ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 221I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
8 ta' Settembru 2023

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1715 tat-8 ta’ Settembru 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

1

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1716 tat-8 ta’ Settembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

6

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 221/1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1715

tat-8 ta’ Settembru 2023

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2020/1998.

(2)

Fit-8 ta’ Diċembru 2020, fid-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, f’isem l-Unjoni Ewropea, dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tagħhom lejn il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jenfasizza d-determinazzjoni tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-indirizzar ta’ ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Il-kisba tat-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem minn kulħadd hija għan strateġiku tal-Unjoni. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem huwa valur fundamentali tal-Unjoni u tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tagħha.

(3)

L-Unjoni ma tirrikonoxxix l-annessjoni illegali tal-Krimea u ta’ Sevastopol mill-Federazzjoni Russa u tibqa’ tikkundannaha bħala ksur tad-dritt internazzjonali. L-Unjoni għadha soda fl-impenn tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment u hija ddedikata għall-implimentazzjoni sħiħa tal-politika tagħha ta’ nonrikonoxximent.

(4)

L-Unjoni hija mħassba dwar id-deterjorament kontinwu tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-peniżola tal-Krimea, b’mod partikolari fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

(5)

F’dak il-kuntest, jenħtieġ li sitt persuni jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2020/1998.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/1998 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2020/1998 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

P. NAVARRO RÍOS

(1)   ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.

ANNESS

L-entrati li ġejjin huma miżjuda mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fit-taqsima A (“Persuni fiżiċi”) fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2020/1998:

Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)

Ismijiet

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“63.

Elena Victorovna PODOLNAYA

Елена Викторовна ПОДОЛЬНАЯ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Prosekutur Russu; Viċi Prosekutur fis-“Simferopol District Court in the Republic of Crimea”

Data tat-twelid: 5.9.1978

Sess: mara

Numru tal-karta tal-identità tat-taxxa: 261803847664

Elena Podolnaya hija l-Viċi Prosekutur fil-“Qorti Distrettwali ta’ Simferopol fir-Repubblika tal-Krimea” stabbilita mill-forza okkupanti tar-Russja fil-Krimea annessa illegalment. F’dik il-pożizzjoni, Elena Podolnaya ħadet sehem fil-proċedimenti tal-qorti politikament motivati kontra Vladyslav Yesypenko, ġurnalist, u għalih ipproponiet sentenza ta’ 11-il sena ħabs. Vladyslav Yesypenko ġie kkundannat għal 6 snin ħabs.

Il-proċedimenti tal-qorti kontra Vladyslav Yesypenko kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew bħala proċess eżemplari fir-Russja biex l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u gravi d-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà tagħhom tal-opinjoni u tal-espressjoni.

Għalhekk, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni.

8.9.2023

64.

Denis Vladimirovich KOROVIN

Денис Владимирович КОРОВИН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Uffiċjal tal-Federal Security Service of the Russian Federation (FSB)

Sess: raġel

Denis Korovin huwa uffiċjal tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa (FSB). Fil-pożizzjoni tiegħu, huwa ħa sehem fit-tortura ta’ Vladyslav Yesypenko, ġurnalist, li ġie kkundannat għal 6 snin ħabs.

Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż tortura, trattament inuman u degradanti u ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni.

8.9.2023

65.

Dliaver Memetovich BERBEROV

Длявер Меметович БЕРБЕРОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef fis-“Simferopol District Court of the Republic of Crimea”

Data tat-twelid: 17.8.1978

Post tat-twelid: Uzbekistan

Sess: raġel

Dliaver Berberov huwa mħallef fil-“Qorti Distrettwali ta’ Simferopol fir-Repubblika tal-Krimea” stabbilita mill-forza okkupanti tar-Russja fil-Krimea annessa illegalment. F’dik il-pożizzjoni, ħa sehem fil-proċedimenti tal-qorti politikament motivati kontra Vladyslav Yesypenko, ġurnalist.

Fis-16 ta’ Frar 2021, Dliaver Berberov ħabbar il-verdett tal-każ ta’ Vladyslav Yesypenko u kkundannah għal 6 snin ħabs.

8.9.2023

Indirizz: 6 Turkenicha St., Simferopol, Crimea, Ukraine

АР Крим, г. Симферополь, ул. Туркенича 6

Kodiċi DRFO: 2871801456

Il-proċedimenti tal-qorti kontra Vladyslav Yesypenko kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew bħala proċess eżemplari fir-Russja biex l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u gravi d-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà tagħhom tal-opinjoni u tal-espressjoni.

Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni.

66.

Vitaliy Olegovich VLASOV

Виталий Олегович ВЛАСОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Investigatur fil-Federal Security Service of the Russian Federation (FSB)

Data tat-twelid: 7.5.1986

Post tat-twelid: Shimanovsk/Amur Oblast/Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vitaliy Vlasov huwa investigatur fis-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa (FSB). F’dik il-pożizzjoni, huwa mexxa l-investigazzjonijiet fil-każijiet tal-ġurnalist Vladyslav Yesypenko, ta’ membri tal-komunità tat-Tatari tal-Krimea fil-Krimea, inkluż Nariman Dzhelyalov, kif ukoll ta’ membri tax-Xhieda ta’ Jehovah, inkluż Aleksandr Dubovenko u Aleksandr Litvinyuk.

F’dak il-kuntest, Vlasov kien involut fil-kampanji ta’ persekuzzjoni sistematika kontra l-komunità tat-Tatari tal-Krimea u membri tax-Xhieda ta’ Jehovah minħabba t-twemmin reliġjuż tagħhom.

Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż tortura, trattament inuman u degradanti, arrest u detenzjoni arbitrarji u ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni.

8.9.2023

67.

Viktor Viktorovich KRAPKO

Виктор Викторович КРАПКО

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tas-“Supreme Court of the Republic of Crimea”; Eks Imħallef fil-Kiev District Court of Simferopol

Data tat-twelid: 22.1.1989

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Viktor Krapko huwa mħallef fil-“Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Krimea” stabbilita mill-forza okkupanti tar-Russja fil-Krimea annessa illegalment. F’dik il-pożizzjoni, ħa sehem fil-proċedimenti tal-qorti politikament motivati kontra Vladyslav Yesypenko, ġurnalist, u Nariman Dzhelyalov, Tatar tal-Krimea.

Krapko huwa responsabbli wkoll għall-awtorizzazzjoni ta’ tfittxijiet fid-djar ta’ membri tax-Xhieda ta’ Jehovah fl-2021 fil-Krimea okkupata mir-Russja.

Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u gravi d-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà tagħhom tal-opinjoni u tal-espressjoni.

F’dak il-kuntest, Krapko kien involut fil-kampanji ta’ persekuzzjoni sistematika kontra l-komunità tat-Tatari tal-Krimea u membri tax-Xhieda ta’ Jehovah minħabba t-twemmin reliġjuż tagħhom.

Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni.

8.9.2023

68.

Anastasia Ivanovna SUPRYAGA

Анастасия Ивановна СУПРЯГА

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Prosekutur fil-“Prosecutor’s Office of Crimea”

Data tat-twelid: 15.3.1983

Post tat-twelid: Vinohradove, Saksky district, Autonomous Republic of Crimea, Ukraine

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Anastasia Supryaga hija prosekutur tal-“Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Krimea” stabbilita mill-forza okkupanti tar-Russja fil-Krimea annessa illegalment. F’dik il-pożizzjoni, ħadet sehem fil-proċedimenti tal-qorti politikament motivati u l-prosekuzzjoni ta’ Akhtem Chiygoz, Viċi President tal-Mejlis tal-poplu Tatar tal-Krimea u ta’ membri tal-komunità tat-Tatari tal-Krimea, inkluż Nariman Dzhelyalov.

F’dak il-kuntest, Supryaga kienet involuta fil-kampanji ta’ persekuzzjoni sistematika kontra l-komunità tat-Tatari tal-Krimea u membri tax-Xhieda ta’ Jehovah tal-Krimea minħabba t-twemmin reliġjuż tagħhom.

Għalhekk, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji.

8.9.2023”.

DEĊIŻJONIJIET

8.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 221/6

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1716

tat-8 ta’ Settembru 2023

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999.

(2)

Fit-8 ta’ Diċembru 2020, fid-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, f’isem l-Unjoni Ewropea, dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tagħhom lejn il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jenfasizza d-determinazzjoni tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-indirizzar ta’ ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Il-kisba tat-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem minn kulħadd hija għan strateġiku tal-Unjoni. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem huwa valur fundamentali tal-Unjoni u tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tagħha.

(3)

L-Unjoni ma tirrikonoxxix l-annessjoni illegali tal-Krimea u ta’ Sevastopol mill-Federazzjoni Russa u tibqa’ tikkundannaha bħala ksur tad-dritt internazzjonali. L-Unjoni għadha soda fl-impenn tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment u hija ddedikata għall-implimentazzjoni sħiħa tal-politika tagħha ta’ nonrikonoxximent.

(4)

L-Unjoni hija mħassba dwar id-deterjorament kontinwu tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-peniżola tal-Krimea, b’mod partikolari fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

(5)

F’dak il-kuntest, jenħtieġ li sitt persuni jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

P. NAVARRO RÍOS

(1)   ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.

ANNESS

L-entrati li ġejjin huma miżjuda mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fit-Taqsima A (“Persuni fiżiċi”) fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999:

Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)

Ismijiet

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“63.

Elena Victorovna PODOLNAYA

Елена Викторовна ПОДОЛЬНАЯ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Prosekutur Russu; Viċi Prosekutur fis-‘Simferopol District Court in the Republic of Crimea’

Data tat-twelid: 5.9.1978

Sess: mara

Numru tal-karta tal-identità tat-taxxa: 261803847664

Elena Podolnaya hija l-Viċi Prosekutur fil-‘Qorti Distrettwali ta’ Simferopol fir-Repubblika tal-Krimea’ stabbilita mill-forza okkupanti tar-Russja fil-Krimea annessa illegalment. F’dik il-pożizzjoni, Elena Podolnaya ħadet sehem fil-proċedimenti tal-qorti politikament motivati kontra Vladyslav Yesypenko, ġurnalist, u għalih ipproponiet sentenza ta’ 11-il sena ħabs. Vladyslav Yesypenko ġie kkundannat għal 6 snin ħabs.

Il-proċedimenti tal-qorti kontra Vladyslav Yesypenko kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew bħala proċess eżemplari fir-Russja biex l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u gravi d-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà tagħhom tal-opinjoni u tal-espressjoni.

Għalhekk, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni.

8.9.2023

64.

Denis Vladimirovich KOROVIN

Денис Владимирович КОРОВИН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Uffiċjal tal-Federal Security Service of the Russian Federation (FSB)

Sess: raġel

Denis Korovin huwa uffiċjal tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa (FSB). Fil-pożizzjoni tiegħu, huwa ħa sehem fit-tortura ta’ Vladyslav Yesypenko, ġurnalist, li ġie kkundannat għal 6 snin ħabs.

Il-proċedimenti tal-qorti kontra Vladyslav Yesypenko kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew bħala proċess eżemplari fir-Russja biex l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u gravi d-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà tagħhom tal-opinjoni u tal-espressjoni.

Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż tortura, trattament inuman u degradanti u ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni.

8.9.2023

65.

Dliaver Memetovich BERBEROV

Длявер Меметович БЕРБЕРОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef fis-‘Simferopol District Court of the Republic of Crimea’

Data tat-twelid: 17.8.1978

Post tat-twelid: Uzbekistan

Sess: raġel

Dliaver Berberov huwa mħallef fil-‘Qorti Distrettwali ta’ Simferopol fir-Repubblika tal-Krimea’ stabbilita mill-forza okkupanti tar-Russja fil-Krimea annessa illegalment. F’dik il-pożizzjoni, ħa sehem fil-proċedimenti tal-qorti politikament motivati kontra Vladyslav Yesypenko, ġurnalist.

Fis-16 ta’ Frar 2021, Dliaver Berberov ħabbar il-verdett tal-każ ta’ Vladyslav Yesypenko u kkundannah għal 6 snin ħabs.

8.9.2023

Indirizz: 6 Turkenicha St., Simferopol, Crimea, Ukraine

АР Крим, г. Симферополь, ул. Туркенича 6

Kodiċi DRFO: 2871801456

Il-proċedimenti tal-qorti kontra Vladyslav Yesypenko kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew bħala proċess eżemplari fir-Russja biex l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u gravi d-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà tagħhom tal-opinjoni u tal-espressjoni.

Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni.

66.

Vitaliy Olegovich VLASOV

Виталий Олегович ВЛАСОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Investigatur fil-Federal Security Service of the Russian Federation (FSB)

Data tat-twelid: 7.5.1986

Post tat-twelid: Shimanovsk/Amur Oblast/Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vitaliy Vlasov huwa investigatur fis-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa (FSB). F’dik il-pożizzjoni, huwa mexxa l-investigazzjonijiet fil-każijiet tal-ġurnalist Vladyslav Yesypenko, ta’ membri tal-komunità tat-Tatari tal-Krimea fil-Krimea, inkluż Nariman Dzhelyalov, kif ukoll ta’ membri tax-Xhieda ta’ Jehovah, inkluż Aleksandr Dubovenko u Aleksandr Litvinyuk.

F’dak il-kuntest, Vlasov kien involut fil-kampanji ta’ persekuzzjoni sistematika kontra l-komunità tat-Tatari tal-Krimea u membri tax-Xhieda ta’ Jehovah minħabba t-twemmin reliġjuż tagħhom.

Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż tortura, trattament inuman u degradanti, arrest u detenzjoni arbitrarji u ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni.

8.9.2023

67.

Viktor Viktorovich KRAPKO

Виктор Викторович КРАПКО

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tas-‘Supreme Court of the Republic of Crimea’; Eks Imħallef fil-Kiev District Court of Simferopol

Data tat-twelid: 22.1.1989

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Viktor Krapko huwa mħallef fil-‘Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Krimea’ stabbilita mill-forza okkupanti tar-Russja fil-Krimea annessa illegalment. F’dik il-pożizzjoni, ħa sehem fil-proċedimenti tal-qorti politikament motivati kontra Vladyslav Yesypenko, ġurnalist, u Nariman Dzhelyalov, Tatar tal-Krimea.