|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
5.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1685
tat-8 ta' Ottubru 2014
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja ("l-Att tal-Adeżjoni"), l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Ftehim Qafas ta’ Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) għandha tiġi miftiehma permezz ta' protokoll għall-Ftehim (il-"Protokoll"). F'konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni, għal tali adeżjoni għandha tapplika proċedura ssimplifikata, li permezz tagħha jiġi konkluż protokoll mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u mill-pajjiżi terzi kkonċernati. |
|
(2) |
Fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati. In-negozjati ġew konklużi b’suċċess mar-Repubblika tal-Indoneżja. |
|
(3) |
L-Artikolu 4(3) tal-Protokoll jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tiegħu mid-data tal-iffirmar tiegħu. |
|
(4) |
Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar 'il quddiem, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha tal-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b’dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
Artikolu 3
Dan il-Protokoll għandu japplika b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu, sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LUPI
|
5.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218/3 |
PROTOKOLL TA’ ADEŻJONI GĦALL-FTEHIM QAFAS DWAR SĦUBIJA KOMPRENSIVA U KOOPERAZZJONI BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-REPUBBLIKA TAL-INDONEŻJA, MIN-NAĦA L-OĦRA, BIEX JITTIEĦED KONT TAL-ADEŻJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA MAL-UNJONI EWROPEA
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA’ SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
L-UNGERIJA,
IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,
IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TAL-ISVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRETTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn hawn ’il quddiem “l-Istati Membri”, irrappreżentati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni Ewropea”,
minn naħa waħda, u
IR-REPUBBLIKA TAl-INDONEŻJA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Indoneżja”,
min-naħa l-oħra,
minn hawn ’il quddiem imsejħin “il-Partijiet” għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll,
WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013 u t-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “it-Trattat ta’ Adeżjoni”, iffirmat fi Brussell fid-9 ta’ Diċembru 2011 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013;
BILLI l-Ftehim Qafas ta’ Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, ġie ffirmat f’Ġakarta fid-9 ta’ Novembru 2009;
BILLI r-Repubblika tal-Kroazja timpenja ruħha li taċċedi għall-ftehimiet konklużi jew iffirmati mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma’ organizzazzjoni internazzjonali kif meħtieġ mill-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustament għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika tal-Kroazja b’dan taderixxi bħala Parti għall-Ftehim Qafas ta’ Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Ġakarta fid-9 ta’ Novembru 2009.
Artikolu 2
It-testi tal-Ftehim u l-Att Finali fil-lingwa Kroata annessi ma’ dan il-Protokoll għandhom isiru awtentiċi taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-verżjonijiet tal-Ftehim bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovena, Spanjola, Żvediża, Slovakka u Indoneżjana.
Artikolu 3
Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.
Artikolu 4
1. Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Unjoni Ewropea, mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’isem l-Istati Membri, u mill-Indoneżja skont il-proċeduri tagħhom stess. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri neċessarji għal dak il-għan.
2. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tal-aħħar notifika tal-istrument ta’ approvazzjoni.
3. Sa meta jidħol fis-seħħ, dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu.
Artikolu 5
Dan il-Protokoll huwa mfassal f’żewġ eżemplari fil-lingwi Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Ukrena, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.
B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji ffirmati hawn taħt, mogħtija s-setgħa għal dan l-effett, iffirmaw dan il-Protokoll.
Съставено в Брюксел на двадесет и втори юни две хиляди двадесет и трета година.
Hecho en Bruselas, el veintidós de junio de dos mil veintitrés.
V Bruselu dne dvacátého druhého června dva tisíce dvacet tři.
Udfærdiget i Bruxelles den toogtyvende juni to tusind og treogtyve.
Geschehen zu Brüssel am zweiundzwanzigsten Juni zweitausenddreiundzwanzig.
Kahe tuhande kahekümne kolmanda aasta juunikuu kahekümne teisel päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι δύο Ιουνίου δύο χιλιάδες είκοσι τρία.
Done at Brussels on the twenty-second day of June in the year two thousand and twenty three.
Fait à Bruxelles, le vingt-deux juin deux mille vingt-trois.
Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset drugog lipnja godine dvije tisuće dvadeset treće.
Fatto a Bruxelles, addì ventidue giugno duemilaventitré.
Briselē, divi tūkstoši divdesmit trešā gada divdesmit otrajā jūnijā.
Priimta du tūkstančiai dvidešimt trečių metų birželio dvidešimt antrą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-huszonharmadik év június havának huszonkettedik napján.
Magħmul fi Brussell, fit-tnejn u għoxrin jum ta’ Ġunju fis-sena elfejn u tlieta u għoxrin.
Gedaan te Brussel, tweeëntwintig juni tweeduizend drieëntwintig.
Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego drugiego czerwca roku dwa tysiące dwudziestego trzeciego.
Feito em Bruxelas, em vinte e dois de junho de dois mil e vinte e três.
Întocmit la Bruxelles la douăzeci și doi iunie două mii douăzeci și trei.
V Bruseli dvadsiateho druhého júna dvetisícdvadsaťtri.
V Bruslju, dvaindvajsetega junija dva tisoč triindvajset.
Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenätoisena päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattakaksikymmentäkolme.
Som skedde i Bryssel den tjugoandra juni år tjugohundratjugotre.
Dibuat di Brussel, pada tanggal dua puluh dua bulan Juni tahun dua ribu dua puluh tiga.
REGOLAMENTI
|
5.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218/7 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1686
tat-30 ta’ Ġunju 2023
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/1698 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti proċedurali għar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll li huma kompetenti biex iwettqu kontrolli fuq operaturi u gruppi ta’ operaturi ċċertifikati organiċi u fuq prodotti organiċi f’pajjiżi terzi u ċerti rekwiżiti dwar is-superviżjoni tagħhom
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1698 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 b’rekwiżiti proċedurali għar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll li huma kompetenti biex iwettqu kontrolli fuq operaturi u gruppi ta’ operaturi ċċertifikati bħala organiċi u fuq prodotti organiċi f’pajjiżi terzi u b’regoli dwar is-superviżjoni tagħhom u l-kontrolli u azzjonijiet oħra li għandhom jitwettqu minn dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll. |
|
(2) |
Talba mill-awtoritajiet ta’ kontroll u mill-korpi ta’ kontroll għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 (reġim ta’ konformità) tikkonsisti f’dossier tekniku. Skont il-punt (i) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698, dak id-dossier tekniku jrid jinkludi, fost affarijiet oħra, kopja tal-aktar rapport ta’ valutazzjoni riċenti mfassal mill-korp ta’ akkreditazzjoni jew, kif xieraq, mill-awtorità kompetenti, inkluż rapport tal-awditjar dwar awditu b’xhieda mwettaq fi żmien sentejn qabel is-sottomissjoni tat-talba għal rikonoxximent. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2018/848, ir-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll mogħti skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (3) (reġim ta’ ekwivalenza) se jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2024. Skont il-punt 3(a) tal-Parti B tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698, għal dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll, ir-rapporti ta’ awditu b’xhieda li għandhom jiġu ppreżentati mat-talba tagħhom għal rikonoxximent skont ir-reġim ta’ konformità jridu jirriżultaw minn awditi b’xhieda mwettqa matul is-sentejn ta’ qabel is-sottomissjoni tat-talba għar-rikonoxximent, mill-korp ta’ akkreditazzjoni jew mill-awtorità kompetenti għall-fini tar-rikonoxximent tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007. |
|
(4) |
Il-miżuri nazzjonali f’pajjiżi terzi meħuda minħabba l-pandemija tal-COVID-19 kellhom impatt negattiv fuq il-kapaċità tal-korpi ta’ akkreditazzjoni u tal-awtoritajiet kompetenti li jiskedaw u jwettqu awditi b’xhieda għall-fini ta’ rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u mill-korpi ta’ kontroll skont ir-reġim ta’ konformità. Biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mir-reġim ta’ ekwivalenza għar-reġim ta’ konformità u biex jiġu evitati riskji ta’ tfixkil kummerċjali, għal talbiet għal rikonoxximent sottomessi qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2018/848, il-perjodu ta’ validità tal-awditi b’xhieda msemmija fil-punt (i) u fil-punt 3(a) tal-Artikolu 1(2) tal-Parti B tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698 jenħtieġ li jiġi estiż. |
|
(5) |
Biex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq b’mod effettiv l-attivitajiet superviżorji tagħha skont ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1698, l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 iridu joperaw u jiġu vvalutati minn korpi ta’ akkreditazzjoni jew minn awtoritajiet kompetenti abbażi tal-prestazzjoni tagħhom skont ir-reġim ta’ konformità. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi żgurat li, fi żmien sentejn mir-rikonoxximent inizjali tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll f’konformità mal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 jew mill-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent għal kategorija addizzjonali ta’ prodotti f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698, l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll jenħtieġ li jippreżentaw lill-Kummissjoni b’rapport ġdid ta’ awditu b’xhieda dwar awditu b’xhieda ġdid imwettaq għal kull waħda mill-kategoriji ta’ prodotti li għalihom ikunu ġew rikonoxxuti. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi speċifikata l-proċedura għas-sottomissjoni ta’ dawk ir-rapporti ġodda ta’ awditu b’xhieda. |
|
(6) |
Għall-fini li jiġi ċċarat il-bidu tal-perjodu bejn żewġ awditi b’xhieda msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698, l-ewwel perjodu ta’ 4 snin jenħtieġ li jibda fid-data meta jkunu twettqu l-ewwel awditi b’xhieda wara r-rikonoxximent, jew għall-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent għal kategorija addizzjonali ta’ prodotti. |
|
(7) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1698 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1698 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt (i) tal-Artikolu 1(2), il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej: “kopja tal-aktar rapport ta’ valutazzjoni reċenti msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(4) tar-Regolament (UE) 2018/848, imfassal mill-korp ta’ akkreditazzjoni jew, kif xieraq, mill-awtorità kompetenti, li jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-Parti A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, inkluż rapport tal-awditjar dwar awditu b’xhieda mwettaq fi żmien sentejn qabel is-sottomissjoni tat-talba għal rikonoxximent. B’deroga minn dan, għal talbiet għal rikonoxximent ippreżentati qabel il-31 ta’ Diċembru 2024, ir-rapport ta’ awditu b’xhieda jista’ jkun dwar awditu b’xhieda mwettaq fi żmien 3 snin qabel is-sottomissjoni tat-talba għal rikonoxximent. Ir-rapport ta’ valutazzjoni għandu jagħti l-garanziji li ġejjin:”; |
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Wara r-rikonoxximent, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll għandu jinnotifika lill-Kummissjoni fi żmien xieraq, u mhux aktar tard minn 30 jum kalendarju, dwar l-okkorrenza ta’ bidliet fil-kontenut tad-dossier tekniku tiegħu, inklużi r-rapporti ta’ awditu b’xhieda ġodda msemmija fl-Artikolu 3(3a).” |
|
(4) |
fil-Parti B tal-Anness I, il-punt 3(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1698 tat-13 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bir-rekwiżiti proċedurali għar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli fuq operaturi u gruppi ta’ operaturi ċċertifikati organiċi u fuq il-prodotti organiċi f’pajjiżi terzi u bir-regoli dwar is-superviżjoni u l-kontrolli tagħhom u azzjonijiet oħra li għandhom jitwettqu minn dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll (ĠU L 336, 23.9.2021, p. 7).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).