 21 Stat Membru), inkarigati mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni fil-prattika u l-iżgurar li jitqiesu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati reġjonali u lokali meta tali politiki jiġu evalwati fil-livell Ewropew; jinnota li r-RegHub 2.0 sar sottogrupp tal-pjattaforma Fit for Future (F4F) tal-Kummissjoni, grupp ta’ esperti ta’ livell għoli li jivvaluta l-politiki eżistenti tal-Unjoni u li joħroġ opinjonijiet dwar kif dawk il-politiki jiġu adatti aħjar għall-isfidi futuri, u li kkontribwixxa għal erba’ opinjonijiet tal-F4F fl-2021, li tlieta minnhom ġew abbozzati minn wieħed mir-rappreżentanti tal-Kumitat fi ħdan il-pjattaforma F4F;

22.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Kumitat jopera diversi pjattaformi, networks u għodod bl-għan li jappoġġjaw iċ-ċiklu politiku, inklużi l-Alleanza għall-Koeżjoni, l-Alleanza tar-Reġjuni tal-Karozzi, ir-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali, ir-Reġjun Intraprenditorjali Ewropew, il-Pjattaforma għall-Iskambju tal-Għarfien, il-Pjattaforma tal-Broadband, il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali, il-Pjattaforma tal-Partijiet Ikkonċernati għal Tniġġis Żero, il-Pjattaforma dwar il-COVID, il-Grupp ta’ Kuntatt KtR-Renju Unit, in-Network għall-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà, il-Patt tas-Sindki, il-Pjattaforma tal-UE dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel, il-Kapitali Ewropea tat-Turiżmu Intelliġenti, il-BijoReġjuni u l-European Organic Awards, u li jipparteċipa b’mod attiv ukoll f’networks stabbiliti minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, bħall-pjattaforma F4F tal-Kummissjoni u l-Bliet u r-Reġjuni għall-Integrazzjoni tan-Network tal-Migranti;

23.

Josserva li, fl-2021, il-prijoritajiet politiċi tal-Kumitat għall-mandat 2020-2025 tiegħu kienu l-prinċipji gwida, u li dawk il-prijoritajiet kienu akkumpanjati minn tliet kampanji ta’ komunikazzjoni, waħda dwar it-tressiq tal-Ewropa eqreb lejn il-poplu tagħha u oħra dwar il-fehim u r-rispons għat-trasformazzjoni soċjetali miġjuba minn sfidi diġitali, ambjentali u demografiċi u t-tielet dwar il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali bħala valur fundamentali li jiżgura li l-Unjoni tkun għas-servizz tal-poplu tagħha; jirrimarka li, sabiex jiġu implimentati dawk il-prijoritajiet, inbnew relazzjonijiet ta’ ħidma b’saħħithom ma’ Membri tal-Parlament u mal-kumitati rilevanti tiegħu u mal-Kummissarji Ewropej u mas-servizzi tematiċi tal-Kummissjoni (DĠ);

24.

Josserva l-kontributi importanti pprovduti mill-Kumitat għall-abbozzar tar-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li stabbilixxa r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit u pprovda l-pedament legali għall-introduzzjoni ta’ programm ta’ EUR 5,4 biljun fil-perjodu 2021-2023 biex jgħin lir-reġjuni jittrattaw il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni;

25.

Jindika r-rwol ewlieni tal-Kumitati fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-missjonijiet fil-programm Orizzont Ewropa billi jħeġġeġ allinjament mill-qrib tal-EUR 1,5 biljun previsti għal dawk il-missjonijiet mat-EUR 30 biljun ipprovduti fl-ambitu tal-fondi strutturali għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ innovazzjoni reġjonali; jifhem li dawk il-missjonijiet jindirizzaw sfidi ta’ politika importanti u jistabbilixxu objettivi li għandhom jintlaħqu sal-2030, bħal li 150 reġjun u komunità jsiru reżiljenti għall-klima, li jistabbilixxu 100 belt newtrali għall-klima u intelliġenti u li joħolqu 100 laboratorju ħaj biex imexxu t-tranżizzjoni lejn ħamrija b’saħħitha; jilqa’ l-kooperazzjoni msaħħa stabbilita mir-rapporteur tal-Kumitat mad-DĠ tal-Kummissjoni u s-segwitu ppjanat għall-attivitajiet tal-missjoni, bħall-iżvilupp ta’ ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali u strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u proġetti pilota bħaċ-Ċentri taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u t-Tranżizzjoni Ekoloġika fil-kunċett ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti;

26.

Jilqa’ l-istabbiliment ta’ kooperazzjoni strateġika fl-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, bħat-tnedija tal-kampanja dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali u oħrajn; jindika, bħala parti mill-attivitajiet tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali tal-Kumitat, il-kooperazzjoni msaħħa mad-DĠ għall-Ambjent tal-Kummissjoni, li tinkludi l-istabbiliment ta’ Pjattaforma tal-Partijiet Ikkonċernati għal Tniġġis Żero fl-2021;

27.

Jinnota li, f’Jannar 2021, il-Pjattaforma tal-Broadband tal-Kumitat ġiet imnedija mill-ġdid b’mod konġunt mal-Kummissjoni sabiex tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi ewlenin tal-Unjoni dwar kwistjonijiet diġitali, inklużi ċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali bħala parti mill-programm tal-Unjoni Ewropa Diġitali, fir-rigward speċifiku tal-finanzjament mill-Unjoni għal ċentri nazzjonali, reġjonali u lokali biex ikopru attivitajiet b’valur miżjud Ewropew ċar; huwa konxju li diversi opinjonijiet u pubblikazzjonijiet tal-Kumitat issottolinjaw aspetti reġjonali tal-prijorità ta’ “Ewropa Lesta għall-Era Diġitali” tal-Kummissjoni u li kellhom impatt sinifikanti fuq proposti leġiżlattivi, bħall-Att dwar is-Servizzi Diġitali (5) u l-Att dwar is-Swieq Diġitali (6), u l-Kumpass Diġitali għall-2030;

28.

Jinnota li l-adozzjoni tal-viżjoni fit-tul tal-Kummissjoni f’Ġunju 2021 għaż-żoni rurali tal-Unjoni tirriżulta f’involviment konsiderevoli tal-Kumitat fil-mekkaniżmu ta’ governanza, b’mod partikolari fir-rigward tal-Patti Rurali, u li l-viżjoni fit-tul hija konformi mal-aġenda rurali għall-Unjoni li l-Kumitat ilu jippromwovi mill-2016; jemmen li dik il-viżjoni fit-tul tipprovdi qafas komuni għaż-żoni rurali fl-Unjoni għall-involviment u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali;

29.

Jemmen li l-inklużjoni tal-livell lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta’ rkupru, permezz ta’ kooperazzjoni regolari mal-grupp ta’ ħidma tal-Parlament Ewropew dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, se jipprovdi l-opportunità li tiġi kkunsidrata d-dimensjoni reġjonali u lokali fil-monitoraġġ tal-azzjonijiet ta’ implimentazzjoni;

Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal

30.

Jinnota l-organigramma l-ġdida tal-Kumitat li tiċċentralizza t-tnedija finanzjarja f’ġabra ta’ eċċellenza u tissimplifika l-mudell ta’ governanza tal-IT biex tippermetti allokazzjoni aħjar tar-riżorsi limitati tal-IT;

31.

Jinnota li, fl-2021, in-numru ta’ karigi fil-pjan ta’ stabbiliment kien jammonta għal 494, meta mqabbel ma’ 491 fl-2020, u l-ammont totali ta’ membri tal-persunal impjegati kien ta’ 606, meta mqabbla ma’ 601 fl-2020; jinnota r-rata għolja ta’ okkupazzjoni ta’ 98 % fl-2021, żieda meta mqabbla ma’ 96,3 % fl-2020 u li taqbeż il-mira stabbilita għall-2021-2022 ta’ mill-inqas 96 %;

32.

Jirrimarka li l-Kumitat jirrikorri għall-impjieg ta’ persunal temporanju u kuntrattwali għal sostituzzjonijiet fuq perjodu ta’ żmien medju u twil u għal proġetti speċifiċi, u li l-persunal temporanju u kuntrattwali fl-2021 kien jammonta għal 141 meta mqabbel ma’ 125 u 121 fl-2020 u fl-2019 rispettivament; jemmen li dik is-sitwazzjoni tinvolvi r-riskju ta’ telf konsiderevoli ta’ memorja, għarfien u kompetenza esperta istituzzjonali għall-Kumitat meta dawn il-kuntratti temporanji ta’ impjieg jintemmu; jistieden lill-Kumitat japprofondixxi aktar il-kooperazzjoni amministrattiva tiegħu mal-KESE permezz tal-arranġament ta’ servizzi konġunti biex jissaħħu l-effetti sinerġetiċi tar-raggruppament tal-persunal;

33.

Jistieden lill-Kumitat jesplora sinerġiji ma’ istituzzjonijiet oħra, kemm f’termini ta’ loġistika, servizzi diġitali, servizzi tas-sewwieqa u kompiti amministrattivi oħra, kif ukoll ċerti attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni, b’mod partikolari fl-Istati Membri fejn il-membri tal-Kumitat għandhom networks ta’ appoġġ varjati u jiddependu purament fuq il-persunal lokali tagħhom stess;

34.

Jinnota li l-proporzjon ġenerali tal-ġeneru fil-persunal tal-Kumitat fl-2021 kien ta’ 56,8 % ta’ nisa fil-persunal ġenerali, l-istess bħal fl-2020; jesprimi dispjaċir għall-iżbilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri fl-2021 bi 62,5 % ta’ dawn il-pożizzjonijiet okkupati minn irġiel u 37,5 % minn nisa; jesprimi, bl-istess mod, dispjaċir għall-iżbilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment intermedju, fejn il-proporzjon huwa ta’ 68,4 % irġiel u 31,6 % nisa; iħeġġeġ lil dawk responsabbli għar-reklutaġġ jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ biex l-avviżi ta’ postijiet battala jsiru aktar inklużivi u biex jinkoraġġixxu aktar nisa japplikaw għal pożizzjonijiet maniġerjali, inkluż billi jiżguraw rappreżentanza bbilanċjata fil-bordijiet tal-għażla u billi joffru possibbiltajiet ta’ taħriġ għall-persunal femminili li jixtieq iħejji għal karriera maniġerjali u jipproponi arranġamenti aktar flessibbli;

35.

Jilqa’ l-istrateġija dwar id-diversità u l-inklużjoni għall-perjodu 2022-2027 bi pjan ta’ azzjoni ta’ akkumpanjament u diskussa fil-kummissjoni tal-Kumitat għall-affarijiet finanzjarji u amministrattivi u fil-bureau tal-Kumitat f’Ġunju 2022; josserva li l-istrateġija tistabbilixxi l-mira għal perjodu qasir ta’ 40 % nisa fil-maniġment bl-għan ġenerali prinċipali ta’ 50 % ladarba jintlaħaq l-għan għal perjodu qasir ta’ żmien; itenni l-istedina tiegħu lill-Kumitat biex ikun aktar ambizzjuż fil-pjanijiet ta’ azzjoni annwali li jimplimentaw dik l-istrateġija;

36.

Japprezza li fost il-miżuri mistennija fl-istrateġija dwar id-diversità u l-inklużjoni hemm skema ta’ mentoraġġ għall-maniġers aspiranti nisa, workshops ta’ sensibilizzazzjoni għall-maniġers dwar diversi suġġetti relatati mal-opportunitajiet indaqs u l-monitoraġġ mill-qrib tal-istatistika biex l-adozzjoni ta’ miżuri korrettivi ssir f’waqtha; jitlob lill-Kumitat jirrapporta lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-pjan ta’ azzjoni li jakkumpanja l-istrateġija dwar id-diversità u l-inklużjoni bl-appoġġ tal-kumitat konġunt tal-Kumitat għad-diversità u l-inklużjoni; itenni l-appell lill-Kumitat biex ikompli bl-isforzi tiegħu biex jikseb bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli ġerarkiċi kollha;

37.

Jinnota li l-Kumitat jimpjega uffiċjali mill-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni ta’ wieħed; iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli jieħu azzjoni biex jikseb distribuzzjoni ġeografika xierqa fost il-persunal kollu tiegħu, b’enfasi partikolari fuq il-livell ta’ maniġment; jilqa’ l-inizjattivi biex tiżdied il-viżibbiltà tal-postijiet tax-xogħol vakanti tiegħu, billi jippubblika l-avviżi tiegħu fuq is-sit web tiegħu sabiex iżid il-possibbiltajiet li japplikaw gradwati minn madwar l-Unjoni kollha, mingħajr ebda diskriminazzjoni ġeografika; jifhem li l-karigi maniġerjali superjuri kollha jiġu mħabbra għall-pubbliku, inkluż permezz ta’ kampanja estensiva ta’ pubbliċità fuq il-media soċjali biex tiġi żgurata sensibilizzazzjoni massima fl-Istati Membri kollha; japprezza l-użu tal-ambaxxaturi tal-persunal biex jiġġeneraw markar pożittiv tal-impjegatur u li, mill-2021, il-Kumitat żied il-preżenza tiegħu fuq il-media soċjali u fuq pjattaformi ta’ reklutaġġ ibbażati online biex jirreklama pożizzjonijiet vakanti rilevanti, l-aktar għal membri tal-persunal mhux permanenti jew esperti nazzjonali, minbarra mezzi ta’ komunikazzjoni aktar tradizzjonali;

38.

Jisħaq li l-Kumitat, bħall-istituzzjonijiet tal-Unjoni kollha, jeħtieġlu jiżgura li l-Istati Membri kollha jkunu rrappreżentati b’mod proporzjonali fil-persunal filwaqt li fl-istess ħin jeħtieġlu jirrispetta l-kompetenzi u l-merti tal-kandidati kollha; iħeġġeġ lill-Kumitat jieħu passi lejn il-kisba ta’ bilanċ ġeografiku ta’ ċittadini mill-Istati Membri kollha, li jirrifletti d-diversità tagħhom, kif indikat fl-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali;

39.

Jilqa’ l-attenzjoni kontinwa ddedikata għal kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-ġeneru, bħall-ħatra, fl-2021, fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali Kontra l-Omofobija, il-Bifobija, l-Intersessiżmu u t-Transfobija, tal-ewwel persuna ta’ kuntatt LGBTI+ biex tassisti lill-kollegi li jixtiequ jiddiskutu l-esperjenza personali tagħhom li jaħdmu fil-Kumitat jew li għandhom membri tal-familja LGBTI+; iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli japprova inizjattivi minn isfel għal fuq li jikkontribwixxu biex il-Kumitat isir post tax-xogħol aktar inklużiv;

40.

Jilqa’ t-tnedija ta’ stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-persunal, li għalaq fis-16 ta’ April 2021, li ffoka fuq is-sodisfazzjon tal-persunal fir-rigward tat-telexogħol u l-ambjent tax-xogħol li l-persunal jixtieq għall-perjodu ta’ wara l-pandemija, u jifhem li r-riżultati tiegħu tqiesu bl-adozzjoni ta’ kundizzjonijiet ta’ telexogħol saħansitra aktar flessibbli fl-2022;

41.

Jinnota kif xieraq l-impenn tal-Kumitat lejn il-modernizzazzjoni tal-qafas tar-riżorsi umani u jinnota li s-sistemi għat-telexogħol tjiebu u tħejja reġim ta’ ħidma ibridu ġdid li qed jiġi ttestjat fil-proġett pilota konġunt dwar il-post tax-xogħol diġitali tal-Kumitat u tal-KESE. jirrimarka li l-proġett għandu l-għan li jiddefinixxi u jaqsam l-aħjar prattiki ma’ għodod ta’ kollaborazzjoni diġitali u huwa bbażat fuq il-kunċetti, approvati wkoll mill-Parlament fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza preċedenti tiegħu, ta’ ġestjoni bbażata fuq ir-riżultati, xogħol diġitalizzat, telexogħol fuq l-istess livell tax-xogħol fl-uffiċċju, flessibbiltà abbażi ta’ sistema bbażata fuq il-fiduċja u d-dritt għall-iskonnessjoni;

42.

Jilqa’ l-fatt li l-proġett pilota l-ġdid dwar it-telexogħol joffri lill-persunal il-possibbiltà ta’ telexogħol għal jumejn jew tlieta fil-ġimgħa; jinnota li dan jinkludi wkoll il-kunċett ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jissottolinja l-kunċett tad-dritt għall-iskonnessjoni; josserva li, fil-qafas tal-azzjonijiet ta’ appoġġ għall-kriżi pandemika tal-COVID-19, il-Kumitat offra somma f’daqqa ta’ EUR 150-250 lill-persunal sabiex iħallas għal kwalunkwe kost addizzjonali, inkluż ix-xiri ta’ tagħmir ergonomiku;

43.

Jinnota li, fl-2021, il-Kumitat ħejja reġim ta’ xogħol ibridu u flessibbli ġdid flimkien mas-sħab soċjali, li għandu jiġi implimentat fl-2022; josserva li r-reġim il-ġdid jipprevedi firxa wiesgħa ta’ formuli ta’ part-time, part-time speċjali bi kreditu ta’ żmien f’nofstanhari u part-time imħallas soġġett għal proċedura ad hoc f’każijiet serji; jinnota li, fl-2021, ittieħdu 118-il deċiżjoni fir-rigward ta’ 58 membru tal-persunal li bbenefikaw minn reġim tax-xogħol flessibbli, li minnhom 46 kienu nisa; jirrimarka li l-liv tal-ġenituri u l-liv tal-familja huma possibbli wkoll u li 49 membru tal-persunal, li minnhom 36 kienu nisa, ibbenefikaw mil-liv tal-ġenituri fl-2021;

44.

Jinnota li, fl-2021, ġew irrapportati 14-il każ ta’ eżawriment (minn 554 membru tal-persunal, meta mqabbla ma’ 12-il każ possibbli ta’ eżawriment irrapportati fl-2020) u jirrikonoxxi s-segwitu personalizzat tal-Kumitat ta’ assenzi; itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kumitat biex iżomm l-enfasi fuq il-prevenzjoni primarja biex jitnaqqsu r-riskji psikosoċjali u l-eżawriment kif ukoll il-viżti mediċi annwali; japprezza, f’dan ir-rigward, li aktar taħriġ u korsijiet qed jimmiraw għall-benesseri fiżiku;

45.

Jinnota li, fis-26 ta’ April 2021, il-Kumitat adotta d-Deċiżjoni Nru 108/2021 dwar il-protezzjoni tad-dinjità fuq il-post tax-xogħol, il-ġestjoni tal-kunflitt u l-ġlieda kontra l-fastidju; jifhem li dik id-Deċiżjoni segwiet djalogu twil mal-partijiet ikkonċernati kollha, inkluż in-network ta’ konsulenti kunfidenzjali u l-kumitat tal-persunal tal-Kumitat; japprezza li d-Deċiżjoni l-ġdida twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni, tiddeskrivi r-regoli ta’ kondotta u l-mekkaniżmi informali u formali possibbli għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti, u hija mogħnija bi gwida prattika ddedikata li tipprovdi spjegazzjonijiet prattiċi addizzjonali; japprezza li, biex titqajjem kuxjenza dwar dik id-Deċiżjoni u l-implikazzjonijiet tagħha, ġew organizzati sessjonijiet ta’ informazzjoni għall-persunal u għall-maniġers minbarra l-korsijiet ta’ taħriġ intern ipprovduti regolarment dwar l-etika u l-integrità;

46.

Huwa konxju li r-Regolament tal-Kumitat Nru 3/2021 tat-2 ta’ Frar 2021 jipprevedi l-ħlas ta’ allowance għal-laqgħat remoti b’rata fissa għall-membri tal-Kumitat, għas-supplenti b’mandat xieraq u għall-esperti tar-rapporteurs u għall-kelliema mistiedna biex jattendu laqgħat remoti jew ibridi, bil-għan li jiġu kkumpensati l-ispejjeż ġenerali mġarrba waqt it-tħejjija u l-parteċipazzjoni f’dawn il-laqgħat; jifhem li r-Regolament jistabbilixxi, għall-2021 kollha, il-kriterji għall-ħlas u l-verifika, jikkwantifika l-allowance għal EUR 200 kuljum u jistipula li biex jikkwalifikaw għall-allowance, il-membri jeħtiġilhom jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ parteċipazzjoni u jissottomettuha lis-servizz finanzjarju tal-membri, biex jippermettu lill-amministrazzjoni tivverifika l-attendenza tal-persuna inkwistjoni; jirrimarka, madankollu, li f’konformità mal-adozzjoni reċenti f’Mejju 2022 tad-Deċiżjoni Nru 15/2022 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri straordinarji matul il-pandemija tal-COVID-19, il-laqgħat tal-korpi tal-Kumitat bħalissa qed isiru kollha personalment;

47.

Josserva li l-Kumitat laqa’ total ta’ 58 trainee fl-2021, li minnhom intgħażlu 48 għal traineeship ta’ ħames xhur li matulu rċevew għotja ta’ kull xahar kif ukoll allowance għall-mobilità u rimborż tal-kostijiet tal-ivvjaġġar tagħhom, u 10 kienu viżitaturi għal studju għal żmien qasir għal perjodi iqsar ta’ traineeship ta’ bejn xahar u erba’ xhur, u tlieta rċevew introjtu ta’ kull xahar mill-gvern ta’ pajjiżhom; jilqa’ l-impenn tal-Kumitat li jipproponi arranġamenti ta’ telexogħol għat-trainees tiegħu wkoll;

48.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kumitat biex jintegra t-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19 fl-istrateġija ta’ ġestjoni interna tiegħu f’termini tal-kontinwità tal-operat u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, il-kapaċità ta’ rispons tal-IT, ir-reżiljenza tal-organizzazzjoni, id-dmir ta’ diliġenza lejn il-persunal, il-komunikazzjoni effettiva u l-proċessi ta’ ħidma flessibbli, sabiex jiġi żviluppat stil ta’ ġestjoni orjentat lejn ir-riżultati li jista’ jinkoraġġixxi bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

Qafas etiku u trasparenza

49.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kumitat biex jerġa’ jikkunsidra l-parteċipazzjoni tiegħu fir-Reġistru ta’ Trasparenza stabbilit mill-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru ta’ trasparenza obbligatorju (7), li jippermetti l-involviment volontarju tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni għajr l-istituzzjonijiet firmatarji, iżda ma jkoprix l-attivitajiet tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom; iżomm il-fehma tiegħu dwar il-validità limitata tal-Gwida Prattika tal-Kumitat dwar l-interazzjoni tal-persunal ma’ entitajiet esterni, li tmur lura għall-2018, u jafferma mill-ġdid l-importanza ta’ livell għoli ta’ trasparenza fir-rigward tal-laqgħat ta’ lobbjar li jistgħu jinfluwenzaw lill-Kumitat fir-rwol konsultattiv tiegħu għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jistieden lill-Kumitat jiffinalizza l-analiżi interna tiegħu tal-għażliet disponibbli u biex jingħaqad mar-Reġistru ta’ Trasparenza;

50.

Jilqa’ l-fatt li, wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament, il-Kumitat ġabar mill-membri u s-supplenti tiegħu d-dikjarazzjonijiet finanzjarji li fil-biċċa l-kbira kienu għadhom neqsin (f’Jannar 2021, 146 dikjarazzjoni finanzjarja kienu għadhom ma ġewx sottomessi minkejja l-obbligu li jagħmel dan skont il-kodiċi ta’ kondotta li daħal fis-seħħ fis-26 ta’ Jannar 2020), li jfisser li f’Ottubru 2022, 32 dikjarazzjoni finanzjarja kienu għadhom nieqsa minn total ta’ 629 membru maħtur u supplenti; jinnota mit-32 dikjarazzjoni nieqsa, ħamsa kkonċernaw lil membri maħtura fl-2022 u li kienu għadhom ma pparteċipawx b’mod attiv fil-laqgħat tal-Kumitat, li s-27 li jifdal kienu jikkoċernaw supplenti, li 18 minnhom ġew maħtura fl-2022, 2 fl-2021 u 7 fl-2020, u li, minn dawn is-supplenti, persuna waħda biss ħadet sehem mill-bogħod f’attivitajiet tal-Kumitat (b’mod remot u fl-2021); iħeġġeġ lill-Kumitat isegwi kwalunkwe każ ta’ dikjarazzjoni finanzjarja nieqsa u jsegwi politika stretta biex jiġu infurzati l-obbligi ta’ trasparenza;

51.

Jinnota li bl-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida dwar ir-reġim ta’ taħriġ, it-taħriġ dwar l-etika sar obbligatorju aktar milli rrakkomandat, inklużi korsijiet ta’ aġġornament, li se jwittu t-triq għal parteċipazzjoni aktar qawwija tal-persunal f’inizjattivi dwar kwistjonijiet etiċi; josserva li, fl-2021, saru 14-il sessjoni ta’ taħriġ speċifikament dwar l-etika u l-integrità b’251 membru tal-persunal jieħdu sehem (60 % tal-maniġers u 57,30 % tal-persunal kollu, inklużi l-maniġers) u li ġew organizzati 34 sessjoni ta’ taħriġ li jkopru l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, il-kunflitti ta’ interess u l-fastidju u 25 sessjoni dwar aspetti differenti tal-ġestjoni finanzjarja, li jqajmu wkoll kuxjenza dwar il-kunflitti ta’ interess;

52.

Josserva li, fl-2021, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) investiga żewġ każijiet li jinvolvu lill-Kumitat, l-ewwel każ ta’ ħlas possibbli ta’ allowances għall-ivvjaġġar bla bżonn u t-tieni allegazzjonijiet ta’ mġiba ħażina finanzjarja, fastidju u ġestjoni ħażina f’servizz konġunt tal-Kumitat u tal-KESE; jirrimarka li l-ewwel każ ingħalaq meta l-Kumitat talab ir-rimborż tal-allowance mħallsa għal raġunijiet etiċi, hekk kif ma ġiet identifikata l-ebda bażi ġuridika biex jiġi impost tali rimborż, u li t-tieni każ ġie miċħud mill-OLAF b’rakkomandazzjoni lill-Kumitat u lill-KESE biex iwettqu investigazzjoni interna dwar il-fastidju u l-ġestjoni ħażina; jitlob lill-Kumitat jirrapporta lill-Parlament dwar l-eżitu ta’ dik l-investigazzjoni li tnediet fl-2021;

53.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kumitat ma adottax strateġija kontra l-frodi; jistieden lill-Kumitat iniedi analiżi interna tar-riskju ta’ frodi u jikkoordina mas-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni bil-għan li tiġi adottata strateġija interna adegwata kontra l-frodi;

54.

Jitlob li jintemm l-użu ta’ kumpaniji esterni li, skont il-klassifikazzjoni tal-Università ta’ Yale (8), għadhom qed joperaw fir-Russja;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data

55.

Jirrimarka li l-Kumitat nefaq EUR 6 112 846 fuq proġetti tal-IT u tagħmir tal-IT fl-2021, meta mqabbel ma’ EUR 6 392 372 u EUR 4 033 320 fl-2020 u fl-2019 rispettivament; jissottolinja li ż-żieda fil-baġit fl-2021 u fl-2020 kienet dovuta l-aktar għal approprjazzjonijiet mhux użati ttrasferiti minn linji baġitarji oħra;

56.

Huwa konxju li t-trasferimenti baġitarji, irrispettivament minn kemm huma effettivi u f’waqthom, ma jistgħux jissostitwixxu l-finanzjament strutturali tal-IT neċessarju għall-ippjanar u l-programmazzjoni sodi tar-riżorsi tal-IT; jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ finanzjament, b’mod partikolari għas-servizzi tal-IT, peress li tali nuqqas ta’ finanzjament ifisser li ma jistax isir rieżami strutturat u, fejn meħtieġ, ma jistax isir investiment f’riżorsi tal-IT li min-natura tagħhom huma aktar fit-tul u li għandhom manutenzjoni tul il-ħajja kollha tagħhom; jinsab imħasseb, b’mod partikolari, minħabba li dan jista’ jdgħajjef iċ-ċibersigurtà u jipprevjeni l-attrazzjoni u ż-żamma tal-għarfien espert tal-IT meħtieġ fis-suq tax-xogħol;

57.

Jilqa’ l-fatt li l-Kumitat għamel progress sinifikanti lejn diġitalizzazzjoni sħiħa tal-proċessi ta’ ħidma, b’mod partikolari l-ġestjoni elettronika tad-dokumenti u l-flussi ta’ ħidma tal-approvazzjoni tagħhom, inkluż ħidma kontinwa għall-użu sħiħ tal-firem elettroniċi, ġestjoni tal-atturi finanzjarji, ġestjoni tar-riskju u ġestjoni tal-proċeduri tal-għażla jew tal-kumitati konġunti;

58.

Jinnota li, fl-2021, il-Kumitat wettaq diversi proġetti importanti biex ikompli jiddiġitalizza l-proċessi kummerċjali tiegħu u biex jiffaċilita l-ħidma politika tal-membri tal-Kumitat, irawwem il-multilingwiżmu, is-simplifikazzjoni u l-aġġornament tal-proċessi kummerċjali eżistenti; josserva li l-grupp tal-futur diġitali tal-Kumitat jiġbor flimkien lill-membri tal-Kumitat u lill-amministrazzjoni tal-Kumitat sabiex jiddiskuti u jagħti pariri dwar kwistjonijiet tal-IT u dawk diġitali u li l-ftehim il-ġdid ta’ kooperazzjoni amministrattiva mal-KESE, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2021, irawwem l-iskambji dwar prattiki diġitali tajbin biex imexxi ‘l quddiem is-servizzi tal-IT u diġitali tiegħu;

59.

Jinnota l-volum dejjem akbar ta’ theddid ċibernetiku għall-infrastruttura tal-IT u għall-kanali ta’ komunikazzjoni online tal-Kumitat, bħas-sit web estern tal-Kumitat; iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli jagħti livell għoli ta’ attenzjoni lill-kwistjonijiet taċ-ċibersigurtà, isaħħaħ is-sistema tal-IT tiegħu u jiżgura kooperazzjoni mill-qrib mal-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-Istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE (CERT-UE) sabiex jippermetti l-identifikazzjoni bikrija tal-vulnerabbiltajiet u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-inċidenti u jżid is-sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà tal-membri u l-persunal tiegħu; iħeġġeġ ukoll lill-Kumitat iwettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari dwar l-infrastruttura tal-IT tagħha u jiżgura awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tagħha;

60.

Japprezza li l-Kumitat juża teknoloġija b’sors miftuħ u, fl-2021, l-għadd dejjem jikber ta’ libreriji u oqfsa b’sors miftuħ użati fis-sistemi ta’ informazzjoni tal-Kumitat u l-applikazzjonijiet il-ġodda għall-ipproċessar tal-emendi bbażati fuq teknoloġiji b’sors miftuħ;

61.

Jilqa’ l-fatt li l-maġġoranza tas-sistemi tekniċi huma ospitati internament u ġestiti minn persunal intern;

Bini u sigurtà

62.

Jinnota li, fl-10 ta’ Mejju 2021, l-awtorità baġitarja approvat it-teħid ta’ kontroll tal-kuntratt tal-kiri, minn Settembru 2021, mill-Kumitat u mill-KESE tal-eks bini tas-SEAE f’Belliard 100 (B100), li l-kostijiet tal-kiri tiegħu se jkunu koperti mill-iffrankar li sar bħala riżultat tal-kost aktar baxx tal-kiri tal-bini kollu ta’ Van Maerlant (VMA) meta mqabbel mal-kost tal-kiri tal-bini f’Belliard 68 (B68) u Trèves 74 (TRE74), li ġew ittrasferiti lill-Kummissjoni minn Settembru 2022;

63.

Jifhem li l-ispazju addizzjonali fil-bini B100 mhux se jikkumpensa bis-sħiħ għat-telf ta’ spazju li seħħ wara l-iskambju tal-bini B68 u TRE74 tal-Kumitat u tal-KESE għall-bini tal-VMA tal-Kummissjoni, liema telf jammonta għal madwar 5 000 m2 meta mqabbel mas-sitwazzjoni fil-bidu tal-2021; jirrikonoxxi li tali telf ma jistax jiġi kkumpensat kompletament minn miżuri alternattivi bħat-tisħiħ tad-densità tal-ispazju tal-uffiċċju ta’ bini ieħor u ż-żieda fit-telexogħol, iżda jagħti parir li ma jittiħdux impenji fit-tul dwar spazju ġdid għall-uffiċċji qabel ma jiġu esplorati bis-sħiħ tali miżuri;

64.

Josserva li, sabiex jiġi akkomodat il-persunal f’ambjent tax-xogħol u f’kundizzjonijiet xierqa, kienu meħtieġa modernizzazzjoni u rinnovazzjoni tal-uffiċċji fil-bini BvS (Rue Montoyer 92-102), REM (Rue Belliard 93) u VMA; jinnota li, fl-1 ta’ Diċembru 2021, l-offerta għax-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni ngħatat għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet fil-bini tal-VMA b’kost totali ta’ EUR 9 miljun; jinnota li l-parti prinċipali ta’ dak il-kost, madwar EUR 6 miljun, kienet diġà disponibbli fil-baġit inizjali tal-2021 approvat mill-awtorità baġitarja bħala talba “ta’ darba” għas-sena 2021 u li kien possibbli li jiġu ffrankati approprjazzjonijiet għal ammont ta’ EUR 3 miljun minn linji baġitarji oħra u li jintużaw għar-rinnovazzjoni tal-VMA;

Ambjent u sostenibbiltà

65.

Jilqa’ l-istudju li tnieda fl-2021 mill-Kummissjoni biex jiġu ddefiniti l-miri u x-xenarji għat-tnaqqis tas-CO2 u jiġu proposti miżuri f’diversi oqsma bl-għan li l-Patt Ekoloġiku Ewropew jiġi implimentat aħjar fil-Kumitat;

66.

Jilqa’ l-kisbiet ambjentali pożittivi fl-2021, fir-rigward tal-konsum tal-elettriku, tal-ilma u tal-karti (tnaqqis rispettivament ta’ 2,1 %, 14,3 % u 55 %, rispettivament, meta mqabbel mal-2020); jinnota l-installazzjoni ta’ pannelli solari fi tnejn mill-binjiet tal-Kumitat u jifhem li qed issir analiżi ulterjuri bl-għan li tiġi estiża l-installazzjoni tal-pannelli solari, probabbli fl-2023;

67.

Jenfasizza li 75,8 % tal-persunal tal-Kumitat juża mezzi tat-trasport ekoloġiċi; iħeġġeġ lill-Kumitat jimplimenta politika dwar il-mobilità li tippromwovi l-użu ta’ modi ta’ vvjaġġar sostenibbli għall-ivvjaġġar, tinkludi l-car-pooling, l-ispazji għall-parkeġġ tar-roti u ċ-ċarġers tal-batteriji elettriċi, u tqis kontribut finanzjarju, jew għall-ispejjeż tat-trasport pubbliku jew għar-rinunzja tal-użu ta’ faċilitajiet tal-parkeġġ tal-karozzi;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

68.

Huwa konxju tal-kooperazzjoni robusta mal-KESE, permezz tas-servizzi konġunti fejn madwar 460 membru tal-persunal (li minnhom madwar 170 membru tal-persunal jappartjenu għall-Kumitat) u aktar minn EUR 55 miljun fis-sena (li minnhom aktar minn EUR 24 miljun jiġu mill-Kumitat) jinġabru flimkien miż-żewġ kumitati; jilqa’ l-ftehim ta’ kooperazzjoni amministrattiva attwali bejn il-Kumitat u l-KESE, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2021 b’durata ta’ ħames snin; jemmen li l-ftehim ta’ kooperazzjoni amministrattiva attwali se jikkontribwixxi b’mod sostanzjali biex isaħħaħ il-governanza tal-kooperazzjoni u l-kontroll tal-mekkaniżmi u huwa espressjoni mġedda tar-rieda li r-riżorsi jiġu kondiviżi u jinħolqu strateġiji; jinnota li l-ftehim il-ġdid ta’ kooperazzjoni amministrattiva jinkludi l-ħolqien ta’ direttorat għall-innovazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni u, fi ħdan is-servizzi konġunti diġà eżistenti, l-istabbiliment ta’ unità ċentralizzata għall-akkwist pubbliku u għall-ġestjoni finanzjarja u grupp ta’ esperti dwar l-akkwist;

69.

Josserva li l-Kumitat jikkoopera wkoll mal-Kummissjoni (għal tariffa annwali) fl-amministrazzjoni tal-fajls tal-pensjoni u tat-tluq tal-persunal (l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali) u tad-drittijiet individwali skont il-protokoll (id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani), taħriġ tal-persunal (id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani), ċentri għall-edukazzjoni bikrija tat-tfal u nurseries ta’ matul il-jum approvati (l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika), użu ta’ diversi pjattaformi tal-IT (is-sistema ta’ informazzjoni maniġerjali ABAC, inklużi s-sistema kontabilistika u l-assi tagħha, kif ukoll moduli ta’ kuntratti, NAP għall-kalkoli tas-salarji u s-sistema ta’ ġestjoni u informazzjoni għal kwistjonijiet tal-persunal SYSPER 2 (id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit u d-Direttorat Ġenerali għall-Informatika), u pubblikazzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (mill-2020 inklużi fil-baġit tal-Kummissjoni);

70.

Josserva li l-Kumitat jorganizza laqgħat preparatorji u ta’ segwitu (l-hekk imsejħa laqgħat bilaterali) għar-rapporteurs tiegħu mal-Parlament, mal-Kummissjoni u mal-Kunsill dwar l-opinjonijiet tiegħu, u li jsiru skambji regolari bejn ir-rapporteurs tal-Kumitat u tal-Parlament dwar fajls paralleli; iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli jsaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jipprovdi evidenza fil-prattika lill-istituzzjonijiet prinċipali tal-Unjoni bl-użu ta’ data, analiżijiet empiriċi u kumpilazzjonijiet tal-aħjar prattika;

71.

Japprezza l-involviment tal-membri tal-Kumitat fiċ-ċiklu politiku u leġiżlattiv kollu tal-politiki tal-Unjoni, jew permezz ta’ kontribut bikri fit-tfassil tal-aġenda politika tal-Kummissjoni, jew permezz ta’ segwitu akbar tal-opinjonijiet lill-koleġiżlaturi u fi sħubija mas-servizzi tal-Kummissjoni dwar it-tnedija u l-evalwazzjoni tal-politiki u l-leġiżlazzjoni; iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli jippromwovi l-kisbiet tiegħu fiċ-ċiklu leġiżlattiv;

72.

Jifhem li l-Kumitat talab lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti direttament fil-leġiżlazzjoni biex jagħtu aċċess lill-Kumitat għad-dokument b’erba’ kolonni għal fajls leġiżlattivi speċifiċi sabiex il-Kumitat ikun jista’ jaqdi r-rwol konsultattiv tiegħu mhux biss fil-bidu tal-proċess leġiżlattiv iżda wkoll fl-istadju tat-trilogi; jinnota li din it-talba għadha pendenti u li l-Kumitat qed jikkunsidra li jieħu azzjoni legali jekk l-aċċess ma jingħatax; jitlob li jinżamm infurmat dwar l-iżvilupp ta’ kwalunkwe djalogu f’dak ir-rigward;

73.

Huwa konxju mill-ħidma interistituzzjonali mwettqa fl-2021 mal-Parlament dwar il-proġett pilota “Nibnu l-Ewropa mal-Kunsilliera Lokali”, li jesprimi l-isforzi tal-Kumitat biex jagħti l-appoġġ tiegħu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li mhumiex rappreżentati uffiċjalment fil-Kumitat dwar kwistjonijiet relatati mal-opportunitajiet fir-rigward tal-Unjoni; jifhem li l-objettiv huwa li jkun hemm mill-inqas kunsillier wieħed responsabbli għall-affarijiet tal-Unjoni f’kull wieħed mill-120 000 kunsill reġjonali u lokali fl-Unjoni u li, sal-lum, in-Network Ewropew ta’ Kunsillieri Reġjonali u Lokali tal-UE għandu madwar 2 000 membru;

74.

Huwa konxju li l-Kumitat jorganizza s-sessjonijiet plenarji tiegħu fil-bini tal-Parlament u tal-Kummissjoni biex jikkumpensa għan-nuqqas ta’ kapaċità fil-kmamar tal-konferenzi tiegħu stess; jinnota li l-Kumitat jixtri wkoll servizzi ta’ interpretazzjoni mill-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali tal-Interpretazzjoni) u mill-Parlament, minflok ma għandu s-servizz ta’ interpretazzjoni tiegħu stess;

75.

Itenni l-pożizzjoni li esprima fir-rakkomandazzjonijiet preċedenti dwar il-kwittanza dwar il-ħtieġa li jiġi implimentat bis-sħiħ il-ftehim ta’ kooperazzjoni ffirmat bejn il-Parlament, il-Kumitat u l-KESE fil-5 ta’ Frar 2014 skont liema ftehim total ta’ 60 traduttur, inklużi 24 mill-Kumitat, ġew ittrasferiti għall-Parlament bi skambju għall-aċċess għas-servizzi tas-Servizz Ewropew ta’ Riċerka Parlamentari; huwa konxju li l-Kumitat talab EUR 1,24 miljun addizzjonali fl-abbozz tal-baġit tiegħu għall-2023 għal-linja baġitarja 1 4 0 0 Persunal ieħor, minbarra l-baġit normali u bħala mod kif jiġi kkumpensat għall-effett żbilanċjat tal-implimentazzjoni ta’ dak il-ftehim ta’ kooperazzjoni, bil-għan li jiġu impjegati 19-il aġent kuntrattwali addizzjonali fl-2023.

76.

Jilqa’ l-kooperazzjoni dejjem akbar mal-Parlament, minkejja r-restrizzjonijiet imposti bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, permezz ta’ kooperazzjoni bilaterali fuq sett ta’ fajls ta’ prijorità magħżula li jiġu rieżaminati u aġġornati kull sena; jissottolinja li l-laqgħat regolari bejn il-Presidenti u l-Viċi Presidenti taż-żewġ istituzzjonijiet, u kooperazzjoni strutturata bejn ir-rapporteurs taż-żewġ istituzzjonijiet, kif ukoll bejn il-kummissjonijiet tal-Kumitat u l-kumitati tal-Parlament, żdiedu matul l-2021; iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli jinvolvi ruħu f’kooperazzjoni mal-Parlament;

77.

Josserva li, fl-2021, il-Kumitat kompla bil-kooperazzjoni mill-qrib tiegħu mat-triju ta’ presidenzi tal-Kunsill u mal-presidenza tal-Kunsill ta’ dak iż-żmien u ħareġ erba’ opinjonijiet ibbażati fuq ir-referenzi li waslu mill-presidenza tal-Kunsill; jinnota li l-Kumitat żviluppa wkoll inizjattivi ta’ kooperazzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar fajls tematiċi ta’ prijorità billi ppreżenta opinjonijiet u dokumenti fil-gruppi ta’ ħidma rispettivi tal-Kunsill.

Komunikazzjoni

78.

Jinnota li, fl-2021, il-baġit assenjat għall-komunikazzjoni kien ta’ madwar EUR 2,1 miljun, li minnu madwar EUR 400 000 intużaw għall-avvenimenti, EUR 800 000 għall-media u EUR 900 000 għall-web, il-media soċjali u l-kontenut diġitali; japprezza l-fatt li l-Kumitat kejjel żidiet perċentwali b’żewġ ċifri fis-sensibilizzazzjoni tal-istampa u tal-media soċjali bejn l-2020 u l-2021, bis-saħħa ta’ riallokazzjoni interna tar-riżorsi, li wriet fis-sensibilizzazzjoni akbar tiegħu; jinnota li l-Kumitat x’aktarx ma jkunx jista’ jagħmel l-istess fis-snin ta’ wara minħabba restrizzjonijiet baġitarji aktar stretti;

79.

Josserva li l-prinċipji ewlenin tal-Kumitat għat-tisħiħ tar-rwol tiegħu u għall-komunikazzjoni aħjar tiegħu huma ċċentrati fuq involviment akbar matul l-istadji kollha tal-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni u fuq il-bini ta’ sħubiji aktar effettivi u ta’ fiduċja ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni;

80.

Jilqa’ l-istabbiliment ta’ sistema ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jitkejlu u jiġu mmonitorjati l-effetti tal-komunikazzjoni tal-Kumitat, jiġu allinjati l-prijoritajiet ta’ komunikazzjoni mal-prijoritajiet politiċi u tingħata spinta lill-komunikazzjoni deċentralizzata permezz ta’ inizjattivi multipli, bħall-masterclasses diġitali għall-membri tiegħu, l-iżvilupp ta’ kunċett ta’ bullettin u l-istabbiliment ta’ networks biex jissaħħu r-relazzjonijiet ma’ membri u trainees preċedenti tal-Kumitat u oħrajn;

81.

Jinnota l-ħafna inizjattivi ta’ networking fl-2021, bħall-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ukrajna li nieda inizjattiva bejn il-pari dwar it-trasparenza, il-Pjattaforma tal-Partijiet Ikkonċernati għal Tniġġis Żero mnedija b’mod konġunt mal-Kummissjoni biex tintegra l-aġenda ta’ tniġġis żero u l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni dwar Tniġġis Żero, il-pjattaforma komuni tal-IT għall-iskema tal-Politiċi Żgħażagħ Eletti u l-pjattaforma diġitali bl-isem “Let’s get digital” biex jiffaċilitaw in-networking fost il-professjonisti tal-komunikazzjoni parteċipanti mill-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni;

82.

Jaqbel li l-web streaming tal-laqgħat statutorji tal-Kumitat bil-lingwi kollha tal-Unjoni ppromwova l-viżibbiltà ġenerali tal-Kumitat, u li l-Barometru reġjonali u lokali disponibbli permezz tal-portal tad-data miftuħa tal-Unjoni, data.europa.eu, iżid il-viżibbiltà fost l-ispeċjalisti;

83.

Iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli l-pubblikazzjoni sistematika fil-bażi tad-data interistituzzjonali tal-istudji kollha tiegħu u jilqa’ l-possibbiltà, mistennija mill-2021 fil-kuntratti qafas għall-istudji u l-għarfien espert estern, li jinkludi viżwali u kontenut li jista’ jiġi kondiviż fuq il-media soċjali biex isaħħaħ il-komunikazzjoni u s-sensibilizzazzjoni ta’ prodotti finali;

84.

Jinnota li l-Kumitat bħalissa huwa preżenti fuq l-aktar pjattaformi proprjetarji popolari tal-media soċjali; iħeġġeġ lill-Kumitat juża alternattivi ta’ networks soċjali deċentralizzati flok pjattaformi online kbar ħafna, bħall-pjattaforma Mastodon; jikkondividi l-fehma tal-Kumitat li t-tisħiħ tal-użu ta’ pjattaformi alternattivi li jiffavorixxu aktar il-privatezza, minflok dawk mainstream predominanti, ikun qed jagħmel dikjarazzjoni f’termini ta’ protezzjoni tad-data u tas-sovranità diġitali;

85.

Iħeġġeġ lill-Kumitat biex jaħdem mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, bil-għan li juża ż-żewġ pjattaformi tal-media soċjali b’sors miftuħ, EU Voice u EU Video, li tnedew bħala proġett pilota pubbliku biex jippromwovi l-użu ta’ networks soċjali b’xejn u b’sors miftuħ;

86.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kumitat biex iżid l-isforzi ta’ komunikazzjoni tiegħu ħalli jsaħħaħ ir-rabta maċ-ċittadini billi japprova trasparenza akbar fl-operazzjonijiet tiegħu, billi jintensifika l-użu tat-teknoloġiji diġitali u billi jsegwi strateġija ta’ komunikazzjoni li tippermetti l-perċezzjoni u l-fehim korretti tar-rwol tal-Kumitat u tal-mod kif dan jidħol fil-viżjoni tal-Unjoni.

(1)  Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-prijoritajiet tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għall-2020-2025 — Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini permezz tal-villaġġi, il-bliet u r-reġjuni tagħha (ĠU C 324, 1.10.2020, p. 8).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (ĠU L 357, 8.10.2021, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1).

(7)   ĠU L 207, 11.6.2021, p. 1.

(8)  https://som.yale.edu/story/2022/over-1000-companies-have-curtailed-operations-russia-some-remain


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/150


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1835 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0234/2022) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0067/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Ombudsman Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Ombudsman Ewropew għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kif ukoll lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU L 93, 17.3.2021.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.

(3)   ĠU C 391, 12.10.2022, p. 6.

(4)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(5)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/151


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1836 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0067/2023),

A.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u fl-obbligu ta’ rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.

billi l-Artikolu 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi l-elezzjoni ta’ Ombudsman Ewropew mill-Parlament Ewropew li għandu jingħata s-setgħa li jilqa’ lmenti ta’ kull ċittadin tal-Unjoni jew ta’ kull persuna, kemm fiżika kif ukoll ġuridika li toqgħod jew ikollha l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru, li jinvolvu każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet, korpi u organi ta’ l-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha. Huwa għandu jinvestiga dawn l-ilmenti u jirrapporta dwarhom;

C.

billi r-Regolament (UE, Euratom) 2021/1163 tal-Parlament Ewropew (1) jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew);

D.

billi d-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tadotta Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni bħalissa qed tiġi riveduta wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2021/1163;

1.

Jinnota li l-baġit tal-Ombudsman Ewropew (l-“Ombudsman”) jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li kien jammonta għal total ta’ EUR 10,7 biljun fl-2021; jinnota li l-istituzzjoni tal-Ombudsman hija waħda relattivament żgħira u li l-baġit tagħha jirrappreżenta biss madwar 0,12 % tal-baġit amministrattiv totali;

2.

Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-“Qorti”) fir-Rapport annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2021 żiedet il-kampjun ta’ tranżazzjonijiet fl-ambitu tal-“Amministrazzjoni” minn 48 fl-2020 għal 60 fl-2021;

3.

Jinnota li l-Qorti ssemmi li mill-ħidma tagħha li wettqet fuq ħafna snin jirriżulta li kumplessivament dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx; jinnota, madankollu, li r-Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2021 ma jipprovdi l-ebda informazzjoni rilevanti dwar l-Ombudsman Ewropew u jistieden lill-Qorti tinkludi, fir-rapporti annwali li jmiss, data komprensiva dwar it-twettiq sħiħ tar-rekwiżiti kollha meħtieġa għal proċedura ta’ kwittanza konsistenti;

4.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti tinnota wkoll, fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2021, li ma identifikat l-ebda kwistjoni speċifika li tikkonċerna lill-Ombudsman;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.

Jinnota li l-baġit għall-Ombudsman għall-2021 kien EUR 12 501 836, li jirrappreżenta żieda ċkejkna ta’ 1,2 % meta mqabbel mal-2020, li għandha madankollu tiġi vvalutata fil-kuntest ta’ żieda ta’ 7,4 % fil-baġit fl-2020 meta mqabbel mal-2019;

6.

Jinnota li l-akbar żieda fil-baġit ġiet mill-kera u kienet dovuta għat-trasferiment tal-uffiċċju ta’ Brussell tal-Ombudsman; jinnota li, minflok ma ħallset fuq perjodu ta’ sitt snin, l-Ombudsman setgħet tħallas il-kostijiet kollha relatati max-xogħlijiet ta’ installazzjoni tal-bini l-ġdid fl-2021; jinnota li dan se jkollu effett pożittiv fuq il-baġits tal-Ombudsman għas-snin li ġejjin;

7.

Jinnota madankollu li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit kienet biss 88,8 % għas-sena 2021, li tirrappreżenta tnaqqis meta mqabbla mal-2020 meta r-rata ta’ implimentazzjoni kienet 94,9 %; jirrikonoxxi li, anke għall-2021, l-implimentazzjoni tal-baġit kienet influwenzata bil-kbir mill-pandemija tal-COVID-19, li parzjalment dewmet ir-reklutaġġ iżda wkoll limitat serjament l-avvenimenti, il-konferenzi u l-missjonijiet bil-preżenza fiżika;

8.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Ombudsman għadha tħallas il-fatturi fi żmien qasir ħafna b’medja ta’ 11,35-il jum, iżda fl-istess ħin jinkoraġġixxi bil-qawwa l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ fatturazzjoni elettronika;

9.

Jilqa’ l-fatt li l-Ombudsman għandha firxa wiesgħa ta’ ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz, speċjalment mal-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni, li jippermettu lill-istituzzjoni tiffranka l-flus billi ma jkollhomx għalfejn joħolqu l-istrutturi biex jieħdu ħsieb dawn is-servizzi; jilqa’ wkoll il-fatt li l-Ombudsman tipparteċipa wkoll f’kuntratti qafas interistituzzjonali, fatt li jippermetti wkoll lill-Ombudsman tibbenefika minn prezzijiet orħos u jnaqqas il-ħtieġa li tistabbilixxi l-istrutturi amministrattivi kumplessi tagħha stess;

Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern

10.

Jirrikonoxxi li l-2021 kienet sena impenjattiva, b’mod partikolari minħabba l-effetti li għaddejjin tal-pandemija tal-COVID-19, u l-kontinwazzjoni tal-ħtieġa li jiġi ssalvagwardjat il-benesseri tal-persunal u jinħolqu metodi ta’ ħidma ġodda; jinkoraġġixxi lill-Ombudsman tadotta qafas komprensiva għall-komunikazzjoni li jintegra t-tagħlimiet li siltet fis-sentejn tal-pandemija tal-COVID-19 bil-għan li tkun ippreparata fl-eventwalità ta’ sitwazzjonijiet li jistgħu fil-futur jikkawżaw tħarbit u tkun tista’ tiżgura l-kontinwità operattiva;

11.

Jinnota li matul l-2021, l-Ombudsman kompliet timplimenta l-istrateġija “lejn l-2024”, bil-għan li toħloq struttura aktar sempliċi ġdida b’anqas maniġers, filwaqt li tħeġġeġ xogħol aktar kollaborattiv, kif ukoll proċessi flessibbli u aġli;

12.

Jilqa’ b’sodisfazzjon kbir il-fatt li l-Ombudsman setgħet tnaqqas b’mod sinifikanti ż-żmien medju meħtieġ biex tittratta tipi differenti ta’ fajls f’dawn l-aħħar snin; iż-żmien medju biex jiġi indirizzat ilment naqas minn 78 jum fl-2018 għal 29 jum fl-2021, tnaqqis ekwivalenti għal 63 % u minn 157 jum għal 61 jum, tnaqqis ekwivalenti għal 61 %, fiż-żmien tal-mandat; filwaqt li ż-żmien medju għat-trattament ta’ inkjesta naqas minn 254 jum għal 112-il jum, tnaqqis ekwivalenti għal 56 %;

13.

Jilqa’ l-fatt li l-Ombudsman kompliet ittejjeb il-proċeduri effiċjenti biex tittratta l-ilmenti barra mill-mandat tagħha, li jirrappreżentaw madwar 1 400 fis-sena; jilqa’ wkoll il-fatt li l-proporzjon ta’ lmenti barra mill-mandat tagħha ttrattat mid-Direttorat għall-Amministrazzjoni żdied minn 22 % fl-2020 għal 35 % fl-2021;

14.

Jinnota li l-aċċess pubbliku għad-dokumenti jikkostitwixxi prijorità ewlenija għall-Ombudsman u jirrappreżenta waħda minn kull erba’ inkjesti; jinnota wkoll li l-aċċess pubbliku għad-dokumenti jinkludi l-mod kif l-amministrazzjoni tal-Unjoni tittratta l-messaġġi testwali u istantanji u l-aċċess f’waqtu għad-dokumenti; isostni l-appell tal-Ombudsman għall-modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-aċċess għad-dokumenti u li din tal-aħħar tkun aktar allinjata mad-drittijiet taċ-ċittadini u jistenna b’interess li jsir jaf aktar dwar il-mod kif l-Ombudsman tista’ tagħti pariri lill-Istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni dwar kif għandhom jiġu stabbiliti sistemi sabiex jittejjeb it-trattament tal-aċċess għad-dokumenti; jitlob lill-Ombudsman tipprovdi feedback dwar l-għodda l-ġdida tal-IT tal-Kummissjoni f’dan il-qasam (EASE - Aċċess Elettroniku għad-Dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea);

Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal

15.

Jinnota li fl-aħħar tal-2021, l-Ombudsman kellha 74 membru tal-persunal, numru li baqa’ kważi l-istess minn tmiem l-2020, meta kien hemm 73 membru tal-persunal, u huwa l-istess bħal fl-aħħar tal-2019; jinnota madankollu li l-għadd ta’ membri tal-persunal kuntrattwali naqas minn 11 fl-2019 għal 8 fl-2020 u għal 6 fl-2021, filwaqt li l-għadd ta’ membri tal-persunal temporanju żdied minn 23 fl-2019 għal 28 fl-2020 u 30 fl-2021; l-għadd ta’ uffiċjali baqa’ bejn wieħed u ieħor kostanti b’40 fl-2019, 37 fl-2020 u 38 fl-2021;

16.

Jinnota b’sodisfazzjon li, fl-aħħar tal-2021, l-għadd ta’ nazzjonalitajiet tal-Unjoni rrappreżentati fost il-persunal kien ta’ 18, li ma nbidilx mill-2020, u li l-postijiet maniġerjali huma mqassma fuq ħames nazzjonalitajiet (meta mqabbla ma’ erbgħa fl-2020); iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli tirsisti biex tilħaq distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata taċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha fi ħdan il-persunal tagħha (b’mod partikolari l-livell maniġerjali),

17.

Jinnota li 68 % tal-persunal kollu tal-Ombudsman huwa nisa, li jirrappreżenta żieda żgħira mill-2020 meta n-nisa kienu jirrappreżentaw 66 %; jinnota wkoll li n-nisa jikkostitwixxu l-parti l-kbira tal-kategoriji kollha tal-persunal: maniġment, AD, AST, AST-SC, GF IV u GF oħra; jistieden lill-Ombudsman tkompli tirsisti biex tilħaq distribuzzjoni tal-ġeneru bbilanċjata, li tqis madankollu d-daqs żgħir tal-uffiċċju;

18.

Jinnota li r-regoli l-ġodda dwar il-metodi ta’ xogħol ibridi jipprevedu għal 60 % ta’ telexogħol fix-xahar, filwaqt li l-arranġamenti tax-xogħol ta’ kuljum jiġu organizzati fil-livell tat-tim; jilqa’ l-fatt li l-kategoriji kollha tal-persunal jistgħu jagħmlu użu mill-arranġamenti flessibbli tax-xogħol; jinnota fl-aħħar nett li l-persunal jitħalla jagħmel telexogħol 15-il jum fis-sena minn barra l-post tax-xogħol;

19.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Ombudsman taħdem b’sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet (CMS) għall-uffiċċju, li tipprovdi informazzjoni f’ħin reali dwar id-distribuzzjoni tal-ilmenti lill-uffiċjali tal-inkjesti u b’hekk tippermetti lill-maniġers jadattaw il-volum ta’ xogħol kif xieraq; jilqa’ l-fatt li matul l-2021 ma ġie rrapportat ebda każ ta’ eżawriment (burnout); jilqa’ wkoll il-fatt li l-għadd ta’ jiem ta’ assenza għal liv minħabba mard naqas bi 28 % fl-2021 meta mqabbel mal-2020 u li l-għadd ta’ membri tal-persunal fuq liv minħabba mard għal aktar minn 30 jum naqas b’terz minn disgħa fl-2020 għal sitta fl-2021;

20.

Jilqa’ l-fatt li fl-2021 ma ġie rrapportat ebda każ ta’ fastidju; jinnota li l-każ, li ġie rrapportat fl-2020, kien għadu qed jiġi investigat mill-OLAF fl-2021 u ngħalaq fl-2022 mingħajr ma l-OLAF ifformula rakkomandazzjonijiet; jinnota fl-aħħar nett li l-Ombudsman organizzat taħriġ għall-korrispondenti tal-etika u għall-membri tal-kumitat ta’ konċiljazzjoni biex jagħtihom l-għarfien meħtieġ ħalli jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fil-kuntest tal-politika tal-Ombudsman kontra l-fastidju;

21.

Jilqa’ l-fatt li l-Ombudsman irreklutat għadd relattivament kbir ta’ trainees, 16 fl-2021, u b’hekk toffri esperjenza Ewropea lil ħafna żgħażagħ; jilqa’ wkoll il-fatt li t-trainees kollha reklutati fl-2021 irċevew remunerazzjoni;

Qafas etiku u trasparenza

22.

Jilqa’ l-fatt li l-Ombudsman għandha paġna speċifika fuq l-intranet tal-Uffiċċju ddedikata għall-imġiba etika u li fl-2021 ġew adottati regoli interni dwar l-attivitajiet esterni u l-assenjazzjoni tal-membri tal-persunal; jilqa’ wkoll il-fatt li l-Uffiċċju organizza sessjoni għall-membri kollha tal-persunal biex jippreżenta l-politika tiegħu dwar l-attivitajiet esterni, li kienet ippjanata għall-2021 iżda kellha tiġi posposta għall-bidu tal-2022;

23.

Japprezza l-fatt li l-Awditur Intern, bħala parti mill-programm ta’ ħidma tiegħu, qiegħed jirrieżamina l-qafas etiku tal-Ombudsman; jistieden lill-Ombudsman tirrapporta lill-Parlament ir-riżultati ta’ dan ir-rieżami, inklużi l-eventwali rakkomandazzjonijiet possibbli li l-Awdituri Interni setgħu fformulaw;

24.

Jifraħ lill-Ombudsman talli ppubblikat l-iskeda tagħha fuq is-sit web tagħha u talli użat b'mod konsistenti r-Reġistru ta’ Trasparenza biex tivverifika li l-kelliema jew l-interlokuturi f’avvenimenti jew f’laqgħat organizzati mill-Ombudsman ikunu rreġistrati fih; jilqa’ l-fatt li l-Ombudsman impenjat ruħha li tgħaqqad l-organizzatur tal-avvenimenti u l-parteċipanti tal-laqgħat ippubblikati fuq is-sit web tagħha mal-entrati tagħhom fir-Reġistru tat-Trasparenza; jifraħ lill-Ombudsman għall-progress li sar f’dan ir-rigward u tinkoraġġiha tkompli ssegwi l-impenn tagħha favur aktar trasparenza;

25.

Jinnota li l-istrateġija tal-Ombudsman biex tipprevjeni l-frodi hija bbażata fuq l-azzjonijiet rigward l-imġiba etika; jinnota wkoll b’sodisfazzjon li l-Ombudsman tapplika l-prinċipju ta’ erba’ għajnejn aħjar minn tnejn sabiex tiżgura li kull tranżazzjoni tiġi ttrattata minn mill-inqas żewġ persuni;

26.

Jinnota b’sodisfazzjon li ma ġie identifikat l-ebda każ ta’ kunflitt ta’ interess fl-2021 u li l-membri kollha tal-persunal li jitilqu mill-uffiċċju issa jirċievu ittra li tinfurmahom bl-obbligi kontinwi tagħhom fil-konfront tal-uffiċċju u d-dmir tagħhom li jinfurmaw lill-uffiċċju u jiksbu l-permess tiegħu qabel ma jinvolvu ruħhom f’attività okkupazzjonali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk le, fi żmien sentejn mit-tluq mis-servizz pubbliku tal-Unjoni;

27.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Ombudsman adottat sett elaborat ta’ regoli interni fl-2015 dwar il-ħtieġa li l-informaturi ta’ irregolaritajiet jiġu protetti kontra azzjoni negattiva u li jingħataw għajnuna matul il-proċess; jinnota wkoll li fl-2021 ma ġie rrapportat ebda każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta;

28.

Jitlob li jintemm l-użu ta’ kumpaniji esterni li, skont il-klassifikazzjoni tal-Università ta’ Yale (2), għadhom qed joperaw fir-Russja;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data

29.

Jinnota li n-nefqa fuq l-IT żdiedet b’mod konsiderevoli fl-2021, u dan kien possibbli wara trasferiment ta’ approprjazzjonijiet, li telgħet bi kważi darbtejn u nofs minn EUR 127 430 fl-2020 għal EUR 303 020 fl-2021, primarjament sabiex jittejbu l-faċilitajiet ta’ vidjokonferenzi;

30.

Jinnota li l-Ombudsman ma ġarrbet l-ebda attakk ċibernetiku fl-2021 u li l-Istituzzjoni primarjament tiddependi mill-Parlament Ewropew għal kwistjonijiet relatati mal-iżgurar li ċ-ċibersigurtà tagħha hija suffiċjenti;

31.

Iħeġġeġ lill-Ombudsman taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà; jissuġġerixxi li jiġu offruti programmi ta’ taħriġ relatati maċ-ċibersigurtà aġġornati regolarment għall-persunal kollu fi ħdan l-Ombudsman;

32.

Jilqa’ l-fatt li l-attivitajiet tal-Ombudsman, inklużi t-trattament tal-ilmenti, ir-riżorsi umani u l-finanzi, diġà huma kompletament diġitalizzati, iżda li l-ilmenti xorta jistgħu jitwasslu f’format stampat, li mbagħad jirċievu tweġiba f’format stampat ukoll jekk l-ilmentatur jagħżel dak il-format;

33.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-inkjesta tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) dwar l-ipproċessar tad-data personali mill-Ombudsman fit-trattament tal-ilmenti, li wasslet għal ispezzjoni tal-EDPS fil-bini tal-Ombudsman fl-2019, ġiet ffinalizzata u li r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-EDPS ġew aċċettati, u dan wassal biex fl-2021 il-każ ingħalaq;

34.

Jieħu nota li l-Ombudsman qiegħda tagħti prijorità lill-użu ta’ għodod b’sors miftuħ meta possibbli u lill-użu esklużiv ta’ software b’sors miftuħ fuq is-sit web tal-Ombudsman;

Binjiet

35.

Jinnota li l-2021 kienet sena ta’ tranżizzjoni li fiha l-Ombudsman ttrasferiet l-uffiċċju ta’ Brussell tagħha għal bini ġdid f’Ottubru 2021, li huwa organizzat fi spazju tax-xogħol kollaborattiv;

36.

Jilqa’ l-fatt li, bis-saħħa tal-użu ta’ teknoloġiji moderni, il-faċilitajiet il-ġodda tal-binjiet ippermettew tnaqqis tal-impronta ambjentali;

37.

Jilqa’ l-intenzjonijiet tal-Ombudsman li ttejjeb l-aċċessibbiltà tal-bini tagħha fi Brussell u jistenna b’interess li jirċievi aġġornamenti dwar il-progress f’dan ir-rigward;

Ambjent u sostenibbiltà

38.

Jilqa’ l-fatt li l-Uffiċċju rnexxielu jnaqqas b’mod sinifikanti l-użu tal-karti matul is-snin permezz tad-diġitalizzazzjoni tal-proċessi, inkluża l-possibbiltà li jiġu ffirmati d-dokumenti b’mod elettroniku u l-abbandun b’mod estensiv ta’ verżjonijiet stampati tar-rapport annwali u tal-bullettini;

39.

Jinnota li l-użu ta’ teknoloġiji moderni ppermetta lill-Ombudsman timplimenta sistemi biex tnaqqas l-enerġija billi fost l-oħrajn tuża sensuri tal-moviment u termostati bi tħaddim ċentrali;

40.

Jilqa’ l-fatt li l-Uffiċċju jinkoraġġixxi l-użu tat-trasport pubbliku billi jirrimborża 50 % tal-kostijiet annwali għat-trasport pubbliku sa EUR 500 u tejjeb il-faċilitajiet fl-istrutturi tal-garaxx tagħhom għall-persunal li juża r-rota, filwaqt li ma hemm l-ebda parkeġġ tal-karozzi fil-binja l-ġdida;

41.

Jinnota li l-Uffiċċju qed jikri l-binja tiegħu mingħand il-Parlament Ewropew u qed jirreferi lill-Parlament rigward it-talbiet għal informazzjoni dwar l-installazzjoni ta’ pannelli solari fuq il-bejt; iħeġġeġ, madankollu, lill-Ombudsman tippromwovi bil-qawwa l-installazzjoni ta’ dawn il-pannelli jekk dan ma jkunx il-każ;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

42.

Jilqa’ l-fatt li l-Ombudsman għandha kooperazzjoni informali mill-qrib mal-OLAF, mal-UPPE u mal-Qorti sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-investigazzjonijiet u jiġu diskussi oqsma ta’ interess reċiproku bħall-kunflitti ta’ interess u r-revolving doors;

43.

Jissottolinja l-importanza li l-Ombudsman iżżomm livell għoli ta’ skambju u kooperazzjoni man-Network Ewropew tal-Ombudsmen (ENO); jinnota b’sodisfazzjon li l-Ombudsman bdiet toffri workshops u seminars immirati f’oqsma speċifiċi għall-ispeċjalisti fl-uffiċċji tal-membri tal-ENO u tospita l-Konferenza Annwali tal-ENO; jinkoraġġixxi lill-Ombudsman issaħħaħ ir-relazzjonijiet mill-qrib tagħha mal-istituzzjonijiet, mal-korpi u mal-aġenziji tal-Unjoni;

44.

Jilqa’ l-fatt li l-Ombudsman għandha kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitati rilevanti tal-Parlament Ewropew dwar inkjesti importanti jew billi tippreżenta l-ħidma direttament fil-laqgħat tal-Kumitat jew permezz ta’ informazzjoni li tintbagħat lill-Presidenti tal-Kumitati; jinnota b’sodisfazzjon li r-rapport annwali tal-Ombudsman lill-Parlament issa jinkludi taqsima speċifika bl-isem “Impatt u kisbiet”, li tagħti dettalji kemm dwar is-segwitu statistiku mogħti lir-rakkomandazzjonijiet, lis-soluzzjonijiet u lis-suġġerimenti tal-Ombudsman, kif ukoll tagħti eżempji konkreti tal-impatt;

45.

Jinnota li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit qed jistenna b’interess ħafna li jsir jaf dwar il-ħidma tal-Ombudsman fuq it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li l-Kumitat se jeżamina biex jiżgura li l-fondi jintefqu b'mod korrett; jistieden lill-Ombudsman tinforma perjodikament lill-awtorità baġitarja bid-diffikultajiet li ssib quddiemha, iżda wkoll bit-tagħlimiet li siltet għall-finanzjamenti futuri;

Komunikazzjoni

46.

Jinnota li l-Uffiċċju kompla jiżviluppa s-sit web tiegħu sabiex jagħmlu aktar faċli għall-membri interessati tal-pubbliku biex isibu inkjesti u b’mod ġenerali jagħmlu aktar attraenti għall-utenti; jinnota wkoll li anke l-użu ta’ SoMes jista’ jżid l-għarfien dwar il-ħidma tal-Ombudsman bħal ma sar matul l-2021, b’enfasi speċjali fuq id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-Unjoni.

(1)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2021/1163 tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom (ĠU L 253, 16.7.2021, p. 1).

(2)  https://som.yale.edu/story/2022/over-1000-companies-have-curtailed-operations-russia-some-remain


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/157


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1837 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0235/2022) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0070/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Ombudsman Ewropew u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU L 93, 17.3.2021.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.

(3)   ĠU C 391, 12.10.2022, p. 6.

(4)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(5)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/158


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1838 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0070/2023),

A.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.

billi l-protezzjoni tad-data hija dritt fundamentali, protett mil-liġi Ewropea u minqux fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

C.

billi l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-konformità mar-regoli relatati mal-protezzjoni tal-individwi, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali dwarhom, għandha tkun soġġetta għal kontroll minn awtorità indipendenti;

D.

billi r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jipprevedi l-istabbiliment ta’ awtorità indipendenti, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (“il-Kontrollur”), responsabbli mill-protezzjoni u l-garanzija tad-dritt għall-protezzjoni tad-data u għall-privatezza, u inkarigat biex jiżgura li l-istituzzjonijiet u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jħaddnu kultura b’saħħitha ta’ protezzjoni tad-data;

E.

billi l-Kontrollur iwettaq il-funzjonijiet tiegħu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data (DPAs) sħab bħala parti mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB), u jservi l-interess pubbliku filwaqt li jkun iggwidat mill-prinċipji tal-imparzjalità, l-integrità, it-trasparenza u l-pragmatiżmu;

F.

billi l-Kontrollur għandu jiddelega s-setgħat tal-Uffiċjal Awtorizzanti lid-Direttur f’konformità mal-karta tal-kompiti u r-responsabbiltajiet li jikkonċernaw il-baġit u l-amministrazzjoni tal-Kontrollur ipprovduti f’konformità mal-Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), filwaqt li l-funzjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kontrollur għandha titwettaq mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tal-1 ta’ Marzu 2017;

1.

Jinnota li l-baġit tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (il-”Kontrollur”) jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li kien jammonta għal total ta’ EUR 10,7 biljun fl-2021; jinnota li l-Kontrollur huwa istituzzjoni relattivament żgħira li l-baġit tagħha jirrappreżenta biss madwar 0,18 % tal-baġit amministrattiv totali;

2.

Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-”Qorti”) fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2021 żiedet il-kampjun tagħha ta’ tranżazzjonijiet taħt “Amministrazzjoni” minn 48 fl-2020 għal 60 fl-2021;

3.

Jinnota li l-Qorti ssemmi li l-ħidma tagħha fuq bosta snin tindika li b’mod ġenerali dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx; jinnota, madankollu, li r-Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2021 ma jipprovdi l-ebda informazzjoni rilevanti dwar il-Kontrollur u jistieden lill-Qorti tinkludi, fir-rapporti annwali li jmiss, data komprensiva dwar it-twettiq sħiħ tar-rekwiżiti kollha meħtieġa għal proċedura ta’ kwittanza konsistenti;

4.

Jinnota b’sodisfazzjon li fir-Rapport Annwali tiegħu għas-sena finanzjarja 2021, il-Qorti tinnota li ma identifikat l-ebda kwistjoni speċifika li tikkonċerna lill-Kontrollur;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.

Jinnota li l-baġit għall-Kontrollur ikopri wkoll il-ħidma tas-Segretarjat indipendenti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (il-“Bord”), fejn il-Kontrollur ikun membru u jipprovdi persunal lis-Segretarjat;

6.

Jilqa’ r-Rapport Annwali tal-2021 ippubblikat mill-Kontrollur; jinnota li fl-2020 il-Kontrollur laħaq jew qabeż il-miri stabbiliti fi tmienja minn disa’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs);

7.

Jinnota li l-baġit għall-Kontrollur kien ta’ EUR 19 463 193 għall-2021, li jirrappreżenta tnaqqis marġinali ta’ 0,07 % meta mqabbel mal-2020; madankollu, dan għandu jiġi vvalutat ukoll fl-isfond li l-baġit żdied b’16,3 % mill-2019 sal-2020, li jikkoinċidi mal-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 u maż-żieda relatata fl-ammont ta’ xogħol;

8.

Jinnota wkoll li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit kienet ta’ 86 % għas-sena 2021, li tirrappreżenta żieda sinifikanti mill-2020 fejn ir-rata ta’ implimentazzjoni kienet ta’ 73 %; jirrikonoxxi li anke għall-2021, l-implimentazzjoni tal-baġit kienet affettwata ħafna mill-pandemija tal-COVID-19, li l-ewwel u qabel kollox illimitat severament avvenimenti fiżiċi, konferenzi u missjonijiet;

9.

Jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni fl-2021 kienet ta’ 89,60 % u ż-żmien medju għall-pagament kien ta’ 19,98-il jum; iħeġġeġ lill-Kontrollur inaqqas id-dewmien għall-pagamenti bl-użu ta’ soluzzjonijiet elettroniċi, li jikkontribwixxi biex l-awtoritajiet pubbliċi jsiru aktar trasparenti u sostenibbli;

10.

Jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur, matul l-2021, kompla jimplimenta l-approċċ biex jintlaħaq livell ogħla ta’ effiċjenza amministrattiva bl-użu ta’ ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz u ikun hemm parteċipazzjoni f’kuntratti qafas interistituzzjonali kbar;

Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern

11.

Jirrikonoxxi li l-2021 kienet ukoll sena ta’ sfida, mhux l-inqas minħabba l-pandemija tal-COVID-19, li ħolqot il-ħtieġa immedjata tas-salvagwardja tal-benesseri tal-persunal u fl-istess ħin ħolqot kompiti ġodda, inklużi l-istabbiliment taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u l-monitoraġġ tal-Formoli tal-Lokalizzazzjoni tal-Passiġġieri, tal-apps għat-traċċar tal-kuntatti, u teknoloġiji oħra użati għall-ġlieda kontra l-virus, u filwaqt li ġie żgurat li dawn kienu kompletament konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali;

12.

Jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur ħoloq minnufih task force intern għall-COVID-19 biex jiġu mmonitorjati u vvalutati b’mod attiv it-tweġibiet tal-Unjoni għall-pandemija, ħaġa li ħolqot dubji u tħassib dwar il-protezzjoni tad-data personali u d-drittijiet tal-privatezza tal-individwi; jilqa’ wkoll il-fatt li l-Kontrollur nieda kompetizzjoni biex jiġu impjegati aktar esperti speċjalizzati dwar il-protezzjoni tad-data u adatta l-organizzazzjoni interna biex tirrifletti ż-żieda fl-ammont ta’ xogħol fuq il-protezzjoni tad-data;

13.

Jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur, fit-tweġibiet tiegħu għar-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tas-sena l-oħra, isemmi li ddeċieda li jsaħħaħ il-kontrolli ex ante permezz ta’ listi ta’ kontroll xierqa u ddeċieda li jimpjega membru wieħed tal-persunal full-time għall-funzjoni ta’ Koordinatur tal-Kontroll Intern sabiex itejjeb il-proċeduri interni u jagħmel l-organizzazzjoni aktar effiċjenti mill-ewwel trimestru tal-2023;

14.

Jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur involva ruħu f’eżerċizzju ta’ rieżami tal-Kontinwità tal-Operat u tal-Ġestjoni tal-Kriżijiet ma’ partijiet ikkonċernati interni u esterni rilevanti wara valutazzjoni interna tat-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19, kif imħeġġa wkoll mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tal-2020; jifhem li l-proċess għadu għaddej u jistenna li jibbenefika mit-tagħlimiet meħuda u l-miżuri possibbli meħuda bħala parti mill-proċedura ta’ kwittanza tal-2022;

Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal

15.

Jinnota li, fi tmiem l-2021, il-Kontrollur kellu 132 membru tal-persunal, li jirrappreżenta żieda żgħira mill-aħħar tal-2020 fejn kien hemm 124 membru tal-persunal u żieda sinifikanti mill-aħħar tal-2019, fejn kien hemm 107 membri tal-persunal; jinnota bi tħassib li l-għadd ta’ aġenti kuntrattwali żdied minn 37 fi tmiem l-2020 għal 49 fi tmiem l-2021, filwaqt li l-għadd ta’ uffiċjali naqas minn 72 għal 68 matul l-istess perjodu; iħeġġeġ lill-Kontrollur jipprovdi kuntratti permanenti lill-impjegati tiegħu biex jiggarantixxi l-kontinwità tal-operat u s-sigurtà tax-xogħol; jissottolinja li l-Kontrollur qed jiffaċċja sfidi biex jattira speċjalisti bl-għarfien espert meħtieġ f’oqsma speċifiċi u jħeġġeġ lill-Kontrollur jesplora modi kif tiżdied il-viżibbiltà tal-pożizzjonijiet vakanti tiegħu;

16.

Jieħu nota li l-Kontrollur kellu jittratta erba’ darbiet aktar konsultazzjonijiet leġiżlattivi meta mqabbel mal-2019, u jinnota li hemm biss membru wieħed ġdid tal-persunal biex jassorbi din iż-żieda fl-ammont ta’ xogħol; jinnota wkoll li s-settijiet ta’ data fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li l-Kontrollur huwa responsabbli għall-monitoraġġ tagħhom, qed jiżdiedu wkoll drastikament;

17.

Jinnota b’sodisfazzjon li fi tmiem l-2021, l-għadd ta’ nazzjonalitajiet tal-Unjoni rrappreżentati fost il-persunal kompla jiżdied għal 21 meta mqabbel ma’ 20 fi tmiem l-2020; jinnota wkoll li r-rappreżentanza ta’ aktar nazzjonalitajiet għenet biex jiġi żviluppat bilanċ ġeografiku aħjar fl-istituzzjoni; jistieden lill-Kontrollur ikompli jippromwovi wkoll opportunitajiet indaqs u bilanċ ġeografiku għall-pożizzjonijiet maniġerjali medji u superjuri;

18.

Jinnota li filwaqt li ż-żewġ pożizzjonijiet maniġerjali superjuri huma okkupati mill-irġiel, in-nisa jkopru 75 % (3 minn 4) tal-pożizzjonijiet ta’ maniġers medji; jinnota li fost il-kategoriji minn GFII sa GFIV, 38 minn 48 persuna, ekwivalenti għal kważi 80 %, kienu nisa; jinnota wkoll li n-nisa jkopru 63 % tal-forza tax-xogħol totali fl-2021, żieda minn 58 % fl-2020;

19.

Jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur, fit-tweġibiet tiegħu għar-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tas-sena l-oħra, isemmi li l-persunal tar-riżorsi umani tal-Kontrollur regolarment isegwi t-taħriġ “Preġudizzju Inkonsapevoli fl-Għażla u fir-Reklutaġġ” sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni tajba tal-Istrateġija għall-Opportunitajiet Indaqs;

20.

Jinnota li r-rata ta’ okkupazzjoni fi tmiem l-2021 kienet ta’ 88 %, li hija pjuttost baxxa; jifhem fl-istess ħin li uħud mill-proċeduri ta’ selezzjoni kienu għadhom għaddejjin fi tmiem l-2021, filwaqt li xi pożizzjonijiet inżammu miftuħa b’antiċipazzjoni għal-lista tal-kandidati li jirnexxu fil-qasam tal-protezzjoni tad-data li ġiet ppubblikata fi tmiem l-ewwel semestru tal-2022; jinnota wkoll li l-ebda kariga maniġerjali superjuri jew medja ma kienet vakanti matul l-2021;

21.

Jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur żgura l-benesseri mentali kemm tal-persunal tal-Kontrollur kif ukoll tal-Bord matul il-pandemija tal-COVID-19, inkluż, fost l-oħrajn, biex jingħata taħriġ kemm fuq bażi individwali kif ukoll bħala tim;

22.

Jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur żviluppa s-sistema għal arranġamenti ta’ xogħol flessibbli, inkluż permezz tar-reġim tal-ħin flessibbli li jippermetti lill-persunal jiddeċiedi fuq bażi ta’ kuljum meta jibda u jispiċċa x-xogħol tiegħu bejn is-7.00 u t-20.30; jilqa’ wkoll li l-Kontrollur ħoloq ukoll sistema li biha l-persunal jista’ jakkumula s-sahra, li tista’ tiġi kkumpensata;

23.

Jinnota li r-regoli attwali jippermettu lill-membri tal-persunal jagħmlu telexogħol sa tlett ijiem fil-ġimgħa u bi qbil mas-superjur ġerarkiku dirett, u xi membri tal-persunal jistgħu jitħallew jaħdmu għal aktar minn 60 % bħala telexogħol; jilqa’ l-fatt li r-regoli tat-telexogħol jippermettu lill-persunal jaħdem barra mill-post tax-xogħol għal massimu ta’ 15-il jum fis-sena bil-possibbiltà li jżid 15-il jum oħra bl-approvazzjoni tal-awtorità tal-ħatra; iħeġġeġ lill-Kontrollur jippermetti t-telexogħol kull meta jkun possibbli jekk il-membri tal-persunal jitolbu dan;

24.

Jieħu nota li l-Kontrollur bħalissa qed jistabbilixxi grupp ta’ ħidma biex jiżviluppa approċċ strateġiku sabiex jiżgura li l-ammont ta’ xogħol ikun kondiviż u distribwit b’mod ugwali fost il-persunal, abbażi tar-riżultati tal-istħarriġiet dwar is-Sodisfazzjon tal-Persunal; jilqa’ l-fatt li matul l-2021 ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ eżawriment; jilqa’ wkoll il-fatt li l-għadd ta’ persuni fuq liv tal-mard u l-għadd ta’ jiem ta’ assenza minħabba liv tal-mard naqas fl-2021 meta mqabbel mal-2020;

25.

Jilqa’ l-fatt li fl-2021 ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ fastidju psikoloġiku jew sesswali u li l-Kontrollur jiżgura li se jibqa’ viġilanti biex jiżgura li ma jseħħ l-ebda każ bħal dan fil-futur;

26.

Jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur u l-Bord jirreklutaw għadd relattivament kbir ta’ trainees meta mqabbel mad-daqs tal-istituzzjoni tagħhom; jilqa’ wkoll il-fatt li t-tmien trainees kollha reklutati f’Marzu 2021 u d-disa’ trainees reklutati f’Ottubru 2021 irċevew remunerazzjoni;

Qafas etiku u trasparenza

27.

Jinnota li l-Qafas Etiku tal-Kontrollur, li ġie aġġornat fl-2019, fost affarijiet oħra, jinkludi taħriġ obbligatorju ta’ introduzzjoni għal impjegati ġodda dwar il-fastidju, il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess u oqsma etiċi oħra; jinnota li 25 persuna rċevew taħriġ dwar dawn l-oqsma matul l-2021 u li l-persunal kollu li qed jissieħeb fl-istituzzjoni jrid jiffirma Dikjarazzjoni ta’ Kunfidenzjalità u jeħtieġlu jiddikjara nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess; jilqa’ wkoll il-fatt li matul l-2022 se tiżdied sessjoni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta;

28.

Jitlob lill-Kontrollur jipprovdi informazzjoni dwar il-kodiċi ta’ kondotta għal karigi ta’ maniġment superjuri li ddeċieda li jibda jabbozza;

29.

Jilqa’ l-fatt li matul l-2021 ma kien hemm l-ebda investigazzjoni tal-OLAF li kienet tinvolvi membri tal-persunal mill-Kontrollur jew mill-Bord; jinnota li fl-2021 kien hemm każ wieħed tal-Ombudsman Ewropew li kien jinvolvi lill-Kontrollur, li kien magħluq bil-konklużjoni li kien ġie solvut u għalhekk ma ġiet indirizzata l-ebda rakkomandazzjoni lill-Kontrollur; jilqa’ wkoll il-fatt li ma kien hemm l-ebda każ ta’ kunflitti ta’ interess jew ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta fl-2021;

30.

Jinnota li bħalissa l-Kontrollur ma jużax ir-Reġistru tat-Trasparenza Interistituzzjonali iżda li l-Aġenda, il-laqgħat reġistrati u l-interventi tal-Kontrollur, inklużi l-laqgħat mar-rappreżentanti tal-interessi jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kontrollur; jistieden lill-kontrollur jiffinalizza l-analiżi interna tiegħu tal-għażliet disponibbli u biex jingħaqad mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar reġistru ta’ trasparenza obbligatorju;

31.

Jilqa’ s-segwitu li sar mill-Kontrollur dwar talba għall-aċċess għad-data ta’ ċittadin; jenfasizza, madankollu, li l-Kontrollur ħareġ deċiżjoni fil-każ qabel ma l-fatti kollha kienu ġew ivverifikati u stabbiliti, għalkemm il-proċedura ta’ lment kienet ilha għaddejja għal aktar minn sentejn u kienet għadha għaddejja fi tmiem l-2022; jistieden lill-Kontrollur jirrieżamina r-regoli ta’ proċedura tagħha biex jiġi żgurat rieżami effiċjenti u f’waqtu tal-ilmenti miċ-ċittadini filwaqt li titqies l-informazzjoni kollha rilevanti (3);

32.

Jinnota li fl-2021 ma kien hemm l-ebda każ ta’ membri tal-persunal li ħallew l-istituzzjoni sabiex jingħaqdu mas-settur privat u l-ebda każ li jinvolvi perjodi ta’ preklużjoni; jilqa’ l-fatt li ma kien hemm l-ebda każ ta’ eks MEPs, Kummissarji jew uffiċjali ta’ livell għoli (mill-AD14) li rċevew flus mill-baġit bħala konsulenti jew oħrajn;

33.

Jitlob li jintemm l-użu ta’ kumpaniji esterni li, skont il-klassifikazzjoni tal-Università ta’ Yale (4) , għadhom qed joperaw fir-Russja;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data

34.

Jinnota li l-impenji baġitarji għas-sena 2021 kienu 20 % ogħla mill-2020 fir-rigward tal-proġetti u t-tagħmir tal-IT, inkluż it-tagħmir tal-vidjokonferenzi, u dan ippermetta li jsiru laqgħat ibridi fl-organizzazzjoni;

35.

Jirrikonoxxi li ħafna funzjonijiet ċentrali tal-IT, inkluż fil-qasam taċ-ċibersigurtà huma pprovduti mill-Parlament Ewropew bħala l-Fornitur ta’ Servizzi Korporattivi u s-CERT-EU (l-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters); jitlob lill-Kontrollur iżomm ħarsa ġenerali fuq id-data personali skambjata fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni bil-għan li tiġi żgurata ċ-ċibersigurtà; jilqa’ l-fatt li, madankollu, l-Kontrollur qed jieħu passi biex itejjeb l-effettività u s-sigurtà diġitali tiegħu, inkluż billi jipprovdi taħriġ regolari ta’ sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà għall-persunal kollu tiegħu, inkluż taħriġ ta’ introduzzjoni għal dawk ġodda;

36.

Japprezza l-fatt li l-Kontrollur ikompli jmexxi u juri l-użu ta’ għodod b’sors miftuħ għall-prevenzjoni tal-intrappolament tal-klijentela, għaż-żamma tal-kontroll fuq is-sistemi tekniċi, għall-għoti ta’ salvagwardji aktar b’saħħithom għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data tal-utent, u għaż-żieda fis-sigurtà u t-trasparenza għall-pubbliku, bħala alternattiva għal għodod proprjetarji; iħeġġeġ lill-Kontrollur jikkomunika dawn il-kunsiderazzjonijiet lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni;

37.

Jilqa’ l-inizjattiva l-ġdida TechSonar li għandha l-għan li timmonitorja xejriet teknoloġiċi emerġenti biex wieħed jifhem aħjar l-impatt potenzjali tagħhom fuq l-individwi u biex jiġi żgurat futur diġitali sostenibbli fejn il-protezzjoni tad-data personali tkun iggarantita;

38.

Ifakkar li l-volum ta’ xogħol tal-Kontrollur x’aktarx li jiżdied aktar minħabba x-xejra dejjem tikber tad-diġitalizzazzjoni fl-Unjoni, ir-reviżjoni tal-mandati tal-aġenziji u l-inizjattivi ppreżentati mill-Kummissjoni, speċjalment fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, b’mod partikolari l-opinjonijiet dwar il-mandat tal-Europol, dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali u dak dwar is-Swieq Diġitali, dwar id-Direttiva NIS 2.0 u l-opinjonijiet konġunti dwar l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE; japprezza l-kontribut tal-Kontrollur għall-ħidma leġiżlattiva b’kooperazzjoni mal-Bord; jisħaq fuq l-importanza li r-riżorsi umani u finanzjarji jiġu adattati għall-volum ta’ xogħol dejjem jikber u li l-baġit tal-Kontrollur jiżdied b’mod korrispondenti;

Binjiet

39.

Jinnota li wara t-tluq tal-Ombudsman Ewropew fl-aħħar ta’ Ottubru 2021, il-Kontrollur u l-Bord saru l-uniċi li kienu qed jikru l-bini ta’ rue Montoyer 30 fi Brussell, li jinkrielhom mill-Parlament Ewropew; jinnota li tliet sulari tal-bini ġew sussegwentement rinnovati u aktar minn 100 Kontrullur u membri tal-persunal tal-Bord bidlu uffiċċji; jinnota wkoll li r-rinnovazzjoni kienet tinvolvi l-modernizzazzjoni u l-adattament tal-bini għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġodda wara l-pandemija tal-COVID-19, inkluża ż-żieda ta’ sistemi portabbli ta’ telekonferenzi;

40.

Jinnota li fir-rapport ta’ kwittanza tal-2020, il-Parlament Ewropew ħeġġeġ lill-Kontrollur iqis fi ħdan l-istrateġija ta’ bini tiegħu l-ħtiġijiet tal-persuni b’mobilità mnaqqsa jew b’diżabilità oħra; jinnota li fit-tweġibiet il-Kontrollur jirreferi għall-Ftehim Amministrattiv li huwa għandu mal-Parlament Ewropew; Iħeġġeġ, madankollu, lill-Kontrollur biex jagħti attenzjoni speċjali lil dan il-qasam fl-istrateġija tal-bini tiegħu;

Ambjent u sostenibbiltà

41.

Jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur kompla l-ħidma tiegħu biex l-istituzzjoni tkun waħda mingħajr karti, inkluż billi jiżgura li ċ-ċiklu tal-ħlas għall-fatturi jiġi mmaniġġjat b’mod elettroniku, li l-proċessi ta’ selezzjoni u ta’ valutazzjoni fi ħdan ir-riżorsi umani jiġu mmaniġġjati mingħajr karti;

42.

Jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur ikompli jħeġġeġ l-użu tat-trasport pubbliku billi jirrimborża 50 % tat-tariffi ta’ kull xahar/annwali għat-trasport pubbliku u jkompli jalloka biżżejjed spazju fil-faċilitajiet tal-garaxxijiet tiegħu sabiex il-membri tal-persunal jipparkjaw r-roti tagħhom;

43.

Jinnota li l-Kontrollur iddikjara li se jistħarreġ dwar il-pjanijiet għall-installazzjoni ta’ pannelli solari fuq il-bini mikri mill-Parlament Ewropew u jħeġġeġ lill-Kontrollur biex jaħdem favur l-installazzjoni ta’ dawn il-pannelli;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

44.

Jilqa’ l-kooperazzjoni bejn il-Kontrollur fir-rwol superviżorju tiegħu u l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji l-oħra tal-Unjoni u speċjalment l-UPPE bħala korp li għadu kif ġie stabbilit;

45.

Jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur qed jissorvelja mill-qrib l-evalwazzjoni tal-proġett tal-euro diġitali mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar kwistjonijiet bħad-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali; jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-Kontrollur ikollu riżorsi addizzjonali sabiex jissorvelja dan il-proġett;

46.

Jilqa’ l-inizjattiva proposta mill-Kontrollur biex jistabbilixxi grupp ta’ esperti ta’ appoġġ magħmul kemm mill-Bord kif ukoll minn esperti esterni biex jakkumpanjaw lill-Awtoritajiet Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Data fil-ħidma tagħhom dwar investigazzjonijiet u attivitajiet ta’ infurzar ta’ interess komuni sinifikanti;

47.

Jinnota li l-Kontrollur kellu djalogu mal-Europol dwar l-ipproċessar tiegħu ta’ settijiet ta’ data fuq skala kbira sabiex jiżgura li d-data tiġi pproċessata b’mod konformi; jinnota li, minn Settembru 2020, il-Kontrollur enfasizza diversi drabi t-tħassib serju tiegħu relatat mal-minimizzazzjoni tad-data u ż-żamma ta’ settijiet ta’ data li ma għandhomx klassifikazzjoni tas-suġġett tad-data; iħeġġeġ lill-Kontrollur ikompli d-djalogu sabiex jindirizza dawn il-problemi;

48.

Jinnota li l-Kontrollur ma kkonkluda l-ebda ftehim interistituzzjonali ġdid matul l-2021 iżda rreveda Ftehim Amministrattiv mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb li joħloq uffiċċju tal-Kontrollur permanenti fil-bini tal-Parlament fi Strażburgu, li se jippermetti wkoll rabta aktar mill-qrib mal-Kunsill tal-Ewropa u se jiffaċilita spezzjonijiet regolari ta’ bażijiet tad-data tal-eu-LISA, li qed jipproċessaw data personali fuq skala kbira;

49.

Jirrikonoxxi ż-żewġ investigazzjonijiet rigward trasferimenti ta’ data personali lil pajjiżi mhux tal-UE/taż-ŻEE mnedija fil-qafas tal-Istrateġija Schrems II tal-Kontrollur;

Kommunikazzjoni

50.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Kontrollur, fl-2021, organizza diversi avvenimenti li servew ukoll biex ikabbru r-rwol tiegħu u biex il-pubbliku ġenerali jifhem il-missjoni tiegħu, inkluż il-Jum għall-Protezzjoni tad-Data, Jum l-Ewropa, il-konferenza tat-trainees u l-podcasts tal-Kontrollur, is-Summit tas-Soċjetà Ċivili tal-Kontrolluri, il-Kompjuters annwali, il-Konferenza dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza u d-Data, l-Assemblea Globali tal-Privatezza u l-konferenza dwar il-Futur tal-Protezzjoni tad-Data;

51.

Japprezza l-fatt li l-Kontrollur ħejja fażi pilota pubblika ta’ żewġ pjattaformi tal-media soċjali, EU Voice u EU Video, li tnedew fl-2022 biex jippromwovu l-użu ta’ teknoloġiji deċentralizzati, b’xejn u b’sors miftuħ bħala alternattiva għan-networks soċjali; jifhem li dawn l-inizjattivi pilota jikkontribwixxu għall-istrateġija tal-Unjoni għad-data u s-sovranità diġitali li għandha l-għan li trawwem l-indipendenza tal-Unjoni fid-dinja diġitali;

52.

Jilqa’ l-isforzi tal-Kontrollur biex jimmonitorja, u jispjega lill-pubbliku ġenerali, l-iżviluppi emerġenti fit-teknoloġija u l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, permezz tar-rapporti TechDispatch u TechSonar; jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ impjegati addizzjonali teknikament kwalifikati biex jiġi żgurat is-segwitu xieraq ta’ dawn il-kompiti; jinnota b’sodisfazzjon li l-inizjattiva TechDispatch ingħatat il-Premju tal-2021 għall-Protezzjoni tal-Privatezza u tad-Data Globali “Edukazzjoni u Sensibilizzazzjoni Pubblika”, fl-okkażjoni tat-43 Assemblea globali dwar il-Privatezza tal-2021; iħeġġeġ lill-Kontrollur iżid il-kapaċitajiet tiegħu fil-qasam tal-monitoraġġ tat-teknoloġija u jniedi kampanji ta’ informazzjoni dwar is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(3)  Dan jirrigwarda l-każ tas-Sur van der Linde, ċittadin Netherlandiż; il-każ ġie rrappurtat fil-media. Kieku l-proċedura sħiħa setgħet tiġi ttrattata b’aktar ħeffa, kieku ċ-ċittadin seta’ jkun sodisfatt bl-eżitu tal-ilment imressaq quddiem l-EDPS (l-ilment intbagħat lill-EDPS fit-tieni nofs tal-2020).

(4)  https://som.yale.edu/story/2022/over-1000-companies-have-curtailed-operations-russia-some-remain


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/165


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1839 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima X — Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0236/2022) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2021 (COM(2022) 292),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118 u 260 sa 263 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0088/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU L 93, 17.3.2021.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.

(3)   ĠU C 391, 12.10.2022, p. 6.

(4)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(5)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/166


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1840 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima X — Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima X — Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0088/2023),

A.

billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-infiq amministrattiv tal-Kwartieri Ġenerali (HQ) tiegħu fi Brussell u għan-network tal-144 delegazzjoni u uffiċċju tal-Unjoni;

B.

billi r-responsabbiltà tas-SEAE ġiet estiża biex tkopri l-ġestjoni amministrattiva tal-persunal tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet permezz ta’ sensiela ta’ Ftehimiet dwar il-Livell ta’ Servizz (FLS);

C.

billi r-rwol tad-delegazzjonijiet huwa li jirrappreżentaw lill-Unjoni u liċ-ċittadini tagħha madwar id-dinja billi jibnu networks u sħubijiet, u li jippromwovu l-valuri u l-interessi tal-Unjoni;

D.

billi l-pekuljarità tas-SEAE tibqa’ fin-natura u l-oriġini tagħha, kif kienet meta ġiet iffurmata bl-amalgamazzjoni ta’ persunal li jappartjeni għal dawk li kienu d-dipartimenti tar-relazzjonijiet esterni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li fihom ġew integrati d-diplomatiċi mill-Istati Membri;

E.

billi skont ir-Regoli Interni tas-SEAE, is-Segretarju Ġenerali tas-SEAE jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti b’delega għall-istituzzjoni u d-Direttur Ġenerali għall-Ġestjoni tar-Riżorsi għandu r-rwol ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega prinċipali;

F.

billi l-implimentazzjoni tal-baġit hija regolata mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regoli Interni ta’ Implimentazzjoni tal-Baġit tas-SEAE;

1.

Jinnota li l-baġit tas-SEAE jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), "Amministrazzjoni pubblika Ewropea", li fl-2021 kienet tammonta għal total ta’ EUR 10,7 biljun; jinnota li l-baġit tas-SEAE (pagamenti, inklużi kontribuzzjonijiet mill-Kummissjoni) jirrappreżenta madwar 9 % tal-baġit amministrattiv totali taħt l-intestatura 7 tal-QFP;

2.

Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2021, żiedet il-kampjun ta’ tranżazzjonijiet fl-ambitu tal-“Amministrazzjoni” minn 48 fl-2020 għal 60 fl-2021;

3.

Jinnota li l-Qorti ssemmi li mill-ħidma tagħha li wettqet fuq ħafna snin jirriżulta li kumplessivament dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx; madankollu, jistieden lill-Qorti biex fir-rapporti annwali li jmiss tinkludi data aktar komprensiva rigward it-tlestija tar-rekwiżiti kollha meħtieġa għal proċedura ta’ kwittanza konsistenti;

4.

Jinnota li l-Qorti ssemmi li sabet żewġ żbalji kwantifikabbli fil-pagamenti li saru mis-SEAE — wieħed kien jikkonċerna n-nuqqas ta’ kuntratt sottostanti għas-servizzi miksuba minn Delegazzjoni tal-Unjoni u l-ieħor kien relatat mal-allowances imħallsa lil membru tal-persunal li ma kienx iddikjara bidliet reċenti fis-sitwazzjoni personali tiegħu;

5.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti tinnota wkoll li ma sabet l-ebda kwistjoni sinifikanti bis-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll li hija eżaminat fis-SEAE;

6.

Jinnota, barra minn hekk, li fl-2015, il-Qorti sabet dgħufijiet sinifikanti relatati mal-proċeduri ta’ akkwist u ta’ reklutaġġ organizzati mid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni; jinnota li, fl-2021, il-Qorti tat segwitu għal dawn l-osservazzjonijiet billi eżaminat kampjun ta’ għaxar proċeduri ta’ akkwist u tmien proċeduri ta’ reklutaġġ lokali organizzati mid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni; jinnota li, fl-2019, is-SEAE għamel titjib fil-proċess ta’ akkwist permezz tas-simplifikazzjoni u tal-modernizzazzjoni tal-proċeduri ta’ ħidma fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, iċ-ċentralizzazzjoni ta’ xi proċessi fil-kwartieri ġenerali, il-ħolqien ta’ mudelli ġodda għad-dokumentazzjoni tal-akkwist u li rreveda r-regoli u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-impjieg ta’ aġenti lokali fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll wettaq kontrolli ex ante qabel ir-reklutaġġ tagħhom; fl-aħħar nett, jinnota bi tħassib li l-Qorti f’ħamsa mill-għaxar proċeduri ta’ akkwist eżaminati sabet xi nuqqasijiet fil-mod li bih id-Delegazzjonijiet tal-Unjoni applikaw ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku u sabet xi dgħufijiet fit-tmien proċeduri kollha ta’ reklutaġġ għall-aġenti lokali; jistieden lis-SEAE jieħu azzjoni biex isolvi l-problemi li jwasslu għal żbalji identifikati fil-qasam tal-akkwist u biex jipprevjeni l-ksur tar-regoli rilevanti fil-futur;

7.

Iħeġġeġ bil-qawwa lis-SEAE jieħu miżuri xierqa, bħat-tisħiħ tat-taħriġ u t-titjib fil-linji gwida u l-mudelli għad-dokumentazzjoni tal-akkwist, sabiex jitnaqqas l-għadd ta’ żbalji fir-rigward tal-proċeduri ta’ akkwist u ta’ reklutaġġ organizzati mid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u jirrapporta lill-awtoritajiet ta’ kwittanza dwar il-miżuri meħuda;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

8.

Jinnota li, fl-2021, il-baġit għas-SEAE kien ta’ EUR 767 626 000, li jirrappreżenta żieda ta’ 5,0 % meta mqabbel mal-2020, li hija simili għaż-żieda ta’ 5,2 % għall-2020 meta mqabbla mal-2019; josserva li, minbarra l-baġit tiegħu stess, is-SEAE ddispona wkoll minn ammont ta’ EUR 211 200 000 (inkluż dħul assenjat u ammonti riportati) mill-Kummissjoni biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-persunal tal-Kummissjoni li jaħdem fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; jinnota li, apparti ammonti oħra, is-SEAE rċieva wkoll kontribuzzjonijiet biex ikopru l-ispejjeż komuni tal-persunal tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fid-Delegazzjonijiet, u dan wassal biex l-ammonti baġitarji totali (approprjazzjonijiet ta’ impenn) ġestiti mis-SEAE jilħaq il-EUR 1 091,1 miljun;

9.

Jinnota li, fl-2021, ġie eżegwit 99,4 % tal-baġit finali tas-SEAE fir-rigward tal-impenji, li huwa ogħla mir-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ 95,0 % li ġiet irreġistrat fl-2020; jinnota li fir-rigward tal-pagamenti, ġie eżegwit 84,5 % tal-baġit għall-2021, livell kemxejn ogħla mill-2020, sena li fiha ġie eżegwit 82,3 %;

10.

Jinnota li l-baġit finali għall-kwartieri ġenerali tas-SEAE, wara t-trasferimenti, ammonta għal EUR 295 miljun li minnhom ġew eżegwiti EUR 290,5 miljun, ekwivalenti għal 98,5 %; jinnota li, fir-rigward tal-pagamenti, ġew eżegwiti EUR 238,3 miljun, ekwivalenti għal 80,8 %;

11.

Jinnota li l-baġit finali għad-delegazzjonijiet tas-SEAE, wara t-trasferimenti, ammonta għal EUR 472,6 miljun li minnhom ġew eżegwiti EUR 472,4 miljun, ekwivalenti għal 99,9 %; jinnota li, fir-rigward tal-pagamenti, ġew eżegwiti EUR 410,1 miljun, ekwivalenti għal 86,8 %;

12.

Jinnota li minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-baġit għall-IT żdied matul l-2021, filwaqt li l-baġit ta’ diversi partiti, inklużi s-salarji, tnaqqas; jinnota li s-SEAE informa lill-awtorità baġitarja dwar tliet trasferimenti matul l-2021, li tnejn minnhom saru biex jiġi indirizzat l-infiq addizzjonali kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u mir-rikonċiljazzjoni ta’ tmiem is-sena;

13.

Jinnota li s-SEAE kellu 131 352 pagament fl-2021, li minnhom 115 060, ekwivalenti għal 87,6 %, tħallsu fil-limitu ta’ żmien; jinnota wkoll li ż-żmien medju tal-ħlas nett kien ta’ 18-il jum u li l-perċentwal tal-fatturazzjoni elettronika kien ta’ 24 %;

14.

Jinnota b’sodisfazzjon li s-SEAE ffirma għadd sinifikanti ta’ Ftehimiet dwar il-Livell ta’ Servizz primarjament mal-Kummissjoni iżda wkoll ma’ istituzzjonijiet oħra li jkopru aktar minn 70 servizz differenti pprovduti minn 16-il entità; jinnota barra minn hekk li l-kontabilista tal-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit) għadu jaħdem bħala l-kontabilista għas-SEAE iżda li s-SEAE żied il-kapaċità tiegħu li jittratta xi funzjonijiet kontabilistiċi u anke l-funzjonijiet kontabilistiċi tad-delegazzjonijiet;

15.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-għadd ta’ ftehimiet ta’ kolokazzjoni li fihom l-Istati Membri u entitajiet oħra tal-Unjoni jillokalizzaw il-persunal tagħhom fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni qed ikompli jiżdied u laħaq il-115-il ftehim fis-67 Delegazzjoni tal-Unjoni b’total ta’ 36 sieħeb;

Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern

16.

Jinnota li, fl-2021, is-SEAE implimenta l-akbar riorganizzazzjoni tas-servizz tiegħu minn mindu nħoloq fl-2011, u stabbilixxa sitt dipartimenti ġeografiċi kbar u Uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali sabiex jirrifletti aħjar is-sitwazzjoni ġeopolitika attwali; jinnota li nħoloq ukoll Direttorat ġdid għall-Komunikazzjoni Strateġika u l-Prospettiva billi ngħaqdu żewġ Taqsimiet tal-Komunikazzjonijiet Strateġiċi u d-Diviżjoni tal-Ippjanar ta’ Politika u tal-Prospettiva Strateġika sabiex tiġi indirizzata aħjar id-diżinformazzjoni;

17.

Jinnota li matul l-2021 il-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-SEAE komplew jiġu affettwati bil-kbir mill-pandemija tal-COVID-19; jinnota li, b’mod partikolari, sar iffrankar fuq is-salarji minħabba proċeduri ta’ reklutaġġ aktar bil-mod u fuq missjonijiet, laqgħat, konferenzi eċċ; jinnota li l-pandemija ħolqot ukoll possibbiltajiet ta’ tixrid tad-diżinformazzjoni u manipulazzjoni u interferenza barranin u għalhekk, żiedet mal-isfidi tas-SEAE;

18.

Jinnota li, fl-2021, is-SEAE ffaċċja diversi kriżijiet ta’ sigurtà fl-Afganistan, fis-Saħel u fl-Etjopja u li f’dawn il-kriżijiet kien pjuttost tard biex jinforma u jirreaġixxi għall-bidliet fil-prattika, u dan wassal għal evakwazzjonijiet rapidi tal-persunal tal-Unjoni;

19.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-ebda Delegazzjoni tal-Unjoni ma ppreżentat riżervi fl-2021;

20.

Jinnota li aspetti differenti tal-ħidma tas-SEAE qed jiġu awditjati mill-Awditur Intern tiegħu, mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni u mill-Qorti tal-Awdituri; jinnota li filwaqt li huwa importanti li jiġu żgurati kontrolli u awditi bir-reqqa, huwa daqstant importanti li jiġi evitat ix-xogħol doppju;

21.

Jinnota b’sodisfazzjon li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni fir-"Rapport Annwali dwar l-awditi interni mwettqa fl-2021" tiegħu, li jikkonċerna tliet awditi preċedenti relatati mal-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u s-SEAE, ikkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet kollha kienu ġew implimentati;

22.

Jinnota li d-Diviżjoni tal-Awditjar Intern (IAD) tas-SEAE, fil-pjan tagħha għall-perjodu 2018-2021, iffukat primarjament fuq l-infiq tal-persunal, li jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-infiq tas-SEAE; jinnota li l-pjan tal-IAD għall-perjodu 2022-2024 se jiffoka fuq oqsma oħra li qabel ma kinux koperti bħal pereżempju s-sigurtà, l-infrastruttura u l-IT; jistieden lis-SEAE jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar ir-riżultati ta’ dan l-awditu intern;

23.

Jinnota b’sodisfazzjon li t-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha tal-baġit tas-SEAE rreġistrati matul is-sena baġitarja 2021 huma kkontrollati permezz ta’ kampjuni stratifikati aleatorji bl-użu ta’ metodoloġija simili għal dik użata mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri;

Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal

24.

Jinnota li, fi tmiem l-2021, kien hemm 5 072 membru tal-persunal impjegati mis-SEAE li minnhom 2 303 (45,4 %) ħadmu fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE u 2 769 (54,6 %) ħadmu fid-Delegazzjonijiet u fl-Uffiċċji tal-Unjoni madwar id-dinja; jinnota li dan jirrappreżenta żieda sinifikanti ta’ 9,2 % minn 4 643 membru tal-persunal fl-2020 li minnhom 2 286 ħadmu fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE u 2 357 ħadmu fid-Delegazzjonijiet u fl-uffiċċji; jinnota li l-biċċa l-kbira taż-żiediet seħħet fid-Delegazzjonijiet u fl-Uffiċċji fejn aktar minn 450 pożizzjoni ta’ aġent lokali ġew trasferiti mill-Kummissjoni għall-baġit tas-SEAE; jinnota fl-aħħar nett li s-SEAE rċieva 47 ekwivalenti full-time addizzjonali fl-2021 mill-Awtorità Baġitarja;

25.

Jinnota li, fi tmiem l-2021, il-persunal kien magħmul minn 1 706 uffiċjali u aġenti temporanji, 1 543 aġent lokali, 567 aġent kuntrattwali, 467 espert nazzjonali sekondat, 43 professjonist subaltern fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u 746 membru tal-persunal estern ieħor u trainee; jinnota fl-aħħar nett li barra minn hekk kien hemm 3 327 membru tal-persunal tal-Kummissjoni impjegati fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni;

26.

Jinnota li, fl-2021, in-nisa kienu jirrappreżentaw 46,7 % tal-persunal tas-SEAE, bi tnaqqis żgħir minn 48,7 % fl-aħħar tal-2020; jinnota madankollu li n-nisa rrappreżentaw 37,4 % tal-pożizzjonijiet AD, li hija żieda minn 37,3 % fl-2020; jinnota b’sodisfazzjon li kien hemm żieda relattiva fl-għadd ta’ nisa fil-pożizzjonijiet maniġerjali kollha, fejn l-għadd ta’ nisa f’karigi ta’ maniġment intermedju żdied minn 32,7 % fl-2020 għal 35,4 % fl-2021 u l-għadd ta’ nisa f’karigi tal-maniġment superjuri żdied minn 25,5 % għal 26,3 % u l-għadd ta’ nisa bħala kap tad-delegazzjoni żdied minn 27,1 % għal 29,4 %; iħeġġeġ lis-SEAE jmexxi bl-eżempju biex iżid l-għadd ta’ nisa bħala kap tad-delegazzjonijiet u biex jinvolvi ruħu f’diplomazija femminista, speċjalment f’pajjiżi terzi bi standards aktar baxxi rigward l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, bil-għan li jiġu promossi d-drittijiet tan-nisa u l-governanza inklużiva;

27.

Jilqa’ l-fatt li s-SEAE ħatar Ambaxxatur għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u d-Diversità biex iqajjem kuxjenza u kunsiderazzjoni fid-diplomazija, fid-djalogu politiku u fid-deċiżjonijiet ta’ politika; jilqa’ wkoll il-fatt li s-SEAE, bħala parti mill-istrateġija #NoWomanNoEUDiplomacy, qed jiftaħ programmi ta’ mentoraġġ għan-nisa fi gradi AST u AD aktar baxxi sabiex joffrilhom perkors ta’ karriera għal pożizzjonijiet aktar għoljin; jistieden lis-SEAE jkompli jiffoka fuq l-iżgurar tal-bilanċ bejn il-ġeneri tal-persunal u tal-ġestjoni u jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar inizjattivi u progress fil-ksib ta’ dan il-bilanċ;

28.

Jitlob li jkun hemm strateġiji effettivi ta’ taħriġ dwar il-kwistjonijiet tal-ġeneru fi ħdan is-SEAE; jenfasizza l-importanza tal-investiment fir-riżorsi u fl-għarfien espert biex jiġu żviluppati strateġiji ta’ taħriġ u edukazzjoni ċċentrati fuq l-applikazzjoni ta’ approċċ bbażat fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għall-politiki u l-programmi internazzjonali sabiex tinkiseb bidla kulturali ġenwina fi ħdan is-SEAE; jispeċifika li għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-inkorporazzjoni tal-mekkaniżmi għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, għall-indirizzar tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru, għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-ġeneru u għall-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru; jissuġġerixxi li jiġi adottat programm ta’ taħriġ komprensiv għall-implimentazzjoni adegwata tal-GAP III fil-livelli kollha tas-SEAE;

29.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Istati Membri kollha huma rrappreżentati fil-persunal u li speċjalment l-għadd relattiv ta’ membri tal-persunal mill-Istati Membri li ngħaqdu fl-2004 jew aktar tard (EU13) żdied u żgura distribuzzjoni aktar raġonevoli fil-persunal ġenerali; madankollu, jisħaq li għad hemm żbilanċi għoljin fil-livell maniġerjali minkejja talbiet ripetuti mill-Parlament Ewropew biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni; jinsab imħasseb dwar il-fatt li 24 Stat Membru biss huma rrappreżentati fost l-Ambaxxaturi tas-SEAE u li d-distribuzzjoni hija aktar inugwali u li l-ħames Stati Membri li għandhom il-biċċa l-kbira tal-ambaxxaturi (Franza 19, il-Ġermanja 18, Spanja 17, l-Italja 16 u l-Belġju 12) għandhom 82 pożizzjoni minn 135, ekwivalenti għal 61 %; jissottolinja t-tħassib tiegħu dwar l-iżbilanċ ġeografiku rigward il-pożizzjoni tal-Kapijiet ta’ Delegazzjoni u jtenni t-talba tiegħu lis-SEAE biex ikompli jtejjeb ir-rappreżentanza tal-bilanċ ġeografiku sabiex ikun hemm rappreżentanza xierqa taċ-ċittadini mill-Istati Membri kollha;

30.

Jissottolinja li l-Istati Membri tal-UE13 jinkludu madwar 23 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni; jinnota li l-għadd ta’ maniġers intermedji mill-Istati Membri tal-EU13 żdied minn 13,8 % fl-2020 għal 16,2 % fl-2021, l-għadd ta’ maniġers superjuri minn dawk il-pajjiżi żdied minn 7,3 % għal 8,9 % u l-għadd ta’ ambaxxaturi minn dawn il-pajjiżi żdied minn 14,1 % fl-2020 għal 18 % fl-2021; jisħaq li s-SEAE, bħall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, jeħtieġlu jiżgura li l-Istati Membri kollha jkunu proporzjonalment irrappreżentati filwaqt li fl-istess ħin jiġu rrispettati l-kompetenzi u l-merti tal-kandidati; iħeġġeġ lis-SEAE jiżgura l-bilanċ ġeografiku sabiex ikun hemm rappreżentanza xierqa taċ-ċittadini mill-Istati Membri kollha, li tirrifletti d-diversità tagħhom, kif indikat fl-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali; itenni t-talba tiegħu lis-SEAE biex ikompli jinteraġixxi mal-Istati Membri biex jippromwovi l-pożizzjonijiet tiegħu fost in-networks diplomatiċi nazzjonali u l-akkademja;

31.

Jinnota bi tħassib li, fl-2021, 15-il pożizzjoni ta’ maniġment intermedju u ħames pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE u ħames pożizzjonijiet ta’ maniġment intermedju fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni kienu vakanti għal perjodu medju ta’ tliet xhur u li 15-il membru tal-persunal aġixxew f’pożizzjonijiet maniġerjali għat-tul ta’ żmien li dawn kienu vakanti; iħeġġeġ lis-SEAE jippromwovi aħjar il-pożizzjonijiet vakanti u l-opportunitajiet ta’ karriera tiegħu u jesplora modi biex itejjeb ir-reklutaġġ tal-persunal;

32.

Jinnota li s-SEAE kompla jimplimenta r-riforma tal-kundizzjonijiet għall-aġenti lokali u li 62 % tal-aġenti lokali ngħaqdu mar-riforma, li flimkien ma’ reklutaġġi ġodda wara l-1 ta’ Ġunju 2020, jimplika li aktar minn 66 % tal-aġenti lokali kienu koperti mir-regoli l-ġodda sal-31 ta’ Marzu 2022; jistieden lis-SEAE jsaħħaħ it-taħriġ u l-gwida dwar il-proċeduri ta’ reklutaġġ tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni għall-aġenti lokali biex jiżgura l-konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament ugwali;

33.

Jinnota li l-persunal tas-SEAE huwa awtorizzat jagħmel telexogħol sa tlett ijiem fil-ġimgħa fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE u jum fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni; jinnota b’sodisfazzjon li s-SEAE jippermetti kemm lill-persunal fil-Kwartieri Ġenerali kif ukoll lill-persunal espatrijat fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jagħmlu telexogħol għal 10 ijiem minn barra l-post tax-xogħol, li jista’ jiżdied f’sitwazzjonijiet speċifiċi sabiex jappoġġja lill-kollegi li jiffaċċjaw sitwazzjonijiet kumplessi tal-familja;

34.

Jinnota li, fl-2021, l-għadd ta’ persuni li kienu assenti minħabba mard żdied b’9,3 %, filwaqt li l-għadd ta’ jiem ta’ assenza minħabba mard żdied b’36 %; iqis li din hija żieda relattivament kbira u jistieden lis-SEAE jinvestiga aktar jekk ikun hemm xi ħaġa li tista’ ssir f’termini ta’ titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fiżiku u mentali biex jiġi żgurat li s-sitwazzjoni titjieb fis-snin li ġejjin; jistieden lis-SEAE jieħu l-miżuri meħtieġa biex itaffi r-riskju ta’ eżawriment u jiżgura l-benesseri tal-persunal tiegħu;

35.

Jinnota li s-SEAE ma jżommx data dwar id-diżabilità tal-persunal iżda li fi stħarriġ indirizzat lill-persunal kollu fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE u fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, 24 minn 1 075 tweġiba mill-membri tal-persunal iddikjaraw diżabilità permanenti filwaqt li 23 iddikjaraw diżabilità għal żmien qasir jew temporanju; jinnota barra minn hekk li s-SEAE talab lid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jipprovdu informazzjoni dwar l-adegwatezza u l-aċċessibbiltà tal-bini u tal-belt fejn jinsab, li trid titqies bħala l-ewwel pass biex ikun jista’ jintbagħat ukoll persunal b’diżabilità lid-Delegazzjonijiet; jistieden lis-SEAE jkompli jirrapporta dwar il-progress li sar lejn l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabilità fis-servizz;

36.

Jilqa’ l-programmi differenti ta’ sekondar u skambju tas-SEAE mal-Istati Membri, ma’ pajjiżi terzi, ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, u ma’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluż mal-Parlament Ewropew; jilqa’ b’mod speċjali l-fatt li minħabba t-titjib tas-sitwazzjoni kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, minn Novembru 2021 kien possibbli li jitkompla l-programm bejn is-SEAE u l-Parlament;

37.

Jilqa’ l-fatt li s-SEAE jieħu għadd relattivament kbir ta’ trainees kemm fil-Kwartieri Ġenerali kif ukoll fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni — 461 trainee b’kollox — u b’hekk jagħti lil ħafna żgħażagħ l-opportunità li jesperjenzaw xogħol f’istituzzjoni tal-Unjoni; jinnota barra minn hekk li t-trainees kollha fil-Kwartieri Ġenerali qed jingħataw għotja ta’ kull xahar, filwaqt li l-biċċa l-kbira tat-trainees fid-Delegazzjonijiet (96 %) tħallsu mis-SEAE jew minn istituzzjonijiet oħra; jistieden lis-SEAE jieħu l-passi xierqa biex jiżgura li t-trainees kollha tiegħu jirċievu remunerazzjoni deċenti;

38.

Iħeġġeġ il-fatt li jitkomplew l-isforzi biex tingħata ħajja ġdida lill-persunal ta’ bażi tas-SEAE u biex jiġi żviluppat korp diplomatiku Ewropew permanenti u speċjalizzat permezz ta’ kompetizzjonijiet miftuħa speċjalizzati u regolari, bil-għan li jirreklutaw persuni b’varjetà ta’ talenti, ħiliet u potenzjal;

Qafas etiku u trasparenza

39.

Jinnota li l-konformità mar-regoli u man-normi li jikkonċernaw l-imġiba etika u t-trasparenza hija essenzjali għall-istituzzjonijiet pubbliċi kollha u saħansitra aktar għas-SEAE peress li jirrappreżenta l-valuri tal-Unjoni madwar id-dinja fil-144 Delegazzjoni u Uffiċċju tiegħu; jilqa’ għalhekk il-fatt li s-SEAE dan l-aħħar adotta l-“Prinċipji ta’ mġiba professjonali”; iħeġġeġ lis-SEAE jkompli jorganizza sessjonijiet sistematiċi ta’ taħriġ u sensibilizzazzjoni fil-qasam tal-kondotta xierqa tal-persunal kollu tiegħu;

40.

Jinnota li s-SEAE qed joffri korsijiet ta’ taħriġ fl-etika fil-qafas ta’ Sessjonijiet ta’ Merħba għal Rekluti Ġodda u bħala parti minn seminars ta’ qabel l-istazzjonar għall-Ambaxxaturi tal-Unjoni; jinnota wkoll b’sodisfazzjon li l-maniġers maħtura kollha tal-Unjoni huma obbligati jsegwu kors dwar “Il-ħolqien ta’ ambjent tax-xogħol mingħajr fastidju”; iħeġġeġ lis-SEAE joffri wkoll kors ġenerali dwar l-etika bħala parti mit-tħejjijiet obbligatorji għall-istazzjonar fid-Delegazzjonijiet u fl-Uffiċċji tal-Unjoni;

41.

Jinnota li matul l-2021, ġew investigati ħames każijiet li jinvolvu l-persunal tas-SEAE mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li minnhom erbgħa ngħalqu mingħajr rakkomandazzjonijiet u wieħed ingħalaq b’rakkomandazzjonijiet; jitlob lis-SEAE jipprovdi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet lill-awtorità ta’ kwittanza;

42.

Jinnota li, matul l-2021, is-SEAE ma kellu l-ebda komunikazzjoni mal-UPPE iżda li s-SEAE huwa lest jikkoopera u li inizjattiva għal Memorandum ta’ Qbil possibbli bejn iż-żewġ servizzi hija f’idejn l-UPPE; jinnota li kooperazzjoni mill-qrib kemm mal-OLAF kif ukoll mal-UPPE hija importanti fi strateġija ġenerali kontra l-frodi;

43.

Jilqa’ l-fatt li s-SEAE jinsab fil-proċess li jaġġorna l-istrateġija tiegħu kontra l-frodi skont il-metodoloġija u l-gwida tal-2021 maħruġa mill-OLAF dwar l-istrateġiji kontra l-frodi; jilqa’ l-fatt li s-SEAE qed jippjana li jiżgura li l-korsijiet ta’ taħriġ ta’ sensibilizzazzjoni jkollhom fil-mira l-kategoriji kollha tal-persunal; iħeġġeġ lis-SEAE jagħmel dawn il-korsijiet ta’ taħriġ obbligatorji tal-inqas għall-persunal kollu li se jiġi stazzjonat barra mill-pajjiż; jitlob lis-SEAE jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-istrateġija l-ġdida meta tkun ġiet iffinalizzata, inkluża informazzjoni dwar it-tixrid tagħha lill-persunal;

44.

Jinnota li s-SEAE rċieva 16-il talba mill-Ombudsman Ewropew li 13-il każ minnhom ikkonkludew li ma seħħet l-ebda amministrazzjoni ħażina, filwaqt li ġiet identifikata amministrazzjoni ħażina f’każ wieħed u żewġ każijiet għadhom miftuħa; jinnota b’sodisfazzjon li s-SEAE huwa impenjat li jsegwi r-rakkomandazzjonijiet mill-Ombudsman fiż-żewġ każijiet li fihom l-Ombudsman ikun ħareġ tali rakkomandazzjonijiet;

45.

Jistieden lis-SEAE jimmonitorja l-pożizzjonijiet tal-persunal anzjan preċedenti u tal-kapijiet tad-delegazzjonijiet, minħabba r-rwol politiku sensittiv tagħhom; jistieden lis-SEAE jirrieżamina sistematikament it-tranżizzjonijiet potenzjalment problematiċi lejn is-settur privat jew lejn organizzazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi u jkompli jimmonitorja l-okkupazzjoni ta’ dawk li qabel kienu uffiċjali għolja sa tmiem il-perjodu obbligatorju ta’ preklużjoni, peress li s-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess li ma jkunux ġew indirizzati jistgħu jikkompromettu l-infurzar ta’ standards etiċi għolja fl-amministrazzjoni kollha tal-Unjoni;

46.

Jinnota b’sodisfazzjon li għadd ta’ sitwazzjonijiet li fihom il-persunal tal-missjonijiet iddikjara kunflitti ta’ interess ġew ittrattati billi l-persuni inkwistjoni tneħħewlhom ċerti kompiti; jinnota b’sodisfazzjon li s-SEAE applika l-perjodu ta’ preklużjoni għal tliet uffiċjali rtirati minn kuntatti professjonali ma’ ex kollegi u li s-SEAE ma rċieva l-ebda lment dwar ksur ta’ dan il-perjodu ta’ preklużjoni;

47.

Jistieden lis-SEAE jipprojbixxi lill-uffiċjali kollha li telqu mis-servizz milli jagħmlu lobbying u promozzjoni għat-tul tal-perjodu ta’ rtirar;;

48.

Iħeġġeġ lis-SEAE jagħti segwitu mingħajr aktar dewmien għat-tħabbira tiegħu li jadotta u jimplimenta dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni awtonomi fil-qasam tal-attivitajiet u tal-inkarigi esterni, li joħolqu bażi ġuridika sui generis għall-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet biex jipproteġu aħjar id-dehra u r-reputazzjoni tal-Unjoni fit-totalità tagħha;

49.

Jinnota li s-SEAE ma għandux rwol dirett fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, madankollu, għandu rwol importanti fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw sanzjonijiet u n-negozjar ta’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali, li għandhom impatt regolatorju konsiderevoli; għalhekk isibha estremament rilevanti li kieku s-SEAE jkun jista’ jissieħeb fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-Unjoni abbażi ta’ Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz; jistieden lis-SEAE jippubblika l-laqgħat kollha mat-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet ta’ lobbying, inklużi dawk tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, sabiex tittejjeb it-trasparenza;

50.

Jinnota b’sodisfazzjon li ma kien hemm l-ebda każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta rrapportat fl-2021 u li s-SEAE japplika l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta u jagħmilhom disponibbli fuq l-intranet tas-SEAE;

51.

Jitlob li jintemm l-użu ta’ kumpaniji esterni li, skont il-klassifikazzjoni tal-Università ta’ Yale (1), għadhom qed joperaw fir-Russja;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data

52.

Jinnota li meta mqabbel mal-2020, l-investiment fi proġetti u tagħmir tal-IT naqas b’6,4 % għal EUR 22 290 743, filwaqt li l-investiment għas-sigurtà żdied b’24,6 % għal EUR 5 778 000;

53.

Jilqa’ l-fatt li s-SEAE kompla jaġġorna u jġedded it-tagħmir tekniku matul l-2021 permezz pereżempju tal-irduppjar tal-banda tan-network biex itejjeb l-esperjenzi tat-telexogħol u tal-installazzjoni ta’ aktar minn 500 faċilità tal-vidjokonferenzi installati fil-Kwartieri Ġenerali u fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni; jilqa’ wkoll il-fatt li s-SEAE ddiġitalizza għalkollox ir-riżorsi umani, il-flussi tax-xogħol amministrattivi u finanzjarji tiegħu, filwaqt li żied l-effiċjenza organizzazzjonali;

54.

Jinnota li qed isir aktar u aktar importanti li titqies iċ-ċibersigurtà u jilqa’ l-fatt li s-SEAE ddistribwixxa sistema ristretta ġdida tal-Unjoni fis-SEAE kollu biex jiżgura komunikazzjoni sigura fil-livell ta’ klassifikazzjoni ristretta tal-Unjoni u li ttieħdu miżuri biex jiġi żgurat li l-Kummissarji Ewropej u oħrajn ikollhom il-kapaċità li jippermettu sejħiet klassifikati; jilqa’ l-fatt li s-SEAE jżomm informazzjoni klassifikata ħafna f’sistemi siguri li huma kompletament iżolati minn networks oħra u mill-internet;

55.

Jinnota bi tħassib li, fl-2021, is-soluzzjoni tal-Monitoraġġ tal-Inċidenti u tal-Avvenimenti tas-Sigurtà (SIEM) tas-SEAE ġġenerat aktar minn 16 000 twissija ċibernetika, li wasslu għall-identifikazzjoni ta’ 236 attakk ċibernetiku reali li mhux kollha rnexxilhom fil-ksur tad-data; jistieden lis-SEAE jkompli jkollu enfasi qawwija fuq iċ-ċibersigurtà u t-theddid ibridu, speċjalment dak li huwa sponsorjat minn Stati barranin, u jaħdem flimkien ma’ Istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni u ma’ Stati Membri sabiex jidentifika tali theddid u jipproteġi kemm jista’ jkun l-infrastruttura tal-Unjoni; jissottolinja li s-sensibilizzazzjoni ċibernetika u programm ta’ taħriġ sistematiku għall-persunal kollu, inkluż għall-maniġment, huma elementi ewlenin f’qafas effettiv taċ-ċibersigurtà;

56.

Jinnota b’sodisfazzjon li, fl-2021, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) wettaq tliet spezzjonijiet dwar is-SEAE u li l-ispezzjonijiet kollha jitqiesu magħluqa mingħajr osservazzjonijiet addizzjonali;

57.

Jilqa’ l-fatt li s-SEAE adotta strateġija ta’ hosting, li tiżgura li l-kontenut tal-operat ewlieni jibqa’ fil-bini u li d-data tiegħu tkun fuq servers li huma direttament proprjetà tas-SEAE u kkontrollati minnu; jistieden ukoll lis-SEAE jiżgura kemm jista’ jkun li d-data tal-Unjoni tinħażen biss f’faċilitajiet tal-UE/taż-ŻEE; jilqa’ wkoll b’sodisfazzjon li s-SEAE qed ikompli jiżgura li l-informazzjoni u l-komunikazzjoni relatati mal-ipproċessar tad-data personali jkunu faċli biex jinftiehmu u f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

58.

Jinnota li s-SEAE qed jivvaluta soluzzjonijiet ta’ sors miftuħ fuq l-istess livell ma’ soluzzjonijiet ta’ sors proprjetarju u qed juża serje ta’ prodotti ta’ sors miftuħ għall-iżviluppaturi, soluzzjonijiet ta’ hosting, servers tal-applikazzjonijiet, u jidentifika u jaċċessa l-ġestjoni;

59.

Jinnota b’sodisfazzjon li s-SEAE adotta politika ta’ hosting u jżomm repożitorju ċentrali tas-sistemi ta’ informazzjoni u tas-servizzi tekniċi kollha relatati mal-applikazzjonijiet u s-servizzi operazzjonali; jinnota wkoll li għas-sistemi ta’ informazzjoni ospitati fil-bini, kemm is-sistema kif ukoll id-data tagħha huma fuq servers li huma direttament proprjetà tas-SEAE, u huma kkontrollati minnu, u li l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data jiżgura li hemm fis-seħħ kontrolli sodi tal-protezzjoni tad-data;

Bini

60.

Jinnota li s-SEAE għandu stokk ta’ bini kbir u kumpless ħafna li jinkludi l-bini fil-Kwartieri Ġenerali fi Brussell, madwar 180 bini ta’ uffiċini u 150 residenza ta’ Ambaxxaturi tal-Unjoni madwar id-dinja; jaqbel li fi Brussell u fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tad-dinja fejn l-Unjoni tista’ tipprevedi li żżomm ir-rappreżentanza probabbilment, fit-tul, se jsir iffrankar mis-sjieda tal-bini minflok il-kiri tiegħu;

61.

Jilqa’ l-fatt li s-SEAE beda jadatta l-ispazji tal-uffiċini għal modi ġodda ta’ ħidma sabiex joħloq ambjenti tax-xogħol attraenti u jiżgura l-aktar użu effiċjenti mil-lat ambjentali tal-bini tiegħu; jitlob fl-istess ħin li tali żviluppi jiġu implimentati f’kooperazzjoni mill-qrib mal-persunal;

62.

Jilqa’ b’sodisfazzjon kbir li s-SEAE jappoġġja l-għan tan-newtralità klimatika u li s-SEAE qed jagħti prijorità lill-bini b’ċertifikazzjoni ambjentali; iħeġġeġ lis-SEAE jimplimenta wkoll miżuri ta’ ffrankar enerġetiku fl-istokk tal-bini eżistenti; jilqa’ l-fatt li s-SEAE diġà installa installazzjoni fotovoltajka ta’ 355 m2 fuq il-bejt tiegħu fil-Kwartieri Ġenerali u fi 18-il Delegazzjoni tal-Unjoni u jħeġġeġ lis-SEAE jespandi l-investiment tiegħu fil-pannelli solari madwar id-dinja; jitlob lis-SEAE jagħmel analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji speċjalment tas-sistema installata fil-bini ġewwa Brussell bil-ħsieb li din tinqasam ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni li s’issa għadhom ma stabbilewx sistemi bħal dawn;

63.

Jinnota li s-SEAE jkompli jiżgura enfasi kbira fuq is-sigurtà kemm fil-Kwartieri Ġenerali kif ukoll fid-Delegazzjonijiet u fl-Uffiċċji tal-Unjoni; jilqa’ wkoll il-fatt li, minħabba s-sitwazzjoni ġeopolitika eżistenti, il-ħidma dwar il-prevenzjoni tat-theddid tal-ispjunaġġ ġiet intensifikata; jappoġġja bis-sħiħ lis-SEAE biex iżid il-miżuri ta’ sikurezza tiegħu sabiex jipproteġi kemm lill-membri tal-persunal kif ukoll l-infrastruttura fiżika u diġitali minn theddid u attakki;

Ambjent u sostenibbiltà

64.

Jilqa’ b’sodisfazzjon kbir il-fatt li s-SEAE stabbilixxa Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali (EMS) li għandha titjieb gradwalment u li tkopri oqsma bħall-iffrankar tal-enerġija, il-mobilità tal-persunal, il-limiti tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi tas-servizz, it-teknoloġija tal-informazzjoni, l-akkwist ekoloġiku u r-riċiklaġġ u s-separazzjoni tal-iskart, eċċ.;

65.

Jinnota li s-SEAE adotta u implimenta inizjattivi biex jappoġġja l-mobilità sostenibbli tal-persunal tiegħu u stabbilixxa għanijiet għall-2023 għal madwar 80 % tal-persunal biex juża mezzi ta’ trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent; jistieden lis-SEAE jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jkun sar biex jintlaħqu dawn l-għanijiet;

66.

Jilqa’ l-fatt li, f’Marzu 2021, is-SEAE beda l-ġbir ta’ data ambjentali mid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni dwar il-konsum tal-enerġija u tal-ilma, il-ġenerazzjoni tal-iskart, l-ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura, l-offerti ekoloġiċi u l-konsum ta’ materjali bħall-karta u l-fjuwil, eċċ.; iħeġġeġ lis-SEAE jkompli u jestendi din l-inizjattiva lid-Delegazzjonijiet kollha u jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki fost id-Delegazzjonijiet;

67.

Jilqa’ l-fatt li s-SEAE jipparteċipa fil-helpdesk Interistituzzjonali għall-Akkwisti Pubbliċi Ekoloġiċi u li jingħata appoġġ lid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni dwar il-kriterji ambjentali għad-dokumenti tal-akkwist; jinkoraġġixxi li tali kriterji jiġu kondiviżi gradwalment fost id-Delegazzjonijiet kollha tal-Unjoni u jitlob lis-SEAE jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress f’dan il-qasam;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

68.

Jilqa’ b’sodisfazzjon li ntlaħqu ftehimiet bejn is-SEAE u l-Kummissjoni dwar l-iskambju ta’ dokumenti ta’ livell ristrett u li ntlaħaq qbil dwar Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz dedikat bejn is-SEAE u kemm is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill kif ukoll il-Kummissjoni dwar il-forniment ta’ sistemi ta’ messaġġerija u vuċi sikuri klassifikati ħafna, li huma dejjem aktar importanti minħabba l-kuntest ġeopolitiku;

69.

Jilqa’ l-fatt li s-SEAE kkonkluda u ffirma Ftehim ta’ Stabbiliment għad-Delegazzjoni tal-Unjoni fir-Renju Unit;

70.

Jilqa’ l-fatt li s-SEAE jiddikjara li għandu kooperazzjoni tajba mal-OLAF u mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ibbażata fuq fiduċja reċiproka, b’laqgħat regolari f’diversi livelli ta’ ħidma bil-għan li tiġi pprevenuta l-frodi, li jsiru investigazzjonijiet u li jkun hemm ħidma kontinwa ta’ awditjar u implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet; iħeġġeġ bil-qawwa lis-SEAE jiżviluppa l-istess tip ta’ fiduċja u kooperazzjoni mal-UPPE;

Kommunikazzjoni

71.

Jinnota li l-baġit tas-SEAE għall-attivitajiet strateġiċi ta’ komunikazzjoni u ta’ diplomazija pubblika fl-2021 ammonta għal aktar minn EUR 26,17 miljun f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni ta’ appoġġ fil-Kwartieri Ġenerali u fid-Delegazzjonijiet kollha tal-Unjoni;

72.

Jilqa’ l-fatt li l-prijoritajiet fil-komunikazzjoni jingħataw lil oqsma bħall-valuri u l-interessi tal-Unjoni, ir-rispons għall-kriżijiet internazzjonali tas-saħħa u l-azzjoni klimatika u li d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni ffukaw fuq jiem tematiċi bħal Jum l-Ewropa, il-Parati Pride, Jum il-Mara, il-Ġimgħa tad-Diplomazija dwar il-Klima u aktar;

73.

Iħeġġeġ lis-SEAE jaħdem mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bil-ħsieb li juża ż-żewġ pjattaformi tal-media soċjali b’sors miftuħ, EU-Voice u EU-Video, li tnedew bħala proġett pilota pubbliku biex jippromwovi l-użu ta’ networks soċjali b’xejn u b’sors miftuħ;

74.

Jenfasizza li s-SEAE jaħdem mill-qrib ma’ sħab indipendenti fil-media u tas-soċjetà ċivili fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant biex jibni l-kapaċità tagħhom ħalli jiġġieldu l-manipulazzjoni tal-informazzjoni barranija u t-theddid ta’ ndħil; jilqa’ l-fatt li s-SEAE jaħdem id f’id mal-Ukrajna biex jappoġġja l-isforzi ta’ komunikazzjoni strateġika tagħha fid-dawl tal-aggressjoni militari mhux ipprovokata tar-Russja biex jiġi żgurat li tiġi esposta u miġġielda l-manipulazzjoni tal-informazzjoni min-naħa tar-Russja;

75.

Jistieden lis-SEAE jsaħħaħ id-Delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu assistiti l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant li qed ibatu mill-aggressjoni militari tar-Russja fuq l-Ukrajna u li l-politiki tal-Unjoni jiġu kkomunikati b’mod aktar effettiv liċ-ċittadini tagħhom;

76.

Jilqa’ b’sodisfazzjon kbir il-fatt li s-SEAE investa b’mod sinifikanti fit-tisħiħ u fil-bini tar-reżiljenza għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-indħil barrani fl-affarijiet tal-Unjoni, inkluż permezz ta’ riorganizzazzjoni tad-Diviżjoni tal-Komunikazzjonijiet Strateġiċi fl-2021, billi żied it-timijiet li jiffukaw fuq iċ-Ċina, ir-reklutaġġ ta’ 27 Uffiċjal tal-Komunikazzjoni Strateġika bbażati fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-istabbiliment ta’ Ċentri tal-Kondiviżjoni u tal-Analiżi tal-Informazzjoni madwar l-Unjoni sabiex is-SEAE jkun jista’ jindirizza aħjar il-manipulazzjoni u l-interferenza tal-informazzjoni; jisħaq li s-SEAE huwa l-istituzzjoni ewlenija tal-Unjoni responsabbli għall-ġlieda kontra l-indħil barrani;

77.

Jistieden għal darb’oħra lis-SEAE biex isaħħaħ ir-rwol tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jikxfu kampanji ta’ diżinformazzjoni orkestrati minn atturi statali barranin li jheddu l-valuri demokratiċi; jistieden, barra minn hekk, lis-SEAE jsaħħaħ l-impenn tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-viċinat tagħna u fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent sabiex jappoġġja politika tal-komunikazzjoni aktar attiva u effettiva dwar il-perspettiva Ewropea u jipprovdi l-aħjar assistenza possibbli lill-pajjiżi involuti f’riformi favur id-demokrazija u favur l-Ewropa; jistieden lid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jkomplu bl-isforzi koordinati tagħhom biex iżidu l-viżibbiltà tal-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni;

78.

Jinnota bi tħassib id-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli matul il-Konferenza Annwali 2022 tal-Ambaxxaturi tal-UE, meta ddikjara li r-rapporti mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni ġew tard wisq u li kien infurmat aħjar mill-mezzi tax-xandir; jistieden lis-SEAE jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar in-nuqqasijiet li ġew identifikati u l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet;

79.

Iħeġġeġ lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jippromwovu l-atturi lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali fil-pajjiżi terzi, u jikkollaboraw magħhom, biex jiġi stimolat id-djalogu soċjali u d-djalogu dwar l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jitlob lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jimmonitorjaw mill-qrib l-istat tad-demokrazija fid-diversi pajjiżi u jagħtu appoġġ loġistiku u teknoloġiku lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-popli indiġeni, b’mod partikolari lin-nisa; jistieden lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jkomplu bl-isforzi koordinati tagħhom biex iżidu l-viżibbiltà tal-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni, b’mod partikolari fil-pajjiżi kandidati.

(1)  https://som.yale.edu/story/2022/over-1000-companies-have-curtailed-operations-russia-some-remain


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/176


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1841 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, id-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra r-rapporti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u n-nefqa tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022)321 — C9-0281/2022),

wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (COM(2022)321),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet li jaqgħu taħt it-tmien, id-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2021 (05671/2023 — C9-0056/2023, 05672/2023 — C9-0057/2023, 05673/2023 — C9-0058/2023, 05674/2023 — C9-0059/2023),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2022)331),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou (il-Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000  (3) u emendat f’Ouagadougou (il-Burkina Faso) fit-22 ta’ Ġunju 2010  (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (5),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1764 tal-5 ta’ Ottubru 2021 dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inkluż ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, inkluż Greenland) (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta’ Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli (8),

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 ta’ Ġunju 2013 u tas-26 ta’ Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (12),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (13),

wara li kkunsidra l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (14),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99, l-Artikolu 100, it-tielet inċiż, u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0114/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 391, 12.10.2022, p. 6.

(2)   ĠU C 400, 17.10.2022, p. 170.

(3)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(4)   ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.

(5)   ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.

(6)   ĠU L 355, 7.10.2021, p. 6.

(7)   ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(8)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(9)   ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(10)   ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(11)   ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(12)   ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

(13)   ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

(14)   ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/178


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1842 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99, l-Artikolu 100, it-tielet inċiż, u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0114/2023),

A.

billi l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikoli 208 sa 210 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), topera f’kuntest globali, definit mill-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli (Aġenda 2030) u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha;

B.

billi l-Unjoni għandha relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni ma’ għadd kbir ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, li l-objettiv ewlieni tagħhom huwa li jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali, bl-għan ewlieni li jitnaqqas u jinqered il-faqar fuq perjodu ta’ żmien twil billi lill-pajjiżi benefiċjarji tipprovdilhom għajnuna għall-iżvilupp u assistenza teknika;

C.

billi l-objettiv tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni huwa li ssostni u tippromwovi l-valuri u l-interessi tal-Unjoni madwar id-dinja sabiex jiġu segwiti l-objettivi u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tagħha, kif stabbiliti fl-Artikolu 3(5) u fl-Artikoli 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

D.

billi, mill-1959 sal-l-2020, il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) ipprovdew għajnuna għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp lill-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u lill-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej (PTEE); billi l-qafas li jirregola r-relazzjoni tal-Unjoni mal-pajjiżi AKP u mal-PTEE kien ftehim ta’ sħubija ffirmat f’Cotonou (“il-Ftehim ta’ Cotonou”) fit-23 ta’ Ġunju 2000 għal perjodu ta’ 20 sena, li aktar tard ġie estiż sat-30 ta’ Ġunju 2022;

E.

billi l-ħdax-il FEŻ laħaq l-istadju finali tiegħu hekk kif il-klawżola ta’ estinzjoni tiegħu daħlet fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2020 u, mill-2021, il-programmi tal-FEŻ ġew inklużi fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) tal-Unjoni; billi, madankollu, kuntratti speċifiċi għal ftehimiet ta’ finanzjament eżistenti se jibqgħu jiġu ffirmati sal-31 ta’ Diċembru 2023;

F.

billi, għall-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) tal-2021-2027, l-għajnuna għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp lill-pajjiżi AKP ġiet inkorporata fl-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali — Ewropa Globali (“NDICI-Ewropa Globali”) u l-għajnuna għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-PTEE ġiet inkorporata fid-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Ekstra-Ewropea, inkluż Greenland (1);

G.

billi, it-tmien, id-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il FEŻ ma ġewx inkorporati fil-baġit ġenerali tal-Unjoni u għadhom qed ikomplu jiġu implimentati u rrappurtati separatament sal-għeluq tagħhom;

H.

billi l-FEŻ huma ġestiti kważi kompletament mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Sħubijiet Internazzjonali (DĠ INTPA) (2) filwaqt li proporzjon żgħir (0,25 %) tan-nefqa tal-FEŻ tal-2021 ġiet ġestita mid-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili (DĠ ECHO);

I.

billi l-kooperazzjoni għall-iżvilupp qed tevolvi minn konċentrazzjoni aktar tradizzjonali fuq is-setturi soċjali lejn enfasi aktar qawwija fuq l-interessi reċiproċi, inkluż fuq l-investiment, il-kummerċ u l-iżvilupp ta’ setturi ekonomiċi b’valur miżjud għoli, l-iżvilupp sostenibbli, l-edukazzjoni u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

J.

billi huma meħtieġa bidliet strutturali fis-settur agrikolu tal-pajjiżi sħab li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari billi tingħata s-setgħa lill-bdiewa lokali b’azjenda agrikola żgħira, jiġu megħjuna fl-użu ta’ teknoloġiji agrikoli ġodda, jiġu implimentati metodi moderni tal-ġestjoni tal-ilma u jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-suq;

K.

billi permezz ta’ approċċ ta’ Tim Ewropa (3), l-Unjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri fuq il-post, mal-benefiċjarji lokali u mad-donaturi l-oħra biex iġġib impatt tanġibbli u bidla trasformattiva fil-pajjiżi sħab; ifakkar li l-appoġġ baġitarju jrid jikkorrispondi għall-ħtiġijiet tal-pajjiżi sħab kif ukoll għall-politiki ewlenin tal-Unjoni; ifakkar li huwa meħtieġ ukoll li jitkejlu l-prestazzjoni tal-programmi u l-impatt tagħhom fil-pajjiżi sħab u fost il-popolazzjonijiet ċivili;

L.

billi l-kooperazzjoni għall-iżvilupp hija kompetenza kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Unjoni, u l-Artikolu 208 tat-TFUE jiddikjara b’mod speċifiku li “[i]l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-koperazzjoni għall-iżvilupp ... u dik tal-Istati Membri għandhom jikkomplementaw u jsaħħu lil xulxin.”;

M.

billi l-Unjoni u l-Istati Membri jistgħu jwettqu azzjonijiet konġunti u għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar l-azzjonijiet li qed jittieħdu fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp;

N.

billi s-sostenibbiltà hija kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet u r-riżultati stabbiliti u, b’mod partikolari, l-impatti fit-tul tal-għajnuna għall-iżvilupp;

O.

billi, tradizzjonalment, l-implimentazzjoni tal-FEŻ, u l-iżvilupp b’mod ġenerali, iseħħu f’ambjenti riskjużi, kumplessi u li qed jevolvu malajr, aggravati fl-2021 mill-pandemija tal-COVID-19 u s-sitwazzjoni politika instabbli esperjenzata minn xi wħud mill-pajjiżi sħab tal-UE, u dan ixekkel l-implimentazzjoni tal-FEŻ u l-attivitajiet rispettivi tal-awditjar;

P.

billi d-distakk dejjem akbar bejn il-fondi meħtieġa u dawk disponibbli biex jiġu indirizzati l-kriżijiet li qed jiggravaw tal-klima, tal-ġuħ, tad-dejn, umanitarji u oħrajn, qed jiġġenera disparità li qed tikber bejn in-nazzjonijiet industrijalizzati u dawk inqas żviluppati u qed iżid il-livelli tal-faqar għall-ewwel darba f’għexieren ta’ snin;

Q.

billi, minkejja d-dikjarazzjoni preċedenti, it-trawwim tat-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont, id-diliġenza dovuta fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-frodi huma kruċjali għas-suċċess tal-operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju tal-Unjoni;

R.

billi l-għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp hija espressjoni ta’ solidarjetà globali de facto, minquxa fit-Trattati u fil-qalba tal-valuri tal-Unjoni;

Implimentazzjoni tal-baġit

1.

Ifakkar fiż-żewġ avvenimenti li kkaratterizzaw l-2021, jiġifieri li din kienet l-ewwel sena wara l-kawsola ta’ estinzjoni għall-ħdax-il FEŻ (il-31 ta’ Diċembru 2020), li jfisser li fl-2021 ma kien hemm l-ebda impenn globali ulterjuri ta’ proġetti fl-ambitu tal-ħdax-il FEŻ, u, barra minn hekk, fl-2021, l-implimentazzjoni finanzjarja għall-kuntratti tal-għaxar u l-ħdax-il FEŻ (impenji individwali: EUR 2 118-il miljun) u l-pagamenti (EUR 3 393 miljun) tagħhom kienet affettwata mill-kriżi mtawla tal-COVID (4);

2.

Josserva li l-FEŻ jirrappreżenta 46,1 % tal-portafoll tad-DĠ INTPA f’dawk li huma pagamenti fl-2021, li laħqu l-ammont ta’ EUR 3 435 miljun (jiġifieri 91,27 % tal-mira annwali); jinnota li l-pagamenti tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) ammontaw għal EUR 613-il miljun; josserva li, mindu l-klawżola ta’ estinzjoni tal-ħdax-il FEŻ għaddiet fil-31 ta’ Diċembru 2020, ma kien hemm l-ebda impenn ġdid fl-2021, bl-eċċezzjoni tal-impenji tal-fondi li jirriżultaw minn rimborżi fl-ambitu tal-Faċilità ta’ Investiment tal-AKP minn operazzjonijiet fl-ambitu tad-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il FEŻ; jinnota li l-pagamenti tal-BEI rigward il-Faċilità ta’ Investiment tal-AKP ammontaw għal EUR 179 miljun;

3.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li, minħabba s-sitwazzjoni mtawla tal-COVID-19, 50 % tad-delegazzjonijiet fl-Afrika sub-Saħarjana ma laħqux il-mira ta’ pagament minima prevista tagħhom (90 %); jisħaq li l-aktar evidenti minn dawn kienu Madagascar, li kważi għalaq għalkollox il-fruntieri tiegħu, u b’hekk għamilha diffiċli ħafna li titkompla l-implimentazzjoni kif kien previst fil-bidu; iċ-Chad u l-Gambja minħabba implimentazzjoni sospiża jew imdewma; u l-Etjopja, il-Guinea Conakry u l-Mali, fejn il-kriżijiet politiċi affettwaw b’mod serju l-operazzjonijiet, b’impatt sinifikanti fuq il-pagamenti previsti relatati mal-appoġġ baġitarju; jinnota, barra minn hekk, li fil-Paċifiku u fil-Karibew, ir-restrizzjonijiet tal-COVID-19 ukoll affettwaw l-implimentazzjoni, u f’Fiġi u fil-Haiti, l-effetti kollaterali negattivi li rriżultaw mid-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u politika kellhom impatt devastanti fuq il-proġetti infrastrutturali;

4.

Jilqa’ l-isforzi regolari tad-DĠ INTPA biex inaqqas il-prefinanzjament antik u l-impenji antiki li ma ntefqux b’mira ta’ 35 %; jinnota li d-DĠ INTPA qabeż il-mira billi naqqas il-prefinanzjament antik tal-FEŻ b’46 % (50 % għal oqsma oħra ta’ għajnuna) u b’39 % kemm għall-impenji l-antiki li ma ntefqux tal-FEŻ kif ukoll fil-qasam kollu ta’ responsabbiltà tiegħu;

5.

Jinnota li d-DĠ INTPA laħaq il-mira tiegħu li ma jkollux aktar minn 15 % ta’ kuntratti skaduti antiki għall-FEŻ; jinnota li huwa kiseb punteġġ ta’ 13 % għall-FEŻ u ta’ 10 % fil-qasam kollu ta’ responsabbiltà tiegħu; jinnota li għall-FEŻ ilu jkun hemm titjib konsistenti mill-2017;

Impatt tal-attivitajiet fir-rapporti finanzjarji

6.

Jinnota li l-prefinanzjament sofra tnaqqis ta’ EUR 101 miljun l-aktar bħala riżultat tal-fatt li saru inqas ħlasijiet bil-quddiem minħabba t-tnaqqis fl-għadd ta’ kuntratti ffirmati (EUR 3 670 miljun fl-2020 meta mqabbel ma’ EUR 2 118-il miljun fl-2021); jinnota, barra minn hekk, li dan it-tnaqqis kien prinċipalment xprunat mill-isfidi ffaċċjati minħabba l-kriżijiet tal-COVID-19 u ġeopolitiċi li għaddejjin bħalissa li għaddejjin bħalissa u li, konsegwentement, il-flus u l-ekwivalenti ta’ flus żdiedu b’EUR 266 miljun bħala riżultat ta’ dan it-tnaqqis sinifikanti fil-prefinanzjament u f’pagamenti oħra;

7.

Jinnota l-għadd ferm aktar baxx ta’ kuntratti miftuħa fi tmiem l-2021, ikkawżat kemm mit-tnaqqis tal-FEŻ kif ukoll mill-impatt negattiv tal-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19 u tal-kriżi ġeopolitika li kienu għaddejjin fuq l-iffirmar ta’ kuntratti ġodda li rriżulta fi tnaqqis sostanzjali tal-imposti dovuti b’EUR 519-il miljun;

8.

Jinnota, barra minn hekk, li t-tnaqqis ġenerali fl-ispejjeż tal-istrumenti tal-għajnuna ta’ EUR 1 743 miljun għandu effett ikkombinat: minn naħa waħda, il-kundizzjonijiet ta’ sfida relatati mal-pandemija tal-COVID-19 u s-sitwazzjoni ġeopolitika instabbli f’diversi pajjiżi xekklu l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-FEŻ fl-2021, u, min-naħa l-oħra, it-tnaqqis tal-attivitajiet fl-ambitu tal-għaxar FEŻ u dawk preċedenti huwa konformi mat-tnaqqis ta’ dawk il-FEŻ li rriżulta f’inqas kuntratti miftuħa fl-ambitu tagħhom;

9.

Jinnota li l-implimentazzjoni effettiva u l-finanzjament adegwat huma mezzi biex jiġu żgurati l-leġittimità u l-effettività tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni; huwa tal-fehma li aktar ma tkun twila d-durata tal-kuntratti fl-ambitu tal-politika tal-iżvilupp, aktar ikunu sostenibbli l-proġetti;

10.

Jinnota li l-finanzjament tal-FEŻ ta’ EUR 600 000 000 għal azzjonijiet oħra fil-pajjiżi AKP li dan l-aħħar ġie diżimpenjat mill-Istati Membri issa se jintuża għal miżuri li jgħinu biex tittaffa l-kriżi globali tal-ikel; hu tal-fehma li dawk il-fondi jridu jintużaw biex jipprovdu aktar appoġġ għall-biedja lokali fuq skala żgħira, kif ukoll għall-prattiki agroekoloġiċi u għas-sajd sostenibbli li jwasslu għall-awtonomija alimentari tal-komunitajiet lokali li b’hekk isiru jiddependu inqas mis-swieq globali fluttwanti tal-ikel u l-agrikoltura; jistieden lill-Istati Membri biex, minn issa ’l quddiem u b’mod konsistenti, jastjenu milli jirċievu ħlas lura ta’ fondi diżimpenjati tal-FEŻ, minħabba l-ħtieġa li jkun hemm fondi li jkopru l-bżonnijiet urġenti fil-pajjiżi AKP u filwaqt li nżommu f’moħħna l-finanzjament mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha favur l-impenji għall-iżvilupp kif ukoll l-obbligi stabbiliti fit-Trattat dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp;

11.

Jenfasizza wkoll il-fatt li l-indirizzar tal-kawżi profondi tal-kriżi tal-ikel jirrikjedu bidliet strutturali fis-settur agrikolu tal-pajjiżi sħab li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa lokali b’azjenda agrikola żgħira ħalli jużaw teknoloġiji agrikoli ġodda, jimplimentaw metodi moderni ta’ ġestjoni tal-ilma, u billi jiġi aġevolat l-aċċess tagħhom għas-suq;

Affidabbiltà tal-kontijiet

12.

Jinnota li l-baġit tat-tmien FEŻ (1995-2000) kien ta’ EUR 12,8-il biljun, dak tad-disa’ FEŻ (2000-2007) kien ta’ EUR 13,8-il biljun, dak tal-għaxar FEŻ (2008-2013) kien ta’ EUR 22,7 biljun, u dak tal-ħdax-il FEŻ huwa ta’ EUR 30,5 biljun, li minnhom EUR 29,1 biljun ġew allokati lill-pajjiżi AKP u EUR 0,4 biljun lill-PTEE, b’EUR 1,1 biljun għall-kostijiet amministrattivi;

13.

Jinnota li, fl-2019, il-Kummissjoni għalqet it-tranżazzjonijiet pendenti li jifdal għall-proġetti tat-tmien FEŻ u li l-bilanċi u d-diżimpenji kollha ġew ittrasferiti lid-disa’ FEŻ; jinnota, barra minn hekk, li fl-2021, il-Kummissjoni ħabbret l-għeluq finanzjarju u operattiv tat-tmien FEŻ u li l-attivitajiet relatati kollha tlestew, il-kontrolli u l-verifiki kollha twettqu, u l-kuntratti u d-deċiżjonijiet finanzjarji kollha huma magħluqa fil-kontijiet tal-FEŻ;

14.

Jilqa’ l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport annwali tagħha dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, mid-disa’, mill-għaxar u mill-ħdax-il FEŻ għas-sena finanzjarja 2021, tikkonkludi li l-kontijiet għas-sena finanzjarja li tispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2021 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEŻ, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom, il-flussi ta’ flus tagħhom u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li kienet għadha kif intemmet, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 (5) (“ir-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ”) u mal-istandards kontabilistiċi għas-settur pubbliku;

15.

Jirrikonoxxi li, bl-inklużjoni tal-programmi tal-FEŻ fil-QFP tal-Unjoni, l-awditu tal-Qorti dwar il-FEŻ se jitneħħa gradwalment filwaqt li l-pagamenti tal-FEŻ jonqsu u l-pagamenti mill-baġit tal-Unjoni jiżdiedu; jinnota li, sussegwentement, il-Qorti se tittrasferixxi progressivament ir-riżorsi għall-awditjar tal-baġit tal-Unjoni; jinnota, madankollu, li l-approċċ attwali (rapport separat dwar il-FEŻ) jinżamm għall-eżerċizzju tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-2022;

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

16.

Jilqa’ l-opinjoni tal-Qorti, li tgħid li d-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2021 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

17.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar ħafna raġunijiet possibbli tas-suċċessjoni ta’ opinjonijiet avversi tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tal-nefqa minħabba l-fatt li n-nefqa aċċettata fil-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2021 hija materjalment affettwata minn żbalji;

18.

Jinnota li biex tawditja r-regolarità tat-tranżizzjonijiet, il-Qorti eżaminat kampjun ta’ 140 tranżazzjoni, li jirrappreżentaw il-firxa sħiħa ta’ nfiq mill-FEŻ; jinnota, barra minn hekk, li dan kien jinkludi 26 tranżazzjoni li kienu relatati mal-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza għall-Afrika, 92 tranżazzjoni li ġew awtorizzati minn 17-il delegazzjoni tal-UE (6) u 22 pagament li ġew approvati mis-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni (7);

19.

Jinnota bi tħassib li mill-140 tranżazzjoni eżaminati, 54 (38,8 %) kien fihom l-iżbalji, meta mqabbla mas-36 (25,7 %) fl-2020 għall-istess għadd ta’ tranżazzjonijiet; jisħaq, barra minn hekk, li l-Qorti kkwantifikat 43 żball (31 fl-2020), li abbażi tagħhom hija stmat li l-livell ta’ żball għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ 4,6 % (3,8 % fl-2020);

20.

Jinnota bi tħassib li t-tipoloġija tal-iżbalji identifikati fis-sena finanzjarja 2021 issegwi l-mudell tal-2020, jiġifieri l-istima ta’ żbalji relatata man-nefqa ineliġibbli (38,6 % fl-2021, 38,2 % fl-2020), in-nuqqas serju ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku (14,6 % fl-2021, 2,2 % fl-2020), in-nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn essenzjali (23,3 % fl-2021, 38,3 % fl-2020) u n-nefqa mhux imġarrba (18,1 % fl-2021, 14,9 % fl-2020);

21.

Jinnota bi tħassib li l-livell stmat ta’ żball jaqbeż b’mod sistematiku l-limitu ta’ materjalità (2 %), b’4,6 % tan-nefqa affettwata għat-tmien, id-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il FEŻ għas-sena finanzjarja 2021 (meta mqabbel ma’ 3,8 % fl-2020, 3,5 % fl-2019, 5,2 % fl-2018, 4,5 % fl-2017, 3,3 % fl-2016, 3,8 % fl-2014 u l-2015, 3,4 % fl-2013 u 3 % fl-2012); jinnota li, meta mqabbla mas-sena finanzjarja 2020, iż-żieda fil-livell ta’ żball stmat hija ta’ 0,8 % (0,3 % fl-2020); itenni li huwa kritiku li jiġu indirizzati b’mod effiċjenti l-kawżi ta’ dik iż-żieda;

22.

Jirrikonoxxi li, mill-2020, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, ma kienx possibbli li l-Qorti twettaq żjarat fuq il-post lid-delegazzjonijiet tal-UE (8), u b’hekk ma setgħetx twettaq ċerti proċeduri tal-awditjar, u b’mod partikolari mill-verifika tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti għat-tranżazzjonijiet magħżula, u għalhekk, ix-xogħol tal-awditjar tal-Qorti kien prinċipalment limitat għal eżamijiet dokumentarji ta’ tranżazzjonijiet u proġetti permezz ta’ konnessjoni mill-bogħod ma’ dawk li jiġu awditjati; jinnota, madankollu, li skont it-tweġibiet tal-Kummissjoni għal mistoqsijiet bil-miktub u d-dibattitu b’seduti li sar fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, ma hemm l-ebda evidenza li n-nuqqas ta’ żjarat fuq il-post wassal għal użu ħażin akbar tal-fondi; jinnota, barra minn hekk, li l-Kummissjoni temmen li l-approċċ ta’ Tim Ewropa għen biex ikun hemm koordinazzjoni ħafna aktar mill-qrib fil-livell tal-pajjiżi benefiċjarji bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, filwaqt li żied kemm l-effettività kif ukoll l-obbligu ta’ rendikont;

Trasparenza u effikaċja tas-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ aċċertament

23.

Jinnota l-konklużjoni tad-DĠ INTPA dwar il-kosteffettività tal-kontrolli li għalihom huwa responsabbli (l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tas-sistema ta’ kontroll tiegħu) (9); jisħaq, madankollu, li l-Qorti, bħal fi snin preċedenti, tqis li l-frekwenza tal-iżbalji misjuba — inklużi wħud li jinsabu f’talbiet finali li kienu ġew soġġetti għal awditi esterni u verifikazzjoni tan-nefqa ex ante — tindika li hemm dgħufijiet f’dawk il-kontrolli; jitlob lill-Kummissjoni, minħabba r-rata għolja ta’ żball kull sena, biex tirrieżamina l-istrateġija tal-awditjar ex ante u ex post tagħha, u biex tkompli tiġġeneralizza d-diġitalizzazzjoni għal kontrolli aktar sistematiċi u tagħti prijorità lill-pajjiżi sħab fejn ġew identifikati l-aktar żbalji;

24.

Jinnota bi tħassib il-fatt li, bħalma għamlu fl-2020, il-Kummissjoni u s-sħab ta’ implimentazzjoni tagħha wettqu aktar żbalji fi tranżazzjonijiet relatati ma’ għotjiet u ftehimiet ta’ kontribuzzjoni u delega ma’ pajjiżi benefiċjarji, organizzazzjonijiet internazzjonali u aġenziji tal-Istati Membri milli għamlu ma’ forom oħra ta’ appoġġ (bħal dawk li jkopru kuntratti ta’ xogħlijiet, provvista u servizz); jinnota, barra minn hekk, li mit-92 tranżazzjoni ta’ dan it-tip eżaminati mill-Qorti, 39 kien fihom żbalji kwantifikabbli, li jirrappreżentaw 81 % tal-livell ta’ żball stmat;

25.

Jinsab konxju, kif iddikjarat mill-Kummissjoni fit-tweġibiet tagħha (10) għar-rapport annwali tal-Qorti, li l-Kummissjoni topera f’pajjiżi terzi f’kuntesti politiċi u tekniċi kumplessi, filwaqt li taħdem ma’ ħafna sħab bħal pajjiżi sħab, organizzazzjonijiet internazzjonali jew aġenziji tal-Istati Membri; jinnota, barra minn hekk, li, filwaqt li l-pjanijiet ta’ azzjoni huma mmexxija b’mod regolari biex iżommu r-rati ta’ żball baxxi kemm jista’ jkun, il-Kummissjoni tqis li x’aktarx li f’dan il-kuntest ma jkunx probabbli xenarju ta’ żball żero;

26.

Jitlob lill-Kummissjoni, għal darb’oħra, filwaqt li jtenni l-osservazzjonijiet tal-Qorti, biex tirrevedi l-approċċ tal-kosteffettività użat fil-kontrolli ex post peress li għandu mnejn ma jkunx effettiv u għandu mnejn iwassal eżattament għad-dgħufijiet li kemm il-Qorti kif ukoll il-Parlament kienu qed jindikaw;

27.

Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, fi 15-il każ ta’ żball kwantifikabbli u tmien każijiet ta’ żball mhux kwantifikabbli, il-Kummissjoni kellha biżżejjed informazzjoni biex tipprevjeni, jew issib u tikkoreġi, l-iżball qabel ma taċċetta n-nefqa; jinnota, barra minn hekk, li, skont il-valutazzjoni tal-Qorti, kieku l-Kummissjoni użat b’mod xieraq l-informazzjoni kollha li kellha għad-dispożizzjoni tagħha, il-livell stmat ta’ żball kien ikun 2,4 punti perċentwali aktar baxx, meta mqabbel mal-1,19 punt perċentwali fl-2020;

28.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, 25 tranżazzjoni li fihom żbalji kwantifikabbli, li jikkontribwixxu 1,9 punt perċentwali għal-livell stmat ta’ żball, kienu soġġetti għal awditu jew verifikazzjoni tan-nefqa; jinnota, barra minn hekk, li s-sistema ta’ kontroll tad-DĠ INTPA hija bbażata fuq kontrolli ex ante, u li l-informazzjoni pprovduta fir-rapporti tal-awditjar/tal-verifika li jiddeskrivu x-xogħol li sar fil-fatt ma ppermettietx lill-Qorti tivvaluta jekk l-iżbalji setgħux jiġu identifikati u kkoreġuti matul dawn il-kontrolli ex ante, peress li r-rapporti la jkopru n-nefqa rrapportata kollha, u lanqas ma jagħtu biżżejjed dettall biex jikkonfermaw jekk l-entrati fejn il-Qorti identifikat żbalji kinux parti mill-kontrolli ex ante;

29.

Jilqa’ r-reviżjoni mill-Kummissjoni f’Settembru 2021 u f’Mejju 2022 tat-termini ta’ referenza tal-verifikazzjonijiet tan-nefqa; jinnota li l-Kummissjoni tipprevedi li tkompli tapprofondixxi l-analiżijiet u tindirizza aspetti oħra bħall-kampjunar u li tintegra t-tagħlimiet meħuda u r-reazzjonijiet ta’ stħarriġ li sar fi Frar 2022 mill-utenti tal-kuntratt qafas tal-awditjar;

30.

Jissottolinja, li l-Qorti identifikat żewġ oqsma ta’ nfiq li fihom it-tranżazzjonijiet huma inqas suxxettibbli għal żbalji minħabba kundizzjonijiet tal-pagament speċifiċi: (a) l-appoġġ baġitarju u b) il-proġetti b’diversi donaturi implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali u soġġetti għall-“approċċ nozzjonali” (11); jinnota li, fl-2021, il-Qorti awditjat erba’ tranżazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju u tmien proġetti ta’ “approċċ nozzjonali” ġestiti minn organizzazzjonijiet internazzjonali;

31.

Iqis li huwa inaċċettabbli li, bħal fis-snin preċedenti, xi organizzazzjonijiet internazzjonali pprovdew biss aċċess limitat għad-dokumenti (eż. f’format li jinqara biss), li jipprevjeni lill-Qorti milli tagħmel kopji tad-dokumenti, u b’hekk dan ifixkel l-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-awditjar u jwassal għal dewmien u min-naħa tiegħu jipprevjeni lill-Qorti milli tissodisfa l-prerogattiva fundamentali tagħha kif żgurata mit-TFUE, kif imsemmi qabel f’osservazzjonijiet relatati fir-rapporti annwali tal-2018 u tal-2020 tal-Qorti; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tindirizza l-problema permezz ta’ ħidma attiva mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati li t-tranżazzjonijiet tagħhom ikkontribwew għar-rata ta’ żball, kemm permezz tal-identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet prattiċi kif ukoll permezz ta’ djalogu ta’ livell għoli; jilqa’ xi riżultati pożittivi ta’ dawk l-isforzi: il-kooperazzjoni mal-Bank Dinji uriet titjib fl-awditu tal-2021 tal-Qorti meta mqabbla mal-2020; jinsisti, madankollu, li jrid isir aktar u jistieden lill-Kummissjoni tkompli tagħmel l-isforzi u ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex tiżgura li l-Qorti jkollha aċċess sħiħ, mhux ristrett u f’waqtu għall-informazzjoni kollha meħtieġa, li jippermetti lill-istess Qorti tivverifika l-legalità u r-regolarità tan-nefqa baġitarja tal-Unjoni;

32.

Jinnota li l-għaxar studju dwar ir-rata tal-iżball residwu (RER) tad-DĠ INTPA, imwettaq minn kuntrattur estern f’ismu fl-2021, kien jistma li l-RER ġenerali qiegħda taħt il-limitu ta’ materjalità ta’ 2 % stabbilit mill-Kummissjoni għas-sitt sena konsekuttiva: 1,14 % (0,95 % fl-2020);

33.

Jisħaq li, skont il-valutazzjoni tal-Qorti, l-istudju tal-RER ma jikkostitwixxix inkarigu ta’ aċċertament jew awditu u huwa bbażat fuq il-metodoloġija u l-manwal tal-RER ipprovduti mid-DĠ INTPA; jisħaq ukoll li l-Qorti fir-rapporti annwali tal-2017-2020 dwar il-FEŻ iddeskriviet il-limitazzjonijiet fl-istudji li setgħu kkontribwew għas-sottovalutazzjoni sistematika tal-RER;

34.

Jinnota l-opinjoni tal-Qorti li tqis il-grad ta’ dipendenza fuq il-ħidma ta’ awdituri oħra bħala aspett kritiku tal-istudju tal-RER, li jispjega li huma possibbli tliet xenarji: a) l-ebda dipendenza fuq il-ħidma ta’ awdituri oħra b’ittestjar sostantiv sħiħ; b) dipendenza parzjali fuq il-ħidma ta’ awdituri oħra b’ittestjar sostantiv imnaqqas; c) dipendenza sħiħa fuq il-ħidma ta’ awdituri oħra mingħajr aktar ittestjar; jinnota li d-dipendenza sħiħa żdiedet minn 15 % tat-tranżazzjonijiet fl-2020 għal 34 % tat-tranżazzjonijiet fl-2021; jikkondividi, għalhekk, il-fehma tal-Qorti li jekk titqiegħed tali dipendenza estensiva fuq il-ħidma ta’ awdituri oħra jmur kontra l-iskop ta’ studju tal-RER li huwa li tiġi stmata r-rata ta’ żbalji li evitaw il-kontrolli kollha tal-ġestjoni tad-DĠ INTPA biex jiġu pprevenuti, identifikati u kkoreġuti tali żbalji;

35.

Jinnota li, mill-2018, id-DĠ INTPA naqqas b’mod sinifikanti l-ambitu tar-riżervi (jiġifieri s-sehem tan-nefqa koperta minnhom) fir-rapporti annwali tal-attività (RAA) u li, bl-istess mod, l-RAA tal-2021 ma jinkludi l-ebda riżerva;

36.

Jikkondividi l-opinjoni tal-Qorti li ssib li n-nuqqas ta’ riżervi fl-RAA tal-2021 mhuwiex ġustifikat u li tqis li dan jirriżulta parzjalment mil-limitazzjonijiet tal-istudju tal-RER, minħabba li s-sejbiet tal-Qorti dwar dan l-istudju jikkonċernaw ukoll l-istimi tal-ammonti f’riskju bbażati fuqhom; jinnota li d-DĠ INTPA jistma li l-ammont kumplessiv f’riskju fil-waqt tal-pagament huwa ta’ EUR 79,65 miljun (1,41 % tan-nefqa tal-2021) u l-ammont kumplessiv f’riskju fil-waqt tal-għeluq huwa ta’ EUR 66,03 miljun; jinnota, barra minn hekk, li l-ammont f’riskju fil-waqt tal-pagament, id-DĠ INTPA jistma li EUR 13,62-il miljun (24 %) se jiġu kkoreġuti permezz tal-kontrolli tiegħu fis-snin sussegwenti (dan l-ammont huwa magħruf bħala l-“kapaċità korrettiva”) (12);

37.

Jinnota li, wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-rapporti annwali tagħha għas-snin finanzjarji 2019 u 2020, id-DĠ INTPA eżamina l-aħjar mod kif għandhom jiġu inkorporati r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, filwaqt li għamel bidliet fil-manwal u fil-metodoloġija tal-RER, filwaqt li qies bis-sħiħ l-kostijiet u l-benefiċċji mistennija; jinnota li, f’Jannar 2022, d-DĠ INTPA aġġorna l-manwal u l-metodoloġija tal-istudju tal-RER;

38.

Jinnota li d-DĠ INTPA qed jaħdem biex itejjeb il-kwalità tad-data tiegħu għall-kalkolu tal-kapaċità korrettiva u li, fl-2021, kompla l-attivitajiet tiegħu ta’ taħriġ u ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-irkupri u l-kwalità tad-data kontabilistika; jinnota li, bħal fi snin preċedenti, id-DĠ INTPA wettaq kontrolli mmirati fuq l-ordnijiet ta’ rkupru biex jikkoreġi d-diskrepanzi identifikati; jinnota li l-Qorti rrieżaminat il-kalkolu tal-kapaċità korrettiva għall-2021 u li, wara li ttestjat 35 % (skont il-valur) tal-grupp totali tal-irkupri, il-Qorti ma identifikatx żbalji fil-kampjun;

39.

Jilqa’ l-ħolqien ta’ “tabella ta’ valutazzjoni finanzjarja”, li tinkludi sitt indikaturi (13), fi sforz biex ir-rapportar finanzjarju jsir aktar konsistenti fid-direttorati ġenerali kollha tal-Kummissjoni; jinnota li fl-2021 żdiedu erba’ indikaturi oħra (14); jinnota li sitta minn dawk l-għaxar indikaturi kienu applikabbli għall-FEŻ u għall-fondi fiduċjarji fl-2021; jinnota li għall-“assorbiment ta’ impenn globali”, id-DĠ INTPA kiseb riżultat ta’ 99 % għall-baġit tal-Unjoni u ta’ 97 % għall-FEŻ fl-2021, meta mqabbel ma’ 95 % u 94 % rispettivament fl-2020 u għall-“pagamenti f’waqthom”, id-DĠ INTPA kiseb 97 % għall-baġit tal-Unjoni u 95 % għall-FEŻ fl-2021, meta mqabbel ma’ 98 % u 97 % rispettivament fl-2020;

Prevenzjoni, detezzjoni u korrezzjoni tal-frodi

40.

Jinnota li, mill-2014 ’il hawn, id-DĠ INTPA żviluppa u implimenta l-istrateġija tiegħu stess kontra l-frodi abbażi tal-metodoloġija pprovduta mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u li, mid-dħul fis-seħħ tagħha, kien hemm tliet aġġornamenti, li l-aħħar waħda minnhom ġiet adottata fl-2021; jinnota li l-implimentazzjoni tal-istrateġija qed tiġi mmonitorjata u l-maniġment jirċievi rapporti biannwali dwar l-investigazzjonijiet li għaddejjin tal-OLAF u s-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF; jinnota, barra minn hekk, li l-pjan ta’ azzjoni l-ġdid tad-DĠ INTPA adottat fl-2021 fih 16-il azzjoni interna, li minnhom 80 % ġew implimentati sal-iskadenza indikata jew skont ir-rikorrenza prevista u l-20 % li jifdal tal-azzjonijiet jew għadhom għaddejjin jew, peress li għandhom skadenza ta’ implimentazzjoni stabbilita fl-2022, it-tlestija tagħhom hija mistennija fl-2022 (15);

41.

Jinnota li d-DĠ INTPA kkontribwixxa wkoll għall-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi u implimenta fil-ħin l-azzjoni 33 tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi ((SWD(2021)0262) (16); jiddispjaċih li d-DĠ INTPA ta segwitu biss għal 33 % tar-rakkomandazzjonijiet finanzjarji tal-OLAF u li, b’mod ġenerali, 20 % tar-rakkomandazzjonijiet finanzjarji (maħruġa bejn l-2017 u l-2021) ġew implimentati bis-sħiħ, 20 % ġew implimentati parzjalment, 60 % jinsabu fi proċess ta’ implimentazzjoni li għadu għaddej jew għadhom qed jiġu analizzati; jinsisti li jkun hemm rata aħjar ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF anke jekk id-diffikultajiet rikorrenti biex jiġu ssodisfati r-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF huma dovuti għal speċifiċitajiet u limitazzjonijiet legali, bħal, fost oħrajn, azzjonijiet legali li jieħdu fit-tul, l-iskadenza tal-limitu ta’ preskrizzjoni u l-falliment;

42.

Jinnota li, fi tmiem l-2021, id-DĠ INTPA kien jaf bi 23 investigazzjoni li kienu għadhom għaddejjin (17 fl-2020, 19 fl-2019) u li l-OLAF għalaq tliet investigazzjonijiet b’rakkomandazzjonijiet finanzjarji, amministrattivi u/jew ġudizzjarji u żewġ investigazzjonijiet mingħajr rakkomandazzjonijiet;

43.

Jilqa’ t-taħriġ online il-ġdid dwar il-prevenzjoni tal-frodi fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, il-varar ta’ kampanja ta’ informazzjoni dedikata għas-sħab esterni tad-DĠ INTPA, iċ-ċentralizzazzjoni u d-distribuzzjoni kontinwi tal-informazzjoni mill-korrispondenti kontra l-frodi tad-DĠ f’kollaborazzjoni mill-qrib man-network ta’ kontra l-frodi tal-INTPA u mal-OLAF, l-aġġornamenti tal-paġni web u tal-manwali, in-nota annwali u l-kampanja ta’ informazzjoni lill-persunal kollu dwar il-prevenzjoni tal-frodi u l-għodod tas-sanzjonar tal-frodi;

44.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb il-kontrolli bil-għan li tnaqqas l-iżbalji tat-tranżazzjonijiet u timplimenta b’mod sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

45.

Jisħaq fuq il-fatt li l-leġittimità u l-effettività tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni jistrieħu fuq l-implimentazzjoni korretta tal-attivitajiet u fuq il-finanzjament xieraq tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb il-kontrolli bil-għan li tnaqqas il-kwantità ta’ żbalji tat-tranżazzjonijiet u timplimenta b’mod sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

L-impatt potenzjali tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fuq il-kontijiet tal-FEŻ għall-2021

46.

Jinnota li b’segwitu għall-konklużjoni tal-ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”) bejn iż-żewġ partijiet, ir-Renju Unit ħa l-impenn li jibqa’ jagħmel parti mill-FEŻ sal-għeluq tal-ħdax-il FEŻ u tal-FEŻ preċedenti kollha li mhumiex magħluqa; jinnota, barra minn hekk, li r-Renju Unit se jassumi l-istess obbligi bħall-Istati Membri fl-ambitu tal-ftehim intern li permezz tiegħu ġie stabbilit il-ħdax-il FEŻ, kif ukoll l-obbligi li jirriżultaw minn FEŻ preċedenti sakemm dawn jingħalqu;

47.

Jinnota li l-Ftehim dwar il-Ħruġ jiddikjara wkoll li, meta l-ammonti minn proġetti fl-ambitu tal-għaxar FEŻ jew minn FEŻ preċedenti ma jkunux ġew impenjati jew ikunu ġew diżimpenjati fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim, is-sehem tar-Renju Unit ta’ dawk l-ammonti mhux se jerġa’ jintuża u li l-istess japplika għas-sehem tar-Renju Unit ta’ fondi mhux impenjati jew diżimpenjati fl-ambitu tal-ħdax-il FEŻ wara l-31 ta’ Diċembru 2021;

48.

Jilqa’ l-konklużjoni tal-Qorti li ma hemm l-ebda impatt finanzjarju biex jiġu rrappurtati l-kontijiet tal-FEŻ tal-2021 u li l-kontijiet tal-FEŻ fil-31 ta’ Diċembru 2021 jirriflettu b’mod korrett l-istat tal-proċess tal-ħruġ f’dik id-data;

Appoġġ baġitarju tal-Unjoni

49.

Jinnota, mit-tweġibiet konsolidati għall-kwestjonarju lill-Kummissjoni, li l-pagamenti ta’ appoġġ baġitarju fl-ambitu tal-FEŻ ammontaw għal EUR 340 miljun fl-2021: 25 pajjiż AKP u 10 PTEE ibbenefikaw mill-appoġġ baġitarju fl-ambitu tal-FEŻ fl-2021;

50.

Jinnota li, f’dawn l-aħħar sentejn, l-appoġġ baġitarju tal-Unjoni għen lill-pajjiżi b’pagamenti globali ta’ EUR 4,2 biljun — EUR 3 biljun fl-2020 u EUR 1,2 biljun fl-2021 — biex jappoġġjaw riformi f’setturi differenti u jipprevjenu aktar tfixkil ekonomiku u soċjali; jinnota, barra minn hekk, li l-isforzi għall-frontloading tar-riżorsi fl-2020 ma setgħux jiġu paċuti bis-sħiħ fl-2021, peress li l-NDICI-Ewropa Globali daħal fis-seħħ matul is-sena u l-Istrument ta’ Qabel l-Adeżjoni daħal fis-seħħ biss fi tmiem l-2021; jinnota li, barra minn hekk, l-ostakli politiċi u l-kriżijiet domestiċi fixklu l-implimentazzjoni ta’ programmi li għaddejjin f’diversi pajjiżi;

51.

Jinnota li l-Afrika sub-Saħarjana għadha l-akbar riċevitur tal-appoġġ baġitarju tal-Unjoni (35 %), segwita mill-viċinat Ewropew (31 %), mill-Asja (16 %), mill-Amerka Latina (6 %), mill-Balkani tal-Punent (4 %), mill-Karibew (3 %), mill-PTEE (3 %) u mir-reġjun tal-Paċifiku (2 %); jinnota, barra minn hekk, li, skont it-tip ta’ kuntratt, il-kuntratti ta’ prestazzjoni tar-riforma tas-settur jisbqu l-kuntratti ta’ bini tal-istat u tar-reżiljenza u l-kuntratti tal-SDGs, b’79 % tal-valur tal-portafoll, meta mqabbel ma’ 19 % u 2 % rispettivament;

52.

Jissottolinja li l-appoġġ baġitarju tal-Unjoni huwa mezz biex tingħata assistenza effettiva, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, u dan jgħin biex jissaħħu s-sistemi tal-pajjiżi u l-proċessi baġitarji biex jiġu implimentati politiki pubbliċi u jinkisbu riżultati sostenibbli; ifakkar f’kemm hu importanti li tibqa’ tinżamm il-faċilità tal-Aċċess Globali għall-Vaċċini kontra l-COVID-19 (COVAX) biex jiġu massimizzati l-possibbiltajiet li n-nies fil-pajjiżi parteċipanti jiksbu aċċess għall-vaċċini kontra l-COVID-19 jew vaċċini oħra fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi ġdida kemm jista’ jkun malajr, b’mod ġust u sikur; jisħaq, barra minn hekk, li kien strumentali matul il-pandemija tal-COVID-19, billi offra spazju fiskali addizzjonali biex jiġi indirizzat l-impatt negattiv tal-pandemija; jirrikonoxxi li dawk l-isforzi għandhom ikomplu fil-futur qrib fid-dawl tal-effetti globali devastanti tal-gwerra Russa ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna;

53.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-qerda tal-faqar, il-promozzjoni tal-valuri demokratiċi u d-degradazzjoni ambjentali għadhom fost l-akbar sfidi li qed inħabbtu wiċċna magħhom illum; ifakkar li dinja b’1,2 biljun persuna f’111-il pajjiż li qed jiżviluppaw (17) li jgħixu f’faqar multidimensjonali akut hija kemm inġusta kif ukoll ekoloġikament insostenibbli; jitlob finanzjament xieraq biex ma jkomplix għaddej it-tbegħid mill-SDGs, bħalma qed isir bħalissa;

54.

Jisħaq li l-qerda tal-faqar mhijiex xi att ta’ karità iżda wieħed ta’ ġustizzja u l-muftieħ biex jiġi lliberat potenzjal uman enormi; jisħaq, barra minn hekk, li mingħajr interventi esterni, iċ-ċiklu tal-faqar għandu t-tendenza li jipperpetwa fuq diversi fronti peress li familji b’assi limitati jew mingħajrhom jinqabdu fil-faqar u huma ffaċċjati b’nuqqas kroniku ta’ ikel, stat ħażin ta’ saħħa, xokkijiet minħabba bidliet ikkawżati mill-klima, u stigmi soċjali; jissottolinja li l-familji li jgħixu fiż-żoni remoti għadhom maqtugħin minn ħafna servizzi bażiċi bħall-ilma nadif u s-sanità, il-kura tas-saħħa u s-sistemi tas-suq, li kollha kemm huma jippreżervaw, jekk ma jaggravawx ukoll, l-istatus soċjoekonomiku tagħhom;

55.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li n-nies, u ż-żgħażagħ b’mod partikolari, għandhom ikunu jistgħu jgħixu, jistudjaw u jaħdmu f’pajjiżhom u fir-reġjun tagħhom; jissottolinja li, mingħajr miżuri effiċjenti u effettivi li jindirizzaw il-faqar, appoġġ issimplifikat għall-mikrofinanzjament u għall-iżvilupp ta’ intraprendituri fuq skala żgħira, il-movimenti migratorji għal raġunijiet ekonomiċi se jkomplu jikbru, jiġifieri l-migrazzjoni li twassal għall-eżodu tal-imħuħ, li tirriżulta f’diversi sfidi kemm għall-pajjiżi ospitanti kif ukoll għall-pajjiżi ta’ oriġini;

56.

Jemmen bis-sħiħ li approċċ multidimensjonali u olistiku għall-faqar estrem huwa l-aħjar approċċ u jtenni li l-edukazzjoni (u t-taħriġ) hija kemm dritt tal-bniedem kif ukoll l-aktar għodda b’saħħitha għall-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali u l-inugwaljanzi;

57.

Jisħaq li madwar 64 miljun tifel u tifla fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw ma jattendux skola primarja; jisħaq li l-bniet speċjalment kienu dawk partikolarment affettwati, peress li d-drittijiet tagħhom għal edukazzjoni ta’ kwalità komplew jiġu kompromessi aktar minħabba l-għeluq tal-iskejjel, in-nuqqas ta’ aċċess għat-tagħlim mill-bogħod inkluż b’mezzi diġitali, u t-tnaqqis tal-baġits nazzjonali għall-edukazzjoni li rriżultaw mill-pressjoni fuq l-ekonomiji nazzjonali; jisħaq, barra minn hekk, li raġuni ewlenija partikolari hija l-vjolenza fiż-żoni ta’ kunflitt li għaddejjin fid-dinja, u l-ostaklu kbir l-ieħor — li spiss huwa marbut mill-qrib mal-kunflitt — huwa l-faqar; ifakkar kemm hu importanti li l-opportunitajiet indaqs isiru ċentrali għall-iżvilupp; jenfasizza li l-għoti tas-setgħa lin-nisa u l-aċċess għal edukazzjoni adegwata fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment għall-bniet u għan-nisa, huma passi importanti fil-ġlieda kontra l-faqar u n-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel; jenfasizza, barra minn hekk, li l-aċċessibbiltà tan-nisa żgħażagħ għall-proġetti, it-taħriġ fin-negozju u l-fondi Ewropej għandha tiġi inkoraġġita fil-pajjiżi sħab peress li n-nisa jaqdu rwol importanti fl-iżvilupp tal-ekonomija lokali u reġjonali f’diversi pajjiżi li qed jiżviluppaw;

58.

Jinnota li l-Unjoni tappoġġja l-edukazzjoni f’madwar 100 pajjiż u permezz ta’ sħubijiet bħas-Sħubija Globali għall-Edukazzjoni (18) u Education Cannot Wait (19), u tkompli tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fi sħubija mal-gvernijiet u mal-partijiet ikkonċernati mhux governattivi;

59.

Ifaħħar il-prijorità tal-Kummissjoni li tmur lil hinn mill-mira stabbilita ta’ 10 % u tilħaq it-13 % għall-edukazzjoni tal-portafoll totali tad-DĠ INTPA;

60.

Jinnota li, fl-2021, l-Unjoni ħallset EUR 85 miljun mill-FEŻ biex tappoġġja l-edukazzjoni f’pajjiżi sħab, u b’hekk tikkontribwixxi għar-reġistrazzjoni ta’ aktar minn 32 miljun student tal-edukazzjoni primarja u kważi tliet miljun student fil-livell sekondarju matul l-2018-2020; jinnota li mill-EUR 85 miljun, EUR 6 miljun intużaw biex jappoġġjaw il-proġetti ta’ mobilità u bini tal-kapaċitajiet tal-Erasmus għall-pajjiżi AKP, EUR 31 miljun ġew żborżati fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali - minn dan l-ammont, tħallsu EUR 5 miljun bħala parti mill-programmi ta’ appoġġ baġitarju, EUR 1,2 miljun għal xogħlijiet u provvisti, EUR 0,8 miljun għal servizzi u l-EUR 24 miljun li jifdal fil-forma ta’ għotjiet;

61.

Jinnota li l-Kummissjoni wegħdet EUR 700 miljun għas-Sħubija Globali għall-Edukazzjoni s-sena l-oħra, biex tgħin ħalli tipprovdi lil 140 miljun tifel u tifla b’għalliema mħarrġa u biex 88 miljun tifel u tifla oħra jattendu l-iskola u jingħataw tagħlim;

62.

Itenni li l-programmi ta’ intraprenditorija jaqdu rwol essenzjali fil-ġlieda kontra l-faqar; jenfasizza l-fatt li l-għoti ta’ taħriġ fin-negozju jista’ jgħin lill-imprendituri fuq skala żgħira jistabbilixxu negozji u jtejbu l-prattiki tan-negozju u b’hekk il-familji foqra jkunu jistgħu jippjanaw it-triq tagħhom għal għajxien sostenibbli u reżiljenza soċjoekonomika; jinnota, madankollu, li, sabiex tittejjeb l-effikaċja ta’ programmi bħal dawn, it-taħriġ għandu jiġi kkomplementat b’servizzi ta’ appoġġ u ta’ segwitu personalizzati; ifakkar li l-aċċessibbiltà tan-nisa żgħażagħ għall-proġetti, it-taħriġ fin-negozju u l-fondi Ewropej trid tiġi inkoraġġita fil-pajjiżi sħab;

63.

Jilqa’ d-dħul fis-seħħ, fl-2021, ta’ Qafas għall-Ġestjoni tar-Riskju (RMF+) tal-pajjiżi ġdid; jinnota li din l-għodda l-ġdida tibni fuq il-qafas preċedenti ta’ ġestjoni tar-riskju, li ġie stabbilit fl-2013; jinnota, barra minn hekk, li l-RMF+ huwa adattat għall-kuntest li qed jinbidel għas-sħubijiet internazzjonali, għax-xenarju ġeopolitiku li qed jevolvi u għall-NDICI-Ewropa Globali l-ġdid u li japplika għall-pajjiżi li magħhom l-Unjoni għandha arranġamenti ta’ kooperazzjoni bilaterali, inkluż għadd sinifikanti ta’ pajjiżi fejn ma jingħatax appoġġ baġitarju;

64.

Jinnota li d-delegazzjonijiet tal-UE u s-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni jużaw il-konklużjonijiet tal-RMF+ u jsegwu l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju u l-progress miksub bi prijoritajiet ta’ djalogu dwar il-politika f’sinerġija ma’ għodod analitiċi u ta’ rapportar eżistenti oħra;

65.

Iqis li l-FEŻ, bħall-programmi l-oħra tal-UE, ibati minn nuqqas ta’ viżibbiltà, fehim u pubbliċità, peress li l-popolazzjonijiet lokali li jibbenefikaw mill-finanzjament tal-Unjoni li ma jkunux jafu dwar l-appoġġ u s-solidarjetà tal-Unjoni; iqis ukoll li l-FEŻ jeħtieġ li jiġi spjegat aħjar lill-pubbliku;

66.

Jilqa’, f’dan ir-rigward, l-introduzzjoni mill-Kummissjoni ta’ regoli minimi korporattivi għall-komunikazzjoni u l-viżibbiltà tal-Unjoni li huma koerenti u vinkolanti fil-programmi ta’ finanzjament u l-modi ta’ ġestjoni kollha tal-Unjoni fil-perjodu ta’ finanzjament 2021-2027 (20); iqis, madankollu, li kull pajjiż benefiċjarju għandu jkun parzjalment responsabbli għall-ipprogrammar ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni (taħt is-superviżjoni tas-servizzi tal-Unjoni) bil-għan li titqajjem kuxjenza fost il-popolazzjonijiet tagħhom dwar il-proġetti u l-attivitajiet iffinanzjati mill-Unjoni; jitlob lill-Kummissjoni tesplora din il-possibbiltà;

67.

Jemmen li kull pajjiż benefiċjarju għandu jippreżenta pjan fit-tul, li jiddikjara l-proġetti u l-għanijiet tiegħu, tul il-kalendarju tal-QFP; jemmen li din l-istruttura tista’ żżid it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-assistenza Ewropea għall-iżvilupp, li tippermetti l-istabbiliment ta’ objettivi fit-tul kif definiti mill-Kummissjoni, jiġifieri f’oqsma li jirrikjedu ppjanar bil-quddiem bħall-enerġija, is-saħħa, il-provvista tal-ilma, it-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika; jinnota li tali pjan imissu jiġi ppreżentat mill-gvern benefiċjarju, li jibbaża fuq il-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati lokali, li l-kontribut tagħhom għandu jiġi stimulat; jemmen li dan irawwem ukoll il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi ospitanti fit-tfassil tal-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni, permezz tal-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-partijiet ikkonċernati tagħha;

68.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk tistax tiġi stabbilita pjattaforma online fejn jiġu ppubbliċizzati l-proġetti kollha tal-FEŻ u tal-NDICI-Ewropa Globali, biex iżżid it-trasparenza u l-aċċess għad-data;

69.

Jinnota b’sodisfazzjon li, fil-qasam tal-azzjoni esterna, id-DĠ INTPA, flimkien ma’ direttorati ġenerali u servizzi kkonċernati oħra, adotta approċċ ġdid għall-komunikazzjoni fil-livell tal-pajjiżi, fil-livell reġjonali u fil-livell globali; jinnota li dan l-approċċ il-ġdid jitbiegħed minn komunikazzjoni frammentata u speċifika għall-proġett għal sforz aktar iffukat u strateġiku; jilqa’ l-pubblikazzjoni tal-linji gwida aġġornati dwar il-Komunikazzjoni u ż-Żieda tal-Viżibbiltà tal-UE fl-azzjonijiet esterni (21) li jiddeskrivu x’inhu mistenni mis-sħab li jimplimentaw l-azzjonijiet esterni tal-Unjoni;

70.

Jiddispjaċih li wara l-iskadenza tal-ftehim ta’ sħubija ta’ Cotonou bejn l-Unjoni u l-pajjiżi AKP fi Frar 2020 u l-inizjalar ta’ ftehim ta’ sħubija ġdid f’April 2021, il-Kunsill għadu ma awtorizzax l-iffirmar tal-ftehim ta’ sħubija l-ġdid, li ġiegħel li ssir estensjoni annwali tal-ftehim l-antik u poġġa lill-komunitajiet kollha tal-AKP u tal-Unjoni f’żona legali griża fir-rigward tal-kontinwazzjoni tad-djalogu politiku u l-politiki ta’ żvilupp; iħeġġeġ lill-Kunsill jegħleb il-veto ta’ Stat Membru wieħed u jawtorizza l-iffirmar tal-ftehim ta’ sħubija l-ġdid;

71.

Iqis li r-riżultati tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Unjoni jistgħu jiġu amplifikati permezz ta’ koordinazzjoni b’saħħitha u mmirata fost l-azzjonijiet ta’ finanzjament tal-FEŻ u tal-NDICI-Ewropa Globali, b’mod partikolari permezz ta’ proġetti transfruntiera, bil-għan li jinħolqu s-sinerġiji u jiżdied il-valur miżjud tal-finanzjament tal-FEŻ u tal-NDICI-Ewropa Globali;

72.

Jindika l-valur miżjud tal-“amalgamazzjoni” tal-istrumenti, li jikkombinaw l-għotjiet pubbliċi mas-self privat; jistieden lill-Kummissjoni tipprijoritizza u tinċentiva l-użu ta’ tali strumenti; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lis-settur privat, jiġifieri permezz tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-imprendituri lokali;

73.

Jinnota l-kummenti tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjonijiet li twettaq, fost oħrajn, dwar il-FEŻ; itenni, madankollu, it-talba tiegħu li ssir evalwazzjoni komprensiva tal-proġetti ffinanzjati mill-FEŻ, sabiex il-Parlament ikun jista’ jevalwa b’mod preċiż l-impatt tal-fondi tal-FEŻ u jivverifika li l-għan aħħari tal-għajnuna għall-iżvilupp jiġi rispettat — jiġifieri li jitnaqqas u fl-aħħar mill-aħħar jinqered il-faqar;

74.

Jiġbed l-attenzjoni għall-kuntest li fih jitmexxew il-politiki ta’ għajnuna umanitarja u ta’ żvilupp, li kulma jmur qed isir agħar b’mod kostanti, ikkaratterizzat b’mod partikolari mill-pandemija tal-COVID-19, għall-aggravazzjoni kontinwa tal-impatti tat-tibdil fil-klima, tat-telfien tal-bijodiversità, taż-żieda fl-insigurtà tal-ikel u tar-riperkussjonijiet dejjem akbar tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna; jinnota d-distakk dejjem akbar bejn il-fondi meħtieġa u dawk disponibbli biex jiġu indirizzati l-kriżijiet tal-klima, tal-ġuħ, tad-dejn, il-kriżi umanitarja u oħrajn, li kulma jmur qed isiru agħar, u jiġġeneraw żieda fl-inugwaljanzi u fil-livell ta’ faqar għall-ewwel darba f’għexieren ta’ snin; jitlob finanzjament xieraq biex ma jkomplix għaddej it-tbegħid mill-SDGs, bħalma qed isir bħalissa, minflok ma jsir progress lejhom; jenfasizza li, minkejja l-bosta sfidi li l-Unjoni għandha quddiemha marbuta mal-pandemija tal-COVID-19 u mal-gwerra ta’ aggressjoni Russa fl-Ukrajna, bl-effetti ġeopolitiċi u ekonomiċi tagħha, hemm bżonn li jiżdied l-infiq għall-għajnuna għall-iżvilupp;

75.

Jiddeplora l-fatt li għadha ma seħħitx il-bidla “minn biljuni għal triljuni” fil-finanzjament għall-iżvilupp li tqieset neċessarja meta ġew adottati l-SDGs fl-2015; jinnota l-urġenza li jiġu mobilizzati ħafna aktar riżorsi tad-dinja miżmuma mill-privat, permezz tal-promozzjoni tal-investimenti u t-tassazzjoni iktar effikaċi, filwaqt li jiġi żgurat li l-azzjonijiet ikunu allinjati mal-objettivi tal-Aġenda 2030 u mal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, iżda wkoll li jiżdiedu l-finanzjamenti pubbliċi għall-iżvilupp, f’konformità mal-impenji internazzjonali fil-livelli li l-Unjoni fadlilha wisq biex tilħaqhom;

Segwitu għall-kwittanza tal-2020

76.

Jinnota li l-Kummissjoni pprovdiet riassunt tal-azzjonijiet meħuda b’reazzjoni għall-prijoritajiet politiċi ewlenin espressi mill-Parlament u mill-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza tal-2020 permezz tar-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-segwitu għal din il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2020 (22), parti mir-rapportar finanzjarju u ta’ rendikont integrat;

77.

Jinnota li bi tweġiba għat-talba tal-Parlament, il-Kummissjoni pprovdiet aġġornament lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tat-tmien u tad-disa’ FEŻ;

78.

Jilqa’ l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Parlament dwar l-appoġġ għall-amministrazzjonijiet tal-PTEE, li tiggarantixxi distribuzzjoni ġusta tal-fondi; jissottolinja madankollu l-ħtieġa ta’ koerenza aktar b’saħħitha tal-azzjoni tal-Unjoni fir-reġjun tal-AKP, li tiżgura li tingħata prijorità lill-objettivi ta’ żvilupp u tiżgura li l-politiki mmirati lejn il-PTEE jkunu marbuta mal-iżvilupp tar-reġjuni ġeografiċi rispettivi tagħhom u allinjati mal-prijoritajiet tal-Unjoni;

79.

Jinnota, barra minn hekk, li meta kien qed jiġi vvalutat il-Pjan ta’ Azzjoni tal-2021 tad-DĠ INTPA dwar l-indirizzar tad-dgħufijiet fil-kontroll u r-riskji għoljin identifikati tqiesu l-osservazzjonijiet tal-Parlament.

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1764 tal-5 ta’ Ottubru 2021 dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inkluż ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa,u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, inkluż Greenland) (ĠU L 355, 7.10.2021, p. 6).

(2)  Id-DĠ DEVCO sar id-DĠ INTPA f’Jannar 2021.

(3)  Għodda biex tgħin lid-Delegazzjonijiet tal-UE jaħdmu aħjar flimkien mal-Istati Membri, u mal-partijiet ikkonċernati tal-pajjiżi, permezz ta’ programmar u implimentazzjoni konġunti, https://europa.eu/capacity4dev/wbt-team-europe

(4)  Il-Kontijiet annwali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp 2021, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52022DC0321

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1).

(6)  Il-Botswana, il-Burkina Faso, il-Djibouti, Timor Leste, l-Etjopja, il-Ghana, il-Guinea-Bissau, il-Haiti, il-Ġamajka, il-Liberja, il-Malawi, il-Mali, in-Niġer, in-Niġerja, it-Tanzanija, l-Uganda u ż-Żambja.

(7)  Il-140 pagament kollha għaddew mid-DĠ INTPA.

(8)  Il-Botswana, il-Burkina Faso, l-Etjopja, il-Ghana, il-Guinea-Bissau, il-Haiti, il-Liberja, il-Malawi, in-Niġer, in-Niġerja, it-Tanzanija, l-Uganda u ż-Żambja.

(9)  Ir-Rapport Annwali tal-Attività 2021 tad-DĠ INTPA, p. 51.

(10)  https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/annualreports-2021/annualreports-2021_MT.pdf (p. 383).

(11)  Skont l-“approċċ nozzjonali”, meta l-kontribuzzjonijiet mill-Kummissjoni għal proġetti b’diversi donaturi jinġabru ma’ dawk minn donaturi oħra u ma jkunux allokati għal entrati speċifiċi u identifikabbli ta’ nefqa, il-Kummissjoni tassumi li n-nefqa hija konformi mar-regoli ta’ eliġibbiltà tal-Unjoni dment li l-ammont aggregat totali jinkludi nefqa eliġibbli suffiċjenti biex tkopri l-kontribuzzjoni tal-Unjoni, https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/annualreports-2021/annualreports-2021_MT.pdf

(12)  Ir-Rapport Annwali tal-Attività 2021 tad-DĠ INTPA, p. 34.

(13)  L-indikaturi huma: 1) implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn, 2) implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn skont il-previżjonijiet, 3) implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament, 4) implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament skont il-previżjonijiet, 5) assorbiment ta’ impenn globali u 6) pagamenti f’waqthom.

(14)  L-erba’ indikaturi addizzjonali huma: 7) diżimpenji f’waqthom, 8) żmien għar-reġistrazzjoni tal-fattura, 9) kwalità tad-data kontabilistika, 10) il-ġestjoni tal-kwalità tad-data.

(15)  Ir-Rapport Annwali tal-Attività 2021 tad-DĠ INTPA (p. 43).

(16)  Meta xieraq, jiġu inklużi miżuri speċifiċi kontra l-frodi fost il-“kondizzjonalitajiet” għall-appoġġ baġitarju. Għall-appoġġ baġitarju u l-assistenza makrofinanzjarja, meta xieraq, jittejbu l-istrateġiji ta’ kontroll u jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ verifika, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52021SC0262

(17)  Indiċi tal-Faqar Multidimensjonali Globali (MPI) 2022.

(18)  https://www.globalpartnership.org/

(19)  https://www.educationcannotwait.org/

(20)  https://commission.europa.eu/funding-tenders/managing-your-project/communicating-and-raising-eu-visibility_mt

(21)  https://international-partnerships.ec.europa.eu/knowledge-hub/communicating-and-raising-eu-visibility-guidance-external-actions_en

(22)  COM(2022), 331 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52022DC0331


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/190


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1843 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra r-rapporti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u n-nefqa tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 321 — C9-0281/2022),

wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (COM(2022) 321),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet li jaqgħu taħt it-tmien, id-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2021 (05671/2023 — C9-0056/2023, 05672/2023 — C9-0057/2023, 05673/2023 — C9-0058/2023, 05674/2023 — C9-0059/2023),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2022) 331),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou (il-Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000  (3) u emendat f’Ouagadougou (il-Burkina Faso) fit-22 ta’ Ġunju 2010  (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (5),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1764 tal-5 ta’ Ottubru 2021 dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inkluż ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, inkluż Greenland) (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta’ Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli (8),

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 ta’ Ġunju 2013 u tas-26 ta’ Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (12),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (13),

wara li kkunsidra l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (14),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99, l-Artikolu 100, it-tielet inċiż, u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0114/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 391, 12.10.2022, p. 6.

(2)   ĠU C 400, 17.10.2022, p. 170.

(3)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(4)   ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.

(5)   ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.

(6)   ĠU L 355, 7.10.2021, p. 6.

(7)   ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(8)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(9)   ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(10)   ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(11)   ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(12)   ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

(13)   ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

(14)   ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/192


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1844 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0074/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0111/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 158, 14.6.2019, p. 22.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1,


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/194


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1845 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0111/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tiegħu (1), il-baġit finali tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 23 590 235, li jirrappreżenta żieda ta’ 36,38 % meta mqabbel mal-2020; billi l-baġit tal-Aġenzija ġej parzjalmenrt mill-baġit tal-Unjoni u parzjalment mil-ġbir tat-tariffi;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li l-Qorti kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi li jikkonċernaw id-dħul huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li sforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’implimentazzjoni baġitarja ta’ rata tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena kurrenti ta’ 94,06 %, (l-Aġenzija ma laħqitx il-mira ppjanta tagħha ta’ 95 %), li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 4,81 % meta mqabbla ma’ dik tal-2020; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena kurrenti kienet ta’ 65,96 % (l-Aġenzija ma laħqitx il-mira ppjanata tagħha ta’ 75 %), li tfisser żieda ta’ 15,11 % meta mqabbla mal-2020;

2.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2019, diversi kuntratti speċifiċi taħt kuntratt qafas għal servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) ġew identifikati bħala parzjalment irregolari, pagamenti sussegwenti bbażati fuq dak il-kuntratt qafas jistgħu jiġu affettwati wkoll, u l-ammont ta’ pagamenti assoċjati fl-2021 kien EUR 21 534; jieħu nota tal-fatt li l-kuntratt qafas ikkonċernat se jiskadi fl-2025, u r-risposta tal-Aġenzija skont liema hija mminimizzat l-użu tal-lista lil hinn mill-prezzijiet sa fejn ikun possibbli, biex b’hekk ġabitha taħt 10 % tal-valur ta’ kull kuntratt speċifiku, filwaqt li qieset il-kontinwità tal-attivitajiet operazzjonali tagħha;

3.

Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija rriportat EUR 6,6 miljun (29.9 %) ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-2021 għall-2022, u minn dak l-ammont, EUR 4,0 miljun, jew 54 % tan-nefqa operattiva, kienu relatati ma’ attivitajiet operattivi ewlenin skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u rati għoljin ta’ riporti jikkontradixxu l-prinċipju baġitarju tal-annwalità u jissuġġerixxu kwistjonijiet strutturali fl-implimentazzjoni tal-baġit; jinnota li, skont ir-risposta tal-Aġenzija, l-2021 kienet l-ewwel sena li fiha l-Aġenzija ġabret tariffi mingħajr ebda esperjenza preċedenti f’dan il-qasam, l-Aġenzija kienet kawta meta kkuntrattat ir-riżorsi tagħha u ttardjat il-bidu ta’ diversi proġetti operattivi ppjanati li jiġu koperti minn tariffi sal-ħlas tal-ewwel pagament parzjali tat-tariffi, u dan irriżulta f’livell għoli ta’ riporti mill-bilanċi tal-impenji miftuħa fi tmiem is-sena; barra minn dan jinnota li l-Qorti rrappurtat ukoll dwar ir-rata għolja ta’ riporti fl-2020 u fl-2019 u li l-awtorità ta’ kwittanza talbet lill-Aġenzija ssolvi l-kwistjoni billi tkompli ttejjeb l-ippjanar tal-baġit tagħha u ċ-ċikli ta’ implimentazzjoni tagħha;

4.

Jinnota li l-2021 kienet l-ewwel sena li fiha l-Aġenzija ġabret tariffi mill-mekkaniżmi ta’ rappurtar reġistrat għas-servizzi li tipprovdi għall-ġbir, it-trattament u l-analiżi tad-data rrapportata mill-parteċipanti fis-suq tal-enerġija għall-implimentazzjoni ta’ Regolament (UE) Nru 1227/2011;

Prestazzjoni

5.

Jinnota li l-Aġenzija tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta r-riżultati tal-attivitajiet tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-objettivi tal-programm ta’ ħidma tagħha, u oħrajn fir-rigward tal-ġestjoni tar-riżorsi umani u finanzjarji, fost l-oħrajn; japprezza l-fatt li l-KPIs ġew issodisfati u l-fatt li l-Aġenzija ġibdet l-attenzjoni għal miżuri li jistgħu jtejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-ħidma tal-Aġenzija; madankollu, jirrakkomanda li l-Aġenzija tieħu nota tal-indikaturi li għadhom ma ntlaħqux jew li waqgħu lura;

6.

Jinnota li l-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija ġie fil-biċċa l-kbira implimentat, u li ftit kompiti ġew deprijoritizzati, ikkanċellati, posposti jew parzjalment ikkombinati ma’ kompiti oħra, minħabba l-limitazzjoni fir-riżorsi umani disponibbli, primarjament fil-qasam ta’ Regolament (UE) Nru 1227/2011; jinnota, barra minn hekk, li, skont l-Aġenzija, kien hemm diskrepanza fiż-żmien bejn il-kompiti u l-allokazzjoni tar-riżorsi, pereżempju l-kompiti u r-riżorsi għal-leġiżlazzjoni għal integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa u s-suq tal-enerġija nadifa;

Politika dwar il-persunal

7.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 95,77 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet eżegwita, b’68 aġent temporanju maħtura minn total ta’ 71 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 71 postijiet tax-xogħol awtorizzati fl-2020); jinnota li, barra minn hekk, 30 aġent kuntrattwali, erba’ esperti nazzjonali sekondati u 10 membri tal-persunal interim ħadmu għall-Aġenzija fl-2021; jenfasizza li, fi tmiem l-2021, 23,4 % tal-forza tax-xogħol tal-Aġenzija kienet koperta permezz tal-programmi ta’ traineeships u ħaddiema interim tal-aġenzija u għalhekk itenni r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti dwar l-assenjazzjoni ta’ kompiti permanenti u kontinwi lil membri tal-persunal impjegati direttament;

8.

Jiddispjaċih għall-fatt li għad hemm nuqqas evidenti ħafna ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri tal-Aġenzija, jiġifieri mara waħda (17 %) u ħamest irġiel (83 %); jinnota li fost il-persunal ġenerali tagħha, il-proporzjon bejn il-ġeneri huwa ta’ 37 mara (37 %) għal 63 raġel (63 %); jinnota li l-bord tal-amministrazzjoni tal-Aġenzija huwa magħmul minn disa’ nisa (50 %) u disa’ rġiel (50 %); jistieden lill-Aġenzija tieħu miżuri konkreti biex iżżid il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-ġerarkija mill-aktar fis possibbli u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress;

9.

Jinnota li l-Aġenzija għandha politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali, u li l-Aġenzija hija parti min-Network interaġenzjali ta’ konsulenti kunfidenzjali; jinnota li ma kien hemm l-ebda każ irrappurtat ta’ fastidju fl-2021 u jħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli u tiżviluppa l-ħidma biex tipprevjeni każijiet fil-futur ukoll;

10.

Ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-offerta ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib ta’ bilanċ ġeografiku biex tiġi żgurata rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità kif ukoll li jkun żgurat li jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jkunu promossi b’mod wiesa’;

Akkwist

11.

Jinnota li fl-2021 ġew konklużi 200 proċedura ta’ akkwist, meta mqabbla ma’ 109 fl-2020, u li se jkun meħtieġ persunal addizzjonali peress li l-għadd ta’ proċeduri qed jiżdied; jinnota li l-Aġenzija implimentat is-Sejħiet għall-offerti elettroniċi, is-Sottomissjonijiet elettroniċi u l-Fatturazzjoni elettronika u ttestjat l-għodda għall-ġestjoni tal-akkwist pubbliku (PPMT) bl-għan li timplimentah matul l-2023; jinnota li peress li 2021, kienet l-ewwel sena tal-ġbir tat-tariffi, l-Aġenzija ħadet approċċ pjuttost konservattiv fir-rigward tat-tnedija tal-proċeduri ta’ akkwist; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kull progress f’dak ir-rigward;

12.

Ifakkar fl-importanza li kull proċedura ta’ akkwist tiżgura kompetizzjoni ġusta bejn l-offerenti u biex jiġu akkwistati oġġetti u servizzi bl-aħjar prezz, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji ta’ trasparenza, proporzjonalità, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni; jitlob l-implimentazzjoni tal-għodod tal-IT għall-akkwist elettroniku żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea; jitlob kjarifika aġġornata tal-proċeduri u l-mudelli fil-linji gwida dwar l-akkwist. jinnota bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti rigward id-dgħufijiet fl-akkwist pubbliku li qed jiżdiedu u li jibqgħu l-akbar sors ta’ pagamenti irregolari għall-biċċa l-kbira tal-aġenziji.

Prevenzjoni u ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess u trasparenza

13.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li l-Aġenzija timplimenta l-politika komprensiva tagħha għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u li l-Aġenzija tiġbor id-dikjarazzjonijiet ta’ interess annwali tal-persunal maniġerjali tagħha, tal-membri u tas-supplenti tal-bord tal-amministrazzjoni, tal-bord ta’ regolaturi u tal-bord tal-appell tagħha, kif ukoll tal-presidenti u l-viċi presidenti tal-gruppi ta’ ħidma tal-Aġenzija u tal-koordinaturi tat-task forces tal-Aġenzija; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija tivvaluta, tassenja l-formoli ppreżentati b’livelli ta’ riskju u tittrattahom kif xieraq;

14.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija vvalutat, bejn l-2019 u l-2021, tliet każijiet ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali fir-rigward ta’ membru anzjan tal-persunal li beda attività esterna mħallsa jew impjieg ġdid xi mkien ieħor, u l-uniku każ rieżaminat mill-Qorti kien imur kontra l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal, minħabba li l-Aġenzija ma kkonsultatx lill-Kumitat Konġunt u ħarġet id-deċiżjoni tagħha, li kienet tinkludi restrizzjonijiet imfassla biex itaffu r-riskju, wara l-iskadenza, u l-Aġenzija sussegwentement talbet lill-persuna kkonċernata tonora r-restrizzjonijiet, mingħajr ebda bażi ġuridika; jinnota li skont it-tweġiba tal-Aġenzija hija qieset l-iskambju ta’ ittri mal-ex membru tal-persunal ikkonċernat bħala li jirrappreżenta soluzzjoni tajba għall-formalizzazzjoni tal-obbligi kuntrattwali wara l-irtirar tad-deċiżjoni, u b’hekk tipproteġi lilha nfisha minn riskji operattivi, legali u reputazzjonali, u l-Aġenzija hija impenjata li tapplika l-proċess fil-ħin u b’mod korrett;

15.

Jinnota li l-Aġenzija għandha politika għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, adottata b’deċiżjoni tal-bord amministrattiv tal-Aġenzija tal-31 ta’ Jannar 2015; jinsisti dwar il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli aktar sistematiċi dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitti ta’ interess, il-lobbjar illegali u r-revolving doors u jekk hemm bżonn li tiġi aġġornata l-politika tagħha ta’ kunflitt ta’ interess; jistieden lill-Aġenzija ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tagħha, inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu intern kontra l-korruzzjoni;

Kontroll intern

16.

Jinnota li fl-2021 is-servizz tal-awditjar intern (IAS) wettaq awditu dwar l-ippjanar, l-ibbaġitjar u l-monitoraġġ, u li r-rapport finali f’Jannar 2022 kien fih rakkomandazzjoni importanti ħafna dwar l-implimentazzjoni tal-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività, ir-reġistrazzjoni funzjonali tal-ħin u l-valutazzjoni tal-ammont ta’ xogħol u rakkomandazzjoni importanti dwar l-ippjanar, il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-akkwist li għaliha ġie definit pjan ta’ azzjoni; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kull progress f’dak ir-rigward;

17.

Jinnota li mill-awditu tal-IAS tal-2020 dwar l-Implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011, żewġ rakkomandazzjonijiet importanti ħafna u tliet rakkomandazzjonijiet importanti ġew implimentati bis-sħiħ u rrappurtati lill-IAS fl-2021 u ngħalqu mill-IAS fl-2022, u li rakkomandazzjoni importanti kellha tiġi implimentata fl-2022; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kull progress f’dak ir-rigward;

18.

Jinnota li wara l-awditu tal-2018 dwar “Is-sigurtà tal-IT fl-Aġenzija u s-sigurtà tal-informazzjoni fil-qasam tar-REMIT” erba’ rakkomandazzjonijiet importanti ġew implimentati bis-sħiħ u ngħalqu mill-IAS fl-2021, rakkomandazzjoni importanti ġiet implimentata bis-sħiħ u magħluqa mill-IAS fl-2022, u rakkomandazzjoni importanti oħra li kien fadal iddawret mhux ħażin iżda ġiet implimentata bis-sħiħ u rrappurtata lill-IAS fl-2022; jinnota, barra minn hekk, wara l-awditu tal-2017 dwar il-“Ġestjoni tar-Riżorsi Umani” pjan ta’ azzjoni ġie implimentat fl-2020 u ngħalaq mill-IAS fl-2021;

19.

Jinnota li l-bord amministrattiv tal-Aġenzija adotta strateġija ġdida kontra l-frodi f’Diċembru 2021, ibbażata fuq is-sejbiet tar-rapport ta’ implimentazzjoni tal-Istrateġija Kontra l-Frodi 2019-2021;

20.

Jinnota li l-Aġenzija, f’kooperazzjoni mal-ordnijiet tas-CERT-UE, tordna u twettaq skennjar regolari tal-vulnerabbiltà tas-sistemi ewlenin tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni biex tivvaluta kwistjonijiet ta’ sigurtà u protezzjoni tad-data u timplimenta tekniki ta’ mitigazzjoni biex tindirizzahom, u li fl-2021 l-Aġenzija, wara li lestiet l-iżvilupp u l-adattament ta’ sett ġenerali ta’ standards taċ-ċibersigurtà li diġà qed jintużaw mill-Istituzzjonijiet ewlenin tal-Unjoni, implimentat l-ewwel rieżami ta’ wieħed mill-istandards biex tallinja mar-riskji emerġenti l-ġodda;

21.

Jinnota li l-Aġenzija wettqet rieżami tar-riskju ta’ nofs is-sena f’Ġunju 2021 biex tivvaluta mill-ġdid ir-riskji oriġinarjament previsti u r-riskji relatati maż-żieda fl-appelli legali kontra d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija ġew identifikati bħala riskju kritiku; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kull progress f’dak ir-rigward;

22.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Aġenzija; jinsisti bil-qawwa fuq ir-rekwiżit ta’ sistemi ta’ ġestjoni u kontroll effettivi biex jiġu evitati każijiet potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess, kontrolli ex ante jew ex post neqsin, ġestjoni inadegwata tal-impenji baġitarji u legali, u nuqqasijiet ta’ rappurtar ta’ kwistjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet.

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

23.

Jinnota li l-Aġenzija tuża għadd ta’ għodod tal-IT biex ittejjeb l-effiċjenza u l-użu tar-riżorsi, inklużi servizzi kondiviżi pprovduti mill-Kummissjoni, bħal ARES (ġestjoni tad-dokumenti) u Sysper (ġestjoni tar-riżorsi umani);

24.

Jinnota bi tħassib li n-nuqqas ta’ riżorsi umani u finanzjarji tal-Aġenzija illimita l-kapaċità tal-Aġenzija li ttejjeb u tiżviluppa aktar id-diġitalizzazzjoni tagħha (pereżempju proġetti fil-qasam tal-cloud computing kellhom jitwaqqfu momentarjament), minħabba li l-miżuri taċ-ċibersigurtà f’xi oqsma ma jistgħux itaffu r-riskji f’konformità mal-predispożizzjoni għar-riskju tal-Aġenzija;

25.

Jinnota b’apprezzament il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekoloġizzazzjoni 2021-2022 tal-Aġenzija bi 17-il punt ta’ azzjoni konkreti li għandhom l-għan li jnaqqsu l-impronta tal-karbonju tal-Aġenzija, bħall-installazzjoni ta’ sensur tad-dawl u illuminazzjoni LED, l-użu ta’ aktar riżorsi tal-cloud, u x-xiri ta’ elettriku 100 % ekoloġiku;

26.

Jilqa’ l-fatt li fl-2021, fir-rigward tas-settur tal-gass, l-Aġenzija ffukat fuq il-leġiżlazzjoni futura għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija f’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew b’dokument ta’ pożizzjoni dwar ir-rekwiżiti regolatorji ewlenin biex tinkiseb id-dekarbonizzazzjoni tal-gass, white paper dwar ir-regoli għall-prevenzjoni tar-rilokazzjoni tal-metan fis-settur tal-enerġija u white paper regolatorja dwar meta u kif għandhom jiġu rregolati n-networks tal-idroġenu; jinnota, barra minn hekk, id-dokument ta’ pożizzjoni dwar it-titjib tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u l-white paper dwar it-trattament regolatorju tal-enerġija għall-gass; jinnota, barra minn hekk, il-kontribut tal-Aġenzija fir-rigward tal-pakkett “Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha”;

27.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-aġenziji f’termini ta’ operazzjoni u ġestjoni interni iżda anke sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-aġenzija tkun proattiva f’dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

28.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà); jissuġġerixxi li jiġu offruti regolarment programmi ta’ taħriġ aġġornati relatati maċ-ċibersigurtà għall-persunal kollu fl-Aġenzija;

Kontinwità tal-operat matul kriżi tal-COVID-19

29.

Jinnota li f’Marzu 2021 ġie stabbilit grupp ta’ ġestjoni tal-kontinwità, magħmul mill-maniġment superjuri tal-Aġenzija u responsabbli għar-riżorsi umani, l-IT u s-sigurtà, u li l-Aġenzija bdiet timplimenta l-istrateġija tagħha dwar modi ġodda ta’ ħidma mill-ħarifa tal-2021; jinnota, barra minn hekk, li t-telexogħol kien il-mod operattiv predominanti sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa tal-persunal, li l-Aġenzija stinkat ukoll biex tintroduċi metodi ibridi ta’ xogħol, u li l-preżenza tal-persunal fl-uffiċċju kienet limitata f’konformità mal-miżuri ta’ sikurezza disponibbli; iħeġġeġ lill-aġenzija torganizza aħjar laqgħat li jistgħu jitwettqu b’mod aktar effiċjenti mill-bogħod milli wiċċ imb wiċċ fil-futur;

30.

Jinnota li l-eċċezzjonijiet temporanji tas-sigurtà ġew ipprovduti u approvati mid-direttur tal-Aġenzija biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal informazzjoni sensittiva skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011, u li ġew applikati diversi miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju f’dak ir-rigward;

Kummenti oħra

31.

Jinnota b’apprezzament li l-Aġenzija bdiet il-proċess ta’ migrazzjoni tas-sit web pubbliku tagħha għal sistema ta’ ġestjoni tal-kontenut (Drupal) ġdida fl-2021, fi sforz biex timmodernizza d-dehra pubblika tal-Aġenzija u ttejjeb il-faċilità tal-użu tas-sit web tagħha; jinnota, b’mod partikolari, it-titjib tal-paġni tal-avvenimenti pubbliċi tal-Aġenzija;

32.

Jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha (pereżempju r-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà), u tirrinforza l-kooperazzjoni, l-iskambju ta’ prattiki tajba u d-diskussjoni tagħha fir-rigward ta’ oqsma ta’ interess reċiproku ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni bl-għan li tittejjeb l-effiċjenza;

33.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 157

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).

(3)  Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).

(4)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/199


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1846 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0074/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0111/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 158, 14.6.2019, p. 22.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1,


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/200


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1847 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0075/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0129/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 321, 17.12.2018, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/202


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1848 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0129/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha (1), il-baġit finali adottat tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 7 341 357, li jirrappreżenta żieda ta’ 1,49 % meta mqabbel mal-2020, li prinċipalment jirrappreżenta żieda fl-infiq relatat mal-persunal; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa derivat prinċipalment mill-baġit tal-Unjoni u mill-kontribuzzjonijiet ta’ pajjiżi terzi; billi d-dħul addizzjonali għall-baġit adottat tal-2021 ġie pprovdut minn kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi, riportati mis-snin preċedenti, u minn krediti ta’ operazzjonijiet amministrattivi;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), stqarret li l-Qorti kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit, matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 99,97 % tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-baġit finali adottat għas-sena, li tirrappreżenta żieda ta’ 0,89 % meta mqabbla mal-2020; jilqa’ l-fatt li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit hija l-ogħla fl-aħħar ħames snin, u fi ħdan il-limitu minimu ta’ iktar minn 95 % stabbilit mill-Bord Maniġerjali; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 69,33 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 8,19 % meta mqabbla mal-2020 iżda hija inqas mir-rati fl-2017 u fl-2019 minħabba r-riporti relatati mat-tnedija ta’ għadd kbir ta’ proġetti speċifiċi li kienu maħsuba li jiġu ffinalizzati fl-2022;

2.

Jinnota li għas-sena finanzjarja 2019 il-Qorti sabet li proċedura ta’ akkwist għal servizzi legali kienet irregolari u b’riżultat ta’ dan il-pagamenti sussegwenti li saru bbażati fuq dan il-kuntratt qafas huma irregolari, u li fl-2021, il-pagamenti assoċjati ammontaw għal EUR 4 444;

Prestazzjoni

3.

Jinnota li l-Aġenzija tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta r-riżultati miksuba fir-rigward tal-objettivi tagħha, inkluż dwar il-ġestjoni tal-baġit, il-bilanċ bejn il-ġeneri u l-protezzjoni tad-data personali; jilqa’ l-fatt li wieħed minn dawk il-KPIs jistabbilixxi limitu ta’ żmien għall-aċċess għad-dokumenti pproċessati ta’ 15-il jum ta’ xogħol; jinnota li l-KPIs dwar is-sistema tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) huma fis-seħħ u jiddispjaċih li l-iffirmar ta’ kuntratt ta’ konsulenza dwar it-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) b’appoġġ għall-iżvilupp tal-“Istrateġija tal-ICT tal-BEREC 2022–2025” kellu jiġi pospost għall-2022 minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-kuntratt ta’ servizzi bħal dawn; japprezza l-fatt li l-KPIs ġew issodisfati u l-fatt li l-Aġenzija ġibdet l-attenzjoni għal miżuri li jistgħu jtejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-ħidma tal-Aġenzija; madankollu, jirrakkomanda li l-Aġenzija tieħu nota tal-KPIs li għadhom ma ntlaħqux jew li waqgħu lura;

4.

Jinnota li l-Aġenzija iffinalizzat żewġ studji għall-BEREC fl-2021, jiġifieri, l-“Istudju dwar l-imġiba tal-konsumatur lejn pjattaformi diġitali bħala mezz ta’ komunikazzjoni” u l-“Istudju dwar miżuri ta’ wara l-COVID biex jingħalaq id-distakk diġitali”, u parti minn wieħed dwar it-tnaqqis fl-impronta ambjentali tal-BEREC u l-Aġenzija bir-rapport finali tiegħu mistenni fl-2022, li għalih ġew iffirmati tliet kuntratti speċifiċi fl-2021;

Politika dwar il-persunal

5.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 93,75 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, bil-ħatra ta’ 15-il aġent temporanju minn total ta’ 16-il aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (l-istess għadd ta’ postijiet tax-xogħol awtorizzati bħal fl-2020); jinnota wkoll li, fl-2021, l-Aġenzija ħaddmet 21 aġent kuntrattwali, 9 esperti nazzjonali sekondati u 8 impjegati interim u konsulenti;

6.

Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fit-tmexxija tal-Aġenzija; jinnota d-distribuzzjoni tal-ġeneru fi ħdan il-membri tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija, fejn 3 minn 4 (75 %) huma rġiel; jinnota wkoll id-distribuzzjoni tal-ġeneru fil-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija, fejn 21 minn 28 huma rġiel (75 %); madankollu, jieħu nota tal-fatt li fi tmiem l-2021 inkiseb bilanċ bejn il-ġeneri b’mod ġenerali fi ħdan il-persunal, b’ 52 % nisa u 48 % rġiel; jistieden lill-Aġenzija tieħu miżuri konkreti biex ittejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-ġerarkija mill-aktar fis possibbli u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza;

7.

Jinnota bi tħassib mis-segwitu għall-kwittanza tal-2020 li peress li ma nstabet l-ebda istituzzjoni jew korp tal-Unjoni li jikkondividu l-kapaċità ta’ koordinatur tal-kontroll intern, l-Aġenzija ddeċidiet li timpjega ħaddiem interim għal tliet xhur u nofs biex iwettaq dik il-funzjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija ġiet innotifikata dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-forniment ta’ servizzi kontabilistiċi u offriet il-possibbiltà lill-Aġenzija li tikkunsidra l-kondiviżjoni ta’ uffiċjal tal-kontabilità ma’ aġenzija oħra, u li l-Aġenzija tqis li l-internalizzazzjoni tal-kontabbiltà mhijiex fattibbli fuq terminu qasir; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward; jinsab imħasseb li fl-2022 ġie rreġistrat riskju relatat ta’ tnaqqis fl-effiċjenza, fil-kwalità tar-riżultati u tat-telf ta’ għarfien espert fir-reġistru tar-riskju tal-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija qed taħdem fuq miżuri ta’ mitigazzjoni; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

8.

Jinnota li, skont is-segwitu għall-osservazzjonijiet ta’ kwittanza tas-sena preċedenti, l-Aġenzija implimentat miżuri, bħal ftehim ġdid dwar il-kwartieri ġenerali mal-Istat Membru ospitanti biex jiġu estiżi l-benefiċċji għall-persunal tal-Aġenzija, biex jiġu indirizzati d-diffikultajiet ħalli jiġu attirati u miżmuma l-professjonisti; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija organizzat mill-ġdid l-użu tal-kariga limitata tagħha fit-tabella tal-persunal sabiex tiżgura li jiġu żgurati l-kapaċitajiet obbligatorji minimi;

9.

Ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani (HR) fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-għoti ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib tal-bilanċ ġeografiku biex ikun hemm rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà kif ukoll l-iżgurar li jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jiġu promossi b’mod wiesa’;

10.

Ifakkar li n-nuqqasijiet proċedurali fil-proċeduri ta’ reklutaġġ jimminaw il-prinċipji tat-trasparenza u t-trattament ugwali; jitlob li l-Aġenzija ttejjeb il-proċedura tagħha dwar ir-reklutaġġ intern biex tiċċara l-proċessi ta’ evalwazzjoni u l-avviżi ta’ postijiet vakanti.

Akkwist

11.

Jirrimarka li l-Aġenzija ilha tuża mudell ta’ akkwist ċentralizzat mill-2019 u li minn Frar 2022 qed tuża wkoll l-għodda għall-ġestjoni tal-akkwist Pubbliku tal-Kummissjoni biex tissimplifika aktar il-proċessi tiegħu ta’ akkwist pubbliku;

12.

Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, fi proċedura waħda ta’ akkwist għas-servizzi tal-IT, l-Aġenzija talbet offerta minn kuntrattur mingħajr ma speċifikat minn qabel liema servizzi kienu meħtieġa, u dan ixekkel l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet, u li, barra minn hekk, hija ma wettqitx kontrolli ex ante fuq il-prezzijiet għall-kuntratti speċifiċi taħt il-kuntratt qafas sottostanti; jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija li se ttejjeb id-dokumentazzjoni tal-passi kollha tal-proċess li jwassal għall-approvazzjoni tad-dikjarazzjoni tax-xogħol u li se tbiddel il-proċedura interna tagħha biex tinkludi dokumentazzjoni xierqa tal-kontrolli tal-prezzijiet kollha għal kuntratti speċifiċi futuri; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

13.

Ifakkar fl-importanza għall-proċedura kollha ta’ akkwist, biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn l-offerenti u jiġu akkwistati oġġetti u servizzi bl-aħjar prezz, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji ta’ trasparenza, proporzjonalità, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni; jinnota bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti li skontha, d-dgħufijiet tal-akkwist pubbliku qed jiżdiedu u jibqgħu l-akbar sors ta’ pagamenti irregolari għall-biċċa l-kbira tal-aġenziji.

Prevenzjoni u ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess u trasparenza

14.

Jinnota li l-Aġenzija tippubblika fuq is-sit web tagħha kważi s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess kollha tal-bord maniġerjali tagħha; jistieden lill-Aġenzija sabiex tirrapporta l-isforzi tat-trasparenza tagħha f’dak ir-rigward;

15.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet li l-kumitat tal-għażla fi proċedura ta’ reklutaġġ ma kienx stabbilixxa kif se jingħataw il-punti għal kull kriterju tal-għażla qabel ma eżamina l-applikazzjonijiet u li l-president tal-kumitat tal-għażla kien iddikjara kunflitt ta’ interess professjonali b’rabta ma’ żewġ kandidati li jaħdmu taħt is-superviżjoni tiegħu, u madankollu r-rapport ta’ evalwazzjoni finali ma ddeskrivix kif dan il-kunflitt ta’ interess kien ġie indirizzat; jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija li qed tħejji mudelli interni ġodda għall-proċeduri tal-għażla u li adottat regoli interni dwar id-dokumentazzjoni tal-konformità mad-deċiżjoni tal-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti ta’ impjieg; jistieden lill-Aġenzija ttejjeb u tiżgura t-trasparenza u tiddokumenta kif xieraq waqt il-proċeduri tal-għażla, u tirrapporta kwalunkwe żviluppi f’dak ir-rigward lill-awtorità ta’ kwittanza;

16.

Jinnota li l-politika riveduta għall-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess ġiet adottata mill-bord maniġerjali fl-2019 biex tinkludi l-evalwazzjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-miżuri ta’ mitigazzjoni imposti fil-każ ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali jew ikkonfermat tal-membri tal-bord maniġerjali; jinsisti dwar il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli aktar sistematiċi dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitti ta’ interess, il-lobbjar illegali u r-revolving doors u jekk hemm bżonn li tiġi aġġornata l-politika tagħha ta’ kunflitt ta’ interess; jistieden lill-Aġenzija ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tagħha, inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu intern kontra l-korruzzjoni;

Kontroll intern

17.

Jinnota li wara l-valutazzjoni sħiħa tar-riskju tas-servizz tal-awditjar intern (IAS) tal-Kummissjoni fl-Aġenzija biex jiġi stabbilit il-pjan strateġiku tal-awditjar intern tagħha għall-perjodu 2021–2023 fl-2020, l-IAS ma identifikax riskji kritiċi, u li, fil-bidu tal-2021, l-IAS għalaq ir-rakkomandazzjonijiet miftuħa kollha li jirriżultaw minn awditi preċedenti; jirrikonoxxi li minn Ottubru sa Diċembru 2021 koordinatur interim tal-kontroll intern wettaq valutazzjoni tal-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema ta’ kontroll intern fl-Aġenzija, u b’hekk wera li l-ispejjeż relatati mal-kontrolli fl-Aġenzija huma konformi mal-benefiċċji; jinnota li l-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tal-qafas ta’ kontroll intern ikkonkludiet li l-Aġenzija hija ġeneralment konformi kemm jista’ jkun mingħajr persunal impjegat speċifikament għall-kontrolli interni; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp fir-rigward tal-kontroll intern;

18.

Jinnota, li skont ir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija għall-kummenti tal-awtorità ta’ kwittanza dwar il-kwittanza tal-2020, li l-Kummissjoni ttemm il-provvista ta’ servizzi ta’ kontabilità lill-Aġenzija fl-2023 u li l-Aġenzija bis-16-il kariga fit-tabella tal-persunal attwali tiegħu mhijiex kapaċi tinternalizza d-dmirijiet obbligatorji ta’ uffiċjal tal-kontabilità; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Uffiċċju tal-BEREC jallokaw ir-riżorsi meħtieġa biex jiżguraw il-kontinwità f’dan il-qasam ewlieni u jirrappurtaw lura lill-awtorità ta’ kwittanza;

19.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Aġenzija; jinsisti bil-qawwa fuq ir-rekwiżit ta’ sistemi effettivi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġu evitati każijiet potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess, kontrolli ex ante jew ex post nieqsa, ġestjoni mhux adegwata tal-impenji baġitarji u legali, u n-nuqqas ta’ rapportar ta’ kwistjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

20.

Jinnota li fit-2020 l-Aġenzija stabbiliet grupp ta’ networking ta’ esperti dwar is-sostenibbiltà; jinnota l-parteċipazzjoni tal-Aġenzija fil-proċedura ta’ akkwist interistituzzjonali għal “Konsulenza u ġestjoni ta’ kumpens għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra” tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), konkluża f’Ġunju 2022; jilqa’ l-fatt li l-pjan ta’ azzjoni pluriennali għall-ekoloġizzazzjoni għall-Aġenzija jinkludi impenn għal tnaqqis gradwali tas-CO2; jinnota wkoll li ġew proposti regoli ġodda biex jitnaqqsu l-ivvjaġġar u l-emissjonijiet relatati;

21.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija bdiet proġett ta’ sessjonijiet ta’ ħidma biex tiddefinixxi pjan direzzjonali strateġiku għall-proġetti diġitali futuri fuq il-post tax-xogħol dwar it-teknoloġiji u l-mod ta’ ħidma, u valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data u pjan għas-sigurtà tal-IT għas-servizzi tal-Microsoft Office u strateġiji possibbli dwar il-migrazzjoni tal-cloud; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk il-proġetti; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija allokat għadd ta’ spejjeż operattivi marbuta mal-ispejjeż ta’ manutenzjoni għall-bażi tad-data tal-awtorizzazzjoni ġenerali u l-bażi tad-data dwar ir-riżorsi tan-numerazzjoni bi dritt ta’ użu extraterritorjali fl-Unjoni, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

22.

Jinnota li, skont is-segwitu għall-osservazzjonijiet ta’ kwittanza tal-2020, l-Aġenzija għadha ma bdietx tiżviluppa politika taċ-ċibersigurtà fir-rigward tar-regolamentazzjoni futura tas-sigurtà tal-informazzjoni fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); jilqa’, madankollu, il-kollaborazzjoni tal-Aġenzija mas-CERT-UE (l-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni), u ma’ fornitur terz ta’ soluzzjonijiet tas-sigurtà tal-IT; jistieden lill-Aġenzija tħaffef l-iżvilupp tal-politika taċ-ċibersigurtà; jinnota, barra minn hekk, li l-grupp ta’ esperti tan-networking ta’ esperti tal-ICT ipproduċa rapport dwar “It-theddid għaċ-ċibersigurtà b’enfasi fuq l-attakki tal-phishing” bl-għan li jivvaluta l-prattiki taċ-ċibersigurtà adottati fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali;

23.

Iħeġġeġ lill-Aġenziji jaħdmu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà); jissuġġerixxi li jiġu offruti regolarment programmi ta’ taħriġ aġġornati relatati maċ-ċibersigurtà għall-persunal kollu fl-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tiżviluppa l-politika tagħha fil-qasam taċ-ċibersigurtà aktar malajr, twassalha qabel il-31 ta’ Diċembru 2023 u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza;

24.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f’termini ta’operazzjoni u ġestjoni interni iżda anke sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tkompli tkun proattiva f’dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali fir-rigward ta’ aġenziji oħra; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

Kontinwità tal-operat tul kriżi tal-COVID-19

25.

Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Aġenzija biex tappoġġja lill-gruppi ta’ ħidma tal-BEREC, inkluż fl-organizzazzjoni ta’ laqgħat u sessjonijiet ta’ ħidma; jinnota li fl-2021 kważi l-laqgħat kollha tal-gruppi ta’ ħidma tal-BEREC kienu virtwali; iħeġġeġ lill-Awtorità biex, fil-futur, tqiegħed fil-prattika t-tagħlimiet meħuda rigward il-metodi ta’ ħidma remoti u ibridi, sabiex torganizza aħjar il-laqgħat u l-eventi li jistgħu jsiru b’mod aktar effiċjenti b’mod remot pjuttost milli fiżikament; ifakkar li b’kollox saru 490 laqgħa virtwali tal-grupp ta’ ħidma fl-2021 u li matul dawk il-laqgħat attendew aktar minn 10 000 parteċipant;

26.

Jinnota l-istudju dwar il-miżuri ta’ wara l-COVID biex jingħalaq id-distakk diġitali li l-konklużjonijiet tiegħu ġew inklużi “fir-Rapport tal-BEREC dwar il-kriżi tal-COVID-19 — tagħlimiet meħuda fir-rigward tan-networks tal-komunikazzjoni għal soċjetà reżiljenti”;

27.

Jinnota, b’mod partikolari, il-ftehim dwar il-livell ta’ servizz mas-servizzi tal-Kummissjoni għall-użu tal-portal avvanzat biex issir laqgħa tal-għodda tal-IT tal-Kummissjoni; jinnota wkoll li l-grupp ta’ esperti tan-networking ta’ esperti tal-ICT ħadem biex jiffinalizza rapport dwar il-konferenza awdjoviżiva u s-soluzzjonijiet tal-laqgħat diġitali u ieħor dwar soluzzjonijiet ta’ uffiċċji intelliġenti;

Kummenti oħra

28.

Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Aġenzija biex tqajjem kuxjenza dwar il-missjoni tagħha stess u tal-BEREC fost iċ-ċittadini tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti, u, b’mod partikolari, il-parteċipazzjoni tal-Aġenzija f’inizjattivi ta’ rappreżentanza tal-Unjoni; jinnota, barra minn hekk, is-sessjonijiet ta’ ħidma dwar l-identità viżiva l-ġdida tal-Aġenzija u tal-BEREC u dwar id-disinn u l-kontenut tas-sit web tal-BEREC; jinnota l-implimentazzjoni tal-attivitajiet previsti għall-Aġenzija fil-pjan annwali tal-komunikazzjoni tal-BEREC, inkluża l-organizzazzjoni ta’ eventi pubbliċi tal-BEREC u fora tal-partijiet ikkonċernati fil-Latvja; jistieden lill-Aġenzija tkompli taħdem biex iżżid il-viżibbiltà tal-Aġenzija, speċjalment fl-Istat Membru ospitanti;

29.

Jilqa’ s-sinerġiji stabbiliti tal-Aġenzija mal-EUIPO għal sistema ġdida ta’ ġestjoni tal-kontenut tas-sit web korporattiv, għall-operat tal-ICT tas-sit web korporattiv, u għall-migrazzjoni possibbli ta’ sistemi tal-ICT addizzjonali tal-Aġenzija għaċ-ċentri tad-data tal-EUIPO;

30.

Jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa sinerġiji, pereżempju fir-rigward tal-HR, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà, u biex issaħħaħ il-kooperazzjoni, l-iskambji tal-prattiki tajba u d-diskussjonijiet rigward oqsma ta’ interess reċiproku ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni, bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza;

31.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 146.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15).

(4)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/207


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1849 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0075/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0129/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 321, 17.12.2018, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/208


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1850 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0076/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0104/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/209


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1851 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0104/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu (1), il-baġit finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (“iċ-Ċentru”) għas-sena finanzjarja 2021 kien jammonta għal EUR 53 031 743, li jirrappreżenta żieda ta’ 13,30 % meta mqabbel mal-2020; billi 89,88 % tal-baġit taċ-Ċentru jiġi minn kontribuzzjonijiet diretti minn istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li ngħatat aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota bi tħassib li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjoni ta’ impenn tas-sena attwali ta’ 83,54 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 6,45 % meta mqabbla mal-2020; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 76,51 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 6,86 % meta mqabbla ma’ dik tal-2020;

2.

Jinnota li għall-2021, minħabba avvenimenti eċċezzjonali, iċ-Ċentru ma applikax il-mekkaniżmu għar-rimborż awtomatiku tas-surplus baġitarju (EUR 1,1 miljun) lill-klijenti; jinnota li dak l-ammont ġie riportat għall-2022;

Prestazzjoni

3.

Jinnota l-konċentrazzjoni taċ-Ċentru fuq l-eżitu dirett assoċjat mal-attivitajiet tiegħu; jinnota l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni finanzjarji (KPIs) li jipprovdu indikazzjoni tajba tal-prestazzjoni operattiva taċ-Ċentru; jirrikonoxxi li l-KPIs strateġiċi jipprovdu perspettiva multidirezzjonali dwar il-prestazzjoni taċ-Ċentru, lil hinn mill-output; iħeġġeġ liċ-Ċentru jkompli jimmonitorja l-prestazzjoni tiegħu fiż-żewġ livelli, l-output dirett tal-attivitajiet u l-prestazzjoni strateġika; jinnota li mill-2021 ġew irrapportati diversi KPIs relatati mas-sigurtà tal-IT u ċ-Ċentru qed ikompli jirfina l-mod kif tiġi evalwata s-sigurtà tas-sistemi ta’ informazzjoni tiegħu;

4.

Jinnota li bi 367 264 paġna, l-għadd ta’ paġni ta’ dokumenti tradotti, modifikati, editjati u riveduti żdied b’9,7 % meta mqabbel mal-2020 (322 443 paġna); jinnota li fl-2021, b’274 706 paġni, l-għadd ta’ paġni tradotti ta’ trademarks tal-UE kompla jonqos bi 8,5 % meta mqabbel mal-2020 (300 348 paġna); jinnota li fir-rigward tat-trademarks tal-UE, l-għadd ta’ paġni tradotti jinsab f’xejra sinifikanti ’l isfel; jinnota li b’total ta’ 641 970 paġna tradotti fl-2021, il-volum reali baqa’ relattivament stabbli meta mqabbel mal-2020 (635 269 paġna);

5.

Jinnota l-isforzi taċ-Ċentru biex iqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-multilingwiżmu għall-operazzjonijiet tal-aġenziji u biex irawwem komunikazzjoni multilingwi biex jilħaq liċ-ċittadini tal-Unjoni, u jħeġġeġ liċ-Ċentru jagħmel saħansitra aktar; jistenna bil-ħerqa li jara l-ewwel riżultati tal-eżerċizzju pilota mniedi fl-2021 li għandu l-għan li janalizza l-prattiki multilingwi eżistenti tal-aġenziji bil-ħsieb li jiġi stabbilit “sett ta’ għodod għall-multilingwiżmu” u li jinħolqu linji gwida komuni għall-politiki lingwistiċi tal-aġenziji; jistieden lill-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni jagħtu prijorità lil-lingwi kollha tal-Unjoni b’mod ugwali;

6.

Jinnota li, fil-kuntest ta’ problemi rikorrenti bil-kwalità tat-traduzzjonijiet prodotti minn fornituri esterni tas-servizzi lingwistiċi, iċ-Ċentru stabbilixxa sistema għall-valutazzjoni tal-kwalità tat-traduzzjonijiet esternalizzati u għat-titjib tat-traduzzjonijiet li juru dgħufijiet; jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru żviluppa linji gwida speċifiċi dwar l-aspettattivi ta’ kwalità tiegħu, ipprovda tutorials għal fornituri esterni biex jindirizzaw problemi rikorrenti u ħa miżuri stretti kontra diversi kuntratturi li d-dokumenti tagħhom ripetutament tqiesu bħala mhux sodisfaċenti, u li f’xi każijiet wasslu għat-terminazzjoni ta’ kuntratti qafas;

7.

Jinnota b’apprezzament li, sabiex jinkiseb titjib fl-effiċjenza, l-istrateġija taċ-Ċentru tinkludi reviżjoni sħiħa tal-mod kif jaħdem, il-modernizzazzjoni ta’ wħud mill-għodod strateġiċi tiegħu, l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ kosteffiċjenza fil-mudell kummerċjali tiegħu, informazzjoni aktar preċiża dwar l-ispejjeż reali tal-prodotti taċ-Ċentru u t-titjib kontinwu tal-għodda ta’ ġestjoni tal-fluss tax-xogħol tiegħu (eCdT); jistieden liċ-Ċentru jkompli jiżviluppa s-sinerġiji tiegħu, iżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki mal-aġenziji l-oħra tal-Unjoni bl-għan li jtejjeb l-effiċjenza rigward, pereżempju, ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà;

8.

Jilqa’ l-involviment attiv taċ-Ċentru ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni; ifaħħar lill-Kummissjoni għall-enfasi fuq l-iżgurar li, skont l-atti fundaturi tal-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni, iċ-Ċentru għandu jipprovdi s-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament ta’ tali aġenziji u korpi tal-Unjoni, li jagħmlu użu sħiħ mis-servizzi lingwistiċi taċ-Ċentru;

9.

Ifaħħar liċ-Ċentru għas-servizzi l-ġodda tiegħu implimentati fl-2021, bħas-servizz ta’ posteditjar ħafif, is-servizz “Paste ‘n’ Go” għal traduzzjoni aktar mgħaġġla ta’ testi qosra u l-magni tat-traduzzjoni awtomatika personalizzati f’diversi oqsma; jinnota l-użu ta’ sitt verżjonijiet ġodda tal-bażi tad-data tat-terminoloġija interistituzzjonali IATE u tal-proġetti pilota maċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, il-Qorti u d-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, il-kollaborazzjoni produttiva taċ-Ċentru mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fuq diversi proġetti;

10.

Jilqa’ l-introduzzjoni fl-2021, li tibni fuq l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Trasformazzjoni taċ-Ċentru 2019–2020, ta’ approċċ aktar orjentat lejn il-klijent fir-rigward tal-kwalità, li jippermetti lill-klijenti jagħżlu minn firxa ta’ servizzi ta’ traduzzjoni, minn traduzzjonijiet riveduti bir-reqqa għal servizz kompletament awtomatizzat, u b’hekk jipprovdu opportunitajiet ġodda għall-klijenti biex jottimizzaw il-baġits tat-traduzzjoni tagħhom; jinnota li l-istħarriġ tal-2021 dwar is-sodisfazzjon tal-klijenti wera sodisfazzjon ġenerali tal-klijenti bil-firxa u l-kwalità tas-servizzi offruti miċ-Ċentru;

Politika dwar il-persunal

11.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 95,33 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, u li kienu nħatru 47 uffiċjal u 137 aġent temporanju minn 51 uffiċjal u 142 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (193 pożizzjoni awtorizzati, bħal fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, 24 aġent kuntrattwali ħadmu għaċ-Ċentru fl-2021 (in-numru ta’ pożizzjonijiet awtorizzati kien ta’ 28);

12.

Jinnota t-tqassim skont il-ġeneru taċ-Ċentru rrappurtat għall-2021, b’mara waħda f’pożizzjoni ta’ maniġment superjuri, bi 32 raġel (62 %) u 24 mara (38 %) fil-livell tal-bord amministrattiv u b’persunal ġenerali magħmul minn 82 raġel (39 %) u 126 mara (61 %); jinnota li fil-persunal ġenerali taċ-Ċentru, l-irġiel huma sottorappreżentati; jitlob liċ-Ċentru jaħdem favur bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-persunal u fil-livell tal-bord amministrattiv; jisħaq fuq l-importanza ta’ bilanċ ġeografiku u li l-Istati Membri kollha għandhom ikunu rappreżentati b’mod proporzjonali sabiex ikun hemm rappreżentanza xierqa ta’ ċittadini mill-Istati Membri kollha;

13.

Jiddeplora l-għadd kbir ta’ membri fuq il-bord amministrattiv, sitwazzjoni li ma tiffaċilitax it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-ġestjoni simplifikata;

14.

Jinnota li ċ-Ċentru għandu politika fis-seħħ li tinkludi proċedura formali u informali relatata mal-fastidju psikoloġiku u sesswali, b’konsulenti kunfidenzjali maħtura li kapaċi jittrattaw il-proċedura informali; jilqa’ l-fatt li fl-2021 iċ-Ċentru ngħaqad mat-Task Force tan-Network tal-Aġenziji tal-UE dwar l-użu ta’ konsulenti kunfidenzjali; jinnota li, skont ir-risposta taċ-Ċentru, ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta’ fastidju fl-2021;

15.

Jinnota li ċ-Ċentru żviluppa politika tar-riżorsi umani dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-iżvilupp tal-karriera, it-telexogħol u l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabilità u għandu rata ta’ dawran ta’ 2,72 % għall-2021;

Akkwist

16.

Jinnota bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti rigward id-dgħufijiet fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku taċ-Ċentru fl-2021, fejn il-kuntratti ġew iffirmati bl-użu ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntatt; jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li tali kuntratti, li għalihom saru pagamenti ta’ EUR 108 200, huma irregolari; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda biex jiġi evitat dan it-tip ta’ irregolaritajiet fil-futur;

17.

Jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru adotta bis-sħiħ il-proċeduri tal-akkwist elettroniku fl-2021; ifakkar fl-importanza tal-proċeduri kollha ta’ akkwist biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn l-offerenti u li l-oġġetti u s-servizzi jiġu akkwistati bl-aħjar prezz, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji tat-trasparenza, il-proporzjonalità, it-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni; jitlob l-implimentazzjoni tal-għodod tal-IT tal-akkwist elettroniku żviluppati mill-Kummissjoni; jitlob kjarifika aġġornata tal-proċeduri u l-mudelli fil-linji gwida dwar l-akkwist; jinnota bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti li d-dgħufijiet fl-akkwist pubbliku qed jiżdiedu u għadhom l-akbar sors ta’ pagamenti irregolari fil-biċċa l-kbira tal-aġenziji;

Prevenzjoni u ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess u trasparenza

18.

Jinnota li, skont is-segwitu taċ-Ċentru għall-kwittanza tal-2020, is-sit web tiegħu ġie trasferit għal Drupal fejn żdied kamp għas-CV għal kull membru tal-bord amministrattiv; jinnota r-risposta taċ-Ċentru li, minħabba d-daqs tal-bord amministrattiv tiegħu, qed ifittex soluzzjoni li tippermetti lill-membri tal-bord itellgħu u jżommu d-dikjarazzjonijiet ta’ interess u s-CVs huma stess; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar f’dan ir-rigward sakemm il-membri tal-bord kollha jippubblikaw is-CVs tagħhom;

19.

Jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru jitlob lil kull membru tal-persunal li jipparteċipa fl-evalwazzjoni tal-kandidati għal proċedura tal-għażla jew f’evalwazzjoni tal-akkwist biex jiffirma dikjarazzjoni dwar il-kunflitti ta’ interess; jinnota li d-dikjarazzjoni ta’ interessi tad-Direttur hija ppubblikata fuq is-sit web taċ-Ċentru; jinnota, barra minn hekk, li fl-2021 ma ġie rrappurtat jew ma infetaħ l-ebda każ ta’ kunflitti ta’ interess jew ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta;

20.

Jilqa’ d-deċiżjonijiet il-ġodda li ttieħdu fil-25 ta’ Ġunju 2022 relatati mal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tal-persunal; iħeġġeġ liċ-Ċentru jiżviluppa l-kodiċi ta’ kondotta tiegħu stess; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli aktar sistematiċi dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitti ta’ interess, il-lobbying illegali u r-revolving doors; jistieden liċ-Ċentru jsaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tiegħu, inkluż billi jistabbilixxi mekkaniżmu intern kontra l-korruzzjoni;

Kontroll intern

21.

Jinnota l-valutazzjoni tas-sistema ta’ kontroll intern taċ-Ċentru u l-kunsiderazzjoni tal-maniġment taċ-Ċentru li r-rieżamijiet tal-monitoraġġ ma wrew l-ebda każ ta’ kontrolli inadegwati jew ineffettivi li jesponu liċ-Ċentru għal riskji ewlenin u jilqa’ l-fatt li r-rieżamijiet twettqu abbażi tas-17-il prinċipju li jappartjenu lill-ħames komponenti tal-qafas ta’ kontroll intern taċ-Ċentru; jilqa’ l-konklużjoni taċ-Ċentru li s-sistemi ta’ kontroll tiegħu huma għalkollox effettivi b’mod ġenerali, filwaqt li hemm il-ħtieġa li jsir xi titjib biex tkompli tiżdied ir-reżiljenza taċ-Ċentru;

22.

Jinnota l-fatt li ċ-Ċentru rrapporta li fl-2021 l-azzjonijiet kollha li kien għad fadal fil-pjan ta’ azzjoni tiegħu kontra l-frodi għall-2019-2020 kienu ġew implimentati, u ċ-Ċentru aġġorna l-proċessi tiegħu dwar l-identifikazzjoni u r-rappurtar tal-frodi;

23.

Jinnota bi tħassib id-dgħufijiet fil-kontrolli interni taċ-Ċentru fir-rigward ta’ diversi proċeduri ta’ akkwist pubbliku, kif irrappurtat mill-Qorti, fejn f’każ minnhom il-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni ma kinux iffirmaw dikjarazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess, filwaqt li f’każ ieħor iċ-Ċentru ma kienx ħa deċiżjoni formali li ma jaħtarx kumitat ta’ evalwazzjoni, ma kienx ħareġ rapport ta’ evalwazzjoni jew deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni, u ma kienx ippubblika avviż ta’ għoti ta’ kuntratt; jistieden liċ-Ċentru jistabbilixxi pjan ta’ azzjoni biex itaffi r-riskji ta’ rikorrenza ta’ dgħufijiet bħal dawn; jistieden ukoll liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar f’dik il-kwistjoni;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

24.

Jinnota li ċ-Ċentru għandu fis-seħħ Politika ta’ Sigurtà tas-Sistema ta’ Informazzjoni (ISSP) u standards ta’ sigurtà multipli u qed jaħdem mill-qrib mas-CERT-UE (l-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej) biex itejjeb iċ-ċibersigurtà tiegħu; jistieden liċ-Ċentru jħejji għall-aġġornament tal-ISSP tiegħu fid-dawl taż-żewġ Regolamenti futuri tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-informazzjoni fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni; iħeġġeġ ukoll liċ-Ċentru joffri programmi ta’ taħriġ sistematiċi u aġġornati relatati maċ-ċibersigurtà lill-persunal kollu tiegħu, inkluż lill-maniġment, peress li dan huwa element ewlieni f’qafas effettiv taċ-ċibersigurtà;

25.

Ifaħħar il-passi addizzjonali li ħa ċ-Ċentru fl-2021 lejn il-flessibbiltà, l-ottimizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-metodi ta’ ħidma u s-servizzi tiegħu; jenfasizza, b’mod partikolari, l-introduzzjoni tal-għodod tal-Kummissjoni, jiġifieri ABAC, SYSPER, MIPS u ARES, kif ukoll Systal (software tal-IT ġdid għall-għażla elettronika u r-reklutaġġ) u SARA (sistema għat-traċċar tal-ħin li l-persunal iqatta’ fuq attivitajiet differenti); jilqa’ d-deċiżjoni taċ-Ċentru li jagħmel użu mill-firma elettronika kwalifikata tal-Kummissjoni;

26.

Jinnota li fl-2021 iċ-Ċentru naqqas l-ispazju għall-uffiċċji tiegħu bi 33 % wara l-iffirmar ta’ kuntratt ta’ kiri ġdid, li għandu jwassal għal tnaqqis fil-konsum tal-elettriku taċ-Ċentru u fl-ammont ta’ enerġija użata għat-tisħin; ifaħħar l-użu miċ-Ċentru ta’ unitajiet tad-dawl li jiffrankaw l-enerġija u sensuri tal-moviment, kif ukoll ix-xiri tal-elettriku minn sorsi ekoloġiċi;

Kontinwità tal-operat waqt il-kriżi tal-COVID-19

27.

Jinnota li fl-2021 ġiet abbozzata politika ġdida dwar il-kontinwità tal-operat u komplew jitwettqu awditi tal-kwalità biex jiġu żgurati l-konformità u l-effiċjenza fil-proċessi u l-proċeduri taċ-Ċentru; jiddispjaċih li n-nuqqas ta’ tagħmir elettroniku madwar id-dinja wassal għal tnaqqis fir-ritmu ta’ xi wħud mill-proġetti tal-IT u tal-infrastruttura taċ-Ċentru;

28.

Jinnota li ċ-Ċentru rrapporta li l-użu estiż tat-telexogħol, mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, ħadem tajjeb u, flimkien mal-ottimizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi taċ-Ċentru, wassal għal żieda fil-prestazzjoni, l-effiċjenza u allokazzjoni aħjar tar-riżorsi; jinnota madankollu li l-limitazzjonijiet imposti fuq il-persunal għall-preżenza fuq il-post naqqsu r-ritmu tal-implimentazzjoni ta’ xi wħud mill-proġetti taċ-Ċentru;

Kummenti oħra

29.

Jirrikonoxxi l-isforzi taċ-Ċentru fl-2021 biex iżid il-viżibbiltà pubblika tiegħu; jinnota t-titjib tal-metrika tal-midja soċjali taċ-Ċentru; ifaħħar liċ-Ċentru talli ospita workshop ta’ livell għoli dwar il-multilingwiżmu, għall-parteċipazzjoni attiva tiegħu fil-konferenza dwar il-kitba ċara tal-Kummissjoni u għall-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tiegħu li jinvolvu skambju tal-aħjar prattiki mal-universitajiet u l-komunità tat-traduzzjoni globali;

30.

Jistieden liċ-Ċentru jżid l-isforzi tiegħu fir-rapportar tal-informazzjoni rilevanti dwar il-prestazzjoni liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-pubbliku ġenerali b’lingwaġġ ċar u aċċessibbli; iħeġġeġ liċ-Ċentru jiżgura aktar trasparenza u obbligu ta’ rendikont pubbliku permezz ta’ użu aħjar tal-mezzi tal-midja u tal-midja soċjali;

31.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 57.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/214


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1852 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0076/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0104/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/215


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1853 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0077/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0125/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/217


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1854 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0125/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjonijiet tad-dħul u l-infiq tiegħu (1), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (iċ-“Ċentru”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 18 488 800, li jirrappreżenta żieda ta’ 1,15 % meta mqabbel mal-2020; billi l-baġit taċ-Ċentru huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali ta’ 100 %, l-istess rata meta mqabbla mal-2020; jieħu nota tal-fatt li ntlaħqet il-mira għar-rata ta’ implimentazzjoni tal-impenji stabbilita għall-2021 fil-programm ta’ ħidma (98 %); jinnota li r-rata tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 80,02 %, u dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 10,56 % meta mqabbla mal-2020;

2.

Jilqa’ l-fatt li adattament għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-pajjiżi assoċjati matul l-2021 rawwem żieda ċkejkna fil-kontribuzzjonijiet li waslu min-Norveġja u l-Iżlanda; jinnota li, bħala effett ta’ tali żieda, il-baġit emendatorju Nru 1/2021 żied EUR 13 100 għat-Titolu 2 tal-baġit, u dan wassal biex il-baġit finali żdied minn EUR 18 488 800 għal EUR 18 501 900;

3.

Jinnota li fl-2021, iċ-Ċentru integra sistema kontabilistika ġdida, l-ABAC, li tintuża wkoll mill-Kummissjoni; jinnota wkoll l-osservazzjoni tal-Qorti li d-dati finali tal-implimentazzjoni għall-impenji baġitarji riportati mill-2021 għall-2022 ma ġewx irreġistrati b’mod korrett fis-sistema; jiddispjaċih li, skont il-Qorti, dawk l-impenji setgħu ġew riportati b’mod irregolari għall-2022; jilqa’ r-reazzjoni rapida taċ-Ċentru għas-sejba tal-Qorti billi aġġornat id-dati finali tal-implimentazzjoni għall-impenji baġitarji kollha inkwistjoni u billi kkanċellat 11-il impenn baġitarju b’valur totali ta’ EUR 45 923; jinsisti bil-qawwa fuq ir-rispett tal-prinċipju baġitarju tal-annwalità; jissottolinja li ċ-Ċentru għandu jkompli jtejjeb l-ippjanar baġitarju u ċ-ċikli ta’ implimentazzjoni tiegħu biex jevita dewmien eċċessiv fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma jew tal-pjanijiet ta’ akkwist;

Prestazzjoni

4.

Jinnota b’apprezzament li ċ-Ċentru implimenta bis-sħiħ il-programm ta’ ħidma tiegħu fl-2021; jieħu nota tal-fatt li ċ-Ċentru rrapporta li żied il-ħidma tiegħu fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-ħiliet fil-kuntest tal-megatendenzi billi għen lill-partijiet ikkonċernati jidentifikaw il-lakuni u l-ostakli għat-tisħiħ tal-informazzjoni dwar il-ħiliet; ifaħħar it-tnedija tal-osservatorju ekoloġiku l-ġdid biex jiġu esplorati x-xejriet lejn ekonomija aktar ekoloġika u aktar sostenibbli kif ukoll l-implikazzjonijiet tiegħu għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET), il-pubblikazzjoni ta’ rapport biex jiġu identifikati l-ostakli għall-mobbiltà fit-tul tal-apprendisti, it-tnedija ta’ riċerka dwar il-mikrokredenzjali, li s-sejbiet tagħha ġew ippreżentati f’Novembru 2021 f’konferenza internazzjonali b’240 parteċipant minn 40 pajjiż, l-appoġġ taċ-Ċentru għall-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar il-kontijiet individwali tal-apprendiment u t-tnedija, fil-ħarifa 2021, ta’ portal web ġdid b’kapaċitajiet ta’ viżwalizzazzjoni tad-data aktar b’saħħithom u karatteristiċi aktar innovattivi u ffukati fuq il-gruppi fil-mira;

5.

Ifakkar fl-importanza tar-rwol taċ-Ċentru fl-iżgurar li, fost affarijiet oħra, il-ħiliet diġitali jiġu integrati fil-VET fl-Unjoni kollha u li l-implimentazzjoni u l-impatt tal-inizjattivi rilevanti, bħar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa, il-VET għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja socjali u r-reziljenza u l-pjan ta’ azzjoni għall-edukazzjoni diġitali, jiġu mmonitorjati; jemmen li ċ-Ċentru jista’ jkollu wkoll rwol fil-valutazzjoni tal-proġetti tal-Istati Membri fl-ambitu tal-pilastru tat-trasformazzjoni diġitali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF); jilqa’ l-ħidma reċenti taċ-Ċentru fl-analiżi tal-impatt tal-pandemija u tat-tranżizzjoni diġitali fuq l-adattament tal-prattiki kummerċjali għar-realtajiet il-ġodda fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni, pereżempju permezz tal-istħarriġ dwar il-kumpaniji Ewropej fir-rigward tal-COVID-19, b’mod konġunt mal-Eurofound;

6.

Jinnota li ċ-Ċentru juża sistema notevoli ta’ kejl tal-prestazzjoni li tinkludi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jivvaluta l-valur miżjud tal-attivitajiet tiegħu fil-livelli tal-proġetti, tal-attivitajiet u tal-organizzazzjoni kif ukoll miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tiegħu; jilqa’ l-preżenza ta’ indikaturi ambjentali kif ukoll indikaturi tas-sostenibbiltà soċjali fost l-indikaturi tal-prestazzjoni;

Politika dwar il-persunal

7.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 97 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata (bħal fl-2020), bi 78 aġent temporanju maħtura minn 82 pożizzjoni temporanja u disa’ uffiċjali minn disa’ awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni; jinnota li 18-il aġent kuntrattwali ħadmu għaċ-Ċentru fl-2021;

8.

Jinsab imħasseb dwar id-dgħufijiet li l-Qorti identifikat fil-proċeduri ta’ reklutaġġ taċ-Ċentru; jinnota li f’każ partikolari, iċ-Ċentru uża konsulenti esterni biex janalizza bir-reqqa l-applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji ta’ preselezzjoni stabbiliti fl-avviż ta’ post battal, filwaqt li f’każ ieħor, iċ-Ċentru ma ħax il-miżuri kollha meħtieġa biex jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ kontroll intern effettiv biex jimmitiga r-riskji assoċjati; jinnota diskrepanzi kbar bejn il-valutazzjoni mwettqa miċ-Ċentru u dik imwettqa mill-konsulenti esterni kkawżati minn nuqqas ta’ linji gwida ċari u dettaljati għall-għoti ta’ punti b’rabta mal-kriterji ta’ preselezzjoni; ifakkar li n-nuqqasijiet proċedurali fil-proċeduri ta’ reklutaġġ jimminaw il-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali; jitlob li ċ-Ċentru jtejjeb il-proċedura interna ta’ reklutaġġ tiegħu biex jiċċara l-proċessi ta’ evalwazzjoni u l-avviżi ta’ pożizzjoni vakanti;

9.

Jinnota b’sodisfazzjon id-deċiżjoni taċ-Ċentru li jerġa’ jistabbilixxi konsulent legali intern fl-2021; jieħu nota tal-fatt li l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti biex timtela l-pożizzjoni ta’ konsulent legali intern ingħalaq fid-29 ta’ Settembru 2022 u jistieden liċ-Ċentru jkompli jirrapporta dwar kwalunkwe progress f’dan ir-rigward lill-awtorità ta’ kwittanza;

10.

Jinnota li, fir-rigward tal-bilanċ bejn il-ġeneri rrappurtat għall-2021, il-maniġment superjuri taċ-Ċentru huwa magħmul b’mod żbilanċjat minn erba’ rġiel (66,7 %) u żewġ nisa (33,3 %); jinnota wkoll li l-bord tat-tmexxija huwa magħmul minn 80 raġel (51 %) u 76 mara (49 %); jiddeplora l-għadd kbir ta’ membri fuq il-Bord (156, inklużi 84 membru bid-dritt tal-vot, osservatur u sostitut), li ma jiffaċilitax it-teħid ta’ deċiżjonijiet jew il-ġestjoni simplifikata; jinnota wkoll li fir-rigward tal-persunal tiegħu b’mod ġenerali, it-tqassim skont il-ġeneru huwa ta’ 57 % nisa u 43 % rġiel; jilqa’ l-preżenza ta’ indikaturi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fost l-indikaturi tas-sostenibbiltà soċjali; ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-għoti ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib tal-bilanċ ġeografiku biex tiġi żgurata rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà kif ukoll l-iżgurar li jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jiġu promossi b’mod wiesa’;

11.

Jisħaq fuq l-importanza tal-bilanċ ġeografiku u li l-Istati Membri kollha għandhom ikunu rappreżentati b’mod proporzjonali sabiex ikun hemm rappreżentanza xierqa ta’ ċittadini mill-Istati Membri kollha;

12.

Jinnota b’interess li ċ-Ċentru joffri lill-persunal tiegħu u lill-membri tal-familja tal-persunal servizz ta’ appoġġ ta’ konsulenza kunfidenzjali 24 siegħa kuljum; jinnota li, skont il-politika tad-dinjità fuq il-post tax-xogħol, ir-rapporti annwali jitħejjew mill-koordinatur tan-network ta’ konsulenti kunfidenzjali, jintbagħtu lill-bord tat-tmexxija u jiġu kkomunikati lill-persunal kollu; jieħu nota tal-fatt li, skont ir-rapport tal-2021, tliet membri tal-persunal taċ-Ċentru kkonsultaw konsulent kunfidenzjali mingħajr ma fetħu proċedura informali u żewġ membri fetħu proċedura informali; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar is-segwitu għall-proċeduri informali miftuħa;

Akkwist

13.

Jieħu nota tal-fatt li fl-2021, ġew ipproċessati 23 proċedura ta’ akkwist;

14.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti rrappurtat diversi inċidenti ta’ nuqqas ta’ konformità fil-ġestjoni tal-kuntratti ta’ akkwist; jinnota b’mod partikolari li ċ-Ċentru ħallas EUR 180 590 fir-rigward ta’ formola tal-ordni mingħajr ma rċieva d-dikjarazzjonijiet speċifiċi meħtieġa mill-kuntrattur skont il-kuntratt qafas; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-ommissjoni affettwat it-28 formola tal-ordni kollha assoċjati ma’ dak il-kuntratt qafas, b’valur totali ta’ EUR 883 539; jiddispjaċih ukoll dwar l-esponiment taċ-Ċentru għal riskji legali fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

15.

Jirrikonoxxi li żball li nstab mill-Qorti f’kuntratt ta’ akkwist tal-2020 ġie mmitigat miċ-Ċentru permezz tal-kanċellazzjoni tal-kuntratt irregolari tiegħu b’effett mis-26 ta’ Frar 2021;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u trasparenza

16.

Jinnota l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi taċ-Ċentru biex jiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u l-protezzjoni tal-informaturi;

17.

Jirrimarka li l-bord tat-tmexxija taċ-Ċentru huwa magħmul minn 94 membru (inklużi osservaturi) u 60 sostitut; ifakkar li, skont ir-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-membri u s-sostituti kollha li jattendu l-laqgħat tal-bord tat-tmexxija, jew li jeżerċitaw id-dritt tal-vot, iridu jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ interess; jilqa’ l-fatt li fit-12 ta’ Settembru 2022 il-membri sħaħ kollha tal-bord tat-tmexxija kienu ppreżentaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom, u kien hemm biss tliet dikjarazzjonijiet nieqsa tal-membri supplenti; jinnota, madankollu, li, meta ġew ivvalutati d-dikjarazzjonijiet ta’ interess ex ante minn membri ta’ bord tal-għażla, fl-2021, ġie identifikat kunflitt ta’ interess wieħed; josserva li, wara l-opinjoni tal-koordinatur tal-kontroll intern, id-direttur eżekuttiv iddeċieda li jissostitwixxi membru ta’ dak il-bord tal-għażla;

18.

Jilqa’ l-fatt li fl-2021, iċ-Ċentru rrapporta li wettaq kontrolli ex post fuq il-kunflitti ta’ interess fil-proċeduri tal-għażla, u li l-valutazzjoni wriet li l-maġġoranza tal-kontrolli huma fis-seħħ u jaħdmu b’mod effettiv, filwaqt li hemm lok għal titjib ulterjuri f’ċerti oqsma;

19.

Ifakkar barra minn hekk li l-membri tal-bord tat-tmexxija huma mistiedna wkoll jipprovdu CVs qosra, għalkemm dan mhuwiex rekwiżit formali; jinnota li fis-16 ta’ Settembru 2022, minn 94 membru tal-bord tat-tmexxija, kien hemm 34 CV nieqsa, u minn 60 membru supplenti attivi kien hemm 27 CV nieqsa; jistieden liċ-Ċentru jiżgura trasparenza sħiħa billi jippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri kollha tal-bord tat-tmexxija u tal-esperti esterni u interni kkonċernati;

20.

Ifakkar fl-importanza tal-parteċipazzjoni fil-ftehim interistituzzjonali dwar reġistru ta’ trasparenza obbligatorju; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli aktar sistematiċi dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitti ta’ interess, il-lobbying illegali u r-revolving doors; jistieden liċ-Ċentru jsaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tiegħu, inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu intern kontra l-korruzzjoni;

Kontroll intern

21.

Jinnota li l-ispiża totali tal-kontroll intern ammontat għal EUR 988 545 għas-sena 2021 (EUR 55 461 spejjeż diretti u EUR 933 084 spejjeż indiretti), u dan jirrappreżenta 5,3 % tal-baġit taċ-Ċentru; jinnota wkoll li, fl-2021, ġew irreġistrati 26 każ ta’ nuqqas ta’ konformità marbuta ma’ kuntratti u ġestjoni finanzjarja fir-reġistru tan-nuqqasijiet taċ-Ċentru; jilqa’ l-fatt li r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Koordinatur tal-Kontroll Intern ġew implimentati u ingħataw segwitu biex tiġi evitata riokkorrenza;

22.

Ifakkar li fl-2020 is-servizz tal-awditjar Intern (IAS) wettaq, b’mod remot, valutazzjoni tar-riskju sħiħa li tkopri l-proċess amministrattiv, finanzjarju, operattiv u tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) taċ-Ċentru; jilqa’ l-fatt li awditu ta’ segwitu mwettaq mill-IAS fid-29 ta’ Jannar 2021 ikkonkluda li ċ-Ċentru kien implimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha b’mod adegwat u effettiv;

23.

Jirrikonoxxi l-fatt li, skont il-politika ta’ evalwazzjoni tiegħu, iċ-Ċentru jwettaq evalwazzjonijiet ex ante tal-proċeduri ta’ akkwist b’valur ta’ aktar minn EUR 500 000 u evalwazzjonijiet ex post tal-proġetti jew l-attivitajiet li jinvolvu nefqa totali ta’ aktar minn EUR 500 000; jinnota li rapport tal-2021 mill-kap tal-finanzi u l-akkwist ikkonkluda li l-proċeduri ta’ akkwist imnedija fil-perjodu eżaminat kienu konformi mar-rekwiżiti tal-evalwazzjoni ex ante; jinnota wkoll li l-evalwazzjoni ex post iffinalizzata fl-2022 tikkonferma li l-attività kienet effettiva, effiċjenti, koerenti u ġabet valur miżjud tal-Unjoni;

24.

Jilqa’ r-reazzjoni taċ-Ċentru għas-sejbiet tal-Qorti fil-qasam tal-ġestjoni tal-kuntratti tal-akkwist billi adatta l-proċeduri interni tiegħu sabiex jipprevjeni okkorrenzi simili fil-futur; jilqa’ wkoll il-fatt li, fid-dawl tal-osservazzjonijiet tal-Qorti f’dan il-qasam, iċ-Ċentru aġġorna l-proċeduri tiegħu għall-proċeduri ta’ reklutaġġ futuri; jistieden liċ-Ċentru jindirizza malajr in-nuqqas ta’ ċarezza u dettall fir-rigward tal-linji gwida tiegħu għall-għoti ta’ punti b’rabta mal-kriterji ta’ preselezzjoni stabbiliti fl-avviżi ta’ pożizzjoni vakanti kif mitlub mill-Qorti fir-rapport tal-2021 tagħha dwar l-aġenziji tal-Unjoni;

25.

Jinnota bi tħassib id-dgħufijiet identifikati mill-Qorti fil-ġestjoni tal-pagamenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli ex ante, li jistgħu jesponu liċ-Ċentru għal riskji legali u reputazzjonali;

26.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq taċ-Ċentru; jinsisti bil-qawwa fuq ir-rekwiżit ta’ sistemi effettivi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll biex jiġu evitati każijiet potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess, kontrolli ex ante jew ex post nieqsa, ġestjoni mhux adegwata tal-impenji baġitarji u legali, u nuqqasijiet fir-rapportar ta’ kwistjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet;

Diġitalizzazzjoni u tranżizzjoni ekoloġika

27.

Jinnota li ċ-Ċentru qed jagħmel sforz biex itejjeb iċ-ċibersigurtà taċ-Ċentru u l-protezzjoni tad-data personali, speċjalment permezz ta’ sistemi ġodda ta’ awtentikazzjoni b’diversi fatturi u attivitajiet ta’ taħriġ organizzati għall-persunal; jieħu nota tal-fatt li ċ-Ċentru huwa impenjat li joħroġ politika taċ-ċibersigurtà biex jagħti segwitu għar-Regolament dwar iċ-ċibersigurtà (3) li jmiss; josserva li, biex jiddefinixxi miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa ħalli jipprovdi l-ogħla livell possibbli ta’ sigurtà tal-informazzjoni online, kmieni fl-2022, iċ-Ċentru wettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data;

28.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni taċ-Ċentru f’termini ta’ operat u ġestjoni interni iżda wkoll sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li ċ-Ċentru jkompli jkun proattiv f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji tal-Unjoni; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata; iħeġġeġ liċ-Ċentru jaħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA);

29.

Jirrikonoxxi l-isforzi kontinwi taċ-Ċentru biex inaqqas l-impatt ambjentali u jimplimenta t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali; jilqa’ l-fatt li fl-2021, fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19, iċ-Ċentru rrapporta tnaqqis ta’ 78 % tal-ispejjeż relatati mal-missjonijiet u l-laqgħat, u li ppjana li jnaqqas l-ivvjaġġar tal-persunal tiegħu b’70 % (meta mqabbel mal-livelli ta’ qabel il-kriżi tal-COVID-19) fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2023-2025; jilqa’ l-ambizzjoni taċ-Ċentru li jsir newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju sal-2030;

30.

Ifakkar fl-impenn fit-tul taċ-Ċentru favur prattiki ta’ ġestjoni ambjentali; jirrikonoxxi li s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali taċ-Ċentru tgħin biex jintlaħqu l-miri ambjentali tiegħu; jilqa’ l-preżenza tal-indikatur ambjentali “emissjonijiet ta’ CO2 (tunnellati)” peress li juri l-impenn taċ-Ċentru fil-kisba tal-objettivi ekoloġiċi u huwa parametru referenzjarju utli biex tiġi traċċata l-evoluzzjoni tal-emissjonijiet ta’ wara l-pandemija u l-impronta tas-CO2 taċ-Ċentru;

31.

Jinnota b’apprezzament li fl-2021, iċ-Ċentru kkoordina stħarriġ fi ħdan in-Network tal-Aġenziji tal-UE dwar il-Pariri Xjentifiċi biex jiġu mmappjati l-attivitajiet li jindirizzaw l-effetti soċjoekonomiċi tal-iżvilupp sostenibbli u juru kif dak l-għarfien espert jista’ jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

32.

Jinnota b’sodisfazzjon li ċ-Ċentru fassal u attiva minnufih pjan ta’ ġestjoni tal-kriżijiet biex jindirizza l-pandemija tal-COVID-19 billi ħa miżuri ta’ prekawzjoni, bħat-telexogħol u l-kanċellazzjoni ta’ avvenimenti u missjonijiet fiżiċi, biex jiżgura l-kontinwità tal-operat; jinnota li fl-2021, l-avvenimenti kollha taċ-Ċentru komplew isiru virtwalment, iżda analiżi kontinwa u sistematika tal-feedback tal-parteċipanti wriet rati għoljin ta’ parteċipazzjoni online u rata ta’ sodisfazzjon ġenerali ta’ 98 %;

33.

Jinnota li, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-esperti tal-Eurofound, iċ-Ċentru ħareġ dokument ta’ ħidma li jirrapporta l-ewwel sejbiet mill-istħarriġ dwar il-kumpaniji Ewropej 2020 bħala segwitu għall-COVID-19; jinnota, barra minn hekk, li nħolqot paġna ddedikata ta’ rispons għall-COVID-19 fuq is-sit web taċ-Ċentru biex l-utenti jkunu jistgħu jaċċessaw b’mod aktar faċli l-informazzjoni dwar id-diversi attivitajiet relatati;

Kummenti oħra

34.

Jinnota l-prattika ta’ kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni li ċ-Ċentru ilu jħaddan ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni, bħall-Eurofound u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF); ifakkar b’mod partikolari fil-ftehim dwar il-livell ta’ servizz iffirmat mill-ENISA fl-4 ta’ Mejju 2020 biex jiġu kondiviżi r-riżorsi; jirrimarka li tali riżorsi jirrigwardaw, mill-2021, lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data wkoll; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta regolarment dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim; jinnota wkoll li fl-2022 intlaħaq ftehim dwar memorandum ta’ qbil mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, u li l-kooperazzjoni fil-kuntest tan-Network tas-Servizzi Ewropej tax-Xogħol u Skills-OVATE ġiet identifikata bħala prijorità ewlenija;

35.

Jilqa’ l-koordinazzjoni u l-kollaborazzjoni regolari bejn iċ-Ċentru u l-Eurofound, l-ETF u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol; jistieden liċ-Ċentru jkompli jiżviluppa s-sinerġiji, iżid il-kooperazzjoni, iwettaq skambju prattiki tajbin u jippromwovi diskussjonijiet rigward oqsma ta’ interess reċiproku ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni, bil-għan li jtejjeb l-effiċjenza rigward, pereżempju, ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà;

36.

Jistieden liċ-Ċentru jżid l-isforzi tiegħu u jirrapporta informazzjoni rilevanti dwar il-prestazzjoni liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-pubbliku b’lingwaġġ ċar u aċċessibbli; iħeġġeġ liċ-Ċentru jiżgura aktar trasparenza u obbligu ta’ responsabbiltà pubblika permezz ta’ użu aħjar tal-mezzi tal-media u tal-media soċjali;

37.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 114, 29.3.2022, p. 4.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90).

(3)  Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni (COM(2022) 122).

(4)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/223


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1855 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0077/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0125/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/224


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1856 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0078/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0102/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/226


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1857 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0102/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 30 044 194, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 1,82 % meta mqabbel mal-2020, u billi l-Aġenzija hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni u dħul assenjat estern għal proġetti speċifiċi;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li għandha fil-pussess tagħha aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 96,78 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 5,09 % meta mqabbla ma’ dik tal-2020; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 72,26 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 1,93 % meta mqabbla mal-2020; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament akkumulati fl-ewwel sentejn (2020 u 2021) tal-implimentazzjoni tal-erba’ proġetti ta’ kooperazzjoni internazzjonali pluriennali tal-infurzar tal-liġi li għadhom għaddejjin (fondi tal-Unjoni għall-Assistenza Esterna) kienet ta’ 22,25 %;

2.

Jinnota li ġiet adottata emenda baġitarja li biha l-baġit tal-Aġenzija għall-2021 tnaqqas b’EUR 800 000, ammont li ġie rritornat lill-Kummissjoni; jirrikonoxxi l-ispjegazzjoni tal-Aġenzija li skontha l-pandemija kellha impatt qawwi fuq il-possibbiltà li torganizza taħriġ fl-infurzar tal-liġi fuq il-post matul l-ewwel trimestri tal-2021, u dan ikkawża sottoimplimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet konsiderevoli; jissottolinja, madankollu, li l-Aġenzija adattat u kkonvertiet b’mod effettiv l-attivitajiet tagħha għat-tagħlim online, filwaqt li ssalvagwardjat l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ taħriġ tagħha;

3.

Jilqa’ b’apprezzament li r-rata ta’ eżekuzzjoni fl-2021 tal-fondi C8 (riportati mill-2020 għall-2021) kienet ta’ 100 %; jinnota, barra minn dan, l-ammont għoli ta’ EUR 2 411 091 bħala fondi riporti mill-2021 għall-2022, li jirrappreżenta 24 % tal-baġit regolari tal-Aġenzija għall-2021;

Prestazzjoni

4.

Jinnota li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija kienet affettwata mill-kriżi tal-COVID-19, l-aktar fir-rigward tal-attivitajiet fuq il-post; jinsab sodisfatt li l-maġġoranza tal-miri stabbiliti ntlaħqu jew inqabżu; jinnota b’apprezzament ir-rata ta’ sodisfazzjon tal-klijenti fl-2021 fejn 97 % tal-parteċipanti fl-attivitajiet ta’ taħriġ tal-Aġenzija ddikjaraw li kienu sodisfatti jew sodisfatti ħafna;

5.

Jinnota li fl-2021 il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ta’ ħames snin tal-Aġenzija; jilqa’ l-konklużjonijiet pożittivi ġenerali tar-rapport ta’ evalwazzjoni u jistieden lill-Aġenzija timplimenta r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport ta’ evalwazzjoni;

6.

Jinnota b’apprezzament li, minkejja l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19, l-Aġenzija kompliet iżżid is-sensibilizzazzjoni tagħha filwaqt li l-għadd ta’ parteċipanti fit-taħriġ żdied bi 17 % meta mqabbel mal-2020; ifaħħar ukoll ir-riżultati eċċezzjonali tal-Aġenzija fil-qasam tal-apprendiment elettroniku, u l-organizzazzjoni tal-Konferenza tas-CEPOL dwar ir-Riċerka u x-Xjenza li saret online, li attirat aktar minn 500 parteċipant fir-rebbiegħa tal-2021; jinnota li l-Programm ta’ Skambju tas-CEPOL ġie pospost għal nofs Awwissu u li fl-2021 inkisbu 57 % tal-iskambji ppjanati;

7.

Josserva li l-Aġenzija lestiet it-tieni Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet Strateġiċi ta’ Taħriġ tal-UE (EU-STNA), filwaqt li identifikat il-prijoritajiet tat-taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi għall-perjodu 2022-2025; jilqa’ t-tnedija ta’ Ċentru tal-Għarfien ġdid tas-CEPOL dwar il-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi, l-Iskambju tal-Informazzjoni u l-Interoperabbiltà (CKC INT);

8.

Jenfasizza l-ħtieġa li t-taħriġ fl-infurzar tal-liġi fil-livell tal-Unjoni jirrifletti t-theddid għas-sigurtà tal-Unjoni f’konformità mal-mandat tal-Aġenzija; itenni l-importanza tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi dwar strateġiji għall-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni, u għall-prevenzjoni tat-tfassil ta’ profili razzjali u etniċi u l-vjolenza; jissottolinja l-ħtieġa urġenti għal taħriġ speċjalizzat li jiffoka fuq il-perikli u l-użu xieraq tat-teknoloġiji tal-IA, mill-awtoritajiet tal-pulizija biex jiġu żgurati s-sikurezza u s-sigurtà taċ-ċittadini;

9.

Jilqa’ l-istabbiliment tal-Grupp ta’ Esperti dwar id-Drittijiet Fundamentali bil-għan li tittejjeb l-istrateġija ta’ taħriġ tal-Aġenzija f’dan il-qasam u tal-Grupp ta’ Esperti dwar it-Titjib tal-Kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri bil-għan li jittejbu l-kwalità u l-effiċjenza tal-kooperazzjoni; jinnota s-suġġeriment tal-Grupp ta’ Esperti dwar id-Drittijiet Fundamentali biex id-drittijiet fundamentali jiżdiedu bħala kwistjoni trażversali mal-attivitajiet ta’ taħriġ offruti fejn applikabbli kemm fl-Istati Membri kif ukoll f’pajjiżi terzi b’enfasi partikolari fuq id-drittijiet fundamentali u l-prevenzjoni tal-kriminalità;

10.

Jinnota li, fl-2021, l-Aġenzija bdiet l-implimentazzjoni tal-erba’ proġetti internazzjonali pluriennali li jgħinu lil pajjiżi terzi jibnu l-kapaċitajiet tagħhom f’oqsma rilevanti tal-politika tal-infurzar tal-liġi;

11.

Jilqa’ l-kooperazzjoni ma’ hubs u ċentri speċjalizzati ta’ għarfien dwar iċ-ċiberkriminalità bħaċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità, il-Grupp Ewropew għat-Taħriġ u l-Edukazzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità, in-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju u l-Interpol, permezz tal-Akkademja taċ-Ċiberkriminalità tas-CEPOL fl-indirizzar tal-ħtiġijiet dejjem akbar ta’ taħriġ fil-qasam taċ-ċiberkriminalità;

12.

Jenfasizza l-arranġamenti ta’ ħidma tal-Aġenzija mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, in-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju, il-Kummissjoni, u n-negozjati li għaddejjin maċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil;

13.

Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma għandhiex arranġamenti ta’ ħidma mad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali (DĠ TAXUD) li jipprevjeni lill-Aġenzija milli tespandi l-udjenza fil-mira tal-attivitajiet tagħha biex tinkludi uffiċjali tad-dwana u tal-fruntieri; iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżgura li l-arranġamenti ta’ ħidma jkunu fis-seħħ mal-korpi ewlenin kollha;

14.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija tadatta aħjar il-metodi ta’ taħriġ tagħha għall-udjenza fil-mira tagħha; iħeġġeġ lill-Aġenzija ssegwi r-riżultati tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u taġġusta t-taħriġ tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi li jirrispondu aħjar għal taħriġ prattiku (eżerċizzji konġunti, simulazzjonijiet, eżerċizzji ta’ simulazzjoni) milli taħriġ teoretiku (virtwali) fil-klassi;

Politika dwar il-persunal

15.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 91 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet implimentata, u li kienu nħatru 30 aġent temporanju minn total ta’ 33 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (l-istess għadd ta’ pożizzjonijiet awtorizzati bħal fl-2020); jinnota li, barra minn hekk, 58 aġent kuntrattwali (li minnhom 20 kienu għal attivitajiet regolari u 38 għal proġetti ta’ bini tal-kapaċitajiet iffinanzjati fuq livell estern) u seba’ esperti nazzjonali sekondati (sitta ffinanzjati mill-baġit tal-Aġenzija u wieħed iffinanzjat fl-ambitu tal-Proġett għal Taħriġ Kontra t-Terroriżmu 2) ħadmu għall-Aġenzija fl-2021; jinnota wkoll li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 19-il membru tal-persunal interim ġew impjegati b’kompiti relatati ma’ negozju ewlieni bħall-apprendiment elettroniku, l-ICT, l-appoġġ legali u ta’ ġestjoni;

16.

Jissottolinja li t-twessigħ sinifikanti tal-ħidma tal-Aġenzija bid-dħul fis-seħħ tal-mandat attwali tagħha għadu ma ġiex segwit b’żieda simili fl-għadd ta’ membri tal-persunal; jinnota bi tħassib is-suġġerimenti li għamlet il-Kummissjoni lill-Aġenzija biex ma titlobx pożizzjonijiet ġodda għas-snin li ġejjin, minkejja l-ħtieġa ta’ aktar persunal; jenfasizza, apparti dan, li fin-nuqqas ta’ riżorsi umani addizzjonali, l-Aġenzija qed tuża aġenti kuntrattwali għal għadd ta’ kompiti li normalment jiġu eżegwiti minn aġenti temporanji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni terġa’ tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha dwar il-klassifikazzjoni tal-pożizzjonijiet sabiex dawn jirriflettu l-ammont ta’ xogħol u r-responsabbiltajiet tal-persunal;

17.

Jinnota bi tħassib li r-rata tad-dawran tal-persunal baqgħet għolja fl-2021, fil-livell ta’ 11,8 %; japprezza l-isforzi li għamlet l-Aġenzija biex tindirizza dik il-kwistjoni, inkluż billi tintroduċi intervista ta’ ħruġ strutturata ġdida; jenfasizza l-fatt li r-riżultati tat-twettiq ta’ tali intervisti wrew li r-rata għolja tad-dawran hija kkawżata l-aktar mill-ammont għoli ta’ xogħol u mill-klassifikazzjoni baxxa tal-pożizzjonijiet; jissottolinja, barra minn hekk, li l-Aġenzija kienet qed tesperjenza diffikultajiet fil-proċess ta’ reklutaġġ, ikkawżati kemm minn għadd baxx ta’ applikazzjonijiet kif ukoll minn għadd kbir ta’ kandidati magħżula li jirrifjutaw l-offerti ta’ impjieg; jenfasizza l-fatt li l-koeffiċjent tal-korrezzjoni tas-salarji applikat għar-remunerazzjonijiet offruti għall-pożizzjonijiet fl-Aġenzija għandu impatt estremament negattiv fuq il-kapaċità tal-Aġenzija li tnaqqas id-dawran tal-persunal, li tirrekluta l-persunal li tirrikjedi għall-implimentazzjoni ottimali tal-mandat tagħha, kif ukoll li ssir attraenti għal kandidati bi kwalifiki għoljin; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-koeffiċjent tal-korrezzjoni sabiex jirrifletti aħjar ir-realtajiet ekonomiċi tar-rilokazzjoni lejn il-belt ospitanti tal-Aġenzija u l-għajxien fiha; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija jagħmlu disponibbli faċilitajiet addizzjonali bħall-aċċess għall-iskejjel internazzjonali u għall-kura tat-tfal u tas-saħħa, sabiex jagħmlu l-ħidma għall-Aġenzija aktar attraenti;

18.

Jinnota b’apprezzament li l-Aġenzija implimentat diversi moduli ta’ SYSPER u qed tippjana li tkompli tagħmel dan, filwaqt li żżid l-użu ta’ moduli aktar bażiċi u fakultattivi;

19.

Jilqa’ t-tqassim skont il-ġeneru tal-Aġenzija rrapportat għall-2021 bi 3 irġiel u 3 nisa fil-funzjonijiet maniġerjali (maniġer superjuri wieħed u 5 maniġers ta’ grad medju), b’16-il raġel (59 %) u 11-il mara (41 %) fil-bord maniġerjali, u b’39 raġel (45 %) u 48 mara (55 %) fi ħdan il-persunal ġenerali tal-Aġenzija; ifaħħar lill-Aġenzija għall-bilanċ bejn il-ġeneri miksub fl-2021; jinsab madankollu mħasseb dwar in-nuqqas ta’ bilanċ ġeografiku u li l-Aġenzija ma timpjega l-ebda persunal minn Ċipru, miċ-Ċekja, mid-Danimarka, minn Franza, mill-Irlanda, mil-Lussemburgu, minn Malta u mis-Slovenja; iħeġġeġ lill-Aġenzija tqis bl-akbar prijorità l-bilanċ ġeografiku fil-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

20.

Jilqa’ l-fatt li fl-2021 l-Aġenzija organizzat attivitajiet ta’ taħriġ dwar suġġetti bħall-etika u l-integrità, ir-rispett u d-dinjità, il-prevenzjoni tal-fastidju u l-benessri; jinnota l-adozzjoni fl-2021 tal-politika tal-Aġenzija dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali; jilqa’ barra minn hekk l-implimentazzjoni tal-proċedura informali b’konsulenti kunfidenzjali; jinnota r-risposta tal-Aġenzija li ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ fastidju fl-2021;

Akkwist

21.

Jinnota bi tħassib li, mis-sena finanzjarja 2019, il-Qorti għamlet osservazzjonijiet ġodda fir-rigward tal-akkwist għall-Aġenzija kull sena; jieħu nota tal-osservazzjonijiet tal-Qorti rigward il-proċeduri tal-ġestjoni tal-kuntratti u ta’ akkwist pubbliku tal-Aġenzija għall-2021; jinnota b’mod partikolari li fl-2021 l-Aġenzija għamlet pagamenti b’rabta ma’ attivitajiet li seħħew f’ċerti pajjiżi barra mill-Unjoni; jinnota li tali attivitajiet ma kinux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratt qafas li abbażi tiegħu saru pagamenti relatati; jinnota bi tħassib il-konklużjoni tal-Qorti fir-rigward tal-fatt li, f’dak il-każ, l-Aġenzija aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 172 tar-Regolament Finanzjarju; jiddispjaċih li l-pagamenti relatati li jammontaw għal EUR 76 590 kienu irregolari, kif konkluż mill-Qorti; jinnota li l-Aġenzija ħadet id-deċiżjoni li tagħmel eċċezzjoni li tkopri esklussivament il-ħtiġijiet kummerċjali urġenti f’pajjiżi barra mill-Unjoni, filwaqt li dik id-deċiżjoni ġiet irreġistrata fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet tal-Aġenzija; jieħu nota wkoll li f’Jannar 2022, l-Aġenzija użat il-proċedura ta’ eċċezzjoni b’mod rikorrenti sabiex tiżgura l-kontinwità tal-operat u l-ġestjoni finanzjarja tajba sal-finalizzazzjoni ta’ proċedura miftuħa li rriżultat fl-iffirmar ta’ kuntratt qafas ġdid, mingħajr l-ebda limitazzjoni;

22.

Jinnota li, fl-2021, l-Aġenzija kellha biss pożizzjoni waħda għal aġent temporanju u pożizzjoni waħda għal aġent kuntrattwali għal proċeduri relatati mal-akkwist, u żewġ aġenti kuntrattwali addizzjonali kienu qed jaħdmu fuq proġetti ffinanzjati fuq livell estern; jinnota li l-Aġenzija qed tuża aġenti interim biex jgħinu fl-ammont ta’ xogħol; jenfasizza, bi tħassib kbir, il-fatt li mill-inqas sa Novembru 2022, l-ogħla klassifikazzjoni ta’ uffiċjal tal-akkwist kienet AST-5 bi klassifikazzjoni ta’ reklutaġġ ta’ AST-3, klassifikazzjoni li l-Aġenzija tikkunsidra bħala baxxa wisq meta wieħed iqis ir-responsabbiltajiet assenjati lil dik il-pożizzjoni; jissottolinja li l-klassifikazzjoni inadegwata ta’ tali pożizzjonijiet jista’ jkollha impatt fuq il-kwalità tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku li twettaq l-Aġenzija; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza b’mod urġenti dawk il-kwistjonijiet;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

23.

Jinnota b’apprezzament il-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess; jinnota b’sodisfazzjon li d-dikjarazzjonijiet ta’ interess u s-CVs tal-biċċa l-kbira tal-membri tal-bord maniġerjali u tal-maniġment superjuri huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jinnota b’sodisfazzjon li l-format tad-dikjarazzjonijiet jippermetti l-elenkar ta’ interessi professjonali, finanzjarji, personali u oħrajn li jistgħu jkunu relatati mal-attivitajiet tal-Aġenzija; jinnota li d-dikjarazzjonijiet dwar il-kunflitti ta’ interess u dwar il-kunfidenzjalità għall-esperti remunerati mhumiex ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tagħmel il-bqija ta’ dawk id-dokumenti disponibbli fuq is-sit web tagħha mill-aktar fis possibbli; jilqa’ l-fatt li l-lista annwali ta’ kuntratti ta’ esperti ppubblikata fuq is-sit web tal-Aġenzija hija kkomplementata b’informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet dwar il-kunflitti ta’ interess u l-kunfidenzjalità magħmula mill-esperti;

Kontroll intern

24.

Jinnota l-valutazzjoni tal-Aġenzija tas-sistema ta’ kontroll intern tagħha u l-konklużjoni tagħha, li hija effettiva, preżenti u li tiffunzjona tajjeb, u li huwa meħtieġ biss titjib żgħir; jistieden lill-Aġenzija tinkorpora b’mod espliċitu fil-valutazzjoni tagħha il-kummenti tal-Qorti u r-rakkomandazzjonijiet relatati;

25.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti diversi dgħufijiet fis-sistema ta’ kontroll intern tal-Aġenzija, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri ta’ akkwist u tal-ġestjoni tal-impenji baġitarji; jinnota fir-rigward tal-akkwist, l-osservazzjoni tal-Qorti f’każ wieħed fejn in-nuqqas ta’ separazzjoni bejn il-kriterji tal-għażla u l-kriterji tal-għoti kkomprometta l-prinċipju tat-trasparenza u espona lill-Aġenzija għal riskji reputazzjonali u legali; jinnota f’każ ieħor is-sejba tal-Qorti dwar in-nuqqas tal-Aġenzija li timmonitorja l-pagamenti pendenti fejn b’hekk esponiet lilha nnifisha għar-riskju li ma tissodisfax l-obbligi finanzjarji tagħha lejn partijiet terzi f’każ ta’ restrizzjonijiet baġitarji; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-miżuri maħsuba biex jiġu indirizzati dawk il-kwistjonijiet u l-progress tagħha rigward dawk il-kwistjonijiet;

26.

Ifakkar li l-Qorti osservat dgħufijiet fl-ambjent ta’ kontroll intern tal-Aġenzija, għajr dawk li jikkonċernaw l-akkwist fir-rigward tal-ġestjoni tal-impenji baġitarji, u jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija ħadet passi konkreti biex tindirizza dawk l-iżbalji, inkluż taħriġ regolari dwar il-ġestjoni tal-kuntratti għall-maniġers tal-proġetti u persunal rilevanti ieħor biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni u titnaqqas l-okkorrenza ta’ każijiet bħal dawn; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress f’din il-kwistjoni;

27.

Jinnota li f’Ottubru 2021, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) nieda awditu dwar il-“Ġestjoni tar-riżorsi umani u l-etika fis-CEPOL” tal-Aġenzija; jinnota l-konklużjoni pożittiva tar-rapport tal-awditjar finali tal-IAS u l-oqsma identifikati għat-titjib fir-rigward tal-proċeduri ta’ reklutaġġ, valutazzjoni u riklassifikazzjoni; jistieden lill-Aġenzija timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-IAS;

28.

Jinnota bi tħassib in-nuqqasijiet ta’ kontroll intern tal-Aġenzija fir-rigward tan-nuqqas ta’ formalizzazzjoni tal-kontrolli fuq it-teknoloġija (eż. il-politika ta’ riżerva tal-ICT) u l-qafas proċedurali għall-ġestjoni tad-dokumenti; jistieden lill-Aġenzija timplimenta, inkluż bl-għajnuna ta’ aġenzija oħra jekk ikun meħtieġ, l-ARES tal-Kummissjoni bħala s-sistema tagħha ta’ ġestjoni tad-dokumenti;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

29.

Jinnota li l-Aġenzija ma għandhiex politika formalizzata dwar iċ-ċibersigurtà; jinnota wkoll li l-Aġenzija taħdem mas-CERT-UE u ma’ sħab oħra biex iżżid iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tar-rekords diġitali; jirrikonoxxi l-limitazzjoni tal-Aġenzija f’dan il-qasam minħabba l-għadd baxx ta’ membri tal-persunal tagħha skont it-tabella tal-persunal;

30.

Ifaħħar lill-Aġenzija talli tejbet iżjed il-pjattaforma LEEd b’għadd ta’ żviluppi tekniċi, speċjalment fid-dawl tal-attakk ċibernetiku u l-għeluq sussegwenti tal-pjattaforma fi tmiem l-2020; jilqa’ r-restawr rapidu tal-pjattaforma LEEd u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet online pendenti fl-ewwel tliet xhur tal-2021; jinnota barra minn hekk li l-Aġenzija rrapportat li laħqet livell relattivament għoli ta’ diġitalizzazzjoni bil-konverżjoni tal-proċessi tagħha għal sistemi mingħajr karti;

31.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà); jissuġġerixxi li l-Aġenzija toffri regolarment programmi ta’ taħriġ aġġornati relatati maċ-ċibersigurtà għall-persunal kollu fl-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tiżviluppa l-politika tagħha dwar iċ-ċibersigurtà aktar malajr, sabiex tkun tista’ tippreżentaha qabel il-31 ta’ Diċembru 2023 u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress miksub;

32.

Jilqa’ t-tnedija tal-portafoll il-ġdid tal-apprendiment li jappoġġja l-iżvilupp ta’ ħiliet personali u kummerċjali f’Jannar 2021, b’500 modulu ġdid ta’ apprendiment elettroniku u postijiet mogħtija lil 1 000 utent tal-LEEd, u wkoll l-estensjoni ulterjuri tal-liċenzja għal 2 000 post minn Ottubru 2022;

33.

Jinnota l-isforzi tal-Aġenzija biex tnaqqas l-impatt ambjentali tagħha; jilqa’ b’mod partikolari r-regoli interni tal-Aġenzija li bihom persunal li jivvjaġġa distanzi qosra u l-parteċipanti fl-attivitajiet ta’ taħriġ għandhom jużaw alternattivi għall-ivvjaġġar bl-ajru; ifaħħar lill-Aġenzija talli offriet ir-rimborż għall-ispejjeż tal-użu tat-trasport pubbliku lill-persunal tagħha;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

34.

Jinnota li l-Aġenzija rrapportat li fl-2021, il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt serju fuq l-attivitajiet tagħha fuq il-post; jinnota b’mod partikolari l-posponiment għall-2022 tal-implimentazzjoni ta’ xi wħud mill-attivitajiet ippjanati għall-2021, il-kanċellazzjoni mingħajr sostituzzjoni ta’ xi attivitajiet oħra, diversi każijiet ta’ rtirar ta’ attivitajiet kif ukoll il-konverżjoni ta’ attivitajiet fuq il-post f’attivitajiet online; ifaħħar lill-Aġenzija għar-reżiljenza tagħha u għar-rispons tagħha ta’ allokazzjoni mill-ġdid tar-riżorsi biex tiżgura li jintlaħqu l-objettivi;

35.

Ifaħħar il-fatt li, minkejja r-rata tad-dawran relattivament għolja tal-persunal, il-kontinwità tal-operat tal-Aġenzija u s-sikurezza tal-persunal tagħha ġew żgurati permezz ta’ miżuri bħall-arranġamenti estiżi tat-telexogħol u tal-ħin flessibbli, il-fluss tax-xogħol elettroniku, ir-reklutaġġ ta’ persunal interim u esperti nazzjonali sekondati u ż-żamma tal-arranġamenti soċjali;

Kummenti oħra

36.

Jinnota bi tħassib li l-kwistjoni tal-Aġenzija li ma għandhiex biżżejjed spazju għall-uffiċċji u għall-attivitajiet operattivi għadha għaddejja — l-attivitajiet operattivi tal-Aġenzija jseħħu minn tliet postijiet differenti; jiddeplora l-fatt li l-pjan inizjali mill-gvern Ungeriż għal kumpless komuni għall-organizzazzjonijiet internazzjonali ġie mwarrab; jinnota li d-diskussjonijiet tad-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija mal-awtoritajiet Ungeriżi komplew matul l-2022; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar l-iżviluppi fir-rigward tal-bini tagħha u l-progress li sar fid-diskussjonijiet mal-Istat Membru ospitanti; jilqa’ l-ħolqien ta’ task force interna biex tivvaluta l-għażliet dwar kif l-aħjar li jsir użu mill-ispazju eżistenti;

37.

Ifakkar li l-Aġenzija għandha tiżgura trasparenza sħiħa u rispett sħiħ lejn id-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tagħha, inklużi dawk li twettaq ma’ pajjiżi terzi;

38.

Jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha u tirrapporta informazzjoni rilevanti dwar il-prestazzjoni liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-pubbliku ġenerali b’lingwaġġ ċar u aċċessibbli; iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżgura aktar trasparenza u obbligu ta’ rendikont pubbliku permezz ta’ użu aħjar tal-mezzi tal-midja u tal-midja soċjali;

39.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 216, 31.5.2022, p. 1.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/232


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1858 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0078/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0102/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2021,

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/233


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1859 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta' Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023[6] — C9-0079/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 121 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0098/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/235


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1860 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0098/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 203 802 000, li jirrappreżenta żieda ta’ 11,34 % meta mqabbel mal-2020; billi EUR 38 900 000 tal-baġit tal-Aġenzija huwa ffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni u EUR 109 791 000 huwa dħul minn tariffi u imposti (2);

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tistqarr li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjoni ta’ impenn tas-sena attwali ta’ 96,31 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 2,31 % meta mqabbla mal-2020; jinnota wkoll li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 87,34 %, li turi tnaqqis ta’ 5,30 % meta mqabbla mal-2020;

2.

Jinnota li l-Aġenzija temmet is-sena b’surplus ta’ tariffi u imposti ta’ EUR 11,2-il miljun; jinnota li s-surplus ta’ “tariffi u imposti” jiżdied mas-surplus akkumulat, u għalhekk dan jiżdied minn EUR 60,9 miljun għal EUR 72,1 miljun;

3.

Jinnota li r-rata ta’ approprjazzjonijiet ikkanċellati relatati ma’ impenji riportati għall-2021 naqset għal 1,55 % (5,46 % fl-2020), taħt il-limitu massimu ta’ 5 % stabbilit mill-Kummissjoni;

Prestazzjoni

4.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija użat ċerti miżuri biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha, permezz ta’ taħlita ta’ 130 objettiv u 60 indikatur ewlieni tal-prestazzjoni (KPIs) fi 11-il qasam ewlieni ta’ operazzjoni u 9 proġetti jew inizjattivi oħra ta’ natura orizzontali; jinnota li, minkejja l-effetti kontinwi tal-kriżi tal-COVID-19, l-Aġenzija kellha prestazzjoni tajba, b’rata ta’ implimentazzjoni ta’ 84 % tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tagħha għall-2021 u 76 % tal-KPIs li mexjin skont l-iskeda tat-twettiq tagħhom; japprezza l-fatt li l-KPIs ġew issodisfati u l-fatt li l-Aġenzija ġibdet l-attenzjoni għal miżuri li jistgħu jtejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-ħidma tal-Aġenzija; madankollu, jirrakkomanda li l-Aġenzija tieħu nota tal-indikaturi li għadhom ma ntlaħqux jew li għadhom lura, speċjalment l-ipproċessar f’waqtu tar-rapporti tal-okkorrenzi u r-rata tal-għeluq tal-azzjoni korrettiva tas-sejbiet tal-awditi;

5.

Ifaħħar il-kisbiet ewlenin u l-progress tal-Aġenzija fl-2021 f’oqsma emerġenti marbuta mas-soluzzjonijiet ekoloġiċi u d-diġitalizzazzjoni; jinnota f’dan il-kuntest li l-Aġenzija żiedet l-isforzi tagħha għal avjazzjoni nadifa permezz tal-programm tal-avjazzjoni sostenibbli tal-EASA — 2021 b’diversi azzjonijiet bħall-użu ta’ Fjuwils tal-Avjazzjoni Sostenibbli (SAF), Avjazzjoni li taħdem bl-idroġenu u ibrida u t-tlestija tal-fażi pilota tal-Programm ta’ Tikkettar Ambjentali; jieħu nota tar-riżultati ulterjuri tal-Aġenzija mill-Programm dwar id-Droni tagħha bħall-pubblikazzjoni tal-ewwel pakkett regolatorju tal-U-Space, kif ukoll minn proġetti differenti rigward is-simplifikazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru permezz tal-unifikazzjoni tal-liċenzjar tal-Kontrolluri tat-Traffiku tal-Ajru (ATCO) u tat-tagħmir fuq l-art; ifaħħar l-approvazzjoni tar-ritorn fis-servizz ta’ verżjoni modifikata tal-Boeing 737 Max; jilqa’ l-isforzi addizzjonali tal-Aġenzija fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni meta fl-2021 ingħaqdet mal-programmi Orizzont Ewropa, Avjazzjoni Nadifa u SESAR; ifaħħar ukoll it-titjib kontinwu tas-sikurezza u l-impenn tal-Aġenzija biex tappoġġa l-innovazzjoni permezz tal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni bi proġetti ewlenin fl-2021 bħall-adozzjoni ta’ opinjoni dwar l-operazzjonijiet f’kull tip ta’ temp; jinnota li l-Brexit wassal għal żieda sinifikanti fl-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet fl-2021;

6.

Jappella biex jiġu pprovduti biżżejjed finanzjament u inċentivi għal aktar riċerka u żvilupp tal-Fjuwils tal-Avjazzjoni Sostenibbli biex isiru aktar effiċjenti u bi prezz raġonevoli u biex is-suq tagħhom jissaħħaħ u jinfetaħ;

7.

Jilqa’ l-isforzi kontinwi mill-Aġenzija biex teżamina oqsma għal aktar kooperazzjoni ma’ Aġenziji oħra tal-Unjoni fejn ikun fattibbli, filwaqt li tqis in-natura tal-attivitajiet, biex tnaqqas id-duplikazzjonijiet potenzjali; jilqa’ l-azzjonijiet konkreti li ttieħdu mal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent; jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha, iżżid il-kooperazzjoni u tiskambja l-aħjar prattiki ma’ aġenziji Ewropej oħra bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà, eċċ.);

8.

Jirrikonoxxi l-isforzi kontinwi min-naħa tal-Aġenzija biex issir aktar effiċjenti, filwaqt li tillibera r-riżorsi, inkluż tal-persunal ikkwalifikat; ifaħħar lill-Aġenzija f’dan il-kuntest talli għamlet użu mill-għarfien espert fl-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Avjazzjoni, permezz ta’ 26 ftehim ta’ sħubija u 2 kuntratti qafas ma’ Entitajiet Kwalifikati, u b’hekk iffaċilitat l-esternalizzazzjoni ta’ 63 000 siegħa ta’ xogħol fl-2021;

9.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija tinvolvi ruħha, billi tuża kemm l-għarfien espert tagħha kif ukoll ir-riżorsi adegwati, fil-Proġett Pilota dwar “Korp Ewropew għall-istandards tal-fjuwil tal-ġettijiet u ċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza” skont il-baġit tal-Unjoni għall-2023;

10.

Ifaħħar l-isforzi tal-Aġenzija fl-appoġġ tal-integrazzjoni ta’ teknoloġiji, operazzjonijiet u mudelli kummerċjali ġodda fis-sistema Ewropea tal-avjazzjoni permezz tal-programm ta’ riċerka u innovazzjoni tagħha;

11.

Jilqa’ l-progress tal-Programm Militari (2020 — tmiem miftuħ) u jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija fil-mobbiltà militari Ewropea; jitlob żieda rapida u sostanzjali tal-linja baġitarja tal-UE għall-mobbiltà militari biex tkun tista’ tirrispondi għall-isfidi fis-settur;

12.

Jappella għal aktar sinerġija bejn il-ħtiġijiet ċivili u militari skont il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari billi jiġu ssimplifikati l-proċessi u jiġu allinjati r-regoli; jisħaq fuq il-fatt li dan jista’ jipprovdi lok għall-Aġenzija biex tkompli tappoġġa l-istati u l-kompetittività tal-industrija, pereżempju permezz tat-tfassil komuni tar-regoli u ċ-ċertifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru tal-istat;

Politika dwar il-persunal

13.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 92,94 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet implimentata, bil-ħatra ta’ 632 aġent temporanju minn 680 aġent temporanju awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 680 pożizzjoni awtorizzata fl-2020); jinnota li, barra minn hekk, 91 aġent kuntrattwali u 18-il espert nazzjonali sekondat ħadmu għall-Aġenzija fl-2021; jinnota tnaqqis fil-livell tal-persunal tal-Aġenzija meta mqabbel mal-2019 minħabba l-implikazzjonijiet finanzjarji relatati mal-COVID-19 li wassal lill-Aġenzija biex tnaqqas l-investimenti relatati mal-persunal, filwaqt li ffavoriet il-mobbiltà interna u l-kondiviżjoni tar-riżorsi; jilqa’ l-miżuri rrappurtati tal-Aġenzija biex tipprevjeni rata għolja ta’ dawran tal-persunal, li fl-2021 kienet ta’ 0,84 %;

14.

Jinnota l-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-membri tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija, fejn 3 minn 5 (60 %) huma rġiel; jinnota bi tħassib l-iżbilanċ bejn il-ġeneri fil-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija, fejn 63 minn 82 (77 %) huma rġiel; jieħu nota wkoll tal-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal ġenerali tal-Aġenzija, fejn 643 minn 959 (67 %) huma rġiel; jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha biex tilħaq il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-persunal permezz ta’ azzjonijiet konkreti li jattiraw applikazzjonijiet minn nisa għal karigi offruti mill-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija qed timmonitorja kontinwament l-iżviluppi fil-bilanċ bejn il-ġeneri u li r-rappreżentanza tan-nisa f’pożizzjonijiet maniġerjali (minn dik ta’ Maniġer tat-Taqsima sa dik ta’ Direttur) żdiedet minn 16,9 % għal 21,25 % fl-2021 u li minn Jannar 2020, minn 4 Diretturi fl-Aġenzija, 2 huma nisa;

15.

Jinnota l-istima tal-Aġenzija fir-rigward taż-żieda imminenti fl-għadd ta’ persuni rtirati; jilqa’ f’dan il-kuntest l-istabbiliment ta’ programm ta’ ġestjoni tal-kompetenzi u ta’ ppjanar strateġiku tal-forza tax-xogħol li se jgħin lill-Aġenzija tivvaluta, fost l-oħrajn, fejn huma meħtieġa investimenti fir-riżorsi esterni; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza bl-eżitu ta’ dan il-programm; jinnota wkoll li l-Aġenzija adottat xenarju ta’ nofs it-terminu dwar il-persunal biex issaħħaħ l-oqsma ta’ kompetenza ewlenin u trawwem l-iżvilupp tal-persunal billi toffri opportunitajiet ta’ karriera professjonali internament f’diversi oqsma ta’ kompetenza lil madwar 80 membru tal-persunal matul l-2021;

16.

Ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-offerta ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib tal-bilanċ ġeografiku biex ikun hemm rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà, kif ukoll l-iżgurar li jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jiġu promossi b’mod wiesa’; jinnota l-importanza li jiġu pprovduti opportunitajiet ta’ taħriġ differenti għall-persunal kollu tal-Aġenzija; jissuġġerixxi li l-istħarriġ dwar l-involviment tal-persunal għandu jsir kull sena minflok kull tliet snin;

Akkwist

17.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija mmaniġġjat u/jew ikkonkludiet 33 proċedura ta’ valur għoli u ta’ valur medju, 90 proċedura ta’ valur baxx u 48 kuntratt ta’ esperti, u 600 kuntratt speċifiku taħt kuntratti qafas; jilqa’ l-implimentazzjoni ta’ strateġija konsolidata ta’ akkwist għal servizzi tekniċi ta’ ġestjoni tal-faċilitajiet permezz tal-ġbir ta’ diversi tipi ta’ kuntratti bil-għan li ttejjeb il-ġestjoni tal-kuntratti u tiċċentralizza s-servizzi esternalizzati;

18.

Jinnota, fir-rigward tas-segwitu tal-osservazzjonijiet mill-awtorità ta’ kwittanza għall-2020, li l-Aġenzija ħadet miżuri biex ittejjeb il-prattiki tal-akkwist tagħha li għandhom l-għan li jimmassimizzaw il-kompetizzjoni ġusta u l-valur għall-flus, iżidu t-trasparenza, u jnaqqsu l-ħtieġa ta’ eċċezzjonijiet, inkluż permezz ta’ taħriġ ta’ sensibilizzazzjoni għall-atturi finanzjarji tagħha; jilqa’ l-progress tal-Aġenzija rigward is-soluzzjoni tal-fatturazzjoni elettronika; jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-ottimizzazzjoni u l-modernizzazzjoni tas-soluzzjonijiet diġitali tagħha biex tkompli tissimplifika l-proċessi ta’ akkwist u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u trasparenza

19.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi li għaddejjin bħalissa biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jilqa’ l-fatt li fl-2021 ma kien hemm l-ebda każ reali ta’ kunflitt ta’ interess; jinnota wkoll li kwalunkwe każ potenzjali fl-Aġenzija jista’ jiġi indirizzat b’miżuri ta’ mitigazzjoni; jirrikonoxxi li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri tal-bord u tal-maniġment superjuri huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tipparteċipa fil-ftehim interistituzzjonali stabbilit dan l-aħħar dwar reġistru ta’ trasparenza obbligatorju għal rappreżentanti ta’ interess iffirmat mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mill-Parlament;

20.

Jinnota l-osservazzjoni li saret mill-Qorti tal-Awdituri rigward in-nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal dwar kunflitt ta’ interess potenzjali; jistieden lill-Aġenzija tlesti l-azzjoni korrettiva u tkopri r-riskju ta’ kunflitti ta’ interess; jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija li tiddikjara li kienet saret evalwazzjoni bir-reqqa;

21.

Jinnota li l-Aġenzija aġġornat il-politika tagħha dwar il-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess billi adottat “Kodiċi ta’ Kondotta għall-persunal tal-EASA”, li jinkludi rekwiżit għall-membri tal-persunal kollha tal-Aġenzija biex jimlew dikjarazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, regoli dwar ir-rigali u l-ospitalità, u taħriġ obbligatorju dwar il-Kodiċi ta’ Kondotta u l-annessi tiegħu għall-persunal kollu tal-Aġenzija;

22.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Aġenzija; jinsisti bil-qawwa fuq ir-rekwiżit ta’ sistemi effettivi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll biex jiġu evitati każijiet potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess, kontrolli ex ante/ex post nieqsa, ġestjoni mhux adegwata tal-impenji baġitarji u legali, u nuqqasijiet fir-rapportar ta’ kwistjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet;

23.

Jinnota li, minħabba n-natura teknika tagħha, l-Aġenzija tmexxi djalogi miftuħa mal-partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-avjazzjoni, filwaqt li tqis il-fehmiet tagħhom meta tiddeċiedi dwar it-tfassil tar-regoli u l-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni; jinnota wkoll li l-workshops tekniċi kollha organizzati mill-Aġenzija mal-partijiet ikkonċernati tagħha fil-qasam tal-avjazzjoni huma riflessi fil-paġna tal-avvenimenti tas-sit web tal-Aġenzija;

Kontroll intern

24.

Jinnota li l-istandards ta’ kontroll intern tal-Aġenzija jinkludu qafas li jikkonsisti f’ħames komponenti ta’ kontroll intern, 17-il prinċipju u l-istandard internazzjonali tal-kwalità (ISO 9001:2015); jinnota wkoll li fl-2021 twettaq awditu ta’ sorveljanza li wassal għall-konklużjoni li s-sistema ta’ kontroll intern tal-Aġenzija tikkonforma bis-sħiħ mal-istandards ta’ ġestjoni tagħha;

25.

Jinnota li l-Aġenzija implimentat il-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet li rriżultaw mill-awditu tas-Servizz tal-Awditjar Intern dwar iċ-ċertifikazzjoni u l-livell ta’ involviment tal-organizzazzjonijiet fl-2021; jistieden lill-Aġenzija timplimenta l-azzjonijiet li fadal;

26.

Jinnota li, fl-2021, il-Kapaċità ta’ Awditjar Intern wettqet tliet aċċertamenti tal-awditu biex tivvaluta rispettivament jekk kienx hemm konformità mar-regolamenti rilevanti, jekk l-objettivi tal-proċess ġewx issodisfati u jekk ir-riskji ewlenin ġewx immitigati kif xieraq fi ħdan l-Aġenzija; jinnota li ngħataw xi rakkomandazzjonijiet biex jitjieb ulterjorment l-ambjent ta’ kontroll jew l-effiċjenza globali tal-proċessi; jistieden lill-Aġenzija tiffinalizza l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li fadal b’rabta mal-awditi ta’ segwitu tal-2021;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

27.

Ifaħħar lill-Aġenzija għall-firxa wiesgħa ta’ miżuri bil-għan li jnaqqsu l-impronta ambjentali tagħha; jenfasizza, f’dan il-kuntest, it-teknoloġiji li jgħammru l-bini sostenibbli tal-Aġenzija u jgħinu biex jiġi ottimizzat l-użu tal-enerġija u l-konsum tal-ilma, l-inklużjoni tal-ġestjoni tal-enerġija bħala servizz fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerti, ix-xiri ta’ 100 % enerġija rinnovabbli u miżuri oħra li jinċentivaw l-użu tal-ferroviji jew tat-trasport pubbliku mill-persunal tagħha, kif ukoll it-tnaqqis tal-ivvjaġġar fuq xogħol; ifaħħar ukoll lill-Aġenzija għall-iskema ta’ kumpens tagħha fir-rigward tal-konsum tal-elettriku u l-ivvjaġġar fuq xogħol bil-ferrovija;

28.

Ifaħħar l-approvazzjoni ta’ diversi Sħubijiet Ewropej biex titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, inkluż dwar ir-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 bil-għan li titħaffef it-trasformazzjoni diġitali tal-ATM f’konformità mal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM; ifakkar, f’dak ir-rigward, fl-importanza tal-Ajru Uniku Ewropew 2+ biex jinkisbu l-armonizzazzjoni, l-interoperabbiltà u l-effiċjenza mtejba;

29.

Jinnota li l-Aġenzija kompliet il-programm ta’ trasformazzjoni korporattiva tagħha, “Destination: Future Proof (Destinazzjoni: Validi għall-Futur)” b’objettivi ewlenin marbuta mal-modernizzazzjoni tal-modi ta’ ħidma u s-simplifikazzjoni tal-proċessi ewlenin inklużi l-attivitajiet ewlenin bħat-tfassil tar-regoli, l-ajrunavigabbiltà inizjali u l-approvazzjonijiet tal-organizzazzjoni; ifaħħar, f’dan il-kuntest, il-progress li sar mill-Aġenzija biex tipprovdi lill-partijiet ikkonċernati esterni b’servizzi diġitali billi tħejji ruħha għal soluzzjonijiet ta’ implimentazzjoni għar-rappurtar tal-okkorrenzi (ECCAIRS2), l-aċċess għar-regoli tal-EASA (regoli elettroniċi), il-FlexTool għall-ġbir ta’ eżenzjonijiet u derogi, siti kollaborattivi u r-repożitorju ta’ Drones; jistieden lill-Aġenzija tkompli tibni l-pjattaforma tal-IT Diġitali Ewlenija tagħha f’konformità mal-pjan direzzjonali tad-diġitalizzazzjoni (CORAL) u tmur lil hinn mill-mira stabbilita (65 %) f’dan ir-rigward; jistieden lill-Aġenzija tistabbilixxi politika taċ-ċibersigurtà u timplimenta pjan direzzjonali għas-sigurtà tal-informazzjoni;

30.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà); jissottolinja l-importanza li jitwettqu valutazzjonijiet tar-riskju regolari dwar l-infrastruttura tal-IT tagħha u li jiġu żgurati awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tagħha; iħeġġeġ ukoll lill-Aġenzija toffri programmi ta’ taħriġ sistematiċi u aġġornati relatati maċ-ċibersigurtà lill-persunal kollu tagħha, inkluż lill-maniġment, peress li dan huwa element ewlieni għal qafas effettiv taċ-ċibersigurtà;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

31.

Jinnota l-approċċ konservattiv tal-Aġenzija fit-tieni sena tal-pandemija rigward l-ippjanar tan-nefqa, inkluż tnaqqis fir-reklutaġġ estern; jinnota wkoll li l-ammont ta’ xogħol dejjem jiżdied ġie ġestit billi ġew stabbiliti metodi ta’ ħidma ġodda (eż. xogħol mill-bogħod u reġim ta’ xogħol ibridu kuljum) u bl-investiment f’inizjattivi ta’ effiċjenza u diġitalizzazzjoni biex titnaqqas il-pressjoni fuq ir-riżorsi eżistenti; iħeġġeġ lill-Aġenzija tqiegħed fil-prattika t-tagħlimiet rigward il-metodi ta’ ħidma remoti u ibridi, sabiex torganizza aħjar il-laqgħat li jistgħu jsiru b’mod aktar effiċjenti b’mod remot pjuttost milli wiċċ imb wiċċ;

32.

Jinnota li, minħabba l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19, l-Aġenzija kkonċentrat fuq il-protezzjoni tal-pubbliku li jivvjaġġa u l-identifikazzjoni u l-mitigazzjoni tal-konsegwenzi tas-sikurezza; jilqa’ l-azzjonijiet tal-Aġenzija fl-ambitu tal-proġett Ritorn għal Operazzjonijiet Normali (RNO), meta ppubblikat Bullettini ta’ Informazzjoni dwar is-Sikurezza u materjal ta’ gwida, u azzjonijiet oħra li jipprovdu miżuri ta’ flessibbiltà u solliev regolatorju, li jindirizzaw ir-riskji tas-saħħa u dawk emerġenti u jibnu kooperazzjoni ma’ stati sħab;

33.

Jissuġġerixxi li l-Aġenzija timmonitorja kontinwament is-sikurezza tal-avjazzjoni, inkluża l-għeja tal-ekwipaġġ tal-kabina kif previst fir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li jistabbilixxi l-Aġenzija;

Kummenti oħra

34.

Ifaħħar lill-Aġenzija għas-suċċess tagħha fit-twettiq tal-“EASA light”, parti mis-sit web tagħha li toffri kontenut ħafif għal udjenza mhux speċjalizzata; iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżviluppa dan is-servizz skont il-feedback dwar kemm jintuża; ifaħħar ukoll lill-Aġenzija għall-metrika mtejba tagħha rigward l-użu tal-“EASA Pro”, parti mis-sit web tagħha li toffri informazzjoni dettaljata għall-partijiet ikkonċernati professjonali; jilqa’ l-fatt li fl-2021 l-Aġenzija saħħet ir-rabtiet tagħha mal-akkademiċi bil-formazzjoni ta’ Kumitat Xjentifiku li jiġbor flimkien esperti li jistgħu jagħtu pariri dwar żviluppi f’oqsma rilevanti;

35.

Jisħaq li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE jeħtiġilhom jirrispettaw ir-regolamentazzjoni finanzjarja u standards maniġerjali għoljin;

36.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 81.

(2)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 80.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).

(4)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/240


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1861 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023[6] — C9-0079/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 121 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0098/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/242


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1862 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil — EUAA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0080/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 55 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0123/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(5)   ĠU L 468, 30.12.2021, p. 1.

(6)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/244


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1863 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil — EUAA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0123/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu (1), il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (l-“Uffiċċju”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 152 743 528, li jirrappreżenta żieda ta’ 8,5 % meta mqabbel mal-2020; billi l-baġit tal-Uffiċċju huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni; ifakkar il-fatt li r-rwol jikber tal-Uffiċċju ġie enfasizzat fil-patt il-ġdid tal-Kummissjoni dwar il-migrazzjoni u l-ażil, li ġie ppubblikat f’Settembru 2020; jinnota li l-impronta operattiva tal-uffiċċju żdiedet f’dawn l-aħħar snin;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li ngħatat aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 96,67 %, li tirrappreżenta żieda żgħira ta’ 1,53 % meta mqabbla mal-2020 (95,14 %); jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 90,91 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 10 % meta mqabbla mal-2020 (80,91 %); ifaħħar il-miżuri stabbiliti mill-Uffiċċju biex isolvi l-kwistjoni ta’ pagamenti tard li ilhom jeżistu, b’rata għolja (96,5 %) ta’ pagamenti li saru fil-ħin fl-2021;

2.

Jinnota li l-Qorti ddikjarat li l-pagamenti magħmula mill-Uffiċċju fl-2021 ta’ ammont totali ta’ EUR 362 204 kienu irregolari minħabba li kienu relatati ma’ żbalji ta’ akkwist fi proċeduri mwettqa fl-2016 u fl-2020 għal bini mikri f’Ruma u f’Lesbos; jinnota l-azzjonijiet korrettivi meħuda mill-Uffiċċju, fejn ir-rilokazzjonijiet għal bini ġdid f’Lesbos u f’Ruma huma mistennija fl-ewwel jew fit-tieni trimestru tal-2023; jistieden lill-Uffiċċju jżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar rigward dik il-kwistjoni;

Prestazzjoni

3.

Jinnota li l-Uffiċċju juża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jivvaluta l-prestazzjoni tal-attivitajiet tiegħu; jilqa’ l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tal-Uffiċċju għall-2021, fejn 78 % tal-indikaturi annwali tiegħu u 85 % tal-indikaturi pluriennali tiegħu nkisbu jew inqabżu, minkejja l-isfidi kontinwi minħabba l-pandemija globali tal-COVID-19;

4.

Ifaħħar lill-Uffiċċju minħabba li żied l-assistenza teknika u operattiva tiegħu lill-Istati Membri u għar-rieda tiegħu li jirreaġixxi malajr għall-kriżi umanitarja fl-Afganistan, iż-żieda fin-numru ta’ persuni li jfittxu l-ażil li jaqsmu l-fruntiera mill-Belarussja u l-isfidi li jirriżultaw mill-gwerra fl-Ukrajna; jinnota, f’dak il-kuntest, li fl-2021 l-Uffiċċju ffirma pjanijiet operattivi ġodda mal-Latvja, il-Litwanja u l-Belġju, ġiet stabbilita pjattaforma ta’ esperti dwar mogħdijiet sikuri għall-Afgani, l-appoġġ lill-Istati Membri żdied għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE (2) (id-“Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja”) u għadd ta’ membri tal-persunal tal-Uffiċċju kienu preżenti fil-Moldova biex jappoġġaw trasferimenti volontarji lejn l-Istati Membri bl-għoti ta’ informazzjoni fuq il-post;

5.

Jinnota li l-Uffiċċju rrapporta li fl-2021 żied b’mod sinifikanti t-tħejjijiet tiegħu għall-mandat il-ġdid tiegħu, fid-dawl tal-adozzjoni finali tar-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda ta’ dak ir-Regolament rigward il-Forum Konsultattiv, l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, ir-riżerva ta’ intervent għall-ażil ta’ 500 espert tal-Istati Membri, il-mobilizzazzjoni ta’ uffiċjali ta’ kollegament fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi, il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u l-mekkaniżmu tal-ilmenti;

6.

Jinnota li l-Uffiċċju għandu kooperazzjoni b’saħħitha fil-livell bilaterali ma’ aġenziji oħra tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u li ffirma arranġamenti ta’ ħidma mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-eu-LISA, u pjanijiet ta’ kooperazzjoni mal-eu-LISA, li jippermettu l-allinjament ta’ proġetti komuni u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni b’mod sistematiku; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jkompli jiżviluppa sinerġiji u jsaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu, l-iskambju tal-prattiki tajba tiegħu u d-diskussjonijiet tiegħu rigward oqsma ta’ interess reċiproku ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza;

Politika dwar il-persunal

7.

Jinnota l-bilanċ bejn il-ġeneri tal-Uffiċċju, b’disa’ rġiel (69 %) u erba’ nisa (31 %) fil-maniġment superjuri tiegħu, b’20 raġel (67 %) u 10 nisa (33 %) fil-bord ta’ tmexxija tiegħu u b’176 raġel (39 %) u 272 mara (61 %) għall-persunal ġenerali; ifakkar li r-responsabbiltà għall-ħatra tal-membri tal-bord ta’ tmexxija hija tar-rappreżentanti nazzjonali tal-Istati Membri; itenni l-appelli tiegħu lill-Uffiċċju u lill-Istati Membri biex josservaw il-bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw u jaħtru membri tal-maniġment superjuri jew tal-bord ta’ tmexxija;

8.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 86,61 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, (92,35 % jekk jitqiesu l-21 pożizzjoni offruta), u nħatru 317-il aġent temporanju minn 366 aġent temporanju awtorizzata mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 366 pożizzjoni awtorizzata fl-2020); jinnota, barra minn hekk, li 100 aġent kuntrattwali u sitt esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Uffiċċju fl-2021, filwaqt li kienu awtorizzati 123 pożizzjoni u 11-il pożizzjoni rispettivament; jinnota li fl-2020 inħolqu 58 pożizzjoni addizzjonali ta’ aġenti kuntrattwali għal żmien qasir (sena) u dawn imtlew gradwalment fl-2021 għall-operazzjonijiet Taljani u Ċiprijotti, b’eliminazzjoni gradwali skedata fl-2022; jilqa’ ż-żieda progressiva fir-rata ta’ okkupazzjoni tal-Uffiċċju; jissottolinja, madankollu, ir-rata ta’ dawran tal-persunal ta’ 6,55 % fl-2021, ogħla mill-mira stabbilita (inqas minn 5 %);

9.

Jinnota bi tħassib kbir in-nota nru 3.7.1 tal-Uffiċċju tal-kontijiet finali tiegħu għall-2021, li żvelat li n-nuqqas ta’ riżorsi umani fl-2022 jista’ jillimita l-kapaċità li jitwettqu xi wħud mill-kompiti tal-mandat il-ġdid tal-Uffiċċju; jinnota li l-Uffiċċju saħaq fuq il-ħtieġa ta’ 68 pożizzjoni addizzjonali, fuq perjodu ta’ tliet snin, fit-tabella tal-persunal tiegħu biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-mandat il-ġdid b’mod sostenibbli, kif ukoll dawk b’rabta mal-kriżijiet differenti fil-qasam li l-Uffiċċju jopera fih; jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti aħjar il-ħtiġijiet operattivi tal-Uffiċċju meta tiddeċiedi dwar tabelli tal-persunal futuri;

10.

Ifakkar bi tħassib is-sejba tal-Qorti li fl-2020 l-Uffiċċju kellu 16-il pożizzjoni maniġerjali vakanti, b’10 minnhom okkupati fuq bażi interim għal aktar minn sena, u b’hekk dan imur kontra r-Regolamenti tal-Persunal, li jillimitaw it-tul ta’ żmien tal-ħatriet maniġerjali temporanji għal sena; jinnota t-tweġiba tal-Uffiċċju fir-rigward tar-raġunijiet għaliex fl-2021 ir-reklutaġġ tal-maniġers ma kienx prijorità; dawk ir-raġunijiet inkludew limitazzjonijiet prattiċi kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, kriżijiet ġodda ta’ migrazzjoni u ażil, żewġ riorganizzazzjonijiet strutturali tal-Uffiċċju u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat, b’enfasi fuq il-mili ta’ pożizzjonijiet oħra mhux maniġerjali; jenfasizza l-fatt, madankollu, li l-maniġers interim jokkupaw żewġ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal tal-Uffiċċju, sitwazzjoni li tista’ twassal għal ineffiċjenzi u għal tmexxija u kontinwità strateġika mxekkla; jinnota wkoll id-dikjarazzjoni tad-direttur eżekuttiv tal-Uffiċċju matul is-seduta ta’ smigħ fil-Parlament Ewropew fit-30 ta’ Novembru 2022, fejn f’dik id-data seba’ maniġers, inklużi tliet membri tal-maniġment superjuri kienu għadhom f’pożizzjonijiet ad interim, u tnejn minnhom kienu għal aktar minn sena fil-funzjoni tagħhom; jinnota li, skont it-tweġibiet tal-Uffiċċju, żewġ pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri kienu qed jiġu rreklutati sa tmiem l-2022, filwaqt li kien mistenni li t-tielet pożizzjoni tiġi ppubblikata fix-xhur ta’ wara; jinnota bi tħassib ir-rapporti anonimi mill-membri tal-persunal tal-Uffiċċju li jallegaw li n-numru ta’ pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri ad interim li ilhom fil-funzjoni għal aktar minn sena kien ogħla minn tnejn; jistieden lill-Uffiċċju jiċċara dik il-kwistjoni, inkluż mal-Parlament, peress li tikkonċerna t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-Uffiċċju; jinnota wkoll li fit-18 ta’ Jannar 2023, id-direttur eżekuttiv iddeċieda li ma jġeddidx il-pożizzjonijiet ta’ maniġment temporanji li skadew wara sena u waqqaf dawk li kienu ilhom fis-seħħ għal aktar minn sena; itenni l-appelli tiegħu lill-Uffiċċju biex iniedi jew jiffinalizza mingħajr dewmien, f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti legali applikabbli, il-proċeduri ta’ reklutaġġ li huma meħtieġa biex jimtlew il-pożizzjonijiet maniġerjali kollha tiegħu u biex iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jsir f’dak ir-rigward;

11.

Ifakkar li waħda mir-raġunijiet għad-dipendenza fuq il-persunal interim kienet id-dewmien fl-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2021/2303, peress li l-ftehim ma ppermettiex lill-Uffiċċju jestendi tali kuntratti sa ma daħal fis-seħħ dak ir-Regolament; jinnota b’dispjaċir in-nuqqas serju ta’ previżjoni min-naħa tal-Kummissjoni hija u tfassal u talloka dawk il-pożizzjonijiet lill-Uffiċċju; jissottolinja l-fatt li s-sitwazzjoni kellha impatt negattiv fuq il-kapaċitajiet ta’ reklutaġġ tal-Uffiċċju u fuq l-abbiltà tal-Uffiċċju li jappoġġa adegwatament lill-Istati Membri, fl-aħħar mill-aħħar għad-detriment tal-applikanti għall-ażil u r-rifuġjati li ffaċċjaw proċeduri twal u kundizzjonijiet ta’ akkoljenza inadegwati; jenfasizza wkoll li dawk il-pożizzjonijiet kienu ilhom okkupati ad interim għal aktar minn sena, u dan imur kontra r-Regolamenti tal-Persunal u jpoġġi wkoll f’riskju l-kontinwità strateġika tal-Uffiċċju;

12.

Jinnota bi tħassib li, fl-14 ta’ Settembru 2022, il-membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (CONT) tal-Parlament irċevew email anonima b’allegazzjonijiet dwar irregolaritajiet relatati mal-persunal ikkawżati mit-tim tal-maniġment superjuri kollu tal-Uffiċċju; huwa konxju tas-serjetà ta’ dawk l-allegazzjonijiet, li jinkludu allegazzjonijiet ta’ reklutaġġ u promozzjoni illegali, opaki jew parzjali ta’ membri tal-maniġment superjuri, nepotiżmu, allegazzjonijiet ta’ fastidju u li nħeba kollox, u ġestjoni ħażina ta’ fondi relatati ma’ missjonijiet tal-persunal tal-Uffiċċju; jinnota li, b’riżultat ta’ dawk l-allegazzjonijiet, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) beda investigazzjoni fl-24 ta’ Novembru 2022; jenfasizza li, fit-23 ta’ Jannar 2023, xi Membri tal-Kumitat CONT irċevew ilment anonimu ieħor b’allegazzjonijiet oħra; jinnota li d-direttur eżekuttiv iddikjarat li kienet appoġġat bis-sħiħ il-bidu ta’ investigazzjoni mill-OLAF u wegħdet, matul il-laqgħa tal-Kumitat CONT li saret fit-30 ta’ Novembru 2022, li tgħin lill-awtoritajiet b’kull mod possibbli; jistieden lill-Uffiċċju jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress u l-istadji tal-investigazzjoni;

13.

Jinnota li l-Uffiċċju adotta politika ġdida dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali; jilqa’ l-organizzazzjoni mill-Uffiċċju ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar dawk il-kwistjonijiet u n-nomina ta’ konsulenti kunfidenzjali fl-2021; jinnota li l-Uffiċċju rċieva erba’ lmenti dwar allegat fastidju psikoloġiku, li wieħed minnhom ġie rtirat; jinnota li t-tliet ilmenti l-oħra kienu soġġetti għal valutazzjoni preliminari mwettqa b’appoġġ minn ditta legali esterna, li kkonkludiet li ma nstabet ebda evidenza prima facie ta’ fastidju u li, għalhekk, tqies li ma kien hemm bżonn ebda miżura ulterjuri mill-Uffiċċju; jistieden lill-Uffiċċju jipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza bit-tipoloġija tal-każijiet u l-kriterji li fuqhom jiddeċiedi li jitlob l-appoġġ ta’ ditta legali esterna, minħabba li l-Uffiċċju għandu l-unità tas-servizzi legali tiegħu stess;

14.

Jinnota li fl-2021 l-għadd insuffiċjenti ta’ esperti allokati mill-Istati Membri baqa’ problema; jinnota wkoll li l-Uffiċċju indirizza l-ħtiġijiet ta’ mobilizzazzjoni fl-Istati Membri kollha kkonċernati permezz ta’ esperti esterni remunerati u aġenti kuntrattwali operattivi fuq terminu qasir; itenni l-appell tiegħu lill-Istati Membri biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom rigward l-esperti nazzjonali, sabiex jevitaw il-ħtieġa li l-Uffiċċju jiddependi fuq kuntratturi esterni;

15.

Jinnota b’apprezzament, fir-rigward tal-benesseri tal-persunal, li l-Uffiċċju stabbilixxa miżuri interni bħal seminars u korsijiet, servizzi ta’ appoġġ psikoloġiku u soċjali, riżorsi b’suġġerimenti biex jittejjeb il-benesseri mentali u fiżiku waqt it-telexogħol, u korsijiet tal-lingwa għall-persunal u l-konjuġi għal finijiet ta’ integrazzjoni;

Akkwist

16.

Jinnota li l-Uffiċċju vara 83 proċedura fl-2021, meta mqabbla ma’ 65 fl-2020, li 42,17 % minnhom kienu proċeduri nnegozjati ma’ kandidat wieħed u 31,33 % minnhom kienu sejħiet miftuħa;

17.

Jinnota b’apprezzament li l-Uffiċċju huwa fost l-aġenziji tal-Unjoni li jużaw l-għodod tal-akkwist elettroniku tal-Kummissjoni, b’mod partikolari eNotices, eTendering u eSubmission; jinnota wkoll li l-proċessi ta’ akkwist intern kollha huma diġitalizzati bis-sħiħ bl-użu ta’ Paperless u ERDMS; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jkompli bl-isforzi tiegħu lejn id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku tiegħu billi jqis l-implimentazzjoni u l-użu tal-Għodda għall-Ġestjoni tal-Akkwist Pubbliku (PPMT);

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

18.

Jinnota li, skont it-tweġiba tal-Uffiċċju lill-awtorità ta’ kwittanza dwar id-dikjarazzjonijiet ta’ interess, il-membri kollha tal-persunal jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ interess malli jidħlu fis-servizz; jinnota li d-dikjarazzjoni ta’ interess tad-direttur eżekuttiv hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Uffiċċju; jinnota li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri tal-bord ta’ tmexxija huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Uffiċċju; jistieden lill-Uffiċċju jippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri kollha tal-maniġment superjuri fuq is-sit web tiegħu;

19.

Jilqa’ l-progress li sar mill-Uffiċċju lejn l-aġġornament tal-politika tiegħu għall-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess; jinnota li dik il-politika se tkun ibbażata fuq tliet pilastri: deċiżjoni tal-bord ta’ tmexxija li se tapplika għall-membri tal-bord u għall-organizzazzjonijiet membri tal-Forum Konsultattiv, deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv li se tinkludi gwida dwar l-attivitajiet ta’ wara l-impjieg u gwida etika u se tapplika għall-persunal, għall-esperti kuntrattati u għall-offerenti u għall-benefiċjarji tal-għotjiet, u deċiżjoni oħra tad-direttur eżekuttiv li se tintegra l-Kodiċi Ewropew ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba tal-Ombudsman u l-prinċipji tas-servizz pubbliku; jilqa’ l-impenn tal-Uffiċċju li jqis ukoll ir-rakkomandazzjonijiet mir-rapport tal-Qorti dwar il-kwistjoni “revolving door”; jistieden lill-Uffiċċju jżomm lill-awtorità ta’ kwittanza informata dwar l-adozzjoni ta’ dawk id-deċiżjonijiet; jinnota wkoll li fl-2021 ma ġie rrappurtat, investigat jew konkluż ebda każ ta’ kunflitt ta’ interess;

20.

Jinnota l-isforzi tal-Uffiċċju biex iżid l-għarfien tal-persunal dwar il-proċedura ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta u l-kanali ddedikati għall-iżvelar ta’ informazzjoni protetta; jinnota wkoll li fl-2021 l-Uffiċċju organizza erba’ sessjonijiet ta’ taħriġ dwar l-etika u l-integrità, li għalihom attendew 33 parteċipant, u żewġ sessjonijiet ta’ taħriġ dwar ir-rispett u d-dinjità, li għalihom attendew 24 parteċipant; jenfasizza, madankollu, li fir-rigward tal-iżvelar tal-allegazzjonijiet ta’ mġiba ħażina li saru kontra t-tim tal-maniġment superjuri u trażmessi lill-awtorità ta’ kwittanza f’Settembru 2022, l-individwi li bdew din il-proċedura ma għaddewx mill-kanali sikuri ddedikati għall-iżvelar ta’ informazzjoni protetta pprovduti mill-Uffiċċju;

21.

Jiddispjaċih li l-Uffiċċju ma aġġornax il-politika tiegħu għall-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess, kif ġie rrakkomandat mill-Qorti fl-2020;

Kontroll intern

22.

Jinnota li l-Uffiċċju wettaq valutazzjoni tas-sistema ta’ kontroll intern tiegħu fl-2021, u kkonkluda li l-kontrolli ġenerali stabbiliti qed jaħdmu kif maħsub bil-komponenti u l-prinċipji kollha jkunu effettivi jew kompletament effettivi, filwaqt li huwa meħtieġ xi titjib; jinnota wkoll is-sitwazzjoni attwali fl-Uffiċċju fir-rigward ta’ 81 azzjoni korrettiva identifikata, li minnhom 30 (37 %) huma ppjanati, 38 (47 %) għadhom għaddejjin u 13 (16 %) ġew implimentati; ifaħħar il-fatt li fl-2021, 92 % tal-azzjonijiet ġew implimentati fi żmien opportun; jinnota li l-pjan ta’ azzjoni tal-Uffiċċju li jirriżulta mill-istrateġija tiegħu kontra l-frodi għall-2020-2022 ġie implimentat bis-sħiħ fl-2021;

23.

Jilqa’ l-fatt li l-Uffiċċju indirizza l-osservazzjoni kontinwa tal-Qorti rigward l-istabbiliment ta’ kontrolli finanzjarji ex post; jinnota li fl-2021 l-Uffiċċju implimenta kontrolli finanzjarji ex post f’għadd ta’ oqsma, għas-snin finanzjarji 2020 u 2021, abbażi ta’ strateġija bbażata fuq ir-riskju; jilqa’ r-rapport tal-Uffiċċju li l-osservazzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-azzjonijiet korrettivi tar-rapport finali ġew approvati bis-sħiħ mill-maniġment tal-Uffiċċju u ġew kondiviżi mas-servizz tal-awditjar intern (IAS) u mal-Qorti; jistieden lill-Uffiċċju jżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar is-segwitu f’dak ir-rigward;

24.

Jinnota li fl-2021, l-IAS wettaq awditu dwar il-governanza tal-Uffiċċju u l-ġestjoni tal-proġetti tal-IT, mingħajr kwistjonijiet importanti jew kritiċi identifikati; jinnota wkoll, fir-rigward ta’ dak l-awditu u l-awditu dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-etika tal-Uffiċċju mwettaq mill-IAS fl-2020, li għadd ta’ rakkomandazzjonijiet u azzjonijiet korrettivi għadhom miftuħa; jistieden lill-Uffiċċju jżid l-isforzi tiegħu biex jagħlaq dawk l-azzjonijiet u jkompli l-prattika tajba li jaġġorna u jippubblika regolarment il-pjan ta’ azzjoni korrettiva tiegħu ta’ awtovalutazzjoni tal-kontroll intern;

25.

Jinnota li, wara li rċieva rapport mill-OLAF fi tmiem l-2018, li kien kopert b’mod estensiv fir-rapport ta’ kwittanza għall-2018, l-Uffiċċju beda tliet proċeduri dixxiplinari fl-2019; jinnota li t-tliet proċeduri dixxiplinari kollha ġew ikkompletati; jistieden lill-Uffiċċju jagħti lill-awtorità ta’ kwittanza aktar dettalji dwar l-eżitu ta’ dawk il-proċeduri;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

26.

Jinnota li l-Uffiċċju għandu politika tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) stabbilita, li tinkludi standards tas-sigurtà tal-informazzjoni u struzzjoni ta’ ħidma dwar il-proċeduri għall-ġestjoni tal-inċidenti taċ-ċibersigurtà; jilqa’ l-miżuri taċ-ċibersigurtà li ttieħdu fl-2021, bħall-istabbiliment ta’ ċentru tal-operazzjonijiet tas-sigurtà tal-ICT u l-kontrolli tal-aċċess b’diversi fatturi għall-portafoll tal-Uffiċċju;

27.

Ifaħħar lill-Uffiċċju għall-progress sinifikanti li għamel lejn id-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni tal-kompiti rigward il-proċessi finanzjarji, is-sistema ta’ pagament tal-massa għall-esperti mobilizzati, ir-reklutaġġ u l-on-boarding ta’ persunal ġdid, it-titjib tal-applikazzjoni mingħajr karti biex jittejbu l-monitoraġġ, is-segwitu u l-kontroll tan-nefqa, il-ħżin elettroniku tad-dokumenti u l-konsultazzjoni tar-riċevuti tal-pagi online; jinnota li fl-2021 l-Uffiċċju implimenta erba’ moduli addizzjonali ta’ SYSPER;

28.

Jinnota l-miżuri attwali tal-Uffiċċju favur l-ambjent, bħat-tħaddim ta’ servizz ta’ shuttle bus għall-persunal tiegħu, il-faċilitazzjoni ta’ skemi ta’ car-pooling u ta’ parkeġġ għar-roti jew it-tnaqqis ta’ routing slips fiżiċi permezz ta’ flussi ta’ xogħol mingħajr karti; jistieden lill-Uffiċċju jagħti segwitu għar-riflessjoni ta’ dawn l-aħħar snin dwar l-iżvilupp tal-istrateġija ambjentali tiegħu, b’miżuri li għandhom impatt ambjentali aktar b’saħħtu u fit-tul; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jieħu l-passi meħtieġa biex jikseb iċ-ċertifikazzjoni EMAS;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

29.

Jilqa’ l-adozzjoni tal-pjan ta’ kontinwità tal-operat tal-Uffiċċju fit-31 ta’ Marzu 2021, u b’hekk temm l-osservazzjoni tal-Qorti mill-2020; jinnota li fl-2021 it-tim ta’ rispons tal-COVID-19 ġie sostitwit mill-bord tal-kontinwità tal-operat, li indirizza kwistjonijiet importanti ta’ kontinwità tal-operat fit-tieni semestru tas-sena; jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 u l-fatt li l-proċedura ta’ selezzjoni kollha tal-Uffiċċju saret online kellhom impatt fuq l-organizzazzjoni tal-Uffiċċju, inkluż fuq is-settur tar-reklutaġġ tiegħu, li esperjenza xogħol b’lura mis-sena ta’ qabel u dewmien fil-proċeduri li għaddejjin;

30.

Iħeġġeġ lill-Uffiċċju juża t-tagħlimiet meħuda rigward il-metodi ta’ ħidma remoti u ibridi sabiex, fil-futur, jorganizza aħjar liem laqgħat u l-kompiti li jistgħu jsiru b’mod aktar effiċjenti b’mod remot milli wiċċ imb wiċċ; ifakkar li fil-missjonijiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni l-enfasi bdiet issir fuq metodi oħra għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini u ż-żamma ta’ kuntatt mas-sorsi; jinnota li dak sar permezz ta’ ġbir remot tad-data u l-użu ta’ għodod u tekniki ta’ intelligence minn sorsi miftuħa;

Kummenti oħra

31.

Ifaħħar lill-Uffiċċju għall-isforzi li għamel biex iżid il-viżibbiltà pubblika tiegħu fl-2021 permezz ta’ diversi kampanji ta’ komunikazzjoni, inkluża kampanja dwar il-fatt li l-Uffiċċju sar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-identità korporattiva l-ġdida tal-Uffiċċju, laqgħat li saru mill-Forum Konsultattiv, kif ukoll il-kollaborazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u l-konsultazzjonijiet tagħhom, fi kwistjonijiet dwar it-taħriġ, l-attivitajiet tematiċi u d-dokumenti ewlenin tal-Uffiċċju;

32.

Jilqa’ l-Gwida ta’ Riċerka aġġornata l-ġdida dwar l-Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta’ Oriġini rigward is-sitwazzjoni tal-persuni LGBTIQ, li ġiet ippubblikata f’Novembru 2021 u li taf tassisti lill-avukati, lill-fornituri tal-għajnuna legali u lill-imħallfin li jaħdmu fil-proċedura ta’ ażil;

33.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 172.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (ĠU L 468, 30.12.2021, p. 1).

(4)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/250


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1864 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil — EUAA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0080/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 55 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0123/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(5)   ĠU L 468, 30.12.2021, p. 1.

(6)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/252


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1865 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0081/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0110/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/253


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1866 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0110/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha (1), il-baġit finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea (“l-Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 49 132 610; billi l-Awtorità hija ffinanzjata primarjament minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 18 506 940), u minn kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri u minn osservaturi (EUR 30 625 670);

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (“ir-rapport tal-Qorti”), tiddikjara li ngħatat aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena kurrenti ta’ 98,51 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 0,66 % meta mqabbla mal-2020; jinnota wkoll li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena kurrenti kienet ta’ 83,99 % li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 6,37 % meta mqabbla mal-2020;

Prestazzjoni

2.

Jinnota li l-Awtorità għadha tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha; jinnota li l-Awtorità wettqet 91 % tal-programm ta’ ħidma tagħha, li kien jinkludi 21 % tal-kompiti addizzjonali mhux inizjalment previsti fl-ippjanar;

3.

Jilqa’ l-fatt li fl-2021 l-Awtorità kompliet tiżviluppa s-sinerġiji tagħha mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, billi pprovdiet persunal tal-kontabbiltà, u mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, permezz ta’ funzjoni kondiviża tas-sigurtà tal-informatika; jinnota wkoll li l-Awtorità tipparteċipa f’ħafna proċeduri interistituzzjonali, bir-riżultat li fl-2021, 90 % tal-143 kuntratt qafas ġew akkwistati minn entitajiet oħra tal-UE;

4.

Huwa konxju li l-Awtorità kompliet timmonitorja l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju Basel III u ddeċidiet li tagħmel l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ Basel III obbligatorju minn Diċembru 2021; jinnota li hija wettqet l-eżerċizzju biennali tagħha ta’ test tal-istress madwar l-Unjoni kollha, li kien kruċjali fil-valutazzjoni tar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżviluppi avversi tas-suq, li kien partikolarment rilevanti fl-2021 fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19;

5.

Jissottolinja li l-Awtorità ffinalizzat il-linji gwida tagħha dwar ir-riżolvibbiltà; jisħaq li dawk il-linji gwida jirrappreżentaw pass sinifikanti fl-ikkomplementar tal-qafas ġuridiku tal-Unjoni fil-qasam tar-riżoluzzjoni abbażi ta’ standards internazzjonali u ingranaġġ fuq l-aħjar prattiki tal-Unjoni;

6.

Jilqa’ l-fatt li fl-2021, l-Awtorità għaddiet minn bidliet organizzattivi sinifikattivi biex tirrifletti l-prijoritajiet ta’ trasferiment tal-mandat u tal-programm ta’ ħidma tagħha, b’raggruppament ġdid tal-kompiti u tal-attivitajiet fl-unitajiet u d-dipartimenti ewlenin; jinnota li b’mod partikolari, ir-riorganizzazzjoni rat il-ħolqien ta’ unitajiet ġodda biex jirriflettu l-importanza dejjem akbar ta’ suġġetti bħall-finanzi diġitali, l-ambjent, is-soċjetà u l-governanza, ir-rapportar u t-trasparenza, u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus;

Politika dwar il-persunal

7.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 94,44 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet eżegwita, bil-ħatra ta’ 153 aġent temporanju minn 162 post tax-xogħol ta’ aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 145 post awtorizzati fl-2020); jinnota li, barra minn hekk, fl-2021 l-Awtorità impjegat 49 aġent kuntrattwali (50 post awtorizzat) u 20 espert nazzjonali sekondat (19-il post awtorizzat flimkien ma’ 7 esperti nazzjonali sekondati mingħajr kost); jinnota li d-dawran tal-impjegati fost l-aġenti temporanji, l-aġenti kuntrattwali u l-esperti nazzjonali sekondati żdied bi ftit għal 12 % minħabba għadd ta’ esperti nazzjonali sekondati li waslu fi tmiem is-sekondar tagħhom (9 % fl-2020);

8.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Awtorità impjegat membri tal-persunal ta’ 28 nazzjonalità differenti, li 48,4 % minnhom huma nisa u 51,6 % huma rġiel; huwa konxju li minn Ġunju 2022 fil-livell ta’ maniġment superjuri n-nisa kienu jammontaw għal 42,9 %; jilqa’ dan it-titjib fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-livell tal-maniġment superjuri; jilqa’ l-introduzzjoni ta’ rwoli ġodda ta’ mexxejja tat-tim biex jgħinu fit-tħejjija tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ mexxejja u jinnota li 41,7 % ta’ dawn ir-rwoli huma okkupati minn nisa;

9.

Huwa konxju li l-Awtorità stabbiliet politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali; jinnota li l-persunal u l-maniġers wettqu taħriġ dwar il-prevenzjoni tal-fastidju sesswali u psikoloġiku u li fl-2021 ġew maħtura erba’ konsulenti kunfidenzjali ġodda; jinnota wkoll li l-konsulenti kunfidenzjali kellhom żewġ sessjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni għall-persunal fl-2021 dwar ir-rwol tagħhom u l-politika tal-Awtorità dwar il-prevenzjoni tal-fastidju; jinnota li wara l-investigazzjoni ta’ każ wieħed ta’ fastidju minn membru tal-persunal fl-2020, il-każ ġie magħluq fl-2021 mingħajr evidenza li tappoġġja l-allegazzjoni wara valutazzjoni indipendenti;

Akkwist

10.

Jirrikonoxxi li, fl-2021, l-Awtorità lestiet tliet proċeduri ta’ akkwist ogħla mis-soll stabbilit fid-Direttiva u erba’ sejħiet għal offerti fil-forma ta’ proċeduri nnegozjati ta’ aktar minn EUR 15 000; jinnota wkoll li l-Awtorità żiedet il-kooperazzjoni tagħha dwar l-akkwist mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra u mal-aġenziji tal-Unjoni li jinsabu fi Franza;

11.

Jinsab imħasseb dwar l-osservazzjoni tal-Qorti li l-Awtorità fittxet li tikseb aċċess għad-data dwar id-dejn u s-suq kapitali tal-banek u kkonkludiet li s-servizzi li kienet tirrikjedi setgħu jiġu pprovduti biss minn żewġ operaturi ekonomiċi speċifiċi; jinnota li l-Awtorità għalhekk nediet żewġ proċeduri nnegozjati separati, għal kuntratti li jiswew EUR 100 000 u EUR 43 800, mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’konformità mal-punt 11.1(b)(ii) u (iii) tal-Anness I għar-Regolament Finanzjarju; jinnota bi tħassib li fiż-żewġ każijiet, l-Awtorità naqset milli ssegwi l-passi proċedurali kollha meħtieġa mill-punt 16 tal-Anness I għar-Regolament Finanzjarju, bħal li tibgħat stedina għal sejħa għall-offerti u li tfassal speċifikazzjonijiet tal-offerti; jistieden lill-Awtorità tiżgura li l-proċeduri kollha ta’ akkwist isegwu l-passi proċedurali stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, inklużi dawk meta s-servizzi li qed jiġu akkwistati jistgħu jiġu pprovduti biss minn operatur ekonomiku uniku;

12.

Jilqa’ l-fatt li l-Awtorità adottat u implimentat bis-sħiħ il-proċeduri tal-akkwist elettroniku; jinnota li qed topera bis-sħiħ bis-sett ta’ software magħmul disponibbli mill-Kummissjoni: e-Notices, e-Tendering, e-Submission, MyWorkplace, u PPMT (Għodda għall-Ġestjoni tal-Akkwist Pubbliku); ifaħħar il-fatt li t-tim tal-akkwist għandu proċessi ta’ ħidma kompletament mingħajr karti u juża software b’Firem Kwalifikati Avvanzati u b’Firem Elettroniċi Kwalifikati biex jikseb approvazzjonijiet u firem kemm minn kontropartijiet interni kif ukoll esterni fl-akkwist u f’dokumenti kuntrattwali;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u trasparenza

13.

Jissottolinja li skont ir-Regoli ta’ Proċedura tal-bord tas-superviżuri, il-membri tal-bord tas-superviżuri li għandhom kunflitt ta’ interess ma jistgħux jieħdu sehem fid-diskussjonijiet tal-bord tas-superviżuri jew jivvutaw dwar il-kwistjoni msemmija; jinnota, madankollu, li sa Ġunju 2022, membru seta’ jibqa’ preżenti fil-laqgħa jekk ħadd ma joġġezzjona; jinsab imħasseb li dan ħoloq riskju għall-indipendenza tal-bord tas-superviżuri; jinsisti li l-Awtorità tieħu l-passi meħtieġa biex tevita kwalunkwe suspett ta’ kunflitt ta’ interess, u jilqa’ l-passi meħuda mill-Awtorità biex issaħħaħ l-indipendenza tal-membri tal-bord tas-superviżuri, tal-bord maniġerjali u ta’ ċerti kumitati tal-bord tas-superviżuri billi tiżgura li l-membri b’kunflitt ta’ interess ma jattendux diskussjonijiet jew votazzjonijiet fuq punti tal-aġenda li jkollhom kunflitt dwarhom;

14.

Jinnota bi tħassib li fir-Rapport Speċjali Nru 13/2021 tal-Qorti “L-isforzi tal-UE fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus fis-settur bankarju huma frammentati u l-implimentazzjoni mhijiex suffiċjenti”, il-Qorti kkonkludiet li l-persunal tal-Awtorità wettaq investigazzjonijiet bir-reqqa ta’ ksur potenzjali tad-dritt tal-Unjoni, iżda l-Qorti sabet evidenza bil-miktub ta’ tentattivi ta’ lobbjar tal-membri tal-bord matul il-perjodu meta l-bord kien qed jiddelibera fuq rakkomandazzjoni potenzjali; jinnota wkoll li, fl-aħħar mill-aħħar, il-bord tas-superviżuri ċaħad l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Awtorità biex issaħħaħ ir-regoli ħalli tiġi ggarantita l-indipendenza tal-membri tal-bord matul id-deliberazzjonijiet tagħhom u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda dwar din il-kwistjoni;

15.

Jinnota li l-Awtorità tiddivulga l-laqgħat kollha tal-persunal mal-partijiet ikkonċernati esterni tas-settur privat u tagħmel dan kull ħmistax għall-President (skont l-Artikolu 49a tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)) u dan jiġi applikat bl-istess mod għad-Direttur Eżekuttiv (billi l-Artikolu 52a jirrikjedi li l-laqgħat tad-Direttur Eżekuttiv isiru pubbliċi iżda ma jispeċifikax kemm għandhom isiru malajr wara li jkunu seħħew); jinnota li fil-laqgħat ta’ persunal ieħor mal-partijiet ikkonċernati tas-settur privat, id-divulgazzjoni ssir fuq bażi trimestrali;

16.

Ifakkar li l-Awtorità għandha politika dwar il-kunflitti ta’ interess għall-persunal u politika speċifika għall-membri tal-bord tas-superviżuri u l-bord maniġerjali; jinnota li ż-żewġ politiki jirrikjedu li kull sena jiġi ddikjarat kwalunkwe interess li joħloq kunflitt fir-rigward tal-attivitajiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ azzjoni tal-Awtorità u li jkunu twettqu matul is-sentejn preċedenti (fir-rigward tal-bordijiet) jew il-ħames snin preċedenti (għall-persunal kollu); jilqa’ l-fatt li ż-żewġ politiki jimponu l-obbligu li jiġu ddikjarati sitwazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess mhux koperti mid-dikjarazzjonijiet annwali, billi sitwazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess mhux indirizzati jistgħu jikkompromettu l-infurzar ta’ standards etiċi għoljin;

17.

Jirrikonoxxi li fid-29 ta’ Settembru 2020, l-Ombudsman Ewropew fetaħ investigazzjoni dwar ir-rifjut mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol li tagħti aċċess pubbliku għar-riżultati tal-votazzjoni u r-raġunament relatat dwar id-deċiżjoni tal-bord tas-superviżuri tagħha dwar abbozz ta’ standard tekniku regolatorju dwar prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni; jissottolinja li l-Awtorità tadotta wkoll tali standards tekniċi abbażi tal-istess proċeduri bħall-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol; jinnota li fid-29 ta’ Mejju 2021, il-bord tas-superviżuri tal-Awtorità ddeċieda li jadotta emendi għar-regoli ta’ proċedura tiegħu stess biex jipprevedi l-inklużjoni ta’ kwalunkwe vot dwar l-adozzjoni ta’ abbozzi ta’ standards regolatorji jew ta’ implimentazzjoni fir-rekord tal-laqgħat tal-bord tas-superviżuri;

18.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli sistematiċi dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitti ta’ interess, il-lobbjar illegali u r-revolving doors; jistieden lill-Awtorità ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tagħha, inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu intern kontra l-korruzzjoni;

Kontroll intern

19.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet dgħufijiet fil-kontroll intern li jaffettwaw il-proċeduri ta’ reklutaġġ, inkluż li fi proċedura waħda l-Awtorità ma stabbilietx l-għadd minimu ta’ punti li l-kandidati kellhom jiksbu sabiex jiġu inklużi fil-lista mqassra qabel ma jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet tagħhom, li mmina l-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament ugwali; iħeġġeġ lill-Awtorità tikkoreġi dan in-nuqqas u ttejjeb il-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha;

20.

Huwa daqstant imħasseb li fi proċedura oħra l-għażla kienet ġiet stabbilita minn serje ta’ emails minflok minn deċiżjoni ta’ nomina waħda, u għalhekk ma kien hemm l-ebda rekord tal-awditjar komplut għan-nomini kollha; jirrikonoxxi, madankollu, li wara l-awditu, l-Awtorità pprovdiet dokumentazzjoni biex turi li kienet biddlet il-proċessi tagħha;

21.

Jilqa’ t-tisħiħ tal-unità legali f’Jannar 2021 li jespandi l-ambitu tagħha biex tkopri l-kwistjonijiet legali u ta’ konformità kollha, inklużi l-etika, il-protezzjoni tad-data, il-ġlieda kontra l-frodi, il-ġestjoni tar-riskju, l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta u l-aċċess għad-dokumenti flimkien mal-appoġġ tradizzjonali tagħha għax-xogħol ta’ politika; jinnota wkoll li fl-2021, twettqet valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi u ġie stabbilit pjan ta’ implimentazzjoni; jistieden lill-Awtorità żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet biex jittaffew aktar ir-riskji ta’ frodi;

22.

Jinnota li r-rapport dwar l-Awtovalutazzjoni tal-Qafas ta’ Kontroll Intern għas-sena 2020 ġie approvat mid-Direttur Eżekuttiv f’Diċembru 2021; jinnota wkoll li fl-2021, l-Awtorità tat kuntratt lil Deloitte għal appoġġ u pariri dwar it-tisħiħ tal-kompatibbiltà tal-programm attwali tal-Awtorità għall-ġestjoni tar-riskju mal-Qafas tal-Ġestjoni tar-Riskju tal-Intrapriżi ta’ COSO; jinnota wkoll li s-Servizz tal-Awditjar Intern wettaq valutazzjoni tar-riskju fil-fond tal-Awtorità fl-2021, li rriżultat fi Pjan Strateġiku tal-Awditjar Intern li jkopri l-perjodu mill-2022 sal-2024; jistieden lill-Awtorità żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar ir-riżultat ta’ dawn il-valutazzjonijiet esterni u l-progress li sar u l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ kontroll intern;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

23.

Jinnota li l-implimentazzjoni ta’ pjattaforma ta’ kollaborazzjoni naqqset l-iskambji ta’ emails u ħolqot proċessi li huma aktar effiċjenti; huwa konxju wkoll dwar l-implimentazzjoni ta’ għodda ta’ reklutaġġ elettroniku fl-2022, l-awtomatizzazzjoni tal-Ġabra Unika Interattiva tar-Regoli u l-użu ta’ għodod tal-fluss tax-xogħol elettroniku fil-qasam tal-finanzi u r-riżorsi umani huma inizjattivi oħra li għaddejjin;

24.

Jinnota bi tħassib li fl-2021, l-Awtorità kienet waħda minn eluf ta’ organizzazzjonijiet li kienu suġġetti ta’ attakk ċibernetiku ta’ attur statali li esplora l-vulnerabbiltà jum żero f’Microsoft Exchange; jirrikonoxxi r-reazzjoni tal-Awtorità, li waqfet il-ksur, reġgħet għamlet is-servizz sikur u rrestawratu bis-sħiħ; iħeġġeġ lill-Awtorità taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) u mal-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE), biex twettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari tal-infrastruttura tal-informatika tagħha u tiżgura li jsiru awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tagħha; jissuġġerixxi li jiġu offruti programmi ta’ taħriġ relatati maċ-ċibersigurtà, aġġornati b’mod regolari, għall-persunal kollu, inkluż il-maniġment, fi ħdan l-Awtorità;

25.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Awtorità f’termini ta’ operazzjoni u ġestjoni interni iżda wkoll sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Awtorità tkompli tkun proattiva f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

26.

Jissottolinja li l-Awtorità stabbiliet indikaturi ambjentali ewlenin b’objettivi konkreti biex turi l-effiċjenza u l-effettività tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha; jilqa’ l-fatt li fl-2021, l-Awtorità lestiet stadji importanti ewlenin fil-vjaġġ tagħha lejn iċ-ċertifikazzjoni tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS), li nkisbet f’Awwissu 2022;

27.

Jinnota b’apprezzament mis-segwitu għall-kwittanza tal-2020 li l-Awtorità ilha mill-2021 takkwista l-elettriku kollu minn sorsi solari u eoliċi; huwa konxju mill-għan tal-Awtorità li tnaqqas il-laqgħat fil-bini tagħha b’50 % u li tnaqqas bl-istess mod il-missjonijiet tal-persunal biex tnaqqas l-impronta tal-karbonju tagħha;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

28.

Jinnota li matul il-perjodu tal-COVID-19, l-Awtorità appoġġjat it-telexogħol permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ miżuri (taħriġ differenti dwar il-ħiliet ta’ awtoġestjoni, sessjonijiet ta’ mindfulness, attivitajiet għall-benesseri u s-sens ta’ appartenenza, ir-rispett tad-dritt għall-iskonnessjoni, il-kontribuzzjoni finanzjarja fl-uffiċċji domestiċi, l-iżvilupp ta’ għodod kollaborattivi/network soċjali sabiex kulħadd ikun jista’ jinstema’ u jżomm ruħu infurmat, stħarriġ fost il-persunal, eċċ.), li kkontribwew għall-iżvilupp tal-awtonomija tal-persunal, biex tiżdied il-produttività għal ċertu tip ta’ xogħol, jittejbu l-ħiliet teknoloġiċi, titfassal aktar il-komunikazzjoni interna, jitnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar, eċċ.; iħeġġeġ lill-Awtorità biex, fil-futur, tqiegħed fil-prattika t-tagħlimiet rigward il-metodi ta’ ħidma remoti u ibridi, sabiex torganizza aħjar liema laqgħat u kompiti jistgħu jsiru b’mod aktar effiċjenti b’mod remot pjuttost milli fiżikament; ifakkar li l-Awtorità kisbet riżultati favorevoli f’termini tal-parteċipazzjoni f’eventi ibridi;

Kummenti oħra

29.

Jistieden lill-Awtorità tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha (pereżempju r-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-informatika u s-sigurtà) u ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha, l-iskambju tal-prattiki tajba u d-diskussjonijiet tagħha rigward oqsma ta’ interess reċiproku ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza;

30.

Jirreferi, rigward kumment oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 112, 8.3.2022, p. 28.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(3)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/258


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1867 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0081/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0110/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/259


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1868 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0082/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0146/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/261


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1869 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 13/2022 tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0146/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tiegħu (1), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (iċ-“Ċentru”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 168 115 000, li jirrappreżenta żieda ta’ 169,03 % meta mqabbel mal-2020, minħabba l-attivitajiet ġodda assenjati liċ-Ċentru bil-varar tal-Awtorità Ewropea għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa (HERA); billi madwar 98,74 % tal-baġit taċ-Ċentru ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tistqarr li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit, matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena kurrenti kienet ta’ 99,35 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 2,58 % meta mqabbla mal-2020; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena kurrenti kienet ta’ 64,08 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 11,18 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

2.

Jinnota li fl-2021 l-implimentazzjoni tal-Istrateġija taċ-Ċentru 2021-2027 kienet bil-mod minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u l-obbligi l-ġodda imposti fuq iċ-Ċentru fil-kuntest tal-istabbiliment tal-HERA; jistieden lill-Kummissjoni tagħti liċ-Ċentru r-riżorsi meħtieġa biex jissodisfa l-objettivi tal-Istrateġija 2021-2027 u biex il-mandat taċ-Ċentru jiġi implimentat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rivedut (2);

Prestazzjoni

3.

Ifaħħar il-ħidma kontinwa taċ-Ċentru rigward il-pandemija tal-COVID-19, u, b’mod partikolari, it-titjib fil-proċessi relatati ma’ avvenimenti tas-saħħa pubblika bbażati fuq it-tagħlimiet meħuda mill-pandemija u mill-parametraġġ referenzjarju internazzjonali; jinnota, madankollu, li l-implimentazzjoni ta’ xi outputs fil-pjan ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika taċ-Ċentru ġiet posposta;

4.

Jinnota li ċ-Ċentru wettaq 74 % tal-outputs ippjanati fid-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni tiegħu 2021–2023; jinnota li 16 % tal-outputs ippjanati taċ-Ċentru kienu għadhom ma bdewx fi tmiem l-2021 jew ġew ittardjati; jinnota li l-biċċa l-kbira tad-dewmien fit-twettiq tal-outputs ippjanati tal-2021 kien dovut għall-ammont għoli ta’ xogħol relatat mal-pandemija tal-COVID-19 taċ-Ċentru, fl-Istati Membri u/jew fl-organizzazzjonijiet sħab; jinnota li fl-2021, iċ-Ċentru kien involut f’ħafna attivitajiet marbuta mal-COVID-19, bħat-twettiq tas-sorveljanza epidemjoloġika relatata mal-COVID-19, u l-pubblikazzjoni ta’ gwida xjentifika biex jiġi appoġġjat it-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar is-saħħa pubblika, fost l-oħrajn;

5.

Jinnota l-isforzi taċ-Ċentru fir-rigward tat-tħejjija tal-istruttura għall-HERA, u t-talba biex iċ-Ċentru jappoġġja lill-Istati Membri fit-twaqqif u/jew fl-espansjoni tal-kapaċitajiet u l-kapabbiltajiet tagħhom kollha tas-sekwenzjar ġenomiku permezz tal-għotjiet;

6.

Jinnota li ċ-Ċentru jkompli jiżviluppa u jimplimenta sistema ta’ sorveljanza Ewropea ġdida bbażata fuq l-indikaturi fl-EpiPulse bil-għan li l-COVID-19 u l-mard u l-kundizzjonijiet tas-saħħa l-oħra kollha jiġu koperti b’mod progressiv taħt is-sorveljanza tal-Unjoni; jistieden liċ-Ċentru jinforma kontinwament lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-iżviluppi ta’ dik is-sistema;

7.

Jinnota li fl-2021 iċ-Ċentru organizza t-tielet laqgħa tiegħu dwar l-istrateġija konġunta mal-partijiet ikkonċernati ewlenin tiegħu, u li t-temi għad-diskussjonijiet intgħażlu abbażi tat-tielet evalwazzjoni esterna, fost oħrajn;

8.

Jilqa’ l-kollaborazzjoni taċ-Ċentru ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni, bħall-kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) biex tiġi stabbilita pjattaforma ġdida għall-monitoraġġ tal-vaċċini; jinnota li ċ-Ċentru estenda l-għan tiegħu li jżid is-sigurtà tas-saħħa fl-Unjoni biex isaħħaħ il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn iċ-Ċentru u s-sħab fil-pajjiżi mhux tal-UE;

9.

Jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru qed ikompli jikkondividi l-aħjar prattiki ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni u jaħdem magħhom regolarment, b’mod l-aktar partikolari mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, mal-EMA u maċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li ċ-Ċentru jipparteċipa fi proċeduri ta’ akkwist interistituzzjonali organizzati minn aġenziji oħra tal-Unjoni; Jinkoraġġixxi liċ-Ċentru jfittex b’mod attiv kooperazzjoni ulterjuri u usa’ mal-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet rilevanti, il-korpi nazzjonali kompetenti u l-organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, filwaqt li jevita kwalunkwe duplikazzjoni tal-linji gwida eżistenti;

Politika dwar il-persunal

10.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 95,2 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, b’198 aġent temporanju maħtura minn total ta’ 208 aġenti temporanji awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 180 post tax-xogħol awtorizzati fl-2020); jinnota, barra minn hekk, li fl-2021 112-il aġent kuntrattwali u 5 esperti nazzjonali sekondati ħadmu għaċ-Ċentru;

11.

Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri taċ-Ċentru, fejn erbgħa minn sitta (66,67 %) huma rġiel; jinnota d-distribuzzjoni tal-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal ġenerali taċ-Ċentru, fejn 170 minn 271 (62,73 %) huma nisa; jistieden liċ-Ċentru jieħu miżuri konkreti biex jinkiseb il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-ġerarkija taċ-Ċentru mill-aktar fis possibbli u jirrapporta lura lill-awtorità tal-kwittanza; ifakkar ukoll kemm hu importanti li tiġi żgurata rappreżentanza ġeografika bbilanċjata fost il-maniġment u l-membri tal-persunal taċ-Ċentru;

12.

Jinnota li ċ-Ċentru għandu politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jilqa’ l-fatt li minbarra l-paġna web tal-intranet dwar l-“Ambjent tax-Xogħol Rispettuż”, iċ-Ċentru pprovda lill-persunal ġdid u dak eżistenti “Programm ta’ Merħba” online li jispjega l-politika u d-definizzjonijiet ta’ fastidju u kif għandhom jirrapportaw il-każijiet ta’ fastidju; jieħu nota li fl-2021 l-ebda każ ta’ fastidju ma ġie rrapportat, konkluż internament jew meħud quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; jinnota, barra minn hekk, li fl-2021 ġie varat proġett dwar ir-rispett fuq il-post tax-xogħol;

13.

Jinnota li ċ-Ċentru ġie pprovdut 73 post addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati matul il-perjodu 2021 sa 2024 (meta mqabbel mas-46 post għall-2021) minħabba l-kriżi sanitarja fit-tul u l-impatt tal-għotja kbira tal-HERA li ċ-Ċentru rċieva fl-2021; jinnota, barra minn hekk, li b’konsegwenza ta’ dan, l-20 post ta’ aġent kuntrattwali għal żmien qasir assenjati liċ-Ċentru fl-2020 mistennija jitneħħew gradwalment sal-2023;

14.

Ifakkar f’kemm hu importanti li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-għoti ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib tal-bilanċ ġeografiku biex ikun hemm rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità kif ukoll l-iżgurar li jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jiġu promossi b’mod wiesa’;

Akkwist

15.

Jinnota li ċ-Ċentru kkonkluda total ta’ 257 kuntratt fl-2021, li jkopru 21 kuntratt qafas, 14-il kuntratt dirett u 131 kuntratt speċifiku; jinnota li fl-2021, iċ-Ċentru kkonkluda wkoll 27 ftehim qafas ta’ sħubija, 24 għotja għal azzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa pubblika, u 40 ftehim ta’ għotja speċifiċi; jinnota li ċ-Ċentru ngħaqad f’20 kuntratt interistituzzjonali u interaġenzjali, li jirriżultaw minn proċeduri ta’ akkwist imwettqa minn entitajiet oħra u li fl-ambitu tagħhom iċ-Ċentru jista’ jixtri prodotti jew servizzi;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

16.

Jilqa’ l-miżuri eżistenti taċ-Ċentru u l-isforzi li qed iwettaq bħalissa biex jiżgura t-trasparenza, u għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota b’apprezzament il-valutazzjoni konkreta fi tliet stadji tal-preżenza ta’ kunflitti potenzjali, bħall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ interess, ir-reviżjoni u l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe kunflitt identifikat u d-deċiżjoni dwar azzjoni xierqa biex tiġi żgurata l-indipendenza taċ-Ċentru; jinnota, barra minn hekk, li skont it-tweġibiet għall-kwestjonarju standard, iċ-Ċentru ma kellu l-ebda kunflitt ta’ interess reali rrapportat lill-Kumitat tiegħu ta’ Rieżami tad-Dikjarazzjonijiet tal-Interessi fl-2021;

17.

Jinnota li, fl-2021, iċ-Ċentru kien fil-proċess li jimplimenta l-proċedura interna tiegħu dwar il-kunflitti ta’ interess għall-persunal, u li l-uffiċjal għall-konformità u t-taqsima tar-riżorsi umani jikkollaboraw fl-implimentazzjoni ta’ din il-proċedura; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta dwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward;

18.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli aktar sistematiċi dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitti ta’ interess, il-lobbjar illegali u r-revolving doors; jistieden liċ-Ċentru jsaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tiegħu, inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu intern kontra l-korruzzjoni;

19.

Jindika l-inkjesta strateġika varata mill-Ombudsman Ewropew, u konkluża fl-2021, dwar kif iċ-Ċentru ġabar u kkomunika l-informazzjoni matul il-pandemija tal-COVID-19, b’enfasi fuq l-istadju bikri tal-kriżi; jiddispjaċih dwar is-sejbiet tal-Ombudsman Ewropew li ċ-Ċentru ma kellux stabbiliti biżżejjed miżuri biex jikseb l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħand l-Istati Membri; jilqa’ l-passi li ċ-Ċentru ħa biex jistabbilixxi miżuri li jagħmluha aktar faċli biex il-pubbliku jsegwi l-evoluzzjoni tal-parir xjentifiku tiegħu u jara d-data li fuqha huma bbażati l-valutazzjonijiet xjentifiċi tiegħu; jistieden liċ-Ċentru jiżgura trasparenza sħiħa fil-pubblikazzjoni tal-istudji xjentifiċi u jtejjeb il-kapaċità ta’ komunikazzjoni esterna tiegħu fir-rigward tal-pubbliku ġenerali billi jiżgura li l-informazzjoni ewlenija kollha, speċjalment dik relatata mal-emerġenzi tas-saħħa pubblika, tkun disponibbli bil-lingwi kollha tal-Unjoni u tkun faċilment aċċessibbli għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

Kontroll intern

20.

Jinnota li r-rapport finali tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) fir-rigward tal-awditu tiegħu dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-etika fiċ-Ċentru fl-2020 wasal għand iċ-Ċentru f’Jannar 2021; jinnota li l-awditu rriżulta f’erba’ rakkomandazzjonijiet, li tnejn minnhom ġew ikklassifikati bħala importanti ħafna u tnejn bħala importanti, u li ċ-Ċentru implimenta rakkomandazzjoni waħda u l-implimenazzjoni tat-tlieta l-oħra kienet ippjanata għal tmiem l-2022; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ippjanati; jinnota, barra minn hekk, li fl-2021, l-IAS wettaq rieżami limitat tal-implimentazzjoni tal-qafas ta’ kontroll intern il-ġdid, u li l-awditjar għamel erba’ rakkomandazzjonijiet, li kollha ġew ikklassifikati bħala importanti; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dan ir-rigward;

21.

Jinnota li l-awtovalutazzjoni taċ-Ċentru tal-2021 fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-qafas ta’ kontroll intern uriet li s-sistema ta’ kontroll intern hija preżenti u qed taħdem, iżda li hemm bżonn ta’ xi titjib; jinnota, b’mod partikolari, l-objettiv taċ-Ċentru li jiżviluppa politika ta’ komunikazzjoni interna bbażata fuq il-politika ġenerali ta’ komunikazzjoni taċ-Ċentru 2021-2027, inkluża komunikazzjoni dwar l-objettivi u r-responsabbiltajiet tal-kontroll intern; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dan ir-rigward;

22.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq taċ-Ċentru; jinsisti bil-qawwa fuq il-ħtieġa ta’ sistemi ta’ ġestjoni u kontroll effettivi biex jiġu evitati każijiet potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess, kontrolli ex ante/ex post neqsin, ġestjoni inadegwata tal-impenji baġitarji u legali, u nuqqasijiet ta’ rappurtar ta’ kwistjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet;

Diġitalizzazzjoni u tranżizzjoni ekoloġika

23.

Jinnota li l-bini taċ-Ċentru huwa ċċertifikat bħala “Bini ekoloġiku” u li, barra minn hekk, irċieva ċ-ċertifikazzjoni ambjentali “BREEAM Tajjeb Ħafna għall-użu” fl-2020; jilqa’ l-fatt li l-elettriku taċ-Ċentru huwa kompletament ipprovdut mill-enerġija idroelettrika; jinnota li ċ-Ċentru ffinalizza l-ewwel fażi tal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tiegħu bbażata fuq l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali Ewropea, (EMAS); jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dan ir-rigward;

24.

Jilqa’ l-fatt li matul il-perjodu mill-2020 sal-2022, iċ-Ċentru kellu l-ħila jirkupra u jxerred data epidemjoloġika tal-COVID-19 madwar id-dinja permezz tal-awtomatizzazzjoni tat-tiftix fuq l-Internet; jilqa’ l-kollaborazzjoni fi ħdan l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa u t-tħejjija ta’ proġett pilota;

25.

Jinnota li, fl-2021, iċ-Ċentru kompla jiġi attakkat miċ-ċiberkriminali u mill-hacktivisti, u li b’reazzjoni għal dan, iċ-Ċentru implimenta miżuri addizzjonali ta’ ċibersigurtà, bħall-Microsoft Defender, għodod forensiċi għall-analiżi profonda, sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni u l-aċċess privileġġat/il-ġestjoni tal-identità; jinnota li ċ-Ċentru ħoloq politika taċ-ċibersigurtà u żied ukoll il-persunal tiegħu għas-sigurtà tal-IT u jinnota, barra minn hekk, li ċ-Ċentru kien fil-proċess li jistabbilixxi awtorità tas-sigurtà; jistieden liċ-Ċentru jsegwi r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti fir-rapport speċjali tagħha dwar iċ-Ċibersigurtà tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE (EUIBAs) (3), li fihom il-Qorti titlob lill-EUIBAs ikollhom qafas ta’ ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà tal-IT li jkopri l-infrastruttura tal-IT kollha tagħhom u jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju regolari, u jipprovdu taħriġ sistematiku ta’ sensibilizzazzjoni għall-persunal kollu, inkluż il-maniġment; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-politika taċ-ċibersigurtà adottata reċentement li tkopri l-aspetti kollha mill-ħtiġijiet u x-xewqat tan-negozju, sal-ħiliet u s-sensibilizzazzjoni tan-nies u sas-sigurtà teknika; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dan ir-rigward;

26.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni taċ-Ċentru f’termini ta’ operat u ġestjoni interni iżda anke sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jistieden liċ-Ċentru jgħaddi għall-ġestjoni tad-dokumenti u l-proċessi interni mingħajr l-użu tal-karta fejn possibbli; jisħaq fuq il-ħtieġa li ċ-Ċentru jkompli jkun proattiv f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

27.

Iħeġġeġ liċ-Ċentru jaħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u maċ-CERT-UE (l-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej), u jwettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari tal-infrastruttura tal-IT tiegħu u jiżgura li jsiru awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tiegħu; jissuġġerixxi li joffri lill-membri kollha tal-persunal, inkluż lill-maniġment, programmi ta’ taħriġ aġġornati regolarment relatati maċ-ċibersigurtà, bħala element ewlieni f’qafas effettiv taċ-ċibersigurtà fi ħdan iċ-Ċentru;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

28.

Jilqa’ l-impenn taċ-Ċentru li jżomm id-data tal-bidu tal-Programm ta’ Boroż ta’ Studju taċ-Ċentru għall-Koorti 2021, li jipprovdi kontribut dirett għat-tisħiħ tal-kapaċità ta’ rispons biex jiġi indirizzat it-theddid transfruntier, permezz tal-forniment tal-moduli online kollha;

29.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li tul l-2021, iċ-Ċentru kompla jkun involut ħafna fil-ħidma biex tiġi mrażżna l-pandemija tal-COVID-19; jinnota li l-attivitajiet ewlenin taċ-Ċentru matul dan il-perjodu kienu relatati mal-appoġġ għall-istrateġiji tal-vaċċinazzjoni u l-pjanijiet għall-użu tal-vaċċini, l-applikazzjoni tas-sorveljanza u l-intelligence epidemika, l-għarfien dwar l-imġiba fejn kellha x’taqsam l-aċċettazzjoni u l-adozzjoni tal-vaċċinazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskji u t-tħassib u l-istabbiliment ta’ ċentru tat-tbassir tal-COVID-19; jissottolinja li ċ-Ċentru wettaq u ppubblika 22 valutazzjoni rapida tar-riskju/tat-tifqigħat u wieġeb għal aktar minn 600 talba mill-partijiet ikkonċernati; jinnota li ċ-Ċentru kull ġimgħa kompla jipproduċi wkoll il-bullettini ta’ politika dwar il-COVID-19 u jippubblika l-mapep b’appoġġ għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ ikkoordinat għall-miżuri tal-ivvjaġġar fl-UE;

30.

Jinnota li, fl-2021, iċ-Ċentru ffinalizza l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet mir-“Rieżami strateġiku estern u tal-prestazzjoni tar-rispons tal-ECDC għall-COVID-19” imwettaq miċ-Ċentru fl-2020;

Kummenti oħra

31.

Jinnota li l-Qorti, fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 13/2022 (4), sabet li ċ-Ċentru ma jivvalutax b’mod komprensiv l-utilità u l-impatt tal-gwida tiegħu u jistieden liċ-Ċentru jikseb feedback regolari mill-partijiet ikkonċernati tiegħu biex jimla din il-lakuna;

32.

Jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru kompla jkollu livell għoli ta’ attenzjoni fil-media, fil-media soċjali u permezz tas-siti web tiegħu fl-2021 b’rabta mal-evoluzzjoni naturali tal-pandemija tal-COVID-19; jinnota li fl-2021 is-sit web taċ-Ċentru żaruh aktar minn 18-il miljun darba, u dan jirrappreżenta tnaqqis meta mqabbel mat-32 miljun fl-2020; jinnota li t-tim tal-istampa u tal-media taċ-Ċentru indirizza 963 talba tal-media, għall-kuntrarju tal-madwar 1 917 fis-sena ta’ qabel; jinnota li ċ-Ċentru osserva żieda ta’ 18 % fl-għadd ta’ segwaċi fuq Twitter u żieda ta’ 44 % fl-għadd ta’ sapporters u segwaċi fuq Facebook; iħeġġeġ liċ-Ċentru jkompli b’din ix-xejra u jikkunsidra l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fost aġenziji oħra tal-Unjoni biex jimmassimizza t-tixrid tal-attivitajiet tagħhom fost il-pubbliku ġenerali;

33.

Jilqa’ l-impenn attiv taċ-Ċentru fl-Azzjoni Konġunta TERROR li tindirizza l-lakuni fl-istat tat-tħejjija fil-qasam tas-saħħa tal-Istati Membri u ssaħħaħ ir-rispons għall-attakki terroristiċi bijoloġiċi u kimiċi; jistieden liċ-Ċentru jkompli jżid l-impenn tiegħu biex jindirizza t-theddid għas-sigurtà;

34.

Jistieden liċ-Ċentru jkompli jiżviluppa s-sinerġiji tiegħu (pereżempju r-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà), il-kooperazzjoni tiegħu u l-iskambju tiegħu tal-prattiki tajba ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza;

35.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (5) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 39.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1).

(3)  Ir-Rapport Speċjali Nru 05/2022 “Ċibersigurtà tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE: Il-livell ta’ tħejjija b’mod ġenerali mhuwiex proporzjonat mat-theddid”, p. 44.

(4)  Ir-Rapport Speċjali Nru 13/2022 “Moviment liberu fl-UE matul il-pandemija tal-COVID-19: Skrutinju limitat tal-kontrolli fil-fruntieri interni, u azzjonijiet mhux ikkoordinati li jitwettqu mill-Istati Membri”, p. 41.

(5)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/266


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1870 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0082/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0146/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/267


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1871 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta' Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0083/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0133/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/269


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1872 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0133/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 110 728 826 li jirrappreżenta żieda ta’ 1,25 % meta mqabbel ma’ dak tal-2020; billi madwar 26 % tal-baġit tal-Aġenzija huwa derivat minn tariffi u imposti u 72 % mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali ta’ 98,39 %, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta’ 0,10 %, meta mqabbla mal-2020 u li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 86,23 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 1,31 % meta mqabbla mal-2020;

2.

Jinnota li l-Aġenzija hija ffinanzjata minn tariffi mħallsa mill-industrija u kontribuzzjoni saldatorja mill-Unjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u minn kontribuzzjoni tal-Unjoni fir-rigward ta’ attivitajiet f’konformità ma’ għadd ta’ direttivi ambjentali u konvenzjonijiet internazzjonali; jinnota, barra minn hekk, li fl-2021, l-Aġenzija ġabret introjtu mit-tariffi u l-imposti li jammonta għal EUR 30 198 445, filwaqt li rċeviet EUR 79 665 478 (inklużi l-kontribuzzjonijiet ta’ pajjiżi terzi) mill-baġit tal-Unjoni u EUR 4 349 206 minn kontribuzzjonijiet fl-ambitu ta’ ftehimiet speċifiċi; jirrikonoxxi li, sa mill-iskadenza tar-reġistrazzjoni finali skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fl-2018, l-introjtu mit-tariffi tal-Aġenzija naqas b’mod sinifikanti, li jobbligaha tibbaża dejjem aktar fuq l-Unjoni biex tiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha;

3.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ prevedibbiltà tal-introjtu mit-tariffi tal-Aġenzija; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposta tagħha biex issaħħaħ il-governanza tal-Aġenzija u żżid is-sostenibbiltà tal-mudell ta’ finanzjament tagħha mingħajr dewmien, f’konformità mal-impenn tagħha espress fl-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà (5);

Prestazzjoni

4.

Jinnota li l-Aġenzija għamlet rieżami tal-pjan strateġiku għall-2019-2023; jinnota li l-Aġenzija kisbet 194 azzjoni u eżitu minn 214 stabbiliti fil-programm ta’ ħidma tal-2021 u li t-18-il azzjoni u eżitu li kien fadal ma ġewx issodisfati prinċipalment minħabba l-pandemija tal-COVID-19, speċifikament, minħabba kontributi mdewma jew inqas milli previsti mis-sħab; japprezza l-fatt li l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ġew issodisfati u l-fatt li l-Aġenzija ġibdet l-attenzjoni għal miżuri li jistgħu jtejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-ħidma tal-Aġenzija; madankollu, jirrakkomanda li l-Aġenzija tieħu nota tal-indikaturi li għadhom ma ntlaħqux jew li waqgħu lura;

5.

Josserva li, fost l-awtoritajiet regolatorji kollha, l-Aġenzija hi dik li tixpruna l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi għall-benefiċċju tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, kif ukoll għall-innovazzjoni u l-kompetittività; jinnota li l-Aġenzija tipprovdi informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, tgħin lill-kumpaniji jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni u tippromwovi l-użu sikur tas-sustanzi kimiċi;

6.

Jinnota l-kisbiet tal-Aġenzija fil-qasam tal-identifikazzjoni u tal-ġestjoni tar-riskju ta’ sustanzi ta’ tħassib, li huma, fost l-oħrajn, total ta’ 371 kontroll tal-konformità mwettqa fl-2021 u l-provvista tal-abbozz ta’ evalwazzjoni u l-abbozz ta’ profil tar-riskju għal żewġ sustanzi, bl-għan li jiġu identifikati pollutanti organiċi persistenti ġodda; jinnota l-kisbiet fil-qasam tal-użu sikur u sostenibbli tas-sustanzi kimiċi mill-industrija, li jinkludu, fost l-oħrajn, l-obbligu li jiġu nnotifikati taħlitiet perikolużi għall-użu professjonali u tal-konsumatur li beda fl-2021; jinnota l-kisbiet tal-Aġenzija fil-qasam tal-ġestjoni sostenibbli tas-sustanzi kimiċi permezz tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari, l-appoġġ ad hoc li tat lill-Kummissjoni fil-fażi bikrija tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà;

7.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija żiedet l-isforzi tagħha ta’ monitoraġġ tal-konformità u li fil-biċċa l-kbira kellha suċċess fl-identifikazzjoni tar-reġistrazzjonijiet mhux konformi u fis-segwitu tal-każijiet fejn kumpaniji kienu jeħtieġu li jikkjarifikaw id-data li kienu pprovdew; jinnota bi tħassib li, minkejja dawk l-isforzi, madwar 40 % minn dawk il-kumpaniji għadhom mhux konformi; jinnota li l-infurzar f’kooperazzjoni mal-Istati Membri huwa proċess li jieħu ħafna ħin u li l-każijiet jistgħu jiġu solvuti aktar malajr kieku l-Aġenzija jkollha l-mezzi leġiżlattivi għad-dispożizzjoni tagħha biex tneħħi n-numri ta’ reġistrazzjoni tal-kumpaniji li ma jikkonformawx mar-regoli;

8.

Jinnota li l-Aġenzija tikkollabora mill-qrib ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni, bħall-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, permezz ta’ memoranda ta’ qbil; jissottolinja l-importanza ta’ approċċ bħal dan, sabiex jiġi żgurat li l-ħidma ta’ kull aġenzija tkun konsistenti ma’ dik tal-aġenziji l-oħra u biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ġestjoni finanzjarja tajba; jilqa’ l-kondiviżjoni tas-servizzi u jħeġġeġ il-kooperazzjoni fost l-aġenziji tal-Unjoni fejn ikun possibbli;

9.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija bdiet proġett konġunt mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent biex tappoġġja lill-Kummissjoni fl-iżvilupp ta’ qafas ta’ indikaturi dwar is-sustanzi kimiċi għall-monitoraġġ tal-ixprunaturi u l-impatti tat-tniġġis kimiku u għall-kejl tal-effettività tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi;

10.

Josserva li l-Aġenzija pprovdiet appoġġ xjentifiku u tekniku lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, u li ppubblikat ir-rapport tagħha ta’ ħames snin dwar l-operat tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (6);

Politika dwar il-persunal

11.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 97,41 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet eżegwita, b’453 aġent temporanju maħtura minn total ta’ 467 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla mal-463 pożizzjoni awtorizzati fl-2020); jinnota li barra minn hekk, fl-2021, 130 aġent kuntrattwali u tliet esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija;

12.

Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-ammont ta’ persunal tal-Aġenzija jkun adegwat u jkun jirrifletti l-ħtiġijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Istrateġija tal-Unjoni dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, tal-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari u tal-ambizzjoni ta’ tniġġis żero b’mod partikolari;

13.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-iżbilanċ għoli bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri u intermedju tal-Aġenzija żdied, b’27 (82 %) pożizzjoni okkupata mill-irġiel u sitta (18 %) min-nisa; jinnota li, għall-bord ta’ tmexxija, l-Aġenzija tirrapporta distribuzzjoni tal-bilanċ bejn il-ġeneri ta’ 15-il raġel (42 %) u 21 mara (58 %) u, għall-persunal ġenerali, 261 raġel (46 %) u 312-il mara (54 %); jilqa’ l-fatt li f’Marzu 2022, l-Aġenzija adottat il-Karta tagħha dwar id-Diversità u l-Inklużjoni, li għandha l-għan li żżid il-proporzjon ta’ ġeneri sottorappreżentati kemm fil-livell ta’ appoġġ kif ukoll f’dak maniġerjali; jistieden lill-Aġenzija tieħu miżuri konkreti biex jinkiseb il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-ġerarkija tal-Aġenzija mill-aktar fis possibbli u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza;

14.

Jinnota li l-Aġenzija stabbiliet politika kontra l-fastidju u linji gwida relatati; jilqa’ l-fatt li fl-2021 l-Aġenzija organizzat taħriġ għall-prevenzjoni tal-fastidju għall-persunal kollu; jirrikonoxxi li l-maniġment qed jippromwovi mġiba xierqa billi jorganizza laqgħat bejn il-persunal u l-konsulenti kunfidenzjali u joffri medjazzjoni f’każijiet ta’ kunflitt permezz ta’ medjaturi mħarrġa fuq il-post tax-xogħol;

15.

Ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-għoti ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib ta’ bilanċ ġeografiku biex ikun hemm rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità kif ukoll li jiġi żgurat li jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jiġu promossi b’mod wiesa’;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

16.

Jinnota b’apprezzament il-fatt li fuq is-sit web tagħha l-Aġenzija tkompli tippubblika s-CVs tal-membri kollha tal-bord ta’ tmexxija u l-kumitati tagħha, inklużi dawk tal-presidenti tagħha li huma membri tal-persunal tal-Aġenzija, tad-Direttur Eżekuttiv u tal-membri kollha tal-bord tal-appell; jilqa’ l-fatt li l-politiki tal-Aġenzija dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess ikopru t-tul ta’ żmien kollu tal-impjieg tal-persunal u li, biex tiġi ssalvagwardjata l-indipendenza, l-esperti esterni li jipparteċipaw fil-kumitati xjentifiċi, fil-bord ta’ tmexxija u fil-forum ta’ infurzar jiġu eżaminati skont sitt kriterji ta’ eliġibbiltà mmirati;

17.

Jinnota li fl-2021 ma ġie rrapportat ebda każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija stabbiliet il-qafas meħtieġ li jirregola l-protezzjoni tal-informaturi fil-livell tal-Aġenzija;

18.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli aktar sistematiċi dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitti ta’ interess, il-lobbjar illegali u r-revolving doors; jinnota madankollu li l-membri tal-persunal tal-Aġenzija jeħtiġilhom jinnotifikaw attivitajiet okkupazzjonali ġodda għall-ewwel sentejn wara li jitilqu mis-servizz tal-Aġenzija u li l-Aġenzija tista’ tipprojbixxi l-attività l-ġdida jew timponi kundizzjonijiet fir-rigward tal-attività l-ġdida; jinnota li, f’Diċembru 2016, il-bord ta’ tmexxija tal-Aġenzija rreveda l-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tagħha, inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu intern kontra l-korruzzjoni;

Kontroll intern

19.

Jinnota li fl-2021 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) ma wettaq l-ebda awditu speċifiku u ffoka fuq it-tħejjija tal-pjan ta’ awditjar strateġiku għall-2022-2024; jinnota b’sodisfazzjon li s-segwitu tal-awditu tal-2020 dwar l-istrateġija regolatorja integrata kkonkluda li jistgħu jingħalqu r-rakkomandazzjonijiet kollha; jinnota b’sodisfazzjon li l-IAS għalaq ir-rakkomandazzjonijiet miftuħa li kien fadal mill-awditu ta’ segwitu dwar il-ġestjoni tal-prestazzjoni li sar fl-2020;

20.

Jinnota li l-kapaċità tal-awditjar intern tal-Aġenzija wettqet tliet awditi ta’ aċċertament dwar ir-regolarità u l-kwalità tas-sistemi ta’ kontroll intern u l-effiċjenza u l-effettività tal-operazzjonijiet; jinnota li l-ewwel awditu dwar l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-aspetti ambjentali fl-Aġenzija rriżulta fi tliet rakkomandazzjonijiet; jinnota li t-tieni awditu dwar il-proċess ta’ ppjanar, monitoraġġ u rapportar tal-Aġenzija rriżulta f’ħames rakkomandazzjonijiet importanti; jinnota li t-tielet awditu dwar il-proċess tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi bijoċidali (fl-ambitu tal-Programm ta’ Rieżami) irriżulta f’ħames rakkomandazzjonijiet (inkluża rakkomandazzjoni importanti ħafna);

21.

Jinnota li l-kapaċità ta’ awditjar intern tal-Aġenzija wettqet żewġ awditi ta’ segwitu biex tivverifika l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni, li laħqu l-konklużjoni li azzjoni importanti ħafna u żewġ azzjonijiet importanti għadhom qed jiġu implimentati; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

22.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Aġenzija; jinsisti bil-qawwa fuq il-ħtieġa ta’ sistemi ta’ ġestjoni u kontroll effettivi biex jiġu evitati każijiet potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess, kontrolli ex ante/ex post neqsin, ġestjoni inadegwata tal-impenji baġitarji u legali, u nuqqasijiet ta’ rappurtar ta’ kwistjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet;

Diġitalizzazzjoni u tranżizzjoni ekoloġika

23.

Jinnota b’sodisfazzjon li fl-2021, l-Aġenzija implimentat kampanja obbligatorja ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà u implimentat miżuri ta’ protezzjoni aktar avvanzati tal-posta elettronika, li jinvolvu, fost l-oħrajn, karatteristiċi ta’ sigurtà bħas-sandboxing tal-hemżiet tal-posta elettronika, links sikuri għall-URLs fil-messaġġi tal-posta elettronika u detezzjoni avvanzata; jinnota b’apprezzament li l-Aġenzija tejbet il-kapaċità ta’ detezzjoni ta’ kwalunkwe intrużjoni u użu ħażin li jkunu għaddejjin tal-identitajiet sabiex jiġi identifikat avvanz ulterjuri għal sistemi aktar kritiċi wara aċċess inizjali mhux awtorizzat għal waħda mis-sistemi tal-Aġenzija bi profil aktar baxx;

24.

Jinnota li l-Aġenzija tapplika u ssegwi prattiki ta’ sigurtà tal-ogħla livell sabiex tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali li tkun wieqfa fis-Sistemi ta’ Informazzjoni tal-Aġenzija u fi tranżitu ma’ utenti awtorizzati bħall-awtoritajiet tal-Istati Membri, u li fuq bażi regolari tivvalida l-effettività tal-miżuri ta’ sigurtà stabbiliti billi twettaq valutazzjonijiet interni tar-riskju u valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà kif ukoll ittestjar tas-sigurtà mwettaq minn esperti indipendenti tas-sigurtà;

25.

Jinnota li l-Aġenzija żviluppat programm ta’ ħidma ambjentali għall-2020-2022, li jistabbilixxi miri għat-tnaqqis tal-konsum tar-riżorsi naturali, għat-tnaqqis tal-iskart u għat-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju tal-Aġenzija; jinnota b’sodisfazzjon li s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (EMS) iċċertifikata ISO 14001 tal-Aġenzija għaddiet b’suċċess minn awditu ta’ sorveljanza, minn awditu intern, minn rieżami ambjentali estern u minn awditu ta’ verifika ambjentali;

26.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f’termini ta’ operat u ġestjoni interni iżda anki sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-aġenzija tkompli tkun proattiva f’dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

27.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u mas-CERT-UE (l-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej) u twettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari tal-infrastruttura tal-IT tagħha u tiżgura li jsiru awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tagħha; jissuġġerixxi li jiġu offruti regolarment programmi ta’ taħriġ aġġornati relatati maċ-ċibersigurtà għall-persunal kollu fl-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tiżviluppa l-politika taċ-ċibersigurtà tagħha b’mod aktar rapidu, tressaqha qabel il-31 ta’ Diċembru 2023 u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

28.

Jinnota li wara t-telexogħol fuq skala kbira u fit-tul tas-snin ta’ qabel, l-Aġenzija għamlet sforzi biex tintroduċi tipi ta’ mezzi ġodda ta’ sensibilizzazzjoni għall-persunal; jinnota li fl-2021 l-Aġenzija organizzat it-18-il laqgħa annwali tan-Network tal-Uffiċjali tas-Sigurtà, li fiha ġew diskussi kwistjonijiet relatati mal-għodda l-ġdida għall-ġestjoni tal-identità, u l-implikazzjonijiet fuq l-IT u s-sigurtà tal-IT li għandha l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà;

Ittestjar fuq l-Annimali

29.

Jenfasizza l-fatt li l-Aġenzija kompliet bl-isforzi tagħha biex telimina gradwalment l-ittestjar fuq l-annimali fl-Ewropa sa fejn ikun possibbli taħt il-qafas regolatorju attwali; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija introduċiet mandat għal metodi mingħajr l-użu tal-annimali fl-Unità B2 tal-Valutazzjoni Komputazzjonali tagħha; jirrikonoxxi li dan huwa pass meħtieġ fid-direzzjoni t-tajba, iżda mhuwiex biżżejjed; iħeġġeġ għaldaqstant lill-Aġenzija taħdem mal-partijiet ikkonċernati kollha sabiex titħaffef it-tranżizzjoni għal użu sħiħ ta’ metodi mingħajr l-użu tal-annimali għall-ittestjar tas-sikurezza kimika; itenni li l-liġi tirrikjedi li l-kumpaniji jużaw metodi alternattivi kull meta jkun possibbli, u għalhekk il-kumpaniji għandhom iwettqu testijiet fuq l-annimali bħala l-aħħar alternattiva biss;

30.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija tistabbilixxi task force li tiffoka fuq it-tnaqqis u s-sostituzzjoni tal-ittestjar fuq l-annimali;

31.

Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni se taħdem flimkien mal-Aġenzija fuq pjan direzzjonali biex tidentifika l-ħtieġa ta’ tranżizzjoni lejn sistema mingħajr annimali għar-regolamentazzjoni tas-sustanzi kimiċi industrijali; huwa tal-fehma li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandhom ikunu parti mit-tim li jaħdem fuq il-pjan direzzjonali; jitlob li l-pjan direzzjonali jkun fih stadji ambizzjużi u estiżi biex jitħaffef l-użu regolatorju u l-aċċettazzjoni ta’ metodi mingħajr l-użu tal-annimali;

Kummenti oħra

32.

Jinnota li fl-2021 ġew organizzati korsijiet ta’ taħriġ dwar is-sikurezza kontra n-nirien u dwar l-evakwazzjoni għall-persunal kollu tas-servizzi korporattivi, kif ukoll sessjonijiet ta’ taħriġ separati għall-fornituri tas-servizzi fil-bini tal-Aġenzija; jilqa’ l-fatt li l-Pjan ta’ Salvataġġ ta’ Emerġenza ġie aġġornat u kkomunikat lill-Awtoritajiet ta’ Salvataġġ ta’ Helsinki; jinnota li ġie organizzat taħriġ dwar is-sikurezza kontra r-radjazzjoni għall-Uffiċjal tas-Sikurezza Kontra r-Radjazzjoni tal-Aġenzija mill-organizzazzjoni Finlandiża ta’ taħriġ iċċertifikat;

33.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija kompliet tippromwovi l-ħidma tagħha permezz tal-media, li rriżultat f’aktar minn 4 000 klipp u 58 % tal-kopertura saret fil-media ġenerali; jinnota li l-persunal tal-Aġenzija kompla jaqsam il-kontenut b’mod attiv permezz tal-kanali tal-media soċjali tiegħu stess, u li fl-2021 l-Aġenzija kienet attiva fuq il-media soċjali (Twitter, LinkedIn u Facebook), u li l-Aġenzija ħadmet flimkien mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati fuq kampanji konġunti, bħal fuq il-kodiċi tal-Identifikatur Uniku tal-Formula;

34.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha (pereżempju r-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà), u ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha, l-iskambju tal-prattiki tajba u d-diskussjonijiet tagħha rigward oqsma ta’ interess reċiproku ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza;

35.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 120.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(5)  Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà: Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità, COM(2020) 667, l-14 ta’ Ottubru 2020, p. 16.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(7)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/275


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1873 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0083/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (4) tal-Kummissjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0133/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/277


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1874 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0084/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/20123 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0143/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/279


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1875 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0143/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien jammonta għal EUR 64 867 177, u dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 27,64 % meta mqabbel ma’ dak għall-2020; billi l-baġit tal-Aġenzija ġej prinċipalment mill-baġit tal-Unjoni u mill-kontribuzzjoni tal-EFTA (79,26 %) u l-kontribuzzjonijiet fl-ambitu ta’ ftehimiet speċifiċi (20,73 %), b’mod partikolari l-programm Copernicus;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 100 % tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena kurrenti, li tirrappreżenta żieda żgħira ta’ 0,04 % meta mqabbel mal-2020; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena kurrenti kienet ta’ 84,90 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 1,18 % meta mqabbel mas-sena preċedenti;

Prestazzjoni

2.

Jinnota l-kisbiet tal-Aġenzija fl-oqsma tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u tal-adattament għalih, tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, tal-ekonomija ċirkolari u tal-użu tar-riżorsi, tax-xejriet, tal-prospetti u tar-reazzjonijiet tas-sostenibbiltà, u, b’mod partikolari, l-objettiv speċifiku li jitwettqu valutazzjonijiet u indikaturi b’appoġġ għall-ambizzjonijiet tas-sostenibbiltà tal-UE; jinnota, barra minn hekk, li s-sena 2021 kienet l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija EEA-Eionet 2021-2030, li hija allinjata mal-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni;

3.

Jisħaq fuq il-fatt li l-Aġenzija tipprovdi informazzjoni tajba u indipendenti dwar l-ambjent; ifaħħar il-kwalità tal-eżiti tagħha maħruġa fl-2021, bħat-tnedija tal-għodda MapMyTree, taħt l-impenn ta’ 3 biljun siġra tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità; l-appoġġ għan-negozjati dwar il-Liġi Ewropea dwar il-Klima u l-istabbiliment tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima; u t-tnedija ta’ web portal ġdid biex jappoġġja r-rapportar dwar l-istorbju;

4.

Jinnota li l-Aġenzija tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) li għandhom l-għan li jimmonitorjaw il-prestazzjoni kwantitattiva tal-Aġenzija, fost l-oħrajn, fir-rigward tal-ippjanar tax-xogħol operattiv tagħha, it-twettiq tal-programm ta’ ħidma annwali u l-ġestjoni finanzjarja u tar-riżorsi umani; jinnota, b’mod partikolari, ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-2021 ta’ 89 % miksuba fir-rigward tar-rapporti u l-valutazzjonijiet ewlenin, li kienet kemxejn taħt il-mira, u r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-baġit ta’ 95,2 % imkejla bħala perċentwal tal-pagamenti eżegwiti sal-iskadenza legali/kuntrattwali; japprezza l-fatt li l-KPIs ġew issodisfati u l-fatt li l-Aġenzija ġibdet l-attenzjoni għal miżuri li jistgħu jtejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-ħidma tal-Aġenzija; madankollu, jirrakkomanda li l-Aġenzija tieħu nota tal-indikaturi li għadhom ma ntlaħqux jew li waqgħu lura;

5.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija żammet kooperazzjoni effettiva mal-Eionet, mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll mal-atturi globali; jinnota b’apprezzament ir-rwol ewlieni li kellha l-Aġenzija fl-appoġġ ta’ azzjonijiet ambjentali u klimatiċi li jimplimentaw il-politiki tal-Unjoni, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-proposta għat-Tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (‘it-tmien EAP’);

6.

Ifakkar li, fl-2021, l-Aġenzija impenjat ruħha b’kompiti ġodda li jappoġġjaw it-twettiq tal-ambizzjonijiet ambjentali tal-Unjoni bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew u t-Tmien EAP, filwaqt li kkontribwiet ukoll għall-impenji globali tal-Unjoni, u b’hekk saħħet il-pożizzjoni tal-Aġenzija bħala sors ewlieni ta’ informazzjoni ambjentali rilevanti għall-politika.

Politika dwar il-persunal

7.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, it-tabella tal-persunal kellha rata ta’ implimentazzjoni ta’ 99,28 %, b’3 uffiċjali u 136 aġent temporanju maħtura mit-total ta’ 140 pożizzjoni awtorizzata fl-ambitu tal-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma’ 130 pożizzjoni awtorizzata fl-2020); jinnota li, barra minn hekk, 79 aġent kuntrattwali u 18-il espert nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija fl-2021; huwa tal-opinjoni li sabiex jitwettqu b’mod xieraq il-kompiti fil-perkors tal-Unjoni lejn in-newtralità klimatika, l- ekonomija ċentrali u r-restawr tan-natura, l-għadd ta’ persunal fi ħdan l-Aġenzija għandu jikber fis-snin li ġejjin; ifakkar li, skont il-proposta tal-Kummissjoni dwar regolament dwar ir-restawr tan-natura, sabiex timmonitorja l-għanijiet ta’ dak ir-regolament futur waħdu, se jkunu meħtieġa 12-il pożizzjoni addizzjonali; ifakkar li dawk li jfasslu l-politika jiddependu fuq l-għarfien espert u l-appoġġ tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa biex jinkiseb futur newtrali għall-klima; jistieden għalhekk lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni jagħmlu evalwazzjoni tal-possibbiltajiet f’dak ir-rigward u jirrapportaw lura lill-awtorità ta’ kwittanza; jisħaq li riżorsi inadegwati għall-Aġenzija jistgħu jdgħajfu l-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jwettqu l-impenji b’rabta mal-Patt Ekoloġiku Ewropew;

8.

Jinnota, bi tħassib, in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fost il-membri tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija, fejn 6 minn 9 (67 %) huma rġiel; jinnota l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-Bord ta’ Mmaniġġjar tal-Aġenzija, b’18 minn 38 (47 %) ikunu rġiel; jinnota l-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal ġenerali tal-Aġenzija, b’112 minn 206 (54 %) ikunu nisa; jistieden lill-Aġenzija tieħu miżuri konkreti biex iżżid il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-ġerarkija tal-Aġenzija mill-aktar fis possibbli u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza;

9.

Jinnota mis-segwitu għar-rapport ta’ kwittanza tal-2020 li fir-rigward tal-politika dwar il-persunal, l-Aġenzija żviluppat Politika Qafas pluriennali dwar ir-riżorsi umani allinjata mal-Istrateġija EEA-Eionet 2021-2030 li tindirizza ħames oqsma ta’ prijorità; jinnota wkoll li l-Aġenzija għandha koordinatur tal-benesseri;

10.

Jinnota mis-segwitu għar-rapport ta’ kwittanza tal-2020 li fir-rigward tal-leġiżlazzjoni għall-finanzi sostenibbli, l-Aġenzija allokat aġent temporanju addizzjonali wieħed biex jaħdem fuq finanzjament sostenibbli fl-2021, u li din il-pożizzjoni ġiet ipprogrammata biex tkun valida biss għal tliet snin fl-iskeda finanzjarja, fejn wara l-Aġenzija ma tkunx f’pożizzjoni li tkompli dawn il-kompiti ta’ appoġġ fil-livell attwali;

11.

Jinnota li l-Aġenzija tkompli tirrapporta l-valutazzjoni tagħha tal-ħtiġijiet tar-riżorsi lill-Kummissjoni; jinnota wkoll li wara diskussjoni mal-Kummissjoni, il-leġiżlazzjoni l-ġdida se tkopri funzjonijiet ta’ appoġġ u li l-Aġenzija indikat li ssib li l-pożizzjoni ta’ appoġġ addizzjonali fir-rigward tar-Regolament futur dwar il-Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura mhux se tkun biżżejjed;

12.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija għandha politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali appoġġjata minn, fost l-oħrajn, kors ta’ tagħlim elettroniku dwar l-etika u l-integrità; jinnota li l-Aġenzija tipprovdi network kunfidenzjali ta’ konsulenti u informazzjoni prattika dwar kif għandu jiġi rrapportat allegat fastidju u jiġi kkuntattjat konsulent kunfidenzjali fuq l-intranet tagħha;

13.

Ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-għoti ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib tal-bilanċ ġeografiku biex ikun hemm rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà kif ukoll l-iżgurar li jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jiġu promossi b’mod wiesa’;

Akkwist

14.

Jinnota li l-Aġenzija tkompli ssegwi b’mod attiv proċeduri ta’ akkwist konġunt mal-Kummissjoni permezz ta’ kuntratti qafas, kif ukoll tuża varjetà ta’ sistemi u servizzi tal-Kummissjoni;

15.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija emendat kuntratt qafas ta’ servizz għall-forniment ta’ servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni billi rduppjat il-baġit massimu inizjali minn EUR 500 000 għal EUR 1 000 000, u li l-ġustifikazzjoni użata kienet id-deroga applikabbli għall-proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, li għalihom il-kundizzjonijiet ma ġewx issodisfati, u li, barra minn hekk, il-kundizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju li jippermettu li l-kuntratti jiġu mmodifikati mingħajr proċedura ġdida ta’ akkwist ma ġewx issodisfati; jinnota bi tħassib li l-Qorti ssib li l-emenda kienet irregolari; jinnota, barra minn hekk, li fl-2021 ma kien hemm l-ebda pagament relatat;

16.

Ifakkar fl-importanza tal-proċeduri kollha ta’ akkwist li jiżguraw kompetizzjoni ġusta bejn l-offerenti u fl-importanza li jiġu akkwistati l-oġġetti u s-servizzi bl-aħjar prezz, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji tat-trasparenza, il-proporzjonalità, it-trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni; jitlob li jiġu implimentati l-għodod tal-IT tal-akkwist elettroniku żviluppati mill-Kummissjoni; jitlob kjarifika aġġornata tal-proċeduri u tal-mudelli fil-linji gwida dwar l-akkwist; jinnota bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti li d-dgħufijiet fl-akkwist pubbliku qed jiżdiedu u għadhom l-akbar sors ta’ pagamenti irregolari fil-biċċa l-kbira tal-aġenziji tal-Unjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u trasparenza

17.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi tagħha biex tipprevjeni u tiġġestixxi l-kunflitti ta’ interess, u tipprovdi l-protezzjoni lill-informaturi; jinnota li ma kien hemm l-ebda każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta li nfetaħ, ingħalaq jew li kien għaddej fl-2021; jinnota li ma kien hemm l-ebda każ ta’ kunflitt ta’ interess irrapportat fl-2021;

18.

Jinnota, mis-segwitu għar-rapport ta’ kwittanza tal-2020, li l-Aġenzija tkompli żżomm rekord tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess sottomessi u tfakkar lill-membri tal-Bord ta’ Mmaniġġjar biex jissottomettu tagħhom, fuq bażi volontarja, f’każ li ma jkunux għadhom ġew sottomessi;

19.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli aktar sistematiċi dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitti ta’ interessi, il-lobbjar illegali u r-revolving doors; jistieden lill-Aġenzija ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tagħha, inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu intern kontra l-korruzzjoni;

Kontroll intern

20.

Jirrikonoxxi l-bidla strutturali li segwiet it-tnedija tal-proġett “Post tax-xogħol futur”; jinnota t-tħejjija għall-proġett għat-titjib tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità biex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet identifikati, bħal pereżempju l-konformità parzjali biss fil-komponenti qafas tal-ambjent ta’ kontroll, l-attivitajiet ta’ kontroll u l-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

21.

Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li kuntratt qafas għall-forniment ta’ servizzi tal-canteen u tal-catering fil-bini tal-Aġenzija ġie estiż f’żewġ okkażjonijiet separati, li għall-ewwel estensjoni l-Aġenzija ma ppreżentatx nota ta’ eċċezzjoni, li mhuwiex konformi mal-istandards ta’ kontroll intern tal-Aġenzija li jirrikjedu d-dokumentazzjoni, il-ġustifikazzjoni u l-approvazzjoni tad-devjazzjonijiet kollha; jinnota, barra minn hekk, bi tħassib li, fir-rigward tat-tieni estensjoni, l-Aġenzija fasslet nota ta’ eċċezzjoni għall-fajl, iżda ma ppreżentatx din in-nota fir-reġistru ċentrali tal-eċċezzjonijiet; jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija li l-pandemija tal-COVID-19 fixklet l-ippjanar u t-tnedija ta’ sejħa għal offerti għal kuntratt qafas ta’ servizz ġdid; jistieden lill-Aġenzija ssaħħaħ is-sistema ta’ kontroll intern tagħha f’dak ir-rigward;

22.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li f’kuntratt ta’ servizz għall-forniment tas-servizzi ta’ appoġġ tas-sistema ta’ informazzjoni ġeografika, l-Aġenzija użat emenda fil-kuntratt biex testendi l-eżekuzzjoni tas-servizzi b’xahar, mit-28 ta’ Frar 2021 għall-31 ta’ Marzu 2021; jinnota bi tħassib li l-emenda daħlet fis-seħħ biss fit-22 ta’ Marzu 2021 meta ġiet iffirmata miż-żewġ partijiet kontraenti, u effettivament tħalli perjodu ta’ 22 jum ta’ forniment ta’ servizz mingħajr kuntratt; jinnota li għalkemm l-Aġenzija kienet skopriet dan, hija ma kinitx ippreżentat nota ta’ eċċezzjoni; jinnota l-konferma tal-Aġenzija li d-dewmien seħħ minħabba żball; jilqa’ t-tweġiba tal-Aġenzija li se ssaħħaħ il-kontrolli u l-proċeduri tagħha biex jitnaqqas ir-riskju ta’ dewmien fid-dħul f’estensjonijiet ta’ kuntratti u biex jiġi żgurat li jiġu ppreżentati noti ta’ eċċezzjoni meta jseħħ ksur involontarju tar-Regolament Finanzjarju;

23.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, fl-ambitu ta’ kuntratt qafas għall-forniment ta’ servizzi tal-IT, l-Aġenzija ħallset servizzi anċillari, fl-ambitu ta’ pakkett ta’ xogħol separat, għal ammont ta’ EUR 25 000 mingħajr ma l-ewwel ivverifikat liema profili eżatti u rati ta’ kuljum il-kuntrattur kien applika b’mod effettiv meta pprovda s-servizzi u ħareġ il-fatturi għalihom; jinnota mit-tweġiba tal-Aġenzija li hija ħadet passi biex tindirizza t-tħassib tal-Qorti għal ordnijiet futuri;

24.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Aġenzija; jinsisti bil-qawwa fuq il-ħtieġa ta’ sistemi ta’ ġestjoni u kontroll effettivi biex jiġu evitati każijiet potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess, kontrolli ex ante/ex post neqsin, ġestjoni inadegwata tal-impenji baġitarji u legali, u nuqqasijiet ta’ rappurtar ta’ kwistjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet;

Diġitalizzazzjoni u tranżizzjoni ekoloġika

25.

Jinnota b’apprezzament li f’April 2021 l-Aġenzija adottat il-qafas ta’ diġitalizzazzjoni tal-EEA-Eionet, billi wettqet għadd ta’ attivitajiet ewlenin bħall-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tad-data tal-Aġenzija u l-bidu ta’ proġetti li jesploraw l-użu tal-intelliġenza artifiċjali; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija nediet diversi prodotti diġitali u ta’ għarfien ġodda fl-2021, inkluż l-Osservatorju Ewropew tal-Klima u tas-Saħħa u l-Esplokatur Ewropew tad-Data dwar il-Klima fi ħdan il-pjattaforma Climate-ADAPT u rapporti web interattivi dwar il-kwalità tal-arja u l-perikli klimatiċi;

26.

Jinnota fir-rigward tan-network tal-IT tal-Aġenzija u x-xenarju tat-theddida għaċ-ċibersigurtà, li l-Aġenzija introduċiet networks “Blu/ekoloġiċi” fl-uffiċċji, fejn in-network ekoloġiku huwa separazzjoni tal-laptops tal-persunal mis-sistemi interni kollha u n-network blu huwa għal-laptops li għadhom ma jistgħux jiġu iżolati u li huma ristretti f’termini ta’ software disponibbli;

27.

Jinnota s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tal-Aġenzija u l-impenn tal-Aġenzija li ssir organizzazzjoni “newtrali għall-klima”; jinnota li fl-2021 l-Aġenzija kkummissjonat studju bil-għan li tidentifika azzjonijiet fattibbli biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Aġenzija u tgħin biex sal-2030 tinkiseb in-newtralità klimatika;

28.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f’termini ta’ operat u ġestjoni interni iżda anki sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tkompli tkun proattiva f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji tal-Unjoni; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

29.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) u mal-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej (CERT-UE) u twettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari tal-infrastruttura tal-IT tagħha u tiżgura li jsiru awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tagħha; jissuġġerixxi li jiġu offruti regolarment programmi ta’ taħriġ aġġornati relatati maċ-ċibersigurtà għall-persunal kollu, inkluż il-maniġment, fl-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tiżviluppa l-politika taċ-ċibersigurtà tagħha b’mod aktar rapidu, tressaqha qabel il-31 ta’ Diċembru 2023 u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

30.

Jinnota li l-Aġenzija, bi tweġiba għar-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija, introduċiet reklutaġġ online, appoġġjat mill-implimentazzjoni tal-pjattaforma ta’ reklutaġġ Systal, li ppermettiet lill-Aġenzija tlesti għadd kbir ta’ reklutaġġi fl-2020 u fl-2021 u tħalli rata baxxa ta’ pożizzjonijiet vakanti fi tmiem is-sena;

31.

Jilqa’ l-fatt li, minkejja l-pandemija tal-COVID-19 li għaddejja bħalissa, il-ħidma tal-Aġenzija kompliet tkun effiċjenti, flessibbli u mwettqa mingħajr dewmien bla bżonn fl-2021; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex tqiegħed fil-prattika t-tagħlimiet rigward il-metodi ta’ ħidma ibridi u b’mod remot, sabiex tirrikonoxxi aħjar il-laqgħat u l-kompiti li jistgħu jsiru b’mod aktar effiċjenti b’mod remot, pjuttost milli wiċċ imb wiċċ fil-futur;

32.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija bdiet timplimenta l-miżuri ta’ referenza taċ-ċibersigurtà b’antiċipazzjoni għar-Regolament li jistabbilixxi miżuri dwar iċ-ċibersigurtà fi ħdan l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenzji tal-Unjoni (“ir-Regolament dwar iċ-Ċibersigurtà”), kif ukoll approċċ ta’ fiduċja żero u awtentikazzjoni b’diversi fatturi għas-servizzi interni kollha, u li l-privileġġi amministrattivi tal-IT ġew rieżaminati u ristretti għall-minimu;

Kummenti oħra

33.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija nediet proġett pluriennali u b’diversi komponenti biex tissimplifika l-preżenza online tagħha fis-snin li ġejjin, tiżviluppa politiki aktar b’saħħithom dwar il-kontenut tal-web fil-pjattaformi kollha tal-Aġenzija u li tistabbilixxi loġika mtejba tan-navigazzjoni; jinnota li s-sit web korporattiv il-ġdid se jiżgura l-konformità mal-linji gwida dwar l-aċċessibbiltà tad-WCAG 2.1;

34.

Ifakkar fl-importanza li l-pubbliku jiġi infurmat biżżejjed dwar ir-riskji ta’ nuqqas ta’ azzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, jilqa’ l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-Aġenzija f’dan il-kuntest, kemm jekk permezz ta’ kontenut awdjoviżiv, dibattiti online, kompetizzjoni annwali tar-ritratti kif ukoll permezz ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni lokali, u jistieden lill-Aġenzija tiżviluppa u, jekk ikun possibbli, iżżid l-attivitajiet tagħha fil-perjodu li ġej.

35.

Jinnota li l-Aġenzija ppresediet in-Network tal-Aġenziji tal-UE (EUAN) inkluż il-biċċa l-kbira tas-subnetworks tagħha, f’konformità mal-prijoritajiet tal-UE f’dawk li huma d-diġitalizzazzjoni, l-ekoloġizzazzjoni tar-reżiljenza u l-irkupru, filwaqt li fost l-oħrajn ħadmet fuq is-sostenn tat-tranżizzjoni ekoloġika u kkontribwixxiet għall-ekoloġizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-EUAN;

36.

Jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha (pereżempju r-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà), u biex issaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha, l-iskambju tal-prattiki tajba u d-diskussjonijiet tagħha rigward oqsma ta’ interess reċiproku ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza;

37.

Jirreferi, rigward kummenti oħra ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 12.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/284


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1876 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0084/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0143/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/285


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1877 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0085/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0112/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/286


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1878 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0112/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 21 621 000, li jirrappreżenta żieda ta’ 22,99 % meta mqabbel mal-2020 minħabba attivitajiet addizzjonali assenjati lill-Aġenzija fil-qafas tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (FKK) mar-Renju Unit; billi l-baġit tal-Aġenzija ġej mill-baġit tal-Unjoni u mid-dħul assenjat;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għad-dikjarazzjoni tal-Qorti li l-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2021 huma konformi mar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni u mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.

Jinnota li l-Aġenzija rċeviet EUR 21 miljun f’kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fl-2021, li jirrappreżenta żieda ta’ 24,3 % meta mqabbel mal-2020; jirrimarka li l-Aġenzija għandha wieħed mill-aktar baġits annwali u ammonti totali ta’ persunal baxxi fost l-aġenziji tal-Unjoni;

3.

Jilqa’ s-sussidju addizzjonali ta’ EUR 4 miljun mill-Kummissjoni fil-qafas tal-FKK mar-Renju Unit permezz ta’ baġit emendat allokat lill-Aġenzija bil-ħsieb li tittratta ż-żieda fl-ammont ta’ xogħol ikkawżat mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u kwalunkwe konsegwenza potenzjali tar-relazzjoni l-ġdida għall-qafas ta’ kontroll tas-sajd;

4.

Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’implimentazzjoni tal-baġit ta’ rata tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali ta’ 99,07 %, li tirrappreżenta żieda żgħira ta’ 1,80 % meta mqabbla mal-2020; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 74,48 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 6,70 % meta mqabbla mal-2020;

Prestazzjoni

5.

Ifakkar fil-kontribut vitali tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd (PKS), u b’mod partikolari tal-kontroll tas-sajd; jisħaq li r-reviżjoni tar-Regolament li jirregola l-kontroll tas-sajd se żżid ix-xogħol tal-Aġenzija f’termini ta’ appoġġ; jenfasizza l-inkoerenza tat-tentattiv li jiġu indirizzati l-obbligi dejjem akbar mingħajr riżorsi suffiċjenti biex dan isir; jisħaq, għalhekk, li l-Aġenzija jeħtieġ ikollha biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani għad-dispożizzjoni tagħha fis-snin li ġejjin;

6.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta r-riżultati mill-attivitajiet tagħha, bħal dwar l-ispezzjonijiet u x-xejriet tal-ksur, dwar l-evoluzzjoni tal-livelli ta’ konformità, dwar it-taħriġ ipprovdut u dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, fost oħrajn; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija implimentat 98,6 % tal-Programm ta’ Ħidma Annwali, minkejja l-isfidi li għadha tikkawża l-pandemija tal-COVID-19;

7.

Jinnota li, fl-2021, l-Aġenzija rrapportat 53 567 spezzjoni (fuq il-baħar u fuq l-art), li wasslu għall-identifikazzjoni ta’ 4 928 każ ta’ ksur suspettat, li jirrappreżentaw żieda ta’ 39 % u 109 % rispettivament meta mqabbla maċ-ċifri tal-2020; jemmen li dawn iċ-ċifri juru li l-ispezzjonijiet u l-attivitajiet ta’ segwitu għadhom għodda kruċjali biex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-PKS; jirrimarka, madankollu, li din iż-żieda taħbi d-disparitajiet bejn iż-żoni, bi tnaqqis fil-Baħar tat-Tramuntana (– 67 %) u fil-Baħar l-Iswed (– 1 %) u żieda fl-Ilmijiet tal-Punent (+ 24 %), fil-Baħar Mediterran (+ 82 %), fil-Baħar Baltiku (+ 14 %), u fin-NAFO-NEAFC (+ 163 %); jieħu nota tal-fatt li t-tnaqqis sinifikanti fil-Baħar tat-Tramuntana huwa prinċipalment xprunat min-nuqqas ta’ spezzjonijiet li preċedentement twettqu mir-Renju Unit, li kkostitwew 70 % tal-ispezzjonijiet fl-2020; jistieden lill-Aġenzija tipprovdi informazzjoni aktar dettaljata dwar ir-raġunijiet għal dawn il-bidliet; jirrimarka li l-ispezzjonijiet u attivitajiet oħra ta’ segwitu għandhom rwol kruċjali mhux biss fil-ġestjoni tajba tal-istokkijiet tal-ħut iżda anke fl-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għas-sajjieda tal-Unjoni;

8.

Jinnota l-emenda tal-programm ta’ ħidma fir-rigward tar-reġim ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza fl-ambitu tal-PKS, il-miżuri li jirriżultaw mill-FKK mar-Renju Unit, u l-antiċipazzjoni ta’ proġetti fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura;

9.

Jenfasizza, fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), li l-Aġenzija għandha rwol importanti biex tinkoraġġixxi applikazzjoni akbar u armonizzata tas-sistemi ta’ kontroll tal-Unjoni fis-seħħ biex jiġġieldu s-sajd illegali;

10.

Jilqa’ l-kooperazzjoni kontinwa tal-Aġenzija mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) biex jingħata appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet ta’ gwardja tal-kosta; iqis tali kooperazzjoni bħala eżempju ta’ sinerġija bejn l-aġenziji tal-Unjoni li għandha sservi bħala sors ta’ ispirazzjoni għal aġenziji f’oqsma oħra; jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha f’dan ir-rigward u jqis li jkun xieraq ukoll li tiżdied il-kooperazzjoni bejnha u bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;

11.

Jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija f’li toffri lil pajjiżi terzi tisħiħ tal-kapaċitajiet u taħriġ u r-rwol kruċjali tal-Aġenzija biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi mal-istati kostali kollha;

Politika dwar il-persunal

12.

Jinnota b’sodisfazzjon li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 100 % tat-tabella tal-persunal kienet ikkompletata, bil-ħatra ta’ 65 aġent temporanju kif awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (61 pożizzjoni awtorizzata fl-2020); jinnota li, barra minn hekk, 11-il aġent kuntrattwali u sitt esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija fl-2021;

13.

Jinnota li l-Aġenzija ngħatat baġit addizzjonali fil-QFP 2021-2027 (żieda ta’ EUR 12-il miljun fl-2022), li jinkludi 16-il pożizzjoni ġdida fit-tabella tal-persunal (erbgħa diġà mogħtija fl-ambitu tal-baġit 2021) u sitt membri tal-persunal esterni (tnejn diġà mogħtija fl-2021); jieħu nota li r-riżorsi addizzjonali se jagħtu lill-Aġenzija l-kapaċità operattiva meħtieġa biex tgħin lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd kif rikjest mill-PKS, inklużi l-miżuri li jirriżultaw mill-FKK mar-Renju Unit;

14.

Jieħu nota tal-politika tal-Aġenzija li tippromwovi t-trattament indaqs tal-persunal u l-objettiv tagħha li tintlaħaq ugwaljanza bejn il-ġeneri, kemm f’termini ta’ numri kif ukoll f’termini ta’ gradi u livelli ta’ responsabbiltà; jiddeplora l-fatt li n-nisa jirrappreżentaw biss 38 % tal-persunal impjegat fil-grad AD 8 jew ogħla, filwaqt li jirrikonoxxi li dan jirrappreżenta żieda meta mqabbel mal-2020; jinnota li jrid isir aktar sabiex tinkiseb parità fil-livell maniġerjali; jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha fir-rigward tal-politika ta’ parità bejn il-ġeneri bil-għan li jsir progress lejn parità fil-livell maniġerjali wkoll;

15.

Ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-offerta ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib tal-bilanċ ġeografiku biex ikun hemm rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà kif ukoll l-iżgurar li jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jiġu promossi b’mod wiesa’;

16.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija għandha fis-seħħ regoli dwar il-ġlieda kontra l-fastidju, inklużi konsulenti kunfidenzjali, u li informazzjoni ddedikata hija disponibbli fuq l-intranet tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija tipprovdi taħriġ obbligatorju għall-persunal dwar il-ġlieda kontra l-fastidju, l-etika u l-integrità;

Akkwist

17.

Jinnota li l-isforzi ewlenin ta’ akkwist tal-Aġenzija fl-2021 kienu mmirati lejn il-varar ta’ proċedura miftuħa fil-qasam tal-kiri ta’ tliet bastimenti tal-għassa offshore (OPVs); jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija ffirmat kuntratti ta’ akkwist taħt kuntratti qafas dwar servizzi relatati mal-għassa tas-sajd, it-titjib tal-post tax-xogħol, il-korsijiet tal-lingwa, l-ispezzjoni tan-navigazzjoni, u ħadet sehem f’kuntratti qafas interistituzzjonali dwar servizzi esternalizzati u sorveljanza mill-ajru, fost oħrajn; jinnota li fl-2021, l-Aġenzija ssieħbet f’total ta’ disa’ offerti interistituzzjonali differenti mal-Kummissjoni u ma’ aġenziji oħra;

18.

Jisħaq li l-ġlieda kontra s-sajd IUU tirrikjedi appoġġ finanzjarju adegwat; jilqa’ t-tisħiħ tal-OPV mikri tal-Aġenzija biex iwettaq kontrolli u spezzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali u biex jappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali; jinnota li ż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil affettwat il-kapaċità operattiva tal-Aġenzija;

19.

Jinnota b’apprezzament li fl-2021 l-Aġenzija integrat l-Għodda ta’ Ġestjoni tal-Akkwist Pubbliku (PPMT) (bl-għan li tibda tużaha fl-2022), komponent tal-pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-Kummissjoni li huwa integrat ma’ sistemi oħra li tuża l-Aġenzija, bħas-sejħa għall-offerti elettronika u s-sottomissjoni elettronika ta’ offerti;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u trasparenza

20.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi li għaddejjin bħalissa biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li l-Aġenzija tippubblika fuq is-sit web tagħha d-dikjarazzjonijiet ta’ interess u s-CVs tal-membri tal-Bord Amministrattiv tagħha u tal-maniġment superjuri; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija taġġorna regolarment it-tabella bil-laqgħat kollha li jsiru bejn id-Direttur Eżekuttiv u l-persunal tagħha ma’ organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati trasparenza u fiduċja sħaħ fl-attività tal-Aġenzija u li tkun disponibbli fuq is-sit web tagħha; ifakkar li l-Aġenzija għandha taġġorna regolarment il-paġna biex tiżgura trasparenza u fiduċja sħaħ fl-attivitajiet tal-Aġenzija;

21.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli aktar sistematiċi dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitti ta’ interess u l-lobbying illegali; jistieden lill-Aġenzija ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tagħha, inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu intern kontra l-korruzzjoni; jinnota, madankollu, li l-Aġenzija implimentat l-istrateġija tagħha kontra l-frodi, li kienet ibbażata fuq eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskju, filwaqt li tqiesu l-linji gwida tal-OLAF;

Kontroll intern

22.

Jinnota li, fl-2021, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni, f’konformità mal-Pjan Strateġiku tal-Awditjar Intern 2021-2023, beda l-awditu dwar il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u d-DĠ MARE dwar attivitajiet relatati mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (Konformità mad-dispożizzjonijiet internazzjonali); jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

23.

Jinnota li l-Aġenzija wettqet valutazzjoni tas-Sistema ta’ Kontroll Intern tagħha u kkonkludiet li, b’mod ġenerali, hemm fis-seħħ kontrolli xierqa u qed jaħdmu kif maħsub, li r-riskji qed jiġu mmonitorjati u mmitigati kif xieraq, u li fl-2021 ma ġiet irrapportata ebda dgħufija sinifikanti fil-kontroll;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

24.

Jinnota li l-Aġenzija qed tkompli tintroduċi għodod elettroniċi ta’ appoġġ fil-qasam tar-riżorsi umani, tal-akkwist u tal-monitoraġġ tal-baġit, bħal moduli addizzjonali ta’ Sysper, sistema finanzjarja integrali mtejba ġdida prevista għall-2024/2025, għodod integrati tal-akkwist elettroniku u tal-ġestjoni tal-kuntratti, u l-użu tal-Firma Elettronika Kwalifikata (Firma tal-UE), fost oħrajn; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija ssegwi l-Cloud-first bi cloud multiplu ibridu sikur bħala parti mill-istrateġija tagħha għal trasformazzjoni diġitali, filwaqt li qed tkompli ttejjeb ukoll il-post tax-xogħol diġitali;

25.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) u mal-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE) u twettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari tal-infrastruttura tal-IT tagħha u tiżgura li jsiru awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tagħha; jissuġġerixxi li jiġu offruti regolarment programmi ta’ taħriġ aġġornati relatati maċ-ċibersigurtà għall-membri kollha tal-persunal, inkluż il-maniġment, fl-Aġenzija;

26.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija qed taħdem biex tikseb iċ-ċertifikazzjoni tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS), u li l-Aġenzija ħadet azzjonijiet sabiex tnaqqas l-impatt ambjentali tagħha, bħall-inklużjoni ta’ mill-inqas kriterju wieħed fil-proċeduri ta’ akkwist b’enfasi fuq l-imġiba ambjentali effiċjenti tal-offerenti potenzjali, it-tnaqqis tal-konsum tal-elettriku permezz ta’ tidwil bl-LEDs, u ċ-ċirkolazzjoni elettronika u l-firma diġitali għat-tnaqqis tal-konsum tal-karti u tat-toner;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

27.

Jinnota li t-Tim tal-Ġestjoni tal-Kontinwità tal-Operat tal-Aġenzija kkonkluda li l-Aġenzija kienet imħejjija sew biex tkompli l-operazzjonijiet tagħha b’mod affidabbli permezz tat-telexogħol u qatt matul l-2021 ma rrakkomanda lid-Direttur Eżekuttiv li jattiva l-Pjan ta’ Kontinwità tal-Operat tal-Aġenzija; jinnota li ssuġġerixxa, madankollu, li jsiru xi adattamenti tal-Pjanijiet ta’ Azzjonijiet ta’ Rkupru individwali tal-unitajiet u arranġamenti speċifiċi għal soluzzjonijiet ta’ riżerva, li sussegwentement ġew implimentati; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex, fil-futur, tqiegħed fil-prattika t-tagħlimiet rigward il-metodi ta’ ħidma remoti u ibridi, sabiex torganizza aħjar il-laqgħat u l-kompiti li jistgħu jsiru b’mod aktar effiċjenti b’mod remot pjuttost milli wiċċ imb wiċċ;

28.

Jinnota li matul l-2020 u l-2021, u minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-ippjanar operattiv kellu jiġi rivedut minħabba l-għeluq ta’ ċerti portijiet, u kienu meħtieġa jiem ta’ stennija bħala miżura preventiva, kif ukoll estensjoni tal-perjodu ta’ soġġorn fuq il-baħar; jinnota, barra minn hekk, li l-OPVs wettqu attivitajiet matul il-perjodu kollu tal-kriżi biex iwettqu kontroll u spezzjoni tas-sajd u biex jappoġġaw funzjonijiet oħra ta’ gwardja tal-kosta;

29.

Jissottolinja li l-Aġenzija, sabiex timmitiga l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-kontroll tas-sajd, l-ispezzjoni u l-infurzar tal-Istati Membri, u kif diġà ġie implimentat fl-2020, għamlet enfasi akbar fuq strumenti disponibbli oħra bħall-monitoraġġ u l-analiżi tad-data, abbażi tal-metodoloġija tal-Aġenzija għall-indikaturi tal-konformità, u użat għodod disponibbli bħal informazzjoni addizzjonali minn titjiriet ta’ sorveljanza f’kooperazzjoni mal-Frontex, l-użu ta’ droni fi ħdan il-kooperazzjoni mal-EMSA, u l-analiżi ta’ immaġnijiet satellitari minn Copernicus;

Kummenti oħra

30.

Jieħu nota tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-pubbliku ġenerali, f’kooperazzjoni mad-DĠ MARE; jinnota, b’mod partikolari, il-vidjos dwar il-kunċett ta’ Pjanijiet ta’ Eżerċizzju Konġunt u dwar il-Monitoraġġ Elettroniku mill-Bogħod fil-kontroll tas-sajd tal-UE prodotti fl-2021; jinnota b’apprezzament, barra minn hekk, il-kontribut tal-Aġenzija għall-bini ta’ kultura ta’ konformità tal-PKS permezz tal-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet ikkonċernati mhux governattivi;

31.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 128.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(3)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/291


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1879 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0085/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0112/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-Presiden

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/292


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1880 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0086/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0131/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/294


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1881 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0131/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 129 179 801,95, li jirrappreżenta żieda ta’ 25,39 % meta mqabbel mal-2020, prinċipalment minħabba r-riżorsi addizzjonali mogħtija fil-kuntest tar-Regolament (UE) 2019/1381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2); billi l-baġit tal-Awtorità huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2021 (“ir-rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit, matul is-sena finanzjarja 2021, irriżultaw f’implimentazzjoni tal-baġit ta’ rata tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali ta’ 99,99 %, li tirrappreżenta żieda ċkejkna ta’ 0,01 % meta mqabbla mal-2020; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 88,85 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 0,44 % meta mqabbla mal-2020;

Prestazzjoni

2.

Jinnota li l-pjan ta’ ħidma tal-Awtorità għall-2021 ġie eżegwit skont l-Istrateġija 2020, li l-bord ta’ ġestjoni ddeċieda li jestendi għal sena addizzjonali minħabba l-pandemija tas-SARS-CoV-2;

3.

Jinnota l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma mill-Awtorità u l-livell tajjeb ta’ prestazzjoni miksub f’termini tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u r-riżultati tal-Awtorità; jinnota li l-Awtorità rrevediet il-qafas tal-prestazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħha fl-2021 biex tallinjah mal-Istrateġija 2027 tal-Awtorità, adottata fl-2021, u implimentat bidliet fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2019/1381; jinnota, barra minn hekk, iż-żieda fir-responsabbiltà tal-Awtorità fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni wara li l-emenda għar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) daħlet fis-seħħ ukoll; jinnota, barra minn hekk, li l-awtorità adottat id-Dokument ta’ Programmazzjoni 2022-2024 tagħha;

4.

Jinnota li t-tneħħija ta’ prijoritizzazzjoni ta’ wħud mill-attivitajiet inizjalment ippjanati biex l-Awtorità tkun lesta għall-bidliet relatati mar-Regolament (UE) 2019/1381 ħolqot xogħol b’lura li nġarr għall-2021, u dan ikkawża dewmien fil-ġenerazzjoni ta’ titjib fl-effiċjenza; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

5.

Jilqa’ l-isforzi magħmula mill-Awtorità biex issaħħaħ il-kollaborazzjoni tagħha ma’ aġenziji oħrajn tal-Unjoni, li b’mod partikolari jiffokaw fuq żewġ aspetti, il-kondiviżjoni tal-ħtiġijiet għall-għoti u l-akkwist biex tkun tista’ ssir identifikazzjoni tal-proċeduri konġunti ta’ akkwist u l-kondiviżjoni ta’ teknoloġiji u ta’ riżorsi għall-adattament għal soluzzjonijiet komuni tal-IT; jinnota, b’mod partikolari, li l-Awtorità wettqet attivitajiet ta’ koordinazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini;

6.

Jenfasizza l-fatt li, fl-2021, l-Awtorità ffinalizzat 704 mistoqsija permezz ta’ opinjonijiet xjentifiċi, rapporti tekniċi u pubblikazzjonijiet ta’ sostenn, jiġifieri 81 inqas mis-785 li kienu ppjanati;

Politika dwar il-persunal

7.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, it-tabella tal-persunal kellha rata ta’ implimentazzjoni ta’ 98,16 %, b’5 uffiċjali u 368 aġent temporanju maħtura mit-total ta’ 380 post tax-xogħol awtorizzati fl-ambitu tal-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma’ 354 post awtorizzati fl-2020); jinnota li, barra minn hekk, 140 aġent kuntrattwali u 12-il espert nazzjonali sekondat ħadmu għall-Awtorità fl-2021; jinnota wkoll li l-Awtorità ngħatat 33 post tal-persunal ġdid għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1381;

8.

Jilqa’ l-bilanċ tal-ġeneru fi ħdan il-membri tal-maniġment superjuri tal-Awtorità, fejn 3 minn 5 (60 %) huma nisa; jinnota l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-bord ta’ ġestjoni tal-Awtorità, fejn 12 minn 15 (80 %) huma rġiel; jinnota l-bilanċ bejn il-ġeneri fi ħdan il-persunal ġenerali tal-Awtorità, fejn 285 minn 467 (61,03 %) huma nisa;

9.

Jilqa’ l-Istrateġija l-ġdida tal-Awtorità dwar ir-Reputazzjoni ta’ Min Iħaddem, li fiha deskrizzjoni ċara dwar il-prospetti tal-valur tagħha, bħal kundizzjonijiet tax-xogħol flessibbli u appoġġ għar-rilokazzjoni fost oħrajn, biex jitjieb it-tixrid immirat tal-postijiet vakanti tagħha lejn pajjiżi sottorappreżentati; jinnota li l-Awtorità ppjanat li toħloq sit web ġdid dwar il-karrieri; jinnota li l-Awtorità qed iżżid, b’mod partikolari, il-viżibbiltà tagħha bl-appoġġ tad-Dipartiment tal-Komunikazzjoni u s-Sħubija, in-Network tal-Aġenziji tal-UE, kif ukoll aġenziji internazzjonali u organizzazzjonijiet sħab oħra; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

10.

Jinnota ċerti limitazzjonijiet fl-applikazzjoni tar-regoli reċenti proposti mill-Kummissjoni Ewropea dwar it-telexogħol, li l-Awtorità tapplika b’analoġija, b’mod partikolari fir-rigward tat-telexogħol parzjali barra mill-pajjiż tal-impjieg; jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-regoli limitati attwali dwar it-telexogħol barra mill-pajjiż jista’ jkollhom impatt fuq l-attraenza tal-Awtorità meta tirrekluta kandidati mill-Istati Membri differenti tal-UE li jixtiequ jissieħbu mal-Awtorità; jappella għal aktar flessibbiltà fl-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli, peress li dan jikkontribwixxi biex l-Awtorità tkun aktar attraenti u jkun hemm bilanċ aħjar f’termini ta’ nazzjonalità tal-persunal tagħha.

11.

Jinnota li l-Awtorità għandha politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni ta’ fastidju psikoloġiku u sesswali, li tinkludi li jkun hemm disponibbli konsulenti kunfidenzjali għall-persunal kollu;

12.

Ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-għoti ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib ta’ bilanċ ġeografiku biex ikun hemm rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà kif ukoll l-iżgurar li jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jiġu promossi b’mod wiesa’;

Akkwist

13.

Jinnota li fl-2021 l-Awtorità mmaniġġjat 116-il proċedura ta’ akkwist u l-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku tagħha rrieżamina 16-il fajl bl-għan li jivverifika l-legalità u r-regolarità ta’ proċeduri ta’ akkwist kbar qabel il-firma tal-kuntratt propost; jinnota li għas-16-il fajl kollha, il-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku seta’, fir-rwol konsultattiv tiegħu, jivverifika b’aċċertament raġonevoli li l-proċeduri ta’ akkwist u l-kuntratti riżultanti huma regolari u legali;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

14.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Awtorità biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jiddispjaċih li l-Awtorità għadha ma tippubblikax is-CVs tal-membri tal-bord ta’ ġestjoni online; iħeġġeġ lill-Awtorità tieħu miżuri f’dak ir-rigward;

15.

Jinnota li fl-2021 l-Awtorità identifikat u mmaniġġjat disa’ kunflitti ta’ interess fil-livell ta’ dikjarazzjonijiet ta’ interessi annwali li jappartjenu għal esperti esterni; jinnota li l-Awtorità ddeċidiet li ma tirreklutax wieħed mill-kandidati magħżula minn qabel wara evalwazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ interessi; jinnota li l-Awtorità, barra minn hekk, identifikat u evitat tliet kunflitti ta’ interess fil-livell tal-proċeduri ta’ akkwist u ta’ għoti; jistieden lill-Awtorità tkompli bl-isforzi tagħha fl-identifikazzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, inklużi kunflitti ta’ interess potenzjali, u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata;

16.

Jistieden lill-Awtorità tiżgura li l-maniġment u l-membri konsultattivi kollha, is-sostituti tagħhom u esperti oħra jkunu ppreżentaw id-dikjarazzjonijiet ta’ interess annwali; jistieden lill-Awtorità tiżgura livell għoli ta’ konformità mar-regoli dwar il-kunflitt ta’ interess u t-trasparenza fl-attivitajiet kollha tagħha;

17.

Jinnota li għall-2022 l-Awtorità ppjanat li tadotta approċċ ġdid ta’ wara l-impjieg li jinkludi l-kriterji u l-proċedura li jitwaqqaf l-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali lill-persunal li jitlaq mis-servizz; jistieden lill-Awtorità tirrapporta dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

18.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti aktar regoli sistematiċi dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitt ta’ interessi, il-lobbjar illegali u r-revolving doors; jistieden lill-Awtorità ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tagħha, inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu intern kontra l-korruzzjoni;

Kontroll intern

19.

Jinnota li l-Awtorità wettqet valutazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll intern tagħha għas-sena ta’ rapportar u kkonkludiet li, b’mod ġenerali, il-komponenti u l-prinċipji kollha ta’ kontroll intern kienu preżenti u jiffunzjonaw kif maħsub; jilqa’ l-fatt li l-Awtorità minkejja dan identifikat għadd ta’ miżuri biex tkompli ssaħħaħ il-ġestjoni ta’ informazzjoni sensittiva, u biex tiżgura ġestjoni tar-riskju adegwata, mekkaniżmi ta’ kontroll intern għaż-żieda fil-fondi b’riżultat tar-Regolament (UE) 2019/1381;

20.

Jinnota li wara l-awditu tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) dwar il-valutazzjoni u l-adozzjoni ta’ eżiti xjentifiċi fil-qasam tal-ingredjenti u l-imballaġġ tal-ikel fl-2020, l-osservazzjoni ġiet implimentata u hija kkunsidrata kompluta mill-Awtorità;

21.

Jinnota li fl-2021, l-IAS ħareġ rapport finali dwar il-proċessi ta’ akkwist u ta’ għoti fl-Awtorità li jkopri s-snin 2019-2020; jinnota li l-IAS ikkonkluda li l-qafas ta’ governanza, ġestjoni tar-riskju u kontroll intern stabbilit mill-Awtorità għall-proċessi ta’ akkwist u ta’ għoti tagħha huwa ddisinjat b’mod adegwat, effiċjenti u effettiv, u għalhekk jipprovdi aċċertament raġonevoli li ntlaħqu l-objettivi prinċipali ta’ kontroll intern; jinnota li l-IAS ħareġ tliet rakkomandazzjonijiet importanti; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

22.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Awtorità; jinsisti b’saħħa fuq ir-rekwiżit ta’ sistemi effettivi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġu evitati każijiet potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess, kontrolli ex ante u ex post neqsin, ġestjoni inadegwata ta’ impenji baġitarji u legali, u nuqqas li jiġu rrapportati kwistjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet;

23.

Jinnota li l-azzjonijiet korrettivi biex jiġu segwiti l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-2020 tlestew; ifakkar fil-ħtieġa li jitlestew l-azzjonijiet korrettivi biex jiġu segwiti l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-2017, b’mod partikolari biex tissaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà billi dawn jaqgħu taħt ir-responsabbiltà diretta tad-Direttur tal-Awtorità;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

24.

Jinnota l-iżviluppi fl-oqsma tal-provvista ta’ servizzi tranżazzjonali, il-kollaborazzjoni diġitali u l-pjan direzzjonali teknoloġiku tal-Awtorità; jinnota l-għan tal-Awtorità li toħloq ambjent tax-xogħol aktar modern u aġli bit-twettiq ta’ investimenti fl-IT, li kienu saru fil-pjan direzzjonali teknoloġiku preċedenti u li għenu biex jiġi evitat tfixkil sever fil-ħidma tal-Awtorità matul il-pandemija tal-COVID-19; jilqa’ l-proġett ta’ kollaborazzjoni diġitali maħsub biex jitjieb l-iskambju ta’ għarfien u kompetenzi fi ħdan in-networks tal-Awtorità ta’ persunal, esperti u partijiet interessati; jinnota li l-proġett ta’ Kollaborazzjoni Diġitali qabeż il-mira ta’ 170 grupp ta’ kollaborazzjoni soċjali attiv fl-2021, ladarba għandu 204 gruppi attivi;

25.

Jinnota l-implimentazzjoni tal-għodda tal-IT imsejħa “soluzzjoni kompleta tal-IT għad-dikjarazzjonijiet ta’ interessi” bl-għan li jiġu implimentati attivitajiet relatati mal-indipendenza li jinkludu t-tgħarbil tad-dikjarazzjonijiet ta’ interessi suġġett għar-regoli tal-Awtorità dwar l-indipendenza; jinnota bi tħassib li s-soluzzjoni tal-IT il-ġdida esperjenzat problemi tekniċi li affettwaw b’mod negattiv l-implimentazzjoni ta’ tali attivitajiet; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

26.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f’termini ta’ operazzjoni u ġestjoni interni iżda wkoll sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-aġenzija tkun proattiva f’dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

27.

Iħeġġeġ lill-Awtorità taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u maċ-CERT-UE (l-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej), u twettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari tal-infrastruttura tal-IT tagħha u tiżgura li jsiru awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tagħha; jissuġġerixxi li toffri regolarment programmi ta’ taħriġ aġġornati relatati maċ-ċibersigurtà għall-membri kollha tal-persunal, inkluż il-maniġment, fl-Awtorità;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

28.

Jinnota li fl-2021 l-Awtorità kompliet bl-attivitajiet tagħha u kienet kapaċi twettaq il-programm ta’ ħidma tagħha minkejja l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19; jinnota li l-Awtorità ssospendiet il-missjonijiet tal-persunal tagħha, kif ukoll il-laqgħat/l-avvenimenti fiżiċi u tat prijorità lill-virtwalizzazzjoni, u b’hekk naqqset il-baġit fl-ispejjeż fil-linji baġitarji relatati meta mqabbla mas-sena finanzjarja 2020; jinnota, barra minn hekk, li ġie pospost id-dħul lura tal-persunal fl-uffiċċju u ġie promoss it-telexogħol; iħeġġeġ lill-Awtorità tuża t-tagħlimiet meħuda rigward l-ivvjaġġar tal-persunal sabiex, fil-futur, torganizza aħjar il-laqgħat u l-kompiti li jistgħu jsiru b’mod aktar effiċjenti b’mod remot milli wiċċ imb wiċċ;

29.

Jinnota li l-Awtorità fl-2021 bdiet tuża modulu ta’ onboarding elettroniku fl-Għodda ta’ Reklutaġġ Taleo, li timmaniġġja u tappoġġja l-onboarding ta’ persunal u apprendisti permezz ta’ soluzzjoni awtomatika li ġiet adattata ulterjorment għas-sitwazzjoni ta’ pandemija;

Kummenti oħra

30.

Jinnota l-isforzi tal-Awtorità biex iżżid l-għarfien dwar is-sikurezza tal-ikel fost il-pubbliku inġenerali permezz tat-tnedija tal-ewwel kampanja pan-Ewropea tagħha ta’ komunikazzjoni diġitali fl-2021, bl-għan li tispjega x-xjenza wara s-sikurezza tal-ikel fl-Unjoni b’mod aċċessibbli u li tgħin biex isiru deċiżjonijiet infurmati dwar l-għażliet tal-ikel; jinnota li l-kampanja twettqet bi sħubija mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mmirat direttament udjenzi mhux speċjalizzati; jinnota b’apprezzament ir-riżultati pożittivi, ivvalutati minn stħarriġ ta’ evalwazzjoni ta’ wara l-kampanja;

31.

Jenfasizza li l-awtorizzazzjoni rapida ta’ addittivi fl-għalf sostenibbli u alternattivi sostenibbli għall-pestiċidi għandha rwol importanti biex jintlaħqu l-ambizzjonijiet tal-istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”; jenfasizza f’dan ir-rigward li kapaċità suffiċjenti f’termini ta’ persunal u l-għarfien espert rispettiv tagħhom hija essenzjali sabiex jiġi evitat dewmien fil-proċeduri ta’ applikazzjoni u valutazzjoni għall-approvazzjoni ta’ addittivi fl-għalf sostenibbli u alternattivi sostenibbli għall-pestiċidi;

32.

Ifakkar li fl-2021, il-Parlament adotta sitt oġġezzjonijiet għall-importazzjoni ta’ għelejjel ġenetikament modifikati għall-ikel u l-għalf; jenfasizza li waħda mir-raġunijiet għal dawn l-oġġezzjonijiet huma l-lakuni fil-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-Bord dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati tal-Awtorità; iħeġġeġ lill-Awtorità tindirizza u tagħlaq dawn il-lakuni b’urġenza;

33.

Jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqasijiet persistenti fil-qasam tal-benessri tal-annimali, b’mod partikolari, iżda mhux limitat għat-trasport ta’ annimali ħajjin; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-bidu ta’ ħidma fuq sensiela kbira ta’ mandati għall-benessri tal-annimali li jikkonċernaw, b’mod partikolari, it-trasport tal-annimali, li se jifforma l-bażi ta’ leġiżlazzjoni ġdida li qed tiġi abbozzata f’dan il-qasam;

34.

Jistieden lill-Awtorità tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha (pereżempju r-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà), u tirrinforza l-kooperazzjoni, l-iskambju ta’ prattiki tajba u d-diskussjonijiet tagħha fir-rigward ta’ oqsma ta’ interess reċiproku ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni bl-għan li tittejjeb l-effiċjenza;

35.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 69.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/1381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 1829/2003, (KE) Nru 1831/2003, (KE) Nru 2065/2003, (KE) Nru 1935/2004, (KE) Nru 1331/2008, (KE) Nru 1107/2009, (UE) 2015/2283 u d-Direttiva 2001/18/KE, (ĠU L 231, 6.9.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(4)  Testi adottati, P9_TA (2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/299


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1882 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0086/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0131/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/300


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1883 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0087/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0121/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/301


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1884 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0121/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu (1), il-baġit finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (l-“Istitut”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 8 692 878, li jirrappreżenta żieda ta’ 12,17 % meta mqabbel mal-2020;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

C.

billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija valur ewlieni tal-Unjoni minqux fl-Artikolu 2 tat-TUE; billi l-Artikolu 8 tat-TFUE jiddikjara li fl-azzjonijiet kollha tagħha l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tinkoraġġixxi ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa, filwaqt li tistabbilixxi l-prinċipju ta’ integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;

D.

billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Unjoni ntlaqtet b’mod partikolari mill-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID, il-gwerra fl-Ukrajna, u r-rigressjonijiet fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa, speċjalment is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati (SRHR) f’diversi Stati Membri; billi n-nisa jinsabu f’riskju li jiġu affettwati b’mod sproporzjonat miż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u mill-għoli tal-ħajja b’mod ġenerali; billi dan għandu l-potenzjal li jkompli japprofondixxi l-inugwaljanzi u jfixkel l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi hemm bżonn ta’ aktar riċerka dwar l-impatt tal-faqar enerġetiku abbażi tal-ġeneru fl-Unjoni; billi l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-2022 huwa ta’ 68,6 madwar l-Unjoni, li jirrappreżenta żieda ta’ 0,6 punti biss meta mqabbel mal-2021, u dan juri li l-pass tal-Unjoni lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri miexi bil-mod;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali ta’ 98,92 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 1,18 % meta mqabbla mal-2020; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 71,39 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 3,44 % meta mqabbla mal-2020;

2.

Jinnota li l-ammont tal-baġit finali tal-Istitut huwa r-riżultat tal-ewwel emenda baġitarja ta’ EUR 971 698, li tirrappreżenta żieda fil-baġit ta’ 12 % meta mqabbel mal-baġit inizjali allokat għall-2021 u tat-tieni emenda baġitarja ta’ EUR 375 000, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 4,14 % adottata mill-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut minħabba l-iffrankar relatat mal-COVID-19 identifikat fi tmiem is-sena;

3.

Jirrikonoxxi żieda fin-nefqa amministrattiva riportata tal-Istitut għal 54,79 % fl-2022 (49,49 % fl-2021);

Prestazzjoni

4.

Ifakkar li l-Istitut ġie stabbilit sabiex jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Unjoni u jsaħħaħha; jisħaq fuq ir-rwol ewlieni li għandu l-Istitut fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Unjoni, bħal li jipprovdi riċerka u data, kompitu li fih wera li huwa vitali u effettiv; jissottolinja, għalhekk, li l-Istitut jeħtieġ li jingħata riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti u stabbli biex iwettaq il-kompiti tiegħu; ifakkar li l-kompitu tal-Istitut huwa li jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u li jiżviluppa, janalizza, jevalwa u jxerred għodod ta’ metodoloġija sabiex jappoġġa l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki kollha tal-Unjoni u l-politiki nazzjonali li jirriżultaw; iħeġġeġ il-kollaborazzjoni bejn l-Istitut u aġenziji oħra tal-Unjoni;

5.

Josserva li l-Istitut juża ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fir-rigward tal-objettivi operattivi biex jivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tiegħu; jinnota b’apprezzament li l-Istitut kiseb 96,62 % tal-programm ta’ ħidma tiegħu fl-2021, u b’hekk laħaq il-miri stabbiliti fid-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-2021-2023;

6.

Jinnota li fl-2021 l-Istitut ippubblika rapport li janalizza l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 għall-vittmi tal-vjolenza minn sieħeb intimu, u wettaq l-ewwel stħarriġ mifrux tiegħu li ġabar evidenza dwar il-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 għall-kura informali, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-benesseri, l-impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol; jinnota wkoll li permezz tal-iżvilupp tal-għodda dwar il-monitoraġġ tal-allokazzjonijiet tar-riżorsi għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-Istitut iffinalizza sett ta’ għodod pass pass dwar l-ibbaġitjar skont il-ġeneru bl-għan li jgħin lill-awtoritajiet maniġerjali jintegraw il-perspettiva tal-ġeneri taħt ġestjoni kondiviża; jinnota, barra minn hekk, li l-Istitut ħejja sett ta’ għodod dwar l-akkwist pubbliku reattiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru għall-fondi tal-Unjoni u l-baġits nazzjonali, biex jikkomplementa l-qafas tal-Kummissjoni għal akkwist pubbliku soċjalment responsabbli;

7.

Jinnota li l-Istitut saħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu mal-aġenziji tal-Unjoni matul is-sena, speċjalment mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound); jinnota l-involviment tal-Istitut fin-network tal-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni fil-kuntest tar-rispons għall-kriżi tal-COVID-19 u s-solidarjetà tal-Unjoni mal-Ukrajna; jinnota wkoll l-involviment tal-Istitut fin-Network tal-Aġenziji tal-UE għall-Pariri Xjentifiċi (EU-ANSA), b’mod partikolari bir-raggruppament tad-data kwantitattiva tal-istħarriġ u r-raggruppament soċjoekonomiku; jistieden lill-Istitut ikompli jiżviluppa s-sinerġiji tiegħu (pereżempju r-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà), il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajbin ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza;

8.

Jilqa’ l-kooperazzjoni li għaddejja bejn l-Istitut u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi; jisħaq fuq il-kontribut siewi li l-Istitut jista’ jagħti lill-kumitati kollha tal-Parlament, sabiex il-perspettiva tal-ġeneri tiġi integrata aħjar fil-politiki kollha tal-Unjoni; jirrikonoxxi l-ispeċjalizzazzjoni u l-għarfien tal-Istitut, speċjalment fil-forniment ta’ data u l-valutazzjoni tal-politiki tal-Istati Membri;

Politika dwar il-persunal

9.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 96 % tat-tabella tal-persunal kienet kompluta, bil-ħatra ta’ 26 aġent temporanju mis-27 aġent temporanju awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (l-istess numru ta’ pożizzjonijiet bħal fl-2020); jinnota li ġew ippubblikati 12-il sejħa għal applikazzjonijiet, inklużi erbgħa għal pożizzjonijiet ta’ aġenti kuntrattwali, ħamsa għal pożizzjonijiet ta’ aġenti temporanji, waħda għal espert nazzjonali sekondat u tnejn għal trainees; jenfasizza li matul l-2021, ir-rata tad-dawran kienet ta’ 11 %; jieħu nota tal-eżerċizzju ta’ skrinjar tal-persunal, skont liema 77,6 % tal-persunal tal-Istitut kien allokat għal kompiti operattivi, 14,5 % għal appoġġ amministrattiv u 7,9 % għal operazzjonijiet newtrali; josserva li fis-27 ta’ Mejju 2021 ġew adottati regoli ġodda dwar il-persunal tal-maniġment intermedju;

10.

Jinnota d-distribuzzjoni bilanċjata tal-ġeneri fil-maniġment superjuri (2 irġiel (50 %) u 2 nisa (50 %)), u d-distribuzzjoni tal-ġeneri żbilanċjata fil-bord ta’ tmexxija (6 irġiel (19 %) u 26 mara (81 %)) u fost il-persunal ġenerali (12-il raġel (29 %) u 30 mara (71 %)); itenni l-appell tiegħu lill-Istitut biex jiżgura bilanċ bejn il-ġeneri fil-futur; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord ta’ tmexxija tal-Istitut;

11.

Jinnota li l-Istitut, minbarra l-applikazzjonijiet għal traineeships u pożizzjonijiet ta’ esperti nazzjonali sekondati, fl-2021 irċieva 513-il applikazzjoni, li 68 % minnhom ġew sottomessi minn nisa u 32 % minn irġiel; jilqa’ l-fatt li nkiseb bilanċ bejn il-ġeneri fit-tim maniġerjali superjuri iżda huwa mħasseb dwar l-iżbilanċ fost il-persunal ġenerali; jilqa’ l-parteċipazzjoni attiva tal-Istitut mill-2021 fil-Grupp ta’ Ħidma dwar id-Diversità u l-Inklużjoni tan-Network tal-Aġenziji tal-UE (EUAN) u d-diversi azzjonijiet meħuda biex jittejbu d-diversità u l-inklużjoni fl-Istitut;

12.

Jinnota li fl-2021 l-Istitut għamel arranġamenti biex jiffirma kuntratt ta’ sena mal-kumpanija UAB Manpower Lit għall-forniment ta’ persunal interim; ifakkar li s-sentenza tal-11 ta’ Novembru 2021 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (kawża C-948/19) ikkonfermat l-applikabbiltà tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għall-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni, kif ukoll il-prinċipju tat-trattament ugwali tal-ħaddiema interim ma’ membri statutorji tal-persunal, u li l-Qorti Suprema tal-Litwanja kkonfermat din is-sentenza; josserva f’dan il-kuntest li l-kumpanija kkuntrattata UAB Manpower Lit irrifjutat li testendi l-kuntratt għall-forniment ta’ persunal interim mill-2022;

13.

Jirrakkomanda l-allokazzjoni ta’ aktar persunal lill-Istitut u finanzjament suffiċjenti filwaqt li titqies il-valutazzjoni proprja tal-Istitut tal-ħtiġijiet tiegħu sabiex ilaħħaq ma’ żieda qawwija fit-talbiet għal assistenza teknika dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, sabiex ikun hemm rispons urġenti għall-impatt li qed jiddeterjora tal-kriżijiet soċjali, ekonomiċi u klimatiċi differenti u suċċessivi fuq in-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u r-rigressjoni fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa, f’diversi Stati Membri u madwar id-dinja;

14.

Jilqa’ l-politika komprensiva ta’ benesseri tal-Istitut, b’għadd ta’ miżuri stabbiliti biex jappoġġaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, it-telexogħol u stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa għall-membri tal-persunal tiegħu; jinnota, fir-rigward tal-appoġġ psikoloġiku, li fl-2021 ġiet konkluża investigazzjoni indipendenti waħda dwar rapport ta’ fastidju psikoloġiku u din wasslet għat-tkeċċija tal-membru tal-persunal li kien soġġett għal investigazzjoni; ifaħħar il-pjan ta’ taħriġ komprensiv tal-Istitut għall-persunal tiegħu; iħeġġeġ lill-Istitut jiżviluppa politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-offerta ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib tal-bilanċ ġeografiku biex ikun hemm rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà kif ukoll l-iżgurar li jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jiġu promossi b’mod wiesa’;

Akkwist

15.

Jinnota li fl-2021 tlestew 47 proċedura ta’ akkwist amministrattiv u 62 proċedura ta’ akkwist operattiv; jinnota li l-Istitut aġġorna l-linji gwida dwar l-akkwist għall-persunal, inklużi listi ta’ kontroll, skedi ta’ żmien interni u passi proċedurali, sabiex tittejjeb il-kwalità tad-dokumenti prodotti fil-qafas tal-azzjonijiet ta’ akkwist;

16.

Jinnota bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti li fl-2021 l-Istitut għamel pagamenti irregolari (li jammontaw għal EUR 12 200) għax-xiri ta’ servizzi ta’ traduzzjoni li ma kinux fl-ambitu tas-sejħa għal espressjoni ta’ interess relatata;

17.

Ifakkar fl-importanza li l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku kollha jiżguraw kompetizzjoni ġusta bejn l-offerenti u li l-oġġetti u s-servizzi jiġu akkwistati bl-aħjar prezz, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji tat-trasparenza, il-proporzjonalità, it-trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni; jitlob l-implimentazzjoni tal-għodod tal-IT tal-akkwist elettroniku żviluppati mill-Kummissjoni; jitlob kjarifika aġġornata tal-proċeduri u l-mudelli fil-linji gwida dwar l-akkwist; jinnota bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti li d-dgħufijiet fl-akkwist pubbliku qed jiżdiedu u għadhom l-akbar sors ta’ pagamenti irregolari fil-biċċa l-kbira tal-aġenziji;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

18.

Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Istitut u l-isforzi li għaddejjin biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li l-Istitut qed jiffinalizza l-politika tiegħu dwar il-kunflitti ta’ interess; jinnota li l-istrateġija kontra l-frodi tal-2021-2023 ġiet implimentata b’suċċess fl-2021, f’konformità mal-pjan ta’ azzjoni relatat, abbażi tal-metodoloġija pprovduta mill-OLAF; jilqa’ l-fatt li, barra minn hekk, fl-2021 sar ħafna taħriġ fil-qasam tal-etika u l-integrità, kif ukoll sessjonijiet ta’ informazzjoni għall-prevenzjoni tal-frodi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti jew aġġornati regolarment regoli sistematiċi dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitt ta’ interess, il-lobbying illegali u r-revolving doors;

19.

Jinnota li l-Istitut ippubblika fuq is-sit web tiegħu s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tad-direttur tiegħu u tal-biċċa l-kbira tal-membri tal-bord ta’ tmexxija tiegħu; ifakkar fl-importanza li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess jiġu ppubblikati; jistieden lill-Istitut jippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri kollha tal-bord ta’ tmexxija tiegħu;

Kontroll intern

20.

Jilqa’ l-miżuri tal-Istitut meħuda fl-2021 biex tissaħħaħ is-sistema ta’ kontroll intern tiegħu; jinnota f’dan il-kuntest ir-reviżjoni tal-proċedura tiegħu għat-twettiq ta’ kontrolli ex post; ifaħħar f’dan ir-rigward li ilhom isiru kontrolli ex post minn Settembru 2021 u li l-azzjoni relatata marbuta mal-osservazzjoni tal-Qorti tlestiet; jilqa’ wkoll il-fatt li l-Istitut aġġorna l-politika tiegħu ta’ aċċertament tal-kwalità li tiddefinixxi miżuri speċifiċi ta’ kontroll għall-proġetti;

21.

Jinnota bi tħassib l-osservazzjonijiet tal-Qorti li jenfasizzaw diversi dgħufijiet fil-qasam tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll; jinnota li l-ewwel osservazzjoni hija marbuta ma’ proċedura ta’ reklutaġġ li biha l-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali ġew kompromessi, u li t-tieni osservazzjoni tirrapporta dwar ommissjonijiet fi proċedura ta’ selezzjoni waħda għal esperti nazzjonali sekondati li jikkompromettu l-oġġettività tagħha u juru dgħufijiet fil-kontrolli interni tal-Istitut; jinnota li t-tielet osservazzjoni hija marbuta ma’ proċedura ta’ akkwist li fiha l-membri kollha tal-kumitat ta’ evalwazzjoni kienu jappartjenu għall-istess unità amministrattiva, li jmur kontra l-Artikolu 150(3) tar-Regolament Finanzjarju; ifakkar li n-nuqqasijiet proċedurali fil-proċeduri ta’ reklutaġġ jikkompromettu l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament indaqs; jitlob li l-Istitut itejjeb il-proċedura interna ta’ reklutaġġ tiegħu biex jiċċara l-proċessi ta’ evalwazzjoni u l-avviżi dwar il-pożizzjonijiet vakanti;

22.

Jinnota li, wara l-Pjan Strateġiku ta’ Awditjar Intern għall-2019-2021 tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni, fl-2021 twettqu total ta’ 1 800 operazzjoni ta’ kontroll fuq kampjun ta’ 40 tranżazzjoni b’baġit totali kkontrollat ta’ EUR 920 776; jinnota li r-riżultati finali juru li s-sistema ta’ kontroll intern stabbilita tiżgura l-konformità tat-tranżazzjonijiet mar-regoli finanzjarji u mal-proċeduri interni; jinnota li r-rapport kien jinkludi erba’ rakkomandazzjonijiet biex jissaħħu l-kontrolli interni sabiex jiġu indirizzati nuqqasijiet żgħar; jilqa’ l-fatt li r-rakkomandazzjonijiet kollha, inkluż mis-snin preċedenti, ġew implimentati bis-sħiħ mill-Istitut u l-azzjonijiet relatati ngħalqu mill-IAS fi Frar 2022;

23.

Jinnota li twettqet valutazzjoni speċifika tal-kontroll intern għas-sena 2021 f’konformità mal-qafas ta’ kontroll intern tal-Istitut u mal-linji gwida għall-valutazzjoni tal-kontroll intern; jinnota l-konklużjoni ta’ dik il-valutazzjoni li l-prinċipji kollha huma preżenti u qed jiffunzjonaw kif maħsub, b’sitt nuqqasijiet moderati identifikati fir-rigward tal-komponenti 2, 3 u 5 tas-sistema ta’ kontroll intern; jistieden lill-Istitut iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li sar fl-indirizzar ta’ dawn in-nuqqasijiet; jilqa’ l-azzjonijiet implimentati mill-Istitut biex jittaffew l-oqsma ta’ riskju, inkluż fir-rigward ta’ funzjonijiet sensittivi;

24.

Jistieden lill-Istitut ikompli jsaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tiegħu, inkluż bl-istabbiliment ta’ mekkaniżmu intern kontra l-korruzzjoni;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

25.

Jinnota l-isforzi tal-Istitut biex jiżgura post tax-xogħol kosteffettiv u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; josserva li l-Istitut stabbilixxa għodda ta’ ġestjoni tal-missjonijiet biex jippermetti l-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 prodotti mill-vjaġġi; jieħu nota li l-monitoraġġ tal-2021 juri li l-emissjonijiet tas-CO2 tal-missjonijiet tal-Istitut ammontaw għal 8 tunnellati; jinnota li l-Istitut inkluda r-rekwiżiti tal-miżuri ambjentali f’diversi tipi ta’ kuntratti; jilqa’ l-impenn tal-Istitut li jinstalla pannelli solari fil-bini tiegħu f’Vilnius sabiex itejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-bini u li jiddependi biss minn sorsi ta’ enerġija ekoloġika; jinnota b’interess li ġiet akkwistata applikazzjoni li tgħin lill-Istitut iżomm rendikont tal-impronta ambjentali tiegħu, u li l-applikazzjoni għandha tiġi implimentata fl-2022; jistieden lill-Istitut iżomm lill-awtorità baġitarja infurmata dwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward;

26.

Jieħu nota li l-Istitut iddiġitalizza bis-sħiħ il-proċessi ewlenin tiegħu fl-2021 billi introduċa flussi tax-xogħol elettroniċi u firma elettronika; jinnota l-aġġornament tal-politika tas-sigurtà tal-ICT u tal-politika ta’ ġestjoni tal-informazzjoni tal-Istitut; jilqa’ t-tweġiba tal-Istitut li għandu ċibersigurtà stabbilita u li implimenta għadd ta’ miżuri dwar iċ-ċibersigurtà bħas-sistema ta’ awtentikazzjoni b’diversi fatturi u taħriġ dwar is-sigurtà għall-membri tat-tim tal-IT; iħeġġeġ lill-Istitut iwettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari dwar l-infrastruttura tal-IT tiegħu u jiżgura awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tiegħu;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

27.

Jinnota li l-Istitut adatta malajr biex jiżgura l-kontinwità tal-operat f’konformità mad-dokument uniku ta’ programmazzjoni rivedut; japprezza l-ħidma tal-Istitut fl-appoġġ tal-Presidenza Portugiża u dik Slovena tal-Kunsill, billi jipprovdi evidenza ġdida dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala bażi għall-konklużjonijiet rispettivi tal-Kunsill dwar l-impatt soċjoekonomiku tal-COVID-19 fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jinnota li ġew diskussi inizjattivi konġunti għall-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat u ta’ rispons għall-COVID-19 fi ħdan in-network tal-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni; jilqa’ l-fatt li l-Istitut aġġorna l-pjan ta’ kontinwità tal-operat tiegħu f’Lulju 2022;

28.

Iħeġġeġ lill-Istitut iqiegħed fil-prattika t-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19 rigward l-ivvjaġġar tal-persunal, sabiex fil-futur jorganizza aħjar il-laqgħat, l-avvenimenti u l-intervisti li jistgħu jsiru b’mod aktar effiċjenti b’mod remot pjuttost milli wiċċ imb wiċċ;

Kummenti oħra

29.

Ifaħħar lill-Istitut għall-isforzi biex iżid il-viżibbiltà pubblika tiegħu permezz ta’ laqgħat għall-istampa, stqarrijiet għall-istampa, kampanji tal-media bħas-16-il Jum ta’ Attiviżmu u kuntatt mill-qrib mal-ġurnalisti; jinnota l-metrika mtejba tal-Istitut rigward il-media soċjali u t-talbiet tal-media;

30.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 123.

(2)  Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).

(3)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/306


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1885 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0087/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0121/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/307


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1886 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0088/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0103/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/309


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1887 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0103/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa tagħha (1), il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (l-“Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 32 839 626, ammont li jirrappreżenta żieda ta’ 15,69 % meta mqabbel mal-2020; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 12 140 600, jiġifieri 36,96 %) u kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri (EUR 20 258 026, jiġifieri 61,69 %);

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 99,98 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 0,02 % meta mqabbla mal-2020; jinnota madankollu li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 79,12 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 3,67 % meta mqabbla mal-2020; jistieden lill-Awtorità ssaħħaħ ir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tagħha;

Prestazzjoni

2.

Jinnota li l-Awtorità tuża ċerti miżuri bħall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha; jinnota li fl-2021 l-Awtorità stabbiliet erbatax-il mira ta’ livell strateġiku għall-prestazzjoni fis-seba’ oqsma ewlenin ta’ ħidma tagħha; jinnota b’apprezzament li l-Awtorità kisbet jew qabżet tnax minn dawn il-miri u tinsab fil-proċess li tikseb iż-żewġ indikaturi ewlieni tal-prestazzjoni li fadal;

3.

Jinnota li 304 prodotti u servizzi, jew 88 % tat-total, twasslu fil-ħin mill-Awtorità u 35 prodott u servizzi oħra esperjenzaw dewmien minuri u 8 ma twettqux, spiss b’riżultat ta’ prijoritizzazzjoni mill-ġdid minħabba deċiżjonijiet politiċi, l-impatt tal-COVID-19, il-konnessjoni ma’ inizjattivi oħra u n-nuqqas ta’ riżorsi;

4.

Ifaħħar lill-Awtorità għall-kisbiet ewlenin tagħha fl-2021; jinnota l-iżvilupp ta’ standards tekniċi, li għandhom l-għan li jiġġieldu l-“greenwashing” tal-prodotti finanzjarji u li jagħmlu d-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija fuq il-prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni aktar aċċessibbli għall-investituri fil-livell tal-konsumatur; jinnota b’sodisfazzjon li fl-2021 l-Awtorità ppubblikat il-kriterji għall-indipendenza tal-awtoritajiet superviżorji, filwaqt li indirizzat il-konverġenza superviżorja f’oqsma bħall-prattiki superviżorji u l-aspettattivi f’każ ta’ ksur; jilqa’ l-iżvilupp tal-Qafas Ewropew għall-Valutazzjoni tar-Riskju Sistemiku li jippermetti lill-Awtorità u lill-membri tagħha jiżviluppaw opinjoni dwar ix-xejriet u l-iżviluppi tas-suq Ewropew tal-assigurazzjoni u r-riskju sistemiku potenzjali;

5.

Jinnota li fl-2021 l-Awtorità allokat mill-ġdid ir-riżorsi umani li għandhom l-għan li jappoġġjaw il-konverġenza superviżorja; jinnota li din l-allokazzjoni kienet segwitu għar-rakkomandazzjoni li għamlet il-Qorti fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 29/2018 dwar l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol; jirrikonoxxi l-isforzi investiti mill-Awtorità fit-trasformazzjoni diġitali biex iżżid l-effiċjenza permezz ta’ modernizzazzjoni tal-infrastruttura teknika fundamentali, inizjattivi li jixprunaw l-awtomatizzazzjoni tal-proċess tan-negozju u t-titjib tal-Extranet, fost oħrajn;

Politika dwar il-persunal

6.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 99 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, b’137 aġent temporanju maħtura minn total ta’ 138 aġenti temporanji awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 127 post tax-xogħol awtorizzati fl-2020); jinnota li, barra minn hekk, 33 aġent kuntrattwali u 23 espert nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għall-Awtorità fl-2021;

7.

Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Awtorità lejn il-kisba ta’ aktar bilanċ bejn il-ġeneru tal-persunal; jieħu nota tat-tqassim skont il-ġeneru tal-Awtorità rrappurtat għall-2021 b’ħames irġiel (63 %) u tliet nisa (38 %) f’pożizzjonijiet maniġerjali superjuri, tliet irġiel (43 %) u erba’ nisa (57 %) fil-bord maniġerjali tagħha, u 98 raġel (52 %) u 89 mara (48 %) fil-persunal ġenerali tagħha; jappella l-Awtorità biex tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-għoti ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib tal-bilanċ ġeografiku biex ikun hemm rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà kif ukoll l-iżgurar li jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jiġu promossi b’mod wiesa’;

8.

Jilqa’ l-fatt li l-Awtorità, filwaqt li ħadmet mill-bogħod, wettqet ukoll ir-reklutaġġ tagħha mill-bogħod, u poġġiet l-enfasi tagħha fuq li jkollha l-profili t-tajba biex tiżgura t-twettiq kontinwu tal-mandat tal-Awtorità, u li l-Awtorità kompliet tintegra lill-impjegati ġodda matul is-sena billi pprovditilhom sessjonijiet ta’ induzzjoni speċifiċi u appoġġ meħtieġ meta wieħed jingħaqad mal-Awtorità mill-bogħod;

9.

Jinnota li fl-2021 l-Awtorità pprovdiet lill-persunal u lill-maniġment taħriġ iddedikat biex jittrattaw is-sitwazzjoni tax-xogħol il-ġdida, bħal timijiet ibridi u xogħol mill-bogħod; jinnota b’mod partikolari li t-tisħiħ tal-ħiliet ta’ tmexxija u ta’ ġestjoni tat-tim maniġerjali kien fil-qalba tat-taħriġ ta’ dan tal-aħħar fl-2021;

10.

Jieħu nota b’apprezzament tal-isforz tal-Awtorità matul l-2021 biex iżżid l-għarfien dwar l-assigurazzjoni u l-pensjonijiet bħala għażla ta’ karriera ta’ sodisfazzjon għan-nisa, speċjalment f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija, billi tippubblika serje ta’ profili ta’ nisa fi rwoli ta’ tmexxija u billi tqis id-diversità tal-kelliema f’impenji ta’ għoti ta’ diskorsi bħala fattur deċiżjonali;

11.

Jieħu nota tat-tiġdid tal-kompożizzjoni tal-bord tal-appell fl-1 ta’ Diċembru 2021; josserva wkoll li dan it-tiġdid kien jikkonċerna ħames membri u ħames sostituti li l-mandat tagħhom se jibqa’ għaddej sat-30 ta’ Novembru 2026, u jiġġedded darba;

12.

Jilqa’ l-adozzjoni tal-politika li tipproteġi d-dinjità tal-persuna mill-fastidju psikoloġiku u sesswali; jieħu nota tal-proċedura dettaljata fis-seħħ li tiżgura l-implimentazzjoni tal-politika; ifaħħar lill-Awtorità għan-network intern tagħha ta’ konsulenti kunfidenzjali li huma mħarrġa biex jagħtu pariri lill-persunal u biex jinvolvu ruħhom fi proċedura informali dwar il-fastidju, jekk ikun hemm bżonn bħal dan; jilqa’ l-adozzjoni tad-deċiżjoni mudell dwar l-inkjesti amministrattivi u l-proċedimenti dixxiplinari; jinnota li din id-deċiżjoni mudell tikkontribwixxi għall-miżuri protettivi għall-allegati vittmi ta’ fastidju;

13.

Ifaħħar l-impenn tal-Awtorità favur approċċ proattiv għall-ġestjoni tad-diversità li jmur lil hinn mill-iżgurar tal-konformità mar-regoli tan-nondiskriminazzjoni u tal-ugwaljanza; jilqa’ l-adozzjoni tal-Istrateġija għad-Diversità u l-Inklużjoni u l-pjan ta’ azzjoni dettaljat, inkluża l-adozzjoni tal-Karta tal-UEAN dwar id-Diversità u l-Inklużjoni u azzjonijiet li jkopru miżuri trażversali; jinnota li tali miżuri jinkludu l-kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra, l-assigurazzjoni ta’ karriera ġusta u ekwa, u miżuri mmirati fir-rigward ta’ gruppi speċifiċi;

Akkwist

14.

Jinnota bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti li l-kuntratt tal-kiri għall-bini tal-Awtorità jistipula li sid il-kera jeħtieġlu jagħti l-kunsens tiegħu minn qabel, qabel ma jkunu jistgħu jsiru bidliet fil-proprjetà u qabel ma jkun jista’ jiġi installat tagħmir addizzjonali; jinnota wkoll ir-rimarka tal-Qorti rigward l-istipulazzjoni li x-xogħlijiet kollha assoċjati jistgħu jitwettqu biss minn kuntratturi nnominati minn sid il-kera; jiddeplora l-fatt li dawk ir-restrizzjonijiet kuntrattwali wasslu lill-Awtorità biex tagħti xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni direttament lill-kuntratturi nnominati mis-sid, mingħajr proċedura ta’ akkwist xierqa; Jieħu nota tal-konklużjoni tal-Qorti li l-ammonti kkonċernati minn din il-klawżola kuntrattwali (EUR 288 125 imħallsa fl-2021) kienu għalhekk irregolari; jistieden lill-Awtorità tirrispetta l-obbligi tagħha previsti fir-regoli applikabbli meta tniedi l-proċeduri ta’ akkwist futuri tagħha;

15.

Ifakkar fl-importanza tal-proċedura ta’ akkwist, biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn l-offerenti u biex jiġu akkwistati prodotti u servizzi bl-aħjar prezz, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji tat-trasparenza, il-proporzjonalità, it-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni; jinnota bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti rigward id-dgħufijiet fl-akkwist pubbliku li qed jiżdiedu u jibqgħu l-akbar sors ta’ pagamenti irregolari għall-biċċa l-kbira tal-aġenziji; jistieden lill-Awtorità timplimenta l-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni għall-akkwist elettroniku żviluppati mill-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara u taġġorna l-proċeduri u l-mudelli fil-linji gwida dwar l-akkwist;

Prevenzjoni u ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess, u trasparenza

16.

Jinnota li, fl-2021, skont ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Awtorità tal-bord tas-superviżuri (BoS), il-membri tal-BoS li kellhom kunflitt ta’ interess ma jistgħux jieħdu sehem fid-diskussjonijiet tal-BoS jew jivvutaw dwar il-kwistjoni, iżda minkejja dan jibqgħu preżenti fil-laqgħa; itenni l-osservazzjoni tal-Qorti li l-preżenza fil-laqgħat tal-BoS tal-membri tal-BoS li għandhom kunflitt ta’ interess toħloq riskju għall-indipendenza tal-BoS; jieħu wkoll nota tal-konklużjonijiet tal-Qorti li ż-żewġ assessuri li nħatru mill-bord maniġerjali biex ifasslu r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni tal-president u tad-direttur eżekuttiv iżommu dan ir-rwol, anke f’każijiet fejn jista’ jkun hemm kunflitt ta’ interess; jilqa’ l-fatt li f’Lulju 2022, il-BoS irreveda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu biex jimplimenta l-osservazzjoni tal-Qorti rigward il-preżenza matul id-diskussjonijiet u l-votazzjoni ta’ membri tal-BoS li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi; jinnota wkoll li, f’Diċembru 2022, il-bord maniġerjali tal-Awtorità approva deċiżjoni riveduta rigward l-evalwazzjoni tal-president u tad-Direttur Eżekuttiv, f’konformità mal-osservazzjonijiet tal-Qorti;

17.

Jinnota li r-rapport tal-Qorti vvaluta każ wieħed ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali bejn l-2019 u l-2021 fir-rigward ta’ membru anzjan tal-persunal li aċċetta pożizzjoni ġdida barra mill-Awtorità; jieħu nota bi tħassib tal-osservazzjoni tal-Qorti li f’dan il-każ l-Awtorità ma kkonsultatx lill-Kumitat Konġunt, u b’hekk kisret l-Artikolu 16 tar-Regolamenti Nru 31 (KEE), Nru 11 (KEEA) (2) (ir-“Regolament tal-Persunal”) u l-Artikolu 2 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal; jinnota, madankollu, ir-reviżjoni tar-regola tal-etika tal-Awtorità għall-membri tal-persunal adottata f’Diċembru 2022, fejn jistgħu jiġu stabbiliti diversi kumitati konġunti skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Persunal, inkluż għall-maniġers superjuri;

18.

Jilqa’ l-fatt li f’konformità mar-rekwiżiti legali tal-Awtorità, is-CVs tal-membri tal-BoS u tal-bord maniġerjali, is-CVs tal-President u tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità u s-CVs qosra tal-kapijiet tad-dipartimenti tal-Awtorità huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Awtorità; jilqa’ wkoll il-pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-Awtorità tal-laqgħat tal-persunal tagħha mal-lobbisti;

19.

ifaħħar lill-Awtorità b’mod partikolari talli kienet fost id-disa’ aġenziji li kienu introduċew ir-regoli interni tagħhom stess biex jittrattaw in-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jirregolaw l-attivitajiet tal-membri tal-bordijiet tal-aġenziji, u b’hekk tmur lil hinn mir-rekwiżiti legali minimi meta tittratta sitwazzjonijiet ta’ “revolving door” potenzjali;

20.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti settijiet sistematiċi ta’ regoli dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitti ta’ interess u l-lobbjar illegali; jistieden lill-Awtorità tistabbilixxi wkoll miżuri interni kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-Awtorità biex tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar f’dan ir-rigward;

21.

Jinnota r-regoli fis-seħħ għall-iżvelar ta’ informazzjoni protetta esterna u interna; jinnota b’apprezzament li l-Awtorità ħolqot paġna web pubblika speċifika fuq is-sit web tagħha, inkluż kaxxa postali funzjonali bi drittijiet ta’ aċċess ristretti biex tiżgura l-protezzjoni tal-informaturi skont l-Artikolu 17a tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); jilqa’ l-iżvilupp ulterjuri tar-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Awtorità li jistabbilixxu linji gwida dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta;

Kontroll intern

22.

Jilqa’ l-fatt li l-Awtorità implimentat ir-rakkomandazzjonijiet kritiċi u importanti ħafna kollha tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni u li ssegwi mill-qrib l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li fadal permezz ta’ pjanijiet ta’ azzjoni ddedikati u fi ħdan l-iskadenzi miftiehma;

23.

Jinnota li l-Awtorità wettqet il-valutazzjoni annwali tal-Qafas ta’ Kontroll Intern tagħha, u kkonkludiet li l-komponenti u l-prinċipji kollha huma implimentati u jiffunzjonaw kif suppost, anke jekk hemm bżonn għadd ta’ titjib f’oqsma bħall-kontinwità tal-operat, il-ġestjoni tal-proċessi, it-taħriġ u s-sensibilizzazzjoni; jilqa’ l-eżami sistematiku tal-Awtorità tar-riżultati u l-indikaturi tal-kontroll, kif ukoll l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-IAS, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Kwalità, il-kumpaniji tal-awditjar u l-Qorti;

24.

Ifaħħar il-miżuri tmeħuda mill-Awtorità fl-2021 biex tindirizza r-riskji fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ setgħat u kompiti ġodda, problemi biex jiġi attirat persunal b’ħiliet u bil-kompetenzi meħtieġa, u t-theddid għaċ-ċibersigurtà; jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Awtorità li fl-2021 introduċiet titjib fil-proċess tal-ġestjoni tar-riskju tagħha bil-għan li jiġu kkoordinati b’mod effikaċi l-proċessi tal-ippjanar u tar-rapportar, l-attivitajiet ta’ monitoraġġ trimestrali u s-simplifikazzjoni tar-reġistri kollha tar-riskji; jilqa’ l-fatt li fl-2021 l-Awtorità analizzat ir-riżultati tal-istrateġiji preċedenti tagħha kontra l-frodi li għenu biex tiġi definita l-Istrateġija attwali tal-Awtorità Kontra l-Frodi 2022-2024;

25.

Jinnota li fl-2021, l-Awtorità wettqet għall-ewwel darba valutazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli tagħha fir-rigward tal-attivitajiet ex ante u ex post, il-ġestjoni baġitarja, l-ippjanar, l-evalwazzjoni, il-ġlieda kontra l-frodi, il-protezzjoni tad-data, l-etika, il-ġestjoni tar-riskju u l-kontroll intern; jinnota wkoll li dawn il-kontrolli fl-2021 kellhom spejjeż diretti li jirrappreżentaw 1,98 % tal-baġit totali tal-Awtorità għall-2021 b’7,47 FTEs allokati għalihom; ifaħħar lill-Awtorità għall-kosteffettività notevoli tal-kontrolli tagħha;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

26.

Jinnota li l-Awtorità kkollaborat ma’ konsulenti esterni għall-implimentazzjoni ta’ diversi proġetti tat-teknoloġija tal-informazzjoni; ifaħħar lill-Awtorità għall-preżentazzjoni ta’ Strateġija Cloud ġdida u għat-tħejjija għat-tranżizzjoni teknika ewlenija fl-2022 u fl-2023;

27.

Ifakkar fl-importanza li jsir investiment fil-persunal tal-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni b’kuntratti fit-tul biex jiġi evitat l-eżodu ta’ mħuħ, l-ineffiċjenzi u potenzjalment iż-żieda fir-riskji u d-dgħufija fl-attakki ċibernetiċi;

28.

Iħeġġeġ lill-Awtorità taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) u mal-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE) u twettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari tal-infrastruttura tal-IT tagħha u tiżgura li jsiru awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tagħha; jissuġġerixxi li jiġu offruti programmi ta’ taħriġ relatati maċ-ċibersigurtà, aġġornati b’mod regolari, għall-persunal kollu, inkluż il-maniġment; jistieden lill-Awtorità tkompli tiżviluppa l-politika tagħha dwar iċ-ċibersigurtà, u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jkun sar f’dan ir-rigward;

29.

Jinnota li l-Awtorità investiet il-fondi ffrankati minħabba miżuri ta’ prevenzjoni tal-COVID-19 f’teknoloġiji ġodda u d-diġitalizzazzjoni ta’ proċessi, bħal, iżda mhux limitati għal, l-implimentazzjoni tar-Reġistri tal-Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) u l-iżvilupp ta’ soluzzjoni ġdida ta’ Intelligence tan-Negozju (BI 2,0);

30.

Jilqa’ l-fatt li mill-1 ta’ Lulju 2021, l-Awtorità adottat Linji gwida dwar is-sigurtà u l-governanza tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bil-għan li tinbena reżiljenza diġitali għall-parteċipanti kollha fis-sistema finanzjarja;

31.

Jilqa’ l-fatt li f’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti, l-Awtorità qed timplimenta l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) li għaliha ġiet ippjanata ċertifikazzjoni b’mod indikattiv għall-2022; jilqa’ wkoll il-ħolqien ta’ reġistru tal-aspetti ambjentali li jagħti dettalji dwar l-impatti ambjentali ewlenin tal-Awtorità, il-pjan ta’ azzjoni tal-Awtorità b’madwar 140 azzjoni u l-istabbiliment tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha; jieħu nota tal-azzjonijiet implimentati mill-Awtorità biex tnaqqas l-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet amministrattivi tagħha, fost l-oħrajn bi tnaqqis fl-użu tal-karti, l-implimentazzjoni tal-flussi tax-xogħol elettroniku jew appoġġ għall-parteċipazzjoni virtwali f’avvenimenti;

32.

Jilqa’ l-fatt li l-Awtorità ngħaqdet ma’ proċedura ta’ akkwist interistituzzjonali għal kumpens għal emissjonijiet ta’ karbonju, u ppjanat li tikkumpensa mill-2022 madwar 250-300 tunnellata ta’ emissjonijiet tal-karbonju relatati ma’ attivitajiet organizzattivi bħall-ivvjaġġar essenzjali għan-negozju; jilqa’ wkoll l-impenn tal-Awtorità li tnaqqas l-għadd ta’ laqgħat u missjonijiet fuq il-post tagħha b’35 % mill-2022;

Kontinwità tan-negozju matul il-kriżi tal-COVID-19

33.

Jinnota li l-2021 kienet ikkaratterizzata minn Programm ta’ Ħidma Annwali impenjattiv ħafna li kien jinkludi ħidma mhux prijoritizzata fl-2020 minħabba l-impatt tal-COVID-19 fuq il-ħidma tal-Awtorità; iħeġġeġ lill-Awtorità ipoġġi t-tagħlimiet meħuda rigward l-ivvjaġġar tal-persunal tagħha fil-prattika, sabiex torganizza aħjar liema laqgħat u kompiti jistgħu jitwettqu b’mod aktar effiċjenti b’mod remot pjuttost milli wiċċ imb wiċċ;

34.

Jinnota li l-Awtorità rrappurtat li kompliet tapplika miżuri differenti fir-rigward tal-persunal, il-viżitaturi u l-membri tal-bord maniġerjali biex tnaqqas it-tixrid tal-virus tal-COVID-19 u biex tiżgura l-kontinwità tan-negozju; jinnota b’mod partikolari li l-persunal kollu tal-Awtorità, il-korpi governattivi u l-gruppi ta’ ħidma komplew jaħdmu esklussivament mill-bogħod; jinnota wkoll li, b’mod simili għas-sena preċedenti, l-Awtorità rrappurtat iffrankar baġitarju ta’ madwar EUR 1 150 000, primarjament bħala riżultat tas-sospensjoni tal-ivvjaġġar tal-persunal u laqgħat esklussivament mill-bogħod tal-persunal, il-bord maniġerjali u l-BoS;

Kummenti oħra

35.

Ifaħħar il-kollaborazzjoni tal-Awtorità ma’ aġenziji oħra fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni, li taħdem fuq proġetti konġunti mmirati lejn il-ħolqien u l-bini ta’ rapportar regolatorju diġitali u pjattaforma għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-valutazzjonijiet tal-idoneità u l-adegwatezza fost l-oħrajn; jieħu nota b’apprezzament tal-parteċipazzjoni fl-2021 tal-Awtorità fis-sessjonijiet ta’ superviżjoni konġunti għall-Kunsillieri Kunfidenzjali, inizjattiva tal-EU-OSHA;

36.

Jieħu nota tal-isforzi tal-Awtorità biex iżżid il-viżibbiltà pubblika tagħha permezz ta’ preżenza intensifikata fuq il-media soċjali, il-konferenzi stampa, intervisti lill-istrumenti tal-media, laqgħat ma’ assoċjazzjoni tal-konsumaturi u akkademiċi jew parteċipazzjoni f’impenji ta’ għoti ta’ diskorsi f’avvenimenti organizzati minn partijiet terzi; jistieden lill-Awtorità tkompli u tintensifika l-azzjonijiet tagħha lejn viżibbiltà pubblika u sensibilizzazzjoni akbar;

37.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 141.

(2)  Ir-Regolament Nru 31(KEE), 11(KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 45, 14.6.1962, p. 1385/62).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(4)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/315


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1888 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0088/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0103/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/316


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1889 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0089/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/819 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0130/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(5)   ĠU L 189, 28.5.2021, p. 61.

(6)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/318


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1890 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0130/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu (1), il-baġit finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) (l-“Istitut”) għas-sena finanzjarja 2021 kien jammonta għal EUR 360 913 825,71, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 42,26 % meta mqabbel mal-2020;

B.

billi EUR 357 511 198 (96 %) ġew allokati mill-Bord tat-Tmexxija lit-tmien Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) tal-Istitut għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju tal-2021 tagħhom;

C.

billi l-baġit għas-sena finanzjarja 2021 naqas minħabba l-ammont ferm aktar baxx ta’ għotjiet mogħtija u implimentati għall-KKI fl-2021 minħabba t-tranżizzjoni bejn il-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali preċedenti u dak ġdid;

D.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li l-Qorti kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali ta’ 97,91 %, li tfisser tnaqqis ta’ 1,94 % meta mqabbla mal-2020; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 99,47 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 0,34 % meta mqabbla mal-2020;

2.

Jinnota l-adozzjoni tal-Aġenda Strateġika ta’ Innovazzjoni (ASI) 2021-2027 tal-Istitut li timmarka ż-żieda fil-baġit tal-Istitut ta’ kważi EUR 3 biljun għall-perjodu ta’ seba’ snin u mandat imsaħħaħ;

3.

Jinnota, fir-rigward tal-osservazzjoni ta’ segwitu fir-rigward tar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza ta’ EUR 1 200 imġarrba minn membru interim tal-persunal tal-Istitut, li, bħala miżura korrettiva, fl-2022 l-Istitut nieda offerta ġdida għall-ikkuntrattar ta’ servizzi interim, li tkopri l-ispejjeż tal-missjonijiet tal-aġenti interim u l-aspetti relatati mal-ivvjaġġar sabiex jittaffew ir-riskji potenzjali;

Prestazzjoni

4.

Jinnota li l-Istitut juża sistema ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni assoċjata mal-KKI tal-Istitut; jinnota li, bħal f’dawn l-aħħar snin, il-KKI ma użawx bis-sħiħ l-ammonti tal-għotjiet mogħtija mill-Istitut;

5.

Jinnota li l-Istitut implimenta b’mod estensiv il-programm ta’ ħidma tiegħu fl-2021, għalkemm seħħ xi dewmien minħabba l-adozzjoni tardiva tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (2) u r-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); jinnota li xi prijoritajiet ġew posposti għall-2022, jiġifieri l-istrateġija ta’ monitoraġġ u t-tranżizzjoni lejn eGrants, minħabba r-riżorsi umani insuffiċjenti tal-Istitut; jinnota, fost il-kisbiet ewlenin tal-Istitut fl-2021, it-tnedija tal-“Inizjattiva HEI: Bini ta’ Kapaċità ta’ Innovazzjoni għall-Edukazzjoni Għolja”, li tirrappreżenta objettiv ewlieni tal-ASI għall-2021-2027; japprezza li ż-żmien medju għall-għotja naqas minn 187 jum għal 117-il jum;

6.

Jilqa’ l-iżvilupp ta’ sinerġiji u prattiki ta’ kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet u korpi oħra; jinnota f’dan il-kuntest il-progress fl-2021 fl-implimentazzjoni tal-memorandum ta’ qbil tal-Istitut mal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC), hekk kif proġetti konġunti rigward in-negozji ġodda tal-KKI jingħaqdu mal-programm ta’ aċċellerazzjoni tal-EIC jew bil-promozzjoni tal-aġenda tal-intraprenditorija tan-nisa; jinnota l-kooperazzjoni tal-Istitut mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi f’oqsma bħall-bordijiet ta’ reklutaġġ jew il-back up tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT); jinnota wkoll il-kollaborazzjoni produttiva tal-Istitut mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea biex tingħata spinta lill-innovazzjoni fost in-negozji Ewropej u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, hekk kif aktar minn 700 persuna pparteċipaw f’35 attività fl-2021;

Politika dwar il-persunal

7.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 93 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, bil-ħatra ta’ 42 aġent temporanju minn total ta’ 45 aġent temporanju awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni (l-istess għadd ta’ pożizzjonijiet awtorizzati bħal fl-2020); jinnota wkoll, barra minn hekk, li fl-2021 kienu jaħdmu għall-Istitut 21 aġent kuntrattwali, 15-il persuna interim kif ukoll espert nazzjonali sekondat;

8.

Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-pożizzjonijiet maniġerjali superjuri u intermedji tal-Istitut, peress li ħamsa minn sitta (83 %) huma rġiel; jinnota r-rappreżentazzjoni tal-ġeneri fi ħdan il-bord tat-tmexxija tal-Istitut, fejn 9 minn 15-il persuna (60 %) huma rġiel u fi ħdan il-persunal ġenerali tal-Istitut, fejn 35 minn 63 persuna (56 %) huma nisa; jinnota l-impenn tal-Istitut biex jimplimenta l-pjan ta’ azzjoni tiegħu dwar il-ġeneru, b’sensiela ta’ attivitajiet organizzati fl-2021, bħall-programm trasversali tal-KKI ddedikat għall-intraprenditorija u t-tmexxija tan-nisa u l-proġett iddedikat “Girls Go Circular” biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika; jistieden lill-Istitut jieħu miżuri konkreti biex itejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-ġerarkija malajr kemm jista’ jkun u jirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza;

9.

Jinnota li eks Kummissarju u eks Membru tal-Parlament Ewropew qed jirċievu flus mill-baġit tal-Istitut bħala membri tal-bord tat-tmexxija tal-Istitut;

10.

Jinnota d-dawran tal-impjegati tal-Istitut ta’ 6,3 % fl-2021; jinnota d-diffikultajiet tal-Istitut biex jattira u jżomm professjonisti b’ħiliet għolja minħabba l-koeffiċjenza baxxa tas-salarju għall-Ungerija; jilqa’ l-miżuri ta’ inċentivar u l-inizjattivi soċjali tal-Istitut biex jipprevjeni rata għolja ta’ dawran tal-impjegati;

11.

Jinnota ż-żieda konsiderevoli fl-ammont ta’ xogħol tal-Istitut fl-2021 kif ukoll il-kompiti ġodda marbuta mal-mandat estiż tal-Istitut fl-ambitu tal-Orizzont Ewropa; jinnota, madankollu, li ż-żieda fix-xogħol fir-rigward tal-mandat u l-kompiti ma kinux akkumpanjati minn riżorsi ġodda ta’ persunal, u dan wassal għal sitwazzjoni kritika ta’ nuqqas ta’ persunal li tpoġġi f’riskju l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma pluriennali tal-Istitut kif ukoll l-assigurazzjoni dwar il-fondi ġestiti; jinnota li, b’konsegwenza, l-ispejjeż amministrattivi tal-Istitut huma baxxi ħafna, jiġifieri 2 % tal-baġit totali tiegħu meta mqabbel ma’ medja ta’ 4,6 % taħt Orizzont 2020; jinnota, f’dan il-kuntest, ir-riskju li l-elementi ewlenin kollha tal-programm ta’ ħidma annwali tal-Istitut ma jiġux implimentati; jinnota li n-nuqqas ta’ persunal tal-Istitut u r-riskji li dan iġib miegħu ġew indirizzati mill-bord tat-tmexxija tal-Istitut li, fi tmiem l-2021, approva r-riorganizzazzjoni tal-ġestjoni tar-riżorsi disponibbli, b’reviżjoni tal-istruttura u l-organigramma tal-Istitut prevista fl-2022; jenfasizza li l-Istitut, wara li ġie rrifjutat l-ewwel talba għal karigi addizzjonali għall-2021 u l-2022, introduċa mill-ġdid talba għal 10 pożizzjonijiet addizzjonali fl-2022; jirrikonoxxi l-ħtieġa għall-allinjament tar-riżorsi tal-Istitut mal-aspettattivi l-ġodda tal-mandat; ifakkar li jekk ir-rekwiżiti tal-persunal ma jiġux issodisfati, jikber ir-riskju ta’ żbalji u irregolaritajiet u b’hekk tiġi kkawżata wkoll ħsara potenzjali lill-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni;

12.

Ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-għoti ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-kisba tal-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib ta’ bilanċ ġeografiku biex tiġi żgurata rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà, kif ukoll l-iżgurar li jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jiġu promossi b’mod wiesa’;

Akkwist

13.

Jinnota li, fl-2021, l-Istitut lesta 87 % tal-proċeduri ta’ akkwist skont il-pjan tiegħu, u b’hekk qabeż il-mira ta’ 85 % tal-proċeduri ta’ akkwist li kellhom jitlestew fl-2021; jinnota li l-Istitut irrapporta li l-proċeduri prijoritarji kollha tiegħu tlestew ħlief għall-kuntratt qafas il-ġdid għas-servizzi ta’ komunikazzjoni u l-ġestjoni tal-avvenimenti;

14.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, għal żewġ pagamenti awditjati, l-Istitut kien awtorizza l-impenji baġitarji relatati biss wara li ġie ffirmat il-kuntratt; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li dan kien bi ksur tal-Artikolu 73(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 (4); jinnota mit-tweġiba tal-Istitut li, mill-2023, l-għodda tal-IT standard ta’ Orizzont Ewropa tal-Kummissjoni se tintuża għall-ġestjoni tal-għotjiet, fejn il-kontrolli interni xierqa li jipprevjenu żbalji simili huma inkorporati fis-sistema; jinnota wkoll l-impenn tal-Istitut li jaġġorna l-proċedura operattiva standard tiegħu għaċ-ċirkwiti finanzjarji sabiex jirrifletti l-bidliet meħtieġa; jistieden lill-Istitut jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress f’din il-kwistjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

15.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Istitut biex jiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u biex jiżgura l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li l-Istitut ippubblika fuq is-sit web tiegħu d-dikjarazzjonijiet ta’ interess u s-CVs tal-membri tal-bord tat-tmexxija u tat-tim maniġerjali tiegħu;

16.

Jinnota l-impenn tal-Istitut li jaġġorna u jtejjeb il-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess; jinnota li l-bord tat-tmexxija tal-Istitut talab lill-Kummissjoni għal qbil minn qabel biex jadotta deċiżjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet biex jiġi evitat kunflitt ta’ interess tal-persunal tal-Istitut li se tikkomplementa r-regoli attwali fis-seħħ tal-Istitut; jilqa’ l-introduzzjoni tal-miżuri addizzjonali tal-Istitut bħall-mudelli standardizzati ta’ kunflitti ta’ interess u l-istabbiliment tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Kunflitti ta’ Interess; jinnota li l-każijiet ta’ kunflitti ta’ interess fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ riklassifikazzjoni u l-proċeduri ta’ selezzjoni ġew identifikati u indirizzati bil-miżuri ta’ mitigazzjoni eżistenti;

17.

Jilqa’ l-fatt li l-Istitut għadu fost id-disa’ aġenziji li introduċew ir-regoli interni tagħhom stess li jirregolaw l-attivitajiet tal-membri tal-bordijiet tagħhom, li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti legali minimi dwar sitwazzjonijiet potenzjali ta’ revolving doors; jinnota, b’mod partikolari, li, skont il-kodiċi ta’ kondotta tajba tal-Istitut, il-membri tal-bordijiet ma jistgħux jieħdu kwalunkwe pożizzjoni, imħallsa jew mhux imħallsa, fi kwalunkwe negozju, ċentru ta’ riċerka jew università li jipparteċipaw fil-KKI tal-Istitut jew jirċievu l-għotjiet tal-Istitut, għal sentejn wara li jkunu telqu mill-pożizzjoni tagħhom; jinnota wkoll li l-Istitut abbozza politika dwar l-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali għall-persunal li jitlaq u gwida ta’ restrizzjonijiet u projbizzjonijiet ta’ wara l-impjieg; jistieden lill-Istitut iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza aġġornata dwar l-implimentazzjoni tal-politika;

18.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli aktar sistematiċi dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitti ta’ interessi, il-lobbjar illegali u r-revolving doors; jistieden lill-Istitut isaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tiegħu, inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu intern kontra l-korruzzjoni;

Kontroll intern

19.

Jinnota li skont ir-rapport dwar il-kapaċità tal-awditjar intern (IAC) tal-Istitut, minn 87 rakkomandazzjoni fl-ambitu tal-awditu ta’ segwitu, ingħalqu 29 rakkomandazzjoni miftuħa, 25 rakkomandazzjoni miftuħa tnaqqsu fil-grad, u l-ebda rakkomandazzjoni miftuħa ma ġiet aġġornata; jinnota li, bħala konsegwenza, l-ebda kwistjoni kritika ma baqgħet miftuħa sal-31 ta’ Diċembru 2021;

20.

Jinnota li l-Istitut, fil-kuntest ta’ eżerċizzju ta’ reviżjoni tal-istruttura organizzattiva tiegħu, beda t-tranżizzjoni tal-funzjoni tal-IAC għal funzjoni ta’ monitoraġġ u superviżjoni tal-KKI fl-2021;

21.

Jinnota l-istrateġija kontra l-frodi riveduta għall-2021-2023 tal-Istitut; jinnota li, minn 14-il objettiv kontra l-frodi stabbilit għas-sena 2021, disgħa ntlaħqu bis-sħiħ, erbgħa ntlaħqu parzjalment u wieħed ġie pospost;

22.

Jinnota li awditu dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani twettaq u tlesta mis-servizz tal-awditjar intern (IAS) tal-Kummissjoni fl-2021; josserva li f’dik l-okkażjoni nħarġu tliet rakkomandazzjonijiet importanti; fir-rigward tas-segwitu għall-awditi preċedenti tal-IAS, jinnota li għall-Istitut fl-2021 ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjoni miftuħa kritika jew importanti ħafna tal-IAS, filwaqt li xi rakkomandazzjonijiet importanti ddewmu u għadhom miftuħa;

23.

Jinnota l-konklużjonijiet tal-awtovalutazzjoni tal-kontroll intern tal-Istitut li s-sistema ta’ kontroll intern tiegħu hija ġeneralment effettiva u effiċjenti, b’xi titjib ulterjuri meħtieġ fir-rigward tal-prinċipju 12;

24.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Istitut; jinsisti bil-qawwa fuq ir-rekwiżit ta’ sistemi ta’ ġestjoni u kontroll effettivi biex jiġu evitati każijiet potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess, kontrolli ex ante u ex post neqsin, ġestjoni inadegwata tal-impenji baġitarji u legali, u nuqqasijiet ta’ rappurtar ta’ kwistjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet.

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

25.

Jinnota l-miżuri tal-Istitut biex itejjeb is-sigurtà online u d-diġitalizzazzjoni tiegħu; jinnota li, mill-2021, l-Istitut implimenta s-servizzi ta’ monitoraġġ kollha mill-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej; jinnota li l-Istitut wettaq awditi taċ-ċibersigurtà fl-2021 u implimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha maħruġa; jieħu nota tal-fatt li ma ġie rrappurtat l-ebda inċident taċ-ċibersigurtà fl-2021; jinnota li, fil-kuntest tal-implimentazzjoni gradwali ta’ SYSPER (sistema ta’ informazzjoni għall-ġestjoni tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni Ewropea), fl-2021 l-Istitut adotta moduli addizzjonali għall-ġestjoni tar-riżorsi umani;

26.

Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-KKI għall-Klima tal-Istitut lejn ġestjoni ambjentali li tħalli impatt fl-Unjoni; ifaħħar l-isforzi kontinwi tal-Istitut biex inaqqas l-ivvjaġġar u l-emissjonijiet tas-CO2; jinnota li, fl-2021, ġie stabbilit Kumitat għas-Sostenibbiltà biex jiddefinixxi azzjonijiet ulterjuri biex l-attivitajiet tal-Istitut isiru newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju;

27.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Istitut f’termini ta’ operazzjoni u ġestjoni interni iżda wkoll sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istitut jibqa’ jkun proattiv f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji tal-Unjoni; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

28.

Iħeġġeġ lill-Istitut jaħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà); jissuġġerixxi li jiġu offruti programmi ta’ taħriġ relatati maċ-ċibersigurtà aġġornati regolarment għall-membri tal-persunal kollu fi ħdan l-Istitut; jistieden lill-Istitut jiżviluppa l-politika tiegħu fil-qasam taċ-ċibersigurtà aktar malajr, iwettaqha qabel il-31 ta’ Diċembru 2023 u jirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

29.

Jirrikonoxxi l-isfidi tal-Istitut fil-ġestjoni tal-kontinwità tal-operat matul it-tranżizzjoni lejn Orizzont Ewropa minħabba l-adozzjoni mhux f’waqtha tal-qafas legali rivedut tal-Istitut; jinnota l-miżuri ta’ mitigazzjoni approvati mill-Istitut fl-2021 biex jiġu adottati r-rekwiżiti tal-qafas legali ta’ Orizzont Ewropa minkejja d-dewmien imsemmi, bħal-laqgħat tat-Task Force għas-Simplifikazzjoni u l-pjan direzzjonali ta’ tranżizzjoni għall-2021; jilqa’ l-fatt li tali sforzi ppermettew it-tranżizzjoni b’suċċess tal-Istitut lejn Orizzont Ewropa filwaqt li ġie minimizzat it-tfixkil operattiv;

30.

Jinnota l-azzjonijiet kontinwi tal-Istitut biex jiżgura l-kontinwità tal-operat fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, bħall-introduzzjoni tal-Microsoft Teams għall-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ stħarriġ qasir u regolari biex jinġabar il-feedback tal-persunal dwar suġġetti ewlenin; iħeġġeġ lill-Istitut biex, fil-futur, isarraf fil-prattika t-tagħlimiet rigward il-metodi ta’ ħidma remoti u ibridi, sabiex fil-futur jorganizza aħjar il-laqgħat u l-eventi li jistgħu jsiru b’mod aktar effiċjenti b’mod remot aktar milli fiżikament; ifakkar li l-Istitut kiseb riżultati favorevoli f’termini tal-parteċipazzjoni f’avvenimenti ibridi;

Kummenti oħra

31.

Josserva li l-ASI l-ġdida għall-2021-2027 titlob involviment ikbar mal-Istati Membri permezz ta’ aktar kooperazzjoni, komunikazzjoni u viżibbiltà; jinnota l-miżuri ta’ segwitu tal-Istitut biex isaħħaħ il-komunikazzjoni u s-sensibilizzazzjoni fi ħdan il-komunità tiegħu; jinnota, b’mod partikolari, li l-Istitut stabbilixxa network ta’ 89 punt ta’ kuntatt nazzjonali, li jirrappreżentaw 57 pajjiż, inklużi l-Istati Membri, pajjiżi assoċjati ma’ Orizzont Ewropa u pajjiżi terzi oħra; jinnota wkoll l-iżvilupp taċ-ċentru tal-għarfien tal-Istitut bħala repożitorju pubbliku ta’ dokumenti ta’ ħidma u rapporti ta’ politika;

32.

Jistieden lill-Istitut ikompli jiżviluppa s-sinerġiji tiegħu (pereżempju fir-rigward tar-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà), u jsaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu, l-iskambju tal-prattiki tajba u d-diskussjonijiet tiegħu rigward oqsma ta’ interess reċiproku ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza;

33.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (5) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 161.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).

(5)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/323


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1891 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0089/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/819 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0130/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(5)   ĠU L 189, 28.5.2021, p. 61.

(6)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/325


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1892 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0090/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 186, 11.7.2019, p. 21.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/327


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1893 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (l-“Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 24 219 500; billi l-baġit tal-Awtorità huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni; billi EUR 1 838 391 ġew implimentati fil-qafas tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni u EUR 22 381 110 ġew ġestiti direttament mill-Awtorità wara l-awtonomija finanzjarja tagħha;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-Awtorità bdiet l-operazzjonijiet fis-17 ta’ Ottubru 2019 u kisbet awtonomija finanzjarja fis-26 ta’ Mejju 2021, u li wara l-finalizzazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali mar-Repubblika Slovakka, bdiet l-attivitajiet tagħha fl-uffiċċji tagħha fi Bratislava f’Settembru 2021; jilqa’ l-bidu tal-operazzjonijiet u jenfasizza li din hija l-ewwel proċedura ta’ kwittanza;

2.

Jinnota li l-isforzi għall-monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali ta’ 95,80 % u li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 30,38 %;

3.

Jissottolinja l-fatt li l-ħidma tal-Awtorità kienet fil-fażi tal-bidu tat-tiswir tagħha; huwa konxju li huma meħtieġa iktar żvilupp u integrazzjoni tal-proċessi interni fil-perjodu li ġej sakemm issir kompletament operattiv fl-2024;

4.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Awtorità; jinsisti bil-qawwa fuq ir-rekwiżit ta’ sistemi ta’ ġestjoni u kontroll effettivi biex jiġu evitati każijiet potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess, kontrolli ex ante jew ex post neqsin, ġestjoni inadegwata tal-impenji baġitarji u legali, u nuqqasijiet ta’ rappurtar ta’ kwistjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet;

Prestazzjoni

5.

Jinnota li l-proġett iddedikat għall-iżvilupp ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-prestazzjoni strutturata li se tappoġġja l-iżvilupp ta’ indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin koerenti, li inizjalment kien ippjanat għall-2021, sofra minn dewmien u bħalissa qiegħed jiġi implimentat; jistieden lill-Awtorità tirrapporta kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward lill-awtorità ta’ kwittanza;

6.

Jissottolinja l-kisbiet tal-Awtorità rigward l-ewwel inizjattiva speċifika għas-settur iffukata fuq id-drittijiet tal-ħaddiema mobbli u l-impjegaturi tagħhom fil-qasam tax-xogħol staġonali, il-pjan ta’ azzjoni tagħha u l-kampanja relatata, implimentati f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, is-sħab soċjali u partijiet ikkonċernati oħrajn, u li jiġbru flimkien l-kompiti operattivi kollha tal-Awtorità;

7.

Jinnota b’apprezzament li, fl-2021, l-Awtorità appoġġjat l-ewwel għaxar spezzjonijiet miftiehma u konġunti, bil-parteċipazzjoni ta’ 11-il Stat Membru; jinnota, barra minn hekk, li l-Pjattaforma Ewropea li tindirizza x-xogħol mhux iddikjarat ġiet integrata mingħajr xkiel fl-Awtorità fl-2021, u li, f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Awtorità ħadet f’idejha xi responsabbiltajiet speċifiċi tan-Network tas-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (EURES) mill-Kummissjoni, b’mod partikolari l-governanza tan-network tal-EURES u l-attivitajiet ta’ taħriġ u komunikazzjoni, u s-sjieda tal-portal tal-EURES;

8.

Jinnota b’apprezzament li l-Awtorità ffinalizzat il-qafas meħtieġ għat-tnedija tal-kompitu ta’ medjazzjoni tagħha fil-bidu tal-2022, u li f’Diċembru tal-2021, il-bord tat-tmexxija tal-Awtorità adotta r-regoli tal-proċedura ta’ medjazzjoni u nieda sejħa biex jiġu żgurati nominazzjonijiet għad-diversi funzjonijiet ta’ medjazzjoni;

9.

Jinnota b’apprezzament li l-Awtorità approfondiet il-kooperazzjoni tagħha ma’ korpi u organizzazzjonijiet oħra tal-Unjoni; jilqa’ l-ewwel ftehimiet man-network SOLVIT u l-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali li tlestew fl-2021; jinnota, barra minn hekk, li l-Awtorità bdiet in-negozjati ta’ arranġamenti oħra ta’ kooperazzjoni, inkluż mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA); jinnota, apparti dan, li f’Settembru 2021, l-Awtorità u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) appoġġjaw l-isforzi tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-isfruttament tal-ħaddiema fix-xogħol staġonali; iħeġġeġ lill-Awtorità tesplora aktar il-possibbiltajiet biex testendi l-arranġamenti ta’ ħidma tagħha u l-kondiviżjoni tar-riżorsi ta’ kompiti li jikkoinċidu ma’ korpi oħra tal-Unjoni;

10.

Jinnota li l-attivitajiet kollha ppjanati fil-programm ta’ ħidma tal-2021 ġew implimentati ħlief l-iskambji tal-persunal u l-proġetti ta’ assistenza reċiproka fl-ambitu tal-Pjattaforma Ewropea dwar l-indirizzar ta’ xogħol mhux iddikjarat; jirrikonoxxi li n-nuqqas ta’ applikazzjonijiet għal dawn l-attivitajiet xprunati mid-domanda jista’ jiġi attribwit għall-pandemija tal-COVID-19; jinnota li l-bord tat-tmexxija jqis li r-riżultati miksuba mill-Awtorità fit-tieni sena ta’ attività tagħha qed jistabbilixxu l-pedamenti għall-bini ta’ Awtorità kompletament operattiva u diġitalizzata qabel l-2024;

Politika dwar il-persunal

11.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, it-tabella tal-persunal kienet implimentata fil-livell ta’ 84,21 %, bi 32 aġent temporanju maħtura mit-38 aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni; jinnota li, barra minn hekk, fl-2021, kienu qed jaħdmu għall-Awtorità 11-il aġent kuntrattwali u 41 espert nazzjonali sekondat (inkluż 27 uffiċjal ta’ kollegament nazzjonali); jinnota li l-Awtorità kisbet tkabbir sinifikanti fil-forza tax-xogħol tagħha wara sforzi intensivi ta’ reklutaġġ fl-2021, f’konformità ma’ waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Awtorità;

12.

Jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-fatt li l-Awtorità għandha l-ogħla proporzjon ta’ pożizzjonijiet ta’ esperti nazzjonali sekondati (60 minn 144 membru tal-persunal, fit-tabella tal-persunal 2023) meta mqabbla mal-aġenziji deċentralizzati kollha tal-Unjoni; jitlob biex 15-il pożizzjoni ta’ esperti nazzjonali sekondati jinbidlu f’pożizzjonijiet ta’ aġenti temporanji li jippermettu lill-Awtorità tagħmel użu minn persunal xieraq għall-implimentazzjoni ulterjuri tal-missjoni tagħha;

13.

Jinnota n-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri tal-Awtorità, fejn 4 minn 6 (67 %) huma rġiel; jinnota n-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-bord tat-tmexxija tal-Awtorità, fejn 20 minn 33 (61 %) huma rġiel; jinnota wkoll in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal ġenerali tal-Awtorità, fejn 23 minn 43 (53 %) huma nisa; jinnota r-rappreżentazzjoni tal-ġeneri fost l-esperti nazzjonali sekondati (inklużi l-uffiċjali ta’ kollegament nazzjonali) ta’ 49 % nisa u 51 % rġiel; jinnota wkoll li, fi tmiem l-2021, l-Awtorità kellha 14-il nazzjonalità abbażi tal-pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal tagħha (persunal statutorju) u li pprevediet li, fl-2022, iżżid aktar in-nazzjonalitajiet rappreżentati għal 18; iħeġġeġ lill-Awtorità tqis bl-akbar prijorità l-bilanċ ġeografiku fil-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha u tirrapporta kwalunkwe żvilupp f’dan ir-rigward lill-awtorità ta’ kwittanza; ifakkar fl-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri tal-persunal u jistieden lill-Awtorità tqis dan l-aspett fir-rigward ta’ ħatriet futuri fi ħdan il-maniġment superjuri tagħha; jistieden ukoll lill-Istati Membri jqisu dan meta jinnominaw il-membri tal-bord tat-tmexxija jew l-esperti nazzjonali sekondati;

14.

Jinnota li l-Awtorità adottat l-ewwel struttura organizzattiva tagħha fl-2021, fasslet l-organizzazzjoni u kompliet tadotta u tiżviluppa regoli u proċeduri interni, u li, flimkien mal-persunal kollu tagħha, ħolqot id-dikjarazzjoni tal-missjoni u tal-valuri tagħha li tirrappreżenta d-diversità u l-kultura tal-impjegati kollha; jinnota, barra minn hekk, li l-Awtorità qed taħdem biex tkun kompletament operattiva fl-2024;

15.

Jinnota li, f’Marzu 2022, l-Awtorità adottat il-politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali u mbagħad wara bdiet torganizza sessjonijiet ta’ ħidma obbligatorji kontra l-fastidju għall-persunal kollu, inkluż il-kuntratturi esterni, kif ukoll sessjonijiet apposta għall-maniġers; jinnota, barra minn hekk, li f’Ġunju 2022, l-Awtorità nediet sejħa għal espressjonijiet ta’ interess ta’ konsulenti kunfidenzjali; jistieden lill-Awtorità tirrapporta kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward lill-awtorità ta’ kwittanza;

16.

Ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-għoti ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib ta’ bilanċ ġeografiku biex tiġi żgurata rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità kif ukoll li jkun żgurat li jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jkunu promossi b’mod wiesa’;

Akkwist

17.

Jinnota li fl-2021 l-Awtorità għamlet l-aqwa użu possibbli mill-kuntratti qafas interistituzzjonali eżistenti għall-attivitajiet amministrattivi u operattivi tagħha, filwaqt li nediet sejħiet għall-offerti (negozjati, miftuħin) fejn meħtieġ; jinnota wkoll, li l-Awtorità b’kollox ikkonkludiet 106 proċeduri ta’ akkwist u ffirmat sitt ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz;

18.

Jinnota li fl-2021, l-Awtorità integrat il-Moduli ta’ akkwist elettroniku ABAC Assets, sejħa għall-offerti elettronika, sottomissjoni elettronika ta’ offerti u Għodda għall-Ġestjoni tal-Akkwist Pubbliku (PPMT); jinnota li fl-2022, l-Awtorità bdiet tuża l-PPMT;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

19.

Jinnota li l-Awtorità tinsab fil-proċess li tiżviluppa politika komprensiva dwar il-kunflitti ta’ interess u li r-regoli ta’ proċedura tal-korpi tal-Awtorità (bord tat-tmexxija, il-grupp ta’ partijiet ikkonċernati, il-gruppi ta’ ħdima tal-Awtorità) fihom dispożizzjonijiet relatati mal-kunflitti ta’ interess; jinnota, barra minn hekk, li dikjarazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess għall-membri tal-bord tat-tmexxija huma fis-seħħ u pubbliċi;

20.

Jinnota li l-Awtorità tippubblika s-CV tad-Direttur Eżekuttiv tagħha u qiegħda taħdem fuq il-pubblikazzjoni ta’ CVs rilevanti oħrajn fl-2023; jistieden lill-Awtorità tirrapporta kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward lill-awtorità ta’ kwittanza;

21.

Jinnota li fl-2021, l-Awtorità kellha laqgħat ma’ partijiet ikkonċernati esterni bħal rappreżentanti tat-trade unions, organizzazzjonijiet ta’ impjegaturi u rappreżentanti tan-negozju, kif ukoll awtoritajiet nazzjonali u istituzzjonijiet nazzjonali; jinnota bi tħassib li l-Awtorità ma għandhiex reġistru ċentralizzat ta’ laqgħat rilevanti ma’ partijiet ikkonċernati esterni u ma tipprevedix l-istabbiliment ta’ tali reġistru sal-2023; jistieden lill-Awtorità tistabbilixxi tali reġistru mill-aktar fis possibbli u tirrapporta kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward lill-awtorità ta’ kwittanza;

22.

Jinnota b’apprezzament li, fil-25 ta’ Mejju 2021, l-Awtorità adottat b’analoġija l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta;

23.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli sistematiċi dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitt ta’ interess, il-lobbjar illegali u r-revolving doors; jistieden lill-Awtorità ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tagħha, inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu intern kontra l-korruzzjoni;

Kontroll intern

24.

Jinnota bi tħassib li għalkemm, skont ir-rapport tal-Qorti, il-bord tat-tmexxija tal-Awtorità approva l-karta tal-missjoni tas-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni (fl-2021) u l-qafas ta’ kontroll intern (QKI) tal-Awtorità (fl-2020), l-Awtorità kienet għadha ma adottatx strateġija xierqa għall-ġestjoni u l-kontroll tar-riskju u lanqas ma kienet adottat il-karta tal-uffiċjal awtorizzanti jew il-karta tal-uffiċjali awtorizzanti b’sottodelega, jew il-karta tal-kontabilist, u li dawk il-lakuni jfixklu l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ kontroll intern tal-Awtorità; jinnota mir-risposta tal-Awtorità li ffinalizzat il-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju, li għandha diversi politiki u proċeduri fis-seħħ biex timplimenta l-QKI, li qed taħdem kontinwament biex issaħħaħ aktar l-QKI tagħha u li qed tippjana l-adozzjoni tal-karti rilevanti; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżvilupp tas-sistema ta’ kontroll intern u l-ġestjoni tar-riskju tagħha;

25.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Awtorità rreġistrat assi b’valur totali ta’ EUR 73 118 f’ABAC Assets u fir-reġistru tal-inventarju, li fil-biċċa l-kbira tagħhom dawk l-assi kienu jikkonsistu f’għamara tal-uffiċċju, u li l-Awtorità assenjat identifikazzjoni tal-inventarju u post futur għal kull oġġett; jinnota li, madankollu, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-assi ma kinux ittikkettati fiż-żmien tal-awditu, u kienu għadhom ma tpoġġewx fil-postijiet assenjati lilhom; jinnota li, barra minn hekk, in-nuqqas ta’ inventarji kompluti u aġġornati li jispeċifikaw il-post fejn ikunu jinsabu l-assi tanġibbli tal-Awtorità jmur kontra l-Artikolu 87 tar-Regolament Finanzjarju, u jaffettwa b’mod negattiv il-kapaċità tal-Awtorità li tiżgura s-salvagwardja tal-assi tagħha; jinnota r-risposta tal-Awtorità li, minħabba l-miżuri restrittivi tal-pandemija tal-COVID-19, wara li twasslu, l-assi tanġibbli reċentement tqiegħdu fiż-żoni deżinjati skont il-pjan tal-post u l-għadd ta’ persunal u li l-proċess ta’ tikkettar u t-tlestija fiżika tal-inventarji kienu ġew finalizzati;

26.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fil-11 ta’ Diċembru 2020, l-Awtorità ffirmat kuntratt speċifiku għall-attivitajiet ta’ taħriġ tal-EURES li jkopri l-ewwel trimestru tal-2021 u li jammonta għal EUR 299 437, u li kuntratt qafas ġdid, b’valur ta’ EUR 12-il miljun u durata massima ta’ 48 xahar, biex jipprovdi attivitajiet ta’ taħriġ tal-EURES ġie ffirmat fid-9 ta’ Novembru 2021, u li ma sar l-ebda pagament assoċjat ma’ dan il-kuntratt qafas fl-2021; jinnota, barra minn hekk, li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Awtorità ma stabbilietx kontrolli ex ante jew ex post relatati mal-aspetti operattivi u finanzjarji tal-attivitajiet ta’ taħriġ ibbażati fuq evidenza diretta mill-attivitajiet ta’ taħriġ implimentati u minflok qagħdet fuq rapporti maħruġa minn trainees, u li dan in-nuqqas ta’ proċeduri formalizzati bbażati fuq evidenza diretta jista’ jippreżenta riskji għall-implimentazzjoni tad-direttivi dwar il-ġestjoni, u għall-kisba tal-objettivi tal-Awtorità;

27.

Jinnota li l-Awtorità rrikonoxxiet il-ħtieġa li twaqqaf l-istruttura xierqa internament u li tintroduċi proċeduri formalizzati bbażati fuq evidenza diretta b’risposta għall-osservazzjoni tal-Qorti; jinnota li l-Awtorità qiegħda tuża kontrolli diretti għall-attivitajiet ta’ taħriġ, u li mill-2023, se tistabbilixxi mekkaniżmu għal kontrolli diretti, li permezz tiegħu l-persunal tal-Awtorità se jipparteċipa f’10 % tat-taħriġ ipprovdut mill-EURES, li jkopri eżempji tat-tipi u formati kollha ta’ taħriġ, josserva l-implimentazzjoni tat-taħriġ, u li t-taħriġ ivvalutat se jkun segwit ukoll minn stħarriġ ta’ sodisfazzjon fost il-parteċipanti;

28.

Jinnota li l-Awtorità adottat u implimentat l-istrateġija kontra l-frodi 2021-2023 tagħha, u li l-implimentazzjoni tal-istrateġija hija mmonitorjata permezz ta’ pjan ta’ azzjoni dedikat;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

29.

Jinnota li l-Awtorità bniet soluzzjonijiet tal-ICT abbażi tal-offerta ta’ Microsoft 365 u tas-sistemi tal-Kummissjoni li huma kondiviżi bejn istituzzjonijiet differenti u li huma aċċessibbli permezz ta’ soluzzjoni VPN sigura, kif ukoll li saru rieżamijiet minn konsulenti indipendenti u minn CERT-EU; jinnota, barra minn hekk, li l-Awtorità kkonfigurat soluzzjoni ta’ monitoraġġ tas-sigurtà tal-ICT li qed tippermetti monitoraġġ minn CERT-EU abbażi ta’ ftehim dwar il-livell ta’ servizz;

30.

Jinnota li l-politika ta’ ċibersigurtà tal-Awtorità se tiġi żviluppata fl-2023 b’kontribut mill-istrateġija tal-ICT u l-approċċ tal-Aġenziji għar-regolament il-ġdid dwar iċ-ċibersigurtà; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

31.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Awtorità f’termini ta’ operat u ġestjoni interni iżda anke sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tkompli tkun proattiva f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

32.

Iħeġġeġ lill-Awtorità taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà); jissuġġerixxi li regolarment jiġu offruti programmi ta’ taħriġ aġġornati relatati maċ-ċibersigurtà għall-persunal kollu fi ħdan l-Awtorità; jistieden lill-Aġenzija tiżviluppa l-politika taċ-ċibersigurtà tagħha iktar malajr, tressaqha qabel il-31 ta’ Diċembru 2023 u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza;

33.

Jinnota b’apprezzament li l-Kwartieri Ġenerali tal-Awtorità fis-Slovakkja (il-binja Landererova 12 jew L12) irċevew iċ-ċertifikat tad-Deheb fit-Tmexxija fl-Enerġija u d-Disinn Ambjentali;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

34.

Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li l-Awtorità għadha ma adottatx pjan għall-kontinwità tal-operat u li n-nuqqas ta’ pjan stabbilit u komprensiv għall-kontinwità tal-operat jikkostitwixxi dgħufija interna kbira; jinnota mir-risposta tal-Awtorità li, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, soluzzjoni ta’ kontinwità tal-operat tat-telexogħol kienet fis-seħħ kuljum, u li l-Awtorità tirrikonoxxi l-importanza ta’ dokument komprensiv li jiddeskrivi l-pjan għall-kontinwità tal-operat, li huwa ppjanat li jitlesta fl-2023; jistieden lill-Awtorità tirrapporta kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward lill-awtorità ta’ kwittanza;

35.

Jinnota b’apprezzament ir-rapport dwar l-“impatt tat-telexogħol matul il-pandemija tal-COVID-19 fuq is-sigurtà soċjali applikabbli” u valutazzjoni interna tal-“impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-oqsma tal-operat tal-Awtorità”;

Kummenti oħra

36.

Jinnota li matul l-2021, l-Awtorità kompliet tiżviluppa l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tagħha, b’għadd dejjem akbar ta’ segwaċi fuq il-midja soċjali, il-ħolqien ta’ siti ġodda fuq iktar pjattaformi tal-midja soċjali u żieda fil-kontenut interattiv u iktar interessanti, bħal vidjos, u kompliet tiżviluppa s-sit web, l-identità viżwali, il-logo u artefatti oħrajn tagħha li se jżidu l-viżibbiltà u r-rikonoxximent tal-Awtorità; jistieden lill-Awtorità żżid l-isforzi tagħha u tirrapporta informazzjoni rilevanti dwar il-prestazzjoni liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-pubbliku ġenerali b’lingwaġġ ċar u aċċessibbli; iħeġġeġ lill-Awtorità tiżgura aktar trasparenza u obbligu ta’ rendikont pubbliku permezz ta’ użu aħjar tal-mezzi tal-midja u tal-midja soċjali;

37.

Jilqa’ l-involviment tal-Awtorità fil-livell ta’ governanza mal-Eurofound, l-EU-OHSA, u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) u l-iskambju ta’ abbozzi ta’ programmi ta’ ħidma mal-Eurofound, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u l-EIGE biex tiżgura sinġerija fil-programmi ta’ ħidma rispettivi;

38.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 114, 31.3.2021, p. 232.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 21).

(3)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/333


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1894 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) għas-sena finanzjarja 2021

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0090/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 186, 11.7.2019, p. 21.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/334


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1895 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 – C9-0091/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0106/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/336


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1896 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0106/2023),

A.

billi skont id-dikjarazzjoni ta’ dħul u nfiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 379 228 000, li jirrappreżenta żieda ta’ 2,56 % meta mqabbel mal-2020; billi l-Aġenzija hija aġenzija ffinanzjata permezz ta’ tariffi, b’madwar 89,40 % tad-dħul tagħha fl-2021 ġie minn tariffi mħallsa mill-industrija tal-farmaċewtika għal servizzi mogħtija, 9,90 % ġie mill-baġit tal-Unjoni u 0,7 % ġie minn dħul assenjat estern;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi għall-monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenji tas-sena attwali ta’ 96,38 % li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 2,46 % meta mqabbla mal-2020; jiddispjaċih li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 72,36 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 6,11 % meta mqabbla mal-2020;

Prestazzjoni

2.

Jinnota li fl-2021, minkejja d-diffikultajiet ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, l-Aġenzija kompliet tippromwovi suq uniku li jiffunzjona għal mediċini għall-użu mill-bniedem u dawk veterinarji, billi taġixxi bħala ċ-ċentru tan-network Ewropew ta’ awtoritajiet regolatorji tal-mediċini li jimplimenta l-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni applikabbli għal tali prodotti; ifaħħar lill-Aġenzija għall-appoġġ tagħha rigward ir-risposta tal-Unjoni għall-pandemija tal-COVID-19, billi vvalutat f’ħin opportun vaċċini u prodotti terapewtiċi għall-prevenzjoni u t-trattament ta’ infezzjonijiet mill-virus SARS-CoV-2;

3.

Ifaħħar lill-Aġenzija għall-kisbiet sinifikanti tagħha fl-2021 bi, fost oħrajn, erba’ vaċċini kontra l-COVID-19 u ħames trattamenti kontra l-COVID-19 rakkomandati għal approvazzjoni, 92 mediċina ġdida għall-użu mill-bniedem u 12-il mediċina veterinarja ġdida rakkomandati għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, sitt mediċini ddeżinjati taħt il-PRIME rakkomandati għal approvazzjoni u 19-il deżinjazzjoni ta’ status orfni kkonfermati; ifaħħar ukoll lill-Aġenzija għall-progress li għamlet lejn Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Provi Kliniċi (CTIS) li tiffunzjona bis-sħiħ u għat-tnedija tal-inizjattiva Aċċelerazzjoni tal-Provi Kliniċi fl-UE;

4.

Jinnota li fl-2021 il-miri tal-biċċa l-kbira tal-ammont ta’ xogħol u tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-Aġenzija ntlaħqu jew inqabżu, filwaqt li l-ksib tal-maġġoranza tal-miri kien miexi sew jew kien tlesta; jinnota wkoll, rigward is-segwitu għall-osservazzjonijiet dwar il-kwittanza tas-sena l-oħra, li minkejja d-diffikultajiet ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, l-Aġenzija qiegħda tagħmel progress fl-introduzzjoni ta’ għodod, kunċetti u proċessi ġodda għall-ġestjoni tal-prestazzjoni permezz tal-iżvilupp ta’ Programm dwar il-Prestazzjoni u l-Iżvilupp komprensiv li jinkludi miri f’kaskata minn livelli ogħla ’l isfel lejn il-livell ta’ tim jew individwali u l-monitoraġġ regolari tal-progress permezz ta’ ġestjoni kontinwa tal-prestazzjoni; jistieden lill-Aġenzija biex tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza ladarba l-integrazzjoni ta’ dawn l-inizjattivi fl-operazzjonijiet tal-Aġenzija tkun tlestiet;

5.

Jinnota, wara l-attakk ċibernetiku f’Diċembru 2020, li l-Aġenzija kompliet issaħħaħ il-kapaċitajiet u d-difiża taċ-ċibersigurtà tagħha; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-ħolqien tal-Kumitat ta’ Tmexxija dwar il-Ġestjoni tas-Sigurtà tal-Informazzjoni sabiex jipprovdi sorveljanza u sjieda u direzzjoni mifruxa mal-Aġenzija kollha tal-istrateġija għas-sigurtà tal-informazzjoni u l-pjan ta’ implimentazzjoni tagħha, l-istabbiliment ta’ Ċentru tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà li jagħmel monitoraġġ kontinwu tan-network tal-Aġenzija u l-iżvilupp ta’ programm ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ dwar is-sigurtà li għandu l-għan li jrawwem kultura ta’ sigurtà b’saħħitha fi ħdan l-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati li jġibu dawk il-miżuri; jinnota li bħalissa għaddejja r-reviżjoni tal-istrateġija tas-sigurtà tal-informazzjoni tal-Aġenzija, bl-għan li jiġi stabbilit pjan direzzjonali ta’ titjib ta’ tliet snin f’konformità mal-aħjar prattiki ta’ organizzazzjonijiet simili;

6.

Jilqa’ l-isforzi tal-Aġenzija biex tiġġieled kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi, b’mod partikolari l-adozzjoni tal-Istrateġija 2021-2025 tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) dwar l-Antimikrobiċi; jinnota b’sodisfazzjon il-fatt li l-bejgħ globali tal-antimikrobiċi għall-użu veterinarju fil-pajjiżi Ewropej kien 47 % inqas fl-2021 milli fl-2011 skont ir-rapport tal-proġett tas-Sorveljanza Ewropea tal-Konsum tal-Antimikrobiċi għal Użu Veterinarju ppubblikat f’Novembru 2022 intitolat “Sales of veterinary antimicrobial agents in 30 European countries in 2016 — Trends from 2010 to 2021 (Il-bejgħ ta’ aġenti antimikrobiċi veterinarji f’31 pajjiż Ewropew fl-2021 — Xejriet mill-2010 sal-2021)”;

7.

Jisħaq li s-sostituzzjoni tal-ittestjar fuq l-annimali għandha tkun prijorità fl-iżvilupp tal-mediċini matul l-applikazzjoni tal-prinċipji tat-3Rs — tas-sostituzzjoni, it-tnaqqis u l-irfinar tal-użu tal-annimali għall-iżvilupp, il-manifattura u l-ittestjar tal-mediċini; jiddispjaċih li fl-2021 il-Grupp ta’ Ħidma 3Rs kellu jiġi sospiż minħabba l-politika tal-ippjanar tal-kontinwità tal-operat bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, u għalhekk l-Aġenzija ma ħejjietx rapport ta’ attività dwar din il-kwistjoni; jilqa’ l-bidu mill-ġdid tal-attività tal-Grupp ta’ Ħidma 3Rs lejn tmiem l-2022 u l-organizzazzjoni ta’ laqgħat mal-partijiet ikkonċernati dwar din il-kwistjoni fl-2023; jistenna li l-Aġenzija tipproduċi r-rapporti biennali tagħha dwar l-azzjonijiet 3Rs mill-aktar fis possibbli;

8.

Jinnota l-arranġamenti ta’ ħidma formali tal-Aġenzija mas-sħab ewlenin tal-aġenzija tal-Unjoni (iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga), li jistabbilixxu n-natura tal-kollaborazzjoni u l-konsultazzjoni reċiproka f’oqsma ta’ interess komuni; jinnota l-kooperazzjoni attiva tal-Aġenzija mal-Awtorità tal-UE għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa dwar il-kontromiżuri mediċi u t-tħejjija ta’ Memorandum ta’ Qbil bejniethom biex jiġu ċċarati r-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom u tiġi żgurata l-komplementarjetà; jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija tipparteċipa b’mod regolari fi proċeduri ta’ akkwist konġunt ma’ aġenziji deċentralizzati oħra tal-Unjoni u mas-servizzi tal-Kummissjoni u torganizza proċeduri ta’ akkwist konġunt li huma miftuħa għal aġenziji oħra tal-Unjoni;

Politika dwar il-persunal

9.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 98,02 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, b’644 aġent temporanju maħtura minn total ta’ 657 aġenti temporanji awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 596 post tax-xogħol awtorizzati fl-2020); jinnota li, barra minn hekk, 206 aġent kuntrattwali u 28 esperti nazzjonali sekondati flimkien ma’ 138 aġent interim ħadmu għall-Aġenzija fl-2021;

10.

Jesprimi tħassib li ż-żieda ta’ kompiti ġodda u ż-żieda fl-ammont ta’ xogħol relatat mat-tariffi minħabba l-portafoll dejjem jikber ta’ mediċini awtorizzati matul is-snin ma kinux akkumpanjati minn żieda adegwata fil-persunal tal-Aġenzija, u dan ipoġġi lill-Aġenzija taħt pressjoni sinifikanti; jistieden lill-Aġenzija tesplora modi biex tagħmel stħarriġ lill-persunal rigward il-benessri tagħhom u l-użu ta’ metodi li jipprevjenu l-burn-out u t-tnaqqis fil-prestazzjoni;

11.

Jinnota, bi tħassib, in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri tal-Aġenzija, fejn 17 minn 28 (61 %) huma rġiel; jinnota l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-bord ta’ tmexxija tal-Aġenzija, fejn 37 minn 66 (56 %) li huma rġiel u għall-persunal ġenerali fejn 562 minn 850 (66 %) huma nisa; jistieden lill-Aġenzija tieħu miżuri konkreti biex iżżid il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-ġerarkija tal-Aġenzija mill-aktar fis possibbli u terġa’ tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza;

12.

Jirrikonoxxi l-ħidma li għaddejja tal-Aġenzija biex tistabbilixxi qafas ta’ politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani, li fil-qalba tiegħu għandu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jilqa’ f’dan il-kuntest l-implimentazzjoni sħiħa ta’ ambjent ta’ xogħol ibridu, tal-programmi ta’ benessri u assistenza għall-impjegati tal-Aġenzija, il-ħolqien ta’ grupp ta’ ħidma għall-ġestjoni tal-ammont ta’ xogħol, it-tim dedikat għas-saħħa fi ħdan il-funzjoni tar-riżorsi umani (HR), kif ukoll is-sessjonijiet ta’ taħriġ u stħarriġ dwar il-benessri;

13.

Jinnota li ż-żieda konsiderevoli ta’ 61 aġent temporanju deċiża mill-awtorità tal-baġit għenet lill-Aġenzija tindirizza l-ammont ta’ xogħol addizzjonali kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19, kif ukoll attivitajiet relatati mal-implimentazzjoni tal-mandat estiż tal-Aġenzija;

14.

Ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-offerta ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib tal-bilanċ ġeografiku biex ikun hemm rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà kif ukoll l-iżgurar li jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jiġu promossi b’mod wiesa’;

Akkwist

15.

Jinnota, bi tħassib, li l-2021 kienet it-tielet sena konsekuttiva li fiha l-Qorti għamlet osservazzjonijiet ġodda relatati mal-akkwist għall-Aġenzija; jinnota mir-rapport tal-Qorti l-kumment rigward is-sovrastima tal-Aġenzija tal-valur ta’ kuntratt qafas fejn livell limitu aktar baxx rigward ir-rekwiżit ta’ kapaċità finanzjarja u ekonomika (fatturat annwali) kien ikun jippermetti li aktar kumpaniji jressqu offerti; jistieden lill-Aġenzija tirrevedi n-nuqqasijiet fil-proċessi ta’ akkwist tagħha u ssegwi wkoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

16.

Jinnota li l-obbligazzjonijiet potenzjali li jirriżultaw sal-2039, mill-kiri tal-bini tal-uffiċċji preċedenti tal-Aġenzija f’Londra għadhom kwistjoni li għadha għaddejja; jinnota bi tħassib, abbażi tar-rapporti tal-Qorti tal-2020 u l-2021, li l-ammont stmat li jikkorrispondi għal tali obbligazzjonijiet żdied minn EUR 377 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2020 għal EUR 383 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2021; jinnota li l-Aġenzija laħqet ftehim ma’ sid il-binja biex tissulloka l-uffiċċji preċedenti tagħha minn Lulju 2019; jinnota li t-termini tas-sullokazzjoni huma konsistenti mal-lokazzjoni prinċipali u validi sal-2039; jirrikonoxxi li s-sullokazzjoni tal-bini tal-Aġenzija f’pajjiż terz tfisser id-devjazzjoni tar-riżorsi biex titwettaq attività barra mill-mandat legali tal-Aġenzija; jirrikonoxxi wkoll il-ħtieġa għal deċiżjoni politika bil-għan li tinstab soluzzjoni dejjiema għal din il-kwistjoni;

17.

Jinnota l-miżuri meħuda mill-Aġenzija biex tindirizza l-osservazzjoni tal-Qorti mill-2019 rigward kuntratt qafas iffirmat mill-Aġenzija ma’ tliet kumpaniji għall-provvista ta’ ħaddiema temporanji; jinnota wkoll, b’riżultat ta’ dan, li l-istatus ta’ din l-osservazzjoni ġie aġġornat mill-Qorti minn “pendenti” għal “għadu għaddej”; josserva li l-Qorti qablet li tivvaluta mill-ġdid din l-osservazzjoni għal “qed tingħalaq”, wara t-tnedija tal-proċedura l-ġdida għall-provvista ta’ ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija fil-25 ta’ Mejju 2022;

18.

Ifakkar fl-importanza li kull proċedura ta’ akkwist tkun tiżgura kompetizzjoni ġusta bejn l-offerenti u li jiġu akkwistati oġġetti u servizzi għall-aqwa prezz, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji ta’ trasparenza, proporzjonalità, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni. jitlob l-implimentazzjoni tal-għodod tal-IT għall-akkwist elettroniku żviluppati mill-Kummissjoni; jitlob kjarifika aġġornata tal-proċeduri u l-mudelli fil-linji gwida dwar l-akkwist; jinnota bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti li d-dgħufijiet fl-akkwist pubbliku qed jiżdiedu u għadhom l-akbar sors ta’ pagamenti irregolari fil-biċċa l-kbira tal-aġenziji;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

19.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi li għaddejjin biex tiġi żgurata trasparenza, biex jiġu evitati u ġestiti kunflitti ta’ interess, u biex tingħata protezzjoni lill-informaturi; jinnota wkoll li fl-2021 ma ġie rrapportat l-ebda każ intern ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, madankollu, waslu 29 rapport ta’ każijiet esterni ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, li minnhom 23 każ ingħalqu u sitt każijiet għadhom għaddejjin; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar fil-każijiet li għadhom għaddejjin;

20.

Jinnota li l-Aġenzija ppubblikat is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri tal-bord amministrattiv tagħha, tal-maniġment superjuri tagħha u tal-esperti xjentifiċi involuti fil-ħidma tal-Aġenzija; jinnota wkoll li fl-2021 ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ kunflitt ta’ interess mill-Aġenzija; ifaħħar lill-Aġenzija talli stabbiliet regoli għall-membri tal-bord tagħha rigward kunflitti ta’ interess u sitwazzjonijiet ta’ “revolving doors”;

21.

Jilqa’ l-passi ulterjuri meħuda biex tissaħħaħ it-trasparenza tal-attivitajiet tal-Aġenzija billi, fost l-oħrajn, jiġu rappurtati l-laqgħat li l-persunal tal-Aġenzija jkollu ma’ partijiet interessati esterni, u d-disponibbiltà ta’ tali rapporti fuq is-sit web tal-Aġenzija;

22.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jitħaddnu regoli sistematiċi dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitti ta’ interess, il-lobbjar illegali u r-revolving doors; jistieden lill-Aġenzija tirrevedi u ttejjeb il-kodiċi ta’ kondotta tagħha u tkompli ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll u awditu intern tagħha, inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu intern kontra l-korruzzjoni;

23.

Jisħaq li, minkejja l-fatt li l-maġġoranza tal-finanzjament ġej minn sorsi privati, l-Aġenzija hija awtorità pubblika; jissottolinja li l-fiduċja pubblika u l-garanziji tal-indipendenza u l-integrità tal-Aġenzija huma kruċjali u għalhekk jeħtieġ li jiġi żgurat livell għoli ta’ trasparenza permezz tal-attivitajiet kollha tagħha biex tiġi evitata l-manipulazzjoni regolatorja u jiġi żgurat li ċ-ċittadini jżommu l-fiduċja tagħhom fil-qafas legali u regolatorju farmaċewtiku fl-Unjoni;

Kontroll intern

24.

Jinnota li s-sistema ta’ kontroll intern li għandha fis-seħħ l-Aġenzija, kemm f’termini tal-elementi individwali, kif ukoll tas-sistema sħiħa, b’mod ġenerali huma effettivi, b’xi titjib meħtieġ biex tkompli tissaħħaħ l-effettività ta’ xi elementi speċifiċi; jinnota, barra minn hekk, li fl-2021 il-Bord Eżekuttiv tal-Aġenzija approva approċċ ġdid u gwida interna ġdida dwar il-metodoloġija għal kontrolli finanzjarji ex post, u li tintroduċi skedi taż-żmien ġodda biex l-eżerċizzju jsir fuq perjodu ta’ 18-il xahar kontinwu; jinnota li l-proċeduri ta’ kontroll intern ma wrew l-ebda dgħufijiet sinifikanti, għalkemm ġew identifikati żewġ oqsma ta’ kontroll għal titjib potenzjali u bħalissa qegħdin jiġu indirizzati bi pjanijiet ta’ azzjoni speċifiċi għal titjib; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza fuq l-iżviluppi f’dan ir-rigward;

25.

Jinnota bi tħassib l-osservazzjoni mir-rapport tal-Qorti rigward diversi nuqqasijiet proċedurali f’żewġ proċeduri ta’ reklutaġġ li ġew awditjati, li jimminaw il-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali; jistieden lill-Awtorità tindirizza d-dgħufijiet li sabet il-Qorti fil-qasam tar-reklutaġġ u ssaħħaħ is-sistema ta’ kontroll intern tagħha; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza bil-progress li sar f’dan ir-rigward;

26.

Jiddispjaċih għall-fatt li nuqqasijiet proċedurali fil-proċeduri ta’ reklutaġġ jimminaw il-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali. jitlob li l-Aġenzija ttejjeb il-proċedura ta’ reklutaġġ interna tagħha biex tiċċara l-proċessi ta’ valutazzjoni u l-avviżi dwar postijiet tax-xogħol vakanti; jirrimarka li fir-rapport annwali tal-Aġenzija l-għadd ta’ kapijiet tad-dipartimenti fis-sena 2021 kien ta’ 18, filwaqt li l-għadd ta’ kapijiet tad-dipartimenti kien ta’ 13 fl-2020.

27.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħu s-Sistemi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Aġenzija; jinsisti b’saħħa fuq ir-rekwiżit ta’ Sistemi ta’ ġestjoni u kontroll effettivi biex jiġu evitati każijiet potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess, kontrolli ex ante/ex post neqsin, ġestjoni inadegwata tal-impenji baġitarji u legali, u li jinqabżu r-rapporti dwar kwistjonijiet fir-reġistru ta’ eċċezzjonijiet.

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

28.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija segwiet l-istrateġija biex ittejjeb l-effiċjenza tagħha, għax kompliet tibni fuq it-Trasformazzjoni Diġitali, kif ukoll l-attivitajiet mwettqa mit-task force għat-Trasformazzjoni Diġitali tan-Negozji; jinnota b’apprezzament li l-attivitajiet inkludew l-esplorazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali, it-tagħlim awtomatiku u r-robotika biex jinbnew soluzzjonijiet prammatiċi għall-bżonnijiet ta’ negozju eżistenti tal-Aġenzija, u l-aċċelerazzjoni tal-innovazzjoni permezz tal-Laboratorju tal-Innovazzjoni Diġitali, li żviluppa qafas għall-analiżi tal-proċessi bil-għan li jsaħħaħ l-effiċjenza permezz tat-teknoloġija u l-innovazzjoni diġitali fl-Aġenzija;

29.

Jinnota b’apprezzament il-progress li sar rigward il-programm għad-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-Aġenzija mmirat lejn il-modernizzazzjoni tal-proċessi u tal-għodod użati fl-oqsma tal-ġestjoni tal-persunal, il-finanzi u l-ippjanar; ifaħħar it-tnedija tal-fażijiet 1 u 2 tal-programm dwar il-Prestazzjoni u l-Iżvilupp fl-2021, li jikkonsisti minn, fost oħrajn, it-tnedija ta’ għodda diġitali ġdida għall-ġestjoni tal-proċessi ta’ prestazzjoni u żvilupp kollha li hija integrata mas-sistemi ta’ onboarding eżistenti, u l-implimentazzjoni tal-fajl personali diġitali għall-persunal statutorju kollu, li jissostitwixxi l-fajl personali stampat storiku u l-fajls ta’ ħidma skenjati;

30.

Jilqa’ l-isforzi li għamlet l-Aġenzija fl-2021 għal aktar sostenibbiltà biex tnaqqas l-impronta tal-karbonju mill-attivitajiet tagħha; jinnota li tali sforzi wasslu għal diversi eżiti pożittivi, inkluż tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-enerġija u l-ilma tal-Aġenzija; jilqa’ l-progress tal-Aġenzija fl-2021 rigward ir-reġistrazzjoni tagħha fl-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS), l-aġġornament tas-sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali (EM) tal-Aġenzija biex jiġu identifikati r-riżorsi li ser jgħinu l-integrazzjoni tal-attivitajiet ta’ EM fil-proċessi ta’ negozju operazzjonali tagħha u tiġi sorveljata l-impronta ambjentali tal-Aġenzija billi jiġi applikat il-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra;

31.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f’termini ta’ operat u ġestjoni interni iżda anki sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jistieden lill-Aġenzija tgħaddi għal ġestjoni tad-dokumenti u proċessi mingħajr l-użu tal-karta fejn possibbli; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tkompli tkun proattiva f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

32.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà), u mas-CERT-UE (Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni) u twettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari tal-infrastruttura tal-IT tagħha u tiżgura li jsiru awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tagħha; jissuġġerixxi li jiġu offruti regolarment programmi ta’ taħriġ aġġornati relatati maċ-ċibersigurtà għall-persunal kollu fl-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tiżviluppa l-politika taċ-ċibersigurtà tagħha iktar malajr, tressaqha qabel il-31 ta’ Diċembru 2023 u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza;

Kontinwità tal-operat matul kriżi tal-COVID-19

33.

Jinnota li, b’riżultat tal-istabbiliment ta’ ppjanar għall-kontinwità tal-operat matul l-2021, xi wħud mill-attivitajiet tal-Aġenzija kellhom jiġu sospiżi, ittardjati jew imċekkna; jinnota wkoll li l-Aġenzija kompliet tagħmel monitoraġġ tal-pjan għall-kontinwità tal-operat u l-pjan għat-theddida għas-saħħa pubblika tagħha, sabiex tipproteġi s-saħħa u s-sikurezza tal-persunal, tad-delegati u tal-kuntratturi filwaqt li tkompli twettaq il-mandat tagħha;

34.

Jinnota li l-Aġenzija ħadet għadd ta’ miżuri biex timmonitorja u timmitiga l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19, bħall-ġestjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sikurezza billi implimentat it-tbegħid soċjali u ppermettiet lill-impjegati jaħdmu mid-dar; jinnota li l-operat u r-riżultati tal-Aġenzija ma ġewx affettwati b’mod sinifikanti mill-pandemija tal-COVID-19;

Kummenti oħra

35.

Ifaħħar lill-Aġenzija tal-isforzi tagħha fl-2021 biex tipprovdi informazzjoni ċara, trasparenti, preċiża u fil-ħin dwar l-approvazzjoni u s-superviżjoni tal-vaċċini u t-trattamenti tal-COVID-19 fl-UE b’veloċità u frekwenza mingħajr preċedent; jirrikonoxxi li l-komunikazzjoni tal-Aġenzija kienet kruċjali biex isserraħ moħħ iċ-ċittadini tal-Unjoni, tiġġieled kontra l-informazzjoni ħażina u d-diżinformazzjoni, tibni fiduċja u tipproteġi s-saħħa pubblika; tfaħħar il-metrika mtejba tal-Aġenzija u l-feedback pożittiv rigward it-traffiku fuq is-sit web tagħha, il-konferenzi stampa u l-kontijiet tal-media soċjali fl-2021;

36.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija żviluppat strateġija qafas ġdida ta’ ħames snin għall-komunikazzjoni esterna u l-involviment, li tkopri l-2021 sal-2025, li għandha l-għan li tibni fehim aħjar tal-Aġenzija u l-ħidma tagħha fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, kif ukoll li tipprovdi qafas strateġiku għall-iżvilupp ta’ pjanijiet annwali ta’ komunikazzjoni u involviment; jinnota li l-istrateġija ta’ qafas ġdida tistabbilixxi miri bħal żieda tal-impatt fuq is-saħħa pubblika, kollaborazzjoni msaħħa mas-sħab u mal-partijiet ikkonċernati u l-istabbiliment ta’ proċessi ottimizzati għall-komunikazzjoni fi żminijiet ta’ kriżi fost oħrajn;

37.

Jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha (pereżempju r-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà), u ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha, l-iskambju tal-prattiki tajba u d-diskussjonijiet tagħha rigward oqsma ta’ interess reċiproku ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza;

38.

Jirreferi, fir-rigward ta’ kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 26.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/342


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1897 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0091/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0106/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36.

(4)   ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/343


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1898 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023[19] — C9-0092/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0107/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/345


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1899 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0107/2023),

A.

billi, skont ir-rapport tad-dħul u n-nefqa tiegħu (1), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (iċ-“Ċentru”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 18 974 791, li jirrappreżenta żieda ta’ 5,13 % meta mqabbel mal-2020; billi l-baġit taċ-Ċentru huwa prinċipalment derivat (90 %) mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 100 %, jiġifieri l-istess rata bħal dik fl-2020; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 96,35 %, li tfisser żieda ta’ 1,62 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jinnota wkoll b’sodisfazzjon li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament riportati mill-2020 għall-2021 kienet ta’ 98,80 %;

Prestazzjoni

2.

Jinnota li l-mudell ta’ kejl tal-prestazzjoni taċ-Ċentru jidentifika għadd limitat (10) ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) komposti, li jintużaw biex titkejjel l-effettività tal-ksib tar-riżultati mixtieqa u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi allokati, u li huma kkomplementati minn KPIs ta’ livell ogħla li jagħmlu enfasi fuq l-eżiti u l-impatti; jinnota li għall-indikaturi tal-prestazzjoni, iċ-Ċentru identifika 54 mira annwali, li minnhom intlaħqu 47 mira (87 %); jilqa’, minbarra l-indikaturi tal-prestazzjoni, l-adozzjoni miċ-Ċentru ta’ approċċ b’diversi indikaturi għall-monitoraġġ; jieħu nota li, skont dan l-approċċ, l-attività ta’ monitoraġġ tiffoka fuq ħames indikaturi epidemjoloġiċi ewlenin;

3.

Jinnota li fl-2021, il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tal-prestazzjoni taċ-Ċentru ntlaħqu; josserva l-kisba parzjali fir-rigward ta’ diversi metriċi, bħall-għadd medju ta’ jiem ta’ taħriġ għal kull membru tal-persunal (mira ta’ tlett ijiem, filwaqt li l-għadd medju ta’ jiem ta’ taħriġ kien ta’ 1,2) minħabba restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar matul is-sena jew iż-żmien medju tal-proċessi ta’ reklutaġġ (mira ta’ 4 xhur, li nkiseb f’4,5 xhur) minħabba għadd jew reklutaġġ akbar li seħħew fl-2021; jinnota wkoll li xi wħud mill-indikaturi tal-prestazzjoni li jikkonċernaw l-implimentazzjoni effiċjenti tal-proġetti ta’ assistenza teknika ma’ pajjiżi terzi nkisbu biss parzjalment minħabba l-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni, inklużi r-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija tal-COVID-19;

4.

Jilqa’ l-fatt li l-Bord ta’ Ġestjoni taċ-Ċentru adotta t-tieni Pjan Direzzjonali 2025 kif ukoll il-mudell kummerċjali l-ġdid taċ-Ċentru li għandu l-għan li jkompli jiżviluppa ċ-Ċentru f’organizzazzjoni ffukata fuq il-klijent u xprunata mid-data; jinnota li dawn id-dokumenti se jiggwidaw il-ħidma taċ-Ċentru fit-tieni fażi tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija 2025 taċ-Ċentru li bdiet fl-2021; jenfasizza li ċ-Ċentru huwa parti responsabbli f’bosta azzjonijiet ewlenin tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2021-2025 approvat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2021;

5.

Ifaħħar l-isforzi taċ-Ċentru u l-progress li għamel fit-tliet oqsma tax-xogħol tiegħu: is-saħħa, is-sigurtà u l-ixprunaturi tan-negozju; jinnota b’mod partikolari r-rilaxx fl-2021 tal-ewwel pubblikazzjoni ewlenija kompletament diġitali taċ-Ċentru bi tmien gwidi żgħar bi tweġibiet li jindirizzaw sfidi ewlenin tas-saħħa pubblika fil-qasam tad-droga, it-tnedija ta’ sett ta’ għodod online ġdid li għandu l-għan li jilħaq il-miri f’ċerti oqsma tas-saħħa u r-rilaxx ta’ rapporti speċjali dwar it-theddid għall-Unjoni ta’ żviluppi emerġenti tad-droga fl-Afganistan u fl-Iran, u dwar ir-rotot ta’ traffikar fil-Balkani u fin-Nofsinhar lejn l-Unjoni; jinnota wkoll l-approċċ iffukat fuq il-klijent taċ-Ċentru, l-isforzi tiegħu biex jiżgura li l-prodotti u s-servizzi jiġu pprovduti f’waqthom u ż-żieda fil-viżibbiltà tiegħu fuq il-mezzi online;

6.

Jilqa’ l-parteċipazzjoni taċ-Ċentru f’avvenimenti ta’ taħriġ relatati mad-droga u fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet, li rnexxielu jittrasferixxi l-għarfien tiegħu lil aktar minn 870 professjonist li jaħdmu fil-qasam tad-droga, li jirrappreżentaw żieda ta’ kważi 75 % meta mqabbla mal-2020; jilqa’ wkoll it-tnedija tal-Iskola Ewropea tax-Xitwa dwar id-Droga fl-2021, biex tikkomplementa l-iskola Ewropea tas-Sajf dwar id-Droga li diġà ġiet stabbilita;

Politika dwar il-persunal

7.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, mit-tabella tal-persunal kien imtela perċentwal ta’ 96 %, u li kienu nħatru seba’ uffiċjali u 66 aġent temporanju mis-seba’ uffiċjali u 69 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 76 post tax-xogħol awtorizzati fl-2020); jinnota wkoll li, barra minn hekk, fl-2020 kienu jaħdmu għaċ-Ċentru 27 aġent kuntrattwali kif ukoll espert nazzjonali sekondat; jilqa’ l-fatt li, minn tmiem l-2021, iċ-Ċentru ma għadux jimpjega persunal interim; jilqa’ l-eżerċizzju ta’ skrinjar tal-persunal tal-2021 taċ-Ċentru u l-allokazzjoni effettiva u effiċjenti tar-riżorsi tiegħu b’71,77 % tal-persunal taċ-Ċentru allokat għal kompiti operattivi, 18,65 % għal appoġġ amministrattiv u 9,58 % għal operazzjonijiet newtrali;

8.

Jinnota li ċ-Ċentru rrapporta li għandu żewġ nisa (22 %) u sebat irġiel (78 %) fil-maniġment superjuri tiegħu, filwaqt li għandu 20 mara (38 %) u 32 raġel (62 %) fil-Bord ta’ Ġestjoni tiegħu; jinnota li l-persunal b’mod ġenerali huwa magħmul minn 29 raġel (45 %) u 36 mara (55 %); ifakkar fl-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri tal-persunal u jistieden liċ-Ċentru jqis dan l-aspett fir-rigward ta’ ħatriet futuri fi ħdan il-maniġment superjuri tiegħu; jistieden ukoll lill-Istati Membri jqisu dan meta jinnominaw il-membri tagħhom tal-Bord ta’ Ġestjoni; ifakkar ukoll fl-importanza li tiġi żgurata rappreżentanza ġeografika bbilanċjata fi ħdan kemm il-maniġment kif ukoll l-persunal taċ-Ċentru;

9.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li ċ-Ċentru għadu ma implimenta l-ebda modulu tas-sistema ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani SYSPER; jistieden liċ-Ċentru jtejjeb id-diġitalizzazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-persunal tiegħu sabiex iżid l-effiċjenza tiegħu;

Akkwist

10.

Jilqa’ li, f’termini ta’ eżekuzzjoni tal-akkwist, il-pjan ta’ akkwist tal-2021 ġie eżegwit b’suċċess miċ-Ċentru bi 98 proċedura nnegozjata b’valur totali ta’ EUR 1 556 147; jilqa’ l-fatt li l-Qorti ma kellhiex kummenti dwar l-applikazzjoni min-naħa taċ-Ċentru tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku;

11.

Jinnota b’apprezzament li ċ-Ċentru juża s-Sejħa għall-offerti elettronika, is-Sottomissjoni elettronika ta’ offerti u l-Fatturazzjoni elettronika; iħeġġeġ liċ-Ċentru jkompli l-progress tiegħu lejn id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist tiegħu u jesplora għażliet għall-bidu tal-implimentazzjoni u l-użu tal-għodda ta’ akkwist diġitali PPMT;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

12.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti taċ-Ċentru u l-isforzi li qed jagħmel bħalissa biex jiżgura t-trasparenza, jipprevjeni u jimmaniġġja l-kunflitti ta’ interess, u jagħti protezzjoni lill-informaturi; jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru ppubblika fuq is-sit web tiegħu d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-persunal tal-maniġment superjuri tiegħu, tal-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tiegħu u tal-esperti esterni li huma membri tal-Kumitat Xjentifiku; jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru ppubblika wkoll fuq is-sit web tiegħu s-CVs tal-esperti esterni li huma membri tal-Kumitat Xjentifiku tiegħu; jinnota t-tweġiba taċ-Ċentru li ppubblika fuq is-sit web tiegħu s-sommarji kollha tas-CVs tal-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni u tal-persunal tal-maniġment superjuri tiegħu; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li fuq is-sit web taċ-Ċentru, huwa disponibbli biss sommarju tal-attivitajiet professjonali attwali tagħhom; jistieden liċ-Ċentru jaġġorna s-sit web tiegħu biex jinkludi CVs li jelenkaw l-isfond professjonali sħiħ tal-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni u tal-persunal tal-maniġment superjuri tiegħu;

13.

Jinnota li l-eżistenza ta’ riskju ta’ kunflitt ta’ interess hija vvalutata taħt l-awtorità tad-direttur taċ-Ċentru, u li l-Bord ta’ Ġestjoni, kif meħtieġ, jadotta l-miżuri bil-għan li jipprevjenu jew jevitaw kunflitt ta’ interess; jinnota li fl-2021 ma ġie rrapportat, investigat jew konkluż l-ebda każ ta’ kunflitt ta’ interess;

Kontroll intern

14.

Jinnota li fl-2021, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) wettaq awditu dwar is-sistema ta’ kontroll intern taċ-Ċentru u l-konformità mar-regoli u l-proċeduri rigward il-ġestjoni tar-riżorsi umani taċ-Ċentru; jinnota li r-rapport tal-awditjar finali tal-IAS kien jinkludi tliet rakkomandazzjonijiet “importanti ħafna” dwar il-ġestjoni tal-etika, il-ġestjoni tal-volum ta’ xogħol u tal-prestazzjoni, u l-kontrolli tas-sigurtà fuq il-fajls tal-persunal, flimkien ma’ tliet rakkomandazzjonijiet “importanti” dwar l-għażla u r-reklutaġġ; jistieden liċ-Ċentru jwettaq il-pjan ta’ azzjoni miftiehem għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-IAS u jinforma lill-awtorità tal-baġit dwar il-progress li jkun sar f’din il-kwistjoni;

15.

Jinnota li fl-2021 iċ-Ċentru wettaq valutazzjoni tal-qafas ta’ kontroll intern (QKI) tiegħu, u kkonkluda li l-komponenti kollha huma preżenti u qegħdin jiffunzjonaw, b’xi titjib irrakkomandat fir-rigward tal-“ambjent tal-kontroll”, l-“attivitajiet tal-kontroll” u l-“informazzjoni u l-komunikazzjoni”; jinnota, madankollu, li, skont il-valutazzjoni taċ-Ċentru, in-nuqqasijiet attwali ma affettwawx l-effettività ġenerali tal-QKI; jilqa’ l-attivitajiet li ċ-Ċentru qed iwettaq bħalissa biex jimplimenta l-pjan ta’ azzjoni adottat ħalli jindirizza n-nuqqasijiet tal-QKI tiegħu;

16.

Jinnota li fl-2021 twettaq eżerċizzju komprensiv ta’ identifikazzjoni u valutazzjoni tar-riskju biex tittejjeb il-ġestjoni tar-riskju fiċ-Ċentru; jinnota wkoll li ċ-Ċentru wettaq għadd ta’ żviluppi li jikkontribwixxu għall-effettività ġenerali tas-sistema ta’ kontroll intern; josserva, b’mod partikolari, li intużat sistema ġdida ta’ informazzjoni dwar il-ġestjoni korporattiva (Matrix) għall-ippjanar operazzjonali, il-monitoraġġ u r-rapportar tal-attivitajiet; josserva bl-istess mod li ġiet abbozzata u formalizzata strateġija ġdida għall-ġestjoni organizzattiva u għas-sistema ta’ kontroll intern f’konformità mal-linji gwida applikabbli maħruġa mill-Kummissjoni;

17.

Jinnota li fl-2021 iċ-Ċentru adotta strateġija riveduta kontra l-frodi, bi tliet objettivi strateġiċi u pjan ta’ azzjoni li għandhom jiġu implimentati fl-2022; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jkun sar f’din il-kwistjoni;

18.

Jinsab imħasseb dwar l-osservazzjoni li tinsab għaddejja mill-Qorti dwar l-użu ta’ persunal estern u ħaddiema interim; jinsab imħasseb li, skont rapport tal-Qorti, iċ-Ċentru impjega lil dawn il-ħaddiema interim permezz ta’ kuntratt qafas mingħajr ma rrispetta r-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u tal-liġi tax-xogħol Portugiża; jistieden liċ-Ċentru janalizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema interim tiegħu u jiżgura li jkunu konformi mal-liġi tax-xogħol tal-Unjoni u ma’ dik nazzjonali; jistieden ukoll liċ-Ċentru jirrikorri kemm jista’ jkun għal persunal permanenti u jistieden għal darb’oħra lill-Kummissjoni biex tiżgura allokazzjonijiet xierqa ta’ riżorsi umani għal dan il-għan; jilqa’ l-proposta li saret mill-Kummissjoni biex iċ-Ċentru jiġi ttrasformat f’Aġenzija tal-Unjoni dwar id-Drogi; ifakkar li l-aġenzija l-ġdida għandha tiġi pprovduta bir-riżorsi umani u finanzjarji meħtieġa biex tissodisfa l-objettivi, il-kompiti u r-responsabbiltajiet assenjati lilha skont ir-regolament tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

19.

Jinnota li ċ-Ċentru ilu jimmonitorja b’mod attiv il-prestazzjoni ambjentali u l-impronta tas-CO2 tiegħu b’ċikli ta’ titjib kontinwi bi tnaqqis tal-impronta tas-CO2 tiegħu matul is-snin meta mqabbel mal-linja bażi stabbilita tal-2014, minn 9,99 tunnellati għal kull membru tal-persunal, għal 0,82 tunnellati għal kull membru tal-persunal fl-2020; jinnota li t-tnaqqis konsiderevoli fl-emissjonijiet ta’ CO2 huwa parzjalment dovut għat-tnaqqis fil-missjonijiet u t-trasport relatat mal-pandemija tal-COVID-19, kif ukoll għall-bidla taċ-Ċentru għal elettriku newtrali għas-CO2 iġġenerat minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli; jinnota b’interess li ċ-Ċentru jirrikjedi l-użu ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku biex irawwem soluzzjonijiet li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent fit-tiġdid tal-kuntratti; josserva li ċ-Ċentru qiegħed jagħmel ħiltu biex jikseb ċertifikazzjoni ambjentali fit-tul, b’kunsiderazzjoni xierqa tar-riżorsi disponibbli; jistieden liċ-Ċentru jkompli jimplimenta t-tranżizzjoni tiegħu lejn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, filwaqt li jirrikonoxxi li ċ-Ċentru għandu stabbiliti sistema u politika ambjentali eżemplari;

20.

Jilqa’ r-rilaxx fl-2021 tal-ewwel moduli tal-pubblikazzjoni taċ-Ċentru Health and Social Responses to Drug Problems: A European Guide 2021 (Rispons tas-Saħħa u Soċjali għall-Problemi tad-Droga: Gwida Ewropea 2021), bħala l-ewwel pubblikazzjoni kompletament diġitali taċ-Ċentru;

21.

Jieħu nota tal-isforzi li ċ-Ċentru qed jagħmel bħalissa biex jiżviluppa l-infrastruttura tal-ICT ħalli jappoġġja l-miżuri tat-telexogħol tal-organizzazzjoni; jinnota, f’dan ir-rigward, l-attivazzjoni ta’ tim ta’ rispons għal inċidenti u r-riżoluzzjoni fil-ħin tar-rispons operattiv dwar it-talbiet relatati mas-saħħa u s-sikurezza; jinnota wkoll li, wara l-attivazzjoni tal-Pjan għall-Kontinwità tal-Operat fl-2020, iċ-Ċentru qed juża għodod remoti biex iwettaq ir-reklutaġġ; jinnota li ċ-Ċentru implimenta miżuri ġodda biex iżid iċ-ċibersigurtà tiegħu, bħal programm ta’ trasformazzjoni għat-tagħmir tal-utent finali, l-użu ta’ għodod, u l-arkitettura tad-dominju biex itejjeb ir-rispons rapidu għat-theddid, u l-integrazzjoni tal-awtentikazzjoni b’żewġ fatturi għall-applikazzjoni aċċessibbli minn barra n-network lokali;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

22.

Jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru, fil-qafas tat-task force ħalli jiġi kkoordinat ir-rispons għas-saħħa pubblika għall-pandemija tal-COVID-19, żviluppa qafas flessibbli u globali biex jgħin fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet relatati mal-pandemija b’mod strutturat; jinnota li l-qafas kien jinkludi għadd ta’ pilastri bħall-għoti ta’ rispons immedjat għall-appoġġ lill-partijiet ikkonċernati, il-bidu ta’ proċess għar-rieżami tal-impatt tas-sitwazzjoni fuq l-attivitajiet sostantivi attwali taċ-Ċentru u l-iżgurar tal-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn tali attivitajiet; jinnota li ċ-Ċentru, wara l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni pandemika, iddiżattiva l-Pjan għall-Kontinwità tal-Operat f’Ottubru; josserva li ċ-Ċentru wettaq eżerċizzju ta’ tagħlimiet meħuda fl-2022; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità tal-baġit dwar l-eżitu ta’ dan l-eżerċizzju;

Kummenti oħra

23.

Jinnota l-prattika li ċ-Ċentru qed iħaddem bħalissa ta’ kooperazzjoni ma’ Aġenziji oħra tal-Unjoni u ma’ sħab internazzjonali; jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru, bħala membru taċ-Ċentru Ewropew tal-Innovazzjoni għas-Sigurtà Interna li għadu kif ġie stabbilit, ikkoopera mal-Kunsill Konġunt tar-Riċerka u mal-Europol fl-implimentazzjoni ta’ proġett pilota kkoordinat mill-Unjoni biex jiġi żviluppat qafas ta’ software online flessibbli b’użu minn bosta utenti għall-monitoraġġ ta’ attivitajiet kriminali tad-darknet; jinnota, fil-qafas tan-network tal-Aġenziji tal-ġustizzja u affarijiet interni, il-kooperazzjoni taċ-Ċentru mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għall-użu tal-pjattaforma ta’ taħriġ LEEd ibbażata fuq is-CEPOL; jinnota wkoll il-kooperazzjoni taċ-Ċentru mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil dwar l-istudju li jesplora problemi relatati mal-użu ta’ sustanzi u r-reazzjonijiet eżistenti fost il-professjonisti fil-kuntest Ewropew tal-akkoljenza; jinnota wkoll il-proġetti ta’ kooperazzjoni teknika taċ-Ċentru (IPA7, EU4MD u l-EMCDDA għall-Georgia) ma’ pajjiżi terzi li ġew implimentati fl-2021 f’oqsma bħall-informazzjoni dwar id-droga u t-theddid għas-saħħa u s-sigurtà relatat mad-droga;

24.

Jinnota b’apprezzament li ċ-Ċentru għadu jikkondividi s-sinerġiji mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima f’dawk li huma servizzi amministrattivi u ta’ appoġġ u l-ġestjoni tal-uffiċini komuni f’Lisbona, u li dawn is-sinerġiji jirrigwardaw anki l-ICT, it-telekomunikazzjoni u l-infrastrutturi u s-servizzi bbażati fuq l-Internet; jirrikonoxxi li ġew stabbiliti sinerġiji operattivi ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u fil-qasam tas-saħħa; ifaħħar dan il-mod ta’ koabitazzjoni taż-żewġ aġenziji bħala eżempju li għandu jiġi segwit;

25.

Jilqa’ l-kooperazzjoni bejn iċ-Ċentru u l-pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fil-livell reġjonali, permezz tal-proġett ta’ assistenza teknika EU4MD, iffinanzjat mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat; jilqa’ wkoll il-bidu fl-2021 tal-ewwel proġett ta’ assistenza teknika taċ-Ċentru fil-livell bilaterali mal-proġett tal-EMCDDA għall-Georgia; jenfasizza l-importanza ta’ dawn is-sħubijiet fit-tisħiħ tas-sigurtà fiż-żona tal-viċinat tal-Unjoni, kif ukoll fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u l-użu ta’ sustanzi illeċiti għall-Istati Membri u s-sħab ġirien tagħha;

26.

Jistieden liċ-Ċentru jiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha mal-pubbliku ġenerali, u biex jikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja; jilqa’ f’dan ir-rigward l-aċċessibbiltà tal-utenti tar-rapporti maħluqa miċ-Ċentru;

27.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 32.

(2)  Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).

(3)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/350


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1900 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga n (EMCDDA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023[19] — C9-0092/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0107/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/351


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1901 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta' Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0093/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0113/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/352


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1902 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0113/2023),

A.

billi skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien jammonta għal EUR 105 774 716,82, li jfisser żieda ta’ 9,36 % meta mqabbel mal-2020; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni u l-introjtu operatorju;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’implimentazzjoni tal-baġit ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena kurrenti ta’ 99,67 %, li tirrappreżenta żieda żgħira ta’ 0,78 %, meta mqabbla mal-2020 u rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena kurrenti ta’ 97,32 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 1,24 %;

2.

Jinnota b’apprezzament mis-segwitu li ngħata għall-kwittanza tal-2020 li l-miżuri differenti meħuda biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-pagamenti tard irriżultaw f’rata baxxa ħafna ta’ pagamenti tard ta’ 0,56 % fl-2021; jinnota, barra minn hekk, li fl-2021 ntlaħqu ż-żewġ miri ta’ aktar minn 95 % ta’ eżekuzzjoni għall-Approprjazzjonijiet ta’ Impenn u ta’ inqas minn 5 % ta’ kanċellazzjoni għall-Approprjazzjonijiet ta’ Pagament;

Prestazzjoni

3.

Jinnota li l-Aġenzija tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tkejjel l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tagħha fl-oqsma ewlenin li l-Aġenzija tikkontribwixxi għalihom (is-sostenibilità u l-assistenza teknika, is-sikurezza, is-sigurtà, is-servizzi diġitali u s-simplifikazzjoni u s-sorveljanza), u l-attivitajiet orizzontali tagħha; jinnota li minkejja r-restrizzjonijiet persistenti maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19, l-objettivi stabbiliti għall-2021 intlaħqu b’mod ġenerali permezz ta’ livell għoli ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali;

4.

Jinnota li l-Aġenzija kkooperat mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fuq analiżi tad-dimensjoni ambjentali tas-settur tat-trasport marittimu, li rriżultat fil-pubblikazzjoni tal-ewwel Rapport Ambjentali dwar it-Trasport Marittimu Ewropew; jinnota li, minħabba l-prossimità ġeografika tagħhom, l-Aġenzija tikkoopera mal-EMCDDA; jieħu nota, barra minn hekk, tal-Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz mal-EFCA fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ riserva għall-funzjoni tal-kontabilità;

5.

Jilqa’ l-fatt li, mill-2017 ’l hawn, l-arranġament ta’ ħidma tripartitiku bejn l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) ħadem sew; iqis li dan l-arranġament jikkostitwixxi eżempju ta’ sinerġija bejn l-aġenziji tal-UE li għandu jservi ta’ ispirazzjoni għall-aġenziji f’oqsma oħra; jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha f’dak ir-rigward u jqis li huwa xieraq li tiżdied ukoll il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd sabiex tinġabar data għar-riċerka xjentifika dwar l-ekosistemi tal-baħar;

6.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija għadha timplimenta żewġ proġetti ta’ kooperazzjoni għal assistenza teknika ma’ pajjiżi terzi tal-Baħar Mediterran (SAFEMEDIV) u l-Baħar l-Iswed u l-Baħar Kaspju (BCSEA); iqis li dawn il-proġetti ma’ pajjiżi terzi huma eżempju tajjeb ta’ kooperazzjoni biex jittejbu s-sikurezza marittima, il-protezzjoni marittima u l-preservazzjoni tal-ambjent tal-baħar; jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha f’dak ir-rigward u tikkunsidra kooperazzjoni simili ġdida ma’ pajjiżi terzi;

7.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija għadha sieħeb importanti għall-Kummissjoni u għal Stati Membri f’dak li huwa żvilupp ta’ standards tas-sikurezza marittima, kif ukoll id-diġitalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tat-trasport marittimu tal-UE; ifaħħar ukoll l-assistenza teknika u operattiva li tipprovdi l-Aġenzija;

8.

Jilqa’ b’mod partikolari r-rwol akbar tal-Aġenzija fil-valutazzjoni, il-verifika u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sigurtà marittima, li kibret mas-snin, filwaqt li d-domanda għall-appoġġ lill-Kummissjoni u lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA mistennija tkompli tiżdied, minħabba prijorità dejjem akbar li tingħata fil-livell tal-UE;

9.

Jissottolinja r-rwol tal-Aġenzija fil-monitoraġġ tal-ilmijiet Ewropej f’kooperazzjoni mal-Istati Membri biex jiġi identifikat tixrid illegali ta’ skart u tixrid potenzjali taż-żejt; jistieden lill-Aġenzija tkompli ssaħħaħ is-sorveljanza u kapaċitajiet diġitali tagħha bil-għan li tiġġieled it-tniġġis illegali tal-ilma; jissottolinja l-ħidma li tagħmel l-Aġenzija fl-appoġġ tal-isforzi ta’ tiftix u salvataġġ tal-Istati Membri;

Politika dwar il-persunal

10.

Jinnota li fil-31 ta’ Diċembru 2021, it-tabella tal-persunal kienet implimentata sa 99,06 %, bil-ħatra ta’ 210 uffiċjali jew aġenti temporanji mit-total ta’ 212 awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma 212-il post awtorizzat fl-2020); jinnota li, barra minn hekk, fl-2021 50 aġent kuntrattwali u 13-il espert nazzjonali sekondat ħadmu għall-Aġenzija;

11.

Jinnota b’sodisfazzjon li nkiseb bilanċ bejn il-ġeneri fost il-membri tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija, fejn 3 minn 5 (60 %) huma nisa; jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fost il-membri tal-bord ta’ amministrazzjoni tal-Aġenzija, fejn 47 minn 65 (72 %) huma rġiel; jinnota wkoll bi tħassib in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-persunal kollu tal-Aġenzija, fejn 172 minn 268 (64 %) kienu okkupati minn rġiel; jinnota, barra minn hekk, li fl-2021 l-Aġenzija nediet b’suċċess l-inizjattiva Speed Network biex toffri lin-nisa interessati f’pożizzjoni fl-Aġenzija jew f’karriera fis-settur marittimu b’mod ġenerali l-opportunità ta’ dialogu informali u qasir ma’ membri tal-persunal nisa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord amministrattiv tal-Aġenzija;

12.

Jinnota li l-Aġenzija għandha politika dwar il-prevenzjoni ta’ fastidju psikoloġiku u sesswali, li tinkludi konsulenti kunfidenzjali biex jappoġġjaw lill-persunal kif ukoll sessjonijiet regolari ta’ taħriġ u sensibilizzazzjoni, u informazzjoni ddedikata fuq l-intranet tagħha;

Akkwist

13.

Jinnota li fl-2021, inbdew 51 proċedura ta’ akkwist (25 proċedura miftuħa, 3 proċeduri nnegozjati speċjali, 4 proċeduri kompetittivi nnegozjati u 19-il proċedura nnegozjati b’valur baxx u b’valur baxx ħafna) u ġew iffirmati total ta’ 65 kuntratt;

14.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija emendat 14-il kuntratt speċifiku għall-provvista ta’ servizzi, u l-valur totali tal-emendi kien ta’ EUR 6,8 miljun, jiġifieri żieda ta’ 76 % tal-valur inizjali tal-kuntratti, u li dawk l-emendi ma kinux konformi mal-Artikolu 172(3)(d) tar-Regolament Finanzjarju; jinnota, barra minn hekk, li l-ammonti mħallsa fl-2021 (EUR 5,4 miljun) irriżultaw mill-applikazzjoni tal-prezzijiet unitarji stabbiliti fil-kuntratti qafas rispettivi u kienu fil-limitu massimu oriġinali tal-kuntratt qafas, u li l-emendi inkwistjoni ma bidlux il-bilanċ ekonomiku favur il-kuntrattur u ma wasslux għal distorsjoni tal-kompetizzjoni, u b’hekk il-pagamenti riżultanti ma ġewx affettwati; jinnota li, skont ir-risposta tal-Aġenzija, din ħadet miżuri biex temenda l-ispeċifikazzjonijiet futuri tas-sejħiet għall-offerti u l-mudelli tal-kuntratti kif xieraq; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar kull żvilupp f’dak ir-rigward;

Prevenzjoni u ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess u trasparenza

15.

Jirrikonoxxi li l-Aġenzija tuża d-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess għall-membri tal-bord amministrattiv u għall-maniġment superjuri tagħha; jinnota barra minn hekk, li jiġu ffirmati dikjarazzjonijiet partikolari addizzjonali ta’ kunflitti ta’ interess, bħal dik għall-membri f’bordijiet ta’ reklutaġġ; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija għandha għadd ta’ politiki u proċeduri fis-seħħ biex tidentifika u tevita kunflitti ta’ interess, u li implimentat regoli interni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, inkluż taħriġ regolari;

16.

Jinnota b’apprezzament li l-Aġenzija żviluppat u implimentat, f’Marzu 2022, ir-“Regoli dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza tal-EMSA” interni tagħha u tipparteċipa fil-ftehim interistituzzjonali li għadu kif ġie stabbilit dwar reġistru ta’ trasparenza obbligatorju għar-rappreżentanti tal-interessi, iffirmat mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mill-Parlament;

17.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli aktar sistematiċi dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitti ta’ interess u l-lobbjar illegali; jistieden lill-Aġenzija ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tagħha, inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu intern kontra l-korruzzjoni;

Kontroll intern

18.

Jinnota li l-verifika tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) dwar il-“governanza tal-IT u l-ġestjoni tal-portafoll tal-IT” twettqet mill-bogħod fl-2021, u li l-IAS ikkonkluda li minħabba r-ristrutturar tal-ICT f’dipartiment wieħed, l-Aġenzija b’mod ġenerali fasslet u implimentat sistemi effiċjenti u effettivi ta’ ġestjoni u kontroll għall-arranġamenti tagħha fil-qasam tal-governanza tat-teknoloġija tal-informazzjoni; barra minn hekk, jinnota li l-IAS ħareġ sitt rakkomandazzjonijiet li għalihom l-Aġenzija ħarġet pjan ta’ azzjoni; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar kull żvilupp f’dak ir-rigward;

19.

Jilqa’ l-fatt li fl-2021 is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri ma ħarġux rakkomandazzjonijiet jew kummenti kritiċi li jistgħu jwasslu għal riżerva fid-dikjarazzjoni annwali ta’ assigurazzjoni; jinnota li fl-2021 kien hemm rakkomandazzjoni waħda relatata ma’ investigazzjoni tal-OLAF li qiegħda fil-proċess li tiġi segwita;

20.

Jinnota l-valutazzjoni annwali dwar is-sistema ta’ kontroll intern imwettqa mill-Aġenzija u l-konklużjoni tagħha li l-prinċipji ta’ kontroll intern kollha u l-ħames komponenti ta’ kontroll intern ġew implimentati b’mod adegwat u huma effettivi b’mod ġenerali, li huwa meħtieġ biss titjib żgħir, u li ma ġiet irrapportata l-ebda dgħufija sinifikanti fil-kontroll;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

21.

Jinnota li l-Aġenzija kompliet l-attivitajiet ta’ diġitalizzazzjoni li għaddejjin bħalissa biex tappoġġja l-objettivi taċ-ċertifikazzjoni elettronika ħalli tiffaċilita l-ħidma tal-Istati Membri fil-kapaċità tagħhom bħala Stati tal-bandiera, tal-port u tal-kosta, u li għenet lill-Kummissjoni tħejji l-valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tar-reviżjoni tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u d-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera, li jipprevedu l-inklużjoni ta’ Ċertifikati elettroniċi; jemmen li l-Aġenzija jista’ jkollha rwol ta’ koordinazzjoni fl-iżgurar tas-sikurezza fil-portijiet Ewropej u tista’ tgħin lill-Kummissjoni biex taħdem fuq implimentazzjoni effettiva;

22.

Jieħu nota tal-varar tal-Istrateġija dwar il-Cloud tal-Aġemzija li tippermetti l-ħolqien ta’ ambjent teknoloġiku mill-aktar avvanzat li jaċċelera s-servizzi diġitali marittimi; ifaħħar l-iżvilupp tal-Maritime Picture u l-fatt li s-SafeSeaNet il-ġdida saret operattiva;

23.

Iħeġġeġ l-isforzi tal-Aġenzija diretti lejn l-għoti ta’ kontribut lill-aġenda ekoloġika Ewropea għat-trasport marittimu permezz tat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni li tipproteġi l-ambjent tal-baħar u tiġġestixxi t-tibdil fil-klima anki permezz tal-bidla lejn mobilità sostenibbli, bil-kontribut tat-trasport marittimu rifless fl-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti adottata f’Diċembru 2020; ifakkar, barra minn hekk, fir-rwol li l-Aġenzija tista’ tiżvolġi biex issaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ valutazzjoni tar-riskju fl-oqsma tas-sikurezza, anki għal dak li jirrigwarda l-użu ta’ infrastrutturi għall-fjuwils alternattivi;

24.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija kompliet timplimenta l-istrateġija 2020-2024 tagħha, peress li dan se jippermetti l-Aġenzija twettaq il-kompiti ta’ sorveljanza, sikurezza u sigurtà marittima tagħha filwaqt li tikkontribwixxi b’mod effiċjenti għall-prijoritajiet diġitali u ambjentali tal-Unjoni; jilqa’ b’mod partikolari l-fatt li l-Aġenzija - flimkien mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent - ippubblikat l-ewwel Rapport Ambjentali dwar it-Trasport Marittimu Ewropew, li jiġbor informazzjoni verifikata dwar l-impronta ambjentali tal-attivitajiet tat-trasport marittimu; ifakkar, f’dan il-kuntest, li l-miżuri klimatiċi u ambjentali futuri kollha jridu jkunu bbażati fuq valutazzjoni tal-impatt profonda u jfakkar li approċċ globali għal dak li jirrikonoxxi li t-tnaqqis tal-emissjonijiet marittimi permezz tal-IMO huwa kruċjali;

25.

Jemmen li l-Aġenzija għandha rwol importanti x’tiżvolġi biex tagħmel l-ilmijiet Ewropej mhux biss aktar sikuri, iżda anki aktar sostenibbli u li jikkontribwixxu għall-aġenda ekoloġika; jilqa’ l-adozzjoni tal-Politika Ambjentali tal-EMSA u l-pilastri u l-objettivi strateġiċi għas-snin ta’ wara permezz tat-tisħiħ tal-kapaċità tal-UE li tipproteġi l-ambjent tal-baħar, timmaniġġja t-tibdil fil-klima inkluż permezz tal-bidla għal mobbiltà sostenibbli; iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżviluppa miżuri biex tnaqqas l-użu tal-plastik abbord il-vapuri;

26.

Jissottolinja r-rwol tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni b’suċċess tat-tranżizzjoni lejn trasport marittimu bi fjwuils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju; ifaħħar f’dan ir-rigward il-kontribut li tat l-Aġenzija permezz ta’ appoġġ tekniku u data teknika għal inizjattivi relatati mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, inklużi l-inizjattiva FuelEU Maritime, l-inizjattiva tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero u l-ħidma fl-IMO dwar l-effiċjenza enerġetika u l-intensità ta’ karbonju; jenfasizza r-rwol li l-Aġenzija jista’ jkollha għall-użu ta’ infrastruttura għall-fjuwils alternattivi u għall-użu ta’ teknoloġiji għall-propulsjoni tar-riħ, kif ukoll għall-impjanti tal-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar; jisħaq, għaldaqstant, li jistgħu jsiru aġġustamenti f’dan is-sens għall-mandat tal-Aġenzija sabiex l-Aġenzija tkun tista’ ssaħħaħ l-appoġġ tagħha, possibbilment billi jiġu previsti riżorsi baġitarji suffiċjenti;

27.

Jinkoraġġixxi l-użu ta’ teknoloġiji ġodda (Intelliġenza Artifiċjali u Tagħlim Awtomatiku) u l-evoluzzjoni futura potenzjali tal-prototip tal-Għodda għall-Analitika Marittima (EMAT) tal-EMSA ppreżentata waqt is-sessjoni ta’ ħidma tas-servizzi diġitali marittimi tal-Aġenzija li saret fil-15 ta’ Diċembru 2021; jistieden lill-Aġenzija sabiex tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza f’dak ir-rigward;

28.

Jinnota b’apprezzament li, matul l-aħħar kwart tal-2021, l-Aġenzija bdiet proġett għall-implimentazzjoni tal-istandard ISO 27.001 (dwar il-ġestjoni tas-Sigurtà tal-Informazzjoni) bi tħejjija għar-regolamenti li ġejjin dwar iċ-Ċibersigurtà u s-Sigurtà tal-Informazzjoni; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-iżviluppi f’dak ir-rigward;

29.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u maċ-CERT-UE (l-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej), u twettaq, b’mod regolari, valutazzjonijiet tar-riskju dwar l-infrastruttura tal-IT tagħha u tiżgura li jsiru awditi u testijiet b’mod regolari tad-difiżi ċibernetiċi tagħha; jissuġġerixxi li jiġu offruti programmi ta’ taħriġ relatati maċ-ċibersigurtà aġġornati regolarment lill-membri kollha tal-persunal kollu fi ħdan l-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tiżviluppa aktar malajr il-politika tagħha taċ-ċibersigurtà, twassalha qabel il-31 ta’ Diċembru 2023 u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza;

30.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija pproċediet bl-implimentazzjoni tal-ġestjoni ambjentali tagħha, u ħejjiet u adottat l-ewwel Dikjarazzjoni Ambjentali tagħha; Jieħu nota b’apprezzament tal-attivitajiet u l-proġetti ta’ ekoloġizzazzjoni tal-Aġenzija fl-2021, bħall-iżgurar li l-enerġija li tuża toriġina minn sorsi ekoloġiċi li huma rinnovabbli 100 %, l-installazzjoni minnha ta’ pannelli solari fotovoltajċi, il-politika tagħha tal-uffiċċji mingħajr karti, u l-isforzi tagħha biex tnaqqas il-konsum tal-ilma;

31.

Jinnota li l-awditu intern fir-rigward tar-reġistrazzjoni taħt l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-UE sar f’Ġunju 2021 u li l-ewwel parti tal-awditu estern taċ-ċertifikazzjoni għar-reġistrazzjoni EMAS sar f’Novembru 2021; jinnota b’sodisfazzjon, li l-awditu estern tlesta fl-2022 u li l-Aġenzija issa hija rreġistrata fl-EMAS u d-dikjarazzjoni ambjentali tagħha tiġi ppubblikata;

Kontinwità tan-negozju matul il-kriżi tal-COVID-19

32.

Jinnota li l-pandemija għaġġlet l-integrazzjoni ta’ serje ta’ għodod u metodi fl-Aġenzija biex ix-xogħol ikun jista’ jkompli mill-bogħod, minn xandir dirett għal teknoloġija ta’ realtà virtwali u sat-tekniki ta’ awditjar mill-bogħod; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex tqiegħed fil-prattika t-tagħlimiet rigward il-metodi ta’ ħidma ibridi u mill-bogħod, sabiex tirrikonoxxi aħjar il-laqgħat u l-kompiti li jistgħu jsiru b’mod aktar effiċjenti mill-bogħod pjuttost milli wiċċ imb wiċċ; jinnota, barra minn hekk, li l-persunal li jittratta l-funzjonijiet direttament affettwati mir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar tal-COVID-19, bħar-rimborżi tal-esperti u tal-missjonijiet, ġie assenjat temporanjament biex iwettaq dmirijiet oħra u biex ikopri assenzi tal-persunal; jinnota, ukoll, li numru ta’ riskji u opportunitajiet ġodda identifikati relatati ma’ din il-kriżi tas-saħħa kbira ġew identifikati u inklużi fir-reġistri tar-riskji aġġornati;

33.

Jieħu nota b’apprezzament tar-rapport tal-Aġenzija “L-impatt tal-COVID-19 fuq is-Settur Marittimu fl-UE”, li pprovda ħarsa ġenerali fil-fond tal-impatt tal-pandemija fuq it-tbaħħir fir-rigward tat-traffiku, il-kummerċ, il-Bnadar tal-UE u s-sjieda, il-bini tal-bastimenti, l-ispezzjonijiet tas-sikurezza u dawk ambjentali, kif ukoll taqsimiet speċifiċi bħall-kruċieri u l-passiġġieri;

Kummenti oħra

34.

Itenni t-talba tiegħu lill-Aġenzija biex iżżid id-disponibbiltà lingwistika tas-sit web tagħha f’lingwi oħra apparti l-Ingliż; iqis li diversità lingwistika akbar tiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni għaċ-ċittadini Ewropej u b’hekk ittejjeb il-fehim u l-għarfien tagħhom tal-azzjoni tal-Unjoni Ewropea f’termini ta’ sikurezza marittima;

35.

Jilqa’ l-pubblikazzjoni mill-Aġenzija tal-Ħarsa Ġenerali Annwali tagħha dwar id-Diżgrazzji u l-Inċidenti Marittimi 2021 li tippreżenta data statistika dwar id-diżgrazzji u l-inċidenti marittimi għall-perjodu 2014-2020;

36.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 72.

(2)  Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).

(3)  Id-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 132).

(4)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/357


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1903 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0093/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0113/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/358


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1904 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta' Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0094/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0115/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/360


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1905 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0115/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha (1), il-baġit finali tal-ENISA (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 23 473 060, inkluża kontribuzzjoni ta’ EUR 640 000 mill-awtoritajiet Elleniċi għall-kiri tal-bini tal-uffiċċji, li jirrappreżenta żieda ta’ 8,26 % meta mqabbel mal-2020; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), stqarret li l-Qorti kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’implimentazzjoni baġitarja ta’ rata tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena kurrenti ta’ 99,51 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 2,16 % meta mqabbla ma’ dik tal-2020; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena kurrenti kienet ta’ 77,40 % (inqas mill-mira ppjanata ta’ 85 % tal-Aġenzija), li tfisser żieda ta’ 8,77 % meta mqabbla ma’ dik tal-2020;

Prestazzjoni

2.

Jinnota li l-Aġenzija tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-attivitajiet tagħha u r-riżultati miksuba fir-rigward tal-objettivi tagħha tal-programm ta’ ħidma, bħall-valur miżjud għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u l-Istati Membri tal-Unjoni fl-għoti ta’ appoġġ għat-tfassil tal-politika u għall-implimentazzjoni tal-politika u l-kapaċità li tikkontribwixxi għar-reżiljenza ċibernetika tal-Unjoni permezz tal-għoti ta’ informazzjoni u għarfien f’waqthom u effettivi; japprezza l-fatt li l-KPIs ġew issodisfati u l-fatt li l-Aġenzija ġibdet l-attenzjoni għal miżuri li jistgħu jtejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-ħidma tal-Aġenzija; madankollu, jirrakkomanda li l-Aġenzija tieħu nota tal-KPIs li għadhom ma ntlaħqux jew li waqgħu lura;

3.

Jinnota li l-Aġenzija kienet qed teżamina l-possibbiltà li tikkontribwixxi permezz ta’ servizzi kondiviżi fl-implimentazzjoni tar-Regolament dwar iċ-Ċibersigurtà li ġej għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, f’kollaborazzjoni mal-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-Unjoni u n-network tal-Aġenziji tal-UE; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

Politika dwar il-persunal

4.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 90,79 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, b’69 aġent temporanju maħtura minn total ta’ 76 aġenti temporanji awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 69 post tax-xogħol awtorizzati fl-2020); jinnota li, barra minn hekk, 27 aġent kuntrattwali u 10 esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija fl-2021;

5.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri tal-Aġenzija, jiġifieri ħames irġiel (71 %) u żewġ nisa (29 %); jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija, fejn 24 minn 28 (86 %) huma rġiel; jieħu nota wkoll tal-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal ġenerali tal-Aġenzija, fejn 57 minn 106 (54 %) huma rġiel; jistieden lill-Aġenzija u lill-Istati Membri biex josservaw il-bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw u jaħtru membri tal-maniġment superjuri jew tal-bord ta’ tmexxija; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-miżuri konkreti biex jittejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri;

6.

Jinnota li l-Aġenzija għandha politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju, inkluża paġna tal-intranet dedikata, taħriġ annwali speċifiku, konsulenti kunfidenzjali, u li l-Aġenzija stabbiliet memorandum ta’ qbil biex tikkondivdi konsulenti kunfidenzjali maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop);

7.

Jinnota li l-Aġenzija bbażat ħafna fuq it-twettiq tas-servizzi tagħha permezz ta’ aġenti interim li appoġġjaw il-piż amministrattiv ta’ kuljum, meta jitqies li kien meħtieġ ukoll appoġġ akbar wara r-riorganizzazzjoni u t-tħejjija tal-bini l-ġdid li jpoġġu pressjoni addizzjonali fuq it-tim finanzjarju u tal-akkwist; jinnota wkoll b’apprezzament li l-politika riveduta ta’ reklutaġġ tal-Aġenzija wasslet għal tnaqqis fil-persunal interim; jinnota wkoll mir-rapport tal-Qorti li ż-żieda fl-għadd ta’ membri tal-persunal fl-2021 hija dovuta għas-suċċess tal-Aġenzija fil-mili ta’ diversi postijiet tax-xogħol vakanti fit-tul; jifhem li s-setturi taċ-ċibersigurtà u tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni huma kompetittivi ħafna fir-rigward tas-sejbien ta’ forza tax-xogħol b’ħiliet u impenn;

8.

Ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-għoti ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib tal-bilanċ ġeografiku biex ikun hemm rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà kif ukoll l-iżgurar li jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jiġu promossi b’mod wiesa’; ifakkar lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa l-politika tal-persunal u l-kultura tax-xogħol sabiex twieġeb b’mod aktar effiċjenti għall-feedback riċevut fl-istħarriġ tal-persunal;

Akkwist

9.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija kkonkludiet total ta’ 58 proċedura ta’ akkwist pubbliku inklużi tnejn b’mod konġunt mas-Cedefop;

10.

Jinnota bi tħassib, mir-rapport tal-Qorti, li l-Aġenzija sistematikament tagħti kuntratti ta’ valur baxx mingħajr id-deċiżjoni ta’ għoti rilevanti approvata u ffirmata mill-uffiċjal awtorizzanti, li mhijiex konformi mal-punti 30.3 sa 30.4 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2); jinnota, it-tweġiba tal-Aġenzija li diġà ħadet il-passi meħtieġa biex tindirizza dan it-tħassib; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

11.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li sabiex tiddeċiedi jekk għandhiex testernalizza servizz partikolari jew jekk għandhiex tipprovdih internament, l-Aġenzija żviluppat u tuża metodoloġija ta’ analiżi kost-benefiċċji, u li, dik il-metodoloġija għandha nuqqasijiet fit-tfassil li jistgħu jaffettwaw l-oġġettività tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jesponi lill-Aġenzija għal riskji finanzjarji; jieħu nota tat-tweġiba tal-Aġenzija li diġà ħadet il-passi meħtieġa biex tindirizza dan it-tħassib; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

12.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-Aġenzija f’żewġ proċeduri ta’ akkwist użat, bħala kriterju għall-għoti, il-kapaċità teknika tal-kumpanija, li b’mod ċar hija relatata mal-evalwazzjoni tal-offerent, mhux l-offerta, u li tali trikkib bejn il-kriterji tal-għażla u tal-għoti jdgħajjef iċ-ċertezza tad-dritt u jesponi lill-Aġenzija għal riskji reputazzjonali u legali; jieħu nota tat-tweġiba tal-Aġenzija li diġà ħadet il-passi meħtieġa biex tindirizza dan it-tħassib; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

13.

Ifakkar fl-importanza għall-proċeduri kollha ta’ akkwist, li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn l-offerenti u li l-oġġetti u s-servizzi jiġu akkwistati bl-aħjar prezz, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji tat-trasparenza, il-proporzjonalità, it-trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni; jitlob l-implimentazzjoni tal-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) tal-akkwist elettroniku żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea; jappella għal kjarifika aġġornata tal-proċeduri u l-mudelli fil-linji gwida dwar l-akkwist; jinnota bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti rigward id-dgħufijiet fl-akkwist pubbliku li qed jiżdiedu u jibqgħu l-akbar sors ta’ pagamenti irregolari għall-biċċa l-kbira tal-aġenziji;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

14.

Jieħu nota tal-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u jinnota li s-CVs tal-membri tal-bord ta’ tmexxija, u d-dikjarazzjoni ta’ impenn u d-dikjarazzjonijiet ta’ interessi tagħhom qegħdin jiġu ppubblikati fuq is-sit web tagħha;

15.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li bejn l-2019 u l-2021, l-Aġenzija vvalutat tliet każijiet ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali fir-rigward ta’ membru anzjan tal-persunal li kien sab impjieg ġdid xi mkien ieħor, u li dak il-każ rieżaminat mill-Qorti, l-Aġenzija ma kkonsultatx lill-kumitat konġunt, bi ksur tal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal; jinnota mit-tweġiba tal-Aġenzija li l-Aġenzija se tikkostitwixxi formalment kumitat konġunt biex tikkonforma mal-qafas ġuridiku applikabbli; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

16.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli aktar sistematiċi dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitti ta’ interess, il-lobbjar illegali u r-revolving doors; jistieden lill-Aġenzija ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tagħha, inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu intern kontra l-korruzzjoni;

Kontroll intern

17.

Jinnota li s-servizz tal-awditjar intern (IAS) ħareġ rapport dwar il-ġestjoni u l-etika tar-riżorsi umani fl-2019, bi tliet rakkomandazzjonijiet importanti ħafna u b’erba’ rakkomandazzjonijiet importanti; jinnota li, għalkemm ingħalqu erba’ rakkomandazzjonijiet mill-IAS, tliet rakkomandazzjonijiet importanti baqgħu miftuħa fi tmiem l-2021 u ma ġewx implimentati bis-sħiħ fil-perjodu ta’ żmien stabbilit; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

18.

Jinnota li l-IAS wettaq awditu dwar il-programmazzjoni tal-ippjanar strateġiku u l-ġestjoni tal-prestazzjoni fl-2021 u ħareġ ir-rapport tal-awditjar finali tiegħu f’April 2022, bi tliet rakkomandazzjonijiet importanti; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

19.

Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar funzjonijiet sensittivi fl-2021, li daħlet fis-seħħ f’Mejju 2022;

20.

Jinnota li l-valutazzjoni tal-kontrolli interni fl-2021 turi li l-kontrolli interni jipprovdu aċċertament raġonevoli li l-politiki, il-proċessi, il-kompiti u l-imġiba tal-aġenzija, meħuda flimkien, jiffaċilitaw l-operat effettiv u effiċjenti tagħha, jgħinu biex tiġi żgurata l-kwalità tar-rapportar intern u estern, u jgħinu biex tiġi żgurata l-konformità mar-regolamenti tagħha, u li, madankollu, hemm bżonn ta’ xi titjib f’ċerti prinċipji, inkluż l-irfinar tal-indikaturi tal-qafas ta’ kontroll intern tal-Aġenzija, l-istabbiliment ta’ qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-intrapriżi, ir-reviżjoni tal-governanza tal-IT u l-qafas ta’ politika u proċedurali sottostanti, ir-reviżjoni tal-politika ta’ reklutaġġ tal-Aġenzija, kif ukoll l-aġġornament tal-pjan għall-kontinwità tal-operat tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

21.

Jinnota li l-politika tal-Aġenzija dwar il-kunflitti ta’ interess u l-istrateġija kontra l-frodi tagħha ġew aġġornati u adottati fl-2021;

22.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Aġenzija; jinsisti bil-qawwa fuq ir-rekwiżit ta’ sistemi effettivi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġu evitati każijiet potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess, kontrolli ex ante/ex post nieqsa, ġestjoni mhux adegwata tal-impenji baġitarji u legali, u nuqqasijiet fir-rapportar ta’ kwistjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

23.

Jinnota l-kompiti assenjati lill-Aġenzija fir-rigward tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà, immirati lejn il-promozzjoni ta’ livell komuni għoli ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni, inkluż l-appoġġ attiv lill-Istati Membri, u lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, fit-titjib taċ-ċibersigurtà; jinnota, barra minn hekk, l-appoġġ tal-Aġenzija għall-iżvilupp ta’ fajls ta’ politika ġodda bħas-sigurtà tan-networks u tal-informazzjoni, ir-reżiljenza operazzjonali diġitali, l-identifikazzjoni elettronika, is-servizzi ta’ awtentikazzjoni u fiduċja, il-kodiċi Ewropew għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, il-5G, il-portafolli elettroniċi, l-intelliġenza artifiċjali u l-KODIĊI tan-Network għaċ-ċibersigurtà; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija tkun responsabbli biex tevalwa jekk prodott jippreżentax riskju sinifikanti taċ-ċibersigurtà skont l-Att propost dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat persunal adegwat li jirrifletti ż-żieda fil-kompiti tal-Aġenzija;

24.

Jinnota li l-Aġenzija għandha politika taċ-ċibersigurtà stabbilita, u li b’mod partikolari, tapplika l-approċċ “difiża fil-fond”; jinnota, barra minn hekk, li fl-2021 l-Aġenzija bdiet ir-reviżjoni tal-politika tal-IT u tal-qafas proċedurali tagħha, inkluża l-politika tas-sigurtà tal-informazzjoni tagħha; jinnota, barra minn hekk, li t-taħriġ dwar il-protezzjoni tad-data u l-korsijiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà jiġu pprovduti kull sena lill-membri kollha tal-persunal;

25.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-aġenziji f’termini ta’operazzjoni u ġestjoni interni iżda anke sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tkompli tkun proattiva f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

26.

Jinnota li l-Aġenzija qed tiżviluppa sistema ta’ ġestjoni ambjentali li għandha l-intenzjoni li twassal għaċ-ċertifikazzjoni tal-Iskema tal-UE ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali; jinnota wkoll li l-awtoritajiet Griegi kkonkludew ftehim ta’ kiri f’isem l-Aġenzija għall-bini tal-kwartieri ġenerali tagħha f’Ateni, kompletament operattiv mill-1 ta’ Lulju 2021, u li dan se jippermetti lill-Aġenzija tistabbilixxi sett usa’ ta’ miżuri ekoloġiċi li għandhom jiġu implimentati;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

27.

Jinnota li mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 u matul l-2021, l-Aġenzija introduċiet u żammet għażliet permanenti ta’ telexogħol filwaqt li żammet u żiedet il-motivazzjoni, l-effiċjenza u l-iżvilupp tal-impjegati; jinnota b’apprezzament, b’mod partikolari, li matul il-pandemija, intbagħtu aġġornamenti ta’ kuljum lill-membri kollha tal-persunal permezz ta’ kaxxa postali funzjonali ddeżinjata, fejn ingħataw dettalji dwar l-għadd ta’ każijiet u l-aktar żviluppi reċenti fid-dinja, biex il-membri tal-persunal jinżammu aġġornati fir-rigward tal-iżviluppi; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex, fil-futur, tqiegħed fil-prattika t-tagħlimiet rigward il-metodi ta’ ħidma remoti u ibridi, sabiex torganizza aħjar liema laqgħat u kompiti jistgħu jsiru b’mod aktar effiċjenti b’mod remot pjuttost milli wiċċ imbwiċċ;

Kummenti oħra

28.

Jinnota li l-Aġenzija adottat l-istrateġija internazzjonali tagħha f’Novembru 2021, u li dan ippermetta lill-Aġenzija taħdem ma’ għadd selettiv ta’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari fil-ħidma lejn arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-Ukrajna, l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana;

29.

Jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha (pereżempju r-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà), u biex issaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha, l-iskambju tal-prattiki tajba u d-diskussjonijiet tagħha rigward oqsma ta’ interess reċiproku ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza;

30.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 84.

(2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(3)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/365


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1906 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0094/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0115/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/366


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1907 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06247/2023 — C9-0073/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0079/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/368


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1908 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0079/2023),

A.

billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (1);

B.

billi l-UPPE huwa l-uffiċċju l-ġdid tal-prosekuzzjoni pubblika indipendenti tal-Unjoni u huwa responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u għat-tressiq quddiem il-ġustizzja lill-awturi tar-reati kriminali, u lill-kompliċi fihom, previsti fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u indikati mir-Regolament (UE) 2017/1939;

C.

billi l-UPPE jintervjeni f’xenarju fejn l-awtoritajiet nazzjonali biss jistgħu jinvestigaw u jressqu l-qorti dawn ir-reati, iżda s-setgħat tagħhom jieqfu fil-fruntieri ta’ pajjiżhom, u organizzazzjonijiet oħrajn bħall-Eurojust, l-OLAF u l-Europol ma kellhomx is-setgħat meħtieġa biex iwettqu l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet kriminali rilevanti;

D.

billi l-kompetenza tal-UPPE tinkludi diversi tipi ta’ frodi, u fosthom tinkludi frodi tal-VAT b’danni ta’ aktar minn EUR 10 miljun, ħasil tal-flus, korruzzjoni u oħrajn li fil-konfront tagħhom l-UPPE jeżerċita l-funzjonijiet ta’ prosekutur fil-qrati kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti, sakemm finalment ikun ġie indirizzat il-każ;

E.

billi l-atti proċedurali tal-UPPE huma soġġetti għal rieżami ġudizzjarju mill-qrati nazzjonali u l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja — permezz ta’ deċiżjonijiet preliminari jew rieżamijiet ġudizzjarji ta’ dawk l-atti — għandha setgħat residwi biex tiżgura applikazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni;

F.

billi l-UPPE huwa magħmul minn livell ċentrali, bil-kwartieri ġenerali tiegħu fil-Lussemburgu, li jikkonsisti mill-Kap Prosekutur Ewropew, 22 Prosekutur Ewropew (wieħed għal kull pajjiż parteċipanti tal-UE) u d-Direttur Amministrattiv, u minn livell deċentralizzat (nazzjonali) li jikkonsisti mill-Prosekuturi Delegati Ewropej (EDPs) fit-22 Stat Membru parteċipanti tal-UE;

G.

billi fil-livell ċentrali, il-Kap Prosekutur Ewropew u t-22 Prosekutur Ewropew jiffurmaw il-Kulleġġ tal-UPPE responsabbli għas-superviżjoni tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjonijiet li jitwettqu mill-EDPs fil-livell nazzjonali, li joperaw b’indipendenza sħiħa mill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom;

H.

billi, skont l-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) 2017/1939 id-Direttur Amministrattiv tal-UPPE, li jaġixxi bħala l-uffiċjal awtorizzanti tal-Uffiċċju, għandu jimplimenta l-baġit tiegħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti awtorizzati fil-baġit u għandu jibgħat kull sena lill-awtorità baġitarja l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sejbiet ta’ kwalunkwe proċedura ta’ evalwazzjoni;

I.

billi, f’konformità mal-Artikolu 50(2) tar-Regoli Finanzjarji tal-UPPE, l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jaġixxi wkoll bħala Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-UPPE u huwa responsabbli għat-tħejjija tal-kontijiet annwali, li jiġu kkonsolidati ma’ dawk tal-Unjoni;

J.

billi, fl-ambitu tal-qafas attwali, il-kontijiet annwali finali jiġu skrutinizzati mill-Qorti u huwa f’idejn il-Kunsill li jirrakkomanda u l-Parlament Ewropew li jiddeċiedi jekk jagħtix il-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju għall-implimentazzjoni tal-baġit għal sena finanzjarja partikolari;

K.

billi l-Uffiċċju beda l-attivitajiet operattivi tiegħu fl-1 ta’ Ġunju 2021 u kiseb l-awtonomija finanzjarja mill-Kummissjoni Ewropea mill-24 ta’ Ġunju 2021 u jipproduċi f’din is-sena l-ewwel sett ta’ kontijiet annwali;

1.

Jilqa’ l-opinjoni pożittiva tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-UPPE għas-sena finanzjarja 2021 u dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul u l-pagamenti ta’ bażi;

2.

Jilqa’ l-isforzi tal-UPPE fir-rigward tal-istabbiliment ta’ struttura operattiva u sistema ta’ appoġġ biex ikun jista’ jiffunzjona bħala l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni indipendenti tal-Unjoni, b’mod partikolari r-reklutaġġ ta’ persunal għal livelli ċentrali u deċentralizzati, l-istabbiliment ta’ sistema dedikata għall-ġestjoni tal-każijiet, inkluż l-akkwist ta’ software u l-aċċess għal bażijiet tad-data materjali għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu u l-kooperazzjoni intensiva mnedija mas-sħab rilevanti;

3.

Jemmen li l-esperjenza miksuba fl-ewwel sena tal-attività operattiva u tal-ġestjoni amministrattiva tal-UPPE identifikat għadd ta’ dgħufijiet fir-Regolament (UE) 2017/1939 u għalhekk dan jirrikjedi intervent f’waqtu mill-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha fi djalogu attiv mal-UPPE u tippreżenta, mingħajr dewmien, proposta komprensiva adegwata għar-reviżjoni tar-Regolament (UE) 2017/1939, bl-għan li jiġu solvuti n-nuqqasijiet eżistenti, b’mod partikolari fil-proċessi interni relatati mar-riżorsi finanzjarji u umani; jitlob lill-UPPE jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza, fi żmien adegwat, dwar il-miżuri meħuda biex jiġu solvuti d-dgħufijiet jew potenzjalment in-nuqqasijiet ġodda identifikati;

4.

Jenfasizza li l-pagamenti kollha li jsiru għat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri bbażati fuq ir-riformi u l-investimenti deskritti fil-pjanijiet nazzjonali fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) huma meqjusa bħala flus tal-Unjoni; jissottolinja li għalhekk il-proġetti, it-tranżazzjonijiet, l-offerti jew l-attivitajiet l-oħra kollha relatati jaqgħu taħt il-mandat tal-UPPE; jistieden lill-Istati Membri kollha jikkooperaw bis-sħiħ mal-UPPE fl-investigazzjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni tal-RRF;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.

Jinnota li l-baġit kumplessiv allokat lill-UPPE għall-2021 kien ta’ EUR 26,3 miljun, imnaqqas mill-allokazzjoni inizjali ta’ EUR 45 miljun; jinnota li EUR 9 200 000 addizzjonali ġew allokati u użati waqt li l-UPPE kien għadu qed jopera finanzjarjament bħala parti mill-Kummissjoni; jifhem li, mill-ammont inizjalment mistenni ta’ EUR 45 miljun, EUR 9 500 000 ġew irritornati lill-baġit tal-Unjoni; jirrimarka li r-ritorn ta’ EUR 9,5 miljun irriżulta mid-dewmien kemm fil-ħatriet tal-EDPs fil-bidu tal-operazzjonijiet tal-UPPE, kif ukoll mill-fatt li l-kwota tal-baġit mogħtija għar-reklutaġġ tal-persunal statutorju ma kinitx intużat peress li t-tabella tal-persunal ma ġietx adattata kif xieraq;

6.

Josserva li, fl-2021, il-baġit tal-UPPE żdied b’mod sinifikanti meta mqabbel mal-2020 (EUR 11,6-il miljun), bħala konsegwenza ta’ korrezzjoni tas-sottovalutazzjoni tal-ammont ta’ każijiet previsti fl-2017 meta ġie adottat ir-Regolament (UE) 2017/1939; jisħaq fuq l-importanza li r-riżorsi umani u finanzjarji jiġu adattati għall-ammont ta’ xogħol dejjem jikber u li l-baġit tal-UPPE jiżdied skont dan.

7.

Jinnota l-implimentazzjoni tal-baġit ta’ 97 % tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ 71 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament; jissottolinja r-riport ta’ 26 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-2022; josserva li 83 % tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament twettqu fil-limitu ta’ żmien statutorju u li ż-żmien medju għall-pagament kien ta’ 21,1 jum; jissottolinja li 34 % tal-pagamenti tard kienu tard b’ġurnata waħda u li 75 % tal-pagamenti tard kienu tard b’inqas minn ħamest ijiem. iħeġġeġ lill-UPPE jnaqqas id-dewmien għall-pagamenti bl-użu kompletament effiċjenti ta’ soluzzjonijiet elettroniċi li jikkontribwixxi wkoll biex l-istituzzjonijiet isiru aktar trasparenti u sostenibbli;

8.

Jirrimarka li, kumplessivament, il-pandemija tal-COVID-19 ma kellha l-ebda impatt speċifiku fuq l-attivitajiet tal-UPPE f’termini ta’ tlaqqit, trasferimenti jew investimenti meħtieġa jew fuq il-kostijiet tas-suq tal-oġġetti u tas-servizzi; madankollu, jirrimarka li l-pandemija tal-COVID-19 setgħet ikkontribwiet, f’livell mimimu, għall-prevenzjoni tal-ħatra f’waqtha tal-EDPs, u dewmet il-bidu tal-operazzjonijiet ta’ prosekuzzjoni u investigattivi;

9.

Josserva li l-aktar assi intanġibbli importanti tal-UPPE huwa s-sistema tal-IT dedikata tiegħu li tintuża biex il-każijiet tal-UPPE u data kunfidenzjali oħra jiddaħħlu, jiġu ġestiti u trażmessi b’mod sigur, liema sistema hija kkollegata mas-sistemi tal-Istati Membri (Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet - CMS); jinnota li l-iżvilupp ta’ dak is-software beda qabel ma l-UPPE sar indipendenti mill-Kummissjoni u li l-valur intrinsiku mħallas sa dak iż-żmien għas-CMS ġie ttrasferit mill-Kummissjoni;

10.

Jirrimarka li l-maġġoranza tal-assi tanġibbli ġew ittrasferiti lill-UPPE mill-Kummissjoni mingħajr ħlas u li d-dħul korrispondenti minn din id-donazzjoni ġie rikonoxxut fil-kontijiet bħala dħul;

11.

Jinnota li dan it-trasferiment reċenti mill-Kummissjoni ta’ prerogattivi u responsabbiltajiet, anke jekk mistenni skont l-arranġament ta’ implimentazzjoni miftiehem, wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/1939, xorta jirrikjedi sforzi konsiderevoli mill-UPPE sabiex jindirizza l-kwistjoni ta’ pagamenti tard, il-konformità mar-regoli finanzjarji interni tiegħu, inklużi l-kontrolli assoċjati mal-aspetti operattivi u finanzjarji tal-operazzjonijiet tiegħu;

12.

Iħeġġeġ lill-UPPE juża l-proċeduri ta’ fatturazzjoni elettronika biex jiżgura ġestjoni aktar effiċjenti tal-azzjonijiet relatati mal-eżekuzzjoni ta’ pagamenti;

13.

Jinnota li l-kostijiet addizzjonali rilevanti, marbuta mal-attivitajiet operattivi (laqgħat u missjonijiet), imġarrba mill-EDPs minbarra r-remunerazzjoni tagħhom, tqiesu bħala nfiq operattiv bħala parti mill-baġit tal-UPPE skont l-Artikolu 91(5) tar-Regolament (UE) 2017/1939;

14.

Jifhem li l-UPPE qed jesplora l-possibbiltà li jikseb is-servizzi ta’ tradutturi maħlufa nazzjonali, rikonoxxuti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bħala l-fornituri esklużivi ta’ traduzzjonijiet ċertifikati ammissibbli u li jistgħu jintużaw fil-proċessi tal-qorti, jew li jikkontribwixxi direttament għall-kostijiet imġarrba mill-EDPs għal tali servizzi, permezz tar-rimborż tal-kostijiet sostnuti fil-livell nazzjonali;

15.

Ifakkar li l-implimentazzjoni tal-Artikolu 31 u tal-Artikolu 91, il-paragrafi 5 u 6, tar-Regolament (UE) 2017/1939, li jistabbilixxu s-sitwazzjonijiet li fihom kontribuzzjoni finanzjarja mill-baġit tal-UPPE taf tkun meħtieġa biex tkopri kostijiet ta’ investigazzjoni fil-livell deċentralizzat u miżuri investigattivi eċċezzjonalment għaljin imwettqa fil-livell nazzjonali, tirrikjedi adattament tar-regoli finanzjarji rilevanti, li bħalissa, ma jippermettux ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba mis-sistemi tal-ġustizzja nazzjonali; jirrimarka li minħabba s-sensittività u l-kunfidenzjalità tal-operazzjonijiet tal-UPPE, it-tnedija ta’ proċedura ta’ akkwist taf ma tkunx magħrufa u għalhekk ir-regoli għandhom iqisu l-possibbiltà li jiġu konklużi ftehimiet ta’ finanzjament u ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz bejn l-UPPE u l-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni f’dan ir-rigward, billi tipproponi emendi xierqa tar-Regolament Finanzjarju, filwaqt li tqis il-ħtieġa li l-piż ta’ tali kostijiet jiġi allokat f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità;

16.

Huwa konxju li, fil-kuntest tal-proċedura baġitarja, il-ħtiġijiet tal-UPPE jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar għas-sena ta’ wara; jirrimarka li l-eżitu tal-eżerċizzju ta’ previżjoni, materjali għall-kwantifikazzjoni ta’ tali ħtiġijiet, iqis kif xieraq il-volum ta’ każijiet stmat (l-għadd medju ta’ rapporti dwar il-kriminalità li jidħlu u tal-investigazzjonijiet li jitnedew, u f’liema stadju jkunu waslu l-investigazzjonijiet li jinsabu għaddejjin); josserva, madankollu, li din il-previżjoni ma tqisx l-impatt tal-użu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), li rriżultat f’żieda fl-ammont ta’ riżorsi disponibbli u fir-riskju ta’ frodi u ta’ ġestjoni ħażina; jirrimarka li element addizzjonali ta’ kumplessità fil-kwantifikazzjoni tal-ħtiġijiet baġitarji jirriżulta kemm min-natura obbligatorja tal-kompetenza tal-UPPE, li ma għandu l-ebda setgħa ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-ħeffa tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjonijiet, kif ukoll min-nuqqas ta’ korrelazzjoni fissa bejn l-għadd ta’ investigazzjonijiet u l-kostijiet tagħhom, li diffiċli ħafna li wieħed jipprevedihom; jissottolinja l-ħtieġa li l-UPPE jingħata biżżejjed riżorsi u l-prerogattivi meħtieġa biex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu b’suċċess;

17.

Jirrimarka li ntalbet kjarifika f’kull Stat Membru parteċipanti dwar kif il-frodi li jaffettwaw l-RRF se jiġu rrapportati lill-UPPE u li tinsab għaddejja diskussjoni dwar kif l-UPPE jista’ jintervjeni b’mod effettiv f’dan ir-rigward;

18.

Huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta’ ċertezza dwar il-miżuri ta’ rimedju li jistgħu jiġu adottati wara d-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ tali frodi li jaffettwaw l-RRF;

19.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi gwida adegwata f’dan ir-rigward u tinforma b’mod eżawrjenti lill-awtorità baġitarja dwar l-għażliet;

20.

Jikkondividi l-fehma li n-nuqqas ta’ qafas ta’ riżorsi ta’ nofs it-terminu għall-UPPE, kemm f’termini ta’ baġit kif ukoll ta’ persunal, fi żmien meta l-operazzjonijiet jeħtieġ li jiżdiedu malajr u jiġu stabbiliti pedamenti amministrattivi, jillimita l-għażliet li għandhom isiru disponibbli biex tinkiseb flessibbiltà massima fl-iżvilupp ta’ infrastruttura organizzazzjonali għal proġett innovattiv daqs l-UPPE;

Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern

21.

Iħeġġeġ lill-UPPE jirrieżamina perjodikament is-sett ta’ indikaturi tal-prestazzjoni tiegħu, filwaqt li jibni fuq l-esperjenza operattiva fit-tħaddim tal-mudell operattiv partikolari tiegħu;

22.

Jinnota li, fl-2021, l-UPPE rċieva 2 832 rapport dwar reati potenzjali - 1 351 minn awtoritajiet nazzjonali, 190 minn istituzzjonijiet, korpi, organizzazzjonijiet u aġenziji tal-Unjoni, 1 282 minn partijiet privati u 9 ex officio; jifhem li, wara li vverifika l-informazzjoni rrapportata f’konformità mal-Artikolu 24(6) tar-Regolament (UE) 2017/1939, l-UPPE kkonkluda li kien hemm raġunijiet biex jeżerċita l-kompetenza tiegħu u jevoka jew jibda investigazzjonijiet f’576 każ (filwaqt li 84 valutazzjoni kienu pendenti fi tmiem is-sena 2021), li minnhom 31 każ ġew riferuti ulterjorment lill-awtoritajiet nazzjonali wara li ġiet eżerċitata l-kompetenza tal-UPPE; josserva li, fl-2021, inħarġu ħames atti ta’ akkuża mill-UPPE u li kundanna finali waħda ġiet ordnata mill-qrati fil-każijiet tal-UPPE, filwaqt li fi tliet każijiet addizzjonali, ġew applikati proċeduri simplifikati ta’ prosekuzzjoni;

23.

Jilqa’ l-fatt li l-UPPE jinsab fil-proċess li jadotta pjan komprensiv għall-kontinwità tal-operat; jisħaq fuq l-importanza li jiġi adottat pjan għall-kontinwità tal-operat malajr kemm jista’ jkun sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fl-operat tiegħu iżda wkoll biex ikun preparat f’każ ta’ avvenimenti futuri ta’ taqlib;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri parteċipanti jikkunsidraw l-estensjoni tal-mandat u tal-kompetenzi tal-UPPE biex jinkludu l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u t-tressiq quddiem il-ġustizzja ta’ każijiet ta’ ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni;

Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal

25.

Ifaħħar l-isforzi tal-UPPE biex jinvolvi ruħu fi proċess intensiv ta’ reklutaġġ u onboarding, bl-għan li jiggarantixxi l-kisba ta’ kapaċità operattiva sħiħa mingħajr dewmien;

26.

Jinnota li r-rata ta’ okkupanza hija ta’ 94 % għal pożizzjonijiet ta’ aġenti temporanji u kuntrattwali u li, fit-22 Stat Membru parteċipanti, kien hemm 95 EDP mill-140 li inizjalment kienu previsti fil-baġit;

27.

Jifhem li, fi tmiem l-2021, l-UPPE kellu 217-il membru tal-persunal kumplessivament, li minnhom 122 aġent statutorju (91 aġent temporanju u 31 aġent kuntrattwali) kienu impjegati fl-uffiċċju ċentrali, filwaqt li l-uffiċċji nazzjonali kellhom persunal ta’ 95 konsulent speċjali, u li għaż-żewġ uffiċċji l-livelli tal-ġeneru huma bbilanċjati sew; josserva, madankollu, li d-distribuzzjoni tal-ġeneri fost il-ħames pożizzjonijiet maniġerjali hija subottimali (erba’ rġiel u mara waħda) u li dan l-aspett għandu jittejjeb, flimkien mal-iżvilupp ta’ strateġija għad-diversità, li tinkludi inkoraġġiment adegwat għall-persuni b’diżabilità biex japplikaw għal pożizzjonijiet fl-UPPE;

28.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-proċeduri ta’ selezzjoni tal-EDPs f’diversi Stati Membri ripetutament ma kinux ta’ suċċess biex jimtlew il-pożizzjonijiet inizjalment previsti fil-baġit għal diversi raġunijiet, fosthom il-livell ta’ remunerazzjoni (80 % ta’ livell AD9 — f’konformità mal-istatus ta’ Konsulenti Speċjali, li xi drabi ma jkunx konformi mal-kwalifiki u mal-esperjenza mistennija mill-EDPs), in-nuqqas ta’ perspettiva ċara tal-karriera, kif ukoll l-inċertezza fir-rigward tal-kopertura tas-sigurtà soċjali u tal-assigurazzjoni tas-saħħa tagħhom;

29.

Jemmen li l-kumplessità li tirriżulta mill-istatus amministrattiv tal-EDPs (li għalihom id-drittijiet u l-benefiċċji soċjali inklużi d-drittijiet tal-pensjoni, ir-reġimi tal-ħin tax-xogħol u tal-liv għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri u r-remunerazzjoni hija pprovduta mill-baġit tal-UE kkalkulata bħala perċentwal tar-remunerazzjoni ta’ uffiċjal tal-Unjoni) tikkontribwixxi biex dawn il-pożizzjonijiet isiru inqas attraenti u l-proċess tal-ħatra tagħhom inqas selettiv;

30.

Jifhem li l-applikazzjoni tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tar-Regolamenti ġenerali tal-Persunal fir-rigward tal-EDPs tirrappreżenta riskju għall-indipendenza ġudizzjarja, iżda, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, u mingħajr il-validazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, l-istatus tal-UPPE ma jippermettix l-adozzjoni ta’ regoli ta’ implimentazzjoni alternattivi għall-EDPs; ifakkar li l-UPPE huwa l-unika istituzzjoni tal-Unjoni li timpjega prosekuturi u li l-indipendenza tagħhom hija tal-ikbar importanza għall-funzjonament tajjeb tal-uffiċċju tal-prosekuzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza din il-kwistjoni u tiżgura l-flessibbiltà meħtieġa fi ħdan il-qafas legali sabiex takkomoda bis-sħiħ l-istatus speċjali tal-prosekuturi bħala persunal tal-UPPE; jemmen li din is-sitwazzjoni ġġib kunsiderazzjonijiet addizzjonali biex tiġi appoġġata ulterjorment reviżjoni tar-Regolament (UE) 2017/1939 u tal-istatus tal-UPPE;

31.

Ifaħħar lill-maniġment tal-UPPE talli adotta kull azzjoni vijabbli possibbli, fil-prerogattivi tiegħu, biex jindirizza l-kwistjoni, billi uża r-riżorsi disponibbli biex iżid ir-rata ta’ okkupazzjoni u jħaffef il-proċess ta’ reklutaġġ, minkejja l-kwistjonijiet ta’ wara l-pandemija; huwa konxju tal-limitazzjonijiet ta’ wara l-pandemija u tal-pekuljaritajiet tas-suq tax-xogħol Lussemburgiż li huwa kompetittiv ħafna, u josserva li n-nuqqas ta’ attraenza tal-Lussemburgu bħala post tax-xogħol, prinċipalment minħabba l-għoli tal-ħajja, irriżulta wkoll fil-limitazzjoni tal-varjetà ġeografika tal-kandidati li japplikaw għall-pożizzjonijiet; jirrimarka li, f’termini tal-pakkett finanzjarju, flimkien mal-perspettiva tal-karriera, l-UPPE huwa inqas kompetittiv mill-erba’ Istituzzjonijiet tal-Unjoni b’impjegati fil-Lussemburgu (il-Parlament, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Awdituri), peress li ma jistax joffri perkors biex wieħed isir uffiċjal tal-Unjoni u li l-unika aġenzija tal-Unjoni fil-Lussemburgu ġiet amalgamata u trasferita Brussell fl-ambitu tal-QFP attwali;

32.

Jinsab imħasseb dwar l-użu frekwenti ta’ servizzi kummerċjali ta’ partijiet terzi u mekkaniżmi ta’ ħaddiema temporanji fil-biċċa l-kbira tal-oqsma li fihom ir-reklutaġġ b’aġenti pubbliċi tal-Unjoni ma ġiex approvat, li xi drabi ħoloq kundizzjonijiet tax-xogħol subottimali li jirriżultaw minn ammonti ta’ xogħol għoljin fit-tul għal għadd sinifikanti tal-persunal tal-UPPE; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza, mingħajr aktar dewmien, in-nuqqas ta’ persunal tal-UPPE meta tipproponi t-tabelli tal-persunal futuri tiegħu;

33.

Jaqbel mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li n-nuqqasijiet indikati fil-ġestjoni finanzjarja jirriflettu wkoll nuqqas ta’ riżorsi allokati għall-funzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ akkwist, u jikkostitwixxu dgħufija fil-ġestjoni tar-riżorsi umani tal-UPPE;

34.

Jirrikonoxxi li, fir-rigward tar-riżorsi umani, għandha tingħata attenzjoni biex tiġi ggarantita konformità sħiħa mal-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament ugwali, u filwaqt li huwa konxju tal-urġenza u tal-pressjoni li kienu predominanti fil-fażijiet tal-bidu tal-attivitajiet operattivi tal-UPPE, ifakkar fil-ħtieġa li jiġu segwiti s-sejbiet tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni ta’ xi proċeduri ta’ reklutaġġ;

35.

Japprezza li madwar 86 % tal-persunal reklutat qed jintużaw, fid-dipartimenti kollha tal-UPPE, f’attivitajiet investigattivi relatati (jiġifieri 186 membru tal-persunal, inklużi l-95 EDP);

36.

Jinnota li l-istrateġija ta’ reklutaġġ tal-UPPE hija ffukata fuq it-tkabbir tar-riżorsi operattivi fis-snin 2022 u 2023, li l-funzjonijiet ta’ appoġġ amministrattiv u ċentrali se jkollhom jikbru wkoll, biex ikunu jistgħu jappoġġaw il-popolazzjoni operattiva li qiegħda tikber, u li r-reklutaġġ addizzjonali se jkun kritiku wkoll fl-oqsma tal-funzjonijiet tal-konformità u tal-ġestjoni tar-riskji u tas-servizzi diġitali u tas-sigurtà;

37.

Jinnota li l-arranġamenti tax-xogħol adottati għall-2021, wara l-awtorizzazzjoni għar-ritorn fl-uffiċċju, stipulaw sa jumejn u nofs xogħol mid-dar fil-ġimgħa u li dik l-għażla ntużat ħafna mill-maġġoranza tal-persunal; jifhem li l-UPPE se jallinja l-politika tiegħu mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni reċenti tal-Kummissjoni rigward il-ħin tax-xogħol u x-xogħol ibridu;

Qafas etiku u trasparenza

38.

Jinnota li l-UPPE jinsab fil-proċess li jiżviluppa l-karatteristiki essenzjali tal-qafas etiku tiegħu; jilqa’ l-fatt li adotta strateġija kontra l-frodi bħala komponent tal-ġestjoni tiegħu bbażata fuq ir-riskji, li l-persunal kollu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, il-persunal kollu użat fl-operazzjonijiet huwa soġġett għal rekwiżit ta’ investigazzjoni ta’ sigurtà personali u li jintalbu u jiġu skrinjati d-dikjarazzjonijiet ta’ interessi għar-rwoli kollha ta’ prosekuzzjoni u għad-Direttur Amministrattiv;

39.

Japprezza l-adozzjoni ta’ regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta mill-Kulleġġ tal-UPPE, u jifhem li tali dispożizzjonijiet issa huma soġġetti għal passi ta’ implimentazzjoni prattiċi ulterjuri;

40.

Huwa konxju tal-każ li nfetaħ mill-Ombudsman Ewropew fl-2021 b’rabta mal-proċedura tal-ħatra ta’ EDP; jifhem li, minħabba li l-istess ilment ġie introdott mill-istess ilmentatur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-Ombudsman Ewropew kienet iddeċidiet li tagħlaq il-każ minħabba l-fatt li l-Ombudsman ma tistax teżamina lmenti meta l-kwistjonijiet imqajma jkunu jew kienu s-suġġett ta’ proċedimenti legali;

41.

Jitlob li jintemm l-użu ta’ kumpaniji esterni li, skont il-klassifikazzjoni tal-Università ta’ Yale (3), għadhom qed joperaw fir-Russja;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data

42.

Jirrimarka li s-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE hija bbażata fuq sistema żviluppata mid-DĠ COMP fil-Kummissjoni, u li filwaqt li l-għażliet għall-interkonnessjoni ta’ tali sistema ma’ għodod ekwivalenti oħrajn (użati pereżempju mill-OLAF jew mill-Europol) għalissa għadhom ma ġewx diskussi, madankollu, hija żgurata interoperabbiltà wiesgħa bl-użu ta’ kunċetti u komponenti żviluppati u magħmula disponibbli mill-Kummissjoni;

43.

Josserva li s-CMS tal-UPPE hija ġestita kompletament mill-UPPE u li, filwaqt li l-iżvilupp tagħha huwa esternalizzat, il-kuntratt huwa ġestit minn tim apposta tal-Programm tas-CMS tal-UPPE; jinnota li s-sistema operattiva u d-data tagħha huma maħżuna u pproċessati fiċ-ċentru tad-data tal-UPPE stess ġestit minn tim ta’ appoġġ apposta tas-CMS;

44.

Japprezza l-attenzjoni mogħtija għall-użu ta’ servizzi ta’ traduzzjoni awtomatizzata, u l-iżvilupp tal-“portal tat-traduzzjoni” għall-prosekuturi, għall-persunal tal-Uffiċċju Ċentrali u għal persunal ieħor biex tittejjeb l-effiċjenza fl-immaniġġjar tal-każijiet u tiġi llimitata ż-żieda fil-kostijiet relatati mat-traduzzjoni, li huma mistennija li jiżdiedu fid-dawl tal-ammont ta’ xogħol dejjem akbar korrispondenti tal-Uffiċċju;

45.

Iħeġġeġ lill-Uffiċċju jkompli jiżviluppa l-kapaċità taċ-ċibersigurtà tiegħu stess biex jissupplimenta u jikkollabora mas-servizzi tas-CERT-EU u tad-DĠ DIGIT fil-Kummissjoni;

46.

Jinnota li, fl-2021, ġew investiti EUR 547 000 f’tagħmir u f’installazzjonijiet tekniċi awdjoviżivi, u li ġew investiti EUR 872 000 u EUR 4 871 000 rispettivament f’oġġetti/servizzi amministrattivi u operattivi tal-ICT (hardware, software, servizzi, analiżi, programmazzjoni u assistenza teknika); jirrimarka li, matul l-2021, l-UPPE għamel użu sħiħ mill-iżviluppi li rriżultaw mill-aġġustamenti tax-xogħol minħabba l-COVID-19, fejn iddependa fuq id-DĠ DIĠIT fil-Kummissjoni għall-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u nieda proġett biex jiġu aġġornati l-kmamar tal-laqgħat kollha tal-UPPE għal kapaċità sħiħa tal-vidjokonferenzi;

Bini u sigurtà

47.

Huwa konxju li, matul l-2021, l-UPPE rċieva, mill-Gvern tal-Lussemburgu, total ta’ 8 335 metru kwadru ta’ spazju tal-uffiċċju, mingħajr ħlas, li jiswa madwar EUR 3 901 000 fis-sena biex jinkera u li, barra minn hekk, fl-2021, il-Gvern tal-Lussemburgu offra r-rinnovazzjoni tas-sulari mingħajr ħlas, stmata li tiswa EUR 2 700 000;

48.

Jinnota li għadu ma ġie ffirmat l-ebda ftehim ta’ lokazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri ospitanti li jipprovdu spazju għall-uffiċċji mingħajr ħlas, minkejja dak li huwa stipulat fl-Artikolu 3.2 tal-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali; jaqbel mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri meta tenfasizza kif in-nuqqas ta’ ftehim ta’ lokazzjoni uffiċjali bil-miktub jista’ jċaħħad lill-UPPE mill-istabbiltà adegwata fit-tul meħtieġa biex iwettaq dmirijietu; jifhem li l-UPPE ffinalizza l-parti tiegħu u għadda l-kwistjoni lill-awtorità tal-Istat Membru ospitanti; jitlob lill-amministrazzjoni Lussemburgiża tħaffef il-proċess u tiffinalizza l-proċedura mingħajr aktar dewmien;

Ambjent u sostenibbiltà

49.

Jinnota li l-bini okkupat mill-UPPE u s-servizzi rilevanti huma pprovduti mill-awtoritajiet Lussemburgiżi, li huma responsabbli wkoll mill-investimenti relatati mas-sostenibbiltà u r-rendiment tal-enerġija;

50.

Jistieden lill-UPPE jadotta strateġija għall-mobbiltà sostenibbli tal-persunal tiegħu;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

51.

Ifaħħar l-isforzi li saru mill-UPPE li jinvolvi ruħu f’kooperazzjoni u f’koordinazzjoni intensivi mas-sħab u mal-partijiet ikkonċernati;

52.

Jissottolinja li, fl-2021, l-UPPE kkonkluda ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Kummissjoni u arranġamenti ta’ ħidma mal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, l-OLAF, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Europol u l-Eurojust;

53.

Jilqa’ l-iffirmar ta’ 21 Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz u Memoranda ta’ Qbil ma’ istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni bil-għan li jiġu massimizzati l-benefiċċji li jirriżultaw minn strumenti kuntrattwali diġà eżistenti;

54.

Jissottolinja l-importanza tal-involviment fi djalogu produttiv mal-Istati Membri mhux parteċipanti; jinnota li, fl-2021, l-UPPE fetaħ 48 investigazzjoni li jinvolvu Stati Membri mhux parteċipanti; josserva li l-kooperazzjoni, ibbażata fuq l-atti rilevanti tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, taħdem bla xkiel mad-Danimarka, mal-Ungerija u mal-Iżvezja, anke jekk b’pass differenti minn dak mal-pajjiżi parteċipanti; jikkondividi t-tħassib espress mill-Kap Prosekutur Ewropew dwar in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-Irlanda u mill-Polonja fl-investigazzjonijiet mill-UPPE li jirrikjedu l-ġbir ta’ evidenza minn dawn iż-żewġ Stati Membri mhux parteċipanti;

55.

Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn Stati Membri mhux parteċipanti, sa mill-bidu tal-operazzjonijiet tal-UPPE f’Ġunju 2021, li b’mod partikolari jaffettwa l-ġbir tal-evidenza; jenfasizza li, mill-2022, l-għadd ta’ investigazzjonijiet tal-UPPE li jinvolvu l-Polonja kienu l-ogħla minn kwalunkwe pajjiż mhux parteċipanti; jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li l-Polonja dewmet b’mod konsiderevoli l-introduzzjoni, fil-kodiċi ta’ proċedura kriminali tagħha, tal-emenda meħtieġa għall-operazzjonalizzazzjoni tal-arranġament ta’ ħidma mal-UPPE; jinnota li l-emenda msemmija hawn fuq minn dak iż-żmien ’l hawn ġiet adottata; jistieden lill-Istati Membri mhux parteċipanti jirrispettaw bis-sħiħ l-obbligi tagħhom lejn l-iżgurar ta’ kooperazzjoni sinċiera mal-UPPE;

56.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-estensjoni tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri l-oħra li għadhom mhux parteċipanti fl-UPPE; jistieden lil dawn il-pajjiżi jitbiegħdu minn approċċi li jistgħu jirriżultaw fil-ħolqien ta’ oqsma ta’ immunità u privileġġ, u jadottaw tal-anqas ftehimiet ta’ kooperazzjoni li jiffaċilitaw b’mod effettiv l-eżekuzzjoni tal-attivitajiet tal-UPPE, filwaqt li jiżguraw kooperazzjoni sinċiera mal-UPPE; iħeġġeġ ukoll lill-UPPE jsib arranġamenti ta’ ħidma effiċjenti u effettivi mal-ħames Stati Membri tal-Unjoni mhux parteċipanti u jiddefinixxi kif l-UPPE jista’ jikkoopera aħjar magħhom;

57.

Jirrimarka li l-kooperazzjoni tal-UPPE mal-Kummissjoni fl-oqsma tal-irkupru amministrattiv u l-miżuri ta’ prekawzjoni, kif irregolati mill-Artikolu 103(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939, hija rregolata fl-ambitu tal-Ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Kummissjoni; josserva li f’dan ir-rigward speċifiku, għadu ma ġie pprovdut l-ebda feedback mill-UPPE; jifhem li l-implimentazzjoni b’suċċess tal-kooperazzjoni fl-ambitu tal-Artikolu 103(2) tirrikjedi l-koordinazzjoni mal-EDPs fl-Istati Membri u huwa konxju li l-konformità mal-prinċipju ġenerali tal-indipendenza u tal-konsistenza tal-UPPE mal-objettiv tal-effiċjenza u tal-effettività tal-investigazzjonijiet tiegħu hija essenzjali; jistieden lill-UPPE jagħti pariri lill-EDPs fl-isforzi tagħhom biex jappoġġaw l-isforzi tal-Kummissjoni biex tissalvagwardja l-baġit tal-Unjoni, u jitlob kemm lill-UPPE kif ukoll lill-Kummissjoni jirrapportaw dwar din il-kwistjoni speċifika;

58.

Iħeġġeġ lill-UPPE jaħdem mill-qrib u jsaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-OLAF u l-Ombudsman sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-investigazzjonijiet u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu diskussi oqsma ta’ interess reċiproku;

59.

Jinnota l-istatus ta’ osservatur tal-UPPE fin-Network tal-Interaġenziji Camden għall-Irkupru tal-Assi (CARIN) minn Diċembru 2020 u fil-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Tixħim fit-Tranżazzjonijiet Kummerċjali Internazzjonali (WGB), kif ukoll l-istedina għall-parteċipazzjoni anke bħala osservatur fil-laqgħat darbtejn fis-sena tal-Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi (LEO) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u l-laqgħat preliminari li saru fl-2021 mas-Segretarjat tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF/GAFI) sabiex titħejja l-applikazzjoni tal-UPPE bħala osservatur;

Komunikazzjoni

60.

Jinnota li l-komunikazzjoni esterna tal-istituzzjoni hija ffukata fuq il-pjattaforma tas-sit web korporattiv (www.eppo.europa.eu), u kondiviża permezz tal-kontijiet uffiċjali tal-UPPE fuq Facebook, Twitter u LinkedIn, u li hija offruta firxa ta’ għażliet f’dawn il-pjattaformi (talba għal aċċess pubbliku għal dokumenti, formoli ta’ kuntatt għaċ-ċittadini, għall-ġurnalisti, u għal applikanti potenzjali);

61.

Japprezza l-pubblikazzjoni ta’ stqarrijiet għall-istampa, l-aġġornamenti tal-media soċjali u l-intervisti dwar l-attivitajiet operattivi u istituzzjonali tiegħu li qegħdin jagħtu l-Kap Prosekutur Ewropew, il-Prosekuturi Ewropej u diversi membri tal-persunal speċjalizzati biex iżidu b’mod sinifikanti l-għarfien u s-sensibilizzazzjoni dwar ir-rwol u l-azzjonijiet tal-UPPE;

62.

Iħeġġeġ lill-UPPE jinkludi, fost l-azzjonijiet strateġiċi tiegħu, attivitajiet iffukati li għandhom l-għan li jżidu l-viżibbiltà tiegħu u li japprovaw l-għarfien u l-fehim tal-viżjoni u l-approċċ tal-Unjoni fil-protezzjoni tal-interessi tal-Unjoni u tal-kontribwenti.

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(2)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(3)  https://som.yale.edu/story/2022/over-1000-companies-have-curtailed-operations-russia-some-remain


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/376


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1909 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06247/2023 — C9-0073/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0079/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/377


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1910 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0095/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0100/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/379


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1911 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) għas-sena finanzjarja 2021

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0100/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (minn hawn ’il quddiem l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 31 827 678, ammont li jirrappreżenta żieda ta’ 3,45 % meta mqabbel mal-2020; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa primarjament derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet tas-sena attwali ta’ 99,82 %, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta’ 0,16 % meta mqabbla mal-2020; jinnota wkoll li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 93,54 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 4,25 % meta mqabbla mal-2020;

2.

Jinnota li l-eżitu tal-baġit fl-2021 kien ta’ EUR 69 638, ammont li jikkostitwixxi tnaqqis meta mqabbel mal-EUR 114 225 fl-2020;

3.

Jirrikonoxxi l-isfidi li ffaċċjat l-Aġenzija fl-eżekuzzjoni tal-baġit fl-2021, inkluż fir-rigward tal-isforzi magħmulin biex tassorbi malajr kemm jista’ jkun u bl-iktar mod effettiv il-baġit ta’ sigurtà tal-IT ta’ madwar EUR 1,3 miljun assenjat mill-Kummissjoni f’Mejju 2021 biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ sigurtà tal-IT tal-Aġenzija; ifaħħar lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni ta’ madwar 81 % ta’ dak il-baġit minkejja l-perjodu ta’ żmien limitat;

4.

Jinnota r-rapportar tal-Aġenzija dwar il-piż li kien hemm kontinwament fuq il-baġit tagħha fl-aħħar snin, minħabba nuqqas ta’ persunal biex ikopri l-kompiti ġodda u estiżi li rriżultaw mir-raba’ Pakkett Ferrovjarju; jinnota bi tħassib ir-risposta tal-Aġenzija li kull sena kellha tagħmel tnaqqis dejjem iktar sinifikanti fil-baġit operattiv tagħha biex tħallas is-salarji tal-persunal tagħha; ifaħħar lill-Aġenzija għall-miżuri meħuda biex tnaqqas l-effetti ta’ tali insuffiċjenzi, pereżempju billi żiedet ir-rata fis-siegħa applikata mill-Aġenzija għall-attivitajiet relatati mal-kompiti tal-Awtorità;

5.

Ifakkar li l-Aġenzija kellha l-iżgħar baġit fost l-aġenziji tat-trasport minkejja l-prestazzjoni ambjentali eċċellenti u l-benefiċċji l-oħra tat-trasport bil-ferrovija li l-Kummissjoni stabbiliet bħala wieħed mill-prijoritajiet tagħha mal-Pjan ta’ Azzjoni biex tagħti spinta lit-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fuq distanzi twal u transfruntier; itenni l-appoġġ tiegħu għal żieda fil-baġit tal-Aġenzija sabiex jipprovdiha bil-mezzi neċessarji biex tkun tista’ taġixxi bħala awtorità effiċjenti u biex twettaq il-kompiti tagħha, b’mod partikolari dawk fir-rigward taż-żieda tal-kompetittività, tat-titjib tas-sikurezza u tal-interoperabbiltà transfruntiera;

Prestazzjoni

6.

Jirrikonoxxi li l-Aġenzija rrapportat it-twettiq ta’ 76,41 % tal-programm annwali tal-2021 tagħha (meta mqabbla mad-59,35 % fl-2020); jilqa’ l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-KPIs stabbiliti taħt id-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni (SPD) 2021-2023 inkisbu; jjinnota, madankollu, tal-fatt li xi KPIs importanti għadhom ma nkisbux, bħal dawk relatati mal-awditu tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, mal-għeluq tas-sejbiet tal-awditu qabel l-2021 (12 mill-14-il azzjoni miftuħa fil-bidu tal-2021 ġew posposti għall-2022) u mal-preżenza tan-nisa fis-settur tat-trasport;

7.

Jinnota wħud mill-kisbiet ewlenin tal-Aġenzija fl-2021, bħat-twettiq f’waqtu ta’ numru li qed jiżdied sostanzjalment ta’ Awtorizzazzjonijiet tal-Vetturi (1260), ta’ Ċertifikati ta’ Sikurezza Uniċi (41) u ta’ Approvazzjonijiet ERTMS Maġenb il-Binarji (2), it-tlestija ta’ stħarriġ dwar is-sikurezza tal-klima ambizzjuż bil-għan li jiżviluppa kultura ta’ sikurezza pożittiva fis-settur ferrovjarju (b’100 organizzazzjoni parteċipanti u 46 500 risposta globali), l-implimentazzjoni tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi f’ambjent ta’ produzzjoni u l-progress magħmul fir-reviżjoni tal-pakkett tat-TSI sal-2022; jilqa’ t-traspożizzjoni sħiħa tal-pilastru tekniku tar-Raba’ Pakkett Ferrovjarju fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni u jfakkar fl-importanza tat-tlestija tal-ERTMS sal-2030 bħala kwistjoni ta’ urġenza;

8.

Jinnota, fir-rigward tas-segwitu tal-kummenti tal-kwittanza tas-sena l-oħra, li l-Aġenzija mexxiet l-SPD tagħha minn sistema annwali u ffukata fuq l-output għal waħda pluriennali mmexxija mill-eżitu li fil-qalba għandha l-applikazzjoni tal-loġika ta’ intervent matul iċ-ċiklu hekk imsejjaħ “plan-do-check-act” tal-Aġenzija, il-KPIs biex jiġu mmonitorjati l-eżitu u l-impatt (il-valur miżjud fuq is-sistema ferrovjarja), kif ukoll Dashboard tal-SPD kondiviża regolarment mal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija għall-governanza bbażata fuq l-evidenza tal-Aġenzija;

9.

Ifakkar li, wara t-traspożizzjoni sħiħa tal-Pilastru Tekniku tar-Raba’ Pakkett Ferrovjarju fl-aħħar tal-2020, l-Aġenzija ngħatat għadd ta’ kompiti ġodda li involvew żieda konsiderevoli tal-ammont ta’ xogħol; jinnota li l-Aġenzija żviluppat Pjan ta’ Tisħiħ (SP) b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni u wettqet eżerċizzju ta’ prijoritizzazzjoni ad hoc biex tlaħħaq aħjar mal-ammont ta’ xogħol ġdid;

10.

Ifaħħar l-isforz kontinwu tal-Aġenzija biex ittejjeb l-effiċjenza tagħha u l-eżekuzzjoni baġitarja tagħha permezz tal-SP tagħha abbozzat fl-2021; jinnota li l-SP huwa mibni fuq numru ta’ pilastri, bħal pereżempju iktar konsolidazzjoni tal-ġbir tad-data u tat-trasparenza permezz ta’ monitoraġġ imsaħħaħ u kultura ta’ prestazzjoni mmexxija mid-data; jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha (pereżempju, ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi u s-sigurtà tal-IT), il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajbin ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza;

11.

Ifaħħar il-fatt li l-Aġenzija kompliet twettaq b’suċċess il-kompiti tagħha fil-qasam tal-interoperabbiltà, is-sikurezza u l-armonizzazzjoni tal-ferroviji tal-Unjoni; jilqa’ l-impenn kontinwu tal-Aġenzija għall-objettiv li toħloq Żona Ferrovjarja Unika Ewropea u għat-titjib tal-konnettività tat-trasport bil-ferrovija; jinnota r-rwol importanti tas-settur ferrovjarju li jiżgura vjaġġar u ġarr tal-merkanzija sostenibbli madwar l-Unjoni għad-deċennji li ġejjin, u jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza tal-ħidma tal-aġenzija f’dan ir-rigward;

12.

Ifakkar li l-2021 kienet ukoll is-Sena Ewropea tal-Ferroviji, u enfasizza li l-ferroviji huma wieħed mill-aktar modi tat-trasport sostenibbli, innovattivi u sikuri li hawn disponibbli; jinnota li bħala parti mis-Sena Ewropea tal-Ferroviji, ferrovija speċjali tal-Unjoni vvjaġġat madwar il-kontinent u waqfet f’aktar minn 100 belt f’26 pajjiż u li din l-inizjattiva wriet il-potenzjal tas-settur ferrovjarju, kif ukoll il-kisbiet tiegħu fl-iżvilupp ta’ sistemi ferrovjarji interoperabbli madwar l-Ewropa, flimkien mal-importanza li jitneħħa kwalunkwe wieħed mill-ostakli transfruntiera li jippersistu;

13.

Jilqa’ l-kontribut strateġiku tal-Aġenzija fil-qasam tar-regoli nazzjonali; ifaħħar il-ħidma estensiva mwettqa mill-Aġenzija fl-2021 biex tivvaluta r-Regoli Nazzjonali tal-Awtorizzazzjoni tal-Vetturi (VA) u qed jistenna bil-ħerqa l-finalizzazzjoni tal-valutazzjoni għall-bqija tal-Istati Membri fl-2022, kif ukoll ir-riżultati f’dak li hu tnaqqis tar-regoli matul is-snin li ġejjin;

14.

Iħeġġeġ sabiex in-network ferrovjarju ewlieni tat-TEN-T jitlesta bi prijorità ewlenija; jappella għal appoġġ ġdid mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għall-investiment fis-settur ferrovjarju, u miżuri li jwittu t-triq għar-rinaxximent tal-ferroviji;

15.

Jissuġġerixxi li l-Aġenzija tikkunsidra miżuri biex ittejjeb il-kwalità tas-servizzi għat-trasport bil-ferrovija;

Politika dwar il-persunal

16.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, it-tabella tal-persunal kienet 98 % implimentata, b’148 membru tal-persunal temporanju maħtur minn 151 membru tal-persunal temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel mal-148 pożizzjoni awtorizzati fl-2020); jinnota, barra minn hekk, li 34 membru tal-persunal bil-kuntratt (minn 36 awtorizzati) u 2 esperti nazzjonali sekondati (minn 4 awtorizzati) ħadmu għall-Aġenzija fl-2021;

17.

Jinnota n-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri tal-Aġenzija, fejn 7 minn 9 (77,78 %) huma rġiel; jinnota d-distribuzzjoni tal-ġeneri fuq il-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija, fejn 28 minn 49 (57,14 %) huma rġiel; jinnota wkoll id-distribuzzjoni tal-ġeneri fi ħdan il-persunal globali tal-Aġenzija, fejn 125 minn 192 (65 %) huma rġiel; jirrikonoxxi l-ħidma kontinwa tal-Aġenzija biex telimina d-differenza bejn il-ġeneri, bi proġetti speċifiċi bħal “In-nisa fit-trasport” biex issaħħaħ l-impjiegi u l-opportunitajiet indaqs tan-nisa fis-settur tat-trasport; jirrikonoxxi l-isforz li sar mill-Aġenzija biex issaħħaħ it-telexogħol u l-bilanċ ġeografiku fir-reklutaġġ; ifakkar li n-nuqqasijiet proċedurali fil-proċeduri ta’ reklutaġġ jimminaw il-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament indaqs; jitlob lill-Aġenzija ttejjeb il-proċedura ta’ reklutaġġ interna tagħha biex tiċċara l-proċessi ta’ evalwazzjoni u l-avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti; ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà;

18.

Josserva l-istrateġija ġdida tar-riżorsi umani tal-Aġenzija (2023-2027) li għandha l-għan li trawwem impenn fit-tul u li tnaqqas il-fatturat fost il-persunal; jenfasizza li l-azzjonijiet prijoritarji kollha identifikati biex jiġu żgurati l-bilanċ bejn il-ġeneri u l-opportunitajiet ugwali se jitwettqu f’sinerġija ma’ dik l-istrateġija u jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza informata dwar l-implimentazzjoni kontinwa tagħha; jinnota li fl-2021 l-Aġenzija bdiet it-tranżizzjoni tagħha lejn l-għodda SYSPER għall-ġestjoni tar-riżorsi umani tagħha, li hija ppjanata biex titnieda fil-bidu tal-2022;

19.

Jinnota li l-Kummissjoni pprevediet żieda fit-tabella tal-persunal tal-Aġenzija mill-2023, li ma kinitx akkumpanjata minn żieda korrispondenti tal-allokazzjoni tas-sussidju; ifakkar li l-Aġenzija diġà qed tagħmel sforzi sostanzjali biex tilħaq il-livell ta’ ambizzjoni meħtieġ biex l-objettivi ta’ politika tal-Kummissjoni jinkisbu b’mod effettiv taħt ir-restrizzjonijiet baġitarji attwali; jenfasizza li bosta impjegati rrapportaw sahra sinifikanti fl-2021; jirrikonoxxi li dan jissottolinja nuqqas ta’ qbil bejn il-pakkett tar-riżorsi u l-ħtiġijiet fil-post; jirrimarka li ż-żamma ta’ bilanċ xieraq bejn ix-xogħol u l-ħajja privata fi ħdan il-persunal hija meħtieġa biex il-kompiti tal-Aġenzija jitwettqu b’mod sodisfaċenti;

20.

Jieħu nota tal-kwistjonijiet li jiffaċċjaw il-membri tal-persunal tal-Aġenzija li jkunu qed ifittxu l-kura tas-saħħa fi Franza, peress li l-awtorità nazzjonali Franċiża ma taċċettahomx bħala affiljati mas-sistema tas-saħħa nazzjonali;

21.

Jinnota li, bejn l-2020 u nofs l-2022, ġew irrapportati erba’ każijiet ta’ fastidju fl-Aġenzija, u tlieta mill-membri tal-persunal tagħha tniżżlu fir-reġistru; jinnota, madankollu, li ma saret l-ebda investigazzjoni u l-ebda każ ma tressaq quddiem qorti; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa l-politiki u l-metodi tagħha biex tipprevjeni każijiet bħal dawn b’mod aktar effiċjenti fil-futur;

Akkwist

22.

Jinnota li l-pjan ta’ akkwist oriġinali ġie aġġornat matul is-sena billi żdiedu EUR 350 000 għal sejħa għall-offerti ġdida u EUR 228 000 għal kuntratt qafas emendat; jinnota li l-Aġenzija wettqet erba’ sejħiet miftuħin għall-offerti, erba’ proċeduri nnegozjati u żewġ sejħiet ta’ ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni fl-2021;

23.

Ifakkar li l-Aġenzija għandha l-mandat li tqis il-ħtiġijiet tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs); jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti fl-2020 li l-Aġenzija għandha tintroduċi kontrolli effettivi biex tivverifika l-istatus ta’ SME tal-applikanti; ifaħħar il-miżuri li l-Aġenzija qed tieħu kontinwament biex timplimenta r-rakkomandazzjoni tal-Qorti, bħall-miżura biex l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-SMEs tkun viżibbli b’mod ċar għall-applikanti, billi jiġi żgurat li jkun hemm awtodikjarazzjoni għall-applikanti li jiddikjaraw lilhom infushom bħala SMEs u jiġi żgurat li jkun hemm fluss tax-xogħol biex il-verifiki bbażati fuq l-evidenza pprovduta jiġu pproċessati;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

24.

Jinnota li l-Aġenzija ppubblikat is-CVs u d-dikjarazzjoni tal-interessi tal-membri tal-Bord ta’ Tmexxija u tal-maniġment superjuri tagħha fuq is-sit web tal-Aġenzija; jinnota li s-CVs ta’ tnejn minn 49 membru tal-Bord ta’ Tmexxija huma neqsin; jinnota li l-Aġenzija ma tippubblikax is-CVs ta’ esperti esterni u lanqas ta’ esperti interni;

25.

Jilqa’ l-isforzi tal-Aġenzija biex iżżid it-trasparenza tal-attivitajiet tal-Aġenzija billi tippubblika regolarment fuq is-sit web tagħha informazzjoni dwar il-laqgħat kollha li jsiru mid-Direttur Eżekuttiv mal-organizzazzjonijiet jew mal-individwi li jaħdmu għal rashom dwar kwistjonijiet relatati mal-attivitajiet tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tieħu sehem fil-ftehim interistituzzjonali stabbilit reċentement dwar reġistru tat-trasparenza obbligatorju għar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess, iffirmat mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mill-Parlament;

Kontroll intern

26.

Josserva, wara l-kummenti tal-awtorità ta’ kwittanza fl-2020, li l-Aġenzija, biex issaħħaħ id-dimensjoni ta’ kontroll tas-sistema ta’ ġestjoni interna tagħha, imxiet lejn sistema ffukata fuq il-Qafas ta’ Kontroll Intern ibbażat fuq il-linji gwida tal-Kummissjoni, filwaqt li l-istandard internazzjonali ISO 9001:2015 baqa’ referenza sekondarja li kellu jispiċċa gradwalment fl-2022;

27.

Jinnota li l-Aġenzija wettqet il-valutazzjoni annwali tal-Qafas ta’ Kontroll Intern tagħha, u kkonkludiet li l-Aġenzija hija globalment konformi iżda li wħud mill-oqsma jeħtieġu titjib; jinnota li l-azzjonijiet ta’ segwitu stabbiliti se jiġu mmonitorjati matul l-2022; jinnota wkoll li l-Aġenzija kienet soġġetta għal awditu ta’ sorveljanza biex jiġi vverifikat li l-proċessi tal-Aġenzija qed jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ISO, u l-ebda nuqqas ta’ konformità ma ġie identifikat mill-korp ta’ ċertifikazzjoni;

28.

Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq valutazzjoni tar-riskju biex jidentifika l-oqsma għal awditi prospettivi għall-Aġenzija fis-snin li ġejjin (2021-2023); jinnota li l-valutazzjoni tar-riskju identifikat tliet suġġetti tal-awditu, jiġifieri l-Ippjanar Strateġiku u l-Monitoraġġ, il-Governanza tal-IT, u l-Implimentazzjoni tar-Raba’ Pakkett Ferrovjarju; jinnota li l-ewwel awditu twettaq; ir-rapport finali tal-awditu ntbagħat lill-Aġenzija f’Marzu 2022; u pjan ta’ azzjoni ġie miftiehem mal-IAS;

29.

Ifakkar li fl-2019 l-IAS kien wettaq awditu dwar il-Ġestjoni tal-Informazzjoni u s-Sigurtà tal-Informazzjoni; jinnota li r-rapport finali kien fih żewġ rakkomandazzjonijiet ikklassifikati bħala importanti ħafna mill-IAS dwar il-qafas ta’ governanza tad-data u l-kontinwità u s-sigurtà fiżika tal-IT; jenfasizza li d-data ta’ implimentazzjoni riveduta formali ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet ġiet stabbilita għall-aħħar tal-2022; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-baġit dwar il-progress magħmul f’dan ir-rigward;

30.

Jinnota li fl-2021 ġew irreġistrati 35 nuqqas ta’ konformità, fejn għadd ta’ nuqqasijiet ta’ konformità finanzjarji naqsu meta mqabbla mas-snin preċedenti;

31.

Jinnota li investigazzjoni interna nfetħet mill-OLAF fl-2021, u li din għadha għaddejja; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-baġit dwar l-eżitu tal-investigazzjoni; jistieden lill-Aġenzija tieħu nota tal-fatt li r-rata ta’ parteċipazzjoni tat-taħriġ kontra l-frodi u dwar l-etika hija baxxa minkejja li hija obbligatorja; iħeġġeġ lill-Aġenzija ttejjeb ir-rati ta’ parteċipazzjoni ta’ dan it-taħriġ sabiex ittejjeb it-tekniki ta’ detezzjoni u tħeġġeġ lill-persunal jirrapporta kwalunkwe suspett ta’ frodi;

Diġitalizzazzjoni u t-Tranżizzjoni Ekoloġika

32.

Jirrikonoxxi li l-Aġenzija kisbet grad għoli ħafna ta’ diġitalizzazzjoni fil-fluss tax-xogħol tagħha; jinnota li l-Aġenzija hija membru attiv tal-grupp ta’ ħidma tal-Proġett tal-Akkwist Elettroniku tal-Kummissjoni, li huwa kważi kollu implimentat; jilqa’ r-rwol tal-Aġenzija, li beda fl-2021, bħala waħda mit-tliet aġenziji pilota li mxew mill-applikazzjoni tal-IT finanzjarja ABAC għal dik ġdida SUMMA; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija, li bbenefikat mill-appoġġ iddedikat tal-Kummissjoni fl-2021, introduċiet miżuri importanti biex issaħħaħ iċ-ċibersigurtà tagħha, bħal azzjonijiet korrettivi li jindirizzaw xi vulnerabbiltajiet f’uħud mis-sistemi tal-IT, testijiet tal-penetrazzjoni għas-sistemi tal-IT tagħha, proċeduri ta’ kontroll tas-sigurtà għas-sistemi tal-IT esternalizzati, kif ukoll sessjonijiet perjodiċi rigward is-sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà tal-IT għall-persunal kollu tagħha; jinnota li, b’konsegwenza, l-Aġenzija esperjenzat inqas attakki taċ-ċibersigurtà fl-2021 milli fl-2020; jinnota wkoll li l-Aġenzija qed tikkoopera mal-EASA biex jikkondividu l-għarfien espert dwar sistema tal-IT stabbilita sew għall-monitoraġġ tal-informazzjoni tas-sikurezza fl-avjazzjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem b’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà);

33.

Jilqa’ l-impenn u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tippromwovi s-sostenibbiltà u tnaqqas l-impatt ambjentali tagħha; jinnota b’interess li fl-abbozz tal-SPD 2023 l-Aġenzija inkludiet strateġija ambjentali ddedikata f’konformità mal-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku u mal-kuntest ekonomiku attwali; jistieden lill-Aġenzija tistabbilixxi mira għat-tnaqqis tas-CO2 fil-programm ta’ ħidma tagħha u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza informata dwar l-introduzzjoni effettiva tal-istrateġija ambjentali;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi

34.

Jinnota mir-rapport annwali konsolidat tal-attività għall-2021 li l-Aġenzija rrispondiet fi żmien xieraq u b’mod adegwat għall-pandemija tal-COVID-19, b’relazzjoni kemm mal-persunal tagħha u mal-arranġamenti tax-xogħol, kif ukoll mas-settur ferrovjarju; jinnota, rigward ir-rispons b’relazzjoni mal-politika tal-persunal, li l-Aġenzija appoġġjat l-applikazzjoni tat-telexogħol għall-persunal kollu b’għadd ta’ miżuri li ċertament se jsiru n-normalità ġdida, bħaż-żieda tal-wisa’ tal-banda tal-konnessjoni tad-data u l-ottimizzazzjoni tal-konnettività tal-VPN remota għall-persunal li qed jkun qed jaħdem mid-dar; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex, fil-futur, tqiegħed fil-prattika t-tagħlimiet rigward il-metodi ta’ ħidma remoti u ibridi, sabiex torganizza aħjar liem laqgħat u kompiti jistgħu jsiru b’mod aktar effiċjenti b’mod remot pjuttost milli fiżikament; rigward ir-rispons għall-pandemija b’relazzjoni mas-settur ferrovjarju, jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija ħejjiet rapport dwar is-sikurezza tal-ivvjaġġar matul il-COVID-19 għall-passiġġiera li jivvjaġġaw distanzi twal bil-ferroviji jew modi oħrajn u organizzat webinar dwar l-irkupru tat-trasport bil-ferrovija wara l-pandemija;

Kummenti oħra

35.

Jinnota l-azzjoni kontinwa tal-Aġenzija favur it-tnaqqas tal-ispejjeż ta’ siti doppji, f’Lille u Valenciennes, u biex tikkonċentra l-operat tagħha f’post wieħed biss; jinnota, b’mod partikolari, l-impenn tal-Aġenzija li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ kera għas-sit f’Lille u li tillimita l-vjaġġi lejn Lille għal-laqgħat obbligatorji;

36.

Jinnota li minħabba li l-Aġenzija evolviet f’awtorità tal-Unjoni, il-bini attwali tal-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija f’Valenciennes ma għadux jissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa għall-akkomodazzjoni tal-persunal u tal-attivitajiet tal-Aġenzija;

37.

Jisħaq li r-regolament finanzjarju u l-istandards ta’ ġestjoni għolja jridu jiġu rrispettati mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE;

38.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 162, 13.4.2022, p. 5.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/384


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1912 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta' Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0095/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0100/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/385


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1913 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0097/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0137/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/387


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1914 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-Regola 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0137/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha (1), il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-“Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 60 600 822, li jirrappreżenta żieda ta’ 7,64 % meta mqabbel mal-2020; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 19 172 407, li tirrappreżenta 30,59 % mill-baġit totali), minn kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri (EUR 23 936 648, li jirrappreżentaw 38,20 %) u minn tariffi li tirċievi mill-entitajiet taħt superviżjoni (EUR 17 087 867, li jirrappreżentaw 27,27 %);

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2021 (“ir-rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 99,94 %, li tirrappreżenta żieda żgħira ta’ 0,92 % meta mqabbel mal-2020; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 89,91 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 4,40 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

2.

Jinnota li l-2021 kienet l-ewwel sena sħiħa li fiha l-Awtorità ġabret tariffi mingħand kontropartijiet ċentrali (CCPs) ta’ pajjiżi terzi u l-ewwel sena meta bdiet tiġbor tariffi mir-repożitorji tat-titolizzazzjonijiet, minbarra t-tariffi mingħand l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet fl-ambitu tar-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

3.

Jinnota b’apprezzament li l-Awtorità tejbet is-sistema ta’ ġestjoni tal-pagamenti tagħha mmirata lejn il-ġestjoni aħjar tal-pagamenti tard li jsiru, pereżempju, mill-l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jew mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, u l-imgħax dovut b’rabta ma’ dawk il-pagamenti;

Prestazzjoni

4.

Jinnota li l-Awtorità tuża ċerti miżuri bħall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħall-għadd ta’ suġġetti tar-riskju analizzati, ir-rata ta’ kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament u r-rata tad-dawran tal-impjegati; ifaħħar lill-Awtorità għall-programm ta’ ħidma tagħha għall-2021 li 91 % minnu tlesta, bil-biċċa l-kbira tal-KPIs tagħha milħuqa jew maqbuża;

5.

Ifaħħar lill-Awtorità talli ġabret flimkien l-outputs u r-riżultati tagħha għall-2021 fi tliet kategoriji ta’ prijorità: (i) “l-ogħla prijorità” għal 128 output marbuta ma’ prijoritajiet strateġiċi; (ii) “prijorità aktar baxxa” għal 75 output mhux marbuta ma’ dawk il-prijoritajiet; u (iii) “kompletament mhux prijoritizzati” għal 29 output dwar kompiti li għandhom isiru biss jekk ikun hemm iż-żmien;

6.

Jinnota li fl-2021 il-prijoritajiet strateġiċi tal-Awtorità ffokaw fuq tliet suġġetti trażversali: swieq kapitali tal-Unjoni sodi, finanzi sostenibbli, u innovazzjoni u diġitalizzazzjoni; jinnota wkoll ir-riżultati u s-suċċessi tal-Awtorità fl-2021 f’oqsma li mhumiex direttament marbuta ma’ dawk il-prijoritajiet, bħal, fost oħrajn, is-suq tal-karbonju tal-Unjoni, l-attivitajiet ta’ infurzar, is-servizzi ta’ investiment, il-ġestjoni tal-investiment jew is-CCPs;

7.

Ifaħħar lill-Awtorità għall-kisbiet tagħha fl-2021, bħal, fost oħrajn, l-implimentazzjoni ta’ mandati ġodda li jirriżultaw mir-rieżami tal-2019 tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, it-tħejjija għar-responsabbiltajiet superviżorji l-ġodda (is-superviżjoni tar-repożitorji tat-titolizzazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tar-rapportar tad-data u l-parametri referenzjarji kritiċi), l-approvazzjoni tar-reġistrazzjonijiet tal-ewwel żewġ repożitorji tat-titolizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), it-tħejjija għat-trasferiment lill-Awtorità tar-responsabbiltajiet superviżorji għall-Istitut Ewropew tas-Swieq Monetarji u t-teħid tas-superviżjoni tas-seba’ amministraturi ta’ pajjiżi terzi ta’ parametri referenzjarji rikonoxxuti fil-livell tal-Unjoni;

8.

Ifaħħar lill-Awtorità, fil-kuntest tar-riskji li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni tas-swieq finanzjarji, għall-isforzi tagħha fl-2021 biex tipprovdi lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni b’feedback tekniku dwar il-proposti tal-Kummissjoni għal regolament dwar is-swieq fil-kriptoassi u l-att ta’ reżiljenza operattiva diġitali; jilqa’ l-iżvilupp tal-pjan direzzjonali dwar il-finanzi sostenibbli tal-Awtorità għall-2022-2024, li se jservi bħala għodda prattika biex jiġi żgurat li l-Awtorità twettaq firxa wiesgħa ta’ kompiti ta’ finanzjament sostenibbli f’diversi setturi b’mod ikkoordinat;

9.

Jilqa’ l-kooperazzjoni bejn l-Awtorità u ż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Bankarja Ewropea, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej; jinnota b’sodisfazzjon li l-ESMA tikkondividi uffiċjal tal-kontabbiltà mal-Awtorità Bankarja Ewropea u li l-maġġoranza tal-proċeduri ta’ akkwist li tmexxi huma akkwisti konġunti ma’ aġenziji oħra u mal-Kummissjoni; jinnota l-Memorandum ta’ Qbil tal-2013 bejn l-Awtorità u l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija li jistabbilixxi qafas għall-iskambju ta’ informazzjoni meta r-responsabbiltajiet regolatorji taż-żewġ entitajiet jikkoinċidu fir-rigward tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa; jenfasizza li s-sitwazzjoni attwali fis-swieq tal-prodotti bażiċi x’aktarx se tirriżulta fi ħtieġa ta’ kooperazzjoni msaħħa dwar suġġetti regolatorji relatati mas-swieq tal-enerġija; Jinkoraġġixxi lill-Awtorità tieħu passi biex taġevola din il-kooperazzjoni msaħħa;

Politika dwar il-persunal

10.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 85,20 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet eżegwita, b’213-il aġent temporanju maħtura minn total ta’ 250 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma’ 226 post tax-xogħol awtorizzati fl-2020); jinnota li, barra minn hekk, 85 aġent kuntrattwali u 10 esperti nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għall-Awtorità fl-2021;

11.

Jinnota li fl-2021 l-għadd ta’ persunal żdied b’23 % meta mqabbel mal-2020, b’58 membru statutorju addizzjonali; ifaħħar lill-Awtorità għall-isforzi tagħha fir-reklutaġġ ta’ 102 membri tal-persunal, bis-saħħa ta’ 21 proċedura tas-selezzjoni (interna u esterna) varati, 2 075 CV skrinjati u 175 kandidat intervistati fl-2021;

12.

Jinnota d-distribuzzjoni tal-ġeneru fi ħdan il-membri tal-maniġment superjuri tal-Awtorità, b’erbgħa minn ħames membri tal-maniġment superjuri li huma nisa (80 %); jinnota d-distribuzzjoni tal-ġeneru fil-Bord Maniġerjali tal-Awtorità, fejn tlieta minn ħames membri tal-Bord Maniġerjali huma nisa (60 %); jinnota wkoll id-distribuzzjoni tal-ġeneru fi ħdan il-persunal ġenerali tal-Awtorità, fejn 162 minn 308 membri tal-persunal huma rġiel (53 %); ifakkar kemm hu importanti li tiġi żgurata rappreżentanza bbilanċjata tal-ġeneri u ġeografika fost il-maniġment u l-persunal tal-Awtorità u jistieden lill-Awtorità tqis dawk l-aspetti fir-rigward tal-ħatriet futuri; jissottolinja l-importanza tal-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza tal-kandidati meta jkun qed jiġi rreklutat u promoss l-persunal;

13.

Jinnota li l-Awtorità għandha politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali; jilqa’ l-fatt li l-applikazzjoni ta’ dik il-politika hija msaħħa permezz ta’ miżuri ta’ komunikazzjoni u sessjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni; jilqa’ l-fatt li fl-2021 ma kien hemm l-ebda każ ta’ fastidju rrapportat, investigat, jew li ttieħed quddiem il-qorti; jilqa’ wkoll il-pjan tal-Awtorità li tiżviluppa “politika dwar id-Diversità u l-Inklużjoni”;

14.

Jappella lill-Awtorità biex tibqa’ tiżviluppata politika tar-riżorsi umani (HR) fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-għoti ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib tal-bilanċ ġeografiku biex ikun hemm rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà kif ukoll l-iżgurar li jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jiġu promossi b’mod wiesa’;

Akkwist

15.

Jinnota li, fl-2021, l-Awtorità mmaniġġjat 15-il proċedura ta’ akkwist, li sebgħa minnhom ġew iffinalizzati kompletament; ifaħħar l-isforzi li għamlet l-Awtorità biex toħloq sinerġiji permezz ta’ proċeduri ta’ akkwist konġunt ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni u l-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Awtorità tkompli tiżviluppa sinerġiji ma’ korpi oħra tal-Unjoni;

16.

Jinnota bi tħassib l-osservazzjoni mir-rapport tal-Qorti li fl-2021 l-Awtorità ddeċidiet li tvara proċedura nnegozjata mingħajr ma tirreklamaha, u b’hekk kisret il-punt 3.1 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju; jinnota wkoll li l-ġustifikazzjoni għal dik id-deċiżjoni ma ġietx approvata f’rapporti ta’ eċċezzjonijiet irreġistrati ċentralment qabel ma ttieħdet azzjoni; jistieden lill-Awtorità tiżgura fil-futur li l-każijiet kollha ta’ devjazzjoni minn proċessi u proċeduri stabbiliti jiġu ttrattati f’konformità mal-prinċipji tal-legalità u r-regolarità;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u trasparenza

17.

Ifaħħar lill-Awtorità għall-miżuri u l-politiki komprensivi li stabbiliet, u għad-diliġenza li biha jiġu applikati ħalli jiġu żgurati t-trasparenza, l-etika, l-imġiba amministrattiva tajba, kif ukoll il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess rigward il-membri tal-persunal tal-Awtorità, il-Bord tas-Superviżuri, il-Bord Maniġerjali u l-Kumitat Superviżorju tas-CCP; jinnota li, wara valutazzjoni li saret mill-uffiċjal tal-etika tal-Awtorità fl-okkażjoni ta’ verifika ad hoc li twettqet fil-kuntest ta’ proċedura unika marbuta mal-ħolqien ta’ tliet pożizzjonijiet ta’ kap ta’ tim, ġie propost rieżami tal-linji gwida dwar id-dikjarazzjonijiet tal-interessi mill-membri tal-bord tas-selezzjoni sabiex tissaħħaħ it-trasparenza f’dawk id-dikjarazzjonijiet; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza ladarba dak ir-rieżami jkun ġie ffinalizzat u approvat;

18.

Jinnota li fl-2021 l-Awtorità rċeviet 11-il dikjarazzjoni dwar kunflitti ta’ interess qabel il-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u żewġ dikjarazzjonijiet simili qabel il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali; jinnota wkoll li fl-2021 it-tim tal-etika tal-Awtorità vverifika, fost oħrajn, 251 dikjarazzjoni annwali mill-membri tal-persunal, li l-ebda waħda minnhom ma qajmet kwistjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess, 16-il dikjarazzjoni dwar l-impjieg bi skop ta’ qligħ tal-konjuġi għal rieżami, li fihom ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni li kienet tirrikjedi azzjoni speċifika, u 38 talba għall-awtorizzazzjoni biex jinnegozjaw strumenti finanzjarji, li l-maġġoranza tagħhom kienu ġew approvati; jinnota wkoll li t-tim tal-etika vvaluta 94 talba għall-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess fil-kuntest tar-reklutaġġ fl-2021, u wara dan, it-tim tal-etika rrakkomanda lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità li ssir bidla fil-kompożizzjoni tal-bordijiet tas-selezzjoni f’disa’ każijiet; jistieden lill-Awtorità tkompli tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-miżuri li ħadet biex tiżgura li ma jseħħ l-ebda kunflitt ta’ interess;

19.

Jinnota li l-Awtorità stabbiliet żewġ kumitati konġunti, wieħed għall-maniġers superjuri u wieħed għall-membri tal-persunal, li jeħtieġ li jkunu involuti f’każ li jinqalgħu kwistjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess fil-kuntest tal-intenzjoni ta’ attività futura wara li jitilqu mill-Awtorità; jinnota wkoll li fl-2021 l-Awtorità organizzat disa’ “laqgħat ta’ ħruġ” bilaterali mal-membri tal-persunal li kienu se jitilqu mill-Awtorità sabiex tivverifika d-dikjarazzjonijiet rigward l-attivitajiet u tivvaluta jekk kienx hemm kunflitti ta’ interess bejn id-dmirijiet tal-membri tal-persunal ikkonċernati fl-Awtorità u l-attivitajiet futuri tagħhom; josserva li ma tqajmet l-ebda kwistjoni f’dak ir-rigward;

20.

Ifaħħar il-fatt li, fl-2021, l-Awtorità ħadet diversi azzjonijiet biex toħloq sensibilizzazzjoni dwar ir-regoli rigward il-kunflitti ta’ interess, ir-regoli tal-etika, l-inkjesta dwar in-negozjar tal-istrumenti finanzjarji, u r-regoli ta’ wara l-impjieg u l-perjodi ta’ preklużjoni; ifaħħar ukoll lill-Awtorità talli stabbiliet regoli interni dwar il-kunflitti ta’ interess u s-sitwazzjonijiet ta’ “revolving door” applikabbli għall-membri tal-Bord Maniġerjali tagħha;

21.

Jilqa’ l-fatt li l-Awtorità tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri tal-Bord Maniġerjali tagħha u tal-persunal maniġerjali tagħha; ifaħħar il-mod trasparenti li bih l-Awtorità tirrapporta l-laqgħat tal-persunal tagħha mal-partijiet ikkonċernati esterni u tagħmilhom disponibbli fuq is-sit web tagħha;

22.

Jilqa’ l-impenn tal-Awtorità għall-ogħla standards etiċi rigward il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess; ifakkar, wara l-osservazzjonijiet tal-Qorti, fir-rekwiżit li l-membri tal-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità jastjenu milli jipparteċipaw fid-diskussjoni u milli jivvotaw fuq miżuri li għalihom għandhom kunflitt ta’ interess; jisħaq li dawk il-membri għandhom joqogħdu lura wkoll milli jattendu laqgħat li fihom isiru tali diskussjonijiet, sabiex tiġi ppreżervata l-indipendenza tal-Bord tas-Superviżuri; jilqa’ t-tweġiba tal-Awtorità li emendat il-politika tagħha biex tirrikjedi b’mod espliċitu li l-membri kunfliġġenti jitilqu mill-kamra;

23.

Jilqa’ l-fatt li, f’konformità mal-politika tagħha dwar il-kunflitti ta’ interess u l-etika, l-Awtorità għamlet użu minn projbizzjoni temporanja li biha l-persunal tagħha kien ipprojbit milli jinnegozja strumenti finanzjarji selezzjonati, sabiex tevita kwalunkwe riskju ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata; jistieden lill-Awtorità tkompli tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-miżuri li ħadet dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess;

24.

Jilqa’ l-pubblikazzjoni mill-ESMA u l-EBA, f’Lulju 2021, tal-linji gwida konġunti riveduti dwar il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-membri tal-korp maniġerjali u tad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin wara l-emendi għad-Direttivi 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u l-effett tagħhom fuq il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-membri tal-korp maniġerjali, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskji tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-promozzjoni tad-diversità tal-ġeneru;

25.

Ifakkar, wara s-sejbiet tal-Qorti, li jistgħu jinqalgħu kunflitti ta’ interess fi ħdan il-proċess ta’ evalwazzjoni tal-president u tad-direttur eżekuttiv tal-Awtorità meta l-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ membru tal-Bord tas-Superviżuri tkun, pereżempju, soġġetta għal ksur tal-proċedura tal-liġi tal-Unjoni; jilqa’ għalhekk l-impenn tal-Awtorità li tintroduċi kontroreferenza espliċita għall-kunflitti ta’ interess fil-proċess ta’ evalwazzjoni tagħha;

26.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti settijiet sistematiċi ta’ regoli dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitt ta’ interess u l-lobbjar illegali; jistieden lill-Awtorità tistabbilixxi wkoll miżuri interni kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar f’dan ir-rigward;

Kontroll intern

27.

Jilqa’ l-valutazzjoni annwali tas-sistema ta’ kontroll intern tal-Awtorità u l-konklużjoni li tali sistema teżisti u tiffunzjona tajjeb; jinnota li, l-istess bħal f’eżerċizzju simili tal-2020, l-Awtorità kejlet 78 indikatur ta’ kontroll intern, li jkopru l-prinċipji kollha ta’ kontroll intern u identifikat 22 nuqqas, li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu minuri u li l-ebda wieħed minnhom ma qajjem dubji dwar l-eżistenza u l-funzjonament xieraq tal-prinċipji ta’ kontroll intern; jinnota li l-opportunitajiet osservati għal titjib huma prinċipalment relatati mal-komponenti “ambjent ta’ kontroll” u “attivitajiet ta’ kontroll”;

28.

Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq awditu dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-etika tal-Awtorità fl-2021, li fih ikkonkluda li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll stabbiliti mill-Awtorità f’dawk l-oqsma huma mfassla b’mod adegwat, implimentati b’mod effettiv u jappoġġjaw lill-Awtorità fl-ilħuq tal-objettivi kummerċjali tagħha; josserva fir-rigward ta’ dak l-awditu li l-IAS ħareġ erba’ rakkomandazzjonijiet; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar f’dan ir-rigward;

29.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Awtorità; jinsisti bil-qawwa fuq ir-rekwiżit ta’ sistemi effettivi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll biex jiġu evitati każijiet potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess, kontrolli ex ante jew ex post nieqsa, ġestjoni mhux adegwata tal-impenji baġitarji u legali, u nuqqasijiet fir-rapportar ta’ kwistjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet;

Diġitalizzazzjoni u tranżizzjoni ekoloġika

30.

Jinnota b’apprezzament li fl-2021, l-Awtorità ttrasferiet b’suċċess il-mudell ta’ ġestjoni tagħha bbażat fuq l-attività minn sistema bbażata fuq l-Excel għal ambjent ġdid ibbażat fuq il-cloud, li huwa mistenni, skont l-Awtorità, li jtejjeb il-kapaċitajiet ta’ ppjanar u ta’ rapportar tagħha, fil-kuntest ta’ kumplessità dejjem akbar tal-mudelli tal-ibbaġitjar u tal-ikkostjar tagħha;

31.

Jilqa’ l-fatt li l-Awtorità kellha l-għan li ssaħħaħ id-difiżi taċ-ċibersigurtà tagħha billi tirrieżamina l-istrateġija tagħha għall-identifikazzjoni tas-sigurtà b’għodod aktar sofistikati u awtomatizzati, iżżid il-ħiliet tas-sigurtà fost l-unità tal-ICT tal-Awtorità u billi tirrekluta uffiċjal ġdid għas-sigurtà tal-informazzjoni u uffiċjal tal-ġestjoni tad-dokumenti;

32.

Ifakkar fl-importanza tal-investiment fil-persunal tal-ICT b’kuntratti fit-tul, biex jiġi evitat l-eżodu ta’ mħuħ, l-ineffiċjenzi u potenzjalment riskji u dgħufija akbar għall-attakki ċibernetiċi;

33.

Jinkoraġġixxi lill-Awtorità taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u mas-CERT-UE (l-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni) u twettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari tal-infrastruttura tal-IT tagħha u tiżgura li jsiru awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tagħha; jissuġġerixxi li jiġu offruti regolarment programmi ta’ taħriġ aġġornati relatati maċ-ċibersigurtà għall-persunal kollu fl-Awtorità; jitieden lill-Awtorità tkompli tiżviluppa aktar il-politika ta’ ċibersigurtà tagħha, u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar f’dan ir-rigward;

34.

Ifaħħar lill-Awtorità għall-politika ambjentali ambizzjuża tagħha, li fl-2021 wasslet għal titjib f’diversi indikaturi ambjentali ewlenin bħal, fost l-oħrajn, it-tnaqqis tal-iskart, ir-riċiklaġġ tal-karti u t-tnaqqis fl-ivvjaġġar; jinnota li l-impatti tal-għanijiet tas-sostenibbiltà, jew il-progress lejn l-ilħuq tagħhom, jitkejlu u jiġu mmonitorjati permezz ta’ bord ta’ kontroll għall-indikaturi ewlieni tal-prestazzjoni stabbiliti mill-maniġment tal-Awtorità;

35.

Ifaħħar lill-Awtorità għall-progress li sar sabiex tiġi rreġistrata mal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-UE sal-2022; jinnota l-pjan tal-Awtorità li ssir kompletament mingħajr karti sal-2025;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

36.

Jinnota li l-Awtorità kompliet tindirizza b’suċċess l-isfidi maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19, pereżempju billi kontinwament tadatta l-bini u l-proċessi tagħha għall-miżuri protettivi li qed jinbidlu adottati mill-Gvern Franċiż u mill-Kummissjoni;

37.

Jinnota li l-Awtorità kompliet taħdem bla xkiel fl-2021 minħabba l-investimenti preċedenti tagħha fl-awdjokonferenza u fil-vidjokonferenza u għodda tal-votazzjoni; jinnota wkoll li l-Awtorità installat għodda ġdida għall-ġestjoni tal-assistenza lill-klijenti u l-prenotazzjoni biex tiżgura aħjar il-gwida dwar is-saħħa pubblika fl-uffiċċju, iżżid il-flessibbiltà u tħejji għar-realtà ta’ wara l-pandemija;

Kummenti oħra

38.

Jinnota li l-Awtorità identifikat riskji fl-2021 bħal, fost oħrajn, kapaċità limitata biex twettaq il-mandati tagħha, riżorsi inadegwati u nuqqas ta’ għarfien espert biex timmaniġġja l-aġenda leġiżlattiva estensiva (jiġifieri l-Unjoni tas-Swieq Kapitali u s-CCPs), il-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, mandati ġodda potenzjali għall-Awtorità f’ċerti oqsma (bħal fir-rigward tad-depożitorji ċentrali tat-titoli), swieq finanzjarji aktar volatili, u konverġenza superviżorja u superviżjoni limitati tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni tqis dawn il-kwistjonijiet u talloka r-riżorsi meħtieġa għall-Awtorità biex twettaq mandati ġodda jew estiżi;

39.

Jinnota li l-kwistjonijiet li jirriżultaw mis-segwitu tal-Awtorità għall-osservazzjonijiet tal-Qorti minn snin preċedenti, bħall-finanzjament trażversali annwali tal-attivitajiet tal-Awtorità, l-armonizzazzjoni tas-sistema tal-kalkolu tat-tariffi u l-ambitu ta’ ċirkomvenzjoni għall-mekkaniżmu tal-imposti tat-tariffi ma jaqgħux fl-ambitu tal-azzjoni tal-Awtorità; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-atti delegati u temenda r-regolamenti relatati ma’ kwistjonijiet bħal dawn, kif propost mill-Awtorità;

40.

Jistieden lill-Awtorità tiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha mal-pubbliku, u biex tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-media soċjali u mezzi oħra tal-media;

41.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 152.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1)

(4)  Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).

(5)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(6)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(7)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/393


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1915 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta' Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għas-sena finanzjarja 2021

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0097/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0137/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/394


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1916 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0098/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0135/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/395


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1917 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0135/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (il-“Fondazzjoni”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 21 402 739, li jirrappreżenta żieda ta’ 2,13 % meta mqabbel ma’ dak tal-2020; billi l-baġit tal-Fondazzjoni huwa derivat għalkollox mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata għolja ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għas-sena attwali ta’ 99,91 %, li tirrappreżenta żieda żgħira ta’ 0,04 % meta mqabbla ma’ dik tal-2020; jirrimarka, madankollu, li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament għas-sena attwali kienet ta’ 86,23 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 9,43 % meta mqabbla mal-2020;

Prestazzjoni

2.

Jinnota li l-programm ta’ ħidma tal-Fondazzjoni għall-2021 tlesta f’livell ta’ 95,58 %, l-ogħla wieħed f’dawn l-aħħar ħames snin, b’rata ta’ tlestija f’waqtha ta’ 91,15 %; ifaħħar il-fatt li l-Fondazzjoni laħqet l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kollha lil hinn mill-miri stabbiliti;

3.

Jinnota l-kisbiet ewlenin tal-Fondazzjoni tal-2021, li huma bbażati fuq tliet objettivi strateġiċi: ir-rilevanza u l-antiċipazzjoni tal-ħiliet, l-iżvilupp u l-validazzjoni tal-ħiliet, u l-prestazzjoni u l-kwalità tal-politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ; jinnota li dawk l-objettivi twettqu mill-Fondazzjoni taħt tliet servizzi ewlenin: iċ-ċentru tal-għarfien, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni, u l-pariri dwar il-politika;

4.

Jinnota l-inizjattivi l-ġodda varati mill-Fondazzjoni fl-2021, bħall-analiżi tal-pożizzjonament tal-ħiliet ekoloġiċi u l-postijiet tax-xogħol vakanti f’pajjiżi sħab permezz tal-użu tal-big data kif ukoll l-analiżijiet tal-iskop, il-kundizzjonijiet u l-potenzjal għal xogħol fuq il-pjattaformi fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u l-Balkani tal-Punent; jinnota li fl-2021 il-Fondazzjoni rnexxielha taqleb il-bidliet fid-domanda għall-ħiliet, kemm dawk attwali kif ukoll dawk previsti, f’rekwiżiti ta’ aġġustament għall-politiki korrispondenti, jiġifieri l-estensjoni tan-network ta’ eċċellenza tagħha; jinnota wkoll it-tkabbir kontinwu tal-forum dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-Fondazzjoni, li jgħaqqad flimkien 22 pajjiż sieħeb fi pjattaforma għal djalogu bilaterali u multilaterali dwar il-governanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET); jissottolinja l-attivitajiet tal-Fondazzjoni li jgħinu lill-pajjiżi fi tranżizzjoni u li qed jiżviluppaw jisfruttaw il-potenzjal tal-kapital uman tagħhom permezz tar-riforma tas-sistemi tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tas-suq tax-xogħol, fil-kuntest tal-politiki tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni;

5.

Jilqa’ b’mod partikolari l-inizjattiva “Ħiliet għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi” (2) tal-Fondazzjoni li tindirizza fil-pajjiżi tal-viċinat tal-Unjoni, fil-pajjiżi tat-tkabbir u fil-pajjiżi tal-Asja Ċentrali l-ħtieġa ta’ adattament tal-ħiliet billi torbot l-VET mal-intrapriżi żgħar u medji; jenfasizza li din l-inizjattiva tippermetti lill-intrapriżi jirrispondu għall-isfidi u jimmaniġġjawhom, inklużi dawk li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19, billi tikkontribwixxi għal soċjetajiet aktar ekoloġiċi, inklużivi u innovattivi u tagħti spinta lill-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza, biex b’hekk jiġu żgurati l-iżvilupp tan-negozju u l-kontinwità tal-operat għall-intrapriżi;

6.

Jilqa’ l-fatt li l-Fondazzjoni saħħet il-ħidma u r-relazzjonijiet tagħha fil-pajjiżi sħab tagħha fir-reġjuni tal-viċinat u t-tkabbir tal-Unjoni; jilqa’ wkoll il-fatt li f’Marzu 2022, il-Fondazzjoni rrevediet il-kooperazzjoni tagħha mar-Russja u mal-Belarussja wara l-aggressjoni Russa mhux ipprovokata u mhux iġġustifikata fl-Ukrajna u waqqfet il-kooperazzjoni kollha;

7.

Jilqa’ l-inizjattiva tal-Fondazzjoni li timmonitorja l-kriżi fl-Ukrajna u li tirreaġixxi meta possibbli u rilevanti, f’kuntatt mill-qrib ma’ servizzi differenti tal-Kummissjoni, filwaqt li tisfrutta l-għarfien espert tematiku u l-għarfien tagħha tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-pajjiż, u fl-istess ħin issaħħaħ is-sħubijiet mal-partijiet ikkonċernati lokali u lil hinn minnhom;

Politika dwar il-persunal

8.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 102,3 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, bi 88 aġent temporanju maħtur minn 86 aġent temporanju (inklużi żewġ aġenti temporanji addizzjonali biex jikkumpensaw għax-xogħol part-time f’konformità mal-Artikolu 38(2) tar-regolament finanzjarju tal-Fondazzjoni) awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma’ 86 pożizzjoni awtorizzata fl-2020); jinnota li, barra minn hekk, 42 aġent kuntrattwali u aġent lokali wieħed ħadmu għall-Fondazzjoni fl-2021;

9.

Jinnota bi tħassib kbir ħafna li l-bilanċ ġeografiku għadu sfida; jinnota li 43 % tal-persunal tagħha huma ċittadini tal-Istat Membru fejn tinsab il-fondazzjoni; huwa mħasseb ferm li 16,8 % biss tal-persunal tal-Fondazzjoni huma mill-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni wara l-2004, filwaqt li dawk l-Istati Membri għandhom 23,2 % tal-popolazzjoni; jirrikonoxxi li l-Fondazzjoni tuża proċeduri ta’ selezzjoni bbażati fuq il-mertu, fejn fil-preżenza ta’ merti ugwali, il-Fondazzjoni tiffavorixxi kandidati b’nazzjonalitajiet sottorappreżentati; iħeġġeġ lill-Fondazzjoni tqis bl-akbar prijorità l-bilanċ ġeografiku fil-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha u tirrapporta kwalunkwe żvilupp f’dan ir-rigward lill-awtorità ta’ kwittanza;

10.

Jinnota li fl-2021 ir-rappreżentazzjoni bejn il-ġeneri fost il-maniġers intermedji u superjuri kien ta’ sitt nisa minn kull għaxra (l-istess bħal fl-2020); jinnota li l-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-membri tal-bord tat-tmexxija kien ta’ 40 % irġiel u 60 % nisa (10 membri u 15-il membru rispettivament) u fost il-persunal b’mod ġenerali kien ta’ 34 % irġiel u 66 % nisa (44 u 87 membru rispettivament); ifakkar fl-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri u jistieden lill-Fondazzjoni tqis dan l-aspett fir-rigward ta’ ħatriet futuri;

11.

Jinnota li matul il-pandemija tal-COVID-19, fl-2021, il-Fondazzjoni offriet is-servizzi ta’ konsulenti kunfidenzjali mill-bogħod lill-kollegi kollha; jilqa’ l-fatt li l-kollegi l-ġodda kollha fil-Fondazzjoni rċevew sessjoni ta’ induzzjoni dwar il-fastidju u preżentazzjoni mill-konsulenti kunfidenzjali; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li l-ħaddiema interni jistgħu jaċċessaw biss il-proċedura informali; jinnota li fl-2021 ma ġie rreġistrat, investigat, jew imressaq il-qorti ebda każ ta’ fastidju;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

12.

Jinnota li l-Fondazzjoni ppubblikat id-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess u s-CVs kollha għall-membri tal-bord tat-tmexxija u l-maniġers superjuri u intermedji;

13.

Jinnota li l-Fondazzjoni għadha ma żviluppatx politika ddedikata għall-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess; jinnota, madankollu, li fl-2018 il-Fondazzjoni stabbiliet kompilazzjoni komprensiva ta’ kwistjonijiet relatati mal-etika inkluż il-kunflitt ta’ interess; jinnota wkoll li fl-2021 sar aġġornament biex jiġu introdotti l-aħħar referenzi regolatorji;

Akkwist

14.

Jinnota li s-sinerġiji ma’ istituzzjonijiet oħra dwar l-akkwist ġew esplorati b’valutazzjoni sistematika tal-opportunitajiet ad hoc għall-ħtiġijiet kollha ta’ akkwist; jinnota li fl-2021, il-Fondazzjoni kienet parti minn 28 kuntratt interistituzzjonali, 10 ftehimiet fil-livell ta’ servizz u ħames kuntratti miftuħa għal aġenziji oħra;

15.

Jinnota li s-sottomissjoni elettronika tal-offerti ta’ akkwist saret in-norma fil-Fondazzjoni; jilqa’ l-fatt li sar proġett pilota għall-kriterji ekoloġiċi tal-għażla u tal-għoti għall-offerti taħt grupp ta’ ħidma dwar l-akkwist ekoloġiku, li għadu kemm ġie stabbilit;

Kontroll intern

16.

Jinnota t-tweġiba tal-Fondazzjoni għall-osservazzjoni fir-rapport tal-Qorti tal-2020, li kienet relatata man-nuqqas ta’ konformità mal-prinċipju ta’ kontroll intern 12 u l-miżuri meħuda mill-Fondazzjoni; jinnota li l-Fondazzjoni indirizzat ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti b’rieżami bir-reqqa u regolari tal-eċċezzjonijiet u tal-avvenimenti ta’ nuqqas ta’ konformità; jinnota, barra minn hekk, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika ġdida tal-Fondazzjoni u fluss tax-xogħol simplifikat dwar l-immaniġġjar tad-devjazzjonijiet (eċċezzjonijiet u avvenimenti ta’ nuqqas ta’ konformità); jinnota, barra minn hekk, li fl-2021, il-Fondazzjoni wettqet rieżami fil-fond tad-deċiżjonijiet kollha meħuda fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 sal-ewwel trimestru tal-2021 biex tiżgura li d-deċiżjonijiet kollha li jirriżultaw f’devjazzjoni mill-qafas regolatorju tal-Fondazzjoni ġew irreġistrati kif xieraq, inklużi devjazzjonijiet ta’ natura mhux finanzjarja;

17.

Jinnota li, fl-2021, il-Fondazzjoni varat awditu intern dwar “il-mekkaniżmi ta’ komplementarjetà u kooperazzjoni bejn is-servizzi tal-ETF u tal-KE” li se jiġi konkluż fl-2022; jinnota li dan l-awditu huwa inkluż fil-pjan pluriennali tas-servizz tal-awditjar intern (IAS) tal-Kummissjoni; jinnota wkoll li l-Fondazzjoni għalqet formalment ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti kollha tal-awditjar tal-IAS u li ma għandha ebda rakkomandazzjoni ta’ awditjar miftuħ pendenti;

18.

Ifakkar li l-Fondazzjoni għandha osservazzjoni waħda tal-Qorti pendenti mill-2018 u tirreferi għal proċedura ta’ akkwist pubbliku għal servizzi ta’ aġenzija temporanja fejn il-Fondazzjoni applikat kriterji tal-għoti li kienu jikkonsistu l-aktar minn elementi tal-prezzijiet mhux kompetittivi; jirrikonoxxi li l-Fondazzjoni se tindirizza din il-kwistjoni fl-2023 meta tvara l-proċedura ta’ akkwist li jmiss għall-ħaddiema interim f’konformità mal-azzjonijiet ippjanati;

19.

Jinnota l-valutazzjoni pożittiva tal-Fondazzjoni tas-sistema ta’ kontroll intern tagħha, bi prinċipji ta’ kontroll intern ivvalutati bħala 82,4 % effettivi (71 % fl-2020) u 17,6 % parzjalment effettivi (29 % fl-2020), b’titjib żgħir biss meħtieġ; jinnota r-reazzjoni tal-Fondazzjoni għas-sejbiet tal-Qorti fir-rigward tar-reġistru tal-eċċezzjonijiet billi wettqet rieżami bir-reqqa u regolari tal-eċċezzjonijiet u tal-avvenimenti ta’ nuqqas ta’ konformità;

20.

Jinnota li l-Fondazzjoni żviluppat u implimentat l-istrateġija tagħha stess kontra l-frodi li ġiet elaborata bl-użu tal-metodoloġija żviluppata mill-OLAF;

21.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Fondazzjoni; jinsisti bil-qawwa fuq ir-rekwiżit ta’ sistema effettiva ta’ ġestjoni u ta’ kontroll biex jiġu evitati każijiet potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess, kontrolli ex ante/ex post nieqsa, ġestjoni mhux adegwata tal-impenji baġitarji u legali, u nuqqasijiet fir-rapportar ta’ kwistjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet;

Diġitalizzazzjoni u tranżizzjoni ekoloġika

22.

Jilqa’ l-istrateġija diġitali u l-pjan direzzjonali ta’ implimentazzjoni tal-Fondazzjoni definiti fl-2021, li għandhom l-għan li jżidu l-użu ta’ għodod diġitali u online għall-forniment tas-servizzi tal-Fondazzjoni u għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati, kif ukoll għat-titjib fl-effiċjenza interna; ifaħħar id-diġitalizzazzjoni aċċelerata ta’ proċessi interni, bħar-riżorsi umani, il-firma elettronika tal-flussi tax-xogħol finanzjarji, u l-ġestjoni tal-akkwist, kif ukoll l-interazzjoni esterna bħall-użu ta’ għodod diġitali online għal skambji u laqgħat;

23.

Jinnota l-azzjonijiet speċifiċi implimentati mill-Fondazzjoni fl-2021 biex jiżdied it-titjib fl-effiċjenza, bħall-użu ta’ ordni għall-ħlas individwali li tiġbor diversi talbiet għall-ħlas, l-użu tal-fluss tax-xogħol tal-firma diġitali għad-dokumenti interni u l-progress fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni bl-ittestjar sħiħ u bl-użu ta’ għodda għall-ġestjoni tal-akkwist pubbliku għall-proċess ta’ akkwist u diġitalizzazzjoni sħiħa kemm għall-komunikazzjoni interna kif ukoll għal dik esterna għall-proċessi ta’ ġestjoni finanzjarja;

24.

Jinnota li fl-2021 il-Fondazzjoni adottat politika ġdida dwar iċ-ċibersigurtà żviluppata f’approċċ koordinat għas-sigurtà b’politika ġenerali u politiki speċifiċi għas-sigurtà tal-informazzjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-Fondazzjoni għandha grupp ta’ ħidma trażversali kkoordinat, li jinkludi l-fergħat taċ-ċibersigurtà, tas-sigurtà tal-informazzjoni, tas-sigurtà fiżika tal-persunal u tas-sigurtà tal-bini; jilqa’ l-ħolqien tal-inventarju tar-riżorsi tal-informazzjoni tal-Fondazzjoni u l-progress li sar fl-2021 lejn il-migrazzjoni għal sistema diġitali ġdida tal-ġestjoni tar-rekords;

25.

Jilqa’ s-suċċess tal-Fondazzjoni fil-kisba tar-reġistrazzjoni tal-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali u ċ-ċertifikazzjonijiet ISO 14001 tagħha; ifaħħar il-miżuri konkreti meħuda mill-Fondazzjoni, bi sforzi ta’ ekoloġizzazzjoni fl-2021 fl-oqsma tal-enerġija, tal-plastik, tal-mobbiltà, tal-emissjonijiet, u tal-akkwist ekoloġiku;

26.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Fondazzjoni f’termini ta’ operazzjoni u ġestjoni interni iżda anke sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Fondazzjoni tkompli tkun proattiva f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

27.

Iħeġġeġ lill-Fondazzjoni taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u mas-CERT-UE (l-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni) u twettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari tal-infrastruttura tal-IT tagħha u tiżgura li jsiru awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tagħha; jissuġġerixxi li jiġu offruti regolarment programmi ta’ taħriġ aġġornati relatati maċ-ċibersigurtà għall-persunal kollu fil-Fondazzjoni;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

28.

Jinnota li, fl-2021, il-Fondazzjoni kompliet tikkoopera mill-qrib man-network tal-aġenziji tal-Unjoni (EUAN), biex tiskambja l-għarfien dwar il-ġestjoni tal-kriżi tal-COVID-19 u r-regoli l-ġodda dwar it-telexogħol; jinnota l-azzjonijiet ta’ appoġġ implimentati mill-Fondazzjoni għal ġestjoni kontinwa tal-pandemija, bħal — fost l-oħrajn — it-trattament ta’ talbiet għal ċertifikati tal-pass l-aħdar, l-istabbiliment ta’ konvenzjonijiet ma’ tliet ċentri mediċi u l-istabbiliment ta’ deċiżjonijiet tad-Direttur dwar il-ħġieġ u l-kontribuzzjonijiet għat-tagħmir ta’ uffiċċju fid-dar;

Kummenti oħra

29.

Jinnota li fl-2021, il-Fondazzjoni impenjat ruħha b’suċċess fi sħubijiet tal-media għal kampanja dwar il-futur tax-xogħol u dwar il-futur tat-tagħlim, b’reżonanza ma’ udjenza pubblika wiesgħa; jinnota wkoll l-involviment tal-Fondazzjoni fuq mezzi differenti tal-media soċjali li wasslu għal metriċi mtejba fl-2021; iħeġġeġ lill-Fondazzjoni żżid l-isforzi tagħha u tirrapporta informazzjoni rilevanti dwar il-prestazzjoni liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-pubbliku b’lingwaġġ ċar u aċċessibbli; jistieden lill-Fondazzjoni tiżgura aktar trasparenza u obbligu ta’ rendikont pubbliku permezz ta’ użu aħjar tal-mezzi tal-media u tal-media soċjali;

30.

Jinnota b’sodisfazzjon is-sħubija u l-ħidma konġunta tal-Fondazzjoni li ilhom fis-seħħ mas-Cedefop u l-Eurofound fl-ambitu tal-ftehimiet ta’ kollaborazzjoni rispettivi tagħhom, u t-tħejjija fl-2021 u d-dħul fis-seħħ fl-2022 ta’ ftehim mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-fini tal-kondiviżjoni tas-servizzi ta’ kontabbiltà; jistieden lill-Fondazzjoni tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha (pereżempju fir-rigward tar-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà), u l-iskambji tal-prattiki, b’mod partikolari fl-oqsma ta’ interess reċiproku, u tesplora l-possibbiltà li testendi l-attivitajiet u l-arranġamenti ta’ ħidma tagħha ma’ korpi u aġenziji oħra tal-Unjoni bl-għan li ttejjeb l-effiċjenza;

31.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 23.

(2)  https://www.etf.europa.eu/en/what-we-do/skills-enterprise-development

(3)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/400


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1918 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0098/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0135/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/401


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1919 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0099/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0105/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/403


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1920 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0105/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 216 513 780, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 9,83 % meta mqabbel mal-2020, skont ix-xejra ta’ tnaqqis li ilha għaddejja mill-2019, meta l-baġit tal-Aġenzija żdied b’40,23 % meta mqabbel mas-sena ta’ qabel; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa kważi esklużivament derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”) tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi fir-rigward tad-dħul huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha; billi l-Qorti identifikat pagamenti totali ta’ EUR 18,11-il miljun li EUR 15,67 miljun minnhom qieset li ma kinux konformi ma’ xi dispożizzjonijiet tar-regolament finanzjarju tal-Aġenzija u EUR 2,44 miljun qieset li ma kinux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt qafas rilevanti, li b’kollox jirrappreżentaw 6,20 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli fl-2021 li jaqbżu l-limitu ta’ materjalità stabbilit għall-awditu u, konsegwentement, jirriżultaw f’opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-Aġenzija; billi, ħlief għal dawk il-pagamenti mhux konformi, il-Qorti kkonkludiet li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi fir-rigward tal-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2021 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul l-2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 100 % li jirrappreżentaw żieda ta’ 24,39 % meta mqabbla mal-2020; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 94,65 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 0,24 % meta mqabbla mal-2020;

2.

Jilqa’ l-fatt li, fl-2021, ma twettqu l-ebda riporti mhux awtomatiċi; jinnota, madankollu, li kien hemm ammont kbir ta’ riporti awtomatiċi (EUR 11,1 miljun) ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament mhux differenzjati għat-Titolu II (infrastruttura u nefqa operazzjonali), li jirrappreżentaw 56 % minn total ta’ EUR 19,8 miljun għal dak it-titolu u 93,55 % tal-ammont totali (EUR 11,8 miljun) ta’ riporti awtomatiċi mill-2021 sal-2022; itenni l-opinjoni tal-Qorti li rati għoljin ta’ riporti jikkontradixxu l-prinċipju baġitarju tal-annwalità u huma indikattivi ta’ problemi strutturali fl-implimentazzjoni tal-baġit; jinnota r-risposta tal-Aġenzija li r-riporti tan-nefqa tat-Titolu II kienu relatati l-aktar mal-fornituri esterni ta’ servizzi ta’ appoġġ, ikkuntrattati mill-Aġenzija biex tindirizza n-nuqqas sistematiku ta’ persunal wara l-assenjament ta’ kompiti ġodda lill-Aġenzija li ma kienx akkumpanjat minn allokazzjoni adegwata ta’ riżorsi umani; jinnota wkoll li l-puntwalità tal-kuntratti ma’ tali fornituri esterni tas-servizzi ma kinux allinjati mas-sena kalendarja, iżda mat-tul ta’ żmien tas-servizzi meħtieġa pprovduti; jistieden, madankollu, lill-Aġenzija tindirizza dawk il-problemi u tirrapporta lill-aġenzija tal-kwittanza l-miżuri meħuda f’dak ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-koordinazzjoni bejn l-allokazzjoni ta’ kompiti u r-riżorsi ġodda neċessarji sabiex titnaqqas il-ħtieġa li tirrikorri għal fornituri esterni ta’ servizz;

3.

Iqis li l-Aġenzija għandha tkompli d-djalogu tagħha mal-Kummissjoni sabiex tipproponi bidliet fl-ippjanar tal-baġit pluriennali tagħha, sabiex il-fondi għall-iżvilupp tas-sistemi tirċevihom biss ladarba tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt;

Prestazzjoni

4.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija tuża ċerti għodod, bħal indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, biex tkejjel il-valur miżjud li jirriżulta mill-attivitajiet tagħha u ttejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha; jinnota li, skont id-dikjarazzjoni tal-Aġenzija, fl-2021 hija laħqet l-objettivi tagħha għall-2021 kif stabbilit fir-regolament fundatur tagħha, ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u tat ir-riżultati definiti fil-programm ta’ ħidma annwali tagħha għall-2021, f’termini kemm ta’ eżiti kif ukoll ta’ prestazzjoni; jilqa’ l-isforzi kontinwi li saru fl-2021 mill-Aġenzija biex tadatta għall-mandat aġġornat stabbilit f’dak ir-Regolament, li daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2018, u jinnota l-adozzjoni ta’ strateġija fit-tul ġdida għall-2021-2027, li tiggwida l-attivitajiet u l-iżvilupp fit-tul tal-Aġenzija u l-programmi pluriennali u annwali futuri tagħha;

5.

Jinnota li l-prestazzjoni u d-disponibbiltà tas-sistemi tal-IT imħaddma mill-Aġenzija kienu f’konformità mal-ftehimiet rilevanti fil-livell ta’ servizz; jinnota l-iżvilupp kontinwu ta’ sistemi ġodda tal-IT għas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES), is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), u s-sistema biex jiġu identifikati l-Istati Membri li jkollhom informazzjoni dwar kundanni preċedenti ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ECRIS-TCN) u tal-interoperabbiltà bejn is-sistemi l-ġodda u dawk eżistenti; jinnota aktar li d-dħul fis-seħħ ta’ dawk is-sistemi l-ġodda msemmija kien pospost b’diversi xhur, filwaqt li l-iskeda ġenerali għat-tlestija tal-arkitettura tal-interoperabbiltà sat-tmiem tal-2023 inżammet; ifaħħar lill-Aġenzija talli lestiet diversi proġetti, bħall-installazzjoni tal-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, l-aġġornament tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni għas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), u r-rilaxx tas-Servizz ta’ Tqabbil Bijometriku (BMS) kondiviż; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija żiedet l-isforzi tagħha fir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ proġetti fl-oqsma tal-intelliġenza artifiċjali, it-teknoloġiji għall-qsim tal-fruntieri mingħajr problemi u mingħajr kuntatt, u s-sigurtà interna; jinnota li l-Aġenzija qiegħda tagħmel progress tajjeb bil-proġett għat-tieni estensjoni tas-sit operazzjonali tagħha fi Strażburgu; jinnota aktar li l-Aġenzija rrieżaminat dak il-proġett sabiex tipprovdi kapaċitajiet addizzjonali qabel il-kunsinna mistennija fl-2028 permezz ta’ ċentru tad-data modulari, tnaqqis fl-ispazju tal-uffiċċju u approċċ ta’ kostruzzjoni f’fażijiet għall-estensjoni tas-sit;

6.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija, flimkien mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (is-suċċessur tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil) u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, tipprovdi appoġġ attiv lill-Istati Membri li huma l-punti ta’ dħul ewlenin għall-migranti u l-persuni li jfittxu ażil fl-Unjoni; jinnota li l-Aġenzija topera l-komponent ċentrali ta’ sensiela ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, li huma marbuta ma’ sistemi nazzjonali;

7.

Jilqa’ l-appoġġ kontinwu tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni fl-oqsma tal-moviment liberu tal-persuni u l-merkanzija, il-viża għall-ivvjaġġar komuni, il-kontroll tal-fruntieri, l-immigrazzjoni u l-ażil, kif ukoll fil-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji, inkluż fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-kuntrabandu u t-traffikar tal-bnedmin, u t-terroriżmu;

Politika dwar il-persunal

8.

Jinnota li, sal-31 ta’ Diċembru 2021, 90,61 % tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija kien ġie eżegwit, u kienu nħatru 193 aġent temporanju minn total ta’ 213-il aġent temporanju awtorizzat fl-ambitu tal-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma’ 202 postijiet tax-xogħol awtorizzati fl-2020); jinnota li, barra minn hekk, fl-2021, 107 aġenti kuntrattwali u 10 esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija, minn 132 aġent kuntrattwali u 11-il espert nazzjonali sekondat awtorizzati;

9.

Jenfasizza li, fl-2021, seba’ membri tal-persunal telqu mill-Aġenzija, li jirrappreżenta dawran ta’ 5,5 %, ogħla mill-mira ta’ 5 % u ogħla mil-linja bażi ta’ 3,7 % tal-2020; jilqa’ l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-raġunijiet fir-rigward ta’ dak l-indikatur mill-maniġment tal-Aġenzija; jinnota mir-risposti tal-Aġenzija li fost il-kawżi identifikati, kuntratti b’durata limitata, kuntratti b’marki baxxi u l-ammont għoli ta’ xogħol kienu rrapportati waqt l-intervisti ta’ tluq organizzati mill-Aġenzija; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar flessibbiltà f’termini tad-disponibbiltà tar-riżorsi umani sabiex l-Aġenzija tkun tista’ tadatta għal fluttwazzjonijiet fl-ammont tax-xogħol u dewmien possibbli fl-adozzjoni tal-atti leġiżlattivi rilevanti; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha fi djalogu mal-Aġenzija u tindirizza dawk il-problemi meta tiddetermina d-disponibbiltà ta’ riżorsi f’tabelli tal-persunal futuri;

10.

Jinnota bi tħassib il-kompożizzjoni tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija fir-rigward tal-ġeneru b’żewġt irġiel (100 %) u l-ebda mara, tal-bord tat-tmexxija tagħha b’49 raġel (81,7 %) u 11-il mara (18,3 %), u tal-persunal inġenerali tagħha b’215-il raġel (69,4 %) u 95 mara (30,6 %); jirrikonoxxi li r-responsabbiltà li jinħatru persuni fil-bord tat-tmexxija hija tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti f’kull Stat Membru; jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw b’mod attiv il-bilanċ bejn il-ġeneri bħala fattur meta jinnominaw u jaħtru l-membri għall-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija; jieħu nota tal-isforzi tal-Aġenzija biex ittejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri u jilqa’ l-ftit titjib reġistrat fl-2021; jistieden, madankollu, lill-Aġenzija taħdem b’mod attiv lejn il-bilanċ bejn il-ġeneri u tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-pjan ta’ azzjoni f’dak ir-rigward; ifakkar ukoll fl-importanza li tiġi żgurata rappreżentanza ġeografika bbilanċjata fi ħdan il-maniġment u l-persunal tal-Aġenzija;

11.

Jinnota li fl-2021, l-Aġenzija nediet 15-il proċedura ta’ għażla u rċeviet 1 944 applikazzjoni għal total ta’ 18-il proċedura ta’ reklutaġġ; ifaħħar lill-Aġenzija għall-kisbiet fl-effiċjenza rrapportati u għat-titjib fil-proċess ta’ reklutaġġ tal-Aġenzija u għall-immaġni tagħha bħala impjegatur attraenti; jinnota f’dak ir-rigward l-azzjonijiet varji tal-Aġenzija bħall-proġett pilota ta’ “Reklutaġġ aġli”, il-parteċipazzjoni tagħha fil-fiera globali online tal-karrieri “Women in Tech”, il-pubblikazzjoni ta’ notifiki dwar postijiet vakanti lil hinn mis-sit web tal-Aġenzija u r-raggruppament ta’ profili jew l-użu ta’ listi ta’ riżerva għal riżultati ekwivalenti u gruppi ta’ funzjonijiet; ikompli jinnota li twettqet analiżi tal-qafas ta’ kompetenzi tal-Aġenzija u jħeġġeġ lill-Aġenzija tiżviluppa l-istrateġija tagħha ta’ ġestjoni tar-riżorsi bbażata fuq il-kompetenzi;

12.

Ifaħħar lill-Aġenzija għall-politika ta’ tolleranza żero tagħha dwar il-fastidju; jinnota li fl-2021 l-Aġenzija trattat 14-il każ relatat ma’ fastidju psikoloġiku jew sesswali; ikompli jinnota f’dan il-kuntesti li l-Aġenzija wettqet żewġ valutazzjonijiet preliminari li wasslu għat-tnedija ta’ tliet inkjesti amministrattivi u s-sensja ta’ membru tal-persunal wieħed; jilqa’ l-organizzazzjoni ta’ webinars u sessjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni mill-Aġenzija dwar il-prevenzjoni tal-fastidju u r-rwol tal-konsulenti kunfidenzjali, kif ukoll il-miżuri għat-titjib tal-benessri fuq il-post tax-xogħol u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-persunal tal-Aġenzija permezz ta’ webinars dwar is-saħħa mentali u sessjonijiet ta’ konsulenza;

13.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija qed tuża l-moduli bażiċi kollha tal-għodda ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani SYSPER u diversi moduli fakultattivi; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli d-diġitalizzazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani tagħha;

Akkwist

14.

Jinnota li l-Aġenzija rrapportat li l-Qafas ta’ Inġinerija Trasversali, l-akbar offerta li qatt ġiet iffirmata mill-Aġenzija, wera li huwa vijabbli għal diversi attivitajiet operazzjonali ewlenin tal-Aġenzija, filwaqt li l-massimizzazzjoni tal-benefiċċji tal-akkwist trasversali permezz tal-koordinazzjoni tal-inputs ta’ kuntratturi differenti matul proġetti diversi tibqa’ mira; josserva li fl-2021 tħejjew diversi offerti importanti u ġew iffirmati kuntratti, l-aktar rigward is-sistema ċentrali tal-ECRIS-TCN, il-verżjoni aġġornata tal-ambjent tal-ittestjar VIS/BMS ġdid u l-valutazzjoni tat-teknoloġija għas-soluzzjoni futura tas-sistema ta’ ġestjoni tad-dokumenti;

15.

Jenfasizza l-opinjoni kwalifikata tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti minħabba l-irregolarità ta’ sitt pagamenti li saru fl-2021 għal total ta’ EUR 18,11-il miljun b’rabta ma’ diversi kuntratti qafas, li jirrappreżentaw 6,20 % tal-approprjazzjonijiet tal-pagamenti disponibbli fl-2021; jinnota bi tħassib li l-2021 hija t-tieni sena konsekuttiva li għaliha l-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata simili rigward l-akkwist tal-Aġenzija u l-qasam tal-ġestjoni tal-kuntratti; jinnota li, skont l-Aġenzija, il-konformità f’dan il-qasam hija affettwata minn diversi fatturi marbuta mal-ippjanar operazzjonali u baġitarju, il-mudell ta’ akkwist, il-ġestjoni ta’ evoluzzjonijiet kuntrattwali u l-ammont insuffiċjenti ta’ persunal li jillimita l-possibbiltà li l-Aġenzija tillimita l-ambitu, id-durata u l-valur tal-kuntratti; jenfasizza li minkejja ż-żidiet u l-aġġornamenti għas-sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti, l-Aġenzija qalbet għal akkwist trasversali minn dak vertikali, li b’hekk il-mudell ta’ akkwist vertikali inizjali li ntiret mill-Kummissjoni ma għadux aktar vijabbli; jinnota li r-raġunijiet ewlenin wara din it-tranżizzjoni kienu relatati mat-tnaqqis ta’ intrappolament u mal-ksib ta’ ekonomiji ta’ skala jew mat-tnaqqis tal-ispejjeż;

16.

Jenfasizza l-osservazzjonijiet tal-Qorti rigward kuntratt speċifiku ta’ EUR 40 miljun għall-implimentazzjoni ta’ kuntratt qafas relatat ma’ sistema tal-IT fuq skala kbira li l-Aġenzija ffirmat mingħajr ma speċifikat id-dettalji tas-servizzi miksuba; jinnota mill-ispjegazzjonijiet tal-Aġenzija li l-pass mgħaġġel tal-evoluzzjoni fit-teknoloġija jeħtieġ flessibbiltà akbar fil-qasam tal-akkwist tal-IT; jirrimarka li l-kuntratti qafas imfassla mill-Aġenzija jeħtieġu grad ta’ flessibbiltà akbar sabiex tadatta mhux biss għal evoluzzjonijiet teknoloġiċi, iżda wkoll għall-bidliet leġiżlattivi bħat-twaqqif ta’ sistemi ġodda tal-IT fuq skala kbira jew li tadatta dawk diġà eżistenti ġestiti mill-Aġenzija; jissottolinja li d-dewmien ripetut fl-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ atti legali rilevanti, aspetti kompletament ‘il barra mill-kontroll tal-Aġenzija, huma fatturi essenzjali għad-determinazzjoni tal-livell ta’ dettall u preċiżjoni li l-Aġenzija hija kapaċi toffri meta inizjalment tistabbilixxi oqfsa ta’ kuntratti; ikompli jinnota l-informazzjoni mill-Aġenzija li tirrapporta li l-politiki u l-prattiki ta’ akkwist tagħha tjiebu matul l-aħħar snin, iżda li ftit kellha impatt fuq kuntratti għaddejjin preċedenti; jistieden lill-Aġenzija tirreġistra l-esperjenza miksuba u l-opinjonijiet ipprovduti mill-Qorti sabiex tiggarantixxi titjib dejjiemi f’dan il-qasam; jappoġġja lill-Aġenzija fl-impenn tagħha għall-adozzjoni ta’ sett komprensiv ta’ linji gwida ta’ akkwist u l-ewwel politika ta’ ġestjoni tal-kuntratti tagħha u jistiedeen lill-Aġenzija tipprovdi lill-awtorità tal-kwittanza b’tali dokumenti ladarba jiġu approvati; jistieden lill-Aġenzija, lill-Qorti u lill-Kummissjoni jesploraw soluzzjonijiet possibbli lejn it-titjib tal-flessibbiltà u l-adattabbiltà tal-akkwist għall-implimentazzjoni effiċjenti tal-mandat tal-Aġenzija;

17.

Jinnota l-pożizzjoni tal-Aġenzija li l-irregolaritajiet formali identifikati mill-Qorti ma rriżultaw fl-ebda preġudizzju finanzjarju għall-baġit tal-Unjoni;

18.

Jenfasizza li fl-2021, 759 impenn legali ġew iffirmati mill-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija tħaddem 14-il membru tal-persunal tal-akkwist (11-il uffiċjal u 3 assistenti); jenfasizza li l-Aġenzija ma għandhiex post ta’ grad ta’ livell xieraq sabiex torganizza unità ta’ akkwist totalment operazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tqis dawn il-ħtiġijiet meta tiddetermina d-disponibbiltà tar-riżorsi f’tabelli tal-persunal futuri;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

19.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jilqa’ l-fatt li fl-2021 l-Aġenzija rrevediet u adottat il-linji gwida tagħha dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta sabiex tiġi introdotta l-Kapaċità tal-Awditu Intern tal-Aġenzija bir-rwol tal-provvista ta’ gwida kunfidenzjali u imparzjali dwar ir-regoli tal-iżvelar ta’ informazzjoni protetta;

20.

Jinnota b’apprezzament li għall-membri tal-bord tat-tmexxija tagħha u għall-maniġment superjuri tagħha, kull sena, l-Aġenzija tippubblika d-dikjarazzjonijiet ta’ interess u s-CVs tagħhom fuq is-sit web tagħha; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija stabbiliet reġistru ta’ trasparenza fejn laqgħat bejn il-maniġment superjuri tagħha u l-operaturi ekonomiċi jiġu ppubblikati fuq is-sit web tagħha;

Kontroll intern

21.

Jinnota li, fl-2018, l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data wettaq awditu tal-protezzjoni tad-data fir-rigward tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) u l-VIS, u fl-2019 spezzjoni fir-rigward tal-Eurodac, kollha operati u ġestiti mill-Aġenzija, u wara nħarġu total ta’ 72 rakkomandazzjoni; jinnota li l-Aġenzija kienet qed timplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet u li hija torganizza segwiti kull erba’ xhur biex timmonitorja l-progress tal-implimentazzjoni tagħhom; iħeġġeġ lill-Aġenzija żżomm l-attivitajiet tagħha rigward il-protezzjoni tad-data ‘l fuq fl-aġenda tagħha; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

22.

Jilqa’ l-valutazzjoni annwali tal-Aġenzija tas-sistema ta’ kontroll intern tagħha li kkonkludiet li s-sistema ta’ kontroll intern tagħha hija preżenti, tiffunzjona u effettiva, għalkemm għad hemm bżonn ta’ xi titjib; ikompli jilqa’ l-progress li sar rigward l-osservazzjonijiet tal-Qorti u r-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza tal-Parlament minn snin preċedenti u l-fatt li l-Aġenzija implimentat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti mill-2018 u l-2019 rigward in-nonkonformità mar-regoli ta’ akkwist pubbliku; ifakkar li x-xogħol fir-rigward taż-żewġ osservazzjonijiet li jifdal għadu għaddej; jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha biex timplimenta miżuri korrettivi rigward l-osservazzjonijiet tal-Qorti;

23.

Jinnota li fi tmiem l-2021 ir-rata ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar kienet ta’ 77 % (24 rakkomandazzjoni implimentata u 37 rakkomandazzjoni pendenti); jinnota li fi tmiem l-2021 b’kollox kien hemm 32 rakkomandazzjoni miftuħa, li minnhom l-ebda waħda ma kienet “kritika”; jinnota bi tħassib li seba’ rakkomandazzjoni kienu għadhom ma ġewx implimentati wara d-data ta’ skadenza, li jfisser li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni kienet għadha għaddejja għalkemm l-iskadenza għall-implimentazzjoni kienet għaddiet; jistieden lill-Aġenzija timplimenta r-rakkomandazzjonijiet pendenti mingħajr aktar dewmien u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar; iqis li s-sejbiet tar-rapport OC-2020-0441-A2 tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandhom ikunu disponibbli għall-awtorità ta’ kwittanza; ikompli jistieden lill-Aġenzija tipprovdi lill-awtorità tal-kwittanza b’rapport dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet min-naħa tal-OLAF;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

24.

Ifaħħar lill-Aġenzija għall-miżuri diversi tagħha biex ittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija, l-użu ta’ elettriku ekoloġiku u karta riċiklata biss għat-tisħin tal-bini f’Tallinn permezz tal-użu mill-ġdid ta’ sħana mill-kamra tas-server; jistieden lill-Aġenzija tħaffef il-proċeduri għaċ-ċertifikazzjoni skont l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-Unjoni; ikompli jistieden lill-Aġenzija tipprovdi lill-awtorità tal-kwittanza bl-aħħar rapporti ta’ stqarrija ambjentali tagħha;

25.

Jinnota l-miżuri addizzjonali tal-Aġenzija meħuda fl-2021 fil-qasam taċ-ċibersigurtà, bħall-adozzjoni ta’ sitt standards dwar il-kwistjoni u l-bidu tal-istabbiliment ta’ tim ta’ rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters, kif ukoll il-kooperazzjoni kontinwa tagħha mal-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE (CERT-UE) u l-implimentazzjoni ta’ qafas strutturat ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskju għas-sigurtà tal-IT; jinnota li fl-2021 l-Aġenzija kkollaborat mal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà), dwar l-implimentazzjoni prattika tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar iċ-ċibersigurtà u dwar l-eżerċizzju annwali tal-Aġenzija dwar iċ-ċibersigurtà; jistieden lill-Aġenzija tadotta għodod ġodda fl-oqsma tal-baġit u d-diġitalizzazzjoni tal-akkwist bħall-firma elettronika, il-kuntratti elettroniċi u l-fatturazzjoni elettronika;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

26.

Ifaħħar l-Aġenzija għall-kapaċità tagħha li tiżgura d-disponibbiltà u r-reżiljenza mingħajr interruzzjoni tas-sistemi taħt il-ġestjoni tagħha, u l-funzjonament normali taż-żona Schengen, minkejja l-isfidi kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 li kompliet fl-2021; jinnota f’dan il-kuntest, madankollu, li skedi ta’ implimentazzjoni rigward l-iżvilupp tas-sistemi l-ġodda ġew riveduti minħabba nuqqas ta’ disponibbiltà tal-hardware, dewmien fil-kunsinna u l-installazzjoni tat-tagħmir, u preżenza fuq il-post anqas frekwenti mill-membri tal-persunal u l-kuntratturi;

27.

Ifaħħar lill-Aġenzija għall-kooperazzjoni tagħha ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni għall-iskambju ta’ għarfien u l-aħjar prattiki fi kwistjonijiet relatati mal-kontinwità tal-operat; ikompli jfaħħar lill-Aġenzija għall-parteċipazzjoni tagħha f’inizjattivi tal-Grupp Interistituzzjonali ta’ Taħriġ u Sensibilizzazzjoni dwar is-Sigurtà u n-Network ta’ Uffiċjali tas-Sigurtà tal-ĠAI sabiex jittrattaw kwistjonijiet ta’ sigurtà komuni;

Oħrajn

28.

Jilqa’ l-preżenza online attiva tal-Aġenzija fl-2021 u jinnota t-titjib tal-metrika tal-media soċjali tagħha; ifaħħar lill-Aġenzija għall-kontribut tagħha f’kampanji esterni online bħal “Digital EU” u “Women in Tech”, u għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti b’kuntatt tajjeb bħall-konferenza annwali tagħha jew ir-Roundtables tal-Industrija tal-eu-LISA;

29.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 162, 13.4.2022, p. 22.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).

(3)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/409


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1921 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0099/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0105/2023),

1.

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/411


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1922 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0100/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/0126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi stabbiliti skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0132/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv Interim tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv Interim tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/413


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1923 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0132/2023),

A.

billi skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 16 114 100, li jirrappreżenta żieda żgħira ta’ 0,35 % meta mqabbel mal-2020; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’implimentazzjoni baġitarja tar-rata tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena kurrenti ta’ 97,26 %, li tirrappreżenta żieda żgħira ta’ 0,46 % meta mqabbla mal-2020; jesprimi dispjaċir għall-fatt li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena kurrenti kienet ta’ 63,53 %, li tirrappreżenta żieda żgħira ta’ 1,38 % meta mqabbla mal-2020;

2.

Jilqa’, madankollu, il-fatt li l-Aġenzija lestiet l-azzjonijiet kollha li ttieħdu fir-rigward tal-osservazzjonijiet tal-Qorti b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit għas-snin finanzjarji 2018 u 2019;

3.

Jinnota li l-Aġenzija għandha ppjanar trimestrali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament skont it-titolu 3 tal-baġit għall-programm ta’ ħidma annwali relatat, kif ukoll ippjanar ta’ kull xahar kemm għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament matul il-fażi ta’ implimentazzjoni rieżaminati perjodikament; jinnota, barra minn hekk, li fl-2021, l-Aġenzija ċċentralizzat ir-riżorsi amministrattivi u l-għarfien espert għall-ġestjoni tal-akkwisti kollha tagħha, inklużi l-ippjanar, l-offerti, l-għoti u l-monitoraġġ; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza jekk ir-riżultati tal-armonizzazzjoni u tal-effiċjenza mistennija ntlaħqux, speċjalment fir-rigward tal-ġestjoni tar-riporti;

Prestazzjoni

4.

Jinnota b’apprezzament l-attivitajiet tal-Aġenzija biex tiżviluppa, tiġbor u tipprovdi informazzjoni, analiżi u għodod affidabbli u rilevanti dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, li jikkontribwixxu għall-politika tal-Unjoni li għandha l-għan li tippromwovi postijiet tax-xogħol ħielsa mill-periklu u sikuri madwar l-Unjoni;

5.

Jinnota li l-Aġenzija tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħat-twassil tal-programm ta’ ħidma, il-kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament u l-kapaċità ta’ sensibilizzazzjoni tal-intermedjarji permezz tan-networking; jinnota, b’mod partikolari, li l-Aġenzija tuża KPI għall-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn; jinnota li l-Aġenzija laħqet kważi l-miri kollha tagħha u li sitta mill-eżiti tal-programm ta’ ħidma ġew ikkanċellati peress li l-pandemija kellha impatt fuq l-ivvjaġġar u l-avvenimenti;

6.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija għamlet disponibbli r-riżultati ta’ ħarsa ġenerali lejn is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, li kienet iffukata fuq it-telexogħol u r-rwol tal-fatturi ta’ riskju psikosoċjali u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fil-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ mard muskoloskeletali, li serviet bħala l-bażi għall-kampanja dwar Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu “Ħaffef il-Piż”, li tnediet f’Ottubru 2020 għal perjodu ta’ 24 xahar; jinnota, barra minn hekk, l-attivitajiet u l-ħarsiet ġenerali tal-Aġenzija li jagħmlu enfasi fuq id-diġitalizzazzjoni, ir-riskji psikoloġiċi, u s-settur tal-kura tas-saħħa; jilqa’ l-involviment tal-Aġenzija fir-rispons tal-Unjoni għall-kriżi tal-COVID-19; jinnota, barra minn hekk, l-adozzjoni tal-Qafas Strateġiku tal-Aġenzija għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol 2021-2027 f’Ġunju 2021;

7.

Jinnota wkoll ir-rwol li jista’ jkollha l-Aġenzija fl-appoġġ tal-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE fir-rigward tal-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-esponiment għall-asbestos fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-esponiment għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol, f’konformità mad-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u r-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (3);

8.

Jinnota r-rwol prominenti li l-Aġenzija ngħatat fl-implimentazzjoni tal-prinċipji minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-kisbiet tal-miri ta’ Porto; jilqa’ l-impenn qawwi tal-Aġenzija li tiżgura li l-ħaddiema kollha jgawdu l-istess drittijiet ta’ saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol irrispettivament mid-daqs tal-impriża, it-tip ta’ kuntratt jew ir-relazzjoni ta’ impjieg u li twettaq l-approċċ “viżjoni żero” għall-imwiet relatati max-xogħol;

9.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati riżorsi umani u finanzjarji adegwati li jippermettu lill-Aġenzija tkompli timplimenta l-programm ta’ ħidma tagħha b’rata għolja ħafna ta’ tlestija tal-attivitajiet, b’mod partikolari fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol (2021-2027);

10.

Jinnota li l-Aġenzija tikkollabora mill-qrib ma’ aġenziji oħra, bħall-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, dwar suġġetti ta’ interess komuni bħall-politika tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali, u li qed tifformalizza l-kooperazzjoni mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA); jinnota li l-Aġenzija kkooperat mal-Eurostat għall-iżvilupp tal-Barometru tal-OSH; jinnota, barra minn hekk, l-appoġġ tal-Aġenzija lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fl-iżvilupp ta’ gwida għas-saħħa u s-sikurezza f’azzjonijiet ta’ tneħħija ta’ tixrid taż-żejt, lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil fil-ħidma tiegħu dwar gwida estensiva dwar il-valutazzjoni tar-riskju, li tagħmel enfasi fuq il-piż psikosoċjali tal-uffiċjali tal-front desk, u l-kontribut għall-inizjattiva EU4BorderSecurity mal-Frontex; jinnota li l-Aġenzija kompliet tipprovdi appoġġ loġistiku lill-punti fokali nazzjonali u lin-networks tagħhom;

Politika dwar il-persunal

11.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, it-tabella tal-persunal kienet implimentata sa 97,5 % (39 post ta’ aġent temporanju mtlew minn 40 aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni); jinnota li, barra minn hekk, 25 aġent kuntrattwali kienu qed jaħdmu għall-Aġenzija fl-2021;

12.

Jinnota r-rappurtar dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri għall-2021, fil-livell tal-maniġment superjuri bi 3 irġiel (li jirrappreżentaw 75 %) u mara (li tirrappreżenta 25 %), fil-livell tal-bord ta’ tmexxija b’65 raġel (li jirrappreżentaw 66 %) u 34 mara (li jirrappreżentaw 34 %), u għall-persunal ġenerali tal-Aġenzija, b’21 raġel (li jirrappreżentaw 33 %) u 43 mara (li jirrappreżentaw 67 %); jistieden lill-Aġenzija ttejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal ġenerali tagħha, u tirrapporta kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward lill-awtorità ta’ kwittanza; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżguraw li jitqies il-bilanċ bejn il-ġeneri meta jaħtru l-membri għall-bord ta’ tmexxija tal-Aġenzija;

13.

Jinnota li l-Aġenzija impjegat 64 membru tal-persunal minn 15-il Stat Membru; jinsab imħasseb ħafna dwar is-sottorappreżentanza tal-persunal mit-12-il Stat Membru li jifdal; iħeġġeġ lill-Aġenzija tqis bl-akbar prijorità l-bilanċ ġeografiku fil-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dan ir-rigward;

14.

Jilqa’ l-fatt li ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta’ fastidju fl-2021 u li l-Aġenzija għandha impenn qawwi fil-promozzjoni ta’ politiki kontra l-fastidju, fl-organizzazzjoni regolari ta’ sessjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni għall-persunal tagħha u fl-aġġornament ta’ paġna tal-intranet speċjalizzata dwar is-suġġett;

Akkwist

15.

Jinnota li l-Aġenzija implimentat strateġija tal-funzjoni finanzjarja u tal-akkwist tagħha bil-għan li tottimizza l-użu tar-riżorsi, tarmonizza l-proċessi, tiddefinixxi aħjar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet, u tikseb titjib fl-effiċjenza; jinnota wkoll li l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija wasslet għall-aħjar mudell operattiv ta’ finanzjament u akkwist għall-Aġenzija;

16.

Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li f’waħda mill-proċeduri miftuħa ta’ akkwist maqsuma f’lottijiet, f’lott wieħed, il-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni kienu ffirmaw id-dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess biss wara li jkun ingħata l-kuntratt, u li dan jirrappreżenta dgħufija fil-proċedura ta’ akkwist u jmur kontra r-rekwiżiti tal-Artikoli 61 u 150 tar-Regolament Finanzjarju; jistieden lill-Aġenzija tikkonforma mar-Regolament Finanzjarju fi proċeduri futuri;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

17.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi li l-Aġenzija qed twettaq biex tiżgura t-trasparenza u l-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess; jinnota li f’Diċembru 2021 ġiet adottata d-deċiżjoni li tipprovdi regoli għall-aċċettazzjoni ta’ rigali u ospitalità mill-persunal tal-Aġenzija; jinnota li l-membri tal-bord ta’ tmexxija huma mitluba jipprovdu dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ interessi; jilqa’ l-fatt li ż-żewġ dikjarazzjonijiet huma disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija; jinnota b’apprezzament li ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ kunflitt ta’ interess fl-2021;

Kontroll intern

18.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija tuża strateġija ta’ nonkonformità li tirreġistra mhux biss eċċezzjonijiet ex ante, iżda wkoll avvenimenti ex post, bil-għan li ttejjeb il-proċeduri eżistenti u tidentifika dgħufijiet fil-kontroll intern fi stadji aktar bikrija; jinnota li fl-2021 in-nonkonformitajiet irreġistrati ma indikawx dgħufijiet sinifikanti f’termini tal-kontrolli eżistenti; jilqa’ l-fatt li fl-2021 l-Aġenzija reġgħet ħadet sehem fl-eżerċizzju ta’ rieżami bejn il-pari dwar il-ġestjoni tar-riskju fl-aġenziji deċentralizzati mniedi mill-Kummissjoni, billi qasmet l-għarfien, il-metodoloġiji u r-riskji kritiċi mal-aġenziji l-oħra li qed jieħdu sehem fil-grupp ta’ ħidma;

19.

Ifakkar fil-fatt li l-qafas ta’ kontroll intern (QKI) ġie adottat mill-bord ta’ tmexxija fl-2019, abbażi tal-qafas ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni Ewropea; jinnota li l-valutazzjoni tal-QKI għas-sena ta’ rappurtar 2021 ikkonkludiet li l-konformità u l-implimentazzjoni tal-qafas huma sodisfaċenti;

20.

Jinnota li r-reġistru tar-riskju korporattiv tal-Aġenzija huwa marbut mal-QKI u li t-tnejn huma soġġetti għal rieżamijiet regolari mill-maniġment superjuri; jinnota li erba’ riskji mmonitorjati matul l-2021 ġew ikkategorizzati bħala relatati mal-“ambjent estern”, żewġ riskji ġew ikkategorizzati bħala relatati mal-“ambjent intern” u l-ebda wieħed ma huwa kklassifikat bħala theddida potenzjali għar-reputazzjoni jew il-kisba strateġika tal-Aġenzija;

21.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija abbozzat u ffinalizzat l-istrateġija l-ġdida kontra l-frodi 2022-2026; jilqa’ l-fatt li fl-2021 ġiet implimentata l-proċedura dwar l-identifikazzjoni u l-ġestjoni ta’ funzjonijiet sensittivi;

Diġitalizzazzjoni u tranżizzjoni ekoloġika

22.

Ifakkar fl-arranġamenti ta’ xogħol mill-bogħod u s-sistema tal-ġestjoni tad-dokumenti adottati fis-snin preċedenti, u jinnota li l-Aġenzija nediet u kompliet timplimenta għadd ta’ proċeduri interni elettroniċi ġodda; jinnota, barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta’ Għodod elettroniċi permezz ta’ użu wiesa’ ta’ Laqgħat elettroniċi, Akkwist elettroniku (Sejħiet għall-offerti elettroniċi, Sottomissjonijiet elettroniċi ta’ offerti u l-Għodda għall-Ġestjoni tal-Akkwist Pubbliku), u l-adozzjoni tal-Firma elettronika u l-Flussi tax-xogħol elettroniċi; jilqa’, f’dan ir-rigward, is-simplifikazzjoni progressiva u d-diġitalizzazzjoni tal-oqsma amministrattivi tal-Aġenzija;

23.

Jinnota l-kontribut tal-Aġenzija għal studju ta’ prospettiva dwar l-ekonomija ċirkolari biex jiġu identifikati riskji ġodda u emerġenti dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika, rilevanti għal dawk li jfasslu l-politika u r-riċerkaturi;

24.

Jinnota li l-Aġenzija bdiet kooperazzjoni mas-CERT-UE permezz ta’ ftehim dwar il-livell ta’ servizz sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni ċibernetika għall-Aġenzija; jinnota li fl-2021 tnedew diversi awditi tas-sigurtà biex jiġi vvalutat il-livell ta’ sigurtà tal-applikazzjonijiet u tas-siti web tal-Aġenzija; jinnota li fil-livell bejn l-aġenziji, l-Aġenzija bdiet tikkoordina l-implimentazzjoni ta’ soluzzjoni komuni biex tipprovdi servizzi taċ-ċibersigurtà lill-aġenziji iżgħar tal-Unjoni; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

25.

Jinnota li minħabba l-kriżi tal-COVID-19, parti sinifikanti mill-baġit tal-2021 għall-missjonijiet u l-laqgħat ma ntużax u ġie ttrasferit parzjalment permezz ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu bejn titoli, kapitoli, entrati u attivitajiet;

26.

Jinnota b’apprezzament li l-Aġenzija organizzat diskussjonijiet ta’ esperti relatati mat-tħejjija għall-pandemija fuq il-post tax-xogħol; jinnota li l-Aġenzija wettqet kważi l-attivitajiet kollha (li jikkorrispondu għal 96 %) tal-programm ta’ ħidma tagħha kif ippjanat, filwaqt li assumiet u wettqet ukoll kompiti relatati mal-COVID-19 mhux ippjanati;

27.

Jinnota li sabiex jiġu appoġġjati l-arranġamenti ta’ xogħol mill-bogħod għall-persunal, li ilhom stabbiliti mill-2020, fl-2021 l-Aġenzija nediet u kompliet timplimenta proċeduri interni elettroniċi ġodda biex tiffaċilita l-kontinwità tal-operat;

28.

Jinnota li fl-2021, l-Aġenzija kompliet tikkomunika u tippromwovi b’mod effettiv is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol direttament jew permezz tan-network tagħha, kważi kompletament online minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija;

Kummenti oħra

29.

Jilqa’ l-impenn tal-Aġenzija fil-livell ta’ governanza mal-Eurofound, l-ELA, u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) u l-iskambju ta’ abbozzi ta’ programmi ta’ ħidma mal-Eurofound, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u l-EIGE, bil-għan li jiġu żgurati sinerġiji fil-programmi ta’ ħidma rispettivi ta’ dawk il-korpi; iħeġġeġ lill-Aġenzija tesplora aktar sinerġiji u possibbiltajiet biex testendi l-attivitajiet u l-arranġamenti ta’ ħidma tagħha ma’ korpi oħra tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tesplora l-possibbiltajiet ta’ kondiviżjoni tar-riżorsi li jikkoinċidu ma’ korpi oħra tal-Unjoni;

30.

Jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha u tirrapporta informazzjoni rilevanti dwar il-prestazzjoni liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-pubbliku ġenerali b’lingwaġġ ċar u aċċessibbli; iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżgura aktar trasparenza u obbligu ta’ rendikont pubbliku permezz ta’ użu aħjar tal-mezzi tal-midja u tal-midja soċjali;

31.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 42.

(2)  Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11).

(4)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/418


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1924 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0100/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/0126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi stabbiliti skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0132/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv Interim tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/419


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2023/1925 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0096/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tal-Anness tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0126/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/420


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1926 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0126/2023),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tad-dħul u l-infiq tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 210 000, ammont li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 8,7 % meta mqabbel mal-2020; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’apprezzament li l-isforzi għall-monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw fl-implimentazzjoni ta’ rata tal-approprjazzjonijiet ta’ impenji tas-sena attwali ta’ 99,76 % li tirrappreżenta żieda żgħira ta’ 0,21 % meta mqabbla mal-2020, u jinnota li l-eżekuzzjoni tar-rata tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 51,22 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 28,88 % meta mqabbla mal-2020;

2.

Jinnota li r-riport tal-impenji pendenti (ammonti impenjati li għadhom ma tħallsux) tal-2021 għas-sena finanzjarja 2022 kien ta’ EUR 101 966,38 jew 49 % tal-ammonti impenjati (meta mqabbel ma’ EUR 177 578,67 jew 78 % fl-2020), u li dan l-ammont jinvolvi prinċipalment servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) għall-fażi ta’ tranżizzjoni tal-proġett tal-IT “Osservatorju Nukleari u ġestjoni tal-informazzjoni tal-ESA” (NOEMI) li ma ngħatawx kompletament, u taħriġ jew konferenzi li għandhom isiru fil-bidu tal-2022; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

3.

Jinnota li mill-1 ta’ Jannar 2021, l-Aġenzija, li ma tistax taġixxi unilateralment f’dan il-qasam, irreġistrat provvediment kontabilistiku fir-rapporti finanzjarji tagħha dwar il-ħlas lura tal-ishma tar-Renju Unit, u li kwalunkwe pagament, ritorn jew remunerazzjoni lir-Renju Unit fil-perjodi sussegwenti bħala konsegwenza tat-terminazzjoni tas-sħubija tar-Renju Unit se jiġi deċiż b’mod konġunt mal-Kummissjoni; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

Prestazzjoni

4.

Jinnota b’apprezzament li, wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, ir-regoli l-ġodda li jiddeterminaw il-mod li bih l-Aġenzija għandha tibbilanċja l-provvista u d-domanda daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2021, u fost l-oħrajn jipprovdu definizzjonijiet ġodda u jestendu formalment il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedura simplifikata;

5.

Jinnota, b’mod partikolari, il-ħidma tal-Aġenzija mal-grupp ta’ ħidma tal-kumitat konsultattiv dwar is-sigurtà tal-provvista u l-prezzijiet, li ngħata mandat ġdid fl-2021;

Politika dwar il-persunal

6.

Jinnota li fil-31 ta’ Diċembru 2021, it-tabella tal-persunal kienet 94,12 % miksuba, bil-ħatra ta’ 16-il uffiċjal tal-Kummissjoni minn total ta’ 17-il post awtorizzat fit-tabella tal-persunal (17-il post awtorizzat fl-2020); jinnota, barra minn hekk, id-diffikultà tal-Aġenzija biex issib assistenti fi gradi aktar baxxi, minħabba l-profil speċjalizzat meħtieġ u l-livelli tal-pagi assoċjati meta mqabbla mal-għoli tal-ħajja fil-Lussemburgu;

7.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija rrapportat tqassim tal-ġeneru fost il-membri kollha tal-persunal ta’ 56 % nisa u 44 % irġiel;

8.

Ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-għoti ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib ta’ bilanċ ġeografiku biex tiġi żgurata rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà kif ukoll l-iżgurar li jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jiġu promossi b’mod wiesa’;

Akkwist

9.

Jinnota li wara d-dħul fis-seħħ tar-regoli l-ġodda, l-Aġenzija ppubblikat il-formoli li jridu jintużaw biex jiġu ppreżentati kuntratti ta’ provvista li għandhom jiġu konklużi mill-Aġenzija u biex jiġu nnotifikati l-kuntratti għall-forniment ta’ servizzi;

Kontroll intern

10.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija wettqet aġġornament tal-valutazzjoni tar-riskju li jkopri l-oqsma kollha tal-ħidma tal-Aġenzija u l-proċessi operattivi u amministrattivi tagħha u li saru aġġustamenti biex il-kontrolli fis-seħħ jiġu allinjati mar-riskji; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

11.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija wettqet valutazzjoni tal-effikaċja tal-kontrolli interni tagħha li tikkonsisti f’evalwazzjoni ta’ indikaturi ta’ monitoraġġ predefiniti, inkluż stħarriġ, l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-awditjar u rakkomandazzjonijiet ġodda jew pendenti, u analiżi tan-nuqqasijiet ta’ konformità u l-każijiet ta’ eċċezzjoni; jinnota li l-valutazzjoni ma żvelat l-ebda riskju li jista’ jwassal għal riżerva fid-dikjarazzjoni annwali ta’ assigurazzjoni;

12.

Jinnota, fir-rigward tas-sigurtà tal-informazzjoni, li l-membri kollha tal-persunal tal-Aġenzija u l-kuntratturi esterni kollha għandhom approvazzjoni tas-sigurtà, u, barra minn hekk, li s-sistema tal-IT NOEMI għaddiet minn valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, li għandha tiġi ripetuta wara li jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet kollha minn din il-valutazzjoni; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

13.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Aġenzija; jinsisti bil-qawwa fuq ir-rekwiżit ta’ sistemi ta’ ġestjoni u kontroll effettivi biex jiġu evitati każijiet potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess, kontrolli ex ante/ex post neqsin, ġestjoni inadegwata tal-impenji baġitarji u legali, u nuqqasijiet ta’ rapportar ta’ kwistjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

14.

Jinnota b’apprezzament li, skont is-segwitu għall-kwittanza tal-2020, il-proġett tal-IT NOEMI, li għandu l-għan li jsaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ tal-Aġenzija tas-suq tal-materjali u l-fjuwil nukleari filwaqt li jospita b’mod sigur id-data ta’ kuntratti nukleari sensittivi, sar operazzjonali fl-2021, u li l-iżviluppi futuri se jiddependu fuq il-finanzjament riċevut fil-baġits li ġejjin; jinnota, barra minn hekk, li l-istadji li jmiss tal-proġett jipprevedu l-ipproċessar diġitali sħiħ tal-kuntratti ta’ provvista nukleari u l-informazzjoni tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar kwalunkwe progress f’dak ir-rigward;

15.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni fl-Aġenzija f’termini ta’ operazzjoni u ġestjoni interni iżda anke sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tkompli tkun proattiva f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji tal-Unjoni; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

16.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u mas-CERT-UE (Skwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni) u twettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari tal-infrastruttura tal-IT tagħha u tiżgura awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tagħha; jissuġġerixxi li jiġu offruti regolarment programmi ta’ taħriġ aġġornati relatati maċ-ċibersigurtà għall-persunal kollu fl-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tiżviluppa l-politika tagħha fil-qasam taċ-ċibersigurtà aktar malajr, tapplikaha qabel il-31 ta’ Diċembru 2023, u tirrapporta dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward lill-awtorità ta’ kwittanza;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

17.

Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 kompliet taffettwa l-Unjoni fl-2021 u l-Aġenzija introduċiet it-telexogħol bħala l-għażla prestabbilita f’konformità mal-gwida tal-Kummissjoni u li timminimizza r-riskju għall-persunal u l-familji tagħhom, filwaqt li l-persunal kritiku u essenzjali li kellu bżonn jaċċessa r-riżorsi u jaħdem fil-bini seta’ jagħmel dan b’rotazzjoni;

18.

Jinnota li l-Aġenzija introduċiet bidliet fix-xejra tal-infiq tagħha permezz ta’ emenda baġitarja u trasferimenti interni, minħabba t-tnaqqis fl-infiq fuq vjaġġi ta’ xogħol statutorji u laqgħat tal-kumitat konsultattiv, u minflok investiet fis-sistema tal-IT tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-laqgħat tal-kumitat konsultattiv fl-2021 saru online;

Kummenti oħra

19.

Jinnota b’apprezzament li s-sit web tal-Aġenzija ġie rivedut fl-2021 b’kollaborazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, li rriżulta f’sit web armonizzat ma’ dak tal-Kummissjoni fuq pjattaforma dinamika aġġornata u faċli għall-utent; jinnota, barra minn hekk, li l-informazzjoni kollha mqiegħda fuq is-sit web ġiet abbozzata mill-ġdid għal esperjenza aħjar tal-utent;

20.

Jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha u tirrapporta informazzjoni rilevanti dwar il-prestazzjoni liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-pubbliku ġenerali b’lingwaġġ ċar u aċċessibbli; iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżgura aktar trasparenza u obbligu ta’ rendikont pubbliku permezz ta’ użu aħjar tal-mezzi tal-midja u tal-midja soċjali;

21.

Jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha (pereżempju fir-rigward tar-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà), u biex issaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha, l-iskambji tal-prattiki tajba u d-diskussjonijiet rigward oqsma ta’ interess reċiproku ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni, bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza; iħeġġeġ lill-Aġenzija tesplora aktar il-possibbiltajiet biex testendi l-arranġamenti ta’ ħidma tagħha u l-kondiviżjoni tar-riżorsi ta’ kompiti li jikkoinċidu ma’ korpi oħra tal-Unjoni;

22.

Jilqa’ r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija dwar is-sigurtà tal-provvista ta’ materjali u fjuwil nukleari inklużi fir-rapport annwali tal-Aġenzija għall-2021; jistieden lill-Aġenzija żżid ir-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar il-possibbiltajiet għad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista tal-uranju għal kull stadju taċ-ċiklu tal-fjuwil; ifakkar li l-impjanti nukleari ġġeneraw madwar 25,2 % tal-elettriku totali prodott fl-Unjoni fl-2021;°

23.

Jirreferi, fir-rigward ta’ kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/423


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2023/1927 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0096/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tal-Anness tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0126/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/424


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1928 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0101/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0109/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/426


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1929 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0109/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha, il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (il-“Fondazzjoni”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 21 757 000, li jirrappreżenta żieda ta’ 1,69 % meta mqabbel mal-2020; billi l-baġit tal-Fondazzjoni huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ approprjazzjonijiet tas-sena kurrenti ta’ 99,98 %, żieda żgħira ta’ 0,06 % meta mqabbel mal-2020; jieħu nota tal-fatt li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena kurrenti kienet ta’ 83,56 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 3,12 % meta mqabbla ma’ dik tal-2020;

2.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-kapaċità tal-akkwist reali tal-baġit naqset u li s-sehem tal-baġit operattiv naqas minn 39 % fl-2010 għal 28 % fl-2021; jisħaq li l-kontinwazzjoni ta’ din it-tendenza tpoġġi f’riskju l-kapaċità tal-Fondazzjoni li tiġbor data suffiċjenti, f’waqtha u affidabbli;

3.

Jinnota b’sodisfazzjon li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-fondi riportati mill-2020 kienet ta’ 98,10 %, li hija 1,7 punti perċentwali ogħla mill-istess ċifra fl-2020;

4.

Jinnota bi tħassib li minħabba ż-żieda fl-għoli tal-ħajja fl-Irlanda, is-sehem tal-baġit operattiv tal-Fondazzjoni qed jonqos b’mod kostanti minn 37,6 % fl-2012 għal 26,4 % fl-2021; iwissi li l-kontinwazzjoni ta’ din it-tendenza se tpoġġi f’riskju l-kapaċità tal-Fondazzjoni li tippreserva u ttejjeb aktar il-kwalità tal-ħidma tagħha;

5.

Jilqa’ l-fatt li l-Fondazzjoni qiegħda taqsam is-servizzi tal-Uffiċjal tal-Kontabilità tagħha mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA), u dan għen lil din tal-aħħar b’titjib bla xkiel;

Prestazzjoni

6.

Jirrikonoxxi l-fatt li t-twettiq tal-eżiti tal-programm ta’ ħidma ppjanat għall-2021 laħaq livell ta’ 93 %, filwaqt li fl-2021 inkisbu 38 minn 41 riżultat mistenni;

7.

Jinnota li l-Fondazzjoni tuża tmien indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni inklużi fis-sistema ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni tagħha; jinnota b’mod partikolari titjib viżibbli fil-prestazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-għarfien espert tal-Fondazzjoni f’dokumenti ta’ politika fil-livell tal-Unjoni ewlenin, minn 34,6 % fl-2020 għal 74 % fl-2021, bħall-proposta għal direttiva dwar it-tisħiħ tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali, il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-telexogħol, ir-rapporti tal-Kummissjoni dwar il-kura fit-tul fl-Unjoni, il-pjattaformi tax-xogħol diġitali fl-Unjoni u r-rieżami dwar l-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa tal-2021; jinnota, barra minn hekk, prestazzjoni b’saħħitha fir-rigward tal-adozzjoni tal-għarfien tal-Fondazzjoni fil-media, b’1 083 artiklu fl-istampa fl-2021 meta mqabbel ma’ 703 fl-2020, u jfaħħar, b’mod partikolari, lill-Fondazzjoni għall-viżibbiltà ta’ profil għoli tagħha fil-mezzi tal-media Ewropej u internazzjonali ewlenin dwar l-aktar suġġetti pertinenti bħall-impatti varji tal-pandemija tal-COVID-19, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni u l-kwistjonijiet dwar il-paga minima; jieħu nota taż-żieda fl-involviment tal-Fondazzjoni f’avvenimenti u f’laqgħat rilevanti għall-politika matul l-2021, minn 202 kontributi fl-2020 għal 360 kontribut fl-2021;

8.

Jilqa’ b’mod partikolari l-azzjonijiet utli u f’waqthom ħafna biex jiġu kkomunikati s-sejbiet rilevanti għall-bidliet li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19, bħat-telexogħol, ix-xogħol fuq il-pjattaforma, iż-żieda fl-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u d-differenzi interġenerazzjonali, in-nuqqas ta’ ħaddiema, il-kura fit-tul, ir-relazzjonijiet industrijali, ibbażati fuq l-istħarriġ elettroniku “Living, working and COVID-19” (Il-ħajja, ix-xogħol u l-COVID-19) u l-COVID-19 EU PolicyWatch, inklużi r-rapporti bit-titoli “Il-kundizzjonijiet tax-xogħol fi żmien il-COVID-19: Implikazzjonijiet għall-futur” (1) u “L-impatt tal-COVID-19 fuq iż-żgħażagħ fl-UE” (2); jemmen li l-Fondazzjoni jista’ jkollha rwol kruċjali fl-analiżi ulterjuri taż-żieda fit-telexogħol u l-impatti relatati fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-kwalità tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, it-tixrid tal-aħjar prattiki u l-valutazzjoni tar-risponsi ta’ politika possibbli; jilqa’ l-fatt li l-programm ta’ ħidma tal-Fondazzjoni janalizza għażliet ta’ politika li jtejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol, ir-relazzjonijiet industrijali, l-impjieg u l-kondizzjonijiet tal-għajxien;

9.

Itenni l-importanza tad-data ta’ kwalità għolja pprovduta mill-għodod ta’ monitoraġġ kontinwu tal-Fondazzjoni għat-tfassil ta’ politika abbażi tal-evidenza, speċjalment l-istħarriġ madwar l-Ewropa mwettaq mill-Fondazzjoni;

10.

Ifaħħar il-kollaborazzjoni attiva tal-Fondazzjoni fl-2021 mal-partijiet ikkonċernati tagħha bħall-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni, il-Kunsill (taħt il-Presidenza Portugiża u dik Slovena), l-aġenziji tal-Unjoni bħall-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF), l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali oħra; jinnota l-eżitu notevoli tal-Fondazzjoni fl-2021 b’sitt webinars, sitt vidjos ta’ attività, it-tnedija tas-serje ta’ podcasts tal-Fondazzjoni (EurofoundTalks), tliet kampanji tal-media soċjali, kontributi għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u t-twassil ta’ sommarji eżekuttivi ta’ rapporti ta’ riċerka f’21 lingwa; jissottolinja l-iżvilupp ta’ avvenimenti u pubblikazzjonijiet konġunti ma’ diversi aġenziji oħra tal-Unjoni;

11.

Ifaħħar il-fatt li l-Fondazzjoni żviluppat pjan ta’ azzjoni b’rispons għar-rakkomandazzjonijiet fl-evalwazzjoni ex ante tal-programm 2021-2024 tiegħu; jirrikonoxxi li xi azzjonijiet jirrikjedu sforz fuq terminu medju, filwaqt li oħrajn kienu diġà twettqu, bħall-ottimizzazzjoni tal-użu tar-riżorsi finanzjarji biex jaqblu mal-ambizzjonijiet tal-programm għar-riżorsi disponibbli; jinnota wkoll li fl-2021, il-kuntratturi esterni tal-evalwazzjoni wettqu evalwazzjoni ta’ żewġ attivitajiet ( “L-era diġitali: Opportunitajiet u sfidi għax-xogħol u l-impjiegi” u “Monitoraġġ tal-konverġenza fl-Unjoni Ewropea” ) li kienu ġodda fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2017-2020; jinnota li din l-evalwazzjoni tat ħarsa lejn il-kisbiet u t-tagħlim mill-implimentazzjoni ta’ dawk l-attivitajiet, il-punt safejn intlaħqu l-ambizzjonijiet għal dawk l-attivitajiet stabbiliti fil-bidu u kif affettwaw it-tfassil tal-politika; jieħu nota li fl-2021 il-Fondazzjoni nediet evalwazzjoni tal-programm u l-approċċ attwali tagħha ta’ tagħlim u żvilupp;

12.

Jinnota li l-enfasi tal-COVID-19 EU Policy Watch tal-Fondazzjoni ġiet estiża biex tinvestiga politiki relatati ma’ diversi kuntesti (ta’ kriżi), inklużi l-gwerra fl-Ukrajna, iż-żieda fl-inflazzjoni u l-protezzjoni temporanja tar-rifuġjati, l-ekoloġizzazzjoni u l-aġenda diġitali, u għalhekk ingħatat isem ġdid fil-bażi tad-data tal-EU Policy Watch; jinnota li din il-bażi tad-data hija l-uniku sors eżistenti fl-Unjoni kollha li jiġbor b’mod rigoruż il-forma tal-involviment tas-sħab soċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ tali politiki u għalhekk jista’ jikkontribwixxi għal diversi rekwiżiti ta’ monitoraġġ relatati mad-djalogu soċjali nazzjonali, bħal, pereżempju, is-Semestru Ewropew;

Politika dwar il-persunal

13.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li fil-31 ta’ Diċembru 2021, it-tabella tal-persunal kienet biss 89 % kompluta (meta mqabbla ma’ 95 % fl-2020), b’disa’ uffiċjali u 74 aġent temporanju maħtura minn 91 awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (91 post tax-xogħol awtorizzati fl-2020), filwaqt li żewġ membri tal-persunal kienu fuq liv minħabba raġunijiet personali u ma ġewx sostitwiti minnufih; jirrimarka, madankollu, li meta wieħed iqis il-pożizzjonijiet vakanti offruti u aċċettati fl-2021, 94 % tal-pożizzjonijiet imtlew; jinnota li, barra minn hekk, 13-il aġent kuntrattwali kienu qed jaħdmu għall-Fondazzjoni fl-2021; jinnota li sitt membri tal-persunal telqu mill-Fondazzjoni fl-2021 (dawran ta’ 5,8 %), tnejn minnhom minħabba l-irtirar; jiddispjaċih li tliet pożizzjonijiet għolja ma mtlewx; ifaħħar lill-Fondazzjoni għar-riflessjoni kontinwa tagħha dwar il-prattiki tajba u t-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol; ifakkar fl-importanza li jiġi miġġieled id-dawran tal-persunal fl-aġenziji tal-Unjoni;

14.

Jinnota li fl-2021 id-distribuzzjoni skont il-ġeneru tal-maniġment superjuri tal-Fondazzjoni kienet ta’ ħamest irġiel (56 %) u erba’ nisa (44 %), tal-membri tal-bord tat-tmexxija tagħha kienet 54 raġel (64 %) u 30 mara (36 %), u tal-persunal kumplessiv tagħha kienet 41 raġel (43 %) u 55 mara (57 %); jinnota s-sottorappreżentanza tal-persunal minn Ċipru, l-Estonja, Malta u s-Slovenja; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw il-bilanċ bejn il-ġeneri u dak ġeografiku meta jinnominaw membri fil-bord tat-tmexxija tal-Fondazzjoni; iħeġġeġ lill-Fondazzjoni tiżgura bilanċ bejn il-ġeneri u dak ġeografiku meta tirrekluta l-persunal tagħha;

15.

Jinnota li mill-2013 ’l hawn il-Fondazzjoni għandha politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità u r-rispett tal-persuni u l-prevenzjoni tal-fastidju (Politika tal-Eurofound); jinnota li l-Fondazzjoni għandha abbozz ta’ manwal ta’ proċedura għall-Politika tal-Eurofound li jinsab fi proċess ta’ konsultazzjoni; jilqa’ l-fatt li l-persunal, it-trainees u l-persunal temporanju lokali ġodda jipparteċipaw fil-programm dwar id-dinjità u r-rispett bħala parti mill-introduzzjoni tagħhom; jilqa’ l-fatt li fl-2021 it-taħriġ indirizza l-benesseri fiżiku u psikoloġiku u t-teknoloġija meħtieġa biex jinżamm livell għoli ta’ prestazzjoni meta wieħed jaħdem b’mod remot;

16.

Ifaħħar l-approċċ proattiv tal-Fondazzjoni fil-kejl tal-benesseri tal-persunal permezz ta’ stħarriġiet u kwestjonarji interni; jilqa’ l-programm annwali bit-titolu “Xahar tal-Etika” b’sessjonijiet fl-2021 li ffukaw fuq il-ħolqien ta’ post tax-xogħol pożittiv, wara li ġiet analizzata l-imġiba li għandha tiġi adottata f’sitwazzjonijiet speċifiċi; ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tal-karrieri tul il-ħajja u l-offerta ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib ta’ bilanċ ġeografiku biex tiġi żgurata rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità kif ukoll jiġi żgurat li dawn jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jiġu promossi b’mod wiesa’;

Akkwist

17.

Jinnota li fl-2021 il-Fondazzjoni nediet seba’ offerti miftuħa li rriżultaw f’kuntratti b’valur ta’ EUR 1 942 570; jinnota wkoll li l-Fondazzjoni varat 21 proċedura ta’ valur baxx u medju (innegozjati ma’ tliet u ħames kandidati) b’valur totali ta’ EUR 1 248 790;

18.

Ifakkar fl-osservazzjoni tal-Qorti li f’Ġunju 2019 il-Fondazzjoni kkonkludiet kuntratt qafas għal ammont massimu ta’ EUR 170 000 għall-provvista tal-elettriku abbażi ta’ proċedura ta’ akkwist negozjata ma’ kandidat wieħed, mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ eżenzjoni mill-avviż tal-kuntratt; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-kuntrattur huwa fornitur tal-bejgħ bl-imnut, li jforni l-elettriku mhux ikkwotat u mixtri f’suq tal-komoditajiet, u li għaldaqstant l-eċċezzjoni ta’ proċedura ta’ akkwist negozjata kif segwita mill-Fondazzjoni mhijiex applikabbli; jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li l-pagamenti magħmula b’rabta ma’ dan il-kuntratt huma irregolari u li fl-2021 kienu jammontaw għal EUR 30 689; jinnota li l-kuntratt ta’ akkwist sottostanti skada f’Ġunju 2021; jilqa’ l-fatt li l-proċeduri interni għall-akkwist ġew aġġustati kif xieraq;

19.

Jinnota li l-Fondazzjoni adottat il-pjan ta’ akkwist rivedut tal-2021; jinnota wkoll li l-Fondazzjoni bdiet tinvestiga l-metodoloġija ta’ akkwist użata għall-offerti għall-istħarriġiet il-kbar; jieħu nota li, fil-ħarifa 2021, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) beda awditu tal-ġestjoni tal-akkwist u l-kuntratti tal-Fondazzjoni; jilqa’ l-on-boarding tal-Fondazzjoni għall-għodda tal-ġestjoni tal-akkwist pubbliku;

20.

Ifakkar fl-importanza tal-proċeduri kollha ta’ akkwist li jiżguraw kompetizzjoni ġusta bejn l-offerenti u fl-importanza li jiġu akkwistati l-oġġetti u s-servizzi bl-aħjar prezz, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji tat-trasparenza, il-proporzjonalità, it-trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni; jappella għall-implimentazzjoni tal-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) tal-akkwist elettroniku żviluppati mill-Kummissjoni; jappella għal kjarifika aġġornata tal-proċeduri u l-mudelli fil-linji gwida dwar l-akkwist; jinnota bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti li d-dgħufijiet fl-akkwist pubbliku qed jiżdiedu u għadhom l-akbar sors ta’ pagamenti irregolari fil-biċċa l-kbira tal-aġenziji tal-Unjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

21.

Jinnota li d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta’ interess u s-CVs tal-membri tal-bord tat-tmexxija u tal-persunal maniġerjali ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Fondazzjoni; ifaħħar lill-Fondazzjoni talli għandha stabbilita politika ta’ kunflitti ta’ interess bi proċedura dettaljata għal sitwazzjonijiet ta’ sitwazzjoni potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess;

22.

Jinnota t-tweġiba tal-Fondazzjoni għall-mistoqsijiet bil-miktub li hija allinjata mad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (3); jinnota li fl-2021 ma kien hemm l-ebda każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; jilqa’ l-fatt li, bħala komplement għall-istrateġija kontra l-frodi 2021-2023, il-linja gwida dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta ġiet spjegata lill-persunal b’mod aktar aċċessibbli; jilqa’ aktar it-trasparenza tal-Fondazzjoni fir-rigward tal-gruppi ta’ viżitaturi u l-esperti akkademiċi li huma nnominati għall-kumitati konsultattivi tal-Fondazzjoni;

Kontroll intern

23.

Jinnota li l-qafas ta’ kontroll intern tal-Fondazzjoni jkopri ħames komponenti (l-ambjent ta’ kontroll, il-valutazzjoni tar-riskju, l-attivitajiet ta’ kontroll, l-attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni u l-attivitajiet ta’ monitoraġġ) u jinkludi 17-il prinċipju; jinnota li l-effettività ta’ dawn il-komponenti hija vvalutata permezz ta’ taħlita ta’ monitoraġġ, sejbiet u rakkomandazzjonijiet kontinwi mill-IAS dwar ir-riskji u l-kontrolli f’oqsma speċifiċi u evalwazzjoni interna; jinnota l-appoġġ mill-IAS fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ rapportar eżistenti tal-Fondazzjoni;

24.

Jinnota li f’April 2021, l-IAS ippreżenta r-rapport finali tiegħu dwar ir-riżorsi umani u l-etika, b’erba’ rakkomandazzjonijiet, li l-ebda waħda minnhom ma ġiet ikklassifikata bħala kritika; jinnota li fl-2022 intlaħaq qbil dwar pjan ta’ azzjoni biex jiġu implimentati dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

25.

Ifaħħar lill-Fondazzjoni talli żviluppat u implimentat politika dwar karigi sensittivi; jinnota li r-reġistru tar-riskji u l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni tal-Fondazzjoni għall-2021 ġew rieżaminati u twettqet valutazzjoni tar-riskji relatati mal-programm għall-2022; ifaħħar it-tnedija fl-2021 tal-istrateġija kontra l-frodi 2021-2023 u l-aċċess ipprovdut lill-persunal kollu tal-Fondazzjoni għal pjan direzzjonali kontra l-frodi u infografika bil-passi li għandhom jittieħdu f’każijiet li fihom ikun hemm suspett ta’ frodi; barra minn hekk, jilqa’ l-fatt li ġew organizzati sessjonijiet ta’ informazzjoni u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni f’oqsma bħaċ-ċibersigurtà, l-antiplaġjariżmu, il-kunflitti ta’ interess u l-prevenzjoni ta’ ksur tad-data;

26.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Aġenzija; jinsisti bil-qawwa fuq ir-rekwiżit ta’ sistemi effettivi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġu evitati każijiet potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess, kontrolli ex ante jew ex post nieqsa, ġestjoni mhux adegwata tal-impenji baġitarji u legali, u n-nuqqas ta’ rapportar ta’ kwistjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

27.

Jilqa’ l-miżuri stabbiliti fl-2021 fir-rigward taċ-ċibersigurtà tal-Fondazzjoni; jinnota b’mod partikolari l-programm ta’ sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà għall-2021 u t-taħriġ ta’ sensibilizzazzjoni pprovdut lill-persunal kollu, l-introduzzjoni tas-sistema ta’ awtentikazzjoni b’diversi fatturi u l-prestazzjoni tas-CERT-EU (Skwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-Istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni) fit-testijiet tal-penetrazzjoni tan-network u tas-simulazzjoni tal-phishing; jilqa’ l-approċċ proattiv tal-Fondazzjoni fit-tħejjija għall-aġġornament tal-politika ta’ sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni tagħha fid-dawl taż-żewġ regolamenti tal-Unjoni li ġejjin dwar iċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-informazzjoni fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Fondazzjoni taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà);

28.

Ifaħħar l-implimentazzjoni konsistenti mill-Fondazzjoni tal-approċċ “diġitali l-ewwel” tagħha f’oqsma differenti tal-ħidma tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-produzzjoni u t-tixrid tal-kontenut permezz ta’ kanali online u mobbli; jinnota li fl-2021 l-azzjonijiet f’dan il-qasam iffukaw fuq il-viżwalizzazzjoni tad-data, fuq l-iżvilupp ta’ għodda ta’ esplorazzjoni online u fuq l-istabbiliment ta’ pjan għall-iżvilupp ta’ maħżen ċentrali tad-data għall-kondiviżjoni tad-data statistika; jinnota li fl-2021 il-Fondazzjoni ħejjiet l-introduzzjoni tal-firma elettronika kwalifikata; ifaħħar l-iżvilupp mill-Fondazzjoni tal-applikazzjoni tal-web li tippermetti l-komputazzjoni tal-konverġenza fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’ħin reali; ifaħħar ukoll l-użu ta’ software ġdid għall-estrazzjoni ta’ dokumenti ta’ politika tal-Unjoni li żied l-effiċjenza fir-reġistrazzjoni tal-użu f’dokumenti ta’ politika ewlenin fil-livell tal-Unjoni;

29.

Ifaħħar il-miżuri tal-Fondazzjoni favur l-ambjent biex tnaqqas il-konsum tal-elettriku tagħha, ittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bojlers tagħha u tinstalla punti ta’ ċċarġjar addizzjonali għall-karozzi elettriċi; jifraħ lill-Fondazzjoni għat-tnaqqis qawwi fil-konsum tal-karta tagħha minn 1,9 miljun folja fl-2019, għal 148 980 folja fl-2020 u għal 84 990 folja fl-2021; jinnota b’apprezzament it-tweġiba tal-Fondazzjoni li għal dawn l-aħħar ħames snin akkwistat biss elettriku li kien 100 % ekoloġiku minn sorsi rinnovabbli; jinnota li fl-2021 il-Fondazzjoni ħadet passi addizzjonali sinifikanti biex tħejji ruħha għaċ-ċertifikazzjoni tal-EMAS li kellha ssir fit-tielet trimestru tal-2022;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

30.

Jinnota li l-programm ta’ ħidma tal-Fondazzjoni għall-2021 u l-pjan ta’ kontinwità tal-operat tagħha ġew adattati għar-realtà l-ġdida miġjuba mill-kriżi tal-COVID-19, il-ħtiġijiet differenti tal-partijiet ikkonċernati u t-tfixkil fl-eżekuzzjoni tal-obbligi attwali;

31.

Jinnota li, minkejja l-lockdown fit-tul minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-Fondazzjoni kompliet b’suċċess il-ġbir tad-data tagħha għal proġetti li għadhom għaddejjin bħall-bażi tad-data COVID-19 EU PolicyWatch tagħha u l-Istħarriġ (bit-telefown) dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol Ewropej, biex timmonitorja l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19; jinnota li l-ħames ċiklu ta’ dak l-istħarriġ elettroniku, ippubblikat f’Lulju 2021, għandu l-għan li jkopri l-impatt wiesa’ tal-pandemija tal-COVID-19 fuq ix-xogħol u l-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni matul l-aħħar sentejn u jitfa’ dawl ukoll fuq ir-realtà inċerta l-ġdida kkawżata mill-gwerra fl-Ukrajna, l-inflazzjoni għolja b’livell rekord u ż-żidiet qawwija fl-għoli tal-ħajja; jilqa’ dawk il-metodi innovattivi għall-ġbir tad-data li ppermettew lill-Fondazzjoni toħloq u żżomm bażi tad-data rilevanti u affidabbli li m’hemmx bħalha għall-iżviluppi madwar l-Unjoni, li tassisti lil dawk li jfasslu l-politika biex jieħdu deċiżjonijiet b’bażi soda;

Kummenti oħra

32.

Jinnota l-azzjonijiet u l-isforzi tal-Fondazzjoni favur il-konformità mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data; jinnota b’mod partikolari l-adozzjoni ta’ politika dwar il-ksur tad-data personali, it-twettiq ta’ awditu tal-protezzjoni tad-data biex jiġi vvalutat il-livell intern ta’ konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, il-pubblikazzjoni ta’ avviżi dwar il-protezzjoni tad-data fuq l-Internet jew l-intranet tal-Fondazzjoni, l-aġġornament tal-politika dwar il-protezzjoni tad-data tal-impjegati tagħha u l-isforzi kontinwi biex jiżdied u jiġi kkonsolidat l-għarfien tal-persunal dwar il-protezzjoni tad-data;

33.

Jilqa’ l-fatt li l-Fondazzjoni għandha ftehimiet ta’ kooperazzjoni jew memorandum ta’ qbil ma’ diversi aġenziji tal-Unjoni bħall-EU-OSHA, is-Cedefop, l-ETF, l-EIGE u l-FRA; jinnota li tali ftehimiet huma l-bażi għall-iskambju ta’ sorsi ta’ data u inizjattivi konġunti fl-oqsma tar-riċerka, l-avvenimenti u s-sistemi operattivi; jinnota wkoll li tali ftehimiet jippermettu koordinazzjoni bejn l-aġenziji li tiżgura skambju bikri dwar id-dokumenti ta’ programmazzjoni sabiex jiġi pprovdut feedback, jiġi evitat l-irduppjar, jiġu identifikati sinerġiji u oqsma potenzjali ta’ kooperazzjoni; jistieden lill-Fondazzjoni tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha (pereżempju r-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà), il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajbin ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza;

34.

Jinnota li fl-2021 il-Fondazzjoni żiedet il-kooperazzjoni tagħha ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni permezz ta’ avvenimenti u pubblikazzjonijiet konġunti mal-EIGE dwar il-konverġenza ’l fuq fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri u dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, mas-Cedefop abbażi tal-analiżi konġunta tal-istħarriġ Ewropew dwar il-kumpaniji, u mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar l-isfidi soċjali tal-politiki tal-enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju; jinnota wkoll li l-Fondazzjoni kompliet l-iskambju ta’ esperjenza u kooperazzjoni tagħha mal-FRA fil-qasam tal-metodoloġija tal-istħarriġ u l-iżvilupp tagħha u mal-EU-OSHA fil-qasam ta’ riċerka tad-diġitalizzazzjoni, inkluż it-telexogħol, u oqsma oħra;

35.

Jinnota li l-Fondazzjoni ffirmat memorandum ta’ qbil mal-ELA f’Ġunju 2022; jinnota li f’Novembru 2021, il-Fondazzjoni ffirmat ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Istitut tal-Università Ewropea f’Firenze; jinnota li f’Settembru 2022 iffirmat ftehim qafas ġdid għall-kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol; jinnota, barra minn hekk, li filwaqt li abbozz ta’ ftehim għall-kollaborazzjoni mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi għadu qed jitħejja, il-kollaborazzjoni tkompli fuq bażi ad hoc f’diversi oqsma ta’ riċerka, bħall-kwalità tal-impjiegi, in-negozjar kollettiv, u l-pagi minimi; jinnota b’apprezzament li l-Fondazzjoni estendiet il-kooperazzjoni tagħha biex tinkludi ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard;

36.

Jilqa’ l-fatt li l-Fondazzjoni qed taħdem b’mod konsistenti biex ittejjeb l-aċċessibbiltà u t-tixrid tas-sejbiet tagħha, tilħaq udjenzi ġodda, u tiżgura li l-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni jkunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni b’varjetà ta’ modi permezz tal-approċċ tagħha “l-ewwel diġitali”, inkluż permezz ta’ serje podcast imnedija reċentement u viżwalizzazzjoni tad-data mtejba; iħeġġeġ lill-Fondazzjoni żżid l-isforzi tagħha u tirrapporta informazzjoni rilevanti dwar il-prestazzjoni liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-pubbliku in ġenerali b’lingwaġġ ċar u aċċessibbli; iħeġġeġ lill-Fondazzjoni tiżgura aktar trasparenza u obbligu ta’ rendikont pubbliku permezz ta’ użu aħjar tal-mezzi tal-midja u tal-midja soċjali; jistieden lill-Fondazzjoni tirrapporta żviluppi f’dak ir-rigward lill-awtorità ta’ kwittanza;

37.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)  https://www.eurofound.europa.eu/publications/report/2022/working-conditions-in-the-time-of-covid-19-implications-for-the-future

(2)  https://www.eurofound.europa.eu/publications/report/2021/impact-of-covid-19-on-young-people-in-the-eu#

(3)  Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).

(4)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/432


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1930 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0101/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0109/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/433


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1931 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0102/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0122/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/435


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1932 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0122/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 53 297 699, li jirrappreżenta żieda ta’ 27,81 % meta mqabbel mal-2020; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa kważi esklużivament derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li sforzi għall-monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 99,97 %; jinnota li dan jirrappreżenta tnaqqis żgħir ta’ 0,02 % meta mqabbel mal-2020; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 84,58 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 0,49 % meta mqabbla mal-2020;

Prestazzjoni

2.

Jinnota li l-Aġenzija tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u ttejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha; josserva li l-Aġenzija ddefiniet 59 KPI fil-pjan ta’ ħidma annwali tagħha għall-2021 u 9 KPIs pluriennali għall-Istrateġija pluriennali (MAS) 2019-2021; jinnota li, minbarra l-KPIs affettwati mill-pandemija tal-COVID-19 u dawk meqjusa li ma setgħux jitkejlu jew li ma setgħux jiġu vvalutati, l-Aġenzija laħqet il-miri għal 36 minn 49 KPI biss (73 % milħuqa fl-2020) u sitta minn sitt KPI pluriennali (100 %);

3.

Jinnota li l-Aġenzija kompliet issaħħaħ il-kooperazzjoni operattiva u r-riferiment ta’ każijiet mill-prosekuturi ta’ kollegament, li rriżultaw f’290 każ ġdid fl-2021; jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija kompliet tieħu passi biex iżżid ir-riferiment ta’ każijiet bejn l-Aġenzija u n-Network Ġudizzjarju Ewropew (NĠE), b’44 każ riferut lin-NĠE fl-2021; jinnota b’sodisfazzjon li fl-2021 l-Aġenzija ffaċilitat l-eżekuzzjoni ta’ Mandati ta’ Arrest Ewropej relatati ma’ 480 każ ġdid u 713-il każ li għadhom għaddejjin u ppermettiet l-użu ta’ 4 262 Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea; jinnota wkoll li prosekuturi nazzjonali minn madwar l-Unjoni u lil hinn irrikorrew għand l-Aġenzija għall-assistenza f’10 105 investigazzjoni kriminali transfruntiera (żieda ta’ 15 % meta mqabbla mal-2020), fosthom 4 808 li kienu każijiet ġodda miftuħa matul l-2021 u 5 297 minnhom kienu każijiet li għadhom għaddejjin;

4.

Jinnota b’apprezzament li l-Aġenzija kienet qed tappoġġja lill-Kummissjoni fit-tħejjija għall-bidu ta’ negozjati għal ftehimiet internazzjonali bejn l-Unjoni u 13-il pajjiż terz, għall-iskambju ta’ informazzjoni operattiva, inkluża data personali; jinnota wkoll li n-network tal-punti ta’ kuntatt tal-Aġenzija żdied għal 60 pajjiż fl-2021; jinnota wkoll it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-Unjoni u r-Renju Unit, bil-ħatra ta’ Prosekutur u Assistenti ta’ Kollegament mir-Renju Unit għall-Aġenzija;

5.

Jisħaq fuq ir-rwol importanti li għandha l-Aġenzija fl-għoti ta’ assistenza lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-prosekuzzjoni tal-kriminalità transfruntiera serja u organizzata; ifaħħar il-kontribut tat-tim iddedikat ta’ avukati u analisti tal-Aġenzija fl-għoti ta’ pariri legali, analiżi u assistenza operattiva, li jirriżulta f’466 każ appoġġjat direttament mit-tim fl-2021; ifaħħar lill-Aġenzija li fl-2021 appoġġjat 457 laqgħa ta’ koordinazzjoni u 22 ċentru ta’ koordinazzjoni b’vidjokonferenzi u soluzzjonijiet ibridi oħra flimkien mal-laqgħat li jsiru wiċċ imb’wiċċ; jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija pprovdiet tweġibiet rapidi sabiex tagħti appoġġ lill-awtoritajiet ġudizzjarji f’1 928 każ sensittivi mil-lat taż-żmien;

6.

Jilqa’ l-fatt li fl-2021 l-Aġenzija tejbet il-kooperazzjoni strateġika tagħha mas-sħab fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, bħall-Frontex, il-Europol u l-eu-LISA; jilqa’ wkoll l-iffirmar tal-Arranġament ta’ Ħidma bejn l-Aġenzija u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) biex jiġu implimentati b’mod prattiku l-mezzi ta’ kooperazzjoni stabbiliti fir-regolamenti rispettivi tagħhom; jilqa’ l-assistenza legali u operattiva sussegwenti offruta lill-UPPE fil-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni ma’ Stati Membri mhux parteċipanti;

7.

Jappoġġja t-tisħiħ ulterjuri tal-kooperazzjoni tal-Aġenzija mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-avukati, id-drittijiet tal-vittmi u l-problemi li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni;

Politika dwar il-persunal

8.

Jinnota b’apprezzament li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 100 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet eżegwita, b’207 aġenti temporanji maħtura mill-207 aġenti temporanji awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel mal-204 postijiet tax-xogħol mimlija mill-207 postijiet awtorizzati fl-2020); jinnota li, barra minn hekk, 30,5 aġent kuntrattwali u 19 minn 21 espert nazzjonali sekondat ekwivalenti full-time ħadmu għall-Aġenzija fl-2021; jinnota madankollu, mit-tweġiba tal-Aġenzija lill-awtorità ta’ kwittanza, it-tħassib tal-Aġenzija rigward ir-riżorsi umani insuffiċjenti allokati fil-QFP 2021-2027, b’mod partikolari fil-kuntest taż-żieda fil-kompiti u fid-domandi għall-Aġenzija biex tappoġġja każijiet operattivi u l-ammont ta’ xogħol addizzjonali li jirriżulta mill-qafas ġuridiku l-ġdid tal-Eurojust; jistieden lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni jinvolvu ruħhom fi djalogu attiv sabiex jindirizzaw il-kwistjoni ta’ nuqqas ta’ persunal fit-tabelli tal-persunal futuri tagħha;

9.

Jinnota n-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri u n-nuqqas ta’ bilanċ ġeografiku fi ħdan l-Aġenzija għall-2021; jinnota li l-Aġenzija rrappurtat sitt irġiel (67 %) u tliet nisa (33 %) fil-maniġment superjuri u intermedju, 18-il raġel (67 %) u disa’ nisa (33 %) fil-bord eżekuttiv tal-Aġenzija, u 77 raġel (33 %) u 158 mara (67 %) fil-persunal in ġenerali; jitlob lill-Aġenzija tiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri u bilanċ ġeografiku fil-livell tal-persunal; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom għall-bord eżekuttiv tal-Aġenzija;

10.

Jinnota b’apprezzament il-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tipprevjeni l-fastidju; jinnota li ġie maħtur grupp ġdid ta’ konsulenti kunfidenzjali peress li l-mandat preċedenti skada; jilqa’ l-fatt li fl-2021, l-Aġenzija offriet taħriġ ta’ aġġornament dwar il-fastidju psikoloġiku u sesswali lill-persunal kollu u taħriġ addizzjonali dwar il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti lill-konsulenti u lill-maniġers kunfidenzjali; jinnota li fl-2021 ma ġie rrapportat ebda każ ta’ fastidju;

11.

Jinnota b’interess li l-Aġenzija ħadet xi miżuri interni biex ittaffi l-pressjoni li t-telexogħol estiż ikkawża lill-persunal, bħal miżuri li jiżguraw id-dritt għall-iskonnessjoni u d-dritt għall-konċentrazzjoni; jinnota b’sodisfazzjon li, fir-rigward tad-dritt għall-konċentrazzjoni, ġew introdotti “ġimgħat kwieti” u “jiem mingħajr laqgħat” biex jitnaqqas l-istress u l-eċċess diġitali kkawżat mil-laqgħat virtwali u biex ikun hemm konċentrazzjoni fuq kompiti speċifiċi; jistieden lill-Aġenzija tikkondividi r-riżultati miksuba permezz ta’ dawn il-miżuri u prattiki tajbin fil-qasam tal-benesseri tal-persunal fil-kooperazzjoni tagħha ma’ aġenziji deċentralizzati oħra tal-Unjoni;

12.

Jinnota b’apprezzament li l-Aġenzija ħatret punt ta’ kuntatt għal kwistjonijiet ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, li jipprovdi lill-persunal bi gwida kunfidenzjali u imparzjali rigward ir-regoli dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta għall-persunal; jilqa’ l-organizzazzjoni ta’ ċiklu wieħed ta’ taħriġ dwar l-etika u ieħor dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta għall-persunal kollu fl-2021;

13.

Jinnota li l-Aġenzija rreklutat 23 aġent temporanju u kuntrattwali fl-2021 permezz ta’ proċeduri ta’ reklutaġġ esterni; jinnota li kien hemm żewġ ħatriet biex jikkumpensaw għall-effetti ta’ xogħol part-time li bħala medja kien ta’ 4,9 FTE matul is-sena; jilqa’ l-fatt li, f’konformità mal-KPIs tal-Aġenzija, fl-2021 il-perċentwal ta’ persunal użat għar-rwoli operattivi kien ogħla milli fl-2020; jinnota, madankollu, li l-OLAF kien qed iwettaq investigazzjoni, li għadha għaddejja, dwar allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet fir-reklutaġġ; jieħu nota li l-OLAF ma għamel l-ebda rakkomandazzjoni lill-Aġenzija fl-2021; jistieden lill-Aġenzija tiżgura kooperazzjoni sħiħa mal-OLAF u tirrapporta fil-ħin u b’mod trasparenti lill-awtorità baġitarja dwar l-eżitu tal-investigazzjoni;

14.

Jinnota b’apprezzament li l-Aġenzija implimentat il-Fażi 1 tal-għodda tar-riżorsi umani SYSPER, bl-ewwel moduli jsiru disponibbli f’Settembru 2021; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli timplimenta moduli oħra sabiex ittejjeb il-ġestjoni tar-riżorsi umani tagħha;

Akkwist

15.

Jinnota li fl-2021 ġew konklużi 51 proċedura ta’ akkwist għal valur totali ta’ EUR 42 249 672; jirrikonoxxi li l-Aġenzija ġiet awditjata mill-Qorti fil-qafas ta’ awditu tal-prestazzjoni dwar “tniżżil fuq lista sewda ta’ operaturi ekonomiċi”, li tkopri s-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u esklużjoni (EDES), biex jiġi vvalutat jekk l-esklużjoni hijiex tintuża b’mod effettiv biex tipproteġi l-fondi tal-Unjoni minn riċevituri mhux affidabbli; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-konklużjonijiet ta’ dan l-awditu, ladarba jkunu disponibbli;

16.

Jilqa’ l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tas-sejħa għall-offerti elettronika u s-sottomissjoni elettronika ta’ offerti fid-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri tal-akkwist, kif ukoll l-ittestjar attwali tal-għodda tal-ġestjoni tal-akkwist pubbliku (PPMT); jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-PPMT u tkompli l-proċess ta’ diġitalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist tagħha;

17.

Jinnota li, skont l-osservazzjoni tal-Qorti fir-rapport tal-awditjar tagħha għas-sena finanzjarja 2020, il-proċedura tal-akkwist għall-kiri ta’ vetturi b’rabta ma’ kuntratt qafas iffirmat fl-2018 kienet irregolari; jinnota l-kumment tal-Qorti li l-pagamenti sussegwenti kollha li saru abbażi ta’ dak il-kuntratt kienu irregolari, u li fl-2021 tali pagamenti kienu jammontaw għal EUR 34 022; jirrikonoxxi t-tweġiba tal-Aġenzija li ġew previsti rimedji għal każijiet bħal dawn; jissottolinja l-fatt li sitwazzjonijiet bħal dawn jistgħu jġibu ħsara lir-reputazzjoni tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tindirizza din is-sejba mingħajr aktar dewmien u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar is-soluzzjonijiet identifikati;

Prevenzjoni u ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess u trasparenza

18.

Jagħraf il-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi tagħha biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess; jinnota li fil-21 ta’ Ġunju 2021 l-Aġenzija adottat strateġija ġdida kontra l-frodi wara li wettqet valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi fl-ewwel nofs tal-2021; jilqa’ l-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju kkonfermat li r-riskju ta’ frodi fl-Aġenzija kien relattivament baxx;

19.

Jirrikonoxxi l-proċedura operattiva standard tal-Aġenzija fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess; jinnota b’interess li, barra minn hekk, il-persunal kollu li jitlaq mill-Aġenzija huwa mitlub jimla formola li titlob permess biex wieħed jidħol f’impjieg għas-sentejn sussegwenti ħalli jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess bejn il-pożizzjoni futura tiegħu u l-impjieg tiegħu mal-Aġenzija; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija tippubblika fuq is-sit web tagħha d-dikjarazzjonijiet ta’ interess u s-CVs tal-Membri Nazzjonali tagħha, tar-rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Bord Eżekuttiv, u tad-Direttur Amministrattiv; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li s-CVs tal-maniġment superjuri, tal-esperti esterni u tal-esperti interni mhumiex ippubblikati fuq is-sit web tagħha; jappella lill-Aġenzija biex tippubblika dawn is-CVs fuq is-sit web tagħha mingħajr aktar dewmien;

Kontroll intern

20.

Jilqa’ l-valutazzjoni tal-Aġenzija tas-sistema ta’ kontroll intern tagħha, li kkonkludiet li l-prinċipji ta’ kontroll intern kollha huma preżenti u qed jiffunzjonaw, b’nuqqasijiet żgħar li għalihom ġew previsti miżuri korrettivi;

21.

Jinnota r-rieżami limitat tal-implimentazzjoni tal-qafas ġuridiku l-ġdid tal-Aġenzija; jissottolinja li, fir-Rapport Finali tal-Awditjar ippreżentat f’Jannar 2021, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) kien jinkludi żewġ rakkomandazzjonijiet, li waħda minnhom tikkonċerna l-azzjonijiet tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva tagħha stess dwar il-kompiti operattivi, u l-oħra dwar il-ħtieġa li l-Aġenzija taġġorna r-reġistru tal-ġestjoni tar-riskju tagħha; jieħu nota li, skont il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Aġenzija ppreżentat fi Frar 2021, l-azzjonijiet previsti għall-ewwel rakkomandazzjoni għadhom għaddejjin, filwaqt li l-azzjonijiet previsti għat-tieni rakkomandazzjoni huma mmarkati bħala kompluti; jistieden lill-Aġenzija timplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-IAS u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress miksub;

22.

Jinnota r-rieżami limitat dwar l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ kontroll intern (QKI) il-ġdid tal-Aġenzija; jissottolinja li, fir-Rapport Finali tal-Awditjar ippreżentat f’Mejju 2021, l-IAS irrakkomanda lill-Aġenzija twettaq stħarriġ iCAT biex issaħħaħ il-valutazzjoni tal-kontrolli ħfief bħala parti mill-valutazzjoni ġenerali tal-ICF; jieħu nota li, skont il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Aġenzija ppreżentat f’Mejju 2021, l-istħarriġ intern iCAT huwa ppjanat li jsir fl-2022; jistieden lill-Aġenzija tkompli taħdem fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha u tirrapporta lill-awtorità baġitarja f’dan ir-rigward;

23.

Jinnota li fl-2021 il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) wettaq l-ewwel awditu tal-protezzjoni tad-data tal-attivitajiet tal-Aġenzija fil-qasam tal-protezzjoni tad-data, u li l-EDPS sab li, b’mod ġenerali, il-konformità tal-Aġenzija mal-qafas tal-protezzjoni tad-data kienet sodisfaċenti, mingħajr ebda kwistjoni kritika;

Id-diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

24.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija bdiet l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ konformità tal-EMAS (Skema ta’ Ġestjoni u Awditu Ambjentali)/ISO 14001; jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li, skont il-fornituri tal-enerġija tal-Aġenzija, 70 % tas-sorsi tal-enerġija tagħha jiġu mill-enerġija rinnovabbli; jinnota wkoll li l-Aġenzija, bħala parti min-Network ta’ Ekoloġizzazzjoni tal-UE, fl-2021 organizzat offerta pubblika għas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, għat-tnaqqis u għall-kumpens tas-servizzi relatati mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra;

25.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija bdiet għadd ta’ proġetti tal-ICT f’oqsma bħall-għodod tal-vidjokonferenzi, implimentazzjoni ta’ rimedji, għodod tar-reklutaġġ elettroniku; jilqa’ l-fatt li, fir-rigward tal-għodod tal-vidjokonferenzi, l-aġenzija varat proġett biex iżżid l-għadd ta’ lingwi ta’ interpretazzjoni disponibbli u ttejjeb l-esperjenza tal-utenti meta jingħaqdu ma’ xi waħda mill-vidjokonferenzi tal-Aġenzija;

26.

Jilqa’ l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex timmonitorja r-reġistri tas-sigurtà u twieġeb għal inċidenti potenzjali taċ-ċibersigurtà; jinnota li fl-2021 l-Aġenzija ffirmat Memorandum ta’ Qbil mal-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej (CERT-EU) biex ittejjeb l-appoġġ għaċ-ċibersigurtà u l-monitoraġġ tar-reġistri; jinnota wkoll li l-Aġenzija qed tiżviluppa struttura taċ-ċibersigurtà biex tantiċipa l-implimentazzjoni tar-regolament dwar iċ-ċibersigurtà li jmiss; jistieden lill-Aġenzija tibqa’ tirrapporta lill-awtorità baġitarja dwar il-progress f’dan ir-rigward;

27.

Jilqa’ l-parteċipazzjoni tal-Aġenzija bħala Aġenzija pilota fil-proċess tal-Kummissjoni li timplimenta sistema mmodernizzata tal-kontabbiltà u tal-ġestjoni finanzjarja, SUMMA; jinnota li matul l-2021, l-Aġenzija ipprovdiet appoġġ ewlieni lill-utenti fil-fażijiet differenti tal-implimentazzjoni ta’ SUMMA, mill-analiżi tar-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjoni sal-ittestjar, il-migrazzjoni tad-data u l-implimentazzjoni fil-produzzjoni fl-2022;

28.

Jilqa’ l-azzjonijiet meħuda mill-Aġenzija fl-2021 lejn il-bidu tal-inizjattivi preparatorji ewlenin għall-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet il-ġdida tal-Eurojust, relatati mal-proposta leġiżlattiva dwar l-iskambji ta’ każijiet diġitali ta’ terroriżmu transfruntier; jissottolinja li l-allokazzjoni ta’ kompiti ġodda permezz ta’ leġiżlazzjoni ġdida trid tkun akkumpanjata b’mod koordinat mir-riżorsi umani u baġitarji adegwati, li fl-istess ħin jinvolvu livell raġonevoli ta’ flessibbiltà sabiex jiġu pprevenuti sitwazzjonijiet li fihom ir-riżorsi jiġu allokati b’mod mhux f’waqtu;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

29.

Jinnota li fl-2021, it-tim tal-Kontinwità tal-Operat tal-Aġenzija kompla jiltaqa’ kull ġimgħa biex jiżgura li kwalunkwe impatt fuq il-ħidma tal-Aġenzija jkun ġie indirizzat b’mod proattiv; jinnota li l-Aġenzija ħadet xi azzjonijiet korrettivi bħal trasferimenti tal-baġit u reviżjoni matul is-sena tal-miri tal-KPI għal oqsma li komplew jiġu affettwati mill-COVID-19;

30.

Jinnota li fl-2021, 83 % tal-laqgħat ta’ koordinazzjoni saru online u 7 % saru permezz ta’ modalitajiet ibridi; jieħu nota tal-impenn tal-Aġenzija li tibqa’ torganizza perċentwal minimu ta’ laqgħat ta’ koordinazzjoni online jew permezz ta’ metodi ibridi u li tmexxi s-selezzjonijiet mill-bogħod;

Kummenti oħra

31.

Jinnota li l-Aġenzija kompliet issaħħaħ il-konformità tagħha mal-protezzjoni tad-data; ifakkar li nħoloq reġistru tal-attivitajiet ta’ pproċessar fuq is-sit web tal-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 57 tar-regolament tal-Aġenzija; josserva li ġew ippubblikati 82 rekord ta’ attivitajet ta’ pproċessar fuq is-sit web tagħha fi tmiem l-2021; jissottolinja li matul is-sena waslu u ġew ittrattati sitt talbiet għall-aċċess għad-data personali mill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data;

32.

Jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha u tirrapporta l-informazzjoni rilevanti dwar il-prestazzjoni liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-pubbliku ġenerali b’lingwaġġ ċar u aċċessibbli; iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżgura trasparenza u obbligu ta’ rendikont pubbliku akbar billi tutilizza aħjar il-mezzi tal-media u tal-midja soċjali;

33.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 91.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/440


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1933 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0102/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0122/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2021

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/441


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1934 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0103/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0138/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/443


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1935 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0138/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 178 310 917, li jirrappreżenta żieda ta’ 12,41 % meta mqabbel mal-2020; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 98,72 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 0,72 % meta mqabbla mal-2020; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 83,51 %, li tindika tnaqqis ta’ 1,58 % meta mqabbla mal-2020;

2.

Jinnota bi tħassib li l-osservazzjoni mill-Qorti li tenfasizza li l-Aġenzija qed tħabbat wiċċha ma’ sfidi rigward il-pagamenti tard għadha għaddejja; jikkondividi l-opinjoni tal-Qorti li din id-dgħufija rikorrenti tesponi lill-Aġenzija għal riskji ta’ reputazzjoni; jinnota l-isforzi li għamlet l-Aġenzija biex tnaqqas id-dewmien fil-pagamenti; ifaħħar il-fatt li fl-2021 ir-rata ta’ pagamenti tard kienet ta’ 7,8 % meta mqabbla ma’ 32,8 % fl-2020; jilqa’ l-impenn tal-Aġenzija li tilħaq massimu ta’ 5 % tad-dewmien fil-pagamenti fl-2022, inkluż billi timmonitorja indikatur ta’ prestazzjoni fuq bażi ta’ kull xahar u azzjonijiet oħra ta’ mitigazzjoni; josserva li l-approprjazzjonijiet relatati mal-baġit attwali riportati mill-2021 għall-2022 huma f’livell relattivament għoli ta’ 15,20 % jew EUR 25,7 miljun; jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha u tindirizza dan l-aspett f’konformità sħiħa mal-prinċipju tal-annwalità;

Prestazzjoni

3.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha; jinnota li fl-2021 l-Aġenzija mmonitorjat, b’kollox, 44 indikatur ta’ prestazzjoni korporattiv, li minnhom 33 laħqu jew qabżu l-miri stabbiliti;

4.

Ifaħħar il-progress li għamlet l-Aġenzija biex tissodisfa l-5 prijoritajiet strateġiċi pluriennali tagħha stabbiliti fl-Istrateġija tal-Europol 2020+; jinnota, b’mod partikolari, it-twaqqif tal-Uffiċċju SIRENE, it-twassil tal-portal tal-analiżi tad-data għall-analiżi operattiva, li jinkorpora karatteristiċi ġodda biex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-data mid-disinn u l-appoġġ regolari tal-Aġenzija għal erba’ proġetti ta’ innovazzjoni ewlenin ta’ Orizzont 2020; jinnota wkoll l-approvazzjoni fl-2021 tal-pjan ta’ implimentazzjoni għall-istrateġija tal-ġestjoni tal-informazzjoni tal-aġenzija, li għandu l-għan li jilħaq tmien objettivi strateġiċi permezz ta’ azzjonijiet u kompiti li se jiġu mmonitorjati u rrapportati regolarment mill-Unità tal-Ġestjoni tal-Informazzjoni li nħolqot reċentement;

5.

Jenfasizza l-fatt li fl-2021, l-għadd ta’ operazzjonijiet kien ta’ 2 519, jiġifieri 9 % ogħla minn dak fl-2020; jenfasizza wkoll ir-riżultati eċċellenti f’diversi oqsma bħall-użu tal-EIS (is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Europol) u QUEST (is-Sistema ta’ Tfittxija tal-Europol) fejn fl-2021 ġew irreġistrati aktar minn 12-il miljun tfittxija, li jirrappreżentaw żieda ta’ 20 % meta mqabbla mal-2020; jinnota l-valutazzjonijiet pożittivi li taw l-utenti fl-2021 fl-okkażjoni tal-istħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-utenti li wettqet l-Aġenzija fir-rigward ta’ bosta mill-attivitajiet tagħha;

6.

Jilqa’ l-fatt li fl-2021 iċ-Ċentru Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (ECTC) appoġġa total ta’ 1 010 operazzjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, li huwa ferm ogħla mill-mira annwali stabbilita ta’ 650; jinnota li fil-kuntest tal-Ftehim dwar il-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu mal-Istati Uniti, intalbu 104 tfittxija mill-Unjoni fl-2021, meta mqabbla ma’ 174 fis-sena preċedenti;

7.

Jilqa’ l-attivitajiet tal-Aġenzija taħt is-Sħubija tal-Balkani tal-Punent kontra l-Kriminalità u t-Terroriżmu, b’mod partikolari l-ewwel sessjoni ta’ ħidma ta’ analiżi tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ operazzjonali li saret f’Sarajevo, segwita minn kors ta’ taħriġ reġjonali li jiffoka fuq il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu f’Budapest, kif ukoll diversi sessjonijiet ta’ ħidma u webinars;

8.

Jilqa’ l-inizjattivi transfruntiera fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, l-aktar dawk mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u l-pajjiżi fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta’ Fuq (MENA) u t-Turkija; jinnota b’mod speċjali l-laqgħat tal-ECTC organizzati mid-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni tal-Kummissjoni mas-sħab kollha tal-Balkani tal-Punent biex jiddiskutu l-progress u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni konġunt dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu għall-Balkani tal-Punent; jinnota l-attendenza tal-ECTC f’diversi sessjonijiet ta’ ħidma, konferenzi u laqgħat organizzati mid-delegazzjonijiet mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fir-reġjun tal-MENA, il-Kunsill tal-Ministri tal-Intern Għarab u l-Proġett MENA Kontra t-Terroriżmu; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli l-kooperazzjoni transfruntiera mal-pajjiżi terzi fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu;

9.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija tistinka għal kooperazzjoni mill-qrib ma’ korpi oħra tal-Unjoni u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex tiggarantixxi l-interessi tas-sigurtà taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni; jilqa’ l-kooperazzjoni tal-Aġenzija mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) fl-Operazzjoni Sentinel, li magħha ngħaqad l-OLAF, mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fl-Operazzjoni Sentinel kontra l-frodi relatata mal-fondi tal-Unjoni għall-irkupru mill-COVID-19, u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) b’diversi modi, bħal permezz ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ u konferenzi; jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa rabtiet b’saħħithom ma’ istituzzjonijiet rilevanti oħra tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tesplora modi kif tikkondividi r-riżorsi jew il-persunal, jew it-tnejn li huma, fuq kompiti li jikkoinċidu ma’ aġenziji oħrajn b’attivitajiet simili, b’mod partikolari s-CEPOL;

10.

Jilqa’ t-twaqqif tan-Network tal-Esperti dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Europol, li għandu jintuża bħala mezz kif jitressqu proġetti, l-aħjar prattiki u avvenimenti marbuta mal-protezzjoni tad-data f’kuntest tal-infurzar tal-liġi;

11.

Jinnota l-kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) fl-2021, b’żieda ta’ attivitajiet rigward konsultazzjoni minn qabel kif meħtieġ fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (ir-“Regolament dwar il-Europol”); jinnota wkoll li l-azzjonijiet kollha (ħlief waħda li għad trid tiġi implimentata mil-lat tekniku) li jinsabu fil-pjan ta’ azzjoni mħejji mill-Aġenzija bħala segwitu għad-deċiżjoni tal-EDPS tat-18 ta’ Settembru 2020 rigward l-ipproċessar ta’ settijiet ta’ data kbar u kumplessi ġew implimentati u evalwati bis-sħiħ; jinnota wkoll li huwa stmat li 25 membru tal-persunal, li jirrappreżentaw 3 % tal-forza tax-xogħol tal-Aġenzija, huma impenjati għal sforzi biex jirrispondu għas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-data u azzjonijiet relatati mal-aċċertament; jinnota, madankollu, li f’Settembru 2022, l-EDPS talab li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tannulla żewġ dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-Europol emendat; jinnota b’apprezzament, fid-dawl tat-talba tal-EDPS li l-QĠUE tannulla żewġ dispożizzjonijiet, l-azzjoni li ħadu l-Istati Membri, is-sħab ta’ kooperazzjoni operattiva u l-Aġenzija, peress li ma saret l-ebda talba f’dawn l-artikoli u l-kontribuzzjonijiet kollha minn qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar l-Europol emendat sadattant ġew assenjati kategorija tas-suġġett tad-data;

12.

Jinsab partikolarment imħasseb dwar ilment individwali lill-EDPS introdott kontra l-Aġenzija minħabba rifjut li jingħata aċċess għal data personali; jinnota li l-EDPS ħareġ deċiżjoni fejn ta istruzzjonijiet lill-Aġenzija biex tikkonforma mat-talba tas-suġġett tad-data sentejn wara li kien ġie introdott l-ilment b’segwitu ta’ skambji bejn l-EDPS u l-Aġenzija; jappella lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress ta’ din is-sitwazzjoni u li tikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi tagħha dwar il-protezzjoni tad-data personali;

13.

Jilqa’ l-iffirmar ta’ memorandum ta’ qbil mal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali li tikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-konformità tal-Aġenzija mad-drittijiet fundamentali;

Politika dwar il-persunal

14.

Jinnota b’apprezzament li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, 99,80 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, b’614-il aġent temporanju maħtura minn total ta’ 615-il aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (l-istess bħal fl-2020); jinnota li, barra minn hekk, fl-2021 ħadmu għall-Aġenzija 214-il aġent kuntrattwali u 59 espert nazzjonali sekondat, b’235 u 71 awtorizzati, rispettivament; jinnota li l-Aġenzija tiddistingwi bejn erba’ kategoriji ta’ esperti nazzjonali sekondati, bi tliet kategoriji li ma għandhom l-ebda kost jew kostijiet limitati għall-baġit tal-Aġenzija u li jirrappreżentaw 91 persuna oħra, u b’hekk l-għadd totali ta’ esperti nazzjonali sekondati tela’ għal 150 fl-2021;

15.

Ifaħħar ir-rata baxxa tal-postijiet tax-xogħol vakanti tal-Aġenzija ta’ 0,2 % fl-2021, ferm inqas mill-mira annwali ta’ rata tal-postijiet tax-xogħol vakanti massima ta’ 2 %, kif ukoll it-tnaqqis fir-rata tad-dawran minn 10,9 % fl-2020 għal 6,9 % fl-2021; jinnota wkoll li l-Aġenzija timmonitorja regolarment dawk l-indikaturi apparagun tal-miri annwali; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija ħadet diversi miżuri biex tipprevjeni r-rati tad-dawran għoljin, bħall-possibbiltà ta’ avvanz fil-karriera intern, reġim ta’ xogħol flessibbli jew opportunitajiet ta’ taħriġ u żvilupp; jirrikonoxxi, madankollu, li għal ċerti pożizzjonijiet ristretti fil-qasam ċentrali tax-xogħol tal-infurzar tal-liġi t-tul massimu tal-kuntratt huwa ta’ disa’ snin;

16.

Jinnota d-distribuzzjoni tal-ġeneri rrapportata għall-2021 għall-maniġment superjuri u medju, fejn 83 % kienu rġiel (29 raġel u 6 nisa), għall-bord ta’ amministrazzjoni, fejn 79 % kienu rġiel (44 raġel u 12-il mara) u għall-persunal kollu, fejn 65 % kienu rġiel (541 raġel u 288 mara); jesprimi tħassib dwar tnaqqis fil-perċentwal tan-nisa fil-postijiet tax-xogħol maniġerjali, bi 17 % fl-2021 meta mqabbel ma’ 21 % fl-2020; jirrikonoxxi li r-responsabbiltà li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri fi ħdan il-membri tal-bord ta’ amministrazzjoni hija tal-Istati Membri; itenni t-talba tiegħu lill-Aġenzija u lill-Istati Membri biex jiżguraw distribuzzjoni aktar ugwali bejn il-ġeneri fil-bord ta’ amministrazzjoni, fil-maniġment tal-Aġenzija u fil-livelli tal-persunal fil-futur; ifakkar ukoll fl-importanza li tiġi żgurata rappreżentanza ġeografika bbilanċjata fost il-maniġment u l-membri tal-persunal tal-Aġenzija;

17.

Jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija li fl-2021 kien hemm inkjesta amministrattiva waħda dwar allegazzjonijiet ta’ fastidju fir-rigward ta’ sitwazzjoni ta’ kunflitt relatati max-xogħol; jinnota wkoll li l-inkjesta amministrattiva ġiet konkluża f’Ġunju 2022 u li ma kienet ittieħdet l-ebda deċiżjoni sa meta l-awtorità ta’ kwittanza rċeviet it-tweġiba tal-Aġenzija fis-16 ta’ Settembru 2022; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata fir-rigward tad-deċiżjoni u s-segwitu f’din il-kwistjoni; jinnota wkoll li fl-2021 ma tressaq l-ebda każ ta’ fastidju relatat mal-persunal tal-Aġenzija quddiem qorti;

18.

Jesprimi tħassib dwar it-tmien każijiet ta’ eżawriment irrapportati mill-Aġenzija fl-2021; ifakkar, madankollu, li dan jirrappreżenta inqas minn 1 % tal-persunal totali tal-Aġenzija; jinnota b’apprezzament li l-Aġenzija ħadet diversi azzjonijiet preventivi inklużi l-għoti ta’ pariri dwar is-saħħa u l-istil tal-ħajja okkupazzjonali, skedi mediċi part-time, kontrolli mentali, għażliet ta’ ħinijiet flessibbli tax-xogħol jew laqgħat dedikati għall-indirizzar tal-benessri tal-persunal;

19.

Jilqa’ l-approvazzjoni tal-istrateġija tal-Aġenzija għar-riżorsi umani 2020+ u l-istrateġija tad-diversità u l-inklużjoni; jilqa’ wkoll l-awditi dwar id-diversità, l-ugwaljanza u l-inklużjoni, u r-rieżami tal-qafas tal-etika tal-Aġenzija, it-tnejn imwettqa fl-2021 mill-kapaċità tal-awditjar intern (IAC); ifaħħar il-konklużjonijiet pożittivi ta’ dawn l-awditi;

20.

Jinnota b’apprezzament li wara t-tnedija tas-sistema ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani SYSPER mal-persunal kollu tal-Aġenzija, l-Aġenzija implimentat sett bażiku ta’ moduli, kif ukoll il-maġġoranza ta’ dawk fakultattivi; jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni ta’ aktar moduli għadha għaddejja; jistieden lill-Aġenzija tkompli d-diġitalizzazzjoni tal-attivitajiet tagħha ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani;

Akkwist pubbliku

21.

Jinnota li fl-2021 l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ akkwist annwali tal-Aġenzija laħqet 79 %, inklużi 10 proċeduri ta’ akkwist għal kuntratti ogħla minn EUR 15 000 għal valur totali ta’ EUR 58 314 000; jinnota bi tħassib kbir li kuntratt wieħed b’valur ta’ EUR 405 000 ġie konkluż taħt proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt; jistieden lill-Aġenzija tirrispetta bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet legali kollha dwar il-limiti għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi dwar kuntratti;

22.

Jilqa’ l-fatt li d-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku hija parti mill-politika tal-akkwist u mill-istrateġija tal-unità tal-finanzi tal-Aġenzija; jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża għodod ta’ akkwist elettroniku bħal Avviżi Elettroniċi, Sottomissjoni Elettronika ta’ offerti u Sejħa għall-Offerti Elettronika, u dawn tal-aħħar japplikaw ukoll għal proċeduri ta’ valur medju mill-2022; jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija tinsab fil-proċess li tintegra l-għodda għall-ġestjoni tal-akkwist pubbliku, maħsuba li tibda tintuża minn Jannar 2023; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli d-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist tagħha u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress miksub;

23.

Jilqa’ l-parteċipazzjoni tal-Aġenzija f’16-il proċedura ta’ akkwist interistituzzjonali organizzati minn awtoritajiet kontraenti oħrajn; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tipparteċipa f’tali prattiki sabiex issaħħaħ l-effiċjenza u tikseb ekonomiji ta’ skala;

24.

Ifaħħar li, skont ir-rapport tal-Qorti, fil-qasam tal-akkwist u l-ġestjoni tal-kuntratti, l-azzjonijiet kollha ta’ segwitu rigward l-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tlestew;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u trasparenza

25.

Jinnota l-miżuri eżistenti u l-isforzi li qed tagħmel l-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, il-protezzjoni tal-informaturi u l-ġlieda kontra l-fastidju; jinnota b’sodisfazzjon li d-dikjarazzjonijiet ta’ interess u s-CVs tal-membri tal-bord ta’ amministrazzjoni u tal-maniġment superjuri huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; ifaħħar lill-Aġenzija b’mod partikolari talli kienet fost id-disa’ aġenziji li kienu introduċew ir-regoli interni tagħhom stess biex jittrattaw in-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet fid-dritt tal-Unjoni li jirregolaw l-attivitajiet tal-membri tal-bordijiet tal-aġenziji, u b’hekk marret lil hinn mir-rekwiżiti legali minimi meta trattat sitwazzjonijiet ta’ “revolving door” potenzjali;

26.

Jinnota li bejn l-2019 u l-2021, l-Aġenzija vvalutat żewġ każijiet ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali fir-rigward ta’ membru anzjan tal-persunal li assuma impjieg ġdid xi mkien ieħor; jinnota bi tħassib is-sejba tal-Qorti li f’wieħed minn dawn il-każijiet l-Aġenzija ma ħarġitx id-deċiżjoni tagħha fl-iskadenza pprovduta mill-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal u b’hekk effettivament awtorizzat lill-persuna kkonċernata biex tassumi l-impjieg il-ġdid mingħajr l-ebda restrizzjoni; jinnota li, skont it-tweġiba tal-Aġenzija, valutazzjoni ex post ikkonfermat li l-Aġenzija ma kinitx esposta għal sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess; jistieden, madankollu, lill-Aġenzija tikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolamenti tal-Persunal u tapplika b’mod komprensiv u effettiv il-qafas ġuridiku applikabbli għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet potenzjali ta’ “revolving door” u r-riskju assoċjat ta’ kunflitti ta’ interess;

27.

Jinnota r-rapporti dwar il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Frontex fil-qasam tal-operazzjonijiet tal-gwardja tal-fruntiera, b’mod partikolari fid-dawl tas-sejbiet li jirrigwardaw il-programm “Ipproċessar ta’ Data Personali għall-Analiżi tar-Riskju” tal-Frontex; ifakkar li l-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u aġenziji oħra tal-ĠAI għandha tkun kompletament trasparenti u soġġetta għal qafas adegwat ta’ sorveljanza u li l-obbligu ta’ rendikont għandu jkun żgurat; jistieden lill-Aġenzija tieħu miżuri biex tiżgura l-konformità sħiħa mar-regoli tal-Unjoni dwar it-trasparenza kif ukoll mad-drittijiet fundamentali, mal-istandards tal-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari, u mal-obbligu ta’ rendikont, inkluż meta tikkoopera ma’ aġenziji u sħab oħra tal-ĠAI; iqis li l-iżvelar ta’ laqgħat u interazzjonijiet bejn l-Aġenzija u partijiet terzi meta dan jista’ jiġi żvelat mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet operattivi tagħha, jikkontribwixxi għall-iżgurar ta’ trasparenza miżjuda; jilqa’ l-ħatra malajr tal-uffiċjal tal-Aġenzija għad-drittijiet fundamentali, pożizzjoni li ġiet introdotta bir-Regolament (UE) 2022/991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li emenda r-Regolament dwar l-Europol u li daħal fis-seħħ fit-28 ta’ Ġunju 2022;

Kontroll intern

28.

Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni temm l-awditu tiegħu dwar il-ġestjoni tal-kuntratti tal-Aġenzija u ħareġ erba’ rakkomandazzjonijiet immarkati bħala “importanti”; jistieden lill-Aġenzija tieħu l-azzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jistieden lill-Aġenzija timplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet miftuħa kollha mmarkati bħala “importanti” maħruġa mill-IAS minn awditi preċedenti dwar il-ġestjoni u l-etika tar-riżorsi umani u s-sigurtà tal-IT u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jsir f’dan ir-rigward;

29.

Jinnota li l-komponenti tal-qafas ta’ kontroll intern tal-Aġenzija kienu preżenti u qed jiffunzjonaw b’mod integrat fl-Aġenzija u li s-sistema ta’ kontroll intern naqqset b’mod effettiv, għal livell aċċettabbli, ir-riskju li ma jintlaħqux l-objettivi annwali u pluriennali tal-Aġenzija fir-rigward tal-operazzjonijiet, ir-rapportar u l-konformità; jinnota l-progress tajjeb li għamlet l-Aġenzija fir-rigward tas-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar tal-IAC, b’rata ta’ implimentazzjoni ta’ 87 % tar-rakkomandazzjonijiet kritiċi u importanti ħafna kollha li ilhom jinħarġu mill-2015 (381 rakkomandazzjoni b’mod ġenerali) u previsti biex jitlestew fl-2021;

30.

Jinnota li fl-2021, l-IAC temmet ukoll tliet impenji ta’ awditjar dwar l-appoġġ operattiv mingħajr waqfien tal-Aġenzija, dwar il-validazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess tal-utenti mogħtija fl-ABAC u dwar id-dokument tal-forensika tal-Aġenzija bi 32 rakkomandazzjoni maħruġa, li tnejn minnhom huma mmarkati bħala “kritiċi” u li tnejn minnhom huma mmarkati bħala “importanti ħafna”; jinnota bi tħassib l-awditu tal-IAC tal-ġestjoni tal-assi tal-Aġenzija b’39 rakkomandazzjoni maħruġa, li 5 minnhom huma mmarkati bħala “kritiċi” u 15 huma mmarkati bħala “importanti ħafna”; jistieden lill-Aġenzija timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-IAC fil-qafas ta’ żmien miftiehem u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar f’din il-kwistjoni;

31.

Jinnota l-erba’ rakkomandazzjonijiet tal-Qorti li għamlet il-Qorti fir-rapport speċjali tagħha tal-2021 dwar l-effettività tal-appoġġ li l-Aġenzija tagħti lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra d-dħul klandestin ta’ migranti; jistieden lill-Aġenzija timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fil-qafas ta’ żmien miftiehem u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar f’dan ir-rigward;

Diġitalizzazzjoni u tranżizzjoni ekoloġika

32.

Jinnota l-iżviluppi varji relatati mal-ICT li għamlet l-Aġenzija fl-2021 fl-oqsma tal-iskambju ta’ informazzjoni, it-tfittxija, il-kontroverifika u l-ġestjoni tad-data, u l-akkreditazzjoni tas-sistemi tal-informazzjoni; jinnota wkoll il-progress tal-Aġenzija lejn l-interoperabbiltà tal-Unjoni u l-aċċess għal sistemi tal-IT fuq skala kbira tal-Unjoni, il-miżuri meħuda sabiex tiżdied iċ-ċibersigurtà tal-Aġenzija u inizjattivi oħra bħall-approvazzjoni tal-istrateġija tal-cloud ibrida tal-Aġenzija, l-għażla ta’ għodda għar-rikonoxximent tal-wiċċ permezz ta’ teknoloġija bijometrika u t-tnedija tal-għodda tal-firma elettronika għal dokumenti interni;

33.

Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija esperjenzat żewġ attakki ċibernetiċi ta’ attakk distribwit li jwaqqaf is-servizz kontra s-sit web pubbliku tagħha fl-2021; jinnota b’sodisfazzjon li dawn l-attakki kkawżaw biss tfixkil minimu;

34.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà u mal-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, u twettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari tal-infrastruttura tal-IT tagħha u tiżgura li jsiru awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tagħha; jissuġġerixxi li l-Aġenzija toffri regolarment programmi ta’ taħriġ aġġornati relatati maċ-ċibersigurtà għall-persunal kollu tagħha;

35.

Ifaħħar lill-Aġenzija talli fl-2021 irċeviet iċ-ċertifikazzjonijiet EMAS u ISO 14001:2015; jilqa’ l-isforzi tal-Aġenzija biex tnaqqas jew tikkumpensa l-emissjonijiet tagħha tas-CO2 li jvarjaw mix-xiri tal-elettriku minn sorsi kompletament rinnovabbli sa miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni fost il-persunal; jinnota li għal kuntratti ogħla minn EUR 15 000, l-Aġenzija tapplika kunsiderazzjonijiet ambjentali; jinnota b’apprezzament li l-Aġenzija timmonitorja l-impatt ambjentali tagħha permezz ta’ indikaturi ambjentali inklużi fir-rapport annwali tal-attività tal-Aġenzija;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

36.

Jinnota b’apprezzament li fl-2021 it-tim ta’ ġestjoni tal-kriżijiet tal-Aġenzija kompla jimmaniġġja l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 u pprovda gwida dwar passi li għandhom jittieħdu u aġġornamenti regolari lill-persunal; jinnota f’dan il-kuntest li xi attivitajiet li jirrikjedu preżenza fiżika kellhom jiġu posposti jew ikkanċellati, filwaqt li t-telexogħol baqa’ n-norma għall-biċċa l-kbira tal-persunal mhux operattiv; jilqa’ l-approvazzjoni tal-Analiżi tal-Impatt tan-Negozju tal-Aġenzija li tinkludi t-tagħlimiet meħuda mill-kriżi tal-COVID-19 u l-inċident tal-qtugħ tal-elettriku mill-2020;

Kummenti oħra

37.

Jinnota l-metriċi mtejba fl-2021 fir-rigward tal-preżenza tal-Aġenzija f’media fuq l-Internet ta’ impatt għoli u l-għadd ta’ viżitaturi għas-sit web tal-Aġenzija, kif ukoll l-isforzi tagħha biex iżżid il-viżibbiltà pubblika tagħha permezz ta’ intervisti u stqarrijiet għall-istampa; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tippromwovi l-ħidma, ir-riċerka u l-attivitajiet tagħha;

38.

Jistieden lill-Aġenzija tiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tal-operat tagħha lill-pubbliku, u tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-media soċjali u mezzi oħra tal-media; jilqa’ f’dan ir-rigward l-isforzi attwali tal-Aġenzija biex tippromwovi l-attivitajiet tagħha;

39.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 162, 13.4.2022, p. 16.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2022/991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati, tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol b’appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni (ĠU L 169, 27.6.2022, p. 1).

(4)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/449


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1936 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0103/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0138/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2021,

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/450


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1937 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0105/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0141/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/452


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1938 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0141/2023),

A.

billi, skont ir-rapport tad-dħul u n-nefqa tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 24 860 491, li jirrappreżenta żieda ta’ 2,87 % meta mqabbel mal-2020; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa kważi esklużivament derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 100,00 %, jiġifieri l-istess rata bħal dik fl-2020; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 70,95 %, li tirrappreżenta żieda żgħira ta’ 0,1 % meta mqabbla mal-2020;

2.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija rriportat aktar minn EUR 7 miljun (27 %) mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-2021 għall-2022, li 96 % minnhom kienu relatati ma’ attivitajiet operattivi; jenfasizza l-opinjoni mġedda tal-Qorti li l-livell għoli ta’ riporti jindika kwistjonijiet strutturali fl-implimentazzjoni tal-baġit mill-Aġenzija u jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità; jinnota li din hija kwistjoni rikorrenti; jirrikonoxxi t-tweġiba tal-Aġenzija li r-riporti għoljin jirriflettu prinċipalment in-natura tax-xogħol ewlieni tal-Aġenzija, li jinkludi attivitajiet li jkopru diversi xhur jew saħansitra jestendu lil hinn mill-aħħar tas-sena, u li l-perċentwal ta’ eżitu tal-baġit tal-Aġenzija hu aktar minn 99 %; jilqa’ l-isforzi tal-Aġenzija biex ittejjeb l-ippjanar tal-baġit tagħha billi tistabbilixxi għodda ta’ monitoraġġ dwar ir-riporti ppjanati minn sena għall-oħra; jistieden lill-Aġenzija tibqa’ timmonitorja l-livell tagħha ta’ riporti u ttejjeb iċ-ċikli ta’ implimentazzjoni tagħha;

3.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li t-tabella tal-persunal tal-Aġenzija ilha mill-2017 ma tiżdied, u li ż-żieda baġitarja tirrifletti prinċipalment l-indiċjar mar-rata tal-inflazzjoni u ma kinitx proporzjonata maż-żieda fil-piż tax-xogħol u fit-talbiet, b’mod partikolari wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/555 (2), li emenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 (3) (ir-“Regolament Fundatur”) biex introduċa attivitajiet ġodda fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-kooperazzjoni tal-pulizija; jenfasizza l-fatt li mingħajr riżorsi finanzjarji u tal-persunal adegwati, l-Aġenzija mhux se tkun tista’ twettaq il-kompiti kollha assenjati lilha u timplimenta bis-sħiħ il-mandat il-ġdid tagħha, u dan joħloq sitwazzjoni li tista’ tolqot il-kwalità tax-xogħol li tipprovdi l-Aġenzija;

Prestazzjoni

4.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża sistema ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) bħala parti mill-kejl tal-prestazzjoni tagħha; jinnota li fl-2021 tlestiet reviżjoni tal-qafas ta’ kejl tal-prestazzjoni u tal-KPIs tal-Aġenzija biex jiġu allinjati aħjar mar-rekwiżiti u l-ħtiġijiet tad-dokumenti ta’ programmazzjoni u tar-rapporti tal-attività; ifaħħar ir-rata għolja ta’ kisbiet abbażi tal-KPIs tagħha fl-2021, meta l-Aġenzija qabżet kważi l-miri kollha stabbiliti għal kull KPI; jinnota, b’mod partikolari, prestazzjoni fenomenali rigward l-għadd ta’ eżiti tar-riċerka prodotti, l-inputs mogħtija u l-eżiti aċċessati, u s-sodisfazzjon tal-partijiet ikkonċernati fir-rigward tal-avvenimenti tal-Aġenzija;

5.

Jilqa’ l-inizjattivi tal-Aġenzija biex toħloq sinerġiji ma’ aġenziji oħra tal-ġustizzja u l-affarijiet interni (ĠAI) f’għadd ta’ oqsma, inklużi d-diġitalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jinnota b’apprezzament il-kontribut attiv tal-Aġenzija għal total ta’ 60 attività fil-qasam tal-ĠAI fl-2021; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Aġenzija li tipparteċipa f’diversi proċeduri konġunti ta’ akkwist, bħal pereżempju dwar il-valutazzjoni tal-ħiliet maniġerjali; jinnota b’mod partikolari l-kooperazzjoni tal-Aġenzija mal-Eurojust fil-qbil dwar lista ta’ azzjonijiet konkreti f’oqsma ta’ interess komuni (eż. il-Mandat ta’ Arrest Ewropew) li għandhom jiġu implimentati fl-2021-2022; jinnota wkoll li fl-2021 l-Aġenzija ffirmat ftehimiet ta’ ħidma jew memoranda ta’ qbil mal-Europol, mas-CEPOL, mal-Eurojust u mal-EIGE; jilqa’ l-appoġġ għad-drittijiet fundamentali offrut mill-Aġenzija għal proġetti relatati mal-IA u l-bijometrika, immexxija mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) u mill-Europol;

6.

Jinnota li l-Aġenzija kkontribwiet għal total ta’ madwar 60 attività fil-qasam tal-ĠAI, inklużi 24 fil-qasam tal-migrazzjoni, l-ażil u l-ġestjoni tal-fruntieri, u 16 fil-qasam tas-sigurtà interna u l-kriminalità serja u organizzata; jisħaq fuq l-appoġġ ipprovdut mill-Aġenzija għal proġetti relatati mal-IA u l-bijometrika, immexxija mill-Europol u l-Frontex, u jqis li r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija għandhom jiġu kkunsidrati;

7.

Jilqa’ l-appoġġ ipprovdut mill-Aġenzija lill-Frontex fl-istabbiliment u r-reklutaġġ tal-osservaturi tad-drittijiet fundamentali (FRMs) u tal-viċi uffiċjal għad-drittijiet fundamentali tal-Frontex; jenfasizza l-fatt li l-Aġenzija kompliet l-involviment tagħha mal-Frontex, u li d-direttur tal-Aġenzija jieħu sehem fil-laqgħat tal-bord ta’ tmexxija tal-Frontex; jilqa’ wkoll ir-rwol attiv li għandha l-Aġenzija fit-taħriġ tal-FRMs tal-Frontex; ifakkar li, matul l-2021, l-Aġenzija pprovdiet appoġġ minn perspettiva tad-drittijiet fundamentali għal proġetti relatati mal-IA u l-bijometrika mmexxija mill-Europol u l-Frontex;

Politika dwar il-persunal

8.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, ġie eżegwit 93 % tat-tabella tal-persunal, bil-ħatra ta’ 67 aġent temporanju minn total ta’ 72 aġent temporanju li ġew awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (l-istess għadd ta’ postijiet tax-xogħol awtorizzati bħal dak fl-2020); jinnota li, barra minn hekk, fl-2021 kien hemm 30,1 aġent kuntrattwali (FTE) u 6 esperti nazzjonali sekondati (SNE) li ħadmu għall-Aġenzija;

9.

Jinnota b’sodisfazzjon il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-membri tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija, bi 3 irġiel (50 %) u 3 nisa (50 %) fil-livell tal-bord ta’ tmexxija, b’37 minn 64 membru (58 %) li huma nisa, u fi ħdan il-persunal ġenerali tal-Aġenzija, b’49 minn 96 membru (51 %) li huma nisa;

10.

Jirrikonoxxi l-ħidma li l-Aġenzija qed twettaq bħalissa biex tiżviluppa qafas tar-riżorsi umani għal perspettiva fit-tul abbażi tal-eżitu ta’ tliet eżerċizzji ewlenin rigward qafas ta’ kompetenza, valutazzjoni tal-volum ta’ xogħol u stħarriġ dwar il-benessri; jilqa’, f’dak il-kuntest, l-istabbiliment tal-pjan ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani l-ġdid tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tiffinalizza l-fażijiet li jifdal (valutazzjoni tal-kompetenza u analiżi tal-lakuni tal-forza tax-xogħol) sabiex tintroduċi sistema ta’ ġestjoni tat-talent ibbażata fuq il-kompetenza;

11.

Jilqa’ l-adozzjoni ta’ SYSPER mill-Aġenzija fl-2021; jinnota b’apprezzament li l-Aġenzija implimentat 9 moduli u qiegħda taħdem biex timplimenta 3 oħra, bl-intenzjoni li tadotta moduli addizzjonali mill-pakketti bażiċi u fakultattivi;

12.

Jinnota li fl-2021 ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ eżawriment mill-Aġenzija; jilqa’ l-miżuri li ħadet l-Aġenzija biex tappoġġja l-benessri tal-persunal, bħall-għoti ta’ servizzi ta’ appoġġ psikoloġiku lill-persunal jew li jkollha konsulent mediku fil-bini darba fil-ġimgħa;

Akkwist

13.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija nediet tmien proċeduri ta’ akkwist, tliet kuntratti miftuħa u ħamsa nnegozjati, u ffirmat 546 kuntratt, li tlieta minnhom kienu kuntratti diretti li jirrappreżentaw total ta’ EUR 2 768 596, waqt li 480 minnhom kienu kuntratti speċifiċi jew ordnijiet fl-ambitu ta’ kuntratti qafas għal total ta’ EUR 9 564 632 u s-63 li jifdal kienu kuntratti ta’ valur baxx għall-ammont ta’ EUR 269 428;

14.

Jinnota b’apprezzament li l-Aġenzija tagħmel użu minn eNotices, eTendering u eSubmission fil-proċeduri ta’ akkwist tagħha; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli d-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist tagħha u jilqa’ l-isforzi tal-Aġenzija lejn l-implimentazzjoni tal-għodda PPMT;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

15.

Jilqa’ l-miżuri eżistenti u l-isforzi li l-Aġenzija qed twettaq bħalissa biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u rigward il-protezzjoni tal-informaturi; jilqa’ l-azzjonijiet li ħadet l-Aġenzija fl-2021 fir-rigward tal-iżvilupp ta’ struzzjonijiet ta’ ħidma speċifiċi li jispeċifikaw il-fluss tax-xogħol tal-iżvelar ta’ informazzjoni protetta interna u l-komunikazzjoni sussegwenti tagħha dwar dawn ir-regoli lill-membri tal-persunal; jinnota li fl-2021 l-Aġenzija rrevediet il-gwida prattika tagħha dwar il-ġestjoni u l-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess għall-persunal; jinnota wkoll li fl-2021 ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ kunflitti ta’ interess u ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; ifaħħar lill-Aġenzija talli introduċiet ir-regoli tagħha stess biex tittratta n-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jirregolaw l-attivitajiet tal-membri tal-bord tagħha;

16.

Jinnota b’apprezzament li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess ta’ kważi l-membri kollha tal-bord ta’ tmexxija u l-membri tal-kumitat xjentifiku ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jinnota, madankollu, li l-Aġenzija ma ppubblikatx is-CVs tal-membri tat-tim maniġerjali u tal-esperti interni; jinnota, madankollu, li l-Aġenzija tippubblika deskrizzjoni bijografika qasira tal-membri tat-tim maniġerjali u tal-esperti interni; jistieden lill-Aġenzija tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess li jifdal u jilqa’ l-miżuri li diġà ttieħdu biex jiġu mmitigati r-riskji;

Kontrolli interni

17.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija wettqet eżerċizzju ta’ kontroll ex-post fuq kampjun ta’ tranżazzjonijiet imwettqa matul l-ewwel xhur tal-pandemija fl-2020; jinnota l-konklużjoni tal-Aġenzija li l-attività żvelat żewġ żbalji minuri potenzjali u rriżultat f’xi kummenti formali iżda ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni kritika; jilqa’ l-fatt li fl-2021 l-Aġenzija adottat verżjoni aġġornata tal-istrateġija tagħha kontra l-frodi bbażata fuq valutazzjoni tar-riskju speċifika, li tinkludi taħriġ għall-prevenzjoni tal-frodi, il-qawmien ta’ kuxjenza tal-persunal permezz ta’ sessjonijiet ta’ informazzjoni u valutazzjonijiet tar-riskju ta’ frodi;

18.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija wettqet valutazzjoni tal-livell ta’ implimentazzjoni tal-qafas ta’ kontroll intern il-ġdid tagħha; jinnota l-konklużjoni tal-Aġenzija li l-komponenti kollha tas-sistema huma preżenti u qegħdin jiffunzjonaw, b’xi titjib meħtieġ għall-prinċipji 3, 4, 5 u 14; jinnota, fir-rigward tal-prinċipji 3 u 5, li l-aġġornament tad-deskrizzjonijiet tal-impjieg għall-persunal kollu tlesta b’suċċess fl-2022, bl-allinjament tagħhom mal-mudell SYSPER tal-Kummissjoni; jinnota, fir-rigward tal-prinċipju 4, li l-qafas ta’ kompetenza qiegħed jiġi implimentat u jistieden lill-Aġenzija tħaffef l-azzjonijiet tagħha sabiex tiffinalizza l-esternalizzazzjoni ta’ politika ta’ komunikazzjoni interna integrata (il-prinċipju 14);

19.

Jinnota, fir-rigward tal-proċess ta’ reġistrazzjoni u awtorizzazzjoni tal-eċċezzjonijiet tal-Aġenzija, li ġew irreġistrati erba’ eċċezzjonijiet fl-2021 għal valur globali tat-tranżazzjonijiet ta’ aktar minn EUR 5 000 li l-ebda waħda minnhom, skont il-valutazzjoni tal-Aġenzija, ma kellha impatt finanzjarju;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

20.

Jirrikonoxxi l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura post tax-xogħol kosteffettiv u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; jinnota l-impenn tal-Aġenzija li twettaq valutazzjoni dwar kif tnaqqas l-impronta ambjentali tagħha filwaqt li tqis is-sitwazzjoni tal-bini attwali;

21.

Jinnota li l-Aġenzija adottat is-servizzi ta’ cloud (marbuta mat-telefonija, il-vidjokonferenzi u l-konferenzi fuq il-web, il-kollaborazzjoni online u l-ġestjoni tad-dokumenti) bejn l-2020 u l-2021, u b’hekk iddiġitalizzat il-flussi tax-xogħol finanzjarji interni u flussi tax-xogħol oħrajn; ifaħħar l-adozzjoni tas-Sistema għall-Ipproċessar tal-Missjonijiet (MiPS), li tikkontribwixxi għall-isforzi ta’ diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi umani u finanzjarji, inkluż billi tissostitwixxi flussi tax-xogħol ibbażati fuq il-karta filwaqt li toffri kapaċitajiet ta’ rapportar aħjar lill-persunal tagħha u l-funzjoni tar-riżorsi umani tagħha; ifaħħar ukoll l-azzjonijiet li qed timplimenta l-Aġenzija biex tiżgura ċ-ċibersigurtà, kif ukoll il-miżuri l-ġodda implimentati fl-2021, bħall-użu ta’ awtentikazzjoni b’żewġ fatturi, il-monitoraġġ tal-konnessjoni tal-ġeolokalizzazzjoni, u l-installazzjoni tal-aħħar aġġornamenti tal-prodotti; iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u mas-CERT-UE (l-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni) u twettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari tal-infrastruttura tal-IT tagħha u tiżgura li jsiru awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tagħha;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

22.

Jinnota li l-pjan ta’ kontinwità tal-operat baqa’ attiv fl-2021, u l-Aġenzija wettqet il-laqgħat u l-avvenimenti kollha tagħha virtwalment; jissottolinja li, bħala konsegwenza ta’ dan, minn total ta’ 29 attività ta’ taħriġ ippjanati, fil-fatt saru biss 13, permezz ta’ soluzzjonijiet online, u dan jirrappreżenta rata ta’ implimentazzjoni baxxa ta’ 45 %; jinnota wkoll li, biex jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fin-nuqqas ta’ laqgħat bejn il-persuni, ittieħdu serje ta’ deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija fil-forma ta’ proċeduri bil-miktub; josserva li, fir-rigward tar-reklutaġġ, l-Aġenzija għamlet użu mit-teknoloġiji tal-vidjokonferenzi għall-intervisti tal-kandidati;

23.

Jinnota li matul l-2021, l-Aġenzija wettqet valutazzjoni tar-riskju speċifika fuq il-proġetti kollha tal-2021, filwaqt li qieset ir-riskji relatati mal-pandemija tal-COVID-19; ifaħħar lill-Aġenzija, f’dan il-kuntest, talli identifikat azzjonijiet ta’ mitigazzjoni li l-implimentazzjoni tagħhom ippreveniet impatti kbar fuq il-finalizzazzjoni tal-attivitajiet ippjanati tal-proġetti; jissottolinja li l-Forum dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-2021, bħala l-avveniment ewlieni dwar l-istat tad-drittijiet fundamentali fi ħdan l-Unjoni, ġie organizzat b’format ibridu; Iħeġġeġ lill-Aġenzija tpoġġi fil-prattika t-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19 sabiex fil-futur torganizza aħjar il-laqgħat, l-avvenimenti u l-intervisti li jistgħu jsiru b’mod aktar effiċjenti b’mod remot pjuttost milli wiċċ imb wiċċ;

Kummenti oħra

24.

Jinnota l-ħidma kontinwa tal-Aġenzija biex iżżid il-viżibbiltà pubblika u l-preżenza online tagħha, b’għadd ta’ inizjattivi bħas-sett ta’ għodod tal-media elettronika dwar il-migrazzjoni, l-għodda għat-tagħlim elettroniku dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni u l-podcast dwar id-drittijiet fundamentali; jinnota, b’mod partikolari, li 798 organizzazzjoni mill-Istati Membri kollha tal-UE u mill-pajjiżi kandidati ħadu sehem fil-Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali tal-Aġenzija fl-2021, li laqqgħet flimkien aktar minn 3 000 persuna mid-dinja kollha; jenfasizza l-fatt li l-Aġenzija kompliet tkun l-aġenzija tal-Unjoni bl-ogħla għadd ta’ ordnijiet ta’ pubblikazzjoni; jinnota li r-referenzi għall-Aġenzija fil-media żdiedu b’35 %;

25.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orrizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 60.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/555 tal-5 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 168/2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 108, 7.4.2022, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).

(4)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/456


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1939 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0105/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0141/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/457


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1940 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0106/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 116 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0142/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta Metsola

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/458


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1941 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0142/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 535 245 042, li jirrappreżenta żieda ta’ 46,87 % meta mqabbel ma’ dak tal-2020; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom;

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

D.

billi l-Aġenzija ilha minn Diċembru 2019 timplimenta mandat ġdid b’żieda li hija sinifikanti f’termini ta’ missjonijiet u persunal, li tirrikjedi baġit adegwat;

E.

billi fl-2021 kien hemm żieda sinifikanti fil-baġit u fl-eżekuzzjoni tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija minħabba l-mandat estiż skont ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

F.

billi l-Qorti, fir-Rapport Speċjali Nru 8/2021 tagħha dwar l-appoġġ tal-Aġenzija għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni, ikkonkludiet li kien hemm diversi nuqqasijiet relatati mal-attivitajiet primarji tal-Aġenzija, speċifikament, il-monitoraġġ tas-sitwazzjonijiet, l-analiżi tar-riskji, il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltajiet, l-operazzjonijiet konġunti u l-interventi rapidi fil-fruntiera, l-operazzjonijiet ta’ ritorn u t-taħriġ tal-Aġenzija u n-nuqqas ta’ valutazzjonijiet tal-impatt u tal-ħtiġijiet qabel iż-żieda esponenzjali fl-ispejjeż tal-Aġenzija;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jilqa’ l-konklużjoni tal-Qorti li d-dħul u l-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2021 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.

Josserva li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 94,70 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 4,27 % meta mqabbla ma’ dik tal-2020; jistieden lill-Aġenzija tagħti attenzjoni akbar sabiex jiġu evitati livelli aktar baxxi ta’ impenji u tintlaħaq rata eqreb lejn il-mira ta’ 100 %;

3.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li, minkejja li l-unità finanzjarja tal-Aġenzija stabbiliet ċerti mekkaniżmi biex ittejjeb l-eżekuzzjoni tal-baġit, fl-2021, ir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 50,42 % biss, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 4,90 % meta mqabbla mal-2020; jinnota l-ispjegazzjoni tal-Aġenzija għal dan it-tnaqqis, fejn il-pagamenti għal operazzjonijiet fuq il-post isiru fil-biċċa l-kbira fis-sena N+1, u ż-żieda sinifikanti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-operazzjonijiet fuq il-post inevitabbilment irriżultat fi tnaqqis fir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-2021;

4.

Jinnota t-tieni emenda tal-baġit tal-Aġenzija fl-2021 b’rabta mar-ritorn għall-baġit tal-Unjoni ta’ EUR 14,5-il miljun; iqis li l-ġustifikazzjoni tal-Aġenzija għall-adozzjoni ta’ din l-emenda mhijiex biżżejjed; jitlob lill-Aġenzija, fir-rapportar futur tagħha, tipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza ġustifikazzjonijiet aktar elaborati dwar għaliex jiġu adottati emendi baġitarji, li jirritornaw il-flus lejn l-Unjoni;

5.

Huwa mħasseb li l-livell ta’ riporti (fondi C8) mill-2020 għall-2021 kien ta’ EUR 159 400 000, filwaqt li mill-2021 għall-2022 kien ta’ EUR 237 000 000; iqis li l-livell huwa partikolarment għoli; jesprimi dispjaċir għall-fatt li r-rata ta’ pagamenti tal-fondi C8 fl-2021 kienet ta’ 87 % biss, li hija anqas minn dik fis-snin preċedenti (2019 u 2020); jinnota, madankollu, l-osservazzjoni tal-Aġenzija li dan l-indikatur ġie affettwat mill-pandemija; josserva li l-għotjiet jirrappreżentaw madwar 60 % tal-baġit operattiv totali tal-Aġenzija u li, skont l-Aġenzija, ħafna minnhom huma relatati ma’ attivitajiet li normalment ikollhom perjodu estiż; jinnota wkoll l-osservazzjoni tal-Aġenzija li ammonti sinifikanti ta’ riporti huma ġġustifikati peress li l-biċċa l-kbira tagħhom huma marbuta maċ-ċiklu tal-ħajja tal-attivitajiet li għandhom data finali f’Diċembru, li tagħmel ir-riport inevitabbli; jifhem l-osservazzjoni tal-Aġenzija li r-riskju ta’ kanċellazzjoni tar-riporti huwa mmitigat mill-fatt li dawk ir-riporti kollha jrid ikollhom stabbilit impenn legali li jagħti livell ta’ ċertezza li l-ammonti se jitħallsu; ifakkar u jaqbel, madankollu, mal-pożizzjoni tal-Qorti li livelli eċċessivi ta’ riporti jistgħu, f’ċerti każijiet, jiġu pprevenuti billi jittejbu l-ippjanar tal-baġit u ċ-ċikli ta’ implimentazzjoni tiegħu; jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha f’din id-direzzjoni, inkluż billi tistinka għal stimi tal-ispejjeż u previżjonijiet baġitarji aktar preċiżi u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jkun sar;

6.

Jesprimi tħassib dwar l-osservazzjoni tal-Qorti enfasizzata bħala “paragrafu ta’ osservazzjonijiet” dwar ir-riport għall-2021 ta’ impenn baġitarju datat f’Diċembru 2020, mingħajr l-appoġġ ta’ impenn legali qabel tmiem l-2020; jinnota li l-pagamenti relatati ma’ din il-kwistjoni fl-2021 kienu jammontaw għal EUR 18 375 458; jieħu nota wkoll tal-fatt li l-Aġenzija indirizzat dan in-nuqqas ta’ konformità permezz ta’ impenji legali sussegwenti matul l-2021;

7.

Jinnota bi tħassib it-tieni osservazzjoni tal-Qorti enfasizzata bħala “paragrafu ta’ osservazzjonijiet” li l-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi taż-żona Schengen mhux tal-Unjoni u l-kontribuzzjoni saldatorja mill-Unjoni mhumiex ikkalkulati b’mod korrett; jinnota li din tal-aħħar kienet stmata żżejjed b’EUR 2,6 miljun u tal-ewwel kienet sottovalutata bl-istess ammont; jinnota wkoll li ma kien hemm l-ebda impatt fuq id-dħul operatorju tar-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja għas-sena 2021; isostni, madankollu, l-osservazzjoni tiegħu li din hija indikazzjoni tal-ħtieġa għal gwida addizzjonali mill-Kummissjoni lill-korpi tal-Unjoni dwar kif il-kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi għandhom jiġu kkalkulati b’mod korrett; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ gwida addizzjonali mingħajr aktar dewmien;

8.

Jinnota bi tħassib it-tielet osservazzjoni mill-“paragrafu ta’ osservazzjonijiet” li saret mill-Qorti, dwar id-dikjarazzjoni tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Aġenzija fir-rigward tan-nuqqas tal-informazzjoni meħtieġa għall-validazzjoni ta’ sistema ġdida stabbilita mill-uffiċjal awtorizzanti u li tintuża għall-forniment ta’ informazzjoni kontabilistika, li turi l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-Aġenzija u l-implimentazzjoni baġitarja; jinnota li l-istess sistema qed tintuża mill-Kummissjoni u li ġiet ivvalidata mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tipprovdi kjarifiki lill-awtorità ta’ kwittanza dwar din il-kwistjoni;

9.

Jenfasizza l-importanza ta’ Aġenzija b’saħħitha, effettiva u li tiffunzjona tajjeb, li tkun kapaċi tassisti lill-Istati Membri fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni komuni tal-Unjoni u li tiżgura ġestjoni integrata tal-fruntieri bil-ħsieb li dawk il-fruntieri jiġu ġestiti b’mod effiċjenti u f’konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali, u li tiżdied l-effiċjenza tal-politika ta’ ritorn tal-Unjoni; jinnota r-responsabbiltajiet kondiviżi li l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom fit-twettiq tal-obbligi rigward id-drittijiet fundamentali; jisħaq li l-ġestjoni effettiva u ġusta tal-fruntieri esterni hija ta’ importanza kruċjali għall-protezzjoni taż-żona Schengen bħala spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja; jisħaq li l-kooperazzjoni mill-qrib u l-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi f’aspetti bħall-ftehimiet ta’ riammissjoni, l-assistenza teknika, it-taħriġ, u l-attivitajiet ta’ ritorn, flimkien mal-għajnuna għall-iżvilupp huma importanti biex tiġi garantita ġestjoni effiċjenti tal-fruntieri tal-UE (3); iħeġġeġ lill-Aġenzija u lill-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw strutturi ta’ kooperazzjoni, ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni u ta’ skambju tal-aħjar prattiki;

10.

Jinnota l-miżuri tal-Aġenzija biex jiġi mmitigat ir-riskju għoli li jintilef il-baġit possibbli mhux minfuq, filwaqt li l-Istati Membri jibagħtu tabelli ta’ monitoraġġ fuq bażi ta’ kull xahar, li jindikaw l-ispejjeż reali aġġornati mġarrba; jistieden lis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) iwettaq evalwazzjoni tal-mekkaniżmu tal-Aġenzija għall-monitoraġġ tal-ispejjeż u tal-ħtiġijiet ta’ tbassir skont id-dispożizzjonijiet dwar l-għotjiet, kif ukoll l-effett, fuq il-ġestjoni finanzjarja tal-operazzjonijiet ta’ ritorn tagħha, li jirriżulta mill-aġġornament tas-sistemi tal-Applikazzjonijiet tal-Frontex għar-Ritorn (FAR) u l-Applikazzjonijiet tal-Ġestjoni tal-Migrazzjoni Irregolari (IRMA);

Prestazzjoni

11.

Jinnota li, fl-2021, l-Aġenzija implimentat struttura organizzazzjonali ġdida, sforz kbir biex tindirizza b’mod effettiv il-mandat estiż tagħha; jirrikonoxxi l-impatt u l-bidliet li kien jinvolvi r-ristrutturar tal-Aġenzija; ifaħħar, f’dan il-kuntest, l-istrateġija tal-Aġenzija għat-titjib fl-effiċjenza permezz tad-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni jew is-simplifikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri applikati f’ċerti oqsma;

12.

Jinnota li fl-2021, l-Aġenzija użat ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-prestazzjoni tal-attivitajiet tagħha, adottati mill-bord maniġerjali tal-Aġenzija u li jirriżultaw mid-dokument ta’ programmazzjoni uniku 2021-2023; jinnota b’apprezzament li sar titjib fil-livell tal-kwalità perċepita tal-prodotti u s-servizzi tal-Aġenzija, peress li fl-2021, laħqet marka ta’ 94,34 % tal-valutazzjonijiet minn medju, għoli għal għoli ħafna; jesprimi dispjaċir għall-fatt li għal xi indikaturi tal-prestazzjoni, l-Aġenzija qabżet il-miri stabbiliti, pereżempju fir-rigward ta’ pagamenti tard jew id-disponibbiltà ta’ tagħmir tekniku għall-iskjeramenti;

13.

Jinnota li l-Aġenzija skjerat b’suċċess l-ewwel uffiċjali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fl-Istati Membri ospitanti u f’erba’ ajruporti tal-Unjoni; jirrikonoxxi li l-attivitajiet ewlenin ta’ dan il-korp iffukaw fuq l-appoġġ tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-identifikazzjoni u l-ħruġ ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar, konsulenza għar-ritorn u titjiriet ta’ prenotazzjoni fil-FAR; jinnota wkoll li fl-2021, l-Aġenzija implimentat 19-il operazzjoni konġunta ma’ disa’ Stati Membri ospitanti, 23 Stat Membru parteċipanti, 32 awtorità u erba’ pajjiżi terzi involuti fihom; jinnota l-intervent rapidu fil-fruntieri tal-Aġenzija biex twieġeb għall-pressjoni migratorja fil-fruntiera esterna tal-art bejn il-Litwanja u l-Belarussja u biex tikkontrolla l-flussi tal-immigrazzjoni irregolari lejn il-Litwanja u l-Unjoni, iżda jenfasizza fl-istess waqt it-tħassib li ġabu magħhom dawn l-operazzjonijiet, inkluż it-tħassib kif indentifika l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali; jinnota s-sensibilizzazzjoni operattiva tal-Aġenzija b’rabta mal-intervent rapidu fil-fruntieri fil-Litwanja, l-operazzjoni konġunta fil-Kosta Opal fil-Kanal Ingliż u t-tnedija tal-operazzjoni konġunta l-ġdida f’pajjiż terz, jiġifieri s-Serbja; jinnota t-tnedija tal-fażi pilota għall-ewwel skjeramenti ta’ uffiċjali ta’ kollegament mill-Istati Membri; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-valutazzjoni tar-riżultati ta’ din il-fażi pilota ladarba titlesta;

14.

Jinnota li l-attivitajiet operattivi li twettqu fuq il-fruntieri tal-art fl-2021 wasslu biex ġew irrapportati 3 546 inċident, li kienu jinvolvu 16 304 migranti irregolari maqbuda, 6 461 migrant irregolari u 368 faċilitatur ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin arrestat; jinnota b’apprezzament l-isforzi tal-Aġenzija li wasslu għar-ritorn bl-ajru ta’ 18 301 ċittadin mhux tal-UE, li minnhom kien hemm 10 193 persuna fuq 337 operazzjoni b’titjiriet charter lejn 33 pajjiż ta’ ritorn u 8 108 persuni fuq titjiriet skedati lejn 107 pajjiżi ta’ ritorn; jirrikonoxxi li fl-2021 ir-ritorn b’mod volontarju kien jikkostitwixxi 57 % tar-ritorni kollha minn titjiriet skedati u li l-Aġenzija kriet 22 inġenju tal-ajru għal operazzjonijiet ta’ ritorn; ifaħħar it-tħejjija u l-organizzazzjoni b’suċċess tal-ewwel operazzjoni ta’ ritorn immexxija kompletament mill-Aġenzija, fejn l-Aġenzija tassumi r-rwol tal-Istat Membru li jorganizza;

15.

Jinnota li f’April 2021, ġiet iffirmata proċedura operattiva standard (SOP) emendata dwar il-mekkaniżmu tar-Rapport dwar l-Inċidenti Serji (SIR) u serviet biex tiddefinixxi r-rwol u l-kompetenzi tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali; jinnota wkoll li r-reviżjoni addizzjonali meħtieġa tal-SOP dwar il-mekkaniżmu SIR ġiet ittardjata u jilqa’ l-fatt li l-mekkaniżmu SIR bħalissa qed jiġi ffinalizzat f’kooperazzjoni mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u f’konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv tal-Aġenzija dwar id-Drittijiet Fundamentali; ifakkar li din kienet waħda mis-seba’ kundizzjonijiet indirizzati lill-Aġenzija fir-rigward tal-għoti tal-kwittanza fis-snin preċedenti; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-finalizzazzjoni tar-reviżjoni addizzjonali tal-SOP dwar il-mekkaniżmu SIR;

16.

Jisħaq li kull pjan operattiv għandu jinkludi mekkaniżmu ta’ rapportar trasparenti li jiżgura li kull inċident fiż-żona operattiva jiġi rrapportat u segwit kif xieraq; jisħaq li dan il-mekkaniżmu ta’ rapportar għandu japplika irrispettivament mill-mod kif dawn l-assi qed jiġu ffinanzjati, sabiex jiġi żgurat li l-Aġenzija, u b’mod partikolari l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, ikunu jistgħu jimmonitorjaw iż-żona operattiva kollha kemm hi u jinvestigaw is-SIRs kollha jew indikazzjonijiet oħra ta’ nuqqas ta’ konformità;

17.

Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-25 ta’ Jannar 2022 li fiha tagħti dettalji dwar il-proċeduri operattivi standard għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2019/1896 abbozzati f’konformità mal-kummenti u l-osservazzjonijiet tal-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen, l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, u l-Forum Konsultattiv tal-Frontex dwar id-Drittijiet Fundamentali;

18.

Jilqa’ l-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-IT tal-Każijiet ta’ Ritorn ibbażati fuq il-mudell tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet ta’ Ritorn (RECAMAS) fl-Italja, fil-Belġju u fil-Finlandja; itenni r-rakkomandazzjoni tal-bord maniġerjali tal-Aġenzija lill-Aġenzija biex timpenja ruħha wkoll ma’ Stati Membri oħra u tissodisfa l-prerekwiżiti meħtieġa biex issegwi dan l-eżempju;

19.

Jinnota żieda sostanzjali fl-għadd ta’ SIRs minn 10 SIRs biss fl-2020 għal 62 SIR fl-2021, li minnhom 53 kienu koperti mill-SOP li għadha kif ġiet emendata; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-ogħla ċifri rrapportati kienu mil-Litwanja u mill-Greċja; jilqa’ l-fatt li ġiet stabbilita proċedura ġdida li permezz tagħha l-inċidenti kollha li jinvolvu l-użu tal-forza jiġu kondiviżi mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali kull xahar li impenja ruħu li joħroġ valutazzjoni annwali ta’ din il-proċedura; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni; ifaħħar il-fatt li l-Osservaturi tad-Drittijiet Fundamentali (FROMs) bdew l-integrazzjoni tagħhom fil-qafas operattiv u lestew aktar minn 200 jum ta’ skjerament fejn żaru 10 pajjiżi u ħadu sehem fi 15-il missjoni ta’ ritorn;

20.

Jinnota li fl-2021, waslu 27 ilment fl-ambitu tal-mekkaniżmu tal-ilmenti tal-Aġenzija u dawn ġew rieżaminati mill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali li sitta minnhom qieshom ammissibbli; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar l-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali b’rabta mal-ilmenti ammissibbli;

21.

Ifakkar li, fis-sentenza tagħha tat-30 ta’ Ġunju 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) sabet li l-leġiżlazzjoni tal-Litwanja li tippermetti ċ-ċaħda tal-protezzjoni internazzjonali u t-tqegħid f’detenzjoni awtomatika tal-applikanti għas-sempliċi raġuni li jkunu qasmu l-fruntiera b’mod irregolari hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni; jinnota li, minn Lulju 2022, l-Aġenzija ma baqgħetx tipparteċipa jew tappoġġja lil-Litwanja bis-sorveljanza fil-fruntieri; jinnota madankollu li l-Aġenzija żammet l-operat tagħha fil-Litwanja u li l-aġenti kienu qed jaħdmu fuq il-kontrolli fil-fruntieri, anke wara s-sentenza tal-QĠUE; ifakkar ukoll fit-tħassib, inkluż mill-Kunsill tal-Ewropa, dwar is-sitwazzjoni umanitarja u l-allegat ksur tad-drittijiet umanitarji fil-fruntiera bejn il-Latvja u l-Belarussja, li kien ikkawżat mill-istrumentalizzazzjoni tal-migranti mir-reġim tal-Belarussja;; jistieden lill-Aġenzija tivverifika li mhijiex involuta f’attivitajiet relatati mal-leġiżlazzjoni Litwana ddikjarata inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni mill-QĠUE, u żżomm lura milli tipparteċipa fi kwalunkwe operazzjoni li hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni;

22.

Jinnota l-azzjonijiet legali kontra l-Aġenzija mibdija fil-QĠUE, f’isem il-vittmi li kienu fittxew protezzjoni fil-Greċja; jinnota li l-QĠUE ntalbet tiddetermina jekk l-Aġenzija naqsitx milli taġixxi f’konformità mal-Artikolu 46(4) tar-Regolament (UE) 2019/1896 billi żammet lura milli tieħu d-deċiżjoni li tirtira l-finanzjament tal-attivitajiet kollha tagħha jew ta’ parti minnhom fir-reġjun tal-Baħar Eġew, li tissospendi dawk l-attivitajiet jew li titterminahom kompletament jew parzjalment; jistieden lill-Aġenzija tipprovdi lill-Parlament id-dokumentazzjoni rilevanti kollha f’dan ir-rigward, inkluża l-opinjoni tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali tal-1 ta’ Settembru 2022, is-SIRs mill-2021 u l-2022 kif ukoll l-informazzjoni dwar l-investigazzjoni dwar il-każ tal-medjatur kulturali tal-Aġenzija li ġie mkeċċi bil-forza mit-Turkija flimkien ma’ mill-inqas 130 ċittadin ta’ pajjiż terz, kif ġie rrapportat f’Novembru 2021 lill-bord maniġerjali; jinnota li wara l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali rigward il-valutazzjoni tiegħu tas-sitwazzjoni fil-Greċja, l-ex Direttur Eżekuttiv ad interim u l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali impenjaw ruħhom mal-awtoritajiet Elleniċi biex jistabbilixxu salvagwardji għall-implimentazzjoni tal-qafas tad-drittijiet fundamentali f’attivitajiet operattivi mwettqa fil-Greċja; jinnota li apparti dawk id-diskussjonijiet, l-awtoritajiet Elleniċi fasslu pjan ta’ implimentazzjoni għall-implimentazzjoni tas-salvagwardji, li l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u l-bord maniġerjali rrikonoxxew bħala kisba pożittiva; jenfasizza l-fatt li l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jirrikonoxxi l-isforzi proċedurali, u jinnota li l-istess Uffiċjal irrakkomanda lill-Aġenzija tirtira mill-Greċja f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2019/1896;

23.

Jinnota l-kooperazzjoni tal-Aġenzija mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima sabiex jikkoordinaw u jikkondividu r-riżorsi f’oqsma bħall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, is-servizzi ta’ sorveljanza u komunikazzjoni, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, l-analiżi tar-riskju u, b’mod partikolari, il-kondiviżjoni tal-kapaċità; jinnota wkoll li tali kooperazzjoni hija rregolata minn Arranġament ta’ Ħidma Tripartitiku ffirmat mit-tliet aġenziji u aġġornat fl-2021 għal perjodu indefinit; jilqa’ l-implimentazzjoni tiegħu permezz, pereżempju, ta’ operazzjonijiet li jirrispondu għal kwistjonijiet relatati mal-gwardja tal-kosta f’żona marittima speċifika u servizzi ta’ inġenji tal-ajru ta’ sorveljanza pprovduti mill-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tesplora aktar il-possibbiltajiet biex tikkoordina u tikkondividi wkoll ir-riżorsi ma’ aġenziji oħra, b’mod partikolari mal-Aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, minkejja d-differenzi potenzjali tagħhom fl-attivitajiet operattivi;

24.

Jinnota li l-Aġenzija ilha tipposponi l-iskadenza għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni 1 tar-Rapport Speċjali 8/2021 tal-Qorti (skadenza fi tmiem l-2021) rigward it-titjib fil-qafas għall-iskambju tal-informazzjoni u fl-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea, b’aktar minn sena, minn nofs l-2022 għal Q3 u Q4 tal-2023; jitlob lill-Aġenzija tindirizza din il-kwistjoni bi prijorità;

Politika dwar il-persunal

25.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita fil-livell ta’ 82 %, bil-ħatra ta’ 861 aġent temporanju mill-1 050 aġenti temporanji awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni; jinnota li, barra minn hekk, 506 aġenti kuntrattwali u 187 espert nazzjonali sekondat ħadmu għall-Aġenzija (730 aġent kuntrattwali u 220 espert nazzjonali sekondat kienu awtorizzati għall-Aġenzija fl-2021); jilqa’ r-rata ta’ okkupanza tal-Aġenzija li żdiedet b’madwar 15 % meta mqabbla mas-sena 2020, bir-reklutaġġ ta’ 432 persuna ġdida, iżda żieda netta ta’ 320 pożizzjoni okkupata minn 1234 fl-2020 għal 1554 fl-2021; jinnota li r-rata ta’ okkupanza attwali fl-Aġenzija hija ta’ 79 %, li hija l-ogħla rata ta’ okkupanza minn mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2019/1896; jinnota wkoll li 44 membru tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) ġew integrati fid-Diviżjoni tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS; jesprimi dispjaċir għall-fatt li fl-2021, id-dawran estern tal-persunal tal-Aġenzija kważi rdoppja minn 2,8 % fl-2020 għal 4,4 % fl-2021; jirrikonoxxi l-isforzi sostnuti tal-Aġenzija u t-titjib kritiku fil-qasam tar-reklutaġġ, minkejja d-dewmien; jirrikonoxxi li r-reklutaġġ f’waqtu u l-kisba ta’ bilanċ ġeografiku għadhom ta’ sfida prinċipalment minħabba rata ta’ koeffiċjent baxxa għall-Polonja; jinnota wkoll li r-rata ta’ koeffiċjent baxxa għall-Polonja hija sfida li ilha teżisti għall-Aġenzija u li ġiet aggravata f’dawn l-aħħar xhur mill-inflazzjoni għolja rekord fil-pajjiż, li laħqet is-16,6 % f’Diċembru 2022;

26.

Jinnota t-tqassim skont il-ġeneru tal-Aġenzija rrapportat għall-2021 fil-livell tal-maniġment superjuri bi 15-il raġel (68,18 %) u seba’ nisa (31,82 %), fil-livell tal-bord maniġerjali b’55 raġel (83,3 %) u 11-il mara (16,7 %), u għall-persunal ġenerali tal-Aġenzija, b’1 116-il raġel (71,8 %) u 438 mara (28,2 %); jirrikonoxxi li r-responsabbiltà li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri fil-bord maniġerjali tinsab f’idejn l-Istati Membri; jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li, minkejja t-talbiet preċedenti tal-Parlament lill-Aġenzija u lill-Istati Membri, l-isforzi biex jittejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri fl-ogħla livell tal-maniġment u l-persunal tal-Aġenzija ma kinux biżżejjed; iħeġġeġ lill-Aġenzija u lill-Istati Membri jindirizzaw din il-kwistjoni u jqisu l-bilanċ bejn il-ġeneri meta jirreklutaw persunal ġdid u meta jagħmlu n-nomini u l-ħatriet għall-pożizzjonijiet imsemmija hawn fuq;

27.

Jinnota b’apprezzament il-ħatra tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali f’Ġunju 2021; ifakkar madankollu li l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) sab li l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali ma ġiex assenjat amministratur tal-każijiet għal rapporti dwar inċidenti serji b’allegat ksur tad-drittijiet fundamentali; jinnota wkoll li l-Aġenzija waslet eqreb lejn l-implimentazzjoni sħiħa tal-mandat estiż tagħha billi fl-2022 kellha total ta’ 46 osservatur tad-drittijiet fundamentali (FRMs), meta mqabbla ma’ 20 FRM biss fl-2021; jinnota li l-biċċa l-kbira tal-FRMs inħatru fil-livell AD; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li teżisti differenza bejn l-FRMs, peress li 15 għadhom reklutati fuq pożizzjonijiet AST, meta mqabbla mal-31 l-oħra rreklutati fil-livell AD; ifakkar fit-talba li ilha ssir mill-Parlament u mill-Kummissjoni għal mill-inqas 40 FRMs fil-livell AD; jenfasizza li r-Regolament (UE) 2019/1896 jipprovdi l-qafas għal aktar żidiet fl-għadd ta’ FRMs hekk kif l-Aġenzija tkompli tikber, u l-għadd inizjali ta’ 40 FRM huwa l-limitu minimu u mhux il-limitu massimu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija jimmodifikaw it-tabella tal-persunal tal-Aġenzija sabiex jirreklutaw l-FRMs kollha fil-livell AD; jistieden lill-Aġenzija twettaq aktar reklutaġġ tal-FRMs esklużivament fil-livell AD; jiddispjaċih ukoll għall-fatt li l-issodisfar tar-rekwiżit tal-Artikolu 110(6) tar-Regolament (UE) 2019/1896, li ppreveda r-reklutaġġ ta’ mill-inqas 40 FRM sa Diċembru 2020, ġie ttardjat bi kważi sentejn; ifakkar fir-rwol negattiv li kellu l-ex direttur eżekuttiv fid-dewmien ripetut ta’ dan il-proċess u jilqa’ l-isforzi tal-maniġment ad interim preċedenti biex jissodisfa dan ir-rekwiżit;

28.

Jilqa’ l-miżuri u l-politiki estensivi stabbiliti mill-Aġenzija kontra l-fastidju; jinnota b’apprezzament l-adozzjoni fl-2021 tal-Manwal ta’ Proċeduri għall-Konsulenti Kunfidenzjali tal-Frontex li jiddeskrivi l-applikazzjoni prattika tal-Politika tal-Aġenzija Kontra l-Fastidju; jirrikonoxxi r-rwol ewlieni li għandhom il-Konsulenti Kunfidenzjali biex jipproteġu d-dinjità tal-persunal tal-Aġenzija u jipprevjenu l-fastidju psikoloġiku u sesswali; jenfasizza, fl-istess ħin, l-importanza ta’ kultura organizzattiva li tqiegħed tali politiki fil-prattika, peress li fiż-żmien meta ġie adottat il-Manwal tal-Proċeduri, imġiba ħażina serja, inkluż dik relatata mal-fastidju, kompliet tippersisti fost individwi ewlenin fi ħdan l-Aġenzija; jirrikonoxxi li dawn ġew indirizzati fis-segwitu għas-sejbiet tal-investigazzjoni tal-OLAF; jilqa’, f’dak ir-rigward, l-impenn tal-Aġenzija għat-trasformazzjoni strutturali u t-tkabbir tan-network tal-Konsulenti Kunfidenzjali b’mod speċifiku; itenni l-appell tiegħu lit-tmexxija tal-Aġenzija biex twettaq investigazzjoni bir-reqqa dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri eżistenti kontra l-fastidju sesswali, tikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet rilevanti kollha, tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar is-sejbiet u tippreżenta pjan ta’ azzjoni dettaljat b’miżuri li jiżguraw tolleranza żero fir-rigward tal-fastidju sesswali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija;

29.

Jinnota r-risposti tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament li jgħidu li, fl-2021, b’kollox ġew irrapportati 10 każijiet ta’ fastidju lill-entitajiet kompetenti tal-Aġenzija; jinnota wkoll li mis-seba’ proċeduri formali li nfetħu fl-2021, ġew konklużi erba’ każijiet; jistieden lill-Aġenzija tivvaluta bir-reqqa kull każ pendenti, filwaqt li tieħu approċċ ta’ tolleranza żero għal fastidju psikoloġiku u sesswali jew kwalunkwe tip ieħor ta’ fastidju, u tipproċedi malajr biex dawk involuti jinżammu responsabbli għal din l-imġiba ħażina; jistieden ukoll lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni li reġgħet infetħet fir-rigward tal-mewta traġika ta’ membru tal-persunal fl-2020;

30.

Jinnota l-attenzjoni u l-proattività tal-Aġenzija fir-rigward tal-politiki u l-proċeduri dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH); jilqa’ f’dan il-kuntest il-ħolqien tal-grupp ta’ ħidma intern dwar l-OSH biex jiġu żgurati koordinazzjoni u konsultazzjoni interni effettivi, kif ukoll l-identifikazzjoni tal-prijoritajiet; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza fir-rigward tal-lista ta’ azzjonijiet u miżuri proposti li għandhom jiġu implimentati fl-ambitu tal-qafas tal-OSH u l-implimentazzjoni tagħhom; jinnota l-miżuri attwali stabbiliti mill-Aġenzija, il-ħin flessibbli u r-rimborż tal-attivitajiet sportivi, immirati lejn it-titjib tal-benessri tal-persunal tagħha fil-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jistieden lill-Aġenzija tadotta aktar miżuri f’dan il-qasam, anke billi tieħu eżempju minn istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni;

Akkwist

31.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija nediet 36 offerta miftuħa, filwaqt li 18 irriżultaw f’kuntratti ffirmati għal valur totali ta’ EUR 218 400 000, u 18 minnhom għadhom għaddejjin, b’valur stmat ta’ EUR 241 000 000; jinnota wkoll li l-Aġenzija nediet 29 proċedura ta’ valur baxx u medju (innegozjati ma’ tliet u ħames kandidati) b’valur totali ta’ EUR 12 000 000, u minn dawn id-29 proċedura, 25 minnhom irriżultaw f’kuntratti ffirmati fl-2021 għal valur totali ta’ EUR 11 800 000, filwaqt li erbgħa minnhom għadhom għaddejjin, għal valur totali ta’ EUR 300 000; jinnota wkoll li, fl-2021, l-Aġenzija ttrattat 203 proċeduri ta’ valur baxx ħafna (innegozjati ma’ kandidat wieħed) għal valur totali ta’ EUR 2 500 000; jinnota, fl-aħħar nett, li fl-2021 ġew ittrattati 991 proċedura taħt kuntratti qafas eżistenti għal valur totali ta’ EUR 194 600 000 u 900 minnhom irriżultaw f’kuntratti speċifiċi ffirmati jew f’formoli ta’ ordnijiet, b’valur totali ta’ EUR 172 200 000, filwaqt li 91 minnhom għal valur totali ta’ EUR 22 300 000 għadhom għaddejjin;

32.

Ifaħħar l-isforzi tal-Aġenzija fl-2021 biex tiżgura kuntratti strateġikament importanti f’oqsma bħall-appoġġ għall-inġenji tal-ajru ta’ sorveljanza, il-forniment ta’ tagħmir protettiv personali u provvisti sanitarji, il-provvista ta’ vetturi off-road bi trazzjoni fuq erba’ roti, il-provvista ta’ armi tas-servizz, il-proviżjonament ta’ immaġni bis-satellita, it-twassil ta’ servizzi ta’ tfassil tal-mappa, il-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni meteoroloġika u oċeanografika jew ix-xiri ta’ droni u ta’ tagħbijiet utli; jilqa’ d-diliġenza tal-Aġenzija fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ taħriġ dwar l-akkwist;

33.

Itenni t-tħassib serju tiegħu rigward ir-rapporti tal-media f’Awwissu 2022 skont liema rapporti l-Aġenzija għamlet użu minn kuntrattur li allegatament sfrutta medjaturi kulturali, billi offrielhom kundizzjonijiet tax-xogħol li jiksru l-istandards Ewropej dwar il-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol; jieħu nota tal-petizzjoni li bdew il-medjaturi kulturali f’dan ir-rigward kif ukoll l-ilment tagħhom lill-Ombudsman Ewropew; jieħu nota tar-risposti tal-Aġenzija lill-media li, wara l-petizzjoni, l-Aġenzija kkuntattjat lill-kuntrattur biex tfakkru dwar l-obbligi tiegħu; jiddeplora l-fatt li l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kuntratt u r-rispett tal-kundizzjonijiet għall-ħaddiema ma setgħetx tinstab fl-informazzjoni li l-Aġenzija pprovdiet lill-Parlament;

34.

Jinnota bi tħassib l-osservazzjonijiet tal-Qorti fil-qasam tal-akkwist; jinnota b’mod partikolari li l-Aġenzija nediet proċedura ta’ akkwist għal kuntratt qafas għall-forniment ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, fejn ir-rekwiżiti għall-kapaċità finanzjarja, teknika u professjonali tal-offerenti ġew stabbiliti f’livell baxx ħafna; jinnota li l-valur stmat tal-kuntratt li fuqu l-Aġenzija bbażat il-valutazzjoni tagħha kien ta’ EUR 15 000 000, filwaqt li l-valur sottostanti tal-kuntratt kien ikopri l-ispejjeż ippjanati tal-missjoni li kienu stmati għal madwar EUR 240 000 000; itenni l-konklużjoni tal-Qorti li f’dan il-każ, l-Aġenzija esponiet lilha nnifisha għal diversi riskji, bħall-impossibbiltà li jiġu pprovduti servizzi kuntrattati bil-kwalità minima fil-ħin u r-riskju li l-kuntratt ma jsirx b’mod korrett; jiddispjaċih għall-fatt li l-kuntratt wassal għal nuqqas ta’ prestazzjoni li rriżulta f’interruzzjonijiet serji fil-kontinwità tal-operat; jilqa’ l-fatt li wara l-verifiki, il-kuntratt ġie tterminat immedjatament; jisħaq li r-rekwiżiti laxki li jintużaw għall-valutazzjoni tal-offerenti jew il-valutazzjonijiet li jitwettqu abbażi ta’ data qarrieqa jridu jiġu evitati;

35.

Jinnota r-rapportar tal-Aġenzija dwar it-titjib tal-ippjanar u l-monitoraġġ tal-pjan annwali għall-akkwist; jistieden lill-IAS jinkludi dan il-pjan fl-awditi futuri tiegħu;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

36.

Jilqa’ l-implimentazzjoni b’suċċess tat-talbiet tal-Parlament għall-pubblikazzjoni tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri tal-bord maniġerjali tal-Aġenzija u tal-maniġment eżekuttiv tagħha fuq is-sit web tal-Aġenzija;

37.

Jinnota l-passi ulterjuri li ttieħdu sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tal-attivitajiet tal-Aġenzija; jilqa’ d-deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija li jiġi stabbilit ir-Reġistru tat-Trasparenza skont l-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/1896; jinnota r-risposta lill-awtorità ta’ kwittanza li tipprovdi informazzjoni dwar il-kuntatti u l-laqgħat irreġistrati u dokumentati fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-Aġenzija fl-2021; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta b’mod regolari lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-implimentazzjoni u l-użu ta’ din l-għodda;

38.

Ifakkar fid-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew fl-investigazzjoni fuq inizjattiva proprja tagħha dwar l-obbligi tad-drittijiet fundamentali; itenni wkoll li l-Aġenzija għandha obbligu li tiżgura trasparenza proattiva kif iddikjarat fl-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) 2019/1896; jistieden lill-Aġenzija timplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Ombudsman Ewropew; itenni s-suġġeriment tiegħu li l-Aġenzija tiżviluppa u timplimenta kodiċi ta’ kondotta ġdid li jiżgura trasparenza sħiħa u ġestjoni tajba u li l-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar f’dak ir-rigward;

39.

Jisħaq li l-Ombudsman Ewropew sabet amministrazzjoni ħażina minn naħa tal-Aġenzija fir-rigward tal-prattika reċenti tagħha fejn jidħol l-aċċess għad-dokumenti fid-deċiżjoni tagħha tal-15 ta’ Diċembru 2022 fil-Każijiet 1261/2020 u 1361/2020;

40.

Jirrikonoxxi n-nota ta’ informazzjoni tal-Aġenzija tas-27 ta’ Ġunju 2022 dwar l-azzjonijiet li ħa l-maniġment tal-Aġenzija matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, b’mod partikolari l-isforzi tiegħu biex isaħħaħ il-proċeduri meħtieġa għal governanza tajba u l-obbligu ta’ rendikont fl-organizzazzjoni, permezz tat-tisħiħ tat-trasparenza, il-komunikazzjoni proattiva u l-involviment mal-partijiet ikkonċernati interni u esterni; jilqa’ l-inizjattiva tal-Aġenzija għal dokument operattiv li jinforma lill-pubbliku dwar l-attivitajiet operattivi tagħha b’mod komprensiv; jilqa’ wkoll l-impenn tal-Aġenzija li tippubblika fuq is-sit web tagħha r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u mill-Forum Konsultattiv għall-bord maniġerjali; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija fl-aħħar żiedet it-trasparenza tagħha fil-Jiem tal-Industrija tagħha permezz tal-pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-Aġenzija ta’ rapporti ta’ segwitu li jipprovdu informazzjoni dwar il-kumpaniji li jipparteċipaw fil-Jiem tal-Industrija u l-preżentazzjonijiet tagħhom;

41.

Jinnota li l-applikazzjoni tal-miżuri u tal-linji gwida tal-Aġenzija dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta ġabet riżultati; jirrikonoxxi li fl-2021 il-persunal irrapporta każ wieħed ta’ attività frodulenti u żewġ każijiet ta’ allegat fastidju; jinnota wkoll li mit-tliet każijiet, wieħed ġie magħluq, filwaqt li ż-żewġ każijiet li jifdal għadhom għaddejjin fil-livell ta’ missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni; jistieden lill-Aġenzija tiżgura li dawk responsabbli jagħtu kont ta’ għemilhom u tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-eżitu u l-passi ulterjuri li ttieħdu fir-rigward ta’ dawn it-tliet każijiet;

42.

Itenni li ż-żieda fil-kompetenzi u fir-riżorsi allokati lill-Aġenzija trid tkun akkumpanjata minn żieda fit-trasparenza u fl-obbligu ta’ rendikont, kif ukoll mir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u l-ħarsien sħiħ tagħhom; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-fatt li l-Aġenzija tuża Reġistru tat-Trasparenza u jinnota l-prijoritizzazzjoni tal-isforzi kemm mill-bord maniġerjali kif ukoll mill-maniġment eżekuttiv biex ikomplu jtejbu l-arranġamenti tal-integrità u l-obbligu ta’ rendikont fil-livell ta’ bejn l-Aġenziji; jinnota b’sodisfazzjon, f’dan ir-rigward, l-istabbiliment ta’ Kapaċità tal-Awditjar Intern u l-adozzjoni ta’ Karta tal-Awditjar Intern fl-2022; itenni d-dispjaċir tiegħu għar-rekord tal-Aġenzija taħt it-tmexxija tad-direttur eżekuttiv preċedenti fir-rigward tal-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u r-rispett għad-drittijiet fundamentali u li kien qed jaġixxi bħala direttur eżekuttiv matul is-sena 2021 u li rriżenja biss fid-29 ta’ April 2022; jilqa’ l-impenn espress tal-maniġment eżekuttiv ad interim biex jindirizza bis-sħiħ dawn il-kwistjonijiet; jisħaq li tali obbligu ta’ rendikont u trasparenza, u konformità mad-drittijiet fundamentali huma essenzjali fl-evalwazzjoni għall-għoti ta’ kwittanza lill-Aġenzija għas-sena finanzjarja rispettiva;

Kontroll intern

43.

Jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Aġenzija tas-sistema ta’ kontroll intern li kienet parzjalment effettiva fl-2021; itenni t-tħassib tal-bord maniġerjali li f’żewġ oqsma biss mis-17-il qasam vvalutati ma ġie identifikat l-ebda nuqqas; jesprimi wkoll it-tħassib tiegħu dwar il-fatt li ġew identifikati nuqqasijiet kbar fir-rigward tal-qasam 5 (“iżomm lill-individwi responsabbli għar-responsabbiltajiet ta’ kontroll intern tagħhom fl-ilħuq tal-objettivi”) u għall-qasam 10 (“jagħżel u jiżviluppa attivitajiet ta’ kontroll li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tar-riskji għall-ilħuq tal-objettivi f’livelli aċċettabbli”); jilqa’ l-15-il azzjoni ta’ titjib tal-Aġenzija biex issaħħaħ il-kontrolli fl-oqsma fejn ġew identifikati nuqqasijiet ta’ kontroll; jinnota li erba’ azzjonijiet minnhom jirrikjedu titjib fuq bażi kontinwa u li erba’ azzjonijiet oħra għadhom għaddejjin; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar;

44.

Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-Aġenzija rreġistrat ammont kbir ta’ avvenimenti ta’ nuqqas ta’ konformità fil-qasam tal-kuntratti u, b’mod partikolari, il-ġestjoni tal-għotjiet; jiddispjaċih li l-għadd ta’ devjazzjonijiet (eċċezzjonijiet u avvenimenti mhux konformi) u l-valur relatat magħhom żdiedu b’mod partikolari minn 106 fl-2020 għal 159 fl-2021 u minn EUR 10,2 miljun fl-2020 għal EUR 21,3 miljun fl-2021, rispettivament; jinnota bi tħassib li fl-2021 il-qasam tal-ġestjoni tal-għotjiet ammonta għal 72 % ta’ dan l-ammont; jinnota wkoll li fl-2021, ġew irreġistrati tmien devjazzjonijiet b’ammont akbar minn EUR 1 miljun;

45.

Jiddispjaċih li hemm dewmien fl-implimentazzjoni ta’ 12-il rakkomandazzjoni mill-IAS dwar il-ġestjoni tal-kuntratti, il-governanza tal-IT u l-ġestjoni tal-proġetti, il-ġestjoni u l-ippjanar u l-allokazzjoni tar-riżorsi umani; jistieden lill-Aġenzija tikkoreġi dawn in-nuqqasijiet mill-aktar fis possibbli u, jekk ikun meħtieġ, b’assistenza mingħand il-Kummissjoni, u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress rigward din il-kwistjoni;

46.

Ifakkar fir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-Aġenzija għandha tadotta u timplimenta politika dwar il-postijiet sensittivi; jinnota li l-Aġenzija rrapportat li l-abbozz ta’ tali politika qed jiġi ffinalizzat; jistieden lill-Aġenzija timplimenta din ir-rakkomandazzjoni mill-aktar fis possibbli;

47.

Jinnota l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar id-dgħufijiet fil-kontroll intern tal-Aġenzija fl-oqsma tal-proċeduri ta’ reklutaġġ, tal-proċeduri ta’ akkwist u fir-rigward tad-delega tas-setgħat lill-uffiċjali awtorizzanti b’delega jew b’subdelega; jinnota wkoll ir-risposti tal-Aġenzija għas-sejbiet tal-Qorti u l-miżuri diġà implimentati; jilqa’ l-adozzjoni mill-Aġenzija f’Jannar 2022 ta’ struzzjonijiet aktar ċari lill-membri tal-kumitat ta’ selezzjoni li jiżguraw valutazzjoni aktar konsistenti u proċeduri armonizzati; jistieden lill-IAS jinkludi l-proċeduri ta’ reklutaġġ aġġornati tal-Aġenzija fl-awditi futuri tiegħu;

48.

Jilqa’ l-fatt li ġew introdotti miżuri biex tittejjeb il-proċedura ta’ riport sabiex jiġu pprevenuti riporti irregolari; jilqa’ wkoll il-ftehim li jiġu involuti s-servizzi finanzjarji tal-Aġenzija fil-proċess ta’ riport, it-titjib ippjanat tat-taħriġ ipprovdut lill-uffiċjali awtorizzanti b’delega, kif ukoll l-istabbiliment ta’ Kapaċità tal-Awditjar Intern fl-Aġenzija;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

49.

Ifaħħar l-għan tal-Aġenzija li tintegra aktar is-sostenibbiltà fl-attivitajiet operattivi, analitiċi, xjentifiċi u amministrattivi tagħha; jinnota l-valutazzjoni pożittiva tal-esperjenza tal-Aġenzija fl-akkwist pubbliku ekoloġiku, wara l-introduzzjoni ta’ linji gwida f’dan il-qasam; jilqa’ l-fatt li, kif tħeġġeġ l-awtorità ta’ kwittanza, l-Aġenzija għażlet li tikkondividi prattiki tajbin u tagħlimiet meħuda ma’ aġenziji oħra; jilqa’ wkoll l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-akkwist ekoloġiku; jinnota li l-entitajiet tal-Aġenzija huma kontinwament imħeġġa jużaw kriterji u soluzzjonijiet ekoloġiċi fl-akkwist pubbliku;

50.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija kellha l-Presidenza tan-Network tal-Aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (JHAAN) magħmul minn disa’ aġenziji tal-Unjoni; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Aġenzija li tesplora l-kooperazzjoni fost l-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, permezz ta’ seminars u attivitajiet ta’ taħriġ fil-qasam tat-tibdil fil-klima, ir-reati ambjentali, in-newtralità karbonika korporattiva u l-politiki tal-Patt Ekoloġiku; jinnota b’apprezzament li l-JHAAN impenja ruħu li jieħu serje ta’ azzjonijiet biex jappoġġja l-ambjent u jiġġieled il-kriminalità ambjentali; ifaħħar il-fatt li l-JHAAN iffirma Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Patt Ekoloġiku tal-UE li fiha impenja ruħu li jaderixxi mal-objettivi tal-politika Ewropea relatati ma’ dan il-qafas u li jappoġġja lill-Unjoni u lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom;

51.

Jilqa’ d-diversi miżuri li ħadet l-Aġenzija biex tnaqqas l-impatt ambjentali tal-attivitajiet tagħha, inkluż permezz ta’ soluzzjonijiet diġitali għaċ-ċirkolazzjoni ta’ dokumenti mingħajr karti, fluss tax-xogħol mingħajr karti għal tranżazzjonijiet finanzjarji, għodod ta’ tagħlim elettroniku għal attivitajiet ta’ taħriġ jew laqgħat remoti; jifhem li, fil-perkors tagħha lejn in-newtralità karbonika, l-għan tal-Aġenzija huwa li tiġbor data dwar il-marka tal-karbonju u l-konsum għal kull persuna; jinnota wkoll li l-Aġenzija nediet studju bit-titlu “The Green Deal and the European Border and Coast Guard” (Il-Patt Ekoloġiku u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta) biex tinkorpora s-sostenibbiltà ambjentali fil-proċessi, fil-politiki u fl-operazzjonijiet kollha tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar ir-riżultati ta’ dan l-istudju u s-segwitu għalih;

52.

Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Aġenzija li tadotta l-Istrateġija dwar iċ-Ċibersigurtà tagħha li tindirizza l-azzjonijiet li jridu jitwettqu biex tiżdied ir-reżiljenza kontra t-theddid taċ-ċibersigurtà u jiġu protetti r-rekords diġitali tal-Aġenzija; jilqa’ wkoll f’dan il-qasam l-aktar miżuri importanti implimentati fl-2021, inkluża l-kapaċità msaħħa ta’ monitoraġġ tas-sigurtà, il-kapaċità ta’ ġestjoni tal-vulnerabbiltà tal-ICT u t-teknoloġija ta’ Detezzjoni u Rispons tal-Punt Terminali; jinnota li l-Aġenzija adottat ir-Regoli ta’ Sigurtà tal-Frontex, il-Qafas dwar il-Ġestjoni tal-Informazzjoni tal-Frontex u l-Istrateġija tal-ICT 2022-2027; jinnota wkoll li l-Aġenzija qed tippjana li timplimenta Ċentru tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà li jkun miftuħ il-ħin kollu għall-operazzjonijiet taċ-ċibersigurtà;

53.

Jinnota li l-istrateġija tal-Aġenzija għal titjib fl-effiċjenza hija marbuta mill-qrib mal-implimentazzjoni ta’ diversi għodod tal-IT; jilqa’ l-modernizzazzjoni tal-arkitettura tan-network EUROSUR EU-RESTRICTED, l-appoġġ diġitali estiż ipprovdut lill-persunal tal-Aġenzija u l-iskjerament ta’ korp permanenti bi profil diġitali biex tinkiseb esperjenza fil-forniment ta’ appoġġ lil hinn mis-sit f’oqsma operattivi; jitlob l-integrazzjoni sħiħa ta’ SYSPER fil-ġestjoni mill-Aġenzija tar-riżorsi umani tagħha;

54.

Ifaħħar l-isforzi u l-progress tal-Aġenzija fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni relatata mar-ritorn, b’mod partikolari fir-rigward ta’ aġġornamenti fil-mudell ta’ referenza RECAMAS, verżjonijiet ġodda tas-sistemi tal-FAR u tat-titjiriet charter tal-FAR u l-ġbir kontinwu tad-data statistika permezz tas-sistema IRMA;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

55.

Jilqa’ l-adozzjoni tal-pjan ta’ kontinwità tal-operat (BCP) tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-BCP tagħha;

56.

Ifaħħar l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tadatta għall-kundizzjonijiet li qed jinbidlu fil-kuntest tat-tielet u r-raba’ mewġiet tal-pandemija, inkluż permezz ta’ prattiki interni aġġornati bħal flussi tax-xogħol mingħajr karti, awtorizzazzjonijiet online jew laqgħat virtwali; jirrikonoxxi r-rwol ewlieni taċ-ċellola tal-kriżijiet, li nħolqot wara t-tifqigħa tal-pandemija, biex tappoġġja lill-maniġment eżekuttiv fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ħalli tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat, jiġi minimizzat it-tfixkil fl-operazzjonijiet tal-Aġenzija u jiġi żgurat ambjent tax-xogħol sikur;

57.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija ħolqot linji gwida dwar is-saħħa u s-sikurezza fl-operazzjonijiet ta’ ritorn matul pandemiji jew tifqigħat bil-għan li jiżguraw il-kontinwazzjoni sikura tal-operazzjonijiet ta’ ritorn f’tali sitwazzjonijiet;

Kummenti oħra

58.

Jilqa’ l-impenn tal-Aġenzija li tiddefinixxi u toperazzjonalizza l-konformità tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet tagħha permezz tal-adozzjoni fl-2021 tal-Istrateġija għad-Drittijiet Fundamentali u l-Pjan ta’ Azzjoni fil-qasam tad-Drittijiet tal-Bniedem (FRAP); jilqa’ l-impenn tal-Aġenzija li timmonitorja l-implimentazzjoni tal-FRAP; jistieden lill-Aġenzija tipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza aġġornament dwar il-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-FRAP; jisħaq li s-suċċess tal-Istrateġija għad-Drittijiet Fundamentali jiddependi mill-implimentazzjoni tagħha, u li s-sejbiet tar-rapport tal-OLAF, li jappartjenu wkoll għas-sena finanzjarja 2021, jindikaw, fir-rigward ta’ din il-kwistjoni, li (a) l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali ma tħalliex jaċċessa informazzjoni operattiva, għall-kuntrarju tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/1896, u (b) li l-persunal li jagħmel xogħlu u li jirrapporta dwar inċidenti relatati mad-Drittijiet Fundamentali kien ġie injorat mill-maniġment eżekuttiv tal-Aġenzija ta’ qabel; jilqa’ f’dan ir-rigward il-fatt li, minn dak iż-żmien ’l hawn, l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali huwa involut u jiġi kkonsultat dwar il-fajls pertinenti kollha u jkollu laqgħat regolari mal-maniġment eżekuttiv u mal-Forum Konsultattiv; jinnota l-ħolqien ta’ network ta’ punti fokali dwar id-drittijiet fundamentali fl-entitajiet kollha tal-Aġenzija biex jiġi żviluppat għarfien espert dwar id-drittijiet fundamentali fl-oqsma kollha ta’ attività; jirrikonoxxi r-rwol importanti li għandhom l-FRMs, inkluż l-aċċess tagħhom għall-oqsma operattivi u l-kooperazzjoni mill-qrib mal-persunal operattiv tal-Aġenzija; jinnota madankollu li l-uffiċċju tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu inqas minn 20 membru tal-persunal, minkejja l-għadd dejjem akbar fil-pjan ta’ reklutaġġ tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha biex l-uffiċċju tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jiġi mgħammar bir-riżorsi xierqa ħalli jwettaq l-attivitajiet rispettivi tiegħu; jirrikonoxxi wkoll id-deċiżjoni tal-Aġenzija li tistabbilixxi regoli għad-direttur eżekuttiv u għall-bord maniġerjali biex jinfurmaw lill-Forum Konsultattiv dwar is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tagħha u biex jiżguraw li tittieħed azzjoni fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali; jistenna li l-Aġenzija timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali kif stabbilit fir-rapport annwali tagħha għall-2021; jistieden lill-Aġenzija tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u tal-Forum Konsultattiv ippreżentati lill-bord maniġerjali jiġu kondiviżi mal-awtorità ta’ kwittanza;

59.

Itenni li s-sejbiet tar-rapport tal-OLAF huma limitati għal imġiba ħażina u nuqqas ta’ konformità mal-proċeduri minn individwi; jirrikonoxxi li l-Aġenzija għamlet ħidma siewja fit-tisħiħ tar-rwol tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, iżda li l-Aġenzija għadha ma wettqitx analiżi aktar profonda biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda problema strutturali; itenni f’dan ir-rigward il-ħtieġa (i) li jiġu analizzati l-kontrolli u l-bilanċi interni, peress li l-imġiba ħażina minn individwi tħalliet tkompli fit-tul wisq, (ii) li tiġi mmonitorjata r-relazzjoni tal-Aġenzija mal-Istati Membri, peress li s-sejbiet tal-OLAF jindikaw li l-Istati Membri jagħmlu pressjoni fuq il-gwardji tal-kosta u jaħbu l-pushbacks, u dan jixħet dubju fuq il-ħidma tal-Aġenzija lil hinn mit-tmexxija preċedenti tagħha, u (iii) li tiġi evalwata l-applikazzjoni kontinwa tagħha tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2019/1896, kif indikat mid-deċiżjoni tal-Aġenzija li żżid il-preżenza fil-Baħar Eġew, minkejja li r-rapporti tal-midja u s-sejbiet tal-OLAF jindikaw ksur persistenti tad-drittijiet fundamentali f’dan ir-reġjun;

60.

Jinnota li l-Aġenzija ilha minn Ottubru 2021 tirrapporta regolarment lill-bord maniġerjali dwar il-progress tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew, tal-Grupp ta’ Ħidma dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Aspetti Legali u Operattivi tal-Operazzjonijiet fil-Baħar Eġew u tal-Grupp ta’ Ħidma ta’ Skrutinju tal-Frontex tal-Parlament Ewropew (FSWG); jistieden lill-Aġenzija tirrapporta wkoll lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

61.

Itenni l-konklużjoni tal-QĠUE, li d-deċiżjonijiet ta’ ritorn maħruġa mill-awtoritajiet Ungeriżi huma inkompatibbli mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Aġenzija toqgħod lura milli tipparteċipa fi kwalunkwe operazzjoni li hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li hija wettqet verifiki u kkonkludiet li qatt ma kienet involuta f’ritorni relatati mal-leġiżlazzjoni Ungeriża li l-QĠUE qieset li hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni (l-Att nazzjonali Ungeriż LXXXIX tal-2007 u l-Att LVIII tal-2020); jisħaq li jekk l-Aġenzija trid tibda paġna ġdida, inkluż impenn imġedded għat-trasparenza, hija għandha tipprovdi aktar ċarezza u trasparenza f’każijiet bħal dawn; jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija tgħid li hija tirrikjedi li l-Ungerija tikkonferma dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà speċjali li jikkonċernaw aspetti proċedurali meta titlob l-appoġġ tal-Aġenzija, filwaqt li jiġi żgurat li l-Aġenzija kollha tagħmel ħilitha biex tiżgura li l-proċeduri kollha ta’ ritorn appoġġjati minnha fl-Ungerija jkunu f’konformità sħiħa mal-qafas ġuridiku rilevanti tal-Unjoni dwar ir-ritorn u l-ażil; jinnota wkoll li l-Aġenzija żiedet l-attivitajiet ta’ monitoraġġ fir-ritorni Ungeriżi u saħħet il-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali dwar l-Ungerija; jisħaq li l-proċeduri huma effettivi dment li tkun effettiva wkoll l-implimentazzjoni tagħhom, u li dan huwa ta’ tħassib partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġenerali tal-istat tad-dritt fl-Ungerija;

62.

Jisħaq li l-involviment dirett u indirett tal-Aġenzija fl-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri u ta’ sorveljanza fil-fruntieri jridu jimxu id f’id mal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet fundamentali, u mal-iżgurar tal-konformità mal-prinċipju tan-non-refoulement, f’konformità mal-acquis tal-Unjoni; jistieden lill-bord maniġerjali tal-Aġenzija jkompli jsaħħaħ l-istrutturi tas-sorveljanza interna, u jtenni kemm hu importanti li l-attivitajiet tat-tim maniġerjali jiġu rieżaminati u kkontrollati b’mod kostanti, sabiex tiġi identifikata u solvuta f’waqtha kwalunkwe sitwazzjoni ta’ mmaniġġjar ħażin, kif ukoll li jiġu implimentati l-proċeduri operattivi standard biex jiġi rtirat il-finanzjament tal-attivitajiet tal-Aġenzija, jew biex dawn l-attivitajiet jiġu sospiżi jew itterminati, jew ma jiġu varati xejn, f’każijiet fejn jinħolqu tali riskji;

63.

Jinnota d-deċiżjonijiet tal-bord maniġerjali tal-Aġenzija fl-2021 li jadotta regoli ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-regoli dwar l-ipproċessar tad-data personali; ifakkar li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) ħareġ opinjonijiet dwar ir-regoli tal-ipproċessar tad-data tal-Aġenzija u, konsegwentement, l-Aġenzija pproċediet biex tabbozza mill-ġdid id-deċiżjonijiet rilevanti tal-bord maniġerjali sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar dwar din il-kwistjoni; jistieden ukoll lill-Aġenzija titlob lill-EDPS opinjoni bħala riżultat tar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet tal-bord maniġerjali rigward ir-regoli dwar l-ipproċessar tad-data;

64.

Jinnota bi tħassib ir-rapporti tal-media dwar l-allegata mġiba ħażina fl-espansjoni tal-programm tal-Ipproċessar ta’ Data Personali għall-Analiżi tar-Riskju; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li l-proġett ġie implimentat bejn l-2015 u l-2017, li jippermetti lill-Aġenzija tiżviluppa l-kapaċitajiet meħtieġa għall-ipproċessar tad-data personali f’konformità mal-Artikolu 11c tar-Regolament (UE) Nru 1168/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); jieħu nota wkoll tal-pożizzjoni tal-Aġenzija li kienet qed tipproċessa biss id-data personali operattiva tas-suspettati ta’ reat transfruntier u ta’ terroriżmu u li ma bdietx tipproċessa d-data personali tal-vittmi u tax-xhieda; itenni t-tħassib serju tiegħu dwar ir-rapporti li l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data wissiet ripetutament li din l-espansjoni tad-data tikser id-dritt tal-Unjoni, iżda li l-Aġenzija inizjalment għażlet li tinjora dan il-parir; jieħu nota tad-deċiżjonijiet 56/2021, 68/2021 u 69/2021 tal-bord maniġerjali, mal-wasla tal-opinjonijiet tal-EDPS dwar ir-regoli tal-protezzjoni tad-data tal-Aġenzija, li wasslu lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Aġenzija tħejji Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-EDPS; jistieden lill-Aġenzija tindirizza din is-sitwazzjoni u tiżgura konformità sħiħa mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, tikkonsulta regolarment lill-EDPS u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar l-istatus u l-progress tar-riforma;

65.

Jiddeplora d-dewmien twil biex il-Membri tal-Parlament Ewropew kif ukoll il-membri tal-maniġment superjuri u l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jingħataw aċċess għar-rapport tal-OLAF; ifakkar li mistennija jiġu ppreżentati żewġ rapporti finali addizzjonali tal-OLAF fir-rigward tal-Aġenzija; jirrikonoxxi wkoll li s-sejbiet tar-rapport tal-OLAF jaf ikunu kwistjoni ta’ interess pubbliku, jeżiġi li r-rapport kunfidenzjali jiġi ppubblikat fil-qafas tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u li tiġi rispettata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni mwettqa mill-OLAF kif ukoll id-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati, inklużi d-drittijiet tagħhom tal-protezzjoni tad-data; itenni t-talba tiegħu biex, ladarba jiġu ffinalizati dawk ir-rapporti finali, il-Membri tal-Parlament ikollhom aċċess immedjat u li jkollu aċċess ukoll il-persunal eżekuttiv kollu tal-Aġenzija li jeħtieġ li jkollu aċċess għal dawk ir-rapporti biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-Aġenzija, u implimentazzjoni korretta tal-baġit tal-Aġenzija fil-futur;

66.

Jinnota li l-problemi identifikati permezz ta’ rapporti tal-media, il-konklużjonijiet tal-FSWG kif ukoll is-sejbiet tar-rapport tal-OLAF, wasslu għar-rifjut ta’ kwittanza fiċ-ċiklu preċedenti; jenfasizza li l-Aġenzija bħalissa għaddejja minn proċess ta’ tranżizzjoni, wara r-riżenja tal-ex direttur eżekuttiv tagħha, fid-dawl tal-investigazzjoni tal-OLAF dwar il-ġestjoni ħażina tal-Aġenzija; jilqa’ wkoll f’dan is-sens id-diversi azzjonijiet li ħa l-maniġment ad interim biex itejjeb l-attivitajiet u l-istandards tiegħu; jinnota b’sodisfazzjon li dawn l-attivitajiet indirizzaw kwistjonijiet ta’ ġestjoni baġitarja u finanzjarja bħall-kjarifika tad-delegi u s-subdelegi għall-uffiċċji li jawtorizzaw il-pagamenti, rispett akbar għad-drittijiet fundamentali permezz ta’ kooperazzjoni istituzzjonali msaħħa bejn il-maniġment eżekuttiv ad interim u l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, kif ukoll il-bidliet fil-kultura ta’ ġestjoni permezz ta’ bidla viżibbli lejn id-deċentralizzazzjoni, id-delega u djalogu mtejjeb fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet; jilqa’ b’mod partikolari l-impenn tal-maniġment ad interim li jibdel il-kultura tal-immaniġġjar, billi jaħdem biex jelimina l-kultura tas-skiet u jħeġġeġ l-involviment kollettiv biex jiġu solvuti l-kwistjonijiet; jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-impenn tagħha lejn l-implimentazzjoni sħiħa ta’ dawn ir-riformi meħtieġa, anke wara l-ħatra ta’ direttur eżekuttiv mhux interim, u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jkun sar;

67.

Ifakkar lill-Aġenzija dwar il-fatt li għandha l-obbligu ta’ rendikont lejn il-Parlament, u li l-Parlament huwa determinat li jiżgura li l-Aġenzija tikkontribwixxi għall-applikazzjoni kontinwa u uniformi tad-dritt tal-Unjoni, inkluż l-acquis tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jenfasizza li, sabiex jintlaħaq dan il-għan, hemm bżonn ta’ kooperazzjoni msaħħa mal-bord maniġerjali tal-Aġenzija billi jissaħħu t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u s-sorveljanza demokratika tal-Aġenzija;

68.

Jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha meta tirrapporta informazzjoni rilevanti dwar il-prestazzjoni liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-pubbliku ġenerali b’lingwaġġ ċar u aċċessibbli; iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżgura trasparenza u obbligu ta’ rendikont pubbliku akbar billi tutilizza l-mezzi tal-media u tal-media soċjali;

69.

Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-bord maniġerjali fil-laqgħa straordinarja tiegħu tal-20 ta’ Diċembru 2022, li jaħtar lis-Sur Hans Leijtens bħala d-direttur eżekuttiv il-ġdid tal-Aġenzija; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija żżid l-isforzi li għaddejjin bħalissa u tieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex tiżgura r-rispett sħiħ tal-istandards tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, id-drittijiet fundamentali, il-kultura organizzattiva u t-trasparenza; itenni l-appell tiegħu lill-Aġenzija biex tippreżenta pjan direzzjonali dettaljat dwar kif biħsiebha tissodisfa t-tħassib pendenti, flimkien ma’ skeda ta’ żmien ċara u dettaljata għal dawk l-azzjonijiet, kif ukoll biex tlesti għalkollox l-azzjonijiet korrettivi biex tindirizza t-tħassib pendenti kollu mqajjem mill-Ombudsman Ewropew, mill-FSWG u mill-Forum Konsultattiv; jistieden lill-Aġenzija timplimenta bis-sħiħ ir-riformi meħtieġa, anke wara l-ħatra ta’ direttur eżekuttiv mhux interim, u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jkun sar;

70.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 112.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).

(3)  Analiżi Strateġika tar-Riskji tal-Frontex 2022.

(4)  Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1168/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(7)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/470


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1942 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0106/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 116 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0142/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/471


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1943 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali — EUSPA (qabel it-12 ta’ Mejju 2021 l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0104/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 85 u 86 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0116/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(5)   ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69.

(6)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/473


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1944 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali — EUSPA (qabel it-12 ta’ Mejju 2021 l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0116/2023),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2021 kien ta’ EUR 57 130 215,17, li jirrappreżenta żieda ta’ 61,16 % meta mqabbel mal-2020, minħabba l-mandat estiż tal-Aġenzija huwa bbażat fuq il-Programm Spazjali l-ġdid tal-UE; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”), tistqarr li l-Qorti kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari; billi l-Qorti tippreżenta paragrafu ta’ osservazzjonijiet fir-rigward tal-impatt tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna fir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja u l-karta tal-bilanċ tal-Aġenzija;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2021 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena kurrenti ta’ 100 %, li tirrappreżenta l-istess rata bħal fl-2020; jesprimi dispjaċir għall-fatt li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena kurrenti kienet ta’ 74,78 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 8,60 % meta mqabbla mal-2020;

2.

Jinnota li minbarra l-baġit ewlieni tagħha, l-Aġenzija kompliet tiġġestixxi ammont kbir ta’ baġit delegat (approprjazzjonijiet indikati), b’mod partikolari fl-ambitu tal-isfruttament tas-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) u Galileo, kif ukoll Ftehimiet ta’ Delega ta’ Orizzont 2020; jinnota, barra minn hekk, li fl-2021 l-Aġenzija ffirmat ftehim ta’ kontribuzzjoni mal-Kummissjoni li permezz tiegħu l-Aġenzija ġiet fdata b’komponenti addizzjonali tal-programm Orizzont Ewropa, Copernicus, il-Komunikazzjonijiet Governattivi bis-Satellita tal-Unjoni Ewropea (GOVSATCOM) u Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju (SSA), skont ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2); jinnota, barra minn hekk, li fl-2021 ġie impenjat total ta’ EUR 6 361 705 119 tal-baġit delegat, u li saru pagamenti ta’ EUR 1 574 943 399;

Prestazzjoni

3.

Jinnota li r-Regolament (UE) 2021/696 stabbilixxa l-Aġenzija, li ssostitwiet u ssuċċediet l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea; jinnota li dak ir-Regolament jipprovdi estensjoni tar-responsabbiltajiet tal-Aġenzija fil-Programmi tal-GNSS Ewropea; jinnota l-prestazzjoni pożittiva tal-Aġenzija, inkluża t-tranżizzjoni b’suċċess tagħha skont ir-Regolament (UE) 2021/696; jilqa’ wkoll il-fatt li fl-2021, wara negozjati, l-Aġenzija adottat il-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja (FFPA) u ftehim ta’ kontribuzzjoni (CA), li jippermettulha t-twettiq tal-programm spazjali b’mod effiċjenti u effettiv, tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġu mminimizzati r-riskji ta’ żvilupp u operattivi abbażi tal-istabbiliment bejn l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) u l-Aġenzija ta’ sinerġiji fir-rigward tal-kompetenzi u l-kapaċitajiet ta’ xulxin b’katina ta’ kmand ċara; jinnota, barra minn hekk, li taħt l-FFPA u s-CA, l-Aġenzija taġixxi bħala l-maniġer tal-isfruttament ta’ EGNOS u Galileo u, meta tiġi fdata mill-Kummissjoni, bħala awtorità kontraenti għall-fażi ta’ implimentazzjoni tal-kuntratti;

4.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija kienet responsabbli għal firxa wiesgħa ta’ attivitajiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ EGNOS u Galileo, bħal pereżempju l-iżgurar tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà ta’ EGNOS u Galileo, permezz tal-bord ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà indipendenti tagħha, kif ukoll il-kontribut għall-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi ta’ EGNOS u Galileo, inkluż it-twettiq tal-analiżi tas-suq meħtieġa u l-istabbiliment ta’ kuntatti mill-qrib mal-utenti u ma’ utenti potenzjali tas-sistema; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija wettqet kompiti oħra relatati mal-implimentazzjoni ta’ EGNOS u Galileo, fdati lilha mill-Kummissjoni permezz ta’ ftehimiet ta’ delega u ta’ kontribuzzjoni;

5.

Jissottolinja l-importanza tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-ħolqien tal-Aġenzija; jinnota b’sodisfazzjon li l-kontribut tal-Aġenzija bħala fornitur tas-sigurtà għall-ispazju u għan-Navigazzjoni bis-Satellita, l-Osservazzjoni tad-Dinja, il-Konnettività u r-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ispazju li jgħinu biex jiġu żgurati s-sigurtà għaċ-ċittadini tal-Unjoni u l-investimenti fl-infrastruttura kritika; jistieden lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni jkomplu jidentifikaw sinerġiji possibbli bejn il-komponenti tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u programmi futuri, bħal pereżempju għall-implimentazzjoni tal-Programm IRIS2 għal Konnettività Sigura u tal-Immaniġġjar tat-Traffiku fl-Ispazju (STM); jistieden lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni jimmassimizzaw l-użu tal-infrastruttura spazjali b’użu doppju tal-Unjoni u jsaħħu r-rwol tagħha fil-kuntest tas-sigurtà u d-difiża Ewropea; iħeġġeġ l-involviment tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Spazjali tal-Unjoni għas-sigurtà u d-difiża;

Politika dwar il-persunal

6.

Jinnota li fil-31 ta’ Diċembru 2021, 100 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet eżegwita, b’191 aġent temporanju maħtura mit-total ta’ 191 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel mal-150 post tax-xogħol awtorizzati fl-2020); jinnota li, barra minn hekk, 56 aġent kuntrattwali u seba’ esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija fl-2021;

7.

Jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri tal-Aġenzija: minn tlieta, it-tlieta li huma (100 %) huma rġiel; jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-membri tal-bord amministrattiv tal-Aġenzija: 23 minn 28 (82 %) huma rġiel; barra minn hekk, jinnota bi tħassib il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal ġenerali tal-Aġenzija: 168 minn 247 (68 %) huma rġiel; jinnota li l-Aġenzija qed taħdem fuq strateġija għad-diversità u l-inklużjoni li tinkludi pjan ta’ azzjoni; jistieden lill-Aġenzija tieħu miżuri konkreti biex ittejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-ġerarkija mill-aktar fis possibbli u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza;

8.

Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li għadd ta’ nuqqasijiet proċedurali f’żewġ proċeduri ta’ reklutaġġ awditjati li jimminaw il-prinċipji tat-trasparenza u t-trattament ugwali, li l-avviżi dwar il-postijiet vakanti ma stabbilewx l-għadd ta’ punti li l-kandidati kienu meħtieġa jiksbu sabiex jiġu inklużi fil-lista mqassra jew jitqiegħdu f’lista ta’ riżerva, jew l-għadd ta’ kandidati li għandhom jiġu inklużi fil-lista mqassra jew jitqiegħdu fil-lista ta’ riżerva, li l-istruzzjonijiet maħruġa mill-bord tal-għażla dwar il-punti tal-għoti għad-diversi kriterji tal-għażla ma kinux dettaljati biżżejjed biex jiżguraw li l-membri tal-bord tal-għażla applikaw approċċ konsistenti, u li f’waħda miż-żewġ proċeduri ta’ reklutaġġ, ma kienet ġiet stabbilita l-ebda skema ta’ punteġġ minn qabel għal wieħed mit-testijiet; jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija li qed tippjana li tintroduċi modifiki għall-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha biex tindirizza l-osservazzjoni; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

9.

Jinnota mis-segwitu għall-kwittanza tal-2020 li l-Aġenzija qablet mal-Kummissjoni dwar pjan biex gradwalment u progressivament tnaqqas l-għadd totali tagħha ta’ aġenti Kuntrattwali sabiex sa tmiem il-perspettiva finanzjarja tkun konformi mad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża mar-Regolament (UE) 2021/696, iżda li, madankollu, l-Aġenzija jeħtieġ li żżid l-għadd ta’ aġenti kuntrattwali li jaħdmu b’mod partikolari fl-operazzjonijiet u l-funzjonijiet tas-sigurtà taċ-ċentru ta’ monitoraġġ tas-sigurtà ta’ Galileo; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija enfasizzat lill-Kummissjoni u lill-bord amministrattiv tagħha li hemm riskji operattivi assoċjati mat-tnaqqis fl-aġenti kuntrattwali li l-Aġenzija beħsiebha tiġġestixxi permezz ta’ żieda fl-esternalizzazzjoni, għalkemm dan iwassal għal żieda fl-ispejjeż finanzjarji; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

10.

Jirrikonoxxi l-miżuri u l-politiki eżistenti tal-Aġenzija li għandhom l-għan li jipproteġu d-dinjità tal-persuna u jipprevjenu l-fastidju psikoloġiku u sesswali; jinnota, b’mod partikolari, li l-Aġenzija implimentat manwal ta’ proċedura informali għall-konsulenti kunfidenzjali li jiffaċilita rapportar faċli u kunfidenzjali; jinnota li fl-2021 kien hemm erba’ konsultazzjonijiet irreġistrati tal-konsulenti kunfidenzjali u li l-ebda waħda minn dawn il-konsultazzjonijiet ma rriżultat f’każ investigat jew meħud quddiem il-qorti, u l-konsultazzjonijiet kollha waqfu wara l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-proċedura, u d-diskussjoni informali bejn il-konsulent kunfidenzjali u l-parti li ressqet l-ilment;

11.

Ifakkar li n-nuqqasijiet proċedurali fil-proċeduri ta’ reklutaġġ jimminaw il-prinċipji tat-trasparenza u t-trattament ugwali; jitlob lill-Aġenzija ttejjeb il-proċedura ta’ reklutaġġ interna tagħha biex tiċċara l-proċessi ta’ evalwazzjoni u l-avviżi ta’ post vakanti;

12.

Ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-għoti ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib tal-bilanċ ġeografiku biex ikun hemm rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà kif ukoll l-iżgurar li jiġu ttrattati b’mod ugwali u li l-opportunitajiet tagħhom jiġu promossi b’mod wiesa’;

Akkwist

13.

Jinnota li l-Aġenzija tkompli timplimenta l-akkwist elettroniku kull meta jkun possibbli filwaqt li tikkunsidra l-proċedura ta’ akkwist magħżula, in-natura tad-dokumentazzjoni li għandha tiġi skambjata u l-protezzjoni tal-interess tas-sigurtà tal-Unjoni; jinnota li eżempji reċenti ta’ offerti li għalihom ġie implimentat l-akkwist elettroniku huma s-sorveljanza tal-kwartieri ġenerali, l-offerta għal appoġġ Amministrattiv u d-dimostratur ta’ Copernicus;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

14.

Jagħraf il-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess;

15.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li bejn l-2019 u l-2021, l-Aġenzija vvalutat każ wieħed ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali fir-rigward ta’ membru anzjan tal-persunal li kien sab impjieg ġdid xi mkien ieħor, li hija approvat l-impjieg il-ġdid b’restrizzjonijiet, u li madankollu, minkejja l-obbligu ġenerali li tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha, l-Aġenzija ma tatx ġustifikazzjoni għal dawk ir-restrizzjonijiet; jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija li se tqis kif xieraq fil-proċeduri tagħha, u l-kjarifika li, f’dan il-każ partikolari, ma ddikjaratx ir-raġunijiet għar-restrizzjonijiet fid-deċiżjoni minħabba li qisithom evidenti minnhom infushom; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

16.

Jinnota li l-Aġenzija kellha każ wieħed ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta matul l-2021 u li l-investigazzjoni kienet għadha għaddejja fi tmiem is-sena; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

17.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli aktar sistematiċi dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitti ta’ interess, il-lobbjar illegali u r-revolving doors; jistieden lill-Aġenzija ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tagħha, inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu intern kontra l-korruzzjoni;

Kontroll intern

18.

Jinnota b’apprezzament mis-segwitu għall-kwittanza tal-2020 li fir-rigward tar-riskju marbut mal-pagamenti tal-Aġenzija lill-ESA b’rabta mal-implimentazzjoni tal-programmi EGNOS u Galileo, in-nefqiet tal-ESA għall-2019, l-2020 u l-2021 ġew awditjati mid-Direttorat Ġenerali għall-Industrija tad-Difiża u l-Ispazju (DEFIS) tal-Kummissjoni fl-ewwel sena (f’isem l-Aġenzija) u li fis-sentejn ta’ wara, tim konġunt ta’ awdituri mid-DEFIS u l-Aġenzija awditja l-ESA, u li t-tliet awditi annwali konsekuttivi ma wrew l-ebda sejba;

19.

Jilqa’ ż-żieda fit-trasparenza fl-eżekuzzjoni tal-baġit mill-ESA billi stipulat il-kundizzjonijiet għall-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni, stabbiliet miżuri ta’ monitoraġġ u kontroll tal-baġit, u stabbiliet prinċipji tar-remunerazzjoni tal-ESA għal kull komponent li tikkontribwixxi għalih, filwaqt li huwa rikonoxxut li bħala korp mhux tal-UE, l-ESA mhijiex responsabbli lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni għall-infiq tal-baġit (3);

20.

Jinnota li s-servizz tal-awditjar intern ħareġ rapport tal-awditjar dwar l-isfruttament ta’ Galileo f’Novembru 2021, li kien fih erba’ rakkomandazzjonijiet importanti; jinnota li l-Aġenzija implimentat mill-inqas żewġ terzi tal-azzjonijiet li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

21.

Jinnota mis-segwitu għall-kwittanza tal-2020, li l-awditu tal-2019 tal-kapaċità tal-awditjar intern tal-bini tal-kapaċitajiet tal-persunal tal-GSA ġie ffinalizzat u li fl-2022 kellu jitlesta awditu ta’ rieżami dwar l-implimentazzjoni tal-awditu; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

22.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Aġenzija; jinsisti bil-qawwa fuq ir-rekwiżit ta’ sistemi effettivi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġu evitati każijiet potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess, kontrolli ex ante/ex post nieqsa, ġestjoni mhux adegwata tal-impenji baġitarji u legali, u nuqqasijiet fir-rapportar ta’ kwistjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet;

Diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

23.

Jinnota li fl-2021 l-Aġenzija ddeċidiet li testendi s-sistemi ta’ informazzjoni ewlenin tagħha għall-cloud u tadotta teknoloġiji bħall-prevenzjoni tal-ħruġ tad-data; jinnota b’apprezzament, barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-kriptaġġ S/MIME għall-posta elettronika, li jippermetti l-iskambju ta’ messaġġi kriptati u ffirmati diġitalment ma’ istituzzjonijiet oħra li jużaw l-istess teknoloġija, u l-adozzjoni tal-euSIGN, kif ukoll is-sostituzzjoni tal-firewalls ewlenin tal-Aġenzija bil-biċċa l-kbira tal-mudelli reċenti li jippermettu monitoraġġ u kontroll aħjar tat-traffiku tan-network;

24.

Jinnota li l-Aġenzija tikkollabora b’mod attiv mal-Kummissjoni fuq l-ambizzjonijiet ekoloġiċi applikati għall-ispazju, biex tiġi żgurata enfasi speċifika fuq l-impatt ambjentali tal-operat ewlieni tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija stabbiliet qafas ta’ ħidma biex tibda l-proċess tagħha ta’ implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija timmonitorja l-konsum regolari tal-enerġija u tapplika prinċipji ta’ riċiklaġġ fl-oqsma kollha fost attivitajiet oħra, filwaqt li tapprova wkoll elementi ta’ akkwist ekoloġiku; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija talbet klassifikazzjoni ambjentali fuq skala superjuri għal bini ġdid, kemm fl-ippjanar kif ukoll fil-kostruzzjoni;

25.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f’termini ta’ operazzjoni u ġestjoni interni iżda anke sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tkompli tkun proattiva f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji tal-Unjoni; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

26.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u CERT-UE (l-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni) u twettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari tal-infrastruttura tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) tagħha u tiżgura li jsiru awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tagħha; jissuġġerixxi li jiġu offruti programmi ta’ taħriġ relatati maċ-ċibersigurtà, aġġornati b’mod regolari, għall-persunal kollu fi ħdan l-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tiżviluppa l-politika tagħha fil-qasam taċ-ċibersigurtà aktar malajr, twassalha qabel il-31 ta’ Diċembru 2023 u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

27.

Jinnota r-rispons qawwi mill-maniġment tal-Aġenzija għall-pandemija tal-COVID-19 fis-siti kollha li żguraw is-saħħa u s-sikurezza tal-persunal u l-kontinwità tal-operazzjonijiet, u l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tan-network tal-maniġers tas-siti tal-Aġenzija, inkluż għall-implimentazzjoni ta’ miżuri relatati mas-Saħħa u s-sikurezza fis-siti kollha b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19;

Kummenti oħra

28.

Jinnota li l-Aġenzija, filwaqt li qieset il-miżuri kollha relatati mal-pandemija tal-COVID-19, varat l-ewwel wirja fil-miftuħ tagħha, imsemmija EUSPA Open, biex tintroduċi l-pubbliku ġenerali mal-missjoni l-ġdida tal-Aġenzija u l-Programm Spazjali tal-Unjoni;

29.

Jilqa’ l-involviment fuq il-media soċjali fl-2021, li kien jikkonsisti fit-tmexxija tal-kampanja “#EUSpace 4 our Planet” li tenfasizza l-kontribut tal-Programm Spazjali tal-Unjoni, fost l-oħrajn għall-Patt Ekoloġiku Ewropew; jinnota barra minn hekk li f’konformità mat-tranżizzjoni tagħha skont ir-Regolament (UE) 2021/696, l-Aġenzija ħadmet b’mod proattiv ma’ għadd kbir ta’ strumenti tal-media fl-Istati Membri;

30.

Jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha (pereżempju fir-rigward tar-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà), u biex issaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha, l-iskambju tal-prattiki tajba u d-diskussjonijiet tagħha rigward oqsma ta’ interess reċiproku ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza;

31.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 141, 29.3.2022, p. 104.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).

(3)  EPRS, “Towards EU leadership in the space sector through open strategic autonomy”. Jannar 2023, paġna 8.

(4)  Testi adottati, P9_TA(2023)0190.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/478


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1945 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali — EUSPA (qabel it-12 ta’ Mejju 2021 l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06248/2023 — C9-0104/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 85 u 86 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0116/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(5)   ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69.

(6)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/480


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1946 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 331),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 68 u 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0144/2023),

A.

billi din ir-riżoluzzjoni tinkludi, għal kull korp skont it-tifsira tal-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, l-osservazzjonijiet trażversali li jakkumpanjaw id-deċiżjonijiet ta’ kwittanza f’konformità mal-Artikolu 262 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-Artikolu 3 tal-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew;

B.

billi din ir-riżoluzzjoni tinkludi wkoll, għall-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, l-osservazzjonijiet trażversali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta’ kwittanza f’konformità mal-Artikolu 262 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-Artikolu 3 tal-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew;

C.

billi l-aġenziji tal-Unjoni għandhom jagħmlu enfasi fuq missjonijiet b’valur miżjud Ewropew ċar u l-organizzazzjoni ta’ tali missjonijiet għandha tiġi ottimizzata biex jiġu evitati duplikazzjonijiet fl-aħjar interessi tal-kontribwenti tal-Unjoni;

1.

Ifaħħar lill-aġenziji għar-reżiljenza u l-isforzi tagħhom li għamlu biex iżommu l-istandards ta’ ħidma għoljin tagħhom u eżiti ta’ kwalità għolja tagħhom, minkejja l-limitazzjonijiet imposti matul it-tieni sena tal-pandemija tal-COVID-19;

2.

Jinnota li għat-33 aġenzija deċentralizzata tal-Unjoni, it-total kumulattiv għall-baġit tal-2021 ammonta għal madwar EUR 3 206 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn, li jirrappreżenta żieda ta’ madwar 5 % meta mqabbel mal-2020, u ammonta għal EUR 3 090 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament, żieda ta’ 6,88 % meta mqabbel mal-2020; jinnota, barra minn hekk, li mit-EUR 3 090 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament, madwar EUR 2 477 miljun ġew iffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jirrappreżentaw 77,27 % tal-finanzjament totali tal-aġenziji fl-2021 (meta mqabbla mat-72,83 % fl-2020); jirrikonoxxi, barra minn hekk, li madwar EUR 728 miljun kienu ffinanzjati minn tariffi u imposti u minn kontribuzzjonijiet diretti minn pajjiżi parteċipanti (tnaqqis ta’ 12,15 % meta mqabbla mal-2020);

3.

Jinnota bi tħassib li l-baġits finali ta’ xi aġenziji ġew iffriżati f’termini nominali għal 6 snin u, minħabba l-inflazzjoni akkumulata, il-kapaċità tal-akkwist reali tal-baġit tonqos; jinnota li l-kontinwazzjoni ta’ din ix-xejra tpoġġi f’riskju l-kapaċitajiet tal-aġenziji li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’mod effettiv u f’waqtu;

4.

Jilqa’ l-konklużjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-“Qorti”) fir-rapport annwali tagħha dwar l-aġenziji tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”) li b’mod ġenerali, l-awditu tal-Qorti tal-kontijiet annwali tal-aġenziji għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2021 u tad-dħul li fuqu huma bbażati kkonferma mill-ġdid ir-riżultati pożittivi rrapportati fis-snin preċedenti; jinnota, madankollu, li skont il-Qorti, hemm bżonn ta’ xi titjib fil-qasam tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet;

Riskji ewlenin identifikati mill-Qorti

5.

Jinnota li, skont ir-rapport tagħha, il-Qorti tqis li r-riskju ġenerali għall-affidabbiltà tal-kontijiet tal-aġenziji, kif stabbilit bl-applikazzjoni tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u abbażi ta’ standards internazzjonali tal-kontabbiltà, huwa ġeneralment baxx, kif kien il-każ fl-2020;

6.

Jissottolinja li, skont ir-rapport tagħha, il-Qorti tqis li r-riskju ġenerali għal-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji huwa baxx għall-maġġoranza tal-aġenziji, u huwa medju għall-aġenziji parzjalment iffinanzjati minnhom infushom fejn huma applikabbli regolamenti speċifiċi għall-ġbir ta’ tariffi u kontribuzzjonijiet oħra tad-dħul, kif kien il-każ fl-2020;

7.

Jirrimarka li l-Qorti tqis li r-riskju għal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji b’mod ġenerali huwa medju, filwaqt li jvarja minn baxx għal għoli għal titoli speċifiċi tal-baġit; jinnota li l-Qorti tqis li r-riskju għat-Titolu I (Nefqa għall-Persunal) huwa ġeneralment baxx, għat-Titolu II (Nefqa Amministrattiva) huwa medju, u għat-Titolu III (Nefqa Operattiva) huwa baxx għal għoli, skont l-aġenzija inkwistjoni u n-natura tan-nefqa operattiva tagħha; jirrimarka li l-Qorti tqis ir-riskju fir-rigward tat-Titolu III simili għar-riskju tat-Titolu II, iżda peress li hemm ammonti ferm ogħla involuti taħt it-Titolu III, l-impatt jitqies li huwa ogħla;

8.

Jinnota li l-Qorti tqis li r-riskju għal ġestjoni finanzjarja tajba huwa medju, primarjament assoċjat ma’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku li ma żgurawx li jinkiseb l-aħjar valur possibbli għall-flus;

9.

Jinnota li l-Qorti tqis li r-riskju għall-ġestjoni tal-baġit huwa baxx, filwaqt li l-awditu tal-Qorti juri riporti għoljin ta’ approprjazzjonijiet impenjati, li, madankollu, skont il-Qorti, kienu ġġustifikati min-natura pluriennali tal-operazzjonijiet jew minħabba raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-aġenziji;

10.

Jinnota li l-Qorti semmiet “riskju ieħor” relatat mal-pandemija tal-COVID-19 li affettwa l-ħidma tal-Qorti peress li r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar waqqfuha milli twettaq verifiki fuq il-post, milli tikseb dokumenti oriġinali u milli tintervista lill-persunal tal-entitajiet awditjati wiċċ imb wiċċ; jinnota b’apprezzament li l-Qorti xorta waħda wettqet il-ħidma tagħha permezz ta’ rieżamijiet dokumentarji u intervisti mill-bogħod tal-entitajiet awditjati; Jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Qorti li, minkejja żieda fir-riskju tad-detezzjoni minħabba li ma saret l-ebda verifika fuq il-post, l-evidenza li kisbet mill-entitajiet awditjati tagħha xorta ppermettiet lill-Qorti tlesti l-ħidma tagħha u tifformula konklużjonijiet abbażi tagħha;

11.

Jilqa’ l-fatt li l-Qorti ddikjarat li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-aġenziji ħadu azzjonijiet korrettivi biex jindirizzaw l-osservazzjonijiet tal-awditjar tas-snin preċedenti u jitlob lill-aġenziji kkonċernati kollha jkomplu bl-isforzi tagħhom biex isegwu l-osservazzjonijiet tal-Qorti li għadhom għaddejjin (39) jew pendenti (9), b’mod partikolari fl-oqsma tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku u tal-ġestjoni baġitarja;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

12.

Jissottolinja b’sodisfazzjon li, skont ir-rapport annwali tal-Qorti, inħarġet opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-aġenziji kollha; jinnota, barra minn hekk, li l-Qorti ħarġet opinjoni mhux kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għall-aġenziji kollha; josserva li l-Qorti ħarġet opinjoni mhux kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għall-aġenziji kollha, ħlief għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA); jinnota li l-opinjoni kwalifikata għall-eu-LISA kienet dovuta għall-irregolarità ta’ sitt pagamenti li saru fl-2021 għal total ta’ EUR 18,11 miljun b’rabta ma’ diversi kuntratti qafas, fejn dawn il-pagamenti jirrappreżentaw 6,20 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament totali disponibbli fl-2021;

13.

Jinnota li, fir-rigward tal-affidabbiltà tal-kontijiet, il-Qorti ħarġet paragrafu ta’ “osservazzjonijiet” għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE); jinnota li l-paragrafu ta’ “osservazzjonijiet” għall-EMA kien relatat mal-kwistjoni li għaddejja rigward il-kuntratt ta’ kiri għall-bini preċedenti tagħha f’Londra li se jdum sal-2039, mingħajr l-ebda dispożizzjoni għal terminazzjoni bikrija u obbligazzjonijiet potenzjali stmati għal EUR 383 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2021; jinnota li l-paragrafu ta’ “osservazzjonijiet” għall-Frontex kien relatat mal-kalkolu żbaljat tal-kontribuzzjonijiet minn pajjiżi taż-żona Schengen mhux tal-UE b’EUR 2,6 miljun inqas milli suppost kellhom jitħallsu lill-baġit tal-Frontex fl-2021; jinnota li l-paragrafu ta’ “osservazzjonijiet” għall-EIGE kien relatat ma’ passiv possibbli (EUR 22 000) fil-kontijiet tiegħu li tista’ tiġi sostnutaf’kawża tal-qorti li għaddejja dwar ħaddiema temporanji tal-aġenziji;

14.

Jinnota li, fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji, il-Qorti ħarġet paragrafu ta’ “osservazzjonijiet” għall-Frontex, fejn impenn baġitarju bid-data tal-21 ta’ Diċembru 2020 ġie riportat għall-2021 mingħajr l-appoġġ ta’ impenn legali qabel tmiem l-2020; jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Frontex indirizzat dan in-nuqqas ta’ konformità permezz ta’ impenji legali sussegwenti matul l-2021;

15.

Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti relatata mal-kontribuzzjonijiet minn pajjiżi assoċjati fejn metodi differenti fil-ftehimiet għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet jinvolvu riskju ta’ implimentazzjoni żbaljata ta’ dawk il-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni; jinnota l-istedina tal-Qorti lill-aġenziji kkonċernati biex jikkonsultaw lill-Kummissjoni sabiex jivvalutaw jekk għandhomx bżonn jallinjaw mal-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni tal-Kummissjoni u l-metodi ta’ kalkolu għall-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi assoċjati;

16.

Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti rigward il-livelli eċċessivi ta’ riporti u r-rati għoljin ta’ pagamenti tard għal għaxar aġenziji, b’dgħufijiet (problemi strutturali, ippjanar baġitarju dgħajjef jew ksur possibbli tal-prinċipji baġitarji tal-annwalità) b’mod partikolari għal tliet aġenziji, jiġifieri l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), l-eu-LISA, u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA); jisħaq bil-qawwa fuq ir-rispett tal-prinċipju baġitarju tal-annwalità; itenni r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-aġenziji kkonċernati għandhom ikomplu jtejbu l-ippjanar baġitarju tagħhom u ċ-ċikli ta’ implimentazzjoni tagħhom biex jiġi evitat dewmien eċċessiv fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma jew tal-pjanijiet ta’ akkwist;

17.

Jinnota madankollu li f’ċerti każijiet il-livell ta’ riporti għoljin huwa wkoll riżultat ta’ fatturi li mhumiex fil-kontroll tal-Aġenziji, bħan-natura tal-attivitajiet tagħhom li jespandu fuq perjodi pluriennali, jew il-ħtieġa li jirrikorru għal kuntratturi esterni matul perjodi li jestendu lil hinn mis-sena finanzjarja, minħabba nuqqas ta’ persunal;

18.

Ifakkar fl-importanza li jiġi stabbilit u jinżamm djalogu attiv bejn il-Kummissjoni u l-aġenziji dwar l-allokazzjoni ta’ riżorsi xierqa u t-tfassil tal-pjanijiet ta’ stabbiliment rispettivi, f’konformità mal-objettivi u l-ambizzjonijiet ta’ politika tal-Unjoni li kienu qed jiżdiedu f’dawn l-aħħar snin u li wasslu għal kompiti u mandati ġodda u estiżi għal diversi aġenziji;

Prestazzjoni

19.

Jinnota li l-aġenziji kollha jużaw diversi sistemi ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs), eżiti ippjanati jew miri strateġiċi stabbiliti bħala parti mill-kejl tal-prestazzjoni tagħhom; ifaħħar lill-aġenziji għar-rati ta’ implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma Annwali (AWP) tagħhom li qabżu l-95 % fl-2021; jistieden lill-aġenziji kollha jirrapportaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-AWP tagħhom bħala ċifra konsolidata espressa f’perċentwal; japprezza l-fatt li l-KPI ġew issodisfati mill-Aġenziji u l-fatt li l-Aġenziji ġibdu l-attenzjoni għal miżuri li jistgħu jtejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-ħidma tagħhom; madankollu, jirrakkomanda li l-Aġenziji jieħu nota tal-indikaturi li għadhom ma ntlaħqux jew li waqgħu lura;

20.

Jinnota l-kisbiet u s-suċċessi tal-aġenziji kollha fl-2021, it-tieni sena tal-pandemija tal-COVID-19 bi sfidi partikolari għall-aġenziji li joperaw fil-ġustizzja u l-affarijiet interni, it-trasport, u oqsma mediċi relatati;

21.

Jisħaq fuq ir-rwol importanti li għandhom l-aġenziji tal-Unjoni biex jgħinu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jfasslu u jimplimentaw il-politiki, speċjalment bit-twettiq ta’ kompiti tekniċi, xjentifiċi, operazzjonali u maniġerjali speċifiċi; japprezza x-xogħol u l-għarfien espert ta’ kwalità għolja mwettaq miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) u l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA), l-aġenziji li jaħdmu fil-qasam tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni; itenni, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-aġenziji jiġu mgħammra f’livell proporzjonat għall-kompiti assenjati, b’numru suffiċjenti ta’ persunal, impjegat b’mod stabbli u li jkollu biżżejjed riżorsi materjali; itenni għalhekk il-ħtieġa li jiġu żgurati riżorsi umani u finanzjarji adegwati li jippermettulhom ikomplu jimplimentaw il-programmi ta’ ħidma tagħhom b’rata ta’ tlestija għolja ħafna; jisħaq fuq l-importanza u l-valur miżjud tal-aġenziji kollha fil-qasam ta’ kompetenza tagħhom, kif ukoll l-awtonomija tagħhom; itenni li l-funzjonament xieraq tal-aġenziji jirrikjedi wkoll djalogu soċjali ta’ kwalità għolja;

22.

Ifakkar li l-iskambju ta’ fehmiet ta’ kull sena fil-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali dwar il-programmi ta’ ħidma annwali u l-istrateġiji pluriennali tal-aġenziji huwa strumentali biex jiġi żgurat li l-programmi u l-istrateġiji jkunu allinjati mal-prijoritajiet politiċi attwali, speċjalment fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-prinċipji minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-kisbiet tal-miri ta’ Porto;

23.

Itenni r-rwol importanti tal-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI) tal-UE, peress li huma indispensabbli għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni u l-appoġġ importanti li jiżguraw għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-Istati Membri fis-setturi tad-drittijiet fundamentali, is-sigurtà u l-ġustizzja, billi jwettqu kompiti operazzjonali, analitiċi, maniġerjali u superviżorji; itenni għalhekk il-bżonn li jiġu żgurati riżorsi finanzjarji u umani adegwati għall-aġenziji tal-ĠAI; jinnota li l-aġenziji kollha għandhom iwettqu l-mandati tagħhom b’mod effettiv;

24.

Ifakkar li l-aġenziji huma l-aktar entitajiet kwalifikati fil-valutazzjoni tal-użu tar-riżorsi u għandhom rwol kruċjali fl-appoġġ għall-proġetti sostenibbli adatti f’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura finanzjament li jappoġġja l-aġenziji tal-Unjoni fl-iżgurar tad-djalogu soċjali; jinnota li l-aġenziji tal-Unjoni għandhom rwol kruċjali fl-iżgurar tad-djalogu soċjali mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

25.

Jistieden lill-aġenziji jkomplu jiżviluppaw sinerġiji (f’oqsma bħar-riżorsi umani, l-akkwist, id-diġitalizzazzjoni, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u ċ-ċibersigurtà), kif ukoll il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajbin ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ tensjonijiet inflazzjonarji; jistieden lill-aġenziji jkomplu jirrapportaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tagħhom għal titjib fl-effiċjenza u jaġġornaw dik l-istrateġija meta jkun meħtieġ;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni iżżid l-użu ta’ evalwazzjonijiet trażversali tal-aġenziji fil-kuntest tal-kontrolli tal-idoneità mwettqa mill-Kummissjoni tal-oqsma ta’ politika differenti. josserva li l-Kummissjoni għandha tuża r-riżultati tal-evalwazzjonijiet biex jiġu identifikati sinerġiji u bidliet possibbli, inklużi fużjonijiet, u, fejn ikun xieraq, biex jitħejjew proposti leġiżlattivi b’rispons għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu;

27.

Jinnota b’sodisfazzjon il-kooperazzjoni tajba kontinwa bejn l-aġenziji fi ħdan il-mandat tad-DĠ Impjiegi, inklużi skambji regolari fl-istadju tal-ippjanar tal-programmi ta’ ħidma tagħhom u li jżommu lil xulxin infurmati dwar l-iżviluppi u s-sejbiet;

28.

Jieħu nota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti tad-divulgazzjonijiet ta’ żewġ aġenziji (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (EUSAPA)) li rrapportaw dwar l-impatt li l-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna kellha fuq l-attivitajiet tagħhom; jieħu nota f’dan il-kuntest taż-żieda fid-domanda għall-assistenza mill-Istati Membri li jirċievu rifuġjati mill-Ukrajna u l-interruzzjoni fl-użu tal-lanċaturi Russi Soyuz għas-satelliti Galileo; jinnota f’dan ir-rigward l-iffirmar tal-Ftehim Qafas ta’ Sħubija Finanzjarja bejn l-EUSPA u l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-kollaborazzjoni intensifikata bejn iż-żewġ aġenziji li tippermetti lill-Unjoni tikkontribwixxi bħala fornitur tas-sigurtà għall-ispazju u tikseb awtonomija strateġika;

Politika dwar il-persunal

29.

Jinnota li, fl-2021, it-33 aġenzija deċentralizzata rrapportaw li jimpjegaw total ta’ 9 631 membru tal-persunal, li jinkludu uffiċjali, aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati, (meta mqabbla ma’ 9 001 fl-2020), li jirrappreżentaw żieda ta’ 7,00 % meta mqabbla mal-2020; jinnota li parti miż-żieda, jiġifieri 0,93 %, hija dovuta għaż-żieda, għall-ewwel darba, ta’ 84 membru tal-persunal tal-aġenzija l-ġdida ELA, li saret finanzjarjament indipendenti fl-2021;

30.

Jinnota li f’ħames aġenziji ġew irreġistrati każijiet ta’ eżawriment (b’kollox 23) u li ċerti impjegati wettqu siegħat supplimentari fi 13-il aġenzija fl-2021; jinnota b’mod partikolari li għadd kbir ta’ impjegati wettqu sahra fl-EUAA (78 minn 423 membru tal-persunal), fl-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel — EFSA (117 minn 516-il membru tal-persunal), fiċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga — EMCDDA (78 minn 110 membri tal-persunal), fl- — EMSA (88 minn 273 membru tal-persunal), fl-eu-LISA (229 minn 310 membri tal-persunal) u fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi — Europol (583 minn 979);

31.

Jinnota li l-aġenziji kollha stabbilew miżuri biex itejbu l-benessri tal-persunal fil-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jinnota li l-għadd u l-impatt ta’ tali miżuri jvarjaw b’sinifikanti minn aġenzija għall-oħra u li ma jidher li jeżisti l-ebda qafas komuni ta’ referenza fost l-aġenziji; jinnota li, ħlief f’xi aġenziji, ġeneralment ma hemm l-ebda miżura stabbilita għall-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità;

32.

Jinnota bi tħassib li fl-2021, ir-rata ta’ dawran tal-impjegati kienet aktar minn 5 % f’16 minn 33 aġenzija; ifaħħar lill-aġenziji (pereżempju l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA)) għall-miżuri mmirati li ħadu biex jipprevjenu rati għoljin ta’ dawran tal-impjegati; jenfasizza l-importanza li l-aġenziji kollha jimplimentaw tali miżuri;

33.

Itenni t-tħassib tiegħu li l-Qorti identifikat nuqqas rikorrenti f’diversi aġenziji fir-rigward tal-użu ta’ persunal estern u ħaddiema interim; jitlob li tiġi indirizzata d-dipendenza tal-aġenziji fuq ir-reklutaġġ estern u li tiġi rrispettata l-liġi tax-xogħol applikabbli; jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ klassifikazzjoni xierqa għall-karigi li jiġġestixxu l-proċeduri ta’ akkwist; jieħu nota tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tal-11 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża C-948/19 (4) li qieset li l-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija fl-aġenziji tal-Unjoni jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); jistieden lill-aġenziji jirrikorru kemm jista’ jkun għal persunal permanenti u lill-Kummissjoni biex tiżgura allokazzjonijiet xierqa tar-riżorsi umani għal dan il-għan;

34.

Jistieden lin-Netwerk tal-Aġenzji tal-UE (EUAN) jiżviluppa politika ġenerali biex jagħti prijorità lill-persunal permanenti fuq il-konsulenti esterni, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ kwalità għolja, u biex l-għarfien u l-esperjenza ma jintilfux;

35.

Jinnota bi tħassib l-osservazzjonijiet mir-rapport tal-Qorti dwar id-dgħufijiet relatati man-nuqqasijiet fil-proċeduri ta’ reklutaġġ li nstabu fi tmien aġenziji fl-2021; ifakkar li n-nuqqasijiet proċedurali fil-proċeduri ta’ reklutaġġ jimminaw il-prinċipju tat-trasparenza u tat-trattament ugwali; jitlob lill-aġenziji kkonċernati jtejbu l-proċeduri interni ta’ reklutaġġ tagħhom, fir-rigward ta’ diversi aspetti, b’mod partikolari l-proċessi ta’ evalwazzjoni u l-avviżi dwar pożizzjonijiet vakanti;

36.

Jinnota bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fl-2021 meta mqabbel mal-2020 fil-livell tal-maniġment superjuri, b’68 % irġiel u 32 % nisa (74,6 % u 25,4 %, rispettivament fl-2020) u għall-persunal b’mod ġenerali b’50,26 % irġiel u 49,73 % nisa (52,7 % u 47,3 %, rispettivament fl-2020); jinnota wkoll li l-bilanċ bejn il-ġeneri rrapportat għall-bordijiet tat-tmexxija tal-aġenziji kien ta’ 62 % irġiel u 38 % nisa, li jirrappreżenta wkoll titjib meta mqabbel mas-sena ta’ qabel; jitlob lill-aġenziji jaħdmu fuq li jtejbu aktar il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri; itenni l-appelli tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex josservaw il-bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw u jaħtru membri tal-maniġment jew tal-bordijiet amministrattivi; Ifakkar fl-ambizzjoni tal-aġenziji li jallinjaw mal-Kummissjoni biex jilħqu bilanċ bejn il-ġeneri ta’ 50 % fil-livelli kollha tal-maniġment tagħhom sal-aħħar tal-2024;

37.

Jiddispjaċih għall-fatt li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija nieqsa fl-istrateġija pluriennali 2021-2027 għall-EUAN; jistieden lill-EUAN jintegra l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-istrateġiji tiegħu;

38.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar id-daqs kbir tal-bordijiet tat-tmexxija ta’ ċerti aġenziji (pereżempju s-Cedefop, l-EU-OSHA, il-Eurofound), li jagħmilha diffiċli li jittieħdu deċiżjonijiet u dan jiġġenera kostijiet amministrattivi konsiderevoli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel proposta adatta f’dan ir-rigward;

39.

Jinnota li, fl-2021, l-EUAN ħoloq Grupp ta’ Ħidma (WGDI) iddedikat għal kwistjonijiet fil-qasam tad-Diversità u l-Inklużjoni (D&I) għall-aġenziji kollha; jinnota li ġiet żviluppata u approvata Karta dwar id-D&I mid-WGDI, b’ħames impenji, inkluż biex jiġu żgurati d-diversità u l-inklużjoni tul il-perkors tal-karriera, mir-reklutaġġ sal-promozzjoni u l-mobilità, u biex tintlaħaq il-mira ta’ 40 % tal-ġeneru sottorappreżentat fil-poizzjonijiet ta’ maniġment intermedju fl-aġenziji kollha; jistieden lill-aġenziji kollha jadottaw u jimplimentaw dik il-Karta; jilqa’ l-azzjonijiet addizzjonali li wettaq id-WGDI, bħat-tnedija ta’ stħarriġ dwar id-D&I fost il-persunal tal-aġenziji, l-istabbiliment ta’ kuntatti u ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Parlament Ewropew għall-iskambju tal-aħjar prattiki u ta’ ideat innovattivi, u l-iżvilupp ta’ pjan ta’ azzjoni għall-2022 li jipproponi 29 azzjoni għall-aġenziji biex jippromwovu l-prinċipji tad-diversità u n-nondiskriminazzjoni stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni b’mod armonizzat fin-network kollu; jitlob lill-EUAN jibqa’ jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress li sar f’dawn il-materji;

40.

Jinnota li l-bilanċ ġeografiku tal-persunal tal-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni jsegwi l-popolazzjoni tal-Istati Membri bħala perċentwal tal-EU27 ftit aktar mill-qrib mill-bilanċ ġeografiku tal-persunal tal-Kummissjoni; jesprimi dispjaċir għas-sottorappreżentanza għal sitt Stati Membri, rappreżentanza żejda għal tmintax-il Stat Membru u bilanċ approssimattiv għal tliet Stati Membri; iqis li, bħala objettiv, l-aġenziji għandhom jinvolvu ruħhom fi sforz komuni lejn it-titjib ġenerali tar-rappreżentanza ġeografika; jitlob f’dan is-sens lill-EUAN jikkoordina l-isforzi fost l-aġenziji biex jiġi ppreżentat pjan u biex jiġu stabbiliti l-miżuri orizzontali meħtieġa li jippermettu l-ilħuq ta’ dan l-objettiv;

41.

Ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-offerta ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, it-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib tal-bilanċ ġeografiku biex ikun hemm rappreżentanza xierqa mill-Istati Membri kollha, u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà kif ukoll il-promozzjoni tat-trattament ugwali tagħhom l-opportunitajiet offrunti lilhom;

42.

Jinnota li l-aġenziji kollha stabbilew politika u miżuri għall-persunal kollu tagħhom biex jipprevjenu u jiġġieldu l-fastidju, u xi wħud mill-aġenziji għandhom miżuri speċifiċi fis-seħħ (pereżempju korsijiet ta’ taħriġ, sensibilizzazzjoni jew taħriġ) għall-maniġment superjuri u intermedju; jinnota wkoll li l-aġenziji rrapportaw li fl-2021 kellhom 24 każ ta’ fastidju għaddej jew magħluq; josserva li f’xi aġenziji (pereżempju l-EUAA), għal proċeduri relatati mal-persunal (pereżempju każijiet ta’ fastidju), jintalab appoġġ minn ditti tal-liġi esterni speċjalizzati fil-liġi tas-Servizz Ċivili tal-Unjoni (Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni), anke meta l-aġenziji jkollhom l-unità tas-servizzi legali tagħhom stess; jistieden lill-aġenziji, meta applikabbli, jirrapportaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-każijiet kollha relatati mal-persunal fejn ingħata l-appoġġ ta’ tali ditti bejn is-snin 2017 u 2022;

43.

Ifakkar fis-sentenza tal-QĠUE tal-11 ta’ Novembru 2021 rigward l-użu ta’ ħaddiema interim, li tindirizza diversi kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/104/KE għall-ħaddiema temporanji tal-aġenziji tal-Unjoni; jistieden lil dawk l-aġenziji li jużaw ħaddiema interim biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-għadd ta’ ħaddiema interim li jissostitwixxu lill-membri tal-persunal;

Akkwist

44.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti osservat 34 dgħufija fl-akkwist pubbliku fl-2021 (meta mqabbel ma’ 18 fl-2020) u li l-għadd ta’ aġenziji kkonċernati qed jiżdied u hemm 19-il aġenzija kkonċernata fl-2021 (meta mqabbla ma’ 9 aġenziji fl-2020); jinnota wkoll li tali dgħufijiet jibqgħu l-akbar sors ta’ pagamenti irregolari, li jirriżultaw minn proċeduri ta’ akkwist irregolari rrapportati fl-2021 jew fis-snin preċedenti; itenni r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li, meta jimplimentaw kuntratti qafas, l-aġenziji kkonċernati għandhom jużaw biss kuntratti speċifiċi biex jakkwistaw prodotti jew servizzi koperti mill-kuntratt qafas assoċjat; itenni wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-aġenziji kkonċernati għandhom ikomplu jtejbu l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku tagħhom, filwaqt li jiżguraw konformità sħiħa mar-regoli applikabbli;

45.

Jilqa’ ż-żieda fl-użu ta’ għodod ta’ akkwist elettroniku mill-aġenziji tal-Unjoni u r-rwol importanti li kellhom fl-iżgurar tal-kontinwità tal-operat għall-akkwist b’kundizzjonijiet tat-telexogħol; jinnota li l-aktar moduli komuni e-PRIOR li jintużaw mill-aġenziji huma s-Sejħiet għall-offerti elettroniċi, is-Sottomissjonijiet elettroniċi ta’ offerti u l-Fatturazzjoni elettronika u li diversi aġenziji implimentaw l-Għodda ta’ Ġestjoni tal-Akkwist Pubbliku matul l-2021; ifaħħar lill-aġenziji (iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT), l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)) li rrapportaw li ddiġitalizzaw bis-sħiħ il-proċessi ta’ akkwist tagħhom;

46.

Ifakkar fl-importanza għall-proċeduri ta’ akkwist kollha, li jiżguraw kompetizzjoni ġusta bejn l-offerenti u li jakkwistaw l-oġġetti u s-servizzi bl-aħjar prezz, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji tat-trasparenza, il-proporzjonalità, it-trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni. jistieden lill-aġenziji kollha jimplimentaw l-għodod tal-IT tal-akkwist elettroniku żviluppati mill-Kummissjoni u jistieden lil din tal-aħħar tiċċara u taġġorna l-proċeduri u l-mudelli fil-linji gwida dwar l-akkwist;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u trasparenza

47.

Jinnota li, bl-eċċezzjoni ta’ aġenzija waħda, l-aġenziji kollha għandhom stabbilita politika għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti jew aġġornati regolarment settijiet sistematiċi ta’ regoli dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet, il-kunflitti ta’ interessi u sitwazzjonijiet ta’ “revolving doors”, u l-lobbjar illegali, kif ukoll l-istrateġiji kontra l-frodi; jitlob ukoll lill-aġenziji kollha jiżviluppaw strateġija interna kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-aġenziji jibqgħu jirrapportaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar f’dan il-qasam;

48.

Jistieden lill-aġenziji, meta applikabbli, jipparteċipaw fil-ftehim interistituzzjonali stabbilit dan l-aħħar dwar reġistru ta’ trasparenza obbligatorju għal rappreżentanti ta’ interess, iffirmat mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mill-Parlament; jinnota li, minħabba n-natura tan-negozju tagħhom, xi aġenziji (pereżempju l-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), is-CdT) ma għandhomx laqgħat mal-lobbisti;

49.

Jinnota li l-aġenziji kollha jitolbu dikjarazzjonijiet ta’ interess għall-membri tal-bord tat-tmexxija u l-maniġment superjuri tagħhom u li jippubblikawhom fuq is-sit web tagħhom;

50.

Jinnota li l-biċċa l-kbira tal-aġenziji jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom il-curriculum vitae (CV) jew deskrizzjoni qasira tal-isfond tal-membri tal-bord tat-tmexxija tagħhom, tal-persunal maniġerjali, tal-esperti esterni u tal-esperti interni; jinnota li s-CVs mhumiex kompluti jew huma neqsin mis-siti web rispettivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (esperti interni), il-Frontex, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) u l-ESMA (kemm esperti interni kif ukoll esterni), is-Cedefop (uħud mill-membri tal-bord tat-tmexxija u mill-membri supplenti tiegħu), l-EU-OSHA (membri tal-bord tat-tmexxija u membri supplenti); ifakkar lill-aġenziji li huwa importanti li jżidu t-trasparenza tal-isfondi tal-membri tagħhom tal-bord tat-tmexxija, tal-persunal tal-maniġment u tal-esperti esterni u interni tagħhom; jistieden lill-EUAN jikkoordina l-isforzi fost l-aġenziji membri tiegħu għall-pubblikazzjoni fuq is-siti web tagħhom tas-CVs tal-membri, tal-persunal u tal-esperti msemmija, filwaqt li s-CVs imsemmija għandhom jinkludu mill-inqas l-esperjenza professjonali u l-edukazzjoni;

51.

Itenni bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti li l-aġenziji huma partikolarment suxxettibbli għar-riskju ta’ sitwazzjonijiet ta’ “revolving door” minħabba d-dipendenza tagħhom minn persunal temporanju li jirriżulta f’rati għoljin ta’ dawrien tal-impjegati u l-mudell ta’ tmexxija tagħhom, li jinkludi bordijiet li l-membri tagħhom għandhom it-tendenza li jservu għal termini relattivament qosra; jirrikonoxxi li għal xi aġenziji, ir-riskju jiżdied aktar b’setgħat regolatorji sinifikanti jew b’rabtiet mal-industrija; jilqa’ f’dan il-kuntest l-awditu tal-Qorti dwar suġġett orizzontali relatat ma’ kunflitti ta’ interess u sitwazzjonijiet potenzjali ta’ “revolving door” f’madwar 40 aġenzija; jinnota li għal dan l-awditu l-Qorti eżaminat każijiet bejn l-2019 u l-2021 li fihom il-persunal superjuri attwali jew preċedenti tal-aġenziji beda impjieg wara li telaq minn aġenzija jew wettaq attività esterna bi ħlas waqt li kien qed jaħdem għal aġenzija; jinnota wkoll li l-Qorti eżaminat ukoll każijiet simili li jaffettwaw lill-membri u lill-eks membri tal-bordijiet tal-aġenziji;

52.

Josserva bi tħassib li 20 biss mill-40 aġenzija eżaminati mill-Qorti qiesu kwalunkwe każ potenzjali ta’ revolving door relatat mal-membri superjuri tal-persunal tagħhom; jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li l-aġenziji ġeneralment ikkonformaw mar-rekwiżiti legali applikabbli; jinnota bi tħassib, madankollu, li l-Qorti sabet f’sitt aġenziji (l-ACER, l-EASA, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), l-ENISA, il-Europol u l-EUSAPA) diversi każijiet ta’ ksur proċedurali dwar l-obbligi legali tagħhom, pereżempju, li jippubblikaw lista tal-każijiet ivvalutati, li jikkonsultaw lill-Kumitat Konġunt jew li joħorġu deċiżjoni formali fi żmien 30 jum ta’ xogħol; jistieden lill-aġenziji jsaħħu l-proċeduri u l-kontrolli interni tagħhom dwar sitwazzjonijiet potenzjali ta’ “revolving door” sabiex jiżguraw konformità sħiħa mar-regoli applikabbli previsti fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;

53.

Jiddeplora bil-qawwa l-ineffiċjenza u l-insuffiċjenza tal-monitoraġġ tal-konformità tal-persunal attwali u preċedenti tal-aġenziji mar-rekwiżiti u r-restrizzjonijiet ta’ “revolving door”; jinnota bi tħassib li, f’dan il-kuntest, każijiet mhux iddikjarati ta’ “revolving door” u ksur tar-restrizzjonijiet imposti fuq il-persunal li jitlaq fir-rigward tal-impjiegi l-ġodda tiegħu jistgħu jibqgħu mhux identifikati, li jista’ jwassal għal vantaġġi inġusti għal ċerti entitajiet tas-settur privat f’termini ta’ informazzjoni privileġġata jew ta’ lobbjar; jirrikonoxxi li dawn id-dgħufijiet u r-riskji huma dovuti għall-obbligi limitati stabbiliti mill-qafas ġuridiku tal-Unjoni f’dan il-qasam; ifaħħar lill-Uffiċċju tal-BEREC, lill-EBA u lill-ESMA talli għandhom stabbiliti proċeduri għall-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli applikabbli fil-qasam ta’ “revolving door”;

54.

Jirrikonoxxi l-fatt li r-regoli dwar l-indirizzar ta’ sitwazzjonijiet potenzjali ta’ “revolving door” u r-riskju assoċjat ta’ kunflitti ta’ interess ma japplikawx għall-bordijiet tal-membri tal-aġenziji, għall-kumitati xjentifiċi, għall-gruppi ta’ esperti u għal korpi simili oħra; jinnota mir-rapport tal-Qorti li matul il-perjodu awditjat (2019-2021), erba’ aġenziji biss ivvalutaw kwalunkwe każ relatat mal-membri tal-bordijiet tagħhom, li jibdew impjieg ġdid jew attività esterna; jiddeplora l-fatt li ġew ivvalutati biss 25 każ (jiġifieri 3,8 %) minn 659 każ ta’ tluq relatati mal-membri tal-bordijiet tal-aġenziji; ifaħħar lill-EBA, lill-EIOPA, lill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), lill-EMA, lill-ESMA, lill-Europol u lill-FRA) talli għandhom stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi li jkopru r-riskju ta’ sitwazzjonijiet ta’ “revolving door” fir-rigward ta’ membri tal-bordijiet tagħhom, minkejja l-vakwu legali eżistenti;

55.

Jistieden lill-EUAN jikkoordina l-isforzi għall-introduzzjoni, fl-aġenziji membri kollha tiegħu, ta’: (i) kodiċi ta’ kondotta u sett ta’ regoli għall-membri tal-bordijiet tat-tmexxija tagħhom, li jistabbilixxu prinċipji, proċeduri u mekkaniżmi speċifiċi biex jiġu indirizzati l-kunflitti ta’ interess ta’ dawn il-membri u sitwazzjonijiet ta’ “revolving door”; (ii) proċeduri għall-monitoraġġ tal-konformità tal-persunal attwali u preċedenti (inkluż il-persunal superjuri) mad-deċiżjonijiet applikabbli fil-qasam ta’ “revolving door” u restrizzjonijiet relatati; jistieden ukoll lill-EUAN jikkoordina l-isforzi għall-implimentazzjoni, fl-aġenziji membri kollha tiegħu, tar-rakkomandazzjonijiet kollha li ħareġ l-Ombudsman Ewropew fir-Rapport ta’ Spezzjoni tat-28 ta’ Frar 2019 (il-każ SI/2/2-17/NF) sabiex jinforza l-lobbjar ta’ sena u l-projbizzjoni fuq ir-rappreżentanza għall-persunal superjuri tal-Unjoni li jkun telaq mis-servizz ċivili u jippubblika kull sena informazzjoni dwar il-każijiet ivvalutati għal dan il-għan; jirrikonoxxi madankollu n-nuqqas ta’ setgħa vinkolanti ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet u jistieden lill-Kummissjoni timla din il-lakuna; jistieden lill-EUAN jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress li sar fuq dawn il-materji;

56.

Jinnota li l-maġġoranza tal-aġenziji rrapportaw li ma investigawx jew ma kkonkludewx każijiet ta’ kunflitti ta’ interess fl-2021; jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li f’diversi aġenziji, ġew irrapportati diversi każijiet ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali (Cedefop: każ wieħed; EFSA: 13-il każ; EIT: każ wieħed; il-Eurofound: każ wieħed; il-Europol: żewġ każijiet) pereżempju, fir-rigward tal-bordijiet tal-għażla, l-esperti esterni, il-proċeduri ta’ reklutaġġ, il-proċeduri ta’ akkwist u għall-għoti ta’ għotjiet jew tal-persunal preċedenti tal-aġenziji; jinnota r-risposti tal-aġenziji kkonċernati fir-rigward tas-segwitu għall-każijiet irrapportati msemmija;

57.

Jinnota li l-aġenziji kollha għandhom stabbilita politika għall-persuni li jirrapportaw, u xi wħud minnhom (l-EMA, l-eu-LISA) aġġornawha fl-2021; jistieden lis-CEPOL tistabbilixxi kanali ta’ rapportar speċifiċi u sikuri f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti tad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta; josserva li fl-2021, ġew irrapportati każijiet ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta fl-EBA (każ magħluq), fil-Frontex (tliet każijiet: wieħed magħluq u nnotifikat lill-OLAF u żewġ każijiet għadhom għaddejjin) u fl-EUSPA (każ wieħed li għadu għaddej); jinnota wkoll li fl-EMA ma ġie rrapportat l-ebda każ intern ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, madankollu, waslu 29 rapport ta’ każijiet esterni ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, li minnhom 23 każ ġew magħluqa u sitt każijiet għadhom għaddejjin; jistieden lill-aġenziji kkonċernati jirrapportaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar fil-każijiet li għadhom għaddejjin; jistieden lill-aġenziji kollha joffru taħriġ ta’ aġġornament regolari rigward il-politika dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta lill-persunal kollu tagħhom, jinkludu dan is-suġġett fil-programmi ta’ induzzjoni għal dawk ġodda u jippubblikaw informazzjoni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta fuq il-paġni web tal-intranet tal-aġenziji;

Kontroll intern

58.

Jinnota bi tħassib is-sejbiet tal-Qorti fil-qasam tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, fejn ġew osservati fl-2021 dgħufijiet bħall-kunflitti ta’ interess potenzjali, kontrolli ex ante/ex post neqsin, ġestjoni mhux adegwata tal-impenji baġitarji u legali u nuqqasijiet li jiġu rrapportati kwistjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet;

59.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward tal-awtoritajiet superviżorji Ewropej (ESA), hemm dispożizzjonijiet stabbiliti fir-regolamenti fundaturi tagħhom biex jiġi żgurat li l-Membri tal-Bord tas-Superviżuri tagħhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Unjoni; jinnota wkoll li l-Qorti rrapportat kwistjonijiet ta’ governanza li jaffettwaw lill-ESA f’diversi rapporti speċjali fis-snin preċedenti, fejn irrakkomandat li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tipproponi bidliet fl-istruttura ta’ governanza tal-ESA li jippermettulhom jużaw is-setgħat tagħhom b’mod aktar effettiv, għalkemm, fl-2019, il-leġiżlatur ma aċċettax l-istruttura ta’ governanza riveduta proposta mill-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li f’Lulju 2021, il-Kummissjoni ressqet proposta biex tistabbilixxi awtorità ġdida tal-Unjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AMLA) li fir-rigward tagħha għadhom għaddejjin in-negozjati;

60.

Jinnota li fi tmiem l-2021, l-aġenziji kollha rrapportaw li kienu implimentaw il-qafas ta’ kontroll intern (QKI) rivedut, ibbażat fuq is-COSO u li kienu wettqu l-valutazzjoni annwali tal-QKI; jistieden lill-aġenziji kollha jipprovdu bħala minimu r-riżultati tal-valutazzjoni fil-livell tal-komponenti, filwaqt li jħeġġeġ madankollu lill-aġenziji jirrapportaw b’livell aktar dettaljat bħal skont il-prinċipju tal-kontroll intern;

61.

Jinnota li fl-2021, skont ir-rapport tal-Qorti dwar is-segwitu tal-osservazzjonijiet tas-snin preċedenti, 67 osservazzjoni ngħalqu u 48 osservazzjoni kienu għadhom qed jiġu implimentati jew pendenti; jistieden lill-aġenziji jimplimentaw b’mod diliġenti l-osservazzjonijiet u jtejbu aktar l-oqfsa ta’ kontroll intern tagħhom; jinnota fl-aħħar nett li disa’ aġenziji rrapportaw li għaddejjin każijiet tal-OLAF;

62.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-aġenziji; jenfasizza bil-qawwa r-rekwiżit ta’ sistemi effettivi ta’ ġestjoni u kontroll biex jiġu evitati każijiet potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess, kontrolli ex ante/ex post nieqsa, ġestjoni mhux adegwata tal-impenji baġitarji u legali, u nuqqasijiet li jiġu rrapportati kwistjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet;

Id-diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika

63.

Jilqa’ l-fatt li l-aġenziji kollha stabbilew miżuri f’diversi gradi sabiex inaqqsu l-impatt ambjentali tagħhom u jagħtu kontribut pożittiv għall-iżvilupp sostenibbli u n-newtralità klimatika; jinnota tali miżuri li jirrigwardaw il-mobilità sostenibbli tal-persunal, l-użu ta’ faċilitajiet aktar ekoloġiċi, l-immaniġġjar tal-iskart, it-tnaqqis fil-konsum tal-karti u tal-oġġetti tal-konsum, it-titjib fl-użu tal-enerġija, eċċ.; jirrikonoxxi, madankollu, li f’xi aġenziji (pereżempju s-CEPOL) jeħtieġ li jsir ħafna aktar fir-rigward tal-miżuri relatati mas-sostenibbiltà ambjentali tagħhom; jistieden lill-aġenziji kollha jwettqu tranżizzjoni mill-aktar fis possibbli lejn l-elettriku ekoloġiku, kull meta jkun possibbli minn sorsi kompletament rinnovabbli u biex jinstallaw, meta jkun possibbli, ċelloli tal-pannelli solari fuq il-bjut tal-bini tagħhom;

64.

Jinnota li sitt aġenziji huma ċċertifikati bl-EMAS (Skema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali), 19-il aġenzija mhumiex iċċertifikati bl-EMAS, filwaqt li għal seba’ aġenziji l-proċess għaċ-ċertifikazzjoni bl-EMAS għadu għaddej; jinnota li l-biċċa l-kbira tal-aġenziji ma implimentawx l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku (APE) jew qed jintroduċu gradwalment kriterji (ambjentali ekoloġiċi ċari u verifikabbli) fil-proċessi tal-akkwist pubbliku tagħhom; jistieden lill-aġenziji kollha jħaffu l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-APE b’mod sħiħ; jistieden lill-aġenziji jibqgħu jirrapportaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar f’dan il-qasam;

65.

Iħeġġeġ lill-aġenziji kollha jadottaw pjanijiet ta’ azzjoni pluriennali dwar l-ekoloġizzazzjoni li jinkludu impenji rigward it-tnaqqis tas-CO2; iħeġġeġ ukoll lill-aġenziji kollha jippubblikaw rapporti ambjentali annwali li jivvalutaw, permezz tal-KPIs rilevanti, il-prestazzjoni ambjentali u l-impronta tas-CO2 tagħhom;

66.

Josserva li l-2021 kienet sena ewlenija għall-biċċa l-kbira tal-aġenziji fir-rigward ta’ diversi miżuri li ttieħdu sabiex jissaħħu ċ-ċibersigurtà tal-aġenziji u l-protezzjoni tar-rekords diġitali fil-pussess tagħhom; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li dawk il-miżuri mhumiex armonizzati fost l-aġenziji; ifaħħar il-proattività ta’ xi aġenziji li ppreparaw għall-aġġornament tal-politiki tas-sigurtà tas-sistemi tal-Informazzjoni tagħhom fid-dawl taż-żewġ regolamenti tal-Unjoni li ġejjin dwar iċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-informazzjoni fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni; jistieden lill-aġenziji kollha jagħmlu l-istess f’dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-aġenziji jaħdmu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA; josserva l-inizjattiva tal-EU-OSHA li tikkoordina l-implimentazzjoni ta’ soluzzjoni komuni biex tipprovdi servizzi taċ-ċibersigurtà lil aġenziji iżgħar; jinnota li xi aġenziji (il-BEREC, is-CEPOL) għadhom ma adottaw l-ebda politika dwar iċ-ċibersigurtà u jħeġġiġhom jagħmlu dan; jistieden lill-aġenziji joffru programmi ta’ taħriġ aġġornati fuq bai regolari relatati maċ-ċibersigurtà għall-persunal kollu tagħhom;

67.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-aġenziji f’termini ta’ operazzjoni u ġestjoni interni iżda anke sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; huwa kuntent li fl-2021 il-biċċa l-kbira tal-aġenziji komplew jagħmlu progress fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni u l-ottimizzazzjoni tal-flussi tax-xogħol u l-proċeduri tagħhom, b’mod partikolari fl-oqsma tar-riżorsi umani, il-proċeduri finanzjarji u tal-akkwist; iħeġġeġ lill-aġenziji kollha jadottaw u jimplimentaw is-software tal-Firma Kwalifikata Avvanzata u tal-Firma Elettronika Kwalifikata biex jiksbu approvazzjonijiet u firem kemm minn kontropartijiet interni kif ukoll esterni fid-dokumenti tal-akkwist u dawk kuntrattwali;

Kontinwità tal-operat matul il-kriżi tal-COVID-19

68.

Jirrikonoxxi li l-2021 kienet sena ta’ sfidi mġedda li jirrikjedu adattament, innovazzjoni, reżiljenza u flessibbiltà taħt il-ħakma kontinwa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-instabbiltajiet politiċi u ekonomiċi ġodda emerġenti;

69.

Jinnota li fl-2021 it-telexogħol kien essenzjali għall-kontinwità tal-operat tal-aġenziji, u s-suċċess tiegħu kien dovut ukoll għall-investimenti tal-aġenziji fl-awdjokonferenzi u l-vidjokonferenzi u għodod online oħra; josserva mit-tweġibiet tal-aġenziji li t-telexogħol u x-xogħol ibridu kellhom impatt newtrali jew pożittiv fuq il-prestazzjoni ta’ kważi l-aġenziji kollha, u xi aġenziji jikkunsidraw li t-telexogħol għandu rwol sinifikanti fl-attrazzjoni u ż-żamma tat-talent; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex, fil-futur, tqiegħed fil-prattika t-tagħlimiet rigward il-metodi ta’ ħidma remoti u ibridi, sabiex torganizza aħjar il-laqgħat u l-kompiti li jistgħu jsiru b’mod aktar effiċjenti b’mod remot pjuttost milli wiċċ imbwiċċ; jinnota wkoll li diversi aġenziji wettqu stħarriġ fost il-persunal tagħhom biex jivvalutaw l-impatt tat-telexogħol, u r-riżultati jindikaw esperjenza pożittiva b’mod ġenerali u żieda (perċepita) fl-effiċjenza, iżda minkejja dan ġew osserbati ċerti sfidi rigward ir-rabtiet ma’ persuni minn timijiet oħra u sens ta’ appartenenza li jista’ jiġi kompromess; iħeġġeġ lill-aġenziji kollha jadottaw u jimplimentaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-ħin tax-xogħol u x-xogħol ibridu;

Kummenti oħra

70.

Jilqa’ l-passi li saru mill-aġenziji biex jiddivulgaw u jippubblikaw ir-riżultati tal-ħidma tagħhom permezz ta’ diversi mezzi, inklużi s-siti web u l-media soċjali tagħhom; iħeġġeġ lill-aġenziji jżidu l-isforzi tagħhom u jirrapportaw informazzjoni rilevanti dwar il-prestazzjoni liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-pubbliku ġenerali b’lingwaġġ ċar u aċċessibbli biex jiġu żgurati trasparenza u responsabbiltà pubblika akbar billi jintużaw aħjar il-mezzi tal-media u tal-media soċjali; jistieden lill-aġenziji sabiex tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza f’dak ir-rigward;

71.

Ifakkar li fl-2020 il-Qorti ttestjat proċeduri awtomatizzati tal-awditjar fil-qasam tal-awditjar tal-kontijiet ta’ diversi aġenziji eżekuttivi; jinnota li, fl-2021 il-Qorti estendiet l-użu ta’ tali proċeduri għall-aġenziji kollha, madankollu - fil-każ ta’ aġenziji deċentralizzati - il-Qorti tapplika għaxar proċeduri relatati mas-salarji biss; josserva mir-rapport tal-Qorti r-riżultati li nkisbu b’suċċess permezz tal-applikazzjoni ta’ proċeduri awtomatizzati; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-lakuni fl-użu ta’ għodod standardizzati tal-IT (fl-akkwist elettroniku, u l-finanzi, il-kontabbiltà u r-rapportar) jirrappreżentaw ostakli serji għall-Qorti fl-espansjoni tal-użu ta’ tekniki ta’ awditjar diġitali għal oqsma oħra u għall-aġenziji kollha; jilqa’ madankollu l-pjan tal-Qorti li testendi din it-teknoloġija għall-awditjar tal-akkwist pubbliku tal-aġenziji fl-2022;

72.

Iqis li jeħtieġ li jsir aktar mill-EUAN biex isir ċentru reali ta’ koordinazzjoni tal-aġenziji u jikkontribwixxi għal żieda fil-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajbin bejniethom bil-għan, fost l-oħrajn, li jitnaqqsu l-kostijiet tal-funzjonament tagħhom; jistieden lill-aġenziji jaqblu dwar l-allokazzjoni mill-organigrammi tagħhom ta’ post tax-xogħol part-time addizzjonali (0,5 FTE) għall-EUAN; jistieden lill-EUAN jipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza lista aġġornata b’punti ta’ kuntatt fl-aġenziji kollha;

73.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-aġenziji soġġetti għal din il-proċedura ta’ kwittanza, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1)   ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.

(2)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(3)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.

(4)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Novembru 2021, UAB “Manpower Lit” vs E.S. et, C-948/19, ECLI:EU:C:2021:906.

(5)  Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).

(6)  Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/491


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1947 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriżi Konġunti għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposta tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0107/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0093/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130.

(5)   ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)   ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/493


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1948 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0093/2023),

A.

billi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (minn hawn ’l quddiem l-“Impriża Konġunta BBI”) twaqqfet f’Mejju 2014 fil-qafas tal-programm Orizzont 2020 għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2024 (1); billi, f’Novembru 2021, ġiet stabbilita l-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika (minn hawn ’l quddiem l-“Impriża Konġunta CBE”) skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 (2) biex tissostitwixxi l-Impriża Konġunta BBI, fil-qafas tal-programm Orizzont Ewropa, għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2031;

B.

billi l-għan ġenerali tal-impriżi konġunti fil-qafas tal-programm Orizzont Ewropa huwa li jkunu aktar orjentati lejn l-objettivi u jkollhom sħubijiet aktar ambizzjużi mas-setturi industrijali rispettivi milli kellhom fil-qafas tal-programmi preċedenti;

C.

billi l-Impriża Konġunta Ewropa CBE ġiet iffinanzjata fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027 bil-għan li tiġbor flimkien il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u tikkontribwixxi għall-istabbiliment tal-Unjoni bħala attur ewlieni fir-riċerka, permezz tal-involviment u tal-impenn tas-sħab fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ programm ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni b’valur miżjud Ewropew;

D.

billi, fl-ambitu tal-programmi tal-QFP għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-impriżi konġunti għandhom personalitajiet ġuridiċi separati u jadottaw l-aġenda fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħhom stess fis-settur strateġiku tar-riċerka tagħhom, u jimplimentawha permezz ta’ sejħiet għal proposti jew akkwisti;

E.

billi l-objettivi ġenerali tal-Impriża Konġunta CBE huma l-aċċelerazzjoni tal-proċess ta’ innovazzjoni u tal-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi b’bażi bijoloġika, l-aċċelerazzjoni tal-użu fis-suq tas-soluzzjonijiet innovattivi b’bażi bijoloġika u maturi eżistenti u l-garanzija ta’ livell għoli ta’ prestazzjonijiet ambjentali tas-sistemi industrijali b’bażi bijoloġika;

F.

billi, bil-għan li jitqies it-tul ta’ żmien tal-programm Orizzont Ewropa, is-sejħiet għal proposti fl-ambitu tal-Impriża Konġunta CBE għandhom jitnedew sal-31 ta’ Diċembru 2027; billi, f’każijiet debitament ġustifikati, is-sejħiet għal proposti jistgħu jitnedew sal-31 ta’ Diċembru 2028;

G.

billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta CBE huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u s-sħab industrijali rrappreżentati mill-Konsorzju tal-Industriji b’Bażi Bijoloġika (Konsorzju BIC);

H.

billi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta CBE, inklużi l-approprjazzjonijiet taż-ŻEE, tammonta għal EUR 1 biljun (li minnhom sa EUR 23,5 miljun għall-kostijiet amministrattivi); billi l-membri tal-Impriża Konġunta CBE differenti mill-Unjoni jagħmlu jew iħejju għall-entitajiet kostituttivi jew affiljati tagħhom kontribuzzjoni totali ta’ mill-inqas EUR 1 biljun, li minnhom sa EUR 23,5 miljun għall-kostijiet amministrattivi, matul il-perjodu ta’ għaxar snin;

Aspetti ġenerali

1.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (minn hawn ’il quddiem il-“Qorti”) dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta CBE (minn hawn ’il quddiem ir-“rapport tal-Qorti”) isib li l-kontijiet annwali tal-2021 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta CBE fil-31 ta’ Diċembru 2021, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, f’konformità mar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta CBE u mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi għall-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.

Jirrikonoxxi li Orizzont Ewropa jipprevedi għanijiet ambizzjużi għall-impriża konġunta, li jistgħu jinkisbu biss jekk jitfasslu u jiġu implimentati soluzzjonijiet effikaċi li jindirizzaw id-dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll intern u jħejju għall-isfidi futuri li jirriżultaw miż-żieda fir-responsabbiltajiet, pereżempju fil-qasam tal-ġestjoni u tal-ippjanar tar-riżorsi umani; jirrimarka, f’dan il-kuntest, li kalkoli u rekwiżiti ta’ rapportar partikolarment ikkumplikati u onerużi jirrappreżentaw riskju sinifikanti ta’ żball u jitlob, għalhekk, li jiġu esplorati l-possibbiltajiet ta’ semplifikazzjoni, meta possibbli u kompatibbli mal-qafas ġuridiku eżistenti;

3.

Jinnota li bejn l-impriżi konġunti ma hemm l-ebda definizzjoni armonizzata ta’ “kostijiet amministrattivi”, li tikkostitwixxi bażi għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri tagħhom u kundizzjoni preliminari biex dawn il-kostijiet isiru komparabbli; jitlob, f’dan il-kuntest, linji gwida komuni li jippermettu lill-impriżi konġunti kollha jieħdu approċċ armonizzat għall-klassifikazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ nfiq għal kostijiet amministrattivi, bħall-infiq għal konsulenzi, studji, analiżijiet, evalwazzjonijiet u assistenza teknika;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.

Jinnota li, f’Diċembru 2020, il-bord ta’ tmexxija adotta l-baġit tal-Impriża Konġunta CBE għall-2021 għall-ammont globali (baġit adottat u riattivazzjonijiet) ta’ EUR 5 215 066 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 174 626 895 f’approprjazzjonijiet ta’ pagament u li ma kien hemm l-ebda emenda;

5.

Jinnota b’dispjaċir li, skont ir-rapport tal-Qorti, ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-Impriża Konġunta CBE għall-2021 disponibbli għall-proġetti ta’ Orizzont 2020 kienet biss 71 % minħabba fatturi esterni bħall-pandemija tal-COVID-19 kif ukoll il-waqfien mhux mistenni ta’ proġett kbir ta’ Orizzont 2020 wara l-falliment tal-benefiċjarju prinċipali fl-2021;

6.

Jinnota, barra minn hekk, li l-baġit tal-Impriża Konġunta BBI preċedenti kien jinkludi surplus ta’ baġit mhux użat mis-snin preċedenti (2018, 2019 u 2020), li kien jinkludi EUR 600 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u f’approprjazzjonijiet ta’ pagament amministrattivi u, fuq in-naħa operattiva, EUR 46 881 709 f’approprjazzjonijiet ta’ pagament; jinnota wkoll li l-approprjazzjonijiet riattivati ntużaw bi prijorità f’konformità mar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta CBE u laħqu kważi l-100 % fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn amministrattivi, l-84 % fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament amministrattivi u d-79 % fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament operattivi sa tmiem is-sena;

7.

Jinnota li, fi tmiem l-2021, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni kienet tammonta għal EUR 728,228 miljun, u dik tal-grupp industrijali kienet tammonta għal EUR 52,239 miljun f’kontribuzzjonijiet in natura validati, EUR 14,559-il miljun fi flus kontanti għall-kostijiet amministrattivi u EUR 3,250 miljun fi flus kontanti għall-kostijiet operattivi;

8.

Jinnota li, fir-rigward tal-obbligi operattivi tal-Impriża Konġunta CBE fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta CBE kienet impenjat kważi bis-sħiħ EUR 815,8-il miljun mill-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-ftehimiet ta’ għotja ffirmati fl-ambitu ta’ Orizzont 2020; jinnota, barra minn hekk, li fis-snin li ġejjin għad iridu jitħallsu madwar EUR 159,6 miljun (jew 19,6 %); jinnota, min-naħa l-oħra, li l-membri privati kienu ħadu impenn ġuridiku li jipprovdu kontribuzzjonijiet in natura u finanzjarji ta’ EUR 266,5 miljun jew 56 % tal-objettiv indikattiv ta’ EUR 475,3 miljun stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma annwali adottati tal-Impriża Konġunta CBE; jinnota, madankollu, li peress li s-sejħiet kollha ta’ Orizzont 2020 kienu ngħalqu fi tmiem l-2020, l-Impriża Konġunta CBE mhux se tilħaq l-objettiv indikattiv stabbilit għall-membri privati tagħha sa tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni;

9.

Jinnota li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-pagamenti tal-Impriża Konġunta CBE disponibbli għall-proġetti ta’ Orizzont 2020 kienet 71 %, u dan jista’ jiġi spjegat minn sospensjonijiet u prorogi tal-proġetti reċenti ta’ Orizzont 2020, meħtieġa minħabba l-pandemija tal-COVID-19, kif ukoll il-waqfien ta’ proġett kbir ta’ Orizzont 2020 wara li l-falliment tal-benefiċjarju prinċipali fl-2021; jinnota li l-Impriża Konġunta CBE ma kellha l-ebda approprjazzjoni ta’ impenn operattiv għall-2021 peress li kienet temmet l-aħħar sejħa għal proposti tagħha sa tmiem l-2020;

10.

Jinnota li fi tmiem l-2021, il-membri industrijali rrappurtaw kontribuzzjonijiet in natura totali għal attivitajiet addizzjonali li jammontaw għal EUR 1 646,5 miljun jew 74 % tal-objettiv ta’ EUR 2 225,4 miljun; jinnota, madankollu, l-osservazzjoni tal-Qorti dwar in-nuqqas ta’ konklużjoni tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni għal EUR 715,6-il miljun jew 43 % tal-ammont irrapportat; jinnota l-azzjoni meħuda mill-bord ta’ tmexxija tal-Impriża Konġunta CBE biex jiżgura li jinkiseb l-objettiv sa tmiem il-programm, bl-approvazzjoni, fi Frar 2022, ta’ EUR 658 miljun addizzjonali ta’ investimenti tal-membri industrijali fl-attivitajiet tal-2022 marbuta mill-qrib mal-objettivi strateġiċi tal-Impriża Konġunta CBE; jinnota, b’konsegwenza t’hekk, li dak l-impenn tal-membri privati jista’ jtaffi r-riskju tal-Impriża Konġunta CBE li ma tilħaqx l-objettiv rigward il-kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet addizzjonali sa tmiem il-programm Orizzont 2020;

11.

Jinnota li, wara l-osservazzjoni tal-Qorti fl-2020 dwar in-nuqqas ta’ data għall-kontribuzzjonijiet in natura validati, bil-pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-attività 2021 il-Konsorzju BIC kien irnexxielu jorħoġ numru kbir ta’ ċertifikati li jinkludu l-kontribuzzjonijiet in natura tal-entitajiet kostituttivi tal-Konsorzju BIC għal attivitajiet addizzjonali prinċipalment tal-2020, iżda anki tal-2019 u tal-2018, li l-ħruġ tagħhom iddewwem matul il-pandemija tal-COVID-19;

12.

Jinnota li, fir-rigward tar-riskju identifikat mill-Qorti fl-2020 relatat mal-ksib tal-aġenda tal-Impriża Konġunta CBE fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-programm Orizzont 2020, il-kisbiet operattivi indikati fir-rapport annwali tal-attività 2021 jikkonfermaw li, minkejja t-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet fi flus miż-żewġ membri tal-Impriża Konġunta CBE (il-Kummissjoni u l-Konsorzju BIC), l-Impriża Konġunta CBE irnexxielha tilħaq l-objettivi strateġiċi tagħha; jilqa’ b’mod partikolari l-fatt li fost il-punti saljenti fil-livell operattiv irrapportati għall-2021, ġew iffinalizzati 41 proġett u li nkisbu l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) kollha marbuta mal-prestazzjoni tal-proġetti; japprezza wkoll il-fatt li r-riżultati mistennija rrappurtati mill-proġetti li għaddejjin jindikaw li l-KPIs finali se jaqbżu b’mod sinifikanti l-objettivi ffissati fl-“Aġenda Strateġika ta’ Riċerka u ta’ Innovazzjoni: l-industriji b’bażi bijoloġika għall-iżvilupp u t-tkabbir fl-Ewropa”, li identifikaw l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ dimostrazzjoni u ta’ użu li l-Impriża Konġunta CBE għandha timplimenta fil-qafas tal-programm Orizzont 2020;

13.

Jinnota li, fir-rapport annwali tal-attività tagħha għall-2021, l-Impriża Konġunta CBE tkompli tirrapporta dwar il-valuri reali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji in natura pprovduti mill-Konsorzju BIC, jew mill-entitajiet kostituttivi tiegħu, sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 (3) u li l-livell ġenerali tal-kontribuzzjonijiet in natura u finanzjarji diġà laħaq 70 % tal-valur finali mistenni ta’ EUR 2,73 biljun u jinsab fit-triq it-tajba biex jilħaq dak l-objettiv finali sal-2024;

Prestazzjoni

14.

Jinnota li l-prijoritajiet u l-objettivi għall-2021 tal-impriża konġunta CBE ġew ippreżentati għall-ewwel darba mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord ta’ Tmexxija matul il-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2020, qabel ma ġiet ippreżentata u diskussa verżjoni finali fis-7 ta’ Ottubru 2020; jinnota li l-prijoritajiet imbagħad ġew inklużi fil-pjan ta’ ħidma annwali 2021 bħala objettivi għall-2021, bil-għan li jiġi kkonsolidat il-portafoll tal-proġetti filwaqt li jinżammu l-istandards ta’ kwalità biex jiġi assorbit l-ogħla volum ta’ xogħol; jinnota, barra minn hekk, li ġiet żgurata tranżizzjoni bla xkiel mill-Impriża Konġunta BBI għall-Impriża Konġunta CBE l-ġdida fl-ambitu tal-programm qafas Orizzont Ewropa;

15.

Jinnota li ma kien hemm l-ebda sejħa għal proposti fl-2021, peress li l-aħħar sejħa kien fl-2020 u li l-Impriża Konġunta CBE kompliet tiġġestixxi l-portafoll ta’ proġetti tagħha, u dan irriżulta fl-iffirmar ta’ 18-il ftehim ta’ għotja, b’hekk l-għadd totali ta’ proġetti tal-Impriża Konġunta CBE tela’ għal 142 (71 azzjoni ta’ riċerka u innovazzjoni, 39 azzjoni dimostrattiva, 14-il inizjattiva emblematika u 18-il azzjoni ta’ koordinament u appoġġ), li minnhom 96 kienu għadhom għaddejjin fi tmiem l-2021 u 46 finalizzati;

16.

Jinnota li, fl-2021, kuntrattur estern wettaq studju speċifiku (4) biex jivvalida r-riżultati tal-KPIs tat-32 proġett tal-Impriża Konġunta BBI li kienu tlestew sa Lulju 2020 u biex jipprovdi valutazzjoni ġenerali tal-portafoll ta’ proġetti tal-Impriża Konġunta BBI; jinnota li l-eżerċizzju ta’ validazzjoni analizza r-riżultati u l-impatti tal-KPIs irrappurtati fid-dawl tal-evidenza pprovduta fid-dokumentazzjoni tal-proġetti, inklużi r-rapport perjodiku, ir-riżultati tanġibbli u r-rapporti ta’ rieżami li għamlu esperti indipendenti; jinnota, barra minn hekk, li ġie żviluppat punteġġ ta’ validazzjoni biex jindika l-punt sa fejn ir-riżultati tal-KPIs irrapportati kienu sostnuti b’evidenza;

17.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-maġġoranza (madwar 90 %) tad-data vvalidata kisbet il-punteġġi 1 jew 2 (punteġġi ta’ validazzjoni: 1, 2, 3) u dan juri li l-qafas tal-KPIs stabbilit għall-Impriża Konġunta BBI jagħti kejl sinifikanti tar-riżultati u tal-impatti tal-programm;

18.

Jinnota li l-inizjattivi emblematiċi u l-azzjonijiet dimostrattivi avvanzati huma l-proġetti li jikkontribwixxu l-aktar għall-impatti soċjoekonomiċi bħall-ħolqien tal-impjiegi, l-iżvilupp rurali u l-benefiċċji għall-produtturi primarji, l-impatt reġjonali u lokali u l-impatti fuq is-swieq u l-industrija; jinnota li l-livell ta’ tħejjija teknoloġika ta’ dawk il-proġetti jippermetti l-użu tat-teknoloġiji fuq skala preindustrijali kbira, bl-involviment ta’ atturi mill-katina tal-valur kollha, mill-fornituri lokali tal-materja prima sal-utenti finali u l-awtoritajiet lokali;

19.

Jinnota li t-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-proċessi u tal-prodotti industrijali huwa wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Impriża Konġunta CBE; jinnota li kontribut importanti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima huwa t-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u ta’ gassijiet oħra b’effett ta’ serra rrappurtat minn 65 % tal-proġetti tal-Impriża Konġunta CBE; jinnota li 29 % tal-proġetti jirrapportaw l-użu/ir-riċiklaġġ tas-CO2 rilaxxat minn operazzjonijiet b’bażi bijoloġika, u dan jikkorrispondi għal tnaqqis tal-emissjonijiet diretti tagħhom ta’ gassijiet b’effett ta’ serra;

20.

Jieħu pjaċir jinnota li, fl-2021, kompliet il-prestazzjoni effiċjenti tal-Impriża Konġunta CBE fl-ambitu tal-operazzjonijiet fundamentali fir-rigward tal-KPIs ta’ Orizzont 2020 li abbażi tagħhom tiġi mmonitorjata l-Impriża Konġunta CBE, u dan jikkonferma x-xejriet pożittivi osservati fis-snin preċedenti: it-time to inform (TTI) għall-applikanti tas-sejħa 2020 ġie rispettat f’Jannar 2021, b’137 jum, meta mqabbel mal-objettiv ta’ 153 jum (100 % puntwalità); it-time to grant (TTG) għall-proposti magħżula fl-ambitu tas-sejħa 2020 kien, bħala medja, 236 jum, meta mqabbel mal-objettiv ta’ 245 jum, u l-ftehimiet ta’ għotja kollha ġew iffirmati fil-ħin (100 % puntwalità); it-time to amend (TTA) kien disat ijiem meta mqabbel mal-objettiv ta’ 45 jum (100 % puntwalità); it-time to pay (TTP) għall-prefinanzjament tal-proposti magħżula fl-ambitu tas-sejħa 2020 kien, bħala medja, 9,5 ijiem, meta mqabbel mal-objettiv ta’ 30 jum (100 % puntwalità), u għall-pagamenti intermedji u finali kien, bħala medja, 66 jum, meta mqabbel mal-objettiv ta’ 90 jum (100 % puntwalità);

21.

Jinnota li, wara osservazzjoni li saret fil-proċedura ta’ kwittanza tal-2020 dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-ftehimiet ta’ għotja ffirmati mill-Impriża Konġunta CBE jikkorrispondu għall-mudell ta’ ftehim ta’ għotja maħruġ mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni u mingħajr ebda devjazzjoni fil-ġestjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; jinnota, barra minn hekk, li għal dak li jikkonċerna d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-pubblikazzjoni tar-riżultati, is-sjieda tar-riżultati tal-proġetti għadha taħt il-kontroll tal-benefiċjarji, u dawn tal-aħħar għandhom jissodisfaw obbligi speċifiċi rigward ix-xjenza miftuħa u l-aċċess għar-riżultati tar-riċerka f’konformità mat-taqsima 3 (“Drittijiet u obbligi relatati mal-kuntest u mar-riżultati”) tal-mudell ta’ ftehim ta’ għotja ta’ Orizzont 2020;

Proċeduri ta’ reklutaġġ, persunal u akkwist

22.

Jinnota li sa tmiem l-2021 l-uffiċċju tal-programm tal-Impriża Konġunta CBE kien magħmul minn 22 membru tal-persunal u li fl-2021 tnedew erba’ proċeduri ta’ reklutaġġ li wasslu għar-reklutaġġ ta’ uffiċjal tal-proġett (aġent kuntrattwali), assistent eżekuttiv inkarigat mir-relazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati (aġent temporanju), assistent tal-komunikazzjoni (aġent temporanju) u assistent finanzjarju (aġent kuntrattwali); jinnota, barra minn hekk, li, bħal fl-2020, sabiex tlaħħaq mal-perjodu massimu ta’ xogħol, l-Impriża Konġunta CBE kkonkludiet, permezz tal-kuntratt qafas tal-Kummissjoni għas-servizzi interim, diversi kuntratti għal żmien qasir għas-servizzi interim biex tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-uffiċċju tal-programm tal-Impriża Konġunta CBE;

23.

Jinnota bi tħassib li l-perċentwal medju annwali ta’ persunal interim baqa’ għoli, jiġifieri 19 % tal-persunal statutarju; ifakkar li l-proporzjon għoli ta’ persunal kuntrattwali għandu t-tendenza li jżid b’mod sinifikanti r-rata tad-dawran tal-persunal u jkompli jiddestabbilizza s-sitwazzjoni tal-persunal tal-Impriża Konġunta CBE; jenfasizza, madankollu, li l-użu ta’ persunal interim għandu jibqa’ soluzzjoni temporanja, għax inkella dan jista’ jkollu riperkussjonijiet negattivi fuq il-prestazzjoni kumplessiva tal-Impriża Konġunta CBE, pereżempju ż-żamma tal-kompetenzi ewlenin, nuqqas ta’ ċarezza fil-kanali tal-obbligu ta’ rendikont, tilwim ġudizzjarju possibbli u inqas effiċjenza tal-persunal; ifakkar li l-Impriża Konġunta CBE għandha tiżviluppa mudell jew gwida formalizzati dwar kif għandhom jiġu stmati l-ħtiġijiet tal-persunal (inklużi l-kompetenzi essenzjali), bil-għan li jiġi ottimizzat l-użu tar-riżorsi umani;

24.

Jinnota li, abbażi tar-rapport annwali tal-attività 2021, il-bilanċ bejn il-ġeneri huwa adegwat, bi preżenza tan-nisa ta’ 64 % fil-livell tal-uffiċċji tal-programm, ta’ 46 % fil-grupp ta’ rappreżentanti tal-Istati (inklużi l-membri sostituti) u ta’ 57 % fil-kumitati xjentifiċi; jinkoraġġixxi lill-Impriża Konġunta CBE żżomm dan il-bilanċ bejn il-ġeneri u tkompli ttejbu;

25.

Jirrikonoxxi li, skont ir-rapport annwali tal-attività tagħha, in-numru ta’ nisa fil-bord ta’ tmexxija żdied, minn 20 % fis-sena preċedenti għal 30 % fi tmiem l-2021; jinkoraġġixxi lill-Impriża Konġunta CBE tirsisti iktar biex tilħaq bilanċ bejn il-ġeneri fi ħdan il-bord ta’ tmexxija;

26.

Jinnota li, mill-2016, l-impriżi konġunti ma ħallsux il-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem għall-persunal tagħhom għall-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni, li jikkorrispondi għall-proporzjon tad-dħul tagħhom issussidjat minn pajjiżi terzi mad-dħul totali tagħhom, peress li l-Kummissjoni la pprevediet din in-nefqa fil-baġit tal-impriżi konġunti u lanqas ma talbet formalment il-pagamenti; jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi biex tevita kwistjonijiet simili fil-futur;

27.

Jinnota li, fl-2021, l-Impriża Konġunta CBE ħadet it-tmexxija flimkien ma’ erba’ impriżi konġunti oħra fl-implimentazzjoni ta’ SYSTAL, strument ta’ reklutaġġ elettroniku mfassal minn Oracle u diġà użat minn diversi aġenziji deċentralizzati, u li l-Impriża Konġunta CBE użat l-istrument għall-ewwel darba f’Settembru 2021 bil-pubblikazzjoni ta’ pożizzjoni waħda;

28.

Jinnota li, fl-2021, biex jiġi żgurat li l-membri tal-persunal ikunu kompetenti fir-rwoli tagħhom u huma kapaċi jlaħħqu mal-ambjent tax-xogħol impenjattiv, il-funzjoni tar-riżorsi umani żviluppat qafas għat-tagħlim u għall-iżvilupp, filwaqt li qieset l-objettivi annwali tal-Impriża Konġunta BCE; jinnota li minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-attivitajiet kollha ta’ tagħlim ġew organizzati online;

29.

Jenfasizza li, wara osservazzjoni li saret fil-proċedura ta’ kwittanza tal-2020 dwar l-akkwist, l-Impriża Konġunta CBE implimentat il-miżuri kollha possibbli sabiex tiżgura l-aktar kompetizzjoni wiesgħa fil-proċeduri ta’ akkwist tagħha u fir-rispett tar-Regolament Finanzjarju; japprezza wkoll il-fatt li l-Impriża Konġunta CBE tuża l-eTendering biex tippubblika l-avviżi tagħha dwar l-akkwist pubbliku u implimentat ir-rekwiżiti kollha ta’ adeżjoni għas-soluzzjonijiet fil-qasam tal-akkwist elettroniku (bħall-eSubmission), li huwa ppjanat li jiġu integrati bis-sħiħ f’din is-sistema sa tmiem l-2022;

30.

Jirrikonoxxi li, wara osservazzjoni li saret fil-proċedura ta’ kwittanza 2020 dwar in-nuqqas ta’ struttura ta’ appoġġ li tiżgura l-benesseri psikoloġiku tal-persunal, l-Impriża Konġunta CBE organizzat sensiela ta’ avvenimenti biex tappoġġa l-persunal ħalli jilqa’ l-isfidi imposti mill-pandemija, u li ġew stabbiliti l-aħjar prattiki u regoli tad-deheb fl-ambitu tal-preparazzjoni tal-istrateġija ta’ “Lura fl-uffiċċju” tal-organizzazzjoni fil-qafas tal-modi l-ġodda tax-xogħol;

Kontrolli interni u awditu intern

31.

Jinnota li l-qafas ta’ kontroll intern tal-Impriża Konġunta CBE huwa bbażat fuq 17-il prinċipju ta’ kontroll u huwa allinjat mal-qafas ta’ kontroll tal-Kummissjoni u ilu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2020;

32.

Jinnota li r-riżultati tal-valutazzjoni tal-kontroll intern tal-2021 jikkonfermaw li s-sistema ta’ kontroll tal-Impriża Konġunta CBE hija preżenti u taħdem, għad li huwa meħtieġ xi titjib; jinnota li, b’mod ġenerali, il-komponenti kollha ta’ kontroll intern joperaw flimkien b’mod integrat, li s-sistema hija konformi mal-qafas ta’ kontroll intern, qed taħdem f’livell aċċettabbli ta’ effikaċja, u tippermetti kontroll suffiċjenti tar-riskji għall-ksib tal-objettivi ta’ kontroll;

33.

Jinnota li s-servizz tal-awditjar komuni tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Kummissjoni huwa responsabbli mill-awditu ex post tal-pagamenti li jsiru skont Orizzont 2020; jinnota li, abbażi tar-riżultati tal-awditjar ex post disponibbli fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta CBE rrappurtat rata ta’ żball rappreżentattiva ta’ 1,9 % u rata tal-iżball residwu ta’ 1,2 % għall-proġetti fl-ambitu ta’ Orizzont 2020 (ikklerjar u pagamenti finali); jinnota, madankollu, li r-rati ta’ żball ippreżentati hawn fuq għandhom jiġu ttrattati b’kawtela, peress li għadhom mhux disponibbli r-riżultati kollha tal-awditjar, u għalhekk ir-rati ta’ żball mhumiex kompletament rappreżentattivi tan-nefqa suġġett għall-kontroll;

34.

Japprezza l-fatt li, kif kien il-każ fl-2020, hemm evidenza li s-semplifikazzjonijiet introdotti fl-ambitu ta’ Orizzont 2020, flimkien mal-esperjenza li qed tiżdied progressivament miksuba mill-benefiċjarji prinċipali, affettwaw b’mod pożittiv l-għadd u l-livell ta’ żbalji; jinnota, madankollu, li l-benefiċjarji għadhom jagħmlu l-iżbalji, normalment minħabba nuqqas ta’ fehim jew nuqqas ta’ rispett tar-regoli;

35.

Jenfasizza li s-sejbiet tal-Qorti kkonfermaw żbalji sistemiċi persistenti għall-ispejjeż tal-persunal iddikjarati u li b’mod partikolari, l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u l-benefiċjarji l-ġodda huma aktar suxxettibbli għall-iżbalji minn benefiċjarji oħra; jenfasizza li dawk l-iżbalji ġew irrappurtati regolarment anki fir-rapporti annwali tal-Qorti mill-2017 ’l hawn; jenfasizza, għaldaqstant, li s-semplifikazzjoni tar-regoli ta’ Orizzont 2020 għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-persunal u l-użu aktar mifrux ta’ għażliet semplifikati f’dawk li huma kostijiet huma kundizzjoni prelimiari biex ir-rati ta’ żball jiġu stabbilizzati taħt il-livell ta’ materjalità; jenfasizza li l-Impriża Konġunta CBE għandha ssaħħaħ is-sistemi ta’ kontroll intern tagħha biex tindirizza r-riskju akbar assoċjat mal-SMEs u mal-benefiċjarji l-ġodda, u jinkoraġġixxi bil-qawwa l-użu tal-Personnel Costs Wizard min-naħa ta’ ċerti kategoriji ta’ benefiċjarji li huma aktar suxxettibbli li jagħmlu żbalji, bħall-SMEs u l-benefiċjarji ġodda. jilqa’ l-fatt li, fl-2022, l-impriżi konġunti kollha bdew jimplimentaw azzjonijiet għat-tnaqqis tar-rata ta’ żbalji f’konformità mal-azzjoni proposta mill-Qorti, pereżempju billi jeżaminaw l-għażliet ta’ forom semplifikati ta’ kostijiet bħal kostijiet unitarji, somom f’daqqa u rati fissi;

36.

Jinnota li, biex tivvaluta l-kontrolli tal-Impriża Konġunta CBE fuq il-pagamenti operattivi, il-Qorti ssottoponiet għal awditjar kampjun aleatorju ta’ pagamenti ta’ Orizzont 2020 fil-livell tal-benefiċjarji finali, biex tikkorrobora r-rati ta’ żball tal-awditu ex post (5); jinnota li, f’każ wieħed, il-Qorti sabet u kkwantifikat żball relatat mal-kostijiet diretti tal-persunal iddikjarati għal persuna li la kienet impjegata mill-benefiċjarju u lanqas ma kien ġie stipulat kuntratt direttament magħha għall-proġett;

37.

Jinnota li, wara osservazzjoni li saret fil-proċedura ta’ kwittanza tal-2020 dwar is-sejba mill-Qorti ta’ żbalji sistemiċi persistenti fil-kostijiet tal-persunal iddikjarati mill-benefiċjarji u billi tali żbalji ġew irrappurtati regolarment ukoll fl-awditi ex post tas-servizz tal-awditjar komuni, l-Impriża Konġunta CBE għadha impenjata b’mod attiv biex ittejjeb l-istrateġiji ta’ kontroll tagħha tan-nefqa u tipparteċipa f’azzjonijiet komuni meħuda f’dan il-kuntest mill-governanza ta’ Orizzont 2020 u ta’ Orizzont Ewropa filwaqt li timmira wkoll lejn il-kategoriji identifikati sew ta’ benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni;

Ġestjoni u prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess u tar-riskji ta’ frodi

38.

Jinnota li, fi tmiem l-2021, total ta’ 11-il riskju ġew identifikati u deskritti fir-reġistru tar-riskji bi gradi differenti ta’ importanza, konverġenza u interdipendenza; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskju li sar fl-2021 ikkonferma x-xejra tas-snin preċedenti u xi riskji addizzjonali ġew assorbiti jew imnaqqsa permezz ta’ żieda fl-effikaċja tal-kontrolli interni kif ukoll permezz tal-esperjenza miksuba fl-attivitajiet ewlenin, bħall-ippjanar, il-proċessi u s-sistemi tal-għotjiet fl-ambitu ta’ Orizzont 2020;

39.

Jilqa’ l-fatt li, fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess potenzjali, l-uffiċċju tal-programm tal-Impriża Konġunta CBE żviluppa sett komprensiv ta’ regoli u proċeduri li huma implimentati b’mod effikaċi fl-istruttura ta’ governanza kollha tiegħu, u li ġew implimentati miżuri speċifiċi għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess tal-esperti inkarigati mir-rieżami tal-proġetti u tal-offerti;

40.

Jenfasizza li, matul l-2021, dawk is-sistemi ta’ kontroll ħadmu b’mod effikaċi, u m’hemm bżonn li jiġi rrappurtat xejn li jista’ jinfluwenza l-aċċertament raġonevoli li għandu jingħata mill-uffiċjal awtorizzanti;

41.

Jinnota li, wara osservazzjoni li saret fil-proċedura ta’ kwittanza tal-2020, l-Impriża Konġunta, fir-rapport annwali tal-attività tagħha għall-2021, tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-ġestjoni tar-riskji ta’ frodi u tikkonferma li l-Impriża Konġunta CBE kompliet timplimenta b’mod effikaċi r-rakkomandazzjonijiet ifformulati fis-snin preċedenti u tirrapporta lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) f’dan ir-rigward;

42.

Jinnota li, wara osservazzjoni li saret fil-proċedura ta’ kwittanza tal-2020, id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-bord ta’ tmexxija qed jiġu ppubblikati fuq is-sit web uffiċjali tal-Impriża Konġunta CBE u li dawn id-dikjarazzjonijiet jinkludu wkoll informazzjoni rilevanti dwar l-attivitajiet professjonali tal-passat u dawk attwali tal-membri;

43.

Jinnota li, wara osservazzjoni li saret fil-proċedura ta’ kwittanza tal-2020, l-Impriża Konġunta CBE implimentat għadd ta’ politiki u taħriġ biex tiġġieled il-fastidju u l-frodi, tipprevjeni l-kunflitti ta’ interess u tipproteġi lill-informaturi ta’ irregolaritajiet; jinnota, barra minn hekk, li l-politiki etiċi huma inkorporati f’sensiela wiesgħa ta’ attivitajiet u mekkaniżmi ta’ ġestjoni tar-riskju li l-effikaċja tagħhom hija mmonitorjata kontinwament mill-funzjonijiet responsabbli li huma identifikati sew fl-istruttura ta’ governanza tal-Impriża Konġunta CBE u s-sistemi ta’ kontroll rilevanti kollha jiġu ttestjati regolarment mis-servizz tal-awditjar intern u mill-Qorti bħala fornituri ta’ aċċertamenti; jinnota li l-Impriża Konġunta CBE tirrapporta regolarment fir-rapporti annwali tal-attività tagħha dwar dan il-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tar-riskju u b’mod partikolari, dwar kwalunkwe każ potenzjali ta’ fastidju, kunflitt ta’ interess u avvenimenti frawdolenti li jistgħu jikkawżaw riżervi fid-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni annwali mehmuża, ippreżentata lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta CBE; jinnota li fir-rapport annwali tal-attività 2021 ma hemm l-ebda rappurtar dwar sejbiet u konklużjonijiet li jistgħu jikkawżaw riżervi f’dawn l-oqsma.

(1)   ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130).

(4)  https://www.bbi.europa.eu/sites/default/files/executive-summary-bbi-ju-portfolio-kpi.pdf

(5)  Rigward it-tranżazzjonijiet ta’ pagamenti ta’ għotjiet ittestjati fil-livell tal-benefiċjarji, is-soll ta’ rappurtar għal żball kwantifikabbli huwa ta’ 1 % tal-kostijiet awditjati.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/500


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1949 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika (qabel it-30 ta’ Novembru: Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriżi Konġunti għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposta tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0107/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0093/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130.

(5)   ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)   ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/502


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1950 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: l-Impriża Konġunta Clean Sky 2) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposta tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0108/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0078/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.

(5)   ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)   ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/504


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1951 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: l-Impriża Konġunta Clean Sky 2) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0078/2023),

A.

billi l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta fl-Ajrunawtika ġiet stabbilita f’Diċembru 2007 fl-ambitu tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka għal perjodu ta’ għaxar snin (Clean Sky 1); billi, f’Mejju 2014, il-Kunsill estenda l-ħajja tal-Impriża Konġunta taħt il-programm Orizzont 2020 għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2024 (Clean Sky 2);

B.

billi, f’Novembru 2021, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2021/2085 (1) (“Att Bażiku Uniku”), li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa (l-Impriża Konġunta) biex tissostitwixxi l-Clean Sky 2, fl-ambitu tal-programm Orizzont Ewropa għall-perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2031;

C.

billi l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa hija sħubija pubblika-privata intiża sabiex tittrasforma l-avjazzjoni b’orjentazzjoni lejn futur sostenibbli u newtrali għall-klima;

D.

billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u organizzazzjonijiet mis-settur tal-avjazzjoni involuti fil-ħolqien ta’ standard globali ġdid għal sistemi tal-avjazzjoni affidabbli u newtrali għall-klima;

E.

billi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta, inklużi l-approprjazzjonijiet taż-ŻEE, biex tkopri l-kostijiet amministrattivi u l-kostijiet operazzjonali, għandha tkun sa EUR 1,7 biljun, inkluż sa EUR 39,223 miljun għall-kostijiet amministrattivi; billi l-membri tal-Impriża Konġunta għajr l-Unjoni għandhom jagħmlu jew jieħdu l-miżuri neċessarji biex l-entitajiet kostitwenti jew l-affiljati tagħhom jagħmlu kontribuzzjoni totali ta’ mill-inqas EUR 2;4 biljun, inkluż sa EUR 39,223 miljun għall-kostijiet amministrattivi, matul il-perjodu ta’ għaxar snin;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jilqa’ l-fatt li, skont ir-rapport tal-Qrati tal-Awdituri (ir-“rapport tal-Qorti”) il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2021 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta’ Diċembru 2021, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi għall-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.

Jirrikonoxxi li Orizzont Ewropa jipprevedi għanijiet ambizzjużi għall-Impriża Konġunta, li jistgħu jinkisbu biss jekk jitfasslu u jiġu implimentati soluzzjonijiet effikaċi li jindirizzaw id-dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll intern u jħejju għall-isfidi futuri li jirriżultaw miż-żieda fir-responsabbiltajiet, pereżempju fil-qasam tal-ġestjoni u tal-ippjanar tar-riżorsi umani; jirrimarka, f’dan il-kuntest, li kalkoli u rekwiżiti ta’ rapportar partikolarment ikkumplikati u onerużi jirrappreżentaw riskju sinifikanti ta’ żball u jitlob, għalhekk, li jiġu esplorati l-possibbiltajiet ta’ semplifikazzjoni, meta dawn ikunu possibbli u kompatibbli mal-qafas ġuridiku eżistenti;

3.

Jinnota li l-baġit finali disponibbli tal-Impriża Konġunta għall-2021 (inklużi l-approprjazzjonijiet mhux użati li ddaħħlu mill-ġdid tas-snin preċedenti, id-dħul assenjat, u r-riallokazzjonijiet għas-sena ta’ wara) kien jinkludi approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 182,6 miljun u approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 189,9 miljun;

4.

Jifhem li l-eżekuzzjoni tal-baġit kienet affettwata mis-sitwazzjoni tal-pandemija tal-COVID-19, b’mod partikolari fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament għan-nefqa amministrattiva u li madankollu, l-Impriża Konġunta kellha rata ta’ implimentazzjoni ta’ 99,6 % għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-2021 (esklużi l-approprjazzjonijiet mhux użati mhux meħtieġa fis-sena attwali) u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament ġew eżegwiti għal 82,3 % tal-fondi disponibbli, esklużi l-approprjazzjonijiet mhux użati tal-2021 ta’ EUR 22,9 miljun (56,3 % tar-rata ta’ eżekuzzjoni jekk l-approprjazzjonijiet mhux użati jiġu inklużi bħala baġit ta’ pagament totali);

5.

Jinnota li, fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta kienet impenjat kważi bis-sħiħ EUR 1 716 miljun mill-kontribuzzjoni massima tal-UE għall-ftehimiet ta’ għotja ffirmati taħt Orizzont 2020; jinnota li, minn dan l-ammont, madwar EUR 273 miljun (jew 16 %) għad iridu jitħallsu fis-snin li ġejjin; jinnota, barra minn hekk, li l-membri privati kienu impenjaw ruħhom legalment li jipprovdu kontribuzzjonijiet in natura ta’ EUR 2 113,8 miljun;

6.

Jissottolinja li r-rata ta’ implimentazzjoni għall-baġit ta’ impenn u ta’ pagament tal-Impriża Konġunta għall-2021 disponibbli għall-proġetti Orizzont 2020 kienet ta’ 100 % u 83 % rispettivament;

7.

Jinnota mir-Rapport Annwali tal-Attività li l-ippjanar 2022-2023 ġie rivedut biex jinkludi r-riport mill-2020-2021 (sforzi mhux minfuqa u riżultati ppjanati mill-ġdid) sabiex jittieħed kont tal-attivitajiet li fadal sa tmiem il-programm; jinnota li l-perjodu li jmiss se jkun kritiku peress li 70 % tar-riżultati huma mistennija li jinkisbu fl-aħħar sentejn tal-programm bil-finanzjament li jifdal ta’ madwar 10 % fil-livell tal-programm; jinnota, barra minn hekk, li r-riskju ta’ dewmien f’xi żoni ta’ Pjattaformi ta’ Dimostrazzjoni ta’ Mezzi tal-Ajru Innovattivi/Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata (IADP/ITD) għadu għoli u jirrikjedi monitoraġġ speċifiku mill-membri sabiex jagħtu r-riżultati tagħhom matul il-ħajja tal-programm Clean Sky 2; jinnota, barra minn hekk, li fil-perjodu li jmiss, il-Pjattaformi ta’ Dimostrazzjoni ta’ Mezzi tal-Ajru Innovattivi (IADPs), id-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata (ITDs) u l-Attivitajiet Trasversali (TAs) huma mistennija jikkonfermaw il-pjan sat-tlestija permezz tal-valutazzjoni ta’ nofs is-sena (mistennija f’Lulju 2022) u r-rieżamijiet tal-progress interim se jkollhom rwol ċentrali fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni kumulattiva miksuba u se jikkonfermaw il-pjan ta’ kisba tar-riżultati skont il-kalendarju previst;

Persunal u akkwist

8.

Jinnota li t-tabella tal-persunal tal-Impriża Konġunta għall-2021 kien fiha total ta’ 42 membru tal-persunal statutorju (aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali) u żewġ esperti nazzjonali sekondati u 42 post kienu okkupati fi tmiem l-2021; jinnota li fl-2021 l-Impriża Konġunta nediet il-proċess ta’ reklutaġġ ta’ żewġ pożizzjonijiet (Kap tat-Tim u Uffiċjal tal-Proġetti); jinnota, barra minn hekk, li għall-postijiet tax-xogħol statutorji, l-Impriża Konġunta tiddependi minn fornituri ta’ servizzi esterni bħall-webmaster, il-kumpanija tas-servizzi tal-IT kondiviża mal-Impriżi Konġunti l-oħra, disa’ interims u konsulent wieħed fil-komunikazzjoni (Kittieb bl-Ingliż) biex jipprovdu appoġġ addizzjonali lill-Impriża Konġunta;

9.

Jinnota bi tħassib, mis-segwitu tal-osservazzjonijiet tas-snin preċedenti tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) li l-proporzjoni ta’ persunal interim baqgħet għolja matul dawn l-aħħar snin, f’livell ta’ madwar 13 % tal-persunal statutorju; ifakkar li l-livell għoli ta’ persunal kuntrattwali għandu t-tendenza li jżid b’mod sinifikanti r-rata tad-dawran tal-persunal u jkompli jiddestabbilizza s-sitwazzjoni tal-persunal tal-Impriża Konġunta; jenfasizza, barra minn hekk, li l-użu ta’ persunal interim għandu jibqa’ soluzzjoni temporanja, għax inkella dan jista’ jolqot b’mod negattiv il-prestazzjoni kumplessiva tal-Impriża Konġunta, bħat-telf ta’ kompetenzi ewlenin, kanali ta’ rendikont mhux ċari, tilwim ġudizzjarju possibbli u inqas effiċjenza tal-persunal; jieħu nota tar-risposta tal-Impriża Konġunta skont liema kienet imġiegħla żżid kostantement l-użu ta’ persunal interim f’dawn l-aħħar snin — minħabba limitazzjoni tat-tabella tal-persunal riġida — f’kundizzjonijiet ta’ kompiti u volum ta’ xogħol dejjem ogħla, u li din it-tendenza hija mistennija li tkompli għaddejja bl-implimetazzjoni simultanja taż-żewġ programmi Clean Sky 2 u l-programm l-ġdid Avjazzjoni Nadifa; jinnota, barra minn hekk, li soluzzjoni aktar ottimali tkun li l-Impriża Konġunta tingħata aktar flessibbiltà fir-rigward tal-għadd ta’ postijiet ta’ aġenti kuntrattwali fit-tabella tal-persunal; ifakkar, madankollu, li l-Impriża Konġunta għandha tiżviluppa mudell formalizzat jew gwida dwar kif għandhom jiġu stmati l-ħtiġijiet tal-persunal (inklużi l-kompetenzi essenzjali), bil-għan li jiġi ottimizzat l-użu tar-riżorsi umani;

10.

Jilqa’ l-fatt li l-Impriża Konġunta implimentat ukoll, flimkien mal-Impriżi Konġunti l-oħra, l-użu ta’ Systal, għodda online tar-riżorsi umani biex twettaq proċessi tal-għażla siguri; jinnota li, f’konformità mad-deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija rigward is-sistema ta’ riklassifikazzjoni, fl-2021 l-Impriża Konġunta wettqet l-eżerċizzju ta’ riklassifikazzjoni u b’riżultat ta’ dan, ħdax-il aġent temporanju u tliet aġenti kuntrattwali membri tal-personal ġew riklassifikati;

11.

Jiddispjaċih li ma tnediet ebda sejħa għal proposti fl-2021;

12.

Ifaħħar l-involviment b’saħħtu tal-impriżi żgħar u medji (SME) f’termini ta’ parteċipazzjoni (29 % tan-numru totali ta’ parteċipazzjonijiet fi proġetti ffinanzjati - 555 minn 1887) u l-livell għoli ta’ suċċess ta’ applikanti tal-SME (43 %); ifakkar li l-Impriża toħloq opportunitajiet ġodda għall-SMEs;

13.

Jinnota li, fl-2021, is-17-il kuntratt li ngħataw u ġew iffirmati kienu relatati ma’ akkwist u kuntratti speċifiċi biex jiġu implimentati kuntratti qafas li għadhom għaddejjin;

14.

Jinnota, mir-Rapport Annwali tal-Attività 2021, għal dak li jikkonċerna l-bilanċ bejn il-ġeneri, li l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa għandha perċentwal aktar baxx ta’ nisa fil-parteċipazzjoni tal-programm, koordinaturi tal-proġetti, konsulenti u esperti meta mqabbla mas-sena preċedenti; jiddispjaċih li dawn iċ-ċifri naqsu u jitlob li jsiru aktar sforzi f’termini ta’ bilanċ bejn il-ġeneri;

15.

Jinnota li, mill-2016, l-Impriżi Konġunti ma ħallsux il-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem għall-persunal tagħhom għall-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni, li jikkorrispondi għall-proporzjon tad-dħul tagħhom mhux issussidjat mill-UE mad-dħul totali tagħhom, peress li l-Kummissjoni la pprevediet din in-nefqa fil-baġit tal-Impriżi Konġunti u lanqas ma talbet formalment il-pagamenti; jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi biex tevita kwistjonijiet simili fil-futur;

16.

Jinnota li s-segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-2020 tal-Qorti rigward l-użu ta’ persunal interim għadu pendenti; jistieden lill-Impriża Konġunta tindirizza l-kwistjoni malajr kemm jista’ jkun peress li din is-sitwazzjoni toħloq instabbiltà u riskji sinifikanti għall-Impriża Konġunta; jinnota li l-implimentazzjoni tal-aġenda tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Impriża Konġunta ma tistax titwettaq b’dan il-livell ta’ persunal statutorju;

Kontroll intern

17.

Josserva li, għall-pagamenti ta’ Orizzont 2020, is-Servizz tal-Awditjar Komuni tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Kummissjoni huwa responsabbli għall-awditi ex post u josserva li abbażi tar-riżultati tal-awditjar ex post disponibbli fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta rrapportat rata ta’ żball rappreżentattiva ta’ 1,8 % (1,60 % fl-2020) u rata ta’ żball residwu ta’ 1,0 % (0,91 % fl-2020) għall-proġetti ta’ Orizzont 2020 (approvazzjonijiet u pagamenti finali);

18.

Jinnota li biex tivvaluta l-kontrolli tal-pagamenti operattivi tal-Impriża Konġunta, il-Qorti awditjat pagamenti ta’ Orizzont 2020 li saru fl-2021 kampjunati b’mod aleatorju, fil-livell tal-benefiċjarji finali, biex tikkorrobora r-rati ta’ żball tal-awditu ex post; jiddeplora l-fatt li, f’każ wieħed, il-Qorti sabet u kkwantifikat żball sistemiku relatat mal-kalkolu skorrett tar-rati fis-siegħa għall-kostijiet tal-persunal;

19.

Jenfasizza li s-sejba tal-Qorti kkonfermat żbalji sistemiċi persistenti għall-ispejjeż tal-persunal iddikjarati u li b’mod partikolari, l-SMEs u l-benefiċjarji l-ġodda huma aktar suxxettibbli għal żbalji minn benefiċjarji oħra; jenfasizza li dawn l-iżbalji ġew irrappurtati regolarment anki fir-rapporti annwali preċedenti tal-Qorti mill-2017 ’l hawn; jenfasizza, għaldaqstant, li s-semplifikazzjoni tar-regoli ta’ Orizzont 2020 għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-persunal u l-użu aktar mifrux ta’ għażliet semplifikati f’dawk li huma kostijiet huma kundizzjoni prelimiari biex ir-rati ta’ żball jiġu stabbilizzati taħt il-livell ta’ materjalità; jenfasizza li l-Impriża Konġunta għandha ssaħħaħ is-sistemi ta’ kontroll intern tagħha biex tindirizza r-riskju akbar assoċjat mal-SMEs u mal-benefiċjarji l-ġodda, u jinkoraġġixxi bil-qawwa l-użu tal-Personnel Costs Wizard min-naħa ta’ ċerti kategoriji ta’ benefiċjarji li huma aktar suxxettibbli li jagħmlu żbalji, bħall-SMEs u l-benefiċjarji ġodda. jilqa’ l-fatt li fl-2022 l-Impriżi Konġunti kollha bdew jimplimentaw azzjonijiet għat-tnaqqis tar-rata ta’ żbalji f’konformità mal-azzjoni proposta mill-Qorti, inkluża l-esplorazzjoni tal-għażliet ta’ forom simplifikati ta’ spejjeż bħal spejjeż unitarji, somom f’daqqa u rati fissi;

20.

Huwa mħasseb ħafna dwar il-fatt li, fl-2021, ġew awtorizzati dokumenti importanti (pereżempju, dikjarazzjonijiet ta’ membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni dwar in-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess; rapporti ta’ evalwazzjoni tal-akkwist; rapporti ta’ evalwazzjoni tar-reklutaġġ; deċiżjonijiet dwar bordijiet tal-għażla tar-reklutaġġ; deċiżjonijiet ta’ għoti ta’ akkwist, u kuntratti ta’ impjieg) billi ġiet ikkuppjata u ppejstjata immaġni tal-firma tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli f’dokument f’format Word u mbagħad il-fajl ġie kkonvertit f’format PDF; jaqbel mal-osservazzjoni tal-Qorti li din il-prattika tista’ tippreżenta riskji legali, peress li kandidat miċħud jista’ jikkontesta r-regolarità tad-dokumenti ta’ evalwazzjoni ffirmati; jistieden lill-Impriża Konġunta twaqqaf minnufih din il-prattika u tagħżel metodu ta’ awtorizzazzjoni sikur;

21.

Jinnota li ma hemm l-ebda definizzjoni armonizzata ta’ “spejjeż amministrattivi” fost l-Impriżi Konġunti, li hija bażi għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri tagħha u prekundizzjoni għall-fini ta’ ċifri komparabbli; jitlob, fid-dawl ta’ dan, linji gwida komuni li jippermettu lill-Impriżi Konġunti kollha jieħdu approċċ armonizzat għall-klassifikazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ nfiq għal kostijiet amministrattivi, bħall-infiq għal konsulenzi, studji, analiżijiet, evalwazzjonijiet u assistenza teknika;

22.

Jilqa’ l-introduzzjoni tal-firma diġitali; iħeġġeġ lill-Impriża taħdem favur aktar diġitalizzazzjoni;

Awditu Intern

23.

Jinnota, mir-Rapport Annwali tal-Attività, li l-funzjonijiet tal-awditjar intern tal-Impriża Konġunta twettqu fl-2021 mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) u mill-Uffiċjal tal-Awditjar Intern tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa (IAO) skont l-Artikolu 28 u l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju;

24.

Jinnota li, fl-2021, l-IAS ma wettaqx awditu ta’ aċċertament ġdid; jinnota li saru diversi awditi ta’ segwitu fuq rakkomandazzjonijiet preċedenti; josserva li s-segwitu tal-Awditu dwar l-implimentazzjoni tal-għotjiet ta’ Orizzont 2020 (ir-rapport finali tat-22 ta’ Ottubru 2020), beda f’April 2021; josserva li f’Ġunju 2021 l-IAS ikkonkluda li t-tliet rakkomandazzjonijiet kienu ġew implimentati b’mod adegwat u effettiv mill-Impriża Konġunta u għalhekk tqiesu bħala magħluqa;

25.

Jinnota li s-segwitu tal-Awditu dwar il-Ġestjoni tal-Prestazzjoni (rapport finali tal-20 ta’ Novembru 2017), beda f’Lulju 2021: jinnota li r-rakkomandazzjoni kkonċernata kienet relatata mal-Monitoraġġ u r-Rapportar dwar il-Prestazzjoni tal-Proġetti Orizzont 2020; jinnota li l-pjan ta’ azzjoni kien jikkonsisti fi tliet sottoazzjonijiet li indirizzaw dgħufijiet fil-proċess ta’ monitoraġġ tal-Impriża Konġunta rigward il-kontribut tal-proġetti Clean Sky 2 tas-sħab għall-Objettivi ta’ Livell Għoli tal-programm Clean Sky 2; jinnota li, wara l-proċess ta’ implimentazzjoni tal-azzjonijiet, l-Impriża Konġunta pproponiet ir-rakkomandazzjonijiet lill-IAS f’diversi stadji bħala lesti għall-għeluq, u l-aħħar aġġornament ingħata f’Mejju 2021; jinnota li, f’nota speċifika għall-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa dwar is-sena 2021, l-IAS ikkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet huma kkunsidrati bħala implimentati;

26.

Jinnota li l-Awditu ta’ segwitu dwar il-Ġestjoni tal-Prestazzjoni (rapport finali maħruġ fl-20 ta’ Novembru 2017) u dwar il-Proċess ta’ Għotja Orizzont 2020 (mill-identifikazzjoni tas-suġġetti tas-sejħa sal-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja) (rapport finali maħruġ fil-15 ta’ Novembru 2016), beda f’Jannar 2022; jinnota li ż-żewġ rakkomandazzjonijiet dwar l-aġġornament tad-deskrizzjonijiet tal-proċedura interna tal-Impriża Konġunta, bħall-Manwal tal-Ġestjoni u l-Manwal tal-Kwalità, fid-dawl tal-proċessi attwali tal-Orizzont 2020, ġew implimentati mill-Impriża Konġunta f’diversi stadji u ġew proposti lill-IAS għall-għeluq finali f’Novembru 2021; jinnota li fir-rapport annwali tiegħu għall-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa dwar is-sena 2021, l-IAS ikkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet huma kkunsidrati bħala implimentati;

Prevenzjoni tal-frodi u tal-kunflitti ta’ interess

27.

Jilqa’ l-fatt li, fl-2021, l-Impriża Konġunta kompliet tapplika d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord ta’ Tmexxija rigward ir-regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess applikabbli għall-korpi tal-Impriża Konġunta u għall-membri tal-persunal tal-Impriża Konġunta u li l-proċessi relatati, pereżempju fir-rigward tal-Membri tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Impriża Konġunta, l-esperti tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni, il-bordijiet għall-akkwist u r-reklutaġġ, applikaw b’mod konsistenti l-miżuri ta’ prekawzjoni meħtieġa biex jidentifikaw kunflitti potenzjali; jissottolinja li ġiet abbozzata politika tal-Impriża Konġunta dwar funzjonijiet sensittivi abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju speċifika u li din il-politika se tiġi ffinalizzata fis-sena 2022;

28.

Jirrimarka li skont valutazzjoni tal-Qorti, ir-riskju ta’ fallimenti frodulenti jew imġiba frodulenti oħra, biex jiġu evitati l-problemi finanzjarji u r-restrizzjonijiet fuq il-provvista, jeħtieġ li jitqies fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 bħala theddida addizzjonali għal-legalità u r-regolarità; japprezza l-fatt li l-Impriża Konġunta stabbiliet kampjun speċifiku bbażat fuq ir-riskju ta’ awditi ex post biex tkopri l-istrat fil-popolazzjoni tal-Impriża Konġunta ta’ proġetti tal-Ftehim ta’ Għotja għas-Sħab (GAP), li jindika ċertu esponiment għal-limitazzjonijiet marbuta mal-COVID-19 kif deskritt mill-Qorti, bħal dgħufijiet finanzjarji, dewmien operattiv, kostijiet għoljin tal-personal meta mqabbla mal-medja;

29.

Jiddeplora l-fatt li, fis-sena 2021, l-OLAF ħareġ il-konklużjonijiet u r-rapporti tiegħu dwar żewġ każijiet li jikkonċernaw għotjiet ta’ Clean Sky 1 u Clean Sky 2 u li l-frodi allegata ġiet konfermata fiż-żewġ każijiet;

30.

Jinnota li r-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF fiż-żewġ każijiet jiffukaw fuq miżuri li għandhom jittieħdu mill-Impriża Konġunta biex tirkupra l-finanzjament u tikkunsidra li tindika l-entità u l-persuna fis-sistemi tal-KE (Bażi tad-Data tal-Esklużjoni); jinnota li l-Impriża Konġunta kkompletat il-kontenzjuż quddiem il-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-każ fl-Italja (ippreżentat fl-2018) u se tipprova teżegwixxi s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-livell nazzjonali; jinnota li fir-rigward tal-każ Belġjan, l-Impriża Konġunta kienet irreġistrat il-pretensjonijiet finanzjarji tagħha mal-likwidatur diġà fl-2017, abbażi tar-rapport tal-OLAF u l-konferma tal-frodi, u l-Impriża Konġunta qed tanalizza liema azzjoni ġudizzjarja tista’ tieħu fil-livell nazzjonali.

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17).


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/509


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1952 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: l-Impriża Konġunta Clean Sky 2) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposta tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0108/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0078/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.

(5)   ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)   ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/511


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1953 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: l-Impriża Konġunta ECSEL) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0109/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0082/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(5)   ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)   ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/513


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1954 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

illi tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin (qabel it-30 ta’ Novembru 2021 l-Impriża Konġunta ECSEL) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0082/2023),

A.

billi l-Impriża Konġunta Komponenti u Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea (ECSEL), ġiet stabbilita taħt il-programm Orizzont 2020 fis-6 ta’ Mejju 2014 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 (1), li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Ġunju 2014, għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2024; billi l-ECSEL issostitwiet u hija s-suċċessur tal-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta ARTEMIS, li għalqu fis-26 ta’ Ġunju 2014; billi f’Novembru 2021, l-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin (l-“Impriża Konġunta KDT”) ġiet stabbilita fl-ambitu tal-programm Orizzont Ewropa bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 (2) biex tissostitwixxi l-ECSEL, għall-perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2031;

B.

billi l-Impriża Konġunta KDT hija sħubija pubblika-privata li timmaniġġja programm ta’ riċerka u innovazzjoni li għandu l-għan li jsaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni fis-settur tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi; billi l-Impriża Konġunta KDT għandha tindirizza suġġetti ddefiniti b’mod ċar li jippermettu lill-industriji tal-Unjoni b’mod ġenerali jfasslu, jimmanifatturaw u jużaw l-aktar teknoloġiji innovattivi fil-komponenti u fis-sistemi elettroniċi;

C.

billi l-membri tal-Impriża Konġunta KDT huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-Istati Parteċipanti, u tliet assoċjazzjonijiet tal-industrija, jiġifieri l-Assoċjazzjoni Ewropea dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema Intelliġenti, l-Assoċjazzjoni għall-Attivitajiet Elettroniċi Nano Ewropej, u l-Assoċjazzjoni tal-Industrija Interna, li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati fil-mikroelettronika u n-nanoelettronika, is-sistemi intelliġenti integrati u s-sistemi inkorporati/ċiberfiżiċi;

D.

billi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta KDT, inklużi l-approprjazzjonijiet taż-ŻEE, biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż operazzjonali, hi ta’ sa EUR 1,8 biljun, inkluż sa EUR 26,331 miljun għall-ispejjeż amministrattivi; billi l-membri privati tal-Impriża Konġunta KDT għandhom jagħtu jew jagħmlu arranġamenti biex l-entitajiet kostitwenti jew affiljati tagħhom jagħtu kontribuzzjonijiet ta’ mill-inqas EUR 2,5 biljun lill-Impriża Konġunta KDT; billi l-membri privati għandhom jagħtu jew jagħmlu arranġamenti biex l-entitajiet kostitwenti u affiljati tagħhom jagħtu kontribuzzjoni finanzjarja sa EUR 26,331 miljun għall-kostijiet amministrattivi tal-Impriża Konġunta KDT għall-perjodu ta’ 10 snin;

Aspetti ġenerali

1.

Jilqa’ l-approċċ ġenerali tal-Kunsill dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tas-semikondutturi (l-“Att dwar iċ-Ċipep”);

2.

Jirrikonoxxi li l-programm Orizzont Ewropa jipprevedi għanijiet ambizzjużi għall-Impriża Konġunta KDT, li jistgħu jinkisbu biss jekk jitfasslu u jiġu implimentati soluzzjonijiet effettivi li jindirizzaw id-dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll intern u jħejju għall-isfidi futuri li jirriżultaw minn aktar responsabbiltajiet, pereżempju fil-qasam tal-ġestjoni u l-ippjanar tar-riżorsi umani; jindika, f’dan il-kuntest, li kalkoli u rekwiżiti ta’ rappurtar partikolarment ikkumplikati u onerużi jirrappreżentaw riskju sinifikanti ta’ żball u jappella, għalhekk, lill-Impriża Konġunta KDT biex tesplora l-possibbiltajiet għas-simplifikazzjoni kull fejn ikun possibbli u kompatibbli mal-qafas legali eżistenti;

3.

Jinnota li ma hemm l-ebda definizzjoni armonizzata ta’ spejjeż amministrattivi bejn l-impriżi konġunti li hija bażi għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri tagħha u prekundizzjoni għall-kumparabbiltà; jappella, meta jitqies dan, li jiġu adottati linji gwida komuni sabiex l-impriżi konġunti kollha jieħdu approċċ armonizzat għall-klassifikazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ nfiq għal spejjeż amministrattivi, bħall-infiq għal konsultazzjonijiet, studji, analiżijiet, evalwazzjonijiet u assistenza teknika;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.

Jilqa’ l-fatt li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta KDT jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta KDT fil-31 ta’ Diċembru 2021, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha u l-bidliet fl-assi netti għal dik is-sena, f’konformità mar-regolament finanzjarju tagħha u mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi għall-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

5.

Jinnota li t-total tal-baġit disponibbli tal-Impriża Konġunta KDT għas-sena 2021, li jinkludi approprjazzjonijiet mhux użati fis-snin preċedenti mdaħħla mill-ġdid, dħul assenjat u riallokazzjonijiet għas-sena ta wara, inkluda EUR 218,3-il miljun għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 199,3 miljun għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament, u li r-rata ta’ implimentazzjoni kienet 99,4 % (imqabbel ma’ 99,59 % fl-2020) għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u 84 % (imqabbel ma’ 88,63 % fl-2020) għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament;

6.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (ir-“Rapport tal-Qorti”) li, fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta KDT għalqet finanzjarjament il-proġetti tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka li kienu għaddejjin; jinnota li, abbażi tal-ispejjeż totali tal-attivitajiet iffirmati tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka u l-pagamenti reali magħmula mill-Impriża Konġunta KDT u l-predeċessuri tal-Impriża Konġunta KDT, jiġifieri ENIAC, ARTEMIS u ECSEL, għall-kofinanzjament ta’ dawn l-attivitajiet, il-kontribuzzjonijiet finali tal-membri huma stmati li huma EUR 564,3 miljun għall-Unjoni, EUR 812,5-il miljun għall-Istati Parteċipanti u EUR 2 202,4 miljun f’kontribuzzjonijiet in natura għall-membri privati;

7.

Jinnota li, fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta KDT kienet impenjat għalkolloxEUR 1 170 miljun mill-kontribuzzjoni massima tal-UE għall-ftehimiet ta’ għotja ffirmati fl-ambitu ta’ Orizzont 2020; jinnota li minn dan l-ammont, madwar EUR 190,3 miljun (16,6 %) għad iridu jitħallsu fis-snin li ġejjin;

8.

Jinnota r-rata ta’ implimentazzjoni ta’ 85 % għall-baġit ta’ pagament tal-Impriża Konġunta KDT għall-2021 disponibbli għall-proġetti fl-ambitu ta’ Orizzont 2020; jinnota li l-Impriża Konġunta KDT kważi ma kellha l-ebda approprjazzjoni ta’ impenn operazzjonali għall-2021 peress li lestiet l-aħħar sejħa tagħha għal proposti sa tmiem l-2020;

9.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, fi tmiem l-2021, il-kontribuzzjonijiet in natura finali potenzjali tal-membri privati għall-attivitajiet operazzjonali fl-ambitu ta’ Orizzont 2020 ġew stmati għal EUR 1 594,2 miljun; jinnota li l-Impriża Konġunta KDT tista’ tikkalkula u tivvalida biss l-ammont reali tal-kontribuzzjonijiet in natura tal-membri privati ladarba jsiru l-pagamenti kollha kemm mill-Impriża Konġunta KDT kif ukoll mill-Istati Parteċipanti u jkunu ġew riċevuti ċ-ċertifikati ta’ tmiem il-proġett u l-informazzjoni relatata kollha; jinnota, f’dan il-kuntest u minħabba li fi tmiem l-2021 kien ġie ffinalizzat biss għadd limitat ta’ proġetti fl-ambitu ta’ Orizzont 2020, li l-kontribuzzjonijiet in natura vvalidati tal-industrija ammontaw għal EUR 300,6 miljun; jinnota li fi tmiem l-2021, il-kontribuzzjonijiet in natura kumulattivi stmati (u li għadhom ma ġewx ivvalidati) mill-membri privati ammontaw għal EUR 968,2 miljun, abbażi ta’ metodoloġija “pro rata temporis” adottata mill-bord ta’ tmexxija tal-Impriża Konġunta KDT;

10.

Jinnota li fi tmiem l-2021, l-Istati Parteċipanti ffirmaw impenji kuntrattwali li jammontaw għal EUR 1 106,2 miljun u ddikjaraw kontribuzzjonijiet finanzjarji totali ta’ EUR 450,2 miljun, li huma ħallsu direttament lill-benefiċjarji nazzjonali tal-proġetti fl-ambitu ta’ Orizzont 2020 li huma appoġġjaw; jinnota li d-differenza bejn l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Istati Parteċipanti u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ta’ EUR 1 058,1 miljun fi tmiem l-2021 hija minħabba hija dovuta għall-fatt li l-biċċa l-kbira tal-Istati Parteċipanti jirrikonoxxu u jirrapportaw biss l-ispejjeż tagħhom lill-Impriża Konġunta KDT mat-tlestija tal-proġetti fl-ambitu ta’ Orizzont 2020 li jappoġġjaw;

Akkwist u persunal

11.

Jinnota li l-akkwist u l-kuntratti huma ġestiti f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regolament finanzjarju tal-Impriża Konġunta KDT u kkoordinati fi ħdan it-tim tal-amministrazzjoni u l-finanzi tal-Impriża Konġunta KDT;

12.

Jinnota li l-Impriża Konġunta KDT, sabiex tilħaq l-objettivi tagħha u tappoġġja b’mod adegwat l-operazzjonijiet u l-infrastruttura tagħha, allokat fondi biex takkwista s-servizzi u l-provvisti meħtieġa; jinnota li fil-kuntest ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u effiċjenza, l-Impriża Konġunta KDT għamlet l-akbar użu possibbli mid-diversi Ftehimiet dwar il-Livell ta’ Servizz (FLS) diġà konklużi mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, kif ukoll mal-membri privati tagħha u għamlet użu minn kuntratti qafas interistituzzjonali (pereżempju servizzi u tagħmir tal-IT, servizzi interim tal-persunal, servizzi tal-awditjar estern); jinnota li minħabba l-kuntest sanitarju fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet imposti, sostanzjalment il-laqgħat u l-avvenimenti kollha saru mill-bogħod u fl-aħħar trimestru tal-2021 saru biss ftit missjonijiet u b’riżultat ta’ dan, fl-2021, l-Impriża Konġunta KDT kellha ftit proċeduri ta’ akkwist, essenzjalment għal kuntratti ta’ valur baxx;

13.

Jinnota li, f’Mejju 2021 ġew varati żewġ proċeduri nnegozjati għal valur baxx ħafna għall-għoti ta’ żewġ kuntratti għall-appoġġ loġistiku u għall-ħolqien ta’ vidjos fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-verżjoni diġitali tas-“Simpożju Impriża Konġunta ECSEL 2021” u f’Settembru 2021, l-ECSEL varat proċedura nnegozjata għal kuntratt ta’ valur baxx relatat mal-organizzazzjoni ta’ seminar ta’ livell għoli;

14.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, fil-31 ta’ Diċembru 2021, l-Impriża Konġunta KDT kienet timpjega 29 membru tal-persunal, li kienu jinkludu aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati; jinnota mir-rapport annwali tal-attività li fl-2021, l-ECSEL irreklutat żewġ aġenti kuntrattwali għal karigi ta’ assistent finanzjarju/amministrattiv (li tħallew vakanti wara t-tluq tal-membri tal-persunal preċedenti); jinnota li r-reklutaġġ ġie ffinalizzat fl-aħħar tliet xhur tal-2021; jinnota li żewġ aġenti temporanji rtiraw u li wieħed diġà ġie sostitwit b’suċċess;

15.

Jinnota bi tħassib li matul il-perjodu mill-2018 sal-2021 ir-rata annwali medja ta’ persunal interim għall-impriżi konġunti kollha baqgħet għolja, madwar 11 % tal-persunal statutorju; ifakkar li l-proporzjon għoli ta’ persunal kuntrattwali għandu t-tendenza li jżid b’mod sinifikanti r-rata tad-dawran tal-persunal tal-Impriża Konġunta KDT u jkompli jiddestabbilizza s-sitwazzjoni tal-persunal; jenfasizza, madankollu, li l-użu ta’ persunal interim għandu jibqa’ soluzzjoni temporanja, għax inkella dan jista’ jolqot b’mod negattiv il-prestazzjoni kumplessiva tal-Impriża Konġunta, bħat-telf ta’ kompetenzi ewlenin, doveri ta’ rendikont mhux ċari, tilwim ġudizzjarju possibbli u inqas effiċjenza tal-persunal;

16.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li mal-proposta tal-Kummissjoni (3) li temenda r-Regolament (UE) 2021/2085, l-Impriża Konġunta KDTse tinbidel fl-Impriża Konġunta taċ-Ċipep tal-futur, b’mandat ġdid relatat mal-implimentazzjoni tal-“Inizjattiva Ċipep għall-Ewropa” fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2021-2027; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-fatt li l-Impriża Konġunta KDT se tappoġġja l-iżvilupp ta’ teknoloġiji tas-semikondutturi innovattivi tal-ġenerazzjoni li jmiss li għandu jsaħħaħ il-kapaċità tal-produzzjoni taċ-ċipep tal-Unjoni; jinnota li, skont din il-proposta, l-Impriża Konġunta KDT se timplimenta proġetti ta’ madwar EUR 10,9 biljun fl-ambitu tal-QFP 2021-2027 u għandha tirrekluta 19-il membru tal-persunal addizzjonali biex tilħaq il-50 membru tal-persunal statutorju ppjanati sal-2025; jinsab imħasseb dwar il-fatt li, billi l-Impriża Konġunta kellha biss 29 membru tal-persunal (13-il membru tal-persunal temporanju u 16-il membru tal-persunal kuntrattwali) fi tmiem l-2021, jista’ jkun li tħabbat wiċċha ma’ sfidi konsiderevoli fir-rigward tar-riżorsi umani biex tiġġestixxi dawn ir-reklutaġġi ġodda, minbarra l-proċessi amministrattivi u operazzjonali ġodda li għad iridu jiġu stabbiliti;

17.

Jinnota li abbażi tar-rapport annwali tal-attività tal-2021, f’termini ta’ bilanċ bejn il-ġeneri, l-għadd ta’ esperti nisa għar-rieżamijiet fl-Impriża Konġunta KDT żdied meta mqabbel mas-sena preċedenti, kemm bħala perċentwali kif ukoll bħala ċifri assoluti; jiddispjaċih li r-rata perċentwali ta’ 19,4 % għadha baxxa, u jitlob li jsiru aktar sforzi f’termini ta’ bilanċ bejn il-ġeneri;

18.

Jinnota li l-parti tal-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem għall-persunal tal-impriżi konġunti jikkorrispondi għall-proporzjon tad-dħul tagħhom issussidjat minn pajjiżi terzi mad-dħul totali tagħhom, ma tħallasx mill-impriżi konġunti għall-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni mill-2016, peress li l-Kummissjoni la pprevediet din in-nefqa fil-baġit tal-impriżi konġunti u lanqas ma talbet il-pagamenti formalment; jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi biex tevita kwistjonijiet simili fil-futur;

Kontrolli interni

19.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-ftehimiet amministrattivi konklużi minn ARTEMIS u ENIAC mal-Awtoritajiet Nazzjonali ta’ Finanzjament (NFAs) ikomplu japplikaw wara l-fużjoni tagħhom biex jiffurmaw l-ECSEL; jinnota li, skont dawk il-ftehimiet, l-istrateġiji ta’ awditjar ex post tal-Impriżi Konġunti ARTEMIS u ENIAC kienu jibbażaw ħafna fuq l-NFAs biex jawditjaw it-talbiet għall-ispejjeż tal-proġetti; jiddispjaċih li l-varjazzjoni sinifikanti fil-metodoloġiji u l-proċeduri użati mill-NFAs ma tippermettix lill-Impriża Konġunta ECSEL tikkalkula rata ta’ żball ipponderata unika u affidabbli jew rata tal-iżball residwu għall-pagamenti tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka u li peress li l-pagamenti totali tal-ECSEL fl-2021 għall-għeluq tal-bqija tal-proġetti tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka ammontaw biss għal EUR 0,6 miljun, jew 0,4 % tal-pagamenti operazzjonali totali, dawn ma rrappreżentawx riskju ta’ żbalji materjali fl-2021;

20.

Jinnota, mir-rapport annwali tal-attività, li għall-pagamenti ta’ Orizzont 2020, is-servizz komuni tal-awditjar tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Kummissjoni jwettaq l-awditi ex post; jiddeplora l-fatt li abbażi tar-riżultati tal-awditjar tagħha fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta KDT irrapportat rata ta’ żball rappreżentattiva għal Orizzont 2020 ta’ 2,2 % (imqabbla ma’ 2,68 % fl-2020) u rata ta’ żball residwu ta’ 1,2 % (imqabbla ma’ 1,25 % fl-2020);

21.

Jinnota li, biex tivvaluta l-kontrolli tal-pagamenti operazzjonali tal-Impriża Konġunta KDT, il-Qorti tal-Awdituri (il- “Qorti”) awditjat b’mod aleatorju kampjun ta’ pagamenti ta’ Orizzont 2020 li saru fl-2021, fil-livell tal-benefiċjarji finali, biex tikkorrobora r-rati ta’ żball tal-awditjar ex post (fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ta’ għotja ittestjati fil-livell tal-benefiċjarji, il-limitu ta’ rapportar għal żbalji kwantifikabbli huwa ta’ 1 % tal-ispejjeż awditjati); jiddispjaċih dwar il-fatt li f’żewġ każijiet, il-Qorti sabet u kkwantifikat żbalji li rriżultaw mill-ispejjeż tal-persunal li saru pretensjonijiet żejda fuqhom;

22.

Jenfasizza li s-sejbiet tal-Qorti kkonfermaw żbalji sistemiċi persistenti fl-ispejjeż iddikjarati tal-persunal u li b’mod partikolari, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u l-benefiċjarji l-ġodda huma aktar suxxettibbli għall-iżbalji minn benefiċjarji oħra, u jenfasizza li dawn l-iżbalji huma rapportati wkoll, u b’mod regolari, fir-rapporti annwali preċedenti tal-Qorti sa mill-2017; jenfasizza, għaldaqstant, li s-simplifikazzjoni tar-regoli ta’ Orizzont 2020 għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-persunal u l-użu usa’ ta’ għażliet ta’ spejjeż simplifikati huma prekundizzjoni biex ir-rati ta’ żball jiġu stabbilizzati taħt il-livell ta’ materjalità; jenfasizza li l-Impriża Konġunta KDT għandha ssaħħaħ is-sistemi ta’ kontroll intern tagħha biex tindirizza r-riskju akbar fir-rigward tal-SMEs u l-benefiċjarji l-ġodda, u jħeġġeġ bil-qawwi l-użu tal-“Personnel Costs Wizard” minn ċerti kategoriji ta’ benefiċjarji li huma aktar suxxettibbli li jwettqu żbalji, bħall-SMEs u l-benefiċjarji ġodda; jilqa’ l-fatt li fl-2022 l-Impriżi Konġunti kollha bdew jimplimentaw azzjonijiet għat-tnaqqis tar-rata ta’ żbalji f’konformità mal-azzjoni proposta mill-Qorti, inkluża l-esplorazzjoni tal-għażliet ta’ forom simplifikati ta’ spejjeż bħal spejjeż unitarji, somom f’daqqa u rati fissi;

23.

Jinnota mir-rapport annwali tal-attività li fl-2021, l-ECSEL ivvalutat l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern tagħha abbażi tal-qafas rivedut; jinnota li l-objettiv ġenerali tal-eżerċizzju ta’ awtovalutazzjoni kien li jiġi mifhum jekk il-prinċipji kollha kinux preżenti u qed jiffunzjonaw; jinnota li l-eżerċizzju kien prinċipalment ibbażat fuq l-awtovalutazzjoni tal-indikaturi ta’ monitoraġġ u l-analiżi tar-rapporti mis-servizz tal-awditjar intern, mill-Qorti u mill-awdituri esterni u appoġġjat b’evidenza oħra (bħar-reġistru tal-eċċezzjonijiet, l-eżerċizzju tal-valutazzjoni tar-riskju, is-segwitu tal-azzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, is-sejbiet) u diskussjonijiet mal-maniġment dwar l-attivitajiet u l-objettivi tal-ECSEL;

24.

Jilqa’ l-fatt li l-ECSEL ivvalutat is-sistema ta’ kontroll intern matul is-sena ta’ rapportar u kkonkludiet li din hija effettiva u li l-komponenti u l-prinċipji huma preżenti u qed jiffunzjonaw kif maħsub;

Awditu intern

25.

Jinnota li s-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni jwettaq ir-rwol ta’ awditur intern tal-Impriża Konġunta KDT, kif speċifikat fl-Artikolu 28 tar-regolament finanzjarju tiegħu; jinnota li f’Ottubru 2021, id-Direttur Eżekuttiv tal-ECSEL informa lill-awdituri interni dwar l-aħħar żviluppi importanti fl-ECSEL u r-riżultati tal-aħħar eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskju;

Is-sistema ċentralizzata l-ġdida għall-ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Parteċipanti

26.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti, li, abbażi tar-Regolament Qafas ta’ Orizzont Ewropa u r-Regolament (UE) 2021/2085, l-Impriża Konġunta KDT hija obbligata tintroduċi proċess ta’ ġestjoni ċentralizzata ġdid, is-sistema ta’ Ġestjoni Ċentrali ta’ Kontribuzzjonijiet Finanzjarji (CMFC), biex tiġġestixxi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Parteċipanti tagħha;

27.

Jinnota li fl-ambitu tas-sistema ppjanata tas-CMFC, kull Stat Parteċipanti jista’ jagħżel li jħallas lill-Impriża Konġunta KDT il-kontribuzzjonijiet finanzjarji rispettivi tiegħu fil-livell tal-proġett għall-benefiċjarji stabbiliti fl-istat tiegħu; jinnota li matul dan il-proċess, kull Stat Parteċipanti għandu wkoll id-dritt tal-veto fuq il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw l-użu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali tiegħu stess, imħallsa lill-Impriża Konġunta KDT għall-applikanti stabbiliti fl-Istat tiegħu, f’konformità mar-regoli finanzjarji u tal-kompetizzjoni tal-Unjoni; jinnota li dan jippermetti lil Stat Parteċipanti jiddeċiedi, abbażi tal-prijoritajiet strateġiċi nazzjonali, jekk jappoġġjax jew le benefiċjarju nazzjonali ta’ proġett ta’ riċerka u innovazzjoni magħżul u approvat;

28.

Jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta KDT se jkollha teżegwixxi l-pagamenti ta’ kofinanzjament għall-Istati Parteċipanti kollha li jagħżlu li jafdaw lill-Impriża Konġunta KDT bil-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom; jinnota li se jkollha tiġġestixxi u timmonitorja wkoll żewġ proċessi alternattivi ta’ ftehimiet amministrattivi ta’ appoġġ mal-Istati Parteċipanti; jinnota li l-NFA ta’ kull Stat Parteċipanti trid tiffirma ftehim amministrattiv mal-Impriża Konġunta KDT, biex jew tafdaha bil-pagament tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali, jew tikkoordina t-trasferiment nazzjonali tal-ftehimiet tal-fondi għall-pagamenti lill-benefiċjarji u r-rapportar dwar il-kontribuzzjonijiet;

29.

Jinnota t-tħassib tal-Qorti dwar il-fatt li l-ħtiġijiet ta’ riżorsi addizzjonali tal-Impriża Konġunta KDT għall-implimentazzjoni tas-sistema CMFC ippjanata la ġew ivvalutati mill-Kummissjoni u lanqas ma ġew inklużi fl-istimi inizjali tar-riżorsi tal-persunal tal-Impriża Konġunta KDT għall-implimentazzjoni tal-programm Orizzont Ewropa; jaqbel mal-Qorti li dan in-nuqqas ta’ ppjanar fl-introduzzjoni tas-sistema CMFC flimkien mas-sitwazzjoni tal-persunal, u n-nuqqas ta’ għodod u appoġġ tal-IT jista’ jaffettwa b’mod negattiv l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Impriża Konġunta KDT u l-ksib tal-kontribuzzjonijiet tal-membri l-oħra u li jekk is-CMFC trid tiġi ġestita manwalment, dan se jkun intensiv fl-użu tar-riżorsi umani; jistieden lill-Impriża Konġunta KDT u lill-Kummissjoni jirrapportaw lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar żviluppi ulterjuri.

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17).

(3)  Il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2085 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa, fir-rigward tal-Impriża Konġunta dwar iċ-Ċipep, COM(2022)0047 tat-8 ta’ Frar 2022.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/518


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1955 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: l-Impriża Konġunta ECSEL) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0109/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0082/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(5)   ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)   ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/520


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1956 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0112/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0083/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-IImpriża Konġunta Idroġenu Nadif għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108.

(5)   ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)   ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/522


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1957 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0083/2023),

A.

billi l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (l-“Impriża Konġunta FCH”), ġiet stabbilita għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2017 f’Mejju 2008 fl-ambitu tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 (1); billi f’Mejju 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 559/2014 (2), li jestendi t-tul tal-ħajja tal-Impriża Konġunta fl-ambitu tal-programm Orizzont 2020 għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2024 (l-“Impriża Konġunta FCH 2); billi, f’Novembru 2021, ġiet stabbilita l-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif (minn hawn ’l quddiem l-“Impriża Konġunta Clean H2”) mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 (3) biex tissostitwixxi l-Impriża Konġunta FCH 2, fil-qafas tal-programm Orizzont Ewropa, għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2031;

B.

billi l-Impriża Konġunta Clean H2 hija sħubija pubblika-privata fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kamp tat-teknoloġija tal-idroġenu u taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-membri fundaturi tagħha huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, il-Grupp Industrijali (Hydrogen Europe) u l-Grupp ta’ Riċerka (Hydrogen Europe Research);

C.

billi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta Clean H2, inklużi l-approprjazzjonijiet taż-ŻEE, biex tkopri l-kostijiet amministrattivi u operattivi għandha tkun sa EUR 1 biljun, inkluż sa EUR 30,193 miljun għall-kostijiet amministrattivi;

D.

billi l-membri tal-Impriża Konġunta Clean H2 għajr l-Unjoni għandhom jagħmlu jew jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex l-entitajiet kostitwenti jew affiljati tagħhom jagħmlu kontribuzzjoni totali ta’ mill-inqas EUR 1 biljun, inkluż sa EUR 30,193 miljun għall-kostijiet amministrattivi, matul il-perjodu ta’ 10 snin kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/2085;

E.

billi l-objettiv ġenerali tal-Impriża Konġunta Clean H2 huwa li tappoġġa l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fl-Unjoni f’soluzzjonijiet u teknoloġiji tal-idroġenu nadif, fl-ambitu tal-programm ta’ finanzjament il-ġdid tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni Orizzont Ewropa;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean H2 (minn hawn ’il quddiem ir-“rapport tal-Qorti”) isib li l-kontijiet annwali tal-2021 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta Clean H2 fil-31 ta’ Diċembru 2021, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, f’konformità mar-regoli finanzjarji tagħha u mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi għall-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.

Jirrikonoxxi li Orizzont Ewropa jipprevedi għanijiet ambizzjużi għall-Impriża Konġunta Clean H2, li jistgħu jinkisbu biss jekk jitfasslu u jiġu implimentati soluzzjonijiet effikaċi li jindirizzaw id-dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll intern u jħejju għall-isfidi futuri li jirriżultaw miż-żieda fir-responsabbiltajiet, pereżempju fil-qasam tal-ġestjoni u tal-ippjanar tar-riżorsi umani; jirrimarka, f’dan il-kuntest, li kalkoli u rekwiżiti ta’ rapportar partikolarment ikkumplikati u onerużi jirrappreżentaw riskju sinifikanti ta’ żball u jitlob, għalhekk, li jiġu esplorati l-possibbiltajiet ta’ simplifikazzjoni, meta possibbli u kompatibbli mal-qafas ġuridiku eżistenti;

3.

Josserva li l-baġit finali disponibbli tal-Impriża Konġunta Clean H2, li jinkludi approprjazzjonijiet mhux użati li ddaħħlu mill-ġdid fis-snin preċedenti, dħul assenjat u riallokazzjonijiet għas-sena sussegwenti, għas-sena finanzjarja 2021 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 15,8 miljun (EUR 104,2 miljun fl-2020) u approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 56,2 miljun (EUR 103,8 fl-2020); jinnota li l-eżekuzzjoni ġenerali tal-baġit 2021 tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament laħqet 97 % (meta mqabbla ma’ 94 % fl-2020) u 87 % (meta mqabbla ma’ 95 % fl-2020) rispettivament;

4.

Jinnota li meta mqabbla mal-2020, l-approprjazzjonijiet tal-2021 naqsu b’85 % f’termini ta’ impenji u b’44 % f’termini ta’ pagamenti; jinnota li t-tnaqqis fil-baġit tal-2021 kien dovut għan-nuqqas ta’ sejħiet imnedija fl-2021; jissottolinja li ma kien ippjanat l-ebda prefinanzjament għall-2021;

5.

Jinnota li, fi tmiem l-2021, mill-kontribuzzjoni massima ta’ EUR 470 miljun, kif previst fir-Regolament (UE) 2021/2085 u d-deċiżjonijiet adottati skont dan, l-Unjoni kkontribwiet total ta’ EUR 426,5 miljun fi flus kontanti u in natura mis-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka u l-membri tal-Grupp Industrijali u tal-Grupp tar-Riċerka kkontribwew total ta’ riżorsi vvalidati ta’ EUR 466 miljun, li jinkludu EUR 443,9 miljun f’kontribuzzjonijiet in natura vvalidati fil-proġetti tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka;

6.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta Clean H2 kienet impenjat EUR 425,5 miljun (95 %) minn EUR 450 miljun tal-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-ftehimiet ta’ għotja ffirmati tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka li minnhom madwar EUR 3 miljun (0,7 %) għad iridu jitħallsu fis-snin li ġejjin; jinnota li l-membri privati pprovdew kontribuzzjonijiet in natura fl-istess livell; josserva li r-rata ta’ implimentazzjoni għall-baġit tal-pagamenti tal-2021 tal-Impriża Konġunta Clean H2 disponibbli għall-proġetti tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka kienet ta’ 97,8 % (89 % fl-2020) u li barra minn hekk, l-Impriża Konġunta Clean H2 ma kellha kważi l-ebda approprjazzjoni ta’ impenn operattiv għall-2021 peress li lestiet l-aħħar sejħa tagħha għal proposti mat-tmiem l-2014;

7.

Jinnota li, fi tmiem l-2021, l-Unjoni kkontribwiet total ta’ EUR 545,5 miljun minn Orizzont 2020 u li l-membri privati kkontribwew total ta’ EUR 50 miljun fi flus u kontribuzzjonijiet in natura vvalidati, li jinkludu EUR 38,6 miljun f’kontribuzzjonijiet in natura fil-proġetti ta’ Orizzont 2020 tal-Impriża Konġunta;

8.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-livell ta’ kontribuzzjonijiet in natura vvalidati tal-membri privati għall-attivitajiet operativi ta’ EUR 38,6 miljun, huwa dovut għall-fatt li l-Impriża Konġunta Clean H2 tiċċertifikahom aktar tard fil-programm Orizzont 2020, meta jsir il-pagament finali għall-proġetti u jkun jeħtieġ li jiġu ppreżentati ċ-ċertifikati tad-dikjarazzjoni finanzjarja; huwa kuntent mill-fatt li l-membri privati kkontribwew total ta’ EUR 1 039 miljun in natura għal attivitajiet addizzjonali fi tmiem l-2021, b’mod sinifikanti aktar mill-minimu ta’ EUR 285 miljun stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/2085 għall-perjodu kollu ta’ Orizzont 2020;

9.

Jinnota li, fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta Clean H2 kienet impenjat EUR 646 miljun mill-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-ftehimiet ta’ għotja u kuntratti ffirmati fl-ambitu ta’ Orizzont 2020, li minnhom, madwar EUR 112,6 miljun (17,8 %) għad iridu jitħallsu fis-snin li ġejjin; josserva, barra minn hekk, li l-membri privati kienu impenjaw ruħhom legalment li jipprovdu kontribuzzjonijiet in natura ta’ EUR 158,3 miljun;

10.

Jinnota li r-rata ta’ implimentazzjoni għall-baġit ta’ impenn u ta’ pagament tal-Impriża Konġunta Clean H2 għall-2021 disponibbli għall-proġetti ta’ Orizzont 2020 kienet ta’ 98 % u 87,8 % rispettivament (97 % fl-2020);

11.

Jinnota li fost l-impriżi konġunti ma hemm l-ebda definizzjoni armonizzata ta’ kostijiet amministrattivi, li tikkostitwixxi bażi għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri tagħhom u kundizzjoni preliminari biex dawn il-kostijiet isiru komparabbli; jitlob, f’dan il-kuntest, linji gwida komuni li jippermettu lill-impriżi konġunti kollha jieħdu approċċ armonizzat għall-klassifikazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ nfiq għal kostijiet amministrattivi, bħall-infiq għal konsulenzi, studji, analiżijiet, evalwazzjonijiet u assistenza teknika;

Akkwist u persunal

12.

Jilqa’ l-fatt li l-ġestjoni tal-offerti u tal-kuntratti ġiet issimplifikata kemm jista’ jkun billi ġew segwiti l-proċeduri ta’ akkwist interistituzzjonali mnedija mill-Kummissjoni Ewropea u bl-użu tal-kuntratti qafas pluriennali derivanti; jinnota li l-Impriża Konġunta Clean H2 tikkoopera ma’ Impriżi Konġunti oħra għal dak li jikkonċerna l-ħtiġijiet tal-offerti sabiex tnaqqas kemm jista’ jkun l-isforz amministrattiv; jinnota li, bħal fis-snin preċedenti, il-biċċa l-kbira tal-ikkuntrattar tal-Impriża Konġunta Clean H2 twettaq taħt kuntratti qafas pluriennali eżistenti, ħlief prinċipalment għal attivitajiet ta’ akkwist operattiv;

13.

Jinnota li, f’termini ta’ volum, l-attivitajiet ta’ akkwist operattiv, is-servizzi tal-IT u l-organizzazzjoni tal-Ġimgħa Ewropea għall-Idroġenu għall-2021 kienu l-kuntratti bl-ogħla valur u li t-tnedija u l-pubblikazzjoni ta’ sejħa għall-offerti, u l-wasla u l-ftuħ tal-offerti ġew issimplifikati bl-użu tal-moduli eTendering, eNotices u eSubmission; jinnota li dan tal-aħħar jippermetti r-reġistrazzjoni awtomatika tal-offerti mas-sistema tal-IT għall-ġestjoni tad-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea; jinnota li l-Impriża Konġunta Clean H2 qed tuża l-aħħar verżjoni ta’ eSubmission u għalhekk il-pubblikazzjoni, is-sottomissjoni u l-wasla tal-offerti u l-istadji tal-ftuħ issa huma kompletament diġitali;

14.

Japprezza l-użu tal-EU Sign mill-Impriża Konġunta Clean H2, soluzzjoni ta’ software pprovduta mid-Direttorat Ġenerali tal-Informatika, li tippermetti li tiġi applikata firma elettronika kwalifikata (QES) għad-dokumenti; josserva li l-uffiċċju tal-programm (PO) issa japplika QES fuq il-kuntratti tiegħu, u dan jiffaċilita l-proċessi operattivi billi jnaqqas b’mod sinifikanti l-ħin u l-ispiża tal-iffirmar ta’ kuntratt bil-linka blu, u li barra minn hekk, il-QESs, jekk jiġu applikati bl-użu tal-UE sign, huma legalment vinkolanti, peress li huma konformi mar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għat-tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern tal-Unjoni u jipprovdu livell ogħla ta’ sigurtà teknika;

15.

Josserva li fil-31 ta’ Diċembru 2021, l-Impriża Konġunta Clean H2 kellha 23 aġent temporanju, 2 aġenti kuntrattwali u 2 esperti nazzjonali sekondati;

16.

Jinnota mir-rapport annwali tal-attività tal-2021 li f’termini ta’ bilanċ bejn il-ġeneri, il-membri tal-persunal kienu 44 % nisa u 56 % rġiel, u terz tal-pożizzjonijiet maniġerjali kien okkupat min-nisa u żewġ terzi mill-irġiel; jinkoraġġixxi lill-Impriża Konġunta CBE tkompli ttejjeb dan il-bilanċ bejn il-ġeneri; jiddispjaċih għall-fatt li l-perċentwal ta’ koordinaturi nisa ta’ proġetti li jaħdmu, fl-ambitu ta’ Orizzont 2020, fi gruppi konsultattivi, gruppi ta’ esperti, panels ta’ evalwazzjoni, esperti individwali, eċċ. tal-Kummissjoni ma jaqbiżx it-33 %;

17.

Jinnota bi tħassib li matul il-perjodu mill-2018 sal-2021 ir-rata annwali medja ta’ membri tal-persunal interim għall-impriżi konġunti kollha baqgħet għolja, madwar 11 % tal-persunal statutorju; ifakkar li l-proporzjon għoli ta’ membri tal-persunal kuntrattwali għandu t-tendenza li jżid b’mod sinifikanti r-rata tad-dawran tal-persunal u jkompli jiddestabbilizza s-sitwazzjoni tal-persunal tal-Impriża Konġunta Clean H2; jenfasizza, madankollu, li l-użu ta’ membri tal-persunal interim għandu jibqa’ soluzzjoni temporanja, għax inkella dan jista’ jkollu riperkussjonijiet negattivi fuq il-prestazzjoni kumplessiva tal-Impriża Konġunta Clean H2, pereżempju ż-żamma tal-kompetenzi ewlenin, nuqqas ta’ ċarezza fil-kanali tal-obbligu ta’ rendikont, tilwim ġudizzjarju possibbli u inqas effiċjenza tal-persunal;

18.

Jinnota li, mill-2016, l-impriżi konġunti ma ħallsux il-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem għall-membri tal-persunal tagħhom għall-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni, li jikkorrispondi għall-proporzjon tad-dħul tagħhom issussidjat minn pajjiżi terzi mad-dħul totali tagħhom, peress li l-Kummissjoni la pprevediet din in-nefqa fil-baġit tal-impriżi konġunti u lanqas ma talbet formalment il-pagamenti; jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi biex tevita kwistjonijiet simili fil-futur;

19.

Jinnota li, fl-2021, ġew organizzati sessjonijiet konġunti tal-IT flimkien mal-impriżi konġunti l-oħra bl-għan ewlieni li ssir tħejjija għall-bidla għall-Office 365, SharePoint u OneDrive;

20.

Jinnota, mir-rapport annwali tal-attività, li, matul il-pandemija tal-COVID-19, il-membri tal-persunal ħadu l-ħin biex jipparteċipaw f’taħriġ online biex jespandu l-għarfien tagħhom relatat mal-impjiegi tagħhom u jinnota li l-parteċipazzjoni fit-taħriġ kienet imħeġġa ħafna biex il-persunal jinżamm motivat u konness ma’ oħrajn matul il-lockdown;

21.

Jinnota li, minn Frar 2021, l-Impriża Konġunta FCH 2 bdiet tuża Sysper u li matul is-sena żdiedu moduli ġodda; japprezza barra minn hekk qed jiġi previst l-użu tas-Sistema għall-Ipproċessar tal-Missjonijiet u l-funzjoni għall-evalwazzjonijiet u l-promozzjonijiet tal-membri tal-persunal; jappoġġja l-użu tal-għodda l-ġdida ta’ reklutaġġ, Systal, li ġiet introdotta fl-Impriża Konġunta FCH 2 f’Novembru 2021, u r-reklutaġġ li jmiss se jsir bl-użu ta’ din is-sistema u huwa tal-fehma li tali għodod jistgħu jgħinu biex jappoġġjaw ir-reklutaġġ meħtieġ ta’ ħaddiema b’ħiliet għolja;

Awditu intern

22.

Jinnota, mir-rapport annwali tal-attività, li l-awditu intern jitwettaq f’konformità mal-Artikolu 20 tar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta Clean H2;

23.

Jissottolinja li, fl-2021, is-servizz tal-awditjar intern (IAS) aċċetta pjan ta’ azzjoni żviluppat mill-Impriża Konġunta FCH 2 biex tindirizza żewġ rakkomandazzjonijiet importanti li jirriżultaw mill-awditu tal-IAS dwar l-implimentazzjoni tal-għotjiet ta’ Orizzont 2020 fl-ambitu tal-Impriża Konġunta FCH 2 u kkonkluda li l-pjan ta’ azzjoni huwa adegwat biex jittaffew ir-riskji identifikati;

24.

Jinnota li, fl-2021, f’konformità mal-pjan ta’ azzjoni miftiehem, l-Impriża Konġunta FCH 2 ifformalizzat il-prattiki ta’ monitoraġġ attwali rigward ir-riskji u l-kumplessità tal-ftehimiet ta’ għotja u żviluppat gwida interna għall-monitoraġġ tat-tixrid u l-isfruttament tar-riżultati tal-proġetti ta’ Orizzont 2020; jinnota li, sa tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta FCH 2 ikkunsidrat li l-pjanijiet ta’ azzjoni kollha kienu kompletament implimentati;

Kontroll Intern

25.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li għall-pagamenti interim u finali fl-ambitu tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka, l-Impriża Konġunta Clean H2 twettaq awditi ex post għand il-benefiċjarji, filwaqt li għall-pagamenti fl-ambitu ta’ Orizzont 2020, is-servizz tal-awditjar komuni tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Kummissjoni huwa responsabbli mill-awditi ex post; jinnota li, abbażi tar-riżultati tal-awditjar ex post disponibbli fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta Clean H2 irrapportat żball rappreżentattiv ta’ 2,0 % (1,97 % fl-2020) u rata tal-iżball residwu ta’ 1,01 % (1,01 % għall-2020) għall-proġetti tagħha tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka, u rata ta’ żball rappreżentattiva ta’ 2,16 % (l-istess fl-2020) u rata tal-iżball residwu ta’ 1,3 % (1,34 % għall-2020) għall-proġetti ta’ Orizzont 2020 (approvazzjonijiet u pagamenti);

26.

Jinnota li, biex tivvaluta l-kontrolli tal-pagamenti operattivi tal-Impriża Konġunta Clean H2, il-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) awditjat b’mod aleatorju kampjun ta’ pagamenti ta’ Orizzont 2020 li saru fl-2021, fil-livell tal-benefiċjarji finali, biex tikkorrobora r-rati ta’ żball tal-awditjar ex post (fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ta’ għotja ittestjati fil-livell tal-benefiċjarji, il-limitu ta’ rapportar għal żbalji kwantifikabbli huwa ta’ 1 % tal-ispejjeż awditjati); jiddispjaċih mill-fatt li, f’każ wieħed, il-Qorti sabet u kkwantifikat żball li rriżulta mill-fatt li l-kostijiet tal-persunal ġew ikklejmjati żżejjed minħabba żball klerikali, u f’każ ieħor, dgħufija sistemika mhux kwantifikabbli fil-kontroll relatata man-nuqqas tal-proċedura ta’ validazzjoni tal-benefiċjarju għas-sigħat maħduma fuq il-proġett;

27.

Jinnota, mir-rapport annwali tal-attività, minħabba żbalji sistemiċi persistenti fil-kostijiet tal-persunal iddikjarati, b’mod partikolari min-naħa tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u benefiċjarji ġodda (li huma aktar suxxettibbli għall-iżbalji minn benefiċjarji oħra), l-Impriża Konġunta Clean H2 kienet diġà saħħet il-kontroll intern tagħha biex tindirizza r-riskju akbar fir-rigward tal-SMEs u benefiċjarji ġodda; josserva li dawn il-miżuri kienu evidenti għall-ewwel darba fl-2021 u kkontribwew għat-tnaqqis sinifikanti tar-rata ta’ żball rappreżentattiva mill-SMEs u benefiċjarji ġodda f’dawn l-aħħar sentejn; jilqa’ r-riżultati pożittivi f’termini ta’ rati ta’ żball imnaqqsa u r-rieda tal-Impriża Konġunta Clean H2 li tkompli bil-kontrolli msaħħa bbażati fuq ir-riskju fl-2022, bl-għajnuna tal-għodda ta’ monitoraġġ imsaħħa disponibbli fis-sistema korporattiva COMPASS/SyGMa għall-ġestjoni tal-għotjiet ta’ Orizzont 2020;

28.

Jenfasizza, barra minn hekk, li s-simplifikazzjoni tar-regoli ta’ Orizzont 2020 għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-persunal u l-użu aktar mifrux ta’ għażliet simplifikati f’dawk li huma kostijiet huma kundizzjoni preliminari biex ir-rati ta’ żball jiġu stabbilizzati taħt il-livell ta’ materjalità; jilqa’ l-fatt li, fl-2022, l-impriżi konġunti kollha bdew jimplimentaw azzjonijiet għat-tnaqqis tar-rata ta’ żbalji f’konformità mal-azzjoni proposta mill-Qorti, inkluża l-esplorazzjoni tal-għażliet ta’ forom simplifikati ta’ spejjeż bħal spejjeż unitarji, somom f’daqqa u rati fissi;

29.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti li għall-Impriża Konġunta Clean H2, is-segwitu tal-osservazzjonijiet tas-snin preċedenti kollha tlesta minħabba l-azzjonijiet korrettivi tal-Impriża Konġunta Clean H2 li ttieħdu matul l-2021;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-istrateġija ta’ kontra l-frodi

30.

Jilqa’ l-fatt li l-proċeduri ta’ kunflitt ta’ interess kienu fis-seħħ kemm għall-membri tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Impriża Konġunta FCH 2 kif ukoll għall-korpi konsultattivi, u ġew imġedda f’Diċembru 2021 fl-ambitu tar-regoli ta’ proċedura adottati reċentement mill-Bord ta’ Tmexxija għall-Impriża Konġunta Clean H2 u li, barra minn hekk, ġew implimentati miżuri speċifiċi għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess tal-esperti inkarigati mill-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet u mir-rieżami tal-proġetti u tal-offerti;

31.

Jinnota li l-Impriża Konġunta Clean H2 ikkontribwiet b’mod attiv għall-iżvilupp tal-istrateġija ta’ kontroll ta’ Orizzont Ewropa (ex ante, awditjar u prevenzjoni tal-frodi) billi pparteċipat fil-gruppi ta’ ħidma ddedikati stabbiliti miċ-Ċentru ta’ Implimentazzjoni Komuni u pprovdiet input;

32.

Huwa kuntent li l-Impriża Konġunta Clean H2 tiżgura wkoll l-implimentazzjoni tal-istrateġija komuni tal-komunità tar-riċerka kontra l-frodi; jilqa’ l-fatt li l-azzjonijiet ewlenin li ġejjin mill-istrateġija jinkludu l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni fi ħdan l-Impriża Konġunta u l-kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi fil-każ ta’ awditi bbażati fuq ir-riskju mwettqa mis-servizz tal-awditjar komuni jew kuntratturi esternalizzati.

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/527


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1958 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kontijiet tal-Impriża Konġunta Irdoġenu Nadif (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0112/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta' Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta' Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0083/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108.

(5)   ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)   ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/529


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1959 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0113/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0069/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (is-serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54.

(5)   ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)   ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/531


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1960 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0069/2023),

A.

billi f’Novembru 2021, ġie addottat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 (1), li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva biex tissostitwixxi l-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (“IMI 2”) taħt il-programm Orizzont Ewropa għall-perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2031;

B.

billi l-Impriża Konġunta IHI hija sħubija pubblika-privata għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa. billi l-għan tal-Impriża Konġunta IHI huwa li tgħin fil-ħolqien ta’ ekosistema ta’ riċerka u innovazzjoni tas-saħħa fl-Unjoni kollha li tiffaċilita t-trasferiment tal-għarfien xjentifiku f’innovazzjonijiet tanġibbli; billi dawk l-innovazzjonijiet għandhom ikopru l-prevenzjoni, id-dijanjostika, it-trattament u l-ġestjoni tal-mard;

C.

billi l-membri fundaturi tagħha huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, il-Kumitat Ewropew ta’ Koordinazzjoni tal-Industrija tal-IT Radjoloġika, Elettromedika u tal-Kura tas-Saħħa, Advancing Healthcare, il-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi inklużi l-Vaccines Europe (EFPIA), l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Bijoindustriji u MedTech Europe (l-assoċjazzjoni Ewropea tal-kummerċ għall-industrija tat-teknoloġija medika inklużi d-dijanjostika, l-apparat mediku u s-saħħa diġitali); billi l-Impriża Konġunta IHI ssegwi mudell bipartitiku, fejn il-Kummissjoni u l-membri privati mill-industrija u r-riċerka huma rrappreżentati fil-bord ta’ tmexxija u jikkontribwixxu għall-attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta IHI;

D.

billi l-baġit totali tal-Impriża Konġunta IHI għall-perjodu 2021-2027 huwa ta’ EUR 2,4 biljun, li nofshom ġejjin mill-programm Orizzont Ewropa; billi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni minn Orizzont Ewropa, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, se tkopri l-kostijiet amministrattivi u operattivi sa EUR 1,2 biljun, inkluż sa EUR 30,2 miljun għall-kostijiet amministrattivi; billi, bejn l-2021 u l-2028, l-Unjoni se tkompli tikkontribwixxi b’ammont sa EUR 22,3 miljun għall-baġit amministrattiv, li jirrappreżenta r-riport mill-Impriża Konġunta IMI2;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jilqa’ l-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (ir-“rapport tal-Qorti”), il-kontijiet tal-Impriża Konġunta IHI għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2021 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta IHI fil-31 ta’ Diċembru 2021, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-regolament finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jenfasizza, barra minn hekk, il-fatt li skont ir-rapport tal-Qorti, it-tranżazzjoni li fuqha huma bbażati l-kontijiet hija legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.

Jinnota li Orizzont Ewropa jipprevedi għanijiet ambizzjużi għall-Impriża Konġunta IHI, li jistgħu jinkisbu biss jekk jitfasslu u jiġu implimentati soluzzjonijiet effettivi li jindirizzaw id-dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll intern tal-Impriża Konġunta IHI u jħejju għall-isfidi futuri li jirriżultaw minn żieda fir-responsabbiltajiet, eż. fil-qasam tal-ġestjoni u l-ippjanar tar-riżorsi umani; jirrimarka, f’dan il-kuntest, li kalkoli u rekwiżiti ta’ rappurtar partikolarment ikkumplikati u onerużi jirrappreżentaw riskju sinifikanti ta’ żball u jappella, għalhekk, li jiġu esplorati l-possibbiltajiet għas-simplifikazzjoni kull fejn ikun possibbli u kompatibbli mal-qafas legali eżistenti;

3.

Jinnota li fl-2021, il-baġit finali disponibbli tal-Impriża Konġunta IHI għall-2021, inklużi l-approprjazzjonijiet mhux użati tas-snin preċedenti, li l-Impriża Konġunta IHI reġgħet daħħlet fil-baġit tas-sena attwali, id-dħul assenjat u r-riallokazzjonijiet għas-sena ta’ wara, ammontaw għal EUR 11,0-il miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u għal EUR 210,4 miljuni f’approprjazzjonijiet ta’ pagament; jinnota li l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament laħqet 75,91 % (98,66 % fl-2020) u 95,39 % (97,08 % fl-2020) rispettivament;

4.

Jinnota li ma hemm l-ebda definizzjoni armonizzata ta’ “spejjeż amministrattivi” bejn l-Impriżi Konġunti, li hija bażi għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri tagħha u prekundizzjoni għall-fini ta’ ċifri komparabbli; jappella biex, fil-kuntest ta’ dan, jiġu adottati linji gwida komuni b’tali mod li l-Impriżi Konġunti kollha jieħdu approċċ armonizzat għall-klassifikazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ nfiq għal spejjeż amministrattivi, bħall-infiq għal konsultazzjonijiet, studji, analiżi, evalwazzjonijiet, u assistenza teknika;

5.

Jinsab imħasseb li l-livell ta’ lħuq tal-miri permezz tal-kontribuzzjoni tal-membri tal-Impriża Konġunta IHI huwa relattivament baxx; jinnota, madankollu, li dan huwa dovut għad-durata twila tal-proġetti, meħtieġa min-natura tar-riċerka tal-Impriża Konġunta IHI fil-qasam tas-saħħa innovattiva u l-iskala tal-konsorzji globali li jimplimentaw il-proġetti. jinnota li l-Impriża Konġunta IHI għad trid tħallas EUR 84,3 miljun għall-proġetti tas-Seba’ Programm Qafas li għaddejjin bħalissa fis-snin li ġejjin;

6.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-għadd dejjem jikber ta’ proġetti li għadhom għaddejjin minn diversi programmi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li qed jiġu implimentati b’mod simultanju jippreżenta r-riskju li r-riżorsi amministrattivi meħtieġa għall-ġestjoni effiċjenti ta’ dawn il-fondi jistgħu ma jkunux biżżejjed; jinsab sodisfatt li mis-segwitu għall-kwittanza tal-2020, ittieħdet azzjoni biex tindirizza din il-kwistjoni u li l-Impriża Konġunta IHI se tirrapporta dwar id-dettalji tal-proċess fir-Rapport tal-Attività Annwali Konsolidat għall-2022;

7.

Jinnota li, fir-rigward tal-obbligi operazzjonali tal-Impriża Konġunta IHI fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta IHI kienet impenjat bis-sħiħ kważi EUR 966 miljun mill-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-ftehimiet ta’ għotja ffirmati tas-Seba’ Programm Qafas, li minnhom, madwar EUR 84,3 miljun (8,7 %) għad iridu jitħallsu fis-snin li ġejjin; jinnota li l-membri privati pprovdew kontribuzzjonijiet in natura fl-istess livell; jinnota li r-rata ta’ implimentazzjoni għall-baġit tal-pagamenti tal-Impriża Konġunta IHI għall-2021 disponibbli għall-proġetti tas-Seba’ Programm Qafas kienet ta’ 80 %; jinnota, barra minn hekk li l-Impriża Konġunta IHI ma kellha l-ebda approprjazzjoni ta’ impenn operazzjonali tal-2021, peress li kienet temmet l-aħħar sejħa tagħha għal proposti sa tmiem l-2014;

8.

Jinnota li fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta IHI kienet impenjat EUR 1 452,1 miljun jew 91 % ta’ EUR 1 595,4 miljun tal-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-ftehimiet ta’ għotja ffirmati taħt Orizzont 2020; jinnota li dan kien minħabba l-fatt li s-sejħa għal proposti tal-2019 ma setgħetx tkopri s-suġġetti kollha ppjanati u l-baġit tal-Unjoni kien tnaqqas kif meħtieġ b’deċiżjoni tal-bord ta’ tmexxija; jinnota li minn dan l-ammont impenjat, madwar EUR 616,8 miljun (jew 42,5 %) għad iridu jitħallsu fis-snin li ġejjin; jinnota, barra minn hekk, li l-membri privati tal-Impriża Konġunta IHI kienu impenjaw ruħhom legalment li jipprovdu kontribuzzjonijiet in natura ta’ EUR 1 520,7 miljun;

9.

Jissottolinja l-fatt li r-rata ta’ implimentazzjoni għall-baġit tal-pagamenti tal-Impriża Konġunta IHI għall-2021 disponibbli għall-proġetti ta’ Orizzont 2020 kienet ta’ 97 % u li l-Impriża Konġunta IHI ma kellha kważi l-ebda approprjazzjoni ta’ impenn operazzjonali għall-2021, ladarba r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 (2) kien jirrikjedi li l-impenji kollha jsiru qabel tmiem l-2020, u r-Regolament (UE) 2021/2085 daħal fis-seħħ biss fi tmiem l-2021, ma tnediet l-ebda sejħa fl-2021;

Prestazzjoni

10.

Jinnota, mir-rapport annwali, li fit-2021 il-portafoll tal-proġetti tal-Impriża Konġunta IMI2 ġie kkompletat, u l-aħħar 15-il ftehim ta’ għotja tal-proġett tal-Impriża Konġunta IMI2 ġew iffirmati; jinnota li l-15-il proġett li għadhom kif inħolqu għandhom baġit totali ta’ EUR 413-il miljun, b’madwar nofs dak l-ammont ġej mill-programm Orizzont 2020 tal-Unjoni, u l-bqija ġej mill-kontribuzzjonijiet tal-EFPIA u mis-sħab assoċjati mal-Impriża Konġunta IMI2 kif ukoll minn sorsi oħra;

11.

Jinnota b’apprezzament li l-proġetti tal-Impriża Konġunta IHI ġġeneraw 275 assi li lestew stadju importanti sinifikanti matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ proġett (il-mira kienet 50); jinnota li dawk l-assi jinkludu, fost l-oħrajn, għodod, metodoloġiji, proċessi, servizzi, materjali ta’ taħriġ; jinnota li eżempji ta’ stadji importanti huma: il-fażijiet ewlenin tal-provi kliniċi, il-mudelli tal-annimali, il-prototipi, il-kummerċjalizzazzjoni, il-privattivi u l-pubblikazzjonijiet; jinnota, barra minn hekk, li l-parteċipanti tal-industrija f’ħafna mill-proġetti tal-Impriża Konġunta IHI qed jagħmlu użu minn għodod u proċessi ġodda ġġenerati mill-proġetti, bħal mudelli tal-annimali, standards, bijomarkaturi, proċeduri operattivi standard (SOPs), l-użu ta’ pjattaformi ta’ skrinjar, networks ta’ provi kliniċi;

12.

Jissottolinja l-fatt li, fir-rigward tal-viżibbiltà, l-Impriża Konġunta IHI kompliet turi l-valur miżjud tal-Unjoni permezz ta’ komunikazzjoni assertiva għall-udjenzi fil-mira b’enfasi fuq il-ftuħ, it-trasparenza, ir-rilevanza u l-koerenza tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta IHI; jinnota li din kompliet ixxerred ir-riżultati tal-proġetti u l-istejjer ta’ suċċess billi tat spinta lid-diversità tal-kontribut tagħhom biex tinkludi aktar minn 100 artiklu miktub bi stili differenti, kif ukoll vidjows qosra u aċċessibbli għall-promozzjoni permezz tal-media soċjali, u li barra minn hekk l-iskedi informattivi kollha tal-proġetti tal-Impriża Konġunta IMI2 iddaħħlu fis-sit web tal-Impriża Konġunta IHI li għadu kif inħoloq, biex tiġi ffaċilitata l-promozzjoni tagħhom fil-futur; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta IHI tikkondividi kwalunkwe strateġija ta’ viżibbiltà ta’ suċċess ma’ Impriżi Konġunti oħra sabiex jippreżentaw il-valur miżjud tagħhom liċ-ċittadini;

Reklutaġġ u persunal

13.

Jinnota li t-tabella tal-persunal tipprevedi 39 aġent temporanju, 15-il aġent kuntrattwali u 2 esperti nazzjonali sekondati (SNEs), li b’kollox jammontaw għal 56 membru tal-persunal; jinnota li fil-31 ta’ Diċembru 2021 kien hemm 50 kariga okkupata: 36 minn 39 aġent temporanju (92,30 %), 13 minn 15-il aġent kuntrattwali (86,70 %) u 1 minn 2 esperti nazzjonali sekondati (50 %); jinnota, barra minn hekk, li fir-rigward tal-aġenti temporanji, il-postijiet vojta se jimtlew fl-2022 peress li għadhom għaddejjin żewġ proċeduri ta’ selezzjoni u li, fl-2022, se titneħħa kariga waħda tal-esperti nazzjonali sekondati;

14.

Jilqa’ l-fatt li l-Impriża Konġunta IHI żammet bilanċ ġeografiku tajjeb (20 pajjiż differenti) u bilanċ tajjeb bejn il-ġeneri (22 mara, 17-il raġel) meta ġew ikkonsultati esperti esterni;

15.

Jinnota bi tħassib li matul il-perjodu mill-2018 sal-2021 ir-rata annwali medja ta’ persunal interim għall-Impriżi Konġunti kollha baqgħet għolja, b’madwar 11 % tal-persunal statutorju; ifakkar li l-livell għoli ta’ persunal kuntrattwali għandu t-tendenza li jżid b’mod sinifikanti r-rata ta’ dawran tal-persunal tal-Impriża Konġunta IHI u jkompli jiddestabbilizza s-sitwazzjoni tal-persunal; jenfasizza, madankollu, li l-użu ta’ persunal interim għandu jibqa’ soluzzjoni temporanja, inkella dan jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-prestazzjoni kumplessiva tal-Impriża Konġunta IHI, bħat-telf ta’ kompetenzi ewlenin, doveri ta’ rendikont mhux ċari, tilwim ġudizzjarju possibbli u effiċjenza aktar baxxa fil-persunal;

16.

Jinnota mir-rapport tal-attività annwali tal-2021 li hemm bilanċ xieraq bejn il-ġeneri b’66 % tal-persunal li kienu nisa: 50 % tal-membri fuq il-bord ta’ tmexxija, 61,5 % tal-persuni nominati maħtura fil-grupp tar-rappreżentanti tal-Istati u 41,7 % tal-membri sħaħ fil-kumitat xjentifiku huma nisa; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta IHI żżomm dan il-bilanċ;

17.

Japprezza l-fatt li t-titjib kontinwu fil-fluss tax-xogħol tal-ġestjoni tal-proġetti u l-isforz ikkoordinat li sar mill-persunal tal-Impriża Konġunta IHI wassal biex jingħelbu d-diffikultajiet marbuta mal-perjodu tal-pandemija tal-COVID-19, biex b’hekk jiżguraw il-kontinwità tal-operat u jaslu biex jiġi eżegwit perċentwal konsiderevoli ta’ 96,04 % tal-baġit operattiv fl-2021;

18.

Jinnota li l-kontribuzzjonijiet tal-impjegaturi għall-persunal tal-Impriżi Konġunti li jikkorrispondu għall-proporzjon tad-dħul tagħhom issussidjat mhux mill-Unjoni mad-dħul totali tagħhom, ma tħallsux mill-Impriżi Konġunti għall-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni mill-2016, peress li l-Kummissjoni la pprevediet din in-nefqa fil-baġit tal-Impriżi Konġunti u lanqas ma talbet formalment il-pagamenti; jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi biex tevita kwistjonijiet simili fil-futur;

Sistemi ta’ kontroll intern

19.

Jinnota li għal pagamenti interim u finali tas-Seba’ Programm Kwadru, l-Impriża Konġunta IHI twettaq awditi ex post, filwaqt li għall-pagamenti taħt Orizzont 2020, is-Servizz tal-Awditjar Komuni tad-DĠ RTD tal-Kummissjoni huwa responsabbli mill-awditi ex post. jinnota li, abbażi tar-riżultati tal-awditjar ex post disponibbli fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta IHI rrapportat żball rappreżentattiv ta’ 1,9 % (2,16 % fl-2020) u rata tal-iżbalji residwi ta’ 0,8 % (1,14 %) għall-proġetti tagħha tas-Seba’ Programm Qafas, u rata tal-iżbalji rappreżentattivi ta’ 0,97 % (1,13 % fl-2020) u rata ta’ żbalji residwi ta’ 0,6 % (0,74 % għall-2020) għall-proġetti taħt Orizzont 2020 (approvazzjonijiet u pagamenti finali);

20.

Jinnota li biex tivvaluta l-kontrolli tal-pagamenti operattivi tal-Impriża Konġunta IHI, il-Qorti wettqet awditu ta’ pagamenti ta’ Orizzont 2020 magħżula b’mod aleatorju li saru fl-2021, fil-livell tal-benefiċjarji finali, biex tikkorrobora r-rati ta’ żbalji tal-awditjar ex post; jinnota li f’każ wieħed, il-Qorti sabet u kkwantifikat żball sistemiku relatat mal-ispejjeż tal-persunal li rriżultaw mill-użu ta’ rati fis-siegħa ħżiena li ma kienux ibbażati fuq sena finanzjarja kompluta, u f’każ ieħor, żball li rriżulta min-nuqqas ta’ evidenza ta’ sostenn xierqa għal spejjeż ta’ tagħmir u vvjaġġar iddikkjarati.

21.

Jenfasizza li s-sejba tal-Qorti kkonfermat żbalji sistemiċi persistenti għall-ispejjeż tal-persunal iddikjarati u li b’mod partikolari, l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u l-benefiċjarji l-ġodda huma aktar suxxettibbli għall-iżbalji minn benefiċjarji oħra; jenfasizza l-fatt li dawk l-iżbalji ġew irrappurtati wkoll b’mod regolari fir-rapporti annwali preċedenti tal-Qorti mill-2017 ’l hawn; jenfasizza, għalhekk, li s-simplifikazzjoni tar-regoli ta’ Orizzont 2020 għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-persunal u l-użu usa’ ta’ għażliet ta’ spejjeż simplifikati hija prekundizzjoni biex ir-rati ta’ żball jinżammu taħt il-livell ta’ materjalità; jenfasizza li l-Impriża Konġunta IHI għandha ssaħħaħ is-sistemi ta’ kontroll intern tagħha biex tindirizza r-riskju akbar fir-rigward tal-SMEs u l-benefiċjarji l-ġodda, u jħeġġeġ bil-qawwi l-użu tal-wizard għall-kalkolu tal-ispejjeż tal-persunal minn ċerti kategoriji ta’ benefiċjarji li huma aktar suxxettibbli li jwettqu żbalji, bħall-SMEs u l-benefiċjarji ġodda. jilqa’ l-fatt li, fl-2022, l-Impriżi Konġunti kollha bdew jimplimentaw azzjonijiet għat-tnaqqis tar-rata ta’ żbalji f’konformità mal-azzjoni proposta mill-Qorti, inkluża l-esplorazzjoni tal-għażliet ta’ forom simplifikati ta’ spejjeż bħal spejjeż unitarji, somom f’daqqa u rati fissi;

22.

Jinnota li, minħabba n-natura pluriennali kemm tal-programmi kif ukoll tal-proġetti ta’ riċerka individwali, ir-rata tal-iżbalji residwi kkalkulata fuq id-durata tal-programm tipprovdi l-aktar indikazzjoni sinifikattiva tal-impatt finanzjarju tal-iżbalji u li jqis il-korrezzjonijiet li saru mill-Impriża Konġunta IHI u l-fatt li l-Impriża Konġunta IHI testrapola s-sejbiet sistematiċi tal-awditi, filwaqt li żżid b’mod sinifikanti l-effett ta’ tindif mill-awditi; jenfasizza, madankollu, il-fatt li mal-avvanz tal-programmi, il-benefiċjarji jitgħallmu mill-iżbalji tagħhom u li mit-tagħlimiet meħuda mis-sejbiet tal-awditu, l-Impriża Konġunta IHI taħdem ukoll kontinwament biex tinforma aħjar lill-benefiċjarji dwar kwalunkwe ostaklu li jgħin lill-benefiċjarji jirrapportaw l-ispejjeż tagħhom b’mod korrett u għaldaqstant jipprevjenu l-iżbalji;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitt ta’ interess, u l-istrateġija ta’ kontra l-frodi

23.

Jinnota li l-Impriża Konġunta IHI għandha Strateġija Kontra l-Frodi allinjata mal-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi (CAFS 2019) u mal-Istrateġija Komuni Kontra l-Frodi għall-familja tar-riċerka (RAFS 2019), ikkomplementata minn azzjonijiet addizzjonali kontra l-frodi relatati mal-ġestjoni u l-amministrazzjoni tal-kuntratti ta’ servizz;

24.

Jinnota li l-azzjonijiet implimentati dwar l-għotjiet u l-attivitajiet operattivi huma kkoordinati mad-DĠ RTD u ma’ aġenziji oħra tar-riċerka permezz ta’ pjan ta’ azzjoni pluriennali kkoordinat mill-Kumitat dwar il-Frodi u l-Irregolarità fir-Riċerka (il-Kumitat FAIR);

25.

Jinnota li, fl-2021, l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta IMI 2 kontra l-frodi koprew il-kooperazzjoni mal-attivitajiet tal-Kumitat FAIR, u li żiedu s-sensibilizzazzjoni tal-persunal dwar il-ġlieda kontra l-frodi, inkluża l-parteċipazzjoni fil-konferenza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi “United against corruption — Upholding the ethical standards of EU Institutions (Magħqudin kontra l-korruzzjoni — Nirrispettaw l-istandards etiċi tal-Istituzzjonijiet tal-UE)” u l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi; jinnota, barra minn hekk, li dak il-kompitu kellu żewġ skopijiet, wieħed inkorporat fiċ-ċiklu annwali kontra l-frodi u wieħed, aktar estensiv u dettaljat, biex tiġi stabbilita l-bażi għar-reviżjoni tal-istrateġija ġenerali kontra l-frodi għall-Impriża Konġunta IHI;

26.

Jilqa’, barra minn hekk, il-fatt li informazzjoni regolari dwar ir-riskji relatati mal-frodi u dwar il-proċeduri li għandhom jintużaw f’każ ta’ suspett ta’ frodi/irregolaritajiet ġiet ikkomunikata lill-persunal kollu tal-Impriża Konġunta tal-IHI u li ngħatat attenzjoni għal kwistjonijiet trażversali bħar-riskji marbuta mal-kunflitt ta’ interess, id-delega tal-awtorità u s-segregazzjoni tad-dmirijiet.

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54).


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/536


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1961 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva — IHI (qabel it- 30 ta’ Novembru 2021: L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0113/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0069/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (is-serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54.

(5)   ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)   ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/538


DEĊIŻJONI(UE, Euratom) 2023/1962 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (F4E) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0111/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 5 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0092/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/540


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1963 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (F4E) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0092/2023),

A.

billi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (l-“Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita f’April 2007 għal perjodu ta’ 35 sena permezz tad-Deċiżjoni 2007/198/Euratom (1);

B.

billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b’mod awtonomu f’Marzu 2008;

C.

billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom), irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-Istati Membri tal-Euratom, u pajjiżi terzi li kkonkludew ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata;

D.

billi l-objettivi tal-Impriża Konġunta huma li tipprovdi l-kontribut tal-Unjoni għall-proġett internazzjonali ITER għall-enerġija mill-fużjoni, li timplimenta l-ftehim ta’ approċċ usa’ bejn il-Euratom u l-Ġappun, u li tipprepara għall-kostruzzjoni ta’ impjant dimostrattiv tal-enerġija mill-fużjoni u faċilitajiet relatati;

E.

billi l-proġett ITER jinvolvi seba’ sħab globali, jiġifieri l-Unjoni, irrappreżentata mill-Euratom, l-Istati Uniti, ir-Russja, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Korea t’Isfel u l-Indja, bl-Unjoni minn ta’ quddiem b’sehem ta’ 45,4 % tal-kostijiet tal-kostruzzjoni u lsħab oħra involuti b’9,1 % kull wieħed; li se tinbidel fil-fażi ta’ ttestjar tal-fużjoni operazzjonali, fejn l-Unjoni se tipprovdi 34 % tal-kostijiet operatorji (2);

F.

In-nefqa totali prevista mill-Unjoni biex timplimenta l-obbligi tagħha u attivitajiet assoċjati taħt il-ftehim ITER sal-2031 tammonta għal EUR 18,2-il biljun (f’valuri attwali) (3);

G.

billi, wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom fil-31 ta’ Jannar 2020, u n-nuqqas mill-partijiet li jikkonkludu l-protokoll previst fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni ul-Euratom u r-Renju Unit miftiehem fit-30 ta’ Diċembru 2020, ir-Renju Unit għadu mhux assoċjat mal-proġett ITER u lanqas ma huwa membru tal-Impriża Konġunta u għalhekk ma jikkontribwixxix għall-baġit tagħha;

H.

billi l-impatt tal-gwerra ta’ aggressjoni illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-konsegwenzi tagħha fuq l-attivitajiet tal-Impriżi Konġunti għadu diffiċli biex jitkejjel;

Aspetti ġenerali

1.

Jilqa’ l-fatt li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Qorti”) isib li l-kontijiet annwali jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2021 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha u l-bidliet fl-assi netti tagħha għas-sena finanzjarja 2021mar-regoli finanzjarji tagħha u mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jenfasizza, barra minn hekk, il-fatt li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2021 huma, fl-aspetti materjali kollha, legali u regolari;

2.

Jiddispjaċih, madankollu, li r-rapport tal-Qorti jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2021 jiżvelaw l-istima tal-Impriża Konġunta tal-kost totali għat-tlestija tal-obbligi ta’ twettiq tagħha għall-proġett ITER, ivvalutata għal EUR 18,3-il biljun (fil-valuri tal-2021) u għall-fatt li bidliet fis-suppożizzjonijiet ewlenin għall-istima u l-iskopertura għar-riskju jistgħu jwasslu għal żidiet sinifikanti fil-kostijiet u/jew għal aktar dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġett ITER;

3.

Jirrikonoxxi li Orizzont Ewropa jipprevedi għanijiet ambizzjużi għall-Impriża Konġunta, li jistgħu jinkisbu biss jekk jitfasslu u jiġu implimentati soluzzjonijiet effikaċi li jindirizzaw id-dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll intern u jħejju għall-isfidi futuri li jirriżultaw miż-żieda fir-responsabbiltajiet, pereżempju fil-qasam tal-ġestjoni u tal-ippjanar tar-riżorsi umani; jirrimarka, f’dan il-kuntest, li kalkoli u rekwiżiti ta’ rapportar partikolarment ikkumplikati u onerużi jirrappreżentaw riskju sinifikanti ta’ żball u jitlob, għalhekk, li jiġu esplorati l-possibbiltajiet ta’ semplifikazzjoni, meta possibbli u kompatibbli mal-qafas ġuridiku eżistenti;

4.

Jinnota bi tħassib il-fatt li peress li r-Russja hija membru tal-ITER-IO, bl-obbligi li twassal lis-sit tal-assemblaġġ tal-ITER fi Franza (Cadarache), diversi komponenti għall-proġetti ITER u li tipprovdi kontribuzzjonijiet annwali lill-ITER-IO, tirrappreżenta riskju ta’ aktar dewmien u ta’ żieda fil-kostijiet għall-proġett ITER;

5.

Jinnota li l-Impriża Konġunta żżomm stima tal-kostijiet totali tat-tlestija tal-obbligi ta’ twettiq tagħha għall-proġett ITER (“stima mat-tlestija”), li tinkludi l-kostijiet tal-fażi ta’ kostruzzjoni u dik operazzjonali sal-2035, kif ukoll il-fażi ta’ dekummissjonar u ta’ diżattivazzjoni sal-2042; jinnota, barra minn hekk, li fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta vvalutat dan il-kost totali għal EUR 18,3-il biljun (fil-valuri tal-2021), li tikkonsisti fil-pagamenti totali li saru fi tmiem l-2021, li jammontaw għal EUR 8,3 biljun u l-istima tal-pagamenti futuri, ivvalutata għal EUR 10 biljun (f’valuri tal-2021);

6.

Jirrimarka li l-bidliet fis-suppożizzjonijiet ewlenin għall-istima ta’ hawn fuq u l-esponiment għar-riskju jistgħu jwasslu għal aktar żidiet fil-kostijiet u dewmien fil-proġetti u, għall-2021 iqis li, abbażi tar-rapport tal-Qorti, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil xi avvenimenti li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-istima mat-tlestija; Minbarra dan, jirrimarka li dqawk is-supożizzjonijiet ewlenin jinkludu l-linja bażi l-ġdida għall-proġett ITER ippjanata għall-ewwel kwart tal-2023, it-twassil tard tal-komponenti, is-sanzjonijiet imposti lir-Russja, l-approvazzjoni kontinwa tal-Awtorità tas-Sigurtà Nukleari Franċiża (NSA) għall-assemblaġġ tal-komponenti tal-pit tat-tokamak; u r-reviżjoni mistennija tal-istima tal-ispejjeż għall-Kumpless taċ-Ċelloli Taħraq; jissottolinja l-fatt li, fil-każ ta’ problemi ta’ konsenja li jirriżultaw fin-nuqqas ta’ komponenti kruċjali għat-tkomplija tal-proġett, għandhom jiġu esplorati flussi alternattivi ta’ provvista;

7.

Ifakkar li l-ITER jistenna uffiċjalment l-ewwel test operazzjonali fl-2025 u l-kisba ta’ enerġija sħiħa mill-fużjoni sal-2035; josserva, madankollu, li din il-linja bażi ġiet adottata fl-2016, u li, minn dak iż-żmien ’l hawn, id-dewmien fil-kostruzzjoni u fil-manifattura u l-pandemija tal-COVID-19 għamlu d-data tal-2025 dejjem aktar improbabbli; jenfasizza, barra minn hekk, li, skont ir-rapport tal-Qorti, hemm riskju ta’ aktar dewmien minħabba taħlita ta’ diversi fatturi relatati mal-bini, li jibdew mill-problemi li jiltaqgħu magħhom fl-iwweldjar tas-setturi tal-kmamar tal-vakwu li jiffurmaw il-kamra tal-azzar fejn se jsiru esperimenti tat-tidwib sal-problema tal-korrużjoni li tikkawża xquq fondi sa 2,2 mm fuq il-pannelli tal-iskrin termali; jirrimarka li dan jikkonċerna t-23 kilometru kollha ta’ pajpijiet għat-tkessiħ iwweldjati mal-wiċċ tal-komponent; jinnota li, minħabba l-fatt li l-kwistjoni ta’ xquq fil-pajpijiet tat-tkessiħ tista’ tkun sistemika, li taffettwa l-komponenti kollha ta’ lqugħ termali tat-tokamak, id-direzzjoni l-ġdida tal-ITER tattiva strateġija ta’ tiswija għas-setturi tal-ilqugħ termali tat-tokamak u tal-bastimenti vakwu;

8.

Jinnota li t-tul ta’ żmien u l-ispiża tat-tiswijiet ma jistgħux jiġu stmati b’mod preċiż f’dan l-istadju u li l-Kunsill ITER, fi tmiem l-2023, qed jippjana li jadotta linja bażi ġdida tal-ITER, li tistabbilixxi l-kalendarju għal ċerti kisbiet, li se jreġġa’ lura b’mod sinifikanti d-dati meta huwa jistenna li jilħaq l-istadji importanti ewlenin u konsegwentement ikollu impatt fuq l-istima mat-tlestija; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta dwar l-eżitu u d-dewmien mistenni kif ukoll il-konsegwenzi għat-tlestija tal-proġett ITER;

9.

Jinnota li, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza nukleari, l-NSA għandha l-awtorità aħħarija li tapprova kwalunkwe bidla ulterjuri fid-disinji li taffettwa r-rekwiżiti tas-sikurezza nukleari, u li, f’dan il-kuntest, fil-bidu tal-2021, l-Impriża Konġunta applikat formalment għall-approvazzjoni tal-NSA tad-disinn u t-teknoloġija l-ġodda tal-iwweldjar relatati mal-assemblaġġ tal-komponenti tal-pit ta’ tokamak; jissottolinja, madankollu, li informazzjoni addizzjonali mill-Impriża Konġunta biex tiffinalizza l-analiżi tal-NSA ma ntalbitx mill-NSA qabel Jannar 2022; jinnota li, filwaqt li l-approvazzjoni tal-NSA hija parti mill-proċess normali ta’ assemblaġġ tal-ITER-IO, din tista’, madankollu, tirriżulta f’dewmien addizzjonali ta’ diversi xhur u konsegwentement tħalli impatt fuq l-istima mat-tlestija;

10.

Jistieden lill-Impriża Konġunta tirrevedi l-istima tal-ispejjeż għall-Kumpless ta’ Hot Cell sabiex tippermetti t-tħejjija ta’ stima affidabbli tal-ispejjeż f’konformità mal-istadju ta’ maturità attwali tar-rekwiżiti tad-disinn ITER-IO;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

11.

Jinnota li, f’Diċembru 2020, il-bord tat-tmexxija tal-Impriża Konġunta adotta l-baġit oriġinali tal-Impriża Konġunta għall-2021 għal EUR 1 048,77 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 742,81 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament u li, f’Novembru 2021, il-bord tat-tmexxija emenda dan il-baġit;

12.

Jilqa’ l-fatt li l-approprjazzjonijiet finali disponibbli, inkluż ir-riport mis-sena preċedenti, jammontaw għal EUR 1 069,88 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 764,83 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament;

13.

Jinnota li r-rati ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament kienu ta’ 99,7 % u 97,4 % rispettivament (meta mqabbla ma’ 100 % u 98 % fl-2020);

14.

Jinnota li, mill-EUR 1 069,88 miljun disponibbli għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn, 88,4 % ġew implimentati permezz ta’ impenji individwali (li jikkorrispondu għal EUR 942,50 miljun);

15.

Jinnota b’sodisfazzjoni li, wara r-rakkomandazzjoni ta’ kwittanza għall-2020 dwar il-metodu ta’ kalkolu għall-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija tal-2020, l-Impriża Konġunta adottat miżuri korrettivi, b’mod partikolari l-abbozz ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni, biex jiġi evitat li l-kwistjoni terġa’ titqajjem mill-Qorti;

16.

Jinnota, għalhekk, li fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija għall-2021, l-Impriża Konġunta użat il-programm annwali u pluriennali 2020-2024 adottat mill-bord tat-tmexxija tagħha fl-10 ta’ Diċembru 2019 b’EUR 6,5 miljun stmati għall-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija;

17.

Jinnota li, minn Jannar 2016, dawk l-impriżi konġunti li huma biss parzjalment iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni huma rikjesti jħallsu l-parti tal-kontribuzzjonijiet tal-impjegatur għall-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, li tikkorrispondi għall-proporzjon tad-dħul issussidjat tagħhom minn pajjiżi terzi mad-dħul totali tagħhom (4); huwa mħasseb li, billi l-Kummissjoni la pprevediet din in-nefqa fil-baġits tal-impriżi konġunti, u lanqas ma talbet formalment il-pagamenti, l-impriżi konġunti għadhom ma ħallsux tali kontribuzzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi biex tevita kwistjonijiet simili fil-futur;

18.

Jitlob f’dan ir-rigward li, f’konformità mal-gwida tal-Kummissjoni lill-impriżi konġunti, lill-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali tal-Kummissjoni biex jikkalkula l-kontribuzzjonijiet tal-impjegaturi għal kull impriża konġunta bħala perċentwal tad-dħul minn pajjiżi terzi relatat mad-dħul totali tal-Impriża Konġunta, inkluż id-dħul minn pajjiż terz għan-nefqa operattiva; jinnota li, għall-ITER dan is-sehem perċentwali kien stabbilit għal 21,6 % għall-perjodu 2017-2020 jew madwar EUR 5,8 miljun, u 19,8 % għas-sena 2021 jew madwar EUR 1,5 miljun; jissottolinja, barra minn hekk, li dik il-gwida tqis biss id-dispożizzjonijiet rispettivi tar-Regolamenti tal-Persunal biex tiddetermina l-metodu ta’ kalkolu għall-pagamenti mill-impriżi konġunti tal-kontribuzzjonijiet tal-impjegaturi lejn il-baġit tal-Unjoni bbażat fuq id-dħul;

19.

Jistieden lill-Impriża Konġunta ma tistenniex il-kalkolu finali tal-kontribuzzjonijiet pendenti, iżda tqis dan l-obbligu meta tippjana l-baġit futur tagħha, bħal permezz ta’ akkumulazzjoni korrispondenti għall-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni;

20.

Huwa konxju, madankollu, li d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta jeħtieġu li l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija ma għandhomx jaqbżu 10 % tal-kostijiet amministrattivi annwali tal-Impriża Konġunta, u jissuġġerixxu kontribuzzjoni tal-impjegaturi ta’ madwar EUR 740 013 fis-sena għall-Impriża Konġunta (ibbażata fuq ċifri għall-2021); jinnota, għalhekk, li l-eżistenza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet legali differenti toħloq ir-riskju tal-elaborazzjoni ta’ diversi interpretazzjonijiet rigward il-kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-impjegaturi tal-Impriża Konġunta, b’impatt finanzjarju li jvarja, u jistenna li din l-inċertezza legali tiġi eliminata mingħajr dewmien; jilqa’ t-tħejjija tal-Impriża Konġunta li timpenja ruħha mal-Kummissjoni għal allinjament aktar ċar tal-bażijiet ġuridiċi rilevanti;

Prestazzjoni

21.

Jinnota li l-2021 kienet l-ewwel sena tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027;

22.

Jilqa’ l-fatt li, matul l-2021, l-Impriża Konġunta kompliet tagħmel progress fil-ħidma u kompliet twassal xi wħud mill-komponenti ewlenin lill-ITER sabiex tibda l-attivitajiet ta’ assemblaġġ skont il-pjan għall-kisba tal-Ewwel Plażma fi tmiem l-2025; jinnota li l-Organizzazzjoni ITER bħalissa qed tippjana mill-ġdid il-linja bażi tal-ewwel plażma, li l-eżitu tagħha kien mistenni li jiġi deċiż mill-Kunsill ITER fl-2022 u li l-Impriża Konġunta sussegwentement se taġġusta l-ippjanar tagħha kif xieraq;

23.

Jinnota li, wara 10 snin, l-Impriża Konġunta ttrasferiet ir-responsabbiltà tal-koordinazzjoni tas-sit tal-bini lill-Organizzazzjoni ITER; jinnota li, skont l-ippjanar mehmuż mal-arranġament pubbliku għall-kostruzzjoni tal-bini, dak it-trasferiment kien ippjanat għal Settembru 2018, ladarba r-riskji ewlenin tal-kostruzzjoni fuq is-Sit ma kinux għadhom preżenti;

24.

Jinnota li matul l-2021 il-pandemija tal-COVID-19 kompliet tħalli impatt sinifikanti fuq il-katina tal-provvista tal-Impriża Konġunta, peress li ħafna mill-fornituri tal-Impriża Konġunta kienu affettwati, minn restrizzjonijiet fuq l-attendenza fix-xogħol u fuq l-ivvjaġġar, u impatti kontinwi u futuri fuq l-effiċjenza minħabba miżuri sanitarji msaħħa meħtieġa fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri; jiddispjaċih li d-dewmien f’xi konsenji kien sa erba’ xhur, li rriżulta f’impatt ta’ “kost mat-tlestija” ta’ EUR 45 miljun (EUR 57 miljun fl-2020 — it-tnejn li huma fil-valuri tal-2008):

25.

Jinnota, barra minn hekk, li l-effett indirett tal-pandemija tal-COVID-19 għadu qed ikollu impatt fuq ħafna mill-kuntratti tal-Impriża Konġunta, minħabba ż-żidiet għoljin fil-prezzijiet tal-materja prima, u li l-effett fuq il-kost mat-tlestija għadu qed jiġi stmat; jinnota, madankollu, li l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 huwa serju iżda mhux sostanzjali u li r-riżultat tar-rapporti finanzjarji tal-2021 mhuwiex materjali;

Prevenzjoni tal-frodi u tal-kunflitti ta’ interess

26.

Jinnota li l-uffiċjal ta’ kontra l-frodi (olaf) u l-etika ppromwovew u kkoordinaw l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-impriża konġunta kontra l-frodi u l-pjan ta’ azzjoni kontra l-frodi li jakkumpanjaha li jkopri l-perjodu 2020 sal-2023;

27.

Jilqa’ l-fatt li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fil-pjan ta’ azzjoni kontra l-frodi hija mmonitorjata b’mod sistematiku permezz ta’ bażi tad-data ddedikata li tagħti dettalji dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kull azzjoni, is-sid tal-azzjoni u d-data fil-mira għall-implimentazzjoni tagħha u li nkiseb progress tajjeb fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet kontra l-frodi;

28.

Jinnota, barra minn hekk, li fl-2021, l-informazzjoni u l-appoġġ dwar kwistjonijiet ta’ prevenzjoni tal-frodi ġew ipprovduti fuq bażi kontinwa, b’mod partikolari lill-persunal involut fl-akkwist, fil-ġestjoni tal-kuntratti u fil-finanzjament u li n-network intern ta’ korrispondenti tal-frodi tal-Impriża Konġunta nżamm infurmat b’mod individwali u fil-kuntest tal-laqgħat regolari tan-network ta’ assigurazzjoni;

29.

Japprezza li r-regoli, il-proċeduri, il-proċessi u l-aħjar prattiki fl-etika u fil-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess ġew ikkomunikati lill-persunal fl-2021, inkluż permezz tal-manwal tal-Impriża Konġunta b’kapitoli speċifiċi dwar l-integrità u l-etika u dwar il-prevenzjoni tal-frodi, paġna dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta kif ukoll taqsima dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess;

Persunal u reklutaġġ

30.

Jiddispjaċih li, f’Novembru 2021, il-persunal tal-Impriża Konġunta ħareġ bi strajk u li, skont valutazzjonijiet tal-ġestjoni interni u esterni u diversi stħarriġiet interni, ir-raġunijiet prinċipali għad-deterjorazzjoni tal-ambjent tax-xogħol fl-Impriża Konġunta kienu nuqqasijiet fil-livell tal-maniġment superjuri, bħal teħid ta’ deċiżjonijiet mhux trasparenti u li ma jiffunzjonax tajjeb u nuqqas ta’ djalogu soċjali; jinnota, barra minn hekk, l-użu mhux proporzjonat tar-riżorsi ta’ persunal estern żied l-isfidi u r-riskji għall-ambjent tax-xogħol, li kien ikkonfermat mir-rappreżentanti tal-persunal tal-Impriża Konġunta u l-ittri formali tagħhom, li ntbagħtu lill-Kummissarji responsabbli; jinnota li l-Kummissjoni (Direttorat Ġenerali għall-Enerġija), fir-risposta tagħha għall-ittri, iddikjarat li l-valutazzjoni annwali tal-2022 tal-Impriża Konġunta se tiffoka esklużivament fuq kwistjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani u ħeġġet lill-Impriża Konġunta biex tuża valutazzjoni komprensiva tal-ġestjoni għat-tim ta’ ġestjoni tagħha;

31.

Jinnota bi tħassib li l-Impriża Konġunta saret aktar dipendenti fuq il-persunal estern f’dawn l-aħħar snin; jisħaq li din l-osservazzjoni tal-Qorti baqgħet pendenti mill-2019 meta l-persunal estern kien jirrappreżenta 62 % tal-persunal statutorju tal-Impriża Konġunta; jenfasizza li skont il-pjan strateġiku attwali dwar ir-riżorsi tal-Impriża Konġunta għall-perjodu 2021-2027, il-persunal estern huwa previst li jiżdied fl-2022 għal 93 % tal-persunal statutorju massimu approvat mill-Kummissjoni, u mbagħad jonqos gradwalment għal 70 % sal-2027; ifakkar li din is-sitwazzjoni tippreżenta riskji għall-Impriża Konġunta, rigward iż-żamma ta’ kompetenzi ewlenin, in-nuqqas ta’ ċarezza tal-obbligu ta’ rendikont, tilwim ġudizzjarju possibbli, u effiċjenza aktar baxxa tal-persunal minħabba ġestjoni deċentralizzata. jenfasizza, barra minn hekk, li l-użu ta’ persunal interim għandu jibqa’ soluzzjoni temporanja; ifakkar li l-ġestjoni tal-Impriża Konġunta għandha ssaħħaħ il-miżuri li diġà ttieħdu biex jittaffew ir-riskji relatati mal-użu ta’ persunal estern, b’mod partikolari, ir-riskju ta’ ġestjoni ineffiċjenti minħabba n-nuqqas ta’ ċarezza fid-diviżjoni tar-responsabbiltajiet bejn il-persunal statutorju u dak estern;

32.

Jinnota li l-iżbalji relatati mar-riżorsi umani ma jistgħux jiġu ripetuti u li hija meħtieġa bidla fil-kultura ta’ ġestjoni u din għandha tinżamm; jinnota wkoll li huma meħtieġa aktar sforzi relatati mar-riżorsi umani biex jiġu evitati każijiet ta’ postijiet battala fit-tul, dawran għoli tal-persunal, għadd eċċessiv ta’ persunal estern, dipendenza fuq l-għarfien espert ta’ ftit membri tal-persunal, ammonti estremi ta’ xogħol u assenzi u ineffiċjenzi tal-persunal li jirriżultaw; jappella għal aktar sforzi biex jinħolqu kundizzjonijiet ta’ impjieg attraenti u soċjalment ġusti li jappoġġaw il-kisba tal-objettivi tal-Impriża Konġunta.

33.

Jaqbel li, bi tweġiba għas-sitwazzjoni, l-Impriża Konġunta nediet diversi azzjonijiet biex ittejjeb l-ambjent tax-xogħol u l-benesseri tal-persunal; josserva li dawk l-azzjonijiet kienu integrati f’aġenda ta’ trasformazzjoni, li timmira ammont eċċessiv ta’ xogħol, atmosfera tax-xogħol negattiva, u nuqqas ta’ komunikazzjoni mill-maniġment dwar il-bidliet organizzattivi ppjanati u huwa mistenni li se jkunu effettivi, meta jitqiesu l-avvenimenti rappurtati;

34.

Jinnota li t-Tagħlim u l-Iżvilupp (L&D) tal-Impriża Konġunta komplew joffru varjetà akbar ta’ riżorsi online u diġitali li jagħtu aktar flessibbiltà u l-libertà li wieħed jitgħallem meta jkun mixtieq u meħtieġ; jinnota, barra minn hekk, li total ta’ 94 % tal-membri tal-persunal irreġistraw għal mill-inqas attività waħda ta’ tagħlim matul l-2021 u li r-rata ta’ sodisfazzjon mill-persunal fir-rigward tal-attivitajiet interni L&D kienet għolja — 88 % tal-persunal tal-Impriża Konġunta kklassifikahom bħala eċċellenti jew tajbin;

35.

Jinnota li, mill-31 ta’ Diċembru 2021, il-postijiet okkupati tal-persunal fl-Impriża Konġunta kienu jinkludu 47 Uffiċjal, 226 Aġent Temporanju u 166 aġent kuntrattwali, jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta qagħdet fuq l-appoġġ ta’ 11-il membru tal-persunal interim (f’ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time) u żewġ esperti nazzjonali sekondati;

36.

Jinnota mir-rapport annwali tal-attività tal-2021 li ma hemm l-ebda bilanċ xieraq bejn il-ġeneri fost il-membri tal-persunal u tal-maniġment tal-Impriża Konġunta, bi 19 % biss tal-persunal u inqas minn 10 % tal-persunal maniġerjali u mhux impjegat fl-2021 kienu nisa; jiddispjaċih dwar dawn iċ-ċifri u jitlob li jsiru aktar sforzi f’termini ta’ bilanċ bejn il-ġeneri;

37.

Jinnota li, wara l-istħarriġ dwar l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 mill-2020 u abbażi tal-effetti tiegħu, fl-2021 ir-Riżorsi Umani tal-Impriża Konġunta komplew jiffukaw b’mod attiv ħafna fuq azzjonijiet preventivi psikosoċjali fil-qasam tal-benesseri emozzjonali u l-ġestjoni tal-istress;

38.

Jinnota li, matul l-2021, ġew ippubblikati 14-il avviż ta’ pożizzjoni vakanti esternament għal sitt aġenti temporanji u tmien aġenti kuntrattwali u li, b’mod ġenerali, tlestew 14-il proċedura ta’ għażla, li tlieta minnhom ġew ippubblikati fl-2020 u l-11 l-oħra ġew ippubblikati fl-2021;

Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

39.

Josserva li, matul l-2020 u l-2021, l-Impriża Konġunta kienet soġġetta għal valutazzjonijiet annwali regolari minn esperti esterni u awditi interni intensivi li jkopru l-biċċa l-kbira tal-oqsma kritiċi tagħha tal-attivitajiet tagħha u li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ rimedju b’reazzjoni għall-awditi u l-valutazzjonijiet, sabiex jiġu indirizzati r-riskji identifikati; jiddispjaċih, madankollu, li dan irriżulta f’żieda fil-piż amministrattiv, filwaqt li ma kienx evidenti li l-kontrolli miżjuda kienu effiċjenti u tejbu s-sistema;

40.

Jinnota li, fl-2021, l-Impriża Konġunta kompliet tallinja l-istandards ta’ ġestjoni u kontroll intern (MICS), l-indikaturi u l-proċeduri tagħha mal-qafas ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni;

41.

Jinnota li l-Impriża Konġunta segwiet approċċ gradwali dwar l-identifikazzjoni tal-punti b’saħħithom u dgħajfa tas-sistema ta’ kontroll intern abbażi ta’ kwalunkwe nuqqas identifikat fil-funzjonament tal-Istandards ta’ Ġestjoni u Kontroll intern u fformulat azzjonijiet korrettivi korrispondenti, li wasslu għall-konklużjonijiet għall-istabbiliment tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u r-rappurtar tad-direttur fir-rapport ta’ attività annwali konsolidat (CAAR);

42.

Jinnota li, fir-Rapport ta’ Attività Annwali Konsolidat tal-2021, l-Impriża Konġunta kkonkludiet li l-komponenti kollha qed joperaw flimkien b’mod integrat; jinnota, madankollu, li minħabba l-fatt li komponent wieħed jiġifieri “l-Attivitajiet ta’ kontroll — Kwistjoni dwar il-benessri tal-persunal”, nstab li kellu nuqqas kritiku, il-maniġment tal-Impriża Konġunta kkonkluda li s-sistema ġenerali ta’ kontroll intern kienet parzjalment effettiva.

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58).

(2)  Id-dokumenti tal-ITER “Estimi tal-Valur għall-Fażijiet ta’ Kostruzzjoni, Operat, Diżattivazzjoni u Dekommissjonar ta’ ITER u t-Tip ta’ Kontributi mill-Partijiet” u “Il-Qsim tal-Ispiża għall-Fażijiet kollha tal-Proġett ITER”.

(3)  L-istimi huwa bbażati fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2017) 319 tal-14 ta’ Ġunju 2017 u dokument ta’ ħidma tal-persunal relatat SWD(2017) 232, it-Tabella 4.

(4)  L-Artikolu 83a tar-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika) (ĠU 45, 14.6.1962, p. 1385/62).


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/546


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2023/1964 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (F4E) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0111/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 5 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0092/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.

(5)   ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/547


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1965 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: L-Impriża Konġunta SESAR) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0114/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0118/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.

(5)   ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)   ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/549


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1966. TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: L-Impriża Konġunta SESAR) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0118/2023),

A.

billi l-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR) ġiet stabbilita fi Frar 2007 skont is-Seba’ Programm Kwadru tar-Riċerka (FP7) għal perjodu ta’ tmien snin (SESAR 1); billi f’Ġunju 2014, il-Kunsill emenda r-regolament fundatur u estenda t-tul ta’ ħajja tal-Impriża Konġunta fl-ambitu tal-programm Orizzont 2020 għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2024 (SESAR);

B.

billi f’Novembru 2021, il-Kunsill adotta l-Att Bażiku Uniku, li jistabbilixxi s-SESAR 3 biex tissostitwixxi s-SESAR, fil-qafas tal-programm Orizzont Ewropa għall-perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2031 (1);

C.

billi l-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 hija sħubija pubblika-privata għall-iżvilupp ta’ ġestjoni modernizzata tat-traffiku tal-ajru fl-Ewropa; billi l-membri fundaturi tagħha huma l-UE, irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru (Eurocontrol), u aktar minn 50 organizzazzjoni li jkopru l-katina tal-valur tal-avjazzjoni kollha, mill-ajruporti, l-utenti tal-ispazju tal-ajru tal-kategoriji kollha, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, sal-operaturi u s-servizzi tad-droni;

D.

billi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3, inklużi l-approprjazzjonijiet taż-ŻEE, biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż operattivi għandha tkun sa EUR 600 miljun, inkluż sa EUR 30 miljun għall-ispejjeż amministrattivi; billi l-membri privati tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 għandhom jagħmlu mod jew jistabbilixxu arranġamenti sabiex l-entitajiet kostitwenti jew affiljati tagħhom jagħmlu kontribuzzjoni totali ta’ mill-inqas EUR 500 miljun, inkluż sa EUR 25 miljun għall-ispejjeż amministrattivi, fuq il-perjodu ta’ għaxar snin;

E.

billi l-Eurocontrol għandha tagħmel kontribuzzjoni totali sa EUR 500 miljun, inkluż sa EUR 25 miljun għall-ispejjeż amministrattivi, fuq il-perjodu ta’ għaxar snin; billi l-kontribuzzjoni għandha tikkonsisti wkoll f’kontribuzzjonijiet in natura għal attivitajiet addizzjonali;

F.

billi r-Regolament Finanzjarju u l-istandards ta’ ġestjoni għoljin jeħtieġ jiġu rispettati mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE;

G.

billi wieħed mill-aktar għanijiet importanti tal-Impriża huwa li tappoġġa tranżizzjoni rapida lejn avjazzjoni aktar ekoloġika, f’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew;

Aspetti ġenerali

1.

Jirrimarka li l-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3, bħala Impriża Konġunta tripartitika, timplimenta — minbarra l-kontribuzzjonijiet tal-baġit tal-UE u tal-membri privati — kontribuzzjonijiet mill-EUROCONTROL ta’ madwar EUR 500 miljun għall-attivitajiet ta’ Orizzont Ewropa u li peress li l-Kummissjoni ma qisitx il-kontribuzzjonijiet tal-EUROCONTROL fil-mudell tal-produttività tagħha, il-proporzjon ta’ produttività aktar baxx li jirriżulta għall-Impriża Konġunta ma jistax jitqabbel direttament mal-proporzjon tal-Impriżi Konġunti l-oħra;

2.

Jiddispjaċih li l-Impriża Konġunta rrappurtat (bħalma għamlu oħrajn) li wara l-proċess intern tal-ippjanar baġitarju u tar-riżorsi, il-maniġment tagħha ma kienx inkluż fil-proċess tan-negozjati bejn id-DĠ prinċipali u d-DĠ BUDG. jiddispjaċih ukoll li, skont l-Impriża Konġunta, ma kienux infurmati b’mod suffiċjenti dwar il-mudell tal-produttività tal-Kummissjoni, użat biex jiġu ddeterminati r-riżorsi umani għall-implimentazzjoni tal-programmi tagħhom taħt il-QFP il-ġdid, u dwar il-bażi għall-iffissar ta’ limitu massimu tal-għadd ta’ persunal, minkejja ż-żieda fil-baġit li għandu jiġi implimentat.

3.

Ifaħħar it-tranżizzjoni bla xkiel lejn l-entità legali l-ġdida l-Impriża Konġunta SESAR 3 u jinnota li l-Impriża żviluppat diversi mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni trażversali, li ppermettew kooperazzjoni trasparenti u strutturata u serrħu fuq l-għarfien espert individwali ta’ kull membru tal-organizzazzjoni, b’mod partikolari, Grupp ta’ Koordinazzjoni tat-Tranżizzjoni li ġie stabbilit fi Frar 2021;

4.

Jirrikonoxxi li Orizzont Ewropa jipprevedi għanijiet ambizzjużi għall-Impriża Konġunta, li jistgħu jinkisbu biss jekk jitfasslu u jiġu implimentati soluzzjonijiet effikaċi li jindirizzaw id-dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll intern u jħejju għall-isfidi futuri li jirriżultaw miż-żieda fir-responsabbiltajiet, pereżempju fil-qasam tal-ġestjoni u tal-ippjanar tar-riżorsi umani; jirrimarka, f’dan il-kuntest, li kalkoli u rekwiżiti ta’ rapportar partikolarment ikkumplikati u onerużi jirrappreżentaw riskju sinifikanti ta’ żball u jitlob, għalhekk, li jiġu esplorati l-possibbiltajiet ta’ simplifikazzjoni, meta possibbli u kompatibbli mal-qafas ġuridiku eżistenti;

5.

Jisħaq fuq l-importanza tal-Impriża fit-tlestija tal-Ajru Diġitali Ewropew; jenfasizza li l-proposti għall-2021-2027 għas-Sħubijiet Ewropej tas-SESAR u l-FNE huma kruċjali għall-futur tal-avjazzjoni diġitalizzata u ekoloġika u jeħtieġ li jiġu pprovduti b’finanzjament xieraq;

6.

Jisħaq fuq l-importanza tal-Ajru Uniku Ewropew 2+ u jappella għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni f’waqthom tiegħu; jisħaq li l-użu ta’ sistemi tas-satelliti għan-navigazzjoni, il-komunikazzjonijiet u t-traċċar, u l-użu sħiħ tar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR) se jikkontribwixxu għat-tlestija tal-Ajru Uniku Diġitali Ewropew;

7.

Ifakkar fir-rwol strateġiku tal-Impriża fir-rigward tad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-avjazzjoni, fejn ħafna mill-proġetti tagħha huma ffukati fuq l-isfruttar tat-teknoloġija diġitali sabiex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni lejn settur tal-avjazzjoni aktar ekoloġiku;

8.

Jilqa’ l-attivitajiet ġenerali tar-Riċerka u l-Innovazzjoni li l-Impriża Konġunta SESAR 3 se twettaq mill-2021 sal-2031, imsejjaħ il-programm tal-Ajru Diġitali Ewropew, organizzat bħala parti mill-Pipeline tal-Innovazzjoni SESAR; barra minn hekk, ifaħħar prijoritajiet oħra stabbiliti għall-Impriża Konġunta SESAR 3 bħal: l-ingranaġġ ta’ sinerġiji ma’ sħubijiet Ewropej oħra u ma’ programmi nazzjonali jew reġjonali ta’ modernizzazzjoni tal-ATM; l-iżgurar tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati istituzzjonali u tal-industrija; l-iżgurar tal-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali; il-promozzjoni tal-attivitajiet u r-riżultati tal-Impriża Konġunta SESAR 3 permezz ta’ inizjattivi ta’ komunikazzjoni;

9.

Jinnota li ma hemm l-ebda definizzjoni armonizzata ta’ “spejjeż amministrattivi” fost l-Impriżi Konġunti, terminu li huwa l-bażi għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri tagħha u prekundizzjoni għall-fini ta’ ċifri komparabbli; jitlob, fid-dawl ta’ dan, linji gwida komuni għall-Impriżi Konġunti kollha sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu approċċ armonizzat għall-klassifikazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ nfiq għal spejjeż amministrattivi, bħall-infiq għal konsulenzi, studji, analiżijiet, evalwazzjonijiet u assistenza teknika;

10.

Jaqbel mal-osservazzjoni tal-Qorti li, peress li l-Impriżi Konġunti huma awtonomi u responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma tagħhom, dawn setgħu jiġu inklużi aħjar fil-proċess tal-ippjanar tar-riżorsi umani għall-QFP 2021-2027;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

11.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (“ir-rapport tal-Qorti”) dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jsib li l-kontijiet annwali tal-2021 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta Clean H2 fil-31 ta’ Diċembru 2021, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, f’konformità mar-Regolament Fnanzjarju tagħha u mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi għall-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

12.

Jinnota li, fl-2021, il-baġit totali disponibbli (inklużi approprjazzjonijiet mhux użati ta’ snin preċedenti mdaħħla mill-ġdid, dħul assenjat u riallokazzjonijiet għas-sena ta’ wara kien ta’ EUR 34,8 miljun (EUR 163,2 miljun fl-2020) għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 69,9 miljun (EUR 179,2 miljun fl-2020) għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament;

13.

Jinnota li, fir-rigward tal-livell attwali tal-obbligi operattivi tal-membri tal-Impriżi Konġunti, fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta kienet impenjat bis-sħiħ EUR 555,8 miljun mill-kontribuzzjoni massima tal-UE għall-ftehimiet ta’ għotja u kuntratti ffirmati fil-qafas tal-programm Orizzont 2020, li minnhom madwar EUR 92,5 miljun (jew 16,6 %) għad iridu jitħallsu fis-snin li ġejjin għal proġetti u kuntratti li għad iridu jitlestew; jinnota, barra minn hekk, li l-membri privati kienu legalment ħadu l-impenn li jipprovdu l-kontribuzzjonijiet in natura kollha kemm huma b’valur ta’ EUR 280 miljun, definiti fil-ftehim ta’ sħubija industrijali, u l-Eurocontrol li jipprovdi kontribuzzjonijiet ta’ EUR 433,4 miljun jew 91 % tal-mira ta’ EUR 475 miljun f’kontribuzzjonijiet operattivi definiti fil-ftehim bilaterali;

14.

Jenfasizza li r-rata ta’ implimentazzjoni għall-baġit tal-pagamenti tal-Impriża Konġunta għall-2021 disponibbli għall-proġetti taħt Orizzont 2020 kienet ta’ 93 % u li l-Impriża Konġunta ma kellha kważi l-ebda approprjazzjoni ta’ impenn operazzjonali tal-2021 billi hi kienet temmet l-aħħar sejħa tagħha għal proposti sa tmiem l-2020;

15.

Jirrikonoxxi l-effetti kontinwi tal-kriżi tal-COVID-19 fuq is-settur; jinnota li l-Impriża implimentat għadd ta’ miżuri, inkluża l-estensjoni tad-durata tal-għotjiet fejn meħtieġ, biex il-proġetti jkunu jistgħu jikkonkludu l-attivitajiet ta’ validazzjoni tagħhom u jwasslu l-eżiti tekniċi f’konformità mal-iskedi ta’ żmien tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM); jinnota li l-membri u s-sħab tal-Impriża rnexxielhom javvanzaw f’teknoloġiji u proċeduri ġodda permezz tal-proċess ta’ rilaxx tal-pipeline ta’ innovazzjoni tas-SESAR, skont l-iskeda ta’ żmien stabbilita mill-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM — il-pjan direzzjonali tal-Ewropa għat-trasformazzjoni diġitali tal-ATM;

16.

Jinnota li r-riżultat tal-baġit fl-2021 ammonta għal defiċit ta’ EUR 17,55-il miljun (li minnhom kien hemm defiċit ta’ EUR 292 513 għal SESAR 1 wara r-rimborż finali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji eċċessivi ta’ SESAR 1 u defiċit ta’ EUR 17,26-il miljun għas-SESAR 2020) u li s-surplus kumulattiv li jifdal jammonta għal EUR 592 241;

Prestazzjoni

17.

Jilqa’ l-fatt li fl-2021, l-Impriża Konġunta ssodisfat l-objettivi politiċi u operattivi ewlenin tagħha kif deskritti fid-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni għall-2021 sal-2023;

18.

Japprezza li l-Impriża Konġunta, fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19 u l-impatt finanzjarju tagħha fuq il-Membri tal-Impriża Konġunta, stabbiliet sensiela ta’ miżuri baġitarji li għandhom l-għan li jipprovdu appoġġ immedjat ta’ fluss tal-flus lill-Membri u lis-settur tal-avjazzjoni;

19.

Ifaħħar l-organizzazzjoni tal-1 edizzjoni tal-Jiem tal-Innovazzjoni tas-SESAR u tal-proġetti kollha ddedikati għax-xjenzati żgħażagħ;

20.

Jilqa’ l-fatt li l-Impriża kompliet tiġġestixxi u timmonitorja 71 proġett fit-tliet oqsma ta’ riċerka tagħha fl-2021 (riċerka esploratorja, riċerka industrijali u validazzjoni, u dimostrazzjonijiet fuq skala kbira ħafna), bi 300 benefiċjarju differenti li minnhom kważi 20 % huma SMEs, 17 % huma organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jew universitajiet u 9 % huma organizzazzjonijiet tar-riċerka u jirrakkomanda miżuri li jżidu l-għadd ta’ SMEs fl-għadd ġenerali ta’ proġetti ġestiti mill-Impriża;

Akkwist u persunal

21.

Jinnota li, minħabba l-enfasi tagħha fuq il-proċess ta’ tranżizzjoni, l-Impriża Konġunta llimitat l-għadd massimu tagħha ta’ proċeduri ta’ akkwist u ttrattat 10 proċeduri ta’ akkwist, inklużi sitt akkwisti ta’ valur baxx ħafna; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta ffirmat sitt kuntratti qafas interistituzzjonali ta’ servizz, żewġ kuntratti diretti ta’ servizz, tmien kuntratti speċifiċi li jimplimentaw kuntratti qafas/ftehimiet interistituzzjonali tal-Impriża Konġunta u premju wieħed;

22.

Jinnota li l-Impriża Konġunta ffirmat disgħin emenda għall-kuntratti, il-kuntratti speċifiċi, il-memoranda ta’ qbil u l-ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz (FLS) tagħha, prinċipalment bħala konsegwenza tat-tranżizzjoni lejn SESAR 3;

23.

Jilqa’ l-fatt li l-proċeduri kollha twettqu f’konformità mar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta SESAR biex jiġi żgurat ir-rispett għat-trasparenza, il-kompetizzjoni ġusta fost il-fornituri u l-aktar użu effiċjenti tal-fondi tal-Impriża Konġunta;

24.

Jenfasizza li fl-2021, l-Impriża Konġunta adottat sejħiet għall-offerti elettroniċi u sottomissjonijiet elettroniċi ta’ offerti u li, sabiex tiġġestixxi u tiżgura l-implimentazzjoni f’waqtha tal-attivitajiet ta’ akkwist biex tappoġġa l-objettivi tagħha, l-Impriża Konġunta SESAR kompliet tuża għodda għall-ippjanar tal-azzjoni kuntrattwali biex tirreġistra l-attivitajiet kollha ta’ akkwist/kuntratt; jinnota, barra minn hekk, li dan il-fajl jiġi aġġornat kull ġimgħa f’koordinazzjoni mal-aġenti inizjaturi operattivi u mat-tim tal-ġestjoni korporattiva;

25.

Jinnota li l-Impriża Konġunta approvat tabella tal-persunal tal-2021 li tippermetti 38 aġent temporanju jew kuntrattwali u żewġ esperti nazzjonali sekondati (SNEs), kif stabbilit fil-baġit ġenerali annwali tal-Unjoni Ewropea għall-Kummissjoni Ewropea;

26.

Jinnota mir-Rapport Annwali tal-Attività 2021, f’termini ta’ bilanċ bejn il-ġeneri, li ma nkisbet l-ebda żieda sinifikanti fil-parteċipazzjoni tan-nisa, tal-koordinaturi tal-proġetti nisa fil-proġetti ta’ Orizzont 2020 u ta’ membri nisa fi gruppi konsultattivi, gruppi ta’ esperti, panels ta’ evalwazzjoni, esperti individwali, eċċ. meta mqabbla mas-sena preċedenti; jinnota b’dispjaċir li s-sehem ta’ parteċipanti nisa fil-proġetti ta’ Orizzont 2020 fil-fatt naqas meta mqabbel mas-sena preċedenti — minn 30 % għal 29 % — fl-2021; Jinnota b’dispjaċir li skont ir-Rapport Annwali tal-Impriża Konġunta għall-2021, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-Bord Amministrattiv (mara waħda u 27 raġel) jeħtieġ ħafna titjib; jinsab diżappuntat b’dawn iċ-ċifri u jitlob li jsiru aktar sforzi f’termini ta’ bilanċ bejn il-ġeneri;

27.

Jinnota bi tħassib li matul il-perjodu mill-2018 sal-2021 ir-rata annwali medja ta’ persunal interim għall-Impriżi Konġunti kollha baqgħet għolja, b’madwar 11 % tal-persunal statutorju; ifakkar li l-livell għoli ta’ persunal kuntrattwali għandu t-tendenza li jżid b’mod sinifikanti r-rata ta’ dawran tal-persunal u jkompli jiddestabbilizza s-sitwazzjoni tal-persunal tal-Impriża Konġunta; jenfasizza, madankollu, li l-użu ta’ persunal interim għandu jibqa’ soluzzjoni temporanja, għax inkella dan jista’ jolqot b’mod negattiv il-prestazzjoni kumplessiva tal-Impriża Konġunta, bħaż-żamma tal-kompetenzi ewlenin, doveri ta’ rendikont mhux ċari, tilwim ġudizzjarju possibbli u inqas effiċjenza tal-persunal;

28.

Jinnota li, fl-2021, kompliet il-ħidma fuq għadd ta’ inizjattivi fil-bini tal-Impriża Konġunta SESAR fi Brussell biex jinżammu l-produttività, is-sikurezza u l-effiċjenza tal-ambjent tax-xogħol u tal-faċilitajiet offruti lill-persunal tagħha;

29.

Jinnota li l-allokazzjoni effikaċi tar-riżorsi tal-persunal baqgħet ukoll prijorità għall-Impriża Konġunta SESAR matul l-2021 u li l-isforzi kienu ffukati fuq l-iżvilupp professjonali u tal-karriera tal-persunal tagħha, minbarra li ġie żgurat li r-riżorsi allokati tal-persunal jintużaw bl-aktar mod ekonomiku, effiċjenti u effikaċi;

30.

Jinnota li, fl-2021, l-Impriża Konġunta wettqet l-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tagħha skont ir-regoli ta’ implimentazzjoni tagħha, u setgħet twettaq l-eżerċizzju ta’ riklassifikazzjoni, li b’riżultat tiegħu tmien aġenti temporanji ġew riklassifikati;

31.

jinnota li, mill-2016, l-Impriżi Konġunti ma ħallsux il-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem għall-persunal tagħhom għall-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni, li jikkorrispondi għall-proporzjon tad-dħul tagħhom mhux issussidjat mill-UE mad-dħul totali tagħhom, peress li l-Kummissjoni la pprevediet din in-nefqa fil-baġit tal-Impriżi Konġunti u lanqas ma talbet formalment il-pagamenti; jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi biex tevita kwistjonijiet simili fil-futur;

Kontroll Intern

32.

Jinnota li, għall-pagamenti ta’ Orizzont 2020, is-Servizz tal-Awditjar Komuni tad-DĠ RTD tal-Kummissjoni huwa responsabbli għall-awditi ex post, u jinnota li abbażi tar-riżultati tal-awditjar ex post disponibbli fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta rrapportat rata ta’ żball rappreżentattiva ta’ 0,7 % (3,46 % fl-2020) u rata tal-iżball residwu ta’ 0,6 % (1 % fl-2020) għall-proġetti ta’ Orizzont 2020 (ikklirjar u pagamenti finali); jinnota mid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għal Orizzont 2020 li l-għan aħħari għal-livell ta’ żball residwu fl-għeluq tal-programmi, wara li jkun tqies l-impatt finanzjarju tal-awditi u l-miżuri ta’ korrezzjoni u ta’ rkupru kollha, huwa li jinkiseb livell kemm jista’ jkun qrib it-2 %;

33.

Jirrikonoxxi li t-tnaqqis fir-rati ta’ żball fl-2021 jista’ jkun dovut, fost raġunijiet oħra, għall-għarfien akbar tal-benefiċjarji tar-regoli ta’ eliġibbiltà u l-kurva ta’ tagħlim inerenti, kif ukoll għar-riżultati tal-kampanji ta’ komunikazzjoni, tal-webinars immirati u t-taħriġ, indirizzati b’mod partikolari għal parteċipanti ġodda u SMEs; jenfasizza li r-rati ta’ żball għandhom jiġu ttrattati b’kawtela, peress li jistgħu jinbidlu soġġett għad-disponibbiltà ta’ data addizzjonali mir-riżultati tal-awditjar;

34.

Jinnota li biex tivvaluta l-kontrolli tal-pagamenti operattivi tal-Impriża Konġunta, il-Qorti wettqet awditu ta’ pagamenti magħżula b’mod aleatorju ta’ Orizzont 2020 li saru fl-2021, fil-livell tal-benefiċjarji finali, biex tikkorrobora r-rati ta’ żball tal-awditjar ex post; jinnota li l-Qorti sabet u kkwantifikat żball f’każ wieħed fejn il-benefiċjarju ddikjara spejjeż diretti tal-persunal, li kellhom jiġu ddikjarati bħala spejjeż tas-sottokuntrattar; jinnota, madankollu, li peress li l-ftehim ta’ għotja ma pprevediex tali nefqa għall-benefiċjarju, dawn l-ispejjeż imġarrba ma kinux eliġibbli;

35.

Jenfasizza li s-sejba tal-Qorti kkonfermat żbalji sistemiċi persistenti għall-ispejjeż tal-persunal iddikjarati u li b’mod partikolari, l-SMEs u l-benefiċjarji l-ġodda huma aktar suxxettibbli għal żbalji minn benefiċjarji oħra; jenfasizza li dawn l-iżbalji ġew irrappurtati regolarment anki fir-rapporti annwali preċedenti tal-Qorti mill-2017 ’l hawn; jenfasizza, għaldaqstant, li s-semplifikazzjoni tar-regoli ta’ Orizzont 2020 għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-persunal u l-użu aktar mifrux ta’ għażliet semplifikati f’dawk li huma kostijiet huma kundizzjoni prelimiari biex ir-rati ta’ żball jiġu stabbilizzati taħt il-livell ta’ materjalità; jenfasizza li l-Impriża Konġunta għandha ssaħħaħ is-sistemi ta’ kontroll intern tagħha biex tindirizza r-riskju akbar assoċjat mal-SMEs u mal-benefiċjarji l-ġodda, u jinkoraġġixxi b’saħħa l-użu tal-Personnel Costs Wizard min-naħa ta’ ċerti kategoriji ta’ benefiċjarji li huma aktar suxxettibbli li jagħmlu żbalji, bħall-SMEs u l-benefiċjarji ġodda. jilqa’ l-fatt li, fl-2022, l-Impriżi Konġunti kollha bdew jimplimentaw azzjonijiet għat-tnaqqis tar-rata ta’ żbalji f’konformità mal-azzjoni proposta mill-Qorti, inkluża l-esplorazzjoni tal-għażliet ta’ forom simplifikati ta’ spejjeż bħal spejjeż unitarji, somom f’daqqa u rati fissi;

36.

Jinnota, mir-Rapport Annwali tal-Attività tagħha, li l-Impriża Konġunta laħqet l-objettivi kollha tagħha relatati mal-ġestjoni finanzjarja, amministrattiva u korporattiva effikaċi f’dan il-qasam, kif stabbilit fid-dokument uniku ta’ programmazzjoni 2021-2023; jinnota li dan jinkludi l-monitoraġġ tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-attivitajiet ta’ awditjar tal-proġetti tal-Impriża Konġunta, il-monitoraġġ tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-attivitajiet korporattivi u ta’ ġestjoni tal-Impriża Konġunta u l-monitoraġġ tar-reġistru tal-avvenimenti ta’ eċċezzjoni u ta’ nuqqas ta’ konformità (mira sa 1 %);

37.

Jinnota li l-Impriża Konġunta rreġistrat avveniment wieħed ta’ nuqqas ta’ konformità li rriżulta min-nuqqas ta’ attivazzjoni tal-Fond ta’ Garanzija ta’ Orizzont 2020 jew mill-ħruġ ta’ Ordni ta’ Rkupru minħabba l-falliment ta’ benefiċjarju (il-proġett Orizzont 2020 763702 (PercEvite)) u eċċezzjoni waħda marbuta mal-estensjoni tad-durata tal-kuntratt li jirregola l-monitoraġġ u l-manutenzjoni tas-sistema ta’ allarm tal-bini tal-Impriża Konġunta (CTR SJU/LC/327-CTR);

Kunflitt ta’ interess, prevenzjoni u detezzjoni tal-frodi

38.

Jenfasizza li fl-ewwel kwart tal-2022 ġie ppreżentat lid-Direttur Eżekuttiv rapport ta’ implimentazzjoni kontra l-frodi għall-2021, li jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet kontra l-frodi li twettqu mill-Impriża Konġunta fl-2021 u li dan ir-rapport jiddeskrivi b’mod partikolari sessjonijiet ta’ taħriġ speċifiċi li ġew stabbiliti fil-qasam tal-etika u l-ġlieda kontra l-frodi fir-raba’ trimestru tal-2021, li jkopru definizzjonijiet tal-frodi, indikaturi tar-riskju, rapportar ta’ irregolaritajiet serji, kunflitti ta’ interess, attivitajiet esterni, rigali u favuri, il-bażi tad-data tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni, il-finanzjament doppju, u l-plaġjariżmu;

39.

Jinnota, barra minn hekk, li f’termini ta’ kunflitti ta’ interess, f’Diċembru 2021, il-Bord Amministrattiv tal-Impriża Konġunta SESAR 3 adotta regoli ġodda dwar il-kunfidenzjalità, il-prevenzjoni, l-evitar u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess tal-Impriża Konġunta, li jissostitwixxu l-ġabra preċedenti ta’ regoli li kienu ilhom applikabbli mill-2008 u li, barra minn hekk, f’Diċembru 2021, ġie adottat bl-istess mod kodiċi ta’ kondotta għall-Bord Amministrattiv;

Awditu intern

40.

Jinnota li matul l-2021, is-Servizz tal-Awditjar Intern wettaq awditu dwar il-ġestjoni u l-etika tar-riżorsi umani fl-Impriża Konġunta; jinnota li x-xogħol fuq il-post sar mill-bogħod u r-rapport finali nħareġ fid-9 ta’ Novembru 2021;

41.

Jinnota li l-awdituri kkonkludew li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Impriża Konġunta li ġew stabbiliti għall-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-promozzjoni tal-ambjent etiku huma ġeneralment imfassla b’mod adegwat, effiċjenti u implimentati b’mod effikaċi u jappoġġaw lill-Impriża Konġunta biex tikseb l-objettivi operattivi tagħha;

42.

Jinnota, madankollu, li filwaqt li l-awditu ma rriżultax fl-identifikazzjoni ta’ xi kwistjoni kritika jew importanti ħafna, is-Servizz tal-Awditjar Intern iqis li hemm ftit dgħufijiet u hemm lok għal aktar titjib f’ċerti oqsma, bħall-ġestjoni tal-ammont ta’ xogħol, il-proċess ta’ reklutaġġ u d-dikjarazzjonijiet annwali ta’ interess, l-iffissar ta’ objettivi individwali, u l-komunikazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mar-riżorsi umani;

43.

Jilqa’ l-fatt li, biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u r-riskji sottostanti, l-Impriża Konġunta SESAR stabbiliet pjan ta’ azzjoni dettaljat; jilqa’ wkoll il-fatt li s-Servizz tal-Awditjar Intern ikkonferma l-adegwatezza ta’ dak il-pjan ta’ azzjoni dettaljat u li l-Impriża Konġunta tistenna li timplimenta l-azzjonijiet kollha sa tmiem l-2022.

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17).


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/555


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1967 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: L-Impriża Konġunta SESAR) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0114/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0118/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.

(5)   ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)   ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/557


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1968 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: l-Impriża Konġunta Shift2Rail) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0115/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 tas-16 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0090/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ad interim tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv ad interim tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 177, 17.6.2014, p. 9.

(5)   ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)   ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/559


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1969 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovija (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: Impriża Konġunta Sistema Ferrovija Shift2Rail) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0090/2023),

A.

billi f’Novembru 2021 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2021/2085 (l-Att Bażiku Uniku) (1), li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea biex tieħu post l-Impriża Konġunta Shift2Rail fil-qafas tal-programm Orizzont Ewropa għall-perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2031;

B.

billi l-Impriża Konġunta hija sħubija pubblika-privata ddedikata għall-ġestjoni u l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni orjentati lejn il-missjoni għal trasformazzjoni kbira fis-sistemi ferrovjarji fl-Ewropa; billi l-objettivi ewlenin tal-Impriża Konġunta jinkludu li tikkontribwixxi għall-kisba taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, li tiżgura tranżizzjoni rapida lejn sistema ferrovjarja Ewropea aktar attraenti, faċli għall-utent, kompetittiva, bi prezzijiet raġonevoli, faċli biex issir il-manutenzjoni, effiċjenti u sostenibbli, integrata fis-sistema tal-mobbiltà usa’ u li tappoġġa l-iżvilupp ta’ industrija ferrovjarja Ewropea b’saħħitha u kompetittiva globalment;

C.

billi l-membri fundaturi huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u s-sħab fl-industrija ferrovjarja (partijiet ikkonċernati ewlenin, inklużi dawk li jimmanifatturaw tagħmir ferrovjarju, kumpaniji ferrovjarji, maniġers tal-infrastruttura u ċentri tar-riċerka) bil-possibbiltà li entitajiet oħra jipparteċipaw fl-Impriżi Konġunti bħala membri assoċjati; billi l-kontribuzzjonijiet tal-membri għajr l-Unjoni m’għandhomx ikunu limitati biss biex ikopru l-ispejjeż amministrattivi u l-kofinanzjament meħtieġ biex jitwettqu azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, iżda għandhom ikunu relatati wkoll ma’ attivitajiet addizzjonali;

D.

billi l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jeħtiġilhom jirrispettaw ir-Regolament Finanzjarju u standards ta’ ġestjoni għoljin;

Aspetti ġenerali

1.

Jilqa’ l-fatt li l-kontijiet annwali jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta’ Diċembru 2021, ir-riżultati tal-operat tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena mitmuma, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jenfasizza barra minn hekk li t-tranżazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet huma, fl-aspetti materjali kollha, legali u regolari;

2.

Jirrikonoxxi li Orizzont Ewropa jipprevedi għanijiet ambizzjużi għall-Impriża Konġunta, li jistgħu jinkisbu biss jekk jitfasslu u jiġu implimentati soluzzjonijiet effikaċi li jindirizzaw id-dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll intern u jħejju għall-isfidi futuri li jirriżultaw miż-żieda fir-responsabbiltajiet, pereżempju fil-qasam tal-ġestjoni u tal-ippjanar tar-riżorsi umani; jirrimarka, f’dan il-kuntest, li kalkoli u rekwiżiti ta’ rapportar partikolarment ikkumplikati u onerużi jirrappreżentaw riskju sinifikanti ta’ żball u jitlob, għalhekk, li jiġu esplorati l-possibbiltajiet ta’ semplifikazzjoni, fejn ikun possibbli u kompatibbli mal-qafas legali eżistenti;

3.

Jinnota li, għall-perjodu stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/2085, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta, inklużi l-approprjazzjonijiet taż-ŻEE, sabiex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż operazzjonali għandha tkun sa EUR 600 miljun, inklużi tal-anqas EUR 50 miljun għall-pilastru tas-sistema u sa EUR 24 miljun għall-ispejjeż amministrattivi; jinnota li l-membri tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea għajr l-Unjoni għandhom jagħtu jew inkella jagħmlu arranġamenti biex l-entitajiet kostitwenti jew affiljati tagħhom jagħtu kontribuzzjoni totali ta’ mill-inqas EUR 600 miljun, inkluż sa EUR 24 miljun għall-ispejjeż amministrattivi;

4.

Jinnota li ma hemm l-ebda definizzjoni armonizzata ta’ “spejjeż amministrattivi” fost l-Impriżi Konġunti, terminu li huwa l-bażi għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri tagħha u prekundizzjoni għall-fini ta’ ċifri komparabbli; jitlob, fid-dawl ta’ dan, linji gwida komuni għall-Impriżi Konġunti kollha sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu approċċ armonizzat għall-klassifikazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ nfiq għal spejjeż amministrattivi, bħall-infiq għal konsulenzi, studji, analiżijiet, evalwazzjonijiet u assistenza teknika;

5.

Ifakkar li sabiex tinkiseb in-newtralità klimatika, parti sostanzjali mill-75 % tal-merkanzija interna li tinġarr illum bit-triq għandha, minflok, tibda tinġarr fuq il-ferroviji u l-passaġġi fuq l-ilma interni; jinnota li l-mobbiltà multimodali awtomatizzata u konnessa se jkollha rwol dejjem akbar, flimkien ma’ sistemi intelliġenti ta’ ġestjoni tat-traffiku abilitati mid-diġitalizzazzjoni;

6.

Jilqa’ l-isforzi tal-Impriża Konġunta, abbażi tat-tweġibiet tagħha għall-kwittanza tal-Parlament Ewropew tal-2020, biex tkompli tiżviluppa sinerġiji bejn is-sħubija l-ġdida u l-mekkaniżmi ta’ finanzjament eżistenti tal-Unjoni, inklużi proġetti ffinanzjati fl-ambitu ta’ programmi tal-Unjoni bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Pjan Ewropa Diġitali, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni, kif ukoll InvestEU; jinnota li dawn l-isforzi jinkludu attivitajiet ippjanati biex jippromwovu rabtiet potenzjali ma’ programmi oħra tal-Unjoni, ħidma mal-Istati Membri fil-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati, u l-istabbiliment ta’ Grupp ta’ Varar biex jappoġġa l-identifikazzjoni u l-allinjament tal-pjanijiet ta’ varar u investiment ma’ strumenti ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni; jissottolinja kemm hu importanti li din il-ħidma titkompla sabiex tinkiseb sistema ferrovjarja aktar sostenibbli, affidabbli u attraenti;

7.

Ifaħħar l-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti ġdida tal-Kummissjoni, varata f’Diċembru 2020, li tinkludi stadji importanti aktar konkreti għas-settur ferrovjarju biex jissaħħaħ futur intelliġenti u sostenibbli; jinnota li l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ 82 inizjattiva jistabbilixxi l-pedament għal kif is-sistema tat-trasport tal-UE tista’ tikseb it-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali tagħha u ssir aktar reżiljenti għall-kriżijiet futuri;

8.

Jenfasizza li l-programm Orizzont Ewropa għandu jikkontribwixxi sabiex it-traffiku ferrovjarju ta’ veloċità għolja jiżdied b’50 % sal-2030; jisħaq li l-ivvjaġġar kollettiv skedat ta’ inqas minn 500 km għandu jkun newtrali f’dawk li huma emissjonijiet tal-karbonju fl-Unjoni, il-mobilità awtomatizzata għandha tiġi introdotta fuq skala kbira u sal-2050, it-traffiku ferrovjarju tal-merkanzija għandu jirdoppja; ifakkar li t-traffiku ferrovjarju ta’ veloċità għolja għandu jittripla u n-Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) multimodali mgħammar għal trasport sostenibbli u intelliġenti b’konnettività b’veloċità għolja għandu jkun operattiv għan-network ewlieni sal-2030; jenfasizza li varar komplut tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju sal-2030 hija kwistjoni tal-ogħla prijorità;

9.

Jinnota li t-trasformazzjoni diġitali tista’ ttejjeb l-ekosistemi relatati mal-mobilità u t-trasport; jinnota li d-diġitalizzazzjoni tista’ ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali u tal-ispejjeż u fl-istess ħin iżżid il-livelli ta’ sikurezza li tikkontribwixxi għal kwalità tal-ħajja aqwa; jappella għal livelli aktar avvanzati ta’ awtomatizzazzjoni, konnettività aktar rapida u aktar affidabbli u trasformazzjoni profonda tal-ġestjoni tas-servizz ta’ mobilità abilitata mill-IT; jemmen li l-pubbliku jista’ jibbenefika wkoll minn konnettività tal-Internet veloċi għall-passiġġieri fil-biċċa l-kbira tal-istazzjonijiet u l-linji, minn telematika orjentata lejn l-utent u minn multimodalità ffaċilitata;

10.

Jilqa’ l-impenn tal-Impriża Konġunta li tiffaċilita l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni bil-għan li tipprovdi network ferrovjarju Ewropew integrat mid-disinn, filwaqt li telimina l-ostakli għall-interoperabbiltà u twassal sistema ferrovjarja intelliġenti, sostenibbli u reżiljenti biex tiżgura approċċ armonizzat għall-evoluzzjoni taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea ħalli tiżgura l-konnettività fl-Unjoni kollha; jenfasizza kemm hu importanti li l-Impriża Konġunta tiġi appoġġata minħabba l-vantaġġi tal-ferroviji inkwantu l-prestazzjoni ambjentali u s-sikurezza;

11.

Jifraħ lill-Impriża Konġunta għar-rapportar attiv kontinwu tagħha dwar il-kontributi tal-Impriża għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll għall-kontribut tagħha għall-għanijiet deskritti fl-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti tal-Kummissjoni u d-Deċennju Diġitali, u b’hekk immassimizzat l-allinjament potenzjali tagħha mal-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni;

12.

Jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni tal-Impriża Konġunta mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà għall-proġetti żviluppati;

13.

Jinnota li l-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea bdiet uffiċjalment fit-30 ta’ Novembru 2021;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

14.

Jissottolinja li l-baġit tal-2021 tal-Impriża Konġunta ma jinkludi l-ebda dħul jew approprjazzjonijiet ta’ impenn jew ta’ pagament fir-rigward tar-riżorsi tal-Impriża Konġunta li ġejjin minn Orizzont Ewropa jew mill-membri privati tagħha u li jikkonsisti biss f’approprjazzjonijiet relatati mal-Impriża Konġunta Shift2Rail u mal-membri tal-Impriża Konġunta Shift2Rail;

15.

Jinnota li fl-2021, il-baġit tal-Impriża Konġunta kif finalment adottat, inklużi l-approprjazzjonijiet mhux użati tas-snin preċedenti, li l-Impriża Konġunta reġgħet daħħlet fil-baġit tas-sena attwali, id-dħul assenjat u r-riallokazzjonijiet għas-sena ta’ wara, ammontaw għal EUR 13 625 miljun (EUR 84,1 miljun fl-2020) f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 68 440 miljun (EUR 75,8 miljun fl-2020) f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament;

16.

Jilqa’ l-fatt li, fi tmiem is-sena 2021, l-Impriża Konġunta kienet implimentat 100 % tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tagħha li saru disponibbli fil-baġit attiv tagħha, li jinkludu n-nefqa tal-persunal u amministrattiva, u li l-approprjazzjonijiet ta’ pagament ġew implimentati sa 85 % tal-fondi attivi; jinnota li l-implimentazzjoni meta mqabbla mal-baġit sħiħ tal-Impriża Konġunta, inklużi l-approprjazzjonijiet mhux użati mhux meħtieġa fis-sena attwali, kienet ta’ 100 % f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u 63 % f’approprjazzjonijiet ta’ pagament;

17.

Jinnota li, fi tmiem l-2021, il-membri privati kkontribwew total ta’ EUR 189,6 miljun ivvalidati, li jinkludu EUR 10,5 miljun fi flus kontanti, EUR 179,1 miljun f’kontribuzzjonijiet in natura vvalidati, u addizzjonalment total ta’ kontribuzzjonijiet in natura għal attivitajiet addizzjonali ta’ EUR 208,8 miljun, meta mqabbla mal-kontribuzzjoni totali fi flus tal-Unjoni ta’ EUR 339,2 miljun;

18.

Jinnota li, f’April 2021, l-Impriża Konġunta varat sejħa finali għall-programm Orizzont 2020; jinnota li, b’din is-sejħa, fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta kienet impenjat kważi EUR 385,5 miljun mill-kontribuzzjoni massima tal-UE għall-ftehimiet ta’ għotja ffirmati fl-ambitu ta’ Orizzont 2020, li minnhom, madwar EUR 96,4 miljun (25 %) għad iridu jitħallsu fis-snin li ġejjin; jinnota barra minn hekk li l-membri privati kienu impenjaw ruħhom legalment li jipprovdu kontribuzzjonijiet “in natura” ta’ EUR 572,6 miljun;

19.

Jenfasizza li l-Impriża Konġunta implimentat 100 % tal-baġit ta’ impenn tagħha disponibbli għall-proġetti fl-ambitu ta’ Orizzont 2020; jinnota li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit għall-pagamenti operazzjonali disponibbli tal-Impriża Konġunta għall-2021, inklużi l-approprjazzjonijiet operazzjonali li ma ntużawx jew li kienu riallokati, niżlet għal 61 % (2020: 76 %); jinsab konxju mill-fatt li din is-sitwazzjoni kienet ikkawżata prinċipalment mill-kwalità fqira tar-rapporti tekniċi tal-benefiċjarji jew mill-ħtieġa li tintalab mingħand il-benefiċjarji evidenza addizzjonali li tikkonferma l-kisba tar-riżultati tal-proġett; jistieden lill-Impriża Konġunta tesplora kwalunkwe mezz addizzjonali biex tiffaċilita r-regoli ta’ rappurtar għall-kisbiet tar-riżultati tal-proġetti sabiex jiġi evitat dewmien fil-futur; jinnota, barra minn hekk, li l-biċċa l-kbira tal-pagamenti tal-Impriża Konġunta huma somom f’daqqa mħallsa għal pakketti ta’ ħidma tal-proġetti li ġew implimentati kif xieraq minn diversi benefiċjarji; jinnota, għalhekk, li d-dewmien ta’ benefiċjarju wieħed jaffettwa l-pagament tal-ammont sħiħ ta’ somma f’daqqa relatat mal-pakkett ta’ ħidma;

20.

Jinnota li l-Impriża Konġunta għamlet b’suċċess aktar minn 70 pagament relatati ma’ offerti operattivi u ftehimiet ta’ għotja għal ammont totali ta’ EUR 39,3 miljun; jinnota li l-Impriża Konġunta enfasizzat lill-bord ta’ tmexxija l-importanza tal-kwalità tar-rappurtar tal-benefiċjarji u l-ħtieġa li l-benefiċjarji u/jew il-kuntratturi jikkonformaw mal-iskadenzi u li hija infurmat lill-bord ta’ tmexxija f’Novembru 2021 li, minħabba d-dewmien tal-benefiċjarji fis-sottomissjoni tat-talbiet għal pagament u d-dokumenti sottostanti, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ madwar EUR 17,5-il miljun kienu se jibqgħu ma jintużawx sa tmiem is-sena; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta kellha tittrasferixxi dan l-ammont għall-approprjazzjonijiet mhux użati sabiex jiddaħħlu mill-ġdid fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-2022: jinnota li, fil-fehma tal-Impriża Konġunta, b’din ir-riallokazzjoni hija kisbet rata ta’ implimentazzjoni għall-pagamenti operattivi (nefqa operattiva) ta’ 84 %;

Prestazzjoni

21.

Jilqa’ l-fatt li, matul l-2021, l-Impriża Konġunta kompliet tagħmel progress fit-twettiq tal-Programm Shift2Rail, għalkemm l-attivitajiet operattivi ġew affettwati mill-pandemija tal-COVID-19, u dan kompla jittardja r-riżultati tal-programm b’madwar sitt xhur addizzjonali meta mqabbla mad-dewmien tal-2020, b’mod partikolari minħabba ż-żieda fl-għadd ta’ attivitajiet ta’ dimostrazzjoni fuq il-post li kienu attivi fl-2021; jinsab kuntent li jinnota li s-sistema ta’ kontroll intern fis-seħħ żgurat ġestjoni finanzjarja tajba effikaċi u effiċjenti;

22.

Jinnota li, fl-2021, l-Impriża Konġunta tat u ffirmat żewġ għotjiet għal valur totali ta’ EUR 2,34 miljun, fl-oqsma tal-“impatt u l-benefiċċji tar-riċerka u l-innovazzjoni biex il-ferroviji jsiru attraenti għall-partijiet ikkonċernati” u tal-“innovazzjoni fil-qasam tal-akkopjament awtomatiku diġitali għall-programm ta’ twettiq Ewropew”;

23.

Jenfasizza li, sa tmiem l-2021, il-Programm Shift2Rail laħaq stadji importanti ewlenin f’termini ta’ implimentazzjoni tal-programm: ir-riżorsi kważi kollha tal-Impriża Konġunta Shift2Rail kienu impenjati għall-attivitajiet tal-programm u li l-attivitajiet innovattivi ppjanati kollha relatati mal-Programm/Attivitajiet Tranżversali kienu qed joperaw fi proġetti mogħtija; jinnota li, bħala medja, kważi 75 % tal-programm twettaq bil-ħsieb li jintlaħaq il-livell ta’ tħejjija teknoloġika 6/7 (2) għad-dimostrazzjonijiet operattivi li hu ppjanat li jiġu konklużi matul l-2023; jinnota li, globalment, huwa stmat li l-valur totali tal-attivitajiet imwettqa fl-2021 jammonta għal EUR 123,5 miljun, li minnhom EUR 113,6-il miljun twettqu mill-membri għajr l-Unjoni;

24.

Jinnota li, matul l-2021, l-Impriża Konġunta vvalutat l-attivitajiet tagħha tar-riċerka u l-innovazzjoni permezz tat-tielet eżerċizzju ta’ kontroll; jinnota li dan l-eżerċizzju qies ir-riżultati tanġibbli u r-rapporti ppreżentati fil-kuntest tar-rieżami annwali tal-proġetti attivi kkoordinati minn membru ieħor tal-Impriża Konġunta Shift2Rail (l-Unjoni u l-membri assoċjati). Permezz ta’ dan il-proċess, l-Impriża Konġunta żgurat ukoll li r-rakkomandazzjonijiet li saru matul il-valutazzjoni ta’ kontroll preċedenti kienu ġew applikati b’mod xieraq; jinnota li r-riżultat ġenerali huwa li l-programm ibbenefika minn tali feedback, mibni wkoll fuq għarfien espert estern;

Persunal u akkwist

25.

Jinnota li, minħabba r-reklutaġġi pendenti u li għadhom għaddejjin, fil-31 ta’ Diċembru 2021 kien hemm 19-il membru tal-persunal, inkluż espert nazzjonali sekondat wieħed disponibbli; jinnota li, skont it-tabella tal-persunal tal-Impriża Konġunta, din għandu jkollha 23 post fi tmiem is-sena 2021;

26.

Jinnota li, minħabba l-varar tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea l-ġdida mit-30 ta’ Novembru 2021, it-tabella tal-persunal baqgħet dik adottata fil-kuntest tal-Impriża Konġunta Shift2Rail; jinnota li kien biss fl-1 ta’ Marzu 2022 li l-bord ta’ tmexxija adotta t-tabella tal-persunal il-ġdida;

27.

Jinnota, mir-rapport annwali tal-attività, li n-nefqa tal-persunal intużat prinċipalment għas-salarji tal-persunal tal-Impriża Konġunta; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta għamlet użu wkoll mill-appoġġ estern, biex timla l-lakuni matul il-proċess ta’ reklutaġġ wara d-dawran tal-persunal u biex tlaħħaq mal-ammont ta’ xogħol importanti fuq l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta;

28.

Jinnota bi tħassib li r-rata annwali medja ta’ persunal interim baqa’ għoli, u tirrappreżenta 18 % tal-persunal statutarju; ifakkar li l-livell għoli ta’ persunal kuntrattwali għandu t-tendenza li jżid b’mod sinifikanti r-rata ta’ dawran tal-persunal u jkompli jiddestabbilizza s-sitwazzjoni tal-persunal tal-Impriża Konġunta; jenfasizza, madankollu, li l-użu ta’ persunal interim għandu jibqa’ soluzzjoni temporanja, għax inkella dan jista’ jolqot b’mod negattiv il-prestazzjoni kumplessiva tal-Impriża Konġunta, bħat-telf ta’ kompetenzi ewlenin, doveri ta’ rendikont mhux ċari, tilwim ġudizzjarju possibbli u inqas effiċjenza tal-persunal; ifakkar li l-Impriża Konġunta għandha tiżviluppa mudell formalizzat jew gwida dwar kif għandhom jiġu stmati l-ħtiġijiet tal-persunal (inklużi l-kompetenzi essenzjali), bil-għan li jiġi ottimizzat l-użu tar-riżorsi umani;

29.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li fl-2021, id-dawran tal-persunal baqa’ għoli: xi membri tal-persunal u espert nazzjonali sekondat wieħed telqu mill-Impriża Konġunta; jinnota li dan kien attribwibbli, minbarra aspetti oħra, għall-fatt li Impriżi Konġunti oħra tal-Unjoni jinsabu fil-pożizzjoni li joffru karigi ta’ aġent temporanju minflok karigi ta’ aġenti kuntrattwali; jappella għal aktar sforzi fir-riżorsi umani biex jitnaqqas kemm jista’ jkun id-dawran tal-persunal;

30.

Jilqa’ l-fatt li, kif kien diġà l-każ fl-2020, fl-2021 l-Impriża Konġunta kompliet issegwi l-approċċ tal-KE b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 billi implimentat miżuri speċjali mfassla biex jipproteġu lill-persunal; jinnota li, b’mod partikolari, dan ġie żgurat bl-applikazzjoni ta’ arranġamenti ta’ telexogħol, u, meta jsir xogħol fuq il-post, billi jitnaqqsu l-kuntatti fiżiċi bejn il-kollegi u jintużaw miżuri protettivi; jinsab kuntent li l-Impriża Konġunta stinkat biex tindirizza l-effetti negattivi tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa mentali tal-persunal billi fl-2020 kienet diġà introduċiet programm dwar il-benesseri;

31.

Jinnota, mir-rapport annwali tal-attività tal-2021, f’termini ta’ bilanċ bejn il-ġeneri, li l-Impriża Konġunta għandha perċentwal aktar baxx ta’ nisa fil-bord ta’ tmexxija milli fis-sena preċedenti, jiġifieri 10 % u 13 % rispettivament, meta jitqiesu l-membri alternanti tal-bord, u li l-perċentwal ta’ nisa rrappreżentati fil-grupp ta’ rappreżentanti u fil-kumitat xjentifiku hu ta’ 33 %, bħalma kien fl-2019 u fl-2020; jiddispjaċih li dawn iċ-ċifri naqsu jew staġnaw meta jitqabblu mas-snin preċedenti, u jitlob li jsiru aktar sforzi f’termini ta’ bilanċ bejn il-ġeneri;

32.

Jinnota li, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ akkwist, l-Impriża Konġunta kkonformat mal-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju u mal-gwida pprovduta fil-Vademecum dwar l-Akkwist tal-Kummissjoni Ewropea; jinnota li dan irriżulta fl-implimentazzjoni ta’ attivitajiet li kisbu l-aħjar valur għall-flus; il-valuri stabbiliti għall-proċeduri ta’ akkwist differenti, li huma taħt kwalunkwe livell ta’ materjalità meta jitqies il-valur totali tal-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-programm, jirriżultaw mill-għarfien kollettiv tal-persunal involut u l-esperjenza tagħhom f’organizzazzjonijiet privati u pubbliċi preċedenti;

33.

Jinnota, wara l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), li l-Impriża Konġunta taqbel li tħallas il-kontribuzzjonijiet tagħha tal-pensjoni ta’ min iħaddem f’konformità mal-kalkolu li għandu jiġi pprovdut mis-servizzi tal-Kummissjoni ladarba jiġu kkonfermati aspetti legali, u jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi biex tevita kwistjonijiet simili fil-futur; jistieden lill-Impriża Konġunta ma tistenniex il-kalkolu finali tal-kontribuzzjonijiet pendenti, iżda tqis dan l-obbligu meta tippjana l-baġit futur tagħha, bħal pereżempju permezz ta’ akkumulazzjoni korrispondenti għall-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni;

34.

Jifraħ lill-Impriża Konġunta għad-definizzjoni tal-għanijiet ewlenin biex jissaħħaħ ir-rwol tal-ferroviji fis-sistema tat-trasport fil-programm ta’ azzjoni pluriennali tagħha, sabiex jiġi massimizzat il-kontribut tagħha ħalli jintlaħqu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;

35.

Ifaħħar, għas-sena 2021, is-superviżjoni kontinwa mill-uffiċċju tal-programm tal-implimentazzjoni ta’ 105 proġett u kuntratt operazzjonali tal-Programm Shift2Rail, mogħtija u ffirmati mill-2016 ’il hawn, għall-valur totali stmat ta’ EUR 805,1 miljun għar-riċerka u l-innovazzjoni;

36.

Jinnota li l-Impriża Konġunta kellha rwol attiv għall-viżibbiltà tas-settur matul is-Sena Ewropea tal-Ferroviji 2021;

37.

Ifaħħar ir-rappurtar kontinwu tal-Impriża Konġunta, mill-2018 ’l hawn, dwar il-kontribut tagħha biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti;

38.

Jinnota l-effett kontinwu tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta, il-predeċessur tagħha, u s-settur ferrovjarju b’mod ġenerali u d-dewmien ulterjuri li rriżulta f’xi wħud mill-outputs tal-programm, kif irrappurtat fir-rapport annwali tal-attività tal-Impriża Konġunta; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt enfasizzat mill-Impriża Konġunta, li l-pandemija tal-COVID-19 se tkompli tolqot ċerti operazzjonijiet fis-settur ferrovjarju anke meta l-aktar effetti severi tagħha qed jonqsu; jifraħ u jħeġġeġ, għalhekk, lill-Impriża Konġunta tkompli l-analiżi tar-riskju dettaljata u l-pjanijiet ta’ mitigazzjoni li twettqu mit-tim tal-programm u l-koordinaturi tal-proġetti tagħha mindu faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19;

Awditu intern

39.

Jinnota li s-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni kkonferma li fl-2021, ma kien hemm l-ebda xkiel għall-oġġettività individwali, b’mod partikolari permezz ta’ kunflitti ta’ interess, limitazzjonijiet tal-kamp ta’ applikazzjoni, restrizzjonijiet fuq l-aċċess għar-rekords, persunal, u proprjetajiet, jew limitazzjonijiet tar-riżorsi;

40.

Jinnota li, wara l-valutazzjoni tar-riskju tiegħu mwettqa fl-Impriża Konġunta matul l-2020, l-awditur intern fassal il-pjan strateġiku ta’ awditjar intern għall-2021-2023; jinnota li fl-aħħar tliet xhur tal-2021, l-Impriża Konġunta pprovdiet lis-servizz tal-awditjar intern b’aġġornament dwar l-iżviluppi interni u esterni li influwenzaw in-negozju tagħha, kif ukoll bil-verżjoni aġġornata tagħha tar-reġistru tar-riskji; jinnota li s-servizz tal-awditjar intern se jqis dan l-input għat-tħejjija tal-ippjanar tiegħu tax-xogħol ta’ awditjar għall-2022 u għall-istabbiliment tal-valutazzjoni tar-riskju fil-fond li jmiss u l-pjan strateġiku ta’ awditjar intern tal-Impriża Konġunta;

41.

Jinnota li, fl-2021, il-pjan ta’ awditjar intern vara “Awditu dwar l-implimentazzjoni u l-għeluq tal-għotjiet fl-ambitu ta’ Orizzont 2020”, u l-objettiv ta’ dan l-awditu hu li jivvaluta l-adegwatezza tad-disinn u l-effiċjenza u l-effikaċja tal-kontrolli interni fis-seħħ fl-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni u l-għeluq tal-ftehimiet ta’ għotja fl-ambitu ta’ Orizzont 2020; jistieden lill-Impriża Konġunta twieġeb lill-awtorità ta’ kwittanza rigward is-sejbiet ta’ dan l-awditu;

Kontroll Intern

42.

Jenfasizza li fl-2020, l-Impriża Konġunta adottat qafas ta’ kontroll intern rivedut u li fl-ewwel tliet xhur tal-2021 saret l-ewwel awtovalutazzjoni annwali tal-qafas ta’ kontroll intern rivedut sabiex jiġu evalwati l-konformità u l-effettività tal-kontrolli interni, b’ħarsa lura lejn l-2020, kif ukoll biex tiġi riflessa s-sitwazzjoni attwali fl-attivitajiet ta’ kontroll intern eżistenti f’dak iż-żmien;

43.

Jinnota li, bl-istess mod, fl-ewwel tliet xhur tal-2022 saret valutazzjoni annwali ġdida tal-qafas ta’ kontroll intern li evalwat is-sitwazzjoni fl-2021, fil-livell tas-17-il prinċipju individwali, il-ħames komponenti, u mill-perspettiva tal-qafas kollu kemm hu; jinnota li din il-valutazzjoni twettqet abbażi ta’ 53 indikatur u filwaqt li tqieset l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli f’dak iż-żmien, inklużi r-riżultati minn awditi interni/esterni preċedenti u r-rekords fir-reġistru ta’ eċċezzjonijiet u avvenimenti ta’ nuqqas ta’ konformità tal-Impriża Konġunta; jinnota, wara valutazzjoni xierqa, li ma ġie identifikat l-ebda nuqqas rilevanti fil-kontrolli interni; jinnota li l-prinċipji individwali kollha tal-qafas ta’ kontroll intern kif ukoll il-komponenti nstabu li kienu preżenti u li qed jiffunzjonaw tajjeb;

44.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li għall-pagamenti fl-ambitu ta’ Orizzont 2020, is-servizz tal-awditjar komuni tad-DĠ RDT tal-Kummissjoni huwa responsabbli mill-awditi ex post; jinnota li abbażi tar-riżultati tal-awditjar ex post disponibbli fi tmiem l-2020, l-Impriża Konġunta rrappurtat rata ta’ żball rappreżentattiva ta’ 2,3 % (2,9 % fl-2020) u rata tal-iżball residwu ta’ 1,6 % (1,99 % fl-2020) għall-proġetti fl-ambitu ta’ Orizzont 2020 (approvazzjonijiet u pagamenti finali);

45.

Jinnota li l-Qorti awditjat kampjun magħżul b’mod aleatorju ta’ pagamenti ta’ Orizzont 2020 li saru fl-2021, fil-livell tal-benefiċjarji finali, biex tikkorrabora r-rati ta’ żball tal-awditjar ex post; jinnota li l-Qorti ma sabet l-ebda żball jew dgħufija fil-kontroll tal-benefiċjarji tal-Impriża Konġunta fil-kampjun;

46.

Jilqa’ l-fatt li fl-2022 l-Impriżi Konġunti kollha bdew jimplimentaw azzjonijiet għat-tnaqqis tar-rata ta’ żbalji f’konformità mal-azzjoni proposta mill-Qorti tal-Awdituri, inkluża l-esplorazzjoni tal-għażliet ta’ forom simplifikati ta’ spejjeż bħal spejjeż unitarji, somom f’daqqa u rati fissi, b’tipi ta’ benefiċjarji fil-mira li jkunu aktar suxxettibbli għall-iżbalji, bħal pereżempju l-SMEsu benefiċjarji ġodda;

47.

Jinnota li, bħal fil-każ tat-trattament ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali, u sabiex timplimenta r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-att kostitwenti tagħha fir-rigward ta’ din il-kwistjoni, l-Impriża Konġunta adottat, permezz tal-qafas legali intern tagħha, regoli fir-rigward tal-membri u tal-persunal tagħha, kif ukoll fir-rigward tal-membri tal-bord ta’ tmexxija tagħha, u li d-dikjarazzjonijiet ta’ interess annwali ta’ dawk il-membri tal-bord ta’ tmexxija tagħha huma disponibbli pubblikament fis-sit web uffiċjali tal-Impriża Konġunta.

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17).

(2)  Livell ta’ Tħejjija Teknoloġika li jilħaq mill-inqas 6 - teknoloġija murija fl-ambjent rilevanti.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/566


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1970 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovija Ewropea (qabel it-30 ta’ November 2021: l-Impriża Konġunta Shift2Rail) għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0115/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 tas-16 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0090/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ad interim tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 177, 17.6.2014, p. 9.

(5)   ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)   ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/568


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1971 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0110/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 tat-28 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (4),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1488 (5),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0089/2023),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 252, 8.10.2018, p. 1.

(5)   ĠU L 256, 19.7.2021, p. 3.

(6)   ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/570


RIŻOLUZZJONI (UE) 2023/1972 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0089/2023),

A.

billi l-Impriża Konġunta tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (l-“Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita f’Ottubru 2018 għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2026 (1) u saret awtonoma f’Settembru 2020;

B.

billi f’Lulju 2021, il-Kunsill adotta regolament fundatur ġdid li jestendi t-tul ta’ żmien tal-Impriża Konġunta taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027, għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2033 (2) bil-missjoni tiġi żviluppata, implimentata, estiża u miżmuma fl-Unjoni ekosistema tal-infrastruttura tas-supercomputing, tal-computing kwantistiku, tas-servizzi u tad-data li tkun fuq quddiem nett fid-dinja, federata, sigura u iperkonnessa, u biex jiġu appoġġjati l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ sistemi tas-supercomputing innovattivi u kompetittivi orjentati lejn id-domanda u mmexxija mill-utenti bbażati fuq katina tal-provvista li tiżgura komponenti, teknoloġiji u għarfien li jillimitaw ir-riskju ta’ tfixkil u l-iżvilupp ta’ firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet ottimizzati għal dawn is-sistemi, kif ukoll biex jitwessa’ l-użu ta’ dik l-infrastruttura tas-supercomputing għal għadd kbir ta’ utenti pubbliċi u privati, u biex jiġu appoġġjati t-tranżizzjoni doppja u l-iżvilupp ta’ ħiliet ewlenin għax-xjenza u l-industrija Ewropej;

C.

billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-Istati Parteċipanti (3), u żewġ sħab privati, irrappreżentati mill-Pjattaforma Ewropea tat-Teknoloġija għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u l-assoċjazzjonijiet tal-Valur tal-Big Data; billi fi tmiem l-2021, il-bord ta’ tmexxija tal-Impriża Konġunta aċċetta t-talba għal sħubija ta’ sieħeb privat terz, il-Konsorzju Ewropew tal-Industrija Quantum;

D.

billi l-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta (inklużi l-approprjazzjonijiet taż-ŻEE) skont ir-Regolament (UE) 2021/1173 għandha tammonta għal EUR 3,081 biljun, inklużi EUR 92 miljun għall-ispejjeż, dment li dak l-ammont ikun daqs jew inqas mill-kontribuzzjoni tal-Istati Parteċipanti;

Aspetti ġenerali

1.

Jilqa’ l-fatt li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (ir-“rapport tal-Qorti”) sab li l-kontijiet tal-Impriża Konġunta għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2021 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2021, ir-riżultati tal-operat tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li tkun intemmet, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jenfasizza l-fatt li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi għall-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.

Jinnota, madankollu, li l-Qorti qieset ir-riskju għall-affidabbiltà tal-kontijiet annwali bħala medju, minħabba li l-proċeduri rigward ir-rikonoxximent u l-ġestjoni tal-assi għadhom ma ġewx stabbiliti, u minħabba r-rekwiżiti għar-rappurtar, iċ-ċertifikazzjoni u l-validazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura tal-membri tagħha;

3.

Jinnota li l-Impriża Konġunta se tirċievi finanzjament addizzjonali ta’ madwar EUR 2 biljun mill-programm Ewropa Diġitali, kif ukoll fondi addizzjonali ta’ EUR 200 miljun mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa biex jiġu appoġġjati l-akkwiżizzjoni, l-implimentazzjoni, it-titjib u l-operat tal-infrastrutturi għas-superkompjuters u l-kompjuters kwantistiċi;

4.

Jirrikonoxxi l-fatt li Orizzont Ewropa 2020 jipprevedi għanijiet ambizzjużi għall-impriża konġunta, li jistgħu jinkisbu biss jekk jitfasslu u jiġu implimentati soluzzjonijiet effettivi li jindirizzaw id-dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll intern u jħejju għall-isfidi futuri li jirriżultaw miż-żieda fir-responsabbiltajiet, pereżempju fil-qasam tal-ġestjoni u tal-ippjanar tar-riżorsi umani; jirrimarka, f’dan il-kuntest, li kalkoli u rekwiżiti ta’ rapportar partikolarment ikkumplikati u onerużi jirrappreżentaw riskju sinifikanti ta’ żball u jitlob, għalhekk, li jiġu esplorati l-possibbiltajiet ta’ simplifikazzjoni, fejn possibbli u kompatibbli mal-qafas ġuridiku eżistenti;

5.

Jinnota li l-2021 kienet l-ewwel sena sħiħa ta’ operat għall-Impriża Konġunta minn mindu saret awtonoma f’Settembru 2020;

6.

Jinnota li fost l-impriżi konġunti ma hemm l-ebda definizzjoni armonizzata ta’ spejjeż amministrattivi, li tikkostitwixxi bażi għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri tagħhom u prekundizzjoni biex dawn l-ispejjeż isiru kumparabbli; jappella, f’dan il-kuntest, għal linji gwida komuni sabiex l-impriżi konġunti kollha jieħdu approċċ armonizzat għall-klassifikazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ nfiq għal kostijiet amministrattivi, bħall-infiq għal konsulenzi, studji, analiżijiet, evalwazzjonijiet u assistenza teknika;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

7.

Jinnota li, għall-2021, il-baġit f’approprjazzjonijiet ta’ pagament ġodda ammonta għal EUR 207,5 miljun (imqabbel ma’ EUR 181,5 miljun fl-2020) u f’approprjazzjonijiet ta’ impenn ġodda għal EUR 722,4 miljun (imqabbel ma’ EUR 509,1 miljun fl-2020); jinnota li l-baġit għall-pagamenti disponibbli ammonta għal EUR 348,2 miljun (imqabbel ma’ EUR 181,5 fl-2020) u l-baġit impenjat disponibbli ammonta għal EUR 753 4 miljun (imqabbel ma’ EUR 509,1 fl-2020); jinnota li l-baġit disponibbli jinkludi l-approprjazzjonijiet mhux użati mis-snin preċedenti, li l-Impriża Konġunta reġgħet daħħlet fil-baġit tas-sena attwali, kif ukoll id-dħul assenjat u r-riallokazzjonijiet għas-sena li jmiss;

8.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti kkategorizzat ir-riskju għall-ġestjoni baġitarja bħala medju għall-Impriża Konġunta minħabba dgħufijiet osservati fil-proċess tal-ippjanar u l-monitoraġġ tal-baġit, u l-kumplessità u n-natura pluriennali tal-kuntratti u l-azzjonijiet iffinanzjati permezz ta’ għotjiet tagħha; jistieden lill-Impriża Konġunta tindirizza din il-kwistjoni fil-proċeduri baġitarji u ta’ monitoraġġ futuri;

9.

Jinnota li, fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta kienet diġà impenjat EUR 180 miljun għall-kofinanzjament ta’ 50 % fil-qafas tal-għotjiet għar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ Orizzont 2020, li hija l-mira minima taħt ir-Regolament (UE) 2018/1488 u li l-Istati Parteċipanti għandhom jiffinanzjaw il-50 % li jifdal tal-ispejjeż totali tal-proġetti, u li l-membri privati għandhom jikkontribwixxu b’żieda mal-ispejjeż massimi eliġibbli tal-azzjonijiet iffinanzjati permezz ta’ għotjiet; jinnota, madankollu, bi tħassib, li, sa dik id-data, il-membri privati kienu rrappurtaw biss EUR 4,2 miljun ta’ kontribuzzjonijiet in natura; jinnota li l-Qorti tqis li hemm riskju għoli li l-kontribuzzjonijiet ta’ EUR 420 miljun mill-membri privati, kif meħtieġ taħt ir-Regolament (UE) 2018/1488, mhux se jinkisbu sa tmiem l-implimentazzjoni tal-proġett ta’ għotja;

10.

Jinnota li r-Regolament (UE) 2021/1173 jirrikjedi li l-Impriża Konġunta timplimenta proġetti li jammontaw għal EUR 7 biljun, li minnhom EUR 3,1 biljun għandhom jiġu ingranati mill-Istati Parteċipanti u EUR 900 miljun minn membri privati fil-forma ta’ kontribuzzjonijiet fi flus u in natura. jenfasizza l-fatt li dan jirrappreżenta żieda sinifikanti meta mqabbel mal-QFP preċedenti tal- li taħtu l-Impriża Konġunta kellha timplimenta proġetti ta’ madwar EUR 1,4 biljun, u għalhekk, ir-riskju li l-Impriża Konġunta ma tilħaqx il-miri ta’ kontribuzzjoni tal-membri l-oħra skont ir-Regolament (UE) 2021/1173 jiżdied b’mod sinifikanti;

11.

Jinnota li, fir-rigward tal-baġit 2021 tal-Impriża Konġunta disponibbli għall-proġetti operazzjonali, ir-rati ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn operazzjonali u ta’ pagament kienu ta’ 2 % u ta’ 47 %, rispettivament; jinnota li r-rata baxxa ħafna ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn hija spjegata fil-biċċa l-kbira mid-dewmien fil-bidu tal-Impriża Konġunta taħt il-QFP 2021-2027 f’Lulju 2021 u t-trasferiment mill-Kummissjoni u l-Istati Parteċipanti ta’ EUR 700 miljun ta’ fondi lill-Impriża Konġunta f’Diċembru 2021; jinnota li d-dewmien mill-entitajiet ospitanti u kwistjonijiet ta’ provvista għal komponenti ewlenin ikkawżati mis-sitwazzjoni ta’ pandemija globali fil-kostruzzjonijiet tal-bini (ċentri tad-data), neċessarji biex jospitaw u joperaw is-superkompjuters diġà akkwistati, ikkontribwew ukoll għar-rata baxxa ta’ implimentazzjoni;

12.

Jinnota li r-rata baxxa ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament operazzjonali kienet ikkawżata prinċipalment mid-dewmien fil-bidu ta’ xi proġetti ġodda ta’ infrastruttura, li rriżulta f’dewmien fil-pagamenti ta’ prefinanzjament ippjanati għall-2021, kif ukoll miż-żmien addizzjonali mhux mistenni meħtieġ għall-ħidma ta’ kontroll ex ante fuq ir-riżultati tanġibbli, fir-rigward tal-ewwel pagamenti interim ta’ għotjiet għall-proġetti taħt Orizzont 2020;

13.

Jinnota li, fir-rigward tal-approprjazzjonijiet amministrattivi ta’ impenn u ta’ pagament, fl-ippjanar tal-baġit amministrattiv tagħha għall-2021, l-Impriża Konġunta ma qisitx suffiċjentement ir-riallokazzjoni tal-ammonti sinifikanti ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament mhux użati tas-snin preċedenti; jinnota, barra minn hekk, li l-approprjazzjonijiet tal-baġit riallokati mis-snin preċedenti ma ntużawx qabel l-approprjazzjonijiet ġodda tas-sena;

14.

Jinnota bi tħassib li l-Impriża Konġunta għad m’għandhiex proċeduri affidabbli għaċ-ċertifikazzjoni u l-validazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura, irrappurtati mill-membri privati tagħha u mill-Istati Parteċipanti u li hija l-unika Impriża Konġunta li ma għandhiex pjan ta’ implimentazzjoni strateġiku għall-kisba ta’ kontribuzzjonijiet minn membri oħra; jistieden lill-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-passi meħuda biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ pjan bħal dan; jenfasizza li l-Impriża Konġunta għandha timplimenta proċeduri affidabbli għaċ-ċertifikazzjoni u l-validazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet in natura, kif ukoll pjan ta’ implimentazzjoni strateġiku (pjan direzzjonali) bi stadji importanti u miri annwali realistiċi tal-kontribuzzjonijiet kemm għall-Istati Parteċipanti kif ukoll għall-membri privati fil-livell tal-programm; jinnota, barra minn hekk, ir-rikonoxximent tal-Impriża Konġunta tal-azzjoni proposta mill-Qorti u l-impenn tagħha li tindirizza din il-kwistjoni fil-ħin;

15.

Jinnota li fl-ambitu tal-QFP 2021-2027, il-programmi Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali jibqgħu r-riżorsa finanzjarja prinċipali għall-impriżi konġunti, b’baġit totali ta’ EUR 15,1-il biljun għall-kofinanzjament tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni tal-impriżi konġunti u li l-impriżi konġunti jimplimentaw EUR 11,6 biljun, li jirrappreżenta madwar 12 % tal-baġit totali ta’ Orizzont Ewropa ta’ EUR 95,5 biljun; jilqa’, min-naħa l-oħra, il-fatt li l-Impriża Konġunta u l-Impriża Konġunta taċ-Ċipep (4) futura se jimplimentaw proġetti kbar ta’ bini tal-kapaċità, ta’ implimentazzjoni u ta’ investiment relatati mal-istrateġija għal Suq Uniku Diġitali Ewropew fl-ambitu tal-Programm Ewropa Diġitali u li l-Impriża Konġunta u l-Impriża Konġunta taċ-Ċipep futura se jirċievu EUR 3,4 biljun f’fondi tal-Unjoni mill-Programm Ewropa Diġitali, li jirrappreżentaw 39 % tal-finanzjament totali tal-programm ta’ EUR 8,6 biljun, biex jimplimentaw dawk l-attivitajiet;

16.

Jinnota, abbażi tar-rapport tal-Qorti, li, skont ir-Regolamenti (UE) 2021/695 (5) u (UE) 2021/1173, l-Impriża Konġunta hija obbligata tintroduċi proċess ta’ ġestjoni ċentralizzata ġdid, is-sistema tal-Ġestjoni Ċentrali ta’ Kontribuzzjonijiet Finanzjarji (CMFC), biex timmaniġġja l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Parteċipanti tagħha;

17.

Jinnota li, skont is-sistema CMFC ippjanata, kull Stat Parteċipanti jista’ jagħżel li jħallas lill-Impriża Konġunta l-kontribuzzjoni finanzjarja rispettiva tiegħu fil-livell tal-proġett għall-benefiċjarji stabbiliti fl-istat tiegħu, u matul dak il-proċess kull Stat Parteċipanti għandu wkoll dritt ta’ veto fuq il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw l-użu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali tiegħu stess imħallsa lill-Impriża Konġunta għall-applikanti stabbiliti fl-istat tiegħu, f’konformità mar-regoli finanzjarji u tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, li jippermettu lil Stat Parteċipanti jiddeċiedi, abbażi tal-prijoritajiet strateġiċi nazzjonali, jekk jappoġġjax jew le benefiċjarju nazzjonali ta’ proġett ta’ riċerka u innovazzjoni magħżul u approvat; jinnota li, min-naħa l-oħra, l-Impriża Konġunta se jkollha teżegwixxi l-pagamenti kofinanzjati għall-Istati Parteċipanti kollha li jkunu għażlu li jafdawha bil-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom; jinnota li l-Impriża Konġunta se jkollha timmaniġġja u timmonitorja wkoll żewġ proċessi alternattivi ta’ ftehimiet amministrattivi ta’ appoġġ mal-Istati Parteċipanti; jinnota li kull awtorità nazzjonali ta’ finanzjament ta’ kull Stat Parteċipanti jeħtiġilha tiffirma ftehim mal-Impriża Konġunta biex jew tafdaha bil-pagament tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali, jew biex tikkoordina t-trasferiment nazzjonali tal-ftehimiet tal-fondi għall-pagamenti lill-benefiċjarji u r-rappurtar dwar il-kontribuzzjonijiet; jinnota li, skont l-iskeda ta’ żmien tal-Impriża Konġunta, il-ftehimiet għandhom jiġu ffirmati qabel ma l-Impriża Konġunta tkun iffirmat l-ewwel ftehimiet ta’ għotja mudell tagħha għal sejħiet imnedija taħt il-QFP 2021-2027; jistieden lill-Impriża Konġunta tesplora modi kif tissimplifika din il-proċedura ta’ piż u tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar soluzzjonijiet possibbli;

18.

Jinnota, abbażi tal-osservazzjonijiet tal-Qorti, li r-riżorsi addizzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema ppjanata tas-CMFC la ġew ivvalutati mill-Kummissjoni u lanqas ma ġew inklużi fl-istimi inizjali tar-riżorsi tal-persunal tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-aġenda l-ġdida ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Impriża Konġunta; jinnota li dan in-nuqqas ta’ ppjanar fl-introduzzjoni tas-sistema tas-CMFC flimkien mas-sitwazzjoni tal-persunal, u n-nuqqas ta’ għodod u appoġġ tal-IT jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Impriża Konġunta u l-kisba tal-kontribuzzjonijiet tal-membri l-oħra; jinnota bi tħassib li s-systema ta’ CMFC trid tiġi mmaniġġjata manwalment, u dan se jkun intensiv fl-użu tar-riżorsi umani; jitlob li l-awtorità ta’ kwittanza tiġi infurmata dwar l-istatus ta’ implimentazzjoni ta’ din is-sistema ċentralizzata ġdida;

Akkwist u persunal

19.

Jenfasizza l-fatt li l-Qorti vvalutat ir-riskju għan-nefqa fuq il-kuntratti u l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku bħala medju għall-Impriża Konġunta, minħabba l-proċeduri kumplessi ta’ akkwist għal kuntratti ta’ valur għoli;

20.

Jinnota li, fi tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta impjegat 15-il membru tal-persunal statutorju u 3 membri tal-persunal interim li jassistu lit-tim tal-finanzi u l-komunikazzjonijiet; jinnota, barra minn hekk, li peress li l-allokazzjoni tal-pożizzjoni ta’ espert nazzjonali sekondat ma tkomplietx skont ir-Regolament i (UE) 2021/1173, ir-reklutaġġ ġie sospiż u se jiġi sostitwit bir-reklutaġġ ta’ uffiċjal tal-programmi fl-2022;

21.

Jiddispjaċih li l-każijiet ta’ t-tħassib ewlieni identifikat mill-Qorti huma relatat mal-fatt li l-Impriża Konġunta ma kellhiex biżżejjed persunal u li n-nuqqas ta’ persunal statutorju suffiċjenti wassal għal żieda fl-użu ta’ persunal interim, li jista’ jwassal għal dgħufijiet fil-ġestjoni finanzjarja, baġitarja u tal-persunal, u jista’ joħloq riskji f’termini ta’ kontinwità tal-attivitajiet, żamma ta’ kompetenzi ewlenin u nuqqas ta’ kontrolli interni suffiċjenti, u konsegwentement, jista’ jaffettwa b’mod negattiv l-ilħuq tal-objettivi tal-Impriża Konġunta; jilqa’ l-fatt li, skont ir-Regolament (UE) 2021/1173, l-Impriża Konġunta hija kapaċi tieħu passi biex tirrettifika din il-kwistjoni u bdiet il-proċess ta’ reklutaġġ filwaqt li tat prijorità lill-pożizzjonijiet essenzjali relatati mal-funzjonijiet ewlenin tal-Impriża Konġunta u l-mitigazzjoni tar-riskju, bħall-pożizzjonijiet interni tal-awdituri;

22.

Jinnota li, skont ir-Regolament (UE) 2021/1173, l-Impriża Konġunta se jkollha timplimenta aktar minn EUR 7 biljun f’fondi u, għal dan, jeħtieġ li tirrekluta 39 membru tal-persunal addizzjonali biex tilħaq il-livell ippjanat tagħha ta’ 54 membru tal-persunal statutorju sa tmiem l-2023 (6); jinnota li, minħabba d-dewmien fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1173, il-Impriża Konġunta nediet biss il-proċessi ta’ reklutaġġ meħtieġa għal seba’ pożizzjonijiet tal-ogħla prijorità mhux qabel tard fl-2021, u li ma setgħetx iżżid il-persunal tagħha matul l-2021;

23.

Jinnota li, fir-rigward tas-sejbiet tal-Qorti dwar is-sitwazzjoni prekarja tal-persunal fl-Impriża Konġunta fl-2021, huma meħtieġa aktar sforzi fil-qasam tar-riżorsi umani b’mod ġenerali u fl-involviment tal-ippjanar tar-riżorsi tal-Kummissjoni sabiex jittejjeb l-ippjanar tar-riżorsi umani u b’mod speċifiku l-proċess ta’ reklutaġġ, biex jiġu evitati każijiet ta’ pożizzjonijiet vakanti fit-tul, għadd kbir ta’ tibdil tal-persunal, numru kbir ta’ persunal estern, dipendenza fuq l-għarfien espert ta’ ftit membri tal-persunal, ammonti eċċessivi ta’ xogħol u bħala konsegwenza assenzi u ineffiċjenzi tal-persunal, u minflok jiġu offerti kundizzjonijiet ta’ impjieg attraenti u soċjalment ġusti li jappoġġjaw l-ilħuq tal-objettivi tal-Impriża Konġunta;

24.

Jinnota li, skont ir-rapport annwali tal-attività tal-2021 minn għadd totali ta’ 45 espert li pparteċipaw f’evalwazzjonijiet u rieżamijiet tal-proġetti, 47 % kienu nisa u 53 % kienu rġiel; jilqa’ dawn iċ-ċifri u jħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tkompli ttejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-membri tal-persunal tal-Impriża Konġunta;

25.

Jinnota li l-Impriża Konġunta qed taħdem mad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Baġit biex tiċċara s-sitwazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tal-persunal tal-Impriża Konġunta, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li saru tard fl-2021; jistieden lill-Impriża Konġunta ma tistenniex il-kalkolu finali tal-kontribuzzjonijiet pendenti, iżda tqis dan l-obbligu meta tippjana l-baġit futur tagħha, bħal permezz ta’ akkumulazzjoni korrispondenti għall-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni, u jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi biex tevita kwistjonijiet simili fil-futur;

Prestazzjoni

26.

Jinnota li l-azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni tal-impriża Konġunta fl-2021 iffukaw l-aktar fuq it-tlestija tas-sejħiet u l-azzjonijiet mibdija fl-2019 u fl-2020 (proġetti preeżistenti);

27.

Jilqa’ l-fatt li tlettax-il konsorzju ffirmaw ftehimiet mal-Impriża Konġunta fl-2021 u bdew jaħdmu f’April 2021; jinnota li l-proġetti jkopru t-tliet suġġetti tas-sejħa "Lejn Teknoloġiji u Applikazzjonijiet fuq Skala Estrema", u jużaw aktar minn 70 % tal-finanzjament deżinjat disponibbli taħt Orizzont Ewropa 2020;

28.

Jenfasizza l-fatt li l-konsorzji differenti se jaħdmu fuq attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni li se jgħinu lill-Ewropa ssir globalment kompetittiva fil-qasam tas-supercomputing u li għaxra minn dawn il-proġetti se jindirizzaw l-EuroHPC-01-2019 “Computing fuq skala estrema u teknoloġiji mmexxija mid-data” u li żewġ proġetti oħra, MICROCARD u REGALE, se jiffukaw is-suġġett EuroHPC-02-2019 fuq “HPC u ambjenti u pjattaformi ta’ applikazzjoni ċċentrati fuq id-data”;

29.

Jinnota, barra minn hekk, li l-proġett exaFOAM se jikkonċentra fuq is-suġġett EuroHPC-03-2019 dwar “Il-kodiċijiet tas-software industrijali għal computing ta’ skala estrema” u li l-Impriża Konġunta nediet sejħa li tkopri s-sejħa “Taħriġ u Edukazzjoni dwar il-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja” għat-tfassil u t-twettiq ta’ programm ta’ Master Ewropew fil-computing ta’ prestazzjoni għolja; din is-sejħa tnediet kmieni fis-sena u sa Ottubru l-Impriża Konġunta setgħet tħabbar li l-proġett kien se jkompli taħt it-tmexxija tal-Università tal-Lussemburgu u b’kollaborazzjoni ma’ seba’ universitajiet oħra Ewropej; huwa konvint li din l-inizjattiva se tiffaċilita l-edukazzjoni u l-iżvilupp professjonali ta’ persuni b’potenzjal għoli, li huma kruċjali għas-suċċess tal-Impriża Konġunta;

30.

Jinnota li, fl-2021, l-Impriża Konġunta ħejjiet it-tieni fażi tal-proġett tal-inizjattiva tal-proċessuri Ewropej, pedament tal-inizjattiva Ewropea lejn awtonomija strateġika fil-computing ta’ prestazzjoni għolja, l-infrastruttura u t-teknoloġiji taċ-ċipep u nbdiet fl-2022 u se tibni fuq il-kisbiet tal-ewwel fażi;

Kontroll Intern

31.

Jilqa’ l-fatt li, fl-2020, l-Impriża Konġunta żviluppat pjan ta’ azzjoni biex timplimenta l-azzjonijiet li fadal tas-17-il prinċipju ta’ kontroll intern tal-qafas ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni fl-2021, u li, minħabba l-assenza ta’ persunal amministrattiv ewlieni (bħal kap tal-finanzi u tal-amministrazzjoni u kap tal-kapaċità tal-awditjar intern), l-Impriża Konġunta kienet għadha ma approvatx diversi azzjonijiet importanti ta’ kontroll intern sal-iskadenzi tal-2021 stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni tagħha;

32.

Jinnota bi tħassib li, minkejja r-riskji li qed tiffaċċja l-Impriża Konġunta, minħabba l-baġit ikbar tagħha, wettqet biss eżerċizzju ssimplifikat ta’ valutazzjoni tar-riskju annwali; jinnota, barra minn hekk, li sa tmiem l-2021, l-Impriża Konġunta ma kinitx ikkompletat għalkollox l-iżvilupp ta’ strateġija ta’ kontroll u monitoraġġ u lanqas pjan ta’ kontinwità tal-operat u pjan għas-sigurtà tal-IT; jissottolinja li dan id-dewmien żied ir-riskju ta’ kontroll intern tal-Impriża Konġunta għall-2021;

33.

Jilqa’ l-fatt li fl-2022 l-impriżi konġunti kollha bdew jimplimentaw azzjonijiet għat-tnaqqis tar-rata ta’ żbalji f’konformità mal-azzjoni proposta mill-Qorti, inkluża l-esplorazzjoni tal-għażliet ta’ forom simplifikati ta’ spejjeż bħal spejjeż unitarji, somom f’daqqa u rati fissi, b’tipi ta’ benefiċjarji fil-mira li huma suxxettibbli għall-iżbalji, bħal impriżi żgħar u ta’ daqs medju u benefiċjarji ġodda;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u strateġija ta’ kontra l-frodi

34.

Jilqa’ l-fatt li l-Impriża Konġunta żviluppat sett komprensiv ta’ regoli u proċeduri biex il-persunal tagħha jkollu qafas ċar li fih jaħdem u li dawn ir-regoli jkunu effettivi fl-istruttura ta’ governanza kollha tal-Impriża Konġunta, u li l-proċeduri ta’ kunflitti ta’ interess ikunu fis-seħħ għall-membri kemm tal-korp ta’ tmexxija kif ukoll tal-korpi konsultattivi;

35.

Jinnota b’apprezzament, barra minn hekk, il-fatt li ġew implimentati miżuri speċifiċi għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess tal-esperti inkarigati mill-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet u mir-rieżami tal-proġetti u tal-offerti;

36.

Jenfasizza l-fatt li l-Impriża Konġunta adottat u bdiet timplimenta l-istrateġija komuni kontra l-frodi fil-qasam tar-riċerka u li għal oqsma ta’ nefqa għajr l-għotjiet, l-Impriża Konġunta tapplika mutatis mutandis u b’analoġija, l-istrateġija kontra l-frodi approvata mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għan-Networks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u l-Ġestjoni tar-Riskju Teknoloġiku.

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 tat-28 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (ĠU L 252, 8.10.2018, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1488 (ĠU L 256, 19.7.2021, p. 3).

(3)  L-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati li għażlu li jsiru membri tal-Impriża Konġunta: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Iżlanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Maċedonja ta’ Fuq, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, u t-Turkija.

(4)  Fi Frar 2022, il-Kummissjoni pproponiet li temenda u tbiddel l-isem tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin għal Impriża Konġunta taċ-Ċipep futura. L-Impriża Konġunta taċ-Ċipep huwa maħsub li jkollha l-mandat addizzjonali li timplimenta attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità tal-Inizjattiva Ċipep għall-Ewropa taħt il-QFP 2021-2027. F’dan il-kuntest, l-Impriża Konġunta taċ-Ċipep se tuża l-baġit mill-programm Ewropa Diġitali biex trawwem l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi tas-semikondutturi tal-ġenerazzjoni li jmiss u ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-produzzjoni taċ-ċipep Ewropej.

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

(6)  COM(2020) 569 tad-19.9.2020.


29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/576


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1973 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2021,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0110/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 tat-28 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (4),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1488 (5),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0089/2023),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2021;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Alessandro CHIOCCHETTI


(1)   ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.

(2)   ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.

(3)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)   ĠU L 252, 8.10.2018, p. 1

(5)   ĠU L 256, 19.7.2021, p. 3

(6)   ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.