ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 228

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
15 ta' Settembru 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1768 tal-14 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi regoli dettaljati għaċ-ċertifikazzjoni u d-dikjarazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-kostitwenti ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1769 tat-12 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tas-sistemi u tal-kostitwenti tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203

19

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1770 tat-12 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir tal-inġenji tal-ajru meħtieġ biex jintuża fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew u r-regoli tal-operat relatati mal-użu tal-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 29/2009 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011, (UE) Nru 1207/2011 u (UE) Nru 1079/2012

39

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1771 tat-12 ta’ Settembru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 fir-rigward tas-sistemi u l-kostitwenti tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1032/2006, (KE) Nru 633/2007 u (KE) Nru 262/2009

49

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1772 tat-12 ta’ Settembru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 fir-rigward tar-regoli operattivi relatati mal-użu tas-sistemi u l-kostitwenti tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru u tas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1033/2006

73

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1773 tas-17 ta’ Awwissu 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-obbligi ta’ rapportar għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni ( 1 )

94

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1774 tal-14 ta’ Settembru 2023 li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel ( 1 )

196

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1775 tal-14 ta’ Settembru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/330 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

197

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1776 tal-14 ta’ Settembru 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-melamina li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

199

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1777 tal-14 ta’ Settembru 2023 li jintroduċi sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni rigward l-importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant

247

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1778 tat-12 ta’ Settembru 2023 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Iżvezja (notifikata bid-dokument C(2023) 6246)  ( 1 )

251

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1768

tal-14 ta’ Lulju 2023

li jistabbilixxi regoli dettaljati għaċ-ċertifikazzjoni u d-dikjarazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-kostitwenti ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 47(1) u 62(13),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/1139 jistabbilixxi rekwiżiti essenzjali komuni biex jiġi previst livell uniformi għoli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni u biex jiġi żgurat li l-integrità u l-prestazzjoni relatata mas-sikurezza tas-sistemi u tal-kostitwenti jkunu xierqa għall-iskop maħsub tagħhom. Jenħtieġ li l-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ATM/ANS) u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS tiżgura l-operazzjoni fl-assjem tagħha tan-network Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (EATMN).

(2)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet dettaljati biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali; jenħtieġ li kull meta possibbli dawk l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati jibbażaw fuq standards tal-industrija rikonoxxuti mill-Organizzazzjonijiet ta’ Standardizzazzjoni (SDOs) li jirriflettu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u l-aħjar prattiki ta’ disinn. Jenħtieġ li d-disinn u l-produzzjoni tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS jitwettqu b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti għall-ħruġ taċ-ċertifikazzjoni u tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tad-disinn u f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati maħruġa mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”).

(3)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti metodi differenti ta’ attestazzjoni għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’Anness ta’ dan ir-Regolament u speċifikazzjonijiet dettaljati tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS. Jenħtieġ li jintużaw metodi ta’ attestazzjoni aktar stretti fir-rigward tal-operat sikur tal-inġenji tal-ajru, u fir-rigward ta’ tagħmir li huwa kritiku f’termini tal-interoperabbiltà u s-sigurtà tal-EATMN.

(4)

Fi ħdan l-ATM/ANS, is-servizzi tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) huma l-aktar importanti fir-rigward tar-riskji għas-sikurezza relatati man-navigazzjoni tal-inġenji tal-ajru, partikolarment minħabba l-ħruġ ta’ struzzjonijiet biex jiġu żgurati s-separazzjoni tal-inġenji tal-ajru u l-evitar ta’ kolliżjonijiet. Il-fornituri tal-ATC għandhom l-aktar perspettiva kompluta rigward is-sikurezza tal-ispazju tal-ajru. Għalhekk, jenħtieġ li l-aktar tagħmir kritiku ta’ ATM/ANS, jiġifieri t-tagħmir li jappoġġa l-ATC, ikun soġġett għal metodi ta’ attestazzjoni aktar stretti, jiġifieri ċertifikazzjoni.

(5)

It-tagħmir tal-ATM/ANS li jappoġġa l-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art jagħti struzzjonijiet diretti lill-inġenji tal-ajru u jenħtieġ li jkun soġġett għal ċertifikazzjoni wkoll.

(6)

Is-servizzi ta’ Komunikazzjoni, Sorveljanza u Navigazzjoni jintużaw direttament mill-ATS biex tiġi żgurata n-navigazzjoni sikura tal-inġenji tal-ajru, iżda t-tliet servizzi msemmija ma għandhomx perspettiva kompluta tat-traffiku u ma għandhomx kontroll attiv fuq is-separazzjoni tal-inġenji tal-ajru. Konsegwentement, huma għandhom rwol inqas kritiku. Jenħtieġ li s-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS li jappoġġawhom ikunu soġġetti għal metodu ta’ attestazzjoni inqas strinġenti, jiġifieri dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn.

(7)

Fl-aħħar nett, jenħtieġ li sistemi u tagħmir tal-ATM/ANS inqas kritiċi oħrajn li jappoġġaw servizzi meteoroloġiċi, servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika, servizzi ta’ ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u servizzi ta’ ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru jkunu soġġetti għall-metodu ta’ attestazzjoni l-inqas strinġenti, jiġifieri dikjarazzjoni ta’ konformità.

(8)

Huma possibbli kriterji addizzjonali biex tittieħed deċiżjoni dwar il-kritikalità tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS flimkien mal-kontroll maniġerjali fuq ir-riskji għas-sikurezza tas-servizzi u tal-funzjonijiet li huma jappoġġaw.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti tliet livelli differenti ta’ rekwiżiti u speċifikazzjonijiet dettaljati, jiġifieri: (i) ċertifikazzjoni mill-Aġenzija, l-aktar livell strinġenti; (ii) dikjarazzjoni minn organizzazzjoni approvata involuta fid-disinn jew il-produzzjoni ta’ tagħmir tal-ATM/ANS, il-livell medju; u (iii) dikjarazzjoni ta’ konformità mill-fornitur tal-ATM/ANS li jintegra t-tagħmir tal-ATM/ANS fis-sistema funzjonali tiegħu, kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 (2), jew, fuq talba tal-fornitur tal-ATM/ANS, minn organizzazzjoni approvata involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS.

(10)

F’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (EUSPA) ġiet fdata bil-ġestjoni tas-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS), inkluż l-esplojtazzjoni ta’ EGNOS li jkopri, fost azzjonijiet oħrajn, l-appoġġ għall-isforzi ta’ ċertifikazzjoni u standardizzazzjoni.

(11)

Skont ir-Regolament (UE) 2021/696, kemm l-EUSPA kif ukoll l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) huma responsabbli mid-disinn tas-sistema EGNOS u t-tagħmir tagħha. Jenħtieġ li l-Aġenzija tissorvelja d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-EGNOS f’konformità mal-arranġamenti speċifiċi li għandhom jiġu konklużi mal-EUSPA. Dawk l-arranġamenti għandhom jindirizzaw aspetti tekniċi, amministrattivi u finanzjarji bħal rekwiżit li tiġi kkonsultata l-EUSPA fir-rigward tal-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet dettaljati; is-sorveljanza mill-EASA tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tad-disinn tas-sistema EGNOS; u l-iskambju tad-data bejn iż-żewġ aġenziji dwar il-konformità rilevanti tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPS) tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO). Dawk l-arranġamenti għandhom jiżguraw livell ta’ sikurezza u interoperabbiltà ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

(12)

F’ċerti territorji remoti, barra mir-reġjun Ewropew (EUR) tal-ICAO kif definit fil-European (EUR) Air Navigation Plan Volume I (Doc 7754) tal-ICAO, b’volum baxx ta’ traffiku, u fejn dak l-ispazju tal-ajru jikkonfina biss ma’ spazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà ta’ fornituri tal-ATM/ANS ta’ pajjiż terz, l-applikazzjoni tal-metodi ta’ attestazzjoni ta’ ċertifikazzjoni u dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS tista’ tkun ta’ sfida jew saħansitra mhux fattibbli, minħabba l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ sikurezza u interoperabbiltà tagħhom. F’tali każijiet, għal tagħmir tal-ATM/ANS li jintuża minn fornituri tal-ATM/ANS f’żoni remoti barra mir-reġjun EUR tal-ICAO, jitqies xieraq li jiġu pprovduti derogi mir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni jew dikjarazzjoni applikabbli għal tali tagħmir tal-ATM/ANS. Minflok, sabiex jipprevedi forniment sikur u interoperabbli tal-ATM/ANS, il-fornitur tal-ATM/ANS f’dak ir-reġjun jeħtieġ li jiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli jiġu ssodisfati billi joħroġ dikjarazzjoni ta’ konformità.

(13)

Huwa meħtieġ li tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għall-qafas regolatorju l-ġdid stabbilit minn dan ir-Regolament u li jiġi żgurat li jinżamm livell għoli u uniformi ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi pprovdut biżżejjed żmien sabiex l-industrija tad-disinn u tal-manifattura tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS u l-Aġenzija u l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jkunu jistgħu jadattaw għal dan il-qafas il-ġdid. Huwa xieraq li t-tagħmir tal-ATM/ANS li jkun qed jiġi operat u li jkun ġie attestat taħt il-qafas preċedenti jitqies daqslikieku kien inħareġ b’ċertifikati jew dikjarazzjonijiet maħruġa taħt il-qafas il-ġdid matul perjodu ta’ tranżizzjoni, sakemm l-Aġenzija ma tiddikjarax li tali tagħmir ma jiżgurax il-livell ta’ sikurezza u interoperabbiltà meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1139.

(14)

Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, fir-rigward ta’ kwalunkwe sistema tal-ATM/ANS u kostitwent tal-ATM/ANS ġodda, dikjarazzjoni ta’ konformità, maħruġa mill-fornitur tal-ATM/ANS li jintegraha fis-sistema funzjonali tiegħu, jew, fuq talba, mill-organizzazzjoni tad-disinn u tal-produzzjoni li tiddisinjaha u timmanifatturaha, jenħtieġ li tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-fornitur tal-ATM/ANS imsemmi definit fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373.

(15)

Wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun unikament responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni u biex tirċievi dikjarazzjonijiet dwar ċertu tagħmir tal-ATM/ANS; għalhekk jixraq li l-Aġenzija tevalwa l-informazzjoni dwar il-konformità sottomessa lill-awtoritajiet nazzjonali skont il-qafas preċedenti, qabel ma dan it-tagħmir tal-ATM/ANS isir il-kompetenza tal-Aġenzija. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-Aġenzija. Wara l-evalwazzjoni mill-Aġenzija, jenħtieġ li t-tagħmir tal-ATM/ANS jitqies li jkunu nħarġulu ċertifikat jew dikjarazzjoni ta’ konformità. L-evalwazzjoni jeħtieġ li ssir pubblika b’deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija.

(16)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 01/2023, maħruġa mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 75(2) u mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi komuni għaċ-ċertifikazzjoni u d-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar:

(a)

l-identifikazzjoni ta’ sistemi tal-ATM/ANS u kostitwenti tal-ATM/ANS li huma soġġetti għal ċertifikazzjoni, dikjarazzjoni, jew dikjarazzjoni ta’ konformità;

(b)

il-ħruġ ta’ ċertifikati għas-sistemi tal-ATM/ANS u għall-kostitwenti tal-ATM/ANS;

(c)

il-ħruġ ta’ dikjarazzjonijiet tal-konformità tad-disinn tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS minn organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS u li ġew approvati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1769 (4) biex ikollhom il-privileġġi li joħorġu tali dikjarazzjonijiet ta’ konformità;

(d)

il-ħruġ ta’ dikjarazzjonijiet ta’ konformità tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS mill-fornituri tal-ATM/ANS iċċertifikati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 jew minn organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tagħhom approvati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769;

(e)

il-ħruġ ta’ direttivi dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS mill-Aġenzija.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tagħmir tal-ATM/ANS” tfisser kostitwenti tal-ATM/ANS kif definiti mill-Artikolu 3(6) tar-Regolament (UE) 2018/1139 u sistemi tal-ATM/ANS kif definiti mill-Artikolu 3(7) ta’ dak ir-Regolament, minbarra kostitwenti fl-ajru li huma soġġetti għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (5);

(2)

“direttiva dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS” tfisser dokument maħruġ mill-Aġenzija li jordna l-azzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-fornituri tal-ATM/ANS fuq tagħmir tal-ATM/ANS biex jindirizzaw kundizzjoni insikura u/jew insigura li tkun ġiet identifikata u jirrestawraw il-prestazzjoni u l-interoperabbiltà ta’ dak it-tagħmir tal-ATM/ANS meta l-evidenza turi li s-sikurezza, is-sigurtà, il-prestazzjoni jew l-interoperabbiltà ta’ dak it-tagħmir partikolari jistgħu inkella jiġu kompromessi;

(3)

“network Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru” (EATMN) tfisser il-ġbir ta’ sistemi, elenkati fil-punt 3.1 tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2018/1139, li jippermettu li jiġu pprovduti servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fl-Unjoni, inklużi l-interfaċċi fil-konfini ma’ pajjiżi terzi;

(4)

“sistema funzjonali” tfisser taħlita ta’ proċeduri, riżorsi umani u tagħmir, inklużi hardware u software, organizzati sabiex iwettqu funzjoni fil-kuntest tal-ATM/ANS u funzjonijiet oħrajn tan-network tal-ATM.

Artikolu 3

Awtorità kompetenti

1.   L-Aġenzija għandha tkun l-awtorità kompetenti responsabbli biex toħroġ ċertifikati għat-tagħmir tal-ATM/ANS f’konformità mal-Artikolu 4, biex taċċetta dikjarazzjonijiet ta’ konformità tad-disinn ta’ tagħmir tal-ATM/ANS maħruġa f’konformità mal-Artikolu 5, u għas-sorveljanza taċ-ċertifikat u tad-dikjarazzjonijiet. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.

2.   L-awtorità kompetenti responsabbli għas-sorveljanza tad-dikjarazzjoni ta’ konformità maħruġa minn fornitur tal-ATM/ANS f’konformità mal-Artikolu 6 għandha tkun l-istess awtorità kompetenti bħall-awtorità responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza ta’ dak il-fornitur tal-ATM/ANS.

Artikolu 4

Ċertifikazzjoni ta’ tagħmir tal-ATM/ANS

1.   It-tagħmir tal-ATM/ANS li ġej għandu jinħariġlu ċertifikat kif stabbilit fl-Anness II:

(a)

tagħmir li jappoġġa l-komunikazzjonijiet bejn il-bdot u l-kontrollur;

(b)

tagħmir li jappoġġa s-servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) meta jippermetti s-separazzjoni tal-inġenji tal-ajru jew il-prevenzjoni ta’ kolliżjonijiet.

2.   Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinħareġ mill-Aġenzija.

3.   Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinħareġ għal durata mhux limitata. Dan għandu jibqa’ validu indefinittivament, ħlief meta:

(a)

id-detentur taċ-ċertifikat ma jibqax konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; jew

(b)

fir-rigward tat-tagħmir tal-ATM/ANS, ma jkun hemm l-ebda approvazzjoni tal-organizzazzjoni valida maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769; jew

(c)

it-tagħmir tal-ATM/ANS ma jibqax konformi mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tiegħu f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.CERT.025 tal-Anness II; jew

(d)

iċ-ċertifikat ikun ġie ċedut mid-detentur tiegħu jew revokat mill-Aġenzija.

Maċ-ċediment jew mar-revoka taċ-ċertifikat, jekk ikun maħruġ f’format stampat, dan għandu jiġi rritornat lill-Aġenzija mingħajr dewmien.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1, it-tagħmir tal-ATM/ANS li qed jintuża unikament f’parti limitata ta’ spazju tal-ajru barra mir-reġjun EUR tal-ICAO b’volum baxx ta’ traffiku, u fejn dik il-parti tal-ispazju tal-ajru tikkonfina biss ma’ spazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà ta’ pajjiż terz, ma għandux ikun meħtieġ li jinħariġlu ċertifikat. F’tali każ, it-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tinħariġlu dikjarazzjoni ta’ konformità skont l-Artikolu 6.

Artikolu 5

Dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS

1.   It-tagħmir tal-ATM/ANS li ġej, meta jiġġenera, jirċievi, u jittrażmetti d-data u/jew is-sinjali fl-ispazju bl-iskop li tiġi żgurata navigazzjoni tal-ajru sikura u interoperabbli, għandha tinħariġlu dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn kif stabbilita fl-Anness III:

(a)

tagħmir li jappoġġa l-komunikazzjonijiet mill-art għall-art;

(b)

tagħmir li jappoġġa n-navigazzjoni jew is-sorveljanza.

2.   Id-dikjarazzjonijiet ta’ konformità tad-disinn għandhom jinħarġu minn organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni ta’ tagħmir tal-ATM/ANS u li huma approvati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769.

3.   Id-dikjarazzjonijiet ta’ konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandhom jinħarġu għal durata mhux limitata. Id-dikjarazzjonijiet għandhom jibqgħu validi sakemm ma jkunux tneħħew mir-reġistrazzjoni f’konformità mal-punt DPO.AR.C.015(g)(6) tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769 bħala riżultat ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

it-tagħmir tal-ATM/ANS ma jibqax konformi mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati li ppermettew li tinħareġ id-dikjarazzjoni;

(b)

l-emittent tad-dikjarazzjoni ma jibqax konformi mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769 jew l-approvazzjoni tiegħu tkun ġiet ċeduta, sospiża jew revokata;

(c)

it-tagħmir tal-ATM/ANS ikun wera li jagħti lok għal riskju inaċċettabbli jew prestazzjoni inaċċettabbli fis-servizz;

(d)

l-organizzazzjoni tkun irtirat id-dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1, it-tagħmir tal-ATM/ANS li qed jintuża unikament f’parti limitata ta’ spazju tal-ajru barra mir-reġjun EUR tal-ICAO b’volum baxx ta’ traffiku, u fejn dik il-parti tal-ispazju tal-ajru tikkonfina biss ma’ spazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà ta’ pajjiż terz, ma għandux ikun meħtieġ li tinħariġlu dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn. F’tali każ, it-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tinħariġlu dikjarazzjoni ta’ konformità skont l-Artikolu 6.

5.   Fir-rigward tat-tagħmir tal-ATM/ANS tas-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS), id-dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn kif stabbilita fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament għandha tinħareġ mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (EUSPA) stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/696, li għandha titqies bħala organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni ta’ tagħmir tal-EGNOS.

6.   Il-punti ATM/ANS.EQMT.DEC.005 u ATM/ANS.EQMT.DEC.045 tal-Anness III ma għandhomx ikunu applikabbli għall-EUSPA. L-EUSPA għandha tiżgura li l-Aġenzija tingħata aċċess għal evidenza mill-entitajiet differenti involuti fid-disinn u fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS tas-sistema EGNOS, sabiex tiġi ddeterminata l-konformità kontinwa mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli li magħhom tkun saret id-dikjarazzjoni dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS f’konformità mal-Anness III.

Artikolu 6

Dikjarazzjoni ta’ konformità

1.   It-tagħmir tal-ATM/ANS li ġej għandha tinħariġlu dikjarazzjoni ta’ konformità:

(a)

tagħmir li la huwa soġġett għal ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 u lanqas għal dikjarazzjoni ta’ konformità skont l-Artikolu 5; u

(b)

tagħmir li jappoġġa s-servizzi tat-traffiku tal-ajru, is-servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza, il-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru, il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, is-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika jew is-servizzi meteoroloġiċi.

Id-dikjarazzjoni ta’ konformità għandha tikkonferma li t-tagħmir tal-ATM/ANS huwa konformi mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

2.   Dikjarazzjoni ta’ konformità għat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tinħareġ mill-fornitur tal-ATM/ANS li jintegra tali tagħmir tal-ATM/ANS fis-sistema funzjonali tiegħu jew, fuq talba tal-fornitur tal-ATM/ANS, minn organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni ta’ tali tagħmir tal-ATM/ANS approvat f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769.

3.   Għandha tinħareġ dikjarazzjoni ta’ konformità għat-tagħmir tal-ATM/ANS għal durata mhux limitata. Din għandha tibqa’ valida sakemm ma tapplikax xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

it-tagħmir tal-ATM/ANS ma jibqax konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness VIII u, jekk applikabbli, fl-Anness VII tar-Regolament (UE) 2018/1139;

(b)

il-fornitur tal-ATM/ANS ma jibqax konformi mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 jew ikun ċeda ċ-ċertifikat maħruġ f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373, jew iċ-ċertifikat ikun ġie sospiż jew revokat;

(c)

il-fornitur tal-ATM/ANS ikun irtira d-dikjarazzjoni ta’ konformità jew il-miżuri ta’ infurzar ikunu ttieħdu f’konformità mal-punt ATM/ANS.AR.C.050(e) tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għat-tagħmir tal-ATM/ANS li jkollu dikjarazzjonijiet tal-KE maħruġa f’konformità mal-Artikoli 5 jew 6 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u li jkun beda jopera qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament:

(a)

It-tagħmir tal-ATM/ANS li jaqa’ fil-kategorija ta’ tagħmir tal-ATM/ANS li jirrikjedi ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 għandu jitqies li jkun inħariġlu ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 4, sakemm l-Aġenzija ma tiddeterminax, wara l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, li tali tagħmir tal-ATM/ANS ma jiżgurax livell ta’ sikurezza, sigurtà, prestazzjoni u interoperabbiltà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1139 u minn dan ir-Regolament;

(b)

it-tagħmir tal-ATM/ANS li jaqa’ fil-kategorija ta’ tagħmir tal-ATM/ANS li jeħtieġ li jiġi ddikjarat f’konformità mal-Artikolu 5 għandu jitqies li tkun inħarġitlu dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn skont l-Artikolu 5, sakemm l-Aġenzija ma tiddeterminax, wara l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, li tali tagħmir tal-ATM/ANS ma jiżgurax livell ta’ sikurezza, sigurtà, prestazzjoni u interoperabbiltà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1139 u minn dan ir-Regolament;

(c)

fir-rigward tat-tagħmir tal-ATM/ANS li huwa soġġett għal dikjarazzjoni ta’ konformità skont l-Artikolu 6, id-dikjarazzjonijiet KE ta’ verifika tas-sistemi li jkunu nħarġu jew ġew rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 għandhom jibqgħu validi għal durata mhux limitata u għandhom jitqiesu li għandhom dikjarazzjoni ta’ konformità skont l-Artikolu 6.

2.   L-Aġenzija għandha tevalwa t-tagħmir tal-ATM/ANS imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 fi żmien 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandha tippubblika r-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni. Għal dak l-iskop, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni u għas-sorveljanza tal-fornituri tal-ATM/ANS imsemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni rilevanti biex jiffaċilitaw din l-evalwazzjoni. L-objettiv ta’ dik l-evalwazzjoni għandu jkun li jiġi ddeterminat jekk it-tagħmir tal-ATM/ANS rilevanti jiżgurax livell ta’ sikurezza, sigurtà, prestazzjoni u interoperabbiltà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1139 u minn dan ir-Regolament. Ir-riżultat tal-evalwazzjoni għandu jiġi ppubblikat u kwalunkwe miżura biex jinbidel it-tagħmir tal-ATM/ANS identifikata mill-evalwazzjoni għandha tiġi applikata wara 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, irrispettivament mid-data fattwali meta sseħħ l-evalwazzjoni, sakemm l-evalwazzjoni ma tiżvelax xi defiċenza li jista’ jkollha effett detrimentali fuq is-sikurezza. F’każ li tinstab xi defiċenza li jista’ jkollha effett detrimentali, kwalunkwe miżura biex jinbidel it-tagħmir tal-ATM/ANS żvelata mill-evalwazzjoni għandha tiġi applikata minnufih. Wara 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, it-tagħmir tal-ATM/ANS imsemmi fil-punti (a) sa (b) tal-paragrafu 1 għandu jitqies li huwa konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

3.   It-tagħmir tal-ATM/ANS li huwa soġġett għal ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 jew għal dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5 jista’ jibda jopera mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sat-12 ta’ Settembru 2028 abbażi ta’ dikjarazzjoni ta’ konformità magħmula skont l-Artikolu 6. Mit-13 ta’ Settembru 2028, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin għal tali tagħmir tal-ATM/ANS:

(a)

It-tagħmir tal-ATM/ANS li jaqa’ fil-kategorija ta’ tagħmir tal-ATM/ANS li jeħtieġ ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 u li għalih tkun inħarġet dikjarazzjoni ta’ konformità mill-fornitur tal-ATM/ANS għandu jitqies li jkun inħariġlu ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 4, sakemm l-Aġenzija ma tiddeterminax, wara l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, li tali tagħmir tal-ATM/ANS ma jiżgurax livell ta’ sikurezza, sigurtà, prestazzjoni u interoperabbiltà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1139 u minn dan ir-Regolament;

(b)

it-tagħmir tal-ATM/ANS li jaqa’ fil-kategorija ta’ tagħmir tal-ATM/ANS li jeħtieġ dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn skont l-Artikolu 5 u li għalih tkun inħarġet dikjarazzjoni ta’ konformità mill-fornitur tal-ATM/ANS għandu jitqies li tkun inħarġitlu dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn skont l-Artikolu 5, sakemm l-Aġenzija ma tiddeterminax, wara l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, li tali tagħmir tal-ATM/ANS ma jiżgurax livell ta’ sikurezza, sigurtà, prestazzjoni u interoperabbiltà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1139 u minn dan ir-Regolament.

4.   L-Aġenzija għandha tevalwa t-tagħmir tal-ATM/ANS imsemmi fil-paragrafu 3 sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Settembru 2030. Għal dak l-iskop, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni u għas-sorveljanza tal-fornituri tal-ATM/ANS imsemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni rilevanti biex jiffaċilitaw din l-evalwazzjoni. L-objettiv ta’ dik l-evalwazzjoni għandu jkun li jiġi ddeterminat jekk it-tagħmir tal-ATM/ANS partikolari jissodisfax livell ta’ sikurezza, sigurtà, prestazzjoni u interoperabbiltà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1139 u minn dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1..

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1769 ta’ 12 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni ta’ sistemi u kostitwenti tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203 (Ara l-paġna 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26).


ANNESS I

REKWIŻITI GĦALL-AĠENZIJA

(Parti-ATM/ANS.EQMT.AR)

SUBPARTI A

REKWIŻITI ĠENERALI (ATM/ANS.EQMT.AR.A)

ATM/ANS.EQMT.AR.A.001 Kamp ta’ applikazzjoni

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-Aġenzija dwar il-kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ ċertifikazzjoni u attivitajiet oħrajn meħtieġa biex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tat-tagħmir tal-ATM/ANS u tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-akkreditazzjoni ta’ entitajiet kwalifikati mill-Aġenzija.

ATM/ANS.EQMT.AR.A.020 Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet kwalifikati

(a)

Meta l-Aġenzija tiddeċiedi li talloka kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni ta’ tagħmir tal-ATM/ANS soġġett għal dan ir-Regolament, l-approvazzjoni jew is-sorveljanza kontinwa ta’ organizzazzjonijiet soġġetti għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769 lil entitajiet kwalifikati, hija għandha tiżgura li tkun stabbiliet u ddokumentat ftehim mal-entità/ajiet kwalifikata/i, approvat miż-żewġ partijiet għal dak il-ftehim fil-livell maniġerjali xieraq, li jiddefinixxi b’mod ċar:

(1)

il-kompiti li għandhom jitwettqu;

(2)

id-dikjarazzjonijiet, ir-rapporti u r-rekords li għandhom jiġu pprovduti;

(3)

il-kundizzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati meta jitwettqu l-kompiti;

(4)

il-kopertura tar-responsabbiltà relatata;

(5)

il-protezzjoni mogħtija lill-informazzjoni miksuba meta jitwettqu l-kompiti.

(b)

L-Aġenzija għandha tiżgura li l-proċess tal-awditjar intern u l-proċess tal-ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza meħtieġa mill-punt DPO.AR.B.001 (a)(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769 ikopru l-kompiti kollha mwettqa f’isimha mill-entità/entitajiet kwalifikata/i.

(c)

Fir-rigward tal-approvazzjoni u s-sorveljanza tal-konformità tal-organizzazzjoni mal-punt DPO.OR.B.001 (d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769, l-Aġenzija tista’ talloka kompiti lil entitajiet kwalifikati f’konformità mal-punt (a), jew lil kwalunkwe awtorità rilevanti responsabbli għas-sigurtà tal-informazzjoni jew għaċ-ċibersigurtà fl-Unjoni. Meta talloka l-kompiti, l-Aġenzija għandha tiżgura li:

(1)

l-aspetti kollha relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni jiġu kkoordinati u jitqiesu mill-entità kwalifikata jew mill-awtorità rilevanti;

(2)

ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ approvazzjoni u sorveljanza mwettqa mill-entità kwalifikata jew mill-awtorità rilevanti jiġu integrati fil-fajls ġenerali taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza tal-organizzazzjoni;

(3)

is-sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni tagħha stess stabbilita f’konformità mal-punt DPO.AR.B.001 (d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769 tkopri l-kompiti kollha ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sorveljanza kontinwa mwettqa f’isimha.

ATM/ANS.EQMT.AR.A.030 Direttivi tat-tagħmir tal-ATM/ANS

(a)

L-Aġenzija għandha toħroġ direttiva dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS meta:

(1)

ikun ġie ddeterminat mill-Aġenzija li teżisti kundizzjoni ta’ insikurezza, insigurtà, prestazzjoni insuffiċjenti jew noninteroperabbiltà fit-tagħmir bħala riżultat ta’ defiċenza fit-tagħmir; u

(2)

dik il-kundizzjoni x’aktarx li tista’ teżisti jew tiżviluppa f’tagħmir ieħor ta’ ATM/ANS.

(b)

Direttiva dwar tagħmir tal-ATM/ANS għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(1)

l-identifikazzjoni tal-kundizzjoni ta’ insikurezza, insigurtà, prestazzjoni insuffiċjenti jew noninteroperabbiltà;

(2)

it-tagħmir tal-ATM/ANS affettwat;

(3)

l-azzjoni(jiet) meħtieġa u r-raġunament;

(4)

iż-żmien għat-twettiq tal-azzjoni(jiet) meħtieġa;

(5)

id-data tad-dħul fis-seħħ.

ATM/ANS.EQMT.AR.A.035 Speċifikazzjonijiet dettaljati għall-konformità tad-disinn tat-tagħmir

(a)

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tagħmel disponibbli speċifikazzjonijiet dettaljati li l-organizzazzjonijiet jistgħu jużaw biex juru l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Anness VIII u, jekk applikabbli, fl-Anness VII tar-Regolament (UE) 2018/1139 meta:

(1)

japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni ta’ tagħmir tal-ATM/ANS f’konformità mal-Artikolu 4;

(2)

jiddikjaraw il-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS skont l-Artikolu 5;

(3)

jagħmlu dikjarazzjoni ta’ konformità skont l-Artikolu 6.

(b)

L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati msemmija fil-punt (a) għandhom jindikaw l-istandards tad-disinn li jirriflettu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u l-aħjar prattiki ta’ disinn, u li jibnu fuq l-esperjenza siewja miksuba u l-progress tekniku u xjentifiku, u fuq l-aħjar evidenza u analiżi disponibbli fir-rigward tat-tagħmir tal-ATM/ANS.

SUBPARTI B – ĊERTIFIKAZZJONI, SORVELJANZA U INFURZAR

(ATM/ANS.EQMT.AR.B)

ATM/ANS.EQMT.AR.B.001 Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS

(a)

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS u tinnotifikaha lill-applikant għal ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS. Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni għandha tikkonsisti minn dawn li ġejjin:

(1)

speċifikazzjonijiet dettaljati taċ-ċertifikazzjoni maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.A.035 li huma applikabbli għat-tagħmir tal-ATM/ANS fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal dak iċ-ċertifikat, għajr jekk:

(i)

l-applikant jagħżel li jikkonforma, jew ikun meħtieġ li jikkonforma, skont il-punt ATM/ANS.EQMT.CERT.015(e), mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati taċ-ċertifikazzjoni li saru applikabbli wara d-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, f’liema każ l-Aġenzija għandha tinkludi fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS kwalunkwe speċifikazzjoni oħra taċ-ċertifikazzjoni li hija direttament relatata; jew

(ii)

l-Aġenzija taċċetta kwalunkwe alternattiva għal speċifikazzjoni dettaljata taċ-ċertifikazzjoni ddeterminata li ma tkunx tista’ tiġi rrispettata, li għaliha jkunu nstabu fatturi kumpensatorji li jipprovdu livell ekwivalenti ta’ sikurezza jew li jiżguraw ekwivalenza mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli; u

(2)

kwalunkwe kundizzjoni speċjali preskritta mill-Aġenzija f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.005.

(b)

L-inklużjoni possibbli ta’ elementi, karatteristiċi jew funzjonijiet addizzjonali mhux inizjalment inklużi fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni, għandu jġibu l-qbil tal-Aġenzija.

ATM/ANS.EQMT.AR.B.005 Kundizzjonijiet speċjali

(a)

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali, imsejħa “kundizzjonijiet speċjali”, għat-tagħmir tal-ATM/ANS jekk l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli relatati ma jitqisux adegwati minħabba waħda minn dawn li ġejjin:

(1)

it-tagħmir tal-ATM/ANS ikollu elementi tad-disinn ġodda jew mhux tas-soltu b’rabta mal-prattiki tad-disinn li fuqhom ikunu bbażati l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli;

(2)

l-użu maħsub tat-tagħmir tal-ATM/ANS ma jkunx konvenzjonali;

(3)

l-esperjenza b’tagħmir tal-ATM/ANS simili ieħor fis-servizz li jkollu elementi tad-disinn simili jew riskji identifikati ġodda tkun uriet li jistgħu jiżviluppaw kundizzjonijiet mhux mixtieqa;

(4)

l-ambjent fil-lokal tal-installazzjoni jipprevjeni fiżikament l-issodisfar ta’ ċerti rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli.

(b)

Il-kundizzjonijiet speċjali ikun fihom standards ta’ sikurezza, prestazzjoni, sigurtà u intereoperabbiltà li l-Aġenzija tqis li huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-livell xieraq ta’ prestazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS ikun ekwivalenti għal dak meħtieġ mill-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli.

ATM/ANS.EQMT.AR.B.010 Livell ta’ involviment

(a)

L-Aġenzija għandha tiddetermina l-livell ta’ involviment tagħha fil-verifika tal-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni tal-konformità u tad-data relatata ma’ applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat jew għal bidliet fih. Hija għandha tiddetermina dan abbażi tal-valutazzjoni ta’ gruppi suġġettivi ta’ attivitajiet ta’ dimostrazzjoni tal-konformità u data mill-programm taċ-ċertifikazzjoni.

Il-valutazzjoni għandha tindirizza dawn kollha li ġejjin:

(1)

il-probabbiltà ta’ nonkonformità mhux identifikata mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni;

(2)

l-impatt potenzjali ta’ dik in-nonkonformità fuq is-sikurezza, is-sigurtà, l-ispeċifikazzjonijiet tas-servizz u l-funzjonament tat-tagħmir tal-ATM/ANS.

Hija għandha tikkunsidra mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(i)

l-elementi ġodda jew mhux tas-soltu tal-proġett ta’ ċertifikazzjoni, inklużi aspetti operazzjonali, organizzazzjonali u ta’ ġestjoni tal-għarfien;

(ii)

il-kumplessità tad-disinn u/jew id-dimostrazzjoni tal-konformità;

(iii)

il-kritikalità tad-disinn jew tat-teknoloġija, ir-riskji relatati mas-sikurezza, mas-sigurtà jew mal-konformità għas-servizz u l-funzjonament tat-tagħmir tal-ATM/ANS, inkluż dawk identifikati fuq disinji simili;

(iv)

il-prestazzjoni u l-esperjenza tal-applikant fid-dominju konċernat.

(b)

L-Aġenzija għandha tinnotifika l-livell ta’ involviment tagħha lill-applikant u għandha taġġorna l-livell ta’ involviment tagħha meta dan ikun iġġustifikat minn informazzjoni li jkollha impatt notevoli fuq ir-riskju vvalutat qabel f’konformità mal-punt (a). L-Aġenzija għandha tinnotifika lill-applikant dwar kwalunkwe bidla fil-livell ta’ involviment.

ATM/ANS.EQMT.AR.B.015 Ħruġ ta’ ċertifikat għat-tagħmir tal-ATM/ANS

(a)

L-Aġenzija għandha toħroġ ċertifikat għat-tagħmir tal-ATM/ANS, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

l-applikant ikun wera konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.CERT.015;

(2)

l-Aġenzija ma tkun identifikat l-ebda nonkonformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS permezz tal-verifika tal-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni tal-konformità ddeterminati skont il-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.010;

(3)

ma jkunu ġew identifikati l-ebda element jew karatteristika li jistgħu jrendu t-tagħmir insikur għall-użu maħsub.

(b)

Iċ-ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandu jinkludi l-limitazzjonijiet operatorji, l-iskeda tad-data għall-idoneità kontinwa, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS applikabbli li magħha l-Aġenzija tirreġistra l-konformità, u kwalunkwe kundizzjoni jew limitazzjoni oħra preskritta fl-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli u fil-kundizzjonijiet speċjali.

ATM/ANS.EQMT.AR.B.015 Investigazzjoni inizjali ta’ sorveljanza tad-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS

(a)

Malli tirċievi dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS minn organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni ta’ tagħmir tal-ATM/ANS u approvata mill-Aġenzija f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769, l-Aġenzija għandha tivverifika li jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

id-dikjarant ikollu l-privileġġ li jiddikjara l-konformità tad-disinn skont il-punt ATM/ANS.EQMT.DEC.005;

(2)

id-dikjarazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha elenkata fil-punt ATM/ANS.EQMT.DEC.010;

(3)

id-dikjarazzjoni ma jkunx fiha informazzjoni li tindika nonkonformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-Anness III u ma jkunu ġew identifikati l-ebda element jew karatteristika li jistgħu jrendu t-tagħmir tal-ATM/ANS insikur għall-użu maħsub.

(b)

Id-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tinkludi l-limitazzjonijiet operatorji, l-iskeda tad-data għall-idoneità kontinwa, l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli li magħhom l-organizzazzjoni tkun uriet konformità, u kwalunkwe kundizzjoni jew limitazzjoni oħra stabbilita fl-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli u fil-kundizzjonijiet speċjali.

(c)

Jekk id-dikjarazzjoni ma tkunx konsistenti mal-privileġġi tal-organizzazzjoni jew ikun fiha informazzjoni li tindika nonkonformità mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli u mal-kundizzjonijiet speċjali, l-Aġenzija għandha tinnotifika lill-organizzazzjoni kkonċernata dwar in-nonkonformità u titlob aktar informazzjoni, azzjonijiet korrettivi u evidenza ta’ dan.

(d)

Jekk ir-rekwiżiti fil-punti (a) u (b) jiġu ssodisfati, l-Aġenzija għandha tirrikonoxxi li tkun irċeviet id-dikjarazzjoni.

ATM/ANS.EQMT.AR.B.025 Reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS

L-Aġenzija għandha tirreġistra dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS f’databażi idonea, diment li:

(a)

id-dikjarant ikun iddikjara l-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.DEC.010;

(b)

id-dikjarant ikun impenja ruħu li jwettaq l-obbligi stipulati fl-Anness III;

(c)

ma jkun hemm l-ebda kwistjoni mhux riżolta f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.020.

ATM/ANS.EQMT.AR.B.030 Bidliet fid-dikjarazzjonijiet

(a)

Malli tirċievi notifika tal-bidliet f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.DEC.020, l-Aġenzija għandha tivverifika l-kompletezza tan-notifika f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.020.

(b)

Meta l-bidla/bidliet taffettwa/jaffettwaw xi aspett tad-dikjarazzjoni li tkun irreġistrata f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.025, l-Aġenzija għandha taġġorna r-reġistru.

(c)

Mat-tlestija tal-attivitajiet meħtieġa mill-punti (a) u (b), l-Aġenzija għandha tirrikonoxxi li tkun irċeviet in-notifika lill-organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS.


ANNESS II

ĊERTIFIKATI TAT-TAGĦMIR TAL-ATM/ANS

(Parti-ATM/ANS.EQMT.CERT)

ATM/ANS.EQMT.CERT.001 Kamp ta’ applikazzjoni

Dan l-Anness jistabbilixxi l-proċeduri għall-ħruġ ta’ ċertifikati għat-tagħmir tal-ATM/ANS f’konformità mal-Artikolu 4, u d-drittijiet u l-obbligi tal-applikant għal dawk iċ-ċertifikati u tad-detentur tagħhom.

ATM/ANS.EQMT.CERT.005 Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun uriet, jew li tinsab fil-proċess li turi, il-kapaċità tad-disinn tagħha f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.CERT.010, tista’ tapplika għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

ATM/ANS.EQMT.CERT.010 Dimostrazzjoni tal-kapaċità

Applikant għal ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandu jkollu approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769, li tkopri t-tagħmir tal-ATM/ANS rispettiv.

ATM/ANS.EQMT.CERT.015 Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS

(a)

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS, jew għal bidliet fih, għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

(b)

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tinkludi, bħala minimu:

(1)

data deskrittiva preliminari tat-tagħmir tal-ATM/ANS u l-użu maħsub tiegħu;

(2)

programm ta’ ċertifikazzjoni għad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-punt ATM/ANS.EQMT.CERT.025, li jikkonsisti f’dawn li ġejjin:

(i)

deskrizzjoni dettaljata tad-disinn, inklużi l-konfigurazzjonijiet kollha li għandhom jiġu ċċertifikati;

(ii)

il-karatteristiċi u l-limitazzjonijiet tat-tagħmir proposti;

(iii)

l-użu maħsub tat-tagħmir tal-ATM/ANS;

(iv)

proposta għall-bażi taċ-ċertifikazzjoni inizjali, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni dettaljati applikabbli, il-kundizzjonijiet speċjali proposti, is-sejbiet ta’ sikurezza ekwivalenti proposti, kif ukoll mezz propost ta’ konformità u devjazzjonijiet proposti, kif applikabbli, imħejjija f’konformità mar-rekwiżiti u l-opzjonijiet stipulati fil-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.001;

(v)

proposta għal dekompożizzjoni tal-programm ta’ ċertifikazzjoni fi gruppi suġġettivi ta’ attivitajiet u data ta’ dimostrazzjoni tal-konformità, inklużi proposta għall-mezz ta’ konformità u d-dokumenti ta’ dimostrazzjoni tal-konformità relatati;

(vi)

proposta għall-valutazzjoni tal-gruppi suġġettivi ta’ attivitajiet u data ta’ dimostrazzjoni tal-konformità, li jindirizzaw il-probabbiltà ta’ nonkonformità mhux identifikat mar-rekwiżiti tal-bażi taċ-ċertifikazzjoni u tal-impatt potenzjali ta’ dak in-nonkonformità fuq it-tagħmir tal-ATM/ANS; il-valutazzjoni proposta għandha tqis mill-inqas l-elementi stipulati fil-punti (a)(2)(i) sa (iv) tal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.010; abbażi ta’ din il-valutazzjoni, l-applikazzjoni għandha tinkludi proposta għal-livell ta’ involviment tal-Aġenzija fil-verifika tal-attivitajiet u tad-data ta’ dimostrazzjoni tal-konformità;

(vii)

skeda tal-proġett li tinkludi l-istadji ewlenin.

(c)

Wara s-sottomissjoni inizjali tal-applikazzjoni lill-Aġenzija, l-applikant għandu jaġġorna l-programm ta’ ċertifikazzjoni meta jkun hemm bidliet fil-proġett taċ-ċertifikazzjoni li jaffetwaw xi wieħed mill-punti (b)(2)(i) sa (vii).

(d)

Applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tkun valida għal 5 snin, sakemm l-applikant ma jurix fil-mument tal-applikazzjoni li jkun jeħtieġ perjodu ta’ żmien itwal biex juri l-konformità u sakemm l-Aġenzija ma taqbilx li testendi dak il-perjodu ta’ żmien.

(e)

Fil-każ fejn ma jkunx inħareġ ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS, jew jekk ikun evidenti li mhux se jinħareġ, fil-limitu ta’ żmien previst fil-punt (d), l-applikant jista’:

(1)

jissottometti applikazzjoni ġdida u jikkonforma mar-rekwiżiti għall-bażi taċ-ċertifikazzjoni, kif stabbilit u nnotifikat mill-Aġenzija f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.001 għad-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni l-ġdida; jew

(2)

japplika għal estensjoni tal-limitu ta’ żmien previst fil-punt (d) u jipproponi data ġdida għall-ħruġ taċ-ċertifikat; f’dak il-każ, l-applikant għandu jikkonforma mar-rekwiżiti għall-bażi taċ-ċertifikazzjoni, kif stabbilit u nnotifikat mill-Aġenzija f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.001 għal data li għandha tintgħażel mill-applikant; madankollu, dik id-data ma għandhiex tippreċedi d-data l-ġdida proposta mill-applikant għall-ħruġ taċ-ċertifikat b’aktar minn 5 snin għal applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS.

ATM/ANS.EQMT.CERT.020 Bidliet li jeħtieġu l-ħruġ ta’ ċertifikat ġdid tat-tagħmir tal-ATM/ANS

Organizzazzjoni tad-disinn approvata li tipproponi bidliet fit-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tapplika għall-ħruġ ta’ ċertifikat ġdid fejn il-bidliet fid-disinn jew fil-funzjonalità ta’ dak it-tagħmir tal-ATM/ANS ikunu tant estensivi li tkun meħtieġa investigazzjoni sħiħa tal-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli.

ATM/ANS.EQMT.CERT.025 Dimostrazzjoni tal-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS

(a)

Applikant għandu, wara l-aċċettazzjoni tal-programm taċ-ċertifikazzjoni mill-Aġenzija, juri konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS kif stabbilit u nnotifikat lill-applikant mill-Aġenzija f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.001, u għandu jipprovdi lill-Aġenzija bil-mezzi li bihom tkun intweriet tali konformità.

(b)

Applikant għal ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandu jaġġorna l-programm taċ-ċertifikazzjoni bil-bażi taċ-ċertifikazzjoni aġġornata f’każ li l-Aġenzija tidentifika l-ħtieġa li l-applikant jagħmel dan wara s-sottomissjoni inizjali stabbilita f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.CERT.015.

(c)

Applikant għandu jirrapporta lill-Aġenzija kwalunkwe diffikultà jew event li jkun iffaċċja matul il-proċess ta’ dimostrazzjoni tal-konformità li jista’ jkollhom effett sinifikanti fuq il-valutazzjoni skont il-punt ATM/ANS.EQMT.CERT.015(b)(2)(vi) jew fuq il-programm ta’ ċertifikazzjoni, jew li b’xi mod ieħor jistgħu jkunu jeħtieġu bidla fil-livell ta’ involviment tal-Aġenzija nnotifikata qabel lill-applikant f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.010(b).

(d)

Applikant għandu jirreġistra d-dimostrazzjoni tal-konformità fid-dokumenti ta’ konformità kif imsemmi fil-programm taċ-ċertifikazzjoni.

(e)

Mat-tlestija tal-attivitajiet kollha ta’ dimostrazzjoni tal-konformità skont il-programm taċ-ċertifikazzjoni, inklużi kwalunkwe spezzjoni u test imwettqa f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.CERT.040, applikant għandu jiddikjara u jissottometti f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija li:

(1)

ikun wera konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni, kif stabbilit u nnotifikat mill-Aġenzija, wara l-programm taċ-ċertifikazzjoni kif aċċettat mill-Aġenzija f’konformità mal-punt (a);

(2)

ma jkunu ġew identifikati l-ebda element jew karatteristika li jistgħu jrendu t-tagħmir tal-ATM/ANS mhux idoneu għall-użu maħsub tiegħu.

(f)

L-applikant għandu juri li l-elementi, il-karatteristiċi jew il-funzjonijiet li ma jifformawx parti mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni ma għandhom l-ebda interferenza jew effett detrimentali fuq l-idoneità tat-tagħmir tal-ATM/ANS għall-użu maħsub tiegħu.

ATM/ANS.EQMT.CERT.030 Mezzi ta’ konformità

(a)

L-Aġenzija għandha tiżviluppa mezzi ta’ konformità aċċettabbli (“AMC”, acceptable means of compliance) li jistgħu jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

(b)

Jistgħu jintużaw mezzi ta’ konformità alternattivi sabiex tiġi stabbilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

ATM/ANS.EQMT.CERT.035 Disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS

(a)

Id-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandu jikkonsisti minn dan li ġej:

(1)

it-tpinġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet, u lista ta’ dawk it-tpinġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet, li huma meħtieġa biex jiġu definiti l-konfigurazzjoni u l-elementi tad-disinn murija li jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni;

(2)

l-informazzjoni dwar il-proċessi u l-metodi ta’ manifattura u assemblaġġ tat-tagħmir meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità tat-tagħmir tal-ATM/ANS;

(3)

taqsima tal-istruzzjonijiet tal-limitazzjonijiet approvati għall-idoneità kontinwa, kif definit mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni dettaljati applikabbli;

(4)

kwalunkwe data oħra li tippermetti li ssir determinazzjoni, permezz ta’ paragun, tal-idoneità tad-disinn.

(b)

Kull disinn għandu jiġi identifikat adegwatament.

ATM/ANS.EQMT.CERT.040 Spezzjoni u ttestjar

(a)

Qabel ma jsir kull test waqt id-dimostrazzjoni tal-konformità kif meħtieġ mill-punt ATM/ANS.EQMT.CERT.025, l-applikant għandu jkun ivverifika:

(1)

fil-każ tal-kampjun tat-test, li:

(i)

il-partijiet, l-elementi, il-konfigurazzjoni, il-kodifikazzjoni u l-proċessi standard huma konformi mal-ispeċifikazzjonijiet għad-disinn propost;

(ii)

it-tagħmir tal-ATM/ANS żviluppat huwa konformi mad-disinn propost;

(iii)

il-proċessi tal-manifattura, il-kostruzzjoni u l-assemblaġġ huma konformi adegwatament ma’ dawk speċifikati fid-disinn tat-tagħmir propost; u

(2)

fil-każ tat-test u t-tagħmir tal-kejl li għandhom jintużaw għat-test, li dawn ikunu adegwati għat-test u kkalibrati kif xieraq.

(b)

Abbażi tal-verifiki mwettqa f’konformità mal-punt (a), l-applikant għandu joħroġ dikjarazzjoni ta’ verifika li telenka kwalunkwe nonkonformità potenzjali, flimkien ma’ ġustifikazzjoni li dan ma jaffettwax ir-riżultati tat-test u għandu jippermetti lill-Aġenzija twettaq kwalunkwe spezzjoni li tqis li tkun meħtieġa biex tivverifika l-validità ta’ dik id-dikjarazzjoni.

(c)

L-applikant għandu jippermetti lill-Aġenzija:

(1)

tirrieżamina kwalunkwe data u informazzjoni relatata mad-dimostrazzjoni tal-konformità;

(2)

tixhed jew twettaq kwalunkwe test jew spezzjoni bl-iskop li tintwera l-konformità.

(d)

Għat-testijiet u l-ispezzjonijiet kollha li tagħhom tkun xhud l-Aġenzija:

(1)

l-applikant għandu jissottometti lill-Aġenzija dikjarazzjoni ta’ verifika f’konformità mal-punt (b);

(2)

l-ebda bidla li taffettwa l-validità tad-dikjarazzjoni ta’ verifika ma għandha ssir fil-kampjun tat-test, jew fit-tagħmir tat-test u tal-kejl, bejn iż-żmien li fih tkun inħarġet id-dikjarazzjoni ta’ verifika prevista fil-punt (b) u ż-żmien li fih il-kampjun tat-test jiġi ppreżentat lill-Aġenzija għall-ittestjar jew li fih tkun saret xhud tiegħu.

ATM/ANS.EQMT.CERT.045 Żamma ta’ rekords

Minbarra r-rekwiżiti taż-żamma tar-rekords xierqa għas-sistema ta’ ġestjoni jew assoċjati magħha, id-detentur taċ-ċertifikat għandu jagħmel disponibbli għall-Aġenzija, l-informazzjoni rilevanti kollha tad-disinn, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-testijiet, inklużi r-rekords ta’ spezzjoni u t-testijiet irreġistrati, u dawn għandhom jinżammu sabiex tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità kontinwa.

ATM/ANS.EQMT.CERT.050 Manwali

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandu jipproduċi, iżomm u jaġġorna kopji oriġinali tal-manwali kollha meħtieġa mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli, u jipprovdi kopji, fuq talba, lill-Aġenzija.

ATM/ANS.EQMT.CERT.055 Struzzjonijiet ta’ manutenzjoni

(a)

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandu jipprovdi mill-inqas sett wieħed ta’ struzzjonijiet ta’ manutenzjoni kompluti, li jinkludu data deskrittiva u struzzjonijiet għall-eżekuzzjoni mħejjija f’konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli, lill-utenti magħrufa kollha u għandu jagħmilhom disponibbli, fuq talba, għal kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda minn dawn l-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni.

(b)

Il-bidliet fl-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni għandhom isiru disponibbli għall-utenti magħrufa kollha u għandhom ikunu disponibbli fuq talba għal kwalunkwe persuna li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda minn dawn l-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni. Għandu jiġi sottomess lill-Aġenzija programm li juri kif il-bidliet fl-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni jsiru disponibbli għall-utenti magħrufa kollha.

ATM/ANS.EQMT.CERT.060 Bidliet fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS

(a)

Il-bidliet kollha għandhom jiġu approvati mill-Aġenzija ladarba d-detentur taċ-ċertifikat juri li l-bidliet, u l-oqsma affettwati mill-bidliet, jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni kif stabbilita mill-Aġenzija f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.001.

(b)

B’deroga mill-punt (a), il-bidliet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-privileġġi tal-organizzazzjoni wara proċedura approvata ta’ ġestjoni tal-bidliet għandhom jiġu ġestiti mill-organizzazzjoni tad-disinn approvata u għandhom ikunu limitati għal konfigurazzjoni(jiet) speċifika/ċi tat-tagħmir tal-ATM/ANS li magħhom ikunu relatati l-bidliet.

(c)

Għal dak l-iskop, id-detentur ta’ ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandu jkollu sistema fis-seħħ biex jidentifika l-kamp ta’ applikazzjoni tal-bidliet fit-tagħmir tal-ATM/ANS bħala “minuri” u “maġġuri”.

(d)

Il-bidliet għandha tinħarġilhom dikjarazzjoni f’konformità mal-punt (b)(2) tal-punt DPO.OR.C.001 tal-Anness II (Parti-DPO.OR) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769.

ATM/ANS.EQMT.CERT.065 Direttivi tat-tagħmir tal-ATM/ANS

Meta tinħareġ direttiva dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS sabiex tiġi kkoreġuta l-kundizzjoni msemmija fil-punt (b) ta’ ATM/ANS.EQMT.AR.A.030, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandu, sakemm ma jkunx iddeterminat mod ieħor mill-Aġenzija f’każ li tkun meħtieġa azzjoni urġenti:

(a)

jipproponi azzjoni korrettiva xierqa u jissottometti d-dettalji ta’ dik il-proposta lill-Aġenzija għall-approvazzjoni;

(b)

wara l-approvazzjoni mill-Aġenzija, jagħmel disponibbli għall-utenti magħrufa kollha tat-tagħmir tal-ATM/ANS u għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u, jekk applikabbli u fuq talba, għal kwalunkwe persuna li tkun meħtieġa tikkonforma mad-direttiva dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS, id-data deskrittiva xierqa u l-istruzzjonijiet għall-eżekuzzjoni.

ATM/ANS.EQMT.CERT.070 Spezzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija

Fuq talba tal-Aġenzija, kull organizzazzjoni li jkollha ċertifikat maħruġ mill-Aġenzija skont dan l-Anness għandha:

(a)

tagħti lill-Aġenzija aċċess għal kwalunkwe faċilità, tagħmir, dokument, rekord, data, proċess, proċedura jew kwalunkwe materjal ieħor, u tippermetti lill-Aġenzija tirreżamina kwalunkwe rapport, tagħmel kwalunkwe spezzjoni u twettaq jew tkun xhud ta’ kwalunkwe test li jkun meħtieġ biex tiġi vverifikata l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness;

(b)

jekk il-persuna fiżika jew ġuridika timpjega sħab, fornituri jew sottokuntratturi, tagħmel arranġamenti magħhom biex tiżgura li l-Aġenzija jkollha aċċess għalihom u tkun tista’ tinvestiga kif deskritt fil-punt (a).


ANNESS III

DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAD-DISINN TAT-TAGĦMIR TAL-ATM/ANS

(Parti-ATM/ANS.EQMT.DEC)

ATM/ANS.EQMT.DEC.001 Kamp ta’ applikazzjoni

Dan l-Anness jistabbilixxi l-proċeduri għad-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS, u jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS li huma awtorizzati joħorġu dikjarazzjonijet.

ATM/ANS.EQMT.DEC.005 Eliġibbiltà u dimostrazzjoni tal-konformità

Organizzazzjoni involuta fid-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha turi l-kapaċità tagħha li tiddikjara l-konformità tad-disinn ta’ ċertu tagħmir tal-ATM/ANS billi jkollha approvazzjoni ta’ organizzazzjoni maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769, kif speċifikat fit-termini tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni.

ATM/ANS.EQMT.DEC.010 Dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS

Organizzazzjoni approvata għandha tissottometti lill-Aġenzija dikjarazzjoni datata u ffirmata ta’ konformità tad-disinn ta’ ċertu tagħmir tal-ATM/ANS. Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tad-disinn, inklużi l-konfigurazzjonijiet kollha;

(b)

il-prestazzjoni ggradata tat-tagħmir, fejn xieraq, jew direttament jew inkella b’referenza għal dokumenti supplementari oħrajn;

(c)

dikjarazzjoni ta’ konformità li tiċċertifika li t-tagħmir jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli, u lista tal-ispeċifikazzjonijiet tad-dikjarazzjoni u l-kundizzjonijiet speċjali, kif applikabbli;

(d)

referenza għall-evidenza ta’ sostenn rilevanti, inklużi r-rapporti tat-testijiet;

(e)

referenza għall-manwali xierqa tal-operat, setup u manutenzjoni;

(f)

il-livelli ta’ konformità, fejn ikunu permessi diversi livelli ta’ konformità mill-ispeċifikazzjonijiet tad-dikjarazzjoni;

(g)

lista ta’ devjazzjonijiet, kif applikabbli.

ATM/ANS.EQMT.DEC.015 Mezzi ta’ konformità

(a)

L-Aġenzija għandha tiżviluppa mezzi ta’ konformità aċċettabbli (“AMC”, acceptable means of compliance) li jistgħu jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

(b)

Jistgħu jintużaw mezzi ta’ konformità alternattivi sabiex tiġi stabbilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

ATM/ANS.EQMT.DEC.020 Bidliet fid-dikjarazzjoni tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS

(a)

Organizzazzjoni approvata involuta fid-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS tista’ tagħmel bidliet fid-disinn li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-privileġġi tal-organizzazzjoni approvata. F’dan il-każ, it-tagħmir mibdul għandu jżomm in-numru tal-parti oriġinali tiegħu.

(b)

Kwalunkwe bidla fid-disinn li tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-privileġġi tal-organizzazzjoni approvata u li tkun estensiva biżżejjed biex tkun meħtieġa investigazzjoni sħiħa f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.020 biex tiġi ddeterminata l-konformità tagħha għandha tirrikjedi l-assenjazzjoni ta’ isem ġdid ta’ mudell għat-tagħmir.

ATM/ANS.EQMT.DEC.025 Żamma ta’ rekords

Minbarra r-rekwiżiti taż-żamma tar-rekords xierqa għas-sistema ta’ ġestjoni jew assoċjati magħha, l-informazzjoni rilevanti kollha tad-disinn, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-test, inklużi r-rekords ta’ spezzjoni għat-tagħmir ittestjat, għandhom ikunu disponibbli għall-Aġenzija u għandhom jinżammu sabiex tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata l-idoneità kontinwa tat-tagħmir tal-ATM/ANS.

ATM/ANS.EQMT.DEC.030 Manwali

L-organizzazzjoni involuta fid-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS, li tkun għamlet id-dikjarazzjoni, għandha tipproduċi, iżżomm u taġġorna kopji oriġinali tal-manwali kollha identifikati fid-dikjarazzjoni, u tipprovdi kopji, fuq talba, lill-Aġenzija.

ATM/ANS.EQMT.DEC.035 Struzzjonijiet ta’ manutenzjoni

(a)

L-organizzazzjoni tad-disinn li tkun għamlet id-dikjarazzjoni għandha tipprovdi mill-inqas sett wieħed ta’ struzzjonijiet ta’ manutenzjoni kompluti, li jinkludu data deskrittiva u struzzjonijiet għall-eżekuzzjoni mħejjija f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għat-tagħmir tal-ATM/ANS kopert mid-dikjarazzjoni, lill-utenti magħrufa kollha u għandha tagħmilhom disponibbli, fuq talba, għal kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mit-termini ta’ dawn l-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni.

(b)

Il-bidliet fl-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni għandhom isiru disponibbli għall-utenti magħrufa kollha u għandhom ikunu disponibbli fuq talba għal kwalunkwe persuna li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda minn dawn l-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni. Għandu jiġi sottomess lill-Aġenzija, fuq talba, programm li juri kif il-bidliet fl-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni jsiru disponibbli għall-utenti magħrufa kollha.

ATM/ANS.EQMT.DEC.040 Direttivi tat-tagħmir tal-ATM/ANS

Meta tinħareġ direttiva dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS sabiex tiġi kkoreġuta l-kundizzjoni msemmija fil-punt (b) ta’ ATM/ANS.EQMT.AR.A.030, id-dikjarant tal-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandu, sakemm ma jkunx iddeterminat mod ieħor mill-Aġenzija f’każ li tkun meħtieġa azzjoni urġenti:

(a)

jipproponi azzjoni korrettiva xierqa u jissottometti d-dettalji ta’ dik il-proposta lill-Aġenzija għall-approvazzjoni;

(b)

wara l-approvazzjoni mill-Aġenzija, jagħmel disponibbli għall-utenti magħrufa kollha tat-tagħmir u għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, jekk applikabbli u fuq talba, għal kwalunkwe persuna li tkun meħtieġa tikkonforma mad-direttiva dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS, id-data deskrittiva xierqa u l-istruzzjonijiet għall-eżekuzzjoni.

ATM/ANS.EQMT.DEC.045 Spezzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija

Fuq talba tal-Aġenzija, kull organizzazzjoni li tkun awtorizzata toħroġ dikjarazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandha:

(a)

tagħti lill-Aġenzija aċċess għal kwalunkwe faċilità, tagħmir, dokument, rekord, data, proċess, proċedura jew kwalunkwe materjal ieħor, u tippermetti lill-Aġenzija tirreżamina kwalunkwe rapport, tagħmel kwalunkwe spezzjoni u twettaq jew tkun xhud ta’ kwalunkwe test li jkun meħtieġ biex jiġu vverifikati l-konformità u l-konformità kontinwa tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness;

(b)

jekk il-persuna fiżika jew ġuridika tuża sħab, fornituri jew sottokuntratturi, tagħmel arranġamenti magħhom sabiex tiżgura li l-Aġenzija jkollha aċċess għalihom u tkun tista’ tinvestiga kif previst fil-punt (a).


15.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1769

tat-12 ta’ Settembru 2023

li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tas-sistemi u tal-kostitwenti tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 43(1) u 62(15), il-punt (c) tiegħu,

Billi:

(1)

Filwaqt li jitqiesu l-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4 tar-Regolament (UE) 2018/1139, u b’mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, l-organizzazzjonijiet li huma involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tas-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ATM/ANS) u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS, jenħtieġ li jkunu meħtieġa jkollhom ċertifikat.

(2)

Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2018/1139, u l-konformità magħhom, għall-forniment tal-ATM/ANS, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għal-limitazzjoni, għas-sospensjoni jew għar-revoka taċ-ċertifikati għall-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS, kif ukoll il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati.

(3)

Il-valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir tal-ATM/ANS stabbilita fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1768 (2) tiddependi min-natura u r-riskju tas-servizz tal-ATM/ANS, jew dwar il-funzjonalità tat-tagħmir tal-ATM/ANS partikolari u hija bbażata fuq il-metodoloġiji u l-aħjar prattiki eżistenti. Dak ir-Regolament jistabbilixxi tliet tipi differenti ta’ valutazzjoni tal-konformità, b’mod partikolari: ċertifikazzjoni mill-Aġenzija ta’ ċertu tagħmir tal-ATM/ANS; dikjarazzjoni minn organizzazzjoni approvata involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS; u dikjarazzjoni ta’ konformità mill-fornitur tal-ATM/ANS jew minn organizzazzjoni approvata involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS.

(4)

Iċ-ċiklu tal-ħajja tipiku tat-tagħmir tal-ATM/ANS jikkonsisti f’diversi fażijiet: id-disinn, il-produzzjoni, l-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni, u d-dekummissjonar. Il-fornitur tal-ATM/ANS normalment ikun responsabbli għal xi wħud minn dawk il-fażijiet, filwaqt li għal fażijiet oħra jkunu responsabbli l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti komuni għall-approvazzjoni u għas-sorveljanza ta’ organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni ta’ ċertu tagħmir tal-ATM/ANS użat fil-forniment tal-ATM/ANS, b’mod partikolari dawk imsemmija fil-punt 3.1 tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(5)

L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) hija responsabbli għall-kompiti kollha tal-awtorità kompetenti relatati maċ-ċertifikati u mad-dikjarazzjonijiet għas-sistemi tal-ATM/ANS u għall-kostitwenti tal-ATM/ANS (“tagħmir tal-ATM/ANS”), inklużi s-sorveljanza u l-infurzar. Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju u, fost l-oħrajn, biex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-piżijiet amministrattivi, kif ukoll biex tiġi promossa l-effettività fil-proċessi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sorveljanza, dawk il-funzjonijiet ta’ sorveljanza u infurzar jenħtieġ li jiġu eżerċitati mill-Aġenzija. Għall-finijiet ta’ ċertifikazzjoni jew rieżami tad-dikjarazzjonijiet tat-tagħmir tal-ATM/ANS, huwa meħtieġ li l-Aġenzija tissorvelja wkoll il-proċessi stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni, inkluż, meta meħtieġ, iċ-ċertifikazzjoni ta’ dawk l-organizzazzjonijiet. Għalhekk, l-Aġenzija jenħtieġ li tkun responsabbli għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS u fl-istess ħin għall-attestazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS.

(6)

Il-kompetenza tal-Aġenzija li tiċċertifika l-organizzazzjonijiet tad-disinn jew tal-produzzjoni jenħtieġ li tippermetti wkoll approċċ mhux diskriminatorju u armonizzat fil-konfront tal-organizzazzjonijiet kollha tad-disinn jew tal-produzzjoni li japplikaw għal ċertifikat skont dan ir-Regolament. It-tagħmir tal-ATM/ANS imqiegħed fis-suq tal-Unjoni jista’ jintuża fl-Istati Membri kollha u għal kull tip ta’ servizz, irrispettivament minn jekk jintużax minn fornituri tal-ATM/ANS attivi fi Stat Membru wieħed jew aktar. Ma huwiex possibbli li l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn u fil-produzzjoni jiġu kkategorizzati abbażi tal-katalgu futur tagħhom ta’ tagħmir li għandu jintuża fil-livell lokali jew tal-Unjoni. L-istess prinċipju għandu jiġi osservat meta l-Aġenzija tkun qed talloka kompiti ta’ ċertifikazzjoni u sorveljanza.

(7)

F’konformità mal-Artikolu 29(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/696 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (EUSAPA) ġiet fdata bil-kompitu tal-ġestjoni tal-isfruttament tas-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS), kif previst fl-Artikolu 44 ta’ dak ir-Regolament. Fost azzjonijiet oħra, l-isfruttament tal-EGNOS ikopri l-appoġġ għall-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u standardizzazzjoni. L-EUSPA ma twettaqx waħedha l-kompiti kollha relatati mal-isfruttament ta’ EGNOS u minflok tibbaża fuq l-għarfien espert ta’ entitajiet oħra, b’mod partikolari l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA), dwar attivitajiet relatati mal-evoluzzjoni tas-sistema, id-disinn u l-iżvilupp tal-partijiet mis-segment tal-art. Għalhekk, l-EUSPA jenħtieġ li titqies bħala ekwivalenti għal organizzazzjoni tad-disinn jew tal-produzzjoni fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.

(8)

Skont ir-rwoli u r-responsabbiltajiet definiti fir-Regolament (UE) 2021/696 għall-EUSPA u għall-ESA, ma hemmx entità unika waħda responsabbli għad-disinn tas-sistema EGNOS u tat-tagħmir tagħha u għalhekk ma hemmx Organizzazzjoni tad-Disinn u tal-Produzzjoni unika li tista’ tiġi approvata mill-EASA.

(9)

Għaldaqstant, l-ispeċifiċitajiet tal-istabbiliment għad-disinn tas-sistema EGNOS jirrikjedu mezzi speċifiċi biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1139, filwaqt li jitqies li EGNOS huwa servizz multimodali, li jenħtieġ li jikkonforma wkoll mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti għal setturi oħra.

(10)

Iż-żewġ aġenziji jenħtieġ li jikkooperaw biex jiżguraw il-konformità tas-sistema EGNOS mal-istandards rilevanti tal-ICAO sabiex l-arranġamenti rispettivi jiżguraw livell ta’ sikurezza u interoperabbiltà ekwivalenti għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti għad-disinn u għall-produzzjoni f’dan ir-Regolament. Il-kooperazzjoni se tinkludi wkoll il-konsultazzjoni tal-EUSPA fl-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet dettaljati.

(11)

Dan ir-Regolament qies kif xieraq il-kontenut tal-Pjan Regolatorju tal-ATM u l-kapaċitajiet teknoloġiċi li jinsabu fih.

(12)

L-Aġenzija ħejjiet abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni u ppreżentathom lill-Kummissjoni bl-Opinjoni Nru 01/2023 f’konformità mal-Artikolu 75(2)(b) u (c), u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(13)

Sabiex tagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi u mill-għarfien espert eżistenti, l-Aġenzija tista’ tfittex appoġġ amministrattiv meta twettaq il-kompiti tagħha ta’ ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar skont dan ir-Regolament mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dan l-appoġġ amministrattiv jenħtieġ li ma jikkostitwixxi l-ebda delega ta’ setgħat jew responsabbiltajiet tal-kompiti.

(14)

Sabiex l-organizzazzjonijiet tad-disinn jew tal-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS jiġu inklużi fl-ambitu tal-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203 jenħtieġ li jiġi emendat.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 127(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1139.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni ta’ sistemi tal-ATM/ANS u ta’ kostitwenti tal-ATM/ANS soġġetti għal ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1768 jew għal dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Tagħmir tal-ATM/ANS” tfisser kostitwenti tal-ATM/ANS kif definiti mill-Artikolu 3(6) tar-Regolament (UE) 2018/1139 u sistemi tal-ATM/ANS kif definiti mill-Artikolu 3(7) ta’ dak ir-Regolament, minbarra kostitwenti fl-ajru li huma soġġetti għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (4);

(2)

“direttiva dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS” tfisser dokument maħruġ mill-Aġenzija li jordna l-azzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-fornituri tal-ATM/ANS fuq tagħmir tal-ATM/ANS biex jindirizzaw kundizzjoni mhux sikura u/jew mhux sigura li tkun ġiet identifikata u jirrestawraw il-prestazzjoni u l-interoperabbiltà ta’ dak it-tagħmir tal-ATM/ANS meta l-evidenza turi li s-sikurezza, is-sigurtà, il-prestazzjoni jew l-interoperabbiltà ta’ dak it-tagħmir partikolari jistgħu nkella jiġu kompromessi;

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-awtorità kompetenti

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti responsabbli għall-ħruġ tal-approvazzjonijiet lill-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS u għas-sorveljanza u għall-infurzar fir-rigward ta’ dawk l-organizzazzjonijiet, għandha tkun l-Aġenzija.

2.   L-Aġenzija għandha tissodisfa r-rekwiżiti dettaljati stabbiliti fl-Anness I (Parti-DPO.AR) meta twettaq ċertifikazzjoni, investigazzjonijiet, spezzjonijiet, awditi u attivitajiet oħra ta’ monitoraġġ meħtieġa biex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tal-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS soġġett għal dan ir-Regolament. L-Aġenzija tista’ tfittex appoġġ amministrattiv mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għat-twettiq tal-kompiti tagħha relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar meta twettaq il-funzjonijiet tagħha skont dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS

1.   Organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS soġġett għal ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1768 jew dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament għandha turi l-kapaċità tagħha bħala organizzazzjoni tad-disinn jew tal-produzzjoni għal tagħmir tal-ATM/ANS f’konformità mal-Anness II (Parti-DPO.OR).

2.   L-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS tas-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament billi juru l-konformità tagħhom mar-Regolament (UE) 2021/696 u mal-istandards ta’ ġestjoni, ta’ disinn u ta’ kwalità applikabbli għall-EGNOS skont dak ir-Regolament. Tali organizzazzjonijiet ma għandhomx ikunu meħtieġa li jiġu approvati mill-Aġenzija.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali għandha tiżgura fir-rwol tagħha ta’ organizzazzjoni tad-disinn jew tal-produzzjoni li l-organizzazzjonijiet l-oħrajn involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-EGNOS isegwu proċessi tad-disinn u tal-produzzjoni li jirriżultaw fil-livell ta’ sikurezza u interoperabbiltà ekwivalenti għall-Anness II (Parti-DPO.OR).

Artikolu 5

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203 (5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2(1), jiżdied il-punt (j) li ġej:

“(j)

l-organizzazzjonijiet approvati involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni ta’ sistemi tal-ATM/ANS u kostitwenti tal-ATM/ANS soġġetti għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1769 (*1).

(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1769 tat-12 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tas-sistemi u tal-kostitwenti tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203 (ĠU L 228, XX.9.2023, p. 19).” "

(2)

fl-Artikolu 6(1), jiżdied il-punt (h) li ġej:

“(h)

fir-rigward tal-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (j), l-awtorità kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769.”.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1768 tal-14 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi regoli dettaljati għaċ-ċertifikazzjoni u għad-dikjarazzjoni tas-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-kostitwenti tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203 tas-27 ta’ Ottubru 2022 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni għall-organizzazzjonijiet koperti mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014, (UE) Nru 965/2012, (UE) Nru 1178/2011, (UE) 2015/340, mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 u (UE) 2021/664, u għall-awtoritajiet kompetenti koperti mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012, (UE) Nru 1321/2014, (UE) Nru 965/2012, (UE) Nru 1178/2011, (UE) 2015/340 u (UE) Nru 139/2014, mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 u (UE) 2021/664 u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011, (UE) Nru 748/2012, (UE) Nru 965/2012, (UE) Nru 139/2014, (UE) Nru 1321/2014, (UE) 2015/340, u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 u (UE) 2021/664 (ĠU L 31, 2.2.2023, p. 1).


ANNESS I

REKWIŻITI GĦALL-AĠENZIJA

(Parti-DPO.AR)

SUBPARTI A   REKWIŻITI ĠENERALI (DPO.AR.A)

DPO.AR.A.001   Ambitu

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għas-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ ġestjoni tal-Aġenzija għall-kompiti ta’ ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar tal-organizzazzjonijiet tad-disinn jew tal-produzzjoni meta l-Aġenzija teżerċita l-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha.

DPO.AR.A.010   Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza, sigurtà u interoperabbiltà

(a)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, l-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred b’mod xieraq informazzjoni dwar is-sikurezza, is-sigurtà u l-interoperabbiltà.

(b)

Malli tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punt (a), l-Aġenzija għandha tieħu miżuri xierqa biex tindirizza kwalunkwe problema identifikata ta’ sikurezza, sigurtà jew interoperabbiltà, inkluż il-ħruġ ta’ direttivi dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.A.030 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1768.

(c)

Il-miżuri meħuda skont il-punt (b) għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-organizzazzjoni kkonċernata, li hija obbligata tikkonforma magħhom, f’konformità mal-punt DPO.OR.A.035. L-awtoritajiet kompetenti tal-fornituri tal-ATM/ANS ikkonċernati għandhom jiġu nnotifikati wkoll.

DPO.AR.A.015   Reazzjoni immedjata għal inċident jew vulnerabbiltà tas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni

(a)

L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred b’mod xieraq l-informazzjoni relatata mal-inċidenti u mal-vulnerabbiltajiet tas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni li jiġu rrapportati mill-organizzazzjonijiet. Dan għandu jsir b’koordinazzjoni ma’ kwalunkwe awtorità rilevanti oħra responsabbli għas-sigurtà tal-informazzjoni jew għaċ-ċibersigurtà fl-Istat Membru biex jiżdiedu l-koordinazzjoni u l-kompatibbiltà tal-iskemi ta’ rapportar.

(b)

Malli tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punt (a), l-Aġenzija għandha tieħu miżuri adegwati biex tindirizza l-impatt potenzjali tal-inċident jew tal-vulnerabbiltà tas-sigurtà tal-informazzjoni fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni.

(c)

Il-miżuri meħuda f’konformità mal-punt (b) għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-persuni jew lill-organizzazzjonijiet kollha li għandhom ikunu konformi magħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. L-Aġenzija għandha tinnotifika wkoll dawk il-miżuri lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

SUBPARTI B   ĠESTJONI (DPO.AR.B)

DPO.AR.B.001   Sistema ta’ ġestjoni

(a)

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tmantni sistema ta’ ġestjoni, li tinkludi, tal-inqas l-elementi li ġejjin:

(1)

politiki u proċeduri dokumentati biex tiddeskrivi l-organizzazzjoni, il-mezzi u l-metodi tagħha sabiex tistabbilixxi konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tagħhom, kif ikun meħtieġ, għall-eżerċizzju tal-kompiti ta’ ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar tagħha; il-proċeduri għandhom jinżammu aġġornati u jservu bħala d-dokumenti ta’ ħidma bażiċi fl-Aġenzija għall-kompiti relatati kollha;

(2)

għadd suffiċjenti ta’ persunal biex jaqdi l-kompiti tiegħu u jwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu skont dan ir-Regolament; għandu jkun hemm stabbilita sistema biex tkun tista’ tiġi ppjanata d-disponibbiltà tal-persunal, sabiex tiġi żgurata t-tlestija xierqa tal-kompiti kollha relatati;

(3)

persunal kwalifikat biex iwettaq il-kompiti allokati lilu u jkollu l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa, kif ukoll it-taħriġ inizjali u rikorrenti li jkun irċieva biex jiżgura l-kompetenza kontinwa tiegħu;

(4)

faċilitajiet u uffiċċji adegwati biex jitwettqu l-kompiti allokati;

(5)

funzjoni biex jiġu mmonitorjati l-konformità tas-sistema ta’ ġestjoni mar-rekwiżiti rilevanti u l-adegwatezza tal-proċeduri, inkluż l-istabbiliment ta’ proċess ta’ awditjar intern u proċess ta’ ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza; il-funzjoni ta’ monitoraġġ tal-konformità għandha tinkludi sistema biex jiġi pprovdut feedback dwar is-sejbiet tal-awditjar lill-maniġment superjuri tal-Aġenzija biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi kif ikun meħtieġ;

(6)

persuna jew grupp ta’ persuni li fl-aħħar mill-aħħar huma responsabbli fil-konfront tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija għall-funzjoni tal-monitoraġġ tal-konformità.

(b)

L-Aġenzija għandha taħtar, għal kull qasam ta’ attività, inkluż fis-sistema ta’ ġestjoni, persuna jew persuni li jkollhom ir-responsabbiltà ġenerali għall-ġestjoni tal-kompitu/kompiti rilevanti.

(c)

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi proċeduri għall-parteċipazzjoni tagħha fi skambju reċiproku tal-informazzjoni kollha meħtieġa ma’ kwalunkwe awtorità kompetenti oħra msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 (2) u tipprovdilha assistenza jew titlob assistenza mingħandha, inkluż kwalunkwe informazzjoni li tirriżulta minn rapportar obbligatorju u volontarju tal-okkorrenzi kif meħtieġ mill-punt DPO.OR.A.045;

(d)

Is-sistema ta’ ġestjoni stabbilita u miżmuma mill-Aġenzija għandha tkun konformi mal-Anness I (Parti-IS.AR) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203 biex tiżgura l-ġestjoni xierqa tar-riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni li jaf ikollhom impatt fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni.

DPO.AR.B.010   Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni

(a)

L-Aġenzija għandu jkollha stabbilita sistema biex tidentifika dawk il-bidliet li jaffettwaw il-kapaċità li għandha biex twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. Dik is-sistema għandha tippermetti lill-Aġenzija tieħu azzjoni, kif ikun xieraq, biex tara li s-sistema ta’ ġestjoni tibqa’ adegwata u effettiva.

(b)

L-Aġenzija għandha taġġorna s-sistema ta’ ġestjoni tagħha biex tirrifletti kwalunkwe bidla fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, b’mod f’waqtu, sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tas-sistema ta’ ġestjoni tagħha.

DPO.AR.B.015   Żamma ta’ rekords

(a)

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta’ żamma tar-rekords li tipprevedi l-ħażna adegwata, l-aċċessibbiltà u t-traċċabbiltà affidabbli:

(1)

il-politiki u l-proċeduri dokumentati tas-sistema ta’ ġestjoni;

(2)

it-taħriġ, il-kwalifikazzjonijiet, u l-awtorizzazzjoni tal-persunal kif meħtieġ mill-punt DPO.AR.B.001(a)(3);

(3)

l-allokazzjoni tal-kompiti, li jkopru l-elementi meħtieġa mill-punt ATM/ANS.EQMT.AR.A.020 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1768, kif ukoll id-dettalji tal-kompiti allokati;

(4)

il-proċess ta’ approvazzjoni fir-rigward tal-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS, fil-proċess ta’ ċertifikazzjoni, u fir-reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ konformità tad-disinn għal tagħmir tal-ATM/ANS u fis-sorveljanza kontinwa, inkluż:

(i)

applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ approvazzjonijiet;

(ii)

approvazzjonijiet maħruġa lill-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS, inkluż il-privileġġi assoċjati u kwalunkwe bidla fihom;

(iii)

iċ-ċertifikati tat-tagħmir tal-ATM/ANS maħruġa, inkluż kwalunkwe bidla li tkun għamlet fihom;

(iv)

id-dikjarazzjonijiet validi kollha tal-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS li tkun irreġistrat;

(v)

il-programm ta’ sorveljanza kontinwa tal-Aġenzija, inkluż ir-rekords kollha tal-valutazzjonijiet, tal-awditjar u tal-ispezzjonijiet;

(vi)

kopja tal-programm ta’ sorveljanza li jelenka d-dati meta jmisshom isiru l-awditi u meta saru;

(vii)

kopji tal-korrispondenza formali kollha;

(viii)

ir-rakkomandazzjonijiet għall-ħruġ jew għall-kontinwazzjoni ta’ ċertifikat jew għall-kontinwazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni, id-dettalji tas-sejbiet u tal-azzjonijiet meħuda mill-organizzazzjonijiet biex jagħlquhom, inkluż id-data tal-għeluq ta’ kull punt, l-azzjonijiet ta’ infurzar u l-osservazzjonijiet;

(ix)

kwalunkwe rapport ta’ valutazzjoni, awditu jew spezzjoni;

(x)

kopji tal-manwali, tal-proċeduri u tal-proċessi kollha tal-organizzazzjoni jew il-manwali u l-emendi għalihom;

(xi)

kopji ta’ kwalunkwe dokument ieħor approvat mill-Aġenzija;

(5)

in-notifika u l-evalwazzjoni tal-mezzi alternattivi ta’ konformità proposti mill-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS u l-valutazzjoni ta’ dawn il-mezzi alternattivi ta’ konformità;

(6)

informazzjoni dwar is-sikurezza, direttivi dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS, u miżuri ta’ segwitu;

(7)

l-użu ta’ dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà skont l-Artikolu 76(4) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(b)

L-Aġenzija għandha żżomm lista taċ-ċertifikati kollha li tkun ħarġet u ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni li tkun irreġistrat.

(c)

Ir-rekords kollha msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jinħażnu b’mod li jiżgura l-protezzjoni kontra ħsara, tibdil u serq u jinżammu għal perjodu minimu ta’ 5 snin wara li l-approvazzjonijiet u ċ-ċertifikati ma jibqgħux validi jew wara li d-dikjarazzjonijiet jiġu rtirati, soġġett għal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

SUBPARTI C   ĊERTIFIKAZZJONI, SORVELJANZA, U INFURZAR (DPO.AR.C)

DPO.AR.C.001   Ħruġ ta’ approvazzjonijiet lill-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS

(a)

Malli tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ ta’ approvazzjoni lill-organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS, l-Aġenzija għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi II u III tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1768 u fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(b)

L-Aġenzija tista’ titlob kwalunkwe awditu, spezzjoni jew valutazzjoni li ssib li tkun meħtieġa qabel ma toħroġ l-approvazzjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha stabbilita fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.

(c)

L-approvazzjoni għandha tinħareġ għal durata mhux limitata. Il-privileġġi fir-rigward tal-attivitajiet li l-organizzazzjoni tkun approvata li twettaq għandhom jiġu speċifikati fil-kundizzjonijiet mehmuża mal-approvazzjoni.

(1)

Fir-rigward ta’ organizzazzjoni involuta fid-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS, il-kundizzjonijiet għandhom jispeċifikaw it-tip ta’ xogħol ta’ disinn u l-kategoriji tat-tagħmir tal-ATM/ANS li għalihom l-organizzazzjoni jkollha approvazzjoni, u l-privileġġi li l-organizzazzjoni tkun approvata teżerċita.

(2)

Fir-rigward ta’ organizzazzjoni involuta fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS, il-kundizzjonijiet għandhom jispeċifikaw l-ambitu tax-xogħol u t-tagħmir tal-ATM/ANS jew il-kategoriji tat-tagħmir, jew it-tnejn, li għalihom id-detentur taċ-ċertifikat huwa intitolat li jeżerċita l-privileġġi.

(d)

L-approvazzjoni ma għandhiex tinħareġ meta s-sejba tal-livell 1 imsemmija fid-DPO.AR.C.015 tibqa’ miftuħa. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, is-sejba/sejbiet għajr tal-livell 1 għandha/għandhom tiġi/jiġu vvalutata/ivvalutati u mmitigata/immitigati kif meħtieġ mill-organizzazzjoni u qabel il-ħruġ tal-approvazzjoni, l-Aġenzija għandha tapprova pjan ta’ azzjoni korrettiva għall-għeluq tas-sejba/sejbiet.

(e)

Kull bidla fl-approvazzjoni u fil-kundizzjonijiet tagħha għandha tiġi approvata mill-Aġenzija.

DPO.AR.C.005   Programm ta’ sorveljanza

(a)

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi programm ta’ superviżjoni u taġġornah kull sena filwaqt li tqis l-għamla speċifika tal-organizzazzjonijiet li tissorvelja, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, u r-riżultati tal-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni jew superviżjoni fil-passat u għandha tibbażah fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. Il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi awditi, li għandhom:

(1)

ikopru l-oqsma kollha ta’ tħassib potenzjali, b’enfasi fuq dawk l-oqsma fejn ikunu ġew identifikati xi problemi fil-passat;

(2)

ikopru l-organizzazzjonijiet, iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet kollha taħt is-sorveljanza tal-Aġenzija;

(3)

ikopru l-mezzi implimentati mill-organizzazzjonijiet biex jiżguraw il-kompetenza tal-persunal tagħhom;

(4)

jiżguraw li l-awditi jitwettqu b’mod proporzjonat mal-livell tar-riskju ppreżentat mill-attivitajiet tal-organizzazzjoni;

(5)

jiżguraw li għall-organizzazzjonijiet taħt is-superviżjoni tagħha, jiġi applikat ċiklu ta’ ppjanar tas-superviżjoni li ma jaqbiżx l-24 xahar.

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni tkun naqset.

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar għas-superviżjoni jista’ jiġi estiż sa massimu ta’ 36 xahar, jekk l-Aġenzija tkun stabbiliet li, matul l-24 xahar ta’ qabel:

(i)

l-organizzazzjoni tkun uriet fuq bażi kontinwa l-konformità mar-rekwiżiti tal-ġestjoni tat-tibdil skont il-punt DPO.OR.B.005;

(ii)

ma tkun inħarġet l-ebda sejba tal-livell 1, imsemmija f’DPO.AR.C.015;

(iii)

l-azzjonijiet korrettivi kollha msemmija f’DPO.AR.C.015 ġew implimentati fil-perjodu ta’ żmien aċċettat jew estiż mill-Aġenzija kif definit fil-punt DPO.AR.C.015.

Jekk, minbarra l-punti (i), (ii) u (iii), l-organizzazzjoni tkun stabbiliet sistema effettiva ta’ rapportar kontinwu lill-Aġenzija fir-rigward tal-konformità regolatorja tagħha, li tkun ġiet approvata, iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jiġi estiż għal massimu ta’ 48 xahar;

(6)

jiżguraw is-segwitu tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi msemmija f’DPO.AR.C.015;

(7)

ikunu soġġetti għal konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet ikkonċernati u wara n-notifika tiegħu;

(8)

jindikaw l-intervalli ppjanati tal-ispezzjonijiet tas-siti differenti, jekk meħtieġ.

(b)

L-Aġenzija tista’ tiddeċiedi li timmodifika l-objettivi u l-ambitu tal-awditi ppjanati minn qabel, inklużi rieżamijiet dokumentarji u awditi addizzjonali, kull meta jkun hemm bżonn.

(c)

L-Aġenzija għandha tiddeċiedi liema arranġamenti, elementi, postijiet fiżiċi u attivitajiet għandhom jiġu awditjati fi żmien speċifikat.

(d)

L-osservazzjonijiet u s-sejbiet tal-awditi maħruġa f’konformità mal-punt DPO.AR.C.015 għandhom jiġu ddokumentati.

(e)

Is-sejbiet għandhom ikunu appoġġati minn evidenza, u jkunu identifikati skont ir-rekwiżiti applikabbli u l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni tagħhom li jkunu l-bażi li fuqhom twettaq l-awditu.

(f)

Rapport tal-awditjar, li jinkludi d-dettalji tas-sejbiet u l-osservazzjonijiet, għandu jitħejja u jiġi kkomunikat lill-organizzazzjoni kkonċernata.

DPO.AR.C.010   Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni

(a)

Għall-bidliet ġestiti u nnotifikati lill-Aġenzija f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-punt IS.I.OR.255(a) tal-Anness II (Parti-IS.I.OR) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203, l-Aġenzija għandha tinkludi r-rieżami ta’ dawn il-bidliet fil-programm ta’sorveljanza kontinwa tagħha f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-punt DPO.AR.C.005 ta’ dan l-Anness. Jekk jinstab kwalunkwe nuqqas ta’ konformità, l-Aġenzija għandha tinnotifika lill-organizzazzjoni b’dan, titlob aktar bidliet u taġixxi f’konformità mal-punt DPO.AR.C.015 ta’ dan l-Anness.

(b)

Għall-bidliet l-oħra li jirrikjedu applikazzjoni għall-approvazzjoni f’konformità mal-punt IS.I.OR.255(b) tal-Anness II (Parti-IS.I.OR) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203:

(1)

malli tirċievi l-applikazzjoni għall-bidla, l-Aġenzija għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli qabel ma toħroġ l-approvazzjoni;

(2)

l-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-organizzazzjoni tista’ topera matul l-implimentazzjoni tal-bidla;

(3)

jekk tkun issodisfata li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, l-Aġenzija għandha tapprova l-bidla.

DPO.AR.C.015   Sejbiet, azzjonijiet korrettivi u miżuri ta’ infurzar

(a)

Meta matul l-investigazzjoni jew is-sorveljanza jew bi kwalunkwe mezz ieħor, l-Aġenzija tidentifika kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament ta’ proċedura jew manwal meħtieġ minn dan ir-Regolament, jew ta’ ċertifikat jew dikjarazzjoni maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament, hija għandha, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni addizzjonali meħtieġa mir-Regolament (UE) 2018/1139, tippreżenta sejba.

(b)

L-Aġenzija għandu jkollha sistema stabbilita biex:

(1)

tanalizza s-sejbiet għas-sinifikat tas-sikurezza u l-interoperabbiltà tagħhom;

(2)

tidentifika miżuri ta’ infurzar xierqa, inkluż is-sospensjoni jew ir-revoka ta’ approvazzjonijiet u ċertifikati;

(3)

toħroġ direttivi abbażi tar-riskju maħluq min-nuqqas ta’ konformità tal-organizzazzjoni.

(c)

L-Aġenzija għandha tippreżenta sejba tal-livell 1 meta tidentifika kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sinifikanti mal-bażi ta’ ċertifikazzjoni tal-ATM/ANS skont il-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.001 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1768 li jista’ jwassal għal nuqqas ta’ konformità mhux ikkontrollat u għal kundizzjoni potenzjali mhux mixtieqa.

Sejbiet tal-livell 1 għandhom jinkludu, iżda ma humiex limitati għal:

(1)

il-promulgazzjoni tal-proċeduri operazzjonali li jintroduċu riskju sinifikanti għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni;

(2)

il-kisba jew iż-żamma tal-validità tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni permezz tas-sottomissjoni ta’ evidenza dokumentarja ffalsifikata;

(3)

l-evidenza ta’ prattika ħażina jew ta’ użu qarrieqi tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni;

(4)

in-nuqqas ta’ maniġer akkontabbli.

(d)

L-Aġenzija għandha tippreżenta sejba tal-livell 2 meta jiġi identifikat nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139;

(ii)

mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tar-Regolament (UE) 2018/1139;

(iii)

mal-proċeduri u mal-manwali meħtieġa mir-Regolament (UE) 2018/1139; jew

(iv)

mal-approvazzjoni maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139,

li mhijiex ikklassifikata bħala sejba tal-livell 1.

(e)

Meta tiġi ppreżentata sejba, l-Aġenzija għandha, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni addizzjonali meħtieġa mir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, tikkomunika s-sejba bil-miktub lill-organizzazzjoni kkonċernata u titlobha tieħu azzjoni korrettiva biex tindirizza n-nuqqas/nuqqasijiet ta’ konformità identifikat(i).

(1)

Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 1, l-Aġenzija għandha minnufih tieħu miżuri ta’ infurzar xierqa u tista’, jekk ikun xieraq, tillimita, tissospendi jew tirrevoka l-approvazzjoni kollha jew parti minnha sakemm l-organizzazzjoni tkun ħadet azzjoni korrettiva b’suċċess.

(2)

Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 2, l-Aġenzija għandha:

(i)

tagħti lill-organizzazzjoni perjodu ta’ implimentazzjoni għal azzjoni korrettiva, bħala parti minn pjan ta’ azzjoni, xieraq għan-natura tas-sejba;

(ii)

tivvaluta l-azzjoni korrettiva u l-pjan ta’ implimentazzjoni proposti mill-organizzazzjoni, u jekk il-valutazzjoni tikkonkludi li dawn ikunu biżżejjed biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ konformità jew aktar minn wieħed, hija għandha taċċettahom.

(3)

Fil-każ tas-sejbiet tal-livell 2, meta l-organizzazzjoni tonqos milli tissottometti pjan ta’ azzjoni korrettiva li huwa aċċettabbli għall-Aġenzija fid-dawl tas-sejba, jew meta l-organizzazzjoni tonqos milli twettaq l-azzjoni korrettiva sal-perjodu ta’ żmien aċċettat jew estiż mill-Aġenzija, is-sejba tista’ tiżdied għal sejba tal-livell 1, u għandha tittieħed azzjoni f’konformità mal-punt (e)(1).

(f)

Għal dawk il-każijiet fejn ma jkunux meħtieġa sejbiet tal-livell 1 u tal-livell 2, l-Aġenzija tista’ toħroġ osservazzjonijiet.

(g)

L-Aġenzija għandha:

(1)

tissospendi ċertifikat jekk tqis li hemm raġunijiet raġonevoli li tali azzjoni hija meħtieġa biex tiġi pprevenuta theddida kredibbli għas-sikurezza, għas-sigurtà, għall-prestazzjoni jew għall-interoperabbiltà tat-tagħmir tal-ATM/ANS;

(2)

toħroġ direttiva dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS skont il-kundizzjonijiet tal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.A.030 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1768;

(3)

tissospendi, tirrevoka jew tillimita ċertifikat jekk tali azzjoni tkun meħtieġa f’konformità mal-punt (c);

(4)

tieħu azzjoni immedjata u xierqa li tkun meħtieġa biex jiġu limitati jew ipprojbiti l-attivitajiet ta’ organizzazzjoni jew ta’ persuna fiżika jew ġuridika jekk tqis li hemm raġunijiet raġonevoli li din l-azzjoni hija meħtieġa sabiex tiġi pprevenuta theddida kredibbli għat-tagħmir tal-ATM/ANS;

(5)

tirreġistra dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn biss wara li s-sejbiet kollha mill-investigazzjoni ta’ sorveljanza inizjali jkunu ġew solvuti;

(6)

tneħħi b’mod temporanju jew permanenti r-reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn jekk tqis li hemm raġunijiet raġonevoli li tali azzjoni hija meħtieġa biex tiġi pprevenuta theddida kredibbli għas-sikurezza, għas-sigurtà, għall-prestazzjoni jew għall-interoperabbiltà tat-tagħmir tal-ATM/ANS;

(7)

tieħu kwalunkwe miżura ta’ infurzar ulterjuri li tkun meħtieġa biex jiġi żgurat li kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali tal-Anness VIII u, jekk applikabbli, tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2018/1139 u ma’ dan l-Anness, jiġi rettifikat u, meta meħtieġ, timmitiga l-konsegwenzi tiegħu.

(h)

Malli tieħu miżura ta’ infurzar f’konformità mal-punt (g), l-Aġenzija għandha tinnotifikahom lid-destinatarju, tiddikjara r-raġunijiet għaliha, u tinforma lid-destinatarju bid-dritt tiegħu għal appell.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħra tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1).


APPENDIĊI 1

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI INVOLUTA FID-DISINN JEW FIL-PRODUZZJONI TAT-TAGĦMIR TAL-ATM/ANS

L-approvazzjoni għandha tispeċifika:

(a)

l-Aġenzija bħala l-awtorità kompetenti li toħroġ l-approvazzjoni;

(b)

l-isem u l-indirizz postali tal-applikant;

(c)

l-ambitu tax-xogħol tal-applikant;

(d)

il-post fejn għandhom jitwettqu l-attivitajiet;

(e)

il-privileġġi assoċjati li għalihom ikun ġie approvat l-applikant;

(f)

dikjarazzjoni tal-konformità u l-osservanza tal-applikant mar-rekwiżiti applikabbli;

(g)

id-data tal-ħruġ u l-validità tal-approvazzjoni;

(h)

il-kundizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet addizzjonali marbuta magħha.


ANNESS II

REKWIŻITI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET INVOLUTI FID-DISINN JEW FIL-PRODUZZJONI TAT-TAGĦMIR TAL-ATM/ANS

(Parti-DPO.OR)

SUBPARTI A   REKWIŻITI ĠENERALI (DPO.OR.A)

DPO.OR.A.001   Ambitu

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni fir-rigward tad-drittijiet u tal-obbligi ta’ applikant għal approvazzjoni ta’ organizzazzjoni għad-disinn jew għall-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS, u d-detentur tagħha.

DPO.OR.A.005   Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun uriet, jew li tkun se turi, il-kapaċità tagħha li tiddisinja jew tipproduċi tagħmir tal-ATM/ANS f’konformità mal-punt DPO.OR.A.010, tista’ tapplika għal approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn jew tal-produzzjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness.

DPO.OR.A.010   Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn jew tal-produzzjoni u għat-turija tal-kapaċità

(a)

Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn jew tal-produzzjoni għandha ssir f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

(b)

Sabiex tikseb approvazzjoni, l-organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament meta dawk ir-rekwiżiti jkunu applikabbli għad-disinn jew għall-produzzjoni tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS li l-organizzazzjoni twettaq jew li beħsiebha twettaq.

DPO.OR.A.015   Espożizzjoni tal-organizzazzjoni

(a)

Organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tistabbilixxi u żżomm espożizzjoni tal-organizzazzjoni, li tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(1)

dikjarazzjoni ffirmata mill-maniġer akkontabbli li fiha jikkonferma li f’kull ħin se jkun hemm konformità mal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni u ma’ kwalunkwe manwal assoċjat li jiddefinixxi l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti;

(2)

it-titlu/titli u l-isem/ismijiet tal-maniġer(s) ewlieni/ewlenin kif imsemmi fil-punt DPO.OR.B.020;

(3)

id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-maniġer(s), inklużi l-materji li fuqhom dawn jistgħu jittrattaw direttament mal-Aġenzija f’isem l-organizzazzjoni;

(4)

ċart organizzazzjonali li turi l-linji ta’ responsabbiltà u akkontabilità tal-maniġers fl-organizzazzjoni kollha, inkluż ir-rendikont dirett tal-maniġer responsabbli;

(5)

deskrizzjoni ġenerali tar-riżorsi umani tal-organizzazzjoni;

(6)

deskrizzjoni ġenerali tal-faċilitajiet li hemm f’kull post speċifikat fl-approvazzjoni tal-organizzazzjoni;

(7)

deskrizzjoni ġenerali tal-ambitu tax-xogħol tal-organizzazzjoni rilevanti għat-termini tal-approvazzjoni;

(8)

il-proċedura/proċeduri għall-verifika u għat-turija li d-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS, jew il-bidliet fih, jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet u mar-rekwiżiti dettaljati applikabbli kif stabbiliti mir-Regolament Delegat (UE) 2023/1768 u ma għandu l-ebda karatteristika mhux sikura, kif applikabbli;

(9)

il-proċedura għat-tħejjija għaż-żamma tad-data u tar-rekords tekniċi, għal kull mudell ta’ kull biċċa tagħmir tal-ATM/ANS li għalih ikun inħareġ ċertifikat jew dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2023/1768, kif applikabbli;

(10)

il-proċedura/proċeduri għan-notifika ta’ bidliet organizzattivi lill-Aġenzija;

(11)

il-proċedura ta’ emenda għall-espożizzjoni tal-organizzazzjoni;

(12)

deskrizzjoni, diretta jew b’kontroreferenza, tas-sistema ta’ ġestjoni u l-proċedura/proċeduri tal-organizzazzjoni;

(13)

deskrizzjoni, diretta jew b’kontroreferenza, tal-ġestjoni tal-kuntratturi u l-proċedura/proċeduri ta’ superviżjoni msemmija fil-punt DPO.OR.B.015 ta’ dan l-Anness.

(b)

L-espożizzjoni tal-organizzazzjoni għandha tiġi emendata kif meħtieġ biex tibqa’ deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni, u kopja tagħha, inklużi l-emendi tagħha, għandha tiġi pprovduta lill-Aġenzija.

(c)

Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-bidla imsemmija fil-punt DPO.OR.B.005 ta’ dan l-Anness għandha tkun ibbażata fuq is-sottomissjoni tal-bidliet proposti għall-espożizzjoni tal-organizzazzjoni.

DPO.OR.A.025   Durata, validità kontinwa u privileġġi tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni

(a)

L-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni għandha tibqa’ valida għal perjodu ta’ żmien mhux limitat dment li:

(1)

l-organizzazzjoni tibqa’ konformi mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;

(2)

l-approvazzjoni ma tkunx ġiet ċeduta mill-organizzazzjoni jew ġiet sospiża jew revokata mill-Aġenzija.

(b)

Mar-revoka jew maċ-ċediment tal-approvazzjoni, jekk tinħareġ f’format stampat, din għandha tiġi rritornata lill-Aġenzija mingħajr dewmien.

(c)

Id-detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni għandu jkollu d-dritt, fl-ambitu tat-termini tal-approvazzjoni tiegħu u skont il-proċeduri rilevanti tas-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn:

(1)

li jikklassifika l-bidliet f’tagħmir tal-ATM/ANS bħala “maġġuri” jew “minuri”;

(2)

li japprova bidliet minuri fiċ-ċertifikat(i) tat-tagħmir tal-ATM/ANS u/jew fid-dikjarazzjoni(jiet) maħruġa skont ir-Regolament Delegat (UE) 2023/1768;

(3)

li japprova ċerti bidliet maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS maħruġ skont ir-Regolament Delegat (UE) 2023/1768;

(4)

li joħroġ dikjarazzjonijiet tal-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1768; jew

(5)

li joħroġ dikjarazzjonijiet ta’ konformità tat-tagħmir tal-ATM/ANS skont l-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1768.

DPO.OR.A.030   Faċilitazzjoni u kooperazzjoni

(a)

Organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tiffaċilita l-ispezzjonijiet u l-awditi mwettqa mill-Aġenzija jew minn entità kwalifikata li taġixxi f’isimha, u għandha tikkoopera kif meħtieġ għall-eżerċizzju effiċjenti u effettiv tas-setgħat tal-Aġenzija.

(b)

Organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tikkoopera u tappoġġa lill-fornituri tal-ATM/ANS li jużaw it-tagħmir tal-ATM/ANS tagħha fil-proċess ta’ turija tal-konformità tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

DPO.OR.A.035   Sejbiet u azzjonijiet korrettivi

Wara li tirċievi n-notifika tas-sejbiet mill-Aġenzija, l-organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha:

(a)

tidentifika l-kawża ewlenija tan-nuqqas ta’ konformità;

(b)

tiddefinixxi pjan ta’ azzjoni korrettiva;

(c)

turi l-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-Aġenzija fil-perjodu ta’ żmien propost u approvat mill-Aġenzija, kif iddefinit fil-punt (e)(2) tal-punt DPO.AR.C.015.

DPO.OR.A.040   Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza, sigurtà u interoperabbiltà

Organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha timplimenta kwalunkwe miżura ta’ sikurezza u sigurtà, inklużi direttivi dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS, meħuda mill-Aġenzija f’konformità mal-punti DPO.AR.A.010 u DPO.AR.A.015.

DPO.OR.A.045   Ħsarat, malfunzjonijiet u difetti

(a)

Id-detentur ta’ approvazzjoni maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandu:

(1)

jistabbilixxi u jżomm sistema għall-ġbir, għall-investigazzjoni u għall-analiżi ta’ rapporti u informazzjoni dwar ħsarat, malfunzjonijiet, difetti jew okkorrenzi oħra li kkawżaw jew li jistgħu jikkawżaw effetti negattivi fuq il-konformità kontinwa tat-tagħmir tal-ATM/ANS mar-rekwiżiti applikabbli;

(2)

jinforma lill-utenti magħrufa kollha tat-tagħmir tal-ATM/ANS ikkonċernat u, fuq talba, lil kwalunkwe persuna maħtura skont regolamenti assoċjati oħra, dwar is-sistema stabbilita f’konformità mal-punt (1) u dwar kif għandhom jiġu pprovduti tali rapporti u informazzjoni dwar il-ħsarat, il-malfunzjonijiet, id-difetti jew okkorrenzi oħra.

(b)

Għall-organizzazzjonijiet li għandhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru, is-sistema stabbilita f’konformità mal-punt (a)(1) għandha tinkludi dispożizzjonijiet għar-rapportar tal-okkorrenzi u għas-segwitu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 376/2014 u (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tagħhom.

(c)

Id-detentur tal-approvazzjoni għandu jirrapporta lill-Aġenzija kwalunkwe ħsara, malfunzjoni, difett jew okkorrenza oħra li jkun jaf dwarha, u li tkun irriżultat jew li tista’ tirriżulta f’kundizzjoni perikoluża, mhux sikura, jew ta’ prestazzjoni insuffiċjenti.

(d)

Għad-detenturi tal-approvazzjoni li ma għandhomx il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru, ir-rapporti għandhom isiru f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija, malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ għandhom jiġu ppreżentati mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li l-persuna jew l-organizzazzjoni tkun saret taf bl-okkorrenza partikolari, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jipprevjenu dan.

(e)

Id-detentur tal-approvazzjoni għandu jinvestiga okkorrenza li tkun ġiet irrapportata skont il-punt (c), inklużi n-nuqqasijiet li jkunu wasslu għal dik l-okkorrenza, u jirrapporta lill-Aġenzija r-riżultati tal-investigazzjoni tiegħu u kwalunkwe azzjoni li jkun beħsiebu jieħu jew jipproponi li jieħu biex jirrimedja għal dawn in-nuqqasijiet.

DPO.OR.A.050   Trasferibbiltà tal-approvazzjoni

Approvazzjoni ta’ organizzazzjoni ma hijiex trasferibbli, ħlief bħala riżultat ta’ bidla fis-sjieda tal-organizzazzjoni.

SUBPARTI B   ĠESTJONI (DPO.OR.B)

DPO.OR.B.001   Sistema ta’ ġestjoni

(a)

Organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha timplimenta u żżomm sistema ta’ ġestjoni li tinkludi dan li ġej:

(1)

linji ta’ responsabbiltà u akkontabilità fl-organizzazzjoni tiegħu definiti b’mod ċar, inkluż l-akkontabilità diretta min-naħa tal-maniġer responsabbli;

(2)

deskrizzjoni tal-filosofija kumplessiva u l-prinċipji tal-organizzazzjoni, li kollettivament jikkostitwixxu politika, iffirmata mill-maniġer akkontabbli;

(3)

il-mezzi biex tiġi vverifikata l-prestazzjoni tal-organizzazzjoni fid-dawl tal-indikaturi tal-prestazzjoni u l-miri tal-prestazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni;

(4)

proċess biex jiġu identifikati l-bidliet fl-organizzazzjoni u l-kuntest li fih topera, li jistgħu jaffettwaw il-proċessi, il-proċeduri u l-prodotti stabbiliti u, meta meħtieġ, jibdlu s-sistema ta’ ġestjoni biex jakkomodaw dawk il-bidliet;

(5)

proċess biex jiġi identifikat l-ambitu tal-bidliet fit-tagħmir tal-ATM/ANS u r-riskju assoċjat;

(6)

proċess ta’ rieżami tas-sistema ta’ ġestjoni, jidentifika l-kawżi tal-prestazzjoni inferjuri tas-sistema ta’ ġestjoni, jistabbilixxi l-implikazzjonijiet ta’ tali prestazzjoni inferjuri, u jelimina jew jimmitiga tali kawżi;

(7)

proċess li jiżgura li l-persunal tal-organizzazzjoni jkun imħarreġ u kompetenti biex iwettaq dmirijietu b’mod sikur, effiċjenti, kontinwu u sostenibbli; f’dan il-kuntest, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi politiki għar-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal tagħha;

(8)

mezz formali għal komunikazzjoni li jiżgura li l-persunal kollu tal-organizzazzjoni jkun jaf bis-sħiħ dwar is-sistema ta’ ġestjoni li tippermetti li tiġi kkomunikata informazzjoni kritika u li tagħmilha possibbli li jiġi spjegat għaliex jittieħdu azzjonijiet partikolari u għaliex jiġu introdotti jew jinbidlu l-proċeduri;

(9)

fir-rigward tal-attivitajiet ta’ disinn, proċeduri:

(i)

għad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS, u għall-bidliet fid-disinn tiegħu;

(ii)

għall-assigurazzjoni li d-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS, jew il-bidliet fid-disinn tiegħu, jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli, inkluża l-funzjoni ta’ verifika indipendenti tat-turija tal-konformità li abbażi tagħha l-organizzazzjoni tissottometti dikjarazzjonijiet ta’ konformità u dokumentazzjoni assoċjata lill-Aġenzija;

(iii)

għall-verifika tal-aċċettabbiltà tal-elementi tat-tagħmir tal-ATM/ANS iddisinjat, jew il-kompiti mwettqa, mill-organizzazzjonijiet kuntrattati msemmija fil-punt DPO.OR.B.015;

(iv)

għall-assigurazzjoni li l-persunal involut fid-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS ikun f’numru suffiċjenti u jkun imħarreġ u kompetenti, u jkun ġie awtorizzat iwettaq ir-responsabbiltajiet allokati lilu;

(v)

għall-koordinazzjoni mill-qrib u effiċjenti bejn id-dipartimenti u fihom;

(10)

fir-rigward tal-attivitajiet ta’ produzzjoni, proċeduri għal:

(i)

għall-ħruġ u l-approvazzjoni ta’ dokumenti, jew il-bidliet fihom;

(ii)

għall-awditi ta’ valutazzjoni u l-kontroll tal-organizzazzjonijiet kuntrattati msemmija fil-punt DPO.OR.B.015;

(iii)

għall-verifika li l-materjali u t-tagħmir li jkunu qed jaslu, inkluż il-provvista ta’ oġġetti ġodda jew oġġetti użati mix-xerrejja tat-tagħmir tal-ATM/ANS, ikunu kif speċifikat fid-data tad-disinn applikabbli;

(iv)

għall-verifika li t-tagħmir tal-ATM/ANS jikkonforma mad-data tad-disinn applikabbli;

(v)

għall-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà;

(vi)

għall-proċessi tal-organizzazzjoni;

(vii)

għall-ispezzjoni u l-ittestjar;

(viii)

għall-kalibrazzjoni tal-għodod u tat-tagħmir tat-test;

(ix)

għall-kontroll ta’ oġġetti mhux konformi;

(x)

għall-koordinazzjoni mal-applikant għall-approvazzjoni tad-disinn, jew id-detentur tiegħu;

(xi)

għat-tlestija u ż-żamma tar-rekords tax-xogħol imwettaq;

(xii)

għall-ħruġ ta’ dokumenti tar-rilaxx;

(xiii)

għall-immaniġġar, il-ħżin u l-imballaġġ tat-tagħmir tal-ATM/ANS.

(b)

Organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tiddokumenta l-proċessi ewlenin kollha tas-sistema ta’ ġestjoni, inklużi l-proċess biex il-persunal isir jaf dwar ir-responsabbiltajiet tiegħu, u l-proċedura għall-emendar ta’ dawk il-proċessi.

(c)

Organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tistabbilixxi funzjoni fis-sistema ta’ ġestjoni tagħha biex timmonitorja l-konformità tagħha mar-rekwiżiti applikabbli u l-adegwatezza tal-proċeduri stabbiliti. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi sistema ta’ feedback tas-sejbiet lill-maniġer akkontabbli biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet korrettivi kif ikun meħtieġ.

(d)

Is-sistema ta’ ġestjoni għandha tkun proporzjonata għad-daqs tal-organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, filwaqt li tqis il-perikli u r-riskji assoċjati li huma inerenti f’dawk l-attivitajiet.

(e)

Minbarra s-sistema ta’ ġestjoni msemmija fil-punt (a), l-organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203 biex tiżgura l-ġestjoni xierqa tar-riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni li jaf ikollhom impatt fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni.

DPO.OR.B.005   Ġestjoni tat-tibdil

(a)

Wara l-ħruġ tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni, kwalunkwe bidla fis-sistema ta’ ġestjoni li tkun sinifikanti għandha tiġi approvata mill-Aġenzija qabel ma tiġi implimentata sakemm tali bidla ma tiġix innotifikata u ġestita f’konformità ma’ proċedura approvata mill-Aġenzija. L-organizzazzjoni għandha tissottometti lill-Aġenzija applikazzjoni għall-approvazzjoni li turi konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli.

(b)

Kull bidla fit-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tiġi nnotifikata lill-Aġenzija u approvata minnha qabel ma tiġi implimentata sakemm tali bidla ma tiġix ġestita f’konformità ma’ proċedura ta’ ġestjoni tat-tibdil approvata mill-Aġenzija. Din il-proċedura ta’ ġestjoni tat-tibdil għandha tiddefinixxi l-klassifikazzjoni tal-bidliet fit-tagħmir tal-ATM/ANS u tiddeskrivi kif tali bidliet se jiġu nnotifikati u ġestiti.

DPO.OR.B.010   Rekwiżiti tal-faċilità

Organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tiżgura li l-faċilitajiet u t-tagħmir tagħha, inklużi l-faċilitajiet u t-tagħmir tal-ittestjar, ikunu adegwati u xierqa biex iwettqu u jimmaniġġaw il-kompiti u l-attivitajiet kollha tagħha f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli.

DPO.OR.B.015   Attivitajiet kuntrattati

(a)

L-attivitajiet kuntrattati jinkludu dawk l-attivitajiet kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni, f’konformità mat-termini taċ-ċertifikat, li jitwettqu minn organizzazzjonijiet oħra li jew ikunu ċċertifikati huma stess biex iwettqu tali attivitajiet jew, jekk mhux iċċertifikati, ikunu jaħdmu taħt is-superviżjoni ta’ tali organizzazzjoni. Organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tiżgura li meta tikkuntratta kwalunkwe parti mill-attivitajiet tagħha lil organizzazzjonijiet esterni, jew meta tixtri kwalunkwe parti mill-attivitajiet tagħha mingħandha, l-attività kuntrattata jew mixtrija, kif applikabbli, tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli.

(b)

Meta organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS tikkuntratta kwalunkwe parti mill-attivitajiet tagħha lil organizzazzjoni li ma tkunx hija stess iċċertifikata f’konformità ma’ dan ir-Regolament biex twettaq tali attivitajiet, hija għandha tiżgura li l-organizzazzjoni kkuntrattata taħdem taħt is-superviżjoni tagħha. Organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tiżgura li l-Aġenzija tingħata aċċess għall-organizzazzjoni kuntrattata biex tibqa’ tistabbilixxi l-konformità tagħha mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

DPO.OR.B.020   Rekwiżiti tal-persunal

(a)

Organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha taħtar maniġer akkontabbli li jkollu l-awtorità li jiżgura li l-attivitajiet kollha jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati u eżegwiti f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. Il-maniġer akkontabbli għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment u għaż-żamma ta’ sistema effettiva ta’ ġestjoni.

(b)

Għandhom jiġu ddefiniti wkoll l-awtorità, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni maħtura f’karigi, b’mod partikolari l-persunal amministrattiv responsabbli minn funzjonijiet relatati mas-sikurezza, mal-kwalità, mas-sigurtà, mal-finanzi u mar-riżorsi umani.

DPO.OR.B.025   Żamma ta’ rekords

(a)

Organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tippermetti l-ħżin adegwat tar-rekords u t-traċċabbiltà affidabbli tal-attivitajiet kollha tagħha, li tkopri b’mod partikolari l-elementi kollha indikati fil-punt DPO.OR.B.001.

(b)

Il-format u l-perjodu ta’ żamma tar-rekords imsemmija fil-punt (a) għandhom ikunu speċifikati fil-proċeduri tas-sistema ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni.

(c)

Ir-rekords għandhom jinħażnu b’tali mod li jiżgura l-protezzjoni tagħhom mill-ħsara, mit-tbagħbis u mis-serq.

(d)

Organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha żżomm reġistru tat-tagħmir tal-ATM/ANS użat.

SUBPARTI C   REKWIŻITI TEKNIĊI (DPO.OR.C)

DPO.OR.C.001   Organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS

(a)

Applikant għal approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn jew tal-produzzjoni għal tagħmir tal-ATM/ANS, u detentur tagħha, għandu jkun intitolat, kif applikabbli, għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(1)

ikollu jew japplika biex jinħareġ ċertifikat għad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS;

(2)

joħroġ dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn għat-tagħmir tal-ATM/ANS;

(3)

joħroġ dikjarazzjoni ta’ konformità għat-tagħmir tal-ATM/ANS, fuq talba ta’ fornitur tal-ATM/ANS.

(b)

Fir-rigward tal-attivitajiet ta’ disinn, organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha:

(1)

toħroġ dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn għat-tagħmir tal-ATM/ANS, kif applikabbli;

(2)

toħroġ data u informazzjoni, inklużi struzzjonijiet, taħt ir-responsabbiltà tagħha fl-ambitu tat-termini tal-approvazzjoni tagħha kif stabbiliti mill-Aġenzija;

(3)

tħejji u żżomm, għal kull mudell ta’ kull biċċa li għaliha tkun inħarġet dikjarazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS, fajl aġġornat ta’ data teknika u rekords kompluti.

(c)

Fir-rigward tal-attivitajiet ta’ produzzjoni, organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha:

(1)

timmanifattura kull oġġett filwaqt li tiżgura li t-tagħmir tal-ATM/ANS komplut jikkonforma mad-data tad-disinn tiegħu u jkun sikur biex jiġi installat;

(2)

tħejji u żżomm, għal kull mudell ta’ kull biċċa li għaliha tkun inħarġet dikjarazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS, fajl aġġornat ta’ data teknika u rekords;

(3)

tipprepara, iżżomm u taġġorna l-kopji oriġinali tal-manwali kollha li huma meħtieġa mill-ispeċifikazzjonijiet tad-dikjarazzjoni applikabbli għat-tagħmir partikolari;

(4)

tagħmel disponibbli għall-utenti tat-tagħmir tal-ATM/ANS, u għall-Aġenzija fuq talba, dawk l-istruzzjonijiet biex ikompli jkun hemm l-adegwatezza meħtieġa għall-użu u għall-manutenzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS, u l-bidliet f’dawk l-istruzzjonijiet;

(5)

timmarka kull oġġett;

(6)

tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(d)

Minbarra l-punt (c), l-organizzazzjoni involuta fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tkun intitolata, fl-ambitu tat-termini tal-approvazzjoni tagħha, li tistabbilixxi li kull tagħmir tal-ATM/ANS komplut jikkonforma mad-data tad-disinn applikabbli u huwa f’kundizzjoni li jaħdem b’mod sikur qabel ma tinħareġ formola ta’ rilaxx tal-EASA li tiddikjara li t-tagħmir tal-ATM/ANS ikun ġie prodott f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament u mad-data tad-disinn applikabbli.

(e)

Il-formola ta’ rilaxx tal-EASA msemmija fil-punt (d) għal kull tagħmir tal-ATM/ANS immanifatturat għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(1)

deskrizzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS;

(2)

in-numru tal-part tat-tagħmir tal-ATM/ANS;

(3)

in-numru tas-serje tat-tagħmir ATM/ANS;

(4)

dikjarazzjoni li t-tagħmir tal-ATM/ANS ġie mmanifatturat f’konformità mad-data tad-disinn applikabbli u huwa f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu;

(5)

referenza għaċ-ċertifikat jew għad-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn.

DPO.OR.C.005   Koordinazzjoni

Organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tiżgura:

(a)

il-koordinazzjoni sodisfaċenti, bl-arranġamenti xierqa, bejn l-attivitajiet tad-disinn u tal-produzzjoni, kif xieraq;

(b)

il-koordinazzjoni sodisfaċenti mal-fornituri tal-ATM/ANS u mal-impriża/impriżi tal-avjazzjoni rilevanti, u l-appoġġ xieraq għalihom, fir-rigward tal-adegwatezza kontinwa tat-tagħmir tal-ATM/ANS, kif applikabbli.

DPO.OR.C.010   Direttivi dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS

Meta l-Aġenzija toħroġ direttiva dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS, skont il-punt ATM/ANS.EQMT.CERT.065 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1768, l-organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha:

(a)

tipproponi azzjoni korrettiva xierqa u tippreżentaha flimkien mad-dettalji lill-Aġenzija biex tiġi approvata;

(b)

wara l-approvazzjoni mill-Aġenzija tal-proposta msemmija fil-punt (a), tagħmel disponibbli għall-utenti jew għas-sidien magħrufa kollha tat-tagħmir tal-ATM/ANS id-data deskrittiva xierqa u l-istruzzjonijiet ta’ eżekuzzjoni u, fuq talba, lil kwalunkwe persuna li jeħtieġ li tikkonforma mad-Direttiva dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS.


15.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/39


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1770

tat-12 ta’ Settembru 2023

li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir tal-inġenji tal-ajru meħtieġ biex jintuża fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew u r-regoli tal-operat relatati mal-użu tal-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 29/2009 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011, (UE) Nru 1207/2011 u (UE) Nru 1079/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 140(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-regoli ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li tħassar għandhom jiġu adattati għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1139, sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Settembru 2023.

(2)

Il-proċeduri tal-operat għall-użu tal-ispazju tal-ajru u t-tagħmir meħtieġ tal-inġenji tal-ajru jenħtieġ li jiġu applikati b’mod uniformi fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2018/1139, biex jintlaħqu l-interoperabbiltà u l-operazzjonijiet sikuri. Għalhekk, jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jiġu imposti fuq l-operaturi tal-inġenji tal-ajru meta dawn itiru lejn l-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, fih jew ’il barra minnu.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru b’kapaċitajiet mgħammra ta’ Komunikazzjoni, Navigazzjoni u Sorveljanza għall-użu tal-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ir-regoli ta’ implimentazzjoni rilevanti adottati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 bl-adattamenti meħtieġa.

(4)

B’mod partikolari, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 (3), ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011 (4), (UE) Nru 1207/2011 (5) u (UE) Nru 1079/2012 (6) jindirizzaw dispożizzjonijiet dettaljati dwar ir-regoli tal-operat relatati mal-użu tal-ispazju tal-ajru u t-tagħmir tal-inġenji tal-ajru. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 29/2009 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011, (UE) Nru 1207/2011 u (UE) Nru 1079/2012 jitħassru.

(5)

Kull meta jkun possibbli, ir-rekwiżiti eżistenti li jirriżultaw minn dawk ir-Regolamenti jenħtieġ li jiġu replikati f’dan ir-Regolament sabiex jiġu rrispettati l-aspettattivi leġittimi tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru u tal-fornituri tal-ATM/ANS affettwati minn dawk ir-rekwiżiti.

(6)

Jixraq li dawk ir-rekwiżiti jibqgħu japplikaw għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, matul il-fażijiet kollha tat-titjir u fiż-żona ta’ moviment tal-ajrudrom, bl-eċċezzjoni tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(3)(a) tar-Regolament (UE) 2018/1139. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu responsabbli biex jiżguraw li l-operazzjonijiet ta’ dawn l-inġenji tal-ajru jqisu kif xieraq is-sikurezza tan-navigazzjoni tal-inġenji tal-ajru l-oħra kollha. L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jiddeċiedu li japplikaw dan ir-Regolament għal dawk l-inġenji tal-ajru.

(7)

F’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 29/2009, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi l-istess eċċezzjonijiet għar-rekwiżiti tal-kollegament tad-data kif mogħtija skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2012 (7).

(8)

L-Artikolu 14(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1079/2012 ippreveda eżenzjonijiet mill-obbligu li inġenju tal-ajru jitħaddem meta r-radju jkun meħtieġ li t-tagħmir tar-radju tiegħu jkollu kapaċità ta’ spazjar tal-kanali ta’ 8,33 kHz. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jbiddilx l-eżenzjonijiet eżistenti.

(9)

L-iżvilupp tar-rekwiżiti f’dan ir-Regolament qies b’mod xieraq il-kontenut tal-Pjan Regolatorju tal-ATM u l-kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza li jinsabu fih.

(10)

Bl-opinjoni 01/2023 tagħha, l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea ħejjiet u ressqet lill-Kummissjoni abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 75(2)(b) u (c), u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit f’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli tal-operat relatati mal-użu tal-ispazju tal-ajru u rekwiżiti dwar it-tagħmir tal-inġenji tal-ajru meħtieġ biex jitħaddmu b’mod sikur u uniformi fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(b)(i) u (ii) u l-Artikolu 2(1)(c), tar-Regolament (UE) 2018/1139 li huma involuti fit-traffiku tal-ajru ġenerali u joperaw lejn l-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, fih jew ’il barra minnu.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC)” tfisser terminu ġeneriku li skont il-każ, ifisser ċentru ta’ kontroll taż-żona, unità ta’ kontroll tal-avviċinament jew torri ta’ kontroll tal-ajrudrom;

(2)

“servizz ta’ kollegament tad-data” tfisser sett ta’ tranżazzjonijiet relatati mal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, appoġġati minn komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-data mill-ajru għall-art, u li għandhom għan operazzjonali ċar u li jibdew u jintemmu ma’ avveniment operazzjonali;

(3)

“operazzjoni ta’ offset carrier” tfisser sitwazzjoni meta l-kopertura operazzjonali deżinjata ma tistax tiġi żgurata minn trażmettitur fuq l-art wieħed, u meta biex jiġu minimizzati l-problemi ta’ interferenza, is-sinjali ta’ żewġ trażmettituri tal-art jew aktar, jiġu kkumpensati bil-frekwenza nominali u ċentrali tal-kanal.

Artikolu 3

Tagħmir tal-inġenji tal-ajru u regoli tal-operat

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jiżguraw li l-inġenji tal-ajru tagħhom ikunu mgħammra u operati f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri stabbiliti fl-Anness I (Parti-COM) u fl-Anness II (Parti-SUR).

Artikolu 4

Mezzi ta’ konformità

1.   L-Aġenzija għandha tiżviluppa mezzi ta’ konformità aċċettabbli (“AMC”) li jistgħu jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

2.   Jistgħu jintużaw mezzi alternattivi ta’ konformità sabiex tiġi stabbilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu sistema biex jevalwaw b’mod konsistenti jekk il-mezzi alternattivi ta’ konformità li użaw huma stess jew l-organizzazzjonijiet taħt is-sorveljanza tagħhom, jikkonformawx mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija dwar kwalunkwe mezz alternattiv ta’ konformità użat minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi taħt is-sorveljanza tagħhom, jew użat minnhom stess biex jistabbilixxu l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 29/2009 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011, (UE) Nru 1207/2011 u (UE) Nru 1079/2012 jitħassru.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (Ir-Regolament ta’ interoperabilità) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 13, 17.1.2009, p. 3).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 305, 23.11.2011, p. 23).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew (ĠU L 305, 23.11.2011, p. 35).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 tas-16 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta’ spazjar bejn il-kanali ta’ komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 14).

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2012 tad-29 ta’ Novembru 2019 dwar l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 312, 3.12.2019, p. 95).


ANNESS I

Komunikazzjoni

(Parti-COM)

AUR.COM.1001   Suġġett

Din il-Parti tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar it-tagħmir tal-inġenji tal-ajru u r-regoli tal-operat fir-rigward tal-użu tal-ispazju tal-ajru li jkopru r-rekwiżiti applikabbli dwar is-servizzi ta’ kollegament tad-data u l-ispazjar bejn il-kanali ta’ komunikazzjoni vokali.

TITOLU 1 —   SERVIZZI TA’ KOLLEGAMENT TAD-DATA

AUR.COM.2001   Ambitu

Dan it-Titolu japplika biss għal titjiriet li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali f’konformità mar-regoli tat-titjir bl-istrumenti ’l fuq minn FL 285 fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, li jeskludi l-ispazju tal-ajru li ma jagħmilx parti mir-reġjun EUR tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) u r-Reġjun Ogħla ta’ Informazzjoni dwar Titjir (UIR) tal-Finlandja fit-Tramuntana ta’ 61°30′, u l-UIR tal-Isvezja fit-Tramuntana ta’ 61°30′.

AUR.COM.2005   Rekwiżiti dwar it-tagħmir tal-inġenji tal-ajru

1.

L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu:

(a)

jiżgura li kwalunkwe inġenju tal-ajru li jħaddem ikun kapaċi jopera s-servizzi ta’ kollegament tad-data li ġejjin:

(i)

Kapaċità li jinbdew Komunikazzjonijiet ta’ Kollegament tad-Data.

(ii)

Ġestjoni tal-Komunikazzjonijiet tal-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru (ATC);

(iii)

Awtorizzazzjonijiet u informazzjoni tal-ATC

(iv)

Iċċekkjar tal-mikrofonu tal-ATC

(b)

jagħmel l-arranġamenti xierqa biex jiżgura li l-iskambju tad-data jkun jista’ jiġi stabbilit bejn l-inġenji tal-ajru tiegħu li jkollhom kapaċità ta’ kollegament tad-data u l-unitajiet kollha tal-ATC li jistgħu jikkontrollaw it-titjiriet li jopera, filwaqt li jitqiesu b’mod xieraq il-limitazzjonijiet ta’ kopertura possibbli li jkunu inerenti għat-teknoloġija tal-komunikazzjoni użata.

2.

Il-Punt 1 ma għandux japplika għal:

(a)

inġenji tal-ajru li għandhom ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà li nħareġ għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Jannar 1995;

(b)

inġenji tal-ajru li għandhom ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà li nħareġ għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Jannar 2018 u li qabel din id-data ġew mgħammra b’tagħmir ta’ kollegament tad-data li jiżgura l-interoperabbiltà tal-applikazzjonijiet tal-ATS fuq in-network mill-ajru għall-art tas-Sistema ta’ Indirizzar u Rapportar tal-Komunikazzjonijiet tal-Inġenji tal-Ajru (ACARS), użata primarjament meta s-sorveljanza bir-radar ma tkunx prattika;

(c)

inġenji tal-ajru b’kapaċità massima ċċertifikata ta’ postijiet bilqiegħda ta’ 19-il passiġġier jew inqas u b’massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art ta’ 45 359 kg (100 000 lb) jew inqas, li għandhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali li jkun inħareġ għall-ewwel darba qabel il-5 ta’ Frar 2020;

(d)

inġenji tal-ajru li jtiru għal finijiet ta’ ttestjar, ta’ kunsinna jew ta’ manutenzjoni jew b’kostitwenti ta’ kollegament tad-data temporanjament mhux operattivi skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-lista applikabbli ta’ tagħmir minimu;

(e)

kombinamenti ta’ tipi u mudelli ta’ inġenji tal-ajru elenkati fl-Appendiċi I;

(f)

kombinamenti ta’ tipi u mudelli ta’ inġenji tal-ajru elenkati fl-Appendiċi II li nħarġilhom l-ewwel ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà tagħhom qabel il-5 ta’ Frar 2020.

AUR.COM.2010   Proċeduri tal-operat u taħriġ relatati mad-DLS

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:

(a)

il-proċeduri tal-operat ikunu f’konformità ma’ dan it-Titolu u riflessi fil-manwali tal-operat; u

(b)

il-persunal li jħaddem it-tagħmir tal-kollegament tad-data jiġi mgħarraf kif xieraq dwar dan it-Titolu u jkun imħarreġ b’mod adegwat għall-funzjonijiet tax-xogħol tiegħu.

TITOLU 2 —   SPAZJAR BEJN IL-KANALI TA’ KOMUNIKAZZJONI VOKALI

AUR.COM.3001   Ambitu

Dan it-Titolu japplika biss għal titjiriet li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew li jagħmel parti mir-reġjun EUR tal-ICAO, u meta jkunu pprovduti s-servizzi ta’ komunikazzjoni vokali bir-radju mill-ajru għall-art u mill-art għall-art fil-banda ta’ frekwenzi 117,975 – 137 MHz. Ir-reġjun ta’ informazzjoni dwar titjir (FIR) u r-reġjun ogħla ta’ informazzjoni dwar titjir (UIR) tal-Canarias huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni.

AUR.COM.3005   Rekwiżiti dwar it-tagħmir tal-inġenji tal-ajru

(1)

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jiżguraw li t-tagħmir kollu tal-komunikazzjoni vokali li daħal fis-servizz wara s-17 ta’ Novembru 2013 jinkludi l-kapaċità ta’ spazjar tal-kanali ta’ 8,33 kHz u jkun kapaċi jilħaq il-kanali spazjati ta’ 25 kHz.

(2)

L-eżenzjonijiet mill-obbligu li jitħaddem inġenju tal-ajru meta r-radju jkun meħtieġ li t-tagħmir tar-radju tiegħu jkollu kapaċità ta’ spazjar tal-kanali ta’ 8,33 kHz għal każijiet b’impatt limitat fuq in-network, mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1079/2012 li ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni għandhom jibqgħu validi.


Appendiċi I

Eżenzjonijiet imsemmija fil-punt (e) tal-AUR.COM.2005 (2)

It-tip/serje/mudell tal-inġenju tal-ajru

Manifattur

Deżinjazzjoni tat-tip tal-ICAO

AN-12 kollha

Antonov

AN12

AN-124 100

Antonov

A124

IL-76 kollha

Ilyushin

IL76

A300 kollha

Airbus

A30B

A306

A3ST

A310 kollha

Airbus

A310

A-319/-320/-321 bl-ewwel Ċertifikat ta’ Ajrunavigabbiltà maħruġ bejn l-1 ta’ Jannar 1995 u l-5 ta’ Lulju 1999, b’dawn id-dati inklużi

Airbus

A319

A320

A321

A340 kollha

Airbus

A342

A343

A345

A346

A318-112

Airbus

A318

AVROLINER (RJ-100)

AVRO

RJ1H

AVROLINER (RJ-85)

AVRO

RJ85

BA146-301

British Aerospace

B463

B717-200

Boeing

B712

B737-300

Boeing

B733

B737-400

Boeing

B734

B737-500

Boeing

B735

B747-400

Boeing

B744

B757-200

Boeing

B752

B757-300

Boeing

B753

B767-200

Boeing

B762

B767-300

Boeing

B763

B767-400

Boeing

B764

MD-82

Boeing

MD82

MD-83

Boeing

MD83

MD-11 kollha

Boeing

MD11

CL-600-2B19 (CRJ100/200/440)

Bombardier

CRJ1/CRJ2

Dornier 328-100

Dornier

D328

Dornier 328-300

Dornier

J328

Fokker 70

Fokker

F70

Fokker 100

Fokker

F100

Serje King Air (90/100/200/300)

Beechcraft

BE9L

BE20

B350

Hercules L-382-G-44K-30

Lockheed

C130

SAAB 2000/SAAB SF2000

SAAB

SB20


Appendiċi II

Eżenzjonijiet imsemmija fil-punt (f) tal-AUR.COM.2005 (2)

It-tip/serje/mudell tal-inġenju tal-ajru

Manifattur

Deżinjazzjoni tat-tip tal-ICAO

Serje A330 200/300

Airbus

A332/A333

Global Express/5000

BD-700-1A10/1A11

Bombardier

GLEX/GL5T

CL-600-2C10 (CRJ-700)

Bombardier

CRJ7

C525C, CJ4

Cessna

C25C

C560XL (Citation XLS+)

Cessna

C56X

Falcon 2000 kollha

Dassault

F2TH

Falcon 900 kollha

Dassault

F900

EMB-500 (Phenom 100)

Embraer

E50P

EMB-505 (Phenom 300)

Embraer

E55P

EMB-135BJ (Legacy 600)

Embraer

E35L

EMB-135EJ (Legacy 650)

Embraer

E35L

EMB-145 (135/140/145)

Embraer

E135

E145, E45X

PC-12

Pilatus

PC12


ANNESS II

Sorveljanza

(Parti-SUR)

AUR.SUR.1001   Suġġett

Din il-Parti tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar it-tagħmir tal-inġenji tal-ajru u r-regoli tal-operat fir-rigward tal-użu tal-ispazju tal-ajru li jkopru r-rekwiżiti applikabbli dwar is-sorveljanza.

TITOLU 1 —   SORVELJANZA KOOPERATTIVA DIPENDENTI

AUR.SUR.2001   Ambitu

(1)

Dan it-Titolu japplika biss għal titjiriet li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali f’konformità mar-regoli tat-titjir bl-istrumenti fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew li huwa parti mir-reġjun EUR tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO).

(2)

Minkejja l-paragrafu (1), l-AUR.SUR.2015 għandu japplika għat-titjiriet kollha li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali.

AUR.SUR.2005   Rekwiżiti dwar it-tagħmir tal-inġenji tal-ajru

1.

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jiżguraw li:

(a)

l-inġenji tal-ajru jkunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li jista’ jsir servizz fuqhom u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikollhom il-kapaċitajiet għal Sorveljanza Elementari tal-Mode S (ELS) mill-ajru;

(ii)

ikollhom biżżejjed kontinwità biex jevitaw li jippreżentaw riskju operattiv;

(b)

l-inġenji tal-ajru b’massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art li taqbeż il-5 700 kg jew b’kapaċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-ajru ta’ iktar minn 250 kt, b’ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbilità maħruġ għall-ewwel darba fis-7 ta’ Ġunju 1995 jew wara, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li jista’ jsir servizz fuqhom u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikollhom il-kapaċitajiet għal xandir ta’ sorveljanza awtomatika dipendenti (ADS-B Out) ta’ 1 090 MHz tat-tip “extended squitter” (ES), minbarra l-kapaċitajiet imsemmija fil-punt (a)(i);

(ii)

ikollhom biżżejjed kontinwità biex jevitaw li jippreżentaw riskju operazzjonali;

(c)

l-inġenji tal-ajru bil-ġwienaħ fissi u b’massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art li taqbeż il-5 700 kg jew b’kapaċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-ajru ta’ iktar minn 250 kt, b’ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbilità maħruġ għall-ewwel darba fis-7 ta’ Ġunju 1995 jew wara, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li jista’ jsir servizz fuqhom u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikollhom il-kapaċitajiet għal Sorveljanza Mtejba tal-Mode S (EHS) mill-ajru, minbarra l-kapaċitajiet imsemmija fil-punti (a)(i) u (b)(i);

(ii)

ikollhom biżżejjed kontinwità biex jevitaw li jippreżentaw riskju operazzjonali.

2.

Il-punti 1(b) u (c) ma għandhomx japplikaw għall-inġenji tal-ajru li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

inġenji tal-ajru li qed jittajru biex issirilhom manutenzjoni;

(b)

inġenji tal-ajru li qed jittajru għall-esportazzjoni;

(c)

inġenji tal-ajru li l-operat tagħhom se jieqaf sal-31 ta’ Ottubru 2025.

3.

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru b’ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà li nħareġ għall-ewwel darba qabel is-7 ta’ Diċembru 2020 għandhom jikkonformaw mal-punti 1(b) u (c), bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu stabbilew, qabel is-7 ta’ Diċembru 2020, programm retroattiv li jipprova konformità mal-punti 1(b) u (c);

(b)

dawk l-inġenji tal-ajru ma jkunux ibbenefikaw minn xi finanzjament mill-Unjoni mogħti biex dawn l-inġenji tal-ajru jkunu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1(b) u (c).

4.

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jiżguraw li l-inġenji tal-ajru mgħammra skont il-punti 1, 2 u 3 u b’massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art li taqbeż il-5 700 kg jew li jkollhom kapaċità massima ta’ veloċità moderata reali fl-ajru ta’ aktar minn 250 kt, joperaw b’diversità tal-antenna.

AUR.SUR.2010   Transponder mhux operattiv

Għall-inġenji tal-ajru li l-kapaċità tat-transponders tagħhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punti 1(b) u (c) tal-punt AUR.SUR.2005 tkun temporanjament mhux operattiva, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom ikunu intitolati joperaw dawk l-inġenji tal-ajru għal massimu ta’ 3 ijiem konsekuttivi.

AUR.SUR.2015   Transponder bl-indirizz ICAO ta’ 24-bit tal-inġenju tal-ajru

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jiżguraw li abbord l-inġenju tal-ajru li jkunu qed iħaddmu, kwalunkwe transponder tal-Mode S jopera bl-indirizz ICAO ta’ 24 bit tal-inġenju tal-ajru li jkun jikkorrispondi għar-reġistrazzjoni mogħtija mill-Istat li fih ikun irreġistrat l-inġenju tal-ajru.

AUR.SUR.2020   Sorveljanza tal-proċeduri tal-operat u tat-taħriġ

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:

(a)

il-proċeduri tal-operat ikunu f’konformità ma’ dan it-Titolu u riflessi fil-manwali tal-operat; u

(b)

il-persunal li jħaddem it-tagħmir ta’ sorveljanza jiġi mgħarraf kif xieraq dwar dan it-Titolu u jkun imħarreġ b’mod adegwat għall-funzjonijiet tax-xogħol tiegħu.


15.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/49


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1771

tat-12 ta’ Settembru 2023

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 fir-rigward tas-sistemi u l-kostitwenti tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1032/2006, (KE) Nru 633/2007 u (KE) Nru 262/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 43(1)(a), (e) u (f), l-Artikolu 44(1)(a), u l-Artikolu 62(15), il-punti (a) u (c) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 140(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-regoli ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tħassar (2) għandhom jiġu adattati għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1139, mhux aktar tard mit-12 ta’ Settembru 2023.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-forniment tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (“ATM/ANS”) u funzjonijiet oħrajn tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (“funzjonijiet tan-network tal-ATM”) għat-traffiku tal-ajru ġenerali u għas-sorveljanza tagħhom.

(3)

F’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1769 (4), is-sistemi ATM/ANS u l-kostitwenti ATM/ANS (“Tagħmir ATM/ANS”) huma soġġetti għal ċertifikazzjoni jew għal dikjarazzjoni minn organizzazzjonijiet involuti fid-disinn u fil-produzzjoni ta’ tagħmir ATM/ANS. Sabiex tiġi żgurata l-installazzjoni xierqa, l-ittestjar fuq il-post u d-dħul fis-servizz sikur ta’ tali tagħmir, u s-sorveljanza tagħhom, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 jiġi emendat biex jinkludi r-rekwiżiti applikabbli meħtieġa għall-fornituri tal-ATM/ANS u għall-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tar-rekwiżiti għall-użu tat-tagħmir tal-ATM/ANS, l-emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 jenħtieġ li jkunu bbażati fuq ir-regoli ta’ implimentazzjoni rilevanti adottati fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 imħassar bl-adattamenti meħtieġa.

(5)

B’mod partikolari, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 (5) jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-finijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet; Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 (6) jistabbilixxi rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta’ titjiriet bejn ċentri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 (7) jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew (SES). Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiġu riflessi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373.

(6)

Ir-rekwiżiti relatati mal-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art li jużaw spazjar tal-kanali ta’ 8,33 kHz li huma stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 (8) ma japplikawx għal servizzi pprovduti, la fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew barra r-reġjun Ewropew (EUR) tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) kif definit fil-Pjan Ewropew tan-Navigazzjoni bl-Ajru (EUR) Volum I (Dok 7754) tal-ICAO u lanqas fil-FIR/UIR tal-Kanarji minħabba li l-kundizzjonijiet lokali tagħhom ma ġġustifikawx biżżejjed l-applikabilità tagħhom kif meħtieġ. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi l-istess ambitu tal-applikabbiltà.

(7)

L-Artikolu 14(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1079/2012 ipprovda għal eżenzjonijiet mill-obbligu li l-assenjazzjonijiet ta’ frekwenza kollha jiġu kkonvertiti għal spazjar tal-kanali ta’ 8,33 kHz. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jbiddilx l-eżenzjonijiet eżistenti.

(8)

Ir-rekwiżiti relatati mal-allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S li huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 ma japplikawx għal servizzi pprovduti fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew barra mir-reġjun EUR tal-ICAO minħabba l-volum baxx tat-traffiku lokali u s-sitwazzjoni ġeografika tiegħu bi fruntieri tal-ispazju tal-ajru biss ma’ spazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tal-fornituri tal-ATM/ANS ta’ pajjiż terz, li jiġġustifika arranġamenti ta’ koordinazzjoni lokali differenti ma’ Stati tal-madwar mhux tal-UE. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi l-istess ambitu tal-applikabbiltà.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 jiġi emendat kif xieraq u jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 1032/2006, (KE) Nru 633/2007 u (KE) Nru 262/2009 jitħassru.

(10)

L-iżvilupp tar-rekwiżiti f’dan ir-Regolament qies kif xieraq il-kontenut tal-Pjan Regolatorju tal-ATM u l-kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza li jinsabu fih.

(11)

L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea pproponiet miżuri fl-Opinjoni Nru 01/2023 (9) tagħha f’konformità mal-Artikolu 75(2)(b) u (c), u mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit f’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

“Maniġer tan-network” tfisser il-korp fdat bil-kompiti meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 551/2004;”;

(b)

jiżdiedu l-punti (9), (10), (11), (12) u (13) li ġejjin:

“(9)

“Interrogatur Mode S” tfisser sistema, magħmula mill-antenna u mill-elettronika, li tappoġġa l-indirizzar tal-inġenju tal-ajru individwali permezz tal-Mode Select, (“Mode S”);

(10)

“interrogatur eliġibbli Mode S” tfisser interrogatur Mode S li jissodisfa tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-interrogatur jibbaża, tal-inqas parzjalment, fuq l-interrogazzjonijiet tas-sejħiet kollha Mode S u t-tweġibiet għall-akkwist tal-miri Mode S;

(b)

l-interrogatur jimblokka l-miri Mode S akkwistati bħala tweġiba għall-interrogazzjonijiet tas-sejħiet kollha Mode S b’mod permanenti jew b’mod intermittenti, parzjalment jew totalment tal-kopertura tagħhom; jew

(c)

l-interrogatur juża protokolli ta’ komunikazzjoni multisit għall-applikazzjonijiet tal-kollegamenti tad-data;

(11)

“operatur Mode S” tfisser persuna, organizzazzjoni jew intrapriża li tħaddem jew li toffri li tħaddem interrogatur Mode S, inkluż:

(a)

fornituri ta’ servizzi tas-sorveljanza;

(b)

manifatturi tal-interrogaturi Mode S;

(c)

operaturi tal-ajrudrom;

(d)

stabbilimenti ta’ riċerka;

(e)

kwalunkwe entità oħra li għandha l-permess tħaddem interrogatur Mode S;

(12)

“interferenza dannuża” tfisser interferenza li tipprevjeni li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ prestazzjoni;

(13)

“pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur” tfisser sett sħiħ approvat l-aktar reċentement ta’ allokazzjonijiet ta’ kodiċi tal-interrogatur.”;

(2)

fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-paragrafu 6a li ġej:

“6a.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu ta’ trażmettitur ibbażat fuq l-art operat fit-territorju tagħhom ma joħloqx interferenza dannuża fuq sistemi ta’ sorveljanza oħra.”

;

(3)

jiddaħħlu l-Artikoli 3e u 3f li ġejjin:

“Artikolu 3e

Allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bidliet fl-allokazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur li jirriżultaw minn aġġornament fil-pjan ta’ allokazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur jiġu kkomunikati lill-operaturi Mode S rilevanti taħt l-awtorità tagħhom fi żmien 14-il jum kalendarju mill-jum li fih jirċievu l-pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur aġġornat.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Istati Membri l-oħra tal-inqas kull 6 xhur permezz tas-sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur, reġistru aġġornat tal-allokazzjoni u tal-użu tal-kodiċijiet tal-interrogatur mill-interrogaturi eliġibbli Mode S fiż-żona ta’ responsabbiltà tagħhom.

3.   Meta jkun hemm trikkib bejn il-kopertura ta’ interrogatur Mode S li jinsab fiż-żona ta’ responsabbiltà ta’ Stat Membru u l-kopertura ta’ interrogatur Mode S li jinsab fiż-żona ta’ responsabbiltà ta’ pajjiż terz, l-Istat Membru kkonċernat għandu:

(a)

jiżgura li l-pajjiż terz huwa infurmat dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza relatati mal-allokazzjoni u mal-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur;

(b)

jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkoordina l-użu tal-kodiċijiet tal-interrogatur mal-pajjiż terz partikolari.

4.   Stat Membru għandu jinnotifika lill-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu dwar l-interrogaturi Mode S li joperaw taħt ir-responsabbiltà ta’ pajjiż terz li għalih ma tkunx ġiet ikkoordinata l-allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S.

5.   L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-validità tal-applikazzjonijiet tal-kodiċi tal-interrogatur riċevuti mill-operaturi Mode S qabel ma jagħmlu disponibbli l-kodiċijiet tal-interrogatur permezz tas-sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur għall-koordinazzjoni kif stipulat fil-punt 15 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 (*1).

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi Mode S, minbarra l-fornituri tas-servizzi ta’ sorveljanza, jikkonformaw mal-punt CNS.TR.205 fl-Anness VIII.

7.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 6 ma għandhomx japplikaw fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew li ma huwiex parti mir-reġjun Ewropew (EUR) tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO).

Artikolu 3f

Użu tal-ispazju tal-ajru uniku Ewropew

1.   Fil-kuntest tal-protezzjoni tal-ispettru, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru li jkun qed itir fuq Stat Membru ma jkunux soġġetti għal interrogazzjonijiet eċċessivi trażmessi mill-interrogaturi tas-sorveljanza bbażati fuq l-art u li jew jesiġu tweġiba jew jekk ma jesiġux tweġiba jkunu qawwijin biżżejjed biex jaqbżu l-livell minimu tal-limitu tar-riċevitur tat-transponder tar-radar sekondarju ta’ sorveljanza. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-Istati Membri rigward il-miżuri meħtieġa, l-Istati Membri kkonċernati għandhom iressqu l-kwistjoni lill-Kummissjoni għal azzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assenjazzjonijiet kollha tal-frekwenza tal-vuċi jiġu kkonvertiti għal spazjar tal-kanali ta’ 8,33 kHz. Ir-rekwiżiti tal-konverżjoni ma għandhomx japplikaw għal assenjazzjonijiet ta’ frekwenzi:

(a)

li se jibqgħu fi spazjar bejn il-kanali ta’ 25 kHz f’dawn il-frekwenzi:

(1)

il-frekwenza ta’ emerġenza (121,5 MHz);

(2)

il-frekwenza awżiljarja għall-operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ (123,1 MHz);

(3)

il-frekwenzi tal-kollegament diġitali tal-komunikazzjoni (VDL) li għandhom jintużaw fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew;

(4)

il-frekwenzi tas-sistema ta’ indirizzar u ta’ rapportar tal-komunikazzjoniijet tal-inġenju tal-ajru (ACARS) (131,525 MHz, 131,725 MHz u 131,825 MHz);

(b)

meta tintuża operazzjoni ta’ offset carrier fi spazjar tal-kanali ta’ 25 kHz.

3.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 la għandhom japplikaw fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew li ma huwiex parti mir-Reġjun ta’ EUR tal-ICAO u lanqas fir-Reġjun tal-Informazzjoni dwar it-Titjir tal-Kanarji (FIR)/fir-Reġjun Ogħla ta’ Informazzjoni dwar Titjir (UIR).

4.   L-eżenzjonijiet mill-obbligu li jiġi żgurat li l-assenjazzjonijiet kollha tal-frekwenza jiġu kkonvertiti għal spazjar tal-kanali ta’ 8,33 kHz għal każijiet li għandhom impatt limitat fuq in-network mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1079/2012 li ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni għandhom jibqgħu validi.

5.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw fil-pubblikazzjonijiet nazzjonali ta’ informazzjoni ajrunawtika, meta applikabbli, il-proċeduri għall-immaniġġar tal-inġenji tal-ajru li ma humiex mgħammra bi:

(a)

transponders Mode-S tar-radar sekondarju ta’ sorveljanza;

(b)

radji li għandhom il-kapaċità ta’ spazjar tal-kanali ta’ 8,33 kHz.

(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1).” "

(4)

L-Annessi I, II, III, IV, VIII, IX, X u XII huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1032/2006, (KE) Nru 633/2007 u (KE) Nru 262/2009 jitħassru.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament ta’ interoperabilità) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1769 tat-12 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni ta’ sistemi u kostitwenti ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203 (ara paġna 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 tas-6 ta’ Lulju 2006 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet (ĠU L 186, 7.7.2006, p. 27).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta’ titjiriet bejn ċentri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (ĠU L 146, 8.6.2007, p. 7).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 tat-30 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-ajru uniku Ewropew (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 20).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 tas-16 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta’ spazjar bejn il-kanali ta’ komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 14).

(9)  https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions


ANNESS

L-Annessi I, II, III, IV, VIII, IX, X u XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt (30a) li ġej:

“(30a)

‘tagħmir tal-ATM/ANS’ tfisser kostitwenti tal-ATM/ANS kif definiti fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament (UE) 2018/1139, u sistemi tal-ATM/ANS kif definiti fl-Artikolu 3(7) ta’ dak ir-Regolament, esklużi kostitwenti li jinġarru fl-ajru, li huma soġġetti għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (*1);

(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1)”;"

(b)

jiddaħħal il-punt (34a) li ġej:

“(34a)

‘konfini’ tfisser pjan laterali jew vertikali li jiddelinja l-ispazju tal-ajru li fih, unità ATC tipprovdi servizzi tat-traffiku tal-ajru;”;

(c)

jiddaħħlu l-punti (39a) u (39b) li ġejjin:

“(39a)

data ta’ koordinazzjoni’ tfisser data ta’ interess għall-persunal operazzjonali b’rabta mal-proċess ta’ notifika, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet u mal-proċess ta’ koordinazzjoni ċivili-militari;

(39b)

‘punt ta’ koordinazzjoni’ (COP) tfisser il-punt użat mill-unitajiet ATC fuq il-konfini jew imiss magħhom u msemmi fil-proċessi ta’ koordinazzjoni;”;

(d)

jiddaħħal il-punt (40a) li ġej:

“(40a)

‘servizz ta’ kollegament tad-data’ tfisser sett ta’ tranżazzjonijiet dwar il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru li huma relatati, li huma appoġġati minn komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-data mill-ajru għall-art, u li għandhom għan operazzjonali definit b’mod ċar u li jibdew u jintemmu f’avveniment operazzjonali;”;

(e)

jiddaħħal il-punt (46a) li ġej:

“(46a)

‘kodiċi eliġibbli tal-interrogatur’ tfisser kull kodiċi fost il-kodiċijiet II u l-kodiċijiet SI, minbarra:

(a)

il-kodiċi II 0;

(b)

il-kodiċi(jiet) tal-interrogatur riservat(i)għall-entitajiet militari inkluż l-organizzazzjonijiet intergovernattivi u partikolarment għall-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana;”;

(f)

jiddaħħal il-punt (47a) li ġej:

“(47a)

data stmata’ tfisser il-punt ta’ koordinazzjoni, il-ħin mistenni ta’ ajruplan u l-altitudni mistennija tat-titjira fil-punt ta’ koordinazzjoni;”;

(g)

jiddaħħal il-punt (62a) li ġej:

“(62a)

‘sekwenza ta’ implimentazzjoni’ tfisser is-sekwenza marbuta biż-żmien tal-implimentazzjoni tal-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur li l-operaturi ta’ Mode S iridu jikkonformaw magħha biex jiġu evitati kunflitti temporanji tal-kodiċi tal-interrogatur;

(h)

jiddaħħal il-punt (73a) li ġej:

(73a)

‘unità notifikata’ tfisser l-unità tal-ATC li tkun irċeviet l-informazzjoni ta’ notifika;

(i)

jiddaħħal il-punt (81a) li ġej:

(81a)

‘unità riċevitriċi’ tfisser l-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru li tirċievi d-data;”;

(j)

il-punt (88) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(88)

‘direttiva dwar is-sikurezza’ tfisser dokument maħruġ jew adottat minn awtorità kompetenti li:

(1)

jimponi azzjonijiet li għandhom jitwettqu fuq sistema funzjonali jew jistabbilixxi restrizzjonijiet għall-użu operazzjonali tagħha biex terġa’ tiġi restawrata s-sikurezza meta l-evidenza turi li s-sikurezza tal-avjazzjoni tista’ inkella tiġi kompromessa; jew

(2)

jimponi azzjonijiet li għandhom jitwettqu fuq tagħmir tal-ATM/ANS soġġett għad-dikjarazzjoni ta’ konformità maħruġa f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1768 (*2) biex tiġi indirizzata n-nuqqas ta’ sikurezza jew ta’ sigurtà tal-kundizzjoni, jew it-tnejn li huma, li ġew identifikati u biex jiġu rrestawrati l-prestazzjoni u l-interoperabbiltà ta’ dak it-tagħmir tal-ATM/ANS meta l-evidenza turi li s-sikurezza, is-sigurtà, il-prestazzjoni jew l-interoperabbiltà ta’ dak it-tagħmir partikolari jistgħu inkella jiġu kompromessi.

(*2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1768 tal-14 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi regoli dettaljati għaċ-ċertifikazzjoni u d-dikjarazzjoni ta’ sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/sistemi ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru u kostitwenti tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (ĠU L 228, 15.9.2023, p. 1 ”;"

(k)

jiddaħħlu l-punti (107a) u (107b) li ġejjin:

“(107a)

‘pożizzjoni tax-xogħol’ tfisser l-għamara u t-tagħmir tekniku fejn membru tal-persunal tas-servizzi tat-traffiku jagħmel ħidma assoċjata max-xogħol tiegħu;

(107b)

‘twissija’ tfisser messaġġ li jintwera fil-pożizzjoni tax-xogħol meta l-proċess awtomatizzat ta’ koordinazzjoni ma jirnexxiex;”;

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt ATM/ANS.AR.A.020, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Aġenzija mingħajr dewmien f’każ li jkun hemm xi problema sinifikanti bl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tagħha jew tar-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004 u (KE) Nru 551/2004 applikabbli għall-fornituri tas-servizzi.”;

(b)

il-punt ATM/ANS.AR.A.030 huwa sostitwit b’dan li ġej:

ATM/ANS.AR.A.030 Direttivi dwar is-sikurezza

(a)

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ direttiva dwar is-sikurezza meta tkun iddeterminat l-eżistenza ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(1)

kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza f’sistema funzjonali li tkun teħtieġ azzjoni immedjata;

(2)

kundizzjoni mhux sigura, mhux sikura, ta’ prestazzjoni baxxa jew ta’ non-interoperabbiltà fit-tagħmir soġġett għad-dikjarazzjoni ta’ konformità, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1768 u din il-kundizzjoni x’aktarx li teżisti jew li tiżviluppa f’tagħmir ATM/ANS ieħor.

(b)

Id-direttiva dwar is-sikurezza għandha tintbagħat lill-fornituri tal-ATM/ANS ikkonċernati u tal-inqas għandu jkun fiha din l-informazzjoni:

(1)

l-identifikazzjoni tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza;

(2)

l-identifikazzjoni tas-sistema funzjonali affettwata;

(3)

l-azzjonijiet meħtieġa u l-ġustifikazzjoni għalihom;

(4)

il-limitu ta’ żmien biex jitlestu l-azzjonijiet meħtieġa;

(5)

id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tgħaddi kopja tad-direttiva dwar is-sikurezza lill-Aġenzija u lil kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata fi żmien xahar minn mindu tinħareġ.

(d)

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-fornituri tal-ATM/ANS mad-direttivi dwar is-sikurezza u mad-direttivi dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS, kif applikabbli.”;

(c)

il-punt (a) ta’ ATM/ANS.AR.C.005 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Fl-ambitu tal-punt ATM/ANS.AR.B.001(a)(1), l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċess sabiex tivverifika:

(1)

il-konformità tal-fornituri ta’ servizzi mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Annessi III sa XIII, u kwalunkwe kundizzjoni applikabbli marbuta maċ-ċertifikat qabel il-ħruġ ta’ dak iċ-ċertifikat. Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ f’konformità mal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness;

(2)

il-konformità ma’ kwalunkwe obbligu marbut mas-sikurezza fl-att tad-deżinjazzjoni maħruġ f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004;

(3)

il-konformità ssoktata mar-rekwiżiti applikabbli tal-fornituri ta’ servizzi taħt is-superviżjoni tagħha;

(4)

l-implimentazzjoni tal-objettivi tas-sikurezza, tas-sigurtà u tal-interoperabbiltà, tar-rekwiżiti applikabbli u ta’ kundizzjonijiet oħra identifikati fid-dikjarazzjoni ta’ konformità għat-tagħmir tal-ATM/ANS; limitazzjonijiet tekniċi u tal-prestazzjoni u l-kundizzjonijiet identifikati fiċ-ċertifikati tat-tagħmir tal-ATM/ANS u/jew fid-dikjarazzjonijiet tat-tagħmir tal-ATM/ANS; u ta’ miżuri ta’ sikurezza, inklużi direttivi dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS b’mandat mill-Aġenzija f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.A.030 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1768;

(5)

l-implimentazzjoni ta’ direttivi dwar is-sikurezza, l-azzjonijiet korrettivi u l-miżuri ta’ infurzar.”;

(d)

il-punt ATM/ANS.AR.C.050 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punti (c), (d) u (e) u (f) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(c)

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ sejba tal-livell 1 meta jinstab xi nuqqas ta’ konformità serju mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu kif ukoll ir-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004 u (KE) Nru 551/2004 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, mal-proċeduri u l-manwali tal-fornitur tal-ATM/ANS, mal-patti u l-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat, mal-att ta’ deżinjazzjoni, jekk applikabbli, jew mal-kontenut ta’ dikjarazzjoni li ġġib magħha riskju sinifikanti għas-sikurezza tat-titjira jew inkella tixħet dubju fuq il-kapaċità tal-fornitur ta’ servizz sabiex ikompli bl-operazzjonijiet.

Is-sejbiet tal-livell 1 għandhom jinkludu, iżda ma humiex limitati għal:

(1)

il-promulgazzjoni ta’ proċeduri operazzjonali u/jew il-forniment ta’ servizz b’tali mod li jintroduċi riskju sinifikanti għas-sikurezza tat-titjira;

(2)

il-kisba jew iż-żamma tal-validità taċ-ċertifikat tal-fornitur tas-servizz permezz tas-sottomissjoni ta’ evidenza ddokumentata ffalsifikata;

(3)

evidenza ta’ malprassi jew ta’ użu frawdolenti taċ-ċertifikat tal-fornitur ta’ servizz;

(4)

in-nuqqas ta’ maniġer responsabbli.

(d)

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ sejba tal-livell 2 meta jinstab xi nuqqas ta’ konformità ieħor mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, kif ukoll ir-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004 u (KE) Nru 551/2004 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, mal-proċeduri u l-manwali tal-fornitur tal-ATM/ANS jew mat-termini u l-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat, jew mal-kontenut ta’ dikjarazzjoni.

(e)

Meta ssir sejba, matul sorveljanza jew b’xi mezz ieħor, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr ħsara għal kwalunkwe azzjoni addizzjonali meħtieġa mir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, kif ukoll ir-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, u (KE) Nru 551/2004 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, tikkomunika s-sejba lill-fornitur tas-servizz bil-miktub u teħtieġ li tittieħed azzjoni korrettiva li tindirizza n-nuqqas(ijiet) ta’ konformità identifikati.

(1)

Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata u xierqa u tista’, jekk xieraq, tillimita, tissospendi jew tħassar iċ-ċertifikat kollu kemm hu jew parti minnu filwaqt li tiżgura l-kontinwità tas-servizzi diment li s-sikurezza ma tkunx f’riskju, u fil-każ tal-Maniġer tan-Network, għandha tgħarraf lill-Kummissjoni. Il-miżuri meħuda għandhom jiddependu fuq il-firxa tas-sejba u għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm il-fornitur ta’ ATM/ANS jieħu azzjoni korrettiva li tirnexxi.

(2)

Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha:

(i)

tagħti lill-fornitur ta’ servizz perjodu sabiex jimplimenta azzjoni korrettiva inkluż fi pjan ta’ azzjoni xieraq għan-natura tas-sejba;

(ii)

tivvaluta l-azzjoni korrettiva u l-pjan ta’ implimentazzjoni li jipproponi l-fornitur ta’ servizz u, jekk il-valutazzjoni tikkonkludi li huma suffiċjenti sabiex jindirizzaw in-nuqqas(ijiet) ta’ konformità, taċċettahom.

(3)

Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 2, meta l-fornitur ta’ servizz jonqos milli jissottometti pjan ta’ azzjoni korrettiva li huwa aċċettabbli għall-awtorità kompetenti fid-dawl tas-sejba, jew meta l-fornitur ta’ servizz jonqos milli jwettaq l-azzjoni korrettiva fi ħdan il-perjodu ta’ żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, is-sejba tista’ tiżdied għal sejba tal-livell 1, u għandha tittieħed azzjoni kif stipulat fil-punt (1).

(f)

Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-fornitur tal-ATM/ANS jintegra t-tagħmir tal-ATM/ANS fis-sistema funzjonali tiegħu mingħajr ma jiżgura l-konformità mal-punt ATM/ANS.OR.A.045(g), hija għandha, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-ħtieġa li jiġu żgurati s-sikurezza u l-kontinwità tal-operazzjonijiet, tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tirrestrinġi ż-żona ta’ applikazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS ikkonċernat jew tipprojbixxi l-użu tiegħu mill-fornituri tal-ATM/ANS taħt is-sorveljanza tagħha.”;

(ii)

jiżdied il-punt (g) li ġej:

“(g)

Għal dawk il-każijiet li ma jkunux jeħtieġu sejbiet tal-livell 1 u 2, l-awtorità kompetenti tista’ toħroġ osservazzjonijiet.”;

(3)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt ATM/ANS.OR.A.045, jiżdiedu l-punti (g) sa (j) li ġejjin:

“(g)

Qabel ma jintegra t-tagħmir tal-ATM/ANS fis-sistema funzjonali, il-fornitur tal-ATM/ANS għandu jiżgura li:

(1)

tagħmir ATM/ANS ġdid jew modifikat ikun iċċertifikat mill-Aġenzija f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2023/1768 u manifatturat minn organizzazzjoni ta’ disinn jew produzzjoni approvata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1769 (*3); jew

(2)

tagħmir ATM/ANS ġdid jew modifikat huwa ddikjarat minn organizzazzjoni tad-disinn approvata skont ir-Regolament Delegat (UE) 2023/1768 u manifatturat minn organizzazzjoni ta’ disinn jew ta’ produzzjoni approvata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769; jew

(3)

tagħmir tal-ATM/ANS ġdid jew modifikat jinħareġ b’dikjarazzjoni tal-konformità, f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1768; jew

(4)

meta t-tagħmir tal-ATM/ANS ma jkunx soġġett għall-valutazzjoni tal-konformità skont ir-Regolament Delegat (UE) 2023/1768, it-tagħmir partikolari tal-ATM/ANS ikun ġie vverifikat li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet u l-kwalifiki applikabbli.

(h)

Il-fornitur tal-ATM/ANS għandu jiżgura li t-tagħmir tal-ATM/ANS ikun ġie vverifikat biex jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tat-tagħmir, inklużi l-installazzjoni u t-test(ijiet) fuq il-post.

(i)

Qabel ma l-fornitur tal-ATM/ANS iqiegħed it-tagħmir tal-ATM/ANS fis-servizz, huwa għandu jiżgura li s-sistema funzjonali modifikata li tintegra dan it-tagħmir tal-ATM/ANS tissodisfa r-rekwiżiti applikabbli kollha u għandha tidentifika d-devjazzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha.

(j)

Meta l-fornitur tal-ATM/ANS iqiegħed it-tagħmir tal-ATM/ANS fis-servizz, huwa għandu jiżgura li t-tagħmir tal-ATM/ANS, jew dak modifikat, jintuża skont il-kundizzjonijiet tal-użu, kif ukoll skont kwalunkwe limitazzjoni applikabbli, u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli kollha.

(*3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1769 tat-12 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni ta’ sistemi u kostitwenti ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203 (ĠU L 228, 15.9.2023, p. 19)”;"

(b)

il-punt ATM/ANS.OR.A.060 huwa sostitwit b’dan li ġej:

ATM/ANS.OR.A.060 Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza

(a)

Fornitur ta’ servizz għandu jimplimenta kwalunkwe miżura ta’ sikurezza, inklużi derivattivi dwar is-sikurezza, ordnati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt ATM/ANS.AR.A.025(c).

Meta tinħareġ direttiva tas-sikurezza biex tikkoreġi l-kundizzjoni msemmija fid-dikjarazzjoni ta’ konformità maħruġa f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1768, il-fornitur tal-ATM/ANS għandu, sakemm ma jiġix determinat mod ieħor mill-awtorità kompetenti f’każ li tkun meħtieġa azzjoni urġenti:

(1)

jipproponi azzjoni korrettiva xierqa u jissottometti d-dettalji ta’ dik il-proposta lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni;

(2)

wara l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, jikkonforma magħha.”;

(c)

fil-punt (a) ta’ ATM/ANS.OR.B.005, jiżdied il-punt (8) li ġej:

“(8)

proċess biex jiġi żgurat li d-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS, jew il-bidliet fid-disinn tiegħu, soġġett għall-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1768 jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli, inkluża l-funzjoni ta’ verifika indipendenti tad-dimostrazzjoni tal-konformità li abbażi tagħha l-fornitur tal-ATM/ANS joħroġ dikjarazzjoni ta’ konformità u d-dokumentazzjoni ta’ konformità assoċjata magħhom.”

(d)

ATM/ANS.OR.D.025 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Il-Maniġer tan-Network għandu jipprovdi rapport annwali tal-attivitajiet tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija. Dan ir-rapport għandu jkopri l-prestazzjoni operazzjonali tiegħu, kif ukoll attivitajiet u żviluppi sinifikanti b’mod partikolari fil-qasam tas-sikurezza.”;

(2)

il-punt (d)(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

għall-Maniġer tan-Network, il-prestazzjoni tiegħu mqabbla mal-objettivi tal-prestazzjoni stabbiliti fil-Pjan ta’ Strateġija tan-Network, fejn il-prestazzjoni attwali titqabbel kontra l-prestazzjoni stipulata fil-Pjan Operazzjonali tan-Network billi jintużaw l-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti fil-Pjan Operazzjonali tan-Network;”

(4)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt ATS.OR.400 huwa sostitwit b’dan li ġej:

ATS.OR.400 Servizz ajrunawtiku mobbli (komunikazzjoni mill-ajru għall-art) – ġenerali

(a)

Fornitur ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandu juża kollegament tal-vuċi jew tad-data, jew it-tnejn li huma, f’komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art għall-finijiet ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru.

(b)

Meta komunikazzjonijiet bil-vuċi mill-ajru għall-art ikunu bbażati fuq spazjar tal-kanali ta’ 8,33 kHz, fornitur ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandu jiżgura li:

(1)

l-elementi kollha tat-tagħmir għall-komunikazzjonijiet bil-vuċi mill-ajru għall-art jinkludu l-kapaċità ta’ spazjar tal-kanali ta’ 8,33 kHz u huma kapaċi jiġu ntunati għal kanali spazjati ta’ 25 kHz;

(2)

l-assenjazzjonijiet kollha tal-frekwenza tal-vuċi għandhom il-kapaċità ta’ spazjar tal-kanali ta’ 8,33 kHz;

(3)

il-proċeduri applikabbli għal inġenju tal-ajru mgħammar b’radji li għandhom il-kapaċità ta’ spazjar tal-kanali ta’ 8,33 kHz u għal inġenju tal-ajru li ma huwiex mgħammar b’tali tagħmir, soġġett għal trasferiment bejn l-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, huma speċifikati fl-ittri ta’ ftehim bejn dawk l-unitajiet tal-ATS;

(4)

inġenju tal-ajru li ma jkunx mgħammar b’radji li jkollhom il-kapaċità ta’ spazjar tal-kanali ta’ 8,33 kHz jista’ jiġi akkomodat, diment li jkun jista’ jiġi mmaniġġat b’mod sikur fil-limiti tal-kapaċità tas-sistema tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fuq UHF jew fuq assenjazzjonijiet ta’ frekwenzi ta’ 25 kHz; u

(5)

jikkomunika, fuq bażi annwali, mal-Istat Membru li jkun innominah, il-pjanijiet tiegħu għall-immaniġġar ta’ inġenji tal-ajru tal-Istat li ma humiex mgħammra b’radji li jkollhom il-kapaċità ta’ spazjar tal-kanali ta’ 8,33 kHz, filwaqt li jitqiesu l-limiti tal-kapaċità assoċjati mal-proċeduri ppubblikati mill-Istati Membri fil-pubblikazzjonijiet nazzjonali tagħhom ta’ informazzjoni ajrunawtika (AIPs).

(c)

Meta jintużaw komunikazzjonijiet bidirezzjonali diretti bejn il-bdot u l-kontrollur b’kollegament tal-vuċi jew tad-data għall-forniment ta’ servizz tat-traffiku tal-ajru, il-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandu jipprovdi faċilitajiet ta’ reġistrazzjoni fit-tali kanali kollha ta’ komunikazzjoni mill-ajru għall-art.

(d)

Meta jintużaw komunikazzjonijiet bidirezzjonali diretti bil-vuċi jew b’kollegament tad-data mill-ajru għall-art għall-forniment ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir, inkluż is-servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir tal-ajrudrom (AFIS), il-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandu jipprovdi faċilitajiet ta’ reġistrazzjoni fuq dawn il-kanali kollha ta’ komunikazzjoni mill-ajru għall-art, sakemm ma jkunx preskritt mod ieħor mill-awtorità kompetenti.”;

(b)

il-punt ATS.OR.415 huwa sostitwit b’dan li ġej:

ATS.OR.415 Servizz ajrunawtiku mobbli (komunikazzjoni mill-ajru għall-art) — servizz tal-kontroll tal-erja

Fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandu jiżgura li:

(a)

il-faċilitajiet tal-komunikazzjoni mill-ajru għall-art jippermettu li jsiru komunikazzjonijiet vokali bidirezzjonali bejn unità li tipprovdi servizz tal-kontroll tal-erja u inġenji tal-ajru mgħammra kif xieraq li jtiru fi kwalunkwe post fiż-żona jew fiż-żoni ta’ kontroll; u

(b)

faċilitajiet ta’ komunikazzjoni bejn l-ajru u l-art jippermettu li jsiru komunikazzjonijiet tad-data f’żewġ direzzjonijiet bejn unità li tipprovdi servizz ta’ kontroll taż-żona u inġenju tal-ajru mgħammar b’mod xieraq li jtir fl-ispazju tal-ajru msemmi fil-punt AUR.COM.2001 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1770 (*4), biex jopera s-servizzi ta’ konnessjoni tad-data msemmija fil-punt (1) (a) tal-punt AUR.COM.2005 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(*4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1770 tat-12 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir tal-inġenji tal-ajru meħtieġa għall-użu tal-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew u r-regoli operattivi relatati mal-użu tal-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 29/2009 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011, (UE) Nru 1207/2011 u (UE) Nru 1079/2012 (ĠU L 228, 15.9.2023, p. 39).’;”;"

(c)

il-punt ATS.OR.430 huwa sostitwit b’dan li ġej:

ATS.OR.430 Servizz ajrunawtiku fiss (komunikazzjoni mill-art għall-art) – ġenerali

(a)

Fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandu jiżgura li l-komunikazzjonijiet b’kollegament b’diskors dirett jew tad-data, jew it-tnejn li huma, jintużaw fil-komunikazzjonijiet mill-art għall-art għall-finijiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru.

(b)

Meta l-komunikazzjoni għall-finijiet ta’ koordinazzjoni tal-ATC tkun appoġġata mill-awtomatizzazzjoni, fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandu jiżgura li:

(1)

jiġu implimentati l-mezzi xierqa biex awtomatikament jirċievi, jaħżen, jipproċessa, jislet u juri, u jittrażmetti l-informazzjoni rilevanti dwar it-titjira;

(2)

il-fallimenti jew l-anomaliji ta’ tali koordinazzjoni awtomatizzata jiġu ppreżentati b’mod ċar lill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew lill-kontrolluri responsabbli għall-koordinazzjoni tat-titjiriet f’unità ta’ trasferiment;

(3)

it-twissijiet relatati mal-iskambju ta’ informazzjoni tas-sistema jiġu ppreżentati lill-pożizzjonijiet tax-xogħol rilevanti;

(4)

l-informazzjoni dwar il-proċessi ta’ skambju ta’ informazzjoni tas-sistema rilevanti tiġi pprovduta lill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru;

(5)

il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru jingħataw il-mezzi biex jimmodifikaw l-informazzjoni skambjata dwar it-titjira.”;

(d)

jiddaħħal il-punt ATS.OR.446 li ġej:

ATS.OR.446 Data ta’ sorveljanza

(a)

Il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru ma għandhomx jużaw data mill-interrogaturi tal-Mode S li joperaw taħt ir-responsabbiltà ta’ pajjiż terz jekk l-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur ma tkunx ġiet ikkoordinata.

(b)

Il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jiżguraw li jiġu implimentati l-kapaċitajiet meħtieġa biex jippermettu lill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru jistabbilixxu identifikazzjoni individwali tal-inġenji tal-ajru bl-użu tal-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali, kif spjegat fid-dettall fl-Appendiċi 1.

(c)

Il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jiżguraw operazzjonijiet bla xkiel fl-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom u fil-konfini ma’ spazji tal-ajru ta’ ħdejhom billi japplikaw rekwiżiti minimi xierqa għas-separazzjoni tal-inġenji tal-ajru.”;

(e)

fil-punt ATS.TR.230, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

Il-koordinazzjoni tat-trasferiment ta’ kontroll bejn l-unitajiet li jipprovdu servizz tal-kontroll tal-erja fir-reġjun EUR tal-ICAO, jew meta jkun hemm qbil dwar dan ma’ jew bejn unitajiet oħra ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, għandha tkun appoġġata minn proċessi awtomatizzati kif definit fl-Appendiċi 2.”;

(f)

jiżdiedu l-Appendiċijiet 1 u 2 li ġejjin:

“Appendiċi 1

Identifikazzjoni ta’ inġenju tal-ajru individwali bl-użu tal-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali kif meħtieġ mill-punt ATS.OR.446(b)

Il-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali għandha tintuża kif ġej biex tiġi stabbilita l-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru individwali:

(a)

Il-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandu jiddikjara lill-Maniġer tan-Network il-volumi tal-ispazju tal-ajru fejn tkun stabbilita l-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru individwali bl-użu tal-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali.

(b)

Il-kodiċi SSR ta’ kospikwità A1000 għandu jiġi assenjat lill-inġenji tal-ajru fejn l-identifikazzjoni individwali tal-inġenju tal-ajru hija stabbilita bl-użu tal-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali.

(c)

Ħlief meta tapplika waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (d), il-kodiċi SSR ta’ kospikwità A1000 għandu jiġi assenjat lil inġenju tal-ajru li jkun tielaq jew lil inġenju tal-ajru li għalih, f’konformità mal-punt (g), tkun meħtieġa bidla fil-kodiċi, fejn japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

l-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali taqbel mal-entrata korrispondenti fil-pjan tat-titjira għal dak l-inġenju tal-ajru;

(2)

il-Maniġer tan-Network ikkomunika li l-inġenju tal-ajru partikolari huwa eliġibbli għall-assenjazzjoni tal-kodiċi SSR ta’ kospikwità A1000.

(d)

Il-kodiċi SSR ta’ kospikwità A1000 ma għandux jiġi assenjat lill-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (c) jekk tapplika xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

ikunu ġew stabbiliti miżuri ta’ kontinġenza li jirrikjedu l-assenjazzjoni ta’ kodiċijiet SSR diskreti lill-inġenji tal-ajru minn fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li jesperjenza qtugħ mhux ippjanat tas-sensuri tas-sorveljanza fuq l-art;

(2)

miżuri ta’ kontinġenza militari eċċezzjonali jeħtieġu lill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jassenjaw kodiċijiet SSR diskreti lill-inġenji tal-ajru jew;

(3)

inġenju tal-ajru li jkun eliġibbli għall-assenjazzjoni tal-kodiċi SSR ta’ kospikwità A1000 stabbilit f’konformità mal-punt (c) joħroġ jew inkella jiġi ddevjat barra l-volum tal-ispazju tal-ajru msemmi fil-punt (a).

(e)

Inġenji tal-ajru li ma jiġux assenjati l-kodiċi SSR ta’ kospikwità A1000 stabbilit f’konformità mal-punt (c) għandhom jiġu assenjati kodiċi SSR li jikkonforma ma’ lista ta’ allokazzjonijiet ta’ kodiċijiet maqbula mill-Istati Membri u kkoordinati ma’ pajjiżi terzi.

(f)

Meta kodiċi SSR ikun ġie assenjat lil inġenju tal-ajru, għandha ssir verifika mal-ewwel opportunità sabiex jiġi kkonfermat li l-kodiċi SSR stabbilit mill-pilota huwa identiku għal dak assenjat lit-titjira.

(g)

Il-kodiċijiet SSR assenjati lill-inġenji tal-ajru li jkunu qed jiġu ttrasferiti mill-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru fi Stati ġirien għandhom jiġu kkontrollati awtomatikament biex jiġi vverifikat jekk l-assenjazzjonijiet jistgħux jinżammu f’konformità ma’ lista ta’ allokazzjonijiet tal-kodiċijiet maqbula mill-Istati Membri u kkoordinata ma’ pajjiżi terzi.

(h)

Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti formali bil-kontenut minimu li ġej ma’ fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ġirien li jistabbilixxu identifikazzjoni individwali tal-inġenji tal-ajru bl-użu ta’ kodiċijiet SSR diskreti:

(1)

obbligu fuq il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ġirien biex jittrasferixxu inġenji tal-ajru b’kodiċijiet SSR diskreti vverifikati assenjati f’konformità ma’ lista ta’ allokazzjoni ta’ kodiċijiet maqbula mill-Istati Membri u kkoordinata ma’ pajjiżi terzi;

(2)

obbligu li l-unitajiet li jaċċettaw jiġu notifikati dwar kwalunkwe irregolarità osservata fl-operat ta’ kostitwenti tas-sistemi ta’ sorveljanza fl-ajru;

(i)

il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jiżguraw li l-assenjazzjoni ta’ kodiċijiet SSR diskreti f’konformità ma’ lista tal-allokazzjoni tal-kodiċijiet maqbula mill-Istati Membri u kkoordinata ma’ pajjiżi terzi biex tiġi stabbilita l-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru individwali tikkonforma ma’ dan li ġej:

(1)

il-kodiċijiet SSR jiġu assenjati awtomatikament lill-inġenji tal-ajru f’konformità ma’ lista ta’ allokazzjoni tal-kodiċijiet maqbula mill-Istati Membri u kkoordinata ma’ pajjiżi terzi;

(2)

il-kodiċijiet SSR assenjati lill-inġenji tal-ajru li jkunu qed jiġu ttrasferiti mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fi Stati ġirien jiġu vverifikati biex jiġi vverifikat jekk l-assenjazzjonijiet jistgħux jinżammu f’konformità ma’ lista ta’ allokazzjoni tal-kodiċijiet maqbula mill-Istati Membri u kkoordinata ma’ pajjiżi terzi;

(3)

il-kodiċijiet SSR huma kklassifikati f’kategoriji differenti biex tkun tista’ ssir assenjazzjoni differenzjata tal-kodiċi;

(4)

il-kodiċijiet SSR mill-kategoriji differenti msemmija fil-punt (3) jiġu assenjati skont id-direzzjonijiet tat-titjiriet;

(5)

assenjazzjonijiet simultanji multipli tal-istess kodiċi tal-SSR isiru għal titjiriet li joperaw f’direzzjonijiet mingħajr kunflitt tal-kodiċi;

(6)

il-kontrolluri jiġu infurmati awtomatikament meta l-assenjazzjonijiet tal-kodiċi tal-SSR jiġu dduplikati b’mod mhux intenzjonat.;

Appendiċi 2

Proċessi li għandhom jiġu implimentati għall-koordinazzjoni awtomatizzata kif meħtieġ mill-punt ATS.TR.230(c)

A.

Il-proċessi obbligatorji li għandhom jiġu implimentati bejn l-unitajiet li jipprovdu servizz ta’ kontroll tal-erja, jew meta jkun hemm qbil dwar dan ma’ jew bejn unitajiet oħra ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

Notifika

(1)

L-informazzjoni dwar it-titjira soġġetta għall-proċess ta’ notifika għandha tinkludi bħala minimu:

(i)

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru,

(ii)

il-modalità u l-kodiċi tal-SSR (jekk ikunu disponibbli),

(iii)

l-ajrudrom tad-destinazzjoni,

(iv)

id-data stmata,

(v)

l-ajrudrom tad-destinazzjoni,

(vi)

in-numru u t-tip ta’ inġenju tal-ajru,

(vii)

it-tip ta’ titjira,

(viii)

il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir.

(2)

Il-kontenut tal-informazzjoni dwar il-‘kapaċità u l-istatus tat-tagħmir’ għandu jinkludi minimi ta’ separazzjoni vertikali ridotta (RVSM) u l-kapaċità ta’ spazjar tal-kanali ta’ 8,33 kHz bħala minimu. Jistgħu jiġu inklużi elementi oħra f’konformità mal-ittri tal-ftehim.

(3)

Il-proċess ta’ notifika għandu jitwettaq tal-anqas darba għal kull titjira ppjanata eliġibbli li taqsam il-konfini sakemm it-titjira ma tkunx soġġetta għall-proċess ta’ notifika u koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq.

(4)

Il-kriterji tal-eliġibilità għan-notifika transfruntiera ta’ titjiriet għandhom ikunu f’konformità mal-ittri tal-ftehim.

(5)

Fejn il-proċess ta’ notifika ma jkunx jista’ jitwettaq fiż-żmien miftiehem bilateralment qabel il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali dan għandu jiġi inkluż fil-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali.

(6)

Meta jitwettaq, il-proċess ta’ notifika għandu jsir qabel il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali.

(7)

Il-proċess ta’ notifika għandu jerġa’ jitwettaq kull darba li jkun hemm bidla f’xi data milli ġejja qabel il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali:

(i)

il-punt ta’ koordinazzjoni (COP);

(ii)

il-kodiċi tal-SSR mistenni fil-punt tat-trasferiment tal-kontroll;

(iii)

l-ajrudrom tad-destinazzjoni;

(iv)

it-tip ta’ inġenju tal-ajru;

(v)

il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir.

(8)

Jekk tiġi identifikata xi diskrepanza bejn id-data trażmessa u d-data korrispondenti fis-sistema li tkun irċevietha, jew ma jkun hemm disponibbli l-ebda informazzjoni bħal din li twassal għall-bżonn ta’ azzjoni korrettiva malli tidħol id-data ta’ koordinazzjoni inizjali sussegwenti, id-diskrepanza għandha tiġi riferuta lill-pożizzjoni tax-xogħol xierqa ta’ kontrollur għal riżoluzzjoni.

(9)

Il-kriterji tal-ħin għall-bidu tal-proċess ta’ notifika:

(i)

Il-proċess ta’ notifika għandu jinbeda f’numru ta’ parametri ta’ minuti qabel il-ħin stmat fis-COP.

(ii)

Il-parametru/i tan-notifika għandhom jiġu inklużi fl-ittri tal-ftehim ta’ bejn l-unitajiet tal-ATC ikkonċernati.

(iii)

Il-parametru/i tan-notifika jistgħu jiġu definiti separatament għal kull wieħed mill-punti ta’ koordinazzjoni.

(b)

Koordinazzjoni inizjali

(1)

Għal titjira soġġetta għal koordinazzjoni inizjali, il-kundizzjonijiet tat-trasferiment miftiehma għandhom ikunu vinkolanti mil-lat operazzjonali għaż-żewġ unitajiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru sakemm il-koordinazzjoni ma tiġix abrogata jew riveduta.

(2)

L-informazzjoni dwar it-titjira li hija soġġetta għall-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali għandha tinkludi bħala minimu:

(i)

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(ii)

il-modalità u l-kodiċi tal-SSR;

(iii)

l-ajrudrom tad-destinazzjoni;

(iv)

id-data stmata;

(v)

l-ajrudrom tad-destinazzjoni;

(vi)

in-numru u t-tip ta’ inġenju tal-ajru;

(vii)

it-tip ta’ titjira;

(viii)

il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir.

(3)

Il-kontenut tal-informazzjoni dwar il-‘kapaċità u l-istatus tat-tagħmir’ għandu jinkludi, bħala minimu, RSVM u l-kapaċità ta’ spazjar tal-kanali ta’ 8,33 kHz. Jistgħu jiġu inklużi elementi oħra kif miftiehem bilateralment permezz tal-ittri tal-ftehim.

(4)

Il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali għandu jitwettaq għat-titjiriet ippjanati eliġibbli kollha li jaqsmu l-konfini.

(5)

Il-kriterji tal-eliġibbiltà għall-koordinazzjoni inizjali transfruntiera tat-titjiriet għandhom ikunu f’konformità mal-ittri tal-ftehim.

(6)

Sakemm ma jkunx diġà nbeda manwalment, il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali għandu jinbeda awtomatikament, f’konformità mal-ittri tal-ftehim:

(i)

fit-temp ta’ ħin parametriku miftiehem bilateralment qabel il-ħin mistenni fil-punt ta’ koordinazzjoni; jew jew

(ii)

fil-ħin li fih it-titjira tkun f’distanza miftiehma bilateralment mill-punt ta’ koordinazzjoni.

(7)

Il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali għal titjira għandu jitwettaq darba biss sakemm ma tinbediex l-abrogazzjoni tal-proċess ta’ koordinazzjoni.

(8)

Wara l-abrogazzjoni tal-proċess ta’ koordinazzjoni, il-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali jista’ jerġa’ jinbeda mal-istess unità.

(9)

It-tlestija tal-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali, inkluża l-konferma mal-unità riċevitriċi, għandha tiġi mgħoddija lill-unità tat-trasferiment – it-titjira mbagħad titqies bħala ‘koordinata’.

(10)

In-nuqqas tal-proċess ta’ koordinazzjoni inizjali milli jikkonferma t-tlestija, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jirriżulta fi twissija fil-pożizzjoni tax-xogħol tal-kontrollur responsabbli għall-koordinazzjoni tat-titjira fi ħdan iċ-ċentru li jittrasferixxi.

(11)

L-informazzjoni ta’ koordinazzjoni inizjali għandha tkun magħmula disponibbli għall-pożizzjoni tax-xogħol xierqa tal-kontrollur fl-unità ta’ aċċettazzjoni.

(c)

Reviżjoni tal-koordinazzjoni

(1)

Il-proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni għandu jiżgura assoċjazzjoni mat-titjira kkoordinata qabel.

(2)

Għal titjira soġġetta għall-proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni, il-kundizzjonijiet ta’ trasferiment miftiehma ta’ titjira għandhom ikunu operazzjonalment vinkolanti għaż-żewġ unitajiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru sakemm il-koordinazzjoni ma tiġix abrogata jew sakemm il-kundizzjonijiet ma jiġux riveduti ulterjorment.

(3)

Il-proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar it-titjira, jekk din tkun inbidlet:

(i)

il-modalità u l-kodiċi tal-SSR;

(ii)

il-ħin stmat u l-livell tat-titjira;

(iii)

il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir.

(4)

Jekk ikun hemm qbil bilateralment, id-data tar-reviżjoni tal-koordinazzjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja diment li tkun inbidlet:

(i)

il-punt ta’ koordinazzjoni;

(ii)

ir-rotta.

(5)

Il-proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni jista’ jsir darba jew aktar minn darba mal-unità li magħha, it-titjira tkun ikkoordinata kurrentament.

(6)

Il-proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni għandu jitwettaq meta:

(i)

il-ħin stmat fuq il-punt ta’ koordinazzjoni jkun differenti minn dak ipprovdut qabel b’aktar minn valur miftiehem bilateralment;

(ii)

il-livell(i) ta’ trasferiment, il-kodiċi tal-SSR jew il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir huwa (huma) differenti minn dak (dawk) ipprovdut(i) qabel.

(7)

Fejn ikun miftiehem bilateralment, il-proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni għandu jseħħ meta jkun hemm xi bidla f’dan li ġej:

(i)

il-punt ta’ koordinazzjoni;

(ii)

ir-rotta.

(8)

It-tlestija tal-proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni, inkluża l-konferma miċ-ċentru li jassumi l-kontroll, għandha tiġi mgħoddija lill-unità tat-trasferiment.

(9)

In-nuqqas ta’ proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni li jikkonferma t-tlestija, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jirriżulta fi twissija fil-pożizzjoni tax-xogħol tal-kontrollur responsabbli għall-koordinazzjoni tat-titjira fi ħdan l-unità tat-trasferiment.

(10)

Il-proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni għandu jseħħ immedjatament wara l-input jew l-aġġornament rilevanti.

(11)

Il-proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni għandu jiġi impedut wara li t-titjira tkun f’ħin/distanza miftiehma bilateralment ’il bogħod mill-punt tal-kontroll tat-trasferiment f’konformità mal-ittri tal-ftehim.

(12)

L-informazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-koordinazzjoni għandha tkun magħmula disponibbli għall-pożizzjoni tax-xogħol xierqa tal-kontrollur fi ħdan l-unità riċevitriċi.

(13)

Fejn it-tlestija tal-proċess ta’ reviżjoni tal-koordinazzjoni ma tkunx ikkonfermata f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, l-unità tat-trasferiment għandha tibda koordinazzjoni verbali.

(d)

Abrogazzjoni tal-koordinazzjoni

(1)

Il-proċess ta’ abrogazzjoni tal-koordinazzjoni għandu jiżgura assoċjazzjoni mal-proċess ta’ notifika jew tal-koordinazzjoni preċedenti li jkun qed jiġi kkanċellat.

(2)

Il-proċess ta’ abrogazzjoni tal-koordinazzjoni għandu jsir ma’ unità għal titjira kkoordinata meta:

(i)

l-unità ma tkunx għadha l-unità li jmiss fis-sekwenza ta’ koordinazzjoni;

(ii)

il-pjan tat-titjira jiġi kkanċellat fl-unità mittenti u l-koordinazzjoni ma tibqax rilevanti;

(iii)

tasal informazzjoni dwar l-abrogazzjoni tal-koordinazzjoni mill-unità preċedenti fir-rigward tat-titjira.

(3)

Il-proċess ta’ abrogazzjoni tal-koordinazzjoni ma’ ċentru għal titjira nnotifikata jista’ jitwettaq meta:

(i)

l-unità ma tkunx għadha l-unità li jmiss fis-sekwenza ta’ koordinazzjoni;

(ii)

il-pjan tat-titjira jiġi kkanċellat fl-unità mittenti u l-koordinazzjoni ma tibqax rilevanti;

(iii)

tasal informazzjoni dwar l-abrogazzjoni tal-koordinazzjoni mill-unità preċedenti fir-rigward tat-titjira;

(iv)

it-titjira tiġi ttardjata matul ir-rotta, u stima riveduta ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata awtomatikament.

(4)

It-tlestija tal-proċess ta’ abrogazzjoni tal-koordinazzjoni, inkluża l-konferma mill-unità riċevitriċi, għandha tiġi mgħoddija lill-unità tat-trasferiment.

(5)

In-nuqqas tal-proċess ta’ abrogazzjoni tal-koordinazzjoni milli jikkonferma t-tlestija, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jirriżulta fi twissija fil-pożizzjoni tax-xogħol tal-kontrollur responsabbli għall-koordinazzjoni tat-titjira fi ħdan l-unità tat-trasferiment.

(6)

L-informazzjoni dwar l-abrogazzjoni tal-koordinazzjoni għandha tiġi magħmula disponibbli għall-pożizzjoni tax-xogħol xierqa tal-kontrollur fi ħdan l-unità nnotifikata jew fl-unità li magħha, il-koordinazzjoni tiġi kkanċellata.

(7)

Meta t-tlestija tal-proċess ta’ abrogazzjoni tal-koordinazzjoni ma tkunx ikkonfermata f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, l-unità tat-trasferiment għandha tibda koordinazzjoni verbali.

(e)

Data bażika dwar it-titjiriet

(1)

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ data bażika dwar it-titjiriet għandha tipprovdi bħala minimu:

(i)

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(ii)

il-modalità u l-kodiċi tal-SSR.

(2)

Kull informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-proċess ta’ data bażika dwar it-titjiriet għandha tkun soġġetta għal ftehim bilaterali.

(3)

Il-proċess ta’ data bażika dwar it-titjiriet għandu jitwettaq awtomatikament għal kull titjira eliġibbli.

(4)

Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għal data bażika dwar it-titjiriet għandhom ikunu f’konformità mal-ittri tal-ftehim.

(5)

It-tlestija tal-proċess ta’ data bażika dwar it-titjiriet, inkluża l-konferma mill-unità riċevitriċi, għandha tiġi mgħoddija lill-unità ta’ forniment.

(6)

In-nuqqas tal-proċess ta’ data bażika dwar it-titjiriet milli jikkonferma t-tlestija, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jirriżulta fi twissija fil-pożizzjoni operazzjonali xierqa tal-kontrollur fi ħdan l-unità ta’ forniment.

(f)

Bdil fid-data bażika dwar it-titjiriet

(1)

Il-proċess ta’ bdil fid-data bażika dwar it-titjiriet għandu jiżgura assoċjazzjoni mat-titjira li qabel kienet soġġetta għal proċess ta’ bdil fid-data bażika dwar it-titjiriet.

(2)

Kwalunkwe informazzjoni oħra soġġetta għall-proċess ta’ bdil fid-data bażika dwar it-titjiriet u l-kriterji assoċjati għall-forniment tagħha għandhom ikunu soġġetti għal ftehim bilaterali.

(3)

Proċess ta’ bdil fid-data bażika dwar it-titjiriet għandu jsir biss għal titjira li tkun ġiet innotifikata minn qabel permezz ta’ proċess ta’ data bażika dwar it-titjiriet.

(4)

Proċess ta’ bdil fid-data bażika dwar it-titjiriet għandu jinbeda awtomatikament f’konformità ma’ kriterji miftiehma bilateralment.

(5)

It-tlestija tal-proċess ta’ bdil fid-data bażika dwar it-titjiriet, inkluża l-konferma mill-unità riċevitriċi, għandha tiġi mgħoddija lill-unità ta’ forniment.

(6)

In-nuqqas ta’ proċess ta’ bdil fid-data bażika dwar it-titjiriet li jikkonferma t-tlestija, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jirriżulta fi twissija fil-pożizzjoni operazzjonali xierqa tal-kontrollur fi ħdan l-unità ta’ forniment.

(7)

L-informazzjoni tal-proċess ta’ bdil fid-data bażika dwar it-titjiriet għandha tkun disponibbli għall-pożizzjoni tax-xogħol xierqa tal-kontrollur fi ħdan l-unità riċevitriċi.

B.

Meta jkun hemm qbil bejn l-unitajiet ikkonċernati biex titwettaq in-notifika ta’ qabel it-tluq, il-proċessi ta’ bdil tal-frekwenza jew ta’ assunzjoni manwali tal-komunikazzjoni għandhom ikunu kif ġej:

(a)

Notifika u koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq

(1)

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ notifika u koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq għandha tinkludi bħala minimu:

(i)

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(ii)

il-modalità u l-kodiċi tal-SSR (jekk ikunu disponibbli);

(iii)

l-ajrudrom tad-destinazzjoni;

(iv)

il-ħin stmat tat-tluq jew id-data stmata, skont kif miftiehem bilateralment;

(v)

l-ajrudrom tad-destinazzjoni;

(vi)

in-numru u t-tip ta’ inġenju tal-ajru.

(2)

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ notifika u koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq mill-unità ta’ kontroll taż-żona ta’ kontroll tat-terminal (TMA) jew minn ACC għandha tinkludi dan li ġej:

(i)

it-tip ta’ titjira;

(ii)

il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir.

(3)

Il-kontenut tal-informazzjoni dwar il-‘kapaċità u l-istatus tat-tagħmir’ għandu jinkludi, bħala minimu, RSVM u l-kapaċità ta’ spazjar tal-kanali ta’ 8,33 kHz.

(4)

L-informazzjoni dwar il-‘kapaċità u l-istatus tat-tagħmir’ tista’ tinkludi informazzjoni oħra skont kif miftiehem bilateralment fl-ittri tal-ftehim.

(5)

Il-proċess tan-notifika u l-koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq għandu jitwettaq darba jew aktar għal kull waħda mit-titjiriet eliġibbli ppjanata li taqsam il-konfini fejn il-ħin tat-titjira mit-tluq sal-punt ta’ koordinazzjoni ma jippermettix ħin biżżejjed biex jitwettqu l-proċessi tal-koordinazzjoni inizjali jew tan-notifika.

(6)

Il-kriterji tal-eliġibilità għan-notifika u l-koordinazzjoni transfruntiera ta’ qabel it-tluq tat-titjiriet għandhom ikunu f’konformità mal-ittri tal-ftehim.

(7)

Il-proċess ta’ notifika u koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq għandu jerġa’ jitwettaq kull darba li jkun hemm bidla f’xi punt tas-suġġett tad-data li qabel it-tluq kien soġġett għall-proċess preċedenti ta’ notifika u koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq.

(8)

It-tlestija tal-proċess ta’ notifika u koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq, inkluża l-konferma mill-unità riċevitriċi għandha tiġi pprovduta fl-unità tat-trasferiment.

(9)

In-nuqqas ta’ proċess ta’ notifika u koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq li jikkonferma t-tlestija, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-pożizzjoni tax-xogħol responsabbli għan-notifika/il-koordinazzjoni tat-titjira fl-unità tat-trasferiment.

(10)

L-informazzjoni dwar in-notifika u l-koordinazzjoni ta’ qabel it-tluq għandha tkun magħmula disponibbli fuq il-pożizzjoni tax-xogħol xierqa fl-unità notifikata.

(b)

Bidla fil-frekwenza

(1)

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess tal-bidla fil-frekwenza għandha tinkludi l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru u kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin, jekk disponibbli:

(i)

indikazzjoni tar-rilaxx;

(ii)

il-livell awtorizzat tat-titjira;

(iii)

id-direzzjoni/rotta assenjata jew awtorizzazzjoni diretta;

(iv)

il-veloċità assenjata;

(v)

ir-rata ta’ tlugħ/inżul assenjata.

(2)

Jekk ikun miftiehem bilateralment, id-data dwar il-bidla fil-frekwenza għandha tinkludi dan li ġej:

(i)

il-pożizzjoni kurrenti tar-rotta;

(ii)

il-frekwenza ordnata.

(3)

Il-proċess tal-bidla fil-frekwenza għandu jinbeda manwalment mill-kontrollur tat-trasferiment.

(4)

It-tlestija tal-proċess tal-bidla fil-frekwenza inkluża l-konferma mill-unità tal-aċċettazzjoni, għandha tingħadda lill-unità tal-ATC tat-trasferiment.

(5)

In-nuqqas tal-proċess tal-bidla fil-frekwenza li jikkonferma t-tlestija, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fil-pożizzjoni tax-xogħol xierqa tal-kontrollur fl-unità tal-ATC tat-trasferiment.

(6)

L-informazzjoni ta’ bdil tal-frekwenza għandha tkun magħmula disponibbli mingħajr dewmien għall-kontrollur li jaċċetta.

(c)

Assunzjoni manwali tal-komunikazzjonijiet

(1)

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ assunzjoni manwali tal-komunikazzjonijiet għandha tinkludi bħala minimu l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru.

(2)

Il-proċess ta’ assunzjoni manwali tal-komunikazzjonijiet għandu jinbeda mill-unità ta’ aċċettazzjoni meta tiġi stabbilita l-komunikazzjoni.

(3)

It-tlestija tal-proċess ta’ assunzjoni manwali tal-komunikazzjonijiet, inkluża l-konferma mill-unità tat-trasferiment, għandha tingħadda lill-unità tal-ATC ta’ aċċettazzjoni.

(4)

In-nuqqas tal-proċess ta’ assunzjoni manwali tal-komunikazzjonijiet li jikkonferma t-tlestija, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-pożizzjoni tax-xogħol xierqa tal-kontrollur fl-unità tal-ATC.

(5)

L-informazzjoni dwar l-assunzjoni manwali tal-komunikazzjonijiet għandha tiġi ppreżentata immedjatament lill-kontrollur fl-unità tat-trasferiment.

(d)

Notifika tal-intenzjoni ta’ traversar

(1)

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ notifika ta’ intenzjoni ta’ traversar għandha tinkludi bħala minimu:

(i)

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(ii)

il-modalità u l-kodiċi tal-SSR;

(iii)

in-numru u t-tip ta’ inġenju tal-ajru;

(iv)

identifikatur tas-settur inkarigat;

(v)

ir-rotta tal-ittraversar li tinkludi l-ħinijiet stmati u l-livelli tat-titjira għal kull punt fuq ir-rotta.

(2)

Il-proċess ta’ notifika tal-intenzjoni tal-ittraversar għandu jinbeda manwalment mill-kontrollur, jew awtomatikament kif deskritt fl-ittri tal-ftehim.

(3)

It-tlestija tal-proċess ta’ notifika tal-intenzjoni tal-ittraversar inkluża l-konferma miċ-ċentru nnotifikat għandha tiġi pprovduta liċ-ċentru notifikatur.

(4)

In-nuqqas tal-proċess ta’ notifika tal-intenzjoni tal-ittraversar li jikkonferma t-tlestija, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fl-unità tan-notifika.

(5)

L-informazzjoni dwar in-notifika tal-intenzjoni tal-ittraversar għandha tkun magħmula disponibbli fuq il-pożizzjoni tax-xogħol xierqa tal-kontrollur fl-unità tan-notifika.

(e)

Talba għall-awtorizzazzjoni tal-ittrasversar

(1)

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ talba għall-awtorizzazzjoni tal-ittraversar għandha tinkludi bħala minimu:

(i)

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(ii)

il-modalità u l-kodiċi tal-SSR;

(iii)

in-numru u t-tip ta’ inġenju tal-ajru;

(iv)

identifikatur tas-settur inkarigat;

(v)

ir-rotta tal-ittraversar li tinkludi l-ħinijiet stmati u l-livelli tat-titjira għal kull punt fuq ir-rotta.

(2)

Jekk ikun miftiehem bilateralment, talba għall-awtorizzazzjoni tal-ittraversar għandha tinkludi l-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir.

(3)

Il-kontenut tal-informazzjoni dwar il-‘kapaċità u l-istatus tat-tagħmir’ għandu jinkludi l-kapaċità tal-RVSM bħala minimu, u jista’ jkun fih elementi oħra kif miftiehem bilateralment.

(4)

It-talba għall-awtorizzazzjoni tal-ittraversar għandha tinbeda fid-diskrezzjoni tal-kontrollur, f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-ittri tal-ftehim.

(5)

It-tlestija tal-proċess ta’ talba għall-awtorizzazzjoni tal-ittraversar inkluża l-konferma mill-unità li tirċievi t-talba, għandha tiġi pprovduta lill-unità rikjedenti.

(6)

In-nuqqas ta’ proċess ta’ talba għall-awtorizzazzjoni tal-ittraversar li jikkonferma t-tlestija, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-pożizzjoni tax-xogħol xierqa tal-kontrollur fl-unità rikjedenti.

(7)

L-informazzjoni dwar talba għall-awtorizzazzjoni tal-ittraversar għandha ssir disponibbli fuq il-pożizzjoni tax-xogħol xierqa tal-kontrollur fl-unità li tirċievi t-talba.

(8)

Għandu jkun hemm tweġiba għall-proċess ta’ talba għall-awtorizzazzjoni tal-ittrasversar permezz ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

l-aċċettazzjoni tad-dettalji tal-ittraversar tar-rotta/tal-ispazju tal-ajru proposti;

(ii)

kontroproposta li tinkludi d-dettalji tal-ittraversar tar-rotta/tal-ispazju tal-ajru differenti kif speċifikat fit-Taqsima 6 hawn taħt;

(iii)

iċ-ċaħda tad-dettalji tal-ittraversar tar-rotta/tal-ispazju tal-ajru proposti.

(9)

Jekk ma tasalx tweġiba operazzjonali f’intervall ta’ ħin miftiehem bilateralment, għandha tinħareġ twissija fuq il-pożizzjoni tax-xogħol xierqa tal-kontrollur fl-unità rikjedenti.

(f)

Kontroproposta tal-ittrasversar

(1)

Il-proċess ta’ kontroproposta tal-ittraversar għandu jiżgura l-assoċjazzjoni mat-titjira li preċedentement kienet soġġetta għall-koordinazzjoni.

(2)

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ kontroproposta tal-ittraversar għandha tinkludi bħala minimu:

(i)

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(ii)

ir-rotta tal-ittraversar li tinkludi l-ħinijiet stmati u l-livelli tat-titjira għal kull punt fuq ir-rotta.

(3)

Il-kontroproposta għandha tinkludi livell u/jew rotta ġdida proposta għat-titjira.

(4)

It-tlestija tal-proċess ta’ kontroproposta tal-ittraversar inkluża l-konferma mill-unità rikjedenti oriġinali għandha tiġi pprovduta lill-unità li tagħmel il-kontroproposta.

(5)

In-nuqqas tal-proċess ta’ kontroproposta tal-ittraversar li jikkonferma t-tlestija, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-pożizzjoni tax-xogħol xierqa tal-kontrollur fl-unità li tagħmel il-kontroproposta.

(6)

L-informazzjoni dwar il-kontroproposta tal-ittraversar għandha tkun magħmula disponibbli fuq il-pożizzjoni tax-xogħol xierqa tal-kontrollur fl-unità rikjedenti oriġinali.

(7)

Il-konferma tal-ipproċessar b’suċċess tal-informazzjoni dwar kontroproposta tal-ittraversar fl-unità rikjedenti oriġinali għandha tiġi segwita bi tweġiba operazzjonali fl-unità rikjedenti oriġinali.

(8)

It-tweġiba operazzjonali għal kontroproposta tal-ittraversar għandha tkun aċċettazzjoni jew rifjut, skont kif ikun xieraq.

(9)

Jekk tweġiba operazzjonali ma tasalx f’intervall ta’ ħin miftiehem bilateralment għandha tinħareġ twissija fuq il-pożizzjoni tax-xogħol tal-kontrollur xieraq fl-unità li tagħmel il-kontroproposta.

(g)

Kanċellazzjoni tal-ittrasversar

(1)

Il-proċess ta’ kanċellazzjoni tal-ittraversar għandu jiżgura l-assoċjazzjoni mal-proċess ta’ notifika preċedenti jew mal-proċess ta’ koordinazzjoni li huwa kkanċellat.

(2)

Il-proċess ta’ kanċellazzjoni tal-ittraversar għandu jinbeda mill-unità responsabbli għat-titjira meta sseħħ xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

it-titjira nnotifikata preċedentement bil-proċess ta’ data bażika dwar it-titjiriet issa ma tidħolx fl-ispazju tal-ajru tal-unità notifikata jew ma għadhiex aktar ta’ interess għall-unità nnotifikata;

(ii)

l-ittraversar ma jkunx se jsir fuq ir-rotta espressa fl-informazzjoni tan-notifika tal-ittraversar intenzjonata;

(iii)

l-ittraversar ma jkunx se jsir skont il-kundizzjonijiet li jkunu qed jiġu nnegozjati jew skont il-kundizzjonijiet miftiehma wara d-djalogu dwar l-ittraversar tal-ispazju tal-ajru.

(3)

Il-proċess ta’ kanċellazzjoni tal-ittraversar għandu jiġi attivat awtomatikament jew manwalment bl-input tal-kontrollur f’konformità mal-ittri tal-ftehim.

(4)

It-tlestija tal-proċess ta’ kanċellazzjoni tal-ittraversar, inkluża l-konferma mill-unità nnotifikata/rikjesta għandha tingħadda lill-unità ta’ kanċellazzjoni.

(5)

In-nuqqas tal-proċess ta’ kanċellazzjoni tal-ittraversar li jikkonferma t-tlestija, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jwassal għal twissija fuq il-pożizzjoni tax-xogħol xierqa fl-unità ta’ kanċellazzjoni.

(6)

L-informazzjoni dwar il-kanċellazzjoni tal-ittraversar għandha tkun magħmula disponibbli fuq il-pożizzjoni tax-xogħol xierqa tal-kontrollur fl-unità nnotifikata/rikjesta.

C.

Bejn l-unitajiet li jipprovdu servizzi ta’ kontroll taż-żona meħtieġa biex joperaw is-servizzi ta’ konnessjoni tad-data kif imsemmi fil-punt AUR.COM.2005(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1770, jew meta hekk miftiehem ma’ unitajiet oħra jew bejniethom, il-proċessi li ġejjin għandhom jiġu appoġġati b’mod awtomatiku:

(a)

Logon forward

(1)

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess tal-logon forward għandha tinkludi, tal-anqas:

(i)

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(ii)

l-ajrudrom tad-destinazzjoni;

(iii)

l-ajrudrom tad-destinazzjoni;

(iv)

it-tip tal-logon;

(v)

il-parametri tal-logon.

(2)

Għandu jitwettaq proċess wieħed ta’ logon-forward għal kull titjira b’kollegament tad-data logged-on, ippjanata li taqsam fruntieri.

(3)

Il-proċess ta’ logon-forward għandu jinbeda kemm jista’ jkun malajr wara l-aktar ħinijiet bikrin stabbiliti, f’konformità mal-ittri tal-ftehim, minn dawn li ġejjin:

(i)

numru ta’ parametri ta’ minuti qabel il-ħin stmat fil-punt ta’ koordinazzjoni;

(ii)

fil-ħin li fih it-titjira tkun f’distanza miftiehma bilateralment mill-punt ta’ koordinazzjoni.

(4)

Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-proċess ta’ logon-forward għandhom ikunu f’konformità mal-ittri tal-ftehim.

(5)

L-informazzjoni dwar il-logon-forward għandha tiġi inkluża mal-informazzjoni korrispondenti dwar it-titjira fl-unità riċevitriċi.

(6)

L-istatus logged-on tat-titjira jista’ jintwera fil-pożizzjoni tax-xogħol xierqa tal-kontrollur fi ħdan l-unità riċevitriċi.

(7)

It-tlestija tal-proċess ta’ logon-forward, inkluża l-konferma mill-unità riċevitriċi, għandha tiġi mgħoddija lill-unità ta’ trasferiment.

(8)

In-nuqqas ta’ proċess ta’ logon-forward biex tiġi kkonfermata t-tlestija, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jirriżulta fil-bidu ta’ talba ta’ kuntatt b’kollegament tad-data mill-ajru għall-art lill-inġenju tal-ajru.

(b)

Notifika tal-awtorità li jmiss

(1)

L-informazzjoni soġġetta għall-proċess ta’ notifika tal-awtorità li jmiss għandha tinkludi bħala minimu:

(i)

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(ii)

l-ajrudrom tad-destinazzjoni;

(iii)

l-ajrudrom tad-destinazzjoni.

(2)

Għandu jitwettaq proċess wieħed ta’ notifika tal-awtorità li jmiss għal kull titjira eliġibbli li taqsam il-fruntiera.

(3)

Il-proċess ta’ notifika tal-awtorità li jmiss għandu jinbeda wara li t-talba ta’ notifika tal-awtorità li jmiss mal-inġenju tal-ajru tiġi rikonoxxuta mis-sistema fl-ajru.

(4)

Wara li l-proċess tal-informazzjoni tan-notifika tal-awtorità li jmiss isir b’mod xieraq, l-unità riċevitriċi għandha tagħti bidu għal talba għal komunikazzjonijiet b’kollegament tad-data bejn il-kontrollur u l-bdot (CPDLC) mal-inġenju tal-ajru.

(5)

Jekk l-informazzjoni nnotifikata mill-awtorità li jmiss ma tkunx waslet f’konformità mal-ħin tal-parametru miftiehem bilateralment, għandhom jiġu applikati proċeduri lokali mill-unità riċevitriċi għall-bidu ta’ komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-data mal-inġenju tal-ajru.

(6)

It-tlestija tal-proċess tal-awtorità notifikata li jmiss, inkluż konferma mill-unità riċevitriċi, għandha tiġi mgħoddija lill-unità ta’ trasferiment.

(7)

In-nuqqas tal-proċess tal-awtorità notifikata li jmiss li jikkonferma t-tlestija, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-kwalità tas-servizz, għandu jirriżulta fil-bidu ta’ proċeduri lokali fl-unità ta’ trasferiment.

;

(5)

fl-Anness VIII, is-Subparti B, tiżdied it-Taqsima 2 li ġejja:

TAQSIMA 2

Rekwiżiti tekniċi għall-fornituri ta’ servizzi ta’ sorveljanza

CNS.TR.205 Allokazzjoni u użu tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S

(a)

Fornitur ta’ servizzi ta’ sorveljanza għandu jħaddem biss interrogatur eliġibbli ta’ Mode S, billi juża kodiċi tal-interrogatur eliġibbli (IC), jekk ikun irċieva allokazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur, għal dan l-għan, mill-Istat Membru kkonċernat.

(b)

Il-fornitur tas-servizzi ta’ sorveljanza li jkun biħsiebu jħaddem, jew jopera interrogatur eliġibbli ta’ Mode S li għalih ma tkun waslet l-ebda allokazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur, għandu jissottometti lill-Istat Membru kkonċernat applikazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur, li jinkludi tal-inqas l-elementi ewlenin li ġejjin:

(1)

referenza unika tal-applikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat;

(2)

id-dettalji ta’ kuntatt sħaħ tar-rappreżentant tal-Istat Membru responsabbli għall-koordinazzjoni tal-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur ta’ Mode S;

(3)

id-dettalji ta’ kuntatt sħaħ tal-punt ta’ kuntatt tal-operatur ta’ Mode S għall-kwistjonijiet tal-allokazzjoni tal-Mode S IC;

(4)

l-isem tal interrogatur ta’ Mode S;

(5)

l-użu tal-interrogatur ta’ Mode S (operazzjonali jew bi prova);

(6)

il-post tal-interrogatur ta’ Mode S;

(7)

id-data ppjanata għall-ewwel trażmissjoni ta’ Mode S mill-interrogatur Mode S;

(8)

il-kopertura ta’ Mode S rikjesta;

(9)

ir-rekwiżiti ta’ ħidma speċifiċi;

(10)

il-kapaċità tal-kodiċi SI;

(11)

il-kapaċità tal-‘operazzjoni tal-kodiċi II/SI’;

(12)

il-kapaċità tal-mappa ta’ kopertura.

(c)

Il-fornitur tas-servizzi ta’ sorveljanza għandu jkun konformi mal-elementi ewlenin tal-allokazzjonijiet tal-kodiċi tal-interrogatur li jkun irċieva, inkluż l-elementi li ġejjin bħala minimu:

(1)

ir-referenza għall-applikazzjoni korrispondenti mill-Istat Membru kkonċernat;

(2)

ir-referenza ta’ allokazzjoni unika mis-servizz ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur;

(3)

ir-referenzi ta’ allokazzjoni li ġew sostitwiti, kif meħtieġ;

(4)

il-kodiċi tal-interrogatur allokat;

(5)

ir-restrizzjonijijiet fil-kopertura tas-sorveljanza u ta’ imblokk fil-forma ta’ meded settorjali jew ta’ mappa ta’ kopertura ta’ Mode S;

(6)

il-perjodu ta’ implimentazzjoni li matulu l-allokazzjoni għandha tiġi rreġistrata fl-interrogatur ta’ Mode S identifikat fl-applikazzjoni;

(7)

is-sekwenza ta’ implimentazzjoni li għandu jkun hemm konformità magħha;

(8)

l-alternattivi l-oħra assoċjati u mhux obbligatorji: rakkomandazzjoni ta’ ragruppament;

(9)

ir-restrizzjonijiet operazzjonali speċifiċi, kif meħtieġ.

(d)

Fornitur ta’ servizzi ta’ sorveljanza għandu jinforma lill-Istat Membru kkonċernat mill-inqas kull 6 xhur bi kwalunkwe bidla fl-ippjanar tal-installazzjoni jew fl-istatus operazzjonali tal-interrogaturi eliġibbli ta’ Mode S fir-rigward ta’ kwalunkwe element ewlieni tal-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur elenkat fil-punt (c).

(e)

Il-fornitur ta’ servizzi ta’ sorveljanza għandu jiżgura li kull wieħed mill-interrogaturi ta’ Mode S juża esklussivament il-kodiċi tal-interrogatur allokat lilu.”;

(6)

fl-Anness IX, il-punt ATFM.TR.100 huwa sostitwit b’dan li ġej:

ATFM.TR.100 Metodi ta’ ħidma u proċeduri operazzjonali għall-fornituri ta’ ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru

Il-fornitur tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru għandu jkun kapaċi juri li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri operazzjonali tiegħu huma konformi mar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 (*5) u (UE) 2019/123.

(*5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10).”;"

(7)

fl-Anness X, il-punt ASM.TR.100 huwa sostitwit b’dan li ġej:

ASM.TR.100 Metodi ta’ ħidma u proċeduri operazzjonali għall-fornituri tal-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru

Il-fornitur tal-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru għandu jkun kapaċi juri li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri operazzjonali tiegħu huma konformi mar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 (*6) u (UE) 2019/123.

(*6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 20).”;"

(8)

L-Anness XII huwa emendat kif ġej:

(a)

NM.TR.100 huwa sostitwit b’dan li ġej:

NM.TR.100 Metodi ta’ ħidma u proċeduri operazzjonali għall-Maniġer tan-Network

Il-Maniġer tan-Network għandu jkun kapaċi juri li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri operazzjonali tiegħu huma konformi mar-Regolamenti (UE) Nru 255/2010 u (UE) 2019/123.”;

(b)

tiżdied it-Taqsima 2 li ġejja:

TAQSIMA 2

Rekwiżiti tekniċi għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (funzjonijiet tan-network)

NM.TR.105 Allokazzjoni u użu tal-kodiċijiet tal-interrogatur ta’ Mode S

(a)

Il-Maniġer tan-Network għandu jkollu proċedura fis-seħħ li tiżgura li s-sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur:

(1)

tiċċekkja li l-applikazzjonijiet għall-kodiċi tal-interrogatur huma konformi mal-konvenzjonijiet ta’ format u ta’ data applikabbli;

(2)

tiċċekkja l-applikazzjonijiet għall-kodiċi tal-interrogatur għall-kompletezza, għall-akkuratezza u għat-twaqqit;

(3)

fi żmien massimu ta’ 6 xhur kalendarji mid-data tal-applikazzjoni:

(i)

twettaq simulazzjonijiet ta’ aġġornament tal-pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet pendenti;

(ii)

tipprepara aġġornament propost ta’ pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur biex jiġi approvat mill-Istati Membri affettwati minnu;

(iii)

tiżgura li l-aġġornament propost għall-pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur jissodisfa, kemm jista’ jkun possibbli, ir-rekwiżiti operazzjonali tal-applikazzjonijiet tal-kodiċi tal-interrogatur, kif deskritti mill-elementi ewlenin (7), (8) u (9) elenkati fil-punt (b) tal-punt CNS.TR.205;

(iv)

taġġorna, u tikkomunika lill-Istati Membri l-pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur immedjatament wara l-approvazzjoni tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-proċeduri nazzjonali għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-interrogaturi ta’ Mode S imħaddma mill-militar.

(b)

Il-Maniġer tan-Network għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-unitajiet militari li jħaddmu interrogaturi eliġibbli ta’ Mode S fuq kwalunkwe kodiċi tal-interrogatur għajr il-kodiċi II 0, u kodiċijiet oħra riżervati għall-ġestjoni militari, jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-allokazzjoni u l-użu tal-kodiċijiet tal-interrogatur ta’ Mode S.

(c)

Il-Maniġer tan-Network għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-unitajiet militari li jħaddmu l-interrogaturi ta’ Mode S fuq il-kodiċi II 0, jew kodiċijiet oħra tal-interrogatur riżervati għall-ġestjoni militari, jimmonitorjaw l-użu esklużiv ta’ dawn il-kodiċijiet tal-interrogatur biex jiġi evitat l-użu mhux koordinat ta’ kwalunkwe kodiċi eliġibbli tal-interrogatur (IC).

(d)

Il-Maniġer tan-Network għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-allokazzjoni u l-użu tal-kodiċijiet tal-interrogatur għall-unitajiet militari ma jkollhom l-ebda impatt detrimentali fuq is-sikurezza tat-traffiku tal-ajru ġenerali.

NM.TR.110 Twissija ta’ titjiriet li huma eliġibbli għal identifikazzjoni individwali bl-użu tal-karatteristika ta’ identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru

(a)

Il-Maniġer tan-Network għandu, abbażi tal-volum tal-ispazju tal-ajru ddikjarat skont l-Appendiċi 1 għall-punt (b) tal-punt ATS.OR.446 ta’ dan ir-Regolament u l-pjanijiet tat-titjira ppreżentati f’konformità mal-punt SERA.4013 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012, jivvaluta l-eliġibbiltà tat-titjira għall-assenjazzjoni tal-kodiċi SSR tal-kospikwità A1000.

(b)

Il-Maniġer tan-Network għandu jikkomunika lill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru affettwati kollha dawk it-titjiriet li huma eliġibbli għall-użu tal-kodiċi SSR ta’ kospikwità A1000.”


(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1)”;

(*2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1768 tal-14 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi regoli dettaljati għaċ-ċertifikazzjoni u d-dikjarazzjoni ta’ sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/sistemi ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru u kostitwenti tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (ĠU L 228, 15.9.2023, p. 1 ”;

(*3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1769 tat-12 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni ta’ sistemi u kostitwenti ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203 (ĠU L 228, 15.9.2023, p. 19)”;

(*4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1770 tat-12 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir tal-inġenji tal-ajru meħtieġa għall-użu tal-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew u r-regoli operattivi relatati mal-użu tal-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 29/2009 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011, (UE) Nru 1207/2011 u (UE) Nru 1079/2012 (ĠU L 228, 15.9.2023, p. 39).’;”;

(*5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10).”;

(*6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 20).”;’


15.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/73


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1772

tat-12 ta’ Settembru 2023

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 fir-rigward tar-regoli operattivi relatati mal-użu tas-sistemi u l-kostitwenti tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru u tas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1033/2006

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 u l-Artikolu 44(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 140(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-regoli ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li tħassar għandhom jiġu adattati għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1139, sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Settembru 2023.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-proċeduri għall-pjanijiet tat-titjira fil-fażi ta’ qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 (4) jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tar-rekwiżiti għall-użu tat-tagħmir tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (“ATM/ANS”) fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 jiġi emendat biex jinkludi r-rekwiżiti rilevanti għall-pjanijiet tat-titjira li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 1033/2006, li qed jitħassar permezz ta’ dan ir-Regolament.

(5)

Peress li l-Maniġer tan-Network huwa fdat bil-kompiti tal-ipproċessar tal-pjanijiet tat-titjira fil-fażi ta’ qabel it-titjira, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 japplika wkoll għall-Maniġer tan-Network.

(6)

Huwa essenzjali li meta jissottomettu l-pjanijiet tat-titjira, l-utenti kollha jaderixxu mal-manwali tal-operazzjonijiet żviluppati u miżmuma mill-Maniġer tan-Network.

(7)

Il-pjanijiet tat-titjira ripetittivi (RPL) m’għadhomx applikabbli fir-reġjun EUR, għalhekk jenħtieġ li titneħħa kwalunkwe referenza għall-RPL.

(8)

Ir-rekwiżiti relatati mal-proċeduri għall-pjanijiet tat-titjira fil-fażi ta’ qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew li huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1033/2006 ma japplikawx għas-servizzi pprovduti fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew barra mir-reġjun Ewropew (EUR) tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) kif definit fil-Volum I tal-Pjan tan-Navigazzjoni bl-Ajru (Dok 7754) tal-ICAO minħabba l-volum tat-traffiku lokali baxx u s-sitwazzjoni ġeografika tagħhom mal-fruntieri tal-ispazju tal-ajru li l-ispazju tal-ajru tagħhom jaqa’ kollu taħt ir-responsabbiltà tal-fornituri tal-ATM/ANS ta’ pajjiż terz u dan jiġġustifika arranġamenti ta’ koordinazzjoni lokali differenti mal-Istati mhux tal-UE tal-madwar.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1033/2006 jitħassar u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(10)

Ir-rekwiżiti emendati stabbiliti f’dan ir-Regolament qiesu b’mod xieraq il-kontenut tal-Pjan Regolatorju tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru u l-kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza li jinsabu fih.

(11)

L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea pproponiet miżuri fl-Opinjoni Nru 01/2023 (5) tagħha f’konformità mal-Artikolu 75(2), il-punti (b) u (c), u mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit f’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, għall-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, għall-Maniġer tan-Network, għall-operaturi tal-ajrudromi u għall-persunal ta’ fuq l-art involut fl-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.”

;

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt 19a li ġej:

“19a.

‘identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru’ tfisser grupp ta’ ittri, ċifri jew taħlita ta’ dawn li tkun identika għas-sinjal tas-sejħa tal-inġenju tal-ajru, jew l-ekwivalenti kodifikat ta’ dan, li għandu jintuża fil-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art, u li jintuża għall-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru f’komunikazzjonijiet għas-servizzi tat-traffiku tal-ajru mill-art għall-art;

(b)

jiddaħħal il-punt 69a li ġej:

“69a.

‘data stmata tat-tluq’ tfisser id-data stmata meta l-inġenju tal-ajru se jibda l-moviment assoċjat mat-tluq;”;

(c)

jiddaħħal il-punt 89b li ġej:

“89b.

‘Sistema Integrata għall-Ipproċessar tal-Pjan Inizjali tat-Titjira (IFPS)’ tfisser sistema fin-Network Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru li biha jingħata servizz ċentralizzat ta’ proċessar u distribuzzjoni tal-pjanijiet tat-titjira, li jieħu ħsieb ir-riċeviment, il-validazzjoni u d-distribuzzjoni tal-pjanijiet tat-titjira, fl-ispazju tal-ajru kopert li dan ir-Regolament japplika għalih;”;

(d)

jiddaħħal il-punt 96a li ġej:

“96a.

‘Maniġer tan-Network (NM)’ tfisser il-korp fdat bil-kompiti meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 551/2004;”;

(e)

jiddaħħal il-punt 97a li ġej:

“97a.

‘NOTAM’ tfisser avviż imqassam permezz tat-telekomunikazzjoni li jkun fih informazzjoni dwar l-istabbiliment, il-kundizzjoni jew it-tibdil fi kwalunkwe faċilità, servizz, proċedura jew periklu ajrunawtiċi, li l-għarfien dwaru fiż-żmien opportun huwa essenzjali għall-persunal relatat mal-operazzjonijiet tat-titjir;

(f)

jiddaħħal il-punt 99a li ġej:

“99a.

‘oriġinatur tal-pjan tat-titjira’ tfisser persuna jew organizzazzjoni li tissottometti l-pjanijiet tat-titjira u kwalunkwe messaġġ ta’ aġġornament assoċjat mas-Sistema Integrata tal-Ipproċessar tal-Pjan Inizjali tat-Titjira (IFPS), inkluż il-bdoti, l-operaturi u l-aġenti li jaġixxu f’isimhom, u l-unitajiet tal-ATS;”;

(g)

jiddaħħal il-punt 100a li ġej:

“100a.

‘fażi ta’ qabel it-titjira’ tfisser il-perjodu mill-ewwel sottomissjoni tal-pjan tat-titjira sa ma tasal l-ewwel approvazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru;

(3)

l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1033/2006 jitħassar.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (Ir-Regolament ta’ interoperabilità) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 tal-4 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-proċeduri għall-pjanijiet tat-titjira fil-fażi ta’ qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 186, 7.7.2006, p. 46).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).

(5)  https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt SERA.2001 huwa sostitwit b’dan li ġej:

SERA.2001 Suġġett

Mingħajr preġudizzju għall-punt SERA.1001, dan l-Anness japplika għall-utenti tal-ispazju tal-ajru u għall-inġenji tal-ajru:

(a)

li joperaw lejn l-Unjoni, fiha jew ’il barra minnha;

(b)

li għandhom in-nazzjonalità u l-marki ta’ reġistrazzjoni ta’ Stat Membru tal-Unjoni, u li joperaw fi kwalunkwe spazju tal-ajru sakemm ma jkunux f’kunflitt mar-regoli ppubblikati mill-Istat li jkollu ġurisdizzjoni fuq it-territorju li jtiru minn fuqu.”

(2)

il-punt SERA.4001 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(c)

Il-pjan tat-titjira għandu:

(1)

jiġi sottomess, qabel it-tluq:

(i)

lill-Maniġer tan-Network direttament jew permezz ta’ uffiċċju tar-rapportar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, f’konformità mal-manwali tal-operazzjonijiet li jkun fihom l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa żviluppati u miżmuma mill-Maniġer tan-Network, jekk ikun hemm l-intenzjoni li t-titjira topera f’konformità mal-IFR għal porzjon mir-rotta, jew ir-rotta kollha, tat-titjira fl-ispazju tal-ajru uniku Ewropew; jew

(ii)

lill-uffiċċju tar-rapportar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għal każijiet oħra.

(2)

matul it-titjira jiġi trażmess lill-unità xierqa tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru jew lill-istazzjon tar-radju ta’ kontroll mill-ajru għall-art.

(d)

Sakemm ma jkunx ġie preskritt perjodu ta’ żmien iqsar mill-awtorità kompetenti għal titjiriet VFR domestiċi, il-pjan tat-titjira għal kwalunkwe titjira ppjanata li topera bejn il-fruntieri internazzjonali jew li tkun se tiġi pprovduta b’servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru jew servizz ta’ konsulenza dwar it-traffiku tal-ajru għandu jiġi sottomess kif ġej:

(1)

mhux aktar minn 120 siegħa qabel il-ħin stmat tat-tluq;

(2)

mill-inqas 3 sigħat qabel il-ħin stmat tat-tluq għal titjiriet li jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri ta’ ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru;

(3)

mill-inqas 60 minuta qabel it-tluq għat-titjiriet l-oħra kollha mhux koperti mill-punt (2); jew

(4)

jekk jiġi sottomess matul it-titjira, f’ħin li jiżgura li tasal għand l-unità xierqa tal-ATS, mill-inqas 10 minuti qabel ma l-inġenju tal-ajru jkun stmat li jilħaq:

(i)

il-punt ta’ dħul intenzjonat f’erja ta’ kontroll jew f’erja ta’ konsulenza; jew

(ii)

il-punt b’passaġġ bl-ajru jew rotta ta’ konsulenza.”;

(b)

jiżdiedu l-punti (e) u (f) li ġejjin:

“(e)

Għal titjiriet operati parzjalment jew għalkollox f’konformità mal-IFR, li jidħlu fiż-żona ta’ responsabbiltà tal-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, li qatt qabel ma jkun waslilha pjan tat-titjira mill-Maniġer tan-Network, l-unità kkonċernata għandha tibgħat lill-Maniġer tan-Network l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru, it-tip ta’ inġenju tal-ajru, il-punt tad-dħul fiż-żona ta’ responsabbiltà tagħha, il-ħin u l-livell tat-titjira f’dak il-punt, ir-rotta u l-ajrudrom tad-destinazzjoni tat-titjira.

(f)

Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (c), (d) u (e) ma għandhomx japplikaw fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew li mhuwiex parti mir-reġjun EUR tal-ICAO.”;

(3)

il-punt SERA.4005 huwa sostitwit b’dan li ġej:

SERA.4005 Kontenut tal-pjan tat-titjira

(a)

Il-pjan tat-titjira għandu jinkludi l-informazzjoni kollha meqjusa rilevanti mill-awtorità kompetenti fir-rigward ta’ dan li ġej:

(1)

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(2)

ir-regoli tat-titjir u t-tip ta’ titjira;

(3)

in-numru u t-tip(i) ta’ inġenji tal-ajru u l-kategorija tat-turbolenza tar-radda;

(4)

it-tagħmir u l-kapaċitajiet tal-inġenji tal-ajru;

(5)

l-ajrudrom jew is-sit tal-operat tat-tluq;

(6)

data u ħin tat-tluq stmati;

(7)

il-veloċità(jiet) tal-cruising;

(8)

il-livell(i) tal-cruising;

(9)

ir-rotta li għandha tiġi segwita;

(10)

l-ajrudrom jew is-sit tal-operat tad-destinazzjoni u l-ħin totali stmat li għadda;

(11)

l-ajrudrom(i) jew is-sit(i) tal-operat alternattiv(i);

(12)

Awtonomija tal-fjuwil;

(13)

l-għadd totali ta’ persuni abbord;

(14)

tagħmir ta’ emerġenza u sopravivenza, li jinkludi sistema ta’ rkupru bil-paraxut ballistiku;

(15)

informazzjoni oħra.

(b)

Għall-pjanijiet tat-titjiriet sottomessi waqt it-titjira, l-ajrudrom tat-tluq jew is-sit tal-operat ipprovduti għandhom ikunu l-post minn fejn tkun tista’ tinkiseb informazzjoni supplimentari dwar it-titjira, jekk dan ikun meħtieġ. Barra minn hekk, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minflok il-ħin ta’ tluq stmat għandha tkun il-ħin fuq l-ewwel punt tar-rotta li l-pjan tat-titjira jkun relatat magħha.”

(4)

il-punt SERA.4010 huwa sostitwit b’dan li ġej:

SERA.4010 Tlestija tal-Pjan tat-Titjira

(a)

Il-pjan tat-titjira għandu jkun fih informazzjoni, kif applikabbli, dwar l-oġġetti rilevanti elenkati fil-punt SERA.4005 (a)(1) sa (11) rigward ir-rotta kollha jew il-parti li għaliha jkun ġie sottomess il-pjan tat-titjira.

(b)

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-oriġinaturi tal-pjanijiet tat-titjira u l-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li jsegwu l-istruzzjonijiet meħtieġa msemmija fil-punt SERA.4001(c)(1)(i) għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej:

(1)

l-istruzzjonijiet għat-tlestija tal-formola tal-pjan tat-titjira li tinsab fl-Appendiċi 6;

(2)

kwalunkwe restrizzjoni identifikata fil-Pubblikazzjonijiet tal-Informazzjoni Ajrunawtika (AIP).

(c)

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru, jew l-aġenti li jaġixxu f’isimhom, li jkollhom l-intenzjoni li joperaw fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew għal porzjon mir-rotta jew għar-rotta kollha f’konformità mal-IFR għandhom idaħħlu l-indikatur xieraq għat-tagħmir tal-inġenji tal-ajru disponibbli abbord u l-kapaċitajiet tiegħu f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1770 (*1) fil-punt rilevanti tal-pjan tat-titjira kif meħtieġ fil-punt SERA.4005(a)(4).

(d)

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru mhux mgħammra f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1770 li beħsiebhom joperaw fl-ispazju tal-ajru uniku Ewropew għandhom idaħħlu l-indikatur xieraq għat-tagħmir tal-inġenji tal-ajru disponibbli abbord u l-kapaċitajiet tiegħu, u kwalunkwe eżenzjoni potenzjali fil-punti rilevanti tal-pjan tat-titjira skont il-punti SERA.4005(a) (4) u SERA.4005(a) (15) rispettivament. Barra minn hekk, il-pjan tat-titjira għandu jinkludi informazzjoni, kif applikabbli, dwar il-punti l-oħra kollha meta dan ikun preskritt b’tali mod mill-awtorità kompetenti jew inkella meta jitqies li huwa meħtieġ mill-persuna li tissottometti l-pjan tat-titjira.

(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1770 tat-12 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir tal-inġenji tal-ajru meħtieġ għall-użu tal-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew u r-regoli operattivi relatati mal-użu tal-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 29/2009 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011, (UE) Nru 1207/2011 u (UE) Nru 1079/2012 (ĠU L 228, XX.9.2023, p. 39)”;"

(5)

jiddaħħal il-punt SERA.4013 li ġej:

SERA.4013 Aċċettazzjoni tal-pjan tat-titjira

(a)

Għall-parti tar-rotta operata f’konformità mal-IFR, il-Maniġer tan-Network u l-uffiċċju tar-rapportar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li meta jiġi riċevut pjan tat-titjira, jew meta jsirulu l-bidliet, dan ikun:

(1)

f’konformità mal-konvenzjonijiet applikabbli dwar il-format u d-data;

(2)

komplut u, kemm jista’ jkun, akkurat;

(3)

jekk ikun meħtieġ, isir aċċettabbli għas-servizzi tat-traffiku tal-ajru; u

(4)

aċċettat, jew anke l-bidliet li jsirulu jkunu aċċettati wkoll, u dan jiġi indikat lill-oriġinatur tal-pjan tat-titjira.

(b)

L-unitajiet tal-ATC għandhom jipprovdu lill-Maniġer tan-Network kwalunkwe bidla meħtieġa fil-pjan tat-titjira li taffettwa l-punti relatati mar-rotta jew mal-livell tat-titjira kif elenkati fil-punt SERA.4005 (a) (1) sa (10) li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza tat-titjira, għall-pjanijiet tat-titjira u għall-messaġġi ta’ aġġornament assoċjati li jkunu rċevew qabel mingħand il-Maniġer tan-Network. L-ebda bidla oħra fil-pjan tat-titjira jew il-kanċellazzjoni tiegħu ma għandha ssir minn unità tal-ATC fil-fażi ta’ qabel it-titjira mingħajr ma jkun hemm koordinazzjoni mal-operatur tal-inġenji tal-ajru.

(c)

Il-Maniġer tan-Network għandu jikkomunika lill-unitajiet tal-ATS affettwati kollha l-pjan tat-titjira aċċettat u kull bidla fil-fażi ta’ qabel it-titjira aċċettata li tkun saret fil-punti elenkati fil-punt SERA.4005 (a) (1) sa (10) tal-pjan tat-titjira u l-messaġġi ta’ aġġornament assoċjati.

(d)

Il-Maniġer tan-Network għandu jikkomunika mal-operatur tal-inġenji tal-ajru kwalunkwe bidla meħtieġa fil-fażi ta’ qabel it-titjira li tkun saret fil-pjan tat-titjira li taffettwa l-punti elenkati fil-punt SERA.4005 (a) (1) sa (10) relatati mar-rotta jew mal-livell tat-titjira li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza tat-titjira, għall-pjanijiet tat-titjira u għall-messaġġi ta’ aġġornament assoċjati li jkunu waslu qabel.

(e)

Meta ma jkunx l-operatur tal-inġenji tal-ajru jew il-bdot, l-oriġinatur tal-pjan tat-titjira, għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni tal-pjan tat-titjira u kwalunkwe bidla meħtieġa għal dawn il-kundizzjonijiet kif innotifikat mill-Maniġer tan-Network għall-porzjon tat-titjira operata f’konformità mal-IFR, jew mill-uffiċċji ta’ rapportar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, ikunu disponibbli għall-operatur tal-inġenji tal-ajru jew għall-bdot li jkun issottometta l-pjan tat-titjira.

(f)

L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni tal-pjan tat-titjira u kwalunkwe bidla meħtieġa fih kif jiġi notifikat mill-Maniġer tan-Network jew mill-uffiċċju tar-rapportar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru lill-oriġinatur tal-pjan tat-titjira jiġu inkorporati fl-operazzjoni tat-titjira ppjanata u kkomunikati lill-bdot.

(g)

Qabel l-operazzjoni tat-titjira, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiżgura li l-kontenut tal-pjan tat-titjira jirrifletti l-intenzjonijiet operazzjonali b’mod korrett.

(h)

Il-Maniġer tan-Network għandu jipproċessa u jqassam l-informazzjoni dwar il-kapaċità tal-ispazjar tal-kanali ta’ 8,33 kHz riċevuta fil-pjanijiet tat-titjira.

(i)

Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (h) ma għandhomx japplikaw fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew li mhuwiex parti mir-reġjun EUR tal-ICAO.”;

(6)

il-punt SERA.4015 huwa sostitwit b’dan li ġej:

SERA.4015 Bidliet fil-pjan tat-titjira

(a)

Il-bidliet kollha fil-pjan tat-titjira sottomess għal titjira IFR, jew titjira VFR operata bħala titjira kkontrollata, għandhom jiġu rrapportati:

(1)

matul il-fażi ta’ qabel it-titjira, lill-Maniġer tan-Network għat-titjiriet maħsuba biex joperaw f’konformità mal-IFR għal porzjon mir-rotta jew għar-rotta kollha, u għall-uffiċċji ta’ rapportar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru malajr kemm jista’ jkun;

(2)

matul it-titjira, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt SERA.8020 (b), lill-unità xierqa tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru.

Għal titjiriet VFR oħrajn, il-bidliet sinifikanti fi pjan tat-titjira għandhom jiġu rrappurtati malli dan ikun prattikabbli lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

(b)

F’każ ta’ dewmien ta’ aktar minn 30 minuta wara l-ħin stmat tat-tluq; għal titjira kkontrollata jew dewmien ta’ siegħa (1) għal titjira mhux ikkontrollata li għaliha jkun ġie sottomess pjan tat-titjira, il-pjan tat-titjira għandu jiġi emendat, inkella jiġi sottomess pjan tat-titjira ġdid u l-pjan tat-titjira l-antik jiġi kkanċellat, skont liema jkun applikabbli. Għal kull titjira operata f’konformità mal-IFR, id-dewmien ta’ aktar minn 15-il minuta għandu jiġi kkomunikat lill-Maniġer tan-Network.

(c)

Fil-każ ta’ bidla fit-tagħmir tal-inġenju tal-ajru u l-istatus tal-kapaċità tiegħu għal titjira, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, jew l-aġenti li jaġixxu f’isimhom, għandhom jibagħtu messaġġ ta’ modifika lill-Maniġer tan-Network jew lill-uffiċċji tar-rapportar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru bl-indikatur xieraq imdaħħal fil-punt rilevanti tal-formola tal-pjan tat-titjira.

(d)

L-informazzjoni sottomessa qabel it-tluq dwar l-awtonomija tal-fjuwil jew l-għadd totali ta’ persuni ttrasportati abbord, jekk ma tkunx korretta fil-ħin tat-tluq, tikkostitwixxi bidla sinifikanti fil-pjan tat-titjira u għandha tiġi rrappurtata bħala tali.

(e)

Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (d) ma għandhomx japplikaw fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew li mhuwiex parti mir-reġjun EUR tal-ICAO.”

(7)

tiżdied it-Taqsima 15 li ġejja:

TAQSIMA 15

Proċeduri ta’ komunikazzjoni b’kollegament tad-data bejn il-kontrollur u l-bdot (CPDLC)

SERA.15001 Bidu tal-kollegament tad-data u falliment tal-bidu tal-kollegament tad-data

(a)

L-indirizz tal-illoggjar assoċjat mal-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandu jiġi ppubblikat fil-pubblikazzjonijiet nazzjonali tal-informazzjoni ajrunawtika (AIP).

(b)

Mal-wasla ta’ talba valida għall-bidu ta’ kollegament tad-data minn inġenju tal-ajru li jkun qed joqrob jew fiż-żona ta’ servizz ta’ kollegament tad-data, l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandha taċċetta t-talba u, jekk tkun tista’ tikkorrelata ma’ pjan tat-titjira, għandha tistabbilixxi konnessjoni mal-inġenju tal-ajru.

(c)

Il-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandu jistabbilixxi proċeduri biex isolvi l-fallimenti tal-bidu tal-kollegament tad-data malajr kemm jista’ jkun.

(d)

L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jistabbilixxi proċeduri biex il-fallimenti tal-bidu tal-kollegament tad-data jissolvew malajr kemm jista’ jkun.

SERA.15005 Stabbiliment tas-CPDLC

(a)

Is-CPDLC għandu jiġi stabbilit fi żmien biżżejjed minn qabel biex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jikkomunika mal-unità xierqa tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru.

(b)

L-informazzjoni dwar meta u, jekk applikabbli, fejn is-sistemi tal-ajru jew tal-art jenħtieġ li jistabbilixxu s-CPDLC għandha tiġi ppubblikata f’ċirkulari jew pubblikazzjonijiet tal-informazzjoni ajrunawtika.

(c)

Il-bdot għandu jkun kapaċi jidentifika l-unità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru li tipprovdi s-servizz tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru fi kwalunkwe ħin waqt li jkun qed jiġi pprovdut is-servizz.

SERA.15010 Trasferiment tas-CPDLC

(a)

Meta jiġi trasferit is-CPDLC, it-trasferiment tal-komunikazzjoni vokali u s-CPDLC għandhom jibdew fl-istess ħin.

(b)

Meta inġenju tal-ajru jiġi ttrasferit minn unità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru fejn is-CPDLC ikun disponibbli għal unità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru fejn is-CPDLC ma jkunx disponibbli, it-terminazzjoni tas-CPDLC għandha tibda fl-istess ħin mat-trasferiment tal-komunikazzjoni bil-vuċi.

(c)

Il-kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu jiġi infurmat meta jipprova jittrasferixxi s-CPDLC li jirriżulta f’bidla fl-awtorità tad-data jekk ikun hemm messaġġi ta’ kollegament tad-data li għalihom ma jkun wasal rispons għall-għeluq. Meta l-kontrollur tat-traffiku tal-ajru jiddeċiedi li jittrasferixxi l-inġenju tal-ajru mingħajr ma jirċievi r-rispons tal-bdot għall-messaġġ(i) uplink pendenti, il-kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu normalment jerġa’ lura għal komunikazzjoni bil-vuċi biex jiċċara kwalunkwe ambigwità assoċjata mal-messaġġ(i) uplink pendenti.

SERA.15015 Kostruzzjoni tal-messaġġi tas-CPDLC

(a)

It-test tal-messaġġi tas-CPDLC għandu jkun f’format ta’ messaġġ standard, b’lingwaġġ sempliċi, jew bl-abbrevjazzjonijiet u l-kodiċijiet. Għandu jiġi evitat lingwaġġ sempliċi meta t-tul tat-test jista’ jitnaqqas bl-użu ta’ abbrevjazzjonijiet u kodiċijiet xierqa. Ma għandhomx jintużaw kliem u frażijiet mhux essenzjali, bħal espressjonijiet ta’ korteżija.

(b)

Il-kontrollur tat-traffiku tal-ajru u l-bdot għandhom jibnu l-messaġġi tas-CPDLC billi jużaw elementi ta’ messaġġ standard, elementi ta’ messaġġ b’test liberu, jew kombinament tat-tnejn. Il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru jew il-bdoti għandhom jevitaw li jużaw l-elementi ta’ messaġġ b’test liberu.

(c)

Meta s-sett ta’ messaġġi CPDLC implimentat ma jipprevedix ċirkostanzi speċifiċi, l-awtorità kompetenti tista’ tiddetermina li huwa aċċettabbli li jintużaw elementi ta’ messaġġi b’test liberu billi tikkonsulta ma’ operaturi u fornituri oħra tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tiddefinixxi l-format tal-wiri, l-użu maħsub u l-attributi għal kull element ta’ messaġġ b’test liberu.

(d)

Il-kompożizzjoni ta’ messaġġ tas-CPDLC ma għandhiex taqbeż il-ħames elementi tal-messaġġ, li tnejn minnhom biss jista’ jkun fihom il-varjabbli tal-awtorizzazzjoni tar-rotta.

(e)

Kostruzzjoni tal-messaġġi tas-CPDLC b’diversi elementi:

(1)

Meta l-messaġġ tas-CPDLC b’diversi elementi jkun jeħtieġ rispons, ir-rispons għandu japplika għall-elementi kollha tal-messaġġ.

(2)

Meta l-awtorizzazzjoni ta’ wieħed mill-elementi tal-messaġġ jew kwalunkwe parti minn messaġġ ta’ approvazzjoni b’diversi elementi ma tkunx tista’ tiġi osservata, il-bdot għandu jibgħat risposta ‘UNABLE’ għall-messaġġ kollu.

(3)

Il-kontrollur għandu jwieġeb b’messaġġ ‘UNABLE’ li japplika għall-elementi kollha tat-talba meta ma jkun jista’ jiġi approvat l-ebda element tat-talba għall-awtorizzazzjoni ta’ element wieħed jew ta’ diversi elementi. L-approvazzjoni(jiet) attwali ma għandhomx jiġu ddikjarati mill-ġdid.

(4)

Meta talba għal approvazzjoni b’diversi elementi tkun tista’ tiġi akkomodata parzjalment biss, il-kontrollur għandu jwieġeb b’messaġġ ‘UNABLE’ li japplika għall-elementi kollha tal-messaġġ tat-talba u, jekk ikun xieraq, jinkludi raġuni u/jew informazzjoni dwar meta hija mistennija l-awtorizzazzjoni.

(5)

Meta l-elementi kollha ta’ talba għall-awtorizzazzjoni ta’ element wieħed jew ta’ diversi elementi jkunu jistgħu jiġu akkomodati, il-kontrollur għandu jwieġeb bl-awtorizzazzjonijiet li jikkorrispondu għal kull element tat-talba. Dan ir-rispons għandu jkun messaġġ uplink wieħed.

(6)

Meta messaġġ tas-CPDLC ikun fih aktar minn element ta’ messaġġ wieħed u meta jintuża l-attribut tar-rispons għall-messaġġ ikun ‘Y’, il-messaġġ ta’ rispons uniku għandu jkun fih in-numru korrispondenti ta’ tweġibiet fl-istess ordni.

SERA.15020 Rispons għall-messaġġi tas-CPDLC

(a)

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-awtorità kompetenti, ma għandux ikun meħtieġ il-qari lura tal-messaġġi tas-CPDLC bil-vuċi.

(b)

Għajr meta jkun hemm bżonn korrezzjoni tal-messaġġ tas-CPDLC trażmess, meta kontrollur jew bdot jikkomunika permezz tas-CPDLC, ir-rispons għandu normalment ikun permezz tas-CPDLC. Meta kontrollur jew bdot jikkomunika permezz tal-vuċi, ir-rispons għandu normalment ikun permezz tal-vuċi.

SERA.15025 Korrezzjoni tal-messaġġi tas-CPDLC

(a)

Meta titqies neċessarja korrezzjoni għal messaġġ tas-CPDLC jew meta jkun jeħtieġ li jiġi ċċarat il-kontenut ta’ tali messaġġ, il-kontrollur tat-traffiku tal-ajru u l-bdot għandhom jużaw l-aktar mezzi xierqa disponibbli għall-ħruġ tad-dettalji korretti jew biex jipprovdu l-kjarifika meħtieġa.

(b)

Meta tintuża komunikazzjoni bil-vuċi biex jiġi kkoreġut messaġġ tas-CPDLC li għalih tkun għadha ma waslet l-ebda reazzjoni operazzjonali, qabel it-trażmissjoni bil-vuċi tal-kontrollur jew tal-bdot għandu jkun hemm il-frażi: ‘DISREGARD CPDLC (tip ta’ messaġġ) MESSAGE, BREAK’ — segwita mill-awtorizzazzjoni, l-istruzzjoni, l-informazzjoni jew it-talba korretta.

(c)

Meta ssir referenza għall-messaġġ CPDLC u jkun identifikat li għandu jiġi injorat, għandha tiġi eżerċitata l-kawtela fil-formulazzjoni tiegħu sabiex tiġi evitata kwalunkwe ambigwità mal-kwistjoni tal-korrezzjoni għall-awtorizzazzjoni, l-istruzzjoni, l-informazzjoni jew it-talba.

(d)

Jekk messaġġ tas-CPDLC li jkun jeħtieġ rispons operazzjonali jiġi sussegwentement innegozjat permezz tal-vuċi, għandu jintbagħat rispons għall-għeluq xieraq tal-messaġġ tas-CPDLC biex tiġi żgurata sinkronizzazzjoni xierqa tad-djalogu tas-CPDLC. Dan jista’ jinkiseb jew billi r-riċevitur tal-messaġġ jingħata struzzjonijiet b’mod espliċitu permezz tal-vuċi biex jagħlaq id-djalogu jew billi s-sistema titħalla tagħlaq id-djalogu awtomatikament.

SERA.15030 Proċeduri ta’ komunikazzjoni għall-kontrollur b’kollegament tad-data għal emerġenzi, perikli, u ħsara fit-tagħmir tas-CPDLC

(a)

Meta il-kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew il-bdot jiġu mwissija li jkun falla messaġġ wieħed ta’ komunikazzjoni b’kollegament tad-data bejn il-kontrollur u l-bdot, il-kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew il-bdot għandhom jieħdu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin, kif ikun xieraq:

(1)

jikkonfermaw permezz tal-vuċi l-azzjonijiet li se jittieħdu fir-rigward tad-djalogu relatat u jippreċedu l-informazzjoni bil-frażi: ‘CPDLC MESSAGE FAILURE’;

(2)

permezz ta’ komunikazzjoni b’kollegament tad-data bejn il-kontrollur u l-bdot, jerġgħu jibagħtu l-messaġġ ta’ komunikazzjoni b’kollegament tad-data li falla bejn il-kontrollur u l-bdot.

(b)

Il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru li huma meħtieġa jittrażmettu l-informazzjoni dwar xi falliment totali tas-sistema ta’ komunikazzjoni fuq l-art b’kollegament tad-data bejn il-kontrollur u l-bdot lill-istazzjonijiet kollha li x’aktarx jinterċettaw jenħtieġ li jiffaċċjaw tali trażmissjoni permezz tas-sejħa ġenerali: ‘ALL STATIONS CPDLC FAILURE’ — segwit mill-identifikazzjoni tal-istazzjon li jagħmel is-sejħa.

(c)

Meta l-komunikazzjoni b’kollegament tad-data bejn il-kontrollur u l-bdot tfalli u terġaż tintuża l-komunikazzjoni bil-vuċi, il-messaġġi CPDLC kollha pendenti għandhom jitqiesu li ma waslux u d-djalogu kollu li jinvolvi l-messaġġi pendenti għandu jerġa’ jibda bil-vuċi.

(d)

Meta l-komunikazzjoni b’kollegament tad-data bejn il-kontrollur u l-bdot tfalli iżda terġa’ tissokta qabel ma jkun hemm il-ħtieġa li tintuża l-komunikazzjoni bil-vuċi, il-messaġġi kollha pendenti għandhom jitqiesu li ma waslux u d-djalogu kollu li jinvolvi l-messaġġi pendenti għandu jerġa’ jibda permezz tas-CPDLC.

SERA.15035 Għeluq intenzjonali tas-sistema tas-CPDLC

(a)

Meta jkun ippjanat għeluq is-sistema tan-network ta’ komunikazzjoni jew tas-sistema fuq l-art tas-CPDLC, għandu jiġi ppubblikat NOTAM biex jinforma lill-partijiet affettwati kollha dwar il-perjodu tal-għeluq u, jekk ikun meħtieġ, id-dettalji tal-frekwenzi tal-komunikazzjoni bil-vuċi li għandhom jintużaw.

(b)

L-inġenji tal-ajru f’komunikazzjoni mal-unitajiet tal-ATC għandhom jiġu infurmati bil-vuċi jew bis-CPDLC bi kwalunkwe telf imminenti tas-servizz CPDLC.

SERA.15040 Diskontinwità tal-użu tat-talbiet tas-CPDLC

(a)

Meta kontrollur jeħtieġ li l-istazzjonijiet kollha jew titjira speċifika jevitaw li jibagħtu talbiet tas-CPDLC għal perjodu ta’ żmien limitat, għandha tintuża l-frażi li ġejja: ((is-sinjal tas-sejħa) jew ALL STATIONS) STOP SENDING CPDLC REQUESTS [UNTIL ADVISED] [(raġuni)].

(b)

Għandu jingħata l-parir li jissokta l-użu normali tas-CPDLC billi tintuża l-frażi li ġejja: ((is-sinjal tas-sejħa) jew ALL STATIONS) RESUME NORMAL CPDLC OPERATIONS.

SERA.15045 Użu tas-CPDLC f’każ ta’ ħsara fil-komunikazzjoni bil-vuċi mill-ajru għall-art

L-eżistenza ta’ konnessjoni tas-CPDLC bejn unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u inġenju tal-ajru ma għandhiex tipprevjeni lill-bdot u lill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru kkonċernat milli jibda u jwettaq l-azzjonijiet kollha meħtieġa f’każ ta’ nuqqas ta’ komunikazzjoni bil-vuċi mill-ajru għall-art.

SERA.15050 Ittestjar tas-CPDLC

Meta l-ittestjar tas-CPDLC b’inġenju tal-ajru jista’ jaffettwa s-servizzi tat-traffiku tal-ajru li jkunu qed jiġu pprovduti lill-inġenju tal-ajru, il-koordinazzjoni għandha ssir qabel tali ttestjar.”;

(8)

jiżdied l-Appendiċi 6 li ġej:

“Appendiċi 6

TLESTIJA TAL-PJAN TAT-TITJIRA

1.   Mudell tal-Formola tal-pjan tat-titjira tal-ICAO

Image 1

2.   Struzzjonijiet għat-tlestija tal-formola tal-pjan tat-titjira

2.1.   Ġenerali

Żomm kemm jista’ jkun mal-formati preskritti u l-mod kif tiġi speċifikata d-data.

Ibda daħħal id-data fl-ewwel spazju pprovdut. Meta jkun disponibbli spazju żejjed, ħalli l-ispazji li ma tużax vojta.

Daħħal il-ħinijiet kollha tal-arloġġ f’erba’ ċifri UTC.

Daħħal il-ħinijiet stmati li għaddew kollha f’erba’ ċifri (sigħat u minuti).

Iż-żona skura li tippreċedi l-punt 3 għandha titlesta mis-servizzi tal-ATS u tal-COM, sakemm ir-responsabbiltà għat-tħejjija tal-messaġġi tal-pjan tat-titjira ma tkunx delegata.

2.2.   Struzzjonijiet biex tiddaħħal id-data tal-ATS

Imla l-punti 7 sa 18 u, meta jkun meħtieġ mill-awtorità kompetenti jew inkella meta jitqies neċessarju għal xi raġuni oħra, imla l-punt 19 kif indikat hawn taħt.

DAĦĦAL wieħed mill-identifikazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru li ġejjin, mingħajr ma taqbeż is-seba’ karattri alfanumeriċi u mingħajr singijiet jew simboli:

(a)

id-deżinjatur tal-ICAO għall-operatur tal-inġenju tal-ajru, segwit mill-identifikazzjoni tat-titjira (eż. KLM511, NGA213, JTR25) waqt ir-radjutelefonija is-sinjal tas-sejħa li għandu jintuża mill-inġenju tal-ajru jikkonsisti mid-deżinjatur tat-telefonija tal-ICAO għall-operatur segwit mill-identifikazzjoni tat-titjira (eż. KLM511, NIGERIA 213, JESTER 25); jew

(b)

in-nazzjonalità jew il-marka komuni u l-marka tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru (eż. EIAKO, 4XBCD, N2567GA), meta:

(1)

waqt ir-radjutelefonija, is-sinjal tas-sejħa li għandu jintuża mill-inġenju tal-ajru jikkonsisti biss minn din l-identifikazzjoni (eż. CGAJS), jew ippreċedut mid-deżinjatur tat-telefonija tal-ICAO għall-operatur tal-inġenju tal-ajru (eż. BLIZZARD CGAJS);

(2)

l-inġenju tal-ajru mhuwiex mgħammar bir-radju.

Regoli tat-titjir

DAĦĦAL waħda mill-ittri li ġejjin biex tindika l-kategorija tar-regoli tat-titjira li l-bdot beħsiebu jikkonforma magħha:

I

jekk huwa maħsub li t-titjira kollha tkun operata skont l-IFR; jew

V

jekk huwa maħsub li t-titjira kollha tkun operata skont il-VFR; jew

Y

jekk it-titjira hija inizjalment operata skont l-IFR, segwita minn bidla sussegwenti waħda jew aktar; jew

Z

jekk it-titjira hija inizjalment operata skont il-VFR, segwita minn bidla sussegwenti waħda jew aktar fir-regoli tat-titjira.

Speċifika fl-fil-Punt 15 il-punt jew il-punti li hija ppjanata li ssirilhom bidla fir-regoli tat-titjira.

Tip ta’ titjira

DAĦĦAL waħda mill-ittri li ġejjin biex tindika t-tip ta’ titjira meta jkun meħtieġ hekk mill-awtorità kompetenti:

S

jekk servizz tal-ajru skedat;

N

jekk operazzjoni tat-trasport bl-ajru mhux skedata;

G

jekk avjazzjoni ġenerali;

M

jekk avjazzjoni militari;

X

jekk xi kategorija oħra li mhix definita hawn fuq.

Speċifika l-istatus tat-titjira wara l-indikatur STS fil-Punt 18, jew meta meħtieġ biex tindika raġunijiet oħra għal immaniġġjar speċifiku mill-ATS, indika r-raġuni wara l-indikatur RMK fil-Punt 18.

Numru tal-inġenju tal-ajru (karattru wieħed jew tnejn)

DAĦĦAL in-numru tal-inġenju tal-ajru, jekk hemm aktar minn wieħed.

Tip ta’ inġenju tal-ajru (2 sa 4 karattri)

DAĦĦAL id-deżinjatur xieraq kif speċifikat fid-Dok 8643, Deżinjaturi tat-Tip ta’ Inġenji tal-Ajru, JEW, jekk ma kien assenjat l-ebda deżinjatur ta’ dan it-tip, jew f’każ ta’ titjiriet ta’ formazzjoni li jinkludu aktar minn tip wieħed, DAĦĦAL “ZZZZ”, u SPEĊIFIKA fil-punt 18 (in-numri u) it-tip(i) tal-inġenji tal-ajru ppreċeduti minn “TYP/

Kategorija tat-turbolenza tar-radda (karattru wieħed)

DAĦĦAL linja dijagonali segwita minn waħda mill-ittri li ġejjin biex tindika l-kategorija tat-turbolenza tar-radda tal-inġenju tal-ajru:

J

SUPER, biex tindika tip ta’ inġenju tal-ajru speċifikat bħala tali fid-Dok 8643 tal-ICAO, Deżinjaturi tat-Tip ta’ Inġenji tal-Ajru, l-aħħar edizzjoni;

H

HEAVY, biex tindika tip ta’ inġenju tal-ajru b’massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art ta’ 136 000 kg jew aktar, bl-eċċezzjoni tat-tipi ta’ inġenji tal-ajru elenkati fid-Dok 8643 tal-ICAO fil-kategorija SUPER (J);

M

MEDIUM, biex tindika tip ta’ inġenju tal-ajru b’massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art ta’ inqas minn 136 000 kg iżda ta’ aktar minn 7 000 kg;

L

LIGHT, biex tindika tip ta’ inġenju tal-ajru b’massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art ta’ inqas minn 7 000 kg jew inqas.

Il-kapaċitajiet jinkludu l-elementi li ġejjin:

(a)

il-preżenza ta’ tagħmir rilevanti abbord l-inġenju tal-ajru li jista’ jsir servizz fuqu;

(b)

tagħmir u kapaċitajiet proporzjonati mal-kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira; u

(c)

meta applikabbli, awtorizzazzjoni mill-awtorità xierqa.

Tagħmir u kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni bir-radju, ta’ navigazzjoni u ta’ għajnuna għall-avviċinament

DAĦĦAL ittra waħda kif ġej:

N

– jekk ma jinġarr l-ebda tagħmir għall-komunikazzjoni, in-navigazzjoni u l-għajnuna għall-avviċinament fir-rotta tat-titjira, jew it-tagħmir ma jistax isir servizz fuqu; jew

S

jekk jinġarr it-tagħmir għall-komunikazzjoni, in-navigazzjoni u l-għajnuna għall-avviċinament fir-rotta tat-titjira u t-tagħmir jista’ jsir servizz fuqu; u/jew

DAĦĦAL waħda jew aktar mill-ittri li ġejjin biex tindika t-tagħmir għall-komunikazzjoni, in-navigazzjoni u l-għajnuna għall-avviċinament li jista’ jsir servizz fuqu u l-kapaċitajiet disponibbli:

A

Sistema ta’ llandjar bil-GBAS

J7

CPDLC FANS 1/A SATCOM (Iridium)

B

LPV (APV bl-SBAS)

K

ppm

C

LORAN C

L

MAC

D

CVD

M1

ATC SATVOICE (INMARSAT)

E1

FMC WPR ACARS

M2

ATC SATVOICE (MTSAT)

E2

ID-FIS ACARS

M3

ATC SATVOICE (Iridium)

E3

PDC ACARS

O

VOR

(g)

GNSS. Jekk ikun ippjanat li porzjon mit-titjira jitwettaq skont l-IFR, dan jirreferi għar-riċevituri tal-GNSS li jikkonformaw mal-Volum I tal-Anness 10 tal-ICAO

P1

CPDLC RCP 400

P2

CPDLC RCP240

P3

SATVOICE RCP 400

(h)

HF RTF

P4-P9

Riżervat għall-RCP

(i)

Navigazzjoni inerzjali

R

PBN approvat

J1

CPDLC ATN VDL Mode 2

T

TACAN

J2

CPDLC FANS 1/A HFDL

U

UHF RTF

J3

CPDLC FANS 1/A VDL Mode A

(v)

VHF RTF

J4

CPDLC FANS 1/A VDL Mode 2

W

RVSM approvat

J5

CPDLC FANS 1/A SATCOM (INMARSAT)

(x)

MNPS Approvat

J6

CPDLC FANS 1/A

SATCOM (MTSAT)

Y

VHF b’kapaċità ta’ spazjar bejn il-kanali ta’ 8,33kHz

Z

Tagħmir ieħor li jinġarr jew kapaċitajiet oħra

Kwalunkwe karattru alfanumeriku li mhuwiex indikat hawn fuq huwa riżervat.

Tagħmir u kapaċitajiet ta’ sorveljanza

DAĦĦAL

N jekk ma jinġarr l-ebda tagħmir ta’ sorveljanza fir-rotta tat-titjira, jew it-tagħmir ma jkunx jista’ jsir servizz fuqu;

JEW

DAĦĦAL

wieħed jew aktar mid-deskritturi li ġejjin, sa massimu ta’ 20 karattru, biex tiddeskrivi t-tagħmir ta’ sorveljanza li jista’ jsir servizz fuqu u/jew il-kapaċitajiet abbord:

SSR Modes A u C

A

Transponder — Mode A (4 ċifri — 4 096 kodiċi)

A

Transponder — Mode A (4 ċifri — 4 096 kodiċi) u Mode C

SSR Mode S

E

Transponder — Mode S, li jinkludi l-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru, l-altitudni tal-pressjoni u l-kapaċità tat-tip ‘extended squitter’ (ADS-B)

H

Transponder — Mode S, li jinkludi l-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru, l-altitudni tal-pressjoni u l-kapaċità ta’ sorveljanza msaħħa

I

Transponder — Mode S, li jinkludi l-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru, iżda mhux il-kapaċità tal-altitudni tal-pressjoni

L

Transponder — Mode S, li jinkludi l-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru, l-altitudni tal-pressjoni, il-kapaċità tat-tip ‘extended squitter’ (ADS-B) u tas-sorveljanza msaħħa

P

Transponder — Mode S, li jinkludi l-altitudni tal-pressjoni, iżda mhux il-kapaċità tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru

S

Transponder — Mode S, li jinkludi kemm l-altitudni tal-pressjoni kif ukoll il-kapaċità tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru

X

Transponder — Mode S, li la jinkludi l-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru, u lanqas il-kapaċità tal-altitudni tal-pressjoni

ADS-B

B1

ADS-B b’kapaċita ta’ ADS-B ‘out’ iddedikata ta’ 1 090 MHz

B2

ADS-B b’kapaċita ta’ ADS-B ‘out’ u ‘in’ iddedikata ta’ 1 090 MHz

U1

il-kapaċità ta’ ADS-B ‘out’ bl-użu tal-UAT

U2

il-kapaċità ta’ ADS-B ‘out’ u ‘in’ bl-użu tal-UAT

V1

il-kapaċità ta’ ADS-B ‘out’ bl-użu tal-VDL Mode 4

V2

il-kapaċità ta’ ADS-B ‘out’ u ‘in’ bl-użu tal-VDL Mode 4

ADS-C

D1

ADS-C bil-kapaċitajiet ta’ FANS 1/A

G1

ADS-C bil-kapaċitajiet ta’ ATN

Karattri alfanumeriċi li mhumiex indikati hawn fuq huma riżervati.

DAĦĦAL

l-indikatur tal-lokament b’erba’ ittri tal-ICAO tal-ajrudrom tat-tluq kif speċifikat fid-Dok 7910, Indikaturi tal-Lokament;

JEW,

jekk l-ebda indikatur tal-lokament ma jkun ġie assenjat,

DAĦĦAL “ZZZZ” u SPEĊIFIKA, fil-Punt 18:

l-isem u l-post tal-ajrudrom ippreċedut mid-DEP/; jew

l-ewwel punt tar-rotta jew is-sinjal markatur tar-radju ppreċedut minn DEP/..., jekk l-inġenju tal-ajru ma jkunx telaq minn ajrudrom;

JEW, -

jekk il-pjan tat-titjira jiġi riċevut minn inġenju tal-ajru waqt titjira,

DAĦĦAL AFIL, u SPEĊIFIKA, fil-Punt 18, l-indikatur tal-lokament b’erba’ ittri tal-ICAO tal-unità tal-ATS li permezz tagħha tista’ tinkiseb data supplimentari dwar il-pjan tat-titjira, ippreċedut minn DEP/.

IMBAGĦAD, MINGĦAJR SPAZJU,

DAĦĦAL għal pjan tat-titjira sottomess qabel it-tluq, il-ħin stmat tat-tluq (EOBT), jew għal pjan tat-titjira riċevut minn inġenju tal-ajru waqt it-titjira, il-ħin attwali jew il-ħin stmat fuq l-ewwel punt tar-rotta li l-pjan tat-titjira jkun japplika għaliha.

DAĦĦAL l-ewwel veloċità tal-cruising bħal fil-punt (a) u l-ewwel livell tal-cruising bħal fil-punt (b) mingħajr spazju bejniethom.

IMBAGĦAD,

segwi l-vleġġa u DAĦĦAL id-deskrizzjoni tar-rotta bħal fil-punt (c).

(a)

Veloċità tal-cruising (massimu ta’ ħames karattri)

DAĦĦAL il-Veloċità fl-ajru reali għall-ewwel porzjon jew għall-porzjon kollu tal-cruising tat-titjira, f’termini ta’:

Kilometri fis-siegħa, espressi bħala K segwiti minn erba’ ċifri (eż. K0830), jew

Knots, espressi bħala N segwiti minn erba’ ċifri (eż. N0485), jew

In-numru Mach Reali, meta jkun preskritt b’tali mod mill-awtorità kompetenti, sal-eqreb ċenteżmu ta’ unità Mach, espress bħala M segwit minn tliet figuri (eż M082).

(b)

Livell tal-cruising (massimu ta’ ħames karattri)

DAĦĦAL il-livell tal-cruising ippjanat għall-ewwel parti mir-rotta jew ir-rotta sħiħa tat-titjira, f’termini ta’:

Livell tat-titjira, espress bħala F, segwit minn tliet ċifri (eż. F085, F330), jew

Livell metriku standard f’għexieren ta’ metri, meta jkun preskritt b’tali mod mill-awtorità kompetenti espress bħala S segwit minn erba’ ċifri (eż S1130), jew

Altitudni f’mijiet ta’ piedi, espressa bħala A segwita minn tliet ċifri (eż. A045, A100), jew

Altitudni f’għexieren ta’ metri, espressa bħala M segwita minn erba’ ċifri (eż, M0840), jew

għat-titjiriet VFR mhux ikkontrollati, l-ittri VFR.

(c)

Rotta (li tinkludi l-bidliet fil-livell tal-veloċità u/jew fir-regoli tat-titjira

Titjiriet tul ir-rotot tal-ATS iddeżinjati

DAĦĦAL,

jekk l-ajrudrom tat-tluq ikun jinsab fuq ir-rotta tal-ATS jew ikun konness magħha, id-deżinjatur tal-ewwel rotta tal-ATS,

JEW,

jekk l-ajrudrom tat-tluq ma jkunx jinsab fuq ir-rotta tal-ATS jew ma jkunx konness magħha, l-ittri DCT segwiti mill-punt li jgħaqqad l-ewwel rotta tal-ATS, segwit mid-deżinjatur tar-rotta tal-ATS.

IMBAGĦAD

DAĦĦAL

kull punt li fih huwa ppjanat li tinbeda bidla fil-veloċità u/jew fil-livell, jew bidla fir-rotta tal-ATS, u/jew hija ppjanata bidla fir-regoli tat-titjir,

SEGWIT F’KULL KAŻ

 

mid-deżinjatur tas-segment tar-rotta tal-ATS li jmiss, anki jekk ikun l-istess bħal dak preċedenti,

JEW

minn DCT, jekk it-titjira sal-punt li jmiss tkun barra r-rotta ddeżinjata, sakemm iż-żewġ punti ma jkunux iddefiniti mill-koordinati ġeografiċi.

Titjiriet barra r-rotot tal-ATS iddeżinjati

DAĦĦAL

il-punti li normalment ma jkunx hemm aktar minn 30 minuta ta’ titjir jew 370 km (200 NM) bejniethom, li jinkludu kull punt li fih tkun ippjanata bidla fil-veloċità jew fil-livell, bidla fit-trajettorja, jew bidla fir-regoli tat-titjira,

JEW,

meta meħtieġ mill-awtorita(jiet) kompetenti,

IDDEFINIXXI

it-trajettorja ta’ titjiriet li joperaw fil-biċċa l-kbira fid-direzzjoni bejn il-Lvant u l-Punent bejn 70°N u 70°S b’referenza għal punti sinifikanti ffurmati mill-intersezzjonijiet ta’ nofs gradi jew gradi sħaħ ta’ latitudni bil-meridjani spazjati f’intervalli ta’ lonġitudni ta’ 10 gradi. Għal titjiriet li joperaw f’żoni barra dawk il-latitudnijiet, it-trajettorji għandhom ikunu definiti minn punti sinifikanti ffurmati mill-intersezzjoni ta’ paralleli ta’ latitudni ma’ meridjani normalment spazjati f’lonġitudni ta’ 20 grad. Id-distanza bejn il-punti sinifikanti kemm jista’ jkun ma għandhiex tkun aktar minn siegħa titjira. Għandhom jiġu stabbiliti punti sinifikanti addizzjonali kif ikun meħtieġ.

 

Għal titjiriet li joperaw b’mod predominanti f’direzzjoni bejn it-Tramuntana u Nofsinhar, iddefinixxi t-trajettorji billi tagħmel referenza għall-punti sinifikanti ffurmati mill-intersezzjoni ta’ gradi sħaħ ta’ lonġitudni ma’ paralleli speċifikati li huma spazjati f’latitudni ta’ ħames gradi.

DAĦĦAL

DCT bejn il-punti suċċessivi sakemm iż-żewġ punti ma jkunux iddefiniti mill-koordinati ġeografiċi jew bil-pożizzjoni u d-distanza.

UŻA BISS il-konvenzjonijiet fil-punti (1) sa (5) hawn taħt u IFRED kull subpunt bi spazju.

Image 2

Id-deżinjatur ikkodifikat assenjat għar-rotta jew għas-segment tar-rotta inkluż, fejn xieraq, id-deżinjatur ikkodifikat assenjat għar-rotta tat-tluq jew tal-wasla standard (eż. BCN1, Bl, R14, UB10, KODAP2 A).

Image 3

Id-deżinjatur kodifikat (minn żewġ sa ħames karattri) assenjati lill-punt (eż. LN, MAY, HADDY),

jew, jekk ma ġie assenjat l-ebda deżinjatur kodifikat, uża wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin:

Gradi biss (seba’ karattri):

żewġ ċifri li jiddeskrivu l-latitudni fi gradi, segwiti minn ‘N’ (Tramuntana) jew ‘S’ (Nofsinhar), segwiti minn tliet ċifri li jiddeskrivu l-lonġitudni fi gradi, segwiti minn ‘E’ (Lvant) jew ‘W’ (Punent). Ikkoreġi l-għadd taċ-ċifri, meta meħtieġ, billi ddaħħal iż-żerijiet, eż. 46N078 W.

Gradi u minuti (11-il karattru):

erba’ ċifri li jiddeskrivu l-latitudni fi gradi u għexieren u unitajiet ta’ minuti segwiti minn ‘N’ (Tramuntana) jew ‘S’ (Nofsinhar), segwiti minn ħames ċifri li jiddeskrivu l-lonġitudni fi gradi u għexieren u unitajiet ta’ minuti, segwiti minn ‘E’ (Lvant) jew ‘W’ (Punent). Ikkoreġi l-għadd taċ-ċifri, meta meħtieġ, billi ddaħħal iż-żerijiet, eż. 4620N07805 W.

Pożizzjoni u distanza minn punt ta’ referenza:

L-identifikazzjoni tal-punt ta’ referenza, segwit mill-pożizzjoni mill-punt fil-forma ta’ tliet figuri li jagħtu l-gradi manjetiċi, segwiti mid-distanza mill-punt fil-forma ta’ tliet figuri li jesprimu l-mili nawtiċi. F’żoni ta’ latitudni għolja fejn jiġi ddeterminat mill-awtorità xierqa li r-referenza għal gradi manjetiċi mhijiex prattika, jistgħu jintużaw gradi veri. Ikkoreġi l-għadd taċ-ċifri, meta meħtieġ, billi ddaħħal iż-żerijiet — eż. punt manjetiku ta’ 180° f’distanza ta’ 40 NM minn VOR ‘DUB’ jenħtieġ li jiġi espress bħala DUB180040.

Image 4

Il-punt li fih huwa ppjanat li tinbeda bidla fil-veloċità (5 % TAS jew 0,01 Mach jew aktar) jew bidla fil-livell, espressa eżattament bħal fil-punt (2) hawn fuq, segwita minn linja dijagonali u kemm il-veloċità tal-cruising kif ukoll il-livell tal-cruising, espressi eżattament bħal fil-punti (a) u (b) hawn fuq, mingħajr spazju bejniethom, anki meta tinbidel biss waħda minn dawn il-kwantitajiet.

Eżempji:

LN/N0284A045

MAY/N0305Fl80

HADDY/N0420F330

4602N07805 W/N0500F350

46N078 W/M082F330

DUB180040/N0350M0840

Image 5

Il-punt li fih hija ppjanata l-bidla fir-regoli tat-titjira, espressa eżattament bħal fil-punt (2) jew (3) hawn fuq kif jixraq, segwita minn spazju u waħda minn dawn l-abbrevjazzjonjiet li ġejjin:

VFR jekk minn IFR għal VFR

IFR jekk minn VFR għal IFR

Eżempji:

LN VFR

LN/N0284A050 IFR

Image 6

L-ittra C segwita minn linja djagonali; IMBAGĦAD il-punt li fih huwa ppjanat it-tlugħ kruċiera, espress eżattament bħal fil-punt (2) hawn fuq, segwit minn linja djagonali; IMBAGĦAD il-veloċità li għandha tinżamm matul it-tlugħ kruċiera, espressa eżattament bħal fil-punt (a) hawn fuq, segwita miż-żewġ livelli li jiddefinixxu s-saff li għandu jiġi okkupat waqt it-tlugħ kruċiera, kull livell espress eżattament bħal fil-punt (b) hawn fuq, jew il-livell li ’l fuq minnu huwa ppjanat it-tlugħ kruċiera segwit mill-ittri PLUS, mingħajr spazju bejniethom.

Eżempji:

C/48N050 W/M082F290F350

C/48N050 W/M082F290PLUS

C/52N050 W/M220F580F620

Ajrudrom tad-destinazzjoni u l-ħin totali li jkun għadda (tmien karattri)

DAĦĦAL

l-indikatur tal-lokament b’erba’ ittri tal-ICAO tal-ajrudrom tad-destinazzjoni kif speċifikat fid-Dok 7910, Indikaturi tal-Lokament,

JEW,

jekk ma jkun ġie assenjat l-ebda indikatur tal-lokament,

DAĦĦAL

‘ZZZZ’ u SPEĊIFIKA, fil-Punt 18 l-isem u l-post tal-ajrudrom, ippreċedut minn DEST/.

IMBAGĦAD MINGĦAJR SPAZJU

DAĦĦAL

il-ħin totali stmat li għadda.

Ajrudrom alternattiv għad-destinazzjoni

DAĦĦAL

l-indikatur(i) tal-lokament b’erba’ ittri tal-ICAO ta’ mhux aktar minn żewġ ajrudromi alternattivi għad-destinazzjoni, kif speċifikat fid-Dok 7910, Indikaturi tal-Lokament, mifrudin bi spazju,

JEW,

jekk l-ebda indikatur tal-lokament ma jkun ġie assenjat għall-ajrudromi alternattivi għad-destinazzjoni,

DAĦĦAL

‘ZZZZ’ u SPEĊIFIKA, fil-Punt 18 l-isem u l-post tal-ajrudrom(i) alternattiv(i) għad-destinazzjoni, ippreċeduti minn ALTN/.

Is-singijiet jew il-linjiet dijagonali jenħtieġ li jintużaw biss kif preskritt hawn taħt.

DAĦĦAL

0 (żero) jekk ma hemmx aktar informazzjoni,

JEW,

kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa fis-sekwenza murija hawn taħt, fil-forma tal-indikatur xieraq magħżul minn dawk definiti hawn taħt segwiti minn linja dijagonali u l-informazzjoni li għandha tiġi rreġistrata:

STS/

Raġuni għall-immaniġġjar speċjali mill-ATS, eż missjoni ta’ tiftix u salvataġġ, kif ġej:

 

ALTRV:

għal titjira operata f’konformità mal-prenotazzjoni tal-altitudni;

 

ATFMX:

għal titjira approvata mill-awtorità kompetenti għal eżenzjoni mill-miżuri tal-ATFM;

 

FFR:

tifi tan-nar;

 

FLTCK:

kontroll tat-titjira biex tiġi kkalibrata l-għajnuna fin-navigazzjoni;

 

HAZMAT:

għal titjira li ġġorr materjal perikoluż;

 

HEAD:

titjira bi status ta’ Kap ta’ Stat;

 

HOSP:

għal titjira medika ddikjarata mill-awtoritajiet mediċi;

 

HUM:

għal titjira li qed topera f’missjoni umanitarja;

 

MARSA:

għal titjira li għaliha entità militari tassumi r-responsabbiltà għas-separazzjoni tal-inġenji tal-ajru militari;

 

MEDEVAC:

għal evakwazzjoni f’emerġenza medika u kritika għall-ħajja;

 

NONRVSM:

għal titjira mhux kapaċi tal-RVSM li jkollha l-intenzjoni li topera fl-ispazju tal-ajru tal-RVSM;

 

SAR:

għal titjira involuta f’missjoni ta’ tiftix u salvataġġ; u

 

STATE:

għal titjira li tinvolvi servizzi militari, doganali, jew tal-pulizija.

 

Raġunijiet oħra għall-immaniġġjar speċjali mill-ATS għandhom jiġu indikati taħt id-deżinjatur ‘RMK/’.

PBN/

Indikazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ RNAV u/jew ta’ RNP. Inkludi kemm jista’ jkun mid-deskritturi ta’ hawn taħt, skont kif japplikaw għat-titjira, sa massimu ta’ tmien entrati, jiġifieri total ta’ mhux aktar minn 16-il karattru.


SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-RNAV

A1

RNAV 10 (RNP 10)

C1

RNAV 2 is-sensuri kollha permessi

 

 

C2

RNAV 2 GNSS

B1

RNAV 5 is-sensuri kollha permessi

C3

RNAV 2 DME/DME

B2

RNAV 5 GNSS

C4

RNAV 2 DME/DME/IRU

B3

RNAV 5 DME/DME

 

 

B4

RNAV 5 VOR/DME

D1

RNAV 1 is-sensuri kollha permessi

B5

RNAV 5 INS jew IRS

D2

RNAV 1 GNSS

B6

RNAV 5 LORANC

D3

RNAV 1 DME/DME

 

 

D4

RNAV 1 DME/DME/IRU


SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-RNP

L1

RNP 4

S1

RNP APCH

 

 

S2

RNP APCH ma’ BARO-VNAV

O1

RNP bażiku 1 is-sensuri kollha permessi

 

 

O2

RNP bażiku 1 GNSS

T1

RNP AR APCH b’RF (jeħtieġ awtorizzazzjoni speċjali)

O3

RNP bażiku 1 DME/DME

T2

RNP AR APCH mingħajr RF (jeħtieġ awtorizzazzjoni speċjali)

O4

RNP bażiku 1 DME/DME/IRU

 

 

Kombinamenti ta’ karattri alfanumeriċi mhux indikati hawn fuq huma riżervati.

NAV/

Data sinifikanti relatata mat-tagħmir ta’ navigazzjoni, għajr dik speċifikata fil-PBN/, kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti.

 

Indika l-awmentazzjoni tal-GNSS taħt dan l-indikatur, bi spazju bejn żewġ metodi jew aktar ta’ awmentazzjoni, eż. NAV/GBAS SBAS.

 

Indika l-EURPRNAV jekk l-inġenju tal-ajru P-RNAV approvat jiddependi biss fuq VOR/DME għad-determinazzjoni tal-pożizzjoni.

COM/

Indika t-tagħmir u l-kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni mhux speċifikati fil-Punt 10 a).

DAT/

Indika t-tagħmir u l-kapaċitajiet tal-komunikazzjoni tad-data mhux speċifikati fil-Punt 10 a) jew ‘CPDLCX’ biex tindika eżenzjoni mogħtija mir-rekwiżit biex ikun mgħammar b’CPDLC-ATN-B1.

SUR/

Indika t-tagħmir u l-kapaċitajiet ta’ sorveljanza mhux speċifikati fil-Punt 10 b). Indika kemm hemm speċifikazzjoni(jiet) RSP applikabbli għat-titjira, bl-użu ta’ deżinjatur (i) mingħajr spazju. L-ispeċifikazzjonijiet multipli tal-RSP huma mifrudin bi spazju. Eżempju: RSP180 RSP400.

 

Daħħal EUADSBX, EUEHSX, EUELSX, jew kombinament tagħhom, biex tindika l-eżenzjonijiet mogħtija għar-rekwiżit għal tagħmir bi transponders SSR Mode S jew bi trażmettituri ADS-B.

DEP/

Isem u post tal-ajrudrom tat-tluq, jekk jiddaħħlu ‘ZZZZ’ fil-Punt 13, jew l-unità tal-ATS li permezz tagħha tista’ tinkiseb id-data supplimentari tal-pjan tat-titjira, jekk jiddaħħal AFIL fil-Punt 13. Għall-ajrudromi mhux elenkati fil-Pubblikazzjoni tal-Informazzjoni Ajrunawtika rilevanti, indika l-post kif ġej:

 

B’erba’ ċifri li jiddeskrivu l-latitudni fi gradi u għexieren u unitajiet ta’ minuti segwiti minn ‘N’ (Tramuntana) jew ‘S’ (Nofsinhar), segwiti minn ħames ċifri li jiddeskrivu l-lonġitudni fi gradi u l-għexieren u l-unitajiet ta’ minuti, segwiti minn ‘E’ (Lvant) jew ‘W’ (Punent). Ikkoreġi l-għadd taċ-ċifri, meta meħtieġ, billi ddaħħal iż-żerijiet, eż. 4620N07805 W (11-il karattru).

OR,

Pożizzjoni u distanza mill-eqreb punt sinifikanti, kif ġej:

 

L-identifikazzjoni tal-punt sinifikanti segwita mill-pożizzjoni mill-punt fil-forma ta’ tliet figuri li jagħtu l-gradi manjetiċi, segwita mid-distanza mill-punt fil-forma ta’ tliet figuri li jesprimu NM. F’żoni ta’ latitudni għolja fejn jiġi ddeterminat mill-awtorità xierqa li r-referenza għal gradi manjetiċi mhijiex prattika, jistgħu jintużaw gradi veri. Ikkoreġi l-għadd taċ-ċifri, meta meħtieġ, billi ddaħħal iż-żerijiet, eż. punt manjetiku ta’ 180° f’distanza ta’ 40 NM minn VOR ‘DUB’ jenħtieġ li jiġi espress bħala DUB180040.

JEW,

L-ewwel punt tar-rotta (isem jew LAT/LONĠ) jew is-sinjal markatur tar-radju, jekk l-inġenju tal-ajru ma jkunx telaq minn ajrudrom.

DEST/

Isem u post tal-ajrudrom tad-destinazzjoni, jekk jiddaħħlu ‘ZZZZ’ fil-Punt 16. Għall-ajrudromi mhux elenkati fil-Pubblikazzjoni tal-Informazzjoni Ajrunawtika rilevanti, indika l-post f’LAT/LONĠ jew il-pożizzjoni u d-distanza mill-eqreb punt sinifikanti, kif deskritt fid-DEP/hawn fuq.

DOF/

Id-data tat-tluq tat-titjira f’format ta’ sitt figuri (SSXXJJ, fejn SS huma ekwivalenti għas-sena, XX huma ekwivalenti għax-xahar, u JJ huma ekwivalenti għall-jum).

REG/

In-nazzjonalità jew il-marka komuni u l-marka ta’ reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru, jekk differenti mill-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru fil-Punt 7.

EET/

Deżinjaturi tal-punti sinifikanti jew tal-konfini tal-FIR u l-ħinijiet stmati li għaddew mill-qtugħ mill-art sa dawn il-punti jew il-konfini tal-FIR, meta jkun preskritt hekk abbażi ta’ ftehimiet reġjonali tan-navigazzjoni bl-ajru, jew mill-awtorità kompetenti.

Eżempji:

EET/CAP0745 XYZ0830

 

EET/EINN0204

SEL/

Kodiċi SELCAL, għall-inġenji tal-ajru mgħammra b’tali mod.

TYP/

Tip(i) ta’ inġenji tal-ajru, preċeduti jekk ikun hemm bżonn mingħajr spazju bin-numru/i tal-inġenji tal-ajru u mifrudin bi spazju wieħed, jekk jiddaħħlu ‘ZZZZ’ fil-Punt 9.

Eżempju:

TYP/2F15 5F5 3B2

CODE/

Indirizz tal-inġenju tal-ajru (espress fil-forma ta’ kodiċi alfanumerika ta’ sitt karattri eżadeċimali) meta jkun meħtieġ mill-awtorità kompetenti. Eżempju: ‘F00001’ huwa l-aktar indirizz fil-baxx tal-inġenju tal-ajru li jinsab fi blokka speċifika amministrata mill-ICAO.

DLE/

Dewmien jew stennija en-route, daħħal il-punt(i) sinifikanti tul ir-rotta meta jkun ippjanat li jsir id-dewmien, segwit mit-tul ta’ dewmien billi tuża erba’ ċifri li jindikaw is-sigħat u l-minuti (ssmm).

Eżempju:

DLE/MDG0030

OPR/

Id-desinjatur ICAO jew l-isem l-operatur tal-inġenju tal-ajru, jekk differenti mill-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru fil-Punt 7.

ORGN/

L-indirizz tal-AFTN bi tmien ittri tal-oriġinatur jew dettalji ta’ kuntatt xierqa oħra, f’każijiet meta l-oriġinatur tal-pjan tat-titjira ma jkunx jista’ jiġi identifikat fil-pront, kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti.

PER/

Data dwar il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru, indikata b’ittra waħda kif speċifikat mill-Proċeduri għas-Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru — Operazzjonijiet tal-Inġenji tal-Ajru (PANS-OPS, Dok 8168), il-Volum I — Proċeduri tat-titjira, jekk ikun preskritt b’tali mod mill-awtorità kompetenti.

ALTN/

Isem l-ajrudrom(i) alternattiv(i) għad-destinazzjoni, jekk jiddaħħlu ‘ZZZZ’ fil-Punt 16. Għall-ajrudromi mhux elenkati fil-Pubblikazzjoni tal-Informazzjoni Ajrunawtika rilevanti, indika l-post f’LAT/LONĠ jew il-pożizzjoni u d-distanza mill-eqreb punt sinifikanti, kif deskritt fid-DEP/hawn fuq.

RALT/

indikatur b’erba’ ittri tal-ICAO għal alternattiva/i fir-rotta, kif speċifikat fid-Dok 7910, Indikaturi tal-Lokament, jew l-isem/ismijiet tal-ajrudrom(i) alternattivi tul ir-rotta, jekk ma jiġi allokat l-ebda indikatur. Għall-ajrudromi mhux elenkati fil-Pubblikazzjoni tal-Informazzjoni Ajrunawtika rilevanti, indika l-post f’LAT/LONĠ jew il-pożizzjoni u d-distanza mill-eqreb punt sinifikanti, kif deskritt fid-DEP/hawn fuq.

TALT/

indikatur(i) b’erba’ ittri tal-ICAO għal qtugħ mill-art alternattiv, kif speċifikat fid-Dok 7910, Indikaturi tal-Lokament, jew l-isem tal-ajrudrom alternattiv għall-qtugħ mill-art, jekk ma jiġi allokat l-ebda indikatur. Għall-ajrudromi mhux elenkati fil-Pubblikazzjoni tal-Informazzjoni Ajrunawtika rilevanti, indika l-post f’LAT/LONĠ jew il-pożizzjoni u d-distanza mill-eqreb punt sinifikanti, kif deskritt fid-DEP/hawn fuq.

RIF/

Id-dettalji tar-rotta għall-ajrudromi tad-destinazzjoni reveduti, segwiti mill-indikatur tal-lokament b’erba’ ittri tal-ICAO tal-ajrudrom. Ir-rotta riveduta hija soġġetta għal awtorizzazzjoni mill-ġdid waqt it-titjira.

Eżempji:

RIF/DTA HEC KLAX

 

RIF/ESP G94 CLA YPPH

RVR/

rekwiżit minimu tal-medda viżwali tar-runway għat-titjira, espress fi tliet figuri.

RFP/

indikazzjoni tan-numru tal-pjanijiet tat-titjira ta’ sostituzzjoni sottomessi fil-format ‘Q’ segwita minn ċifra waħda li tindika l-iterazzjoni tas-sostituzzjoni.

Eżempji:

RFP/Q2.

RMK/

Kwalunkwe rimarki oħra b’lingwaġġ sempliċi meħtieġa mill-awtorità kompetenti jew meqjusa neċessarji.

Reżistenza fit-tul

Wara E/

DAĦĦAL fi grupp ta’ erba’ ċifri l-awtonomija tal-fjuwil f’sigħat u minuti.

Persuna abbord

Wara P/

DAĦĦAL l-għadd totali ta’ persuni (passiġġieri u ekwipaġġ) abbord, meta meħtieġ mill-awtorità kompetenti. DAĦĦAL TBN (li għandu jiġi nnotifikat) jekk l-għadd totali ta’ persuni ma jkunx magħruf fil-mument tas-sottomissjoni.

It-tagħmir ta’ emerġenza u ta’ sopravivenza

R/

(RADJU) INGASSA U jekk l-UHF mhijiex disponibbli fil-frekwenza ta’ 243,0 MHz.

INGASSA V jekk il-VHF mhijiex disponibbli fil-frekwenza ta’ 121,5 MHz.

INGASSA E jekk it-trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza (ELT) mhuwiex disponibbli.

S/(TAGĦMIR TA’ SOPRAVIVENZA)

INGASSA l-indikaturi kollha jekk it-tagħmir tas-sopravivenza ma jinġarrx.

INGASSA P jekk it-tagħmir tas-sopravivenza polari ma jinġarrx.

INGASSA D jekk it-tagħmir tas-sopravivenza fid-deżert ma jinġarrx.

INGASSA M jekk it-tagħmir tas-sopravivenza marittima ma jinġarrx.

INGASSA J jekk it-tagħmir tas-sopravivenza fil-ġungla ma jinġarrx.

J/(ĠKIEKET)

INGASSA l-indikaturi kollha jekk il-ġkieket tas-salvataġġ ma jinġarrux.

INGASSA L jekk il-ġkieket tas-salvataġġ mhumiex mgħammra bid-dwal.

INGASSA F jekk il-ġkieket tas-salvataġġ mhumiex mgħammra bil-fluworexxeina.

INGASSA U jew V jew it-tnejn bħal f’R/hawn fuq biex tindika l-kapaċità tar-radju fil-ġkieket, jekk applikabbli.

D/(DINGIS)

(NUMRU)

INGASSA l-indikaturi D u C jekk ma jinġarr l-ebda dingi; jew

DAĦĦAL l-għadd ta’ dingis li jinġarru; u

(KAPAĊITÀ) - DAĦĦAL il-kapaċità totali, f’persuni, tad-dingis kollha li jinġarru, u

(KOPERTURA) - INGASSA l-indikatur C jekk id-dingis mhumiex koperti; u

(KULUR) - DAĦĦAL il-kulur tad-dingis jekk jinġarru.

A/(KULUR U MARKI TAL-INĠENJU TAL-AJRU)

DAĦĦAL il-kulur tal-inġenju tal-ajru u l-marki sinifikanti.

N/(RIMARKI)

INGASSA l-indikatur N jekk ma jkunx hemm rimarki, jew INDIKA kwalunkwe tagħmir ieħor ta’ sopravivenza li jinġarr u kwalunkwe rimarki oħra dwar it-tagħmir ta’ sopravivenza.

C/(BDOT)

DAĦĦAL l-isem tal-bdot fil-kmand.

2.3   Ippreżentata minn

DAĦĦAL

isem l-unità, l-aġenzija jew il-persuna li qed iddaħħal il-pjan tat-titjira.


(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1770 tat-12 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir tal-inġenji tal-ajru meħtieġ għall-użu tal-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew u r-regoli operattivi relatati mal-użu tal-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 29/2009 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011, (UE) Nru 1207/2011 u (UE) Nru 1079/2012 (ĠU L 228, XX.9.2023, p. 39)”;”


15.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/94


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1773

tas-17 ta’ Awwissu 2023

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-obbligi ta’ rapportar għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 35(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2023/956 jistabbilixxi l-obbligi ta’ rapportar għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2025.

(2)

Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-importaturi jew ir-rappreżentanti doganali indiretti għandhom jirrapportaw dwar il-kwantità ta’ oġġetti importati, l-emissjonijiet diretti u indiretti integrati fihom, u kwalunkwe prezz tal-karbonju dovut minħabba dawk l-emissjonijiet, inklużi l-prezzijiet tal-karbonju minħabba l-emissjonijiet integrati f’materjali prekursuri rilevanti.

(3)

L-ewwel rapport jenħtieġ li jiġi ppreżentat sal-31 ta’ Jannar 2024 fir-rigward ta’ oġġetti importati matul ir-raba’ trimestru tal-2023. L-aħħar rapport jenħtieġ li jiġi ppreżentat sal-31 ta’ Jannar 2026 fir-rigward ta’ oġġetti importati matul ir-raba’ trimestru tal-2025.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli ta’ implimentazzjoni għal dawk ir-rekwiżiti ta’ rapportar.

(5)

Ir-rekwiżiti ta’ rapportar jenħtieġ li jkunu limitati għal dak li huwa meħtieġ biex jitnaqqas il-piż fuq l-importaturi fil-perjodu ta’ tranżizzjoni u biex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni bla xkiel tar-rekwiżiti tad-dikjarazzjoni tas-CBAM wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni.

(6)

F’konformità mal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/956, ir-regoli dettaljati għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati ta’ oġġetti importati jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-metodoloġija applikabbli skont l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet għal installazzjonijiet li jinsabu fl-UE, kif speċifikat b’mod partikolari fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 (2). Il-prinċipji għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati tal-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 jenħtieġ li jkollhom l-għan li jidentifikaw il-proċessi tal-produzzjoni rilevanti għall-kategoriji tal-oġġetti, u li jimmonitorjaw l-emissjonijiet diretti u indiretti ta’ dawk il-proċessi tal-produzzjoni. Ir-rapportar matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni jenħtieġ li jqis ukoll in-normi u l-proċeduri eżistenti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Fir-rigward tal-produzzjoni tal-idroġenu u d-derivattivi tiegħu, ir-rapportar jenħtieġ li jqis id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(7)

Il-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni, inkluża d-data dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-installazzjoni, l-emissjonijiet attribwiti tal-proċessi tal-produzzjoni u l-emissjonijiet integrati tal-oġġetti jenħtieġ li jintużaw għad-determinazzjoni tad-data li għandha tiġi pprovduta għall-fini tal-issodisfar tal-obbligi ta’ rapportar. Għal dawk l-obbligi, l-importaturi u r-rappreżentanti doganali indiretti jenħtieġ li jiżguraw id-disponibbiltà tal-informazzjoni meħtieġa mill-operaturi tal-installazzjonijiet. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tasal fil-ħin għall-importaturi u għar-rappreżentanti doganali indiretti biex jissodisfaw l-obbligi ta’ rapportar tagħhom. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi fatturi tal-emissjonijiet standard biex jintużaw għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati diretti (b’mod partikolari fatturi tal-emissjonijiet tal-fjuwil u fatturi tal-emissjonijiet minn proċessi) u fatturi ta’ effiċjenza ta’ referenza għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana.

(8)

Peress li l-perjodu ta’ rapportar jibda fl-1 ta’ Ottubru 2023, l-importaturi u r-rappreżentanti doganali indiretti għandhom żmien limitat disponibbli biex jiżguraw il-konformità mal-obbligi ta’ rapportar. Jistgħu jinkisbu sinerġiji mas-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar li diġà jintużaw minn operaturi ta’ pajjiżi terzi. Għalhekk, jenħtieġ li tkun permessa deroga temporanja għall-metodi ta’ kalkolu għar-rapportar tal-emissjonijiet integrati għal perjodu limitat, sa tmiem l-2024. Dik il-flessibbiltà jenħtieġ li tapplika meta l-operatur ikun soġġett għal sistema obbligatorja ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar assoċjata ma’ skema tal-ipprezzar tal-karbonju, jew ma’ skemi obbligatorji oħra ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar, jew meta l-operatur ikun qed jimmonitorja l-emissjonijiet tal-installazzjoni, inkluż għal proġett ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet.

(9)

Għal perjodu limitat, sal-31 ta’ Lulju 2024, id-dikjaranti li jirrapportaw li ma jkunux jistgħu jiksbu l-informazzjoni kollha mingħand operaturi ta’ pajjiżi terzi biex jiddeterminaw l-emissjonijiet integrati attwali tal-oġġetti importati f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw u jirreferu għal metodu alternattiv għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati diretti.

(10)

L-obbligi ta’ rapportar jenħtieġ li jagħtu wkoll xi flessibbiltà għad-determinazzjoni tal-istadji tal-produzzjoni fl-installazzjonijiet li ma jirrappreżentawx parti sinifikanti tal-emissjonijiet diretti integrati tal-oġġetti importati. Dan ikun tipikament il-każ għall-istadji finali tal-produzzjoni tal-prodotti downstream tal-azzar jew tal-aluminju. F’dak il-każ, jenħtieġ li tiġi pprovduta deroga mill-obbligi ta’ rapportar meħtieġa u l-valuri stmati jistgħu jiġu rrapportati għall-passi tal-produzzjoni f’installazzjonijiet li l-kontribut tagħhom għall-emissjonijiet diretti ma jaqbiżx l-20 % tal-emissjonijiet integrati totali tal-oġġetti importati. Dak il-livell limitu jenħtieġ li jiżgura biżżejjed flessibbiltà għall-operaturi ż-żgħar fil-pajjiżi terzi.

(11)

Wieħed mill-objettivi tal-perjodu ta’ tranżizzjoni huwa li tinġabar data għall-fini li tiġi speċifikata aktar, fl-att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 7(7) tar-Regolament (UE) 2023/956, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-emissjonijiet indiretti integrati wara dak il-perjodu. F’dak il-kuntest, ir-rapportar tal-emissjonijiet indiretti matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni jenħtieġ li jkun miftuħ u mfassal biex jippermetti li jintgħażel l-aktar valur xieraq fost dawk elenkati fit-Taqsima 4.3 fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/956. Madankollu, ir-rapportar tal-emissjonijiet indiretti jenħtieġ li ma jinkludix rapportar ibbażat fuq il-fattur medju tal-emissjonijiet tal-grilja tal-Unjoni peress li dak il-valur diġà huwa magħruf mill-Kummissjoni.

(12)

Id-data miġbura matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għar-rapporti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta f’konformità mal-Artikolu 30(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2023/956. Id-data miġbura matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni jenħtieġ li tgħin ukoll fid-definizzjoni ta’ metodoloġija unika ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni. Il-valutazzjoni tad-data miġbura jenħtieġ li tintuża b’mod partikolari għall-ħidma tal-Kummissjoni bil-ħsieb li tiġi aġġustata l-metodoloġija applikabbli wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni.

(13)

Il-firxa indikattiva ta’ penali li għandhom jiġu imposti fuq dikjarant tar-rapportar li jkun naqas milli jirrispetta l-obbligi ta’ rapportar jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-valuri prestabbiliti magħmula disponibbli u ppubblikati mill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-emissjonijiet integrati li ma ġewx irrapportati. Il-firxa massima indikattiva jenħtieġ li tkun koerenti mal-penali skont l-Artikolu 16(3) u (4) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), filwaqt li jitqies ukoll li l-obbligu fil-perjodu ta’ tranżizzjoni huwa limitat għar-rapportar tad-data. Il-kriterji li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti għad-determinazzjoni tal-ammont attwali tal-penali jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-gravità u d-durata tan-nuqqas ta’ rapportar. Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja r-rapporti tas-CBAM sabiex tipprevedi valutazzjoni indikattiva tal-informazzjoni meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti u biex tiżgura l-koerenza tal-penali li għandhom jiġu applikati.

(14)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-obbligi ta’ rapportar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi bażi tad-data elettronika, ir-Reġistru Tranżitorju tas-CBAM, biex tinġabar l-informazzjoni rrapportata matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM jenħtieġ li jkun il-bażi għall-istabbiliment tar-Reġistru tas-CBAM skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2023/956.

(15)

Jenħtieġ li r-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM isir is-sistema għall-preżentazzjoni u għall-ġestjoni tar-rapporti tas-CBAM għar-rapportar tad-dikjaranti, inklużi kontrolli, valutazzjonijiet indikattivi, u proċeduri ta’ rieżami. Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni akkurata tal-obbligi ta’ rapportar, jenħtieġ li r-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM ikun interoperabbli mas-sistemi doganali eżistenti.

(16)

Sabiex tiġi żgurata sistema ta’ rapportar effettiva u uniformi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti tekniċi għall-funzjonament tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, bħal arranġamenti għall-iżvilupp, l-ittestjar u l-użu kif ukoll għall-manutenzjoni u l-modifiki potenzjali tas-sistemi elettroniċi, il-protezzjoni tad-data, l-aġġornament tad-data, il-limitazzjoni tal-ipproċessar tad-data, is-sjieda tas-sistemi, u s-sigurtà. Dawn l-arranġamenti jenħtieġ li jkunu kompatibbli mal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod prestabbilit skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), kif ukoll mas-sigurtà tal-ipproċessar skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(17)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tar-rapportar tad-data f’kull ħin, huwa importanti li jiġu previsti soluzzjonijiet alternattivi li għandhom jiġu implimentati fil-każ ta’ ħsara temporanja tas-sistemi elettroniċi għar-rapportar tad-data. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem fuq pjan għall-kontinwità tal-operat tas-CBAM.

(18)

Sabiex jiġi żgurat l-aċċess għar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, jenħtieġ li tintuża s-sistema tal-Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u tal-Firma Diġitali (UUM&DS), kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1070 (7), għall-ġestjoni, għall-awtentikazzjoni, u għall-proċess ta’ verifika tal-aċċess għad-dikjaranti tar-rapportar.

(19)

Għall-fini tal-identifikazzjoni tad-dikjaranti tar-rapportar u tal-istabbiliment ta’ lista tad-dikjaranti tar-rapportar bin-numri tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI) tagħhom, ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM jenħtieġ li jkun interoperabbli mas-sistema tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi, kif imsemmi fl-Artikolu 30 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1070.

(20)

Għall-finijiet ta’ kontroll u ta’ rapportar, jenħtieġ li s-sistemi nazzjonali jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa dwar l-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956, kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151 (8).

(21)

L-identifikazzjoni tal-oġġetti importati permezz tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda (“NM”) stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (9) u d-dispożizzjonijiet dwar il-ħżin stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1070 jenħtieġ li jintużaw biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-oġġetti importati elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956.

(22)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Id-data personali tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra pproċessata mis-sistemi elettroniċi jenħtieġ li tkun ristretta għas-sett tad-data stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Fejn ikun meħtieġ, għall-finijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, għall-ipproċessar tad-data personali, dan jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali. F’dak ir-rigward, kwalunkwe pproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jkun soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679 u għar-rekwiżiti nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. Kwalunkwe pproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni jenħtieġ li jkun soġġett għar-Regolament (UE) 2018/1725. Id-data personali jenħtieġ li tinżamm f’forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-soġġetti tad-data għal mhux iktar milli meħtieġ għall-finijiet li għalihom ġiet ipproċessata d-data personali. F’dan ir-rigward, il-perjodu taż-żamma tad-data għar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għandu jkun limitat għal 5 snin mill-wasla tar-rapport tas-CBAM.

(23)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fit-28 ta’ Lulju 2023.

(24)

Peress li l-ewwel perjodu ta’ rapportar jibda fl-1 ta’ Ottubru 2023, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza.

(25)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-CBAM,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2023/956 fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament importati fit-territorju doganali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2025 (“perjodu ta’ tranżizzjoni”).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“dikjarant tar-rapportar” tfisser kwalunkwe waħda mill-persuni li ġejjin:

(a)

l-importatur li jippreżenta dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-oġġetti f’isimha stess u għan-nom tagħha stess;

(b)

il-persuna, li jkollha awtorizzazzjoni biex tippreżenta dikjarazzjoni doganali msemmija fl-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), li tiddikjara l-importazzjoni tal-oġġetti;

(c)

ir-rappreżentant doganali indirett, fejn id-dikjarazzjoni doganali tiġi ppreżentata mir-rappreżentant doganali indirett maħtur f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, meta l-importatur ikun stabbilit barra mill-Unjoni jew meta r-rappreżentant doganali indirett ikun qabel mal-obbligi ta’ rapportar f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2023/956.

(2)

“ribass” tfisser kwalunkwe ammont li jnaqqas l-ammont dovut jew imħallas minn persuna responsabbli għall-ħlas ta’ prezz tal-karbonju, qabel il-ħlas tiegħu jew wara, f’forma monetarja jew fi kwalunkwe forma oħra.

KAPITOLU II

DRITTIJIET U OBBLIGI TAD-DIKJARANTI TAR-RAPPORTAR RELATATI MAR-RAPPORTAR

Artikolu 3

Obbligi ta’ rapportar tad-dikjaranti tar-rapportar

1.   Kull dikjarant tar-rapportar għandu jipprevedi, abbażi tad-data, li l-operatur ikun jista’ jikkomunika, kif previst fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, l-informazzjoni li ġejja rigward l-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 li ġew importati matul it-trimestru li miegħu ikun relatat ir-rapport tas-CBAM:

(a)

il-kwantità tal-oġġetti importati, espressa f’sigħat ta’ megawatt għall-elettriku u f’tunnellati għal oġġetti oħra;

(b)

it-tip ta’ oġġetti kif identifikati mill-kodiċi NM tagħhom.

2.   Kull dikjarant tar-rapportar għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar l-emissjonijiet integrati tal-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956, kif elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, fir-rapporti tas-CBAM:

(a)

il-pajjiż tal-oriġini tal-oġġetti importati;

(b)

l-installazzjoni fejn ġew prodotti l-oġġetti, identifikata mid-data li ġejja:

(1)

il-Kodiċi tan-Nazzjonijiet Uniti applikabbli għall-Post tal-Kummerċ u t-Trasport (UN/LOCODE) tal-post;

(2)

l-isem tal-kumpanija tal-installazzjoni, l-indirizz tal-installazzjoni u t-traskrizzjoni tagħha bl-Ingliż;

(3)

il-koordinati ġeografiċi tas-sors prinċipali tal-emissjonijiet tal-installazzjoni.

(c)

ir-rotot tal-produzzjoni użati, definiti fit-Taqsima 3 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, li għandhom jirriflettu t-teknoloġija użata għall-produzzjoni tal-oġġetti, u informazzjoni dwar parametri speċifiċi li jikkwalifikaw ir-rotta tal-produzzjoni indikata magħżula kif definit fit-Taqsima 2 tal-Anness IV, għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet diretti integrati;

(d)

l-emissjonijiet diretti integrati speċifiċi tal-oġġetti, li għandhom jiġu ddeterminati billi l-emissjonijiet diretti attribwiti tal-proċessi tal-produzzjoni jiġu kkonvertiti f’emissjonijiet speċifiċi tal-oġġetti espressi bħala CO2e għal kull tunnellata f’konformità mat-Taqsimiet F u G tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(e)

ir-rekwiżiti ta’ rapportar li għandhom effett fuq l-emissjonijiet integrati tal-oġġetti kif imsemmi fit-Taqsima 2 tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

(f)

għall-elettriku bħala oġġett importat, id-dikjarant tar-rapportar għandu jirrapporta l-informazzjoni li ġejja:

(1)

il-fattur tal-emissjonijiet użat għall-elettriku, espress bħala tunnellata ta’ CO2e għal kull MWh (megawatt siegħa) kif iddeterminat f’konformità mat-Taqsima D tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(2)

is-sors tad-data jew il-metodu użat għad-determinazzjoni tal-fattur tal-emissjonijiet tal-elettriku kif iddeterminat f’konformità mat-Taqsima D tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

(g)

għall-oġġetti tal-azzar, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-fabbrika tal-azzar speċifika fejn ikun ġie prodott lott partikolari ta’ materja prima, meta jkun magħruf.

3.   Għall-emissjonijiet indiretti integrati speċifiċi, kull dikjarant tar-rapportar għandu jirrapporta l-informazzjoni li ġejja, kif elenkata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, fir-rapporti tas-CBAM:

(a)

il-konsum tal-elettriku, espress f’megawatt sigħat, tal-proċess tal-produzzjoni għal kull tunnellata ta’ oġġetti prodotti;

(b)

speċifika jekk id-dikjarant jirrapportax l-emissjonijiet reali jew il-valuri prestabbiliti magħmula disponibbli u ppubblikati mill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ tranżizzjoni f’konformità mat-Taqsima D tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(c)

il-fattur korrispondenti tal-emissjonijiet tal-elettriku kkunsmat;

(d)

l-ammont ta’ emissjonijiet indiretti integrati speċifiċi, li għandhom jiġu ddeterminati billi l-emissjonijiet indiretti integrati attribwiti tal-proċessi tal-produzzjoni jiġu kkonvertiti f’emissjonijiet indiretti speċifiċi tal-oġġetti espressi bħala CO2e għal kull tunnellata f’konformità mat-Taqsimiet F u G tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

4.   Meta r-regoli għad-determinazzjoni tad-data jkunu differenti minn dawk indikati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, id-dikjarant tar-rapportar għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali u deskrizzjoni fuq il-bażi metodoloġika tar-regoli użati biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet integrati. Ir-regoli deskritti għandhom iwasslu għal kopertura u akkuratezza simili tad-data dwar l-emissjonijiet, inklużi l-konfini tas-sistemi, il-proċessi tal-produzzjoni mmonitorjati, il-fatturi tal-emissjonijiet u metodi oħra użati għall-kalkoli u għar-rapportar.

5.   Għall-finijiet tar-rapportar, id-dikjarant tar-rapportar jista’ jitlob li l-operatur juża mudell elettroniku pprovdut mill-Kummissjoni u jipprovdi l-kontenut tal-komunikazzjoni fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness IV.

Artikolu 4

Kalkolu tal-emissjonijiet integrati

1.   Għall-fini tal-Artikolu 3(2), l-emissjonijiet integrati speċifiċi ta’ oġġetti prodotti f’installazzjoni għandhom jiġu ddeterminati bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin, li jkunu bbażati fuq l-għażla tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ iddeterminata f’konformità mal-punt B.2 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament, li tkun tikkonsisti minn:

(a)

id-determinazzjoni tal-emissjonijiet minn flussi minn sorsi abbażi ta’ data dwar l-attività miksuba permezz ta’ sistemi ta’ kejl u fatturi ta’ kalkolu minn analiżijiet tal-laboratorju jew valuri standard;

(b)

id-determinazzjoni tal-emissjonijiet minn sorsi ta’ emissjonijiet permezz ta’ kejl kontinwu tal-konċentrazzjoni tal-gass serra rilevanti fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija u tal-fluss tat-tromba taċ-ċumnija.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-emissjonijiet integrati speċifiċi ta’ oġġetti prodotti f’installazzjoni jistgħu jiġu ddeterminati bl-użu ta’ wieħed mill-metodi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar li ġejjin, jekk iwasslu għal kopertura u akkuratezza simili tad-data dwar l-emissjonijiet meta mqabbla mal-metodi elenkati f’dak il-paragrafu:

(a)

skema ta’ pprezzar tal-karbonju fejn tinsab l-installazzjoni, jew

(b)

skema obbligatorja ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet fejn tinsab l-installazzjoni, jew

(c)

skema ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-installazzjoni li tista’ tinkludi verifika minn verifikatur akkreditat.

3.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, sal-31 ta’ Lulju 2024, għal kull importazzjoni ta’ oġġetti li d-dikjarant tar-rapportar ma jkollux l-informazzjoni kollha elenkata fl-Artikolu 3(2) u (3), id-dikjarant tar-rapportar jista’ juża metodi oħrajn għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet, inkluż valuri prestabbiliti magħmula disponibbli u ppubblikati mill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ tranżizzjoni jew kwalunkwe valur prestabbilit ieħor kif speċifikat fl-Anness III. F’każijiet bħal dawn, id-dikjarant tar-rapportar għandu jindika u jirreferi fir-rapporti tas-CBAM il-metodoloġija segwita għall-istabbiliment ta’ tali valuri.

Artikolu 5

Użu ta’ valuri stmati

B’deroga mill-Artikolu 4, sa 20 % tal-emissjonijiet integrati totali ta’ oġġetti kumplessi jistgħu jkunu bbażati fuq stimi magħmula disponibbli mill-operaturi tal-installazzjonijiet.

Artikolu 6

Ġbir tad-data u rapportar rigward l-ipproċessar attiv

1.   Għall-oġġetti mqiegħda taħt ipproċessar attiv u sussegwentement rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera bħala l-istess oġġetti jew bħala prodotti pproċessati, id-dikjarant tar-rapportar għandu jippreżenta fir-rapporti tas-CBAM, għat-trimestru ta’ wara t-trimestru meta jkun seħħ ir-rilaxx mill-proċedura doganali f’konformità mal-Artikolu 257 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kwantitajiet ta’ oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 li ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera wara l-ipproċessar attiv matul dak il-perjodu;

(b)

l-emissjonijiet integrati li jikkorrispondu għal dawk il-kwantitajiet ta’ oġġetti msemmija fil-punt (a) li jkunu ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera wara l-ipproċessar attiv matul dak il-perjodu;

(c)

il-pajjiż tal-oriġini tal-oġġetti msemmija fil-punt (a), fejn magħrufa;

(d)

l-installazzjonijiet fejn ġew prodotti l-oġġetti msemmija fil-punt (a), fejn magħrufa;

(e)

il-kwantitajiet ta’ oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 imqiegħda taħt ipproċessar attiv li rriżultaw fi prodotti pproċessati li ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera matul dak il-perjodu;

(f)

l-emissjonijiet integrati li jikkorrispondu għall-oġġetti li ntużaw biex jiġu prodotti l-kwantitajiet ta’ prodotti pproċessati msemmija fil-punt (e);

(g)

f’każ ta’ deroga għall-polza ta’ verifika mogħtija mid-dwana f’konformità mal-Artikolu 175 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (11), id-dikjarant tar-rapportar għandu jippreżenta d-deroga.

2.   Ir-rapportar u l-kalkolu tal-emissjonijiet integrati msemmija fil-punti (b) u (f) tal-paragrafu 1 għandhom isiru f’konformità mal-Artikoli 3, 4 u 5.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, meta l-prodotti pproċessati jew l-oġġetti mqiegħda taħt l-ipproċessar attiv jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera f’konformità mal-Artikolu 170(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, l-emissjonijiet integrati msemmija fil-punti (b) u (f) tal-paragrafu għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-emissjonijiet integrati medji ponderati tat-totalità tal-oġġetti tal-istess kategorija ta’ oġġetti tas-CBAM kif definita fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u mqiegħda taħt il-proċedura tal-ipproċessar attiv mill-1 ta’ Ottubru 2023.

L-emissjonijiet integrati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

(a)

l-emissjonijiet integrati tal-punt (b) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu l-emissjonijiet integrati totali tal-oġġetti mqiegħda taħt ipproċessar attiv li jiġu importati, u

(b)

l-emissjonijiet integrati tal-punt (f) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu l-emissjonijiet integrati totali tal-oġġetti mqiegħda taħt ipproċessar attiv li ntużaw f’operazzjoni ta’ pproċessar waħda jew iktar immultiplikati bil-kwantitajiet perċentwali tal-prodotti pproċessati miksuba minnhom li jkunu importati.

Artikolu 7

Rapportar ta’ informazzjoni rigward il-prezz tal-karbonju dovut

1.   Fejn ikun applikabbli, id-dikjarant tar-rapportar għandu jipprovdi fir-rapporti tas-CBAM l-informazzjoni li ġejja rigward il-prezz tal-karbonju dovut f’pajjiż tal-oriġini għall-emissjonijiet integrati:

(a)

it-tip ta’ prodott indikat bil-kodiċi NM;

(b)

it-tip ta’ prezz tal-karbonju;

(c)

il-pajjiż, fejn huwa dovut prezz tal-karbonju;

(d)

forma ta’ ribass jew kwalunkwe forma oħra ta’ kumpens disponibbli f’dak il-pajjiż li kienu jirriżultaw fi tnaqqis ta’ dak il-prezz tal-karbonju;

(e)

l-ammont tal-prezz tal-karbonju dovut, deskrizzjoni tal-istrument tal-ipprezzar tal-karbonju u l-mekkaniżmi ta’ kumpens possibbli;

(f)

indikazzjoni tad-dispożizzjoni ta’ att legali li tipprevedi l-prezz tal-karbonju, ir-ribass, jew forom oħra ta’ kumpens rilevanti, inkluża kopja tal-att legali;

(g)

il-kwantità ta’ emissjonijiet diretti jew indiretti integrati koperti;

(h)

il-kwantità ta’ emissjonijiet integrati koperti minn kwalunkwe ribass jew forma oħra ta’ kumpens, inklużi allokazzjonijiet bla ħlas, jekk ikunu applikabbli.

2.   L-ammonti monetarji msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, se jiġu kkonvertiti f’Euro abbażi tar-rati tal-kambju medji tas-sena ta’ qabel is-sena meta jkun dovut ir-rapport. Ir-rati tal-kambju medji annwali għandhom ikunu bbażati fuq kwotazzjonijiet ippubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew. Għall-muniti li għalihom ma tkunx ġiet ippubblikata kwotazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew, ir-rati tal-kambju medji annwali għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni disponibbli pubblikament dwar ir-rati tal-kambju effettivi. Ir-rati tal-kambju medji annwali għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.

Artikolu 8

Preżentazzjoni tar-rapporti tas-CBAM

1.   Għal kull trimestru mill-1 ta’ Ottubru 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2025, id-dikjarant tar-rapportar għandu jippreżenta r-rapport tas-CBAM lir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM sa mhux iktar tard minn xahar wara t-tmiem ta’ dak it-trimestru.

2.   Fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, id-dikjarant tar-rapportar għandu jipprovdi l-informazzjoni u jindika, jekk:

(a)

ir-rapport tas-CBAM jiġi ppreżentat minn importatur f’ismu stess;

(b)

ir-rapport tas-CBAM jiġi ppreżentat minn rappreżentant doganali indirett f’isem importatur.

3.   Meta rappreżentant doganali indirett ma jaqbilx li jwettaq l-obbligi ta’ rapportar tal-importatur skont dan ir-Regolament, ir-rappreżentant doganali indirett għandu jinnotifika lill-importatur bl-obbligu li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) 2023/956.

4.   Ir-rapporti tas-CBAM għandhom jinkludu l-informazzjoni fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

5.   Ir-rapport tas-CBAM, ladarba jiġi ppreżentat fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, għandu jiġi allokat ID tar-Rapport uniku.

Artikolu 9

Modifika u korrezzjoni tar-rapporti tas-CBAM

1.   Id-dikjarant tar-rapportar jista’ jimmodifika rapport tas-CBAM ippreżentat sa xahrejn wara t-tmiem tat-trimestru ta’ rapportar rilevanti.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, dikjarant tar-rapportar jista’ jimmodifika r-rapporti tas-CBAM għall-ewwel żewġ perjodi ta’ rapportar sal-iskadenza tal-preżentazzjoni għat-tielet rapport tas-CBAM.

3.   Fuq talba ġustifikata tad-dikjarant tar-rapportar, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta dik it-talba u meta jkun xieraq għandha tippermetti lid-dikjarant tar-rapportar jerġa’ jippreżenta rapport tas-CBAM jew jikkoreġih wara l-iskadenza msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u fi żmien sena wara t-tmiem tat-trimestru tar-rapportar rilevanti. Il-preżentazzjoni mill-ġdid tar-rapport tas-CBAM ikkoreġut jew il-korrezzjoni, kif ikun applikabbli, għandha ssir sa mhux iktar tard minn xahar wara l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmotivaw ir-rifjut tat-talba prevista fil-paragrafu 3 u jinformaw lid-dikjarant tar-rapportar dwar id-drittijiet li jappella.

5.   Rapport tas-CBAM sakemm ikun hemm tilwima ma jistax jiġi mmodifikat. Jista’ jiġi sostitwit biex jitqies l-eżitu ta’ dik it-tilwima.

KAPITOLU III

AMMINISTRAZZJONI FIR-RIGWARD TAR-RAPPORTAR TAS-CBAM

Artikolu 10

Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM

1.   Ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għandu jkun bażi tad-data elettronika standardizzata u sigura li jkun fiha elementi tad-data komuni għar-rapportar matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u għall-għoti ta’ aċċess, trattament tal-każijiet u kunfidenzjalità.

2.   Ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għandu jippermetti l-komunikazzjoni, il-kontrolli u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet doganali, u d-dikjaranti tar-rapportar f’konformità mal-Kapitolu V.

Artikolu 11

Kontrolli tar-rapporti tas-CBAM u l-użu tal-informazzjoni mill-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni tista’ tikkontrolla r-rapporti tas-CBAM biex tivvaluta l-konformità mal-obbligi ta’ rapportar tad-dikjaranti tar-rapportar fil-perjodu ta’ tranżizzjoni u sa 3 xhur wara li l-aħħar rapport tas-CBAM kellu jkun ippreżentat.

2.   Il-Kummissjoni għandha tuża r-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, u l-informazzjoni li tinsab f’dak ir-Reġistru biex twettaq il-kompiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2023/956.

Artikolu 12

Valutazzjoni indikattiva mill-Kummissjoni

1.   Għal finijiet indikattivi, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri lista ta’ dikjaranti tar-rapportar stabbiliti fl-Istat Membru li dwarhom il-Kummissjoni għandha raġunijiet biex temmen li naqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jippreżentaw rapport tas-CBAM.

2.   Meta l-Kummissjoni tqis li rapport tas-CBAM ma fihx l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Artikoli 3 sa 7 jew tqis rapport bħala mhux komplut jew mhux korrett f’konformità mal-Artikolu 13, il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-valutazzjoni indikattiva dwar dak ir-rapport tas-CBAM lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit id-dikjarant tar-rapportar.

Artikolu 13

Rapporti tas-CBAM mhux kompluti jew mhux korretti

1.   Rapport tas-CBAM għandu jitqies mhux komplut meta d-dikjarant tar-rapportar ikun naqas milli jirrapporta f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Rapport tas-CBAM għandu jitqies bħala mhux korrett fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

id-data jew l-informazzjoni fir-rapport ippreżentat ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 7 u fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(b)

id-dikjarant tar-rapportar ikun ippreżenta data u informazzjoni ħżiena;

(c)

meta d-dikjarant tar-rapportar ma jipprovdix ġustifikazzjoni adegwata għall-użu tar-regoli dwar ir-rapportar għajr dawk elenkati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Valutazzjoni tar-rapporti tas-CBAM u l-użu ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tad-dikjarant tar-rapportar għandha tibda r-rieżami u tivvaluta d-data, l-informazzjoni, il-lista tad-dikjaranti tar-rapportar ikkomunikati mill-Kummissjoni u l-valutazzjoni indikattiva kif imsemmi fl-Artikolu 12 fi żmien tliet xhur mill-komunikazzjoni ta’ dik il-lista jew il-valutazzjoni indikattiva.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM u l-informazzjoni li tinsab f’dak ir-Reġistru, biex iwettqu l-kompiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2023/956.

3.   Fil-perjodu ta’ tranżizzjoni jew wara dan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jibdew il-proċedura ta’ korrezzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

rapporti tas-CBAM mhux kompluti jew mhux korretti;

(b)

nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ rapport tas-CBAM.

4.   Meta l-awtorità kompetenti tibda l-proċedura ta’ korrezzjoni, id-dikjarant tar-rapportar għandu jiġi nnotifikat li r-rapport qed jiġi rieżaminat, u li hija meħtieġa informazzjoni addizzjonali. It-talba għal informazzjoni addizzjonali mill-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikoli 3 sa 7. Id-dikjarant tar-rapportar għandu jippreżenta l-informazzjoni addizzjonali permezz tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.

5.   L-awtorità kompetenti, jew kwalunkwe awtorità oħra maħtura mill-awtorità kompetenti, għandha tagħti l-awtorizzazzjoni biex taċċessa r-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM u tiġġestixxi r-reġistrazzjoni fil-livell nazzjonali filwaqt li tqis in-numru EORI f’konformità mal-arranġament tekniku stabbilit fl-Artikolu 20.

Artikolu 15

Kunfidenzjalità

1.   Id-deċiżjonijiet kollha tal-awtoritajiet kompetenti u l-informazzjoni kollha miksuba mill-awtorità kompetenti matul it-twettiq tad-dmir tagħha relatat mar-rapportar skont dan ir-Regolament, li tkun kunfidenzjali, jew li tiġi pprovduta fuq bażi kunfidenzjali, għandhom ikunu koperti mill-obbligu tas-segretezza professjonali. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi żvelata mill-awtorità kompetenti mingħajr il-permess espliċitu tal-persuna jew tal-awtorità li pprovdietha.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, tali informazzjoni tista’ tiġi żvelata mingħajr permess meta dan ir-Regolament ikun jipprevedi dan u meta l-awtorità kompetenti tkun obbligata jew awtorizzata tiżvelaha bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw l-informazzjoni kunfidenzjali msemmija fil-paragrafu 1 lill-awtoritajiet doganali tal-Unjoni.

3.   Kwalunkwe divulgazzjoni jew komunikazzjoni ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandha ssir f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

KAPITOLU IV

INFURZAR

Artikolu 16

Penali

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw penali fil-każijiet li ġejjin:

(a)

id-dikjarant tar-rapportar ma jkunx ħa l-passi meħtieġa biex jikkonforma mal-obbligu li jippreżenta rapport tas-CBAM, jew

(b)

meta r-rapport tas-CBAM ma jkunx korrett jew ma jkunx komplut f’konformità mal-Artikolu 13, u d-dikjarant tar-rapportar ma jkunx ħa l-passi meħtieġa biex jikkoreġi r-rapport tas-CBAM meta l-awtorità kompetenti tkun bdiet il-proċedura ta’ korrezzjoni f’konformità mal-Artikolu 14(4).

2.   L-ammont tal-penali għandu jkun bejn EUR 10 u EUR 50 għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet mhux irrapportati. Il-penali għandha tiżdied skont l-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumatur.

3.   Meta jiddeterminaw l-ammont reali ta’ penali, għall-emissjonijiet mhux irrapportati kkalkulati abbażi tal-valuri prestabbiliti magħmula disponibbli u ppubblikati mill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-fatturi li ġejjin:

(a)

il-firxa ta’ informazzjoni mhux irrapportata;

(b)

il-kwantitajiet mhux irrapportati ta’ oġġetti importati u l-emissjonijiet mhux irrapportati relatati ma’ dawk l-oġġetti;

(c)

il-prontezza tad-dikjarant tar-rapportar biex jikkonforma mat-talbiet għal informazzjoni jew biex jikkoreġi r-rapport tas-CBAM;

(d)

l-imġiba intenzjonata jew negliġenti tad-dikjarant tar-rapportar;

(e)

l-imġiba fl-imgħoddi tad-dikjarant tar-rapportar fir-rigward tal-konformità mal-obbligi ta’ rapportar;

(f)

il-livell ta’ kooperazzjoni tad-dikjarant tar-rapportar biex jintemm il-ksur;

(g)

jekk id-dikjarant tar-rapportar jkunx ħa miżuri b’mod volontarju biex jiżgura li ma jkunx jista’ jitwettaq ksur simili fil-futur.

4.   Għandhom jiġu applikati penali ogħla meta jkunu ġew ippreżentati aktar minn żewġ rapporti konsekuttivi mhux kompluti jew mhux korretti skont it-tifsira tal-Artikolu 13 jew it-tul ta’ żmien tan-nuqqas ta’ rapportar jaqbeż is-6 xhur.

KAPITOLU V

ELEMENTI TEKNIĊI RIGWARD IR-REĠISTRU TRANŻIZZJONALI TAS-CBAM

TAQSIMA 1

Introduzzjoni

Artikolu 17

Sistema ċentrali fil-kamp ta’ applikazzjoni

1.   Ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għandu jkun interoperabbli:

(a)

is-sistema tal-Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u tal-Firma Diġitali (UUM&DS) għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-utenti u tal-ġestjoni tal-aċċess għall-Kummissjoni, għall-Istati Membri, u għad-dikjaranti tar-rapportar, kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1070;

(b)

ir-Reġistrazzjoni u l-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI) għall-fini tal-validazzjoni u tal-irkupru tal-Informazzjoni dwar l-Identità tal-Operatur Ekonomiku, kif imsemmi fl-Artikolu 30 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1070, għad-data stabbilita fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament;

(c)

is-sistema ta’ Sorveljanza għall-fini tal-irkupru ta’ informazzjoni dwar id-Dikjarazzjonijiet tal-Importazzjonijiet Doganali għall-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 għall-kontrolli tar-rapporti tas-CBAM u għall-konformità, żviluppata permezz tas-Sorveljanza 3 tal-KDU (SURV3), kif imsemmi fl-Artikolu 99 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1070.

(d)

is-sistema tat-TARIC kif imsemmija fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

2.   Ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għandu jkun interoperabbli ma’ sistemi deċentralizzati kif żviluppati jew aġġornati permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2151, għall-fini li tiġi rkuprata l-informazzjoni dwar id-Dikjarazzjonijiet tal-Importazzjonijiet Doganali għall-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956, kif speċifikat fl-Anness VI u fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament, u biex jiġu kkontrollati r-rapporti tas-CBAM u tiġi żgurata l-konformità tad-dikjaranti tar-rapportar meta dik l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fis-sistema tal-SURV3.

Artikolu 18

Punti ta’ kuntatt għas-sistemi elettroniċi

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta’ kuntatt għal kull sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, għall-finijiet tal-iskambju ta’ informazzjoni biex jiġi żgurat żvilupp, tħaddim u manutenzjoni koordinati ta’ dawk is-sistemi elettroniċi.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta’ dawn il-punti ta’ kuntatt lil xulxin u jinfurmaw lil xulxin minnufih bi kwalunkwe tibdil f’dawk id-dettalji.

TAQSIMA 2

Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM

Artikolu 19

Struttura tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM

Ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għandu jikkonsisti mill-komponenti komuni li ġejjin (“komponenti komuni”):

(a)

il-Portal tan-Negozjanti tas-CBAM (CBAM TP);

(b)

il-Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM (CBAM CAP) b’żewġ spazji segregati:

(1)

waħda għall-Awtoritajiet Kompetenti Nazzjonali (CBAM CAP/N) u;

(2)

oħra għall-Kummissjoni (CBAM CAP/C).

(c)

il-Ġestjoni tal-Aċċess għall-Utenti tas-CBAM;

(d)

is-Servizzi ta’ Back End tar-Reġistru tas-CBAM (CBAM BE);

(e)

il-paġna pubblika tas-CBAM fuq is-sit web Europa.

Artikolu 20

Termini ta’ kollaborazzjoni fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM

1.   Il-Kummissjoni għandha tipproponi t-Termini ta’ Kollaborazzjoni, Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz, u Pjan ta’ sigurtà, għal qbil mal-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha topera r-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM f’konformità mat-termini maqbula.

2.   Ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għandu jintuża fir-rigward tar-rapporti tas-CBAM u tar-Rekords tad-Dikjarazzjonijiet tal-Importazzjoni li magħhom huma relatati dawn ir-rapporti.

Artikolu 21

Il-Ġestjoni tal-Aċċess għall-Utenti tas-CBAM

1.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tad-dikjarant tar-rapportar għall-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956, għall-finijiet tal-aċċess għall-komponenti tar-Reġistru tas-CBAM għandhom isiru bl-użu tas-sistema tal-UUM&DS kif imsemmi fl-Artikolu 17(1), il-punt (a).

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi ta’ awtentikazzjoni li jippermettu lill-utenti tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM jaċċessaw b’mod sigur dak ir-Reġistru.

3.   Il-Kummissjoni għandha tuża l-UUM&DS biex tagħti l-awtorizzazzjoni għall-aċċess tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM lill-persunal tagħha u biex tipprovdi d-delegazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu l-awtorizzazzjonijiet tagħhom.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l-UUM&DS biex jagħtu l-awtorizzazzjoni għall-aċċess tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM lill-persunal tagħhom u lid-dikjaranti tar-rapportar stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom.

5.   Awtorità kompetenti tista’ tagħżel li tuża sistema ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess stabbilita fl-Istat Membru tagħha skont l-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament (sistema doganali nazzjonali tal-eIDAS) biex tipprovdi l-kredenzjali meħtieġa għall-aċċess tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.

Artikolu 22

Portal tan-Negozjanti tas-CBAM

1.   Il-Portal tan-Negozjanti tas-CBAM għandu jkun il-punt uniku ta’ dħul fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għad-dikjaranti tar-rapportar. Il-portal għandu jkun aċċessibbli mill-Internet.

2.   Il-Portal tan-Negozjanti tas-CBAM għandu jinteropera mas-servizzi back end tar-Reġistru tas-CBAM.

3.   Il-Portal tan-Negozjanti tas-CBAM għandu jintuża mid-dikjarant tar-rapportar:

(a)

għall-preżentazzjoni tar-rapporti tas-CBAM permezz ta’ interfaċċa tal-web jew interfaċċa bejn Sistema u Sistema, u;

(b)

għar-riċeviment ta’ notifiki relatati mal-obbligi ta’ konformità tas-CBAM tagħhom.

4.   Il-Portal tan-Negozjanti tas-CBAM għandu joffri faċilitajiet għad-dikjaranti tar-rapportar biex jaħżnu l-informazzjoni dwar installazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi u l-emissjonijiet integrati għall-użu mill-ġdid aktar tard tagħhom.

5.   L-aċċess għall-Portal tan-Negozjanti tas-CBAM għandu jkun ġestit esklużivament mill-Ġestjoni tal-Aċċess tas-CBAM imsemmija fl-Artikolu 26.

Artikolu 23

Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM (CBAM CAP) għall-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti tas-CBAM (CBAM CAP/N)

1.   Il-Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM għall-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti għandu jkun il-punt uniku ta’ dħul fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għall-awtoritajiet kompetenti. Il-portal għandu jkun aċċessibbli mill-Internet.

2.   Il-Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM għall-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti għandu jinteropera mas-Servizzi Back End tar-Reġistru tas-CBAM permezz tan-network intern tal-Kummissjoni.

3.   Il-Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM għall-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti għandu jintuża mill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-kompiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2023/956.

4.   L-aċċess għall-Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM għall-Awtoritajiet Kompetenti Nazzjonali għandu jkun ġestit esklużivament mill-Ġestjoni tal-Aċċess tas-CBAM imsemmija fl-Artikolu 26.

Artikolu 24

Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM (CBAM CAP) għall-Kummissjoni (CBAM CAP/C)

1.   Il-Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM għall-Kummissjoni għandu jkun il-punt uniku ta’ dħul għar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għall-Kummissjoni. Il-portal għandu jkun aċċessibbli fuq in-network intern tal-Kummissjoni u fuq l-Internet.

2.   Il-Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM għall-Kummissjoni għandu jinteropera mas-servizzi back end tar-Reġistru tas-CBAM fuq in-network intern tal-Kummissjoni.

3.   Il-Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM għall-Kummissjoni għandu jintuża mill-Kummissjoni biex twettaq il-kompiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2023/956.

4.   L-aċċess għall-Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM għall-Kummissjoni għandu jkun ġestit esklużivament mill-Ġestjoni tal-Aċċess tas-CBAM imsemmija fl-Artikolu 26.

Artikolu 25

Is-Servizzi Back End tar-Reġistru tas-CBAM (CBAM BE)

1.   Is-Servizzi Back End tar-Reġistru tas-CBAM għandhom iservu għat-talbiet kollha mqiegħda minn:

(a)

id-dikjaranti tar-rapportar permezz tal-Portal tan-Negozjanti tas-CBAM;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti permezz tal-Portal/N tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM;

(c)

il-Kummissjoni permezz tal-Portal/C tal-Awtorità Kompetenti tas-CBAM.

2.   Is-Servizzi Back End tar-Reġistru tas-CBAM għandhom jaħżnu b’mod ċentrali u jiġġestixxu l-informazzjoni kollha fdata lir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM. Dan għandu jiggarantixxi l-persistenza, l-integrità u l-koerenza tagħhom ta’ dik l-informazzjoni.

3.   Is-Servizzi Back End tar-Reġistru tas-CBAM għandhom jiġu ġestiti mill-Kummissjoni.

4.   L-aċċess għas-Servizzi Back End tar-Reġistru tas-CBAM għandu jkun ġestit esklużivament mill-Ġestjoni tal-Aċċess tas-CBAM imsemmija fl-Artikolu 26.

Artikolu 26

Sistema ta’ ġestjoni tal-aċċess

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi s-sistema ta’ ġestjoni tal-aċċess biex tivvalida t-talbiet għall-aċċess ippreżentati mid-dikjaranti tar-rapportar u minn persuni oħra fis-sistema tal-UUM&DS kif imsemmi fl-Artikolu 17(1), il-punt (a), billi tikkollega s-sistemi ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess tal-Istati Membri u tal-UEskont l-Artikolu 27.

Artikolu 27

Sistema ta’ ġestjoni tal-amministrazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi s-sistema ta’ ġestjoni tal-amministrazzjoni għall-ġestjoni tal-awtentikazzjoni u tal-awtorizzazzjoni, id-data tal-identifikazzjoni ta’ dikjaranti tar-rapportar u ta’ persuni oħrajn bil-għan li jkun permess l-aċċess għas-sistemi elettroniċi.

Artikolu 28

Sistemi ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess tal-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess, jew jużaw sistemi eżistenti, biex jiżguraw:

(a)

reġistrazzjoni u ħżin siguri tad-data tal-identifikazzjoni ta’ dikjaranti tar-rapportar u ta’ persuni oħrajn;

(b)

skambju sigur tad-data tal-identifikazzjoni ffirmata u kriptata ta’ dikjaranti tar-rapportar u ta’ persuni oħrajn.

TAQSIMA 3

Il-funzjonament tas-sistemi elettroniċi u t-taħriġ fl-użu tagħhom

Artikolu 29

L-iżvilupp, l-ittestjar, l-użu, u l-ġestjoni tas-sistemi elettroniċi

1.   Il-komponenti komuni tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għandhom jiġu żviluppati, ittestjati, użati, u ġestiti mill-Kummissjoni, u jistgħu jiġu ttestjati mill-Istati Membri. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tad-dikjarant tar-rapportar għandha tikkomunika d-deċiżjonijiet dwar il-penali mal-eżitu rispettiv ta’ dak il-proċess lill-Kummissjoni, permezz ta’ sistemi elettroniċi żviluppati fil-livell nazzjonali, marbuta mal-infurzar u mal-penali, jew b’mezzi oħra.

2.   Il-Kummissjoni għandha tfassal u żżomm l-ispeċifikazzjonijiet komuni tal-interfaċċi mal-komponenti ta’ sistemi elettroniċi żviluppati fil-livell nazzjonali f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.

3.   Meta jkun xieraq, għandhom jiġu definiti speċifikazzjonijiet tekniċi komuni mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, u soġġetti għal rieżami minnhom, bil-ħsieb li jintużaw meta jasal iż-żmien. L-Istati Membri u, meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandhom jimpenjaw ruħhom fl-iżvilupp u fl-użu tas-sistemi. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw ukoll mad-dikjaranti tar-rapportar u ma’ partijiet ikkonċernati oħra.

Artikolu 30

Manutenzjoni tas-sistemi elettroniċi u bidliet fihom

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq il-manutenzjoni tal-komponenti komuni u l-Istati Membri għandhom iwettqu l-manutenzjoni tal-komponenti nazzjonali tagħhom.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura tħaddim mingħajr interruzzjoni tas-sistemi elettroniċi.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tibdel il-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi biex tikkoreġi l-ħsarat, biex iżżid funzjonalitajiet ġodda jew biex tibdel dawk eżistenti.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bil-bidliet u bl-aġġornamenti tal-komponenti komuni.

5.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni dwar il-bidliet u l-aġġornamenti fis-sistemi elettroniċi stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 disponibbli pubblikament.

Artikolu 31

Ħsara temporanja fis-sistemi elettroniċi

1.   F’każ ta’ ħsara temporanja fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, id-dikjaranti tar-rapportar u persuni oħra għandhom jippreżentaw l-informazzjoni meħtieġa biex jissodisfaw il-formalitajiet meħtieġa bil-mezzi stabbiliti mill-Kummissjoni, inkluż b’mezzi għajr tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u lid-dikjaranti tar-rapportar dwar kwalunkwe nuqqas ta’ disponibbiltà tas-sistemi elettroniċi li jirriżulta minn ħsara temporanja.

3.   Il-Kummissjoni għandha tħejji pjan għall-kontinwità tal-operat tas-CBAM li għandu jiġi maqbul bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. F’każ ta’ ħsara temporanja fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kundizzjonijiet biex jiġi attivat.

Artikolu 32

Appoġġ ta’ taħriġ dwar l-użu u l-funzjonament tal-komponenti komuni

Il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri fl-użu u fil-funzjonament tal-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi billi tipprovdi l-materjal xieraq għat-taħriġ.

TAQSIMA 4

Protezzjoni tad-data, il-ġestjoni tad-data u s-sjieda u s-sigurtà tas-sistemi elettroniċi

Artikolu 33

Protezzjoni tad-data personali

1.   Id-data personali rreġistrata fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, u l-komponenti tas-sistemi elettroniċi żviluppati fil-livell nazzjonali għandhom jiġu pproċessati għall-finijiet tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 filwaqt li jitqiesu l-objettivi speċifiċi ta’ dawk il-bażijiet tad-data kif stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-finijiet li għalihom id-data personali tista’ tiġi pproċessata għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

Finijiet ta’ awtentikazzjoni u ta’ ġestjoni tal-aċċess;

(b)

Monitoraġġ, kontrolli u rieżami tar-rapporti tas-CBAM;

(c)

Komunikazzjoni u notifiki;

(d)

Konformità u proċedimenti ġudizzjarji;

(e)

Funzjonament tal-infrastruttura tal-IT, inkluż l-interoperabbiltà ma’ sistemi deċentralizzati skont dan ir-Regolament;

(f)

Statistika u rieżami tal-funzjonament tar-Regolament (UE) 2023/956 u ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jikkooperaw, f’konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2018/1725, biex jiżguraw superviżjoni kkoordinata tal-ipproċessar tad-data personali rreġistrata fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM u tal-komponenti ta’ sistemi elettroniċi żviluppati fil-livell nazzjonali.

3.   Id-dispożizzjonijiet li hemm f’dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ rettifika tad-data personali f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Artikolu 34

Limitazzjoni tal-aċċess għad-data u l-ipproċessar tad- data

1.   Id-data rreġistrata fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM minn dikjarant tar-rapportar tista’ tiġi aċċessata jew inkella pproċessata minn dak id-dikjarant tar-rapportar. Tista’ tiġi aċċessata wkoll u pproċessata b’mod ieħor mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Meta jiġu identifikati inċidenti u problemi fil-proċessi operazzjonali fil-forniment tas-servizzi tas-sistemi fejn il-Kummissjoni taġixxi bħala proċessur, il-Kummissjoni jista’ jkollha aċċess għad-data f’dawn il-proċessi biss għall-fini li ssolvi inċident irreġistrat jew problema rreġistrata. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kunfidenzjalità ta’ tali data.

Artikolu 35

Sjieda tas-sistema

Il-Kummissjoni għandha tkun is-sid tas-sistema tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.

Artikolu 36

Sigurtà tas-sistema

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura s-sigurtà tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.

2.   Għal dawk il-finijiet, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex:

(a)

jipprevjenu lil kwalunkwe persuna mhux awtorizzata milli jkollha aċċess għall-installazzjonijiet li jintużaw għall-ipproċessar tad-data;

(b)

jipprevjenu d-dħul ta’ data u kwalunkwe konsultazzjoni, modifika jew tħassir ta’ data minn persuni mhux awtorizzati;

(c)

jidentifikaw kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

3.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin bi kwalunkwe attività li tista’ tirriżulta fi ksur jew f’suspett ta’ ksur tas-sigurtà tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.

4.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet ta’ sigurtà li jikkonċernaw ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.

Artikolu 37

Kontrollur għar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM

Għar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM u fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaġixxu bħala kontrolluri konġunti kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2016/679 u kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 38

Perjodu taż-żamma tad- data

1.   Sabiex jinkisbu l-objettivi skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2023/956, b’mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu, il-perjodu taż-żamma tad-data għad-data fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għandu jkun limitat għal 5 snin mill-wasla tar-rapport tas-CBAM.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, meta jkun ġie ppreżentat appell jew meta jkunu bdew proċedimenti tal-qorti li jinvolvu data maħżuna fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, dik id-data għandha tinżamm sakemm jintemmu l-proċedura tal-appell jew il-proċedimenti tal-qorti u għandha tintuża biss għall-fini tal-proċedura tal-appell jew tal-proċedimenti tal-qorti msemmija hawn fuq.

Artikolu 39

Valutazzjoni tas-sistemi elettroniċi

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjonijiet tal-komponenti li huma responsabbli għalihom u għandhom b’mod partikolari janalizzaw is-sigurtà u l-integrità ta’ dawk il-komponenti u l-kunfidenzjalità tad-data pproċessata f’dawk il-komponenti.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin bir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

Artikolu 40

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(4)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ir-Regolament tal-UE dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1070 tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar l-arranġamenti tekniċi għall-iżvilupp, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ sistemi elettroniċi għall-iskambju u l-ħżin tal-informazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 143, 2.6.2023, p. 65).

(8)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151 tat-13 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma relatat mal-iżvilupp u t-tnedija tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 168).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (TARIC) (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(11)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).


ANNESS I

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata fir-rapporti tas-CBAM

Id-dikjarant tar-rapportar għandu jsegwi l-istruttura tar-rapport tas-CBAM elenkata fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness u pprovduta fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, u jinkludi l-informazzjoni dettaljata elenkata fit-Tabella 2 ta’ dan l-Anness, meta jissottometti r-rapport tas-CBAM.

Tabella 1

Struttura tar-rapport tas-CBAM

Rapport tas-CBAM

Data tal-ħruġ tar-rapport

ID tal-abbozz tar-rapport

ID tar-rapport

Perjodu tar-rapportar

Sena

--Dikjarant tar-rapportar

----Indirizz

--Rappreżentant  (*1)

----Indirizz

--Importatur  (*1)

----Indirizz

--Awtorità kompetenti

--Firem

----Konferma tar-rapport

----Tip ta’ metodoloġija ta’ rapportar applikabbli

--Rimarki

--Oġġetti tas-CBAM importati

Numru tal-oġġett tal-oġġetti

----Rappreżentant  (*1)

------Indirizz

----Importatur  (*1)

------Indirizz

----Kodiċi tal-komodità

Kodiċi tas-subintestatura tas-sistema armonizzata

Kodiċi tan-nomenklatura magħquda

------Dettalji tal-komodità

----Pajjiż ta’ oriġini

----Kwantità importata għal kull proċedura doganali

------Proċedura

--------Informazzjoni tal-ipproċessar attiv

------Qasam tal-importazzjoni

------Miżura dwar l-oġġetti (għal kull proċedura)

------Miżura dwar l-oġġetti (ipproċessar attiv)

------Referenzi speċjali għall-oġġetti

----Miżura dwar l-oġġetti (importati)

----Emissjonijiet totali tal-oġġetti importati

----Dokumenti ta’ sostenn (għall-oġġetti)

------Dokumenti mehmuża

----Rimarki

----Emissjonijiet tal-oġġetti tas-CBAM

Numru tas-sekwenza tal-emissjonijiet

Pajjiż tal-produzzjoni

------L-isem tal-kumpanija tal-installazzjoni

--------Indirizz

--------Dettalji ta’ kuntatt

------Installazzjoni

--------Indirizz

------Miżura dwar l-oġġetti (prodotti)

------Emissjonijiet tal-installazzjoni

------Emissjonijiet integrati diretti

------Emissjonijiet integrati indiretti

------Metodu tal-produzzjoni u parametri kwalifikanti

--------Parametri kwalifikanti tal-emissjonijiet diretti

--------Parametri kwalifikanti tal-emissjonijiet indiretti

------Dokumenti ta’ sostenn (għad-definizzjoni tal-emissjonijiet)

--------Dokumenti mehmuża

------Il-prezz tal-karbonju dovut

-------- Oġġetti koperti mill-prezz tal-karbonju dovut

------Miżura dwar l-oġġetti (koperti)

------Rimarki


Tabella 2

Rekwiżiti ta’ informazzjoni dettaljata fir-rapport tas-CBAM

Rapport tas-CBAM

Data tal-ħruġ tar-rapport

ID tal-abbozz tar-rapport

ID tar-rapport

Perjodu tar-rapportar

Sena

Total tal-oġġetti importati

Emissjonijiet totali

--Dikjarant tar-rapportar

Numru ta’ identifikazzjoni

Isem

Rwol

----Indirizz

Stat Membru ta’ stabbiliment

Suddiviżjoni

Belt

Triq

Linja addizzjonali għat-triq

Numru

Kodiċi postali

Kaxxa Postali

--Rappreżentant  (*2)

Numru ta’ identifikazzjoni

Isem

----Indirizz

Stat Membru ta’ stabbiliment

Suddiviżjoni

Belt

Triq

Linja addizzjonali għat-triq

Numru

Kodiċi postali

Kaxxa Postali

--Importatur  (*2)

Numru ta’ identifikazzjoni

Isem

----Indirizz

Stat Membru jew pajjiż ta’ stabbiliment

Suddiviżjoni

Belt

Triq

Linja addizzjonali għat-triq

Numru

Kodiċi postali

Kaxxa Postali

--Awtorità kompetenti

Numru ta’ referenza

--Firem

----Konferma tar-rapport

Konferma tad-data globali tar-rapport

Konferma tal-użu tad-data

Data tal-iffirmar

Post tal-iffirmar

Firma

Pożizzjoni tal-persuna li qed tiffirma

----Tip ta’ metodoloġija ta’ rapportar applikabbli

Metodoloġija ta’ rapportar applikabbli oħra

--Rimarki

Informazzjoni addizzjonali

--Oġġetti tas-CBAM importati

Numru tal-oġġett tal-oġġetti

----Rappreżentant  (*2)

Numru ta’ identifikazzjoni

Isem

------Indirizz

Stat Membru ta’ stabbiliment

Suddiviżjoni

Belt

Triq

Linja addizzjonali għat-triq

Numru

Kodiċi postali

Kaxxa Postali

----Importatur  (*2)

Numru ta’ identifikazzjoni

Isem

------Indirizz

Stat Membru jew pajjiż ta’ stabbiliment

Suddiviżjoni

Belt

Triq

Linja addizzjonali għat-triq

Numru

Kodiċi postali

Kaxxa Postali

----Kodiċi tal-komodità

Kodiċi tas-subintestatura tas-sistema armonizzata

Kodiċi tan-nomenklatura magħquda

------Dettalji tal-komodità

Deskrizzjoni tal-oġġetti

----Pajjiż ta’ oriġini

Kodiċi tal-pajjiż

-----Kwantità importata għal kull proċedura doganali

Numru tas-sekwenza

------Proċedura

Proċedura mitluba

Il-proċedura preċedenti

Informazzjoni dwar l-ipproċessar attiv

L-Istat Membru tal-awtorizzazzjoni għall-ipproċessar attiv

Deroga mill-ipproċessar attiv għall-polza ta’ verifika

Awtorizzazzjoni

Ħin tal-bidu tal-globalizzazzjoni

Ħin tat-tmiem tal-globalizzazzjoni

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-polza ta’ verifika

------Qasam tal-importazzjoni

Żona tal-importazzjoni

------Miżura dwar l-oġġetti (għal kull proċedura)

Massa netta

Unitajiet supplimentari

Tip ta’ unità ta’ kejl

------Miżura dwar l-oġġetti (ipproċessar attiv)

Massa netta

Unitajiet supplimentari

Tip ta’ unità ta’ kejl

------Referenzi speċjali għall-oġġetti

Informazzjoni addizzjonali

----Miżura dwar l-oġġetti (importati)

Massa netta

Unitajiet supplimentari

Tip ta’ unità ta’ kejl

----Emissjonijiet totali tal-oġġetti importati

Emissjonijiet tal-oġġetti għal kull unità ta’ prodott

Emissjonijiet totali tal-oġġetti

Emissjonijiet diretti tal-oġġetti

Emissjonijiet indiretti tal-oġġetti

Tip ta’ unità ta’ kejl għall-emissjonijiet

----Dokumenti ta’ sostenn (għall-oġġetti)

Numru tas-sekwenza

Tip

Pajjiż tal-ħruġ tad-dokumenti

Numru ta’ referenza

Numru tal-entrata f’linja tad-dokument

Isem l-awtorità emittenti

Data tal-bidu tal-validità

Data tat-tmiem il-validità

Deskrizzjoni

------Dokumenti mehmuża

Isem tal-fajl

Riżorsa Universali Identifikata

Multipurpose Internet Mail Extensions

Oġġett binarju inkluż

----Rimarki

Informazzjoni addizzjonali

----Emissjonijiet tal-oġġetti tas-CBAM

Numru tas-sekwenza tal-emissjonijiet

Pajjiż tal-produzzjoni

------L-isem tal-kumpanija tal-installazzjoni

ID tal-operatur

Isem l-operatur

--------Indirizz

Kodiċi tal-pajjiż

Suddiviżjoni

Belt

Triq

Linja addizzjonali għat-triq

Numru

Kodiċi postali

Kaxxa Postali

--------Dettalji ta’ kuntatt

Isem

Numru tat-telefown

Posta elettronika

------Installazzjoni

ID tal-Installazzjoni

Isem l-installazzjoni

Attività ekonomika

--------Indirizz

Pajjiż ta’ stabbiliment

Suddiviżjoni

Belt

Triq

Linja addizzjonali għat-triq

Numru

Kodiċi postali

Kaxxa Postali

Numru tar-roqgħa

UNLOCODE

Latitudni

Lonġitudni

Tip ta’ koordinati

------Miżura dwar l-oġġetti (prodotti)

Massa netta

Unitajiet supplimentari

Tip ta’ unità ta’ kejl

------Emissjonijiet tal-installazzjoni

Emissjonijiet totali tal-installazzjoni

Emissjonijiet diretti tal-installazzjoni

Emissjonijiet indiretti tal-installazzjoni

Tip ta’ unità ta’ kejl għall-emissjonijiet

------Emissjonijiet integrati diretti

Tip ta’ determinazzjoni

Tip ta’ determinazzjoni (elettriku)

Tip ta’ metodoloġija ta’ rapportar applikabbli

Metodoloġija ta’ rapportar applikabbli

Emissjonijiet integrati (diretti) speċifiċi

Indikazzjoni oħra tas-sors

Sors tal-fattur tal-emissjonijiet (għall-elettriku)

Fattur tal-emissjonijiet

Elettriku importat

Emissjonijiet integrati totali tal-elettriku importat

Tip ta’ unità ta’ kejl

Valur tal-fattur tas-sors tal-emissjonijiet

Ġustifikazzjoni

Twettiq tal-kundizzjonalità

------Emissjonijiet integrati indiretti

Tip ta’ determinazzjoni

Fattur tas-sors tal-emissjonijiet

Fattur tal-emissjonijiet

Emissjonijiet integrati (indiretti) speċifiċi

Tip ta’ unità ta’ kejl

Elettriku kkonsmat

Sors tal-elettriku

Valur tal-fattur tas-sors tal-emissjonijiet

------Metodu tal-produzzjoni u parametri kwalifikanti

Numru tas-sekwenza

ID tal-metodu

Isem il-metodu

Numru ta’ identifikazzjoni tal-impjant speċifiku tal-azzar

Informazzjoni Addizzjonali

--------Parametri kwalifikanti tal-emissjonijiet diretti

Numru tas-sekwenza

ID tal-parametru

Isem tal-parametru

Deskrizzjoni

Tip ta’ valur tal-parametru

Valur tal-parametru

Informazzjoni addizzjonali

--------Parametri kwalifikanti tal-emissjonijiet indiretti

Numru tas-sekwenza

ID tal-parametru

Isem tal-parametru

Deskrizzjoni

Tip ta’ valur tal-parametru

Valur tal-parametru

Informazzjoni addizzjonali

------Dokumenti ta’ sostenn (għad-definizzjoni tal-emissjonijiet)

Numru tas-sekwenza

Tip ta’ dokument dwar l-emissjonijiet

Pajjiż tal-ħruġ tad-dokumenti

Numru ta’ referenza

Numru tal-entrata f’linja tad-dokument

Isem l-awtorità emittenti

Data tal-bidu tal-validità

Data tat-tmiem il-validità

Deskrizzjoni

--------Dokumenti mehmuża

Isem tal-fajl

Riżorsa Universali Identifikata

Multipurpose Internet Mail Extensions

Oġġett binarju inkluż

------Il-prezz tal-karbonju dovut

Numru tas-sekwenza

Tip ta’ strument

Deskrizzjoni u indikazzjoni tal-att legali

Ammont ta’ prezz tal-karbonju dovut

Munita

Rata tal-kambju

Ammont (EURO)

Kodiċi tal-pajjiż

-------- Oġġetti koperti mill-prezz tal-karbonju dovut

Numru tas-sekwenza

Tip ta’ oġġetti koperti

Kodiċi NM tal-oġġetti koperti

Kwantità ta’ emissjonijiet koperti

Kwantità koperta minn allokazzjonijiet bla ħlas, kwalunkwe ribass jew forom oħra ta’ kumpens

Informazzjoni supplimentari

Informazzjoni addizzjonali

------Miżura dwar l-oġġetti (koperti)

Massa netta

Unitajiet supplimentari

Tip ta’ unità ta’ kejl

------Rimarki

Numru tas-sekwenza

Informazzjoni Addizzjonali


(*1)   Nota: Ir-rappreżentanti/l-importaturi għandhom jiġu rreġistrati jew fil-livell tar-rapport tas-CBAM jew fil-livell tal-oġġetti tas-CBAM importati, li għandhom jiddependu fuq jekk l-istess rappreżentanti/importaturi jew oħrajn differenti humiex relatati mal-oġġetti tas-CBAM importati.

(*2)   Nota: Ir-rappreżentanti/l-importaturi għandhom jiġu rreġistrati jew fil-livell tar-rapport tas-CBAM jew fil-livell tal-oġġetti tas-CBAM importati, li għandhom jiddependu fuq jekk l-istess rappreżentanti/importaturi jew oħrajn differenti humiex relatati mal-oġġetti tas-CBAM importati.


ANNESS II

Definizzjonijiet u rotot tal-produzzjoni għall-oġġetti

1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini ta’ dan l-Anness u tal-Annessi III, IV u VIII sa IX, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(0)

data dwar l-attivitajiet” tfisser l-ammont ta’ fjuwils jew ta’ materjali kkonsmati jew prodotti minn proċess rilevanti għall-metodoloġija bbażata fuq kalkolu, espress f’terajoules, il-massa f’tunnellati jew (għall-gassijiet) il-volum f’metri kubi normali, kif xieraq;

(1)

“livell ta’ attività” tfisser il-kwantità ta’ oġġetti prodotti (espressa f’MWh għall-elettriku, jew f’tunnellati għal oġġetti oħra) fil-konfini ta’ proċess ta’ produzzjoni;

(2)

“perjodu ta’ rapportar” tfisser perjodu li l-operatur ta’ installazzjoni jkun għażel li juża bħala referenza għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati;

(3)

“fluss mis-sors” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

tip speċifiku ta’ fjuwil, materja prima jew prodott li joħloq emissjonijiet tal-gassijiet serra rilevanti f’sors ta’ emissjoni wieħed jew aktar bħala riżultat tal-konsum jew tal-produzzjoni tiegħu;

(b)

tip speċifiku ta’ fjuwil, materja prima jew prodott li jkun fih il-karbonju u inkluż fil-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra bl-użu ta’ metodu ta’ bilanċ tal-massa;

(4)

“sors ta’ emissjoni” tfisser parti separata identifikabbli ta’ installazzjoni jew proċess f’installazzjoni, minn fejn jiġu rilaxxati l-gassijiet serra rilevanti;

(5)

“inċertezza” tfisser parametru, assoċjat mar-riżultat tad-determinazzjoni ta’ kwantità, li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri li jkunu jistgħu jiġu attribwiti b’mod raġonevoli lill-kwantità partikolari, inklużi l-effetti ta’ fatturi sistematiċi kif ukoll ta’ fatturi aleatorji, espress f’perċentwal, u jiddeskrivi intervall ta’ kunfidenza madwar il-valur medju li fih hemm inklużi 95 % tal-valuri dedotti b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe assimetrija tad-distribuzzjoni tal-valuri;

(6)

“fatturi ta’ kalkolu” tfisser valur kalorifiku nett, fattur tal-emissjonijiet, fattur preliminari tal-emissjonijiet, fattur ta’ ossidazzjoni, fattur ta’ konverżjoni, kontenut ta’ karbonju jew frazzjoni ta’ bijomassa;

(7)

“emissjonijiet ta’ kombustjoni” tfisser emissjonijiet tal-gassijiet serra li jseħħu waqt ir-reazzjoni eżotermika ta’ fjuwil mal-ossiġenu;

(8)

“fattur tal-emissjonijiet” tfisser ir-rata medja ta’ emissjonijiet ta’ gass serra relattiva għad-data dwar l-attivitajiet ta’ fluss minn sors bis-suppożizzjoni ta’ ossidazzjoni kompluta għall-kombustjoni u konverżjoni kompluta għar-reazzjonijiet kimiċi l-oħra kollha;

(9)

“fattur tal-ossidazzjoni” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju ossidat għal CO2 bħala konsegwenza ta’ kombustjoni mat-total ta’ karbonju li jinsab fil-fjuwil, espress bħala frazzjoni, b’kunsiderazzjoni tal-monossidu tal-karbonju (CO) rilaxxat fl-atmosfera bħala l-ammont molari ekwivalenti ta’ CO2;

(10)

“fattur ta’ konverżjoni” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju rilaxxat bħala CO2 mal-karbonju totali inkluż fil-fluss minn sors qabel ma jseħħ il-proċess ta’ emissjoni, espress bħala frazzjoni, b’kunsiderazzjoni tas-CO rilaxxat fl-atmosfera bħala l-ammont molari ekwivalenti ta’ CO2;

(11)

“akkuratezza” tfisser kemm ikun qrib il-qbil bejn ir-riżultat ta’ kejl u l-valur effettiv tal-kwantità partikolari jew valur ta’ referenza ddeterminat b’mod empiriku bl-użu ta’ materjali ta’ kalibrazzjoni u metodi standard aċċettati f’livell internazzjonali u traċċabbli, billi jiġu kkunsidrati kemm il-fatturi aleatorji kif ukoll dawk sistematiċi;

(12)

“kalibrazzjoni” tfisser il-grupp ta’ operazzjonijiet, li jistabbilixxi, taħt kundizzjonijiet speċifikati, ir-rabtiet bejn valuri indikati minn strument tal-kejl jew sistema tal-kejl, jew valuri rrappreżentati minn kejl materjali jew materjal ta’ referenza u l-valuri korrispondenti ta’ kwantità realizzata permezz ta’ standard ta’ referenza;

(13)

“konservattiv” tfisser li jiġi definit sett ta’ suppożizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li ma sseħħ l-ebda sottostima ta’ emissjonijiet irrapporati jew sovrastima ta’ produzzjoni ta’ sħana, elettriku jew oġġetti;

(14)

“bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ prodotti, skart u residwi ta’ oriġini bijoloġika mill-agrikoltura, inkluż sustanzi veġetali u mill-annimali, mill-industriji forestali u industriji relatati, inkluż is-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart, inkluż l-iskart industrijali u muniċipali ta’ oriġini bijoloġika;

(15)

“skart” tfisser kwalunkwe sustanza jew oġġett li d-detentur jarmi jew ikollu l-ħsieb jew li jkun meħtieġ li jarmi, minbarra sustanzi li jkunu ġew immodifikati jew kontaminati intenzjonalment sabiex jissodisfaw din id-definizzjoni;

(16)

“residwu” tfisser sustanza li ma hijiex il-prodott(i) finali li proċess ta’ produzzjoni jkun maħsub li jipproduċi direttament; din ma hijiex għan primarju tal-proċess ta’ produzzjoni u l-proċess ma jkunx ġie mmodifikat apposta biex jipproduċiha;

(17)

“residwi mill-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija” tfisser residwi li huma ġġenerati direttament mill-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija u li ma jinkludux residwi minn industriji relatati jew minn ipproċessar relatat;

(18)

“kontroll metroloġiku legali” tfisser il-kontroll minn awtorità pubblika jew regolatur tal-kompiti tal-kejl maħsuba għall-kamp tal-applikazzjoni ta’ strument tal-kejl, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika, l-ordni pubbliku, il-protezzjoni tal-ambjent, il-ġbir tat-taxxi u tad-dazji, il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-kummerċ ġust;

(19)

“attivitajiet ta’ fluss ta’ data” tfisser attivitajiet relatati mal-akkwist, l-ipproċessar u l-immaniġġar ta’ data meħtieġa għat-tfassil ta’ rapport dwar l-emissjonijiet minn data ta’ sorsi primarji;

(20)

“sistema ta’ kejl” tfisser sett komplut ta’ strumenti tal-kejl u tagħmir ieħor, bħal tagħmir għat-teħid ta’ kampjuni u l-ipproċessar ta’ data, użati għad-determinazzjoni ta’ fatturi varjabbli bħad-data dwar l-attivitajiet, il-kontenut ta’ karbonju, il-valur kalorifiku jew il-fattur tal-emissjonijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

(21)

“valur kalorifiku nett” (NCV) tfisser l-ammont speċifiku ta’ enerġija rilaxxata bħala sħana meta fjuwil jew materjal jiġi sottopost għal kombustjoni kompluta bl-ossiġenu f’kundizzjonijiet standard, bit-tnaqqis tas-sħana tal-vaporizzazzjoni ta’ kwalunkwe ilma li jifforma;

(22)

“emissjonijiet ta’ proċess” tfisser emissjonijiet tal-gassijiet serra minbarra l-emissjonijiet ta’ kombustjoni li jseħħu bħala riżultat ta’ reazzjonijiet intenzjonati u mhux intenzjonati bejn sustanzi jew it-trasformazzjoni tagħhom, għal skop primarju għajr il-ġenerazzjoni tas-sħana, inkluż mill-proċessi li ġejjin:

(a)

ir-riduzzjoni kimika, elettrolitika jew pirometallurġika tal-komposti tal-metall fil-minerali, fil-konċentrati u fil-materjali sekondarji;

(b)

it-tneħħija tal-impuritajiet mill-metalli u l-komposti tal-metalli;

(c)

id-dekompożizzjoni tal-karbonati, inklużi dawk użati għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija;

(d)

sinteżijiet kimiċi ta’ prodotti u prodotti intermedji fejn il-materjal li jkollu l-karbonju jipparteċipa fir-reazzjoni;

(e)

l-użu ta’ karbonju li fih addittivi jew materja prima;

(f)

it-tnaqqis kimiku jew elettrolitiku ta’ ossidi metallojdi jew ossidi mhux tal-metall bħal ossidi tas-silikon u fosfati tas-silikon;

(23)

“lott” tfisser ammont ta’ fjuwil jew materjal meħud bħala kampjun b’mod rappreżentattiv u kkaratterizzat u ttrasferit bħala vjeġġ wieħed jew kontinwament matul perjodu ta’ żmien speċifiku;

(24)

“fjuwil imħallat” tfisser fjuwil li jinkludi kemm karbonju tal-bijomassa kif ukoll karbonju fossili;

(25)

“materjal imħallat” tfisser materjal li jinkludi kemm karbonju tal-bijomassa kif ukoll karbonju fossili;

(26)

“fattur tal-emissjonijiet preliminari” tfisser il-fattur tal-emissjonijiet totali preżunt ta’ fjuwil jew materjal ibbażat fuq il-kontenut ta’ karbonju tal-frazzjoni ta’ bijomassa tiegħu flimkien mal-frazzjoni ta’ fossili tiegħu qabel ma jiġi mmultiplikat mal-frazzjoni ta’ fossili sabiex jipproduċi l-fattur tal-emissjonijiet;

(27)

“frazzjoni ta’ fossili” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju fossili u inorganiku mal-kontenut totali ta’ karbonju ta’ fjuwil jew materjal, espress bħala frazzjoni;

(28)

“frazzjoni ta’ bijomassa” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju li joriġina minn bijomassa mqabbel mal-kontenut totali ta’ karbonju ta’ fjuwil jew materjal, espress bħala frazzjoni;

(29)

“kejl kontinwu tal-emissjonijiet” tfisser sett ta’ operazzjonijiet li jkollhom l-objettiv li jiġi ddeterminat il-valur ta’ kwantità permezz ta’ kejl perjodiku, bl-applikazzjoni jew ta’ kejl in situ fiċ-ċumnija (stack) jew proċeduri estrattivi bi strument tal-kejl imqiegħed qrib iċ-ċumnija, waqt li jiġu esklużi metodoloġiji ta’ kejl ibbażati fuq il-ġbir ta’ kampjuni individwali miċ-ċumnija;

(30)

“CO2 inerenti” tfisser CO2 li huwa parti minn fluss ta’ sors;

(31)

“karbonju fossili” tfisser karbonju inorganiku jew organiku li ma jkunx bijomassa;

(32)

“punt tal-kejl” tfisser is-sors ta’ emissjoni li għalih jintużaw sistemi ta’ kejl ta’ emissjonijiet kontinwi (CEMS) għall-kejl ta’ emissjonijiet, jew it-taqsima trasversali ta’ sistema ta’ pajpijiet li għaliha l-fluss ta’ CO2 jiġi ddeterminat bl-użu ta’ sistemi ta’ kejl kontinwu;

(33)

“emissjonijiet li jaħarbu” tfisser emissjonijiet irregolari jew ta’ bla ħsieb minn sorsi li ma jkunux lokalizzati, jew li jvarjaw wisq jew żgħar wisq sabiex jiġu mmonitorjati individwalment;

(34)

“kundizzjonijiet standard” tfisser temperatura ta’ 273,15 K u kundizzjonijiet ta’ pressjoni ta’ 101 325 Pa li jiddefinixxu metri kubi normali (Nm3);

(35)

data proxy” tfisser valuri annwali li jiġu ssostanzjati b’mod empiriku jew jiġu dderivati minn sorsi aċċettati u li operatur juża sabiex jissostitwixxi sett ta’ data għall-fini li jiġi żgurat rapportar komplut meta ma jkunx possibbli li tiġi ġġenerata d-data kollha meħtieġa jew il-fatturi fil-metodoloġija ta’ monitoraġġ applikabbli;

(36)

“sħana li titkejjel” tfisser fluss ta’ sħana netta ttrasportata permezz ta’ pajpijiet jew tubi identifikabbli li jużaw mezz ta’ trasferiment tas-sħana, bħal, b’mod partikolari, l-istim, l-arja sħuna, l-ilma, iż-żejt, il-metalli likwidi u l-imluħa, li għalih huwa jew jista’ jkun installat miter tas-sħana;

(37)

“miter tas-sħana” tfisser miter tal-enerġija termali jew kwalunkwe apparat ieħor biex jitkejjel u jiġi rreġistrat l-ammont ta’ enerġija termali prodott abbażi tal-volumi u t-temperaturi tal-fluss;

(38)

“sħana li ma titkejjilx” tfisser is-sħana kollha għajr is-sħana li titkejjel;

(39)

“gass ta’ skart” tfisser gass li fih karbonju mhux ossidat kompletament fi stat gassuż taħt kundizzjonijiet standard li jkun riżultat ta’ kwalunkwe mill-proċessi elenkati fil-punt (22);

(40)

“proċess tal-produzzjoni” tfisser il-proċessi kimiċi jew fiżiċi mwettqa f’partijiet minn installazzjoni biex jiġu prodotti oġġetti f’kategorija ta’ oġġetti aggregati definita fit-Tabella 1 tat-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness, u l-konfini speċifikati tas-sistema tagħha rigward l-inputs, l-outputs u l-emissjonijiet korrispondenti;

(41)

“rotta tal-produzzjoni” tfisser teknoloġija speċifika użata fi proċess tal-produzzjoni għall-produzzjoni ta’ oġġetti taħt kategorija ta’ oġġetti aggregata;

(42)

“sett ta’ data” tfisser tip wieħed ta’ data, jew fil-livell tal-installazzjoni jew fil-livell tal-proċess tal-produzzjoni kif rilevanti fiċ-ċirkostanzi, bħala kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-ammont ta’ fjuwils jew materjali kkonsmati jew prodotti minn proċess tal-produzzjoni skont kif ikun rilevanti għall-metodoloġija bbażata fuq kalkolu, espress f’terajoules, il-massa f’tunnellati, jew għall-gassijiet bħala volum f’metri kubi normali, kif xieraq, inkluż għall-gassijiet ta’ skart;

(b)

fattur ta’ kalkolu;

(c)

kwantità netta ta’ sħana li tista’ titkejjel, u l-parametri rilevanti meħtieġa biex ikun stabbilita din il-kwantità, b’mod partikolari:

fluss tal-massa ta’ mezz ta’ trasferiment ta’ sħana, u

entalpija ta’ mezz ta’ trasferiment ta’ sħana trażmess u mibgħut lura, kif speċifikat mill-kompożizzjoni, temperatura, pressjoni u saturazzjoni;

(d)

kwantitajiet ta’ sħana li ma tistax titkejjel, speċifikata mill-kwantitajiet rilevanti ta’ fjuwils użati għall-produzzjoni ta’ sħana, u l-valur kalorifiku nett (NCV) tat-taħlita tal-fjuwil;

(e)

kwantitajiet ta’ elettriku;

(f)

kwantitajiet ta’ CO2 ittrasferiti bejn l-installazzjonijiet;

(g)

kwantitajiet ta’ prekursuri riċevuti minn barra l-installazzjoni, u l-parametri rilevanti tagħhom, bħall-pajjiż tal-oriġini, ir-rotta tal-produzzjoni użata, l-emissjonijiet diretti u indiretti speċifiċi, il-prezz tal-karbonju dovut;

(h)

parametri rilevanti għal prezz tal-karbonju dovut;

(43)

“rekwiżiti minimi” tfisser metodi ta’ monitoraġġ bl-użu tal-isforzi minimi permessi għad-determinazzjoni tad-data sabiex tirriżulta f’data dwar l-emissjonijiet aċċettabbli għall-fini tar-Regolament (UE) 2023/956;

(44)

“titjib rakkomandat” tfisser metodi ta’ monitoraġġ li huma mezzi ppruvati biex jiġi żgurat li d-data tkun aktar akkurata jew anqas suxxettibbli għall-iżbalji milli sempliċiment bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi, u li jistgħu jintgħażlu fuq bażi volontarja;

(45)

“dikjarazzjoni skorretta” tfisser ommissjoni, rappreżentazzjoni ħażina jew żball fid-data rrapportata tal-operatur, mingħajr ma titqies l-inċertezza permissibbli għall-kejl u l-analiżijiet tal-laboratorju;

(46)

“dikjarazzjoni skorretta materjali” tfisser dikjarazzjoni skorretta li, fl-opinjoni tal-verifikatur, meta tittieħed waħedha jew flimkien ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn, taqbeż il-livell ta’ materjalità jew tista’ taffettwa t-trattament tar-rapport tal-operatur mill-awtorità kompetenti;

(47)

“garanzija raġonevoli” tfisser livell għoli ta’ garanzija iżda mhux livell assolut tagħha, espress b’mod pożittiv fl-opinjoni ta’ verifika, dwar jekk ir-rapport tal-operatur li jkun qed jiġi vverifikat ikunx ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali jew le;

(48)

“sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika” tfisser is-sistemi ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika fejn l-installazzjoni tkun stabbilita għall-fini ta’ skema ta’ pprezzar tal-karbonju, jew skemi obbligatorji ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet, jew skema ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-installazzjoni li tista’ tinkludi verifika minn verifikatur akkreditat, f’konformità mal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-IMMAPPJAR TAL-KODIĊIJIET NM MAL-KATEGORIJI TAL-OĠĠETTI AGGREGATI

It-Tabella 1 ta’ dan l-Anness tiddefinixxi l-kategoriji tal-oġġetti aggregati għal kull kodiċi NM elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956. Dawk il-kategoriji jintużaw għall-fini tad-definizzjoni tal-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati li jikkorrispondu għall-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956.

Tabella 1

L-immappjar tal-kodiċijiet NM mal-kategoriji tal-oġġetti aggregati

Kodiċi NM

Kategorija ta’ oġġetti aggregati

Gass serra

Siment

 

 

2507 00 80 – Tafal kaoliniku ieħor

Tafal ikkalċinat

Diossidu tal-karbonju

2523 10 00 – Klinkers tas-siment

Klinker tas-siment

Diossidu tal-karbonju

2523 21 00 – Siment abjad ta’ Portland, ikkulurit b’mod artifiċjali jew le

2523 29 00 – Siment ta’ Portland ieħor

2523 90 00 – Siment idrawliku ieħor

Siment

Diossidu tal-karbonju

2523 30 00 – Siment tal-allumi

Siment tal-allumi

Diossidu tal-karbonju

Elettriku

 

 

2716 00 00 – Enerġija elettrika

Elettriku

Diossidu tal-karbonju

Fertilizzant

 

 

2808 00 00 – Aċidu nitriku; aċidi sulfonitriċi

Aċidu nitriku

Diossidu tal-karbonju u ossidu nitriku

3102 10 – Urea, f’soluzzjoni milwiema jew le

Urea

Diossidu tal-karbonju

2814 – Ammonijaka, anidra jew f’soluzzjoni milwiema

Ammonijaka

Diossidu tal-karbonju

2834 21 00 – Nitrati tal-potassju

3102 – Fertilizzanti minerali jew kimiċi, nitroġenużi

għajr 3102 10 (Urea)

3105 – Fertilizzanti minerali jew kimiċi li jkun fihom tnejn jew tlieta mill-elementi fertilizzanti nitroġenu, fosforu, u potassju; fertilizzanti oħra

Għajr: 3105 60 00 – Fertilizzanti minerali jew kimiċi li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti fosforu u potassju

Fertilizzanti mħallta

Diossidu tal-karbonju u ossidu nitriku

Ħadid u Azzar

 

 

2601 12 00 – Minerali u konċentrati tal-ħadid agglomerati, għajr piriti tal-ħadid inkaljati

Minerali sinterizzati

Diossidu tal-karbonju

7201 – Ħadid fondut grezz u spiegeleisen f’biċċiet tawwalin, blokok, jew forom oħrajn primarji

Xi prodotti taħt 7205 (Granuli u trabijiet, ta’ ħadid fondut grezz, spiegeleisen, ħadid, jew azzar) jistgħu jiġu koperti hawnhekk

Ħadid fondut grezz

Diossidu tal-karbonju

7202 1 – Ferromanganiż

FeMn

Diossidu tal-karbonju

7202 4 – Ferrokromu

FeCr

Diossidu tal-karbonju

7202 6 – Ferronikil

FeNi

Diossidu tal-karbonju

7203 – Prodotti tal-ħadid miksuba bir-riduzzjoni diretta tal-mineral tal-ħadid u prodotti oħrajn sponżin tal-ħadid

DRI

Diossidu tal-karbonju

7206 – Ħadid u azzar mhux illigat f’ingotti jew f’forom oħrajn primarji (ħlief ħadid tal-intestatura 7203 )

7207 – Prodotti nofshom irfinuti tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat

7218 – Azzar inossidabbli f’ingotti jew f’forom oħrajn primarji; prodotti nofshom irfinuti tal-azzar inossidabbli

7224 – Azzar illigat ieħor f’ingotti jew f’forom oħrajn primarji; prodotti nofshom irfinuti ta’ azzar illigat ieħor

Azzar mhux maħdum

Diossidu tal-karbonju

7205 – Granuli u trabijiet, tal-ħadid fondut grezz, tal-ispiegeleisen, tal-ħadid jew tal-azzar (jekk mhux kopert mill-kategorija tal-ħadid fondut grezz)

7208 – Prodotti llaminati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, ta’ wisa’ ta’ 600  mm jew aktar, illaminati fis-sħana, mhux imlibbsa, maħsula jew miksija

7209 – Prodotti llaminati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, ta’ wisa’ ta’ 600  mm jew iktar, illaminati fil-kiesaħ (ridotti fil-kiesaħ), mhux imlibbsa, maħsula jew miksija

7210 – Prodotti llaminati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, ta’ wisa’ ta’600  mm jew iktar, imlibbsa, maħsula jew miksija

7211 – Prodotti llaminati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, ta’ wisa’ ta’inqas minn 600  mm, mhux imlibbsa, maħsula jew miksija

7212 – Prodotti llaminati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, ta’ wisa’ ta’inqas minn 600  mm, mhux imlibbsa, maħsula jew miksija

7213 – Żbarri u vireg, illaminati fis-sħana, f’koljaturi mkebbin b’mod irregolari, tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat

7214 – Żbarri u vireg oħrajn tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, mhux maħdum aktar ħlief mikwi fil-forġa, illaminati fis-sħana, miġbudin bis-sħana jew estrużi fis-sħana, iżda inkluż dawk miftulin wara l-laminazzjoni

7215 – Żbarri u vireg oħrajn tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat

7216 – Angoli, forom u qatgħat ta’ ħadid jew azzar mhux illigat

7217 – Wajer tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat

7219 – Prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti, wisgħin 600  mm jew aktar

7220 – Prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatt, wisgħin inqas minn 600  mm

7221 – Żbarri u vireg, illaminati bis-sħana, f’koljaturi mkebbin b’mod irregolari, ta’ azzar inossidabbli

7222 – Żbarri u vireg oħrajn tal-azzar inossidabbli; angoli, forom u qatgħat tal-azzar inossidabbli

7223 – Wajer tal-azzar inossidabbli

7225 – Prodotti llaminati ċatti ta’ azzar illigat ieħor, wisgħin 600  mm jew aktar

7226 – Prodotti llaminati ċatt ta’ azzar illigat ieħor, wisgħin inqas minn 600  mm

7227 – Żbarri u vireg, illaminati bis-sħana, f’koljaturi mkebbin b’mod irregolari, ta’ azzar illigat ieħor

7228 – Żbarri u vireg oħrajn ta’ azzar illigat ieħor; angoli, forom u qatgħat, ta’ azzar illigat ieħor; żbarri u vireg hollow drill, ta’ azzar illigat jew mhux illigat

7229 – Wajers ta’ azzar illigat ieħor

7301 – Gzuz ta’ pjanċi (sheet piling) tal-ħadid jew tal-azzar, imtaqqbin, imħaffrin jew magħmulin minn elementi mmuntati jew le; angoli, forom u qatgħat iwweldjati, tal-ħadid jew tal-azzar

7302 – Materjal tal-ħadid jew tal-azzar għall-kostruzzjoni tal-binarji tal-ferroviji jew tal-linji tat-tramm, dawn li ġejjin: binarji, check rails u rack rails, switch blades, crossing frogs, point rods u partijiet oħrajn tal-qsim, traversi tal-binarji (cross-ties), fish-plates, chairs, chair wedges, sole plates (base plates), klipep ferrovjarji, bedplates, irfid u materjal ieħor speċjalizzat għat-tgħaqqid flimkien jew l-iffissar ta’ binarji

7303 – Tubi, pajpijiet u profili vojta, tal-ħadid fondut

7304 – Tubi, pajpijiet u profili vojta, mingħajr weldjatura, tal-ħadid (ħlief ħadid fondut) jew tal-azzar

7305 – Tubi u pajpijiet oħrajn (pereżempju wweldjati, irrivitjati jew magħluqin b’mod simili), b’sezzjonijiet trasversali tondi, bid-dijametru ta’ barra ikbar minn 406,4  mm, tal-ħadid jew tal-azzar

7306 – Tubi, pajpijiet u profili vojta oħrajn (pereżempju bil-ġonta miftuħa jew iwweldjati, irrivitjati jew magħluqin b’mod simili), tal-ħadid jew tal-azzar

7307 – Fittings ta’ tubi jew pajpijiet (pereżempju couplings, elbows, sleeves), tal-ħadid jew tal-azzar

7308 – Strutturi (għajr bini prefabbrikat tal-intestatura 9406 ) u partijiet ta’ strutturi (pereżempju, pontijiet u qatgħat ta’ pontijiet, xtabi ta’ magħluq (lock-gates), torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, oqfsa għal tisqif, bibien u twieqi u l-oqfsa tagħhom u għetiebi għal bibien, xaters, balavostrar, pilastri u kolonni), tal-ħadid jew tal-azzar; pjanċi, vireg, angoli, forom, qatgħat, tubi u oħrajn simili, ippreparati għall-użu fi strutturi, tal-ħadid jew tal-azzar

7309 – Reservoirs, tankijiet, btieti u kontenituri simili għal kwalunkwe materjal (għajr għal gass ikkompressat jew illikwifikat), tal-ħadid jew tal-azzar, ta’ kapaċità li taqbeż it-300  l, infurrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termiku

7310 – Tankijiet, btieti, ċilindri, bottijiet, kaxxi u kontenituri simili, għal kull materjal (ħlief gass kompressat jew imdewweb), tal-ħadid jew tal-azzar, li jesgħu mhux aktar minn 300  l, inforrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termali

7311 – Kontenituri għal gass ikkompressat jew illikwifikat, tal-ħadid jew tal-azzar

7318 – Viti, boltijiet, skorfini, viti bir-ras skorfina (coach screws), ganċijiet bil-kamin, rivets, kavilji, ċavi, washers (inkluż l-ispring washers) u oġġetti simili, tal-ħadid jew tal-azzar

7326 – Oġġetti oħrajn tal-ħadid jew tal-azzar

Prodotti tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

Aluminju

 

 

7601 – Aluminju mhux maħdum

Aluminju mhux maħdum

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7603 – Trabijiet u fjokki tal-aluminju

7604 – Żbarri, vireg u profili tal-aluminju

7605 – Wajer tal-aluminju

7606 – Pjanċi, folji u strixxi tal-aluminju, eħxen minn 0,2  mm

7607 – Fojl tal-aluminju (stampat jew miksi b’karta, kartonċin, plastik jew materjali simili ta’ rfid jew le) ta’ ħxuna (eskluż kwalunkwe rfid) mhux iktar minn 0,2  mm

7608 – Tubi u pajpijiet tal-aluminju

7609 00 00 – Fittings għal tubi u pajpijiet tal-aluminju (pereżempju, igganċjar, liwjiet minkeb, sleeves)

7610 – Strutturi tal-aluminju (ħlief bini prefabbrikat tal-intestatura 9406 ) u partijiet ta’ strutturi (pereżempju, pontijiet u qatgħat ta’ pontijiet, torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, oqfsa ta’ soqfa, bibien u twieqi u l-oqfsa tagħhom u għetiebi għall-bibien, balavostrar, pilastri u kolonni); pjanċi tal-aluminju, vireg, profili, tubi u bħalhom, ippreparati għal użu fi strutturi

7611 00 00 – Reservoirs, tankijiet, btieti u kontenituri simili tal-aluminju, għal kwalunkwe materjal (għajr gass kompressat jew likwifikat), ta’ kapaċità ta’ iktar minn 300  litru, infurrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termiku

7612 – Btieti, ċilindri, laned, kaxxi u kontenituri simili tal-aluminju (inklużi kontenituri tubulari riġidi jew kollassabbli), għal kwalunkwe materjal (għajr gass kompressat jew likwifikat), ta’ kapaċità li ma taqbiżx it-300  litru, infurrati jew insulati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termiku

7613 00 00 – Kontenituri tal-aluminju għal gass ikkompressat jew likwifikat

7614 – Wajer bis-swiegli, gumna, ċineg immaljati u bħalhom, tal-aluminju, mhux insulati għall-elettriku

7616 – Oġġetti oħrajn tal-aluminju

Prodotti tal-aluminju

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

Sustanzi kimiċi

 

 

2804 10 000 – Idroġenu

Idroġenu

Diossidu tal-karbonju

3.   ROTOT TAL-PRODUZZJONI, KONFINI TAS-SISTEMA U PREKURSURI RILEVANTI

3.1.   Regoli transsettorjali

Għad-determinazzjoni tal-livell ta’ attività (kwantità prodotta) tal-oġġetti, li jintuża bħala denominatur fl-Ekwazzjonijiet 50 u 51 (it-Taqsima F.1 tal-Anness III), għandhom japplikaw ir-regoli ta’ monitoraġġ tat-Taqsima F.2 tal-Anness III.

Meta jintużaw diversi rotot tal-produzzjoni fl-istess installazzjoni għall-produzzjoni ta’ oġġetti li jaqgħu taħt l-istess kodiċi NM, u fejn dawk ir-rotot tal-produzzjoni jiġu assenjati proċessi tal-produzzjoni separati, l-emissjonijiet integrati ta’ dawk l-oġġetti għandhom jiġu kkalkolati b’mod separat għal kull rotta tal-produzzjoni.

Għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti, is-sorsi kollha tal-emissjonijiet u l-flussi tas-sorsi assoċjati mal-proċess tal-produzzjoni għandhom jiġu mmonitorjati, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fit-Taqsimiet 3.2 sa 3.19 ta’ dan l-Anness, fejn rilevanti, u r-regoli stabbiliti fl-Anness III.

Fejn jintuża l-qbid tas-CO2, għandhom japplikaw ir-regoli tat-Taqsima B.8.2 tal-Anness III.

Għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet indiretti, għandu jiġi ddeterminat il-konsum totali tal-elettriku ta’ kull proċess tal-produzzjoni, fil-limiti tas-sistema definiti f’konformità mat-Taqsimiet 3.2 sa 3.19 ta’ dan l-Anness u f’konformità mat-Taqsima A.4 tal-Anness III, fejn rilevanti. Il-fattur tal-emissjonijiet rilevanti tal-elettriku għandu jiġi ddeterminat f’konformità mat-Taqsima D.2 tal-Anness III.

Jekk jiġu speċifikati prekursuri rilevanti, dawn jirreferu għall-kategoriji ta’ oġġetti aggregati korrispondenti.

3.2.   Tafal ikkalċinat

3.2.1.   Dispożizzjonijiet speċjali

It-tafal li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2507 00 80 li ma jkunx ikkalċinat, jiġi assenjat emissjonijiet integrati ta’ żero. Dawn għandhom jiġu inklużi fir-rapport tas-CBAM, iżda ma hija meħtieġa l-ebda informazzjoni addizzjonali mill-produttur tat-tafal. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma relatati biss mat-tafal li jaqa’ taħt dak il-kodiċi NM u li huwa kkalċinat.

3.2.2.   Rotta tal-produzzjoni

Għat-tafal ikkalċinat, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-proċessi tal-produzzjoni, bħall-preparazzjoni tal-materja prima, it-taħlit, it-tnixxif, u l-kalċinazzjoni, u t-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils kif ukoll mill-materja prima, fejn rilevanti.

Prekursuri rilevanti: xejn.

3.3.   Klinker tas-siment

3.3.1.   Dispożizzjonijiet speċjali

Ma għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn il-klinker tas-siment griż u abjad.

3.3.2.   Rotta tal-produzzjoni

Għall-klinker tas-siment, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

Il-kalċinazzjoni tal-ġebla tal-ġir u ta’ karbonati oħra fil-materja prima, il-fjuwils tal-kalkara fossili konvenzjonali, il-fjuwils tal-forn u l-materja prima alternattivi bbażati fuq il-fossili, il-fjuwils tal-forn tal-bijomassa (bħall-fjuwils derivati mill-iskart), il-fjuwils mhux tal-forn, il-kontenut ta’ karbonju mhux karbonat tal-ġebla tal-ġir u tax-shales, jew materja prima alternattiva bħall-irmied li jtir użat fil-materja prima fil-forn u l-materja prima użata għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet addizzjonali tat-Taqsima B.9.2 tal-Anness III.

Prekursuri rilevanti: xejn.

3.4.   Siment

3.4.1.   Dispożizzjonijiet speċjali

Xejn.

3.4.2.   Rotta tal-produzzjoni

Għas-siment, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

L-emissjonijiet kollha tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwil, fejn rilevanti għat-tnixxif tal-materjali.

Prekursuri rilevanti:

Klinker tas-siment;

Tafal ikkalċinat, jekk jintuża fil-proċess.

3.5.   Siment tal-allumi

3.5.1.   Dispożizzjonijiet speċjali

Xejn.

3.5.2.   Rotta tal-produzzjoni

Għas-siment tal-allumi, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

L-emissjonijiet kollha tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwil direttament jew indirettament marbuta mal-proċess.

L-emissjonijiet tal-proċess mill-karbonati fil-materja prima, jekk applikabbli, u t-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

Prekursuri rilevanti: xejn.

3.6.   Idroġenu

3.6.1.   Dispożizzjonijiet speċjali

Għandha titqies biss il-produzzjoni ta’ idroġenu pur jew taħlitiet ta’ idroġenu bin-nitroġenu li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tal-ammonijaka. Mhux koperti huma l-produzzjoni ta’ gass ta’ sinteżi jew ta’ idroġenu fir-raffineriji jew fl-installazzjonijiet kimiċi organiċi, fejn l-idroġenu jintuża esklużivament f’dawk l-impjanti u ma jintużax għall-produzzjoni ta’ oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956.

3.6.2.   Rotot tal-produzzjoni

3.6.2.1.   Riformar bl-istim u ossidazzjoni parzjali

Għal dawk ir-rotot tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-idroġenu, u mat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

Il-fjuwils kollha użati fil-proċess tal-produzzjoni tal-idroġenu irrispettivament mill-użu enerġetiku jew mhux enerġetiku tagħhom, u l-fjuwils użati għal proċessi oħra ta’ kombustjoni inkluż għall-fini tal-produzzjoni ta’ ilma sħun jew stim.

Prekursuri rilevanti: xejn.

3.6.2.2.   Elettroliżi tal-ilma

Għal dik ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi, jekk rilevanti:

L-emissjonijiet kollha mill-użu tal-fjuwil direttament jew indirettament marbuta mal-proċess tal-produzzjoni tal-idroġenu u mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

Emissjonijiet indiretti: Meta l-idroġenu prodott ikun ġie ċċertifikat li jikkonforma mar-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2023/1184 (1), jista’ jintuża fattur tal-emissjonijiet ta’ żero għall-elettriku. Fil-każijiet l-oħra kollha, għandhom japplikaw ir-regoli dwar l-emissjonijiet integrati indiretti (it-Taqsima D tal-Anness III).

Prekursuri rilevanti: xejn.

Attribuzzjoni tal-emissjonijiet għall-prodotti: Fejn l-ossiġenu prodott b’mod konġunt jiġi vventjat, l-emissjonijiet kollha tal-proċess tal-produzzjoni għandhom jiġu attribwiti għall-idroġenu. Meta l-ossiġenu prodott sekondarju jintuża fi proċessi tal-produzzjoni oħrajn fl-installazzjoni jew jinbiegħ, u fejn l-emissjonijiet diretti jew indiretti ma jkunux ugwali għal żero, l-emissjonijiet tal-proċess tal-produzzjoni għandhom jiġu attribwiti għall-idroġenu abbażi ta’ proporzjonijiet molari bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula
(Ekwazzjoni 1)

Fejn:

Formula

huma jew l-emissjonijiet diretti jew indiretti attribwiti għall-idroġenu prodott matul il-perjodu ta’ rapportar, espressi f’tunnellati ta’ CO2;

Em total

huma jew l-emissjonijiet diretti jew indiretti tal-proċess kollu tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar, espressi f’tunnellati ta’ CO2;

Formula

hija l-massa ta’ ossiġenu mibjugħ jew użat fl-installazzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’tunnellati;

Formula

hija l-massa ta’ ossiġenu prodott matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’tunnellati;

Formula

hija l-massa ta’ idroġenu prodott matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’tunnellati;

Formula

hija l-massa molari ta’ O2 (31,998 kg/kmol), u

Formula

hija l-massa molari ta’ H2 (2,016 kg/kmol).

3.6.2.3.   Elettroliżi tal-kloralkali u produzzjoni ta’ klorati

Għal dawk ir-rotot tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi, jekk rilevanti:

L-emissjonijiet kollha mill-użu tal-fjuwil direttament jew indirettament marbuta mal-proċess tal-produzzjoni tal-idroġenu u mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

Emissjonijiet indiretti: Meta l-idroġenu prodott ikun ġie ċċertifikat li jikkonforma mar-Regolament Delegat (UE) 2023/1184, jista’ jintuża fattur tal-emissjonijiet ta’ żero għall-elettriku. Fil-każijiet l-oħra kollha, għandhom japplikaw ir-regoli dwar l-emissjonijiet integrati indiretti (it-Taqsima D tal-Anness III).

Prekursuri rilevanti: xejn.

Attribuzzjoni tal-emissjonijiet għall-prodotti: Peress li l-idroġenu jitqies bħala prodott sekondarju f’dan il-proċess tal-produzzjoni, proporzjon molari biss tal-proċess kumplessiv għandu jiġi attribwit għall-frazzjoni tal-idroġenu mibjugħ jew użat bħala prekursur fl-installazzjoni. Dment li l-emissjonijiet diretti jew indiretti ma jkunux ugwali għal żero, l-emissjonijiet tal-proċess tal-produzzjoni għandhom jiġu attribwiti għall-idroġenu użat jew mibjugħ bl-użu tal-ekwazzjonijiet li ġejjin:

Elettroliżi tal-kloralkali:

Formula
(Ekwazzjoni 2)

Produzzjoni ta’ Klorat tas-Sodju:

Formula
(Ekwazzjoni 3)

Fejn:

Formula

huma jew l-emissjonijiet diretti jew indiretti attribwiti għall-idroġenu mibjugħ jew użat bħala prekursur matul il-perjodu ta’ rapportar, espressi f’tunnellati ta’ CO2;

Em total

huma jew l-emissjonijiet diretti jew indiretti tal-proċess tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar, espressi f’tunnellati ta’ CO2;

Formula

hija l-massa ta’ idroġenu mibjugħ jew użat bħala prekursur matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’tunnellati;

Formula

hija l-massa ta’ idroġenu prodott matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’tunnellati;

Formula

hija l-massa ta’ kloru prodotta matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’tunnellati;

m NaOH,prod

hija l-massa tal-idrossidu tas-sodju (soda kawstika) prodotta matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’tunnellati, ikkalkolata bħala 100 % NaOH;

Formula

hija l-massa tal-klorat tas-sodju prodotta matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’tunnellati, ikkalkolata bħala 100 % NaClO3;

Formula

hija l-massa molari ta’ H2 (2,016 kg/kmol);

Formula

hija l-massa molari ta’ Cl2 (70,902 kg/kmol);

M NaOH

hija l-massa molari ta’ NaOH (39,997 kg/kmol), u

Formula

hija l-massa molari ta’ NaClO3 (106,438 kg/kmol).

3.7.   Ammonijaka

3.7.1.   Dispożizzjonijiet speċjali

Kemm l-ammonijaka idruża kif ukoll dik anidra għandhom jiġu rrapportati b’mod konġunt bħala 100 % ammonijaka.

Fejn is-CO2 mill-produzzjoni tal-ammonijaka jintuża bħala materja prima għall-produzzjoni tal-urea jew ta’ sustanzi kimiċi oħra, għandu japplika l-punt (b) tat-Taqsima B.8.2 tal-Anness III. Meta tnaqqis tas-CO2 ikun permess skont dik it-taqsima u fejn dan iwassal għal emissjonijiet diretti integrati speċifiċi negattivi tal-ammonijaka, l-emissjonijiet diretti integrati speċifiċi tal-ammonijaka għandhom ikunu żero.

3.7.2.   Rotot tal-produzzjoni

3.7.2.1.   Il-proċess Haber-Bosch bir-riforma tal-istim tal-gass naturali jew tal-bijogass

Għal dik ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

Il-fjuwils kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ammonijaka, u l-materjali użati għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

Il-fjuwils kollha għandhom jiġu mmonitorjati, irrispettivament minn jekk jintużawx bħala input enerġetiku jew mhux enerġetiku.

Fejn jintuża l-bijogass, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima B.3.3 tal-Anness III.

Meta l-idroġenu minn rotot oħra tal-produzzjoni jiżdied mal-proċess, dan għandu jiġi ttrattat bħala prekursur bl-emissjonijiet integrati tiegħu stess.

Prekursuri rilevanti: idroġenu prodott separatament, jekk jintuża fil-proċess.

3.7.2.2.   Il-proċess Haber-Bosch bil-gassifikazzjoni tal-faħam jew fjuwils oħra

Dik ir-rotta tapplika fejn l-idroġenu jiġi prodott permezz tal-gassifikazzjoni tal-faħam, tal-fjuwils tar-raffineriji tqal jew ta’ materja prima fossili oħra. Il-materjali ta’ input jistgħu jinkludu l-bijomassa, li għaliha għandhom jitqiesu d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima B.3.3 tal-Anness III.

Għal dik ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

Il-fjuwils kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ammonijaka, u l-materjali użati għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

Kull input ta’ fjuwil għandu jiġi mmonitorjat bħala fluss ta’ fjuwil wieħed, irrispettivament minn jekk jintużax bħala input enerġetiku jew mhux enerġetiku.

Meta l-idroġenu minn rotot oħra tal-produzzjoni jiżdied mal-proċess, dan għandu jiġi ttrattat bħala prekursur bl-emissjonijiet integrati tiegħu stess.

Prekursuri rilevanti: idroġenu prodott separatament, jekk jintuża fil-proċess.

3.8.   Aċidu nitriku

3.8.1.   Dispożizzjonijiet speċjali

L-ammonti ta’ aċidu nitriku prodott għandhom jiġu mmonitorjati u rrapportati bħala 100 % aċidu nitriku.

3.8.2.   Rotta tal-produzzjoni

Għall-aċidu nitriku, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

CO2 mill-fjuwils kollha direttament jew indirettament marbuta mal-produzzjoni tal-aċidu nitriku, u l-materjali użati għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija;

L-emissjonijiet ta’ N2O mis-sorsi kollha li jarmu N2O mill-proċess tal-produzzjoni, inklużi l-emissjonijiet mhux imnaqqsa u mnaqqsa. Kwalunkwe emissjoni ta’ N2O mill-kombustjoni tal-fjuwils hija eskluża mill-monitoraġġ.

Prekursuri rilevanti: Ammonijaka (bħala 100 % ammonijaka).

3.9.   Urea

3.9.1.   Dispożizzjonijiet speċjali

Meta s-CO2 użat fil-produzzjoni tal-urea jirriżulta mill-produzzjoni tal-ammonijaka, dan jitqies bħala tnaqqis fl-emissjonijiet integrati tal-ammonijaka bħala prekursur tal-urea, jekk id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 3.7 ta’ dan l-Anness jippermettu dan it-tnaqqis. Madankollu, meta l-ammonijaka prodotta mingħajr emissjonijiet diretti ta’ CO2 fossili tintuża bħala prekursur, is-CO2 użat jista’ jitnaqqas mill-emissjonijiet diretti tal-installazzjoni li tipproduċi s-CO2, dment li l-att delegat adottat skont l-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE jiddefinixxi l-produzzjoni tal-urea bħala każ fejn is-CO2 ikun marbut b’mod kimiku b’mod permanenti sabiex ma jidħolx fl-atmosfera bl-użu normali, inkluża kwalunkwe attività normali li sseħħ wara t-tmiem tal-ħajja tal-prodott. Meta dan it-tnaqqis iwassal għal emissjonijiet diretti speċifiċi negattivi integrati tal-urea, l-emissjonijiet speċifiċi diretti integrati tal-urea għandhom ikunu żero.

3.9.2.   Rotta tal-produzzjoni

Għall-urea, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

CO2 mill-fjuwils kollha direttament jew indirettament marbuta mal-produzzjoni tal-urea, u l-materjali użati għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

Meta s-CO2 jiġi riċevut minn installazzjoni oħra bħala input ta’ proċess, is-CO2 riċevut u mhux marbut fl-urea għandu jitqies bħala emissjoni, jekk ma jkunx diġà meqjus bħala emissjoni tal-installazzjoni fejn ikun ġie prodott is-CO2, taħt sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika.

Prekursuri rilevanti: Ammonijaka (bħala 100 % ammonijaka).

3.10.   Fertilizzanti mħallta

3.10.1.   Dispożizzjonijiet speċjali

Din it-taqsima tapplika għall-produzzjoni tat-tipi kollha ta’ fertilizzanti li fihom in-nitroġenu, inklużi n-nitrat tal-ammonju, in-nitrat tal-kalċju u tal-ammonju, is-sulfat tal-ammonju, il-fosfati tal-ammonju, soluzzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju tal-urea, kif ukoll fertilizzanti tan-nitroġenu-fosforu (NP), tan-nitroġenu-potassju (NK) u tan-nitroġenu-fosforu-potassju (NPK). It-tipi kollha ta’ operazzjonijiet huma inklużi bħat-taħlit, in-newtralizzazzjoni, l-granulazzjoni, it-tixrid, irrispettivament minn jekk ikunx hemm biss taħlit fiżiku jew reazzjonijiet kimiċi.

L-ammonti ta’ komposti differenti tan-nitroġenu li jinsabu fil-prodott finali għandhom jiġu rreġistrati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2):

kontenut ta’ N bħala ammonju (NH4 +);

kontenut ta’ N bħala nitrat (NO3 )

kontenut ta’ N bħala Urea;

kontenut ta’ N f’forom (organiċi) oħrajn.

L-emissjonijiet diretti u indiretti tal-proċessi tal-produzzjoni li jaqgħu taħt din il-kategorija ta’ oġġetti aggregati jistgħu jiġu ddeterminati għall-perjodu kollu ta’ rapportar u attribwiti lill-fertilizzanti mħallta kollha fuq bażi prorata għal kull tunnellata ta’ prodott finali. Għal kull grad ta’ fertilizzant, l-emissjonijiet integrati għandhom jiġu kkalkolati separatament filwaqt li titqies il-massa rilevanti ta’ prekursuri użati u jiġu applikati l-emissjonijiet integrati medji matul il-perjodu ta’ rapportar għal kull wieħed mill-prekursuri.

3.10.2.   Rotta tal-produzzjoni

Għall-fertilizzanti mħallta, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

CO2 mill-fjuwils kollha direttament jew indirettament marbuta mal-produzzjoni tal-fertilizzanti, bħall-fjuwils użati fil-magni tat-tnixxif u għall-materjali tal-input tat-tisħin, u l-materjali użati għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

Prekursuri rilevanti:

ammonijaka (bħala 100 % ammonijaka), jekk tintuża fil-proċess;

aċidu nitriku (bħala 100 % aċidu nitriku), jekk jintuża fil-proċess;

urea, jekk tintuża fil-proċess;

fertilizzanti mħallta (b’mod partikolari mluħa li fihom l-ammonju jew in-nitrat), jekk jintużaw fil-proċess.

3.11.   Minerali Sinterizzati

3.11.1.   Dispożizzjonijiet speċjali

Din il-kategorija ta’ oġġetti aggregati tinkludi t-tipi kollha ta’ produzzjoni ta’ puntali tal-minerali tal-ħadid (għall-bejgħ ta’ pellits kif ukoll għall-użu dirett fl-istess installazzjoni) u l-produzzjoni ta’ sinter. Sal-punt kopert mill-kodiċi NM 2601 12 00, jistgħu jiġu koperti wkoll il-minerali tal-ħadid użati bħala prekursuri għall-ferrokromu (FeCr), il-ferromanganiż (FeMn) jew il-ferronikil (FeNi).

3.11.2.   Rotta tal-produzzjoni

Għall-minerali sinterizzati, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

CO2 minn materjali ta’ proċess bħal ġebla tal-ġir u karbonati oħra jew minerali karbonitiċi;

CO2 mill-fjuwils kollha inkluż il-kokk, il-gassijiet ta’ skart bħall-gass tal-forn tal-kokk, il-gass tal-forn tal-blast jew il-gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu; direttament jew indirettament marbuta mal-proċess tal-produzzjoni, u l-materjali użati għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

Prekursuri rilevanti: xejn.

3.12.   FeMn (Ferromanganiż), FeCr (Ferrokromu) u FeNi (Ferronikil)

3.12.1.   Dispożizzjonijiet speċjali

Dan il-proċess ikopri biss il-produzzjoni tal-ligi identifikati taħt il-kodiċijiet NM 7202 1, 7202 4 u 7202 6. Materjali oħra tal-ħadid b’kontenut ta’ liga sinifikanti bħal spiegeleisen ma humiex koperti. L-NPI (ħadid fondut grezz tan-nikil) huwa inkluż jekk il-kontenut tan-nikil ikun akbar minn 10 %.

Meta l-gassijiet ta’ skart jew gassijiet oħra mit-tromba taċ-ċumnija jiġu emessi mingħajr tnaqqis, is-CO li jkun hemm fil-gass ta’ skart għandu jitqies bħala l-ekwivalenti molari tal-emissjonijiet tas-CO2.

3.12.2.   Rotta tal-produzzjoni

Għal FeMn, FeCr u FeNi, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

L-emissjonijiet tas-CO2 ikkawżati minn inputs ta’ fjuwil, irrispettivament minn jekk jintużawx għal użu enerġetiku jew mhux enerġetiku;

L-emissjonijiet tas-CO2 minn inputs ta’ proċessi bħal ġebla tal-ġir u mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija;

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-konsum ta’ elettrodi jew ta’ pejsts tal-elettrodi;

Il-karbonju li jifdal fil-prodott jew f’gagazza jew skart jitqies bl-użu ta’ metodu ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mat-Taqsima B.3.2 tal-Anness III.

Prekursuri rilevanti: Minerali sinterizzati, jekk jintużaw fil-proċess.

3.13.   Ħadid Fondut Grezz

3.13.1.   Dispożizzjonijiet speċjali

Din il-kategorija ta’ oġġetti aggregati tinkludi ħadid fondut grezz mhux illigat minn fran tal-blast kif ukoll ħadid fondut grezz li fih il-ligi (eż. spiegeleisen), irrispettivament mill-forma fiżika (eż. ingotti, bċejjeċ żgħar). L-NPI (il-ħadid fondut grezz bin-nikil) huwa inkluż jekk il-kontenut tan-nikil ikun anqas minn 10 %. F’impjanti integrati tal-azzar, il-ħadid fondut grezz likwidu (“metall sħun”) iċċarġjat direttament lill-konvertitur tal-ossiġenu huwa l-prodott li jifred il-proċess tal-produzzjoni għall-ħadid fondut grezz mill-proċess tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum. Meta l-installazzjoni ma tbigħx jew ma tittrasferixxix ħadid fondut grezz lil installazzjonijiet oħra, ma hemmx bżonn li jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-ħadid fondut grezz separatament. Proċess tal-produzzjoni komuni li jinkludi l-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum u, soġġett għar-regoli tat-Taqsima A.4 tal-Anness III, tista’ tiġi definita produzzjoni downstream ulterjuri.

3.13.2.   Rotot tal-produzzjoni

3.13.2.1.   Rotta tal-forn tal-blast

Għal dik ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

CO2 mill-fjuwils u mill-aġenti riduċenti bħall-kokk, it-trab tal-kokk, il-faħam, iż-żjut tal-fjuwil, l-iskart tal-plastik, il-gass naturali, l-iskart tal-injam, il-faħam tal-kannol, kif ukoll minn gassijiet ta’ skart bħall-gass tal-forn tal-kokk, gass tal-forn tal-blast jew gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu.

Fejn tintuża l-bijomassa, għandhom jitqiesu d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima B.3.3 tal-Anness III.

CO2 minn materjali ta’ proċess bħal ġebla tal-ġir, manjeżit, u karbonati oħra, minerali karbonitiċi; materjali għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

Il-karbonju li jifdal fil-prodott jew f’gagazza jew skart jitqies bl-użu ta’ metodu ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mat-Taqsima B.3.2 tal-Anness III.

Prekursuri rilevanti:

minerali sinterizzati;

ħadid fondut grezz jew ħadid ridott direttament (DRI) minn installazzjonijiet jew proċessi tal-produzzjoni oħrajn, jekk jintuża fil-proċess;

FeMn, FeCr, FeNi jekk jintużaw fil-proċess;

idroġenu jekk jintuża fil-proċess.

3.13.2.2.   Tnaqqis bit-tidwib

Għal din ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

CO2 mill-fjuwils u mill-aġenti riduċenti bħall-kokk, it-trab tal-kokk, il-faħam, iż-żjut tal-fjuwil, l-iskart tal-plastik, il-gass naturali, l-iskart tal-injam, il-faħam tal-kannol, il-gassijiet ta’ skart mill-proċess jew il-gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu, eċċ.

Fejn tintuża l-bijomassa, għandhom jitqiesu d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima B.3.3 tal-Anness III.

CO2 minn materjali ta’ proċess bħal ġebla tal-ġir, manjeżit, u karbonati oħra, minerali karbonitiċi; materjali għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

Il-karbonju li jifdal fil-prodott jew f’gagazza jew skart jitqies bl-użu ta’ metodu ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mat-Taqsima B.3.2 tal-Anness III.

Prekursuri rilevanti:

minerali sinterizzati;

ħadid fondut grezz jew DRI minn installazzjonijiet jew proċessi tal-produzzjoni oħrajn, jekk jintużaw fil-proċess;

FeMn, FeCr, FeNi jekk jintużaw fil-proċess;

idroġenu jekk jintuża fil-proċess.

3.14.   DRI (Ħadid Ridott Direttament)

3.14.1.   Dispożizzjonijiet speċjali

Hemm biss rotta tal-produzzjoni waħda definita, għalkemm teknoloġiji differenti jistgħu jużaw kwalitajiet differenti ta’ minerali, li jistgħu jeħtieġu pelitizzazzjoni jew sinterizzazzjoni, u aġenti riduċenti differenti (gass naturali, fjuwils fossili differenti jew bijomassa, idroġenu). Għalhekk, il-prekursuri minerali sinterizzati jew idroġenu jistgħu jkunu rilevanti. Bħala prodotti, jistgħu jkunu rilevanti l-iron sponge, il-hot briquetted iron (HBI) jew forom oħra ta’ ħadid ridott direttament, inkluż DRI li jiġi fornut minnufih għal fran b’ark elettriku jew għal proċessi downstream oħra.

Fejn l-installazzjoni ma tbigħx jew ma tittrasferixxix DRI lil installazzjonijiet oħra, ma hemmx bżonn li jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet mill-produzzjoni tad-DRI separatament. Jista’ jintuża proċess tal-produzzjoni komuni li jinkludi l-produzzjoni tal-azzar u, soġġett għar-regoli tat-Taqsima A.4 tal-Anness III, produzzjoni downstream ulterjuri.

3.14.2.   Rotta tal-produzzjoni

Għal din ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

CO2 mill-fjuwils u mill-aġenti riduċenti bħall-gass naturali, iż-żjut tal-fjuwil, il-gassijiet ta’ skart mill-proċess jew gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu, eċċ;

Fejn jintuża l-bijogass jew forom oħra ta’ bijomassa, għandhom jitqiesu d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima B.3.3 tal-Anness III;

CO2 minn materjali ta’ proċess bħal ġebla tal-ġir, manjeżit, u karbonati oħra, minerali karbonitiċi; materjali għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija;

Il-karbonju li jifdal fil-prodott jew f’gagazza jew skart jitqies bl-użu ta’ metodu ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mat-Taqsima B.3.2 tal-Anness III.

Prekursuri rilevanti:

minerali sinterizzati, jekk jintużaw fil-proċess;

idroġenu, jekk jintuża fil-proċess;

ħadid fondut grezz jew DRI minn installazzjonijiet jew proċessi tal-produzzjoni oħrajn, jekk jintużaw fil-proċess;

FeMn, FeCr, FeNi jekk jintużaw fil-proċess.

3.15.   Azzar mhux maħdum

3.15.1.   Dispożizzjonijiet speċjali

Il-konfini tas-sistema għandhom ikopru l-attivitajiet u l-unitajiet kollha meħtieġa għall-kisba ta’ azzar mhux maħdum:

Jekk il-proċess jibda minn metall sħun (ħadid fondut grezz likwidu), il-konfini tas-sistema għandhom jinkludu l-konvertitur bażiku tal-ossiġenu, it-tneħħija tal-gass tal-vakwu, metallurġija sekondarja, dekarburizzazzjoni tal-ossiġenu argon/dekarburizzazzjoni tal-ossiġenu tal-vakwu, ikkastjar kontinwu jew tiswir tal-ingotti, fejn il-laminazzjoni fis-sħana jew il-kiwi rilevanti, u l-attivitajiet awżiljarji kollha meħtieġa bħal trasferimenti, tisħin mill-ġdid, u tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija;

Jekk il-proċess juża forn tal-ark elettriku, il-konfini tas-sistema għandhom jinkludu l-attivitajiet u l-unitajiet rilevanti kollha bħall-forn tal-ark elettriku nnifsu, metallurġija sekondarja, it-tneħħija tal-gass tal-vakwu, id-dekarburizzazzjoni tal-ossiġenu argon/dekarburizzazzjoni tal-ossiġenu tal-vakwu, ikkastjar kontinwu jew tiswir tal-ingotti, fejn il-laminazzjoni fis-sħana jew il-kiwi rilevanti, u l-attivitajiet awżiljarji kollha meħtieġa bħal trasferimenti, tisħin ta’ materja prima u tagħmir, tisħin mill-ġdid, u tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

F’din il-kategorija ta’ oġġetti aggregati huma inklużi biss il-laminazzjoni fis-sħana primarja u l-iffurmar mhux maħdum bil-kiwi biex jinkisbu l-prodotti nofshom irfinuti taħt il-kodiċijiet NM 7207, 7218 u 7224. Il-proċessi l-oħra kollha ta’ laminazzjoni u ta’ kiwi huma inklużi fil-kategorija ta’ oġġetti aggregati “prodotti tal-ħadid jew tal-azzar”.

3.15.2.   Rotot tal-produzzjoni

3.15.2.1.   Produzzjoni tal-azzar bl-ossiġenu bażiku

Għal dik ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

CO2 minn fjuwils bħall-faħam, il-gass naturali, iż-żjut tal-fjuwil, il-gassijiet ta’ skart bħall-gass tal-forn tal-blast, il-gass tal-forn tal-kokk jew il-gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu, eċċ.;

CO2 minn materjali ta’ proċess bħal ġebla tal-ġir, manjeżit, u karbonati oħra, minerali karbonitiċi, materjali għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija;

Il-karbonju li jidħol fil-proċess fir-ruttam, fil-ligi, fil-grafit eċċ. u l-karbonju li jifdal fil-prodott jew f’gagazza jew f’skart jitqies billi jintuża metodu ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mat-Taqsima B.3.2 tal-Anness III.

Prekursuri rilevanti:

ħadid fondut grezz, DRI, jekk jintużaw fil-proċess;

FeMn, FeCr, FeNi jekk jintużaw fil-proċess;

azzar mhux maħdum minn installazzjonijiet jew proċessi tal-produzzjoni oħrajn jekk jintużaw fil-proċess.

3.15.2.2.   Forn b’ark elettriku

Għal dik ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

CO2 minn fjuwils bħall-faħam, il-gass naturali, iż-żjut tal-fjuwil, kif ukoll minn gassijiet ta’ skart bħall-gass tal-forn tal-blast, il-gass tal-forn tal-kokk jew il-gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu.

CO2 mill-konsum ta’ elettrodi u pejsts tal-elettrodi.

CO2 minn materjali ta’ proċess bħal ġebla tal-ġir, manjeżit, u karbonati oħra, minerali karbonitiċi; materjali għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

Il-karbonju li jidħol fil-proċess, eż. fil-forma ta’ ruttam, ligi u grafit, u l-karbonju li jifdal fil-prodott jew f’gagazza jew skart jitqies bl-użu ta’ metodu ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mat-Taqsima B.3.2 tal-Anness III.

Prekursuri rilevanti:

ħadid fondut grezz, DRI, jekk jintużaw fil-proċess;

FeMn, FeCr, FeNi jekk jintużaw fil-proċess;

azzar mhux maħdum minn installazzjonijiet jew proċessi tal-produzzjoni oħrajn jekk jintużaw fil-proċess.

3.16.   Prodotti tal-ħadid jew tal-azzar

3.16.1.   Dispożizzjonijiet speċjali

Soġġett għar-regoli tat-Taqsima A.4 tal-Anness III u tat-Taqsimiet 3.11 sa 3.15 ta’ dan l-Anness, il-proċess tal-produzzjoni għall-prodotti tal-ħadid jew tal-azzar jista’ japplika għall-każijiet li ġejjin:

Il-konfini tas-sistema jkopru bħala proċess wieħed il-passi kollha ta’ impjant tal-azzar integrat mill-produzzjoni tal-ħadid fondut grezz jew tad-DRI, tal-azzar mhux maħdum, tal-prodotti nofshom irfinuti kif ukoll tal-prodotti tal-azzar finali taħt il-kodiċijiet NM elenkati fit-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness.

Il-konfini tas-sistema jkopru l-produzzjoni ta’ azzar mhux maħdum, prodotti nofshom irfinuti u prodotti tal-azzar finali taħt il-kodiċijiet NM elenkati fit-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness.

Il-konfini tas-sistema jkopru l-produzzjoni ta’ prodotti tal-azzar finali taħt il-kodiċijiet NM elenkati fit-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness li jibdew minn azzar mhux maħdum, prodotti nofshom irfinuti jew minn prodotti finali oħra tal-azzar taħt il-kodiċijiet NM elenkati fit-Taqsima 2 li jew jiġu riċevuti minn installazzjonijiet oħra jew jiġu prodotti fl-istess installazzjoni iżda taħt proċess tal-produzzjoni separat.

L-għadd doppju jew il-lakuni fil-monitoraġġ tal-proċessi tal-produzzjoni ta’ installazzjoni għandhom jiġu evitati. Il-passi tal-produzzjoni li ġejjin għandhom ikunu koperti mill-proċess tal-produzzjoni ta’ “prodotti tal-ħadid jew tal-azzar”:

Il-passi kollha tal-produzzjoni għall-produzzjoni tal-oġġetti koperti mill-kodiċijiet NM mogħtija fit-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness għall-kategorija tal-oġġetti aggregati “prodotti tal-ħadid jew tal-azzar”, li ma humiex diġà koperti minn proċessi ta’ produzzjoni separati għall-ħadid fondut grezz, id-DRI jew l-azzar mhux maħdum, kif meħtieġ mit-Taqsimiet 3.11 sa 3.15 ta’ dan l-Anness u kif applikat fl-installazzjoni.

Il-passi kollha tal-produzzjoni applikati fl-installazzjoni, li jibdew minn azzar mhux maħdum, inkluż, iżda mhux limitat għal: it-tisħin mill-ġdid, it-tidwib mill-ġdid, l-ikkastjar, il-laminazzjoni fis-sħana, il-laminazzjoni fil-kiesaħ, il-kiwi, it-tindif tal-metall bl-aċidu, ir-rikottura, l-ipplejtjar, il-kisi, galvanizzar, it-trafilaġġ, il-qtugħ, l-iwweldjar, il-finitura.

Għal prodotti li fihom aktar minn 5 % skont il-massa ta’ materjali oħra, eż. materjali ta’ iżolament fil-kodiċi NM 7309 00 30, il-massa tal-ħadid jew tal-azzar biss għandha tiġi rrapportata bħala l-massa tal-oġġetti prodotti.

3.16.2.   Rotta tal-produzzjoni

Għall-prodotti tal-ħadid jew tal-azzar, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

L-emissjonijiet kollha tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils u l-emissjonijiet tal-proċessi mit-trattament tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, relatati mal-istadji tal-produzzjoni applikati fl-installazzjoni, inklużi, iżda mhux limitati għal: it-tisħin mill-ġdid, it-tidwib mill-ġdid, l-ikkastjar, il-laminazzjoni fis-sħana, il-laminazzjoni fil-kiesaħ, il-kiwi, it-tindif tal-metall bl-aċidu, ir-rikottura, l-ipplejtjar, il-kisi, galvanizzar, it-trafilaġġ, il-qtugħ, l-iwweldjar u l-finitura ta’ prodotti tal-ħadid jew tal-azzar.

Prekursuri rilevanti:

azzar mhux maħdum, jekk jintuża fil-proċess;

ħadid fondut grezz, DRI, jekk jintużaw fil-proċess;

FeMn, FeCr, FeNi, jekk jintużaw fil-proċess;

prodotti tal-ħadid jew tal-azzar, jekk jintużaw fil-proċess.

3.17.   Aluminju mhux maħdum

3.17.1.   Dispożizzjonijiet speċjali

Din il-kategorija ta’ oġġetti aggregati tinkludi aluminju mhux illigat kif ukoll aluminju lligat, f’forma fiżika tipika għal metalli mhux maħduma, bħal ingotti, ċangaturi, billetti jew bċejjeċ żgħar. F’impjanti tal-aluminju integrat, l-aluminju likwidu li jiġi ċċarġjat direttament għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-aluminju huwa inkluż ukoll. Meta l-installazzjoni ma tbigħx jew ma tittrasferixxix aluminju mhux maħdum lejn installazzjonijiet oħra, ma hemmx bżonn li jiġu mmonitorjati separatament l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-aluminju mhux maħdum. Jista’ jiġi definit proċess ta’ produzzjoni komuni li jinkludi l-aluminju mhux maħdum u, soġġett għar-regoli tat-Taqsima A.4 tal-Anness III, jistgħu jiġu definiti proċessi ulterjuri għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-aluminju.

3.17.2.   Rotot tal-produzzjoni

3.17.2.1.   Tidwib primarju (elettrolitiku)

Għal dik ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-konsum ta’ elettrodi jew pejsts tal-elettrodi.

L-emissjonijiet tas-CO2 minn kwalunkwe fjuwil użat (eż. għat-tnixxif u għat-tisħin minn qabel tal-materja prima, għat-tisħin taċ-ċelloli tal-elettroliżi, għat-tisħin meħtieġ għall-ikkastjar).

L-emissjonijiet tas-CO2 minn kwalunkwe trattament tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, mis-soda jew mill-ġebla tal-ġir jekk rilevanti.

L-emissjonijiet tal-perfluworokarburi kkawżati mill-effetti tal-anodu mmonitorjati f’konformità mat-Taqsima B.7 tal-Anness III.

Prekursuri rilevanti: xejn.

3.17.2.2.   Tidwib sekondarju (riċiklaġġ)

It-tidwib sekondarju (riċiklaġġ) tal-aluminju juża r-ruttam tal-aluminju bħala input prinċipali. Madankollu, meta jiżdied aluminju mhux maħdum minn sorsi oħra, dan jiġi ttrattat bħala prekursur. Barra minn hekk, fejn il-prodott ta’ dan il-proċess ikun fih aktar minn 5 % elementi ta’ lligar, l-emissjonijiet integrati tal-prodott għandhom jiġu kkalkolati daqslikieku l-massa tal-elementi ta’ lligar kienet aluminju mhux maħdum mit-tidwib primarju.

Għal dik ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

L-emissjonijiet tas-CO2 minn kwalunkwe fjuwil użat għat-tnixxif u għat-tisħin minn qabel tal-materja prima, użat fil-fran tat-tidwib, fit-trattament minn qabel ta’ ruttam bħat-tneħħija tal-kisi u t-tneħħija taż-żjut, u l-kombustjoni tar-residwi relatati, u l-fjuwils meħtieġa għall-ikkastjar tal-ingotti, tal-billetti jew taċ-ċangaturi;

L-emissjonijiet tas-CO2 minn kwalunkwe fjuwil użat f’attivitajiet assoċjati bħat-trattament ta’ xkuma u rkupru ta’ gagazza;

L-emissjonijiet tas-CO2 minn kwalunkwe trattament tal-gass mit-tromba taċ-ċmieni, mis-soda jew mill-ġebla tal-ġir jekk rilevanti.

Prekursuri rilevanti:

Aluminju mhux maħdum minn sorsi oħra, jekk jintużaw fil-proċess.

3.18.   Prodotti tal-aluminju

3.18.1.   Dispożizzjonijiet speċjali

Soġġett għar-regoli tat-Taqsima A.4 tal-Anness III u t-Taqsima 3.17 ta’ dan l-Anness, il-proċess tal-produzzjoni għall-prodotti tal-aluminju jista’ japplika għall-każijiet li ġejjin:

Il-konfini tas-sistema jkopru bħala proċess wieħed il-passi kollha ta’ impjant tal-aluminju integrat mill-produzzjoni ta’ aluminju mhux maħdum għal prodotti nofshom irfinuti kif ukoll prodotti tal-aluminju taħt il-kodiċijiet NM elenkati fit-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness.

Il-konfini tas-sistema jkopru l-produzzjoni ta’ prodotti tal-aluminju taħt il-kodiċijiet NM elenkati fit-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness li jibdew minn prodotti nofshom irfinuti jew minn prodotti oħra tal-aluminju taħt il-kodiċijiet NM elenkati fit-Taqsima 2 li jew jiġu riċevuti minn installazzjonijiet oħra jew jiġu prodotti fl-istess installazzjoni iżda taħt proċess ta’ produzzjoni separat.

L-għadd doppju jew il-lakuni fil-monitoraġġ tal-proċessi tal-produzzjoni ta’ installazzjoni għandhom jiġu evitati. L-istadji tal-produzzjoni li ġejjin għandhom ikunu koperti mill-proċess tal-produzzjoni ta’ “prodotti tal-aluminju”:

Il-passi kollha tal-produzzjoni għall-produzzjoni tal-oġġetti koperti mill-kodiċijiet NM mogħtija fit-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness għall-kategorija tal-oġġetti aggregati “prodotti tal-aluminju”, li ma humiex diġà koperti minn proċessi ta’ produzzjoni separati għall-aluminju mhux maħdum, kif meħtieġ mit-Taqsima 3.17 ta’ dan l-Anness u kif applikat fl-installazzjoni.

Il-passi kollha tal-produzzjoni applikati fl-installazzjoni, li jibdew minn aluminju mhux maħdum, inklużi, iżda mhux limitati għal: it-tisħin mill-ġdid, it-tidwib mill-ġdid, l-ikkastjar, il-laminazzjoni, l-estrużjoni, il-kiwi, il-kisi, galvanizzar, it-trafilaġġ, il-qtugħ, l-iwweldjar u l-finitura.

Meta l-prodott ikun fih aktar minn 5 % skont l-elementi tal-illigar tal-massa, l-emissjonijiet integrati tal-prodott għandhom jiġu kkalkolati daqslikieku l-massa tal-elementi tal-illigar kienet aluminju mhux maħdum mit-tidwib primarju.

Għal prodotti li fihom aktar minn 5 % skont il-massa ta’ materjali oħra, eż. materjali ta’ iżolament fil-kodiċi NM 7611 00 00 il-massa tal-aluminju biss għandha tiġi rrapportata bħala l-massa tal-oġġetti prodotti.

3.18.2.   Rotta tal-produzzjoni

Għall-prodotti tal-aluminju, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

L-emissjonijiet kollha tas-CO2 mill-konsum tal-fjuwil fi proċessi li jiffurmaw prodotti tal-aluminju, u mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

Prekursuri rilevanti:

aluminju mhux maħdum, jekk jintuża fil-proċess tal-produzzjoni (trattament separat tal-aluminju primarju u sekondarju, jekk id-data tkun magħrufa);

prodotti tal-aluminju, jekk jintużaw fil-proċess tal-produzzjoni.

3.19.   Elettriku

3.19.1.   Dispożizzjonijiet speċjali

Għall-elettriku, għandhom jiġu mmonitorjati u rrapportati biss l-emissjonijiet diretti. Il-fattur tal-emissjonijiet għall-elettriku għandu jiġi ddeterminat f’konformità mat-Taqsima D.2 tal-Anness III.

3.19.2.   Rotot tal-produzzjoni

Għall-elettriku, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:

Kwalunkwe emissjoni ta’ kombustjoni u emissjoni ta’ proċess mit-trattament tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija.

Prekursuri rilevanti: xejn.


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1184 tal-10 ta’ Frar 2023 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi metodoloġija tal-Unjoni li tistipula regoli dettaljati għall-produzzjoni ta’ karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika (ĠU L 157, 20.6.2023, p. 11).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1).


ANNESS III

Regoli għad-determinazzjoni tad-data inkluż dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-installazzjoni, l-emissjonijiet attribwiti tal-proċessi tal-produzzjoni, u l-emissjonijiet integrati tal-oġġetti

A.   PRINĊIPJI

A.1.   Approċċ ġenerali

1.

Għall-fini tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati ta’ oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956, għandhom jitwettqu l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

Il-proċessi tal-produzzjoni relatati mal-oġġetti prodotti fl-installazzjoni għandhom jiġu identifikati bl-użu tal-kategoriji tal-oġġetti aggregati kif definiti fit-Taqsima 2 tal-Anness II, kif ukoll ir-rotot tal-produzzjoni rilevanti elenkati fit-Taqsima 3 tal-Anness II, filwaqt li jitqiesu r-regoli għall-istabbiliment tal-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni f’konformità mat-Taqsima A.4 ta’ dan l-Anness.

(b)

Fil-livell tal-installazzjoni li tipproduċi l-oġġetti, l-emissjonijiet diretti tal-gassijiet serra speċifikati għal dawk l-oġġetti fl-Anness II għandhom jiġu mmonitorjati f’konformità mal-metodi previsti fit-Taqsima B ta’ dan l-Anness.

(c)

Meta s-sħana li tista’ titkejjel tiġi importata lejn, prodotta fi, ikkonsmata fi jew esportata mill-installazzjoni, il-flussi netti tas-sħana u l-emissjonijiet assoċjati mal-produzzjoni ta’ dik is-sħana għandhom jiġu mmonitorjati f’konformità mal-metodi previsti fit-Taqsima C ta’ dan l-Anness.

(d)

Għall-fini tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet indiretti integrati fl-oġġetti prodotti, il-konsum tal-elettriku fil-proċessi tal-produzzjoni rilevanti għandu jiġi mmonitorjat f’konformità mal-metodi previsti fit-Taqsima D.1 ta’ dan l-Anness. Meta l-elettriku jiġi prodott fl-installazzjoni jew minn sors b’rabta teknika diretta, l-emissjonijiet assoċjati ma’ dik il-produzzjoni tal-elettriku għandhom jiġu mmonitorjati sabiex jiġi ddeterminat il-fattur tal-emissjonijiet għal dak l-elettriku. Fejn l-installazzjoni tirċievi elettriku mill-grilja, il-fattur tal-emissjonijiet għal dak l-elettriku għandu jiġi ddeterminat f’konformità mat-Taqsima D.2.3 ta’ dan l-Anness. Kwalunkwe kwantità ta’ elettriku ttrasferit bejn il-proċessi tal-produzzjoni jew esportat mill-installazzjoni għandha tiġi mmonitorjata, ukoll.

(e)

L-emissjonijiet diretti fl-installazzjonijiet, bil-produzzjoni u l-konsum tas-sħana, il-produzzjoni u l-konsum tal-elettriku, u kwalunkwe fluss rilevanti ta’ gass ta’ skart għandhom jiġu attribwiti għall-proċessi tal-produzzjoni assoċjati mal-oġġetti prodotti bl-applikazzjoni tar-regoli previsti fit-Taqsima F ta’ dan l-Anness. Dawk l-emissjonijiet attribwiti għandhom jintużaw biex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet speċifiċi integrati diretti u indiretti tal-oġġetti prodotti, bl-applikazzjoni tat-Taqsima F ta’ dan l-Anness.

(f)

Fejn it-Taqsima 3 tal-Anness II tiddefinixxi prekursuri rilevanti għall-oġġetti prodotti fl-installazzjonijiet, li jagħmlu dawk l-oġġetti “oġġetti kumplessi”, l-emissjonijiet integrati tal-prekursur rilevanti għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mat-Taqsima E ta’ dan l-Anness, u għandhom jiżdiedu mal-emissjonijiet integrati tal-oġġetti kumplessi prodotti, billi jiġu applikati r-regoli previsti fit-Taqsima G ta’ dan l-Anness. Fejn il-prekursuri huma stess oġġetti kumplessi, dak il-proċess għandu jiġi ripetut b’mod rikorrenti sakemm ma jkunx hemm aktar prekursuri involuti.

2.

Meta operatur ma jkunx jista’ jiddetermina b’mod adegwat id-data reali għal sett wieħed jew aktar ta’ data, billi japplika l-metodi previsti fit-Taqsima A.3 ta’ dan l-Anness, u meta ma jkun disponibbli l-ebda metodu ieħor għall-għeluq tal-lakuni fid-data, il-valuri prestabbiliti magħmula disponibbli u ppubblikati mill-Kummissjoni għal dak il-perjodu tranżizzjonali jistgħu jintużaw skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament. F’dak il-każ, għandha tiżdied spjegazzjoni qasira tar-raġunijiet għaliex ma tintużax data reali.

3.

Il-monitoraġġ għandu jkopri perjodu ta’ rapportar li jiżgura li d-data mhux rappreżentattiva minħabba varjazzjonijiet ta’ żmien qasir fil-proċessi tal-produzzjoni u l-lakuni fid-data jiġu evitati sal-ogħla punt possibbli. Il-perjodu ta’ rapportar prestabbilit huwa sena kalendarja. Madankollu, l-operatur jista’ jagħżel bħala alternattiva:

(a)

jekk l-installazzjoni jkollha obbligu ta’ konformità taħt sistema ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika eliġibbli, jista’ jintuża l-perjodu ta’ rapportar ta’ dik is-sistema, jekk din tkopri mill-inqas tliet xhur.

(b)

is-sena fiskali tal-operatur dment li tali perjodu jiżgura kwalità ogħla tad-data mill-użu tas-sena kalendarja.

L-emissjonijiet integrati tal-oġġetti għandhom jiġu kkalkolati bħala medja tal-perjodu ta’ rapportar magħżul.

4.

Fir-rigward tal-emissjonijiet li jseħħu barra mill-konfini tal-installazzjoni li huma rilevanti għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati, għandha tintuża d-data għall-aħħar perjodu ta’ rapportar disponibbli, kif miksuba mill-fornitur tal-input (eż. elettriku, sħana, prekursur). L-emissjonijiet li jseħħu barra mill-konfini tal-installazzjoni jinkludu:

(a)

l-emissjonijiet indiretti fejn l-elettriku jasal mill-grilja;

(b)

l-emissjonijiet mill-elettriku u mis-sħana importati minn installazzjonijiet oħra;

(c)

l-emissjonijiet diretti u indiretti integrati ta’ prekursuri li jaslu minn installazzjonijiet oħra.

5.

Id-data dwar l-emissjonijiet fuq perjodu ta’ rapportar sħiħ għandha tiġi espressa f’tunnellati ta’ CO2e arrotondata għal tunnellati sħaħ.

Il-parametri kollha użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet għandhom jiġu approssimati sabiex jinkludu ċ-ċifri sinifikanti kollha għall-fini tal-kalkolu u r-rapportar tal-emissjonijiet.

L-emissjonijiet integrati diretti u indiretti speċifiċi għandhom jiġu espressi f’tunnellati ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ oġġetti, arrotondati biex jinkludu ċ-ċifri sinifikanti kollha, b’massimu ta’ ħames ċifri wara l-virgola.

A.2.   Prinċipji ta’ monitoraġġ

Għall-monitoraġġ tad-data reali fil-livell tal-installazzjoni, u għas-settijiet tad-data meħtieġa għall-attribuzzjoni tal-emissjonijiet lill-oġġetti, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

1.

Kompletezza: Il-metodoloġija ta’ monitoraġġ għandha tkopri l-parametri kollha meħtieġa biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet integrati tal-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 f’konformità mal-metodi u l-formuli li jinsabu f’dan l-Anness.

(a)

L-emissjonijiet diretti fil-livell tal-installazzjoni jinkludu l-emissjonijiet tal-kombustjoni u tal-proċess.

(b)

L-emissjonijiet diretti integrati jinkludu l-emissjonijiet attribwiti tal-proċess tal-produzzjoni rilevanti f’konformità mat-Taqsima F ta’ dan l-Anness, abbażi tal-emissjonijiet diretti fl-installazzjoni, l-emissjonijiet relatati mal-flussi rilevanti tas-sħana u mal-flussi tal-materjali bejn il-konfini tas-sistema tal-proċess, inklużi l-gassijiet ta’ skart, jekk rilevanti. Barra minn hekk, l-emissjonijiet diretti integrati jinkludu l-emissjonijiet diretti integrati ta’ prekursuri rilevanti.

(c)

L-emissjonijiet indiretti fil-livell tal-installazzjoni jkopru l-emissjonijiet relatati mal-konsum tal-elettriku fl-installazzjoni.

(d)

L-emissjonijiet indiretti integrati jinkludu l-emissjonijiet indiretti tal-oġġetti prodotti fl-installazzjoni, u l-emissjonijiet integrati indiretti tal-prekursuri rilevanti.

(e)

Għal kull parametru għandu jintgħażel metodu xieraq f’konformità mat-Taqsima A.3 ta’ dan l-Anness, li jiżgura li la jkun hemm għadd doppju u lanqas lakuni fid-data.

2.

Konsistenza u komparabilità: Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu konsistenti u komparabbli tul iż-żmien. Għal dak l-għan, il-metodi magħżula għandhom jiġu stabbiliti f’dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ bil-miktub sabiex il-metodi jintużaw b’mod konsistenti. Il-metodoloġija għandha tinbidel biss jekk tkun iġġustifikata b’mod oġġettiv. Ir-raġunijiet rilevanti jinkludu:

(a)

bidliet fil-konfigurazzjoni tal-installazzjoni fit-teknoloġija użata, fil-materjali ta’ input u fil-fjuwils, jew fl-oġġetti prodotti;

(b)

għandhom jiġu introdotti sorsi tad-data jew metodi ta’ monitoraġġ ġodda minħabba bidliet tas-sħab kummerċjali responsabbli għad-data użata fil-metodoloġija ta’ monitoraġġ;

(c)

l-akkuratezza tad-data tista’ tittejjeb, il-flussi tad-data jistgħu jiġu ssimplifikati jew is-sistema ta’ kontroll tista’ tittejjeb.

3.

Trasparenza: Id-data ta’ monitoraġġ għandha tinkiseb, tiġi rreġistrata, ikkumpilata, analizzata u ddokumentata, inklużi suppożizzjonijiet, referenzi, data dwar l-attivitajiet, fatturi tal-emissjonijiet, fatturi ta’ kalkolu, data dwar l-emissjonijiet integrati ta’ prekursuri mixtrija, sħana li tista’ titkejjel u elettriku, valuri prestabbiliti ta’ emissjonijiet integrati, informazzjoni dwar prezz tal-karbonju dovut, u kwalunkwe data oħra rilevanti għall-fini ta’ dan l-Anness, b’mod trasparenti li jippermetti r-riproduzzjoni tad-determinazzjoni tad-data dwar l-emissjonijiet inkluż minn partijiet terzi indipendenti, bħal verifikaturi akkreditati. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi rekord tal-bidliet kollha fil-metodoloġija.

Għandhom jinżammu rekords kompluti u trasparenti fl-installazzjoni tad-data kollha rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati tal-oġġetti prodotti, inklużi d-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa, għal mill-inqas erba’ snin wara l-perjodu ta’ rapportar. Dawk ir-rekords jistgħu jiġu divulgati lil dikjarant tar-rapportar.

4.

Akkuratezza: Il-metodoloġija ta’ monitoraġġ magħżula għandha tiżgura li d-determinazzjoni tal-emissjonijiet la tkun mhux akkurata b’mod sistematiku u lanqas b’mod konxju. Kwalunkwe sors ta’ ineżattezzi għandu jiġi identifikat u jitnaqqas kemm jista’ jkun. Għandha tiġi eżerċitata diliġenza dovuta biex jiġi żgurat li l-kalkolu u l-kejl tal-emissjonijiet juru l-ogħla akkuratezza li tista’ tinkiseb.

Meta jkun hemm lakuni fid-data jew ikunu mistennija li jkunu inevitabbli, id-data sostituttiva għandha tikkonsisti minn stimi konservattivi. Aktar każijiet fejn id-data dwar l-emissjonijiet għandha tkun ibbażata fuq stimi konservattivi jinkludu:

(a)

monossidu tal-karbonju (CO) rilaxxat fl-atmosfera għandu jiġi kkalkolat bħala l-ammont molari ekwivalenti ta’ CO2;

(b)

l-emissjonijiet kollha tal-bijomassa fil-bilanċi tal-massa u għas-CO2 ittrasferit, fejn ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat il-kontenut tal-bijomassa fil-materjali jew fil-fjuwils, l-emissjonijiet għandhom jitqiesu li huma mill-karbonju fossili.

5.

Integrità tal-metodoloġija: Il-metodoloġija ta’ monitoraġġ magħżula għandha tippermetti li tiġi rrapportata assigurazzjoni raġonevoli tal-integrità tad-data dwar l-emissjonijiet. L-emissjonijiet għandhom ikunu determinati billi jintużaw il-metodoloġiji ta’ monitoraġġ xierqa stabbiliti f’dan l-Anness. Id-data rrapportata dwar l-emissjonijiet għandha tkun ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, tevita preġudizzju fl-għażla u fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni, u tipprovdi rendikont kredibbli u bbilanċjat tal-emissjonijiet integrati tal-oġġetti prodotti mill-installazzjoni.

6.

Jistgħu jiġu applikati miżuri fakultattivi biex tiżdied il-kwalità tad-data li għandha tiġi rrapportata, b’mod partikolari l-attivitajiet ta’ fluss u kontroll tad-data f’konformità mat-Taqsima H ta’ dan l-Anness.

7.

Kosteffettività: Fl-għażla tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ, it-titjib li jirriżulta minn akkuratezza ikbar għandu jiġi bbilanċjat mal-kostijiet addizzjonali. Il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet għandu jkollhom l-għan li jilħqu l-ogħla akkuratezza li tista’ tinkiseb, għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli.

8.

Titjib kontinwu: Għandu jiġi vverifikat regolarment jekk il-metodoloġiji ta’ monitoraġġ jistgħux jittejbu. Jekk titwettaq il-verifika tad-data dwar l-emissjonijiet, kwalunkwe rakkomandazzjoni għat-titjib inkluża fir-rapporti ta’ verifika għandha titqies għall-implimentazzjoni fi żmien raġonevoli, sakemm it-titjib ma jikkawżax kostijiet irraġonevoli jew ma jkunx teknikament fattibbli.

A.3.   Metodi li jirrappreżentaw l-aħjar sors ta’ data disponibbli

1.

Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati tal-oġġetti, u għas-settijiet ta’ data sottostanti, bħall-emissjonijiet relatati ma’ flussi minn sorsi individwali jew sorsi ta’ emissjonijiet, kwantitajiet ta’ sħana li tista’ titkejjel, il-prinċipju ġenerali għandu jkun li dejjem jintgħażel l-aħjar sors ta’ data disponibbli. Għal dan l-għan, għandhom japplikaw il-prinċipji ta’ gwida li ġejjin:

(a)

Il-metodi ta’ monitoraġġ deskritti f’dan l-Anness huma ppreferuti. Jekk għal sett speċifiku ta’ data ma jkun hemm l-ebda metodu ta’ monitoraġġ deskritt f’dan l-Anness, jew dan ikun jinvolvi kostijiet irraġonevoli jew ma jkunx teknikament fattibbli, jistgħu jintużaw metodi ta’ monitoraġġ minn sistema eliġibbli oħra ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament, jekk dawn ikopru s-sett ta’ data meħtieġ. Meta tali metodi ma jkunux disponibbli, ma jkunux teknikament fattibbli, jew iġarrbu kostijiet irraġonevoli, jistgħu jintużaw metodi indiretti għad-determinazzjoni tas-sett tad-data f’konformità mal-punt 2. Meta tali metodi ma jkunux disponibbli, ma jkunux teknikament fattibbli, jew iġarrbu kostijiet irraġonevoli, jistgħu jintużaw valuri prestabbiliti magħmula disponibbli u ppubblikati mill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ tranżizzjoni skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament.

(b)

Għall-metodi ta’ determinazzjoni diretti jew indiretti, metodu jitqies xieraq meta jiġi żgurat li kwalunkwe kejl, analiżi, kampjunar, kalibrazzjoni, u validazzjoni għad-determinazzjoni tas-sett speċifiku ta’ data jitwettqu bl-applikazzjoni ta’ metodi definiti fl-istandards rilevanti tal-EN jew tal-ISO. Meta dawn l-istandards ma jkunux disponibbli, jistgħu jintużaw standards nazzjonali. Fejn ma jeżistu l-ebda standards applikabbli ppubblikati, għandhom jintużaw abbozzi ta’ standards adattati, linji gwida dwar l-aqwa prattiki tal-industrija jew metodoloġiji oħra ppruvati xjentifikament, u għandu jiġi limitat il-preġudizzju fil-kampjunar u l-kejl.

(c)

Fi ħdan metodu wieħed imsemmi fil-punt (a), l-istrumenti tal-kejl jew l-analiżijiet fil-laboratorju taħt il-kontroll tal-operatur għandu jiġu ppreferuti fuq l-istrumenti tal-kejl jew l-analiżijiet taħt il-kontroll ta’ entità legali oħra, bħall-fornitur tal-fjuwil jew tal-materjali jew is-sħab kummerċjali rigward l-oġġetti prodotti.

(d)

L-istrumenti tal-kejl għandhom jintgħażlu b’tali mod li juru l-inqas inċertezza fl-użu mingħajr ma jġarrbu kostijiet irraġonevoli. L-istrumenti taħt il-kontroll metroloġiku legali huma ppreferuti, ħlief meta jkunu disponibbli strumenti oħra b’inċertezza fl-użu ferm aktar baxxa. L-istrumenti għandhom jintużaw biss f’ambjenti xierqa skont l-ispeċifikazzjoni tal-użu tagħhom.

(e)

Meta jintużaw analiżijiet tal-laboratorju, jew meta l-laboratorji jwettqu trattament tal-kampjuni, kalibrazzjonijiet, validazzjonijiet tal-metodu, jew attivitajiet relatati mal-kejl kontinwu tal-emissjonijiet, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tat-Taqsima B.5.4.3 ta’ dan l-Anness.

2.

Metodi ta’ determinazzjoni indiretti: Meta ma jkun hemm l-ebda metodu ta’ determinazzjoni diretta disponibbli għal sett ta’ data meħtieġ, b’mod partikolari għal każijiet fejn jeħtieġ li tiġi ddeterminata s-sħana netta li tista’ titkejjel li tidħol fi proċessi tal-produzzjoni differenti, jista’ jintuża metodu ta’ determinazzjoni indiretta, bħal:

(a)

kalkolu bbażat fuq proċess kimiku jew fiżiku magħruf, bl-użu ta’ valuri ta’ letteratura aċċettati xierqa għall-proprjetajiet kimiċi u fiżiċi ta’ sustanzi involuti, fatturi stojkjometriċi xierqa u proprjetajiet termodinamiċi bħal entalpiji ta’ reazzjoni, kif xieraq;

(b)

kalkolu bbażat fuq id-data tad-disinn tal-installazzjoni bħall-effiċjenzi tal-enerġija tal-unitajiet tekniċi jew il-konsum tal-enerġija ikkalkulat għal kull unità ta’ prodott;

(c)

korrelazzjonijiet ibbażati fuq testijiet empiriċi biex ikunu stabbiliti l-valuri ta’ stima għas-sett ta’ data meħtieġ minn tagħmir mhux ikkalibrat jew minn data dokumentata fi protokolli tal-produzzjoni. Għal dak l-għan għandu jiġi żgurat li l-korrelazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-prattiki tajba tal-inġinerija u li tiġi applikata biss biex ikunu determinati valuri li jaqgħu fil-firxa li għaliha tkun ġiet stabbilita. Il-validità ta’ tali korrelazzjonijiet għandha tiġi evalwata mill-inqas darba fis-sena.

3.

Sabiex jiġu ddeterminati l-aħjar sorsi tad-data disponibbli, għandu jintgħażel is-sors ta’ data l-ogħla fil-klassifikazzjoni ppreżentata taħt il-punt 1 u diġà disponibbli fl-installazzjoni. Madankollu, jekk ikun teknikament fattibbli li jiġi applikat sors ta’ data ogħla fil-klassifikazzjoni mingħajr ma jiġu mġarrba kostijiet irraġonevoli, tali sors ta’ data aħjar għandu jiġi applikat mingħajr dewmien żejjed. Jekk ikunu disponibbli sorsi differenti ta’ data għall-istess sett ta’ data fl-istess livell fil-klassifikazzjoni ppreżentata taħt il-punt 1, għandu jintgħażel is-sors ta’ data li jiżgura l-fluss tad-data l-aktar ċar bl-inqas riskju inerenti u riskju ta’ kontroll fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet skorretti.

4.

Is-sorsi tad-data magħżula taħt il-punt 3 għandhom jintużaw għad-determinazzjoni u r-rapportar tal-emissjonijiet integrati.

5.

Sa fejn ikun fattibbli mingħajr ma jiġu mġarrba kostijiet irraġonevoli, għall-fini tas-sistema ta’ kontroll f’konformità mat-Taqsima H ta’ dan l-Anness, għandhom jiġu identifikati sorsi tad-data jew metodi addizzjonali għad-determinazzjoni tas-settijiet ta’ data li jippermettu l-korroborazzjoni tas-sorsi tad-data taħt il-punt (3). Is-sorsi tad-data magħżula, jekk ikun hemm, għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ.

6.

Titjib rakkomandat: Għandu jiġi vverifikat regolarment, iżda mill-inqas darba fis-sena, jekk ikunux saru disponibbli sorsi ġodda tad-data, għall-fini tat-titjib tal-metodi ta’ monitoraġġ. Fil-każ li tali sorsi ġodda tad-data jitqiesu aktar akkurati f’konformità mal-klassifikazzjoni ppreżentata taħt il-punt 1, dawn għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ u għandhom jiġu applikati mill-aktar data bikrija possibbli.

7.

Fattibbiltà teknika: Meta ssir talba li l-applikazzjoni ta’ metodoloġija speċifika ta’ determinazzjoni ma tkunx teknikament fattibbli, għandha tiġi stabbilita ġustifikazzjoni għal dan il-fatt fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ. Għandha tiġi vvalutata mill-ġdid waqt il-kontrolli regolari skont il-punt 6. Dik il-ġustifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq jekk l-installazzjoni għandhiex riżorsi tekniċi li jkunu kapaċi jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ sors tad-data jew metodu ta’ monitoraġġ propost li jkunu jistgħu jiġu implimentati fil-ħin meħtieġ għall-finijiet ta’ dan l-Anness. Dawk ir-riżorsi tekniċi għandhom jinkludu d-disponibbiltà tat-tekniki u t-teknoloġija meħtieġa.

8.

Kostijiet irraġonevoli: Meta ssir talba li l-applikazzjoni ta’ metodoloġija speċifika ta’ determinazzjoni għal sett ta’ data timplika kostijiet irraġonevoli, għandha tiġi stabbilita ġustifikazzjoni għal dan il-fatt fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ. Għandha tiġi vvalutata mill-ġdid waqt il-kontrolli regolari skont il-punt 6. In-natura mhux raġonevoli tal-kostijiet għandha tiġi ddeterminata kif ġej.

Il-kostijiet għad-determinazzjoni ta’ sett speċifiku ta’ data jitqiesu mhux raġonevoli meta l-istima tal-kostijiet tal-operatur taqbeż il-benefiċċju ta’ metodoloġija speċifika ta’ determinazzjoni. Għal dak l-għan, il-benefiċċju għandu jiġi kkalkolat permezz tal-multiplikazzjoni ta’ fattur ta’ titjib bi prezz ta’ referenza ta’ EUR 20 għal kull tunnellata ta’ CO2e u l-kostijiet għandhom jinkludu perjodu ta’ deprezzament xieraq ibbażat fuq it-tul tal-ħajja ekonomika tat-tagħmir, fejn applikabbli.

Il-fattur ta’ titjib għandu jkun:

(a)

it-titjib tal-inċertezza stmata f’kejl, espress f’perċentwali, immoltiplikat bl-emissjonijiet relatati stmati matul il-perjodu ta’ rapportar. Emissjonijiet relatati tfisser:

(1)

l-emissjonijiet diretti kkawżati mill-fluss tas-sors jew mis-sors ta’ emissjoni kkonċernat;

(2)

l-emissjonijiet attribwiti għal kwantità ta’ sħana li tista’ titkejjel;

(3)

l-emissjonijiet indiretti relatati mal-kwantità tal-elettriku kkonċernat;

(4)

l-emissjonijiet integrati ta’ materjal prodott jew ta’ prekursur ikkonsmat.

(b)

1 % tal-emissjonijiet relatati, fejn ma jkun involut l-ebda titjib tal-inċertezza tal-kejl.

Miżuri relatati mat-titjib tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ ta’ installazzjoni m’għandhomx jitqiesu li jinvolvu kostijiet irraġonevoli sa ammont akkumulat ta’ EUR 2 000 fis-sena.

A.4.   Diviżjoni tal-installazzjonijiet fi proċessi tal-produzzjoni

L-installazzjonijiet għandhom jinqasmu fi proċessi tal-produzzjoni b’konfini tas-sistema li jiżguraw li l-inputs, l-outputs u l-emissjonijiet rilevanti jkunu jistgħu jiġu mmonitorjati f’konformità mat-Taqsimiet B sa E ta’ dan l-Anness u l-emissjonijiet diretti u indiretti jkunu jistgħu jiġu attribwiti lil gruppi ta’ oġġetti definiti fit-Taqsima 2 tal-Anness II, bl-applikazzjoni tar-regoli tat-Taqsima F ta’ dan l-Anness.

L-installazzjonijiet għandhom jinqasmu fi proċessi tal-produzzjoni kif ġej:

(a)

Għandu jiġi definit proċess tal-produzzjoni wieħed għal kull waħda mill-kategoriji ta’ oġġetti aggregati definiti fit-Taqsima 2 tal-Anness II li huma rilevanti fl-installazzjoni.

(b)

B’deroga mill-punt (a), għandhom jiġu definiti proċessi ta’ produzzjoni separati għal kull rotta tal-produzzjoni fejn jiġu applikati rotot tal-produzzjoni differenti f’konformità mat-Taqsima 3 tal-Anness II għall-istess kategorija ta’ oġġetti aggregati fl-istess installazzjoni, jew fejn l-operatur jagħżel b’mod volontarju oġġetti jew gruppi ta’ oġġetti differenti għal monitoraġġ separat. Tista’ tintuża wkoll definizzjoni aktar diżaggregata tal-proċessi tal-produzzjoni meta dan ikun f’konformità ma’ sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika applikabbli fl-installazzjoni.

(c)

B’deroga mill-punt (a), fejn mill-inqas parti mill-prekursuri rilevanti għal oġġetti kumplessi tiġi prodotta fl-istess installazzjoni bħall-oġġetti kumplessi, u fejn il-prekursuri rispettivi ma jiġux ittrasferiti mill-installazzjoni għall-bejgħ jew għall-użu f’installazzjonijiet oħra, il-produzzjoni ta’ prekursuri u ta’ oġġetti kumplessi tista’ tiġi koperta minn proċess ta’ produzzjoni konġunt. Kalkolu separat tal-emissjonijiet integrati tal-prekursuri għandu jitħalla barra f’dak il-każ.

(d)

Jistgħu jiġu applikati d-derogi settorjali li ġejjin mill-punt (a):

(1)

Fejn żewġ oġġetti jew aktar mill-kategoriji ta’ oġġetti aggregati ta’ minerali sinterizzati, ħadid fondut grezz, FeMn, FeCr, FeNi, DRI, azzar mhux maħdum, jew prodotti tal-ħadid jew tal-azzar jiġu prodotti fl-istess installazzjoni, l-emissjonijiet integrati jistgħu jiġu mmonitorjati u rrapportati billi jiġi definit proċess tal-produzzjoni konġunt wieħed għal dawk l-oġġetti kollha.

(2)

Fejn żewġ oġġetti jew aktar mill-gruppi ta’ aluminju mhux maħdum jew prodotti tal-aluminju jiġu prodotti fl-istess installazzjoni, l-emissjonijiet integrati jistgħu jiġu mmonitorjati u rrapportati billi jiġi definit proċess tal-produzzjoni konġunt wieħed għal dawk l-oġġetti kollha.

(3)

Għall-produzzjoni ta’ fertilizzanti mħallta, il-monitoraġġ u r-rapportar għall-proċess tal-produzzjoni rispettiv jistgħu jiġu ssimplifikati bid-determinazzjoni ta’ valur uniformi wieħed ta’ emissjonijiet integrati għal kull tunnellata ta’ nitroġenu li jinsab fil-fertilizzanti mħallta, irrispettivament mill-forma kimika tan-nitroġenu (forom ta’ ammonju, nitrat jew urea).

(e)

Meta parti mill-installazzjoni sservi l-produzzjoni ta’ oġġetti mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956, huwa titjib rakkomandat li dik il-parti tiġi mmonitorjata bħala proċess tal-produzzjoni addizzjonali wieħed għall-fini ta’ korroborazzjoni tal-kompletezza tad-data dwar l-emissjonijiet totali tal-installazzjoni.

B.   MONITORAĠĠ TAL-EMISSJONIJIET DIRETTI FIL-LIVELL TAL-INSTALLAZZJONI

B.1.   Kompletezza tal-flussi minn sorsi u tas-sorsi tal-emissjonijiet

Il-konfini tal-installazzjoni u l-proċessi tal-produzzjoni tagħha għandhom ikunu magħrufa b’mod ċar mill-operatur u definiti fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti speċifiċi għas-settur stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II kif ukoll fit-Taqsima B.9 ta’ dan l-Anness. Għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

1.

Bħala minimu, għandhom jiġu koperti s-sorsi rilevanti kollha tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-flussi minn sorsi assoċjati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness II.

2.

Huwa titjib rakkomandat biex jiġu koperti s-sorsi kollha tal-emissjonijiet u l-flussi tas-sorsi tal-installazzjoni totali, sabiex jitwettqu kontrolli tal-plawżibbiltà u biex tiġi kkontrollata l-effiċjenza enerġetika u tal-emissjonijiet tal-installazzjoni kollha kemm hi.

3.

L-emissjonijiet kollha minn operazzjonijiet regolari għandhom jiġu inklużi, kif ukoll minn avvenimenti anormali, inklużi sitwazzjonijiet ta’ bidu, ta’ għeluq u ta’ emerġenza, matul il-perjodu ta’ rapportar.

4.

L-emissjonijiet minn makkinarju mobbli għal finijiet ta’ trasport għandhom jiġu esklużi.

B.2.   Għażla tal-metodoloġija tal-monitoraġġ

Il-metodoloġija applikabbli għandha tkun jew:

1.

Il-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu, li tikkonsisti fid-determinazzjoni ta’ emissjonijiet minn flussi minn sorsi bbażati fuq data dwar l-attivitajiet miksuba permezz ta’ sistemi ta’ kejl u parametri addizzjonali minn analiżijiet fil-laboratorju jew valuri standard. Il-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu tista’ tiġi implimentata skont il-metodu standard jew il-metodu tal-bilanċ tal-massa.

2.

Il-metodoloġija bbażata fuq il-kejl, li tikkonsisti fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet minn sorsi ta’ emissjonijiet permezz ta’ kejl kontinwu tal-konċentrazzjoni tal-gass serra rilevanti fil-gass mit-tromba ta’ ċumnija u tal-fluss tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija.

B’deroga, jistgħu jintużaw metodoloġiji oħrajn skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 4(2), 4(3) u 5 ta’ dan ir-Regolament.

Għandha tintgħażel il-metodoloġija ta’ monitoraġġ li tagħti l-aktar riżultati akkurati u affidabbli, ħlief fejn ir-rekwiżiti speċifiċi għas-settur f’konformità mat-Taqsima B.9 ikunu jeħtieġu metodoloġija partikolari waħda. Il-metodoloġija ta’ monitoraġġ applikata tista’ tkun kombinazzjoni ta’ metodoloġiji b’tali mod li partijiet differenti tal-emissjonijiet tal-installazzjoni jiġu mmonitorjati b’waħda mill-metodoloġiji applikabbli.

Id-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ għandha tidentifika b’mod ċar:

(a)

għal liema fluss mis-sors jintuża l-metodu standard ibbażat fuq il-kalkolu jew il-metodu tal-bilanċ tal-massa, inkluż id-deskrizzjoni dettaljata tad-determinazzjoni ta’ kull parametru previst fit-Taqsima B.3.4 ta’ dan l-Anness;

(b)

għal liema sors ta’ emissjoni tintuża metodoloġija bbażata fuq il-kejl, inkluża d-deskrizzjoni tal-elementi rilevanti kollha fit-Taqsima B.6 ta’ dan l-Anness;

(c)

permezz ta’ dijagramma xierqa u deskrizzjoni tal-proċess tal-installazzjoni, evidenza li la hemm għadd doppju u lanqas lakuni fid-data fl-emissjonijiet tal-installazzjoni.

L-emissjonijiet tal-installazzjoni għandhom jiġu ddeterminati minn

Formula
(Ekwazzjoni 4)

Fejn:

EmInst

huma l-emissjonijiet (diretti) tal-installazzjoni espressi f’tunnellati ta’ CO2e;

Emcalc,i

huma l-emissjonijiet mill-fluss tas-sors i ddeterminati bl-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu espressi f’tunnellati ta’ CO2e;

EMmeas,j

huma l-emissjonijiet mis-sors ta’ emissjoni j iddeterminati bl-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl espressi f’tunnellati ta’ CO2e, u

EMother,k

huma l-emissjonijiet iddeterminati b’metodu ieħor, l-indiċi k espressi f’tunnellati ta’ CO2e.

B.3.   Formuli u parametri għall-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu għas-CO2

B.3.1.   Metodu standard

L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkolati separatament għal kull fluss minn sors kif ġej:

B.3.1.1.   Emissjonijiet mill-kombustjoni

L-emissjonijiet mill-kombustjoni għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-metodu standard kif ġej:

Formula
(Ekwazzjoni 5)

Fejn:

Emi

huma l-emissjonijiet [t CO2] ikkawżati mill-fjuwil i;

EFi

huwa l-fattur tal-emissjonijiet [t CO2/TJ] tal-fjuwil i;

ADi

hija d-data dwar l-attivitajiet [TJ] tal-fjuwil i, ikkalkolata bħala

Formula
(Ekwazzjoni 6)

FQi

hija l-kwantità ta’ fjuwil ikkonsmata [t jew m3] ta’ fjuwil i;

NCVi

huwa l-valur kalorifiku nett (valur ta’ tisħin aktar baxx) [TJ/t jew TJ/m3] ta’ fjuwil i;

OFi

huwa l-fattur ta’ ossidazzjoni (mingħajr dimensjoni) tal-fjuwil i, ikkalkolat bħala

Formula
(Ekwazzjoni 7)

Cash

huwa l-karbonju li jinsab fl-irmied u fit-trab tat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija, u

Ctotal

huwa l-karbonju totali li jinsab fil-fjuwil maħruq.

Is-suppożizzjoni konservattiva li OF = 1 dejjem tista’ tintuża sabiex jitnaqqsu l-isforzi ta’ monitoraġġ.

Sakemm dan iwassal għal akkuratezza ogħla, il-metodu standard għall-emissjonijiet tal-kombustjoni jista’ jiġi mmodifikat kif ġej:

(a)

id-data dwar l-attivitajiet hija espressa bħala kwantità ta’ fjuwil (jiġifieri f’t jew m3);

(b)

l-EF huwa espress f’t CO2/t ta’ fjuwil jew f’t CO2/m3 ta’ fjuwil, kif applikabbli, u

(c)

l-NCV jista’ jitħalla barra mill-kalkolu. Madankollu, huwa titjib rakkomandat li l-NCV jiġi rrapportat sabiex ikunu jistgħu jsiru kontrolli u monitoraġġ tal-konsistenza tal-effiċjenza enerġetika tal-proċess kollu tal-produzzjoni.

Jekk il-fattur tal-emissjonijiet ta’ fjuwil i għandu jiġi kkalkolat mill-analiżijiet tal-kontenut tal-karbonju u tal-NCV, għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Formula
(Ekwazzjoni 8)

Jekk il-fattur tal-emissjonijiet ta’ materjal jew ta’ fjuwil espress f’t CO2/t għandu jiġi kkalkolat minn kontenut ta’ karbonju analizzat, tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Formula
(Ekwazzjoni 9)

Fejn:

f

hija l-proporzjon tal-mases molari ta’ CO2 u C: f = 3,664 t CO2/t C.

Peress li l-fattur tal-emissjonijiet tal-bijomassa għandu jkun żero dment li jiġu ssodisfati l-kriterji mogħtija fit-Taqsima B.3.3, dan il-fatt jista’ jitqies għall-fjuwils imħallta (jiġifieri fjuwils li fihom kemm il-komponenti fossili kif ukoll dawk tal-bijomassa) kif ġej:

Formula
(Ekwazzjoni 10)

Fejn:

EFpre,i

huwa l-fattur tal-emissjonijiet preliminari tal-fjuwil i (jiġifieri l-fattur tal-emissjonijiet jekk wieħed jassumi li l-fjuwil totali huwa fossili) u

BFi

hija l-frazzjoni tal-bijomassa (mingħajr dimensjoni) tal-fjuwil i.

Għall-fjuwils fossili u fejn il-frazzjoni tal-bijomassa ma tkunx magħrufa, il-BFi għandha tiġi ssettjata għall-valur konservattiv żero.

B.3.1.2.   Emissjonijiet tal-proċessi:

L-emissjonijiet tal-proċessi għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-metodu standard kif ġej:

Formula
(Ekwazzjoni 11)

Fejn:

ADj

hija d-data tal-attività [t ta’ materjal] tal-materjal j;

EFj

huwa l-fattur tal-emissjonijiet [t CO2/t] tal-materjal j, u

CFj

huwa l-fattur ta’ konverżjoni (mingħajr dimensjoni) tal-materjal j.

Is-suppożizzjoni konservattiva li CFj  = 1 dejjem tista’ tintuża sabiex jitnaqqsu l-isforzi ta’ monitoraġġ.

Fil-każ ta’ materjali mħallta tal-inputs tal-proċess li jkun fihom forom inorganiċi kif ukoll organiċi ta’ karbonju, l-operatur jista’ jagħżel jew:

1.

li jiddetermina fattur tal-emissjonijiet preliminari totali għall-materjal imħallat billi jiġi analizzat il-kontenut totali tal-karbonju (CCj ), u bl-użu ta’ fattur ta’ konverżjoni u, jekk applikabbli frazzjoni ta’ bijomassa u valur kalorifiku nett relatati ma’ dak il-kontenut totali ta’ karbonju; jew

2.

li jiddetermina l-kontenuti organiċi u inorganiċi separatament u jittrattahom bħala żewġ flussi minn sorsi separati.

Meta jitqiesu s-sistemi ta’ kejl disponibbli għad-data dwar l-attivitajiet u l-metodi għad-determinazzjoni tal-fattur tal-emissjonijiet, għal emissjonijiet mid-dekompożizzjoni tal-karbonati, il-metodu li jagħti r-riżultati aktar akkurati għandu jintgħażel għal kull fluss minn sors miż-żewġ metodi li ġejjin:

Metodu A (Abbażi tal-input): Il-fattur tal-emissjonijiet, il-fattur tal-konverżjoni u d-data dwar l-attivitajiet għandhom ikunu relatati mal-ammont tal-input ta’ materjal fil-proċess. Għandhom jintużaw il-fatturi tal-emissjonijiet standard tal-karbonati puri kif previst fit-Tabella 3 fl-Anness VIII, filwaqt li titqies il-kompożizzjoni tal-materjal kif iddeterminata skont it-Taqsima B.5 ta’ dan l-Anness.

Metodu B (Abbażi tal-output): Il-fattur tal-emissjonijiet, il-fattur tal-konverżjoni u d-data dwar l-attivitajiet għandhom ikunu relatati mal-ammont tal-output mill-proċess. Għandhom jintużaw il-fatturi tal-emissjonijiet standard tal-ossidi tal-metalli wara d-dekarbonizzazzjoni kif previst fit-Tabella 4 fl-Anness VIII, filwaqt li titqies il-kompożizzjoni tal-materjal rilevanti kif iddeterminata skont it-Taqsima B.5 ta’ dan l-Anness.

Għall-emissjonijiet tal-proċess tas-CO2 għajr mill-karbonati, għandu jiġi applikat il-metodu A.

B.3.2.   Metodu tal-bilanċ tal-massa

Il-kwantitajiet tas-CO2 rilevanti għal kull fluss minn sors għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-kontenut tal-karbonju f’kull materjal, mingħajr ma ssir distinzjoni bejn il-fjuwils u l-materjali tal-proċess. Il-karbonju li joħroġ mill-installazzjoni fi prodotti minflok ma jiġi rilaxxat jitqies mill-flussi minn sorsi tal-output, li għalhekk għandhom data negattiva dwar l-attivitajiet.

L-emissjonijiet li jikkorrispondu għal kull fluss minn sors għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

Formula
(Ekwazzjoni 12)

Fejn:

ADk

hija d-data dwar l-attività [t] tal-materjal k; għall-outputs, ADk hija negattiva;

f

hija l-proporzjon tal-mases molari tas-CO2 u ta’ C: F = 3,664 t CO2/t C, u

CCk

huwa l-kontenut ta’ karbonju tal-materjal k (mingħajr dimensjoni u pożittiv).

Jekk il-kontenut ta’ karbonju ta’ fjuwil k jiġi kkalkolat minn fattur tal-emissjonijiet espress f’t CO2/TJ, għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Formula
(Ekwazzjoni 13)

Jekk il-kontenut ta’ karbonju ta’ materjal jew ta’ fjuwil k jiġi kkalkolat minn fattur tal-emissjonijiet espress f’t CO2/t, għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Formula
(Ekwazzjoni 14)

Għall-fjuwils imħallta, jiġifieri fjuwils li fihom kemm komponenti fossili kif ukoll komponenti tal-bijomassa, il-frazzjoni tal-bijomassa tista’ titqies, dment li l-kriterji previsti fit-Taqsima B.3.3 jiġu ssodisfati kif ġej:

Formula
(Ekwazzjoni 15)

Fejn:

CCpre,k

huwa l-kontenut preliminari ta’ karbonju tal-fjuwil k (jiġifieri l-fattur tal-emissjonijiet jekk il-fjuwil totali jkun fossili) u

BFk

hija l-frazzjoni tal-bijomassa tal-fjuwil k (mingħajr dimensjoni).

Għall-fjuwils jew għall-materjali fossili u fejn il-frazzjoni tal-bijomassa ma tkunx magħrufa, il-BF għandha tiġi ssettjata għall-valur konservattiv żero. Fejn il-bijomassa tintuża bħala materjal ta’ input jew fjuwil, u l-materjali ta’ output fihom il-karbonju, il-bilanċ tal-massa globali għandu jittratta b’mod konservattiv il-frazzjoni tal-bijomassa, jiġifieri l-frazzjoni tal-bijomassa fil-karbonju tal-output totali ma għandhiex taqbeż il-frazzjoni totali tal-bijomassa li tinsab fil-materjali ta’ input u fil-fjuwils, ħlief jekk l-operatur jipprovdi evidenza ta’ frazzjoni ogħla tal-bijomassa fil-materjali ta’ output permezz ta’ metodu ta’ “traċċa l-atomu” (stojkjometriku) jew b’analiżijiet 14C.

B.3.3.   Kriterji għal klassifikazzjoni żero tal-emissjonijiet tal-bijomassa

Meta l-bijomassa tintuża bħala fjuwil għall-kombustjoni, din għandha tissodisfa l-kriterji ta’ din it-taqsima. Meta l-bijomassa li tintuża għall-kombustjoni ma tikkonformax ma’ dawn il-kriterji, il-kontenut tal-karbonju tagħha għandu jitqies bħala karbonju fossili.

1.

Il-bijomassa għandha tikkonforma mal-kriterji dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

2.

B’deroga mill-punt preċedenti, il-bijomassa li tinsab fi jew li hija prodotta mill-iskart u mir-residwi, minbarra r-residwi agrikoli, tal-akkwakultura, tas-sajd u tal-forestrija għandha tissodisfa biss il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29(10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Dan il-punt għandu japplika wkoll għal skart u residwi li l-ewwel jiġu pproċessati fi prodott qabel ikomplu jiġu proċessati fi fjuwils.

3.

L-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ prodotti mill-iskart solidu muniċipali ma għandhomx ikunu soġġetti għall-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

4.

Il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandhom japplikaw irrispettivament mill-oriġini ġeografika tal-bijomassa.

5.

Il-konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-Artikoli 30 u 31(1) ta’ dik id-Direttiva.

B.3.4.   Parametri rilevanti

F’konformità mal-formuli mogħtija fit-Taqsimiet B.3.1 sa B.3.3 ta’ dan l-Anness, għandhom jiġu ddeterminati l-parametri li ġejjin għal kull fluss minn sors:

1.

Metodu standard, kombustjoni:

Rekwiżit minimu: Kwantità ta’ fjuwil (t jew m3), Fattur tal-emissjonijiet (t CO2/t jew t CO2/m3).

Titjib rakkomandat: Kwantità ta’ fjuwil (t jew m3), NCV (TJ/t jew TJ/m3), Fattur tal-emissjonijiet (t CO2/TJ), Fattur ta’ ossidazzjoni, Frazzjoni tal-bijomassa, evidenza biex jiġu ssodisfati l-kriterji tat-Taqsima B.3.3.

2.

Metodu standard, emissjonijiet ta’ proċess:

Rekwiżit minimu: Data dwar l-attivitajiet (t jew m3), Fattur tal-emissjonijiet (t CO2/t jew t CO2/m3).

Titjib rakkomandat: Data dwar l-attivitajiet (t jew m3), Fattur tal-emissjonijiet (t CO2/t jew t CO2/m3), fattur ta’ konverżjoni.

3.

Bilanċ tal-massa:

Rekwiżit minimu: Kwantità ta’ materjal (t), Kontenut ta’ karbonju (materjal t C/t).

Titjib rakkomandat: Kwantità ta’ materjal (t), Kontenut ta’ karbonju (materjal t C/t), NCV (TJ/t), frazzjoni tal-bijomassa, evidenza biex jiġu ssodisfati l-kriterji tat-Taqsima B.3.3.

B.4.   Rekwiżiti għad-data dwar l-attivitajiet

B.4.1.   Kejl kontinwu jew f’lott

Fejn il-kwantitajiet ta’ fjuwils jew ta’ materjali, inklużi oġġetti jew prodotti intermedji, iridu jiġu ddeterminati għal perjodu ta’ rapportar, jista’ jintgħażel wieħed mill-metodi li ġejjin u dan jista’ jiġi stabbilit fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ:

1.

abbażi ta’ kejl kontinwu fil-proċess fejn il-materjal jiġi kkonsmat jew prodott;

2.

abbażi tal-aggregazzjoni ta’ kejl ta’ kwantitajiet imwassla jew prodotti b’mod separat (f’lott) b’kunsiderazzjoni tat-tibdil rilevanti tal-ħażniet. Għal dan l-għan għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

il-kwantità ta’ fjuwil jew materjal ipproċessat waqt il-perjodu ta’ rapportar għandha tiġi kkalkulata bħala l-kwantità ta’ fjuwil jew materjal importati waqt il-perjodu ta’ rapportar, li minnha titnaqqas il-kwantità ta’ fjuwil jew materjal esportati, u tiżdied il-kwantità ta’ fjuwil jew materjal li jkun hemm fil-ħażna fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar, u titnaqqas il-kwantità ta’ fjuwil jew materjal li jkun hemm fil-ħażna fl-aħħar tal-perjodu ta’ rapportar;

(b)

il-livelli tal-produzzjoni tal-oġġetti jew tal-prodotti intermedji għandhom jiġu kkalkolati bħala l-kwantità esportata matul il-perjodu ta’ rapportar, bit-tnaqqis tal-kwantità importata, bit-tnaqqis tal-kwantità tal-prodott jew tal-materjal fl-istokk fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar, flimkien mal-kwantità ta’ prodott jew materjal fl-istokk fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe għadd doppju, il-prodotti ta’ proċess tal-produzzjoni rritornati fl-istess proċess tal-produzzjoni jitnaqqsu mil-livelli ta’ produzzjoni.

Fejn teknikament ma jkunx fattibbli jew jista’ jimplika kostijiet irraġonevoli għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet li jkun hemm fil-ħażna permezz ta’ kejl dirett, dawk il-kwantitajiet jistgħu jiġu stmati abbażi ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

1.

data mis-snin ta’ qabel u korrelatata ma’ livelli ta’ attività xierqa għall-perjodu ta’ rapportar;

2.

proċeduri ddokumentati u d-data rispettiva f’dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati għall-perjodu ta’ rapportar.

Meta d-determinazzjoni tal-kwantitajiet ta’ prodotti, ta’ materjali jew ta’ fjuwils għall-perjodu kollu ta’ rapportar ma tkunx teknikament fattibbli jew timplika kostijiet irraġonevoli, l-aktar jum xieraq li jmiss jista’ jintgħażel biex jiġi sseparat perjodu ta’ rapportar minn dak ta’ warajh. Din għandha tiġi rrikonċiljata kif xieraq mal-perjodu ta’ rapportar meħtieġ. Id-devjazzjonijiet involuti għal kull prodott, materjal jew fjuwil għandhom jiġu rreġistrati b’mod ċar biex jifformaw il-bażi ta’ valur rappreżentattiv għall-perjodu ta’ rapportar u jiġu kkunsidrati b’mod konsistenti b’rabta mas-sena li jkun imiss.

B.4.2.   Kontroll tal-operatur fuq is-sistemi ta’ kejl

Il-metodu ppreferut għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet ta’ prodotti, materjali jew fjuwils għandu jkun li l-operatur tal-installazzjoni juża sistemi ta’ kejl taħt il-kontroll tiegħu stess. Sistemi ta’ kejl barra mill-kontroll tal-operatur stess, b’mod partikolari jekk taħt il-kontroll tal-fornitur tal-materjal jew tal-fjuwil, jistgħu jintużaw fil-każijiet li ġejjin:

1.

meta l-operatur ma jkollux sistema ta’ kejl proprja disponibbli għad-determinazzjoni tas-sett ta’ data rispettiv;

2.

meta d-determinazzjoni ta’ sett ta’ data mis-sistema ta’ kejl proprja tal-operatur ma tkunx teknikament fattibbli jew timplika kostijiet irraġonevoli;

3.

meta l-operatur ikollu evidenza li s-sistema ta’ kejl barra mill-kontroll tal-operatur tagħti riżultati aktar affidabbli u tkun anqas suxxettibbli għal riskji ta’ dikjarazzjonijiet skorretti.

F’każ li jintużaw sistemi ta’ kejl barra mill-kontroll tal-operatur stess, is-sorsi tad-data applikabbli għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(1)

ammonti minn fatturi maħruġa minn sieħeb fin-negozju, bil-kundizzjoni li sseħħ tranżazzjoni kummerċjali bejn żewġ sħab indipendenti fin-negozju;

(2)

qari dirett mis-sistemi ta’ kejl.

B.4.3.   Rekwiżiti għas-sistemi ta’ kejl

Għandu jkun disponibbli fehim profond tal-inċertezza assoċjata mal-kwantitajiet tal-kejl tal-fjuwils u tal-materjali, inkluża l-influwenza tal-ambjent operattiv u, fejn applikabbli, l-inċertezza tad-determinazzjoni tal-istokk. Għandhom jintgħażlu l-istrumenti tal-kejl li jiżguraw l-inqas inċertezza disponibbli mingħajr ma jiġġarrbu kostijiet irraġonevoli u li jkunu adattati għall-ambjent li jintużaw fih, f’konformità mal-istandards u r-rekwiżiti tekniċi applikabbli. Jekk ikunu disponibbli, l-istrumenti soġġetti għal kontroll metroloġiku legali għandhom jiġu ppreferuti. F’dan il-każ, l-iżball massimu permissibbli waqt it-tħaddim permess mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti dwar il-kontroll metroloġiku legali għall-kompitu ta’ kejl rilevanti jista’ jintuża bħala l-valur ta’ inċertezza.

Meta strument tal-kejl ikun jeħtieġ li jiġi sostitwit minħabba ħsara jew minħabba li l-kalibrazzjoni turi li r-rekwiżiti ma għadhomx jiġu ssodisfati, dan għandu jiġi sostitwit bi strumenti li jiżguraw li jintlaħaq l-istess livell ta’ inċertezza jew livell aħjar ta’ inċertezza meta mqabbel mal-istrument eżistenti.

B.4.4.   Titjib rakkomandat

Jitqies bħala titjib rakkomandat li tinkiseb inċertezza tal-kejl proporzjonata mal-emissjonijiet totali tal-fluss mis-sors jew tas-sors tal-emissjonijiet, bl-inqas inċertezza għall-akbar partijiet tal-emissjonijiet. Għall-finijiet ta’ orjentazzjoni, għall-emissjonijiet ta’ aktar minn 500 000 t CO2 fis-sena, l-inċertezza matul il-perjodu sħiħ ta’ rapportar filwaqt li jitqiesu l-bidliet fl-istokk, jekk applikabbli, għandha tkun ta’ 1,5 % jew aħjar. Għall-emissjonijiet ta’ anqas minn 10 000 t CO2 fis-sena, l-inċertezza ta’ anqas minn 7,5 % għandha tkun aċċettabbli.

B.5.   Rekwiżiti għall-fatturi ta’ kalkolu għas-CO2

B.5.1.   Metodi għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ kalkolu

Għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ kalkolu meħtieġa għall-metodoloġija bbażat fuq il-kalkolu, jista’ jintgħażel wieħed mill-metodi li ġejjin:

1.

l-użu ta’ valuri standard;

2.

l-użu ta’ data proxy ibbażata fuq korrelazzjonijiet empiriċi bejn il-fattur ta’ kalkolu rilevanti u proprjetajiet oħra aċċessibbli aħjar għall-kejl;

3.

l-użu ta’ valuri abbażi ta’ analiżi fil-laboratorju.

Il-fatturi ta’ kalkolu għandhom jiġu ddeterminati b’mod konsistenti mal-istat użat għad-data dwar l-attivitajiet relatati, b’referenza għall-istat tal-fjuwil jew tal-materjal li fih il-fjuwil jew il-materjal jinxtara jew jintuża fil-proċess li jikkawża l-emissjonijiet, qabel ma jitnixxef jew jiġi ttrattat mod ieħor għal analiżi fil-laboratorju. Fejn dan jimplika kostijiet irraġonevoli jew fejn tkun tista’ tinkiseb akkuratezza ogħla, id-data dwar l-attivitajiet u l-fatturi ta’ kalkolu jistgħu jiġu rrapportati b’mod konsistenti b’referenza għall-istat li fih jitwettqu l-analiżijiet fil-laboratorju.

B.5.2.   Valuri standard applikabbli

Il-valuri standard tat-tip I, għandhom ikunu applikabbli biss jekk l-ebda valur standard tat-tip II ma jkun disponibbli għall-istess parametru u materjal jew fjuwil.

Il-valuri standard tat-tip I għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

fatturi standard ipprovduti fl-Anness VIII;

(b)

fatturi standard li jinsabu fl-aħħar linji gwida tal-IPCC għall-inventarji tal-gassijiet serra (1);

(c)

valuri bbażati fuq analiżijiet fil-laboratorju mwettqa fil-passat, mhux aktar minn ħames snin qabel u meqjusa bħala rappreżentattivi għall-fjuwil jew għall-materjal.

Il-valuri standard tat-tip II għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

fatturi standard użati mill-pajjiż fejn tinsab l-installazzjoni għas-sottomissjoni l-aktar reċenti tal-inventarju nazzjonali tiegħu lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima;

(b)

valuri ppubblikati mill-istituzzjonijiet nazzjonali tar-riċerka, mill-awtoritajiet pubbliċi, mill-korpi tal-istandardizzazzjoni, mill-uffiċċji tal-istatistika, eċċ. għall-fini ta’ rapportar tal-emissjonijiet aktar diżaggregati milli taħt il-punt preċedenti;

(c)

valuri speċifikati u ggarantiti mill-fornitur ta’ fjuwil jew materjal fejn ikun hemm evidenza li l-kontenut tal-karbonju juri intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 % ta’ mhux iżjed minn 1 %;

(d)

valuri stojkjometriċi għall-kontenut ta’ karbonju u l-valuri tal-letteratura relatati għall-valur kalorifiku nett (NCV) ta’ sustanza pura;

(e)

valuri bbażati fuq analiżijiet fil-laboratorju mwettqa fil-passat mhux aktar minn sentejn qabel u meqjusa bħala rappreżentattivi għall-fjuwil jew għall-materjal.

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza maż-żmien, kwalunkwe valur standard użat għandu jiġi stabbilit fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ, u jinbidel biss jekk ikun hemm evidenza li l-valur il-ġdid ikun aktar adegwat u rappreżentattiv għall-fjuwil jew għall-materjal użat minn dak preċedenti. Meta l-valuri standard jinbidlu fuq bażi annwali, is-sors awtorevoli applikabbli ta’ dak il-valur għandu jiġi stabbilit fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ minflok il-valur innifsu.

B.5.3.   L-istabbiliment ta’ korrelazzjonijiet għad-determinazzjoni ta’ data proxy

Il-proxy għall-kontenut ta’ karbonju jew għall-fattur tal-emissjonijiet tista’ tiġi derivata mill-parametri li ġejjin, flimkien ma’ korrelazzjoni empirika ddeterminata mill-inqas darba fis-sena f’konformità mar-rekwiżiti għall-analiżijiet fil-laboratorju mogħtija fit-Taqsima B.5.4 ta’ dan l-Anness kif ġej:

(a)

kejl tad-densità ta’ żjut jew gassijiet speċifiċi, inklużi dawk komuni għall-industrija tar-raffineriji jew tal-azzar;

(b)

valur kalorifiku nett għal tipi speċifiċi ta’ faħam.

Il-korrelazzjoni trid tissodisfa r-rekwiżiti ta’ prattika industrijali tajba u tista’ tiġi applikata biss għal valuri tal-proxy li jaqgħu fil-firxa li għaliha ġiet stabbilita.

B.5.4.   Rekwiżiti għal analiżijiet fil-laboratorju

Fejn ikunu meħtieġa analiżijiet fil-laboratorju għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet (inklużi l-umdità, il-purità, il-konċentrazzjoni, il-kontenut tal-karbonju, il-frazzjoni tal-bijomassa, il-valur kalorifiku nett, id-densità) tal-prodotti, tal-materjali, tal-fjuwils jew tal-gassijiet ta’ skart, jew għall-istabbiliment ta’ korrelazzjonijiet bejn il-parametri għall-fini tad-determinazzjoni indiretta tad-data meħtieġa, l-analiżijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din it-taqsima.

Ir-riżultat ta’ kwalunkwe analiżi għandu jintuża biss għall-perjodu tal-kunsinna jew għal lott ta’ fjuwil jew materjal li għalih ikunu ttieħdu l-kampjuni, u li għalih ikun ġie intiż li l-kampjuni jkunu rappreżentattivi. Meta jiġi ddeterminat parametru speċifiku, għandhom jintużaw ir-riżultati tal-analiżijiet kollha magħmula fir-rigward ta’ dak il-parametru.

B.5.4.1.   L-użu tal-istandards

Kwalunkwe analiżi, kampjunar, kalibrazzjoni u validazzjoni għad-determinazzjoni ta’ fatturi ta’ kalkolu għandhom jitwettqu bl-applikazzjoni ta’ metodi bbażati fuq standards ISO korrispondenti. Meta dawn l-istandards ma jkunux disponibbli, il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq standards jew rekwiżiti EN jew nazzjonali xierqa stabbiliti f’sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika. Fejn ma jeżistu l-ebda standard applikabbli ppubblikat, jistgħu jintużaw abbozzi ta’ standards adattati, linji gwida dwar l-aqwa prattiki tal-industrija jew metodoloġiji oħrajn ippruvati xjentifikament, u għandu jiġi limitat il-preġudizzju fil-kampjunar u fil-kejl.

B.5.4.2.   Rakkomandazzjonijiet dwar il-pjan ta’ kampjunar u l-frekwenza minima tal-analiżijiet

Għandhom jintużaw il-frekwenzi minimi għall-analiżijiet għall-fjuwils u għall-materjali rilevanti elenkati fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness. Tista’ tintuża frekwenza ta’ analiżi oħra fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta t-tabella ma jkunx fiha frekwenza minima applikabbli;

(b)

fejn sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika tipprovdi għal frekwenza minima oħra ta’ analiżi għall-istess tip ta’ materjal jew fjuwil;

(c)

fejn il-frekwenza minima elenkata fit-Table 1 ta’ dan l-Anness iġġarrab kost irraġonevoli;

(d)

fejn ikun jista’ jintwera li abbażi ta’ data storika, inklużi valuri analitiċi għall-fjuwils jew għall-materjali rispettivi fil-perjodu ta’ rapportar immedjatament qabel il-perjodu ta’ rapportar attwali, kwalunkwe varjazzjoni fil-valuri analitiċi għall-fjuwil jew għall-materjal rispettiv ma taqbiżx 1/3 tal-inċertezza fid-determinazzjoni tad-data dwar l-attivitajiet tal-fjuwil jew tal-materjal rilevanti.

Fejn installazzjoni topera għal parti mis-sena biss, jew meta l-fjuwils jew il-materjali jiġu kkonsenjati f’lottijiet li jiġu kkonsmati fuq aktar minn perjodu ta’ rapportar wieħed, tista’ tintgħażel skeda aktar xierqa għall-analiżijiet, sakemm dan jirriżulta f’inċertezza komparabbli bħal fl-aħħar punt tas-subparagrafu preċedenti.

Tabella 1

Frekwenzi minimi ta’ analiżijiet

Fjuwil/materjal

Frekwenza minima ta’ analiżijiet

Gass naturali

Tal-anqas kull ġimgħa

Gassijiet oħra, b’mod partikolari l-gass ta’ sinteżi u l-gassijiet tal-proċess bħall-gass imħallat tar-raffinerija, il-gass tal-forn tal-kokk, il-gass tal-forn tal-blast, il-gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu, il-gass ta’ faċilitajiet taż-żejt u tal-gass

Tal-anqas kuljum — bl-użu ta’ proċeduri xierqa f’partijiet differenti tal-jum

Żjut tal-fjuwil (pereżempju żejt tal-fjuwil ħafif, medju, tqil, bitumen)

Kull 20 000 tunnellata ta’ fjuwil u mill-inqas sitt darbiet fis-sena

Faħam, faħam tal-kokk, kokk, kokk petroliferu, pit

Kull 20 000 tunnellata ta’ fjuwil/materjal u mill-inqas sitt darbiet fis-sena

Fjuwils oħra

Kull 10 000 tunnellata ta’ fjuwil u mill-anqas erba’ darbiet fis-sena

Skart solidu mhux ittrattat (fossili puri jew bijomassa/fossili mħallta)

Kull 5 000 tunnellata ta’ skart u mill-inqas erba’ darbiet fis-sena

Skart likwidu, skart solidu ttrattat minn qabel

Kull 10 000 tunnellata ta’ skart u mill-inqas erba’ darbiet fis-sena

Minerali tal-karbonat (inklużi ġebel tal-ġir u dolomit)

Kull 50 000 tunnellata ta’ materjal u mill-inqas erba’ darbiet fis-sena

Tafal u shale

Ammonti ta’ materjali li jikkorrispondu għal emissjonijiet ta’ 50 000 tunnellata ta’ CO2 u mill-inqas erba’ darbiet fis-sena

Materjali oħra (prodott primarju, intermedju, u finali)

Skont it-tip ta’ materjal u l-varjazzjoni, l-ammonti ta’ materjal korrispondenti għal emissjonijiet ta’ 50 000 tunnellata ta’ CO2 u mill-inqas erba’ darbiet fis-sena

Il-kampjuni għandhom ikunu rappreżentattivi għal-lott jew għall-perjodu ta’ żmien totali tal-kunsinni li għalihom jittieħdu. Sabiex tiġi żgurata r-rappreżentattività, trid titqies l-eteroġeneità tal-materjal, kif ukoll l-aspetti rilevanti l-oħra kollha bħat-tagħmir tal-kampjunar disponibbli, is-segregazzjoni possibbli tal-fażijiet jew id-distribuzzjoni lokali tad-daqsijiet tal-partikoli, l-istabbiltà tal-kampjuni, eċċ. Il-metodu tal-kampjunar għandu jiġi stabbilit fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ.

Jitqies li huwa titjib rakkomandat li jintuża pjan ta’ kampjunar apposta għal kull materjal jew fjuwil rilevanti, skont l-istandards applikabbli, li jkun fihom informazzjoni rilevanti dwar il-metodoloġiji għall-preparazzjoni tal-kamjuni, inkluż l-informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet, il-postijiet, il-frekwenzi u l-kwantitajiet, u l-metodoloġiji għall-ħżin u t-trasport tal-kampjuni.

B.5.4.3.   Rakkomandazzjonijiet għal-laboratorji

Il-laboratorji użati għat-twettiq ta’ analiżijiet għad-determinazzjoni ta’ fatturi ta’ kalkolu għandhom jiġu akkreditati f’konformità ma’ ISO/IEC 17025, għall-metodi analitiċi rilevanti. Il-laboratorji mhux akkreditati jistgħu jintużaw għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ kalkolu biss meta jkun hemm evidenza li l-aċċess għal-laboratorji akkreditati ma huwiex teknikament fattibbli jew jista’ jwassal għal kostijiet irraġonevoli, u li l-laboratorju mhux akkreditat ikun kompetenti biżżejjed. Laboratorju għandu jitqies kompetenti biżżejjed jekk jikkonforma ma’ dawn kollha li ġejjin:

1.

ikun ekonomikament indipendenti mill-operatur, jew mill-inqas protett mill-aspett organizzazzjonali mill-influwenza mill-maniġment tal-installazzjoni;

2.

japplika l-istandards applikabbli għall-analiżijiet mitluba;

3.

jimpjega persunal kompetenti għall-kompiti speċifiċi assenjati;

4.

jimmaniġġja b’mod xieraq il-kampjunar u l-preparazzjoni tal-kampjun, inkluż il-kontroll tal-integrità tal-kampjun;

5.

iwettaq regolarment assigurazzjoni tal-kwalità fuq il-kalibrazzjonijiet, il-kampjunar u l-metodi analitiċi, b’metodi xierqa, inkluża l-parteċipazzjoni regolari fi skemi ta’ ttestjar tal-profiċjenza, bl-applikazzjoni ta’ metodi analitiċi għal materjali ta’ referenza ċċertifikati, jew interparagun ma’ laboratorju akkreditat;

6.

jimmaniġġja t-tagħmir b’mod xieraq, inkluż billi jżomm u jimplimenta proċeduri għall-kalibrazzjoni, l-aġġustament, il-manutenzjoni u t-tiswija tat-tagħmir, u ż-żamma ta’ rekords tiegħu.

B.5.5.   Metodi rakkomandati għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ kalkolu

Huwa meqjus titjib rakkomandat li jiġu applikati valuri standard biss għall-flussi minn sorsi li jikkorrispondu għal kwantitajiet żgħar ta’ emissjonijiet, u li jiġu applikati analiżijiet fil-laboratorju għall-flussi minn sorsi ewlenin kollha. Il-lista li ġejja tippreżenta l-metodi applikabbli f’sekwenza ta’ żieda fil-kwalità tad-data:

1.

valuri standard tat-tip I;

2.

valuri standard tat-tip II;

3.

korrelazzjonijiet għad-determinazzjoni ta’ data proxy;

4.

analiżijiet imwettqa barra mill-kontroll tal-operatur, eż. mill-fornitur tal-fjuwil jew tal-materjal, li jinsabu fid-dokumenti tax-xiri, mingħajr aktar informazzjoni dwar il-metodi applikati;

5.

analiżijiet f’laboratorji mhux akkreditati, jew f’laboratorji akkreditati, iżda b’metodi simplifikati ta’ kampjunar;

6.

analiżijiet f’laboratorji akkreditati, bl-applikazzjoni tal-aħjar prattika fir-rigward tal-kampjunar.

B.6.   Rekwiżiti għal metodoloġija bbażata fuq il-kejl għal CO2 u N2O

B.6.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

Metodoloġija bbażata fuq il-kejl teħtieġ l-użu ta’ Sistema ta’ Kejl Kontinwu tal-Emissjonijiet (CEMS) installata f’punt ta’ kejl xieraq.

Għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet N2O, l-użu tal-metodoloġija bbażata fuq il-kejl, huwa obbligatorju. Għas-CO2 għandha tintuża biss jekk ikun hemm evidenza li din twassal għal data aktar akkurata mill-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu. Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti dwar l-inċertezza tas-sistemi ta’ kejl skont it-Taqsima B.4.3 ta’ dan l-Anness.

CO rilaxxat fl-atmosfera għandu jiġi ttrattat bħall-ammont molari ekwivalenti ta’ CO2.

Fejn jeżistu ħafna sorsi ta’ emissjoni f’installazzjoni waħda u ma jkunux jistgħu jitkejlu bħala sors wieħed ta’ emissjoni, l-operatur għandu jkejjel l-emissjonijiet minn dawk is-sorsi b’mod separat u jgħodd ir-riżultati sabiex jikseb it-total tal-emissjonijiet tal-gass inkwistjoni matul il-perjodu ta’ rapportar.

B.6.2.   Metodu u kalkolu

B.6.2.1.   Emissjonijiet ta’ perjodu ta’ rapportar (emissjonijiet annwali)

L-emissjonijiet totali minn sors ta’ emissjoni matul il-perjodu ta’ rapportar għandhom jiġu ddeterminati billi jingħaddu matul il-perjodu ta’ rapportar il-valuri kollha fis-siegħa tal-konċentrazzjoni mkejla tal-gassijiet serra mmultiplikati bil-valuri fis-siegħa tal-fluss ta’ gass mit-tromba taċ-ċumnija, fejn il-valuri fis-siegħa għandhom ikunu medji tar-riżultati kollha tal-kejl individwali tas-siegħa rispettiva tal-operat, bl-applikazzjoni tal-formula:

Formula
(Ekwazzjoni 16)

Fejn:

GHG Emtotal

huma l-emissjonijiet annwali totali ta’ gassijiet serra f’tunnellati;

GHG conchourly, i

huma l-konċentrazzjonijiet fis-siegħa tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fi g/Nm3 fil-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija mkejla matul it-tħaddim għal siegħa jew għal perjodu ta’ referenza iqsar i;

Vhourly, i

huwa l-volum tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija f’Nm3 għal siegħa jew perjodu ta’ referenza iqsar i, iddeterminat bl-integrazzjoni tar-rata tal-fluss matul il-perjodu ta’ referenza, u

HoursOp

huma n-numru totali ta’ sigħat (jew perjodi ta’ referenza iqsar) li għalihom tiġi applikata l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl, inklużi s-sigħat li għalihom ġiet sostitwita d-data f’konformità mat-Taqsima B.2.6 ta’ dan l-Anness.

L-indiċi i jirreferi għas-siegħa ta’ tħaddim individwali (jew perjodi ta’ referenza).

Il-medji ta’ kull siegħa għal kull parametru mkejjel għandhom jiġu kkalkolati qabel ipproċessar ulterjuri, billi jintużaw il-punti kollha tad-data disponibbli għal dik is-siegħa speċifika. Meta d-data għal perjodi iqsar ta’ referenza tkun tista’ tiġi ġġenerata mingħajr kost addizzjonali, dawk il-perjodi għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet annwali.

B.6.2.2.   Determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-gassijiet serra

Il-konċentrazzjoni tal-gassijiet serra li qed tiġi kkunsidrata fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ kejl kontinwu f’punt rappreżentattiv permezz ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:

kejl dirett tal-konċentrazzjoni tal-gass serra;

kejl indirett: fil-każ ta’ konċentrazzjoni għolja fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija, il-konċentrazzjoni tal-gassijiet serra tista’ tiġi kkalkolata bl-użu ta’ kejl tal-konċentrazzjoni indiretta filwaqt li jitqiesu l-valuri mkejla tal-konċentrazzjoni tal-komponenti l-oħra kollha i tal-fluss tal-gass, bl-użu tal-formula li ġejja:

Formula
(Ekwazzjoni 17)

Fejn:

conci

hija l-konċentrazzjoni tal-komponent tal-gass i.

B.6.2.3.   Emissjonijiet tas-CO2 mill-bijomassa

Fejn rilevanti, kwalunkwe ammont ta’ CO2 li jirriżulta minn bijomassa li tikkonforma mal-kriterji mogħtija fit-Taqsima B.3.3 ta’ dan l-Anness jista’ jitnaqqas mill-emissjonijiet totali mkejla ta’ CO2, sakemm jintuża wieħed mill-metodi li ġejjin għall-ammont ta’ emissjonijiet ta’ CO2 tal-bijomassa:

1.

metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu, inkluż metodoloġiji li jużaw analiżijiet u kampjunar ibbażati fuq ISO 13833 (Emissjonijiet ta’ sors stazzjonarju — Determinazzjoni tal-proporzjon tal-bijomassa (bijoġenika) u d-diossidu tal-karbonju derivat mill-fossili — Kampjunar u determinazzjoni tar-radjukarbonju);

2.

metodu ieħor ibbażat fuq standard rilevanti, inkluż ISO 18466 (Emissjonijiet ta’ sors stazzjonarju — Determinazzjoni tal-frazzjoni bijoġenika f’CO2 f’gass taċ-ċumnija bl-użu tal-metodu tal-bilanċ);

3.

metodu ieħor permess minn sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika.

B.6.2.4.   Determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2e minn N2O

Fil-każ ta’ kejl ta’ N2O, l-emissjonijiet annwali totali ta’ N2O mis-sorsi kollha ta’ emissjonijiet, imkejla f’tunnellati sa tliet pożizzjonijiet deċimali, għandhom jiġu kkonvertiti għal CO2e annwali f’tunnellati arrotondati, bl-użu tal-formula li ġejja u l-valuri GWP mogħtija fl-Anness VIII:

CO2e [t] = N2Oannual[t] × GWPN2O (Ekwazzjoni 18)

Fejn:

N2Oannual

huwa l-emissjonijiet annwali totali ta’ N2O, ikkalkolati f’konformità mat-Taqsima B.6.2.1 ta’ dan l-Anness.

B.6.2.5.   Determinazzjoni tal-fluss tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija

Il-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija jista’ jiġi ddeterminat b’wieħed mill-metodi li ġejjin:

kalkolu permezz ta’ bilanċ tal-massa adattat, b’kunsiderazzjoni tal-parametri sinifikanti kollha fuq in-naħa tal-input, inkluż għall-emissjonijiet ta’ CO2 mill-inqas it-tagħbijiet tal-materjali ta’ input, il-fluss tal-arja tal-input u l-effiċjenza tal-proċess, u fuq in-naħa tal-output, inkluż mill-inqas l-output tal-prodott u l-konċentrazzjoni ta’ ossiġenu (O2), diossidu tal-kubrit (SO2) u ossidi tan-nitroġenu (NOx);

id-determinazzjoni permezz tal-kejl kontinwu tal-fluss f’punt rappreżentattiv.

B.6.2.6.   Trattament tal-lakuni fil-kejl

Meta t-tagħmir tal-kejl kontinwu għal parametru jkun tilef il-kontroll, ikun barra mill-firxa jew ma jkunx qed jopera għal parti mis-siegħa jew mill-perjodu ta’ referenza, il-medja fis-siegħa relatata għandha tiġi kkalkulata pro rata mal-punti tad-data li jifdal għal dik is-siegħa speċifika jew il-perjodu ta’ referenza iqsar, bil-kundizzjoni li tal-anqas ikun disponibbli 80 % tal-għadd massimu ta’ punti tad-data għal parametru.

Fejn inqas minn 80 % tal-għadd massimu ta’ punti ta’ data għal parametru huma disponibbli, għandhom jintużaw il-metodi li ġejjin.

Fil-każ ta’ parametru mkejjel direttament bħala konċentrazzjoni, jintuża valur ta’ sostituzzjoni bħala s-somma ta’ konċentrazzjoni medja u d-doppju tad-devjazzjoni standard assoċjata ma’ dik il-medja, bl-applikazzjoni tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula
(Ekwazzjoni 19)

Fejn:

Formula

hija l-medja aritmetika tal-konċentrazzjoni tal-parametru speċifiku matul il-perjodu kollu ta’ rapportar jew, fejn ċirkostanzi speċifiċi kienu japplikaw meta kien seħħ it-telf ta’ data, perjodu xieraq li jirrifletti ċ-ċirkostanzi speċifiċi u

σ c

hija l-aqwa stima tad-devjazzjoni standard tal-konċentrazzjoni tal-parametru speċifiku matul il-perjodu kollu ta’ rapportar jew, fejn kienu japplikaw ċirkostanzi speċifiċi meta kien seħħ it-telf ta’ data, perjodu xieraq li jirrifletti ċ-ċirkostanzi speċifiċi.

Meta l-perjodu ta’ rapportar ma jkunx applikabbli għad-determinazzjoni ta’ valuri ta’ sostituzzjoni bħal dawn minħabba bidliet tekniċi sinifikanti fl-installazzjoni, għandu jintgħażel perjodu ta’ żmien ieħor rappreżentattiv biżżejjed sabiex tiġi ddeterminata d-devjazzjoni medja u standard, fejn possibbli bit-tul ta’ mill-inqas sitt xhur.

Fil-każ ta’ parametru għajr il-konċentrazzjoni, il-valuri ta’ sostituzzjoni għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ mudell xieraq tal-bilanċ tal-massa jew bilanċ tal-enerġija tal-proċess. Dan il-mudell għandu jiġi vvalidat bl-użu tal-parametri mkejla li jifdal tal-metodoloġija bbażata fuq il-kejl u d-data f’kundizzjonijiet tax-xogħol regolari, b’kunsiderazzjoni ta’ perjodu ta’ żmien tal-istess dewmien tal-lakuna fid-data.

B.6.3.   Rekwiżiti tal-kwalità

Il-kejl kollu għandu jsir bl-applikazzjoni ta’ metodi bbażati fuq:

1.

ISO 20181:2023 Emissjonijiet ta’ sors stazzjonarju — Assigurazzjoni ta’ kwalità ta’ sistemi ta’ kejl awtomatizzati

2.

ISO 14164:1999 Emissjonijiet ta’ sors stazzjonarju — Determinazzjoni tar-rata tal-fluss tal-volum tal-flussi tal-gass fit-tubi — Metodu awtomatizzat

3.

ISO 14385-1:2014 Emissjonijiet ta’ sorsi stazzjonarji — Gassijiet serra — Parti 1: Kalibrazzjoni ta’ sistemi ta’ kejl awtomatizzati

4.

ISO 14385-2:2014 Emissjonijiet ta’ sorsi stazzjonarji — Gassijiet serra — Parti 2: Kontroll kontinwu tal-kwalità tas-sistemi ta’ kejl awtomatizzati

5.

standards ISO rilevanti oħrajn, b’mod partikolari ISO 16911-2 (Emissjonijiet ta’ sors stazzjonarju — Determinazzjoni manwali u awtomatika tar-rata tal-fluss tal-veloċità u tal-volum fit-tubi).

Fejn ma jeżistu l-ebda standards applikabbli ppubblikati, għandhom jintużaw abbozzi ta’ standards adattati, linji gwida dwar l-aqwa prattiki tal-industrija jew metodoloġiji oħra ppruvati xjentifikament, u għandu jiġi limitat il-preġudizzju fil-kampjunar u l-kejl.

Għandhom jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha tas-sistema ta’ kejl kontinwu, inkluż il-post tat-tagħmir, il-kalibrazzjoni, il-kejl, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità.

Il-laboratorji li jwettqu l-kejl, il-kalibrazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tat-tagħmir rilevanti għas-sistemi ta’ kejl kontinwu għandhom jiġu akkreditati f’konformità mal-ISO/IEC 17025 għall-metodi analitiċi jew l-attivitajiet ta’ kalibrazzjoni rilevanti. Meta l-laboratorju ma jkollux akkreditazzjoni bħal din, għandha tiġi żgurata kompetenza suffiċjenti f’konformità mat-Taqsima B.5.4.3 ta’ dan l-Anness.

B.6.4.   Korroborazzjoni tal-kalkoli

L-emissjonijiet tas-CO2 iddeterminati minn metodoloġija bbażata fuq il-kejl għandhom jiġu korroborati billi jiġu kkalkolati l-emissjonijiet annwali ta’ kull gass serra inkwistjoni għall-istess sorsi ta’ emissjonijiet u flussi minn sorsi. Għal dan l-għan, ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsimiet B.4 sa B.6 ta’ dan l-Anness jistgħu jiġu ssimplifikati kif xieraq.

B.6.5.   Rekwiżiti minimi għall-kejl kontinwu tal-emissjonijiet

Bħala rekwiżit minimu, għandha tinkiseb inċertezza ta’ 7,5 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ sors ta’ emissjoni matul il-perjodu sħiħ ta’ rapportar. Għal sorsi minuri ta’ emissjonijiet, jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali tista’ tiġi permessa inċertezza ta’ 10 %. Huwa titjib rakkomandat li tinkiseb inċertezza ta’ 2,5 % mill-inqas għal sorsi tal-emissjonijiet li jarmu aktar minn 100 000 tunnellata ta’ CO2e fossili għal kull perjodu ta’ rapportar.

B.7.   Rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-perfluworokarburi

Il-monitoraġġ għandu jkopri l-emissjonijiet tal-perfluworokarburi (PFCs) li jirriżultaw mill-effetti tal-anodu inklużi l-emissjonijiet li jaħarbu tal-perfluworokarburi. L-emissjonijiet mhux relatati mal-effetti tal-anodu għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta’ metodi ta’ stima f’konformità mal-aħjar prattika tal-industrija, b’mod partikolari linji gwida pprovduti mill-Istitut Internazzjonali tal-Aluminju.

L-emissjonijiet ta’ PFC għandhom jiġu kkalkulati mill-emissjonijiet li jkunu jistgħu jitkejlu f’tubu jew ċumnija (“emissjonijiet minn sors f’punt”) kif ukoll emissjonijiet li jaħarbu bl-użu tal-effiċjenza tal-ġbir tat-tubu:

Emissjonijiet ta’ PFC (totali) = Emissjonijiet ta’ PFC (tubu)/effiċjenza tal-ġbir(Ekwazzjoni 20)

L-effiċjenza tal-ġbir għandha titkejjel meta jiġu ddeterminati l-fatturi tal-emissjonijiet speċifiċi għall-installazzjoni.

L-emissjonijiet ta’ CF4 u C2F6 emessi minn tubu jew minn ċumnija għandhom jiġu kkalkolati bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

1.

metodu A fejn jiġu ddokumentati l-minuti tal-effett tal-anodu għal kull jum ta’ ċellula;

2.

metodu B fejn jiġi ddokumentat il-vultaġġ żejjed tal-effett tal-anodu.

B.7.1.   Metodu ta’ Kalkolu A — Metodu tal-Pendil

Għandhom jintużaw l-ekwazzjonijiet li ġejjin għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta’ PFC:

CF4 emissions [t] = AEM × (SEFCF4/1 000) × PrAl (Ekwazzjoni 21)

C2F6 emissjonijiet [t] = emissjonijiet tas-CF4 × FC2F6 (Ekwazzjoni 22)

Fejn:

AEM

hija l-minuti tal-effett tal-anodu/jum ta’ ċellula;

SEFCF4

huwa l-fattur tal-emissjonijiet tal-pendil espress f’[(kg CF4/t Al prodott)/(minuti tal-effett tal-anodu/jum ta’ ċellula)]. Fejn juntużaw tipi differenti ta’ ċelluli, jistgħu jiġu applikati SEF differenti kif xieraq;

PrAl

hija l-produzzjoni tal-aluminju primarju [t] matul il-perjodu ta’ rapportar, u

FC2F6

hija l-frazzjoni tal-piż ta’ C2F6 [t C2F6/t CF4].

Il-minuti ta’ effett tal-anodu kull jum ta’ ċellula jesprimu l-frekwenza tal-effetti tal-anodu (għadd ta’ effetti tal-anodu/jum ta’ ċellula) immultiplikata bid-dewmien medju tal-effetti tal-anodu (minuti ta’ effett tal-anodu/okkorrenza):

AEM = frekwenza × dewmien medju(Ekwazzjoni 23)

Fattur tal-emissjonijiet: Il-fattur tal-emissjonijiet għal CF4 (fattur tal-emissjonijiet tal-pendil, SEFCF4) jesprimi l-ammont [kg] ta’ CF4 rilaxxat għal kull tunnellata ta’ aluminju prodott għal kull minuta ta’ effett tal-anodu għal kull jum ta’ ċellula. Il-fattur tal-emissjonijiet (frazzjoni tal-piż FC2F6) ta’ C2F6 jesprimi l-ammont [kg] ta’ C2F6 rilaxxat proporzjonali għall-ammont [kg] ta’ CF4 rilaxxat.

Rekwiżit minimu: Jintużaw fatturi tal-emissjonijiet speċifiċi għat-teknoloġija mit-Table 2 ta’ dan l-Anness.

Titjib rakkomandat: Il-fatturi tal-emissjonijiet speċifiċi għall-installazzjoni għal CF4 u C2F6 huma stabbiliti permezz ta’ kejl kontinwu jew intermittenti fuq il-post. Għad-determinazzjoni ta’ dawk il-fatturi tal-emissjonijiet għandha tiġi applikata l-aħjar prattika tal-industrija, b’mod partikolari l-aktar linji gwida riċenti pprovduti mill-Istitut Internazzjonali tal-Aluminju. Il-fattur tal-emissjonijiet għandu jqis ukoll emissjonijiet relatati ma’ effetti mhux anodi. Kull fattur tal-emissjonijiet għandu jiġi ddeterminat b’inċertezza massima ta’ ±15 %. Il-fatturi tal-emissjonijiet għandhom jiġu ddeterminati mill-anqas kull tliet snin jew aktar kmieni fejn meħtieġ minħabba bidliet rilevanti fl-installazzjoni. It-tibdil rilevanti għandu jinkludi bidla fid-distribuzzjoni tad-dewmien tal-effett tal-anodu, jew bidla fl-algoritmu ta’ kontroll li jaffettwa t-taħlita tat-tipi ta’ effetti tal-anodu jew in-natura tar-rutina tat-terminazzjoni tal-effett tal-anodu.

Tabella 2

Fatturi tal-emissjonijiet speċifiċi għat-teknoloġija relatati mad-data dwar l-attivitajiet għall-metodu tal-pendil

Teknoloġija

Fattur tal-emissjonijiet għas-CF4 (SEFCF4)

[(kg CF4/t Al)/(AE-Min/jum ta’ ċellula)]

Fattur tal-emissjonijiet għas-C2F6 (FC2F6)

[t C2F6/t CF4]

Point Feed Pre Bake ta’ Legat (PFPB L)

0,122

0,097

Point Feed Pre Bake Modern (PFPB M)

0,104

0,057

Point-Fed Prebake Modern mingħajr strateġiji ta’ intervent b’effett tal-anodu kompletament awtomatizzati għall-emissjonijiet ta’ PFC (PFPB MW)

 (*1)

 (*1)

Ħidma Ċċentrata ta’ Qabel il-Ħami (CWPB)

0,143

0,121

Ħidma mill-Ġenb ta’ Qabel il-Ħami (SWPB)

0,233

0,280

Stud Søderberg Vertikali (VSS)

0,058

0,086

Stud Søderberg Orizzontali (HSS)

0,165

0,077

B.7.2.   Metodu ta’ Kalkolu B — Metodu tal-Vultaġġ Żejjed

Għall-metodu tal-vultaġġ żejjed, għandhom jintużaw l-ekwazzjonijiet li ġejjin:

CF4 emissions [t] = OVC × (AEO/CE) × PrAl × 0,001(Ekwazzjoni 24)

C2F6 emissjonijiet [t] = emissjonijiet tas-CF4 × FC2F6 (Ekwazzjoni 25)

Fejn:

OVC

hija l-koeffiċjent tal-vultaġġ żejjed (“fattur tal-emissjonijiet”) espress f’kg CF4 għal kull tunnellata ta’ aluminju prodott għal kull mV ta’ vultaġġ żejjed;

AEO

hija l-vultaġġ żejjed ta’ effett tal-anodu għal kull ċellula [mV] iddeterminat bħala l-integrali ta’ (ħin × vultaġġ ogħla mill-vultaġġ fil-mira) diviż bil-ħin (dewmien) tal-ġbir tad-data;

CE

hija l-effiċjenza medja attwali tal-produzzjoni tal-aluminju [%];

PrAl

hija l-produzzjoni annwali tal-aluminju primarju [t], u

FC2F6

hija l-frazzjoni tal-piż ta’ C2F6 [t C2F6/t CF4].

it-terminu AEO/CE (Vultaġġ żejjed tal-effett tal-anodu/effiċjenza attwali) jesprimi l-vultaġġ żejjed tal-effett tal-anodu medju integrat bil-ħin [mV vultaġġ żejjed] għal kull effiċjenza medja attwali [%].

Rekwiżit minimu: Għandhom jintużaw fatturi tal-emissjonijiet speċifiċi għat-teknoloġija mit-Tabella 3 ta’ dan l-Anness.

Titjib rakkomandat: Il-fatturi tal-emissjonijiet speċifiċi għall-installazzjoni jintużaw għal CF4 [(kg CF4/t Al)/(mV)] u C2F6 [t C2F6/t CF4] stabbiliti permezz ta’ kejl kontinwu jew intermittenti fuq il-post. Għad-determinazzjoni ta’ dawk il-fatturi tal-emissjonijiet għandha tiġi applikata l-aħjar prattika tal-industrija, b’mod partikolari l-aktar linji gwida riċenti pprovduti mill-Istitut Internazzjonali tal-Aluminju. Il-fatturi tal-emissjonijiet għandhom ikunu ddeterminati b’inċertezza massima ta’ ± 15 % kull wieħed. Il-fatturi tal-emissjonijiet għandhom jiġu ddeterminati mill-anqas kull tliet snin jew aktar kmieni fejn meħtieġ minħabba bidliet rilevanti fl-installazzjoni. It-tibdil rilevanti għandu jinkludi bidla fit-tqassim tad-dewmien tal-effett tal-anodu, jew bidla fl-algoritmu ta’ kontroll li jaffettwa t-taħlita tat-tipi ta’ effetti tal-anodu jew in-natura tar-rutina tat-terminazzjoni tal-effett tal-anodu.

Tabella 3

Fatturi tal-emissjonijiet speċifiċi għat-teknoloġija relatati ma’ data dwar l-attivitajiet ta’ vultaġġ żejjed

Teknoloġija

Fattur tal-emissjonijiet għas-CF4

[(kg CF4/t Al)/mV]

Fattur tal-emissjonijiet għas-C2F6

[t C2F6/t CF4]

Ħidma Ċċentrata ta’ Qabel il-Ħami (CWPB)

1,16

0,121

Ħidma mill-Ġenb ta’ Qabel il-Ħami (SWPB)

3,65

0,252

B.7.3.   Determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2e

L-emissjonijiet tas-CO2e għandhom jiġu kkalkolati mill-emissjonijiet tas-CF4 u C2F6 kif ġej, bl-użu tal-potenzjali tat-tisħin globali elenkati fl-Anness VIII.

PFC emissions [t CO2e] = CF4 emissions [t] × GWPCF4 + C2F6 emissions [t] × GWPC2F6 (Ekwazzjoni 26)

B.8.   Rekwiżiti għat-trasferimenti tas-CO2 bejn l-installazzjonijiet

B.8.1.   CO2 li jinsab fil-gassijiet (“CO2 inerenti”)

Is-CO2 inerenti li jiġi ttrasferit f’installazzjoni, inkluż dak li jkun jinsab f’gass naturali, gass ta’ skart (inkluż il-gass ta’ forn tal-blast jew gass ta’ forn tal-kokk) jew f’inputs ta’ proċess (inkluż gass ta’ sinteżi), għandu jiġi inkluż fil-fattur tal-emissjonijiet għal dak il-fluss minn sors.

Fejn is-CO2 inerenti jiġi ttrasferit barra mill-installazzjoni bħala parti minn fluss minn sors għal installazzjoni oħra, ma għandux jingħadd bħala emissjonijiet tal-installazzjoni fejn joriġina. Madankollu, fejn is-CO2 inerenti jiġi rilaxxat (eż., ivventjat jew ivvampjat) jew ittrasferit lil entitajiet li huma stess ma jagħmlux monitoraġġ tal-emissjonijiet għall-fini ta’ dan ir-Regolament jew ta’ sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika, dan għandu jingħadd bħala emissjonijiet tal-installazzjoni fejn joriġina.

B.8.2.   Eliġibbiltà għat-tnaqqis tas-CO2 maħżun jew użat

Fil-każijiet li ġejjin, is-CO2 li joriġina mill-karbonju fossili u li joriġina mill-kombustjoni jew mill-proċessi li jwasslu għall-emissjonijiet tal-proċess, jew li jiġi importat minn installazzjonijiet oħra, inkluż fil-forma ta’ CO2 inerenti, jista’ jitqies bħala mhux rilaxxat:

1.

jekk is-CO2 jintuża fl-installazzjoni jew jiġi ttrasferit barra mill-installazzjoni għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

installazzjoni għall-fini tal-qbid tas-CO2 li timmonitorja l-emissjonijiet għall-fini ta’ dan ir-Regolament jew sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika;

(b)

network ta’ installazzjoni jew trasport bil-fini ta’ ħżin ġeoloġiku fit-tul tas-CO2 li jimmonitorja l-emissjonijiet għall-fini ta’ dan ir-Regolament jew sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika;

(c)

sit tal-ħżin għall-fini ta’ ħżin ġeoloġiku fit-tul li jimmonitorja l-emissjonijiet għall-fini ta’ dan ir-Regolament jew sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika.

2.

Jekk is-CO2 jintuża fl-installazzjoni jew jiġi ttrasferit barra mill-installazzjoni lil entità li timmonitorja l-emissjonijiet għall-fini ta’ dan ir-Regolament jew sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika, sabiex jiġu prodotti prodotti li fihom il-karbonju li jirriżulta mis-CO2 ikun marbut b’mod kimiku b’mod permanenti sabiex ma jidħolx fl-atmosfera taħt użu normali, inkluża kwalunkwe attività normali li sseħħ wara t-tmiem tal-ħajja tal-prodott, kif definit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE.

Is-CO2 ittrasferit lil installazzjoni oħra għall-finijiet mogħtija fil-punti 1 u 2 jista’ jitqies bħala mhux rilaxxat biss sal-punt li tiġi pprovduta evidenza tul il-katina kollha ta’ kustodja lis-sit tal-ħżin jew l-installazzjoni tal-użu tas-CO2 u inkluż kwalunkwe operatur tat-trasport, tal-frazzjoni tas-CO2 effettivament maħżuna jew użata għall-produzzjoni ta’ prodotti kimikament stabbli meta mqabbla mal-ammont totali tas-CO2 ittrasferit mill-installazzjoni tal-oriġini.

Jekk is-CO2 jintuża fl-istess installazzjoni għall-finijiet fil-punti 1 u 2, għandhom jiġu applikati l-metodi ta’ monitoraġġ mogħtija fit-Taqsimiet 21 sa 23 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.

B.8.3.   Regoli għall-monitoraġġ tat-trasferimenti tas-CO2

L-identità u d-data ta’ kuntatt ta’ persuna responsabbli tal-installazzjonijiet jew l-entitajiet riċeventi għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ. L-ammont ta’ CO2 meqjus mhux rilaxxat għandu jiġi rrapportat fil-komunikazzjoni skont l-Anness IV.

L-identità u d-data ta’ kuntatt ta’ persuna responsabbli tal-installazzjonijiet jew tal-entitajiet li minnhom ikun wasal is-CO2 għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ. L-ammont ta’ CO2 riċevut għandu jiġi rrapportat fil-komunikazzjoni skont l-Anness IV.

Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta’ CO2 ittrasferit minn installazzjoni għal oħra, għandha tintuża metodoloġija bbażata fuq il-kejl. Għall-ammont ta’ CO2 marbut kimikament b’mod permanenti fil-prodotti, għandha tintuża metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu, preferibbilment bl-użu ta’ bilanċ tal-massa. Ir-reazzjonijiet kimiċi applikati, u l-fatturi stojkjometriċi rilevanti kollha għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ.

B.9.   Rekwiżiti speċifiċi għas-settur

B.9.1.   Regoli addizzjonali għall-unitajiet ta’ kombustjoni

L-emissjonijiet mill-kombustjoni għandhom ikopru l-emissjonijiet kollha tas-CO2 mill-kombustjoni ta’ fjuwils li fihom il-karbonju, inkluż skart, indipendentement minn kwalunkwe klassifikazzjoni oħra ta’ tali emissjonijiet jew fjuwils. Fejn ma jkunx ċar jekk materjal jaġixxix bħala fjuwil jew bħala input ta’ proċess, eż., għat-tnaqqis tal-minerali tal-metall, l-emissjonijiet ta’ dak il-materjal għandhom jiġu mmonitorjati bl-istess mod bħall-emissjonijiet tal-kombustjoni. L-unitajiet ta’ kombustjoni stazzjonarji kollha għandhom jitqiesu, inkluż bojlers, berners, turbini, ħiters, fran, inċineraturi, kalkari tal-ġir, kalkari, fran, apparat għat-tnixxif, magni, ċelluli tal-fjuwil, unitajiet tal-kombustjoni “chemical looping”, apparat tal-ivvampjar, unitajiet termiċi jew katalitiċi ta’ wara l-kombustjoni.

Barra minn hekk, il-monitoraġġ għandu jinkludi l-emissjonijiet tal-proċess tas-CO2 mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija, b’mod partikolari s-CO2 mill-ġebel tal-ġir jew minn karbonati oħra għad-desulfurizzazzjoni u tisfija simili, u mill-urea użata f’unitajiet de-NOx.

B.9.1.1.   Desulfurizzazzjoni u tisfija mill-impuritajiet tal-gass aċiduż ieħor

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-użu ta’ karbonati għat-tindif mill-impuritajiet tal-gass aċiduż mill-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-karbonat ikkonsmat (Metodu A). Fil-każ ta’ desulfurizzazzjoni, il-kalkolu jista’ jkun ibbażat alternattivament fuq il-kwantità ta’ ġipsum prodott (Metodu b). Fil-każ tal-aħħar, il-fattur tal-emissjonijiet għandu jkun il-proporzjon stojkjometriku ta’ ġipsum niexef (CaSO4×2H2O) għal CO2 rilaxxat: 0,2558 t CO2/t ġipsum.

B.9.1.2.   De-NOx

Jekk l-urea tintuża bħala aġent ta’ tnaqqis f’unità ta’ de-NOx, l-emissjonijiet tas-CO2 tal-proċess mill-użu tagħha għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-Metodu A, bl-applikazzjoni ta’ fattur tal-emissjonijiet ibbażat fuq il-proporzjon stojkjometriku ta’ 0,7328 t CO2/t urea.

B.9.1.3.   Monitoraġġ tal-ivvampjar

Meta jiġu kkalkolati l-emissjonijiet mill-flares, għandhom jiġu koperti l-ivvampjar ta’ rutina kif ukoll l-ivvampjar operattiv (trips, startjar, u tifi kif ukoll is-serħan mill-emerġenza). Għandu jiġi inkluż is-CO2 inerenti fil-gassijiet fl-apparat tal-ivvampjar.

Jekk il-monitoraġġ aktar akkurat ma jkunx teknikament fattibbli jew iwassal għal kostijiet irraġonevoli, għandu jintuża fattur tal-emissjonijiet ta’ referenza ta’ 0,00393 t CO2/Nm3, derivat mill-kombustjoni ta’ etan pur użat bħala proxy konservattiv għall-gassijiet fl-apparat tal-ivvampjar.

Huwa titjib rakkomandat li jiġu ddeterminati l-fatturi tal-emissjonijiet speċifiċi għall-installazzjoni derivati minn stima tal-piż molekolari tal-fluss tal-flare, bl-użu ta’ mmudellar tal-proċess ibbażat fuq mudelli standard tal-industrija. Billi jiġu kkunsidrati l-proporzjonijiet relattivi u l-piżijiet molekolari ta’ kull waħda mill-flussi tal-kontribwenti, għandha tiġi dderivata ċifra medja annwali ppeżata għall-piż molekolari tal-gass fl-apparat tal-ivvampjar.

Għad-data dwar l-attivitajiet, inċertezza tal-kejl ogħla minn dik għal fjuwils oħra maħruqa hija aċċettabbli.

B.9.2.   Regoli addizzjonali għall-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-klinker tas-siment

B.9.2.1.   Regoli addizzjonali għall-Metodu A (ibbażat fuq l-input)

Fejn jintuża l-Metodu A (abbażi tal-input tal-kalkara) għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-proċess, għandhom japplikaw ir-regoli speċjali li ġejjin:

Fejn it-trab tal-kalkara tas-siment (CKD) jew it-trab tal-bypass jitilqu mis-sistema tal-kalkara, il-kwantitajiet relatati ta’ materja prima ma għandhomx jitqiesu bħala input ta’ proċess. L-emissjonijiet mis-CKD għandhom jiġu kkalkolati separatament f’konformità mat-Taqsima B.9.2.3 ta’ dan l-Anness.

Jew il-materja prima kollha kemm hi, jew il-materjali tal-input separati jistgħu jiġu kkaratterizzati, filwaqt li jiġi evitat għadd doppju jew ommissjonijiet minn materjali rritornati jew by-passed. Fejn id-data dwar l-attivitajiet tiġi ddeterminata abbażi tal-klinker prodott, l-ammont nett ta’ qamħ mitħun mhux raffinat jista’ jiġi ddeterminat permezz ta’ proporzjon empiriku ta’ qamħ mitħun mhux raffinat/klinker speċifika għall-post. Dak il-proporzjon għandu jiġi aġġornat tal-anqas darba kull sena bl-applikazzjoni ta’ linji gwida tal-aqwa prattiki tal-industrija.

B.9.2.2.   Regoli addizzjonali għall-Metodu B (ibbażat fuq l-output)

Fejn jintuża l-Metodu B (abbażi tal-output tal-klinker) għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-proċess, għandhom japplikaw ir-regoli speċjali li ġejjin:

Id-data dwar l-attivitajiet għandha tiġi ddeterminata bħala l-produzzjoni tal-klinker [t] matul il-perjodu ta’ rapportar f’wieħed mill-modi li ġejjin:

permezz ta’ wżin dirett tal-klinker;

abbażi tal-kunsinni tas-siment, permezz ta’ bilanċ materjali b’kunsiderazzjoni tal-kunsinna ta’ klinker, il-provvisti ta’ klinker kif ukoll il-varjazzjoni fil-ħażniet tal-klinker, bl-użu tal-formula li ġejja:

Formula
(Ekwazzjoni 27)

Fejn:

Cliprod

huwa l-ammont ta’ klinker prodott espress f’tunnellati;

Cemdeliv

huwa l-ammont ta’ kunsinni tas-siment espress f’tunnellati;

CemSV

huma l-varjazzjonijiet tal-istokk tas-siment espressi f’tunnellati;

CCR

huwa l-proporzjon ta’ klinker għal siment (tunnellati ta’ klinker għal kull tunnellata siment);

Clis

huwa l-ammont ta’ klinker fornut espress f’tunnellati;

Clid

huwa l-ammont ta’ klinker mibgħut espress f’tunnellati, u

CliSV

huwa l-ammont ta’ varjazzjonijiet tal-istokk tal-klinker espress f’tunnellati.

Il-proporzjon ta’ klinker għal siment għandu jew ikun derivat b’mod separat għal kull wieħed mill-prodotti differenti tas-siment fuq il-bażi tal-analiżijiet fil-laboratorju f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima B.5.4, jew ikun ikkalkulat bħala proporzjon mid-differenza tal-kunsinni tas-siment u tal-bidliet fl-istokk u l-materjali kollha li jintużaw bħala addittivi għal mas-siment inklużi t-trab tal-by-pass u t-trab tal-kalkara tas-siment.

Bħala rekwiżit minimu biex jiġi ddeterminat il-fattur tal-emissjonijiet, għandu jiġi applikat valur standard ta’ 0,525 t CO2/t klinker.

B9.2.3.   Emissjonijiet relatati mat-trab imwarrab

L-emissjonijiet tal-proċess tas-CO2 mit-trab tal-bypass jew mit-trab tal-kalkara tas-siment (CKD) li joħroġ mis-sistema tal-kalkara, għandhom jiżdiedu mal-emissjonijiet, ikkoreġuti għal proporzjon parzjali ta’ kalċinazzjoni tas-CKD.

Rekwiżit minimu: Għandu jiġi applikat fattur tal-emissjonijiet ta’ 0,525 t CO2/t trab.

Titjib rakkomandat: Il-fattur tal-emissjonijiet (EF) jiġi ddeterminat mill-inqas darba fis-sena f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima B.5.4 ta’ dan l-Anness u bl-użu tal-formula li ġejja:

Formula
(Ekwazzjoni 28)

Fejn:

EFCKD

huwa l-fattur tal-emissjonijiet ta’ trab tal-kalkara tas-siment parzjalment ikkalċinat [t CO2/t CKD];

EFCli

huwa l-fattur tal-emissjonijiet speċifiku għall-installazzjoni tal-klinker [t CO2/t klinker], u

d

huwa l-grad ta’ kalċinazzjoni tas-CKD (CO2 rilaxxat bħala % tas-CO2 tal-karbonat totali fit-taħlita ta’ materjal mhux maħdum).

B.9.3.   Regoli addizzjonali għall-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-aċidu nitriku

B.9.3.1.   Regoli ġenerali għall-kejl tal-N2O

L-emissjonijiet ta’ N2O għandhom jiġu ddeterminati bl-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl. Il-konċentrazzjonijiet ta’ N2O fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija minn kull sors ta’ emissjoni għandhom jitkejlu f’punt rappreżentattiv, wara t-tagħmir ta’ tnaqqis ta’ NOx/N2O, fejn jintuża t-tnaqqis. Għandhom jiġu applikati tekniki li kapaċi jkejlu l-konċentrazzjonijiet ta’ N2O tas-sorsi kollha tal-emissjonijiet kemm waqt kundizzjonijiet ta’ tnaqqis kif ukoll dawk mhux imnaqqsa. Il-kejl kollu għandu jiġi aġġustat abbażi ta’ gass niexef meta meħtieġ u rrapportat b’mod konsistenti.

B.9.3.2.   Determinazzjoni tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija

Għall-monitoraġġ tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, għandu jintuża l-metodu tal-bilanċ tal-massa stabbilit fit-Taqsima B.6.2.5 ta’ dan l-Anness, sakemm ma jkunx teknikament mhux fattibbli. F’dak il-każ, jista’ jintuża metodu alternattiv, inkluż permezz ta’ metodu tal-bilanċ tal-massa ieħor ibbażat fuq parametri sinifikanti bħat-tagħbija tal-input tal-ammonijaka, jew id-determinazzjoni tal-fluss permezz ta’ kejl kontinwu tal-fluss tal-emissjonijiet.

Il-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandu jiġi kkalkolat f’konformità mal-formula li ġejja:

Vflue gas flow [Nm3/h] = Vair × (1 — O2,air)/(1 — O2,flue gas)(Ekwazzjoni 29)

Fejn:

Vair

hija l-fluss totali tal-arja tal-input f’Nm3/h f’kundizzjonijiet standard;

O2,air

hija l-frazzjoni tal-volum ta’ O2 fl-arja xotta (= 0,2095), u

O2,flue gas

hija l-frazzjoni tal-volum ta’ O2 fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija.

Vair

għandha tiġi kkalkolata bħala s-somma tal-flussi kollha tal-arja li jidħlu fl-unità tal-produzzjoni tal-aċidu nitriku, b’mod partikolari l-arja tal-input primarja u sekondarja, u l-arja tal-input tas-siġill, fejn applikabbli.

Il-kejl kollu għandu jiġi aġġustat abbażi ta’ gass niexef u rrapportat b’mod konsistenti.

B.9.3.3   Konċentrazzjonijiet tal-Ossiġenu (O2)

Fejn ikun meħtieġ għall-kalkolu tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija f’konformità mat-Taqsima B.9.3.2 ta’ dan l-Anness, għandhom jitkejlu l-konċentrazzjonijiet tal-ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija, billi jiġu applikati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima B.6.2.2 ta’ dan l-Anness. Il-kejl kollu għandu jiġi aġġustat abbażi ta’ gass niexef u rrapportat b’mod konsistenti.

C.   Flussi tas-sħana

C.1.   Regoli biex tkun stabbilita s-sħana netta li tista’ titkejjel

C.1.1.   Prinċipji

L-ammonti kollha speċifikati ta’ sħana li tista’ titkejjel għandhom dejjem jirreferu għal ammont nett ta’ sħana li tista’ titkejjel, iddeterminata bħala l-kontenut ta’ sħana (entalpija) tal-fluss ta’ sħana trażmess lill-proċess li jikkonsma s-sħana jew utent estern nieqes il-kontenut ta’ sħana tal-fluss ta’ ritorn.

Il-proċessi li jikkonsmaw is-sħana meħtieġa għat-tħaddim tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni tas-sħana, bħal deaerators, it-trattament tal-ilma, u blow offs regolari, għandhom jitqiesu fl-effiċjenza tas-sistema ta’ sħana u għandhom jitqiesu fl-emissjonijiet integrati tal-oġġetti.

Meta l-istess mezz ta’ sħana jintuża minn diversi proċessi konsekuttivi u s-sħana tiegħu tiġi kkonsmata billi tibda minn livelli differenti ta’ temperatura, il-kwantità ta’ sħana kkonsmata minn kull proċess li jikkonsma s-sħana għandha tiġi determinata separatament, sakemm il-proċessi ma jkunux parti mill-proċess tal-produzzjoni ġenerali tal-istess oġġetti. It-tisħin mill-ġdid tal-mezz ta’ trasferiment bejn proċessi konsekuttivi li jikkonsmaw is-sħana għandu jiġi ttrattat bħala produzzjoni ta’ sħana addizzjonali.

Fejn is-sħana tintuża biex tipprovdi tkessiħ permezz ta’ proċess ta’ tkessiħ ta’ assorbiment, dak il-proċess ta’ tkessiħ għandu jitqies bħala l-proċess li jikkonsma s-sħana.

C.1.2.   Metodoloġija biex ikunu stabbiliti l-ammonti netti ta’ sħana li tista’ titkejjel

Għall-fini ta’ għażla ta’ sorsi ta’ data għall-kwantifikazzjoni ta’ flussi ta’ enerġija f’konformità mat-Taqsima A.4 ta’ dan l-Anness, għandhom jiġu kkunsidrati l-metodoloġiji li ġejjin biex ikunu ddeterminati l-ammonti netti ta’ sħana li tista’ titkejjel:

C.1.2.1.   Metodu 1: Użu ta’ kejl

Skont dan il-metodu, il-parametri rilevanti kollha għandhom jitkejlu, b’mod partikolari t-temperatura, il-pressjoni, l-istat tat-trażmissjoni kif ukoll il-mezz ta’ ritorn tas-sħana. Fil-każ ta’ stim, l-istat tal-mezz għandu jirreferi għas-saturazzjoni jew il-grad ta’ supertisħin tiegħu. Għandha titkejjel ir-rata tal-fluss (volumetrika) tal-mezz għat-trasferiment tas-sħana. Abbażi tal-valuri mkejla, l-entalpija u l-volum speċifiku tal-mezz għat-trasferiment tas-sħana għandhom jiġu ddeterminati bl-użu ta’ steam tables jew software tal-inġinerija xierqa.

Ir-rata tal-fluss tal-massa tal-mezz għandha tiġi kkalkulata hekk

Formula
(Ekwazzjoni 30)

Fejn:

Formula

hija r-rata tal-fluss tal-massa f’kg/s;

Formula

hija r-rata tal-fluss volumetriku f’m3/s, u

v

hija l-volum speċifiku f’m3/kg.

Peress li r-rata tal-fluss tal-massa hija kkunsidrata l-istess għal mezz ta’ trażmissjoni u ta’ ritorn, ir-rata tal-fluss ta’ sħana għandha tiġi kkalkulata bl-użu tad-differenza f’entalpija bejn il-fluss trażmess u ta’ ritorn, kif ġej:

Formula
(Ekwazzjoni 31)

Fejn:

Formula

hija r-rata tal-fluss tas-sħana f’kJ/s;

hflow

hija l-entalpija tal-fluss trażmess f’kJ/kg;

hreturn

hija l-entalpija tal-fluss tar-ritorn f’kJ/kg, u

Formula

hija r-rata tal-fluss tal-massa f’kg/s.

Fil-każ ta’ stim jew ilma sħun użat bħala mezz ta’ trasferiment tas-sħana, fejn il-kondensat ma jiġix irritornat, jew fejn ma huwiex fattibbli li tiġi stmata l-entalpija tal-kondensat ritornat, hreturn għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’ temperatura ta’ 90 °C.

Jekk ir-rati tal-fluss tal-massa huma magħrufa li ma humiex identiċi, għandu japplika dan li ġej:

(a)

fejn tkun disponibbli evidenza li l-kondensat jibqa’ fil-prodott (eż. fil-proċessi tal-“injezzjoni tal-life steam”), l-ammont rispettiv tal-entalpija tal-kondensat ma jitnaqqasx;

(b)

fejn il-mezz ta’ trasferiment tas-sħana hu magħruf li jintilef (eż. minħabba tnixxijiet jew drenaġġ), l-istima għall-fluss tal-massa rispettiv titnaqqas mill-fluss tal-massa tal-mezz għat-trasferiment tas-sħana trażmessa.

Sabiex jiġi ddeterminat il-fluss tas-sħana nett annwali mid-data ta’ hawn fuq, għandu jintuża wieħed mill-metodi li ġejjin, soġġett għat-tagħmir tal-kejl u għall-ipproċessar tad-data disponibbli:

(a)

jiddetermina l-valuri medji annwali għall-parametri li jiddeterminaw l-entalpija medja annwali tal-mezz ta’ sħana trażmessa u ta’ ritorn, u jimmoltiplika bil-fluss totali tal-massa annwali, bl-użu tal-Ekwazzjoni 31;

(b)

jiddetermina l-valuri ta’ kull siegħa tal-fluss ta’ sħana u jgħodd dawk il-valuri tul il-ħin operattiv totali annwali tas-sistema ta’ sħana. Soġġett għas-sistema tal-ipproċessar ta’ data, il-valuri ta’ kull siegħa jistgħu jiġu sostitwiti b’intervalli ta’ żmien oħra kif xieraq.

C.1.2.2.   Metodu 2: Kalkolu ta’ proxy ibbażat fuq l-effiċjenza mkejla

L-ammonti ta’ sħana netta li tista’ titkejjel għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-input tal-fjuwil u l-effiċjenza mkejla relatata mal-produzzjoni tas-sħana:

Formula
(Ekwazzjoni 32)

Formula
(Ekwazzjoni 33)

Fejn:

Q

hija l-ammont ta’ sħana espress f’TJ;

ηΗ

hija l-effiċjenza mkejla tal-produzzjoni tas-sħana;

EIn

hija l-input tal-enerġija mill-fjuwils;

ADi

hija d-data annwali dwar l-attivitajiet (jiġifieri, il-kwantitajiet ikkonsmati) tal-fjuwils i, u

NCVi

huma l-valuri kalorifiċi netti tal-fjuwils i.

Il-valur ta’ ηΗ huwa mkejjel fuq perjodu raġonevolment twil, li jqis biżżejjed l-istati tat-tagħbija differenti tal-installazzjoni jew meħud mid-dokumentazzjoni tal-manifattur. F’dak ir-rigward il-kurva tat-tagħbija parzjali speċifika għandha titqies permezz tal-użu ta’ fattur ta’ tagħbija annwali, kif ġej:

Formula
(Ekwazzjoni 34)

Fejn:

LF

hija l-fattur tat-tagħbija;

EIn

hija l-input tal-enerġija kif iddeterminat bl-użu tal-Ekwazzjoni 33 matul il-perjodu ta’ rapportar, u

EMax

hija l-input massimu tal-fjuwil jekk l-unità li tipproduċi s-sħana kienet qed taħdem b’tagħbija nominali ta’ 100 % għas-sena kalendarja sħiħa.

L-effiċjenza għandha tkun ibbażata fuq sitwazzjoni li fiha l-kondensat kollu jiġi rritornat. Għandha tiġi preżunta temperatura ta’ 90 °C għall-kondensat irritornat.

C.1.2.3.   Metodu 3: Kalkolu ta’ proxy ibbażat fuq l-effiċjenza ta’ referenza

Dan il-metodu huwa identiku għall-metodu 3, iżda bl-użu ta’ effiċjenza ta’ referenza ta’ 70 % (ηRef,H = 0,7) fl-Ekwazzjoni 32.

C.1.3.   Regoli speċjali

Fejn installazzjoni tikkonsma sħana li titkejjel prodotta minn proċessi kimiċi eżotermiċi minbarra l-kombustjoni, bħal fil-produzzjoni tal-ammonijaka jew tal-aċidu nitriku, dak l-ammont ta’ sħana kkonsmata għandu jiġi ddeterminat separatament minn sħana oħra li tista’ titkejjel u dak il-konsum tas-sħana għandu jiġi assenjat emissjonijiet żero tas-CO2e.

Meta s-sħana li tista’ titkejjel tiġi rkuprata minn sħana li ma tistax titkejjel iġġenerata mill-fjuwils u użata fil-proċessi tal-produzzjoni wara dak l-użu, eż., mill-gassijiet tal-egżost, sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, l-ammont rilevanti ta’ sħana li tista’ titkejjel netta diviż b’effiċjenza ta’ referenza ta’ 90 % jitnaqqas mill-input tal-fjuwil.

C.2.   Determinazzjoni tal-fattur tal-emissjonijiet tat-taħlita tal-fjuwil ta’ sħana li tista’ titkejjel

Meta proċess tal-produzzjoni jikkonsma sħana li tista’ titkejjel prodotta fl-installazzjoni, l-emissjonijiet relatati mas-sħana għandhom jiġu ddeterminati bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin.

C.2.1.   Fattur tal-emissjonijiet ta’ sħana li tista’ titkejjel prodotta fl-installazzjoni għajr mill-koġenerazzjoni

Għas-sħana li tista’ titkejjel prodotta mill-kombustjoni tal-fjuwils fl-installazzjoni minbarra s-sħana prodotta mill-koġenerazzjoni, għandu jiġi ddeterminat il-fattur tal-emissjonijiet tat-taħlita tal-fjuwil rilevanti u l-emissjonijiet attribwibbli għall-proċess ta’ produzzjoni għandhom jiġu kkalkolati bħala:

EmHeat = EFmix · Qconsumed(Ekwazzjoni 35)

Fejn:

EmHeat

hija l-emissjonijiet relatati mas-sħana tal-proċess tal-produzzjoni f’t CO2;

EFmix

hija l-fattur tal-emissjonijiet tat-taħlita tal-fjuwil rispettiva espressa f’t CO2/TJ inklużi l-emissjonijiet mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija, fejn applikabbli;

Qconsumed

hija l-ammont ta’ sħana li tista’ titkejjel ikkonsmata fil-proċess tal-produzzjoni espress f’TJ, u

η

hija l-effiċjenza tal-proċess tal-produzzjoni tas-sħana.

EFmix

għandha tiġi kkalkolata bħala:

EFmix = (Σ ADi · NCVi · EFi + EmFGC)/(Σ ADi · NCVi)(Ekwazzjoni 36)

Fejn:

ADi

hija d-data annwali dwar l-attivitajiet (jiġifieri, il-kwantitajiet ikkonsmati) tal-fjuwils i użati għall-produzzjoni tas-sħana li tista’ titkejjel espressa f’tunnellati jew Nm3;

NCVi

huma l-valuri kalorifiċi netti tal-fjuwils i espressi f’TJ/t jew f’TJ/Nm3;

EFi

huma l-fatturi tal-emissjonijiet tal-fjuwils i espressi f’t CO2/TJ, u

EMFGC

huma l-emissjonijiet tal-proċess mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija espressi f’t CO2.

Fejn gass ta’ skart ikun parti mit-taħlita ta’ fjuwils użata, u fejn il-fattur tal-emissjonijiet tal-gass ta’ skart ikun ogħla mill-fattur tal-emissjonijiet standard tal-gass naturali mogħti fit-Tabella 1 tal-Anness VIII, dak il-fattur standard tal-emissjonijiet għandu jintuża biex tiġi kkalkolata EFmix minflok il-fattur tal-emissjonijiet tal-gass ta’ skart.

C.2.2.   Fattur tal-emissjonijiet ta’ sħana li tista’ titkejjel prodotta fl-installazzjoni mill-koġenerazzjoni

Meta s-sħana li tista’ titkejjel u l-elettriku jiġu prodotti permezz tal-koġenerazzjoni (jiġifieri permezz ta’ sħana u enerġija kkombinati (CHP)), l-emissjonijiet rilevanti attribwiti għas-sħana li tista’ titkejjel u għall-elettriku għandhom jiġu ddeterminati kif meħtieġ minn din it-taqsima. Ir-regoli dwar l-elettriku għandhom japplikaw ukoll għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika, jekk ikun rilevanti.

L-emissjonijiet ta’ unità ta’ koġenerazzjoni għandhom jiġu ddeterminati kif ġej:

Formula
)(Ekwazzjoni 37)

Fejn:

EMCHP

huma l-emissjonijiet tal-unità ta’ koġenerazzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar espressi f’t CO2;

ADi

hija d-data annwali dwar l-attivitajiet (jiġifieri l-kwantitajiet ikkonsmati) tal-fjuwils i użati għall-unità tas-CHP espressi f’tunnellati jew Nm3;

NCVi

huma l-valuri kalorifiċi netti tal-fjuwils i espressi f’TJ/t jew f’TJ/Nm3;

EFi

huma l-fatturi tal-emissjonijiet tal-fjuwils i espressi f’t CO2/TJ u

EMFGC

huma l-emissjonijiet tal-proċess mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija espressi f’t CO2.

L-input tal-enerġija għall-unità CHP għandu jiġi kkalkolat f’konformità mal-Ekwazzjoni 33. L-effiċjenzi medji rispettivi matul il-perjodu ta’ rapportar tal-produzzjoni tas-sħana u tal-elettriku (jew tal-enerġija mekkanika, jekk applikabbli) għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

Formula
)(Ekwazzjoni 38)

Formula
)(Ekwazzjoni 39)

Fejn:

ηheat

hija l-effiċjenza medja tal-produzzjoni tas-sħana matul il-perjodu ta’ rapportar (mingħajr dimensjoni),

Qnet

huwa l-ammont nett ta’ sħana prodotta matul il-perjodu ta’ rapportar mill-unità ta’ koġenerazzjoni espress f’TJ kif iddeterminat f’konformità mat-Taqsima C.1.2;

EIn

hija l-input tal-enerġija kif iddeterminat bl-użu tal-Ekwazzjoni 33 espress f’TJ;

ηel

hija l-effiċjenza medja tal-produzzjoni tal-elettriku matul il-perjodu ta’ rapportar (mingħajr dimensjoni), u

Eel

hija l-produzzjoni netta tal-elettriku tal-unità ta’ koġenerazzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’TJ.

Fejn id-determinazzjoni tal-effiċjenzi ηheat u ηel ma tkunx teknikament fattibbli jew tista’ timplika kostijiet irraġonevoli, għandhom jintużaw valuri bbażati fuq dokumentazzjoni teknika (valuri tad-disinn) tal-installazzjoni. Jekk ma jkun hemm l-ebda valur bħal dan disponibbli, għandhom jintużaw valuri standard konservattivi ta’ ηheat = 0,55 u ηel = 0,25.

Il-fatturi ta’ attribuzzjoni għas-sħana u għall-elettriku mis-CHP għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

Formula
(Ekwazzjoni 40)

Formula
(Ekwazzjoni 41)

Fejn:

FCHP,Heat

hija l-fattur ta’ attribuzzjoni għas-sħana (mingħajr dimensjoni);

FCHP,El

hija l-fattur ta’ attribuzzjoni għall-elettriku (jew għall-enerġija mekkanika, jekk applikabbli) (mingħajr dimensjoni);

ηref, heat

hija l-effiċjenza ta’ referenza għall-produzzjoni tas-sħana f’bojler awtonomu (mingħajr dimensjoni), u

ηref,el

hija l-effiċjenza ta’ referenza tal-produzzjoni tal-elettriku mingħajr koġenerazzjoni (mingħajr dimensjoni).

L-effiċjenzi ta’ referenza xierqa speċifiċi għall-fjuwil huma mogħtija fl-Anness IX.

Il-fattur speċifiku ta’ emissjoni tas-sħana li tista’ titkejjel relatata mas-CHP li għandu jintuża għall-attribuzzjoni ta’ emissjonijiet relatati mas-sħana għall-proċessi tal-produzzjoni għandu jiġi kkalkolat bħala

EFCHP,Heat = EmCHP · FCHP,Heat/Qnet (Ekwazzjoni 42)

Fejn:

EFCHP, heat

huwa l-fattur tal-emissjonijiet għall-produzzjoni ta’ sħana li tista’ titkejjel fl-unità ta’ koġenerazzjoni espress f’t CO2/TJ u

Qnet

hija s-sħana netta prodotta mill-unità ta’ koġenerazzjoni espressa f’TJ.

Il-fattur speċifiku tal-emissjonijiet tal-elettriku relatat mas-CHP li għandu jintuża għall-attribuzzjoni ta’ emissjonijiet indiretti għall-proċessi tal-produzzjoni għandu jiġi kkalkolat bħala:

EFCHP,El = EmCHP · FCHP,El/EEl,prod (Ekwazzjoni 43)

Fejn:

EEl,prod

huwa l-elettriku prodott mill-unità CHP.

Fejn gass ta’ skart ikun parti mit-taħlita ta’ fjuwils użata, u fejn il-fattur tal-emissjonijiet tal-gass ta’ skart ikun ogħla mill-fattur tal-emissjonijiet standard tal-gass naturali mogħti fit-Tabella 1 tal-Anness VIII, dak il-fattur standard tal-emissjonijiet jintuża biex tiġi kkalkolata l-EFmix minflok il-fattur tal-emissjonijiet tal-gass ta’ skart.

C.2.3.   Fattur tal-emissjonijiet ta’ sħana li tista’ titkejjel prodotta barra mill-installazzjoni

Meta proċess tal-produzzjoni jikkonsma sħana li tista’ titkejjel prodotta barra mill-installazzjoni, l-emissjonijiet relatati mas-sħana għandhom jiġu ddeterminati bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin.

1.

Meta l-installazzjoni li tipproduċi s-sħana li tista’ titkejjel tkun soġġetta għal sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika, jew meta l-operatur tal-installazzjoni li tikkonsma s-sħana li tista’ titkejjel jiżgura permezz tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-kuntratt għall-provvista tas-sħana li l-installazzjoni li tipproduċi s-sħana twettaq monitoraġġ tal-emissjonijiet f’konformità ma’ dan l-Anness, il-fattur tal-emissjonijiet tas-sħana li tista’ titkejjel għandu jiġi ddeterminat bl-użu ta’ ekwazzjonijiet rilevanti tat-Taqsima C.2.1 jew C.2.2, abbażi tad-data dwar l-emissjonijiet ipprovduta mill-operatur tal-installazzjoni li tipproduċi s-sħana li tista’ titkejjel.

2.

Meta l-metodu skont il-punt 1 ma jkunx disponibbli, jintuża valur standard, ibbażat fuq il-fattur standard tal-emissjonijiet tal-fjuwil użat l-aktar b’mod komuni fis-settur industrijali tal-pajjiż, bis-suppożizzjoni ta’ effiċjenza tal-bojler ta’ 90 %.

D.   Elettriku

D.1.   Kalkolu tal-emissjonijiet relatati mal-elettriku

L-emissjonijiet relatati mal-produzzjoni jew mal-konsum tal-elettriku għall-fini tal-kalkolu tal-emissjonijiet integrati f’konformità mat-taqsima F.1 għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula
(Ekwazzjoni 44)

Fejn:

Em el

huma l-emissjonijiet relatati mal-elettriku prodott jew ikkonsmat, espressi f’t CO2;

E el

hija l-elettriku prodott jew ikkonsmat espress f’MWh jew f’TJ, u

EF el

hija l-fattur tal-emissjonijiet għall-elettriku applikat, espress f’t CO2/MWh jew t CO2/TJ.

D.2.   Regoli għad-determinazzjoni tal-fattur tal-emissjonijiet tal-elettriku bħala oġġetti importati

Sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet speċifiċi integrati reali tal-elettriku bħala oġġetti importati, għandhom ikunu applikabbli biss emissjonijiet diretti f’konformità mat-Taqsima 2 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/956.

Il-fattur tal-emissjonijiet għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi reali integrati tal-elettriku għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a)

għandu jintuża l-valur prestabbilit speċifiku għal pajjiż terz, grupp ta’ pajjiżi terzi jew reġjun f’pajjiż terz, bħala l-fattur tal-emissjonijiet rilevanti tas-CO2 kif stabbilit fil-punt D.2.1 ta’ dan l-Anness.

(b)

fejn ma jkun disponibbli l-ebda valur prestabbilit speċifiku taħt il-punt (a), għandu jintuża l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-UE kif stabbilit fil-punt D.2.2 ta’ dan l-Anness.

(c)

meta dikjarant tar-rapportar jissottometti evidenza suffiċjenti bbażata fuq informazzjoni uffiċjali u pubblika biex juri li l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 fil-pajjiż terz, fil-grupp ta’ pajjiżi terzi jew f’reġjun f’pajjiż terz minn fejn jiġi importat l-elettriku jkun anqas mill-valuri f’konformità mal-punti (a) u (b), u fejn il-kundizzjonijiet previsti fil-punt D.2.3 ta’ dan l-Anness jiġu ssodisfati, il-valuri aktar baxxi ddikjarati għandhom jiġu ddeterminati abbażi tad-data disponibbli u affidabbli.

(d)

id-dikjarant tar-rapportar jista’ japplika emissjonijiet integrati reali minflok valuri prestabbiliti għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati tal-elettriku importat, jekk jiġu ssodisfati l-kriterji kumulattivi (a) sa (d) previsti fit-Taqsima 5 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/956, u l-kalkolu huwa bbażat fuq data ddeterminata skont dan l-Anness mill-produttur tal-elettriku, ikkalkolata bl-użu tat-Taqsima D.2.3 ta’ dan l-Anness.

D.2.1.   Fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 ibbażat fuq valuri prestabbiliti speċifiċi

F’konformità mat-Taqsima 4.2.1 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/956, għandhom jintużaw il-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 fil-pajjiż terz, fil-grupp ta’ pajjiżi terzi jew fir-reġjun f’pajjiż terz, abbażi tal-aħjar data disponibbli għall-Kummissjoni. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, dawn il-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 għandhom ikunu bbażati fuq data mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE) u għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.

D.2.2.   Fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-UE

Skont it-Taqsima 4.2.2 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/956, għandu japplika l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-Unjoni. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, il-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-Unjoni għandu jkun ibbażat fuq data mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE) u għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.

D.2.3.   Fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 ibbażat fuq data affidabbli murija mid-dikjarant tar-rapportar

Għall-fini tal-punt (c) tat-taqsima D.2 ta’ dan l-Anness, id-dikjarant tar-rapportar għandu jipprovdi s-settijiet ta’ data minn sorsi uffiċjali alternattivi, inkluża l-istatistika nazzjonali għall-perjodu ta’ ħames snin li jintemm sentejn qabel ir-rapportar.

Sabiex jiġi rifless l-impatt tal-politiki ta’ dekarbonizzazzjoni, bħaż-żieda fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll il-kundizzjonijiet klimatiċi, bħal snin partikolarment kesħin, fuq il-provvista annwali tal-elettriku fil-pajjiżi kkonċernati, id-dikjarant tar-rapportar għandu jikkalkula l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 abbażi tal-medja ponderata tal-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-perjodu ta’ ħames snin li jintemm sentejn qabel ir-rapportar.

Għal dan il-fini, id-dikjarant tar-rapportar għandu jikkalkula l-fatturi annwali ta’ emissjoni tas-CO2 għal kull teknoloġija tal-fjuwils fossili u l-ġenerazzjoni grossa tal-elettriku rispettiva tagħha fil-pajjiż terz li kapaċi jesporta l-elettriku lejn l-UE, abbażi tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula
(Ekwazzjoni 45)

Fejn:

Em el,y

huwa l-fattur annwali tal-emissjonijiet tas-CO2 għat-teknoloġiji kollha tal-fjuwils fossili fis-sena partikolari fil-pajjiż terz li kapaċi jesporta l-elettriku lejn l-UE;

E el,y

hija l-ġenerazzjoni grossa totali tal-elettriku mit-teknoloġiji kollha tal-fjuwils fossili f’dik is-sena; EF i huwa l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 għal kull teknoloġija tal-fjuwils fossili “i”, u

E el,i,y

hija l-ġenerazzjoni grossa annwali tal-elettriku għal kull teknoloġija tal-fjuwils fossili “i”.

Id-dikjarant tar-rapportar għandu jikkalkula l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 bħala medja mobbli ta’ dawk is-snin li tibda bis-sena attwali nieqes tnejn, abbażi tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula
(Ekwazzjoni 46)

Fejn:

Em el

huwa l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 li jirriżulta mill-medja mobbli tal-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-ħames snin preċedenti, li jibdew mis-sena attwali, nieqes sentejn, sas-sena attwali, nieqes 6 snin;

Em el,y

huwa l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 għal kull sena “i”;

i

huwa l-indiċi varjabbli għas-snin li għandhom jiġu kkunsidrati, u

y

hija s-sena attwali.

D.2.4.   Fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 ibbażat fuq l-emissjonijiet reali tas-CO2 tal-installazzjoni

Skont it-Taqsima 5 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/956, dikjarant tar-rapportar jista’ japplika emissjonijiet integrati reali minflok valuri prestabbiliti għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati tal-elettriku importat jekk jiġu ssodisfati l-kriterji kumulattivi (a) sa (d) previsti f’dik it-taqsima.

D.3.   Regoli għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet tal-elettriku użati għall-produzzjoni ta’ oġġetti minbarra l-elettriku

Għall-fini tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati, il-kejl tal-kwantitajiet tal-elettriku għandu japplika għal potenza attiva, mhux għal potenza apparenti (potenza kumplessa). Il-komponent tal-potenza attiva biss għandu jiġi mkejjel, u l-potenza reattiva għandha tiġi injorata.

Għall-produzzjoni tal-elettriku, il-livell ta’ attività għandu jirreferi għall-elettriku nett li jħalli l-konfini tas-sistema tal-impjant tal-enerġija jew tal-unità tal-koġenerazzjoni, wara t-tnaqqis tal-elettriku kkonsmat internament.

D.4.   Rregoli għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti integrati tal-elettriku bħala input għall-produzzjoni ta’ oġġetti għajr l-elettriku

Matul il-perjodu tranżizzjonali, il-fatturi tal-emissjonijiet għall-elettriku għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta’ jew:

(a)

il-fattur tal-emissjonijiet medju tal-grilja tal-elettriku tal-pajjiż tal-oriġini, abbażi tad-data mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (IEA) ipprovduta mill-Kummissjoni fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM; jew

(b)

kwalunkwe fattur ieħor tal-emissjonijiet tal-grilja tal-elettriku tal-pajjiż ta’ oriġini bbażat fuq data disponibbli għall-pubbliku li tirrappreżenta l-fattur medju tal-emissjonijiet jew il-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 kif imsemmi fit-Taqsima 4.3 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/956.

B’deroga mill-punti (a) u (b), jistgħu jintużaw fatturi tal-emissjonijiet reali għall-elettriku għall-każijiet speċifikati fit-Taqsimiet D.4.1 sa D.4.3.

D.4.1.   Fattur tal-emissjonijiet tal-elettriku prodott fl-installazzjoni minbarra permezz tal-koġenerazzjoni

Għall-elettriku prodott mill-kombustjoni tal-fjuwils fl-installazzjoni minbarra l-elettriku prodott mill-koġenerazzjoni, il-fattur tal-emissjonijiet tal-elettriku EFEl għandu jiġi ddeterminat abbażi tat-taħlita tal-fjuwil rilevanti u l-emissjonijiet attribwibbli għall-produzzjoni tal-elettriku għandhom jiġu kkalkolati bħala:

EFEl = (Σ ADi · NCVi · EFi + EmFGC)/Elprod (Ekwazzjoni 47)

Fejn:

ADi

hija d-data annwali dwar l-attivitajiet (jiġifieri, il-kwantitajiet ikkonsmati) tal-fjuwils i użati għall-produzzjoni tal-elettriku espressa f’tunnellati jew Nm3;

NCVi

huma l-valuri kalorifiċi netti tal-fjuwils i espressi f’TJ/t jew f’TJ/Nm3;

EFi

huma l-fatturi tal-emissjonijiet tal-fjuwils i espressi f’t CO2/TJ;

EmFGC

huma l-emissjonijiet tal-proċess mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija espressi f’t CO2, u

Elprod

huwa l-ammont nett ta’ elettriku prodott espress f’MWh. Dan jista’ jinkludi kwantitajiet ta’ elettriku prodott minn sorsi għajr il-kombustjoni tal-fjuwils.

Fejn gass ta’ skart ikun parti mit-taħlita ta’ fjuwils użata, u fejn il-fattur tal-emissjonijiet tal-gass ta’ skart ikun ogħla mill-fattur tal-emissjonijiet standard tal-gass naturali mogħti fit-Tabella 21 tal-Anness VIII, dak il-fattur standard tal-emissjonijiet għandu jintuża biex tiġi kkalkolata EFEl minflok il-fattur tal-emissjonijiet tal-gass ta’ skart.

D.4.2.   Fattur tal-emissjonijiet tal-elettriku prodott fl-installazzjoni permezz tal-koġenerazzjoni

Il-fattur tal-emissjonijiet tal-produzzjoni tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandu jiġi ddeterminat skont it-Taqsima C.2.2 ta’ dan l-Anness.

D.4.3.   Fattur tal-emissjonijiet tal-elettriku prodott barra mill-installazzjoni

1.

Meta l-elettriku jiġi riċevut minn sors b’rabta teknika diretta, u fejn id-data rilevanti kollha tkun disponibbli, il-fattur tal-emissjonijiet ta’ dak l-elettriku għandu jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni tat-taqsimiet D.4.1 jew D.4.2 kif xieraq.

2.

Meta l-elettriku jiġi riċevut minn produttur tal-elettriku skont ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija, jista’ jintuża l-fattur tal-emissjonijiet għall-elettriku ddeterminat f’konformità mat-taqsimiet D.4.1 jew D.4.2, kif xieraq, meta jiġi kkomunikat mill-produttur tal-elettriku lill-operatur u jkun disponibbli skont l-Anness IV.

E.   Monitoraġġ tal-prekursuri

Fejn id-deskrizzjoni tar-rotot tal-produzzjoni għall-proċessi tal-produzzjoni definiti għall-installazzjoni tindika prekursuri rilevanti, il-kwantità ta’ kull prekursur ikkonsmat fil-proċessi tal-produzzjoni tal-installazzjoni għandha tiġi ddeterminata sabiex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet integrati totali tal-oġġetti kumplessi prodotti f’konformità mat-Taqsima G ta’ dan l-Anness.

B’deroga mill-paragrafu preċedenti, fejn il-produzzjoni u l-użu ta’ prekursur ikunu koperti mill-istess proċess ta’ produzzjoni, għandha tiġi ddeterminata biss il-kwantità ta’ prekursur addizzjonali użat u miksub minn installazzjonijiet oħra jew minn proċessi oħra ta’ produzzjoni.

Il-kwantità użata u l-proprjetajiet tal-emissjonijiet għandhom jiġu ddeterminati separatament għal kull installazzjoni li minnha jinkiseb il-prekursur. Il-metodi użati għad-determinazzjoni tad-data meħtieġa għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ tal-installazzjoni, bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

1.

Meta l-prekursur jiġi prodott fl-installazzjoni, iżda fi proċess ta’ produzzjoni differenti kif assenjat bl-applikazzjoni tar-regoli tat-Taqsima A.4 ta’ dan l-Anness, is-settijiet tad-data li għandhom jiġu ddeterminati għandhom jinkludu:

(a)

l-emissjonijiet diretti u indiretti integrati speċifiċi tal-prekursur bħala medja matul il-perjodu ta’ rapportar, espressi f’tunnellati ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ prekursur;

(b)

il-kwantità tal-prekursur ikkonsmat f’kull proċess tal-produzzjoni tal-installazzjoni li għaliha jkun prekursur rilevanti.

2.

Fejn il-prekursur jinkiseb minn installazzjoni oħra, is-settijiet tad-data li għandhom jiġu ddeterminati għandhom jinkludu:

(a)

il-pajjiż tal-oriġini tal-oġġetti importati;

(b)

l-installazzjoni fejn ġie prodott, identifikata minn

l-identifikatur uniku tal-installazzjoni, jekk disponibbli;

il-Kodiċi tan-Nazzjonijiet Uniti applikabbli għall-Post tal-Kummerċ u t-Trasport (UN/LOCODE) tal-post;

indirizz eżatt u t-traskrizzjoni tiegħu bl-Ingliż; u

il-koordinati ġeografiċi tal-installazzjoni.

(c)

ir-rotta tal-produzzjoni użata kif definita fit-Taqsima 3 tal-Anness II;

(d)

il-valuri tal-parametri speċifiċi applikabbli meħtieġa għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati, kif elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness IV;

(e)

l-emissjonijiet diretti u indiretti integrati speċifiċi tal-prekursur bħala medja matul l-aktar perjodu ta’ rapportar riċenti disponibbli, espressi f’tunnellati ta’ CO2(e) CO2e għal kull tunnellata ta’ prekursur;

(f)

id-data tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar użat mill-installazzjoni li minnha nkiseb il-prekursur;

(g)

l-informazzjoni dwar il-prezz tal-karbonju dovut għall-prekursur, jekk rilevanti.

L-installazzjoni li tipproduċi l-prekursur għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti, preferibbilment permezz tal-mudell elettroniku msemmi fl-Artikolu 3(5) u l-Anness IV.

3.

Għal kull kwantità ta’ prekursur li għalih tkun ġiet riċevuta data mhux kompluta jew inkonklużiva skont il-punt (2), jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti applikabbli magħmula disponibbli u ppubblikati mill-Kummissjoni għall-perjodu tranżizzjonali taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament.

F.   Regoli għall-attribuzzjoni tal-emissjonijiet ta’ installazzjoni lil oġġetti

F.1.   Metodi ta’ kalkolu

Għall-fini tal-assenjazzjoni tal-emissjonijiet tal-installazzjoni għall-oġġetti, l-emissjonijiet, l-inputs, u l-outputs għandhom jiġu attribwiti għall-proċessi tal-produzzjoni definiti f’konformità mat-Taqsima A.4 ta’ dan l-Anness bl-użu tal-Ekwazzjoni 48 għall-emissjonijiet diretti u l-Ekwazzjoni 49 għall-emissjonijiet indiretti, bl-użu ta’ ċifri totali matul il-perjodu kollu ta’ rapportar għall-parametri mogħtija fl-ekwazzjoni. L-emissjonijiet diretti u indiretti attribwiti mbagħad għandhom jiġu kkonvertiti f’emissjonijiet diretti u indiretti integrati speċifiċi tal-oġġetti li jirriżultaw mill-proċess tal-produzzjoni bl-użu tal-Ekwazzjonijiet 50 u 51.

Formula
(Ekwazzjoni 48)

Fejn AttrEm Dir tiġi kkalkolata li għandha valur negattiv, dan għandu jiġi ssettjat għal żero.

Formula
(Ekwazzjoni 49)

Formula
(Ekwazzjoni 50)

Formula
(Ekwazzjoni 51)

Fejn:

AttrEm Dir

hija l-emissjoni diretta attribwita tal-proċess tal-produzzjoni matul il-perjodu kollu ta’ rapportar, espressa f’t CO2e;

AttrEm indir

hija l-emissjoni indiretta attribwita tal-proċess tal-produzzjoni matul il-perjodu kollu ta’ rapportar, espressa f’t CO2e;

DirEm *

huma l-emissjonijiet attribwibbli direttament mill-proċess tal-produzzjoni, iddeterminati għall-perjodu ta’ rapportar bl-użu tar-regoli previsti fit-Taqsima B ta’ dan l-Anness, u r-regoli li ġejjin:

Sħana li titkejjel: Meta l-fjuwils jiġu kkonsmati għall-produzzjoni ta’ sħana li tista’ titkejjel li tiġi kkonsmata barra mill-proċess tal-produzzjoni li jkun qed jiġi kkunsidrat, jew li tintuża f’aktar minn proċess wieħed ta’ produzzjoni (li jinkludi sitwazzjonijiet b’importazzjonijiet minn u esportazzjonijiet lejn installazzjonijiet oħra), l-emissjonijiet tal-fjuwils ma humiex inklużi fl-emissjonijiet attribwibbli direttament tal-proċess tal-produzzjoni, iżda jiżdiedu taħt il-parametru EMH,import sabiex jiġi evitat għadd doppju.

Gassijiet ta’ skart:

L-emissjonijiet ikkawżati mill-gassijiet ta’ skart prodotti u kkonsmati bis-sħiħ fl-istess proċess tal-produzzjoni huma inklużi f’DirEm(*).

L-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-gassijiet ta’ skart esportati mill-proċess tal-produzzjoni huma inklużi bis-sħiħ f’DirEm(*) irrispettivament minn fejn jiġu kkonsmati. Madankollu, għall-esportazzjonijiet ta’ gassijiet ta’ skart, għandu jiġi kkalkolat it-terminu WGcorr,export.

L-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-gassijiet ta’ skart importati minn proċessi tal-produzzjoni oħrajn ma jitqisux f’DirEM(*). Minflok, għandu jiġi kkalkolat it-terminu WGcorr,import;

Em H,imp

huma l-emissjonijiet ekwivalenti għall-kwantità ta’ sħana li tista’ titkejjel importata għall-proċess tal-produzzjoni, iddeterminati għall-perjodu ta’ rapportar bl-użu tar-regoli previsti fit-Taqsima C ta’ dan l-Anness, u r-regoli li ġejjin:

L-emissjonijiet relatati mas-sħana li tista’ titkejjel importata fil-proċess tal-produzzjoni jinkludu l-importazzjonijiet minn installazzjonijiet oħra, proċessi oħra ta’ produzzjoni fl-istess installazzjoni, kif ukoll is-sħana riċevuta minn unità teknika (eż. dar tal-enerġija ċentrali fl-installazzjoni, jew network tal-istim aktar kumpless b’diversi unitajiet li jipproduċu s-sħana) li jipprovdi s-sħana għal aktar minn proċess tal-produzzjoni wieħed.

L-emissjonijiet mis-sħana li tista’ titkejjel għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-formula li ġejja:

Formula
(Ekwazzjoni 52)

Fejn:

EFheat

hija l-fattur tal-emissjonijiet għall-produzzjoni ta’ sħana li tista’ titkejjel iddeterminata f’konformità mat-Taqsima C.2 ta’ dan l-Anness, espress f’t CO2/TJ u

Qimp

hija s-sħana netta importata u kkonsmata fil-proċess tal-produzzjoni espressa f’TJ;

Em H,exp

huma l-emissjonijiet ekwivalenti għall-kwantità ta’ sħana li tista’ titkejjel esportata mill-proċess tal-produzzjoni, iddeterminati għall-perjodu ta’ rapportar bl-użu tar-regoli previsti fit-Taqsima C ta’ dan l-Anness. Għas-sħana esportata għandhom jintużaw jew l-emissjonijiet tat-taħlita tal-fjuwil effettivament magħrufa f’konformità mat-Taqsima C.2, jew – jekk it-taħlita reali tal-fjuwil ma tkunx magħrufa – il-fattur standard tal-emissjonijiet tal-fjuwil użat l-aktar b’mod komuni fil-pajjiż u fis-settur industrijali, jekk wieħed jassumi effiċjenza tal-bojler ta’ 90 %.

Is-sħana rkuprata mill-proċessi mħaddma bl-elettriku u mill-produzzjoni tal-aċidu nitriku ma għandhiex titqies;

WG corr,imp

huma l-emissjonijiet diretti attribwiti ta’ proċess tal-produzzjoni li jikkonsmaw il-gassijiet ta’ skart importati minn proċessi tal-produzzjoni oħra, ikkoreġuti għall-perjodu tar-rapportar billi tintuża l-formula li ġejja:

Formula
(Ekwazzjoni 53)

Fejn:

VWG

huwa l-volum tal-gass ta’ skart importat;

NCVWG

huwa l-valur kalorifiku nett tal-gass ta’ skart importat, u

EFNG

huwa l-fattur standard ta’ emissjoni tal-gass naturali kif mogħti fl-Anness VIII;

WG corr,exp

huma l-emissjonijiet ekwivalenti għall-kwantità ta’ gassijiet ta’ skart esportati mill-proċess tal-produzzjoni, iddeterminati għall-perjodu ta’ rapportar bl-użu tar-regoli previsti fit-Taqsima B ta’ dan l-Anness, u l-formula li ġejja:

Formula
(Ekwazzjoni 54)

Fejn:

VWG,exp

huwa l-volum ta’ gass ta’ skart esportat mill-proċess tal-produzzjoni;

NCVWG

huwa l-valur kalorifiku nett tal-gass ta’ skart;

EFNG

huwa l-fattur standard ta’ emissjoni tal-gass naturali kif mogħti fl-Anness VIII, u

Corrη

huwa l-fattur li jirrappreżenta d-differenza fl-effiċjenzi bejn l-użu tal-gass ta’ skart u l-użu tal-gass naturali tal-fjuwil ta’ referenza. Il-valur standard huwa Corrη = 0,667;

Em el,prod

huma l-emissjonijiet ekwivalenti għall-kwantità ta’ elettriku prodott fil-limiti tal-proċess tal-produzzjoni, iddeterminati għall-perjodu ta’ rapportar bl-użu tar-regoli previsti fit-Taqsima D ta’ dan l-Anness;

Em el,cons

huma l-emissjonijiet ekwivalenti għall-kwantità ta’ elettriku kkonsmat fil-limiti tal-proċess tal-produzzjoni, iddeterminati għall-perjodu ta’ rapportar bl-użu tar-regoli previsti fit-Taqsima D ta’ dan l-Anness;

SEE g,Dir

huma l-emissjonijiet integrati diretti speċifiċi tal-oġġetti g espressi f’t CO2e għal kull tunnellata, validi għall-perjodu ta’ rapportar;

SEE g,Indir

huma l-emissjonijiet integrati indiretti speċifiċi tal-oġġetti g espressi f’t CO2e għal kull tunnellata, validi għall-perjodu ta’ rapportar;

AL g

huwa l-livell ta’ attività tal-oġġetti g, jiġifieri l-ammont tal-oġġetti g prodotti fil-perjodu ta’ rapportar f’dik l-installazzjoni, iddeterminat f’konformità mat-Taqsima F.2 ta’ dan l-Anness, espress f’tunnellati.

F.2.   Metodoloġija ta’ monitoraġġ għal-livelli ta’ attività

Il-livell ta’ attività ta’ proċess tal-produzzjoni għandu jiġi kkalkolat bħala l-massa totali tal-oġġetti kollha li jitilqu mill-proċess tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar għall-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 mill-kategorija tal-oġġetti aggregati skont it-Taqsima 2 tal-Anness II li magħha il-proċess tal-produzzjoni huwa relatat. Fejn il-proċessi tal-produzzjoni jiġu definiti b’tali mod li tiġi inkluża wkoll il-produzzjoni tal-prekursuri, l-għadd doppju għandu jiġi evitat billi jingħaddu biss il-prodotti finali li jħallu l-konfini tas-sistema tal-proċess tal-produzzjoni. Għandha titqies kwalunkwe dispożizzjoni speċjali stabbilita għall-proċess tal-produzzjoni jew għar-rotta tal-produzzjoni fit-Taqsima 3 tal-Anness II. Meta jintużaw diversi rotot tal-produzzjoni fl-istess installazzjoni għall-produzzjoni ta’ oġġetti li jaqgħu taħt l-istess kodiċi NM, u fejn dawk ir-rotot tal-produzzjoni jiġu assenjati proċessi tal-produzzjoni separati, l-emissjonijiet integrati tal-oġġetti għandhom jiġu kkalkolati b’mod separat għal kull rotta tal-produzzjoni.

Għandhom jitqiesu biss l-oġġetti li jistgħu jinbiegħu jew jintużaw direttament bħala prekursuri fi proċess ta’ produzzjoni ieħor. Il-prodotti mhux relatati mal-ispeċifikazzjonijiet, il-prodotti sekondarji, l-iskart, u r-ruttam prodotti fi proċess tal-produzzjoni, irrispettivament minn jekk jiġux irritornati għall-proċessi tal-produzzjoni, ikkonsenjati lil installazzjonijiet oħra, jew jintremew, ma għandhomx jiġu inklużi fid-determinazzjoni tal-livell ta’ attività. Għalhekk dawn għandhom jiġu assenjati emissjonijiet integrati żero meta jidħlu fi proċess tal-produzzjoni ieħor.

Għad-determinazzjoni tal-livelli ta’ attività, japplikaw ir-rekwiżiti tal-kejl stabbiliti fit-Taqsima B.4 ta’ dan l-Anness.

F.3.   Metodi ta’ monitoraġġ meħtieġa għall-attribuzzjoni tal-emissjonijiet għall-proċessi tal-produzzjoni

F.3.1.   Prinċipji għall-attribuzzjoni tad-data għall-proċessi tal-produzzjoni

1.

Il-metodi magħżula għall-attribuzzjoni tas-settijiet tad-data għall-proċessi tal-produzzjoni għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija tal-monitoraġġ. Dawn għandhom jiġu rieżaminati regolarment sabiex tittejjeb il-kwalità tad-data, fejn possibbli, f’konformità mat-Taqsima A ta’ dan l-Anness.

2.

Meta d-data għal sett ta’ data speċifiku ma tkunx disponibbli għal kull proċess tal-produzzjoni, għandu jintgħażel metodu xieraq għad-determinazzjoni tad-data meħtieġa għal kull proċess tal-produzzjoni individwali. Għal dan il-fini, wieħed mill-prinċipji li ġejjin għandu jiġi applikat skont liema minn dawn il-prinċipji jagħti riżultati aktar akkurati:

(a)

meta oġġetti differenti jiġu prodotti wieħed wara l-ieħor fl-istess linja ta’ produzzjoni, l-inputs, l-outputs, u l-emissjonijiet korrispondenti għandhom jiġu attribwiti b’mod sekwenzjali abbażi tal-ħin tal-użu fis-sena għal kull proċess tal-produzzjoni;

(b)

inputs, outputs, u emissjonijiet korrispondenti għandhom jiġu attribwiti fuq il-bażi tal-massa jew il-volum tal-oġġetti individwali prodotti jew stimi fuq il-bażi tal-proporzjon tal-entalpiji liberi ta’ reazzjoni tar-reazzjonijiet kimiċi involuti jew fuq bażi ta’ formula adattata ta’ distribuzzjoni oħra li hija korraborata minn metodoloġija xjentifika soda.

3.

Meta bosta strumenti ta’ kejl ta’ kwalità differenti jkunu qed jikkontribwixxu għal riżultati ta’ kejl, għandu jintuża wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin biex tinqasam id-data fil-livell tal-installazzjoni fuq kwantitajiet ta’ materjali, fjuwils, sħana li tista’ titkejjel, jew elettriku għal proċessi tal-produzzjoni:

(a)

Determinazzjoni tal-qasma bbażata fuq metodu ta’ determinazzjoni, bħal subkejl, stima, korrelazzjoni, użati ugwalment għal kull proċess tal-produzzjoni. Fejn is-somma tad-data tal-proċess tal-produzzjoni hija differenti mid-data ddeterminata separatament għall-installazzjoni, għandu jiġi applikat “fattur ta’ rikonċiljazzjoni” uniformi għal korrezzjoni uniformi biex tintlaħaq il-figura totali tal-installazzjoni kif ġej:

RecF = DInst/Σ DPP (Ekwazzjoni 55)

Fejn:

RecF

huwa l-fattur ta’ rikonċiljazzjoni;

DInst

huwa l-valur tad-data ddeterminat għall-installazzjoni kollha kemm hi, u

DPP

huma l-valuri tad-data għall-proċessi tal-produzzjoni differenti.

Id-data għal kull proċess tal-produzzjoni mbagħad tiġi kkoreġuta kif ġej, b ’DPP,corr ikun il-valur ikkoreġut ta’ DPP :

DPP,corr = DPP × RecF (Ekwazzjoni 56)

(b)

Jekk id-data ta’ proċess wieħed biss tal-produzzjoni ma tkunx magħrufa jew ta’ kwalità aktar baxxa mid-data ta’ proċessi oħra tal-produzzjoni, id-data magħrufa dwar il-proċess tal-produzzjoni tista’ titnaqqas mid-data totali tal-installazzjoni. Dan il-metodu huwa ppreferut biss għal proċessi tal-produzzjoni li jikkontribwixxu kwantitajiet iżgħar għall-allokazzjoni tal-installazzjoni.

F.3.2.   Proċedura għall-ittraċċar tal-kodiċijiet NM tal-oġġetti u tal-prekursuri

Għall-fini tal-attribuzzjoni korretta tad-data għall-proċessi tal-produzzjoni, l-installazzjoni għandha żżomm lista tal-oġġetti u l-prekursuri kollha prodotti fl-installazzjoni kif ukoll tal-prekursuri miksuba minn barra l-installazzjoni, u l-kodiċijiet NM applikabbli tagħhom. Abbażi ta’ din il-lista:

1.

il-prodotti u ċ-ċifri annwali tal-produzzjoni tagħhom għandhom jiġu attribwiti għall-proċessi tal-produzzjoni f’konformità mal-kategoriji tal-oġġetti aggregati previsti fit-Taqsima 2 tal-Anness II;

2.

din l-informazzjoni għandha titqies għall-attribuzzjoni tal-inputs, tal-outputs, u tal-emissjonijiet separatament għall-proċessi tal-produzzjoni.

Għal dan l-għan għandha tiġi stabbilita, dokumentata, implimentata, u miżmuma proċedura għall-iċċekkjar regolari ta’ jekk l-oġġetti u l-prekursuri prodotti fl-installazzjoni jikkorrispondux mal-kodiċijiet NM applikati meta tiġi stabbilita d-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ. Barra minn hekk, din il-proċedura għandu jkun fiha dispożizzjonijiet biex jiġi identifikat jekk l-installazzjoni tipproduċix oġġetti ġodda u biex jiġi żgurat li jiġi ddeterminat il-kodiċi NM applikabbli għall-prodott il-ġdid u jiżdied mal-lista ta’ oġġetti għall-attribuzzjoni ta’ inputs, outputs, u emissjonijiet relatati mal-proċess tal-produzzjoni xieraq.

F.4.   Aktar regoli għall-attribuzzjoni ta’ emissjonijiet diretti

1.

L-emissjonijiet ta’ flussi minn sorsi jew ta’ sorsi ta’ emissjonijiet li jservu proċess tal-produzzjoni wieħed biss għandhom jiġu attribwiti għal dak il-proċess tal-produzzjoni bis-sħiħ. Fejn jintuża bilanċ tal-massa, il-flussi minn sorsi ħerġin għandhom jitnaqqsu f’konformità mat-Taqsima B.3.2 ta’ dan l-Anness. Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, flussi minn sorsi li huma kkonvertiti f’gassijiet ta’ skart, bl-eċċezzjoni ta’ gassijiet ta’ skart prodotti u kkonsmati għalkollox fl-istess proċess tal-produzzjoni, għandhom jiġu attribwiti bl-użu tal-Ekwazzjonijiet 53 u 54. Il-monitoraġġ meħtieġ tal-NCV u tal-volum tal-gass ta’ skart rispettiv għandu jsir billi jiġu applikati r-regoli mogħtija fit-Taqsimiet B.4 u B.5 ta’ dan l-Anness.

2.

Huwa biss fejn il-flussi mis-sors jew is-sorsi tal-emissjonijiet iservu aktar minn proċess tal-produzzjoni wieħed, li għandhom japplikaw il-metodi li ġejjin għall-attribuzzjoni tal-emissjonijiet diretti:

(a)

Emissjonijiet minn flussi minn sorsi jew minn sorsi ta’ emissjonijiet użati għall-produzzjoni ta’ sħana li tista’ titkejjel għandhom jiġu attribwiti għall-proċessi tal-produzzjoni f’konformità mat-Taqsima F.5 ta’ dan l-Anness.

(b)

Meta l-gassijiet ta’ skart ma jintużawx fl-istess proċess tal-produzzjoni li fih jiġu prodotti, l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-gassijiet ta’ skart għandhom jiġu attribwiti f’konformità mar-regoli u l-ekwazzjonijiet mogħtija fit-Taqsima F.1 ta’ dan l-Anness.

(c)

Fejn l-ammonti ta’ flussi minn sorsi attribwibbli għall-proċessi tal-produzzjoni jiġu ddeterminati permezz ta’ kejl qabel l-użu fil-proċess tal-produzzjoni, għandha tiġi applikata l-metodoloġija xierqa f’konformità mat-Taqsima F.3.1 ta’ dan l-Anness.

(d)

Fejn l-emissjonijiet minn flussi minn sorsi jew sorsi ta’ emissjoni ma jistgħux jiġu attribwiti skont metodi oħra, dawn għandhom jiġu attribwiti bl-użu ta’ parametri korrelatati, li diġà ġew attribwiti għal proċessi tal-produzzjoni f’konformità mat-Taqsima F.3.1 ta’ dan l-Anness. Għal dak il-fini, l-ammonti ta’ flussi mis-sors u l-emissjonijiet rispettivi tagħhom għandhom jiġu attribwiti b’mod proporzjonali għall-proporzjon li fih dawk il-parametri jiġu attribwiti għall-proċessi tal-produzzjoni. Parametri xierqa jinkludu l-massa ta’ oġġetti prodotti, massa jew volum ta’ fjuwil jew materjal ikkonsmat, ammont ta’ sħana prodotta li ma tistax titkejjel, sigħat operattivi, jew effiċjenzi ta’ tagħmir magħrufa.

F.5.   Aktar regoli għall-attribuzzjoni ta’ emissjonijiet minn sħana li tista’ titkejjel

Għandhom japplikaw il-prinċipji ġenerali tal-kalkolu mogħtija fit-Taqsima F.1 ta’ dan l-Anness. Il-flussi tas-sħana rilevanti għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mat-Taqsima C.1 ta’ dan l-Anness u mal-fattur tal-emissjonijiet tas-sħana li tista’ titkejjel bl-applikazzjoni tat-Taqsima C.2 ta’ dan l-Anness.

Meta t-telf ta’ sħana li tista’ titkejjel jiġi ddeterminat separatament mill-ammonti użati fil-proċessi tal-produzzjoni, l-emissjonijiet relatati ma’ dan it-telf ta’ sħana għandhom jiżdiedu b’mod proporzjonali mal-emissjonijiet tal-proċessi tal-produzzjoni kollha li fihom tintuża s-sħana li tista’ titkejjel prodotta fl-installazzjoni, sabiex jiġi żgurat li 100 % tal-kwantità ta’ sħana netta li tista’ titkejjel prodotta fl-installazzjoni, jew importata jew esportata mill-installazzjoni, kif ukoll il-kwantitajiet ittrasferiti bejn il-proċessi tal-produzzjoni, għandha tiġi attribwita għall-proċessi tal-produzzjoni mingħajr l-ebda ommissjoni jew għadd doppju.

G.   Kalkolu tal-emissjonijiet integrati speċifiċi ta’ oġġetti kumplessi

F’konformità mal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/956, l-emissjonijiet speċifiċi integrati SEE g ta’ oġġetti kumplessi g għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

Formula
(Ekwazzjoni 57)

Formula
(Ekwazzjoni 58)

Fejn:

SEE g

huma l-emissjonijiet integrati diretti jew indiretti speċifiċi ta’ oġġetti (kumplessi) g espressi f’t CO2e għal kull tunnellata ta’ oġġetti g;

AttrEm g

huma l-emissjonijiet diretti jew indiretti attribwiti tal-proċess tal-produzzjoni li jipproduċu l-oġġetti g iddeterminati f’konformità mat-Taqsima F.1 ta’ dan l-Anness għall-perjodu ta’ rapportar, espressi f’t CO2e;

AL g

hija l-livell ta’ attività tal-proċess tal-produzzjoni li jipproduċi l-oġġetti g iddeterminat f’konformità mat-Taqsima F.2 ta’ dan l-Anness għall-perjodu ta’ rapportar, espress f’tunnellati;

EE InpMat

huma l-emissjonijiet diretti jew indiretti integrati tal-prekursuri kollha kkonsmati matul il-perjodu ta’ rapportar li huma definiti bħala rilevanti għall-proċess tal-produzzjoni tal-oġġetti g fit-Taqsima 3 tal-Anness II, espressi f’t CO2e;

M i

hija l-massa tal-prekursur i użata fil-proċess tal-produzzjoni li tipproduċi g matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’tunnellati ta’ prekursur i, u

SEE i

huma l-emissjonijiet integrati diretti jew indiretti speċifiċi tal-prekursur i espressi f’t CO2e għal kull tunnellata ta’ prekursur i.

F’dan il-kalkolu, jitqiesu biss il-prekursuri mhux koperti mill-istess proċess tal-produzzjoni bħall-oġġetti g. Fejn l-istess prekursur jinkiseb minn installazzjonijiet differenti, il-prekursur minn kull installazzjoni għandu jiġi ttrattat separatament.

Fejn prekursur i nnifsu jkollu prekursuri, dawk il-prekursuri l-ewwel jitqiesu bl-użu tal-istess metodu ta’ kalkolu sabiex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet integrati tal-prekursur i qabel ma jintużaw għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati tal-oġġetti g. Dan il-metodu jintuża b’mod rikorrenti għall-prekursuri kollha li huma oġġetti kumplessi.

Il-parametru Mi jirreferi għall-massa totali ta’ prekursur meħtieġa biex jiġi prodott l-ammont ALg . Dan jinkludi wkoll kwantitajiet tal-prekursur li ma jispiċċawx fl-oġġetti kumplessi iżda li jistgħu jinxterdu, jinqatgħu, jinħarqu, jiġu mmodifikati b’mod kimiku, eċċ. fil-proċess tal-produzzjoni u jitilqu mill-proċess bħala prodotti sekondarji, ruttam, residwi, skart, jew emissjonijiet.

Sabiex tiġi pprovduta data li tista’ tintuża indipendentement mil-livelli ta’ attività, il-konsum speċifiku tal-massa mi għal kull prekursur i għandu jiġi ddeterminat u inkluż fil-komunikazzjoni skont l-Anness IV:

Formula
(Ekwazzjoni 59)

B’hekk, l-emissjonijiet speċifiċi integrati ta’ oġġetti kumplessi g jistgħu jiġu espressi bħala:

Formula
(Ekwazzjoni 60)

Fejn:

ae g

huma l-emissjonijiet diretti jew indiretti speċifiċi attribwiti tal-proċess tal-produzzjoni li jipproduċi l-oġġetti g, espressi f’t CO2e għal kull tunnellata ta’ g, li huma ekwivalenti għal emissjonijiet integrati speċifiċi mingħajr emissjonijiet integrati tal-prekursuri:

Formula
(Ekwazzjoni 61)

m i

huwa l-konsum speċifiku tal-massa tal-prekursur i użat fil-proċess tal-produzzjoni li jipproduċi tunnellata waħda ta’ oġġetti g, espress f’tunnellati ta’ prekursur i għal kull tunnellata ta’ oġġetti g (jiġifieri, mingħajr dimensjoni), u

SEE i

huma l-emissjonijiet integrati diretti jew indiretti speċifiċi tal-prekursur i espressi f’t CO2e għal kull tunnellata ta’ prekursur i.

H.   Miżuri fakultattivi biex tiżdied il-kwalità tad-data

1.

Sorsi ta’ riskji ta’ żbalji huma identifikati fil-fluss tad-data mid-data primarja sad-data finali fil-komunikazzjoni skont l-Anness IV. Tiġi stabbilita, iddokumentata, implimentata u miżmuma sistema effettiva ta’ kontroll biex jiġi żgurat li l-komunikazzjonijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-fluss tad-data ma jkunx fihom dikjarazzjonijiet skorretti u jkunu konformi mad-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ u f’konformità ma’ dan l-Anness.

Il-valutazzjoni tar-riskju skont l-ewwel subparagrafu ssir disponibbli għall-Kummissjoni u għall-awtorità kompetenti fuq talba. Jekk l-operatur jagħżel li juża l-verifika f’konformità mat-titjib rakkomandat, l-operatur jagħmilha disponibbli wkoll għall-finijiet ta’ verifika.

2.

Għall-fini tal-valutazzjoni tar-riskju, jiġu stabbiliti, dokumentati, implimentati, u miżmuma proċeduri bil-miktub għall-attivitajiet tal-fluss tad-data kif ukoll għall-attivitajiet ta’ kontroll, u referenzi għal dawk il-proċeduri huma inklużi fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ.

3.

Meta jkun applikabbli, l-attivitajiet ta’ kontroll imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu:

(a)

il-garanzija tal-kwalità tat-tagħmir tal-kejl rilevanti;

(b)

il-garanzija tal-kwalità ta’ sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni li tiżgura li s-sistemi rilevanti huma mfassla, iddokumentati, ittestjati, implimentati, ikkontrollati u miżmuma b’mod li jiżgura l-ipproċessar affidabbli, akkurat u f’waqtu tad-data f’konformità mar-riskji identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju;

(c)

is-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-attivitajiet ta’ fluss tad-data u l-attivitajiet ta’ kontroll, kif ukoll l-immaniġġjar tal-kompetenzi meħtieġa;

(d)

rieżamijiet interni u validazzjoni tad-data;

(e)

korrezzjonijiet u azzjoni korrettiva;

(f)

kontroll tal-proċessi esternalizzati;

(g)

żamma ta’ reġistri u dokumentazzjoni inkluż l-immaniġġjar ta’ verżjonijiet tad-dokumenti.

4.

Għall-finijiet tal-paragrafu 3(a), għandu jiġi żgurat li t-tagħmir tal-kejl kollu rilevanti jiġi kkalibrat, aġġustat u kkontrollat f’intervalli regolari inkluż qabel ma jintuża, u jiġi ċċekkjat skont standards ta’ kejl traċċabbli għal standards ta’ kejl internazzjonali, meta jkunu disponibbli, u proporzjonati għar-riskji identifikati.

Meta l-komponenti tas-sistemi tal-kejl ma jkunux jistgħu jiġu kkalibrati, dawk il-komponenti għandhom jiġu identifikati fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ u għandhom jiġu stabbiliti attivitajiet alternattivi ta’ kontroll.

Meta jinstab li t-tagħmir ma jikkonformax mal-prestazzjoni meħtieġa, għandha tittieħed minnufih l-azzjoni korrettiva meħtieġa.

5.

Għall-finijiet tal-paragrafu 3(d), id-data li tirriżulta mill-attivitajiet tal-fluss tad-data msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi rieżaminata u vvalidata regolarment. Rieżami u validazzjoni tad-data bħal dawn għandhom jinkludu:

(a)

iċċekkjar dwar jekk id-data hijiex kompluta;

(b)

tqabbil tad-data ddeterminata matul il-perjodu ta’ rapportar preċedenti u, b’mod partikolari, kontrolli tal-konsistenza bbażati fuq serje ta’ żmien tal-effiċjenza tal-gassijiet serra tal-proċessi tal-produzzjoni rilevanti;

(c)

tqabbil tad-data u l-valuri li jirriżultaw minn sistemi ta’ ġbir tad-data operazzjonali differenti, b’mod partikolari għall-protokolli tal-produzzjoni, iċ-ċifri tal-bejgħ u ċ-ċifri tal-istokk tal-oġġetti rilevanti;

(d)

tqabbil u verifiki tal-kompletezza tad-data fil-livell tal-proċess tal-installazzjoni u tal-produzzjoni tal-oġġetti rilevanti.

6.

Għall-finijiet tal-paragrafu 3(e), għandu jiġi żgurat li, meta l-attivitajiet tal-fluss tad-data jew l-attivitajiet ta’ kontroll ma jinstabux li jiffunzjonaw b’mod effettiv, jew li ma jirrispettawx ir-regoli stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-proċeduri għal dawk l-attivitajiet, tittieħed azzjoni korrettiva u d-data affettwata tiġi kkoreġuta mingħajr dewmien żejjed.

7.

Għall-finijiet tal-paragrafu 3(f), fejn attività waħda jew aktar ta’ fluss tad-data jew ta’ kontroll imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu esternalizzati mill-installazzjoni, għandhom jitwettqu dawn kollha li ġejjin:

(a)

verifika tal-kwalità tal-attivitajiet ta’ fluss ta’ data esternalizzati u l-attivitajiet ta’ kontroll f’konformità ma’ dan l-Anness;

(b)

definizzjoni tar-rekwiżiti xierqa għall-outputs tal-proċessi esternalizzati kif ukoll il-metodi użati f’dawk il-proċessi;

(c)

verifika tal-kwalità tal-outputs u l-metodi msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu;

(d)

jiġi żgurat li l-attivitajiet esternalizzati jitwettqu b’mod li dawk jirrispondu għar-riskji inerenti u r-riskji ta’ kontroll identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju.

8.

L-effettività tas-sistema ta’ kontroll għandha tiġi mmonitorjata, inkluż billi jitwettqu rieżamijiet interni u jitqiesu s-sejbiet tal-verifikatur, jekk tiġi applikata l-verifika.

Meta s-sistema ta’ kontroll tinstab ineffettiva jew mhux proporzjonata mar-riskji identifikati, is-sistema ta’ kontroll għandha tittejjeb u d-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ tiġi aġġornata kif xieraq, inklużi l-proċeduri bil-miktub sottostanti għall-attivitajiet tal-fluss tad-data, il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-attivitajiet ta’ kontroll, kif xieraq.

9.

Titjib rakkomandat: l-operatur jista’ volontarjament ikollu d-data dwar l-emissjonijiet tal-installazzjoni u d-data speċifika dwar l-emissjonijiet integrati tal-oġġetti kif ikkumpilata f’konformità mal-Anness IV ivverifikata minn verifikatur indipendenti akkreditat għall-ISO 14065, jew skont ir-regoli tas-sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika rilevanti għall-installazzjoni.

(1)  Il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima tan-Nazzjonijiet Uniti (IPCC): Linji Gwida tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra.

(*1)  L-installazzjoni għandha tiddetermina l-fattur bil-kejl proprju. Jekk dan ma jkunx teknikament fattibbli jew jinvolvi kostijiet irraġonevoli, għandhom jintużaw il-valuri għall-metodoloġija tas-CWPB.


ANNESS IV

Kontenut tal-komunikazzjoni rakkomandata mill-operaturi tal-installazzjonijiet lid-dikjaranti tar-rapportar

1.   KONTENUT TAL-MUDELL GĦALL-KOMUNIKAZZJONI TAD-DATA Dwar L-EMISSJONIJIET

Informazzjoni ġenerali

1.

Informazzjoni dwar l-installazzjoni:

(a)

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur;

(b)

l-isem tal-installazzjoni;

(c)

id-dettalji ta’ kuntatt għall-installazzjoni;

(d)

l-identifikatur uniku tal-installazzjoni, jekk disponibbli;

(e)

il-Kodiċi tan-Nazzjonijiet Uniti applikabbli għall-Post tal-Kummerċ u t-Trasport (UN/LOCODE) tal-post;

(f)

indirizz eżatt u t-traskrizzjoni tiegħu bl-Ingliż;

(g)

koordinati ġeografiċi tas-sors prinċipali tal-emissjonijiet tal-installazzjoni.

2.

Għal kull kategorija ta’ oġġetti aggregati, il-proċessi tal-produzzjoni u r-rotot użati kif elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness II.

3.

Għal kull wieħed mill-oġġetti, elenkati jew għal kull kodiċi NM separatament, jew aggregati skont il-kategorija tal-oġġetti aggregati f’konformità mat-Taqsima 2 tal-Anness II:

(a)

l-emissjonijiet diretti speċifiċi integrati ta’ kull wieħed mill-oġġetti;

(b)

informazzjoni dwar il-kwalità tad-data u l-metodi użati, b’mod partikolari jekk l-emissjonijiet integrati jkunu ġew iddeterminati kompletament abbażi tal-monitoraġġ, jew jekk ikunx intuża xi wieħed mill-valuri prestabbiliti disponibbli u ppubblikati mill-Kummissjoni għall-perjodu tranżizzjonali;

(c)

l-emissjonijiet indiretti speċifiċi integrati ta’ kull wieħed mill-oġġetti, u l-metodu kif ġie ddeterminat il-fattur tal-emissjonijiet, u s-sors ta’ informazzjoni użat;

(d)

il-fattur tal-emissjonijiet użat għall-elettriku bħala oġġetti importati, espress bħala tunnellati ta’ CO2e għal kull MWh u s-sors tad-data jew il-metodu użat għad-determinazzjoni tal-fattur tal-emissjonijiet tal-elettriku, jekk ikun differenti mill-fatturi tal-emissjonijiet ipprovduti mill-Kummissjoni fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM;

(e)

meta jiġu rrapportati valuri prestabbiliti magħmula disponibbli u ppubblikati mill-Kummissjoni għall-perjodu tranżizzjonali minflok data reali ta’ emissjonijiet integrati speċifiċi, għandha tiżdied deskrizzjoni qasira għar-raġunijiet;

(f)

l-informazzjoni speċifika għas-settur f’konformità mat-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness, jekk rilevanti;

(g)

jekk applikabbli, l-informazzjoni dwar il-prezz tal-karbonju dovut. Fejn prezz tal-karbonju dovut għall-prekursuri jinkiseb minn installazzjonijiet oħra, kwalunkwe prezz tal-karbonju dovut għal dawk il-prekursuri għandu jiġi elenkat separatament għal kull pajjiż ta’ oriġini.

Titjib rakkomandat tal-informazzjoni ġenerali

1.

L-emissjonijiet totali tal-installazzjoni, inklużi:

(a)

id-data dwar l-attivitajiet u l-fatturi ta’ kalkolu għal kull fluss mis-sors użat;

(b)

l-emissjonijiet ta’ kull sors ta’ emissjoni mmonitorjati bl-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl;

(c)

l-emissjonijiet iddeterminati b’metodi oħra;

(d)

il-kwantitajiet ta’ CO2 riċevuti minn installazzjonijiet oħra jew esportati lejn installazzjonijiet oħra, għall-fini ta’ ħżin ġeoloġiku jew bħala input għal prodotti li fihom is-CO2 ikun marbut b’mod kimiku b’mod permanenti.

2.

Il-bilanċ ta’ sħana li tista’ titkejjel, ta’ gassijiet ta’ skart u ta’ elettriku importati, prodotti, ikkonsmati, u esportati.

3.

Il-kwantità tal-prekursuri kollha riċevuti minn installazzjonijiet oħra, u l-emissjonijiet integrati diretti u indiretti speċifiċi tagħhom.

4.

Il-kwantità ta’ prekursur użat f’kull proċess ta’ produzzjoni, esklużi l-prekursuri prodotti fl-istess installazzjoni.

5.

Informazzjoni dwar kif ġew ikkalkolati l-emissjonijiet diretti u indiretti attribwiti ta’ kull proċess ta’ produzzjoni.

6.

Il-livell ta’ attività u l-emissjonijiet attribwiti ta’ kull proċess ta’ produzzjoni.

7.

Lista tal-oġġetti rilevanti kollha prodotti bil-kodiċi NM, inklużi prekursuri mhux koperti minn proċessi ta’ produzzjoni separati.

8.

Deskrizzjoni qasira tal-installazzjoni, il-proċessi tal-produzzjoni prinċipali tagħha, kwalunkwe proċess tal-produzzjoni mhux kopert għall-finijiet tas-CBAM, l-elementi prinċipali tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ użata, jekk ġewx applikati regoli ta’ sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika, u liema miżuri għat-titjib tal-kwalità tad-data ttieħdu, b’mod partikolari jekk ġietx applikata xi forma ta’ verifika.

9.

Informazzjoni dwar il-fattur tal-emissjonijiet tal-elettriku fil-ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija, fejn xieraq.

2.   Parametri speċifiċi għas-settur li għandhom jiġu inklużi fil-komunikazzjoni

Kategorija ta’ oġġetti aggregati

Rekwiżit ta’ rapportar fir-rapport tas-CBAM

Tafal ikkalċinat

Jekk it-tafal huwiex ikkalċinat jew le.

Klinker tas-siment

Mhux applikabbli

Siment

Proporzjon tal-massa ta’ tunnellati ta’ klinker tas-siment ikkonsmat għal kull tunnellata ta’ siment prodotta (proporzjon ta’ klinker għal siment espress f’perċentwal).

Siment tal-allumi

Mhux applikabbli

Idroġenu

Mhux applikabbli

Urea

Purità (massa % ta’ urea li jkun fiha, % N li jkun fiha).

Aċidu nitriku

Konċentrazzjoni (massa %).

Ammonijaka

Konċentrazzjoni, jekk soluzzjoni idruża.

Fertilizzanti mħallta

L-informazzjoni meħtieġa xorta waħda skont ir-Regolament (UE) 2019/1009:

kontenut ta’ N bħala ammonju (NH4 +);

kontenut ta’ N bħala nitrat (NO3 );

kontenut ta’ N bħala urea;

kontenut ta’ N f’forom (organiċi) oħrajn.

Minerali sinterizzati

Mhux applikabbli

Ħadid fondut grezz

L-aġent riduċenti prinċipali użat.

% ta’ massa ta’ Mn, Cr, Ni, total ta’ elementi oħra ta’ lligar.

FeMn Ferromanganiż

Massa % ta’ Mn u karbonju.

FeCr – Ferrokromu

Massa % ta’ Cr u karbonju.

FeNi – Ferronikil

Massa % ta’ Ni u karbonju.

DRI (Ħadid Ridott Direttament)

L-aġent riduċenti prinċipali użat.

% ta’ massa ta’ Mn, Cr, Ni, total ta’ elementi oħra ta’ lligar.

Azzar mhux maħdum

L-aġent riduċenti prinċipali tal-prekursur, jekk ikun magħruf.

% ta’ massa ta’ Mn, Cr, Ni, total ta’ elementi oħra ta’ lligar.

Tunnellati ta’ ruttam użati għall-produzzjoni ta’ tunnellata ta’ azzar mhux maħdum.

% tar-ruttam li huwa ruttam ta’ qabel il-konsum.

Prodotti tal-ħadid jew tal-azzar

L-aġent riduċenti prinċipali użat fil-produzzjoni tal-prekursuri, jekk ikun magħruf.

% ta’ massa ta’ Mn, Cr, Ni, total ta’ elementi oħra ta’ lligar.

Massa % tal-materjali li jkun fihom li ma humiex ħadid jew azzar jekk il-massa tagħhom tkun aktar minn 1 % sa 5 % tal-massa totali tal-oġġetti.

Tunnellati ta’ ruttam użati għall-produzzjoni ta’ 1 t tal-prodott.

% tar-ruttam li huwa ruttam ta’ qabel il-konsum.

Aluminju mhux maħdum

Tunnellati ta’ ruttam użati għall-produzzjoni ta’ 1 t tal-prodott.

% tar-ruttam li huwa ruttam ta’ qabel il-konsum.

Jekk il-kontenut totali ta’ elementi għajr l-aluminju jaqbeż 1 %, il-perċentwal totali ta’ dawn l-elementi.

Prodotti tal-aluminju

Tunnellati ta’ ruttam użati għall-produzzjoni ta’ 1 t tal-prodott.

% tar-ruttam li huwa ruttam ta’ qabel il-konsum.

Jekk il-kontenut totali ta’ elementi għajr l-aluminju jaqbeż 1 %, il-perċentwal totali ta’ dawn l-elementi.


ANNESS V

Data EORI

It-Tabella 1 fiha l-informazzjoni dwar l-operaturi ekonomiċi kif tinsab fl-EOS, li għandha tkun interoperabbli mar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.

Tabella 1

Data tal-EORI

Sistema tal-Operaturi Ekonomiċi (EOS) EORI

Identifikazzjoni tal-Klijent

Pajjiż tal-EORI + Numru nazzjonali tal-EORI

Pajjiż tal-EORI

Data tal-bidu tal-EORI

Data tal-iskadenza tal-EORI

Informazzjoni Doganali dwar il-Klijent

Isem qasir tal-EORI

Isem sħiħ tal-EORI

Lingwa tal-EORI

Data tal-istabbiliment tal-EORI

Tip ta’ persuna tal-EORI

Attività ekonomika tal-EORI

Lista tal-indirizzi tal-istabbilimenti tal-EORI

Indirizzi tal-istabbilimenti

Indirizz tal-EORI

Lingwa tal-EORI

Isem tal-EORI

Stabbiliment fl-unjoni

Data tal-bidu tal-indirizz tal-EORI

Data tat-tmiem tal-indirizz tal-EORI

Numru tal-VAT jew TIN

“VAT” jew “TIN”

Identifikatur nazzjonali + in-numru tal-VAT jew it-TIN Concatenate il-pajjiż mal-identifikatur nazzjonali

Status ġuridiku tal-EORI

Lingwa tal-istatus ġuridiku tal-EORI

Status ġuridiku tal-EORI

Data tal-bidu u data tat-tmiem tal-istatus ġuridiku tal-EORI

Lista ta’ kuntatt

Kuntatt

Indirizz ta’ kuntatt tal-EORI

Lingwa ta’ kuntatt tal-EORI

Isem sħiħ ta’ kuntatt tal-EORI

Isem ta’ kuntatt tal-EORI

Bandiera tal-ftehim ta’ pubblikazzjoni

 

Deskrizzjoni tal-oqsma tal-indirizz

Triq u Numru

Kodiċi postali

Belt

Kodiċi tal-pajjiż

Lista tad-dettalji ta’ komunikazzjoni

Tip ta’ komunikazzjoni


ANNESS VI

Rekwiżiti tad-Data komplemantari mal-Ipproċessar Attiv

It-Tabella 1 fiha l-informazzjoni mis-sistemi doganali deċentralizzati, li għandhom ikunu interoperabbli mar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament.

Tabella 1

Informazzjoni addizzjonali għall-ipproċessar attiv

Rekwiżit tad-data mill-awtoritajiet doganali wara l-polza ta’ verifika tal-ipproċessar attiv, meta ma tingħata l-ebda eżenzjoni lid-dikjarant tar-rapportar

Pajjiż tal-ħruġ

Referenza tar-rekord tad-data

Numru tal-verżjoni tar-rekord tad-data

Status tal-verżjoni tar-rekord tad-data

Data tal-Bidu tal-Perjodu ta’ Rapportar

Data tat-Tmiem tal-Perjodu ta’ Rapportar

Uffiċċju Doganali tas-Sorveljanza (SCO għall-ipproċessar attiv)

Awtorizzazzjoni għan-numru ta’ referenza tal-ipproċessar attiv

Numru ta’ identifikazzjoni tal-Importatur/tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għall-ipproċessar attiv

Pajjiż li jimporta

Identifikatur tal-oġġett tal-oġġetti (nru ta’ sekwenza)

Kodiċi tas-subintestatura tas-sistema armonizzata

Kodiċi tan-nomenklatura magħquda

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Kodiċi tal-proċedura mitluba

Kodiċi tal-proċedura preċedenti

Kodiċi tal-pajjiż ta’ oriġini

Kodiċi tal-pajjiż tad-destinazzjoni

Pajjiż tad-dispaċċ

Massa netta

Tip ta’ unitajiet ta’ kejl

Unitajiet supplimentari

Valur statistiku

Massa netta tal-prodott reali użat fi prodotti pproċessati rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera

Massa netta bħal prodotti reali rilaxxati fuq l-istess kodiċi tal-komodità għaċ-ċirkolazzjoni libera

Numru tal-identifikazzjoni u status tar-rappreżentant

Mezz tat-trasport fil-fruntiera


ANNESS VII

Data tas-sistema nazzjonali

It-Tabella 1 fiha l-informazzjoni mis-sistemi deċentralizzati, li għandhom ikunu interoperabbli mar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament.

Tabella 1

Data tas-sistema nazzjonali

Emittent

Referenza tar-rekord tad-data

Numru tal-verżjoni tar-rekord tad-data

Status tal-verżjoni tar-rekord tad-data

Numru tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni

Numru tal-oġġett tal-oġġetti tad-dikjarazzjoni

Data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni

Kodiċi tal-proċedura mitluba

Kodiċi tal-proċedura preċedenti

Kodiċi tal-pajjiż ta’ oriġini

Kodiċi tal-pajjiż tal-oriġini preferenzjali

Kodiċi tal-pajjiż tad-destinazzjoni

Pajjiż tad-dispaċċ

Numru tal-ordni tal-kwota

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Kodiċi tas-subintestatura tas-sistema armonizzata

Kodiċi tan-nomenklatura magħquda

Kodiċi TARIC

Massa netta

Valur statistiku

Unitajiet supplimentari

Tip ta’ dikjarazzjoni

Tip ta’ dikjarazzjoni addizzjonali

Format

Numru ta’ identifikazzjoni tal-importatur

Pajjiż li jimporta

Numru ta’ identifikazzjoni tad-destinatarju

Numru ta’ identifikazzjoni tad-dikjarant

Numru ta’ identifikazzjoni tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Tip ta’ awtorizzazzjoni tad-detentur

Numru ta’ referenza tal-awtorizzazzjoni

Numru ta’ identifikazzjoni tar-rappreżentant

Mezz tat-trasport fil-fruntiera

Mezz ta’ trasport intern


ANNESS VIII

Fatturi standard użati fil-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti fil-livell tal-installazzjoni

1.   FATTURI TAL-EMISSJONIJIET TAL-FJUWIL LI HUMA RELATATI GĦALL-VALURI KALORIFIĊI NETTI (NCV)

Tabella 1

Fatturi tal-emissjonijiet tal-fjuwil li huma relatati għall-valur kalorifiku nett (NCV) u valuri kalorifiċi netti skont il-massa tal-fjuwil

Deskrizzjoni tat-tip ta’ fjuwil

Fattur tal-emissjonijiet (t CO2/TJ)

Valur kalorifiku nett (TJ/Gg)

Sors

Żejt mhux raffinat

73,3

42,3

LG tal-IPCC tal-2006

Orimulsjoni

77,0

27,5

LG tal-IPCC tal-2006

Likwidi tal-gass naturali

64,2

44,2

LG tal-IPCC tal-2006

Petrol tal-magni

69,3

44,3

LG tal-IPCC tal-2006

Pitrolju (minbarra l-pitrolju tal-ġettijiet)

71,9

43,8

LG tal-IPCC tal-2006

Żejt tax-shale

73,3

38,1

LG tal-IPCC tal-2006

Żejt tal-Gass/tad-Diżil

74,1

43,0

LG tal-IPCC tal-2006

Żejt fjuwil residwu

77,4

40,4

LG tal-IPCC tal-2006

Gassijiet likwifikati miż-żejt

63,1

47,3

LG tal-IPCC tal-2006

Etan

61,6

46,4

LG tal-IPCC tal-2006

Nafta

73,3

44,5

LG tal-IPCC tal-2006

Bitum

80,7

40,2

LG tal-IPCC tal-2006

Lubrikanti

73,3

40,2

LG tal-IPCC tal-2006

Kokk petroliferu

97,5

32,5

LG tal-IPCC tal-2006

Materja prima tar-raffineriji

73,3

43,0

LG tal-IPCC tal-2006

Gass tar-raffineriji

57,6

49,5

LG tal-IPCC tal-2006

Xama’ tal-paraffina

73,3

40,2

LG tal-IPCC tal-2006

Spirtu abjad u SBP

73,3

40,2

LG tal-IPCC tal-2006

Prodotti oħra tal-petroleum

73,3

40,2

LG tal-IPCC tal-2006

Antraċit

98,3

26,7

LG tal-IPCC tal-2006

Faħam tal-kokk

94,6

28,2

LG tal-IPCC tal-2006

Faħam bituminuż ieħor

94,6

25,8

LG tal-IPCC tal-2006

Faħam subbituminuż

96,1

18,9

LG tal-IPCC tal-2006

Linjite

101,0

11,9

LG tal-IPCC tal-2006

Shale bituminuż u ramel tal-qatran

107,0

8,9

LG tal-IPCC tal-2006

Fjuwil bi privattiva

97,5

20,7

LG tal-IPCC tal-2006

Kokk tal-forn tal-kokk u kokk tal-linjite

107,0

28,2

LG tal-IPCC tal-2006

Kokk tal-gass

107,0

28,2

LG tal-IPCC tal-2006

Qatran tal-faħam

80,7

28,0

LG tal-IPCC tal-2006

Gass tax-xogħlijiet tal-gass

44,4

38,7

LG tal-IPCC tal-2006

Gass tal-forn tal-kokk

44,4

38,7

LG tal-IPCC tal-2006

Gass tal-forn tal-blast

260

2,47

LG tal-IPCC tal-2006

Gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu

182

7,06

LG tal-IPCC tal-2006

Gass naturali

56,1

48,0

LG tal-IPCC tal-2006

Skart industrijali

143

Mhux applikabbli

LG tal-IPCC tal-2006

Żjut għar-rimi

73,3

40,2

LG tal-IPCC tal-2006

Pit

106,0

9,76

LG tal-IPCC tal-2006

Tajers ta’ skart

85,0  (1)

Mhux applikabbli

L-Inizjattiva tas-Sostenibbiltà tas-Siment tal-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli (WBCSD CSI)

Monossidu tal-karbonju

155,2  (2)

10,1

J. Falbe u M. Regitz, Römpp Chemie Lexikon, Stuttgart, 1995

Metan

54,9  (3)

50,0

J. Falbe u M. Regitz, Römpp Chemie Lexikon, Stuttgart, 1995


Tabella 2

Fatturi tal-emissjonijiet tal-fjuwil li huma relatati mal-valur kalorifiku nett (NCV) u valuri kalorifiċi netti skont il-massa tal-materjal tal-bijomassa

Materjal tal-bijomassa

Fattur tal-emissjonijiet preliminari

[t CO2/TJ]

NCV [GJ/t]

Sors

Injam/Skart tal-injam (imnixxef bl-arja (4))

112

15,6

LG tal-IPCC tal-2006

Lyes tas-sulfit (likur iswed)

95,3

11,8

LG tal-IPCC tal-2006

Bijomassa solida primarja oħra

100

11,6

LG tal-IPCC tal-2006

Faħam tal-kannol

112

29,5

LG tal-IPCC tal-2006

Bijopetrol

70,8

27,0

LG tal-IPCC tal-2006

Bijodiżils

70,8

37,0

LG tal-IPCC tal-2006 (5)

Bijofjuwils likwidi oħra

79,6

27,4

LG tal-IPCC tal-2006

Gass tal-landfill (6)

54,6

50,4

LG tal-IPCC tal-2006

Gass tal-ħama  (4)

54,6

50,4

LG tal-IPCC tal-2006

Bijogass ieħor  (4)

54,6

50,4

LG tal-IPCC tal-2006

Skart muniċipali (frazzjoni tal-bijomassa) (4)

100

11,6

LG tal-IPCC tal-2006

2.   FATTURI TAL-EMISSJONIJIET RELATATI MA’ EMISSJONIJIET TA’ PROĊESSI

Tabella 3

Fattur stojkjometriku tal-emissjonijiet għal emissjonijiet ta’ proċessi mid-dekompożizzjoni tal-karbonati (Metodu A)

Karbonat

Fattur tal-emissjonijiet [t CO2/t Karbonat]

CaCO3

0,440

MgCO3

0,522

Na2CO3

0,415

BaCO3

0,223

Li2CO3

0,596

K2CO3

0,318

SrCO3

0,298

NaHCO3

0,524

FeCO3

0,380

Ġenerali

Fattur tal-emissjonijiet = [M(CO2)]/{Y * [M(x)] + Z * [M(CO3 2-)]}

X

=

metall

M(x)

=

piż molekolari ta’ X f’[g/mol]

M(CO2)

=

piż molekolari ta’ CO2 f’[g/mol]

M(CO3 2-)

=

piż molekolari ta’ CO3 2-- f’[g/mol]

Y

=

numru stojkjometriku ta’ X

Z

=

numru stojkjometriku ta’ CO3 2-


Tabella 4

Fattur stojkjometriku tal-emissjonijiet għal emissjonijiet ta’ proċessi mid-dekompożizzjoni tal-karbonati abbażi ta’ ossidi alkalini tal-art (Metodu B)

Ossidu

Fattur tal-emissjonijiet [t CO2/t Ossidu]

CaO

0,785

MgO

1,092

BaO

0,287

ġenerali:

XYOZ

Fattur tal-emissjonijiet = [M(CO2)]/{Y * [M(x)] + Z * [M(O)]}

X

=

metall alkalin tal-art jew alkalin

M(x)

=

piż molekolari ta’ X f’[g/mol]

M(CO2)

=

piż molekolari ta’ CO2 [g/mol]

M(O)

=

piż molekolari ta’ O [g/mol]

Y

=

numru stojkjometriku ta’ X

 

=

1 (għal metalli alkalini tal-art)

 

=

2 (għal metalli alkalini)

Z

=

numru stojkjometriku ta’ O = 1


Tabella 5

Fatturi tal-emissjonijiet għal emissjonijiet ta’ proċessi minn materjali ta’ proċessi oħrajn (il-produzzjoni ta’ ħadid jew azzar, u l-ipproċessar ta’ metalli ferrużi)  (8)

Materjal ta’ input jew ta’ output

Kontenut ta’ karbonju

(t C/t)

Fattur tal-emissjonijiet

(t CO2/t)

Ħadid ridott direttament (DRI)

0,0191

0,07

Elettrodi tal-karbonju EAF

0,8188

3,00

Karbonju taċ-ċarġ EAF

0,8297

3,04

Ħadid magħmul f’mattunelli meta jaħraq

0,0191

0,07

Gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu

0,3493

1,28

Kokk petroliferu

0,8706

3,19

Ħadid fondut grezz

0,0409

0,15

Ħadid/ruttam ferruż

0,0409

0,15

Azzar/ruttam tal-azzar

0,0109

0,04

3.   POTENZJAL TA’ TISĦIN GLOBALI GĦAL GASSIJIET SERRA LI MA HUMIEX CO2

Tabella 6

Potenzjali ta’ tisħin globali

Gass

Potenzjal ta’ tisħin globali

N2O

265 t CO2e/t N2O

CF4

6 630 t CO2e/t CF4

C2F6

11 100 t CO2e/t C2F6


(1)  Dan il-valur huwa l-fattur tal-emissjonijiet preliminari, jiġifieri qabel l-applikazzjoni ta’ frazzjoni tal-bijomassa, jekk applikabbli.

(2)  Abbażi ta’ NCV ta’ 10,12 TJ/t.

(3)  Abbażi ta’ NCV ta’ 50,01 TJ/t.

(4)  Il-fattur tal-emissjonijiet partikolari jassumi madwar 15 % kontenut ta’ ilma tal-injam. L-injam frisk jista’ jkollu kontenut ta’ ilma sa 50 %. Għad-determinazzjoni tal-NCV ta’ injam kompletament imnixxef, għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

Fejn NCVdry huwa l-NCV tal-materjal assolutament imnixxef, w huwa l-kontenut tal-ilma (frazzjoni tal-massa) u

Formula
hija l-entalpija bl-evaporazzjoni tal-ilma. Bl-użu tal-istess ekwazzjoni, l-NCV għal kontenut partikolari ta’ ilma jista’ jiġi kkalkolat b’lura mill-NCV imnixxef.

(5)  Il-valur tal-NCV jittieħed mill-Anness III tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(6)  Għall-gass tal-landfill, għall-gass tal-ħama u għal bijogass ieħor: Il-valuri standard jirreferu għal Bijometan pur. Sabiex wieħed jasal għall-valuri standard korretti, hija meħtieġa korrezzjoni għall-kontenut tal-metan tal-gass.

(7)  Il-linji gwida tal-IPCC jagħtu wkoll valuri għall-frazzjoni fossili tal-iskart muniċipali: EF = 91,7 t CO2/TJ; NCV = 10 GJ/t

(8)  Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra.


ANNESS IX

Valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u tas-sħana

Fit-tabelli ta’ hawn taħt il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u tas-sħana huma bbażati fuq il-valur kalorifiku nett u fuq il-kundizzjonijiet ISO atmosferiċi standard (temperatura ambjentali ta’ 15 °C, 1,013 bar, umdità relattiva ta’ 60 %).

Tabella 1

Fatturi ta’ effiċjenza ta’ referenza għall-produzzjoni tal-elettriku

Kategorija

Tip ta’ fjuwil

Sena tal-kostruzzjoni

Qabel l-2012

2012-2015

Mill-2016

Solidi

S1

Faħam iebes inkluż l-antraċite, faħam bituminuż, faħam subbituminuż, kokk, semikokk, kokk petroliferu

44,2

44,2

44,2

S2

Linjite, mattunelli tal-linjite, żejt tax-shale

41,8

41,8

41,8

S3

Pit, mattunelli tal-pit

39,0

39,0

39,0

S4

Bijomassa niexfa inkluż l-injam u bijomassa solida oħra inkluż gerbub tal-injam u mattunelli, laqx tal-injam imnixxef, skart tal-injam nadif u xott, qxur tal-ġewż u għadam taż-żebbuġ u għadam ieħor

33,0

33,0

37,0

S5

Bijomassa solida oħra inkluż l-injam kollu mhux inkluż taħt S4 u likur iswed u kannella

25,0

25,0

30,0

S6

Skart muniċipali u industrijali (mhux rinnovabbli) u skart rinnovabbli/bijodegradabbli

25,0

25,0

25,0

Likwidi

L7

Żejt kombustibbli, żejt tal-gass/tad-diżil, prodotti oħrajn taż-żejt

44,2

44,2

44,2

L8

Bijolikwidi inkluż bijometanol, bijoetanol, bijobutanol, bijodiżil, u bijolikwidi oħra

44,2

44,2

44,2

L9

Likwidi ta’ skart inkluż skart bijodegradabbli u mhux rinnovabbli (inkluż xaħam taċ-ċanga, xaħam u residwi tal-ħbub tal-birrerija)

25,0

25,0

29,0

Gassuż

G10

Gass naturali, LPG, LNG u bijometan

52,5

52,5

53,0

G11

Gassijiet tar-raffinerija, idroġenu u gass ta’ sinteżi

44,2

44,2

44,2

G12

Bijogass prodott mid-diġestjoni anaerobika, mil-landfills, u mit-trattament tad-dranaġġ

42,0

42,0

42,0

G13

Gass tal-forn tal-kokk, gass tal-forn tal-blast, gass tal-minjieri, u gassijiet irkuprati oħrajn (minbarra gass tar-raffinerija)

35,0

35,0

35,0

Oħra

O14

Sħana mormija (inklużi gassijiet tal-egżost ta’ proċess b’temperatura għolja, prodott mir-reazzjonijiet kimiċi eżotermiċi)

 

 

30,0


Tabella 2

Fatturi ta’ effiċjenza ta’ referenza għall-produzzjoni tas-sħana

Kategorija

Tip ta’ fjuwil

Sena tal-kostruzzjoni

Qabel l-2016

Mill-2016

Ilma sħun

Stim (1)

Użu dirett tal-gassijiet tal-egżost (2)

Ilma sħun

Stim  (1)

Użu dirett tal-gassijiet tal-egżost  (2)

Solidi

S1

Faħam iebes inkluż l-antraċite, faħam bituminuż, faħam subbituminuż, kokk, semikokk, kokk petroliferu

88

83

80

88

83

80

S2

Linjite, mattunelli tal-linjite, żejt tax-shale

86

81

78

86

81

78

S3

Pit, mattunelli tal-pit

86

81

78

86

81

78

S4

Bijomassa niexfa inkluż l-injam u bijomassa solida oħra inkluż gerbub tal-injam u mattunelli, laqx tal-injam imnixxef, skart tal-injam nadif u xott, qxur tal-ġewż u għadam taż-żebbuġ u għadam ieħor

86

81

78

86

81

78

S5

Bijomassa solida oħra inkluż l-injam kollu mhux inkluż taħt S4 u likur iswed u kannella

80

75

72

80

75

72

S6

Skart muniċipali u industrijali (mhux rinnovabbli) u skart rinnovabbli/bijodegradabbli

80

75

72

80

75

72

Likwidi

L7

Żejt kombustibbli, żejt tal-gass/tad-diżil, prodotti oħrajn taż-żejt

89

84

81

85

80

77

L8

Bijolikwidi inkluż bijometanol, bijoetanol, bijobutanol, bijodiżil, u bijolikwidi oħra

89

84

81

85

80

77

L9

Likwidi ta’ skart inkluż skart bijodegradabbli u mhux rinnovabbli (inkluż xaħam taċ-ċanga, xaħam u residwi tal-ħbub tal-birrerija)

80

75

72

75

70

67

Gassuż

G10

Gass naturali, LPG, LNG u bijometan

90

85

82

92

87

84

G11

Gassijiet tar-raffinerija, idroġenu u gass ta’ sinteżi

89

84

81

90

85

82

G12

Bijogass prodott mid-diġestjoni anaerobika, mil-landfills, u mit-trattament tad-dranaġġ

70

65

62

80

75

72

G13

Gass tal-forn tal-kokk, gass tal-forn tal-blast, gass tal-minjieri, u gassijiet irkuprati oħrajn (minbarra gass tar-raffinerija)

80

75

72

80

75

72

Oħra

O14

Sħana mormija (inklużi gassijiet tal-egżost ta’ proċess b’temperatura għolja, prodott mir-reazzjonijiet kimiċi eżotermiċi)

92

87


(1)  Jekk l-impjanti tal-istim ma jikkunsidrawx ir-ritorn tal-kondensat fil-kalkolu tagħhom tal-effiċjenzi tas-sħana tas-CHP (sħana u enerġija kkombinati), l-effiċjenzi tal-istim li jidhru fit-tabella ta’ hawn fuq għandhom jiżdiedu b’ħames punti perċentwali.

(2)  Għandhom jintużaw il-valuri għall-użu dirett tal-gassijiet tal-egżost jekk it-temperatura tkun ta’ 250 °C jew aktar.


15.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/196


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1774

tal-14 ta’ Settembru 2023

li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet bil-lingwa Olandiża u bil-lingwa Taljana tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fihom traduzzjoni żbaljata ta’ terminu fil-Parti E, fl-entrati li jikkonċernaw il-kategorija tal-ikel 17.1, li ċċekken il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodotti li fihom jistgħu jintużaw ċerti addittivi tal-ikel.

(2)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-verżjonijiet bil-lingwa Olandiża u bil-lingwa Taljana tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjonijiet tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, li ngħataw fis-17 ta’ April 2018 u fl-10 ta’ Marzu 2021,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.


15.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/197


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1775

tal-14 ta’ Settembru 2023

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/330 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huma soġġetti għal dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/330 (2).

(2)

Zhejiang Tsingshan Steel Pipe, Co. Ltd, Lishui, bil-kodiċi addizzjonali TARIC (3) B 263, kumpanija soġġetta għar-rata tad-dazju ta’ 56,9 % għall-produtturi li kkooperaw iżda li mhumiex parti mill-kampjun, infurmat lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Jannar 2023 li kienet biddlet isimha għal Tsingshan Steel Pipe, Co. Ltd, Lishui.

(3)

Il-kumpanija talbet lill-Kummissjoni biex tikkonferma li l-bidla fl-isem ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju anti-dumping applikata lilha skont l-isem li kellha qabel.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni fornuta u kkonkludiet li l-bidla fl-isem ġiet irreġistrata kif suppost mal-awtoritajiet rilevanti, u ma wasslitx għal xi relazzjoni ġdida ma’ gruppi oħrajn ta’ kumpaniji li ma kinux investigati mill-Kummissjoni.

(5)

Għaldaqstant, din il-bidla fl-isem ma taffettwax is-sejbiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/330 u b’mod partikolari r-rata tad-dazju anti-dumping applikabbli għaliha. L-evidenza fil-fajl ikkonfermat ukoll li l-bidla fl-isem kienet applikabbli mill-21 ta’ Settembru 2022, il-jum meta l-Amministrazzjoni ta’ Qingtian County għar-Regolament tas-Suq approvat il-Bidla fir-Reġistrazzjoni tan-Negozju.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/330 huwa emendat kif ġej:

“Zhejiang Tsingshan Steel Pipe, Co. Ltd., Lishui

B 263”

huwa sostitwit b’dan li ġej

“Tsingshan Steel Pipe, Co. Ltd., Lishui

B 263”

2.   Il-kodiċi addizzjonali TARIC B 263 li qabel kien attribwit lil Zhejiang Tsingshan Steel Pipe, Co. Ltd, Lishui għandu japplika għal Tsingshan Steel Pipe, Co. Ltd, Lishui, mill-21 ta’ Settembru 2022. Kwalunkwe dazju definittiv imħallas fuq importazzjonijiet ta’ prodotti manifatturati minn Tsingshan Steel Pipe, Co. Ltd, Lishui li jaqbeż id-dazju anti-dumping stabbilit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/330 fir-rigward ta’ Zhejiang Tsingshan Steel Pipe, Co. Ltd, Lishui għandu jiġi rimborżat jew jinħafer f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)   ĠU L 63, 6.3.2018, p. 15

(3)  It-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea.


15.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/199


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1776

tal-14 ta’ Settembru 2023

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-melamina li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

(1)

Wara investigazzjoni (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill impona, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 457/2011 (2), miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-melamina li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “iċ-Ċina”).

(2)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1171 (3), il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid il-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza (ir-“rieżami ta’ skadenza preċedenti”).

(3)

Il-miżuri li huma fis-seħħ bħalissa għandhom il-forma ta’ dazju fiss ta’ EUR 415/tunnellata fuq l-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ bl-eċċezzjoni ta’ tliet produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw, li l-esportazzjonijiet tagħhom huma soġġetti għal prezz minimu ta’ importazzjoni ta’ EUR 1 153/tunnellata.

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti tal-miżuri fis-seħħ (4), il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(5)

It-talba tressqet fil-31 ta’ Marzu 2022 minn Borealis Agrolinz Melamine GmbH, OCI Nitrogen BV u minn Grupa Azoty Zaklady Azotowe Pullawy SA (“l-applikanti”) f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-melamina, skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

1.2.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(6)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti evidenza suffiċjenti għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fl-1 ta’ Lulju 2022 il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-melamina li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

1.3.   Perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni

(7)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami” jew “PIR”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

1.4.   Partijiet interessati

(8)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikanti, lil produtturi tal-Unjoni magħrufin oħrajn, lill-produtturi esportaturi magħrufin fir-RPĊ, lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi, l-utenti, u lin-negozjanti magħrufin, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufin li huma kkonċernati dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw.

(9)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma talbet seduta ta’ smigħ.

1.5.   Argumentazzjoni fil-bidu

(10)

Il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importaturi u l-Esportaturi tal-Metalli, tal-Minerali u tas-Sustanzi Kimiċi (“CCCMC”) issottomettiet kummenti wara t-talba għal rieżami ta’ skadenza jew l-aspetti rigward il-bidu ta’ din l-investigazzjoni kif previst fil-punt 5.2 tan-Notifika ta’ Bidu.

(11)

Is-CCCMC ipprovdiet kummenti dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ u l-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv xieraq. Dawk il-kummenti huma indirizzati hawn taħt fit-taqsimiet 3.2.2, 3.2.2.1, u 3.2.2.2.

(12)

Barra minn hekk, is-CCCMC argumentat li t-talba kien fiha marġni tad-dumping ikkalkolat b’mod żbaljat. F’dan ir-rigward, is-CCCMC iddikjarat li għalkemm l-applikanti ħadmu l-valur normali għal żewġ teknoloġiji ta’ produzzjoni differenti użati fir-RPĊ, huma naqsu milli jqisu proċessi ta’ produzzjoni differenti (eż. produtturi tal-melamina kompletament integrata meta mqabbla ma’ produtturi li jużaw l-urea mixtrija) u materja prima differenti (il-melamina prodotta mill-gass naturali jew mill-faħam bħala ż-żewġ materji primi aħħarin potenzjali). Fir-rigward tal-prezz tal-esportazzjoni, skont is-CCCMC, l-applikanti żbaljaw meta użaw il-prezzijiet tal-melamina li toriġina mir-RPĊ meta din tiġi esportata lejn pajjiżi terzi peress li dawk il-prezzijiet kienu influwenzati mis-sitwazzjoni fis-swieq lokali rispettivi u għalhekk ma kinux rappreżentattivi tad-deċiżjonijiet dwar l-ipprezzar għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.

(13)

Il-Kummissjoni nnotat li s-CCCMC ma identifikat l-ebda żball attwali fil-kalkolu tal-marġni tad-dumping. Hija sempliċiment affermat li l-informazzjoni użata għall-kostruzzjoni tal-valur normali ma kinitx biżżejjed peress li ma kinitx tkopri l-proċessi potenzjali kollha tal-produzzjoni u l-materja prima użata fil-produzzjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni wettqet l-eżami tagħha tat-talba f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku u waslet għall-konklużjoni li r-rekwiżiti għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza kienu ssodisfati, jiġifieri li kien hemm evidenza biżżejjed sabiex jinbeda l-proċediment. Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku, b’analoġija, talba għandu jkun fiha tali informazzjoni li b’mod raġonevoli tkun disponibbli għall-applikanti. L-istandard legali ta’ evidenza meħtieġ sabiex jingħata bidu għal rieżami (“evidenza suffiċjenti”) huwa differenti minn dak li huwa meħtieġ għall-fini ta’ determinazzjoni preliminari jew finali tal-eżistenza ta’ dumping. Għaldaqstant, evidenza li ma hijiex ta’ kwantità jew ta’ kwalità suffiċjenti sabiex tiġġustifika determinazzjoni preliminari jew finali ta’ dumping xorta waħda tista’ tkun biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni (6).

(14)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-prezz tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni nnotat li fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet spjegati fil-premessa (13), l-applikanti ma kinux żbaljaw meta bbażaw ruħhom fuq prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi għad-determinazzjoni tar-rikorrenza ta’ dumping f’sitwazzjoni fejn il-prezz tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni huwa ggwidat minn prezz minimu tal-importazzjoni.

(15)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumentazzjoni tas-CCCMC li l-marġni tad-dumping huwa kkalkulat b’mod żbaljat fit-talba għal rieżami ta’ skadenza.

(16)

Is-CCCMC iddikjarat ukoll li l-allegazzjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping fit-talba għal rieżami ta’ skadenza kienu mingħajr mertu. B’mod partikolari, is-CCCMC indirizzat l-eżistenza ta’ kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ u l-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

(17)

F’dan ir-rigward, is-CCCMC argumentat li l-applikanti assumew b’mod żbaljat li l-produtturi Ċiniżi kienu se jimmobilizzaw il-kapaċità ta’ riżerva kbira tagħhom jekk il-miżura tiskadi. Skont is-CCCMC, ikun hemm bżonn ta’ perjodu tranżitorju ta’ snin twal biex il-produtturi addizzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi tal-klijenti tal-Unjoni u biex jiksbu esperjenza tal-prattiki kummerċjali fl-Unjoni. Barra minn hekk, is-CCCMC iddikjarat li waħda mill-kumpaniji Ċiniżi msemmija fit-talba kienet qed tibni impjant ġdid biss biex tissostitwixxi l-kapaċità ta’ produzzjoni eżistenti tagħha. Għalhekk, is-CCCMC talbet lill-Kummissjoni tivverifika l-preċiżjoni, l-affidabbiltà u l-probabbiltà taż-żidiet ippjanati fil-kapaċità tal-produzzjoni elenkati fit-talba (7).

(18)

Barra minn hekk, is-CCCMC ikkritikat is-suppożizzjoni tal-applikanti li jekk il-miżuri jiskadu, il-produtturi Ċiniżi jiddirezzjonaw mill-ġdid l-esportazzjonijiet tagħhom bi prezz baxx minn pajjiżi terzi lejn is-suq tal-Unjoni bl-istess prezz. Skont is-CCCMC, l-applikanti naqsu milli jispjegaw għaliex il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi kienu indikatur affidabbli tal-prezzijiet tal-esportazzjoni futuri lejn l-Unjoni. L-assoċjazzjoni ddikjarat ukoll li l-produtturi Ċiniżi jibqgħu jbigħu bil-prezz tal-esportazzjoni għoli attwali lejn l-Unjoni anki jekk il-miżuri jintemmu u ma kinux se jabbandunaw swieq tal-esportazzjoni affidabbli diġà żviluppati ta’ pajjiżi terzi.

(19)

Il-Kummissjoni nnotat li s-CCCMC ma pprovdiet l-ebda evidenza li tappoġġa la d-dikjarazzjonijiet tagħha relatati mal-kapaċità ta’ riżerva u lanqas dawk relatati mal-prezz tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Għall-kuntrarju, l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ fil-perjodu 2018-2021, kif muri mit-tabella 9 tat-talba, indikat il-fatt li l-produtturi Ċiniżi huma kapaċi u lesti li jew jimmobilizzaw il-kapaċità ta’ riżerva tagħhom jew jidderieġu mill-ġdid l-esportazzjonijiet tagħhom minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni skont il-prezz fis-suq tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnotat li l-analiżi pprovduta mill-applikanti fit-talba trid tiġi eżaminata wkoll fid-dawl tar-rekwiżiti dwar evidenza suffiċjenti stabbiliti fl-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku. Meta eżaminat it-talba, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-analiżi tal-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ u tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi kienet tikkostitwixxi evidenza suffiċjenti tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping għall-fini tat-talba għal rieżami ta’ skadenza.

(20)

Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet id-dikjarazzjonijiet tas-CCCMC dwar l-analiżi tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping inkluża fit-talba għal rieżami ta’ skadenza.

(21)

Barra minn hekk, is-CCCMC issottomettiet kummenti dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu. F’dak ir-rigward, is-CCCMC irreferiet għall-argumenti magħmula mill-applikanti fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. Is-CCCMC l-ewwel ippruvat tirribatti s-sinifikat ta’ żieda fl-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi minn 5 % għal 6 % bejn l-2018 u l-2021, kif miġbur fil-qosor fit-Tabella 14 tat-talba. It-tieni, is-CCCMC iddikjarat li kwalunkwe differenza bejn il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienet ikkawżata minn differenza fil-kostijiet tal-produzzjoni mġarrba. It-tielet, is-CCCMC esprimiet dubji li r-rati tal-profitti tal-produtturi tal-Unjoni jistgħu jsiru negattivi jekk il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni jaqgħu għall-istess livelli bħall-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

(22)

Il-Kummissjoni nnotat li l-applikant sempliċiment indika l-fatt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu qed jiżdiedu, li fil-fatt kien il-każ mill-2018 sal-2021, mingħajr ma enfasizza s-sinifikat ta’ din iż-żieda. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-istess tabella wriet li ż-żieda kienet aktar evidenti b’mod sinifikanti jekk l-2019 jew l-2020 jintużaw bħala l-punt tat-tluq. Għalhekk, l-argumentazzjoni tas-CCCMC ġiet miċħuda. Fir-rigward tal-argumentazzjoni dwar kwalunkwe differenza bejn il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi, il-Kummissjoni nnotat li l-ewwel nett, l-argumentazzjoni tas-CCCMC ma kinitx sostanzjata minn xi evidenza dwar il-kost tal-produzzjoni mġarrab mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u t-tieni, il-kost tal-produzzjoni tal-melamina huwa prinċipalment xprunat mill-kost tal-urea, li min-naħa tiegħu huwa xprunat prinċipalment mill-kost tal-gass naturali. Kemm l-urea kif ukoll il-gass naturali huma komoditajiet, li l-prezzijiet tagħhom huma, fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet tal-Istat, fil-biċċa l-kbira allinjati fis-swieq dinjija. Għalhekk, l-argumentazzjoni ġiet miċħuda. Fir-rigward tat-tielet argumentazzjoni, il-Kummissjoni nnotat li peress li l-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kien bejn wieħed u ieħor fl-istess livelli bħall-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi jew ogħla minnhom, ir-rati ta’ profitt tal-produtturi tal-Unjoni jistgħu fil-fatt ikunu negattivi jew fl-aħjar xenarju, jilħqu biss livell ta’ ekwilibriju anki jekk il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni jinżlu għall-istess livelli bħall-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi.

1.6.   Kampjunar

(23)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.6.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(24)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun ta’ tliet produtturi tal-Unjoni, li jinsabu fi tliet Stati Membri differenti. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022 irrapportat mill-produtturi tal-Unjoni fil-kuntest tal-analiżi tal-valutazzjoni permanenti ta’ qabel il-bidu. Il-kampjun kien jammonta għal 82 % tal-produzzjoni stmata fl-Unjoni tal-prodott simili. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju tagħha. Ma ġie riċevut l-ebda kumment u l-kampjun ġie kkunsidrat bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

1.6.2.   Il-kampjunar ta’ importaturi mhux relatati

(25)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Importatur mhux relatat wieħed biss, jiġifieri Borghi SpA, Grandate/l-Italja, ippreżenta ruħu. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ u talbet lil Borghi SpA biex jimla l-kwestjonarju għall-importaturi mhux relatati. Madankollu, Borghi SpA ma ppreżenta l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju.

1.6.3.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(26)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(27)

Produttur wieħed fil-pajjiż ikkonċernat, il-kumpanija Xinjiang Xinlianxin Energy Chemical Co., Ltd. (“Xinjiang XLX”), ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Il-produttur kien jirrappreżenta inqas minn 3 % tal-importazzjonijiet totali tal-melamina li joriġinaw mir-RPĊ fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(28)

Meta jitqies il-livell baxx ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku jiġi applikat għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fir-RPĊ u li tibbaża s-sejbiet tagħha fil-pajjiż kollu fuq il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni u/jew rikorrenza ta’ dumping u dannu fuq il-fatti disponibbli.

(29)

F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ġew ikkonsultati dwar il-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat lil Xinjiang XLX li għall-finijiet tal-ekonomija amministrattiva, il-Kummissjoni tista’ ma twettaqx il-proċess ta’ defiċjenza u l-verifika tat-tweġiba għall-kwestjonarju. Madankollu, kwalunkwe informazzjoni pprovduta mill-kumpanija tista’ tintuża bħala fatt disponibbli fejn xieraq. Ma sar l-ebda kumment.

1.7.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(30)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”).

(31)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produttur esportatur li kkoopera, lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-importatur mhux relatat wieħed li ppreżenta ruħu matul il-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni, u lill-utenti magħrufa kollha tal-melamina. Il-kwestjonarji applikabbli kollha kienu disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (8) fil-jum tal-bidu. Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikanti li fih talbet data makroekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(32)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand produttur esportatur wieħed li kkoopera, it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-applikanti, importatur mhux relatat wieħed u tliet utenti.

1.8.   Verifika

(33)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni.

(34)

Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

Produtturi tal-Unjoni:

Borealis Agrolinz Melamine GmbH, Linz, l-Awstrija;

Grupa Azoty Zaklady Azotowe, Pulawy, il-Polonja;

OCI Nitrogen B.V., Geleen, in-Netherlands.

(35)

Saret kontroverifika online mill-bogħod tal-informazzjoni użata fit-talba għal rieżami ta’ skadenza għall-kostruzzjoni tal-valur normali mal-produttur tal-Unjoni li ġej:

OCI Nitrogen B.V., Geleen, in-Netherlands.

1.9.   Proċedura sussegwenti

(36)

Fl-14 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien biħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ġew mogħtija skadenza li fiha setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ.

(37)

Waslu kummenti mingħand Xinjiang XLX u mis-CCCMC. Il-kummenti tqiesu mill-Kummissjoni u ttieħed kont tagħhom, fejn xieraq. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun laqgħu l-konklużjoni tal-Kummissjoni u ma għamlu l-ebda kumment ieħor. L-ebda parti ma talbet seduta ta’ smigħ.

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt rieżami

(38)

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa l-melamina (“il-prodott taħt rieżami”), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2933 61 00.

(39)

Il-melamina hija trab abjad kristallin prodott b’mod predominanti mill-urea u tintuża prinċipalment għall-produzzjoni tal-laminati, tar-reżini, tal-adeżivi għall-injam, tas-sustanzi komposti għall-forom, u tat-trattamenti għall-karti u t-tessuti.

2.2.   Prodott ikkonċernat

(40)

Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami (ara l-premessa (38)) li joriġina miċ-Ċina.

2.3.   Prodott simili

(41)

Kif intwera fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ (9), il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

il-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat (iċ-Ċina); u

il-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(42)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet tal-melamina mir-RPĊ komplew. Fl-ewwel nofs tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, dawn kienu f’volumi aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009). Madankollu, fit-tieni nofs tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-volumi tal-importazzjoni żdiedu b’mod konsiderevoli u qabżu bil-kbir il-volumi rreġistrati fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, l-importazzjonijiet tal-melamina mir-RPĊ kienu kważi erba’ darbiet ogħla milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali. Fl-istess ħin, kienu tmien darbiet aktar meta mqabbla mal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti.

(43)

Skont il-Eurostat (il-bażi tad-data Comext), l-importazzjonijiet tal-melamina mir-RPĊ ammontaw għal madwar 15 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami (ara t-Tabella 3), meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 6,5 % matul l-investigazzjoni oriġinali u 2 % matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti. F’termini assoluti, il-volum tal-importazzjonijiet tal-melamina li toriġina mir-RPĊ l-ewwel naqas minn 17 434 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali għal 7 938 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami tal-ewwel rieżami ta’ skadenza, u mbagħad reġa’ żdied għal 64 673 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ta’ dan ir-rieżami ta’ skadenza.

(44)

Kif imsemmi fil-premessa (27), produttur wieħed biss mir-RPĊ ikkoopera fl-investigazzjoni, li jirrappreżenta inqas minn 3 % tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-PIR. Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li minħabba dan il-livell limitat ħafna ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward.

(45)

Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, informazzjoni disponibbli faċilment mill-produtturi Torok ta’ prodotti fil-katina tal-valur tal-ammonijaka, informazzjoni mill-Istitut Statistiku tat-Turkija, id-Direttorat Ġenerali tal-Ilma u d-Drenaġġ tal-Belt ta’ Kocaeli, u l-Global Trade Atlas.

3.2.   Kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami

3.2.1.   Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw mir-RPĊ.

(46)

Minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni kellha t-tendenza li turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(47)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(48)

Il-kummenti ppreżentati mis-CCCMC huma indirizzati fit-taqsima 3.2.2.1.

(49)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Speċifikat ukoll li pajjiż terz rappreżentattiv possibbli għar-RPĊ f’dan il-każ kienet it-Turkija, iżda li kienet se teżamina pajjiżi oħrajn possibbilment xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

(50)

Fl-24 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni ħarġet nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“Nota dwar is-sorsi”).

(51)

Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, ikollha tiddependi fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tuża l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, flimkien ma’ sorsi oħrajn ta’ informazzjoni meqjusa xierqa skont il-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku f’konformità mal-Artikolu 18(5) tar-Regolament bażiku.

(52)

Permezz tan-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati li kienet beħsiebha tuża lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv, u dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali bit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv.

(53)

Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni hija se tibbaża kostijiet diretti oħrajn u kostijiet ġenerali tal-manifattura fuq l-informazzjoni dwar l-industrija tal-Unjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza.

(54)

Hija informat ukoll lill-partijiet interessati li se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti abbażi ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku għal tliet produtturi Torok ta’ prodotti fil-katina tal-valur tal-ammonijaka, jiġifieri Ege Gübre Sanayii A.Ş., Tekfen Holding A.Ş., u Bagfaş Bandirma Gübre Fabrikalari A.Ş.

(55)

Fl-aħħar nett, permezz tan-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar is-sorsi u l-adegwatezza tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv u jissuġġerixxu wkoll pajjiżi oħrajn, sakemm dawn jippreżentaw biżżejjed informazzjoni dwar il-kriterji rilevanti.

(56)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand is-CCCMC. L-assoċjazzjoni sostniet li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża t-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ Xinjiang XLX bħala fatt disponibbli, tqis id-diversi proċessi ta’ produzzjoni u materja prima għall-kostruzzjoni tal-valur normali u kkritikat il-valuri mingħajr distorsjoni ta’ ċerti inputs, l-SG&A u l-profitti. Dawk il-kummenti huma indirizzati fit-taqsimiet 3.2.2.2, 3.2.2.3.1, 3.2.2.3.2, u 3.2.2.3.5 ta’ dan ir-Regolament.

3.2.2.   Valur normali

(57)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “[il-]valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur.”

(58)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “fil-każ li jiġi determinat […], li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni,”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem “SG&A”).

(59)

Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u ta’ kooperazzjoni sinifikanti mill-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

(60)

F’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, ġie maħdum il-valur normali. Fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, l-applikanti kkalkolaw il-valur normali għal żewġ teknoloġiji ta’ produzzjoni, it-teknoloġija Tsinghua użata esklużivament fir-RPĊ u t-teknoloġija Eurotecnica użata fir-RPĊ iżda wkoll mill-produtturi fl-Unjoni. Għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni llimitat is-sejbiet tagħha għat-teknoloġija Eurotecnica, li għaliha l-lista ta’ fatturi tal-produzzjoni u l-kwantitajiet tal-konsum tagħhom jistgħu jiġu kontroverifikati kif xieraq mal-applikanti li pprovdew l-informazzjoni għat-talba għal rieżami ta’ skadenza. Il-Kummissjoni qieset li valur normali mibni fuq il-bażi tal-kwantitajiet medji tal-konsum, meħud minn fuljett tal-manifattur tat-tagħmir użat fil-proċess tal-produzzjoni, kif previst fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, kien aktar rappreżentattiv f’termini ta’ rati ta’ utilizzazzjoni għall-fini ta’ sejbiet mal-pajjiż kollu mill-konsum individwali ta’ produttur esportatur wieħed li kkoopera kiseb fil-kundizzjonijiet speċifiċi tal-operat tiegħu.

3.2.2.1.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

3.2.2.1.1.   Introduzzjoni

(61)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jistipula li “distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:

is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat”.

(62)

Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma hijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jingħataw għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw sabiex tintwera l-eżistenza ta’ element wieħed jew aktar tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali sabiex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq.

(63)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “fejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur.”

(64)

Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar ir-RPĊ (“ir-Rapport”) (10), li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’bosta fatturi ewlenin ta’ produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u x-xogħol) kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi). Il-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fiż-żmien tal-bidu. Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. It-talba kien fiha wkoll xi evidenza rilevanti li tikkomplementa r-Rapport.

(65)

B’mod aktar speċifiku, it-talba, b’referenza għar-Rapport, indikat li d-distorsjonijiet strutturali f’ħafna setturi industrijali Ċiniżi kkontribwew għall-kost partikolarment baxx tal-gass naturali u għall-interferenza mill-Istat fis-suq tal-urea, wieħed mill-komponenti ewlenin tal-melamina. Il-prezz baxx tal-gass naturali ppermetta lill-produtturi tal-melamina jipproduċu l-prodott taħt rieżami bi prezz artifiċjalment baxx. It-talba tiddeskrivi wkoll diversi tipi ta’ intervent mill-istat fis-suq tal-urea, bħall-eżistenza ta’ kwoti stretti ta’ importazzjoni għall-urea, taxxi għoljin fuq l-esportazzjoni matul l-aqwa staġun, l-eżenzjoni tal-bejgħ domestiku tal-urea mill-VAT u l-kumulazzjoni ta’ riżerva strateġika tal-urea mill-gvern Ċiniż permezz tas-sistema ta’ fertilizzanti tal-istat. Barra minn hekk, it-talba indikat sejbiet differenti tal-Istati Uniti dwar l-interventi tal-GTĊ li jiffavorixxu l-industrija Ċiniża tal-melamina, bħal self preferenzjali, programmi tat-taxxa fuq l-introjtu, programmi tat-taxxa fuq l-eżenzjonijiet mit-tariffi, ribassi tal-VAT, eżenzjonijiet mill-imposti amministrattivi, dispożizzjonijiet governattivi kif ukoll programmi ta’ sussidju għall-esportazzjoni għas-suq tal-melamina identifikati mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti. Barra minn hekk, it-talba indikat li l-politiki tal-GTĊ, bħal dawk dettaljati fl-14-il FYP nazzjonali, ikkonfermaw l-involviment kontinwu tal-istat fis-settur petrokimiku u kimiku li huma kkategorizzati bħala “industrija pilastru tal-ekonomija nazzjonali”, kif ukoll FYPs preċedenti, bħall-Opinjonijiet Gwida dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija petrokimika u kimika matul l-14-il FYP, li jirreferu għall-ekonomija tas-suq soċjalista bħala prinċipju u objettiv ġenerali, li għandhom l-għan li joħolqu promoturi nazzjonali Ċiniżi. Barra minn hekk, b’referenza għar-Rapport, it-talba nnotat distorsjonijiet sinifikanti permezz tal-użu inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment, dwar il-kumpaniji u l-proprjetà, kif ukoll l-aċċess għall-kapital permezz tas-sistema finanzjarja. Skont it-talba, dawk il-politiki x’aktarx li jkollhom impatt distorsiv fuq l-industrija tal-melamina.

(66)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

3.2.2.1.2.   Distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ

(67)

Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa minqux fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri s-sjieda mill-poplu kollu u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-istat hija l-“forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (11). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li permezz tagħha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħrajn ta’ sjieda huma tollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-istat (12).

(68)

Barra minn hekk, skont id-dritt Ċiniż, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”). L-istrutturi tal-istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jifformaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[i]s-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[i]l-karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (13) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Din it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħrajn fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw forzi tas-suq ħieles.

(69)

L-istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (14). Huma bosta l-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi, u fosthom hemm is-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju.

(70)

L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija regolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u ta’ politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri tal-output espliċiti. Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati setturi u/jew proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-istat kollha kemm huma, iridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan ma huwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anke minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont il-każ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-taqsima 3.2.2.1.5 hawn taħt) (15).

(71)

It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali u ta’ politika tal-istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom iridu jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-taqsima 3.2.2.1.8 hawn taħt) (16). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li ma humiex xprunati biex itejbu l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji, iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-istat u mis-CCP (17).

(72)

It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-istat fl-ekonomija jieħdu numru ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha ma hijiex definita, u għalhekk tħalli marġni ta’ apprezzament wiesa’ għall-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet (18). B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (19).

(73)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi mill-gvern. Tali interventi sostanzjali mill-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (20).

3.2.2.1.3.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur

(74)

Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija.

(75)

Analiżi tal-akbar produtturi Ċiniżi tal-melamina, jiġifieri Henan Zhongyuan Dahua Co., Ltd (21)., Henan Haohua Junhua Co., Ltd. (22), Sichuan Golden-Elephant Sincerity Chemical Co., Ltd (23). u Xinjiang Xinlianxin Chemical Energy Co., Ltd (24)., turi interferenza konsiderevoli mill-istat. Filwaqt li Henan Zhongyuan Dahua Co., Ltd. hija Intrapriża tal-Istat (“SOE”) posseduta totalment minn Henan Energy and Chemical Industry Group (SOE taħt SASAC (25)), il-GTĊ iżomm sehem ta’ 35 % f’Henan Haohua Junhua Co., Ltd., (26) li hija miżmuma minn Sinochem Holding, SOE taħt is-superviżjoni ta’ SASAC, permezz tas-sussidjarja tagħha Haohua Chemical Co. Sinochem Holding (27). Lil hinn mis-sjieda formali, l-awtoritajiet tal-istat jistgħu jikkontrollaw u jissorveljaw il-kumpaniji permezz ta’ kanali informali, kif muri mill-kumpanija privata li tipproduċi l-melamina Sichuan Golden-Elephant Sincerity Co., Ltd (28). li, skont is-sorsi pubbliċi, irċeviet appoġġ finanzjarju permezz ta’ self preferenzjali mill-Amministrazzjoni tas-Superviżjoni tas-Suq tal-Belt ta’ Meishan u mill-Fergħa Sussidjarja Ċentrali tal-Bank tal-Poplu taċ-Ċina ta’ Meishan (29)biex tippromwovi l-iżvilupp tal-kwalità, tistabbilizza l-ekonomija, u tistabbilizza l-atturi tas-suq” (30). Il-produttur esportatur li kkoopera, Xinjiang XLX (31), jenfasizza wkoll fuq is-sit web tiegħu li “taħt il-gwida tal-politika u l-appoġġ qawwi tar-reġjun awtonomu, tal-istat, tal-kumitat tal-partit tal-kontea, u tal-gvern, il-kumpanija Xinlianxin kisbet qabżiet fl-iżvilupp, u rat ukoll il-kisbiet ewlenin tal-iżvilupp tad-distrett tagħna […] taħt it-tmexxija b’saħħitha tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit b’Comrade Xi Jinping bħala ċ-ċentru, u bl-appoġġ sħiħ tar-reġjun awtonomu, tad-distrett, tal-kumitat tal-kontea, u tal-gvern”  (32). Barra minn hekk, minħabba li l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma anke f’kumpaniji privati (33), bis-CCP li jasserixxi t-tmexxija fuq kważi kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż, l-influwenza tal-istat permezz ta’ strutturi tas-CCP fi ħdan il-kumpaniji effettivament tirriżulta f’sitwazzjoni li fiha l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt kontroll u taħt superviżjoni politika tal-gvern, fid-dawl ta’ kif l-istrutturi tal-istat u tal-Partit kibru flimkien fir-RPĊ.

(76)

Dan jidher ukoll fil-livell tal-Federazzjoni tal-Industrija Petrokimika u Kimika taċ-Ċina (“CPCIF”), l-assoċjazzjoni settorjali tal-industrija. Skont l-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tas-CPCIF, l-organizzazzjoni “taċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni professjonali mill-entitajiet responsabbli mir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, mill-entitajiet responsabbli mill-bini tal-Partit, kif ukoll mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti responsabbli mill-ġestjoni tal-industrija” (34).

(77)

Konsegwentement, anke l-produtturi privati fis-settur tal-prodott taħt rieżami ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Fil-fatt, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur huma soġġetti għal superviżjoni u għal gwida politiċi kif stabbilit ukoll fit-taqsima 3.2.2.1.5 hawn taħt.

3.2.2.1.4.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet

(78)

Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda tal-SOEs u għodod oħrajn, il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ persunal ewlieni tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti (35), iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha tal-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (36)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, tal-anqas mill-2016, is-CCP qiegħed isaħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu sabiex jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku (37), inkluż l-eżerċitar ta’ pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit (38). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’madwar 70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, u dan irriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (39). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(79)

Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020 inħareġ dokument bit-titolu General Office of CCP Central Committee’s Guidelines on stepping up the United Front work in the private sector for the new era (“il-Linji Gwida”) (40), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-partit f’intrapriżi privati. It-taqsima II.4 tal-Linji Gwida tiddikjara: “[i]rridu nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Partit li jmexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u jżid b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-taqsima III.6 tiddikjara: “[i]rridu nżidu ulterjorment il-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu r-rwoli tagħhom bħala gwardji u pijunieri.” Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jżidu r-rwol tas-CCP fil-kumpaniji u f’entitajiet oħrajn tas-settur privat (41).

(80)

L-investigazzjoni kkonfermat li t-trikkib bejn il-karigi maniġerjali u s-sħubija fis-CCP/il-funzjonijiet fil-Partit huma komuni fis-settur tal-melamina. Tabilħaqq, il-Presidenti rispettivi tal-bord tad-diretturi ta’ Henan Zhongyuan Dahua Co., Ltd., Henan Haohua Junhua Co., Ltd., Sichuan Golden Elephant Sincerity Co., Ltd. u Xinjiang Xin Lian Xin Chemical Energy Co., Ltd. huma wkoll Segretarji tal-Kumitati tal-Partit fil-kumpaniji rispettivi tagħhom.

(81)

Il-preżenza u l-intervent tal-istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-taqsima 3.2.2.1.8 hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (42). B’hekk, il-preżenza tal-istat f’ditti fis-settur tal-melamina u f’setturi oħrajn (bħas-settur finanzjarju u dak tal-inputs) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet.

3.2.2.1.5.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż, tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles

(82)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali, provinċjali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jintbagħtu lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq (43).

(83)

L-awtoritajiet Ċiniżi ppromulgaw għadd ta’ politiki li jiggwidaw il-funzjonament tas-settur tal-prodott taħt rieżami.

(84)

L-ewwel nett, l-14-il FYP dwar il-materja prima (44) jiddeskrivi li “l-iżvilupp intensiv ta’ parks industrijali kimiċi se jittejjeb b’mod sinifikanti, u b’hekk se jwassal għal grupp ta’ bażijiet industrijali petrokimiċi” (45). Il-pjan ikompli jħeġġeġ lill-industrija biex “tikkontrolla strettament il-kapaċità l-ġdida tal-produzzjoni tal-urea”, wieħed mill-komponenti ewlenin tal-melamina, u żżid l-istandards għall-eliminazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni obsoleta, u tuża standards komprensivi biex tippromwovi l-ħruġ ta’ kapaċità ta’ produzzjoni obsoleta f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti” (46). Barra minn hekk, “il-lokalitajiet kollha jeħtieġ li jsaħħu l-konformità ma’ dan il-Pjan u jintegraw il-kontenut ewlieni u l-proġetti ewlenin tal-Pjan fil-kompiti lokali ewlenin tagħhom. Petrokimiċi u kimiċi, […] għandhom ifasslu opinjonijiet speċifiċi ta’ implimentazzjoni li jiffukaw fuq l-objettivi u l-kompiti ta’ dan il-Pjan filwaqt li jqisu l-kundizzjonijiet attwali prevalenti fis-setturi msemmija hawn fuq” (47). Barra minn hekk, l-14-il FYP dwar l-iżvilupp ekoloġiku tal-industrija (48) jiddeskrivi li “kapaċità ġdida għandha tinġieb taħt kontroll strett f’industriji bħall-urea” (49). Dan huwa konformi mal-Katalogu ta’ Gwida tal-2019 għall-aġġustament strutturali tal-industrija (50), li jelenka l-faċilitajiet tal-produzzjoni tal-urea fost il-faċilitajiet “li għandhom jiġu eliminati” u b’hekk jinżammu taħt kontroll (51). Fil-livell tal-provinċja, l-14-il FYP ta’ Jiangsu dwar l-iżvilupp ta’ livell għoli tal-industrija kimika (52) jiddeskrivi l-intenzjoni tal-awtoritajiet lokali li “jkomplu jikkontrollaw il-kapaċità ta’ produzzjoni ġdida f’industriji żejda bħar-raffinar taż-żejt, l-urea, il-fosfat tal-ammonju, is-soda kawstika, il-klorur tal-polivinil, il-karbonat tas-sodju, il-karbur tal-kalċju, u l-fosforu isfar” (53). L-14-il FYP ta’ Shandong dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-kimika (54) jispeċifika li “jtejjeb il-valur miżjud u l-irfinar tal-prodotti, u jaċċellera l-formazzjoni ta’ sistema tal-industrija tal-kimika bbażata fuq il-faħam bi tliet kategoriji ewlenin: sustanzi kimiċi li fihom l-ossiġenu bbażati fuq il-faħam, sustanzi kimiċi intermedji bbażati fuq il-faħam, u materjali kimiċi ġodda bbażati fuq il-faħam” kif ukoll “jiffukaw fuq l-iżvilupp tal-katina industrijali ta’ sustanzi kimiċi fini bbażati fuq il-faħam” (55).

(85)

Barra minn hekk, l-Opinjoni Gwida għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industriji petrokimiċi u kimiċi matul l-14-il FYP (56) tikkwantifika parametri ulterjuri tal-iżvilupp ippjanat tas-settur: “Sal-2025, l-industrija petrokimika u kimika bażikament se tifforma mudell ta’ żvilupp ta’ kwalità għolja b’kapaċitajiet indiġeni ta’ innovazzjoni b’saħħithom, tqassim strutturali raġonevoli, żvilupp ekoloġiku, sikur u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Din se ttejjeb ukoll bil-kbir il-kapaċitajiet biex tiżgura prodott ta’ livell għoli, ittejjeb b’mod sinifikanti l-kompetittività ewlenija, u tieħu passi determinati lejn awtodipendenza u awtotitjib ta’ livell għoli” (57) u diversi miri għas-settur kimiku: “[i]l-livell ta’ konċentrazzjoni tal-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi fi kwantitajiet kbar se jiżdied aktar, u r-rata ta’ użu tal-kapaċità se tilħaq aktar minn 80 % […] se jiġu stabbiliti madwar 70 park tal-industrija kimika b’vantaġġi kompetittivi” (58). Hija tenfasizza wkoll il-ħtieġa li: “tissaħħaħ il-koordinazzjoni tal-politiki fiskali, finanzjarji, reġjonali, tal-investiment, tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, tal-enerġija, tal-ambjent ekoloġiku, tal-prezzijiet u politiki oħra ma’ politiki industrijali” kif ukoll li “jintuża bis-sħiħ ir-rwol tal-pjattaforma ta’ kooperazzjoni konġunta nazzjonali tal-industrija u l-finanzi, u jiġu promossi konnessjonijiet bejn il-banek u l-intrapriżi u kooperazzjoni bejn l-industrija u l-finanzi” (59).

(86)

L-Avviż dwar it-Twettiq ta’ Ħidma Tajba fl-Iffirmar u t-Twettiq ta’ Kuntratti tal-Faħam fuq Terminu Medju u Twil fl-2021 (60) tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma jirrikjedi wkoll li l-atturi rilevanti tas-suq: “isaħħu l-kostruzzjoni tal-awtodixxiplina tal-industrija. L-assoċjazzjonijiet rilevanti kollha tal-industrija għandhom jiggwidaw lill-intrapriżi biex isaħħu l-awtodixxiplina, jimplimentaw ir-rekwiżiti ta’ kuntratti fuq terminu medju u twil, u ma jistgħux jiffirmaw kuntratti inġusti billi jieħdu vantaġġ mis-sitwazzjoni tal-provvista u d-domanda tas-suq u l-pożizzjoni dominanti tal-industrija. L-intrapriżi fuq skala kbira jenħtieġ li jkollhom rwol eżemplari u jirregolaw b’mod konxju d-deċiżjonijiet tagħhom li jiffirmaw il-kuntratti” (61). Għalhekk, permezz ta’ dawn l-istrumenti u mezzi oħrajn, il-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla kważi kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-settur, kif ukoll l-inputs upstream.

(87)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jikkonċernaw is-settur tal-melamina. Dawn il-miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

3.2.2.1.6.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, dwar il-kumpaniji jew il-proprjetà

(88)

Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin tagħha bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u s-salvagwardja tad-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tibbaża formalment fuq prinċipji simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħrajn minbarra r-RPĊ, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. In-numru ta’ fallimenti għadu magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-anqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza għandhom numru ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, u ta’ spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (62).

(89)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà huma partikolarment evidenti fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (63). L-art kollha hija proprjetà tal-istat (art rurali bi sjieda kollettiva u art urbana proprjetà tal-Istat) u l-allokazzjoni tagħha tibqa’ tiddependi biss fuq l-istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bi prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet huma regolarment mhux irrispettati, u ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (64). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (65).

(90)

L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-prodott taħt rieżami huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġi Ċiniża dwar il-falliment, dwar il-kumpaniji u l-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anke dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli għalkollox anki fis-settur tal-melamina. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet.

(91)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-prodott taħt rieżami.

3.2.2.1.7.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku: id-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi

(92)

Ma huwiex possibbli li fir-RPĊ tiżviluppa bis-sħiħ sistema ta’ pagi bbażata fuq is-suq peress li d-drittijiet ta’ organizzazzjoni kollettiva tal-ħaddiema u tal-impjegaturi huma mxekkla. Ir-RPĊ ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (66). Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma hijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (67). Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkunux fil-pussess tar-reġistrazzjoni tar-residenza lokali, u jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (68). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fir-RPĊ.

(93)

Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-melamina ma huwiex soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk, is-settur huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ).

3.2.2.1.8.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku: l-aċċess għal finanzjament mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

(94)

L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(95)

L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-istat (69), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbutin mal-istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (70) u, għal darba oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-GTĊ. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-istat (71). Dan huwa amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (72).

(96)

Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

(97)

Pereżempju, il-GTĊ iċċara li anke d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet ġenerali tal-istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni (73). Barra minn hekk, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali issa għandhom iqisu, b’mod partikolari, kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi ta’ żvilupp nazzjonali u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “jaqdu l-industriji strateġiċi u emerġenti” (74).

(98)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss ikunu soġġetti għal distorsjoni għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu bil-qawwa li l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu Ċiniżi jikkorrispondu b’mod sistematiku ma’ klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (75).

(99)

Dan huwa amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (76). Dan jirriżulta f’tendenza favur li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, u dan jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital ma humiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

(100)

It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali sabiex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv ta’ investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabilità, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi operati fis-sistema bankarja ma jsegwux risponsi kummerċjali normali.

(101)

It-tielet, għalkemm f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Is-sehem ta’ self fir-rata ta’ referenza jew taħtha kien għadu jirrappreżenta mill-inqas terz tas-self kollu fl-aħħar tal-2018 (77). Il-media uffiċjali fir-RPĊ dan l-aħħar irrapportat li s-CCP talab “li r-rata tal-imgħax tas-suq tas-self titmexxa ’l isfel” (78). Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital.

(102)

It-tkabbir ġenerali tal-kreditu fir-RPĊ jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ restrizzjoni kreditizja li tkun mistennija f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. B’riżultat ta’ dan, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu, u l-GTĊ għażel numru ta’ drabi li jew jevita l-inadempjenzi, sabiex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħin kumpaniji “żombi”, jew li jittrasferixxi s-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament jelimina l-problema ġenerali tad-dejn jew jindirizza l-kawżi ewlenin tagħha.

(103)

Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fir-RPĊ hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-istat fis-swieq kapitali. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

(104)

Ma tressqet l-ebda evidenza fl-investigazzjoni attwali li turi li s-settur tal-prodott taħt rieżami ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

3.2.2.1.9.   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

(105)

Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristiċi għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq fit-Taqsimiet 3.2.2.1.2 sa 3.2.2.1.5 kif ukoll fil-Parti I tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbilit hawn fuq fit-Taqsimiet 3.2.2.1.6–3.2.2.1.8 u fil-Parti II tar-Rapport.

(106)

Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami, huma meħtieġa ċerti inputs. Meta l-produtturi tal-melamina jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma evidentement esposti għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(107)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott taħt rieżami ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Fil-fatt, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tat-taħlita ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija. F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma preżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju.

(108)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mis-CCCMC, li jirrappreżentaw tliet produtturi Ċiniżi tal-melamina Sichuan Golden-Elephant Sincerity Chemicals Co., Ltd, Shandong Holitech Chemical Industry Co., Ltd u Henan Junhua Development Ltd (79).

(109)

L-ewwel nett, is-CCCME sostniet li l-Artikolu 2.2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping (“ADA”) ma jirrikonoxxix il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, anke jekk il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti jaqa’ taħt l-Artikolu 2.2 tal-ADA, li ma huwiex il-każ fil-fehma tas-CCCMC, il-kalkolu tal-UE tal-valur normali maħdum jeħtieġ ukoll li jkun konformi mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA u mal-interpretazzjoni tiegħu tal-Korp tal-Appell, ipprovduta fil-każ UE — Biodiesel (l-Arġentina) (DS473). Għaldaqstant, il-kalkolu tal-valur normali, skont is-CCCMC, ikun permess biss f’sitwazzjonijiet ta’ ebda bejgħ tal-prodott simili fil-“perkors normali tal-kummerċ” jew ta’ “sitwazzjoni partikolari tas-suq”. Għalhekk, l-allegati distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur ikollhom jaqgħu taħt waħda minn dawk il-kategoriji sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tipproċedi bir-rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dan ma huwiex il-każ fil-fehma tas-CCCMC, peress li l-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tippermetti l-kalkolu tal-valur normali mas-sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti aktar milli f’konformità mal-kunċetti previsti mill-Artikolu 2.2 ADA. Barra minn hekk, is-CCCMC sostniet li ma hemm l-ebda artikolu fl-ADA li jippermetti l-użu, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur normali, ta’ data minn pajjiż terz li ma tirriflettix b’mod xieraq il-prezzijiet jew il-livell tal-kost fil-pajjiż ta’ oriġini. Il-valur normali fl-investigazzjonijiet anti-dumping huwa meħtieġ li jiġi ddeterminat abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ jew tal-kostijiet tal-kumpaniji fil-pajjiż tal-oriġini jew tal-inqas abbażi tal-prezzijiet jew tal-kostijiet li jistgħu jirriflettu l-livell tal-prezz jew tal-kost fil-pajjiż tal-oriġini. F’dan ir-rigward, is-CCCMC indikat b’mod partikolari r-rapport tal-Bord tad-WTO fil-kawża EU — Cost Adjustment Methodologies II (Russia) (DS494) bħala eżempju ta’ rikuża legali b’suċċess għall-kompatibbiltà tad-WTO tal-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Għar-raġunijiet kollha ta’ hawn fuq, is-CCCME qieset li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kien inkonsistenti mal-ADA u jenħtieġ li ma jiġix applikat f’dan il-każ.

(110)

Fir-rigward tal-argumenti tas-CCCMC dwar il-kompatibbiltà tad-WTO tal-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) huma konsistenti bis-sħiħ mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea u mal-ġurisprudenza ċċitata mis-CCCMC. Mill-bidu nett, il-Kummissjoni tinnota li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa għall-kalkolu tal-valur normali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jipprevedi l-kalkolu tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, inklużi dawk f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur. Barra minn hekk, ir-Rapport tad-WTO dwar l-UE — Biodiesel ma kienx jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, iżda ta’ dispożizzjoni speċifika tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Fi kwalunkwe każ, il-liġi tad-WTO kif interpretata mill-Korp tal-Appell fi l-UE — Biodiesel, tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, debitament aġġustata meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. Barra minn hekk, fir-rigward tat-tilwima EU — Cost Adjustment Methodologies II, ir-Rapport tal-Bord f’din qies speċifikament id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku bħala barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-tilwima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li kemm l-UE kif ukoll il-Federazzjoni Russa appellaw is-sejbiet tal-Bord, li ma humiex finali u għalhekk, skont il-ġurisprudenza permanenti tad-WTO, ma għandhom l-ebda status ġuridiku fis-sistema tad-WTO, peress li dawn ma ġewx approvati mill-Korp tas-Soluzzjoni tat-Tilwim permezz ta’ deċiżjoni mill-Membri tad-WTO. B’konsegwenza ta’ dan, l-argumenti tas-CCCMC ma setgħux jiġu aċċettati.

(111)

It-tieni, fir-rigward tal-evidenza li turi l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, is-CCCMC allegat li l-applikanti pprovdew evidenza mhux adegwata biex jiġġustifikaw kwalunkwe sejba ta’ “distorsjonijiet sinifikanti” fl-industrija Ċiniża tal-melamina u li l-analiżi tal-Kummissjoni stess matul l-investigazzjoni għalhekk tkun teħtieġ sostanzjar ferm akbar, mhux l-inqas biex jiġu kkumplimentati d-distorsjonijiet tal-allegazzjoni mill-industrija tal-Unjoni li, skont is-CCCMC ma setgħux jiġu vverifikati minħabba n-natura ġenerali tagħhom mingħajr ċitazzjoni adegwata tas-sorsi sottostanti. Bħala eżempju, is-CCCMC tirreferi għall-fatt li r-referenza tal-industrija tal-Unjoni għall-14-il FYP sempliċiment tisħaq li ” għandu l-għan li joħloq promoturi nazzjonali Ċiniżi”. Bl-istess mod, is-CCCMC tikkritika r-referenza tal-industrija tal-Unjoni għall-Opinjonijiet Gwida dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija petrokimika u kimika matul l-14-il FYP. Skont is-CCCMC, l-Opinjonijiet Gwida huma dokument ta’ gwida li ma jistipulax regoli vinkolanti, li barra minn hekk jiddikjara għadd ta’ għanijiet mhux imsemmija mill-industrija tal-Unjoni, inklużi l-għanijiet li “jintuża bis-sħiħ ir-rwol deċiżiv tas-suq fl-allokazzjoni tar-riżorsi, jintuża aħjar ir-rwol tal-gvern” u li “jinħoloq ambjent kummerċjali orjentat lejn is-suq, legalizzat u internazzjonali […], tiġi promossa l-allokazzjoni globali effiċjenti tar-riżorsi tal-fattur, u tiġi msaħħa l-koordinazzjoni upstream u downstream tal-katina industrijali u l-iżvilupp akkoppjat bejn l-industriji relatati”. F’dan l-isfond, is-CCCMC għamlet paragun bejn l-Opinjonijiet ta’ Gwida u l-inizjattivi attwali tal-politika industrijali tal-UE.

(112)

F’dan ir-rigward, is-CCCMC enfasizzat ukoll li r-Rapport ma għadux aġġornat, b’mod partikolari minħabba l-iżviluppi ekonomiċi sostanzjali kemm fl-UE kif ukoll fiċ-Ċina wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Is-CCCMC indikat l-obbligu tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku li taġġorna regolarment ir-Rapport u sostniet li r-referenzi servili rripetuti għar-Rapport — kemm mill-industrija tal-UE kif ukoll fid-determinazzjonijiet tal-Kummissjoni — ma jkunux adegwati. F’dan ir-rigward, is-CCCME rreferiet għas-sentenza tal-Korp tal-Appell tad-WTO fil-kawża US — Countervailing Measures (DS437), filwaqt li ddikjarat li l-argumentazzjoni li l-prezzijiet qed jiġu distorti trid tkun fuq bażi ta’ każ b’każ u trid tiġi stabbilita u spjegata b’mod adegwat fir-rapport tal-awtorità tal-investigazzjoni.

(113)

Fir-rigward tal-argumenti tas-CCCMC relatati mal-analiżi tas-suffiċjenza tal-evidenza, il-Kummissjoni ma qablitx. L-ewwel nett, fir-rigward tal-allegata inadegwatezza tal-evidenza fis-sottomissjoni(jiet) tal-industrija tal-Unjoni, matul din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kienet tabilħaqq qed tiġbor aktar informazzjoni biex tikkomplementa s-sorsi disponibbli, inklużi t-talba u r-Rapport, sabiex tivverifika l-allegazzjonijiet li saru fil-bidu u, fl-aħħar mill-aħħar, sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku preżenti fis-settur tal-melamina. Ir-riżultati tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni huma stabbiliti fil-premessi (67) sa (104) u l-partijiet interessati għandhom l-opportunità li jikkummentaw aktar dwarhom. Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tas-suffiċjenza tal-evidenza fl-istadju tal-bidu, il-Kummissjoni tfakkar li l-punt 4.1 tan-Notifika ta’ Bidu rrefera għal għadd ta’ elementi fis-suq Ċiniż tal-melamina, biex jissostanzja li s-suq kien affettwat minn distorsjonijiet. Il-Kummissjoni tqis li l-evidenza elenkata fin-Notifika ta’ Bidu kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, filwaqt li d-determinazzjoni dwar l-eżistenza attwali ta’ distorsjonijiet sinifikanti u l-użu konsegwenti tal-metodoloġija preskritta mill-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sseħħ biss fiż-żmien tad-divulgazzjoni finali, l-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi obbligu li tinġabar id-data meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din il-metodoloġija meta l-investigazzjoni tkun inbdiet fuq din il-bażi. F’dan il-każ, il-Kummissjoni qieset li l-evidenza ppreżentata fit-talba kienet biżżejjed biex tibda l-investigazzjoni fuq din il-bażi. Għalhekk, il-Kummissjoni ħadet il-passi meħtieġa sabiex tkun tista’ tapplika l-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku f’każ li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tiġi kkonfermata matul l-investigazzjoni.

(114)

It-tieni, fir-rigward tal-argument dwar id-dokumenti ta’ politika Ċiniżi, il-Kummissjoni tindika li l-ekonomija Ċiniża hija koperta minn nisġa kumplessa ta’ FYPs, li jmexxu d-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha. Għall-kuntrarju tal-argument ippreżentat mis-CCCMC, il-Kummissjoni tqis li l-FYPs huma dokumenti vinkolanti, peress li l-14-il FYP nazzjonali jiddedika, pereżempju, taqsima sħiħa għat-“titjib tal-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni tal-ippjanar” li tiddikjara li: “Fir-rigward tal-indikaturi vinkolanti, il-proġetti ewlenin tal-inġinerija, u l-kompiti fis-servizzi pubbliċi, il-protezzjoni ambjentali, is-sikurezza, u oqsma oħra stabbiliti f’dan il-Pjan, huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet tal-partijiet u r-rekwiżiti tal-iskeda, li jiġu allokati r-riżorsi pubbliċi, li jiġu ggwidati u kkontrollati r-riżorsi soċjali, u li tiġi żgurata t-tlestija skont l-iskeda. Fir-rigward tal-indikaturi u l-kompiti mistennija fl-oqsma tal-iżvilupp industrijali u l-aġġustament strutturali stabbiliti f’dan il-Pjan, huwa meħtieġ li wieħed jibbaża l-aktar fuq ir-rwol tal-atturi tas-suq biex jilħquhom. Il-gvernijiet fil-livelli kollha jridu joħolqu ambjent ta’ politika, ambjent istituzzjonali, u ambjent legali favorevoli” (80). Barra minn hekk, l-Opinjoni ta’ Gwida dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija petrokimika u kimika matul l-14-il FYP tindika wkoll intervent konkret mill-Istat, wara l-argument imressaq fit-talba, filwaqt li tiddeskrivi li l-intrapriżi Ċiniżi għandhom “jaċċelleraw it-trasformazzjoni u t-titjib tal-industriji tradizzjonali, u jiżviluppaw b’mod vigoruż materjali kimiċi u kimiċi fini ġodda. Iħaffu t-trasformazzjoni diġitali tal-industrija, itejbu l-livell ta’ sikurezza intrinsika u ta’ produzzjoni nadifa, jaċċelleraw il-kwalità, l-effiċjenza u t-trasformazzjoni tal-enerġija tal-industrija petrokimika, u jippromwovu l-progress taċ-Ċina minn pajjiż petrokimiku kbir għal pajjiż petrokimiku b’saħħtu” (81).

(115)

It-tielet, fir-rigward tal-allegati similaritajiet tal-politiki industrijali attwali tal-UE mal-politiki fiċ-Ċina, il-Kummissjoni naqset milli tara r-rilevanza ta’ dan il-punt fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(116)

Ir-raba’, rigward l-argumentazzjoni dwar il-karattru skadut tal-evidenza li tinsab fir-Rapport, il-Kummissjoni nnotat li r-Rapport huwa dokument komprensiv ibbażat fuq evidenza oġġettiva estensiva, inkluż leġiżlazzjoni, regolamenti u dokumenti uffiċjali oħrajn ta’ politika ppubblikati mill-awtoritajiet Ċiniżi, rapporti ta’ partijiet terzi minn organizzazzjonijiet internazzjonali, studji akkademiċi u artikli minn studjużi, u sorsi indipendenti affidabbli oħrajn. Peress li kienet diġà disponibbli għall-pubbliku f’Diċembru 2017, kwalunkwe parti interessata kellha biżżejjed opportunità biex tirribatti, tissupplimentaha jew tikkummenta dwarha u l-evidenza li fuqha hija bbażata, u l-ebda parti ma ppreżentat argumenti jew evidenza li tirribatti s-sorsi u l-informazzjoni inklużi fir-Rapport.

(117)

Il-ħames, fir-rigward ta’ US — Countervailing Measures (China), il-Kummissjoni tfakkar li ma kinitx tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku li huwa l-bażi ġuridika rilevanti għad-determinazzjoni tal-valur normali f’din l-investigazzjoni. Dik it-tilwima kienet tikkonċerna sitwazzjoni fattwali differenti, u kienet tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kompensatorji.

(118)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni fakkret li l-GTĊ kellu l-opportunità li jikkummenta dwar l-allegati distorsjonijiet deskritti fir-Rapport u fir-rieżami ta’ skadenza u jipprovdi evidenza kontra l-allegazzjonijiet. Kif spjegat fil-premessa (47), il-GTĊ naqas milli jwieġeb għall-kwestjonarju rispettiv u għalhekk il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-suq Ċiniż fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(119)

Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC tenniet l-argumenti tagħha, filwaqt li għamlet referenza espliċita għas-sottomissjoni preċedenti tagħha. Barra minn hekk, Xinjiang XLX ressqet argumenti identiċi għal dawk tas-CCCMC.

(120)

L-ewwel, is-CCCMC u Xinjiang XLX saħqu li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkonsistenti mal-liġi tad-WTO u huwa inkonsistenti speċifikament mal-Artikolu 2.2 tal-ADA u kkritikaw lill-Kummissjoni talli ma spjegatx kif il-prattika tagħha fl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku taqbel mar-raġunament stabbilit f’diversi determinazzjonijiet konsistenti tal-Korp tal-Appell tad-WTO li sabu prattiki simili tal-UE u ta’ membri oħra fil-bini tal-valur normali bħala inkonsistenti mal-obbligi tal-Artikolu 2.2 tal-ADA. Barra minn hekk, is-CCCMC u Xinjiang XLX talbu lill-Kummissjoni mhux biss li tiċħad l-argument tagħhom billi tafferma li d-WTO tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, iżda minflok biex jiġi spjegat kif il-Kummissjoni wettqet l-adattament meħtieġ mill-Artikolu 2.2 tal-ADA biex tasal għall-kost tal-produzzjoni “fil-pajjiż tal-oriġini”. Is-CCCMC u Xinjiang XLX irreferew f’dak ir-rigward għas-sejbiet tal-korp tal-Appell fit-tilwim fl-UE — Bijodiżil (l-Arġentina) (DS473) u fl-Ukrajna — miżuri Anti-Dumping fuq in-nitrat tal-ammonju (DS493). Konsegwentement, sakemm il-Kummissjoni tkun bniet valur normali bbażat fuq il-kost tal-produzzjoni fit-Turkija mingħajr ebda aġġustament jew spjegazzjoni ta’ kif dik id-data ġiet finalment adattata biex tirrifletti l-kost tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini — iċ-Ċina, is-CCCMC u Xinjiang XLX argumentaw li l-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni f’din l-investigazzjoni hija inkompatibbli mal-obbligi tal-UE skont l-Artikolu 2.2 tal-ADA. Skont is-CCCMC u Xinjiang XLX, għalhekk hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tirrevedi b’mod fundamentali l-metodoloġija tal-valur normali tagħha u l-konklużjonijiet relatati.

(121)

Dawn l-argumenti ma jistgħux jiġu aċċettati. Kif il-Kummissjoni diġà fakkret fil-premessa (110) hawn fuq, il-ġurisprudenza tal-Korp tal-Appell invokata mis-CCCMC u Xinjiang XLX ma għandhiex x’taqsam mal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Konsegwentement, l-argument li l-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-bini tal-valur normali skont dak l-Artikolu ma tkunx kompatibbli mad-dritt tad-WTO fid-dawl tar-raġunament tal-Korp tal-Appell huwa għalhekk żbaljat. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni ma hijiex sempliċiment qed tiċħad l-argumenti tal-partijiet iżda qed tesprimi l-pożizzjoni legali tagħha li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) huma kompletament konsistenti mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma tistax taqbel mas-CCCMC u ma’ Xinjiang XLX fit-talba tagħhom biex jirrevedu l-metodoloġija mogħtija skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(122)

It-tieni, is-CCCMC u Xinjiang XLX qiesu li r-raġunament tal-Kummissjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti u l-evidenza relatata msemmija mill-Kummissjoni kienu inadegwati. B’mod aktar speċifiku, is-CCCMC u Xinjiang XLX esprimew it-tħassib tagħhom li l-Kummissjoni tkompli tibbaża b’mod sostanzjali fuq ir-Rapport li ġie ppubblikat f’Diċembru 2017 u li, konsegwentement, issa huwa pjuttost antik, bl-ekonomija dinjija, inkluż b’mod partikolari kemm l-ekonomiji tal-UE kif ukoll dawk Ċiniżi, jesperjenzaw taqlib ekonomiku sostanzjali u diġà qed jimplimentaw bidliet importanti fil-politika u bidliet strutturali maħsuba biex jadattaw għaċ-ċirkostanzi domestiċi u globali l-ġodda. Is-CCCMC u Xinjiang XLX indikaw f’dan ir-rigward li l-istrateġija industrijali tal-UE stess, adottata f’Marzu 2020, kellha tiġi aġġornata diġà f’Mejju 2021 biex jitqiesu ċ-ċirkostanzi l-ġodda ta’ “kriżi”. Għaldaqstant, is-CCCMC u Xinjiang XLX kienu tal-fehma li l-elementi deskritti fir-Rapport bħala rilevanti għas-sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti issa jridu jiġu eżaminati mill-ġdid u aġġornati b’konklużjonijiet ġodda speċifiċi dwar jekk għadhomx validi llum. Is-CCCMC u Xinjiang XLX f’dan il-kuntest irreferew ukoll għall-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku li skontu l-Kummissjoni hija, fost l-oħrajn, obbligata taġġorna r-Rapport b’mod regolari.

(123)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-“Opinjonijiet ta’ Gwida dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija petrokimika u kimika matul l-14-il Pjan ta’ 5 Snin”, is-CCCMC u Xinjiang XLX sostnew li l-Kummissjoni naqset milli tqis li (i) dan id-dokument huwa dokument ta’ gwida, mhux regolament vinkolanti li jistabbilixxi obbligi jew regoli dettaljati għas-setturi kkonċernati, kif ukoll li (ii) jinkludi miri jew għanijiet — għanijiet bħal “jingħata rendikont totali lir-rwol deċiżiv tas-suq fl-allokazzjoni tar-riżorsi, jaqdi aħjar ir-rwol tal-gvern” jew “joħloq ambjent tan-negozju orjentat lejn is-suq, legalizzat u internazzjonalizzat” — li jmur kontra l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar id-distorsjonijiet. Bl-istess mod, fir-rigward tal-FYPs ikkwotati mill-Kummissjoni, is-CCCMC u Xinjiang XLX ikkontestaw l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tas-sistema ta’ pjanijiet fiċ-Ċina, filwaqt li indikaw li dawk l-FYPs ma jurux li l-awtoritajiet pubbliċi jressqu deċiżjonijiet vinkolanti iżda pjuttost li l-FYPs ifittxu li jiċċaraw il-partijiet responsabbli rispettivi filwaqt li r-rwol tal-gvernijiet huwa speċifikat separatament li “joħloq ambjent ta’ politika favorevoli, ambjent istituzzjonali, u ambjent legali” — li huwa r-rwol tal-gvernijiet kullimkien inkluż fl-UE. Bl-istess mod, is-CCCMC u Xinjiang tennew l-argument li l-Opinjonijiet ta’ Gwida dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija petrokimika u kimika matul l-14-il FYP iħallu f’idejn l-intrapriżi Ċiniżi biex jieħdu l-azzjonijiet xierqa biex jittrasformaw u jtejbu s-settur, b’mod simili għall-politiki industrijali tal-UE. Barra minn hekk, is-CCCMC u Xinjiang XLX sostnew li l-Kummissjoni ma indirizzatx l-argument li tqajjem qabel, jiġifieri li skont is-sejba tal-Korp tal-Appell f’US — Countervailing Measures, l-eżistenza ta’ distorsjoni fil-prezzijiet li tirriżulta minn intervent tal-gvern trid tiġi stabbilita u spjegata b’mod adegwat mill-awtorità investigattiva fir-rapport tagħha. Is-CCCMC u Xinjiang XLX jifhmu li dan huwa rekwiżit għall-Kummissjoni biex tressaq id-data fattwali attwali u analiżi dettaljata tal-allegat intervent tal-gvern Ċiniż li jirriżulta f’effetti konsegwenti fuq is-suq u impatt fuq l-imġiba fil-livell tal-produtturi. Fl-aħħar nett, is-CCCMC u Xinjiang XLX enfasizzaw il-pożizzjoni tagħhom li l-Kummissjoni hija marbuta li tipproduċi evidenza ta’ eżerċizzju governattiv speċifiku ta’ kwalunkwe setgħa allegata ta’ intervent fis-suq tal-melamina u li rriżultat f’distorsjoni reali u dimostrabbli tal-ipprezzar tal-produtturi tal-melamina rispettivi u li r-referenzi tal-Kummissjoni għall-pjanijiet tal-gvern Ċiniż, l-opinjonijiet ta’ gwida jew inizjattivi oħra ta’ politika tal-gvern Ċiniż ma jistgħux jiġu assimilati ma’ intervent attwali tal-gvern.

(124)

Dawn l-argumenti ma setgħux jiġu aċċettati. Fir-rigward tad-dipendenza tal-Kummissjoni fuq ir-Rapport u l-fatt li ġie ppubblikat fl-2017, il-Kummissjoni ttenni l-pożizzjoni tagħha spjegata fil-premessa (116). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li determinazzjoni dwar il-preżenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma hijiex kundizzjonali fuq l-eżistenza tar-Rapport, wisq inqas fuq id-data tal-pubblikazzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-assjomi bażiċi tal-ekonomija Ċiniża, bħall-paradigma tal-Ekonomija tas-Suq Soċjalista, is-sistema tal-ippjanar jew it-tmexxija tas-CCP fuq l-ekonomija — flimkien mal-preżenza tal-Partit fi ħdan operaturi tas-suq individwali li jinvolvu s-setgħa li jinterferixxu ma’ deċiżjonijiet maniġerjali — ma nbidlux mill-pubblikazzjoni tar-Rapport, ħlief li wieħed jista’ jargumenta li huma saħansitra aktar distinti. Filwaqt li s-sejbiet tar-Rapport għalhekk jibqgħu fil-biċċa l-kbira validi, il-Kummissjoni fi kwalunkwe każ issupplimentathom fl-investigazzjoni preżenti b’aktar evidenza, kif deskritt fid-dettall pereżempju fil-premessi (76), (77), (79), (80) u (84)–(86) hawn fuq. Fid-dawl ta’ dan, anke l-argument tas-CCCMC u ta’ Xinjiang XLX dwar l-obbligu tal-Kummissjoni li taġġorna r-Rapport f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku huwa infondat, peress li l-Kummissjoni tabilħaqq eżaminat iċ-ċirkostanzi rilevanti dwar il-preżenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti speċifikament għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni, filwaqt li qieset l-aktar evidenza reċenti disponibbli (82).

(125)

Fir-rigward tal-paralleli li s-CCCMC u Xinjiang XLX jagħmlu bejn id-dokumenti ta’ politika Ċiniżi u l-istrateġiji industrijali tal-UE, il-Kummissjoni tinnota li l-partijiet ma jippreżentaw l-ebda argument addizzjonali, għajr l-insistenza fuq l-allegata rilevanza tal-politiki industrijali tal-UE fil-kuntest tal-valutazzjoni ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fiċ-Ċina. Konsegwentement, il-Kummissjoni ttenni l-pożizzjoni tagħha espressa diġà fil-premessa (115).

(126)

Fir-rigward tas-sett ta’ argumenti dwar sa liema punt id-dokumenti ta’ politika Ċiniżi msemmija mill-Kummissjoni, bħal dawk ikkwotati fil-premessi (84)–(86) hawn fuq, huma dokument ta’ gwida, kemm in-natura tas-sistema ta’ ppjanar Ċiniża u l-istruttura ekonomika tirriżulta fid-deċiżjonijiet vinkolanti tal-awtoritajiet pubbliċi u sa liema punt id-dokument ta’ politika rilevanti jħalli f’idejn intrapriżi individwali biex jieħdu azzjonijiet xierqa, il-Kummissjoni tinnota li s-CCCMC u Xinjiang XlX jinjoraw ir-rekwiżiti inekwivoċi li jinsabu fid-dokumenti ta’ politika Ċiniżi rilevanti li għandhom jiġu implimentati mill-awtoritajiet riċevituri, kif deskritt pereżempju fil-premessa (84) hawn fuq. Flimkien mal-eżistenza ta’ miri numeriċi speċifiċi dwar kif settur jenħtieġ li jiżviluppa (83), għadu fil-biċċa l-kbira irrilevanti jekk l-operaturi individwali tas-suq, sabiex jiksbu l-objettivi ta’ politika u l-għanijiet ta’ żvilupp stabbiliti, jistgħux jagħżlu l-metodi operazzjonali u għalhekk isegwu dawk l-objettivi ta’ politika b’mod effiċjenti u “bbażat fuq is-suq”. Il-Kummissjoni tfakkar ukoll fl-istrutturi fis-seħħ fiċ-Ċina għal ambjent komprensiv ta’ interventi tal-gvern fl-ekonomija, deskritt b’mod komprensiv fit-taqsimiet 3.2.2.1.1 sa 3.2.2.1.9 hawn fuq. F’dak l-ambjent, l-operaturi individwali tas-suq, bħal Xinjiang XLX, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tal-industrija jwiegħdu l-lealtà tagħhom lejn is-CCP u lejn l-għanijiet ta’ żvilupp stabbiliti mill-Partit/stat (84) u, ta’ dan, jistgħu jistennew appoġġ fl-operat tan-negozju tagħhom, inkluż permezz ta’ politiki fiskali, finanzjarji, ta’ investiment, ta’ tqassim f’żoni u politiki oħra mill-awtoritajiet tal-gvern, banek ikkontrollati mill-Istat eċċ. Konsegwentement, l-awtoritajiet tal-istat jeżerċitaw is-setgħa tagħhom li jsawru s-suq tal-melamina, inkluż fi ħdan operaturi ekonomiċi individwali. Din il-konklużjoni tgħodd irrispettivament min-natura legali speċifika tad-dokumenti ta’ politika individwali, bħall-Opinjonijiet ta’ Gwida dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija petrokimika u kimika matul l-14-il FYP.

(127)

Fir-rigward tar-referenza mis-CCCMC u Xinjiang XLX għas-sejba tal-korp tal-Appell f’US — Countervailing Measures, il-Kummissjoni tinnota li dan l-argument kien diġà indirizzat fil-premessa (117).

(128)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-argumenti tas-CCCMC u ta’ Xinjiang XLX ġew miċħuda.

3.2.2.1.10.   Konklużjoni

(129)

L-analiżi stabbilita fit-taqsimiet 3.2.2.1.2 sa 3.2.2.1.9, li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali, kif ukoll fis-settur tal-prodott taħt rieżami, uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inkluż il-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għaliex huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dan il-każ, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali.

(130)

Konsegwentement, il-Kummissjoni proċediet biex tikkalkola l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

3.2.2.2.   Pajjiż rappreżentattiv

(131)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (85);

Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’dak il-pajjiż (86);

Id-disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(132)

Kif huwa spjegat fil-premessa (50), il-Kummissjoni ħarġet Nota dwar is-sorsi li ddeskriviet il-fatti u l-evidenza sottostanti għall-kriterji rilevanti, u informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tuża lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ, jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata.

(133)

Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni spjegat li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni sinifikanti, hija jkollha tibbaża fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, flimkien ma’ sorsi oħrajn ta’ informazzjoni meqjusa xierqa skont il-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, f’konformità mal-Artikolu 18(5) tar-Regolament bażiku, inkluża l-istatistika dwar l-importazzjoni, l-istatistika nazzjonali tal-pajjiż rappreżentattiv, is-sorsi tal-għarfien tas-swieq, it-tariffi mitluba mill-fornituri tal-utilitajiet fil-pajjiż rappreżentattiv, u l-informazzjoni finanzjarja tal-produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv.

(134)

Fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, l-applikanti eżaminaw seba’ pajjiżi (l-Indja, l-Iran, il-Ġappun, il-Qatar, ir-Russja, Trinidad u Tobago, u l-Istati Uniti tal-Amerika) fejn saret il-produzzjoni tal-melamina (87).

(135)

Fir-rigward tal-livell ta’ żvilupp ekonomiku, ir-Russja biss ikkwalifikat bħala pajjiż f’livell ta’ żvilupp simili għar-RPĊ fil-PIR. Madankollu, minħabba l-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi riċenti fir-Russja, flimkien mas-sanzjonijiet fis-seħħ, kif ukoll il-fatt li r-Russja ddeċidiet li ma tippubblikax data dettaljata dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni minn April 2022 ’l hawn, il-Kummissjoni ma qisitx li r-Russja tikkostitwixxi pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(136)

F’dan ir-rigward, l-applikanti identifikaw lit-Turkija bħala pajjiż f’livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ bi produzzjoni fl-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti, jiġifieri prodotti fil-katina tal-valur tal-ammonijaka, li l-melamina hija wkoll parti minnhom (88).

(137)

Fir-rigward tad-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv, skont it-talba, id-data dwar fatturi importanti tal-produzzjoni kienet faċilment disponibbli fir-rigward tat-Turkija. Barra minn hekk, id-data rilevanti dwar l-SG&A u l-profitti kienet disponibbli pubblikament għall-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti. L-applikanti identifikaw produttur wieħed fl-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti, il-kumpanija Ege Gübre Sanayii A.Ş. (“Ege Gübre”). Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni identifikat żewġ produtturi oħra fl-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti, il-kumpaniji Tekfen Holding A.Ş. (“Tekfen”) u Bagfaş Bandirma Gübre Fabrikalari A.Ş. (“Bagfaş”). It-tliet kumpaniji kollha kienu produtturi ta’ fertilizzanti tan-nitroġenu (89), kellhom informazzjoni finanzjarja disponibbli għall-pubbliku li tkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u kienu profittabbli f’dak il-perjodu.

(138)

Fil-kummenti tagħha dwar in-Nota dwar is-sorsi, is-CCCMC sostniet li l-Kummissjoni jenħtieġ li tqis id-diversi proċessi ta’ produzzjoni u materji primi użati fil-produzzjoni tal-melamina. Barra minn hekk, is-CCCMC argumentat li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża t-tweġiba għall-kwestjonarju minn Xinjiang XLX bħala fatti disponibbli.

(139)

Il-Kummissjoni nnotat li mingħajr kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi tal-melamina li jużaw id-diversi proċessi ta’ produzzjoni u materja prima msemmija mis-CCCMC, hija bbażat is-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli. Kif spjegat fil-premessa (60), f’dan il-każ, il-Kummissjoni sabet li huwa aktar xieraq li tibbaża s-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni fit-talba minflok fuq id-data ta’ kumpanija Ċiniża waħda. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tabilħaqq użat ċerti elementi tat-tweġiba għall-kwestjonarju tal-produttur Ċiniż bħala fatti disponibbli. Għalhekk dawk l-argumenti ġew miċħuda.

3.2.2.3.   Kostijiet u parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni u sorsi użati biex dawn jiġu stabbiliti

(140)

Meta titqies l-informazzjoni kollha fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, u wara li ġew analizzati l-kummenti mill-partijiet interessati, il-fatturi tal-produzzjoni li ġejjin, is-sorsi tagħhom u l-valuri mingħajr distorsjoni ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi ta’ produzzjoni tal-melamina

Fattur tal-Produzzjoni

Kodiċi tal-Komodità fit-Turkija

Valur mingħajr distorsjoni (CNY)

Unità ta’ kejl

Sors ta’ informazzjoni

Materja prima

Urea

310210

4,41

kg

Global Trade Atlas (“GTA”) (90)

Ammonijaka

281410

5,91

kg

GTA

Enerġija/Utilitajiet

Elettriku

mhux applikabbli

0,56

kWh

Istitut Tork tal-Istatistika

Gass naturali

mhux applikabbli

53,58

GJ

Istitut Tork tal-Istatistika

Fwar

mhux applikabbli

199,04

tunnellata

Talba għal rieżami ta’ skadenza

Ilma

mhux applikabbli

9,78

m3

Direttorat Ġenerali tal-Ilma u d-Drenaġġ tal-Belt ta’ Kocaeli

Manodopera

Ħaddiema b’ħiliet speċjalizzati u mingħajr ħiliet speċjalizzati

mhux applikabbli

35,53

siegħa

Istitut Tork tal-Istatistika

Prodott sekondarju

Ammonijaka

281410

5,89

kg

GTA

3.2.2.3.1.   Materja prima

(141)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjata sal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA, li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni (91) u l-kostijiet tat-trasport (92). Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO (“pajjiżi mhux tad-WTO”), elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (93).

(142)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-taqsima 3.2.2.1 hija kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-pajjiżi mhux tad-WTO lejn il-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv.

(143)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-inputs, li għalihom intużat l-istatistika dwar l-importazzjoni bħala s-sors tal-kost mingħajr distorsjoni, kinux soġġetti fit-Turkija għal restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni li jistgħu potenzjalment ifixklu l-prezzijiet domestiċi u, għalhekk, anki l-prezzijiet tal-importazzjoni (94). Il-Kummissjoni sabet li t-Turkija ma applikat l-ebda restrizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-urea u tal-ammonijaka fil-PIR.

(144)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk il-prezzijiet tal-importazzjoni setgħux ġew distorti mill-importazzjonijiet mir-RPĊ u minn pajjiżi mhux tad-WTO (95). Il-Kummissjoni sabet li inqas minn 14,5 % tal-importazzjonijiet tal-urea oriġinaw fir-RPĊ u f’pajjiżi mhux tad-WTO fil-PIR. Fir-rigward tal-ammonijaka, is-sehem tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ u minn pajjiżi mhux tad-WTO ma qabiżx iż-0,01 % fil-PIR. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezzijiet tal-importazzjoni x’aktarx ma kinux affettwati mill-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-pajjiżi mhux tad-WTO.

(145)

Fil-kummenti tagħha dwar in-Nota dwar is-sorsi, is-CCCMC argumentat li l-Kummissjoni jenħtieġ li ma tużax il-prezzijiet tal-importazzjoni biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-materja prima fit-Turkija peress li dawk il-prezzijiet kienu affettwati minn diversi fatturi, eż. il-kwantità importata, id-distanza lejn il-pajjiż tal-oriġini, u għalhekk ma kinux jirriflettu l-prezzijiet domestiċi tal-materja prima fit-Turkija.

(146)

Il-Kummissjoni ma qablitx. Il-materja prima importata tikkompeti f’termini ta’ prezz mal-materja prima domestika fis-suq Tork. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni kien jirrifletti b’mod suffiċjenti l-prezz domestiku tal-materja prima fit-Turkija.

(147)

Barra minn hekk, fil-kummenti tagħha dwar in-Nota dwar is-sorsi, is-CCCMC sostniet li jekk il-Kummissjoni tkompli tuża l-prezzijiet tal-importazzjoni bħala indikatur għall-prezzijiet domestiċi tal-materja prima fil-pajjiż rappreżentattiv, jenħtieġ li tnaqqas il-valur tagħhom bil-valur tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-assigurazzjoni inkluż fl-istatistika dwar l-importazzjoni rreġistrata fil-livell CIF.

(148)

Il-Kummissjoni ma qablitx. Kif stabbilit fil-premessa (146), il-prezzijiet tal-importazzjoni jirriflettu l-livell tal-prezzijiet prevalenti fis-suq domestiku tal-pajjiż rappreżentattiv. Madankollu, il-kost totali ta’ materja prima mġarrab minn produttur fil-pajjiż rappreżentattiv jinkludi l-kost kollu mġarrab għall-akkwist tal-materja prima u għat-trasport tagħha sal-fabbrika. Dan huwa wkoll il-punt fejn jikkompetu l-prezzijiet tal-materja prima importata u domestika. Għalhekk, il-prezz tal-importazzjoni tal-materja prima fil-livell CIF kompla jiżdied bid-dazju tal-importazzjoni u l-kost tat-trasport applikabbli fil-pajjiż rappreżentattiv kif imsemmi fil-premessa (141).

(149)

Fl-aħħar nett, fil-kummenti tagħha dwar in-Nota dwar is-sorsi, is-CCCMC iddikjarat li l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-urea ma kienx parametru referenzjarju xieraq u għalhekk jenħtieġ li jiġi aġġustat għat-tliet raġunijiet li ġejjin:

Il-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-urea fit-Turkija żdied b’aktar mid-doppju matul il-perjodu kkunsidrat bħala konsegwenza tal-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna (minn USD 264/tunnellata fl-2019 għal USD 568/tunnellata fil-PIR (96));

L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerka (“l-Istati Uniti”) ħolqu distorsjoni fil-prezz medju tal-importazzjoni bi prezz unitarju eċċessivament għoli ta’ madwar 1 500 CNY/kg. L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti jenħtieġ li għalhekk jiġu esklużi (97);

L-importazzjonijiet mill-Qatar ħolqu distorsjoni fil-prezz medju tal-importazzjoni peress li kienu soġġetti għal miżuri anti-dumping imposti mill-Indja. B’mod simili għall-punt preċedenti, l-importazzjonijiet mill-Qatar jenħtieġ li jiġu esklużi (98).

(150)

Fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-prezz tal-importazzjoni tal-urea fit-Turkija, il-Kummissjoni sabet li dan segwa perfettament l-evoluzzjoni tal-prezz tal-importazzjoni tal-urea fl-aqwa 5 swieq li jimportaw l-urea (l-Indja, il-Brażil, l-Istati Uniti, l-Unjoni, l-Awstralja) li jirrappreżentaw 60 % tal-importazzjonijiet dinjiji tal-urea (99). Il-prezz tal-importazzjoni tal-urea f’dawk il-ħames swieq l-ewwel naqas bi ftit fl-2020, imbagħad żdied b’mod stabbli fl-2021 u fil-PIR. Fil-PIR, dan laħaq aktar mid-doppju tal-valur tal-2019.

(151)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezz tal-importazzjoni tal-urea fit-Turkija ma kienx distort. Pjuttost segwa x-xejriet tal-prezzijiet globali li jikkonċernaw l-urea.

(152)

Fir-rigward tal-prezz tal-importazzjoni tal-urea li toriġina mill-Istati Uniti, il-Kummissjoni nnotat li l-prezz unitarju eċċessivament għoli kien jikkonċerna biss 8 kg minn kważi 2 miljun tunnellata ta’ urea importata lejn it-Turkija fil-PIR. Għalhekk, ma kellu l-ebda effett fuq il-prezz medju ponderat tal-importazzjoni użat bħala parametru referenzjarju għall-valur mingħajr distorsjoni tal-urea.

(153)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Qatar li huma soġġetti għal dazji anti-dumping fl-Indja, il-Kummissjoni nnotat li l-ewwel nett, is-CCCMC ma pprovdiet l-ebda evidenza li turi li s-sejbiet tad-dumping li saru mill-awtoritajiet Indjani jenħtieġ li jiġu estiżi għall-esportazzjonijiet tal-Qatar lejn it-Turkija. It-tieni, il-miżuri imposti mill-Indja kienu jikkonċernaw il-melamina u mhux l-urea, il-materja prima inkwistjoni.

(154)

Wara l-kunsiderazzjonijiet indikati fil-premessi (150) sa (153), il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti tas-CCCMC deskritti fil-premessa (149).

(155)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCMC tenniet li l-importazzjonijiet mill-Qatar jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kalkolu tal-kost mingħajr distorsjoni tal-urea peress li l-esportazzjonijiet tal-Qatar kienu soġġetti għal miżuri anti-dumping fl-Indja. Il-parti rreferiet għar-rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings iwweldjati tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mir-RPĊ fejn il-Kummissjoni rrifjutat lill-Malażja bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali fuq il-bażi li l-Istati Uniti kellhom fis-seħħ miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ tali fittings li joriġinaw mill-Malażja (100).

(156)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnotat li kull investigazzjoni għandha tiġi vvalutata fuq il-merti tagħha stess u deċiżjoni meħuda f’investigazzjoni waħda ma toħloqx preċedent validu b’mod universali għal kwalunkwe investigazzjoni sussegwenti oħra. It-tieni, fil-każ, li rreferiet għalih is-CCCMC, il-Malażja tqieset bħala wieħed mill-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali. Is-sejbiet tad-dumping magħmula minn ġuriżdizzjoni oħra kienu rilevanti peress li d-deċiżjonijiet dwar l-ipprezzar tal-produtturi tal-fittings fil-Malażja, influwenzati mill-imġiba tad-dumping tagħhom, setgħu fixklu l-livelli ta’ SG&A tagħhom u l-livelli ta’ profittabbiltà. F’dan il-każ, il-Qatar ma ntużax bħala sors ta’ informazzjoni finanzjarja, jiġifieri SG&A u l-profitt mhux distort. Kien biss wieħed mill-pajjiżi ta’ oriġini tal-urea importata lejn it-Turkija u bħala tali kkontribwixxa għall-valur tal-kost mingħajr distorsjoni tal-urea. Minn dan isegwi li ż-żewġ sitwazzjonijiet kienu kompletament mhux analogi. Ma kien hemm l-ebda indikazzjoni (u l-ebda argument imressaq mir-rikorrenti għal dak il-għan) li l-allegata mġiba ta’ dumping fir-rigward ta’ suq terz ikollha effett distorsiv fuq il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-Qatar tal-urea lejn it-Turkija. Konsegwentement, l-argumentazzjoni ġiet miċħuda.

(157)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCMC tenniet ukoll li l-Kummissjoni jenħtieġ li tnaqqas in-nol bil-baħar u l-assigurazzjoni mill-prezz tal-importazzjoni tal-materja prima. Skont is-CCCMC, il-Kummissjoni naqset milli tiċċara għaliex il-prezzijiet tal-importazzjoni kienu jirriflettu l-livell tal-prezz prevalenti fis-suq domestiku tal-pajjiż rappreżentattiv. F’dan ir-rigward, is-CCCMC argumentat li l-kost ta’ kumpanija fil-pajjiż rappreżentattiv kien jinkludi biss il-kost tal-materja prima u tan-nol domestiku.

(158)

Il-Kummissjoni ma qablitx. Meta produttur tal-prodott taħt rieżami fil-pajjiż rappreżentattiv jeżamina jekk jenħtieġx li jakkwista materja prima minn fornitur domestiku jew barrani, dan iqabbel il-kost totali tal-materja prima sal-fabbrika tiegħu. Għal materja prima fornuta minn fornitur domestiku fil-pajjiż rappreżentattiv, tali kost totali normalment jinkludi l-prezz tal-materja prima u tan-nol domestiku. Fejn il-materja prima tiġi fornuta minn fornitur barrani, il-kost totali normalment jinkludi l-prezz tal-materja prima, in-nol domestiku fil-pajjiż esportatur, l-immaniġġar u t-tagħbija (jiġifieri l-prezz fil-livell FOB), it-trasport tal-merkanzija bil-baħar u l-assigurazzjoni (jiġifieri l-prezz fil-livell CIF disponibbli fl-istatistika tal-importazzjoni), id-dazju tal-importazzjoni (jiġifieri l-prezz tal-iżbark), u n-nol domestiku. Produttur fil-pajjiż rappreżentattiv ġeneralment jiddeċiedi li jakkwista minn barra l-pajjiż biss meta l-prezz tal-importazzjoni sal-fabbrika tiegħu jkun kompetittiv mal-prezz ta’ fornitur domestiku. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-prezzijiet tal-importazzjoni fil-livell CIF, jiġifieri inklużi t-trasport tal-merkanzija bil-baħar u l-assigurazzjoni, tal-materja prima kienu indikatur xieraq għall-prezzijiet domestiċi (fil-livell EXW) ta’ dik il-materja prima fil-pajjiż rappreżentattiv. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumentazzjoni.

3.2.2.3.2.   Enerġija/utilitajiet

(159)

Il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tuża l-prezzijiet medji tal-elettriku applikabbli għall-utenti industrijali fit-tieni nofs tal-2021 u fl-ewwel nofs tal-2022 kif ippubblikati mill-Istitut Statistiku tat-Turkija (101). Il-Kummissjoni użat tariffi applikabbli għall-medda ta’ konsum ta’ bejn 70 000 u 150 000 MWh. Sabiex tiddetermina l-medda ta’ konsum applikabbli, il-Kummissjoni użat il-konsum tal-elettriku rrapportat minn Xinjiang XLX bħala fatti disponibbli.

(160)

Il-prezzijiet tal-elettriku rrapportati mill-Istitut Tork tal-Istatistika kienu jinkludu t-taxxi kollha. Għalhekk, il-Kummissjoni naqqset il-VAT ta’ 18 % mill-prezz tal-elettriku rrapportat fl-istatistika nazzjonali.

(161)

Il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tuża l-prezzijiet medji tal-gass naturali applikabbli għall-utenti industrijali fit-tieni nofs tal-2021 u fl-ewwel nofs tal-2022 kif ippubblikati mill-Istitut Statistiku tat-Turkija (102). Il-Kummissjoni użat tariffi applikabbli għall-medda ta’ konsum minn 26 100 000 sa 104 000 000 m3. Sabiex tiddetermina l-medda ta’ konsum applikabbli, il-Kummissjoni użat il-konsum tal-gass naturali rrapportat minn Xinjiang XLX bħala fatti disponibbli.

(162)

L-unità ta’ kejl użata fl-istatistika Torka kienet il-metru kubu. Madankollu, il-konsum irrapportat fit-talba għal rieżami ta’ skadenza tkejjel f’gigajoules (GJ). Il-Kummissjoni użat il-fattur ta’ konverżjoni ta’ 0,0373 GJ/m3 biex tasal għal kost mingħajr distorsjoni ta’ gigajoule wieħed fit-Turkija.

(163)

Il-prezzijiet tal-gass naturali rrapportati mill-Istitut Tork tal-Istatistika kienu jinkludu t-taxxi kollha. Għalhekk, il-Kummissjoni naqqset il-VAT ta’ 18 % mill-prezz tal-gass naturali rrapportat fl-istatistika nazzjonali.

(164)

Sabiex tiddetermina l-kost mingħajr distorsjoni tal-fwar, il-Kummissjoni applikat l-approċċ użat fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. L-applikanti ddeterminaw il-kost mingħajr distorsjoni tal-fwar billi mmultiplikaw il-kost mingħajr distorsjoni tal-gass naturali b’fattur ibbażat fuq ir-relazzjoni empirika bejn il-kost tal-gass naturali u l-kost tal-fwar osservat mill-applikanti.

(165)

Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet applikabbli tal-ilma fit-Turkija li d-Direttorat Ġenerali tal-Ilma u d-Drenaġġ tal-Belt ta’ Kocaeli (103), li huwa responsabbli għall-provvista tal-ilma, għall-ġbir u għat-trattament tad-drenaġġ fil-provinċja ta’ Kocaeli, iżomm lill-utenti industrijali. Il-prezzijiet applikabbli kienu disponibbli faċilment fuq is-sit web tal-awtorità Torka.

(166)

Fil-kummenti tagħha dwar in-Nota dwar is-sorsi, is-CCCMC argumentat li l-kostijiet tal-elettriku u tal-gass naturali fit-Turkija kienu distorti peress li kienu qed jiżdiedu b’mod konsiderevoli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Is-CCCMC affermat li ż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija kienu kkawżati mill-pressjoni fuq il-prezz tal-gass naturali wara l-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna, fejn ikkwotat ir-rapport ta’ Melamine (Ewropa) ippubblikat mis-Servizzi Indipendenti ta’ Intelligence dwar il-Prodotti Bażiċi (“ICIS”) (104) fit-23 ta’ Marzu 2022.

(167)

Mill-bidu nett, il-Kummissjoni nnotat li r-rapport ikkwotat mis-CCCMC ma pprovda l-ebda analiżi komprensiva tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija fl-Ewropa, b’mod partikolari meta mqabbla mar-RPĊ. Huwa sempliċiment semma ż-żieda fil-prezzijiet tal-gass naturali fil-kuntest tan-negozjati dwar il-prezzijiet tal-melamina għat-tieni kwart tal-2022, jiġifieri l-aħħar trimestru tal-PIR.

(168)

Barra minn hekk, il-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna fixklet is-swieq tal-enerġija madwar id-dinja (105). Għalhekk, it-tendenza ta’ prezzijiet tal-enerġija li qed jiżdiedu fit-Turkija ma tistax titqies bħala okkorrenza iżolata purament applikabbli għas-suq Tork.

(169)

Għalkemm il-kost mingħajr distorsjoni tal-elettriku u tal-gass naturali ddeterminat inizjalment kien jirrappreżenta biss 5 % tal-valur normali maħdum, il-kost mingħajr distorsjoni tal-fwar kien marbut mal-kost tal-gass naturali u kien jammonta għal 15 % tal-valur normali maħdum.

(170)

Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat ulterjorment l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija mħallsa mill-utenti industrijali fit-Turkija. Il-kost mingħajr distorsjoni tal-elettriku inizjalment ġie ddeterminat fil-livell ta’ CNY 0,65/kWh u tal-gass naturali fil-livell ta’ CNY 80,91/GJ.

(171)

Il-Kummissjoni sabet li fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass naturali żdiedu b’rata li kienet ferm ogħla mir-rata ta’ inflazzjoni diġà għolja (78,6 % (106)) fit-Turkija. Il-prezzijiet tal-enerġija żdiedu b’mod partikolari fl-ewwel nofs tal-2022 fejn il-kost tal-elettriku kien ta’ 3,5 darbiet u l-gass kien ta’ sitt darbiet aktar milli fl-ewwel nofs tal-2021.

(172)

Għalhekk, filwaqt li qieset is-sehem sinifikanti tal-elettriku, tal-gass naturali u tal-istim fuq il-valur normali maħdum, il-Kummissjoni sabet li huwa xieraq li taġġusta l-kost iddeterminat inizjalment mingħajr distorsjoni tal-elettriku u tal-gass naturali. Il-Kummissjoni użat il-prezz tal-elettriku u tal-gass naturali applikabbli għall-utenti industrijali Torok fit-tieni nofs tal-2021 bħala l-punt tat-tluq u żiedet dawk it-tariffi f’konformità mat-tkabbir fil-prezz tal-enerġija li nstab f’Xinjiang XLX (107) biex tiddetermina l-parametru referenzjarju għall-ewwel nofs tal-2022. Sussegwentement, il-Kummissjoni kkalkolat il-kost medju mingħajr distorsjoni tal-elettriku, tal-gass u tal-fwar billi użat il-prezzijiet attwali applikabbli fit-Turkija fit-tieni nofs tal-2021 u l-valuri aġġustati għall-ewwel nofs tal-2022. Wara dawk l-aġġustamenti, is-sehem tal-elettriku, tal-gass naturali u tal-fwar fuq il-valur normali maħdum naqas għal 15 %.

3.2.2.3.3.   Manodopera

(173)

Fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, l-applikanti użaw informazzjoni dwar is-salarji għal ħaddiema tas-sengħa (inġinier fis-settur industrijali) u ħaddiema mhux tas-sengħa (ħaddiem fil-fabbrika) fit-Turkija ppubblikata mill-Istitut tar-Riċerka Ekonomika (108). Madankollu, l-informazzjoni disponibbli kemm fil-verżjoni miftuħa tat-talba għal rieżami ta’ skadenza kif ukoll fuq is-sit web rispettiv ma ppermettietx li jiġi kkonfermat il-perjodu kopert mid-data. Barra minn hekk, il-parametru referenzjarju użat mill-applikanti kien fih biss salarji iżda l-ebda kost addizzjonali tal-manodopera, eż. kontribuzzjonijiet soċjali.

(174)

Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-informazzjoni dwar il-kost lavorattiv fis-settur industrijali rilevanti disponibbli mill-Istitut Statistiku tat-Turkija (109). Il-Kummissjoni użat l-aktar kost lavorattiv fis-siegħa riċenti (110) rreġistrat fid-Diviżjoni 20 — Manifattura ta’ sustanzi kimiċi u prodotti kimiċi tal-klassifikazzjoni Statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE Rev. 2) (111). Peress li l-aktar data reċenti kopriet biss is-sena 2020, il-Kummissjoni aġġustat il-kost lavorattiv bl-użu tal-indiċi tal-kost lavorattiv applikabbli għall-manifattura fit-tielet u r-raba’ trimestru tal-2021 u fl-ewwel u fit-tieni trimestru tal-2022 (112) kif ippubblikat mill-Istitut Statistiku tat-Turkija.

3.2.2.3.4.   Prodotti sekondarji

(175)

Skont l-informazzjoni fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, fil-produzzjoni tal-melamina jinkiseb prodott sekondarju wieħed biss, jiġifieri l-ammonijaka. Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tagħha, il-Kummissjoni żiedet ukoll id-dazji tal-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport intern mal-prezz medju tal-importazzjoni lejn it-Turkija, billi segwiet l-istess metodoloġija bħal dik għall-materja prima.

(176)

L-ammonijaka miksuba bħala prodott sekondarju tiġi introdotta mill-ġdid fil-proċess tal-produzzjoni fl-impjant tal-urea. Skont it-talba għal rieżami ta’ skadenza, l-effiċjenza ta’ tali ammonijaka fl-impjant tal-urea hija aktar baxxa mill-effiċjenza tal-ammonijaka prodotta oriġinarjament biex tintuża fl-impjant tal-urea. Għalhekk, l-applikanti naqqsu l-valur mingħajr distorsjoni tal-prodott sekondarju b’perċentwal ibbażat fuq l-esperjenza preċedenti tagħhom. Il-Kummissjoni applikat l-istess koeffiċjent ta’ aġġustament.

3.2.2.3.5.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti

(177)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(178)

Fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, l-applikanti stmaw kost fiss abbażi tal-kost fiss imġarrab minn wieħed mill-applikanti fil-produzzjoni ta’ tunnellata ta’ melamina. Il-kost fiss stmat ġie aġġustat ’l isfel biex jirrifletti d-differenza fil-livell ta’ żvilupp bejn it-Turkija u l-Istat Membru fejn jinsab l-applikant.

(179)

Il-Kummissjoni inkludiet dawk il-kostijiet fissi fil-kalkolu tal-kost tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni bħala kostijiet ġenerali tal-manifattura skont il-metodoloġija applikata mill-applikanti. Il-valur attwali tal-kost fiss ġie aġġornat abbażi tat-tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju sottomessa mill-applikant imsemmija fil-premessa (178) u aġġustat għad-differenza fil-livell tal-iżvilupp ekonomiku.

(180)

Kif spjegat fil-premessa (137), ma kien hemm l-ebda produttur tal-melamina fit-Turkija. Għalhekk, l-SG&A u l-profitti ġew stabbiliti abbażi tal-informazzjoni finanzjarja ta’ tliet produtturi Torok fl-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti. F’din l-investigazzjoni, dan jirreferi għal produtturi ta’ prodotti fil-katina tal-valur tal-ammonjika, li l-melamina hija wkoll parti minnhom, jiġifieri l-fertilizzanti tan-nitroġenu.

(181)

Il-Kummissjoni użat l-informazzjoni finanzjarja li tkopri l-PIR ippubblikata mill-kumpaniji Ege Gübre (113), Tekfen (114), u Bagfaş (115) fuq is-siti web tagħhom jew permezz ta’ pjattaforma ta’ divulgazzjoni pubblika online. Fejn disponibbli, il-Kummissjoni bbażat fuq id-data rrapportata għal segment li huwa l-eqreb tal-prodott taħt rieżami. L-introjtu u l-ispejjeż minn attivitajiet ta’ investiment ġew injorati.

(182)

It-tliet kumpaniji kollha kellhom informazzjoni finanzjarja disponibbli għal perjodi li jkopru l-PIR. Barra minn hekk, it-tliet kumpaniji kollha kienu profittabbli fil-PIR. Għalhekk, il-Kummissjoni kkalkolat medja ponderata tal-SG&A u l-profitti sabiex tiddetermina l-SG&A u l-profitti mingħajr distorsjoni fil-pajjiż rappreżentattiv.

(183)

Il-medja ponderata applikabbli tal-SG&A u l-profitti ġiet stabbilita bħala perċentwal tal-kost tal-oġġetti mibjugħa, 16,5 % u 21,6 % rispettivament.

(184)

Fil-kummenti tagħha dwar in-Nota dwar is-sorsi, is-CCCMC argumentat li l-fertilizzanti tan-nitroġenu jirrappreżentaw prodotti b’karatteristiċi fiżiċi u kimiċi differenti mill-melamina, użu aħħari u klijenti fil-mira differenti. Għalhekk, jenħtieġ li tintuża d-data finanzjarja tal-produtturi tal-melamina fit-Turkija. Jekk tali data ma tkunx disponibbli, il-Kummissjoni jenħtieġ li terġa’ lura għall-SG&A u għall-profitti tal-applikanti bħala produtturi attwali tal-melamina. U fl-aħħar nett, jekk il-Kummissjoni tinsisti fuq l-użu tal-informazzjoni finanzjarja tal-kumpaniji Torok, jenħtieġ li jitqiesu biss l-SG&A u l-profitti ta’ Tekfen peress li ż-żewġ kumpaniji l-oħra ma kellhomx informazzjoni finanzjarja awditjata.

(185)

Il-Kummissjoni nnotat li l-fertilizzanti tan-nitroġenu li qed jiġu prodotti fil-katina tal-valur tal-ammonijaka jistgħu jitqiesu sew fl-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti. L-SG&A u l-profitti tal-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jintużaw f’dan il-każ meta jitqies il-livell differenti ta’ żvilupp ekonomiku bejn ir-RPĊ u l-Unjoni. Fl-aħħar nett, la l-Kummissjoni, u lanqas is-CCCMC ma setgħu jiddeterminaw jekk l-informazzjoni finanzjarja ta’ Ege Gübre u Bagfaş ġietx awditjata jew le. Peress li f’din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni bbażat fuq informazzjoni finanzjarja ta’ kumpaniji li ma kinux fil-fatt jipproduċu l-prodott taħt rieżami, medja ponderata tat-tliet produtturi kollha tqieset aktar xierqa u rappreżentattiva.

(186)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumentazzjoni tas-CCCMC dwar l-SG&A u l-profitti mingħajr distorsjoni.

(187)

Wara r-rivelazzjoni finali, Xinjiang XLX u s-CCCMC tennew li l-Kummissjoni jenħtieġ li teskludi lill-Ege Gübre u Bagfaş mid-determinazzjoni tal-SG&A u l-profitt, peress li ma kienx ċar jekk ir-rapporti finanzjarji taż-żewġ kumpaniji ġewx awditjati.

(188)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni wettqet aktar riċerka u setgħet tikkonferma li l-informazzjoni finanzjarja taż-żewġ kumpaniji, Ege Gübre (116) u Bagfaş (117), ġiet awditjata fil-perjodi użati biex jiġu stabbiliti l-SG&A u l-profitt. Għalhekk, l-argumentazzjoni hija miċħuda.

3.2.2.4.   Kalkolu tal-valur normali

(189)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(190)

Peress li l-melamina hija komodità mingħajr aktar tipi ta’ prodotti, il-valur normali nħadem għal prodott (tip) wieħed biss.

(191)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni sinifikanti mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikanti fit-talba għal rieżami ta’ skadenza dwar l-użu ta’ kull fattur tal-produzzjoni fil-manifattura tal-melamina bl-użu tat-teknoloġija Eurotecnica.

(192)

Il-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura tnaqqas bil-valur mingħajr distorsjoni tal-prodott sekondarju aġġustat ’l isfel għat-telf tal-effiċjenza (ara l-premessi (175) u (176)).

(193)

Il-Kummissjoni mbagħad żiedet il-kostijiet ġenerali tal-manifattura mal-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura biex tasal għal kost tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni. L-applikanti rrapportaw il-kostijiet ġenerali tal-manifattura bħala kost fiss fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. Il-valur tal-kost fiss ġie aġġornat f’konformità mat-tweġiba għall-kwestjonarju dwar id-dannu tal-applikant rispettiv u aġġustat ’l isfel għad-differenza fil-livell tal-iżvilupp ekonomiku.

(194)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni żiedet l-SG&A u l-profitt mingħajr distorsjoni fil-livell ta’ 16,5 % u 21,6 % rispettivament mal-kost tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni (ara l-premessi (180) sa (183)).

(195)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni sabet li fir-RPĊ it-taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”) applikata fuq l-esportazzjonijiet tal-melamina (13 %) ġiet rimborżata biss parzjalment (10 %). Id-differenza bejn il-VAT imħallsa jew pagabbli u r-rifużjoni żiedet il-kost tal-produtturi fir-RPĊ meta jipproduċu l-melamina għall-esportazzjonijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni żiedet 3 % oħra mal-valur mingħajr distorsjoni tal-melamina ddeterminat f’konformità mal-premessi (191) sa (194).

(196)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.2.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(197)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni sinifikanti mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ, il-prezz tal-esportazzjoni tal-importazzjonijiet kollha tal-melamina ġie ddeterminat abbażi tad-data dwar l-importazzjoni mill-Eurostat, li ġiet irreġistrata fil-livell CIF, aġġustata għal-livell ex-works billi tnaqqsu l-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar, tal-assigurazzjoni u tat-trasport domestiku fir-RPĊ.

(198)

Il-kost medju tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-assigurazzjoni kien ibbażat fuq l-analiżi tal-istatistika dwar l-importazzjoni disponibbli fil-GTA (118). Il-Kummissjoni stabbiliet il-valur tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-assigurazzjoni bħala d-differenza bejn il-prezz tal-importazzjoni ta’ unità fl-Unjoni tal-melamina li toriġina mir-RPĊ (irreġistrata fil-livell CIF) u l-prezz tal-esportazzjoni ta’ unità tal-melamina esportata mir-RPĊ lejn l-Unjoni (irreġistrata fil-livell FOB) fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(199)

It-trasport domestiku fir-RPĊ kien ibbażat fuq ir-rapport tal-pajjiż tar-RPĊ intitolat Doing Business (119).

3.2.4.   Marġni tat-tqabbil u tad-dumping

(200)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku mal-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ex-works kif stabbilit hawn fuq. Abbażi ta’ dan, il-marġni ta’ dumping medju ponderat, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ aktar minn 40 %.

(201)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping tkompla matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami.

3.3.   Probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping

(202)

Wara s-sejbiet tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping jekk il-miżuri jiġu revokati. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

3.3.1.   Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

(203)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza (120). Il-kapaċità tal-produzzjoni annwali ġiet stmata abbażi tal-kapaċità tal-produzzjoni fl-2020 u l-proġetti ta’ espansjoni tal-kapaċità li kienu għaddejjin fl-2021 kif irrappurtat mill-applikanti (121). Barra minn hekk, il-Kummissjoni identifikat aktar proġetti ta’ espansjoni tal-kapaċità (mhux inklużi fir-rapport CEH) abbażi tal-informazzjoni ppubblikata minn Eurotecnica (122). Konsegwentement, il-kapaċità ta’ produzzjoni annwali diġà disponibbli fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ta’ [2 600 000–2 800 000] tunnellata x’aktarx li tiżdied għal [3 000 000–3 200 000] tunnellata fis-snin li ġejjin.

(204)

L-użu tal-kapaċità ġie stmat fil-livell ta’ [40–45] % fil-PIR u huwa mistenni li jiżdied għal [45–55] % sal-2025 (123). Konsegwentement, il-volum tal-produzzjoni ammonta għal [1 040 000–1 260 000] tunnellata fil-PIR u x’aktarx li jiżdied għal [1 350 000–1 760 000] tunnellata sal-2025.

(205)

Għalhekk, il-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ ammontat għal aktar minn 1 500 000 tunnellata fil-PIR u tista’ tvarja bejn 1 400 000 u 1 600 000 tunnellata fil-futur qrib. Dan huwa kważi erba’ darbiet il-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

(206)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti, li jistgħu jiġu mobilizzati għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, u jżidu ħafna l-probabbiltà ta’ esportazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

3.3.2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(207)

Sabiex tiddetermina l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni meta mqabbla mal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi, id-daqs tas-suq tal-Unjoni, u l-miżuri eżistenti imposti minn pajjiżi terzi li għalqu s-swieq tagħhom għall-melamina Ċiniża.

(208)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni sinifikanti, il-Kummissjoni użat il-GTA (124) għall-esportazzjonijiet Ċiniżi taħt is-subintestatura HS 2933 61 (Melamina) biex tqabbel il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni ma’ dawk lejn swieq terzi kif ukoll mal-prezz medju tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni.

(209)

Fil-PIR, il-produtturi Ċiniżi esportaw 588 elf tunnellata ta’ melamina, jiġifieri madwar nofs il-produzzjoni stmata tagħhom. L-aktar swieq importanti tal-esportazzjoni ta’ pajjiżi terzi kienu l-Indja (14 %), it-Turkija (12 %), ir-Russja (8 %), il-Brażil (8 %), il-Vjetnam (6 %) u t-Tajlandja (6 %).

(210)

Il-prezz medju ponderat tal-esportazzjonijiet Ċiniżi (fil-livell FOB) lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien 10 % ogħla mill-prezz medju ponderat tal-esportazzjonijiet lejn is-sitt destinazzjonijiet tal-esportazzjoni msemmija fil-premessa (209). Barra minn hekk, il-prezz tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni kien sa 12 % ogħla mill-prezz tal-esportazzjoni lejn l-Indja, it-tieni l-aktar suq tal-esportazzjoni importanti (wara l-Unjoni b’sehem ta’ 15 %).

(211)

Il-Kummissjoni aġġustat ulterjorment il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn swieq terzi elenkati fil-premessa (209) (fil-livell FOB) għal-livell CIF fil-fruntiera tal-Unjoni billi żiedet il-kost medju tan-nol bil-baħar u tal-assigurazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni (ara l-premessa (198)). Dawn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi kienu 27 % inqas mill-prezz medju tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Jekk il-miżuri jiġu revokati, il-produttur esportatur Ċiniż ikollu inċentiv biex jesporta lejn l-Unjoni bi prezzijiet ogħla minn dawk mitluba lill-klijenti f’pajjiżi terzi, iżda xorta aktar baxxi mill-prezz tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni, u b’hekk jeżerċita pressjoni addizzjonali fuq il-prezz fl-Unjoni.

(212)

Barra minn hekk, il-konsum tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ammonta għal madwar 430 elf tunnellata u għalhekk kien jirrappreżenta [35–40] % tal-produzzjoni stmata tal-melamina fir-RPĊ.

(213)

L-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ kellhom sehem sinifikanti mis-suq fis-suq tal-Unjoni fit-tieni nofs tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Is-sehem mis-suq żdied fl-2021 (6,4 %) u b’mod partikolari fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami (14,9 %). Din l-evoluzzjoni kienet tikkorelata maż-żieda fil-prezz tal-melamina fis-suq tal-Unjoni u turi li l-kombinazzjoni tad-daqs u l-prezzijiet tas-suq tal-Unjoni tattira influss ta’ melamina Ċiniża, li nstab li ġiet esportata bi prezzijiet oġġett ta’ dumping fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

(214)

Fl-aħħar nett, żewġ swieq ta’ pajjiżi terzi — l-Istati Uniti u l-Unjoni Ekonomika Ewrażjatika (“EAEU”) — żammew miżuri ta’ difiża tal-kummerċ li parzjalment jew kompletament għalqu s-swieq tagħhom għall-importazzjonijiet mir-RPĊ. L-Istati Uniti imponew miżuri anti-dumping u kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw mir-RPĊ fl-2015 u estendew l-applikazzjoni tagħhom għal 5 snin oħra fl-2021 (125). L-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-melamina lejn l-Istati Uniti huma soġġetti għal dazju anti-dumping għall-pajjiż kollu ta’ 363,31 % u dazju residwu antisussidji ta’ 154,58 %. F’April 2022, l-EAEU imponiet dazji anti-dumping definittivi fuq il-melamina mir-RPĊ li jvarjaw minn 15,22 % sa 19,08 % (126).

(215)

L-Istati Uniti u r-Russja (bħala l-akbar membru tal-EAEU) kienu jirrappreżentaw [3-5] % tal-konsum globali tal-melamina fl-2020 (127). Meta jitqies il-livell għoli tal-miżuri, il-produtturi Ċiniżi tal-melamina kważi waqfu kompletament milli jesportaw lejn l-Istati Uniti; fil-PIR l-esportazzjonijiet ammontaw għal 80 tunnellata biss u saħansitra inqas minn 50 tunnellata fis-snin preċedenti tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Wara l-impożizzjoni tal-miżuri mill-EAEU, il-volum medju fix-xahar tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-melamina lejn ir-reġjun naqas minn 3 900 tunnellata fil-PIR (3 360 tunnellata fl-2021, 2 200 tunnellata fl-2020, 2 950 tunnellata fl-2019) għal madwar 230 tunnellata fit-tieni nofs tal-2022.

(216)

Kif muri fil-premessi (214) u (215), ir-rimedji kummerċjali kellhom effett ta’ deterrent fuq l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-melamina lejn l-Istati Uniti u r-Russja. Huwa probabbli li l-produtturi Ċiniżi jippruvaw jikkumpensaw għat-telf taż-żewġ swieq tal-esportazzjoni billi jfittxu opportunitajiet ġodda ta’ esportazzjoni fl-Unjoni jekk il-miżuri li bħalissa qed jiġu rieżaminati jintemmu.

(217)

Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq tal-Unjoni x’aktarx jattira żieda fil-volumi ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ta’ melamina li joriġinaw mir-RPĊ għar-raġunijiet li ġejjin:

Il-prezz tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni kien ogħla mill-prezz tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi fil-PIR;

Li kieku l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi jiġu diretti mill-ġdid lejn l-Unjoni, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jkunu jistgħu jitolbu prezzijiet tal-esportazzjoni ogħla filwaqt li jibqgħu taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u b’hekk tinħoloq pressjoni addizzjonali fuq il-prezzijiet;

Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti f’termini tad-daqs tiegħu li jammonta għal madwar [35–40] % tal-produzzjoni Ċiniża tal-melamina u fil-PIR kien is-suq ewlieni tal-esportazzjoni;

Il-produtturi Ċiniżi jfittxu opportunitajiet alternattivi ta’ esportazzjoni wara l-għeluq ta’ żewġ swieq tal-esportazzjoni wara li l-Istati Uniti u l-EAEU introduċew rimedji kummerċjali fuq l-importazzjonijiet tal-melamina mir-RPĊ.

(218)

Wara d-divulgazzjoni finali, Xinjiang XLX u s-CCCMC indikaw li s-sejba ta’ prezz tal-esportazzjoni Ċiniż ogħla lejn l-Unjoni meta mqabbel ma’ pajjiżi terzi kienet fattwalment korretta, iżda mhux partikolari għall-esportazzjonijiet tal-melamina. Huma argumentaw li l-prezzijiet ogħla tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni jirriflettu l-prezzijiet tal-bejgħ ġeneralment ogħla fl-Unjoni minħabba kostijiet ogħla tal-produzzjoni relatati mal-kostijiet lavorattivi, tal-enerġija u ambjentali. Barra minn hekk, livell aktar baxx ta’ żvilupp ekonomiku ta’ pajjiż terz ma jippermettix prezz tal-esportazzjoni għoli.

(219)

Il-Kummissjoni nnotat li, irrispettivament mir-raġunijiet għal prezz ta’ esportazzjoni ogħla lejn l-Unjoni, dan ma biddilx il-fatt li l-produtturi Ċiniżi tal-melamina setgħu jitolbu prezz ogħla fis-suq tal-Unjoni meta mqabbel mas-swieq tal-esportazzjoni ewlenin l-oħra u b’hekk jiksbu profittabbiltà ogħla tal-bejgħ. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-partijiet ma ppreżentaw l-ebda argument li jreġġa’ lura s-sejbiet tagħha li l-prezz ogħla tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni kien indikatur tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni. Fil-fatt, il-kummenti mill-partijiet ikkonfermaw is-sejbiet tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward.

(220)

Wara r-rivelazzjoni finali, Xinjiang XLX u s-CCCMC sostnew ukoll li l-produtturi Ċiniżi tal-melamina ma kinux interessati li jidderieġu mill-ġdid l-esportazzjonijiet tagħhom minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni. Skont il-partijiet, matul is-snin, il-produtturi Ċiniżi żviluppaw swieq tal-esportazzjoni sodi f’għadd ta’ pajjiżi terzi u ma humiex se jabbandunaw lill-klijenti eżistenti f’dawk is-swieq, inter alia, għall-finijiet ta’ diversifikazzjoni tar-riskju. Anki jekk xi wħud mill-esportazzjonijiet jiġu diretti mill-ġdid lejn l-Unjoni, il-produtturi ma jkunux motivati li jnaqqsu l-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni.

(221)

Il-Kummissjoni nnotat li l-partijiet ma pprovdew l-ebda evidenza li tappoġġa l-argumenti tagħhom. Hija qieset li l-immirar ta’ suq bi prezzijiet ogħla jkun deċiżjoni kummerċjali soda. Il-produtturi Ċiniżi fil-fatt ikunu jistgħu jżidu l-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom (meta mqabbla mal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi) filwaqt li jibqgħu taħt il-prezzijiet fl-Unjoni, li jagħtihom vantaġġ kompetittiv. Il-Kummissjoni ċaħdet l-argumentazzjoni.

(222)

Barra minn hekk, wara r-rivelazzjoni finali, Xinjiang XLX u s-CCCMC ikkonfermaw li s-suq tal-Unjoni kien attraenti għall-produtturi Ċiniżi tal-melamina f’termini tad-daqs.

(223)

Fl-aħħar nett, il-partijiet ma qablux li l-għeluq tas-swieq tal-Istati Uniti u tal-EAEU/tar-Russja wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping mill-ġuriżdizzjonijiet rispettivi jwassal għal żieda fl-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Huma rreferew għall-fatt li wara li l-miżuri tal-Istati Uniti ġew adottati fl-2015, il-volumi tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni baqgħu pjuttost baxxi.

(224)

Il-Kummissjoni nnotat li meta ġew introdotti l-miżuri tal-Istati Uniti, is-suq tal-Unjoni kien diġà protett mill-prezz minimu tal-importazzjoni u/jew mid-dazju residwu fiss. Barra minn hekk, il-prezzijiet internazzjonali prevalenti tal-melamina f’dak il-perjodu (128) ma ħolqu l-ebda opportunità għall-produtturi Ċiniżi biex jippenetraw is-suq tal-Unjoni sabiex jagħmlu tajjeb għat-telf tas-suq tal-Istati Uniti. Hekk kif il-prezz tal-melamina żdied internazzjonalment għal livell ferm ogħla mil-livell tal-prezz minimu tal-importazzjoni (2021 u l-PIR), l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-melamina lejn l-Unjoni żdiedu f’daqqa. Il-perjodu tal-2021 u l-PIR effettivament huma simulazzjoni ta’ sitwazzjoni fejn ma hemm l-ebda miżura anti-dumping applikata għall-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw mir-RPĊ għat-tliet produtturi esportaturi ewlenin soġġetti għall-prezz minimu tal-importazzjoni.

(225)

Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni tal-miżuri tal-Istati Uniti ma wasslitx għal żieda immedjata fl-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni minħabba l-prezz internazzjonali baxx tal-melamina f’dak il-perjodu, li ppermetta l-protezzjoni tas-suq tal-Unjoni permezz tal-prezz minimu tal-importazzjoni u/jew tad-dazju residwu fiss. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni wara l-għeluq tas-swieq tal-Istati Uniti u tal-EAEU/tar-Russja.

3.3.3.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping

(226)

Fid-dawl tas-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kif stabbilit fil-premessa (201) u dwar l-iżvilupp probabbli tal-esportazzjonijiet jekk il-miżuri jiskadu kif spjegat fil-premessi (202) sa (217), il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping.

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(227)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli fit-talba, il-prodott simili ġie manifatturat, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, mit-tliet applikanti u minn żewġ produtturi oħra. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. Iż-żewġ produtturi l-oħra tal-Unjoni, BASF AG, Ludwigshafen/il-Ġermanja u S.C. Azomures S.A., Targu Mures/ir-Rumanija, baqgħu siekta.

(228)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami kienet stabbilita għal 382 186 tunnellata. Iċ-ċifra ġiet ikkalkolata abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u t-tweġiba għall-kwestjonarju tal-makroindikaturi ppreżentata mill-applikanti.

(229)

Kif imsemmi fil-premessa (24), il-kampjunar ġie applikat għad-determinazzjoni tat-tkomplija tad-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 82 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni tal-prodott simili. It-tliet produtturi inklużi fil-kampjun huma l-applikanti.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(230)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi ta’: (a) Id-data tal-applikanti dwar il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili, parzjalment kontroverifikata mal-volumi tal-bejgħ irrapportati mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun; u (b) l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat lejn l-Unjoni mill-pajjiżi terzi kollha kif huwa rrapportat fil-bażi tad-data Comext (Eurostat).

(231)

Abbażi ta’ dan, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2019

2020

2021

PIR

Konsum totali tal-Unjoni

390 729

364 168

427 309

432 773

Indiċi (2019 = 100)

100

93

109

111

Sors: Eurostat, l-Applikant.

(232)

Ir-rieżami wera li l-konsum tal-Unjoni żdied bi 11 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-konsum tal-Unjoni ġie affettwat b’mod negattiv mit-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fl-2020, iżda rkupra bil-qawwa fl-2021 u matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.   Volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(233)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat abbażi tal-istatistika tal-Eurostat, kif huwa spjegat kif xieraq fil-premessa (229). Is-sehem taċ-Ċina mis-suq ġie stabbilit billi ġew imqabbla l-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif huwa stabbilit fit-tabella 2.

(234)

L-importazzjonijiet mir-RPĊ żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq

 

2019

2020

2021

PIR

Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (tunnellati)

6 704

1 222

27 270

64 673

Indiċi (2019 = 100)

100

18

407

965

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (%)

1,7

0,3

6,4

14,9

Indiċi (2019 = 100)

100

20

372

871

Sors: Eurostat.

(235)

Il-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu b’mod sinifikanti bi 82 % mill-2019 sal-2020, u dan jista’ jiġi spjegat mill-waqfiet tal-produzzjoni fiċ-Ċina wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u tnaqqis qawwi fil-konsum tal-Unjoni. Il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi reġa’ żdied b’mod esponenzjali fl-2021 għal kwantità aktar minn erba’ darbiet akbar mill-kwantità importata fl-2019. Il-volum tal-importazzjonijiet reġa’ żdied b’mod sinifikanti fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami għal kwantità aktar mid-doppju tal-kwantità importata fl-2021.

(236)

Fil-kumment tagħhom dwar ir-rivelazzjoni finali, Xinjiang XLX u s-CCCMC iddikjaraw li ż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni kienet ikkawżata minn nuqqas ta’ provvista fil-livell tal-industrija tal-Unjoni flimkien ma’ domanda qawwija mill-utenti wara l-COVID-19, jiġifieri fl-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tissodisfa dik id-domanda u l-utenti kellhom jaqilbu għall-importazzjonijiet miċ-Ċina. Xinjiang XLX żiedet li, barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-prezzijiet b’mod sostanzjali f’dak il-perjodu u li għalhekk l-utenti kellhom ifittxu sorsi alternattivi ta’ provvista.

(237)

Il-Kummissjoni nnotat li l-kapaċitajiet żejda tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jammontaw għal mill-inqas 80 000 tunnellata f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat (ara t-Tabella 6), li b’mod ċar jaqbżu l-volum totali tal-importazzjonijiet taċ-Ċina fl-Unjoni (ara t-Tabella 3). Minn dan isegwi li l-industrija tal-Unjoni ċertament kienet kapaċi tissostitwixxi l-importazzjonijiet totali miċ-Ċina osservati u sussegwentement setgħet tissodisfa d-domanda sa dak il-punt fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Fir-rigward tal-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni nnotat li dawn iż-żidiet fil-prezzijiet, kif applikati mill-industrija tal-Unjoni, kienu perfettament konformi mas-sinjali tas-suq f’kuntest ta’ domanda qawwija u żidiet sinifikanti fil-kostijiet kif osservat fl-2021 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, l-argumenti ġew miċħuda.

4.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u t-twaqqigħ tal-prezz.

4.3.2.1.   Prezzijiet

(238)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miċ-Ċina abbażi tal-istatistika tal-Eurostat.

(239)

Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

 

2019

2020

2021

PIR

Iċ-Ċina

1 155

958

1 627

2 224

Indiċi (2019 = 100)

100

83

141

193

Sors: Eurostat.

(240)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet tal-melamina miċ-Ċina żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni bi 93 %, u dan juri li l-produtturi Ċiniżi parzjalment segwew ix-xejra ġeneralment pożittiva tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, kif muri mit-tabella 8.

4.3.2.2.   Twaqqigħ tal-prezz

(241)

Billi l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-uniku produttur esportatur li kkoopera ma setgħux jitqiesu bħala rappreżentattivi minħabba li l-kwantitajiet tal-esportazzjoni sottostanti kienu jirrappreżentaw inqas minn 3 % tal-esportazzjonijiet totali miċ-Ċina lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (ara l-premessa (27)), il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz billi qabblet (a) il-prezzijiet statistiċi medji ponderati tal-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, kif spjegat fil-premessa (196), stabbiliti fuq bażi CIF, b’aġġustamenti xierqa għar-rata konvenzjonali tad-dazju doganali, id-dazju anti-dumping (129) u l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni, u (b) il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ tat-tliet produtturi tal-Unjoni mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell mill-fabbrika. Il-marġini tat-twaqqigħ ikkalkulat b’dan il-mod kien jammonta għal 12,6 %.

4.4.   Volumi u prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(242)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi b’applikazzjoni tal-istess metodoloġija bħal dik għar-RPĊ (ara t-taqsima 4.3.1).

(243)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żviluppa kif ġej matul il-perjodu ta’ analiżi:

Tabella 5

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2019

2020

2021

PIR

Il-Qatar

Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati)

33 941

26 256

35 622

31 725

 

Indiċi (2019 = 100)

100

77

105

93

 

Sehem mis-suq (%)

8,7

7,2

8,3

7,3

 

Indiċi (2019 = 100)

100

83

96

84

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 011

824

1 548

2 479

 

Indiċi (2019 = 100)

100

81

153

245

Trinidad u Tobago

Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati)

13 719

8 370

14 112

12 507

 

Indiċi (2019 = 100)

100

61

103

91

 

Sehem mis-suq (%)

3,5

2,3

3,3

3,0

 

Indiċi (2019 = 100)

100

65

94

84

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 091

850

1 572

2 485

 

Indiċi (2019 = 100)

100

78

144

227

Il-Ġappun

Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati)

13 699

9 195

9 499

7 576

 

Indiċi (2019 = 100)

100

67

69

55

 

Sehem mis-suq (%)

3,5

2,5

2,2

1,8

 

Indiċi (2019 = 100)

100

72

63

50

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 076

912

1 295

2 046

 

Indiċi (2019 = 100)

100

85

120

190

Pajjiżi terzi oħrajn

Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati)

37 825

28 238

22 673

21 480

 

Indiċi (2019 = 100)

100

75

60

57

 

Sehem mis-suq (%)

9,7

7,8

5,3

5,0

 

Indiċi (2019 = 100)

100

80

55

51

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

940

816

1 671

2 447

 

Indiċi (2019 = 100)

100

87

178

260

Importazzjonijiet totali minbarra ċ-Ċina

Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati)

99 183

72 059

81 907

73 288

 

Indiċi (2019 = 100)

100

73

83

74

 

Sehem mis-suq (%)

25,4

19,8

19,2

17,0

 

Indiċi (2019 = 100)

100

78

76

67

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 004

835

1 557

2 427

 

Indiċi (2019 = 100)

100

83

155

242

Sors: Eurostat.

(244)

L-aktar sorsi importanti ta’ importazzjonijiet barra miċ-Ċina kienu jinkludu l-Qatar, Trinidad u Tobago u l-Ġappun. L-importazzjonijiet minn kull wieħed minn dawn il-pajjiżi naqsu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b’mill-inqas 7 % u sa 45 %, filwaqt li l-importazzjonijiet totali minn pajjiżi terzi, minbarra ċ-Ċina, naqsu b’26 %.

(245)

Fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni taż-żewġ pajjiżi minbarra ċ-Ċina b’sehem mis-suq individwali ta’ aktar minn 2 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-Qatar (7,3 %) u Trinidad u Tobago (3 %), kienu aktar minn EUR 200 għal kull tunnellata ogħla mill-prezzijiet medji tal-importazzjoni mir-RPĊ.

(246)

Xinjiang XLX u s-CCCMC affermaw li t-tabella ta’ hawn fuq uriet li l-Kummissjoni ma kinitx ivvalutat ir-rwol tal-importazzjonijiet tar-Russja tal-melamina fl-Unjoni. L-importazzjonijiet tar-Russja kienu sinifikanti sal-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna, u wara, Xinjiang XLX u s-CCCMC iddikjaraw, l-importazzjonijiet Russi ġew sostitwiti bl-importazzjonijiet miċ-Ċina, fattur li jispjega wkoll iż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi minn dak iż-żmien ’l hawn.

(247)

Il-Kummissjoni ma qablitx. Hija ċertament ivvalutat individwalment l-importazzjonijiet tar-Russja bħala parti mill-importazzjonijiet magħmula minn “pajjiżi terzi oħra” (ara t-tabella 5). Madankollu, l-importazzjonijiet Russi ma humiex irrapportati individwalment fit-tabella ta’ hawn fuq peress li l-Qatar, Trinidad u Tobago u l-Ġappun kienu t-tliet pajjiżi esportaturi bl-ogħla volumi ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni barra mill-pajjiż ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Is-sehem mis-suq tar-Russja kien, fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, 1,4 % u l-ogħla livell tiegħu fil-perjodu kkunsidrat kien fl-2020, meta laħqu sehem mis-suq ta’ 4,3 %. It-telf tas-sehem mis-suq tar-Russja minn dik is-sena tal-ogħla livell (nieqes 2,9 punti perċentwali) għalhekk kien ferm iżgħar miż-żieda fis-sehem mis-suq taċ-Ċina (flimkien ma’ 14,6-il punt perċentwali). Għalhekk, l-argumentazzjoni li t-telf tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Russi kkontribwixxa b’mod sinifikanti għaż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi ġiet miċħuda.

(248)

Wara r-rivelazzjoni finali, Xinjiang XLX u s-CCCMC osservaw li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienu f’livelli ogħla mill-prezzijiet korrispondenti mill-Ġappun u mir-Russja u li l-pajjiżi esportaturi kollha fil-biċċa l-kbira segwew ix-xejra ta’ żieda fil-prezzijiet fl-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(249)

Il-Kummissjoni qablet li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-Ġappun u mir-Russja kienu tabilħaqq taħt il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami skont id-data tal-Eurostat. Madankollu, is-sehem mis-suq ikkombinat tagħhom ta’ 3,2 % kien ħafna inqas minn dak tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li l-partijiet inkwistjoni ma għamlu l-ebda argumentazzjoni li tirriżulta minn dawn il-fatti. Konsegwentement, l-argumentazzjoni ġiet miċħuda.

(250)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jiġifieri l-iżvilupp tal-volumi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-aktar sorsi importanti minbarra ċ-Ċina, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma kellhomx effett dannuż fuq l-industrija tal-Unjoni.

4.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.5.1.   Rimarki ġenerali

(251)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(252)

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data u l-informazzjoni li jinsabu fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-applikanti, kontroverifikata kif xieraq mal-informazzjoni fit-talba u mat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, u l-istatistika tal-Eurostat. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(253)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(254)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġenerat il-kapital.

4.5.2.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(255)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2019

2020

2021

PIR

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

403 513

401 780

396 575

382 187

Indiċi (2019 = 100)

100

100

98

95

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

480 383

480 578

477 621

472 494

Indiċi (2019 = 100)

100

100

99

98

Użu tal-kapaċità (%)

84,0

83,6

83,0

80,9

Indiċi (2019 = 100)

100

100

99

96

Sors: Applikanti.

(256)

Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b’5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet kważi stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bi tnaqqis żgħir ta’ 2 %. Bħala konsegwenza, l-użu tal-kapaċità naqas b’4 %.

4.5.3.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(257)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 7

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2019

2020

2021

PIR

Volum tal-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni — klijenti mhux relatati

284 842

290 888

318 133

294 513

Indiċi (2019 = 100)

100

102

112

103

Sehem mis-suq (%)

72,9

79,9

74,5

68,1

Indiċi (2019 = 100)

100

110

102

93

Sors: Eurostat, l-Applikanti.

(258)

Il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati żdiedu bi 12 % mill-2019 sal-2021 iżda naqsu b’9 punti perċentwali bejn l-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami għal livell ta’ 3 % ogħla mil-livell fl-2019.

(259)

Mill-2019 sal-2020, l-industrija tal-Unjoni tista’ żżid is-sehem mis-suq tagħha b’10 %, u b’hekk timla l-vojt li kienu ħallew il-kwantitajiet ta’ importazzjoni aktar baxxi miċ-Ċina wara l-pandemiji tal-COVID-19 (ara l-premessa (234) u t-Tabella 3). Bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, l-industrija tal-Unjoni tilfet ishma sinifikanti mis-suq, qrib it-12-il punt perċentwali, u meta mqabbla mal-2019 l-industrija tal-Unjoni tilfet 4,8 punti perċentwali tas-sehem mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

4.5.4.   Tkabbir

(260)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum tal-Unjoni żdied bi 11 % (ara t-Tabella 2), filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdied bi 8 % (ara t-Tabella 7). Konsegwentement, l-industrija tal-Unjoni kibret f’termini assoluti iżda naqset f’termini relattivi. Fi kliem ieħor, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika mit-tkabbir tas-suq sal-istess punt bħall-importazzjonijiet miċ-Ċina.

4.5.5.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(261)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ponderati unitarji tal-produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni u l-kost unitarju tal-produzzjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni

 

2019

2020

2021

PIR

Prezz medju tal-bejgħ ponderat unitarju fl-Unjoni

1 149

928

1 863

2 811

Prezz medju tal-bejgħ ponderat unitarju fl-Unjoni (Indiċi, 2019 = 100)

100

81

162

245

Kost unitarju tal-produzzjoni

980

906

1 611

2 250

Kost unitarju tal-produzzjoni (Indiċi, 2019 = 100)

100

92

164

230

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(262)

Wara tnaqqis ta’ 8 % mill-2019 sal-2020, il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied b’mod esponenzjali għal livell li fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami kien 130 % ogħla mil-livell fl-2019. Din iż-żieda qawwija fil-kost tal-produzzjoni kienet ikkawżata miż-żieda qawwija ħafna fil-prezzijiet tal-gass li bdiet fl-2021.

(263)

Il-prezzijiet tal-bejgħ segwew xejra simili. Mill-2019 sal-2020, il-prezzijiet tal-bejgħ unitarji naqsu bi 19 %, wara t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, mill-2020 sal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-prezzijiet tal-bejgħ unitarji żdiedu bi tliet darbiet.

4.5.6.   Impjiegi u produttività

(264)

L-impjiegi, il-produttività u l-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Impjiegi u produttività

 

2019

2020

2021

PIR

Għadd ta’ impjegati

647

632

642

641

Indiċi (2019 = 100)

100

98

99

99

Produttività Lavorattiva (tunnellata/impjegat)

515

524

508

498

Indiċi (2019 = 100)

100

102

99

97

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

71 772

73 491

77 431

76 913

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (Indiċi, 2019 = 100)

100

102

108

107

Sors: L-Applikanti, il-Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(265)

Il-kostijiet lavorattivi medji żdiedu b’7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-għadd ta’ impjegati u l-produttività lavorattiva baqgħu stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-industrija tal-Unjoni kienet qed timpjega kważi 650 membru tal-persunal matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bi produzzjoni għal kull impjegat ta’ madwar 500 tunnellata.

4.5.7.   Inventarji

(266)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 10

Inventarji

 

2019

2020

2021

PIR

Stokkijiet tal-għeluq

20 615

12 151

5 372

24 530

Indiċi (2019 = 100)

100

59

26

119

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

5,2

3,1

1,4

6,3

Indiċi (2019 = 100)

100

59

26

121

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(267)

Il-livelli tal-istokkijiet varjaw b’mod sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-livell kien 19 % ogħla mil-livell fl-2019. Din hija indikazzjoni addizzjonali li l-industrija tal-Unjoni kellha diffikultajiet dejjem akbar lejn tmiem il-perjodu taħt kunsiderazzjoni biex tbigħ il-produzzjoni tagħha fid-dawl ta’ importazzjonijiet li żdiedu b’mod drammatiku miċ-Ċina.

4.5.8.   Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġenerat il-kapital

(268)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 11

Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2019

2020

2021

PIR

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (%)

8,0

–4,1

12,3

17,3

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (Indiċi, 2019 = 100)

100

–51

154

216

Fluss ta’ flus

46 403 891

12 158 042

95 868 270

118 352 455

Fluss ta’ flus (Indiċi, 2019 = 100)

100

26

207

255

Investimenti

42 800 119

25 704 881

32 880 347

33 110 890

Investimenti (Indiċi, 2019 = 100)

100

60

77

77

Redditu fuq l-investimenti (%)

14,5

–10,2

46,2

88,4

Redditu fuq l-investimenti (Indiċi, 2019 = 100)

100

–70

319

610

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(269)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profitt tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitti nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tagħha tal-melamina lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat tal-bejgħ sottostanti. Il-profittabbiltà stabbilita b’hekk żdiedet minn 8 % fl-2019 għal 17,3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Fl-2020, minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19, l-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel telf kbir, iżda sussegwentement irkuprat malajr u b’mod qawwi.

(270)

Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. L-iżvilupp tal-fluss tal-flus matul il-perjodu kkunsidrat kien pożittiv, u l-fluss tal-flus iġġenerat mill-operazzjonijiet kien 155 % ogħla matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami meta mqabbel mal-2019.

(271)

Il-livell ta’ investiment tal-industrija tal-Unjoni kien qed jonqos matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (-13 % bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami). Kif jidher hawn fuq taħt l-użu tal-kapaċità (it-Tabella 6), l-industrija tal-Unjoni ma għandha l-ebda ħtieġa immedjata li tinvesti f’kapaċità ta’ produzzjoni ġdida.

(272)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti, u x-xejra segwiet dik tar-rati tal-profittabbiltà analizzati.

(273)

L-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma rrapporta diffikultajiet fil-kapaċità tiegħu li jiġġenera kapital. Kif muri fit-Tabella 11, il-fluss tal-flus disponibbli qabeż bil-bosta l-investimenti li saru u s-sena 2020 kienet l-unika eċċezzjoni.

4.5.9.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(274)

F’kuntest ta’ żieda fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-volumi tal-bejgħ tagħha matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni tilfet ishma sinifikanti mis-suq lir-RPĊ fl-2021 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, u b’riżultat ta’ dan is-sehem mis-suq tagħha, fi tmiem il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kien kważi 5 punti perċentwali taħt il-livell tiegħu fil-bidu tiegħu. Tabilħaqq, fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-suq eċċezzjonalment favorevoli fl-Unjoni, ikkawżati minn effett ta’ rkupru wara l-2020 li kienet sena ta’ domanda baxxa minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-prezzijiet fl-Unjoni kienu ogħla b’mod sinifikanti mill-prezzijiet minimi tal-importazzjoni li għalihom huma soġġetti l-produtturi esportaturi li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali. Dan irriżulta immedjatament f’ritorn ta’ volumi għoljin ta’ importazzjonijiet minn dawk il-produtturi esportaturi. Dawn l-importazzjonijiet waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

(275)

Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni b’hekk tilfet ishma sinifikanti mis-suq liċ-Ċina, l-indikaturi finanzjarji tagħha ma ġarrbux danni minn din iż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi peress li xorta setgħet tikseb prezzijiet eċċezzjonalment tajbin fl-2021 u fl-ewwel nofs tal-2022. Il-profitti tal-industrija tal-Unjoni baqgħu f’livelli b’saħħithom u laħqu l-ogħla livell fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, li juri li l-produtturi tal-Unjoni setgħu jgħaddu ż-żidiet fil-kostijiet għal fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-miżuri fis-seħħ ipprovdew limitu minimu meta l-prezzijiet kienu għadhom aktar baxxi (fl-2019 u fl-2020) u b’hekk żguraw kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-melamina tal-Unjoni. Meta l-prezzijiet sussegwentement laħqu livelli għoljin bla preċedent, li ma ġewx osservati minn żmien l-investigazzjoni oriġinali, l-industrija tal-Unjoni tilfet ishma sinifikanti mis-suq iżda kompliet tgawdi minn profitti tajbin. Fil-fatt, il-miżuri ma eskludewx lill-produtturi Ċiniżi mis-suq tal-Unjoni, b’mod partikolari meta l-prezzijiet kienu qed jogħlew, u għalhekk dawn komplew ikunu preżenti u bbenefikaw minn konsum dejjem jikber.

(276)

Kollox ma’ kollox, il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu, bħall-produzzjoni, il-bejgħ, l-impjiegi, il-profittabbiltà u l-fluss tal-flus żviluppaw b’mod pożittiv u/jew kienu f’livelli sodisfaċenti. Madankollu, xi indikaturi jindikaw sitwazzjoni inqas favorevoli tal-industrija tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-industrija tal-Unjoni tilfet ishma mis-suq għall-benefiċċju tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Bl-istess mod, ir-rati tal-produzzjoni totali u tal-użu tal-kapaċità naqsu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u l-livelli tal-istokkijiet żdiedu.

(277)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li, b’mod ġenerali, l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU F’KAŻ LI L-MIŻURI JITĦASSRU

(278)

Billi l-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (ara l-premessa (276)), il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu.

(279)

F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-partijiet li kkooperaw u fuq kwalunkwe informazzjoni oħra fil-fajl dwar il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina biex teżamina l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, u l-impatt probabbli tal-importazzjonijiet miċ-Ċina jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(280)

Kif konkluż fil-premessi (204) u (205), il-kapaċitajiet ta’ riżerva fiċ-Ċina huma sinifikanti u jirrappreżentaw madwar erba’ darbiet il-konsum annwali fl-Unjoni. Barra minn hekk, kif konkluż fil-premessa (216), is-suq tal-Unjoni huwa suq attraenti għall-produtturi Ċiniżi fid-dawl tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u d-daqs tiegħu. Abbażi ta’ dan, l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping x’aktarx li tirriżulta f’żieda fl-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni.

(281)

Fil-kummenti tagħhom dwar ir-rivelazzjoni finali, Xinjiang XLX u s-CCCMC iddikjaraw li l-Kummissjoni ma għamlet l-ebda analiżi tal-iskala probabbli ta’ kwalunkwe żieda fil-bejgħ tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni u lanqas il-perjodu ta’ żmien probabbli li matulu din iż-żieda sseħħ għalkemm iż-żewġ fatturi jkollhom effett dirett fuq il-kobor ta’ kwalunkwe dannu li jirriżulta.

(282)

Il-Kummissjoni fakkret li skont l-Artikolu 11(2) ma huwiex meħtieġ li jiġi stabbilit id-daqs tad-dannu kontinwu jew rikorrenti. Huwa biżżejjed li jiġi stabbilit li dannu bħal dan x’aktarx li jkompli jew jerġa’ jseħħ.

(283)

Is-CCCMC żiedet li l-Kummissjoni ma indirizzatx il-kummenti sottomessi aktar kmieni mis-CCCMC li jaffettwaw direttament in-nuqqas ta’ probabbiltà li l-produtturi Ċiniżi b’kapaċità ġdida jew miżjuda jkunu jistgħu jisfruttaw malajr jew faċilment dik il-kapaċità u jibdew jesportaw lejn is-suq tal-Unjoni. Is-CCCMC irreferiet ukoll għall-kummenti tagħha dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, li, skont is-CCCMC tirrifjuta wkoll it-tħassib dwar il-wasla ta’ importazzjonijiet ġodda miċ-Ċina minħabba d-direzzjoni mill-ġdid minn swieq tal-esportazzjoni eżistenti oħrajn jew mill-għeluq ta’ swieq oħra minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping.

(284)

Il-Kummissjoni ċċarat li kienet indirizzat il-kummenti kollha li saru. Fejn il-kummenti kienu jikkonċernaw kemm il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping kif ukoll ir-rikorrenza ta’ dannu, dawn ġew indirizzati skont it-Taqsima 3.3 hawn fuq u kienu validi mutatis mutandis għar-rikorrenza tad-dannu. Fir-rigward tal-kummenti magħmula mis-CCCMC skont il-bidu, il-Kummissjoni tirreferi għal-konfutazzjonijiet skont il-premessa (22) hawn fuq.

(285)

Minkejja dan, il-Kummissjoni kkonfermat li l-kapaċitajiet żejda totali fiċ-Ċina kif speċifikat fil-premessi (202) sa (204) huma ta’ tali daqs li jagħmlu r-rikorrenza tad-dannu probabbli jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(286)

Fir-rigward tal-argumentazzjoni tas-CCCMC li telimina tħassib dwar il-wasla ta’ importazzjonijiet ġodda miċ-Ċina, il-Kummissjoni rreferiet għall-konfutazzjoni tagħha skont it-Taqsima 3.3, il-premessa (220).

(287)

Il-Kummissjoni analizzat l-effetti probabbli ta’ żieda bħal din fl-importazzjonijiet billi eżaminat il-livelli tal-prezzijiet probabbli tagħhom jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset, fir-rigward taċ-Ċina, il-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami bħala bażi raġonevoli peress li l-importazzjonijiet Ċiniżi kellhom sehem mis-suq sinifikanti ta’ 14,9 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Abbażi ta’ dan, u kif spjegat fil-premessa (240), il-Kummissjoni stabbiliet twaqqigħ sinifikanti ta’ 12,6 % tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Dan it-twaqqigħ tal-prezz ikun saħansitra ogħla, propju 15,6 %, jekk id-dazju anti-dumping applikabbli ma jiġix miżjud mal-prezz tal-esportazzjoni.

(288)

Fil-kummenti tagħha dwar ir-rivelazzjoni finali, Xinjiang XLX iddikjarat li l-Kummissjoni ma kellhiex tibbaża fuq il-livell tat-twaqqigħ tal-prezz ikkalkolat għall-perjodu kkunsidrat biex tiġġustifika l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu minħabba li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu eċċezzjonalment għoljin fl-2021, u dan min-naħa tiegħu għamel it-twaqqigħ tal-prezz ogħla milli kieku ma kienx daqstant għoli l-livell tal-prezzijiet.

(289)

Il-Kummissjoni fakkret li l-kunċett ta’ twaqqigħ tal-prezz, kif jintuża b’mod kostanti fl-investigazzjonijiet anti-dumping skont ir-Regolament bażiku huwa oġġettiv min-natura tiegħu u jikkonsisti f’paragun sempliċi bejn il-prezzijiet attwali tal-industrija tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat, aġġustati kif xieraq fejn meħtieġ. Barra minn hekk, l-argumentazzjoni ta’ Xinjiang XLX la ġiet issostanzjata u lanqas ikkwantifikata aktar u għalhekk ġiet miċħuda.

(290)

Fir-rigward tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, il-Kummissjoni nnotat ukoll li skont l-aktar data statistika reċenti disponibbli fil-Eurostat, il-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jiżdiedu b’mod qawwi, filwaqt li l-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet bdew jonqsu b’mod sinifikanti (130). Fid-9 xhur wara l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2022 sal-31 ta’ Marzu 2023, il-volumi tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni laħqu livell ta’ 93 345 tunnellata, li huwa, estrapolat għal 12-il xahar, 92,4 % aktar milli fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami (131), bi prezz medju ta’ EUR 1 585, li huwa 28,8 % inqas milli fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(291)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat għall-istess perjodi l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina. L-importazzjonijiet minn pajjiżi għajr iċ-Ċina ammontaw għal 61 668 tunnellata fid-9 xhur wara l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li, estrapolati għal 12-il xahar, jirrappreżentaw żieda ta’ 12,2 % meta mqabbel mal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (132). Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi naqsu b’20,4 % għal EUR 1 931/tunnellata meta mqabbla mal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami li għadu ogħla b’mod sinifikanti mill-prezz medju miċ-Ċina.

(292)

Konsegwentement, fid-9 xhur wara l-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’mod drammatiku u l-prezzijiet tagħhom naqsu b’mod sinifikanti, ħafna aktar mill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

(293)

Wara r-rivelazzjoni finali, Xinjiang XLX affermat li l-analiżi tal-Kummissjoni dwar il-fatturi wara l-perjodu kkunsidrat kellha nuqqasijiet minħabba li ma qisitx l-impatt ta’ kriżi kontinwa tal-enerġija fl-Unjoni u l-effetti fuq is-suq tal-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna.

(294)

Il-Kummissjoni fakkret li l-ewwel nett ma hija taħt l-ebda obbligu li ssir analiżi dwar il-fatturi ta’ dannu li jseħħu wara l-perjodu kkunsidrat. F’din l-investigazzjoni, hija għażlet li tagħmel dan fir-rigward tal-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat sabiex tikkomplementa l-konklużjonijiet li jsiru fir-rigward ta’ analiżi tal-fatturi rilevanti kollha tad-dannu matul il-perjodu kkunsidrat. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnotat li s-sorsi tal-enerġija huma komoditajiet innegozjati fil-livelli tal-prezzijiet tas-suq dinji. Għalhekk, il-prezzijiet tal-enerġija, sal-punt li l-produtturi tal-melamina jħallsu prezzijiet tas-suq dinji mingħajr distorsjoni, jaffettwaw bl-istess mod lil dawn il-produtturi madwar id-dinja.

(295)

Fit-23 ta’ Mejju 2023, l-Applikanti ppreżentaw dettalji dwar l-iżvilupp tal-indikaturi tad-dannu wara l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (133). Id-data pprovduta wriet l-impatt negattiv sinifikanti immedjat li ż-żieda qawwija ulterjuri fl-importazzjonijiet mir-RPĊ u s-sehem mis-suq tagħhom, bi prezzijiet li qed jonqsu b’mod rapidu, kellhom fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. B’mod partikolari, id-data wriet li dan irriżulta fi tnaqqis kbir ħafna fil-volumi tal-bejgħ u tnaqqis qawwi fil-prezzijiet, li rriżulta f’telf tas-sehem mis-suq u ta’ profittabbiltà mill-industrija tal-Unjoni.

(296)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti ulterjuri fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina bi prezzijiet dannużi, u li x’aktarx jerġa’ jseħħ dannu materjali.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

6.1.   Introduzzjoni

(297)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi differenti involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti.

(298)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(299)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u l-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

6.2.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(300)

Kif ġie konkluż fil-premessa (276), l-industrija tal-Unjoni ma għadhiex qed iġġarrab dannu materjali. Madankollu, kif ġie konkluż fil-premessa (295), l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tlaħħaq mat-tneħħija tal-miżuri, peress li dan x’aktarx jirriżulta f’żieda qawwija fl-importazzjonijiet miċ-Ċina li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, revoka tal-miżuri kieku tpoġġi l-vijabbiltà finanzjarja fit-tul tal-industrija f’riskju. Għalhekk, il-kontinwazzjoni tal-miżuri hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.3.   Interess ta’ importaturi u ta’ utenti mhux relatati

(301)

L-importaturi u l-utenti magħrufa kollha mhux relatati ġew infurmati dwar il-bidu tar-rieżami.

(302)

Importatur mhux relatat wieħed fl-Italja wieġeb għall-formola tal-kampjunar iżda naqas milli jipprovdi tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju.

(303)

Tliet utenti rrispondew għall-kwestjonarju. Ix-xiri totali aggregat ta’ dawn l-utenti, inkluż ix-xiri mill-produtturi tal-Unjoni, l-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra kienu jirrappreżentaw biss madwar 3 % tal-konsum totali. Wieħed biss mill-utenti kkonċernati xtara l-melamina miċ-Ċina u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami dawn l-importazzjonijiet kienu jirrappreżentaw biss 1 %–4 % (firxa mogħtija għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità) tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni mir-RPĊ. Abbażi ta’ dawn il-volumi ta’ xiri, il-kooperazzjoni mill-utenti ma setgħetx titqies bħala rappreżentattiva għall-utenti kollha.

(304)

Madankollu, it-tweġibiet tagħhom ġew analizzati. It-tweġiba tal-utent li xtara wkoll volumi żgħar miċ-Ċina ma pprovdietx id-data ewlenija meħtieġa, bħall-prezzijiet tax-xiri miċ-Ċina, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-prodotti b’kontenut ta’ melamina u l-ismijiet tal-klijenti. Fuq dik il-bażi, ma setgħet tinħareġ l-ebda konklużjoni sinifikanti għajr li l-kumpanija kienet qed tgawdi minn profitti b’saħħithom ħafna u li x-xiri tagħha tal-melamina, kemm mill-Unjoni (bl-ingrossa) kif ukoll minn pajjiżi oħra, kien jirrappreżenta biss parti żgħira mill-kostijiet tagħha tal-materja prima (< 5 %). It-tweġibiet għall-kwestjonarju taż-żewġ utenti l-oħra ma setgħux jiġu analizzati b’mod sinifikanti, peress li ppreżentaw biss it-tabelli mitluba u ma wieġbux għall-mistoqsijiet l-oħra.

(305)

Wieħed minn dawn l-utenti ħeġġeġ biex ma jiġux estiżi l-miżuri anti-dumping minħabba li l-kapaċitajiet tal-manifattura fl-Unjoni kienu limitati, il-livelli attwali tal-prezzijiet tal-melamina kienu qed jipperikolaw l-industrija tal-bords tal-partikoli u għalhekk l-importazzjonijiet setgħu jistabbilizzaw is-sitwazzjoni tal-prezzijiet u jiżguraw il-provvista. Il-Kummissjoni rrifjutat l-asserzjoni. Il-miżuri fis-seħħ ma humiex tali li jeskludu l-importazzjonijiet miċ-Ċina li huwa muri mis-sehem taċ-Ċina mis-suq fl-2021 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

(306)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-utenti u/jew l-importaturi li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri.

6.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(307)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li juru li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw miċ-Ċina.

7.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(308)

Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping fuq il-melamina li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jenħtieġ li jinżammu.

(309)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prezzijiet minimi individwali ta’ importazzjoni. Il-kumpaniji soġġetti għal prezzijiet minimi ta’ importazzjoni jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(4) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(310)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw il-prezzijiet minimi ta’ importazzjoni, din ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(4) ta’ dan ir-regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tal-prezzijiet minimi ta’ importazzjoni tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(311)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn prezzijiet minimi ta’ importazzjoni jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, din iż-żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni, fost l-oħrajn, tista’ teżamina l-bżonn tat-tneħħija ta’ prezzijiet minimi ta’ importazzjoni u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju applikabbli għall-pajjiż kollu.

(312)

Il-prezzijiet minimi ta’ importazzjoni previsti fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament japplikaw b’mod esklużiv għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina miċ-Ċina u manifatturat mill-entitajiet legali msemmijin. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(313)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (134). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata ta’ dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(314)

Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Il-partijiet kollha ngħataw ukoll perjodu sabiex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din ir-rivelazzjoni u sabiex jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ttieħdu inkunsiderazzjoni kif xieraq.

(315)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (135), meta jkollu jiġi rimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(316)

Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ta opinjoni pożittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-melamina, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2933 61 00 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, frank fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

Kumpanija

Prezz minimu tal-importazzjoni (EUR/tunnellata ta’ piż nett tal-prodott)

Dazju (EUR/tunnellata ta’ piż nett tal-prodott)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Sichuan Golden-Elephant Sincerity Chemical Co., Ltd

1 153

 

A 986

Shandong Holitech Chemical Industry Co., Ltd

1 153

 

A 987

Henan Junhua Development Company Ltd

1 153

 

A 988

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

415

A 999

3.   Għall-produtturi msemmija individwalment, l-ammont ta’ dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandu jkun id-differenza bejn il-prezz minimu ta’ importazzjoni u l-prezz nett, frank fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, fil-każijiet kollha fejn dan tal-aħħar huwa inqas mill-prezz minimu ta’ importazzjoni. Għal dawn il-produtturi msemmija individwalment, ma għandu jinġabar l-ebda dazju fejn il-prezz nett frank fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, huwa daqs jew ogħla mill-prezz minimu ta’ importazzjoni korrispondenti.

4.   L-applikazzjoni tal-prezz minimu ta’ importazzjoni speċifikat għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat/a b’ismu/isimha u l-kariga tiegħu/tagħha, abbozzata kif ġej: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) ta’ melamina mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea koperta minn din il-fattura ġiet manifatturata minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda fattura bħal din, għandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

5.   Għall-produtturi msemmija individwalment u f’każijiet fejn il-merkanzija tkun saritilha ħsara qabel id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas jitqassam għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 131 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (136), il-prezz minimu tal-importazzjoni stabbilit hawn fuq għandu jitnaqqas b’perċentwal li jikkorrispondi għat-tqassim tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas. Id-dazju pagabbli mbagħad ikun id-differenza bejn il-prezz minimu mnaqqas tal-importazzjoni u l-prezz nett imnaqqas, frank fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel l-iżdoganar tal-merkanzija.

6.   Għall-kumpaniji l-oħrajn kollha u f’każijiet fejn il-merkanzija tkun saritilha dannu qabel ma daħlet fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas huwa mqassam għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 131 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, l-ammont tad-dazju anti-dumping, ikkalkulat abbażi tal-paragrafu 2 hawn fuq, għandu jitnaqqas b’perċentwal li jikkorrispondi mat-tqassim tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas.

Artikolu 2

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 457/2011 tal-10 ta’ Mejju 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 124, 13.5.2011, p. 2).

(3)  Ir- Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1171 tat-30 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 170, 1.7.2017, p. 62).

(4)  In-notifika ta’ skadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping (ĠU C 396, 30.9.2021, p. 12).

(5)  Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 252, 1.7.2022, p. 6).

(6)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2017, Viraj Profiles Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kawża T-67/14, ECLI:EU:T:2017:481, il-punt 98.

(7)  Ara l-paragrafu 103 u l-Illustrazzjoni 1 tat-talba għal rieżami ta’ skadenza.

(8)  https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2609

(9)  Ara n-nota 2 f’qiegħ il-paġna.

(10)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2.

(11)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 6-7.

(12)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 10.

(13)  Disponibbli fuq: www.npc.gov.cn/englishnpc/constitution2019/201911/1f65146fb6104dd3a2793875d19b5b29.shtml (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2022).

(14)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 2, p. 20-21.

(15)  Ir-Rapport — Kapitolu 3, p. 41, 73-74.

(16)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 6, p. 120-121.

(17)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 6, p. 122 -135.

(18)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 7, p. 167-168.

(19)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.

(20)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 2, p. 15-16, Ir-Rapport — Il-Kapitolu 4, p. 50, p. 84, Ir-Rapport — Il-Kapitolu 5, p. 108-9.

(21)  Ara fuq: http://www.hnzydhjt.com/ (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(22)  Ara fuq: https://www.sohu.com/a/427199857_120109837 (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(23)  Ara fuq: http://scaffi.com/news/2492.html (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(24)  Ara fuq: https://www.hnxlx.com.cn/About/subcompany/cid/155/id/87?btwaf=23932495 (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(25)  Ara fuq: https://aiqicha.baidu.com/company_detail_30432795595614 (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(26)  Ara fuq: https://aiqicha.baidu.com/company_detail_31950371346728 (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(27)  Ibid.

(28)  Ara fuq: http://www.jxgf.com/ (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(29)  Ara fuq: https://sichuan.scol.com.cn/ggxw/202209/58612536.html (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(30)  Ara fuq: https://www.sohu.com/a/575647079_120952561 (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(31)  Ara fuq: http://www.xjxlx.com.cn/ (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(32)  Ara fuq: http://www.xjxlx.com.cn/News/detail/fid/3/cid/470/id/5404.html (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(33)  Ara pereżempju l-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tal-Liġi tal-Kumpaniji Ċiniża jew il-Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida (ara hawn taħt għal referenza sħiħa).

(34)  Ara fuq: http://www.cpcif.org.cn/detail/40288043661e27fb01661e386a3f0001?e=1 (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(35)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 5, p. 100-1.

(36)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 2, p. 26.

(37)  Ara pereżempju: Blanchette, J. — Xi’s Gamble: The Race to Consolidate Power and Stave off Disaster; Foreign Affairs, vol. 100, nru 4, Lulju/Awwissu 2021, pp. 10-19.

(38)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 2, p. 31-2.

(39)  Disponibbli fuq: https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(40)  Il-Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida. Disponibbli fuq: www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2022).

(41)  Financial Times (2020). Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise, disponibbli fuq: https://on.ft.com/3mYxP4j (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(42)  Ir-Rapport — Il-Kapitoli 14.1 sa 14.3.

(43)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 4, p. 41-42, 83.

(44)   14th FYP on raw materials. Disponibbli fuq: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2021/art_2960538d19e34c66a5eb8d01b74cbb20.html (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(45)   Ibid., it-Taqsima II.3.

(46)   Ibid., it-Taqsima IV.I.

(47)   Ibid., it-Taqsima VIII.1.

(48)   14th FYP on the Green Development of Industry. Disponibbli fuq: http://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-12/03/content_5655701.htm (miit.gov.cn) (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(49)   Ibid., it-Taqsima III.2.

(50)  Ara t-Taqsima I.1.39., kif ukoll it-Taqsima I.1.56. tal-Anness tal-Katalogu ta’ Gwida, disponibbli fuq: www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(51)  It-Taqsima III tal-Katalogu ta’ Gwida.

(52)   Jiangsu 14th FYP on high-end development of chemical industry. Disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20210906/1175114.shtml (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(53)   Ibid., it-Taqsima 2.2.2.

(54)   The Shandong 14th FYP on the development of chemical industry. Disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211201/1191133.shtml (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(55)   Ibid., it-Taqsima III.4.

(56)  Opinjoni Gwida għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industriji Petrokimiċi u Kimiċi matul l-14-il FYP. Disponibbli fuq: http://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-04/08/content_5683972.htm#msdynttrid=WRmyf07ph0z74SHmXoOLKjRWl09BdZ4lGdYp9fiI9xU (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(57)  Ibid., it-Taqsima I.3.

(58)  Ibid.

(59)  Ibid., it-Taqsima VIII.

(60)  L-Avviż dwar it-Twettiq ta’ Ħidma Tajba fl-Iffirmar u l-Prestazzjoni ta’ Kuntratti tal-Faħam fuq Terminu Medju u Twil fl-2021. Disponibbli fuq: http://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2020-12/09/content_5568450.htm (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(61)  Ibid.

(62)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 6, p. 138-149.

(63)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 9, p. 216.

(64)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 9, p. 213-215.

(65)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 9, p. 209-211.

(66)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 13, p. 332-337.

(67)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 13, p. 336.

(68)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 13, p. 337-341.

(69)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 6, p. 114-117.

(70)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 6, p. 119.

(71)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 6, p. 120.

(72)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(73)  Ara d-dokument ta’ politika uffiċjali tal-Kummissjoni Regolatorja taċ-Ċina dwar l-Attività Bankarja u l-Assigurazzjoni (CBIRC) tat-28 ta’ Awwissu 2020: Il-pjan ta’ azzjoni ta’ 3 snin għat-titjib tal-governanza korporattiva tas-setturi bankarji u tal-assigurazzjoni (2020-2022), disponibbli fuq: http://www.cbirc.gov.cn/cn/view/pages/ItemDetail.html?docId=925393&itemId=928 (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023). Il-Pjan jagħti struzzjonijiet biex jiġi implimentat ulterjorment l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz fir-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju”. Barra minn hekk, it-taqsima II tal-Pjan għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “għandna nagħmlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri […] Il-Kumitat tal-Partit irid ikun iddiskuta kwistjonijiet operazzjonali u maniġerjali ewlenin qabel ma jiġu deċiżi mill-Bord tad-Diretturi jew mill-maniġment superjuri.”

(74)  Ara Notice on the Commercial banks performance evaluation method tas-CBIRC, maħruġa fil-15 ta’ Diċembru 2020. Disponibbli fuq http://jrs.mof.gov.cn/gongzuotongzhi/202101/t20210104_3638904.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Mejju 2023).

(75)  Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’s Corporate Debt Problem”, ta’ Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203.

(76)  Ir-Rapport — Il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(77)  Ara OECD (2019), OECD Economic Surveys: China 2019, OECD Publishing, Pariġi. p. 29. Disponibbli fuq: https://doi.org/10.1787/eco_surveys-chn-2019-en (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(78)  Ara: http://www.gov.cn/xinwen/2020-04/20/content_5504241.htm (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(79)  Henan Haohua Junhua għandha 81 % ta’ Henan Junhua Development. Ara https://aiqicha.baidu.com/company_detail_31229783116721 (ikkonsultat l-aħħar fil-5 ta’ Ġunju 2023).

(80)   14th Five-Year Plan for National Economic and Social Development and Long-Range Objectives for 2035. Disponibbli fuq: http://www.gov.cn/xinwen/2021-03/13/content_5592681.htm (aċċessat fit-2 ta’ Mejju 2023).

(81)   Ibid., it-Taqsima 1.1.

(82)  Tali approċċ ġie kkonfermat mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tal-21 ta’ Ġunju 2023, Guangdong Haomei New Materials u Guangdong King Metal Light Alloy Technology vs il-Kummissjoni, T-326/21, EU:T:2023:347, punt 104.

(83)  Ara pereżempju l-premessa (85) hawn fuq.

(84)  Ara l-premessi (75) u (76) hawn fuq.

(85)  World Bank Open Data — Upper Middle Income. Disponibbli fuq https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ Lulju 2023).

(86)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.

(87)  Il-paragrafi 59 u 60, u t-Tabella 1 tat-talba għal rieżami ta’ skadenza.

(88)  It-Taqsima 5.2.3 tat-talba għal rieżami ta’ skadenza.

(89)  Il-materja prima aħħarija użata fil-produzzjoni tal-melamina u l-fertilizzanti tan-nitroġenu hija l-gass naturali jew il-faħam. Il-gass naturali jew il-faħam jintużaw biex jagħmlu l-ammonijaka. L-ammonijaka tista’ tiġi pproċessata ulterjorment f’urea jew f’aċidu nitriku. L-aċidu nitriku jintuża għall-produzzjoni tan-nitrat tal-ammonju, li huwa fertilizzant tan-nitroġenu. Jista’ jkompli jitħallat biex isiru tipi oħra ta’ fertilizzanti tan-nitroġenu, eż. in-nitrat tal-ammonju tal-urea (“UAN”; nitrat tal-ammonju mħallat mal-urea) jew in-nitrat tal-kalċju u tal-ammonju (“CAN”; nitrat tal-ammonju mħallat mal-kalċju mill-ġebla tal-ġir). L-urea, b’żieda tal-ammonijaka, tista’ tintuża wkoll għall-produzzjoni tal-melamina. Il-fertilizzanti tan-nitroġenu, l-urea u l-melamina spiss jiġu prodotti mill-istess kumpaniji integrati vertikalment.

(90)  Disponibbli fuq https://connect.ihsmarkit.com/gta/home (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Frar 2023).

(91)  Ċentru Internazzjonali għall-Kummerċ, Market Access Map. Disponibbli fuq https://www.macmap.org/en/query/customs-duties (ikkonsultat l-aħħar fil-5 ta’ April 2023).

(92)   Doing Business 2020. Economy profile Turkey, p. 51. Disponibbli fuq https://archive.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/t/turkey/TUR.pdf (ikkonsultat l-aħħar fid-9 ta’ Frar 2023). Trading across Borders methodology. Disponibbli fuq https://archive.doingbusiness.org/en/methodology/trading-across-borders (ikkonsultat l-aħħar fid-9 ta’ Frar 2023).

(93)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.

(94)  Global Trade Alert. Disponibbli fuq https://www.globaltradealert.org/data_extraction (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Frar 2023).

(95)  L-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Korea ta’ Fuq, it-Turkmenistan, l-Użbekistan.

(96)  Is-CCCMC użat il-bażi tad-data tal-Comtrade tan-NU.

(97)  Ara l-Anness III għan-Nota dwar is-sorsi.

(98)  Ara https://www.dgtr.gov.in/anti-dumping-cases/anti-dumping-investigation-concerning-imports-melamine-originating-or-exported (ikkonsultat l-aħħar fil-5 ta’ April 2023).

(99)  L-istatistika dwar l-importazzjoni miksuba mill-GTA disponibbli fuq https://connect.ihsmarkit.com/gta/home (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ April 2023).

(100)  Il-premessa (103) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/809 tat-13 ta’ April 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, 14.4.2023, p. 22).

(101)  Elektrik ve Doğal Gaz Fiyatları, I. Dönem: Ocak-Haziran 2022 (Prezzijiet tal-Elettriku u tal-Gass Naturali, l-Ewwel Semestru: Jannar-Ġunju 2022), it-Tabella 1. Disponibbli fuq https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Elektrik-ve-Dogal-Gaz-Fiyatlari-I.-Donem:-Ocak-Haziran-2022-45567 (ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Jannar 2023).

(102)  Elektrik ve Doğal Gaz Fiyatları, I. Dönem: Ocak-Haziran 2022 (Prezzijiet tal-Elettriku u tal-Gass Naturali, l-Ewwel Semestru: Jannar-Ġunju 2022), it-Tabella 3. Disponibbli fuq https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Elektrik-ve-Dogal-Gaz-Fiyatlari-I.-Donem:-Ocak-Haziran-2022-45567 (ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Jannar 2023).

(103)  Disponibbli fuq https://www.isu.gov.tr/sufiyatlari/ (ikkonsultat l-aħħar fit-30 ta’ Jannar 2023).

(104)  Ara https://www.icis.com/explore/commodities/chemicals/melamine/ (ikkonsultat l-aħħar fil-11 ta’ April 2023).

(105)  Ara pereżempju https://www.weforum.org/agenda/2022/11/russia-ukraine-invasion-global-energy-crisis/ (ikkonsultat l-aħħar fid-9 ta’ Ġunju 2023); https://blogs.worldbank.org/developmenttalk/energy-shock-could-sap-global-growth-years (ikkonsultat l-aħħar fid-9 ta’ Ġunju 2023); https://www.reuters.com/business/energy/year-russia-turbocharged-global-energy-crisis-2022-12-13/ (ikkonsultat l-aħħar fid-9 ta’ Ġunju 2023).

(106)  Indiċi tal-Prezzijiet għall-Konsumatur, Marzu 2023, Tabella 2. Disponibbli fuq https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Consumer-Price-Index-March-2023-49652&dil=2 (ikkonsultat l-aħħar fil-11 ta’ April 2023).

(107)  Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija osservata f’Xinjiang XLX kienet ibbażata fuq kostijiet u prezzijiet distorti. Billi f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, l-għan ma huwiex li jiġi kkalkolat marġni ta’ dumping preċiż iżda li jiġi stabbilit jekk id-dumping għadux għaddej, il-Kummissjoni sabet li huwa aċċettabbli li ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija esperjenzata minn Xinjiang XLX tintuża bħala indikatur konservattiv għall-aġġustament tal-kost mingħajr distorsjoni tal-elettriku u tal-gass naturali.

(108)  Disponibbli fuq https://www.erieri.com/salary (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Frar 2023).

(109)  Disponibbli fuq https://data.tuik.gov.tr/Kategori/GetKategori?p=istihdam-issizlik-ve-ucret-108&dil=2 (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Frar 2023).

(110)  Tabella Il-kost lavorattiv medju fix-xahar u l-komponenti skont l-attività ekonomika, 2020 disponibbli fuq https://data.tuik.gov.tr/Kategori/GetKategori?p=istihdam-issizlik-ve-ucret-108&dil=2 (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Frar 2023).

(111)  Il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea disponibbli fuq https://ec.europa.eu/eurostat/documents/3859598/5902521/KS-RA-07-015-EN.PDF (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Frar 2023).

(112)  Tabella L-indiċijiet tal-Kost Lavorattiv (2015 = 100) disponibbli fuq https://data.tuik.gov.tr/Kategori/GetKategori?p=istihdam-issizlik-ve-ucret-108&dil=2 (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Frar 2023).

(113)  Disponibbli fuq http://www.egegubre.com.tr/mali.html (ikkonsultat l-aħħar fis-7 ta’ Frar 2023).

(114)  Disponibbli fuq https://www.tekfen.com.tr/en/financial-statements-4-22 (ikkonsultat l-aħħar fis-7 ta’ Frar 2023).

(115)  Disponibbli fuq https://www.kap.org.tr/en/sirket-finansal-bilgileri/4028e4a240f2ef4701410810f53601c4 (ikkonsultat l-aħħar fis-7 ta’ Frar 2023).

(116)  Ara r-rapporti tal-awditjar għall-1 ta’ Jannar — il-31 ta’ Diċembru 2021 u l-1 ta’ Jannar — it-30 ta’ Ġunju 2022 disponibbli fuq https://www.kap.org.tr/Bildirim/1004178 u https://www.kap.org.tr/tr/Bildirim/1056023 (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Ġunju 2023).

(117)  Ara r-rapporti tal-awditjar għall-1 ta’ Jannar — il-31 ta’ Diċembru 2021 u l-1 ta’ Jannar — it-30 ta’ Ġunju 2022 disponibbli fuq https://www.kap.org.tr/tr/Bildirim/1007098 u https://www.kap.org.tr/tr/Bildirim/1057306 (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Ġunju 2023).

(118)  Disponibbli fuq https://connect.ihsmarkit.com/gta/home (ikkonsultat l-aħħar fit-22 ta’ Frar 2023).

(119)   Economy Profile China. Doing Business 2020, p. 84, 88. Disponibbli fuq https://archive.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/c/china/CHN.pdf (ikkonsultat l-aħħar fit-22 ta’ Frar 2023).

(120)  It-Taqsima 5.3.1, l-Annessi 8.1 u 8.2 tat-talba għal rieżami ta’ skadenza. L-Annessi 8.1 u 8.2 jinkludu Chemicals Economics Handbook — Melamine 2020 (“Rapport tas-CEH”) u d-Data Workbook korrispondenti. Peress li r-rapport tas-CEH huwa kopert mid-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, l-informazzjoni li tinsab fir-rapport u fid-Data Workbook hija pprovduta f’meded.

(121)  L-Anness 8.2 tat-talba għal rieżami ta’ skadenza. Ara t-tabelli China-Producers u China-Additional capacity.

(122)  Lista ta’ referenzi 2023. Disponibbli fuq https://www.eurotecnica.it/images/PDF/reflist.pdf (ikkonsultat l-aħħar fit-12 ta’ April 2023).

(123)  L-Anness 8.2 tat-talba għal rieżami ta’ skadenza. Ara t-tabella China-Supply Demand.

(124)  Disponibbli fuq https://connect.ihsmarkit.com/gta/home (ikkonsultat l-aħħar fit-12 ta’ April 2023).

(125)   Melamine From the People’s Republic of China: Antidumping Duty and Countervailing Duty Orders. Disponibbli fuq https://www.federalregister.gov/documents/2015/12/28/2015-32632/melamine-from-the-peoples-republic-of-china-antidumping-duty-and-countervailing-duty-orders (ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ Mejju 2023).

(126)  Avviż tad-Dipartiment għad-Difiża tas-Suq Intern tal-Kummissjoni Ekonomika Ewrasjatika “Dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri anti-dumping kontra l-melamina li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li tiġi importata fit-territorju doganali tal-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika”. Disponibbli fuq http://www.eurasiancommission.org/ru/act/trade/podm/investigations/PublicDocuments/AD34_notice_dated05042022.pdf (ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ Mejju 2023).

(127)  L-Anness 8.2 tat-talba għal rieżami ta’ skadenza. Ara t-tabelli “World consumption of melamine by region and Central and Eastern European consumption of melamine by country”.

(128)  Pereżempju, il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn is-sitt swieq ewlenin tal-esportazzjoni kienu fil-medda ta’ madwar EUR 750/tunnellata u EUR 850/tunnellata fl-2015 u fl-2016. Sors: Global Trade Atlas. Disponibbli fuq https://my.ihs.com/ (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Ġunju 2023).

(129)  Fir-rigward tad-dazju anti-dumping miżjud, il-miżuri jikkonsistu fi prezzijiet minimi ta’ importazzjoni għal tliet produtturi esportaturi u dazju speċifiku fiss għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha. L-importazzjonijiet mit-tliet partijiet bi prezzijiet minimi tal-importazzjoni kienu, jekk ogħla mill-prezz minimu, ħielsa mid-dazju anti-dumping filwaqt li d-dazji anti-dumping applikabbli fuq l-importazzjonijiet minn dawn il-partijiet taħt il-prezzijiet minimi tal-importazzjoni kienu jvarjaw skont il-valur nett tal-fattura qabel l-importazzjoni. Kien hemm ukoll importazzjonijiet minn produtturi esportaturi oħra li għalihom kien applikat id-dazju speċifiku residwu ta’ EUR 415 għal kull tunnellata. Fid-dawl ta’ din l-istampa mħallta, l-ammont ta’ dazji anti-dumping miżjuda ġie stabbilit abbażi tad-data dwar l-importazzjonijiet tal-melamina rrapportata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku, peress li dak is-sett ta’ data kien jinkludi l-ammonti mħallsa.

(130)  Estrazzjoni sħiħa disponibbli fi TRON t23.002667.

(131)   93 345/(9/12) = 124 459. 124 459/64 673 = 192,4 %.

(132)   61 668/(9/12) = 82 223. 82 223/73 288 = 112,2 %.

(133)  Referenza għal TRON: t23.002400 tat-23 ta’ Mejju 2023.

(134)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.

(135)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(136)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


15.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/247


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1777

tal-14 ta’ Settembru 2023

li jintroduċi sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni rigward l-importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar Salvagwardji u Regoli Komuni għall-Esportazzjoni,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2015/478, sorveljanza tal-Unjoni tista’ tkun introdotta meta x-xejra fl-importazzjonijiet ta’ prodott thedded li tikkawża dannu lill-produtturi tal-Unjoni, u meta l-interessi tal-Unjoni hekk jeħtieġu. L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2015/755 jippermetti l-possibbiltà li tiġi introdotta sorveljanza meta l-interessi tal-Unjoni hekk jeħtieġu. Sorveljanza retrospettiva, li tirrikjedi li kull Stat Membru jittrażmetti data dwar l-importazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea ftit wara li tkun saret l-importazzjoni attwali, tista’ tiġi introdotta fl-ambitu taż-żewġ Regolamenti skont l-Artikolu 10(1)(a) u l-Artikolu 7(1)(a) rispettivament.

(2)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant dan l-aħħar żdiedu b’ammonti sinifikanti.

(3)

L-importazzjonijiet mill-oriġini kollha tal-bijoetanol użat bħala karburant żdiedu bi kważi 80 % bejn l-2021 u l-2022 (fin-nuqqas tal-kodiċijiet TARIC, dawn il-volumi huma bbażati fuq kodiċijiet NM kompleti u jistgħu jinkludu wkoll tipi oħra ta’ bijoetanol). Fl-2022, l-aktar pajjiżi esportaturi importanti f’termini ta’ volumi kienu l-Brażil, l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u l-Perù.

(4)

Analiżi addizzjonali, ibbażata fuq data TARIC estrapolata għall-aktar tliet kodiċijiet NM rappreżentattivi (jiġifieri aktar minn 90 % tal-importazzjonijiet fil-livell TARIC), uriet li l-importazzjonijiet tal-bijoetanol użat bħala karburant żdiedu b’45 % bejn l-2021 u l-2022. Barra minn hekk, wieħed josserva żieda ta’ 43,5 % oħra fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2023 meta mqabbla mal-ewwel ħames xhur tas-sena 2022.

(5)

Fuq dik il-bażi estrapolata, l-akbar tliet pajjiżi tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni huma l-Istati Uniti, il-Brażil u l-Perù. Il-Pakistan huwa r-raba’ pajjiż l-aktar importanti f’termini ta’ kwantitajiet importati, li juri l-ogħla żieda fl-importazzjonijiet b’179 % bejn l-2021 u l-2022. Għall-istess perjodu, l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti żdiedu b’96 %, u mill-Brażil b’37 %. L-importazzjonijiet mill-Perù naqsu bi 13 %.

(6)

Is-suq tal-UE jidher attraenti ħafna minħabba l-prezzijiet għoljin tiegħu. Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Brażil u mill-Istati Uniti huma aktar minn 15 % aktar baxxi mill-prezzijiet tal-UE (3). Barra minn hekk, iż-żewġ pajjiżi għandhom kapaċitajiet ta’ produzzjoni kbar ħafna.

(7)

Kif turi t-tabella ta’ hawn taħt, l-Istati Uniti u l-Brażil qed jipproduċu ħafna aktar mill-konsum domestiku tagħhom stess li jfisser li għandhom kapaċità żejda għas-swieq tal-esportazzjoni. Il-konsum tal-UE huwa ta’ madwar 4,6 miljun tunnellata u l-produtturi tal-Istati Uniti u tal-Brażil għandhom kapaċità żejda kkombinata ta’ 5,5 miljun tunnellata disponibbli għall-esportazzjoni, u għalhekk kapaċi jissodisfaw id-domanda tal-Unjoni.

Tabella 1

Produzzjoni u konsum fis-sena 2022

Sena 2022 (tunnellati)

L-Istati Uniti

Il-Brażil

L-UE

Produzzjoni

46 210 800

22 549 600

3 970 000

Konsum

41 685 000

21 517 400

4 605 200

Kapaċità żejda

4 525 800

1 032 200

- 635 200

(8)

Iż-żieda fl-importazzjoniet tikkoinċidi mat-tnaqqis ta’ 10 % fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-UE. Il-proporzjon tal-importazzjonijiet meta mqabbel mal-produzzjoni tal-UE żdied minn 21 % fl-2021 għal 39 % fl-2022.

(9)

Ta’ min ifakkar li s-sorveljanza retrospettiva dwar l-importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant (“bijoetanol”) ġiet introdotta għall-ewwel darba f’Novembru 2020 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1628 (4). Ir-Regolament introduċa ċerti kodiċijiet TARIC għal perjodu ta’ sena.

(10)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1628 skada fl-4 ta’ Novembru 2021 u għalhekk il-kodiċijiet ġew diżattivati fis-sistema doganali. Fl-2021, l-importazzjonijiet tal-bijoetanol kienu naqsu u għalhekk, f’dak iż-żmien ma kien hemm l-ebda raġuni biex is-sorveljanza tiġi estiża.

(11)

Madankollu, fuq il-bażi tax-xejriet reċenti fl-importazzjoni tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant, il-kapaċitajiet kbar ta’ produzzjoni disponibbli b’mod partikolari fl-Istati Uniti u l-Brażil kif iddikjarat fil-premessa(7), u l-livell aktar baxx tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet fl-Unjoni, l-effetti dannużi għall-produtturi tal-Unjoni jistgħu għalhekk, ikomplu jmorru għall-agħar fil-futur qrib.

(12)

Kif indikat mill-Industrija tal-Unjoni, mir-raba’ trimestru tal-2021 ’l hawn, il-biċċa l-kbira tal-indikaturi ekonomiċi qegħdin jiddeterjoraw, u qed juru sinjali ta’ dannu mġarrab mill-produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun fil-perjodu mir-raba’ trimestru tal-2021 sat-tielet trimestru tal-2022:

Produzzjoni (tnaqqis ta’ 10 %)

Użu tal-kapaċità (tnaqqis ta’ 9 %)

Volum tal-bejgħ tal-Unjoni (tnaqqis ta’ 6 %)

Inventarji (żieda ta’ 15 %)

Investiment (tnaqqis ta’ 44 %)

Profittabbiltà (tnaqqis ta’ 57 %)

(13)

Għalhekk, l-interess tal-Unjoni jeżiġi li l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant jenħtieġ li jkunu soġġetti għal sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni sabiex tingħata informazzjoni statistika, qabel tinħareġ l-istatistika uffiċjali dwar l-importazzjonijiet, li tippermetti analiżi rapida tax-xejriet fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha. Hemm bżonn ta’ data kummerċjali rapida biex tiġi ttrattata l-vulnerabbiltà tas-suq tal-Unjoni tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant u biex jiġu identifikati bidliet għall-għarrieda fis-suq dinji.

(14)

Billi l-etanol użat bħala karburant jista’ jiġi kklassifikat f’diversi intestaturi tan-NM li jinkludu prodotti oħra, jenħtieġ li jinħolqu kodiċijiet TARIC speċifiċi sabiex jiġi żgurat monitoraġġ adegwat limitat biss għall-prodotti rilevanti. L-ambitu tas-sorveljanza retrospettiva għandu jinkludi l-prodotti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(15)

Sabiex ikun jista’ jsir monitoraġġ xieraq tax-xejriet tal-importazzjoni u biex jiġi evitat li l-kodiċijiet TARIC rilevanti jerġgħu jiġu diżattivati, jenħtieġ li s-sorveljanza retrospettiva tiġi introdotta għal perjodu ta’ tliet snin,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant elenkat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza retrospettiva mill-Unjoni f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2015/478 u (UE) 2015/755.

2.   Il-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament huma bbażati fuq it-TARIC. L-oriġini tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jibqa’ fis-seħħ għal tliet snin.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16.

(2)   ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33.

(3)   Data pprovduta mill-Industrija Ewropea.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1628 tat-3 ta’ Novembru 2020 li jintroduċi sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni rigward l-importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant (ĠU L 366, 4.11.2020, p. 12).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


ANNESS

Lista ta’ prodotti soġġetti għas-sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni

Il-prodott ikkonċernat li huwa soġġett għal sorveljanza retrospettiva hu l-etanol rinnovabbli użat bħala karburant, jiġifieri l-alkoħol etiliku magħmul minn prodotti agrikoli (kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea), denaturat jew mhux denaturat, esklużi l-prodotti b’kontenut ta’ ilma ta’ aktar minn 0,3 % (m/m) imkejjel skont l-istandard EN 15376, iżda inkluż l-alkoħol etiliku magħmul minn prodotti agrikoli (kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) f’taħlitliet bil-petrol b’kontenut ta’ alkoħol etiliku ta’ aktar minn 10 % (v/v) maħsuba għall-użu bħala karburant. Il-prodott ikkonċernat ikopri wkoll l-alkoħol etiliku magħmul minn prodotti agrikoli (kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) li jinsab fl-Etere etil-terz-butiliku (ETBE).

L-ambitu tal-prodott huwa limitat esklussivament għall-etanol rinnovabbli użat bħala karburant. Għalhekk, l-etanol sintetiku u l-etanol rinnovabbli maħsuba biex jintużaw mhux bħala karburant, jiġifieri għall-użu industrijali u għax-xorb, mhumiex koperti.

Il-prodott ikkonċernat bħalissa huwa kklassifikat fil-kodiċi tan-NM u TARIC segwenti:

Kodiċi NM

Estensjonijiet tal-kodiċi TARIC

ex 2207 10 00

11

ex 2207 20 00

11

ex 2208 90 99

11

ex 2710 12 21

10

ex 2710 12 25

10

ex 2710 12 31

10

ex 2710 12 41

10

ex 2710 12 45

10

ex 2710 12 49

10

ex 2710 12 50

10

ex 2710 12 70

10

ex 2710 12 90

10

ex 2909 19 10

10

ex 3814 00 10

10

ex 3814 00 90

70

ex 3820 00 00

10

ex 3824 99 92

66


DEĊIŻJONIJIET

15.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/251


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1778

tat-12 ta’ Settembru 2023

dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Iżvezja

(notifikata bid-dokument C(2023) 6246)

(It-test bl-Iżvediż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-deni tal-ħnieżer Afrikan huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali porċini miżmuma u selvaġġi u jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, li jikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi.

(2)

Fil-każ ta’ tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini selvaġġi, ikun hemm riskju serju li dik il-marda tinfirex f’annimali porċini selvaġġi oħra u f’azjendi tal-annimali porċini miżmuma.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategorija A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari l-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu ċerti miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ konferma uffiċjali tat-tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi, inkluż id-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini selvaġġi. B’mod notevoli, dawk id-dispożizzjonijiet jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona infettata u projbizzjonijiet fuq il-movimenti tal-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati u tal-prodotti li joriġinaw minnhom.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 (4) jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard rigward id-deni tal-ħnieżer Afrikan. B’mod partikolari, fil-każ tat-tifqigħa ta’ dik il-marda f’annimali porċini selvaġġi f’żona ta’ Stat Membru, l-Artikolu 3(b) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi l-istabbiliment ta’ żona infettata f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Minbarra dan, l-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi li dik iż-żona trid tiġi elenkata bħala żona ristretta II fil-Parti II tal-Anness I tiegħu u li ż-żona infettata, stabbilita f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, tiġi aġġustata mingħajr dewmien biex tkun tinkludi mill-inqas iż-żona ristretta II. Il-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni tal-ħnieżer Afrikan stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, fost l-oħrajn, jinkludu projbizzjonijiet fuq il-movimenti tal-kunsinni tal-annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u tal-prodotti tagħhom barra minn dawk iż-żoni ristretti.

(5)

Barra minn hekk, l-Iżvezja għarrfet lill-Kummissjoni dwar il-konferma, fil-muniċipalità ta’ Fagersta, ta’ tifqigħa waħda tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini selvaġġi fl-Iżvezja fis-6 ta’ Settembru 2023. Għaldaqstant, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru stabbiliet żona infettata f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594.

(6)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u sabiex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni tiġi identifikata ż-żona infettata għad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Iżvezja b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru.

(7)

Sabiex ikun evitat aktar tixrid tad-deni tal-ħnieżer Afrikan, sakemm iż-żona tal-Iżvezja milquta mit-tifqigħat riċenti f’annimali porċini selvaġġi tiġi elenkata bħala żona ristretta II fil-Parti II tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, il-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni tal-ħnieżer Afrikan stipulati fih, li japplikaw għall-movimenti tal-kunsinni tal-annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u tal-prodotti tagħhom barra minn dawn iż-żoni, jenħtieġ li jkunu japplikaw ukoll għall-movimenti ta’ dawk il-kunsinni miż-żona infettata stabbilita mill-Iżvezja wara dik it-tifqigħa riċenti, flimkien mal-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li ż-żona infettata tiġi elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li tkun soġġetta għall-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni tal-ħnieżer Afrikan li japplikaw għaż-żoni ristretti II stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. Madankollu, minħabba din is-sitwazzjoni epidemjoloġika ġdida tad-deni tal-ħnieżer Afrikan u filwaqt li titqies iż-żieda fir-riskju immedjat li din il-marda tkompli tinxtered, jenħtieġ li, f’konformità ma’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, ma jiġux awtorizzati movimenti tal-kunsinni tal-annimali porċini miżmuma u tal-prodotti tagħhom miż-żona infettata lejn Stati Membri oħra u lejn il-pajjiżi terzi. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tistabbilixxi wkoll id-durata ta’ dan it-tqassim f’żoni.

(9)

Għalhekk, sabiex jittaffew ir-riskji li jfeġġu mit-tifqigħa reċenti tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fl-Iżvezja, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tipprevedi li l-movimenti lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona infettata u tal-prodotti tagħhom jenħtieġ li ma jiġux awtorizzati mill-Iżvezja sad-data tal-iskadenza ta’ din id-Deċiżjoni.

(10)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tad-deni tal-ħnieżer Afrikan, huwa importanti li l-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni japplikaw malajr kemm jista’ jkun.

(11)

Għaldaqstant, sakemm il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf jagħti l-opinjoni tiegħu, jenħtieġ li ż-żona infettata fl-Iżvezja tiġi stabbilita minnufih u elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, u li d-durata ta’ dak it-tqassim f’żoni tiġi stabbilita.

(12)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tiġi rieżaminata fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Iżvezja għandha tiżgura li tiġi stabbilita minnufih mill-Iżvezja żona infettata għad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mal-Artikolu 3(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, u li din tkun tinkludi mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Iżvezja għandha tiżgura li l-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni tal-ħnieżer Afrikan applikabbli għaż-żoni ristretti II stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 ikunu japplikaw fiż-żoni elenkati bħala żoni infettati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, flimkien mal-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

Artikolu 3

L-Iżvezja għandha tiżgura li l-kunsinni tal-annimali porċini miżmuma fiż-żoni elenkati bħala żoni infettati fl-Anness u l-prodotti tagħhom ma jiġux awtorizzati għall-movimenti lejn Stati Membri oħra u lejn il-pajjiżi terzi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta’ Diċembru 2023.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Iżvezja.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 tas-16 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 (ĠU L 79, 17.3.2023, p. 65).


ANNESS

Żoni stabbiliti bħala ż-żona infettata fl-Iżvezja kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Il-Kontea ta’ Västmanland:

30 % tal-muniċipalità ta’ Surahammar ’l isfel fil-Lvant ħdejn it-triq nru 66,

Total ta’ 100 % tal-muniċipalità ta’ Fagersta,

68 % tal-muniċipalità ta’ Norberg fit-Tramuntana ħdejn it-triq nru 270 u nru 68,

6 % tal-muniċipalità ta’ Skinnskatteberg ’l isfel fin-Nofsinhar ħdejn it-triq nru 250,

0,4 % tal-muniċipalità ta’ Västerås ’l isfel fix-Xlokk ħdejn it-triq nru 685,

12 % tal-muniċipalità ta’ Sala fil-Lvant ħdejn it-triq nru 681

Il-Kontea ta’ Dalarna:

1 % tal-muniċipalitajiet ta’ Avesta fil-Grigal ħdejn it-triq nru 693,

6 % tal-muniċipalitajiet ta’ Smedjebacken fil-Punent ħdejn it-triq nru 66

6.12.2023