ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 220

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
7 ta' Settembru 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1697 tad-19 ta’ Ġunju 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, dwar il-mazzola griża

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1698 tas-6 ta’ Settembru 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ diformat tal-potassju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni: ADDCON Europe GmbH) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 104/2010 ( 1 )

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1699 tas-6 ta’ Settembru 2023 dwar l-istatus tal-attapulġit bħala addittiv tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1700 tas-6 ta' Settembru 2023 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għaċ-Ċilì, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa ( 1 )

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1701 tas-6 ta’ Settembru 2023 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni għal ċerti tipi ta’ ross meħluf applikabbli mis-7 ta’ Settembru 2023

20

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1313 tat-22 ta’ Ġunju 2023 li tapprova, f’isem l-Unjoni Ewropea, l-emendi għall-Anness 14-B tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika ( ĠU L 162, 28.6.2023 )

22

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1697

tad-19 ta’ Ġunju 2023

dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, dwar il-mazzola griża

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ April 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/689 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il- Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”) (2). Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2021.

(2)

L-Artikolu 498(2) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprevedi li l-Partijiet għandhom jorganizzaw konsultazzjonijiet annwali biex jaqblu, sal-10 ta’ Diċembru ta’ kull sena, dwar il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għas-sena ta’ wara għall-istokkijiet elenkati fl-Anness 35 tal-Ftehim. Dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jkopru wkoll il-kwistjonijiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 498(4) tal-Ftehim inkluża lista ta’ stokkijiet li għalihom huwa pprojbit is-sajd, id-determinazzjoni tat-TAC għal kwalunkwe stokk li ma huwiex elenkat fl-Anness 35 jew fl-Anness 36 u l-ishma rispettivi tal-Partijiet ta’ dawk l-istokkijiet, miżuri għall-ġestjoni tas-sajd.

(3)

L-Unjoni twettaq il-konsultazzjonijiet annwali f’konformità mal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 2, 3, 28 u 33 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Artikoli 4 u 5 tal-pjanijiet pluriennali tal-Ilmijiet tal-Punent (3) u tal-Baħar tat-Tramuntana (4), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1875 (5).

(4)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni matul il-konsultazzjonijiet annwali hija bbażata fuq l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, jiġifieri prinċipalment dak mogħti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) f’konformità mal-Artikolu 494(3)(c) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

(5)

Ir-Rekord bil-Miktub li jiddokumenta l-arranġamenti magħmula bejn il-Partijiet bħala riżultat ta’ dawk il-konsultazzjonijiet għandu jiġi prodott u ffirmat mill-Kapijiet ta’ Delegazzjoni tal-Partijiet f’konformità mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 498(6) ta’ dak il-Ftehim.

(6)

Fis-16 ta’ Diċembru 2022, l-Unjoni qablet mar-Renju Unit dwar l-istabbiliment ta’ għadd sostanzjali ta’ TACs għall-2022 għall-istokkijiet elenkati fl-Anness 35 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. L-eżitu tal-konsultazzjonijiet ġie ddokumentat fir-Rekord bil-Miktub (6), li ġie approvat mill-Kunsill fl-20 ta’ Diċembru 2022 u ffirmat mill-Kap tad-Delegazzjoni tar-Renju Unit u mir-rappreżentant tal-Kummissjoni f’isem l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 498(6) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2021/1875.

(7)

Il-mazzola griża (Squalus acanthias) hija stokk taħt ġestjoni kondiviża mill-Unjoni u mir-Renju Unit. Matul il-konsultazzjonijiet annwali, l-Unjoni u r-Renju Unit qablu li, minħabba t-titjib ivvalutat tal-istatus tal-istokk tal-mazzola griża, jenħtieġ li l-mazzola griża ma tibqax speċi pprojbita. Il-livelli rilevanti tat-TAC stabbiliti f’dak ir-Rekord bil-Miktub ġew sussegwentement implimentati fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 (7).

(8)

L-Unjoni u r-Renju Unit qablu wkoll li, sabiex jiġi protett komponent ta’ dan l-istokk li huwa partikolarment vulnerabbli għall-mortalità mis-sajd, huwa xieraq li jiġi skoraġġut is-sajd dirett immirat lejn aggregazzjonijiet ta’ ħut nisa maturi. Għal dan il-għan, l-Unjoni u r-Renju Unit qablu li d-daqs massimu tal-qbid ta’ 100 cm jenħtieġ li jiġi rrispettat.

(9)

Sakemm jiġi adottat tali daqs massimu tal-qbid fid-dritt tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-miżura miftiehma mar-Renju Unit ġiet stabbilita fl-Anness IA tar-Regolament (UE) 2023/194. Il-miżura kienet marbuta b’mod funzjonali mat-TAC għall-mazzola griża, peress li mingħajr miżura bħal din, il-livell tat-TAC waħdu ma jiżgurax protezzjoni suffiċjenti għall-ħut nisa li jbid, li jikkostitwixxi grupp partikolarment vulnerabbli tal-popolazzjoni.

(10)

Ir-Regolament attwali għandu l-għan li jeskludi mazzola griża akbar minn 100 cm mill-obbligu ta’ ħatt l-art, u b’hekk jiżgura li meta jinqabad b’mod aċċidentali, dan il-kampjun jenħtieġ li ma ssirlux ħsara u li jinħeles minnufih lura fil-baħar.

(11)

Ir-Regolament jipprovdi qafas legali aktar stabbli, minħabba n-natura temporanja tal-miżuri adottati mill-Kunsill li, f’konformità mal-Artikolu 59(k) tar-Regolament (UE) 2023/194, mhux se jibqa’ japplika fid-data li fiha jsir applikabbli att delegat li jintroduċi miżuri korrispondenti u li jirregola t-trattament tal-qabdiet ta’ dawk l-istokkijiet ta’ aktar minn 100 cm.

(12)

Ir-Regolament attwali jiżgura l-konformità mill-Unjoni mal-obbligi internazzjonali tagħha u joħloq ċertezza legali u kundizzjonijiet ekwi għas-sajjieda tal-Unjoni.

(13)

Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq il-konservazzjoni tal-istokk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

(14)

Peress li l-miżuri maqbula fir-Rekord bil-Miktub bejn l-Unjoni u r-Renju Unit jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2023, dan ir-Regolament jenħtieġ li jieqaf japplika wkoll f’dik id-data,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi deroga mill-obbligu ta’ ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-fini tal-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward ta’ stokkijiet kondiviżi soġġetti għall-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

Dan ir-Regolament japplika għal attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni f’ilmijiet li ma humiex soġġetti għas-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi.

Artikolu 2

Mazzola griża ( Squalus acanthias)

B’deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandu jkun ipprojbit li jiġu mmirati, li jinżammu abbord jew li jiġu ttrasbordati, li jinħattu l-art, li jiġu ttrasportati, li jinħażnu, li jintwerew jew li jiġu offruti għall-bejgħ, li jinbiegħu jew li jitqiegħdu fis-suq mazzoli griżi ta’ aktar minn 100 cm.

Kwalunkwe mazzola griża ta’ aktar minn dak id-daqs meta tinqabad b’mod aċċidentali ma għandhiex issirilha ħsara u l-kampjuni għandhom jinħelsu minnufih lura fil-baħar.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

(2)   ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/973 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art fil-Baħar tat-Tramuntana u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 u (KE) Nru 1342/2008 (ĠU L 179, 16.7.2018, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1875 tat-22 ta’ Ottubru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-konsultazzjonijiet annwali mar-Renju Unit biex jintlaħaq ftehim dwar il-qabdiet totali permissibbli (ĠU L 378, 26.10.2021, p. 6).

(6)  Written Record of fisheries consultations between the United Kingdom and the European Union for 2023: EU-UK for 2023 (europa.eu).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1).


7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1698

tas-6 ta’ Settembru 2023

dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ diformat tal-potassju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni: ADDCON Europe GmbH) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 104/2010

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Preparat ta’ diformat tal-potassju kien ġie awtorizzat għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa bir-Regolament ta’ tal-Kummissjoni (UE) Nru 104/2010 (2).

(3)

F’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ diformat tal-potassju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra (titjib tal-parametri żootekniċi)”. Ma’ din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tad-29 ta’ Jannar 2020 (3) u tat-18 ta’ Novembru 2020 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparat ta’ diformat tal-potassju għadu sikur għall-ħnieżer nisa, għall-konsumaturi u għall-ambjent skont il-kundizzjonijiet tal-użu awtorizzati bħalissa. Hija tenniet ukoll li ħlief għall-potenzjal ta’ irritazzjoni okulari, ma nstab l-ebda effett li jeħtieġ miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni tal-utent.

(5)

F’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (5), il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa fil-valutazzjoni preċedenti huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. Barra minn hekk, fit-28 ta’ April 2023, il-Laboratorju ta’ Referenza ppubblika addendum għar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu, li jaġġorna r-rakkomandazzjonijiet tiegħu għall-metodi analitiċi għad-determinazzjoni tad-diformat tal-potassju (bħala aċidu formiku totali) fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf kompost, u għad-determinazzjoni tal-potassju totali fl-addittiv tal-għalf.

(6)

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 104/2010 jipprevedi d-deskrizzjoni tal-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra (titjib tal-parametri żootekniċi)”. Madankollu, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-approċċ attwali dwar l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi tal-grupp funzjonali ta’ addittivi żootekniċi oħra, jixraq li tiġi speċifikata aktar il-funzjoni mwettqa mill-addittiv, li hija li jittejbu l-parametri tal-prestazzjoni tal-ħnieżer nisa.

(7)

Il-valutazzjoni tal-preparat ta’ diformat tal-potassju turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dan l-addittiv tiġġedded.

(8)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. Dawk il-miżuri protettivi jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti oħra tas-sikurezza tal-ħaddiema skont id-dritt tal-Unjoni.

(9)

Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-preparat ikkonċernat, jixraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(10)

B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ diformat tal-potassju bħala addittiv tal-għalf, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament (UE) Nru 104/2010.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ diformat tal-potassju tal-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u tal-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra (titjib tal-parametri tal-prestazzjoni)”, hija mġedda soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Tħassir tar-Regolament (UE) Nru 104/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 104/2010 jitħassar.

Artikolu 3

Miżuri tranżizzjonali

1.   Il-preparat speċifikat fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dak il-preparat, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta’ Marzu 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-27 ta’ Settembru 2023 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

2.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li jkun fihom il-preparat imsemmi fl-Anness, li jkunu prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta’ Settembru 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-27 ta’ Settembru 2023 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 104/2010 tal-5 ta’ Frar 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ diformat tal-potassju bħala addittiv fl-ikel għall-ħnieżer ta’ sess femminil (id-detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 (ĠU L 35, 6.2.2010, p. 4).

(3)   EFSA Journal 2020;18(2):6024.

(4)   EFSA Journal 2020;18(12):6339.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib tal-parametri tal-prestazzjoni)

4d800

ADDCON Europe GmbH

Diformat tal-potassju

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ diformat tal-potassju, minimu ta’ 98 %,

Silikat massimu 1,5 %

Ilma massimu 0,5 %

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Diformat tal-potassju, solidu

KH(COOH)2

Nru CAS 20642-05-1

Metodu analitiku  (1)

Għad-determinazzjoni tal-potassju

tal-potassju (bħala aċidu formiku totali) fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf kompost: kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività (IC-CD) — EN 17294.

Għad-determinazzjoni tal-potassju totali fl-addittiv tal-għalf:

spettrometrija tal-assorbiment atomiku (AAS) — EN ISO 6869; jew

spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES) — EN 15510.

Ħnieżer nisa

10 000  (2)

12 000  (3)

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana

2.

Il-kontenut massimu tad-diformat tal-potassju għandu jkun 12 000  mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għall-ħnieżer nisa, kemm jekk jintuża waħdu bħala addittiv żootekniku kif ukoll jekk jintuża flimkien ma’ sorsi oħra tad-diformat tal-potassju.

3.

It-taħlita ta’ sorsi differenti ta’ aċidu formiku ma għandhomx jaqbżu l-livell massimu permess ta’ 10 000  mg ta’ aċidu formiku/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f’forma ta’ taħlita minn qabel.

5.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv, tat-taħlitiet lesti minn qabel u tal-għalf, għandu jiġu indikat dan li ġej: “L-użu simultanju ta’ aċidi organiċi differenti jew tal-imlieħ tagħhom huwa kontraindikat meta jintuża wieħed jew aktar minnhom fil-kontenut massimu permess jew qrib tiegħu”.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali għall-għajnejn.

is-27 ta’ Settembru 2033


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_mt

(2)  10 000 mg/kg ta’ diformat tal-potassju huwa ekwivalenti għal 6 993 mg/kg bħala aċidu formiku.

(3)  12 000 mg/kg ta’ diformat tal-potassju huwa ekwivalenti għal 8 391 mg/kg bħala aċidu formiku.


7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1699

tas-6 ta’ Settembru 2023

dwar l-istatus tal-attapulġit bħala addittiv tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Għas-sustanza attapulġit, hemm inċertezza dwar jekk hijiex addittiv tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Din l-inċertezza tirriżulta minn diversi mistoqsijiet jew dubji espressi mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli għall-kontrolli uffiċjali jew mill-operaturi ekonomiċi dwar il-klassifikazzjoni ta’ dik is-sustanza li bħalissa hija inkluża fil-Katalgu tal-materjali tal-għalf stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 (2).

(2)

Inċertezza bħal din dwar l-istatus ta’ prodotti fir-rigward tal-addittivi tal-għalf tista’ xxekkel il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-għalf fl-Unjoni, peress li d-distinzjoni bejn l-addittivi tal-għalf u prodotti oħra tal-għalf għandha rwol ewlieni fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-introduzzjoni tagħhom fis-suq, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli rilevanti.

(3)

Sabiex titnaqqas l-inċertezza rigward l-istatus tal-attapulġit bħala addittiv tal-għalf, huwa xieraq li tiġi adottata miżura rilevanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, li tiddetermina dak l-istatus. Miżura bħal din twassal għal konsistenza fit-trattament tal-prodott ikkonċernati u tiffaċilita l-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-kontrolli uffiċjali, filwaqt li tgħin lill-operaturi ekonomiċi interessati biex jaġixxu f’qafas li jipprevedi livell xieraq ta’ ċertezza tad-dritt.

(4)

Biex jiġi ddeterminat jekk prodott huwiex addittiv tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huwa xieraq li ssir referenza għal-linji gwida għad-distinzjoni bejn l-addittivi tal-għalf, il-materjali tal-għalf u prodotti oħra, stabbiliti bir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/25/UE (3). B’mod partikolari, dawk il-linji gwida jipprevedu diversi kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati fl-istess waqt f’evalwazzjoni każ b’każ sabiex jinħoloq profil ta’ kull prodott speċifiku, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi kollha tiegħu. Il-kriterji għad-divrenzjar bejn l-addittivi tal-għalf u l-materjali tal-għalf jinkludu l-metodu tal-produzzjoni u tal-ipproċessar, id-definizzjoni kimika u l-livell ta’ standardizzazzjoni jew purifikazzjoni, is-sikurezza u l-modalità tal-użu u l-funzjonalità tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, għall-finijiet tal-konsistenza, jenħtieġ li prodotti bi proprjetajiet simili jiġu kklassifikati b’analoġija.

(5)

Abbażi ta’ eżami tal-kriterji li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni 2011/25/UE, ġie konkluż li l-attapulġit jenħtieġ li jiġi kkunsidrat bħala addittiv tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. L-attapulġit jintuża essenzjalment sabiex iwettaq il-funzjonijiet teknoloġiċi fl-għalf bħala legant, antiagglomerant jew riduċent tal-kontaminazzjoni tal-għalf mill-mikotossini, jew saħansitra l-funzjonijiet żootekniċi billi jaffettwa l-flora gastrointestinali tal-annimali jew id-diġestibbiltà tal-għalf, li huma tipiċi tal-funzjonalità tal-addittivi tal-għalf. Barra minn hekk, il-karatteristiċi u l-proprjetajiet tal-attapulġit huma simili ħafna għal dawk ta’ minerali tat-tafal oħrajn li jitqiesu bħala addittivi tal-għalf. Għalhekk, il-klassifikazzjoni b’analoġija tal-attapulġit bħala addittiv tal-għalf twassal għal konsistenza fit-trattament ta’ dawk il-prodotti simili.

(6)

Bħala riżultat tal-klassifikazzjoni tal-attapulġit bħala addittiv tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huwa xieraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni li jippermetti lill-partijiet interessati jadattaw għall-istatus ta’ dik is-sustanza, inkluż għall-finijiet tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni biex jiġi awtorizzat bħala addittiv tal-għalf u l-ipproċessar ulterjuri ta’ applikazzjoni bħal din f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-attapulġit huwa addittiv tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

Artikolu 2

Is-sustanza msemmija fl-Artikolu 1 tista’ tkompli tiġi introdotta fis-suq u tintuża f’konformità mar-regoli applikabbli għall-materjali tal-għalf sas-27 ta’ Settembru 2030.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1).

(3)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/25/UE tal-14 ta’ Jannar 2011 li tistabbilixxi linji gwida għad-distinzjoni bejn il-materjali tal-għalf, il-prodotti bijoċidali u l-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 11, 15.1.2011, p. 75).


7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1700

tas-6 ta' Settembru 2023

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għaċ-Ċilì, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom għad-dħul fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) (3) 2021/404 jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni rispettivament ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tliet tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fl-Iskozja, fiż-żoni amministrattivi ta’ Angus (1), Dumfries & Galloway (1), u l-Isle of Lewis (1) li ġew ikkonfermati fit-18 ta’ Awwissu 2023, fis-17 ta’ Awwissu 2023 u fit-22 ta’ Awwissu 2023 rispettivament b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit stabbilew żoni ristretti ta’ mill-anqas 10km madwar l-azjendi affettwati u implimentaw politika tal-qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(7)

Ir-Renju Unit ta informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu u dwar il-miżuri li ħa biex jipprevjeni aktar tixrid tal-HPAI.

(8)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jidhrilha li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni jenħtieġ li jiġi sospiż, biex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni.

(9)

Il-Kanada, iċ-Ċilì, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti taw informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi fit-territorji tagħhom b’rabta mal-HPAI li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(10)

Il-Kanada tat informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha b’rabta ma’ tifqigħa tal-HPAI fi stabbiliment tal-pollam fil-provinċja ta’ British Colombia li ġiet ikkonfermata fl-20 ta’ Settembru 2022.

(11)

Iċ-Ċilì tat informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha b’rabta ma’ ħames tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam fir-reġjuni ta’ Biobío (3) u Maule (2), li ġew ikkonfermati bejn id-19 ta’ Marzu 2023 u l-20 ta’ April 2023.

(12)

Ir-Renju Unit ta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu b’rabta ma’ tifqigħa tal-HPAI fi stabbiliment tal-pollam fil-kontea ta’ Kent, l-Ingilterra, li ġiet ikkonfermata fl-20 ta’ Lulju 2023.

(13)

Finalment, l-Istati Uniti taw informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom b’rabta ma’ 21 tifqigħa tal-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam fl-istati ta’ Colorado (1) u Pennsylvania (20), li ġew konfermati fl-1 ta’ Frar 2023 u fit-28 ta’ Marzu 2023.

(14)

Il-Kanada, iċ-Ċilì, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti taw wkoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara dawk it-tifqigħat ta’ dik il-marda, il-Kanada, iċ-Ċilì, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u lestew ukoll ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfettar wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati fit-territorji tagħhom.

(15)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni ppreżentata mill-Kanada, miċ-Ċilì, mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti. Il-Kummissjoni jidhrilha li l-Kanada, iċ-Ċilì, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti pprovdew garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjonijiet ma għadhiex toħloq theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni tal-prodotti tal-pollam miż-żoni kkonċernati tal-Kanada, taċ-Ċilì, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni.

(16)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fil-Kanada, fiċ-Ċilì, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti.

(17)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-Renju Unit b’rabta mal-HPAI u biex ikun evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Kanada, maċ-Ċilì, mar-Renju Unit u mal-Istati Uniti, l-emendi li jenħtieġ li jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(18)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Settembru 203

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.94 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.94

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

20.9.2022

24.8.2023”;

(ii)

fl-entrata għaċ-Ċilì, ir-ringieli għaż-żoni CL-2.2 u CL-2.3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CL

Iċ-Ċilì

CL-2.2

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

19.3.2023

28.8.2023

CL-2.3

N, P1

 

24.3.2023

28.8.2023”;

(iii)

fl-entrata għaċ-Ċilì, ir-ringieli għaż-żoni CL-2.5 u CL-2.6 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CL

Iċ-Ċilì

CL-2.5

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

10.4.2023

28.8.2023

CL-2.6

N, P1

 

12.4.2023

28.8.2023”;

(iv)

fl-entrata għaċ-Ċilì, ir-ringiela għaż-żona CL-2.10 hija sostitwita b’dan li ġej:

CL

Iċ-Ċilì

CL-2.10

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

20.4.2023

28.8.2023”;

(v)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.308 hija sostitwita b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.308

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

20.7.2023

23.8.2023”;

(vi)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.315, GB-2.316 u GB-2.317 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.314:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.315

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

17.8.2023

 

GB-2.316

N, P1

 

18.8.2023

 

GB-2.317

N, P1

 

22.8.2023”;

 

(vii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.408 hija sostitwita b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.408

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

1.2.2023

31.8.2023”;

(viii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.416 hija sostitwita b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.416

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

22.2.2023

31.8.2023”;

(ix)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.418 hija sostitwita b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.418

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

23.2.2023

31.8.2023”;

(x)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.422 u US-2.423 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.422

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

24.2.2023

31.8.2023

US-2.423

N, P1

 

27.2.2023

31.8.2023”;

(xi)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.427, US-2.348 u US-2.429 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.427

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

3.3.2023

31.8.2023

US-2.428

N, P1

 

3.3.2023

31.8.2023

US-2.429

N, P1

 

3.3.2023

31.8.2023”;

(xii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.432 sa US-2.441 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.432

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

6.3.2023

31.8.2023

US-2.433

N, P1

 

6.3.2023

31.8.2023

US-2.434

N, P1

 

6.3.2023

31.8.2023

US-2.435

N, P1

 

13.3.2023

31.8.2023

US-2.436

N, P1

 

14.3.2023

31.8.2023

US-2.437

N, P1

 

14.3.2023

31.8.2023

US-2.438

N, P1

 

14.3.2023

31.8.2023

US-2.439

N, P1

 

14.3.2023

31.8.2023

US-2.440

N, P1

 

14.3.2023

31.8.2023

US-2.441

N, P1

 

15.3.2023

31.8.2023”;

(xiii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.443 u US-2.444 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.443

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

16.3.2023

31.8.2023

US-2.444

N, P1

 

16.3.2023

31.8.2023”;

(xiv)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.447 hija sostitwita b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.447

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

28.3.2023

25.8.2023”;

(b)

fil-Parti 2, fl-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni GB-2.315, GB-2.316 u GB-2.317 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.314:

“Ir-Renju Unit

GB-2.315

qrib Kirkcudbright, Dumfries u Galloway, l-Iskozja, GB

Iż-żona li tinsab fiċ-ċirku ta’ raġġ ta’ 10 km, biċ-ċentru fil-koordinati deċimali WGS84 Lat: N54.80 u Lonġ: W4.05

GB-2.316

qrib Forfar, Angus, l-Iskozja, GB

Iż-żona li tinsab fiċ-ċirku ta’ raġġ ta’ 10 km, biċ-ċentru fil-koordinati deċimali WGS84 Lat: Lat: N56.69 u Lonġ: W2.87

GB-2.317

qrib Barvas, l-Isle of Lewis, l-Iskozja, GB

Iż-żona li tinsab fiċ-ċirku ta’ raġġ ta’ 10km, biċ-ċentru fil-koordinati deċimali WGS84 Lat: Lat: N58.35 u Lonġ: W6.51”

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.94 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.94

POU, RAT

N, P1

 

20.9.2022

24.8.2023

GBM

P1

 

20.9.2022

24.8.2023”;

(b)

fl-entrata għaċ-Ċilì, ir-ringieli għaż-żoni CL-2.2 u CL-2.3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CL

Iċ-Ċilì

CL-2.2

POU, RAT

N, P1

 

19.3.2023

28.8.2023

GBM

P1

 

19.3.2023

28.8.2023

CL-2.3

POU, RAT

N, P1

 

24.3.2023

28.8.2023

GBM

P1

 

24.3.2023

28.8.2023”;

(c)

fl-entrata għaċ-Ċilì, ir-ringieli għaż-żoni CL-2.5 u CL-2.6 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CL

Iċ-Ċilì

CL-2.5

POU, RAT

N, P1

 

10.4.2023

28.8.2023

GBM

P1

 

10.4.2023

28.8.2023

CL-2.6

POU, RAT

N, P1

 

12.4.2023

28.8.2023

GBM

P1

 

12.4.2023

28.8.2023”;

(d)

fl-entrata għaċ-Ċilì, ir-ringieli għaż-żona CL-2.10 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CL

Iċ-Ċilì

CL-2.10

POU, RAT

N, P1

 

20.4.2023

28.8.2023

GBM

P1

 

20.4.2023

28.8.2023”;

(e)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.308 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.308

POU, RAT

N, P1

 

20.7.2023

23.8.2023

GBM

P1

 

20.7.2023

23.8.2023”;

(f)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.315, GB-2.316 u GB-2.317 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.314:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.315

POU, RAT

N, P1

 

17.8.2023

 

GBM

P1

 

17.8.2023

 

GB-2.316

POU, RAT

N, P1

 

18.8.2023

 

GBM

P1

 

18.8.2023

 

GB-2.317

POU, RAT

N, P1

 

22.8.2023

 

GBM

P1

 

22.8.2023”;

 

(g)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.408 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.408

POU, RAT

N, P1

 

1.2.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

1.2.2023

31.8.2023”;

(h)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.416 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.416

POU, RAT

N, P1

 

22.2.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

22.2.2023

31.8.2023”;

(i)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.418 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.418

POU, RAT

N, P1

 

23.2.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

23.2.2023

31.8.2023”;

(j)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.422 u US-2.423 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.422

POU, RAT

N, P1

 

24.2.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

24.2.2023

31.8.2023

US-2.423

POU, RAT

N, P1

 

27.2.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

27.2.2023

31.8.2023”;

(k)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.427, US-2.348 u US-2.429 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.427

POU, RAT

N, P1

 

3.3.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

3.3.2023

31.8.2023

US-2.428

POU, RAT

N, P1

 

3.3.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

3.3.2023

31.8.2023

US-2.429

POU, RAT

N, P1

 

3.3.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

3.3.2023

31.8.2023”;

(l)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.432 sa US-2.441 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.432

POU, RAT

N, P1

 

6.3.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

6.3.2023

31.8.2023

US-2.433

POU, RAT

N, P1

 

6.3.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

6.3.2023

31.8.2023

US-2.434

POU, RAT

N, P1

 

6.3.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

6.3.2023

31.8.2023

US-2.435

POU, RAT

N, P1

 

13.3.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

13.3.2023

31.8.2023

US-2.436

POU, RAT

N, P1

 

14.3.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

14.3.2023

31.8.2023

US-2.437

POU, RAT

N, P1

 

14.3.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

14.3.2023

31.8.2023

US-2.438

POU, RAT

N, P1

 

14.3.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

14.3.2023

31.8.2023

US-2.439

POU, RAT

N, P1

 

14.3.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

14.3.2023

31.8.2023

US-2.440

POU, RAT

N, P1

 

14.3.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

14.3.2023

31.8.2023

US-2.441

POU, RAT

N, P1

 

15.3.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

15.3.2023

31.8.2023”;

(m)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.443 u US-2.444 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.443

POU, RAT

N, P1

 

16.3.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

16.3.2023

31.8.2023

US-2.444

POU, RAT

N, P1

 

16.3.2023

31.8.2023

GBM

P1

 

16.3.2023

31.8.2023”;

(n)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.447 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.447

POU, RAT

N, P1

 

28.3.2023

25.8.2023

GBM

P1

 

28.3.2023

25.8.2023”;


7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1701

tas-6 ta’ Settembru 2023

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni għal ċerti tipi ta’ ross meħluf applikabbli mis-7 ta’ Settembru 2023

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 183, il-punt (a), l-ewwel subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-metodu għall-kalkolu tad-dazji applikati għar-ross meħluf, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/476/KE (2), jistabbilixxi metodu għall-kalkolu tad-dazji applikati għall-importazzjonijiet tar-ross meħluf.

(2)

Abbażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni tinnota li ċ-ċertifikati ta’ importazzjoni għar-ross meħluf tal-Kodiċi NM 1006 20, għajr iċ-ċertifikati ta’ importazzjoni tar-ross Basmati, inħarġu għal kwantità ta’ 476 971 tunnellata għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2023. Għalhekk jenħtieġ li d-dazju tal-importazzjoni għar-ross meħluf tal-kodiċi NM 1006 20, għajr ir-ross Basmati, iffissat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/507, jiġi emendat (3).

(3)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/507 jitħassar.

(4)

Id-dazju applikabbli jenħtieġ li jiġi ffissat fi żmien għaxart ijiem minn tmiem il-perjodu referenzjarju. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għal kull tunnellata ta’ ross meħluf tal-kodiċi NM 1006 20, għajr il-varjetajiet tar-ross meħluf Basmati msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 972/2006 (4), id-dazju tal-importazzjoni għandu jkun ta’ EUR 42.50.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/507 jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Wolfgang BURTSCHER

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/476/KE tal-21 ta’ Ġunju 2005 rigward il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka rigward il-metodu ta’ kalkolu tad-dazji applikati għar-ross meħluf u li temenda d-Deċiżjonijiet 2004/617/KE, 2004/618/KE u 2004/619/KE (ĠU L 170, 1.7.2005, p. 67).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/507 tal-Kummissjoni (UE) tas-7 ta’ Marzu 2023 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni għal ċerti tipi ta’ ross meħluf, applikabbli mit-8 ta’ Marzu 2023, (ĠU L 70, 8.3.2023, p. 47).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 972/2006 tad- 29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli speċjali għal importazzjonijiet ta’ ross Basmati u sistema tranżitorja ta’ kontroll biex ikun determinat l-oriġini tagħhom (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 53).


Rettifika

7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/22


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1313 tat-22 ta’ Ġunju 2023 li tapprova, f’isem l-Unjoni Ewropea, l-emendi għall-Anness 14-B tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 162 tat-28 ta’ Ġunju 2023 )

Fil-paġna 63, fl-Anness 2, l-ewwel kolonna,

minflok:

“Sanuki shiro miso”,

aqra:

“sanuki shiro miso”.