|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2070 tat-18 ta’ Awwissu 2023 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 biex il-Kamerun u l-Vjetnam jiżdiedu mal-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir ( 1 ) |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
28.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2070
tat-18 ta’ Awwissu 2023
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 biex il-Kamerun u l-Vjetnam jiżdiedu mal-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni għandha tiżgura l-protezzjoni effettiva tal-integrità u l-funzjonament xieraq tas-sistema finanzjarja tagħha u tas-suq intern mill-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Għaldaqstant, id-Direttiva (UE) 2015/849 tipprevedi li l-Kummissjoni għandha tidentifika l-ġuriżdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tagħhom dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (anti-money laundering and countering financing of terrorism, AML/CFT) li joħolqu theddid serju għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni (“pajjiżi terzi b’riskju kbir”). |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 (2) jidentifika l-pajjiżi terzi b’riskju kbir b’nuqqasijiet strateġiċi. |
|
(3) |
Minħabba l-livell għoli ta’ integrazzjoni tas-sistema finanzjarja internazzjonali, ir-rabta stretta tal-operaturi tas-suq, il-volum għoli ta’ tranżazzjonijiet transfruntiera lejn jew mill-Unjoni, u l-livell ta’ ftuħ tas-suq, kwalunkwe theddida tal-AML/CFT fuq is-sistema finanzjarja internazzjonali hija wkoll theddida għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva (UE) 2015/849, meta tidentifika pajjiżi terzi b’riskju kbir, il-Kummissjoni għandha tqis l-evalwazzjonijiet, il-valutazzjonijiet jew ir-rapporti rilevanti mfassla minn organizzazzjonijiet internazzjonali u minn dawk li jistabbilixxu l-istandards b’kompetenza fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Tali informazzjoni tinkludi dikjarazzjonijiet pubbliċi mit-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (Financial Action Task Force, FATF), il-lista tal-FATF ta’ “Ġurisdizzjonijiet soġġetti għal Monitoraġġ Miżjud”, u rapporti tal-FATF tal-Grupp ta’ Analiżi tal-Kooperazzjoni Internazzjonali fir-rigward tar-riskji maħluqa minn pajjiżi terzi individwali. |
|
(5) |
Mill-aħħar emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2016/1675, il-FATF aġġornat il-lista tagħha ta’ “Ġuriżdizzjonijiet soġġetti għal Monitoraġġ Miżjud”. Fil-laqgħa plenarja tagħha bejn il-21 u t-23 ta’ Ġunju 2023, il-FATF aġġornat il-lista tagħha ta’ “Ġuriżdizzjonijiet soġġetti għal Monitoraġġ Miżjud” billi żiedet il-Kamerun u l-Vjetnam ma’ dik il-lista. Fid-dawl ta’ dawn il-bidliet, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni biex tidentifika l-pajjiżi terzi b’riskju kbir f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849. |
|
(6) |
F’Ġunju 2023, il-Kamerun ħa impenn politiku ta’ livell għoli biex jaħdem mal-FATF u mal-“Groupe d’Action Contre le Blanchiment d’Argent en Afrique Centrale” (GABAC), li huwa l-korp reġjonali tat-tip tal-FATF tagħha (FATF-style regional body, FSRB), biex isaħħaħ l-effettività tar-reġim tal-AML/CFT tiegħu. Sa mill-adozzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni reċiproka tiegħu f’Ottubru 2021, il-Kamerun għamel progress fuq uħud mill-azzjonijiet rakkomandati fir-rapport ta’ evalwazzjoni reċiproka billi żied ir-riżorsi tal-unità tal-intelligence finanzjarja (UIF) u billi bena l-kapaċità tal-awtoritajiet investigattivi u tal-korpi ġudizzjarji biex iwettqu b’mod effettiv każijiet ta’ ħasil tal-flus/finanzjament tat-terroriżmu. Il-Kamerun se jaħdem biex jimplimenta l-pjan ta’ azzjoni tiegħu tal-FATF billi: (1) jallinja l-istrateġiji u l-politiki nazzjonali tal-AML/CFT mas-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom, u juri l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-AML/CFT bejn l-awtoritajiet kompetenti; (2) jiżgura prijoritizzazzjoni bbażata fuq ir-riskju ta’ talbiet li jidħlu għal kooperazzjoni internazzjonali f’konformità mar-riskji u jwieġeb b’mod effettiv; (3) isaħħaħ is-superviżjoni bbażata fuq ir-riskju tal-banek u jimplimenta superviżjoni effettiva bbażata fuq ir-riskju għal istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji u negozji u professjonijiet mhux finanzjarji deżinjati, u jwettaq ħidma xierqa biex jintlaħqu istituzzjonijiet finanzjarji ta’ riskju għoli u negozji u professjonijiet mhux finanzjarji deżinjati; (4) iżomm u jiżgura aċċess f’waqtu mill-awtoritajiet kompetenti għal informazzjoni adegwata u aġġornata dwar is-sjieda benefiċjarja dwar persuni ġuridiċi, u jistabbilixxi reġim ta’ sanzjonijiet għall-ksur tal-obbligi ta’ trasparenza applikabbli għall-persuni ġuridiċi; (5) isaħħaħ l-iskambju sigur ta’ informazzjoni bejn l-UIF, l-entitajiet relaturi u l-awtoritajiet kompetenti u juri żieda fid-disseminazzjoni ta’ rapporti ta’ intelligence biex jappoġġa l-ħtiġijiet operazzjonali tal-awtoritajiet kompetenti; (6) juri li l-awtoritajiet huma kapaċi jwettqu firxa ta’ investigazzjonijiet dwar il-ħasil tal-flus, u jipproċedu kontra każijiet tal-ħasil tal-flus f’konformità mar-riskji; (7) jimplimenta politiki u proċeduri għas-sekwestru u l-konfiska tar-rikavati u l-istrumenti tal-kriminalità u l-ġestjoni ta’ proprjetà ffriżata, maqbuda u kkonfiskata, u jipprijoritizza l-qbid u l-konfiska tal-assi fil-fruntiera; (8) juri li l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tal-finanzjament tat-terroriżmu huma segwiti f’konformità mar-riskju; u (9) juri implimentazzjoni effettiva tar-reġimi ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati (targeted financial sanctions, TFS) għall-finanzjament tat-terroriżmu u l-finanzjament tal-proliferazzjoni u jimplimenta approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ mingħajr ma jfixkel attivitajiet leġittimi ta’ organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ. Minkejja dak l-impenn u l-progress, il-Kamerun għadu ma indirizzax bis-sħiħ it-tħassib li wassal biex il-Kamerun jiżdied mal-lista tal-FATF ta’ “Ġuriżdizzjonijiet soġġetti għal Monitoraġġ Miżjud”. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kamerun jitqies bħala ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz li għandha nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim tal-AML/CFT tagħha li joħolqu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849. |
|
(7) |
F’Ġunju 2023, il-Vjetnam ħa impenn politiku ta’ livell għoli biex jaħdem mal-FATF u mal-Grupp tal-Asja/Paċifiku (Asia Pacific Group, APG), li huwa l-FSRB tiegħu, biex isaħħaħ l-effettività tar-reġim tal-AML/CFT tiegħu. Sa mill-adozzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni reċiproka tiegħu f’Novembru 2021, il-Vjetnam għamel progress fuq xi wħud mill-azzjonijiet rakkomandati fir-rapport ta’ evalwazzjoni reċiproka billi ngħaqad man-Network tal-Interaġenziji għall-Irkupru tal-Assi tal-Asja u tal-Paċifiku u billi adotta pjan ta’ azzjoni nazzjonali dwar l-AML/CTF/il-ġlieda kontra l-finanzjament tal-proliferazzjoni. Il-Vjetnam se jaħdem biex jimplimenta l-pjan ta’ azzjoni tiegħu tal-FATF billi: (1) iżid il-fehim tar-riskju, il-koordinazzjoni domestika u l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus/il-finanzjament tat-terroriżmu; (2) isaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali; (3) jimplimenta s-superviżjoni effettiva bbażata fuq ir-riskju għall-istituzzjonijiet finanzjarji u għan-negozji u l-professjonijiet mhux finanzjarji deżinjati; (4) jieħu azzjoni biex jirregola l-assi virtwali u l-fornituri ta’ servizzi tal-assi virtwali; (5) jindirizza n-nuqqasijiet tekniċi fil-konformità, inkluż fir-rigward tar-reat tal-ħasil tal-flus, it-TFS, id-diliġenza dovuta tal-klijenti u r-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi; (6) iwettaq attivitajiet ta’ ħidma biex jintlaħaq is-settur privat; (7) jistabbilixxi reġim li jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni adegwata, preċiża u aġġornata dwar is-sjieda benefiċjarja; (8) jiżgura l-indipendenza tal-UIF u jtejjeb il-kwalità u l-kwantità tal-analiżi u d-disseminazzjonijiet tal-intelligence finanzjarja; (9) jipprijoritizza investigazzjonijiet finanzjarji paralleli u juri żieda fl-għadd ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet dwar il-ħasil tal-flus imwettqa; u (10) juri li hemm monitoraġġ tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tan-negozji u l-professjonijiet mhux finanzjarji deżinjati għall-konformità mal-obbligi tat-TFS għall-finanzjament tal-proliferazzjoni u li hemm kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet għall-prevenzjoni li jiġu evitati TFS għall-finanzjament tal-proliferazzjoni. Minkejja dan l-impenn u l-progress, il-Vjetnam għadu ma indirizzax bis-sħiħ it-tħassib li wassal biex il-Vjetnam jiżdied mal-lista tal-FATF ta’ “Ġuriżdizzjonijiet soġġetti għal Monitoraġġ Miżjud”. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Vjetnam jitqies bħala ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz li għandha nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim tal-AML/CFT tagħha li joħolqu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849. |
|
(8) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li jenħtieġ li l-Kamerun u l-Vjetnam jitqiesu bħala ġuriżdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tal-AML/CFT tagħhom li joħolqu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Kamerun u l-Vjetnam jiżdiedu mat-tabella fil-punt I tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1675. |
|
(9) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b’riskju kbir b’nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1).
ANNESS
Fil-punt I tal-Anness għar-Regolament Delegat (UE) 2026/1675, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Nru |
Pajjiż terz b’riskju kbir (1) |
|
1 |
L-Afganistan |
|
2 |
Barbados |
|
3 |
Il-Burkina Faso |
|
4 |
Il-Kamerun |
|
5 |
Il-Gżejjer Cayman |
|
6 |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
|
7 |
Ġibiltà |
|
8 |
Il-Haiti |
|
9 |
Il-Ġamajka |
|
10 |
Il-Ġordan |
|
11 |
Il-Mali |
|
12 |
Il-Mozambique |
|
13 |
Il-Myanmar |
|
14 |
In-Niġerja |
|
15 |
Il-Panama |
|
16 |
Il-Filippini |
|
17 |
Is-Senegal |
|
18 |
L-Afrika t’Isfel |
|
19 |
Is-Sudan t’Isfel |
|
20 |
Is-Sirja |
|
21 |
It-Tanzanija |
|
22 |
Trinidad u Tobago |
|
23 |
L-Uganda |
|
24 |
L-Emirati Għarab Magħquda |
|
25 |
Vanuatu |
|
26 |
Il-Vjetnam |
|
27 |
Il-Jemen |
(1) Mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni legali tar-Renju ta’ Spanja fir-rigward tas-sovranità u l-ġuriżdizzjoni b’rabta mat-territorju ta’ Ġibiltà.“.
|
28.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2071
tas-27 ta’ Settembru 2023
li jistabbilixxi mudell għall-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri aħħarin tal-ikel u/jew tal-assistenza materjali bażika taħt il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) skont ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Soċjali Ewropew (FSE+) (1) (ir-“Regolament FSE+”), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat għall-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE +),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament FSE+ jirrikjedi li l-awtoritajiet maniġerjali jirrapportaw darbtejn lill-Kummissjoni r-riżultati ta’ stħarriġ strutturat tar-riċevituri aħħarin rigward l-appoġġ riċevut mill-FSE+ skont l-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (m) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament FSE+ u li jiffoka wkoll fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom u n-natura tal-privazzjoni materjali tagħhom, imwettaq matul is-sena preċedenti. L-ewwel tali rappurtar għandu jsir sat-30 ta’ Ġunju 2025 u t-tieni sat-30 ta’ Ġunju 2028. |
|
(2) |
Dan l-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri aħħarin huwa wieħed mill-istrumenti li għandhom jintużaw għall-evalwazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+). Sabiex jiġi żgurat li l-istħarriġ jipproduċi riżultati ta’ kwalità għolja u jagħti kontribut utli għall-evalwazzjoni tal-FSE+, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit mudell li jippermetti l-aggregazzjoni tad-data fil-livell tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri aħħarin kif hemm imsemmi fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) 2021/1057 għandu jsir skont il-mudell stabbilit fl-Annessi.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS I
MUDELL TA’ STĦARRIĠ STRUTTURAT DWAR L-APPOĠĠ DIRETT TAL-FSE+ BIEX TIĠI INDIRIZZATA L-PRIVAZZJONI MATERJALI
MISTOQSIJIET
L-organizzazzjoni tal-intervistatur: [isem l-entità li għaliha qed jaħdem l-intervistatur]
Post: [kodiċi postali minn fejn isir l-istħarriġ]
Benefiċjarju li jagħti l-appoġġ: [isem l-organizzazzjoni minn fejn ir-riċevitur aħħari rċieva l-assistenza]
[tip ta’ organizzazzjoni]
[attività tal-organizzazzjoni: saħħa, edukazzjoni, protezzjoni soċjali, ikel, konsulenza, appoġġ psikoloġiku, appoġġ għall-akkomodazzjoni, oħrajn]
Data: [data tal-istħarriġ fil-format jj/xx/ssss]
Ħin: [ħin tal-istħarriġ fil-format ss:mm]
A. Mistoqsijiet lill-benefiċjarju li jipprovdi ikel jew assistenza materjali bażika (oġġetti) lir-riċevituri aħħarin
|
|||
|
Tqassim tal-ikel lit-tfal ta’ taħt it-18-il sena |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil persuni mingħajr dar |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil nisa |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil ġenituri waħedhom |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil persuni ta’ 65 sena jew aktar |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil persuni b’diżabilità |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, lil persuni bi sfond barrani jew minoranza |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil nies oħrajn |
(Iva/Le) (u jekk iva, speċifika l-grupp fil-mira) |
||
|
Oġġetti mqassma lil tfal ta’ taħt it-18-il sena |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil persuni mingħajr dar |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil nisa |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil ġenituri waħedhom |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil persuni ta’ 65 sena jew aktar |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil persuni b’diżabilità |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, lil persuni bi sfond barrani jew minoranza |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil nies oħrajn |
(Iva/Le) (u jekk iva, speċifika l-grupp fil-mira) |
||
|
|||
|
Kuljum |
|
||
|
Darbtejn fil-ġimgħa |
|
||
|
Darba fil-ġimgħa |
|
||
|
Darbtejn fix-xahar |
|
||
|
Darba fix-xahar |
|
||
|
Oħrajn (speċifika) |
|
||
|
||
|
{numru} |
|
|||
|
Tqassim tal-ikel lit-tfal ta’ taħt it-18-il sena |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil persuni mingħajr dar |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil nisa |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil ġenituri waħedhom |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil persuni ta’ 65 sena jew aktar |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil persuni b’diżabilità |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, lil persuni bi sfond barrani jew minoranza |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil nies oħrajn |
(Iva/Le) (u jekk iva, speċifika l-grupp fil-mira) |
||
|
Oġġetti mqassma lil tfal ta’ taħt it-18-il sena |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil persuni mingħajr dar |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil nisa |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil ġenituri waħedhom |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil persuni ta’ 65 sena jew aktar |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil persuni b’diżabilità |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, lil persuni bi sfond barrani jew minoranza |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil nies oħrajn |
(Iva/Le) (u jekk iva, speċifika l-grupp fil-mira) |
||
|
Ma tafx peress li mhuwiex traċċabbli |
(Iva/Le) |
||
|
Mhux applikabbli peress li aħna nipprovdu biss appoġġ kofinanzjat mill-FSE+ |
(Iva/Le) |
||
|
|||
|
Ir-riċevituri aħħarin jaslu fil-punt tat-tqassim biex jiġbru din l-assistenza |
|
||
|
Kunsinna fid-dar |
|
||
|
Oħrajn |
(jekk jogħġbok speċifika) |
||
|
Mhux applikabbli peress li t-tqassim imur lil organizzazzjonijiet oħra li jqassmu mill-ġdid l-ikel/l-oġġetti direttament lir-riċevituri aħħarin |
|
||
|
|||
|
Pariri dwar it-tħejjija/il-ħżin tal-ikel u n-nutrizzjoni (workshops tat-tisjir, riċetti) |
|
||
|
Pariri dwar is-saħħa |
|
||
|
Riorjentament lejn servizzi kompetenti (pereżempju, servizzi soċjali, amministrazzjonijiet, eċċ.) |
|
||
|
Coaching individwali u workshops |
|
||
|
Appoġġ psikoloġiku u terapewtiku |
|
||
|
Pariri dwar it-tiftix għal impjieg |
|
||
|
Pariri dwar l-immaniġġjar tal-baġit domestiku |
|
||
|
Appoġġ ieħor (irid jiġi speċifikat) |
[Kaxxa tat-test li għandha timtela] |
||
|
Xejn (mhux applikabbli) |
|
||
|
||
|
{numru} |
|
||
|
[Kaxxa tat-test] |
|
|||
|
“Faċli ħafna biex tikkonforma magħhom” |
|
||
|
“Faċli biex tikkonforma magħhom” |
|
||
|
“Newtrali” (la faċli u lanqas diffiċli biex tikkonforma magħhom) |
|
||
|
“Diffiċli biex tikkonforma magħhom” |
|
||
|
“Diffiċli ħafna biex tikkonforma magħhom” |
|
||
|
||
|
[Kaxxa tat-test] |
|
||
|
[Kaxxa tat-test] |
|
||
|
[Kaxxa tat-test] |
B. Mistoqsijiet għar-riċevitur aħħari tal-ikel jew tal-assistenza materjali bażika (oġġetti) mogħtija bl-appoġġ tal-FSE+
L-intervistatur jenħtieġ li jispjega fil-qosor l-iskop tal-istħarriġ qabel ma jipproċedi bil-mistoqsijiet (biex ikun jaf aktar dwar is-sitwazzjoni personali tar-rispondent u l-fehmiet tiegħu dwar l-appoġġ riċevut). Ir-riċevitur aħħari tal-appoġġ dirett tal-FSE+ jenħtieġ li jiġi infurmat li l-istħarriġ huwa anonimu u li r-riżultati ta’ din l-intervista se jintużaw biss għall-fini ta’ dan l-istħarriġ. L-istħarriġ jenħtieġ li jirrispetta l-privatezza tar-riċevituri aħħarin.
|
|||||
|
Maskil |
Femminil |
Persuna mhux binarja |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
|
|
|
|
||
|
||||||
|
0 -17 (3) |
18-29 |
30-64 |
65 jew iktar |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|||
|
Waħdek |
|
||
|
F’koppja mingħajr tfal |
|
||
|
Waħdek bit-tfal |
|
||
|
F’koppja bit-tfal |
|
||
|
Oħrajn, speċifika: |
[Kaxxa tat-test li għandha timtela] |
||
|
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
|
||
|
|||
|
Permezz tas-servizzi soċjali/tal-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ |
|
||
|
Permezz ta’ reklamar fil-midja, flyers, fuljetti, kartolini |
|
||
|
Permezz tal-Internet/midja soċjali (Facebook, Twitter, Youtube) |
|
||
|
Permezz tal-familja jew ħbieb |
|
||
|
Oħrajn, speċifika: |
[Kaxxa tat-test li għandha timtela] |
||
|
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
|
||
|
||||
|
|
Iva |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
Ikel |
|
|
||
|
Oġġetti |
|
|
||
|
Pariri/gwida |
|
|
||
|
|||||
|
Iva |
Parzjalment |
Le |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
|
|
|
|
||
|
|||
|
Kwantità insuffiċjenti tal-ikel/oġġetti |
|
||
|
Frekwenza insuffiċjenti tat-tqassim tal-ikel/oġġetti |
|
||
|
Nuqqas ta’ disponibbiltà tal-ikel/oġġetti li kont qed infittex |
|
||
|
Kwalità baxxa tal-ikel/oġġetti |
|
||
|
Tip ieħor ta’ assistenza meħtieġ (irid jiġi speċifikat) |
[Kaxxa tat-test li għandha timtela] |
||
|
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
|
||
|
|||
|
Frott u ħxejjex friski |
|
||
|
Laħam |
|
||
|
Ħut |
|
||
|
Ħalib |
|
||
|
Prodotti oħra tal-ħalib (butir, jogurt, ġobon…) |
|
||
|
Prodotti bażiċi (dqiq, żejt, zokkor, għaġin, ross…) |
|
||
|
Ikel fil-laned (ħxejjex, frott, laħam…) jew ikliet ippreparati (sopop, ikliet iffriżati…) |
|
||
|
Deżerti, gallettini, ċereali tal-kolazzjon |
|
||
|
Te jew kafè |
|
||
|
Ikel tat-trabi (ħalib tat-trab, …) |
|
||
|
Ikel ieħor |
[Kaxxa tat-test li għandha timtela] |
||
|
Xejn (mhux applikabbli peress li ma rċevejtx ikel) |
|
||
|
|||
|
Ħwejjeġ u tagħmir għat-trabi |
|
||
|
Ħwejjeġ u tagħmir għat-tfal |
|
||
|
Ħwejjeġ u tagħmir għall-adulti |
|
||
|
Basktijiet tal-irqad/kutri |
|
||
|
Apparat tal-kċina |
|
||
|
Bjankerija tad-dar u prodotti tat-tindif |
|
||
|
Oġġetti tal-iġjene |
|
||
|
Oġġetti oħra |
[Kaxxa tat-test li għandha timtela] |
||
|
Xejn (mhux applikabbli peress li ma rċevejtx oġġetti) |
|
||
|
|||||
|
Għalija |
Għal adulti oħra li jgħixu miegħi |
Għat-tfal li jgħixu miegħi |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
|
|
|
|
||
|
|||||||
|
Kuljum |
Darba fil-ġimgħa |
Darba fix-xahar |
Tip ta’ frekwenza oħra |
Din hija l-ewwel darba li qed nirċievi l-assistenza |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
|
|
|
[speċifika l-frekwenza] |
|
|
||
|
|||||||
|
Kuljum |
Darba fil-ġimgħa |
Darba fix-xahar |
Tip ta’ frekwenza oħra |
Din hija l-ewwel darba li qed nirċievi l-assistenza |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
|
|
|
[speċifika l-frekwenza] |
|
|
||
|
||||||
|
Għada |
Il-ġimgħa d-dieħla |
Ix-xahar id-dieħel |
Oħrajn (perjodu ieħor) |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
|
|
|
[speċifika l-perjodu] |
|
||
|
|||
|
Kelli dewmien minħabba proċeduri jew dokumenti addizzjonali li kellhom jiġu pprovduti |
|
||
|
Kelli nivvjaġġa distanza twila |
|
||
|
Bdejt nistħi, ma nħobbx nitlob l-għajnuna |
|
||
|
Kelli diffikultajiet biex naċċessa l-informazzjoni |
|
||
|
Kelli diffikultajiet tekniċi (ma kellix mowbajl jew kompjuter, aċċess għal websajts…) |
|
||
|
Inbati biex nifhem il-lingwa |
|
||
|
Oħrajn (irid jiġi speċifikat) |
[Kaxxa tat-test li għandha timtela] |
||
|
Xejn (mhux applikabbli peress li ma ffaċċjajt l-ebda diffikultà) |
|
||
|
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
|
||
|
||||||
|
Tnaqqis fid-dħul (jekk jogħġbok speċifika eż. telf ta’ impjieg, qgħad parzjali) |
Żieda fl-ispejjeż tiegħi (jekk jogħġbok speċifika eż. minħabba żieda fl-għoli tal-ħajja) |
Raġuni oħra (speċifika) |
Mhux applikabbli peress li lanqas is-sena l-oħra ma kont niflaħ nixtrihom |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|||
|
Pariri dwar it-tħejjija/il-ħżin tal-ikel u n-nutrizzjoni (workshops tat-tisjir, riċetti) |
|
||
|
Pariri dwar is-saħħa |
|
||
|
Riorjentament lejn servizzi kompetenti (pereżempju, servizzi soċjali, amministrazzjonijiet, eċċ.) |
|
||
|
Coaching individwali u workshops |
|
||
|
Appoġġ psikoloġiku u terapewtiku |
|
||
|
Pariri dwar it-tiftix għal impjieg |
|
||
|
Pariri dwar l-immaniġġjar tal-baġit domestiku |
|
||
|
Oħrajn (irid jiġi speċifikat) |
[Kaxxa tat-test li għandha timtela] |
||
|
Mhux applikabbli peress li ma rċevejt l-ebda parir jew gwida |
|
||
|
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
|
||
|
||||||
|
Utli ħafna |
Kemxejn utli |
Mhux daqshekk utli |
Ma kienu utli xejn |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
|
|
|
|
|
||
|
||
|
[Kaxxa tat-test] |
|
||||
|
Iva |
Le |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
|
|
|
||
|
|||||
|
|
Iva |
Le |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|||
|
Jien sid id-dar fejn ngħix |
|
||
|
Nikri appartament jew dar |
|
||
|
Ospitat minn familja, ħbieb jew persuni oħra |
|
||
|
Ngħix f’dar għall-anzjani |
|
||
|
Ngħix f’akkomodazzjoni għal ommijiet jew missirijiet waħedhom |
|
||
|
Ngħix f’residenza universitarja jew f’ħostel għall-ħaddiema żgħażagħ |
|
||
|
Ngħix f’akkomodazzjoni għall-applikanti għall-ażil |
|
||
|
Ngħix f’karavan jew dar mobbli |
|
||
|
Ngħix fit-triq (okkupazzjoni illegali ta’ proprjetà, kerrejja, tinda…) |
|
||
|
Ngħix f’kamp tar-refuġjati |
|
||
|
Oħrajn (irid jiġi speċifikat) |
[Kaxxa tat-test li għandha timtela] |
||
|
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
|
||
|
||
|
[Kaxxa tat-test] |
(1) Għall-istħarriġ li għandu jsir fl-2025, is-sena kalendarja preżenti tirreferi għas-sena kalendarja 2024. Għall-istħarriġ li għandu jsir fl-2028, is-sena kalendarja preżenti tirreferi għas-sena kalendarja 2027.
(2) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna għall-mistoqsija A3
(3) F’każ li r-riċevitur aħħari jkun tifel jew tifla, it-tweġibiet jenħtieġ li jinkisbu mill-ġenitur(i) jew minn rappreżentant awtorizzat.
(4) Grupp ta’ nies, aktarx familja, li jgħixu flimkien.
(5) Għal persuni spostati minn pajjiżi mhux tal-UE li ma jistgħux jirritornaw lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom EUR-Lex - 32001L0055 - MT - EUR-Lex (europa.eu).
ANNESS II
MUDELL TA’ STĦARRIĠ STRUTTURAT DWAR L-APPOĠĠ DIRETT TAL-FSE+ BIEX TIĠI INDIRIZZATA L-PRIVAZZJONI MATERJALI
MISTOQSIJIET
L-organizzazzjoni tal-intervistatur: [isem l-entità li għaliha qed jaħdem l-intervistatur]
Post: [Kodiċi postali minn fejn isir l-istħarriġ]
Benefiċjarju li jagħti l-appoġġ: [isem l-organizzazzjoni minn fejn ir-riċevitur aħħari rċieva l-assistenza]
[tip ta’ organizzazzjoni]
[attività tal-organizzazzjoni: saħħa, edukazzjoni, protezzjoni soċjali, ikel, konsulenza, appoġġ psikoloġiku, appoġġ għall-akkomodazzjoni, oħrajn]
Data: [data tal-istħarriġ fil-format jj/xx/ssss]
A. Mistoqsijiet lill-benefiċjarju li jagħti l-appoġġ indirettament permezz ta’, pereżempju, vawċers/kards
|
|||
|
Ikel indirizzat għal tfal ta’ taħt it-18-il sena |
(Iva/Le) |
||
|
Ikel indirizzat għal persuni mingħajr dar |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil nisa |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil ġenituri waħedhom |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil persuni ta’ 65 sena jew aktar |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil persuni b’diżabilità |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, lil persuni bi sfond barrani jew minoranza |
(Iva/Le) |
||
|
Ikel indirizzat għal gruppi oħrajn fil-mira |
(Iva/Le) (u jekk iva, speċifika l-grupp fil-mira) |
||
|
Oġġetti indirizzati għal tfal ta’ taħt it-18-il sena |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti indirizzati għal persuni mingħajr dar |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil nisa |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil ġenituri waħedhom |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil persuni ta’ 65 sena jew aktar |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil persuni b’diżabilità |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, lil persuni bi sfond barrani jew minoranza |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti indirizzati għal nies oħrajn |
(Iva/Le) (u jekk iva, speċifika l-grupp fil-mira) |
||
|
|||
|
Ikel |
|
||
|
Prodotti bażiċi ta’ assistenza materjali (bħall-prodotti tal-iġjene) |
|
||
|
Materjal/tagħmir edukattiv jew awdjoviżiv |
|
||
|
Affarijiet oħra li jinbiegħu fis-supermarkets, b’xi eċċezzjonijiet (alkoħol, tabakk, eċċ.) |
(jekk jogħġbok speċifika) |
||
|
Oħrajn |
(jekk jogħġbok speċifika) |
||
|
||
|
{numru} |
|
|||
|
Tqassim tal-ikel lit-tfal ta’ taħt it-18-il sena |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil persuni mingħajr dar |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil nisa |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil ġenituri waħedhom |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil persuni ta’ 65 sena jew aktar |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil persuni b’diżabilità |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, lil persuni bi sfond barrani jew minoranza |
(Iva/Le) |
||
|
Tqassim tal-ikel lil nies oħrajn |
(Iva/Le) (u jekk iva, speċifika l-grupp fil-mira) |
||
|
Oġġetti mqassma lil tfal ta’ taħt it-18-il sena |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil persuni mingħajr dar |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil nisa |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil ġenituri waħedhom |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil persuni ta’ 65 sena jew aktar |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil persuni b’diżabilità |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, lil persuni bi sfond barrani jew minoranza |
(Iva/Le) |
||
|
Oġġetti mqassma lil nies oħrajn |
(Iva/Le) (u jekk iva, speċifika l-grupp fil-mira) |
||
|
Ma tafx peress li mhuwiex traċċabbli |
(Iva/Le) |
||
|
Mhux applikabbli peress li aħna nipprovdu biss appoġġ kofinanzjat mill-FSE+ |
(Iva/Le) |
||
|
|||
|
Pariri dwar it-tħejjija/il-ħżin tal-ikel u n-nutrizzjoni (workshops tat-tisjir, riċetti) |
|
||
|
Pariri dwar is-saħħa |
|
||
|
Riorjentament lejn servizzi kompetenti (pereżempju, servizzi soċjali, amministrazzjonijiet, eċċ.) |
|
||
|
Coaching individwali u workshops |
|
||
|
Appoġġ psikoloġiku u terapewtiku |
|
||
|
Pariri dwar it-tiftix għal impjieg |
|
||
|
Pariri dwar l-immaniġġjar tal-baġit domestiku |
|
||
|
Appoġġ ieħor (irid jiġi speċifikat) |
[Kaxxa tat-test li għandha timtela] |
||
|
Xejn (mhux applikabbli) |
|
||
|
||
|
{numru} |
|
||
|
[Kaxxa tat-test] |
|
||
|
{ammont f’EUR} |
||
|
[Kaxxa tat-test jekk tkun meħtieġa kjarifika] |
|
|||
|
“Faċli ħafna biex tikkonforma magħhom” |
|
||
|
“Faċli biex tikkonforma magħhom” |
|
||
|
“Newtrali” (la faċli u lanqas diffiċli biex tikkonforma magħhom) |
|
||
|
“Diffiċli biex tikkonforma magħhom” |
|
||
|
“Diffiċli ħafna biex tikkonforma magħhom” |
|
||
|
||
|
[Kaxxa tat-test] |
|
||
|
[Kaxxa tat-test] |
|
||
|
[Kaxxa tat-test] |
B. Mistoqsijiet għar-riċevitur aħħari ta’ appoġġ tal-FSE+
L-intervistatur għandu jispjega fil-qosor l-iskop tal-istħarriġ qabel ma jipproċedi bil-mistoqsijiet (biex ikun jaf aktar dwar is-sitwazzjoni personali tar-rispondent u l-fehmiet tiegħu dwar l-appoġġ riċevut). Ir-riċevitur aħħari tal-appoġġ indirett tal-FSE+ għandu jiġi infurmat li l-istħarriġ huwa anonimu u li r-riżultati ta’ din l-intervista se jintużaw biss għall-fini ta’ dan l-istħarriġ. L-istħarriġ għandu jirrispetta l-privatezza tar-riċevituri aħħarin.
|
|||||
|
Maskil |
Femminil |
Persuna mhux binarja |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
|
|
|
|
||
|
||||||
|
0-17 (4) |
18-29 |
30-64 |
65 jew iktar |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|||
|
Waħdek |
|
||
|
F’koppja mingħajr tfal |
|
||
|
Waħdek bit-tfal |
|
||
|
F’koppja bit-tfal |
|
||
|
Oħrajn, speċifika: |
[Kaxxa tat-test li għandha timtela] |
||
|
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
|
||
|
|||
|
Permezz tas-servizzi soċjali/tal-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ |
|
||
|
Permezz ta’ reklamar fil-midja, flyers, fuljetti, kartolini |
|
||
|
Permezz tal-Internet/midja soċjali (Facebook, Twitter, Youtube) |
|
||
|
Permezz tal-familja jew ħbieb |
|
||
|
Oħrajn, speċifika: |
[Kaxxa tat-test li għandha timtela] |
||
|
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
|
||
|
||||
|
|
Iva |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
Ikel |
|
|
||
|
Oġġetti |
|
|
||
|
Pariri/gwida |
|
|
||
|
|||||
|
Iva |
Parzjalment |
Le |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
|
|
|
|
||
|
||
|
[Kaxxa tat-test] |
|
|||
|
Frott u ħxejjex friski |
|
||
|
Laħam |
|
||
|
Ħut |
|
||
|
Ħalib |
|
||
|
Prodotti oħra tal-ħalib (butir, jogurt, ġobon…) |
|
||
|
Prodotti bażiċi (dqiq, żejt, zokkor, għaġin, ross…) |
|
||
|
Ikel fil-laned (ħxejjex, frott, laħam…) jew ikliet ippreparati (sopop, ikliet iffriżati…) |
|
||
|
Deżerti, gallettini, ċereali tal-kolazzjon |
|
||
|
Te jew kafè |
|
||
|
Ikel tat-trabi (ħalib tat-trab, …) |
|
||
|
Ikel ieħor |
[Kaxxa tat-test li għandha timtela] |
||
|
Xejn (mhux applikabbli peress li ma rċevejtx ikel) |
|
||
|
|||
|
Ħwejjeġ u tagħmir għat-trabi |
|
||
|
Ħwejjeġ u tagħmir għat-tfal |
|
||
|
Ħwejjeġ u tagħmir għall-adulti |
|
||
|
Basktijiet tal-irqad/kutri |
|
||
|
Apparat tal-kċina |
|
||
|
Bjankerija tad-dar u prodotti tat-tindif |
|
||
|
Oġġetti tal-iġjene |
|
||
|
Oġġetti oħra |
[Kaxxa tat-test li għandha timtela] |
||
|
Xejn (mhux applikabbli peress li ma rċevejtx oġġetti) |
|
||
|
|||||
|
Għalija |
Għal adulti oħra li jgħixu miegħi |
Għat-tfal li jgħixu miegħi |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
|
|
|
|
||
|
|||
|
Kelli dewmien minħabba proċeduri jew dokumenti addizzjonali li kellhom jiġu pprovduti |
|
||
|
Kelli nivvjaġġa distanza twila |
|
||
|
Bdejt nistħi, ma nħobbx nitlob l-għajnuna |
|
||
|
Kelli diffikultajiet biex naċċessa l-informazzjoni |
|
||
|
Kelli diffikultajiet tekniċi (ma kellix mowbajl jew kompjuter, aċċess għal websites…) |
|
||
|
Inbati biex nifhem il-lingwa |
|
||
|
Oħrajn (irid jiġi speċifikat) |
[Kaxxa tat-test li għandha timtela] |
||
|
Xejn (mhux applikabbli peress li ma ffaċċjajt l-ebda diffikultà) |
|
||
|
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
|
||
|
||||||
|
Tnaqqis fid-dħul (jekk jogħġbok speċifika eż. telf ta’ impjieg, qgħad parzjali) |
Żieda fl-ispejjeż tiegħi (jekk jogħġbok speċifika eż. minħabba żieda fl-għoli tal-ħajja) |
Raġuni oħra (speċifika) |
Mhux applikabbli peress li lanqas is-sena l-oħra ma kont niflaħ nixtrihom |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|||
|
Pariri dwar it-tħejjija/il-ħżin tal-ikel u n-nutrizzjoni (workshops tat-tisjir, riċetti) |
|
||
|
Pariri dwar is-saħħa |
|
||
|
Riorjentament lejn servizzi kompetenti (pereżempju, servizzi soċjali, amministrazzjonijiet, eċċ.) |
|
||
|
Coaching individwali u workshops |
|
||
|
Appoġġ psikoloġiku u terapewtiku |
|
||
|
Pariri dwar it-tiftix għal impjieg |
|
||
|
Pariri dwar l-immaniġġjar tal-baġit domestiku |
|
||
|
Oħrajn (irid jiġi speċifikat) |
[Kaxxa tat-test li għandha timtela] |
||
|
Mhux applikabbli peress li ma rċevejt l-ebda parir jew gwida |
|
||
|
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
|
||
|
||||||
|
Utli ħafna |
Kemxejn utli |
Mhux daqshekk utli |
Ma kienu utli xejn |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija jew mhux applikabbli |
||
|
|
|
|
|
|
||
|
||
|
[Kaxxa tat-test] |
|
||||
|
Iva |
Le |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
|
|
|
||
|
|||||
|
|
Iva |
Le |
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|||
|
Jien sid id-dar fejn ngħix |
|
||
|
Nikri appartament jew dar |
|
||
|
Ospitat minn familja, ħbieb jew persuni oħra |
|
||
|
Ngħix f’dar għall-anzjani |
|
||
|
Ngħix f’akkomodazzjoni għal ommijiet jew missirijiet waħedhom |
|
||
|
Ngħix f’residenza universitarja jew f’ħostel għall-ħaddiema żgħażagħ |
|
||
|
Ngħix f’akkomodazzjoni għall-applikanti għall-ażil |
|
||
|
Ngħix f’karavan jew dar mobbli |
|
||
|
Ngħix fit-triq (okkupazzjoni illegali ta’ proprjetà, kerrejja, tinda…) |
|
||
|
Ngħix f’kamp tar-refuġjati |
|
||
|
Oħrajn (irid jiġi speċifikat) |
[Kaxxa tat-test li għandha timtela] |
||
|
Ma nixtieqx inwieġeb/ma nafx/ma fhimtx il-mistoqsija |
|
||
|
||
|
[Kaxxa tat-test] |
(1) Għall-istħarriġ li għandu jsir fl-2025, is-sena kalendarja preżenti tirreferi għas-sena kalendarja 2024, li fiha jsir l-istħarriġ. Għall-istħarriġ li għandu jsir fl-2028, is-sena kalendarja preżenti tirreferi għas-sena kalendarja 2027.
(2) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna għall-mistoqsija A3.
(3) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna għall-mistoqsija A3.
(4) F’każ li r-riċevitur aħħari jkun tifel jew tifla, it-tweġibiet għandhom jinkisbu mill-ġenitur(i) jew minn rappreżentant awtorizzat.
(5) Grupp ta’ nies, aktarx familja, li jgħixu flimkien.
(6) Għal persuni spostati minn pajjiżi mhux tal-UE li ma jistgħux jirritornaw lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom EUR-Lex - 32001L0055 - MT - EUR-Lex (europa.eu).
|
28.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/23 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2072
tas-27 ta’ Settembru 2023
li jħassar id-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bir-Regolament Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013 il-Kunsill jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja (2) (“ir-Regolament oriġinali”). Dan ir-Regolament daħal fis-seħħ fl-27 ta’ Novembru 2013. |
|
(2) |
Fil-15 ta’ Settembru 2016, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti Ġenerali”) tat sentenzi fil-kawżi T-80/14 (3), T-111/14 sa T-121/14 (4) u T-139/14 (5) (iktar ’il quddiem “is-sentenzi”) li annullaw l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament oriġinali safejn applikaw għar-rikorrenti f’dawk il-kawżi (iktar ’il quddiem “il-produtturi esportaturi kkonċernati”) (6). Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kien inizjalment appella s-sentenzi iżda wara d-deċiżjoni tal-Kunsill fl-2018 li jirtira l-appelli tiegħu, is-sentenzi saru definittivi u vinkolanti mid-data tal-għoti tagħhom. |
|
(3) |
Fis-26 ta’ Ottubru 2016 il-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO (DSB - Dispute Settlement Body) adotta r-rapport tal-bord, kif immodifikat mir-rapport tal-Korp tal-Appell (“ir-Rapporti tal-Arġentina”), fit-tilwima tal-Unjoni Ewropea — il-Miżuri Antidumping fuq il-Bijodiżil mill-Arġentina (DS473) (7). Fost affarijiet oħra, ir-rapporti sabu li l-aġġustament tal-kost imwettaq mill-UE meta imponiet dazji anti-dumping fuq il-bijodiżil li joriġina mill-Arġentina kien inkompatibbli mal-liġi tad-WTO. |
|
(4) |
Fit-18 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1578 li jimplimenta s-sejbiet tad-DSB f’DS473 u li jemenda r-Regolament oriġinali f’dak li għandu x’jaqsam mal-importazzjonijiet mill-Arġentina (8) (“ir-Regolament emendatorju”). |
|
(5) |
Fit-28 ta’ Frar 2018, id-DSB adotta wkoll ir-rapport tal-bord fil-Kawża l-Unjoni Ewropea — il-Miżuri Anti-dumping fit-tilwima dwar il-bijodiżil mill-Indoneżja (DS480), (“ir-Rapport tal-Indoneżja”) (9). La l-Indoneżja u lanqas l-UE ma appellaw dak ir-rapport li s-sejba ewlenija tiegħu kienet simili għal dik fid-DS473, b’mod partikolari li l-aġġustament tal-kost imwettaq mill-UE fir-rigward tal-importazzjonijiet Indoneżjani kien inkompatibbli mal-liġi tad-WTO. |
|
(6) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1570 (10), il-Kummissjoni temmet il-proċedimenti li jikkonċernaw l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja u ħassret ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013. |
|
(7) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1570, il-Kummissjoni ordnat lill-awtoritajiet doganali li d-dazji anti-dumping definittivi mħallsa skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013 dwar importazzjonijiet ta’ bijodiżil mill-Arġentina u mill-Indoneżja u d-dazji provviżorji miġbura definittivament skont l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, għandhom jiġu rrimborżati jew jitnaqqsu minħabba li jirrelataw ma’ importazzjonijiet ta’ bijodiżil mibjugħ għal esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi fl-Arġentina u fl-Indoneżja li kienu kkontestaw b’suċċess ir-regolament oriġinali quddiem il-Qorti (11). Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni sabet li d-dazji anti-dumping li kienu ġew imposti fuq kumpaniji oħra kienu nġabru legalment skont id-dritt tal-Unjoni u jenħtieġ li ma jitħallsux lura jew jiġu rimessi. Ir-rimborż jew tnaqqis kellu jintalab mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli. |
|
(8) |
Fit-22 ta’ Ġunju 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-Kawża C-268/22, Vitol vs Belgische Staat, (12) dwar talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) min-Nederlandstalige rechtbank eerste aanleg Brussel, li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1578, huwa invalidu. B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat li l-konklużjonijiet xierqa kollha jridu jinsiltu mis-sejbiet magħmula kemm mill-Qorti Ġenerali kif ukoll mill-Kummissjoni nnifisha wara l-ftuħ mill-ġdid, f’Mejju 2018, tal-investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja (13). |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 266 tat-TFUE, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma meħtieġa jieħdu l-passi meħtieġa biex jikkonformaw mas-sentenzi tal-Qorti. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni fakkret li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013, kif emendat, tħassar mill-20 ta’ Ottubru 2018 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1570. Madankollu, is-sentenza fil-kawża C-268/22 għandha l-effett li tinvalida r-Regolament oriġinali, kif emendat fl-2017, erga omnes u ex-tunc. Fi kliem ieħor, id-deċiżjoni hija applikabbli għall-partijiet kollha u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013, kif emendat, jitqies bħala invalidu mill-jum li fih daħal fis-seħħ fir-rigward tal-partijiet kollha. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni qieset li l-iżbalji misjuba mill-Qorti ma jistgħux jiġu rrimedjati b’tali mod li l-applikazzjoni korretta tar-regoli ma setgħetx tiġġustifika l-impożizzjoni mill-ġdid tal-miżuri. Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1578, għandu jitħassar fl-intier tiegħu b’effett mis-27 ta’ Novembru 2013. Barra minn hekk, kwalunkwe dazju definittiv imħallas, u dazju provviżorju miġbur skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013, kif emendat, għandhom jitħallsu lura jew jinħafru skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli. Minn dan jirriżulta, b’mod partikolari, li kull operatur li jkun ħallas dawn id-dazji jista’, bħala prinċipju, jitlob ir-rimbors tagħhom biss jekk u sa fejn il-perijodu ta’ tliet snin previst għal dan il-għan fl-Artikolu 121(1)(a) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni ma jkunx skada. Il-fatt li r-Regolament (UE) Nru 1194/2013 ġie ddikjarat invalidu (inkluż b’effett erga omnes) ma jirrappreżentax ċirkostanza imprevedibbli jew force majeure li tippermetti estensjoni ta’ dan il-perjodu skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 121(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. |
|
(12) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(13) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Id-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1578, jitħassru mis-27 ta’ Novembru 2013.
2. Kwalunkwe dazju anti-dumping imħallas skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1578, għandu jitħallas lura jew jitnaqqas f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013 tad-19 ta’ Novembru 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU L 315, 26.11.2013, p. 2).
(3) Il-Kawża T-80/14, PT Musim Mas vs il-Kunsill.
(4) Il-Kawża T-111/14 Unitec Bio SA vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kawżi T-112/14 sa T-116/14 u T-119/14, Molinos Río de la Plata SA u Oħrajn vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kawża T-117/14, Cargill SACI vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kawża T-118/14, LDC Argentina SA vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kawża T-120/14, PT Ciliandra Perkasa vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kawża T-121/14, PT Pelita Agung Agrindustri vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(5) Il-Kawża T-139/14, PT Wilmar Bioenergi Indonesia u PT Wilmar Nabati Indonesia vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(6) Il-produtturi esportaturi Arġentini Unitec Bio SA, Molinos Rio de la Plata SA, Oleaginosa Moreno Hermanos SACIFI y A, Vicentin SAIC, Aceitera General Deheza SA, Bunge Argentina SA, Cargill SACI, Louis Dreyfus Commodities S.A. (LDC Argentina SA), u l-produtturi esportaturi Indoneżjani PT Pelita Agung Agrindustri, PT Ciliandra Perkasa, PT Wilmar Bioenergi Indonesia, PT Wilmar Nabati Indonesia, PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas).
(7) WTO, Report of the Appellate Body, AB-2016-4, WT/DS473/AB/R, is-6 ta’ Ottubru 2016, u WTO, Report of the Panel, WT/DS473/R, id-29 ta’ Marzu 2016.
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1578 tat-18 ta’ Settembru 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU L 239, 19.9.2017, p. 9).
(9) WTO, Report of the Panel, WT/DS480/R, il-25 ta’ Jannar 2018.
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1570 tat-18 ta’ Ottubru 2018 li jtemm il-proċedimenti li jikkonċernaw l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw fl-Arġentina u l-Indoneżja u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013 (ĠU L 262, 19.10.2018, p. 40).
(11) Ara n-nota 6 f’qiegħ il-paġna hawn fuq.
(12) Is-sentenza tat-22 ta’ Ġunju 2023, VITOL, C-268/22, mhux ippubblikata, ECLI:EU:C:2023:508.
(13) Ibidem, il-para. 71.
(14) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
DEĊIŻJONIJIET
|
28.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2073
tal-25 ta’ Settembru 2023
li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni 98/591/KE (2), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (3) (“il-Ftehim”). Il-Ftehim ġie ffirmat f’Washington, DC, fil-5 ta’ Diċembru 1997 u daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 1998. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 12, il-punt (b), tal-Ftehim, il-Ftehim ġie konkluż għal perjodu inizjali ta’ ħames snin. Suġġett għar-rieżami mill-Partijiet fl-aħħar sena ta’ kull perjodu suċċessiv, il-Ftehim jista’ jiġi estiż, b’emendi possibbli, għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin bi ftehim komuni bil-miktub bejn il-Partijiet. |
|
(3) |
Permezz tad-Deċiżjonijiet 2004/756/KE (4), 2009/306/KE (5), 2014/240/UE (6) u (UE) 2018/1578 (7), il-Kunsill approva l-estensjoni tal-Ftehim għal perjodi addizzjonali suċċessivi ta’ ħames snin. Il-Ftehim ser jiskadi fl-14 ta’ Ottubru 2023. |
|
(4) |
Il-valutazzjoni li wettqet il-Kummissjoni turi li l-Ftehim jipprovdi qafas importanti biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerka f’oqsma ta’ prijorità komuni għax-xjenza u t-teknoloġija, li jwassal għal benefiċċji reċiproki. Għalhekk huwa fl-interess tal-Unjoni li l-Ftehim jiġi estiż għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin. |
|
(5) |
L-iskambju ta’ ittri bejn il-Partijiet, datati s-7 ta’ Novembru 2022 u t-13 ta’ Diċembru 2022, ikkonferma l-interess tagħhom li jestendu l-Ftehim għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin. |
|
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li l-estensjoni tal-Ftehim tiġi approvata f’isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka, għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin, b’dan hija approvata f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa għall-estensjoni tal-Ftehim f’konformità mal-Artikolu 12, il-punt (b), tal-Ftehim.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
H. GÓMEZ HERNÁNDEZ
(1) Approvazzjoni tat-13 ta’ Settembru 2023 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/591/KE tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 284, 22.10.1998, p. 35).
(3) ĠU L 284, 22.10.1998, p. 37.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/756/KE tal-4 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim li jġedded il-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 335, 11.11.2004, p. 5).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/306/KE tat-30 ta’ Marzu 2009 dwar l-estensjoni u l-modifikazzjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 90, 2.4.2009, p. 20).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/240/UE tal-14 ta’ April 2014 li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 43).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1578 tat-18 ta’ Settembru 2018 dwar l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 263, 22.10.2018, p. 1).
|
28.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2074
tal-25 ta’ Settembru 2023
li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Iżvezja, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Żvediż,
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, tal-impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali. |
|
(2) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 (2), li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025. |
|
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Thord Stefan BACK, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
|
(4) |
Il-Gvern Żvediż ippropona lis-Sur Tomas ARVIDSSON, Direktör, Transportindustriförbundet (Transportföretagen), Svenskt Näringslivs allmänna avdelning (Direttur, Konfederazzjoni Żvediża tal-Intrapriżi tat-Trasport, id-Dipartiment Ġenerali tal-Konfederazzjoni tal-Intrapriżi Żvediżi), bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Tomas ARVIDSSON, Direktör, Transportindustriförbundet (Transportföretagen), Svenskt Näringslivs allmänna avdelning (Direttur, Konfederazzjoni Żvediża tal-Intrapriżi tat-Trasport, id-Dipartiment Ġenerali tal-Konfederazzjoni tal-Intrapriżi Żvediżi), huwa b’dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
H. GÓMEZ HERNÁNDEZ
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1392 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1).
|
28.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2075
tal-25 ta’ Settembru 2023
li taħtar żewġ membri, proposti mir-Repubblika tal-Finlandja, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Finlandiż,
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, tal-impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali. |
|
(2) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 (2), li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025. |
|
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Timo VUORI u tas-Sa Janica YLIKARJULA saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
|
(4) |
Il-Gvern Finlandiż ippropona lis-Sur Teppo SÄKKINEN, Elinkeino- ja ilmastoasiantuntija, Keskuskauppakamari (Espert dwar il-klima, Kamra tal-Kummerċ tal-Finlandja), u s-Sa Päivi WOOD, Johtava asiantuntija, Elinkeinoelämän keskusliitto (Konsulent ewlieni tal-politika dwar l-affarijiet tal-UE, Konfederazzjoni tal-Industriji Finlandiżi, EK) bħala membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025:
|
— |
is-Sur Teppo SÄKKINEN, Elinkeino- ja ilmastoasiantuntija, Keskuskauppakamari (Espert dwar il-klima, Kamra tal-Kummerċ tal-Finlandja), kif ukoll |
|
— |
is-Sa Päivi WOOD, Johtava asiantuntija, Elinkeinoelämän keskusliitto (Konsulent ewlieni għall-politika dwar l-affarijiet tal-UE, Konfederazzjoni tal-Industriji Finlandiżi, EK). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
H. GÓMEZ HERNÁNDEZ
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1392 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1).
|
28.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2076
tal-25 ta’ Settembru 2023
li taħtar membru, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, (1)
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Daniż,
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, tal-impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali. |
|
(2) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 (2), li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025. |
|
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Ulla MOTH-LUND CHRISTENSEN, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
|
(4) |
Il-Gvern Daniż ippropona lis-Sa Juliane Marie NEIIENDAM Bestyrelsesmedlem i Kvinderådet Danmark (Membru tal-bord tal-Kunsill tan-Nisa tad-Danimarka), bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Juliane Marie NEIIENDAM, Bestyrelsesmedlem i Kvinderådet Danmark, (Membru tal-bord tal-Kunsill tan-Nisa tad-Danimarka) hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
H. GÓMEZ HERNÁNDEZ
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1392 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1).
|
28.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2077
tal-25 ta’ Settembru 2023
li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika ta’ Ċipru, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern ta’ Ċipru,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
|
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Christodoulos IOANNOU, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Il-Gvern ta’ Ċipru ppropona lis-Sa Isabella TYMVIOU, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali ta’ awtorità lokali Δημοτική Σύμβουλος-Δήμος Λευκωσίας (Kunsillier tal-Belt, Muniċipalità ta’ Nicosia), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Isabella TYMVIOU, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali, Δημοτική Σύμβουλος-Δήμος Λευκωσίας (Kunsillier tal-Belt, Muniċipalità ta’ Nicosia), hija b’dan maħtura bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi brussell, il-25 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
H. GÓMEZ HERNÁNDEZ
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 237, 17.12.2019, p. 78).
|
28.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/2078
tas-26 ta’ Settembru 2023
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/743 (EUNAVFOR MED IRINI/3/2023)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, li stabbiliet u nediet operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI. |
|
(3) |
Fl-4 ta’ April 2023, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/743 (2) li taħtar lill-Viċi Ammirall Valentino RINALDI bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI mill-1 ta’ April 2023. |
|
(4) |
Fil-5 ta’ Settembru 2023, l-awtoritajiet militari Griegi pproponew il-ħatra tal-Komodor Konstantinos BAKALAKOS biex jieħu post il-Viċi Ammirall Valentino RINALDI bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE ta’ EUNAVFOR MED IRINI mill-1 ta’ Ottubru 2023. Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE appoġġa dik il-ħatra proposta. |
|
(5) |
Fit-12 ta’ Settembru 2023, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni li saret mill-awtoritajiet militari Griegi. |
|
(6) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Komodor Konstantinos BAKALAKOS bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI. |
|
(7) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/743 titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Komodor Konstantinos BAKALAKOS huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) mill-1 ta’ Ottubru 2023.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/743 hija mħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2023.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/743 tal-4 ta’ April 2023 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1681 (EUNAVFORMED IRINI/1/2023) (ĠU L 98, 11.4.2023, p. 6).
Rettifika
|
28.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/37 |
Rettifika għall-Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2023/278 tal-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 58 tat-23 ta’ Frar 2023 )
Fid-Dikjarazzjoni Ġenerali tan-Nefqa, paġna 14, it-Tabelli li Jagħtu Ħarsa Ġenerali lejn il-Baġit 2023 skont il-QFP 2021-2027 MFF, 1. Limiti Massimi tal-QFP fil-Baġit 2023, it-tabella hija emendata kif ġej:
minflok:
|
“Intestatura |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
Total |
|
|
|
|||||||||
|
APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN |
|||||||||
|
1. |
Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali |
20 919 |
21 878 |
21 727 |
20 984 |
21 272 |
21 847 |
22 077 |
150 102 |
|
2. |
Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri |
6 364 |
67 806 |
70 137 |
72 367 |
74 993 |
66 536 |
70 283 |
427 582 |
|
2a. |
Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali |
1 769 |
61 345 |
62 939 |
64 683 |
66 479 |
56 725 |
58 639 |
372 579 |
|
2b. |
Reżiljenza u l-valuri |
4 595 |
6 461 |
7 198 |
7 684 |
8 514 |
9 811 |
11 644 |
55 003 |
|
3. |
Riżorsi Naturali u Ambjent |
56 841 |
56 965 |
57 295 |
57 449 |
57 558 |
57 332 |
57 557 |
400 997 |
|
|
li minnhom: Nefqa marbuta mas- suq u pagamenti diretti |
40 368 |
40 639 |
40 693 |
41 649 |
41 782 |
41 913 |
42 047 |
289 091 |
|
4. |
Migrazzjoni u Ġestjoni tal- Fruntieri |
1 791 |
3 360 |
3 814 |
3 866 |
4 387 |
4 315 |
4 465 |
25 847 |
|
5. |
Sigurtà u Difiża |
1 696 |
1 896 |
1 946 |
2 004 |
2 243 |
2 435 |
2 705 |
14 925 |
|
6. |
Viċinat u d-Dinja |
16 247 |
16 802 |
16 329 |
15 830 |
15 304 |
14 754 |
15 331 |
110 597 |
|
7. |
Amministrazzjoni Pubblika Ewropea |
10 635 |
11 058 |
11 419 |
11 773 |
12 124 |
12 506 |
12 959 |
82 474 |
|
|
li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet |
8 216 |
8 528 |
8 772 |
9 006 |
9 219 |
9 464 |
9 786 |
62 991 |
|
|
TOTAL TAL-IMPENJI |
114 493 |
179 765 |
182 667 |
184 273 |
187 881 |
179 725 |
185 377 |
1 212 524 |
|
|
|||||||||
|
|
TOTAL TAL-PAGAMENTI |
166 140 |
170 558 |
168 575 |
168 853 |
172 230 |
175 674 |
179 187 |
1 196 835 ” |
aqra:
|
“Intestatura |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
Total |
|
|
|
|||||||||
|
APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN |
|||||||||
|
1. |
Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali |
20 919 |
21 878 |
21 727 |
20 984 |
21 272 |
21 847 |
22 077 |
150 704 |
|
2. |
Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri |
6 364 |
67 806 |
70 137 |
72 367 |
74 993 |
66 536 |
70 283 |
428 486 |
|
2a. |
Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali |
1 769 |
61 345 |
62 939 |
64 683 |
66 479 |
56 725 |
58 639 |
372 579 |
|
2b. |
Reżiljenza u l-valuri |
4 595 |
6 461 |
7 198 |
7 684 |
8 514 |
9 811 |
11 644 |
55 907 |
|
3. |
Riżorsi Naturali u Ambjent |
56 841 |
56 965 |
57 295 |
57 449 |
57 558 |
57 332 |
57 557 |
400 997 |
|
|
li minnhom: Nefqa marbuta mas- suq u pagamenti diretti |
40 368 |
40 639 |
40 693 |
41 649 |
41 782 |
41 913 |
42 047 |
289 091 |
|
4. |
Migrazzjoni u Ġestjoni tal- Fruntieri |
1 791 |
3 360 |
3 814 |
3 866 |
4 387 |
4 315 |
4 465 |
25 998 |
|
5. |
Sigurtà u Difiża |
1 696 |
1 896 |
1 946 |
2 004 |
2 243 |
2 435 |
2 705 |
14 925 |
|
6. |
Viċinat u d-Dinja |
16 247 |
16 802 |
16 329 |
15 830 |
15 304 |
14 754 |
15 331 |
110 597 |
|
7. |
Amministrazzjoni Pubblika Ewropea |
10 635 |
11 058 |
11 419 |
11 773 |
12 124 |
12 506 |
12 959 |
82 474 |
|
|
li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet |
8 216 |
8 528 |
8 772 |
9 006 |
9 219 |
9 464 |
9 786 |
62 991 |
|
|
TOTAL TAL-IMPENJI |
114 493 |
179 765 |
182 667 |
184 273 |
187 881 |
179 725 |
185 377 |
1 214 181 |
|
|
|||||||||
|
|
TOTAL TAL-PAGAMENTI |
163 496 |
170 558 |
168 575 |
168 853 |
172 230 |
175 674 |
179 187 |
1 198 573 ” |
|
28.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/39 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1803 tat-13 ta’ Awwissu 2023 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 237 tas-26 ta’ Settembru 2023 )
F’paġna 1, fit-titolu, u f’paġna 3, fil-firma:
minflok:
“ 13 ta’ Awwissu 2023 ”,
aqra:
“ 13 ta’ Settembru 2023 ”.
|
28.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/40 |
Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1862 tal-4 ta’ Ottubru 2022 li jistabbilixxi l-listi tal-ismijiet tad-dominju riżervati u mblokkati fil-qafas tad-dominju tal-ogħla livell.eu f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/517 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 259 tas-6 ta’ Ottubru 2022 )
F’paġna 109, fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1862 (A. Lista ta’ ismijiet li jistgħu jiġu rreġistrati jew riżervati, skont il-pajjiż) Il-lista għall-Iżlanda tinqara kif ġej:
“L-Iżlanda
|
1. |
arepublicadeislândia |
|
2. |
deijslandrepubliek |
|
3. |
derepubliekvanijsland |
|
4. |
iceland |
|
5. |
icelandrepublic |
|
6. |
iepublikaislande |
|
7. |
ijsland |
|
8. |
island |
|
9. |
islanda |
|
10. |
islande |
|
11. |
islandia |
|
12. |
islândia |
|
13. |
islandica |
|
14. |
islandrepublik |
|
15. |
islandskylisejnik |
|
16. |
islannintasavalta |
|
17. |
islanti |
|
18. |
izland |
|
19. |
ísland |
|
20. |
íslenskalýðveldið |
|
21. |
köztársaságizland |
|
22. |
larepubblicadiislanda |
|
23. |
larepúblicadeislandia |
|
24. |
larépubliquedislande |
|
25. |
lislande |
|
26. |
lýðveldiðísland |
|
27. |
puklerkaislandska |
|
28. |
rahvavabariikisland |
|
29. |
repubblicadiislanda |
|
30. |
repubblikataisland |
|
31. |
republicoficeland |
|
32. |
republikaisland |
|
33. |
republikaislandia |
|
34. |
republikavisland |
|
35. |
republikkenisland |
|
36. |
republikvonisland |
|
37. |
repúblicadeislandia |
|
38. |
repúblicadeislândia |
|
39. |
républiquedislande |
|
40. |
δημοκρατίατηςισλανδίας |
|
41. |
ισλανδία |
|
42. |
álftanes |
|
43. |
árneshreppur |
|
44. |
ásahreppur |
|
45. |
bifröst |
|
46. |
bíldudalur |
|
47. |
blönduós |
|
48. |
blönduósbær |
|
49. |
bolungarvík |
|
50. |
bæjarhreppur |
|
51. |
dalvík |
|
52. |
djúpavogshreppur |
|
53. |
djúpivogur |
|
54. |
fellabær |
|
55. |
fljótsdalshreppur |
|
56. |
flóahreppur |
|
57. |
grenivík |
|
58. |
grindavík |
|
59. |
grindavíkurbær |
|
60. |
grímsey |
|
61. |
grímseyjarhreppur |
|
62. |
grímsnes-oggrafningshreppur |
|
63. |
grýtubakkahreppur |
|
64. |
hnífsdalur |
|
65. |
hofsós |
|
66. |
hólar |
|
67. |
hólmavík |
|
68. |
hrísey |
|
69. |
húsavík |
|
70. |
hvolsvöllur |
|
71. |
höfn |
|
72. |
keflavík |
|
73. |
kirkjubæjarklaustur |
|
74. |
kjósarhreppur |
|
75. |
kópasker |
|
76. |
kópavogsbær |
|
77. |
kópavogur |
|
78. |
laugarás |
|
79. |
litli-árskógssandur |
|
80. |
mosfellsbær |
|
81. |
mýrdalshreppur |
|
82. |
mývatn |
|
83. |
ólafsvík |
|
84. |
raufarhöfn |
|
85. |
reykhólahreppur |
|
86. |
reykjanesbær |
|
87. |
reykjavík |
|
88. |
reykjavíkcity |
|
89. |
reykjavíkurborg |
|
90. |
skaftárhreppur |
|
91. |
skagaströnd |
|
92. |
skógar |
|
93. |
snæfellsbær |
|
94. |
snæfellsnes |
|
95. |
sólheimar |
|
96. |
stykkishólmsbær |
|
97. |
stykkishólmur |
|
98. |
tjörneshreppur |
|
99. |
vestmannaeyjabær |
|
100. |
vík |
|
101. |
ásbyrgi |
|
102. |
snæfellsjökull |
|
103. |
vatnajökull |
|
104. |
þingeyri |
|
105. |
akraneskaupstaður |
|
106. |
akureyrarkaupstaður |
|
107. |
bakkafjörður |
|
108. |
bessastaðahreppur |
|
109. |
bláskógabyggð |
|
110. |
bolungarvíkurkaupstaður |
|
111. |
borgarbyggð |
|
112. |
borgarfjarðarhreppur |
|
113. |
borgarfjörðureystri |
|
114. |
borðeyri |
|
115. |
breiðdalshreppur |
|
116. |
breiðdalsvík |
|
117. |
búðardalur |
|
118. |
dalabyggð |
|
119. |
dalvíkurbyggð |
|
120. |
egilsstaðir |
|
121. |
eiðar |
|
122. |
eskifjörður |
|
123. |
eyjafjarðarsveit |
|
124. |
fjallabyggð |
|
125. |
fjarðabyggð |
|
126. |
fljótsdalshérað |
|
127. |
flúðir |
|
128. |
fáskrúðsfjörður |
|
129. |
garðabær |
|
130. |
garður |
|
131. |
grundarfjarðarbær |
|
132. |
grundarfjörður |
|
133. |
hafnarfjarðarkaupstaður |
|
134. |
hafnarfjörður |
|
135. |
hallormsstaður |
|
136. |
hvalfjarðarsveit |
|
137. |
hveragerði |
|
138. |
hveragerðisbær |
|
139. |
hörgárbyggð |
|
140. |
húnavatnshreppur |
|
141. |
húnaþingvestra |
|
142. |
langanesbyggð |
|
143. |
neskaupsstaður |
|
144. |
njarðvík |
|
145. |
norðfjörður |
|
146. |
norðurþing |
|
147. |
patreksfjörður |
|
148. |
rangárþingeystra |
|
149. |
rangárþingytra |
|
150. |
reykjahlíð |
|
151. |
reyðarfjörður |
|
152. |
sandgerði |
|
153. |
sandgerðisbær |
|
154. |
sauðárkrókur |
|
155. |
seltjarnarneskaupstaður |
|
156. |
seyðisfjarðarkaupstaður |
|
157. |
seyðisfjörður |
|
158. |
siglufjörður |
|
159. |
skagabyggð |
|
160. |
skeiða-oggnúpverjahreppur |
|
161. |
skútustaðahreppur |
|
162. |
strandabyggð |
|
163. |
stöðvarfjörður |
|
164. |
suðureyri |
|
165. |
svalbarðseyri |
|
166. |
svalbarðshreppur |
|
167. |
svalbarðsstrandarhreppur |
|
168. |
sveitarfélagiðgarður |
|
169. |
sveitarfélagiðhornafjörður |
|
170. |
sveitarfélagiðskagafjörður |
|
171. |
sveitarfélagiðskagaströnd |
|
172. |
sveitarfélagiðvogar |
|
173. |
sveitarfélagiðálftanes |
|
174. |
sveitarfélagiðárborg |
|
175. |
sveitarfélagiðölfus |
|
176. |
súðavík |
|
177. |
súðavíkurhreppur |
|
178. |
tálknafjarðarhreppur |
|
179. |
tálknafjörður |
|
180. |
varmahlíð |
|
181. |
vesturbyggð |
|
182. |
vopnafjarðarhreppur |
|
183. |
vopnafjörður |
|
184. |
ísafjarðarbær |
|
185. |
ísafjörður |
|
186. |
ólafsfjörður |
|
187. |
þingeyjarsveit |
|
188. |
þingvellir |
|
189. |
þórshöfn”. |
|
28.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/45 |
Rettifika għal-Linja Gwida (UE) 2022/1378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Lulju 2022 li temenda l-Linja Gwida 2008/596/KE dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (BĊE/2008/5) (BĊE/2022/28)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 206 tat-8 ta’ Awwissu 2022 )
Fil-paġna tal-qoxra, fit-titolu,
minflok:
“ Linja Gwida (UE) 2022/1378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Lulju 2022 li temenda l-Linja Gwida 2008/596/KE dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (BĊE/2008/5) (BĊE/2022/28 )”,
aqra:
“ Linja Gwida (UE) 2022/1378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Lulju 2022 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2008/5 dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (BĊE/2022/28 )”;
Fil-paġna 55, fit-titolu,
minflok:
“ LINJA GWIDA (UE) 2022/1378 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-28 ta’ Lulju 2022
li temenda l-Linja Gwida 2008/596/KE dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (BĊE/2008/5) (BĊE/2022/28)”,
aqra:
“ LINJA GWIDA (UE) 2022/1378 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-28 ta’ Lulju 2022
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2008/5 dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (BĊE/2022/28 )”.
|
28.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/46 |
Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 83 tal-25 ta’ Marzu 2019 )
|
1. |
F’paġna 19, il-premessa 18, |
minflok:
|
“(18) |
Id-Direttur Eżekuttiv jenħtieġ, b’mod partikolari, ifassal pjanijiet ta’ skjerament preċiżi, billi juża r-riżorsi notifikati mill-Istati Membri, għat-twettiq ta’ kull programm ta’ kontroll u spezzjoni u jirrispetta r-regoli u l-għanijiet imniżżla fil-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni li fuqu huwa bbażat il-programm ta’ skjerament konġunt, kif ukoll regoli relevanti oħra, bħal dawk relatati mal-Ispetturi tal-Unjoni.”, |
aqra:
|
“(18) |
Id-Direttur Eżekuttiv jenħtieġ, b’mod partikolari, ifassal pjanijiet ta’ eżerċizzju preċiżi, billi juża r-riżorsi notifikati mill-Istati Membri, għat-twettiq ta’ kull programm ta’ kontroll u spezzjoni u jirrispetta r-regoli u l-għanijiet imniżżla fil-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni li fuqu huwa bbażat il-pjan ta’ eżerċizzju konġunt, kif ukoll regoli relevanti oħra, bħal dawk relatati mal-Ispetturi tal-Unjoni.”; |
|
2. |
F’paġna 20, il-premessa 25, |
minflok:
|
“(25) |
L-Aġenzija jenħtieġ li jkollha d-dritt, meta hekk mitluba, li tipprovdi servizzi kuntrattwali relatati mal-mezzi ta’ kontroll u spezzjoni li għandhom jintużaw fl-iskjerament konġunt mill-Istati Membru konċernati.”, |
aqra:
|
“(25) |
L-Aġenzija jenħtieġ li jkollha d-dritt, meta hekk mitluba, li tipprovdi servizzi kuntrattwali relatati mal-mezzi ta’ kontroll u spezzjoni li għandhom jintużaw fl-eżerċizzju konġunt mill-Istati Membru konċernati.”; |
|
3. |
F’paġna 23, l-Artikolu 7, il-paragrafu (b), |
minflok:
|
“(b) |
tistabbilixxi u tiżviluppa kurrikulu ċentrali għat-taħriġ tal-ispetturi tal-Unjoni qabel l-ewwel skjerament tagħhom u tipprovdi taħriġ u seminars addizzjonali aġġornati fuq bażi regolari għal dawk l-uffiċjali”, |
aqra:
|
“(b) |
tistabbilixxi u tiżviluppa kurrikulu ċentrali għat-taħriġ tal-ispetturi tal-Unjoni qabel l-ewwel eżerċizzju tagħhom u tipprovdi taħriġ u seminars addizzjonali aġġornati fuq bażi regolari għal dawk l-uffiċjali”; |
|
4. |
F’paġna 26, l-Artikolu 16, l-ewwel sentenza, |
minflok:
“Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jitolbu lill-Aġenzija biex tikkoordina l-iskjerament tal-mezzi ta’ kontroll u spezzjoni tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ attivita ta’ sajd jew qasam li mhuwiex soġġett għal programm ta’ kontroll u spezzjoni.”,
aqra:
“Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jitolbu lill-Aġenzija biex tikkoordina l-użu tal-mezzi ta’ kontroll u spezzjoni tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ attivita ta’ sajd jew qasam li mhuwiex soġġett għal programm ta’ kontroll u spezzjoni.”;
|
5. |
Il-frażi “pjan ta’ skjerament konġunt” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “pjan ta’ eżerċizzju konġunt” fir-Regolament kollu fil-forma grammatikali xierqa; |
|
6. |
Il-frażi “pjanijiet ta’ skjerament konġunti” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunt” fir-Regolament kollu fil-forma grammatikali xierqa. |