ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 217

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
4 ta' Settembru 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1682 tad-29 ta’ Ġunju 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-melħ tas-sodju tad-dimetilgliċina bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni: Taminco BV) u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011 ( 1 )

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1683 tas-26 ta’ Lulju 2022 dwar il-miżura SA.26494 2012/C (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur l-operatur tal-ajruport ta’ La Rochelle u ċerti linji tal-ajru li joperaw f’dak l-ajruport (notifikata bid-dokument C(2022) 5145)  ( 1 )

5

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1684 tal-31 ta’ Awwissu 2023 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Italja (notifikata bid-dokument C(2023) 5984)  ( 1 )

123

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

4.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1682

tad-29 ta’ Ġunju 2023

dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-melħ tas-sodju tad-dimetilgliċina bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni: Taminco BV) u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

Il-melħ tas-sodju tad-dimetilgliċina kien ġie awtorizzat għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 371/2011 (2).

(3)

Tressqet applikazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-melħ tas-sodju tad-dimetilgliċina bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra: (titjib tal-parametri żootekniċi)”. Ma’ din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-5 ta’ Mejju 2021 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikant ipprovda evidenza li l-addittiv għadu sikur għat-tiġieġ tas-simna, għall-konsumaturi u għall-ambjent skont il-kundizzjonijiet tal-użu awtorizzati bħalissa. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv mhuwiex irritant tal-ġilda iżda jista’ jkun irritant tal-għajnejn u sensitizzatur tal-ġilda.

(5)

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011 bi żball jipprevedi d-deskrizzjoni tal-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi (titjib tal-parametri żootekniċi)”. L-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tas-7 ta’ Diċembru 2010 (4) iddikjarat li l-addittiv għandu l-potenzjal li jżid il-prestazzjoni tat-tiġieġ tas-simna. It-terminu “żootekniċi” huwa ġeneriku wisq u jista’ jinkludi funzjonijiet differenti, filwaqt li ma jurix l-effetti speċifiċi tal-addittiv. Għalhekk, sabiex ikun konformi mal-opinjoni tal-Awtorità, il-grupp funzjonali tal-addittiv tal-għalf jenħtieġ li jirreferi għat-titjib tal-parametri tal-prestazzjoni. Barra minn hekk, fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ Diċembru 2020 (5), l-Awtorità kkonkludiet li l-addittiv huwa effikaċi f’livell ta’ 1 000 mg/kg, konsegwentement, jenħtieġ li jiġi stabbilit livell minimu.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (c), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (6), il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa fil-valutazzjoni preċedenti huma applikabbli għall-applikazzjoni attwali.

(7)

Il-valutazzjoni tal-melħ tas-sodju tad-dimetilgliċina turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dak l-addittiv tiġġedded. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv.

(8)

B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-melħ tas-sodju tad-dimetilgliċina bħala addittiv tal-għalf, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011.

(9)

Meta jitqies li l-grupp funzjonali jenħtieġ li jidher fuq it-tikketta tal-addittiv tal-għalf, tat-taħlitiet lesti minn qabel u tal-għalf kompost li jkun fihom dan l-addittiv, jeħtieġ li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni li jippermetti lill-operaturi tan-negozji tal-għalf jagħmlu l-adattamenti meħtieġa għat-tikketti.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni tas-sustanza speċifikata fl-Anness, li taqa’ fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra: (titjib tal-parametri tal-prestazzjoni)”, tiġġedded soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011 jitħassar.

Artikolu 3

Miżuri tranżizzjonali

1.   Is-sustanza speċifikata fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dik is-sustanza, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel l-24 ta’ Marzu 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-24 ta’ Settembru 2023 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-24 ta’ Settembru 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-24 ta’ Settembru 2023 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għat-tiġieġ tas-simna. [

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 371/2011 tal-15 ta’ April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-melħ tas-sodju dimetilgliċina bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (ĠU L 102, 16.4.2011, p. 6).

(3)   EFSA Journal 2021;19(5):6621.

(4)   EFSA Journal (2011); 9(1):1950.

(5)   EFSA Journal 2021;19(5):6621

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib tal-parametri tal-prestazzjoni).

4d4

Taminco BV.

Melħ tas-sodju tad-dimetilgliċina

Kompożizzjoni tal-addittiv

Melħ tas-sodju tad-dimetilgliċina b’purità ta’ mill-inqas 97 %

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

N,N-dimetilgliċina tas-sodju prodott b’sinteżi kimika.

Dimetilamminoetanol (DMAE) ≤ 0,1 %

Formula kimika: C4H8NO2Na

Numru CAS; 18319-88-5

Numru EINECS: 242-206-5

Metodu analitiku  (1)

Għad-determinazzjoni tal-melħ tas-sodju tad-dimetilgliċina fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

 

kromatografija likwida (HPLC) b’detezzjoni b’serje ta’ dijodi (DAD), detezzjoni f’193 nm.

Għad-determinazzjoni tas-sustanza attiva fl-għalf kompost:

 

kromatografija b’fażi gassuża (GC) bl-użu tad-derivatizzazzjoni prekolonna u tad-detezzjoni tal-jonizzazzjoni tal-fjamma (FID).

Tiġieġ tas-simna

1 000

1 000

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda.

l-24 ta’ Settembru 2033


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


DEĊIŻJONIJIET

4.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1683

tas-26 ta’ Lulju 2022

dwar il-miżura SA.26494 2012/C (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur l-operatur tal-ajruport ta’ La Rochelle u ċerti linji tal-ajru li joperaw f’dak l-ajruport

(notifikata bid-dokument C(2022) 5145)

(Il-verżjoni bil-Franċiż biss hija awtentika)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu, (1)

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk l-artikoli (2), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROCEDURA

(1)

Permezz ta’ ittri datati t-28 ta’ Lulju 2008, l-20, it-22 u t-23 ta’ Settembru 2008, l-1 u l-21 ta’ Ottubru 2008 u l-20 ta’ Novembru 2008, ġew ippreżentati lmenti lill-Kummissjoni minn għadd ta’ ċittadini dwar vantaġġi li kienu allegatament ingħataw lil-linja tal-ajru Ryanair fl-ajruport La Rochelle-Île de Ré (“l-ajruport”), u kontribuzzjonijiet finanzjarji allegatament riċevuti mill-ajruport. L-ilmenti rreferew għar-rapport dwar is-sejbiet finali tal-Qorti Reġjonali tal-Awdituri ta’ Poitou-Charentes (“CRC”) tat-13 ta’ Mejju 2008 (“rapport tas-CRC”) dwar il-ġestjoni tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija (“CCI”) ta’ La Rochelle.

(2)

Permezz ta’ ittra datata s-17 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni bagħtet verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilmenti lill-awtoritajiet Franċiżi u talbithom jagħtu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri inkwistjoni. Din l-ittra reġgħet intbagħtet mill-Kummissjoni fil-25 ta’ Mejju 2011. Permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Ġunju 2011, l-awtoritajiet Franċiżi talbu estensjoni tal-iskadenza għat-tweġiba tagħhom sas-26 ta’ Lulju 2011, li għaliha l-Kummissjoni qablet permezz ta’ ittra tal-21 ta’ Ġunju 2011. L-awtoritajiet Franċiżi talbu estensjoni ulterjuri tal-iskadenza sas-26 ta’ Awwissu 2011, li l-Kummissjoni reġgħet aċċettat fl-ittra tagħha tat-28 ta’ Lulju 2011. L-awtoritajiet Franċiżi finalment bagħtu t-tweġibiet mitluba permezz ta’ ittra datata t-30 ta’ Awwissu 2011.

(3)

Permezz ta’ ittra tal-11 ta’ April 2011, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand Ryanair, li wieġbet permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Lulju 2011. Il-Kummissjoni bagħtet dawn il-kummenti lil Franza għar-rimarki tagħha permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Ottubru 2011. Fin-nuqqas ta’ tweġiba, il-Kummissjoni bagħtet tfakkira fis-16 ta’ Novembru 2011. Permezz ta’ ittra tal-21 ta’ Novembru 2011, l-awtoritajiet Franċiżi infurmaw lill-Kummissjoni li ma xtaqux jirrispondu għall-kummenti ta’ Ryanair.

(4)

Permezz ta’ ittra datata t-8 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni infurmat lil Franza bid-deċiżjoni tagħha (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) rigward l-għajnuna potenzjalment mogħtija mis-CCI lil-linji tal-ajru Ryanair, Jet2, Flybe, Aer Arann, easyJet u Buzz.

(5)

Permezz ta’ ittra datata t-22 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni talbet lil Franza tipprovdi aktar informazzjoni. Permezz ta’ ittra datata t-12 ta’ Marzu 2012, Franza talbet estensjoni ulterjuri tal-iskadenza sabiex jiġu mwieġba t-talbiet għal informazzjoni addizzjonali magħmula fid-deċiżjoni tal-ftuħ u fl-ittra tat-22 ta’ Frar 2012. Fit-13 ta’ April 2012, Franza ssottomettiet il-kummenti tagħha flimkien mal-informazzjoni u d-dokumenti mitluba mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Minħabba li ċerta informazzjoni kienet nieqsa, il-Kummissjoni bagħtet tfakkira lil Franza permezz ta’ ittra datata d-19 ta’ April 2012. L-awtoritajiet Franċiżi finalment bagħtu t-tweġibiet tagħhom permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ April 2012.

(6)

Fis-16 ta’ April 2012, Ryanair bagħtet lill-Kummissjoni l-kummenti tagħha dwar każijiet oħrajn li fihom kienet involuta u talbet lill-Kummissjoni biex tqis il-kummenti tagħha għall-każijiet kollha ta’ għajnuna mill-Istat li jinvolvu lil Ryanair.

(7)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) fl-4 ta’ Mejju 2012. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri inkwistjoni fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni.

(8)

Permezz ta’ ittra tas-16 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni reġgħet talbet lil Franza tipprovdi aktar informazzjoni. Franza wieġbet permezz ta’ ittra datata s-16 ta’ Awwissu 2012 (u r-rettifika tagħha, datata l-5 ta’ Settembru 2012).

(9)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-partijiet interessati. Is-CCI ssottomettiet il-kummenti tagħha fl-24 ta’ Lulju 2012. Fl-1 ta’ Ġunju 2012, is-sussidjarja ta’ Ryanair, Airport Marketing Services (“AMS”), issottomettiet il-kummenti tagħha. Barra minn hekk, fl-1 ta’ Ġunju 2012, fit-3 ta’ Ġunju 2013, fit-3 ta’ Frar 2014 u fl-10 ta’ April 2015, Ryanair issottomettiet serje ta’ kummenti u rapporti ta’ analiżi ekonomika mħejjija minn ditta ta’ konsulenza dwar l-analiżi ekonomika (Oxera).

(10)

Il-Kummissjoni rċeviet ukoll kummenti mingħand għadd ta’ partijiet interessati oħrajn, inklużi entitajiet pubbliċi (4), impriżi (5), assoċjazzjonijiet (6) u individwi.

(11)

Barra minn hekk, fil-11 ta’ April 2013, fit-23 ta’ Diċembru 2013, fid-9 u fil-31 ta’ Jannar 2014, fis-7 ta’ Frar 2014, fit-28 ta’ Marzu 2014, fis-27 ta’ Jannar 2015, fis-7 ta’ Diċembru 2015 u fl-1 ta’ April 2019, Ryanair ippreżentat sett ta’ kummenti ġenerali, kollha relatati ma’ diversi każijiet ta’ għajnuna mill-Istat mibdija mill-Kummissjoni u li jinvolvu lil Ryanair. Fil-15 u fid-29 ta’ Settembru 2014, Ryanair issottomettiet ukoll rapporti ta’ analiżi ekonomika mfassla minn Oxera relatati ma’ diversi każijiet ta’ għajnuna mill-Istat li jinvolvu lil Ryanair.

(12)

Permezz ta’ ittri datati l-15 ta’ Ġunju 2012, it-3 ta’ Mejju 2013, id-9 u t-23 ta’ Jannar 2014, l-4 ta’ Frar 2014, it-2 ta’ Lulju 2014, it-12 ta’ Settembru 2014, id-19 ta’ Mejju 2015, is-16 ta’ Diċembru 2015 u s-17 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni bagħtet lil Franza l-kummenti magħmula mill-partijiet interessati. Il-Kummissjoni tat lil Franza l-opportunità li twieġeb għal dawn il-kummenti. Franza wieġbet għal dawn l-ittri fit-13 ta’ Lulju 2012, fil-25 ta’ Lulju 2012, fid-29 ta’ Jannar 2014, fit-23 ta’ Mejju 2014, fit-18 ta’ Diċembru 2015 u fl-24 ta’ Ġunju 2019. Fl-ittra tagħha tat-13 ta’ Lulju 2012, Franza infurmat lill-Kummissjoni li hija ma kellhiex osservazzjonijiet x’tagħmel fir-rigward tal-kummenti sottomessi, minkejja r-rimarki li hija kienet diġà bagħtet b’konnessjoni mal-kawża tal-ajruport ta’ Marseille Provence (7). Barra minn hekk, permezz ta’ ittri tal-25 ta’ Lulju 2012, id-29 ta’ Jannar 2014, it-23 ta’ Mejju 2014 u t-18 ta’ Diċembru 2015, Franza infurmat lill-Kummissjoni li hija ma xtaqet tissottometti ebda osservazzjoni dwar il-kummenti minn partijiet terzi.

(13)

Il-Kummissjoni bagħtet ittri lil Franza u lill-partijiet terzi interessati, li kienet diġà ssottomettiet kummenti biex tinfurmahom bl-intenzjoni tagħha li tivvaluta l-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni mas-suq intern abbażi tal-Linji Gwida tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u lil-linji tal-ajru (8) (“il-Linji Gwida tal-2014”). Il-Kummissjoni stiednet lil dawk li rċevew dawn l-ittri biex jikkummentaw f’dan ir-rigward, jekk jixtiequ hekk. Barra minn hekk, fil-15 ta’ April 2014, ġie ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (9) li stieden lil Franza u lill-partijiet terzi interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom f’dan ir-rigward.

(14)

Franza ssottomettiet il-kummenti tagħha dwar il-Linji Gwida tal-2014 fid-19 ta’ Marzu 2014.

(15)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand is-CCI (il-11 ta’ Ġunju 2014), Communauté d’Agglomération de La Rochelle [l-Awtorità għall-Konurbazzjoni ta’ La Rochelle] (is-6 ta’ Ġunju 2014), Union Départementale des Offices du Tourisme et des Syndicats d’Initiative (UDOTSI) [-Assoċjazzjoni ta’ Charente-Maritime ta’ Uffiċċji ta’ Informazzjoni Turistika] (it-13 ta’ Mejju 2014), Angoulême CCI (is-7 ta’ Mejju 2014), Irium Holding Group SAS (it-2 ta’ Mejju 2014), Groupe Cafés Merling (it-30 ta’ April 2014) u l-NGO Transport & Environnement (it-13 ta’ Mejju 2014). Permezz ta’ ittra datata t-2 ta’ Lulju 2014, id-diversi kummenti ntbagħtu lil Franza, li ma xtaqet tagħti l-ebda tweġiba.

(16)

Permezz ta’ ittra datata d-19 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni talbet lil Franza tipprovdi aktar informazzjoni. Franza wieġbet permezz ta’ ittri datati l-4 ta’ Awwissu 2015, it-18 ta’ Novembru 2015, l-4 ta’ Diċembru 2015 u l-14 ta’ Marzu 2016.

(17)

Permezz ta’ ittra datata t-18 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni talbet lil Franza tipprovdi aktar informazzjoni. Franza wieġbet permezz ta’ ittri datati l-20 ta’ Diċembru 2016, il-15 ta’ Frar 2017, il-11 ta’ Lulju 2017 u l-20 ta’ Lulju 2017.

(18)

Permezz ta’ ittra datata d-29 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni talbet lil Franza tipprovdi aktar informazzjoni. Franza wieġbet permezz ta’ ittra datata t-18 ta’ Awwissu 2017.

(19)

Permezz ta’ ittra datata d-19 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni talbet lil Franza tipprovdi aktar informazzjoni. Franza wieġbet permezz ta’ ittri datati t-18 ta’ Awwissu 2017 u l-15 ta’ Novembru 2017.

(20)

Permezz ta’ ittra datata t-18 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni talbet lil Franza tipprovdi aktar informazzjoni. Franza wieġbet permezz ta’ ittra datata s-16 ta’ April 2018.

(21)

Permezz ta’ ittra datata l-5 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni talbet lil Franza tipprovdi aktar informazzjoni. Franza wieġbet permezz ta’ ittra datata s-16 ta’ Frar 2018.

(22)

Permezz ta’ ittra datata d-9 ta’ April 2019, il-Kummissjoni talbet lil Franza tipprovdi aktar informazzjoni. Franza wieġbet permezz ta’ ittra datata l-21 ta’ Ġunju 2019.

2.   L-AJRUPORT TA’ LA ROCHELLE-ÎLE DE RÉ

(23)

L-ajruport ta’ La Rochelle-Île de Ré jinsab f’La Rochelle, fid-Dipartiment ta’ Charente-Maritime fi Franza, 5 km fil-Majjistral ta’ La Rochelle u 2 km mill-pont ta’ Île de Ré. L-ajruport huwa miftuħ għat-traffiku kummerċjali nazzjonali u internazzjonali.

(24)

Fl-1936, l-Istat Franċiż, il-belt ta’ La Rochelle u s-CCI ħadu d-deċiżjoni li jiftħu ajruport. Din id-deċiżjoni kienet taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni permess skont il-Liġi tal-20 ta’ Ġunju 1933 li temenda l-Liġi tad-9 ta’ April 1898 dwar il-kmamar tal-kummerċ. Il-Liġi tad-9 ta’ April 1898 dwar il-kmamar tal-kummerċ, kif inizjalment ifformulata, iddikjarat li “il-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija jistgħu jiġu ddikjarati bħala detenturi ta’ konċessjoni għal xogħlijiet pubbliċi jew fdati b’servizzi pubbliċi, b’mod partikolari dawk relatati mal-portijiet tal-baħar u mal-passaġġi fuq l-ilma”. Il-Liġi tal-20 ta’ Ġunju 1933 estendiet din id-dispożizzjoni għall-ajruporti. L-ajrudrom infetaħ fl-1939.

(25)

Ir-runway prinċipali tal-ajruport hija twila 2 255 metru u wiesgħa 45 metru. Franza tistma li l-kapaċità annwali massima teoretika tal-ajruport hija ta’ 700 000 passiġġier.

(26)

L-ajruport huwa operat mis-CCI, li hija wkoll is-sid tal-ajruport. Il-kontijiet tal-“fergħa tal-ajruport” (“fergħa tal-ajruport” jew “Ajruport tas-CCI”) huma separati minn dawk tal-fergħa ġenerali tas-CCI (“il-fergħa ġenerali tas-CCI”) (10).

(27)

Ħarsa ġenerali lejn it-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport ta’ La Rochelle matul dawn l-aħħar snin tista’ tinstab fi Table 3 hawn taħt. F’konformità mal-punt 15 tal-linji gwida tal-Komunità tal-2005 dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (11) (“il-Linji Gwida tal-2005”), l-ajruport ta’ La Rochelle huwa ajruport tal-kategorija D, jiġifieri “ajruport reġjonali żgħir”.

(28)

Matul il-perjodu taħt investigazzjoni, l-ajruport intuża l-aktar minn linji tal-ajru bi prezzijiet irħas, jiġifieri Ryanair, Airlinair (li ngħatat l-isem ġdid ta’ Hop fl-2013), Flybe, easyJet, Jet2 u Buzz. Ir-rotot huma operati fuq bażi annwali jew staġunali, jew fuq bażi aktar ad hoc għal titjiriet charter. L-ajruport jintuża wkoll għal titjiriet ta’ divertiment, titjiriet militari u titjiriet ta’ servizz uffiċjali.

(29)

Skont Franza, ir-rotot li kienu qed joperaw matul il-perjodu kopert mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali kienu kif ġej:

Tabella 1

It-traffiku tal-ajru operat fl-ajruport ta’ La Rochelle mill-2001 sal-2006

 

2001

2002

2003

2004

2005

2006

Movimenti kummerċjali

3 414

3 114

2 891

1 850

1 949

2 714

li minnhom

rotot skedati

3 200 (4 )

2 929

2 741

1 636

1 797

2 487

 

oħrajn

214

185

150

214

152

227

Movimenti ta’ inġenji tal-ajru tat-turisti u tan-negozju

24 919

25 462

26 537

25 333

20 084

23 033

li minnhom

inġenji tal-ajru privati li jappartjenu għal klabbs tat-titjir

12 382

10 984

12 113

11 329

6 909

8 102

 

inġenji tal-ajru li jappartjenu għal klabbs tat-titjir

12 537

14 478

14 424

14 004

13 175

14 931

Movimenti ta’ inġenji tal-ajru militari u inġenji tal-ajru ta’ servizz uffiċjali

1 890

2 179

2 285

1 616

844

1 298

Oħrajn (inkluż ix-xogħol fl-ajru)

4 063

4 516

4 458

4 633

3 696

5 629

Movimenti totali

34 286

35 271

36 171

33 432

26 573

32 674

Traffiku tal-passiġġieri fuq rotot skedati

72 912

89 339

92 427

97 521

125 858

178 938

La Rochelle-Pariġi

23 312 (5 )

9 132 (6 )

18 785

 

 

 

La Rochelle-Clermont-Ferrand

20 060

23 263

22 194

5 909

 

 

La Rochelle-Londra

25 227 (4 )

54 544

51 448 (8 )

72 092

79 373

100 168

La Rochelle-Southampton

 

 

 

17 335 (9 )

17 328

16 290

La Rochelle-Birmingham

 

 

 

 

19 286 (11 )

12 229

La Rochelle-Dublin

 

 

 

 

 

22 357 (12 )

La Rochelle-Bristol

 

 

 

 

 

12 943 (13 )

La Rochelle-Lyon

4 313

2 364

 

2 185 (10 )

9 871

14 951

La Rochelle-Bordeaux

 

36 (7 )

 

 

 

 

Passiġġieri kummerċjali oħrajn

3 712

2 387

1 375

2 821

1 705

1 934

li minnhom

nazzjonali

2 381

740

497

1 313

367

1 067

 

internazzjonali

1 331

1 647

878

1 508

1 338

867

L-għadd totali ta’ passiġġieri imbarkati jew żbarkati

76 681

91 854

93 802

100 404

127 563

180 888

Li minnhom passiġġieri fi tranżitu (magħduda darba biss)

57

128

31

62

0

16

Traffiku tal-merkanzija

0

0

0

0

0

0

Sors: L-awtoritajiet Franċiżi

Tnedija ta’ rotot skedati:

(4)

Ir-rotta La Rochelle-Londra ġiet imnedija fil-5 ta’ April 2001

(5)

Ir-rotta La Rochelle-Pariġi ġiet sospiża fl-1 ta’ Ottubru 2001

(6)

Ir-rotta La Rochelle-Paris ġiet akkwiżita minn Air Jet fil-15 ta’ Lulju 2002, imbagħad minn Air Atlantique f’Mejju 2003, u sussegwentement ġiet sospiża fil-31 ta’ Diċembru 2004

(7)

Ir-rotta La Rochelle-Bordeaux ġiet operata minn Air Jet mill-15 ta’ Lulju sad-19 ta’ Awwissu 2002

(8)

Ir-rotta La Rochelle-Londra ġiet sospiża f’April 2003 (l-akkwiżizzjoni ta’ Buzz minn Ryanair)

(9)

Ir-rotta La Rochelle-Southampton ġiet imnedija fl-24 ta’ Ġunju 2004 minn Flybe

(10)

Ir-rotta La Rochelle-Lyon (minn Poitiers) ġiet imnedija fl-14 ta’ Ottubru 2004 minn Airlinair

(11)

Ir-rotta La Rochelle-Birmingham ġiet imnedija fis-27 ta’ Marzu 2005 minn Flybe

(12)

Ir-rotta La Rochelle-Dublin ġiet imnedija fid-29 ta’ April 2006 minn Ryanair

(13)

Ir-rotta La Rochelle-Bristol ġiet imnedija fil-21 ta’ Lulju 2006 minn easyJet

Tabella 2

It-traffiku tal-ajru operat fl-ajruport ta’ La Rochelle mill-2007 sal-2011

 

2007

2008

2009

2010

2011

Movimenti kummerċjali

3 398

3 464

2 650

2 925

3 833

li minnhom

rotot skedati

3 069

3 042

2 320

2 511

3 400

 

oħrajn

329

422

330

414

433

Movimenti ta’ inġenji tal-ajru tat-turisti u tan-negozju

21 699

22 311

21 112

20 041

19 934

li minnhom

inġenji tal-ajru privati li jappartjenu għal klabbs tat-titjir

7 332

7 162

7 800

7 080

6 705

 

inġenji tal-ajru li jappartjenu għal klabbs tat-titjir

14 367

15 149

13 312

12 961

13 229

Movimenti ta’ inġenji tal-ajru militari u inġenji tal-ajru ta’ servizz uffiċjali

1 376

1 489

1 598

1 760

1 306

Oħrajn (inkluż ix-xogħol fl-ajru)

6 501

5 948

4 785

5 010

4 606

Movimenti totali

32 974

33 212

30 145

29 736

29 679

Traffiku tal-passiġġieri fuq rotot skedati

217 493

209 668

162 822

186 034

223 396

La Rochelle-Lyon

17 754

18 524

15 196

15 524

18 968

La Rochelle-Londra (Stansted)

112 257

100 312

60 348

54 773

65 966

La Rochelle-Birmingham

9 824

7 607

4 917

4 681

4 708

La Rochelle-Southampton

16 789

11 786

10 720

12 978

12 413

La Rochelle-Dublin

14 578

19 960

20 198

17 182

13 985

La Rochelle-Bristol

21 572

13 391

14 224

14 572

14 126

La Rochelle-Manchester(1)

5 102

6 498

2 693

3 697

2 679

La Rochelle-Londra (Gatwick)(2)

19 617

14 289

9 158

11 799

16 707

La Rochelle-Glasgow(3)

 

2 692

1 516

1 537

 

La Rochelle-Edinburgh(4)

 

8 360

6 068

3 158

4 103

La Rochelle-Leeds Bradford(5)

 

4 434

4 152

4 404

4 875

La Rochelle-Cork(6)

 

1 815

2 881

2 584

 

La Rochelle-Brussell(7)

 

 

10 546

16 320

17 140

La Rochelle-Nizza(8)

 

 

205

 

 

La Rochelle-Cork(9)

 

 

 

10 366

10 392

La Rochelle-Oslo(10)

 

 

 

12 459

13 677

La Rochelle-Porto(11)

 

 

 

 

17 167

La Rochelle-Pariġi(12)

 

 

 

 

6 490

Passiġġieri kummerċjali oħrajn

2 595

4 670

5 902

5 395

5 452

L-għadd totali ta’ passiġġieri imbarkati jew żbarkati

220 577

215 145

168 969

191 599

229 214

Li minnhom passiġġieri fi tranżitu (magħduda darba biss)

489

807

245

170

366

Traffiku tal-merkanzija

0

0

0

0

0

Sors: L-awtoritajiet Franċiżi

Tnedija ta’ rotot skedati:

(1)

Ir-rotta La Rochelle-Manchester ġiet imnedija minn Flybe fit-22 ta’ Mejju 2007

(2)

Ir-rotta La Rochelle-London Gatwick ġiet imnedija minn easyJet fl-14 ta’ Lulju 2007

(3)

Ir-rotta La Rochelle-Glasgow ġiet imnedija minn easyJet fit-3 ta’ Mejju 2008

(4)

Ir-rotta La Rochelle-Edinburgh ġiet imnedija minn Jet2 fis-17 ta’ Mejju 2008

(5)

Ir-rotta La Rochelle-Leeds Bradford ġiet imnedija minn Jet2 fl-24 ta’ Mejju 2008

(6)

Ir-rotta La Rochelle-Cork ġiet imnedija minn Aer Arann fl-24 ta’ Mejju 2008

(7)

Ir-rotta La Rochelle-Brussell ġiet imnedija minn Ryanair fil-5 ta’ Ġunju 2009

(8)

Ir-rotta La Rochelle-Nizza ġiet imnedija minn Airlinair fis-16 ta’ Mejju 2009

(9)

Ir-rotta La Rochelle-Cork ġiet imnedija minn Ryanair fl-1 ta’ Ġunju 2010

(10)

Ir-rotta La Rochelle-Oslo ġiet imnedija minn Ryanair fit-2 ta’ April 2010

(11)

Ir-rotta La Rochelle-Porto ġiet imnedija minn Ryanair fit-28 ta’ Marzu 2011

(12)

Ir-rotta La Rochelle-Pariġi ġiet imnedija minn Airlinair fit-8 ta’ April 2011

(30)

Table 3 ta’ hawn taħt turi l-għadd totali ta’ passiġġieri li jkunu deħlin u ħerġin li użaw l-ajruport bejn l-2000 u l-2012.

Tabella 3

It-traffiku l-movimenti fl-ajruport ta’ La Rochelle

 

2001

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

Passiġġieri fuq rotot skedati

72 912

89 339

92 427

97 521

125 858

178 938

217 493

209 668

162 822

186 034

223 493

236 736

Passiġġieri kummerċjali oħrajn

3 712

2 387

1 375

2 821

1 705

1 934

2 595

4 670

5 902

5 395

5 452

Movimenti kummerċjali

3 414

3 114

2 891

1 850

1 949

2 714

3 398

3 464

2 650

2 925

3 833

4 184

Movimenti mhux kummerċjali

30 872

32 157

33 280

31 582

24 624

29 960

29 576

29 748

27 495

26 811

25 846

22 058

Movimenti totali

32 286

35 271

36 171

33 432

26 573

32 674

32 974

33 212

30 145

29 736

29 679

26 242

Merkanzija

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Sors: L-awtoritajiet Franċiżi u, għaċ-ċifri tal-2012, http://www.aeroport.fr/view-statistiques/la-rochelle-ile-de-re (iċ-ċifri tal-2012 ikopru t-traffiku kollu tal-passiġġieri).

3.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

(31)

Il-miżuri soġġetti għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali huma relatati ma’:

l-appoġġ finanzjarju mogħti lill-operatur tal-ajruport minn diversi korpi u awtoritajiet pubbliċi mill-2001 sakemm il-proċedura ta’ investigazzjoni formali tnediet fit-8 ta’ Frar 2012;

id-diversi ftehimiet iffirmati mill-operatur tal-ajruport mal-linji tal-ajru mill-2001 sal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tnediet fit-8 ta’ Frar 2012.

3.1   Miżuri favur l-ajruport

3.1.1.   Il-finanzjament tal-operazzjonijiet

3.1.1.1.   Sussidji għal kompiti b’mandat pubbliku

(32)

Bejn l-2001 u l-2011, l-awtoritajiet pubbliċi ffinanzjaw diversi kompiti b’mandat pubbliku mwettqa mill-ajruport ta’ La Rochelle relatati mas-sikurezza u s-sigurtà (ara Table 4 hawn taħt). Dan il-finanzjament jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

(33)

Skont Franza, dan il-finanzjament ikopri l-kost tal-kompiti b’mandat pubbliku, li l-implimentazzjoni tagħhom taqa’ f’idejn l-operaturi tal-ajruport u l-ħlas tagħhom f’idejn l-Istat. Il-finanzjament jaqa’ taħt is-sistema ġenerali għall-finanzjament ta’ kompiti b’mandat pubbliku fl-ajruporti Franċiżi kif stabbilit fil-liġi nazzjonali. Din is-sistema hija bbażata fuq imposta fiskali – it-taxxa tal-ajruport – u strument ta’ finanzjament addizzjonali. L-isfond għal dawn l-istrumenti u r-regoli li jirregolawhom, kif ukoll il-kompiti ffinanzjati minnhom, diġà ġew deskritti f’għadd ta’ deċiżjonijiet reċenti tal-Kummissjoni (12). Madankollu, il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza l-aspetti li ġejjin li jridu jiġu kkunsidrati meta jiġu eżaminati l-miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni.

(34)

Skont il-liġi, il-kompiti tas-sikurezza u s-sigurtà tal-ajruporti huma fdati lill-operaturi tal-ajruporti (13). Huma jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont il-liġi nazzjonali u d-dritt tal-Unjoni u jkopru l-kostijiet relatati. Imbagħad huma jiġu rimborżati permezz tat-taxxa tal-ajruport, li d-dħul minnha jiġi allokat esklussivament biex ikopri l-kost tal-kompiti ta’ interess ġenerali relatati mas-sikurezza u s-sigurtà.

(35)

Il-prinċipji li jirregolaw l-operat ta’ dan l-istrument ta’ finanzjament u l-kategoriji ta’ nfiq li jistgħu jiġu koperti huma stabbiliti fid-dettall f’żewġ testi ta’ referenza (14). It-taxxa tal-ajruport tinġabar minn entitajiet pubbliċi jew privati li joperaw ajrudromi li, fl-aħħar sena kalendarja li għaliha huma disponibbli ċifri, irreġistraw iċ-ċifri tat-traffiku (imbarkati jew żbarkati) li jaqbżu l-5 000 unità tat-traffiku (unità tat-traffiku waħda = passiġġier wieħed jew 100 kg ta’ posta jew merkanzija).

(36)

F’konformità mal-Artikolu 1609 quatervicies tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa, “F’kull ajrudrom, id-dħul mit-taxxa għandu jiġi allokat għall-finanzjament ta’ servizzi ta’ tifi tan-nar u ta’ salvataġġ, għall-prevenzjoni tal-perikli minn organiżmi selvaġġi, għall-miżuri ta’ sigurtà u għall-miżuri ta’ ħarsien tal-ambjent. Perċentwal tad-dħul mit-taxxa, stabbilit kull sena permezz ta’ ordni [interministerjali], għandu jintuża biex jiffinanzja t-tagħmir awtomatiku għall-kontroll fuq il-fruntieri bl-użu ta’ identifikazzjoni bijometrika installat fl-ajruporti. L-ammont tal-imposta għandu jiġi stabbilit abbażi tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament ta’ kull ajrudrom, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari s-servizzi pprovduti għall-konformità mar-regolamenti fis-seħħ u x-xejra mistennija fiċ-ċifri tat-traffiku, fil-kostijiet u fid-dħul l-ieħor tal-operatur”.

(37)

Għalhekk, l-ammont tal-imposta jiġi stabbilit kull sena għal kull ajruport individwali abbażi tal-kostijiet tas-sikurezza u tas-sigurtà li għandhom jiġu koperti. Għal dak il-għan, l-operaturi tal-ajrudromi jfasslu dikjarazzjoni annwali tal-kostijiet u taċ-ċifri tat-traffiku. Dawn id-dikjarazzjonijiet jintbagħtu lill-awtorità lokali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, li tivverifikahom u tapprovahom fid-dawl tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ. L-ammont tal-imposta jiġi kkalkolat mill-Awtorità Franċiża tal-Avjazzjoni Ċivili (Direction générale de l’aviation civile), li twettaq verifika ulterjuri fuq iċ-ċifri ddikjarati kollha, filwaqt li jitqiesu r-riżultati kumulattivi mis-snin preċedenti. L-ammont tal-imposta mbagħad jiġi stabbilit f’ordni interministerjali ppubblikata fil-gazzetta uffiċjali Franċiża.

(38)

Barra minn hekk, l-Artikolu 1609 quatervicies tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa jistabbilixxi li ċ-ċifri ddikjarati mill-operaturi tal-ajruporti jistgħu jkunu soġġetti għal kontrolli mill-Awtorità Franċiża tal-Avjazzjoni Ċivili.

(39)

Ir-regoli għall-ġestjoni ta’ dan il-proċess kienu inizjalment stabbiliti f’Ċirkolari u, mill-2010 ’il quddiem, ir-regoli applikabbli kienu dawk stabbiliti fl-Ordni Interministerjali tat-30 ta’ Diċembru 2009 dwar l-arranġamenti għall-ħruġ ta’ dikjarazzjonijiet mill-operaturi tal-ajrudromi bl-iskop li jiġi stabbilit l-ammont tal-imposta fiskali tal-ajruport għall-passiġġieri. Ir-regoli huma applikati bl-istess mod għall-ajruporti Franċiżi kollha.

(40)

Minbarra t-taxxa tal-ajruport, l-operatur tal-ajruport ta’ La Rochelle rċieva wkoll sussidji mill-Istat permezz tal-Fond ta’ Intervent għall-Ajruporti u t-Trasport bl-Ajru (“FIATA”). Il-FIATA kien maħsub biex jissupplimenta d-dħul mit-taxxa tal-ajruport, li spiss ma jkunx biżżejjed għal ajruporti b’volumi baxxi ta’ traffiku, minħabba li ma jistgħux jimponu imposta għolja wisq fuq l-utenti tagħhom. Fl-2008, l-Istat issostitwixxa l-FIATA bi ħlas addizzjonali fuq it-taxxa tal-ajruport, li jwassal biex l-ammont tal-imposta jkun ogħla minn dak meħtieġ biex ikopri l-kostijiet tas-sikurezza u tas-sigurtà f’ċerti ajruporti. Dan joħloq surplus li jiġi distribwit mill-ġdid lill-iżgħar ajruporti sabiex jissupplimentaw id-dħul tagħhom mit-taxxa tal-ajruport.

(41)

B’referenza għall-proċedura regolatorja stabbilita hawn fuq, Franza bagħtet lill-Kummissjoni ħarsa ġenerali lejn is-sussidji kollha mogħtija lill-ajruport ta’ La Rochelle permezz ta’ riżorsi tal-Istat għal kompiti b’mandat pubbliku. Dawn is-sussidji huma stabbiliti fi Table 4 hawn taħt:

Tabella 4

Kostijiet assoċjati ma’ kompiti b’mandat pubbliku (sikurezza u sigurtà) u sussidji mħallsa lill-ajruport għal dawk il-kompiti

Tip ta’ sussidju (f’EUR)

2000

2001

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

Total

 

VOLUM TAT-TRAFFIKU

Traffiku tal-passiġġieri (’il barra)

35 792

38 447

45 550

45 000

49 742

63 879

85 000

110 373

106 558

84 254

97 732

105 000

867 327

 

KOSTIJIET TAS-SIKUREZZA

Servizz ta’ sikurezza u tifi tan-nar tal-inġenji tal-ajru u prevenzjoni tal-perikli minn organiżmi selvaġġi

185 530

340 269

349 369

338 767

424 281

632 622

831 688

1 078 998

1 154 601

1 032 451

1 064 607

1 094 887

8 528 070

(I) Subtotal tas-sikurezza

185 530

340 269

349 369

338 767

424 281

632 622

831 688

1 078 998

1 154 601

1 032 451

1 064 607

1 094 887

8 528 070

 

KOSTIJIET TAS-SIGURTÀ

ċ - Faċilitajiet u apparat għall-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva

0

26 861

82 377

100 260

66 892

70 061

81 959

139 873

153 985

115 817

133 765

162 862

1 134 712

d - Kontroll tal-aċċess għaż-żona ristretta

0

12 156

103 357

116 640

143 567

136 576

291 479

299 638

333 183

252 696

224 432

275 219

2 188 943

e - Skrinjar tal-persuni u tal-bagalji tal-kabina

26 678

88 383

242 405

292 520

224 156

212 870

278 708

514 374

561 421

408 859

461 662

584 155

3 896 191

(II) Subtotal tas-sigurtà (ċ+d+e)

26 678

127 400

428 139

509 420

434 615

419 507

652 146

953 885

1 048 589

777 372

819 859

1 022 236

7 219 856

 

IL-KOSTIJIET TOTALI TAS-SIKUREZZA U S-SIGURTÀ

Kostijiet totali tas-sikurezza/sigurtà (I+II)

212 208

467 669

777 508

848 187

858 896

1 052 129

1 483 834

2 032 883

2 203 190

1 809 823

1 884 466

2 117 123

15 747 916

Spejjeż ġenerali

-

-

-

-

-

-

-

-

-

180 982

188 447

211 712

581 141

Imposti tas-sikurezza u s-sigurtà tal-operatur tal-ajrudrom

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

2 526

8 556

11 082

(A) Kostijiet totali

212 208

467 669

777 508

848 187

858 896

1 052 129

1 483 834

2 032 883

2 203 190

1 990 805

2 075 439

2 337 391

16 340 139

 

TAXXA TAL-AJRUPORT

Imposta għal kull passiġġier

3,81

4,57

7,62

9,50

9,50

9,50

10,00

11,00

11,00

11,00

11,50

12,00

-

Kost għal kull passiġġier

5,93

12,16

17,07

18,85

17,27

16,47

17,46

18,42

20,68

21,48

19,28

20,16

-

Imposta fuq il-merkanzija

0,60

0,60

1,50

1,50

1,50

1,50

1,50

1,00

1,00

1,00

1,00

1,00

-

 

RIŻORSI

Dħul mit-taxxa

123 922

153 602

299 727

386 996

382 047

688 583

881 780

1 165 248

1 177 494

979 163

1 077 272

1 410 860

8 726 694

Rikavat minn ħlas addizzjonali mill-2008

-

-

-

-

-

-

-

-

971 951

952 978

1 090 920

1 415 945

4 431 794

Sussidji tal-awtoritajiet lokali

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Riżorsi oħrajn

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Sussidji tal-ajruporti (li qabel kienu l-FIATA)

77 749

232 332

266 000

156 509

672 904

566 717

387 664

380 024

-

-

-

-

2 739 599

(B) Riżorsi totali

287 652

503 158

644 687

543 505

1 054 951

1 255 300

1 269 444

1 545 272

2 149 446

1 932 141

2 168 191

2 826 805

21 739 249

 

BILANĊ

Bilanċ annwali għall-kompiti b’mandat pubbliku (B-A)

75 444

35 489

- 132 821

- 304 682

196 055

203 171

- 214 390

- 487 611

-53 745

-58 664

489 414

- 935 430

-1 187 770

Bilanċ kumulattiv

88 765

124 853

-3 947

- 302 830

- 106 684

84 044

- 134 396

- 618 967

- 678 360

- 763 570

- 696 547

- 231 759

-3 239 418

Imposti finanzjarji

599

4 021

5 799

90

-12 443

-4 050

3 040

-5 648

-26 546

-25 729

-24 626

-23 799

- 110 292

Rata ta’ skont

4,50  %

4,50  %

4,50  %

4,88  %

4,11  %

3,40  %

3,80  %

4,30  %

4,25  %

3,65  %

3,12  %

3,30  %

-

Bilanċ pluriennali għall-kompiti b’mandat pubbliku (bilanċ kumulattiv skontat)

89 364

128 874

1 852

- 302 739

- 119 127

79 994

- 131 356

- 624 615

- 704 906

- 789 299

- 721 173

- 255 558

-3 348 689

Sors: L-awtoritajiet Franċiżi

3.1.1.2.   L-allegata sottofatturazzjoni tas-servizzi pprovduti mill-fergħa ġenerali tas-CCI lill-ajruport ta’ La Rochelle

(42)

Il-fergħa ġenerali tas-CCI tipprovdi servizzi li huma komuni għad-diversi fergħat tagħha, inkluża l-fergħa tal-ajruport, b’mod partikolari s-servizzi tal-kontabilità, tal-IT u tar-riżorsi umani. Table 5 ta’ hawn taħt turi s-servizzi fatturati mis-CCI lill-ajruport ta’ La Rochelle.

Tabella 5

Ammonti fatturati mill-fergħa ġenerali tas-CCI lill-fergħa tal-ajruport tagħha matul il-perjodu taħt investigazzjoni

 

Amministrazzjoni ġenerali

Komunikazzjoni

HR

Kontabilità

IT

Studji/ proġetti

Kostijiet

Kontribuzzjonijiet fatturati

2001

 

 

 

 

 

 

 

33 160

2002

 

 

 

 

 

 

 

100 000

2003

 

 

 

 

 

 

 

100 000

2004

 

 

 

 

 

 

 

100 000

2005

 

 

 

 

 

 

 

100 000

2006

100 000

62 000

 

 

162 000

2007

33 100

22 500

32 300

105 400

2 700

42 200

238 200

230 000

2008

34 730

23 700

51 090

109 800

2 130

92 750

314 200

314 000

2009

22 907

25 360

32 440

105 477

1 920

23 905

212 009

212 000

2010

36 411

11 489

26 420

96 502

5 274

39 499

215 595

210 000

2011

38 495

12 111

18 223

106 954

5 408

29 048

210 239

210 000

2012

36 120

25 552

12 631

102 988

5 288

29 147

211 726

210 000

Sors: L-awtoritajiet Franċiżi

(43)

L-awtoritajiet Franċiżi ċċaraw il-punti li ġejjin fir-rigward tas-servizzi pprovduti mis-CCI lill-ajruport ta’ La Rochelle.

Il-kostijiet tal-amministrazzjoni ġenerali jkopru l-kostijiet li jappartjenu għal żewġ subservizzi, jiġifieri l-kost tas-subservizz tal-“uffiċjali eletti”, li jiġi kkalkolat skont l-għadd ta’ aġendi ttrattati, u l-kost tas-servizz tad-“Direttorat Ġenerali”, li jiġi kkalkolat skont iż-żmien li d-Direttur qatta’ fuq kull servizz.

Fir-rigward tas-servizzi ta’ komunikazzjoni, CCI-Airport ma għandhiex dipartiment tal-komunikazzjoni u tuża s-servizz ta’ komunikazzjoni tal-fergħa ġenerali tas-CCI. Fl-aħħar tas-sena, il-kost tas-servizz ta’ komunikazzjoni jiġi kkalkolat skont iż-żmien imqatta’ fuq, u l-kostijiet imġarrba minn, kull servizz u attività.

Il-kost tas-servizzi tar-riżorsi umani jiddependi fuq l-għadd ta’ rċevuti tal-pagi maħruġa.

Fir-rigward tas-servizzi ta’ kontabilità, l-għadd ta’ entrati tal-kontabilità jiġi vvalutat u l-kost tas-servizz jitqassam fuq bażi ta’ pro rata skont l-għadd ta’ entrati.

Il-kost tas-servizz tal-IT jiġi kkalkolat abbażi tad-diżaggregazzjoni tal-kostijiet ta’ kull entrata tal-IT.

Fir-rigward tas-servizz ta’ studji/proġetti, iż-żmien imqatta’ fuq proġett u/jew kompitu partikolari huwa l-aktar kriterju rilevanti għall-valutazzjoni tal-kost.

(44)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi rrimarkaw li l-ammonti fatturati bejn l-2001 u l-2005 kienu ammonti fissi. Fl-2006, ġiet introdotta l-ewwel kjavi ta’ kontribuzzjoni u l-kjavi ta’ kontribuzzjoni mbagħad ġew irfinati għall-perjodu 2007-2012. Kjavi ta’ kontribuzzjoni hija mezz ta’ allokazzjoni tal-kostijiet bl-użu ta’ proporzjon jew perċentwal fiss skont in-natura tal-kost indirett sabiex jiġi ddeterminat is-sehem li jikkorrespondi għal qasam ta’ negozju (u/jew servizz) partikolari. Il-kjavi ta’ kontribuzzjoni jassumu l-eżistenza ta’ relazzjoni proporzjonali bejn il-kost u s-servizz ipprovdut. Il-kjavi ta’ kontribuzzjoni murija fi Table 5 huma bbażati fuq sitt kriterji differenti skont is-servizz ipprovdut mill-fergħa ġenerali tas-CCI lill-ajruport. Il-kjavi ta’ kontribuzzjoni huma bbażati fuq suppożizzjonijiet, irrispettivament mill-qasam li fih jintużaw. B’riżultat ta’ dan, f’dan il-każ, sakemm ma jkunx jista’ jintwera li l-fatturi magħżula jew it-tekniki ta’ kalkolu użati għall-kjavi kienu kompletament mhux realistiċi jew serjament difettużi, ma jistax jitqies li l-kjavi huma żbaljati jew sottovalutati. L-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li l-kriterji użati bħala l-bażi għall-kjavi ta’ kontribuzzjoni huma oġġettivi u rilevanti.

(45)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi speċifikaw l-ammonti fatturati kif ukoll ix-xejriet fiċ-ċifri tat-traffiku tal-passiġġieri bejn l-2001 u l-2012.

Mill-2001 sal-2005, ġie fatturat ammont totali ta’ EUR 433 160. Matul l-istess perjodu, it-traffiku żdied, iżda ċ-ċifra annwali medja baqgħet taħt il-100 000 passiġġier.

Fl-2006, ġie fatturat ammont totali ta’ EUR 162 000. F’dik is-sena, in-numri tal-passiġġieri tal-ajruport żdiedu b’mod sinifikanti, fejn laħqu l-180 890, jiġifieri żieda ta’ 42 % fuq l-2005.

Mill-2007 sal-2012, ġie fatturat ammont totali ta’ EUR 1 386 000. Fl-2007, in-numri tal-passiġġieri qabżu l-200 000.

3.1.1.3.   Allegata fatturazzjoni eċċessiva tas-servizzi pprovduti mis-CCI lill-ajruport ta’ Rochefort/Saint-Agnant

(46)

Mill-1 ta’ Jannar 2002 sat-30 ta’ Ġunju 2006, id-Direttur tal-ajruport ta’ La Rochelle u segretarju għenu fil-ġestjoni u l-operat tal-ajruport ta’ Rochefort/Saint-Agnant (“l-ajruport ta’ Rochefort”) taħt ftehim tas-servizzi konkluż fi sħubija mal-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Rochefort (15). Is-CCI ta’ La Rochelle ntgħażlet biex tmexxi l-ajruport ta’ Rochefort fil-11 ta’ Lulju 2001 wara proċedura kompetittiva ta’ sejħa għall-offerti.

(47)

Is-suġġett tal-ftehim tas-servizzi kien il-ġestjoni u l-operat tal-ajruport ta’ Rochefort, li jkopri aspetti bħas-servizzi ta’ amministrazzjoni ġenerali, is-servizzi relatati ma’ xogħlijiet u l-akkwist ta’ tagħmir, u s-servizzi għall-utenti.

(48)

Matul id-durata kollha tal-ftehim (2002-2006), il-kost totali tas-servizzi pprovduti kien ta’ EUR 991 235 (16). Is-CCI ta’ La Rochelle rċeviet EUR 293 264 għal dawn is-servizzi.

3.1.1.4.   Ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli mogħtija mill-fergħa ġenerali tas-CCI

Tabella 6

Diżaggregazzjoni tal-ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli 2001-2012

(f’EUR)

Sena

Ħlasijiet bil-quddiem

2001

405 887

2002

233 872

2003

-

2004

875 355

2005

1 756 644

2006

-

2007

718 708

2008

1 419 571

2009

1 015 624

2010

131 034

2011

179 406

2012

325 098

TOTAL 2001-2012

7 061 199

Sors: L-awtoritajiet Franċiżi

(49)

Mill-2001 sal-2012, il-fergħa ġenerali tas-CCI għamlet pagamenti ta’ ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli lill-ajruport għal ammont kumulattiv totali ta’ EUR 7 061 199. Dawn il-ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli ngħataw mingħajr ebda rekwiżit ta’ redditu fuq il-kapital. Skont Franza, dan huwa self li l-ajruport huwa meħtieġ li jħallas lura. Il-ħlasijiet bil-quddiem jiġu rreġistrati bħala assi fil-karta bilanċjali tal-fergħa ġenerali tas-CCI u bħala obbligazzjonijiet fil-karta bilanċjali tal-ajruport, bis-CCI tuża l-parteċipazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli tal-ajruport bħala kollateral biex tiggarantixxi l-irkupru tas-self.

(50)

L-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li l-iskop tal-ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli kien li l-ajruport jiġi pprovdut bil-likwidità meħtieġa biex iniedi proġetti ta’ investiment relatati mal-infrastruttura, minn naħa waħda, u, min-naħa l-oħra, biex jibbilanċja l-baġit u, b’hekk, ikopri – temporanjament, billi dawn kienu pagamenti bil-quddiem – id-defiċit operattiv tal-ajruport.

3.1.1.5.   Kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-awtoritajiet lokali għal miżuri promozzjonali implimentati mill-ajruport ta’ La Rochelle

(51)

Is-CCI rċeviet sussidji mir-Reġjun ta’ Poitou-Charentes, mid-Dipartiment ta’ Charente-Maritime u mill-Communauté d’Agglomération de La Rochelle bil-għan ta’ kontribuzzjoni għall-miżuri promozzjonali implimentati mill-ajruport ta’ La Rochelle. Table 7 ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn dawn is-sussidji varji.

Tabella 7

Kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija mid-diversi awtoritajiet lokali u effettivament imħallsa minnhom għall-miżuri promozzjonali implimentati mill-ajruport ta’ La Rochelle

(f’EUR)

Kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija

2001

2002

2003

2004

2005

2006

2007  (17)

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Id-dipartiment ta’ Charente-Maritime

 

 

76 225

144 500

144 500

144 500

 

 

 

190 000

190 000

190 000

171 000

Il-Communauté d’Agglomération de La Rochelle

 

 

76 225

144 500

144 500

144 500

 

 

 

190 000

190 000

190 000

171 000

Ir-reġjun ta’ Poitou-Charentes

 

 

115 000

42 500

42 500

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

267 450

331 500

331 500

289 000

 

 

 

380 000

380 000

380 000

342 000

Kontribuzzjonijiet finanzjarji effettivament imħallsa

2001

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Id-dipartiment ta’ Charente-Maritime

 

 

76 225

0

0

0

 

 

 

190 000

190 000

190 000

171 000

Il-Communauté d’Agglomération de La Rochelle

 

 

76 225

144 500

144 500

144 500

 

 

 

190 000

190 000

190 000

171 000

Ir-reġjun ta’ Poitou-Charentes

 

 

115 000

 

85 000

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

267 450

144 500

229 500

144 500

 

 

 

380 000

380 000

380 000

342 000

Sors: L-awtoritajiet Franċiżi

(52)

Dawn il-kontribuzzjonijiet tħallsu taħt ftehimiet bejn is-CCI, minn naħa waħda, u d-Dipartiment ta’ Charente-Maritime, il-Communauté d’Agglomération de La Rochelle u r-Reġjun ta’ Poitou-Charentes, min-naħa l-oħra.

(53)

L-awtoritajiet Franċiżi setgħu biss jipprovdu lill-Kummissjoni b’żewġ ftehimiet konklużi fl-2010, wieħed mad-Dipartiment ta’ Charente-Maritime u l-ieħor mal-Communauté d’Agglomération de La Rochelle (18).

(54)

Skont iż-żewġ ftehimiet mill-2010, id-Dipartiment ta’ Charente-Maritime u l-Communauté d’Agglomération de La Rochelle impenjaw ruħhom li jiffinanzjaw parti mill-“miżuri promozzjonali li s-CCI ppjanat li tniedi u li jkunu mmirati lejn turisti barranin u, b’mod partikolari, is-swieq f’Londra, Dublin, Oslo u Brussell, billi r-rotot huma operati lejn dawk il-bliet” (19). Madankollu, il-ftehimiet ma jispeċifikawx it-tip ta’ miżuri promozzjonali li għandhom jiġu implimentati mis-CCI jew mill-fornituri tas-servizzi. B’mod partikolari, il-ftehimiet ma jsemmux il-fatt li l-fornituri tas-servizzi se jkunu linji tal-ajru jew is-sussidjarji tagħhom.

3.1.2.   Għotjiet ta’ investiment

(55)

Bejn l-2001 u l-2005, diversi awtoritajiet lokali u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) taw sussidji lill-ajruport ta’ La Rochelle (“għotjiet ta’ investiment”) biex jiffinanzjaw diversi investimenti li jammontaw għal madwar EUR 3 miljun (ara Table 8 hawn taħt):

il-Kunsill Ġenerali ta’ Charente-Maritime ta lill-ajruport allokazzjoni ta’ tagħmir b’valur ta’ EUR 46 000 fl-2001 u allokazzjoni b’valur ta’ EUR 744 000 fl-2005;

il-Kunsill Reġjonali ta’ Poitou-Charentes ta lill-ajruport allokazzjoni ta’ tagħmir b’valur ta’ EUR 744 000 fl-2005;

il-Communauté d’Agglomération de La Rochelle ta lill-ajruport allokazzjoni ta’ tagħmir b’valur ta’ EUR 967 000 fl-2005;

il-FEŻR ta lill-ajruport sussidju ta’ EUR 485 000 fl-2005.

(56)

Dawn l-għotjiet iffinanzjaw għadd ta’ investimenti, inklużi:

il-kostruzzjoni ta’ sala ġdida għat-tluq u għall-wasliet;

it-tisħiħ, it-titwil u t-twessigħ tar-runway;

it-tisħiħ u t-twessigħ tat-taxiway;

it-tisħiħ u l-estensjoni tal-istands tal-inġenji tal-ajru;

u l-ħolqien ta’ baċir għat-tisfija sabiex l-ajruport jinġieb konformi mal-Att dwar l-Ilma.

(57)

L-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw ukoll li l-investimenti kienu maħsuba b’mod partikolari biex jiżguraw li l-inġenji tal-ajru użati b’mod komuni mil-linji tal-ajru Ewropej (B737, A320) ikunu jistgħu joperaw b’mod sikur billi jespandu r-runway għal wisa’ ta’ 45 metru (La Rochelle kien wieħed mill-ftit ajruporti kummerċjali b’runway b’wisa’ ta’ 30 metru), billi jtawluha b’115-il metru lejn il-Punent (sabiex jindirizzaw parzjalment l-impatt tal-limitu spostat fuq id-distanza tal-inżul) u billi jadattaw it-taxiways u r-rampi sabiex l-inġenji tal-ajru jkunu jistgħu jiċċaqilqu b’mod sikur. Barra minn hekk, ċerti investimenti ppermettew lill-ajruport jissodisfa l-obbligi tiegħu ta’ ħarsien tal-ambjent (l-Att dwar l-Ilma).

(58)

L-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li l-ajruport ta’ La Rochelle ma rċieva l-ebda għotja biex jiffinanzja l-kostruzzjoni ta’ parkeġġ tal-karozzi bi ħlas fl-2006 u l-espansjoni sussegwenti tiegħu fl-2008.

(59)

Table 8 hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri ta’ investiment kollha li għalihom saru għotjiet ta’ investiment.

(60)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, is-sehem tal-investimenti mhux koperti minn għotjiet kien iffinanzjat mis-CCI, mis-sid u mill-operatur tal-ajruport.

Tabella 8

Ħarsa ġenerali lejn il-miżuri kollha li għalihom saru għotjiet ta’ investiment

(f’EUR)

Natura tal-investiment

Kost totali tal-investiment (f’EUR)

Data tal-għoti tas-sussidju

Korp pubbliku kontribwenti

Ammont ta’ sussidju

Rinnovament u titjib (inkluża r-runway)

5 876 000

4.1.2001

Il-Kunsill Ġenerali

46 000

2.12.2005

FEŻR

485 000

29.10.2004

Il-Kunsill Ġenerali

744 000

14.3.2005

Il-Kunsill Reġjonali

744 000

23.3.2005

Communauté d’agglomération

967 000

TOTAL

 

 

 

2 986 000

Sors: L-awtoritajiet Franċiżi

3.2.   Miżuri favur il-linji tal-ajru

3.2.1.   Rimarki dwar l-imposti tal-ajruport

(61)

Skont Franza, is-servizzi tal-ajruport kollha pprovduti mill-operatur tal-ajruport lid-diversi utenti tal-ajruport jiġu pprezzati f’konformità mal-iskala ta’ imposti tiegħu għas-servizzi tal-ajruport. Kull imposta proposta tiġi ppreżentata lill-Kumitat Konsultattiv Ekonomiku (“Cocoeco”) għall-opinjoni tiegħu, sabiex b’hekk l-utenti tal-ajruport ikunu jistgħu jiġu kkonsultati fir-rigward tal-imposti fis-seħħ (linji tal-ajru, unions tal-ħaddiema, kumpaniji li jwettqu xogħol fl-ajru, assoċjazzjonijiet). B’hekk, skont Franza, iż-żidiet fl-imposti mhux ajrunawtiċi jiġu ppreżentati lill-Cocoeco kull sena. Kull imposta li jipproponi l-operatur tintbagħat ukoll lill-Prefett tad-Dipartiment qabel ma tidħol fis-seħħ, flimkien mal-opinjoni tal-Cocoeco.

(62)

Franza bagħtet lill-Kummissjoni l-iskali ta’ imposti għas-servizzi tal-ajruport li kienu japplikaw mill-2001 sal-2013. Franza bagħtet ukoll lill-Kummissjoni l-opinjonijiet kollha maħruġa mill-Cocoeco bejn l-2001 u l-2013, għalkemm mhux għall-2005, minħabba li l-Cocoeco ma ltaqax dik is-sena.

(63)

Franza ddikjarat ukoll li l-imposta tad-dawl tar-runway titħallas mil-linji tal-ajru skont jekk japplikawx regoli tal-avjazzjoni ċivili li jirregolaw il-movimenti billejl jew waqt il-maltemp (f’każijiet bħal dawn, is-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru huwa responsabbli biex jiddetermina jekk għandux jintuża d-dawl jew le) jew jekk il-bdot jitlob id-dawl. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-informazzjoni meħtieġa dwar jekk intużax dawl jew le waqt il-moviment ta’ inġenju tal-ajru tiġi pprovduta mis-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru ta’ La Rochelle, sabiex b’hekk l-ammont ikun jista’ jiġi fatturat mill-operatur lil-linja tal-ajru.

(64)

Franza tiddikjara li l-ajruport jirċievi l-imposti mhux ajrunawtiċi li ġejjin: (i) imposti għall-okkupazzjoni ta’ proprjetà tal-Istat (parti fissa u parti varjabbli abbażi tal-fatturat iġġenerat) għall-attivitajiet li ġejjin: parkeġġi tal-karozzi, kumpaniji tal-kiri tal-karozzi, ħangars tal-inġenji tal-ajru, ristoranti, ħwienet, reklamar u (ii) diversi servizzi pprovduti għal tariffa.

3.2.2.   Ftehimiet mal-linji tal-ajru

(65)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni tkopri l-ftehimiet li jirregolaw il-ħlas għal servizzi pprovduti mill-ajruport għall-attivitajiet ajrunawtiċi tal-linji tal-ajru (“ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport”) u l-ftehimiet li jirregolaw il-ħlas għal servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni pprovduti mil-linji tal-ajru lill-ajruport (“ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni”) konklużi mis-CCI u mil-linji tal-ajru mill-2001 sakemm tnediet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fit-8 ta’ Frar 2012.

(66)

Il-Kummissjoni eżaminat il-ftehimiet dwar l-imposti tal-ajruport u/jew il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi mis-CCI u mil-linji tal-ajru li ġejjin: Ryanair/AMS, Jet2, Flybe, Aer Arann, Buzz u easyJet.

3.2.2.1.   Ftehimiet iffirmati ma’ Ryanair/AMS

(67)

Skont Franza, it-tabella li ġejja fiha l-ftehimiet kollha konklużi mis-CCI ma’ Ryanair u ma’ AMS matul il-perjodu taħt investigazzjoni:

Tabella 9

Lista ta’ ftehimiet konklużi mis-CCI u minn Ryanair/AMS

Nru

Ftehimiet

Data tal-firma

Perjodu kopert mill-ftehim

1

Il-ftehim bejn is-CCI u Ryanair dwar is-servizzi tal-ajruport

10.12.2003

1.5.2003–30.4.2006

A

Il-ftehim bejn is-CCI u Ryanair dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (ir-Renju Unit u oħrajn)

1.12.2003

1.5.2003–31.12.2003

B

Il-ftehim bejn is-CCI u Ryanair dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (ir-Renju Unit u oħrajn)

3.6.2004

1.1.2004–30.4.2006

C

Il-ftehim Nru 1 bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (ir-Renju Unit)

1.4.2006

1.5.2006–31.4.2009

D

Il-ftehim Nru 2 bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (l-Irlanda)

1.4.2006

1.5.2006–31.4.2009

2

Il-ftehim Nru 1 bejn is-CCI u Ryanair dwar is-servizzi tal-ajruport (ir-Renju Unit)

1.5.2006

1.5.2006–30.4.2009

3

Il-ftehim Nru 2 bejn is-CCI u Ryanair dwar is-servizzi tal-ajruport (l-Irlanda)

1.5.2006

1.5.2006–30.4.2009

4

Il-ftehim bejn is-CCI u Ryanair dwar is-servizzi tal-ajruport

1.2.2007

1.2.2007–30.4.2009

E

Emenda għall-ftehim bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni

1.6.2007

1.6.2007–30.9.2007

F

Emenda għall-ftehim bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni

21.9.2007

28.10.2007–29.3.2008

G

Il-ftehim Nru 1 bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (ir-Renju Unit)

17.9.2009

1.1.2009–31.12.2011

H

Il-ftehim Nru 2 bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (il-Belġju)

17.9.2009

1.1.2009–31.12.2011

I

Il-ftehim Nru 3 bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (l-Irlanda)

17.9.2009

1.1.2009–31.12.2011

J

Emenda għall-ftehim bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni

17.9.2009

1.1.2009–31.12.2011

5

Il-ftehim bejn is-CCI u Ryanair dwar is-servizzi tal-ajruport

13.1.2010

1.5.2009–30.4.2012

6

Emenda Nru 1 għall-ftehim bejn is-CCI u Ryanair dwar is-servizzi tal-ajruport

1.2.2010

1.2.2010–31.3.2013

K

Il-ftehim bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni

25.2.2010

31.3.2010–30.3.2013

L

Emenda Nru 1 għall-ftehim bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni

23.6.2010

23.6.2010–30.3.2013

7

Emenda Nru 2 għall-ftehim bejn is-CCI u Ryanair dwar is-servizzi tal-ajruport

28.1.2011

28.1.2011–30.4.2012

M

Emenda Nru 2 għall-ftehim bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni

11.2.2011

28.3.2011–30.3.2013

N

Emenda Nru 3 għall-ftehim bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni

11.2.2011

31.3.2011–30.3.2013

(a)   Il-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport konklużi mis-CCI u minn Ryanair

(68)

Kif muri fi Table 9, is-CCI u Ryanair ikkonkludew diversi ftehimiet li jistabbilixxu l-imposti tal-ajruport u l-imposti għas-servizzi fuq l-art matul il-perjodu taħt investigazzjoni.

(69)

Għall-ftehimiet kollha dwar is-servizzi tal-ajruport koperti f’din it-taqsima, Franza ddikjarat li:

ir-rati tal-imposti tal-ajruport stabbiliti fil-ftehimiet huma dawk approvati mill-Cocoeco u japplikaw għal-linji tal-ajru kollha;

is-CCI ma tipprovdi l-ebda servizz fuq l-art għajr ir-riforniment tal-fjuwil;

Ryanair ma ngħatatx fattura għall-imposta tad-dawl tar-runway, minħabba li kienet topera biss titjiriet matul il-jum u, għalhekk, ma kinitx teħtieġ l-użu tad-dawl.

(70)

B’hekk, huwa ċar mill-iskrutinju ta’ dawn il-ftehimiet li l-imposti tal-ajruport applikati għal Ryanair skont kull ftehim jikkorrespondu għall-karta tar-rata ġenerali kif approvata mill-Cocoeco.

—   Il-Ftehim 1: ftehim tal-10 ta’ Diċembru 2003

(71)

Dan l-ewwel ftehim, iffirmat fl-10 ta’ Diċembru 2003 mis-CCI u minn Ryanair, li japplika b’mod retroattiv għal perjodu ta’ 3 snin mill-1 ta’ Mejju 2003, stabbilixxa l-ammont ta’ imposti tal-ajruport applikabbli għal Ryanair. Skont il-ftehim, Ryanair impenjat ruħha li topera rotta ta’ kuljum bejn l-ajruport ta’ La Rochelle u Londra Stansted u li potenzjalment tniedi rotta waħda jew diversi rotot lejn Brussell-Charleroi, Frankfurt-Hahn jew lejn kwalunkwe ajruport ieħor, diment li r-rotot inkwistjoni jkunu jippermettu lil Ryanair topera barra mill-ajruport ta’ La Rochelle għal mill-inqas 340 jum fis-sena f’kull sena koperta mill-ftehim.

(72)

Skont l-Artikolu 2(b) tal-Ftehim Nru 1 tal-10 ta’ Diċembru 2003, Ryanair kienet meħtieġa wkoll tħallas imposta fuq is-servizzi fuq l-art ta’ EUR […] għal kull inġenju tal-ajru BAe 146-300, EUR […] għal kull Boeing 737-300 u EUR […] għal kull Boeing 737-800. Fl-ittra tagħha tat-30 ta’ Awwissu 2011, Franza għall-ewwel sostniet li, għajr ir-riforniment tal-fjuwil, is-CCI “ma tipprovdi l-ebda servizz fuq l-art ieħor” u li “l-utenti jikkonkludu ftehimiet direttament ma’ parti terza privata għas-servizzi fuq l-art”. Fit-tweġiba tagħha tat-12 ta’ April 2012, Franza spjegat ukoll li s-CCI aġixxiet biss bħala intermedjarja bejn Ryanair u Atlantica, il-kumpanija tas-servizzi fuq l-art. Skont is-CCI, il-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport tal-10 ta’ Diċembru 2003 bejn is-CCI u Ryanair sempliċiment speċifika l-ipprezzar stabbilit minn Atlantica. Franza u s-CCI jiddikjaraw li, mill-2007 ’il quddiem, Ryanair ittrattat direttament ma’ Atlantica. Din ir-responsabbiltà ġiet ittrasferita lil Atlantica skont il-ftehim dwar is-servizzi fuq l-art tal-1 ta’ Frar 2007, li żamm l-imposta stabbilita fil-ftehim preċedenti fir-rigward tas-servizzi fuq l-art għall-inġenji tal-ajru Boeing 737-800 ta’ Ryanair.

—   Il-Ftehim 2: ftehim tal-1 ta’ Mejju 2006

(73)

Dan il-ftehim ġie konkluż mis-CCI u minn Ryanair fl-1 ta’ Mejju 2006 għal perjodu ta’ 3 snin. Skont il-ftehim, Ryanair impenjat ruħha li topera rotta bejn La Rochelle u Londra Stansted li tiġġenera traffiku tal-passiġġieri ta’ mill-inqas 95 000 passiġġier fis-sena.

—   Il-Ftehim 3: ftehim tal-1 ta’ Mejju 2006

(74)

Dan il-ftehim ġie konkluż mis-CCI u minn Ryanair fl-1 ta’ Mejju 2006 għal perjodu ta’ 3 snin. Skont il-ftehim, Ryanair impenjat ruħha li topera rotta bejn La Rochelle u Dublin li tiġġenera traffiku tal-passiġġieri ta’ mill-inqas 45 000 passiġġier fis-sena.

—   Il-Ftehim 4: ftehim tal-1 ta’ Frar 2007

(75)

Dan il-ftehim issostitwixxa b’mod impliċitu l-Ftehim 2 u ġie konkluż mis-CCI u minn Ryanair fl-1 ta’ Frar 2007, li jiskadi fit-30 ta’ April 2009. Skont il-ftehim, Ryanair impenjat ruħha li topera rotta ta’ kuljum bejn l-ajruport ta’ La Rochelle u Londra Stansted u li potenzjalment tniedi rotta waħda jew diversi rotot lejn Brussell-Charleroi, Frankfurt-Hahn jew lejn kwalunkwe ajruport ieħor. Hija impenjat ruħha wkoll li topera barra mill-ajruport ta’ La Rochelle għal mill-inqas 340 jum fis-sena f’kull sena koperta mill-ftehim. Mill-1 ta’ Frar 2007 ’il quddiem, Atlantica pprovdiet servizzi fuq l-art għal Ryanair skont il-ftehim dwar is-servizzi fuq l-art imsemmi fil-premessa 71.

—   Il-Ftehim 5: ftehim tat-13 ta’ Jannar 2010

(76)

Dan il-ftehim ġie konkluż mis-CCI u minn Ryanair fit-13 ta’ Jannar 2010, li japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Mejju 2009 għal perjodu ta’ 3 snin. Skont il-ftehim, Ryanair impenjat ruħha li topera rotta ta’ kuljum bejn l-ajruport ta’ La Rochelle u Londra Stansted, Dublin u Brussell-Charleroi u li potenzjalment tniedi rotta waħda jew diversi rotot lejn kwalunkwe ajruport ieħor moqdi minn Ryanair.

(77)

Dan il-ftehim ġie emendat darbtejn permezz taż-żewġ emendi stabbiliti hawn taħt:

—   Il-Ftehim 6: emenda Nru 1 tal-1 ta’ Frar 2010 għall-Ftehim 5 tat-13 ta’ Jannar 2010

(78)

Din l-emenda għall-Ftehim 5 tat-13 ta’ Jannar 2010, fis-seħħ sal-31 ta’ Marzu 2013, stabbiliet ir-rotot li għandhom jiġu operati minn Ryanair mill-ajruport ta’ La Rochelle, li jibdew fl-istaġun tas-sajf tal-2010 bit-termini li ġejjin:

Londra Stansted: traffiku minimu ta’ 53 000 passiġġier (deħlin u ħerġin) għal kull sena sħiħa;

Dublin (fis-sajf biss): traffiku minimu ta’ 17 000 passiġġier (deħlin u ħerġin) għal kull sena sħiħa;

Brussels-Charleroi (fis-sajf biss): traffiku minimu ta’ 17 000 passiġġier (deħlin u ħerġin) għal kull sena sħiħa;

Oslo Rygge (fis-sajf sħiħ): traffiku minimu ta’ 17 000 passiġġier (deħlin u ħerġin) għal kull sena sħiħa.

(79)

Din l-emenda ssupplimentat il-Ftehim 5 tat-13 ta’ Jannar 2010.

—   Il-Ftehim 7: emenda Nru 2 tat-28 ta’ Jannar 2011 għall-Ftehim 5 tat-13 ta’ Jannar 2010

(80)

Permezz ta’ din l-emenda għall-Ftehim 5 tat-13 ta’ Jannar 2010, Ryanair impenjat ruħha li topera rotta fis-sajf biss lejn Porto, li tibda fl-istaġun tas-sajf tal-2011 bi traffiku minimu tal-passiġġieri ta’ 17 000 passiġġier (deħlin u ħerġin) għal kull sena sħiħa.

(b)   Ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni bejn is-CCI u Ryanair/AMS

(81)

Kif muri fi Table 9, is-CCI kkonkludiet ukoll għadd ta’ ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni. Bejn l-2003 u l-2006, is-CCI kkonkludiet dawn il-ftehimiet ma’ Ryanair; mill-2006 ’il quddiem, dawn ġew konklużi ma’ AMS, sussidjarja li hija proprjetà sħiħa ta’ Ryanair.

—   Il-Ftehim A: ftehim tal-1 ta’ Diċembru 2003 ma’ Ryanair

(82)

Fl-1 ta’ Diċembru 2003, ġie konkluż ftehim bejn is-CCI u Ryanair, li japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Mejju 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2003. Ryanair impenjat ruħha li topera rotta ta’ kuljum bejn l-ajruport ta’ La Rochelle u Londra Stansted mill-1 ta’ Mejju 2003 u li potenzjalment tniedi rotta addizzjonali waħda jew aktar lejn Frankfurt-Hahn, Brussell-Charleroi jew lejn kwalunkwe ajruport ieħor, li joperaw mill-inqas 340 jum fis-sena.

(83)

Skont dan il-ftehim, Ryanair impenjat ruħha li turi fuq is-sit web tagħha tliet web links għal siti web tat-turiżmu relatati mar-reġjun ta’ La Rochelle, u li tniedi kampanja biex tippromwovi r-rotot tagħha lejn l-ajruport ta’ La Rochelle.

(84)

Is-CCI ħallset lil Ryanair is-somma ta’ EUR […]:

EUR […] mal-iffirmar tal-ftehim;

EUR […] mal-preżentazzjoni minn Ryanair ta’ sommarju tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni implimentati u l-kost tagħhom, li kien meħtieġ li jkun ta’ mill-inqas EUR […].

—   Il-Ftehim B: ftehim tat-3 ta’ Ġunju 2004 ma’ Ryanair

(85)

Fit-3 ta’ Ġunju 2004, ġie konkluż ftehim bejn is-CCI u Ryanair li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2004 sat-30 ta’ April 2006. Ryanair impenjat ruħha li topera rotta ta’ kuljum bejn l-ajruport ta’ La Rochelle u Londra Stansted mill-1 ta’ Jannar 2004 u li potenzjalment tniedi rotta addizzjonali waħda jew aktar lejn Frankfurt-Hahn, Brussell-Charleroi jew lejn kwalunkwe ajruport ieħor, li joperaw mill-inqas 340 jum fis-sena. Ryanair impenjat ruħha wkoll għal fattur ta’ tagħbija ta’ mill-inqas 60 % għat-titjiriet tagħha.

(86)

Skont dan il-ftehim, Ryanair impenjat ruħha li turi fuq is-sit web tagħha web links għal siti web tat-turiżmu relatati mar-reġjun ta’ La Rochelle.

(87)

Is-CCI ħallset lil Ryanair is-somma ta’ EUR […] fis-sena, ċifra li titnaqqas jekk Ryanair ma tilħaqx il-miri tagħha marbuta mal-fattur tat-tagħbija. Dan l-ammont imbagħad jiġi kkalkolat mill-ġdid abbażi tal-għadd ta’ passiġġieri ttrasportati. Il-pagamenti kellhom isiru kull tliet xhur u kwalunkwe pagament żejjed jiġi paċut fis-sena ta’ wara.

(88)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dokument li jindika l-ammont eżatt imħallas mis-CCI lil Ryanair għas-sentejn ta’ wara.

—   Il-Ftehim Ċ: ftehim tal-1 ta’ April 2006 konkluż ma’ AMS dwar ir-Renju Unit

(89)

Fl-1 ta’ April 2006, is-CCI u AMS ikkonkludew ftehim ta’ 3 snin, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2006. Dan il-ftehim huwa marbut mal-impenn ta’ Ryanair li topera rotta bejn La Rochelle u Londra Stansted b’minimu ta’ 95 000 passiġġier fis-sena.

(90)

Skont dan il-ftehim, AMS impenjat ruħha li tipprovdi diversi servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq is-sit web www.ryanair.com għal somma ta’ EUR […] fis-sena, jew EUR […] fix-xahar. Dawn kienu jinvolvu:

l-inklużjoni ta’ link għal sit web magħżul mis-CCI fuq il-paġna prinċipali bil-lingwa Ingliża www.ryanair.com (20) għal 56 jum, għal somma ta’ EUR […];

l-inklużjoni ta’ erba’ paragrafi ta’ 150 kelma fit-taqsima “Ħames affarijiet x’tagħmel” fuq il-paġna tad-destinazzjoni ta’ La Rochelle tas-sit web ta’ Ryanair, għal somma ta’ EUR […];

l-inklużjoni ta’ żewġ links għal sit web magħżul mis-CCI fil-bar tal-istatus fuq il-paġna tad-destinazzjoni ta’ La Rochelle tas-sit web ta’ Ryanair, għal somma ta’ EUR […];

l-inklużjoni ta’ link għal sit web magħżul mis-CCI fit-taqsima “Ħames affarijiet x’tagħmel” fuq il-paġna tad-destinazzjoni ta’ La Rochelle tas-sit web ta’ Ryanair, għal somma ta’ EUR […];

tintbagħat email li tippromwovi lil La Rochelle lill-abbonati għas-sit web ta’ Ryanair fir-Renju Unit u fl-Irlanda, għal somma ta’ EUR […].

(91)

Jistgħu jiġu miftiehma servizzi addizzjonali bejn il-partijiet. Is-CCI tagħmel pagamenti kull xahar għal dawn is-servizzi abbażi ta’ fatturi mibgħuta minn AMS.

—   Il-Ftehimiet D u E: ftehim tal-1 ta’ April 2006 u l-emenda għalih tal-1 ta’ Ġunju 2007 konklużi ma’ AMS dwar l-Irlanda

(92)

Fl-1 ta’ April 2006, ġie konkluż il-Ftehim D mis-CCI u minn AMS li jkopri perjodu ta’ 3 snin u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2006. Dan il-ftehim huwa marbut mal-impenn ta’ Ryanair li topera rotta bejn La Rochelle u Dublin b’minimu ta’ 45 000 passiġġier fis-sena.

(93)

Skont dan il-ftehim, AMS impenjat ruħha li turi fuq is-sit web ta’ Ryanair, www.ryanair.com, link għal sit web iddisinjat mis-CCI għal 212-il jum fis-sena, għal somma ta’ EUR […] fis-sena, jew EUR […] fix-xahar. Jistgħu jiġu miftiehma servizzi addizzjonali bejn il-partijiet. Is-CCI tagħmel pagamenti kull xahar għal dawn is-servizzi abbażi ta’ fatturi mibgħuta minn AMS.

(94)

Il-Ftehim D ġie emendat fl-1 ta’ Ġunju 2007 permezz ta’ emenda (il-Ftehim E) li tagħmel bidliet fis-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-2007: AMS impenjat ruħha li turi fuq is-sit web ta’ Ryanair link għal sit web iddisinjat mis-CCI għal 45 jum bejn Ġunju u Settembru 2007 minflok 212-il jum fis-sena, għal somma ta’ EUR […].

—   Il-Ftehim F: ftehim tal-21 ta’ Settembru 2007 konkluż ma’ AMS dwar ir-Renju Unit

(95)

Fil-21 ta’ Settembru 2007, is-CCI u l-Ajruport iffirmaw il-Ftehim F, li kien relatat mas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni għas-sit web tar-Renju Unit ta’ Ryanair. Il-ftehim F emenda l-Ftehim Ċ u għamel dispożizzjoni għal servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni minbarra dawk diġà skedati, jiġifieri li jintbagħtu ħames emails promozzjonali addizzjonali matul ix-xitwa 2007/2008 lill-255 000 abbonat li jitkellmu bl-Ingliż fuq il-lista tal-posta ta’ Ryanair. Il-kost ta’ dawn is-servizzi addizzjonali jkun ta’ EUR […].

—   Il-Ftehim G: ftehim tas-17 ta’ Settembru 2009 konkluż ma’ AMS dwar ir-Renju Unit

(96)

Fis-17 ta’ Settembru 2009, is-CCI u AMS ikkonkludew ftehim ta’ 3 snin, li beda japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2009. Dan il-ftehim huwa marbut mal-impenn ta’ Ryanair li topera rotta bejn La Rochelle u Londra Stansted b’minimu ta’ 53 000 passiġġier fis-sena.

(97)

Skont dan il-ftehim, AMS impenjat ruħha li tipprovdi diversi servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni għal somma ta’ EUR […] fis-sena. Dawn kienu jinvolvu:

il-wiri ta’ link għal sit web magħżul mis-CCI fuq il-paġna prinċipali tar-Renju Unit tas-sit web ta’ Ryanair, www.ryanair.com, għal 22 jum, għal somma ta’ EUR […];

l-inklużjoni ta’ paragrafu wieħed fuq il-paġna tad-destinazzjoni ta’ La Rochelle tas-sit web ta’ Ryanair, għal somma ta’ EUR […];

il-wiri ta’ link għal sit web magħżul mis-CCI fil-bar tal-istatus fuq il-paġna tad-destinazzjoni ta’ La Rochelle tas-sit web ta’ Ryanair, għal somma ta’ EUR […].

(98)

L-ammont totali għal dawn is-servizzi kien ta’ EUR […], li għalih ġie applikat skont. Jistgħu jiġu miftiehma servizzi addizzjonali bejn il-partijiet.

—   Il-Ftehimiet H u J: ftehim tas-17 ta’ Settembru 2009 u l-emenda għalih konklużi ma’ AMS dwar il-Belġju

(99)

Fis-17 ta’ Settembru 2009, is-CCI u AMS ikkonkludew ftehim ta’ 3 snin, li beda japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2009 (il-Ftehim H). Dan il-ftehim huwa marbut mal-impenn ta’ Ryanair li topera rotta bejn La Rochelle u Brussell-Charleroi b’minimu ta’ 9 000 passiġġier fl-ewwel sena u 16 000 passiġġier fis-sentejn ta’ wara.

(100)

Skont dan il-ftehim, AMS impenjat ruħha li turi fuq il-paġna prinċipali tan-Netherlands/tal-Belġju tas-sit web ta’ Ryanair (www.ryanair.com) (21) link magħżula mis-CCI għal 95 jum fl-ewwel sena u 160 jum fis-sentejn ta’ wara. Il-kost ta’ dawn is-servizzi kien ta’ EUR […] u EUR […], rispettivament, bis-CCI tintalab tħallas EUR […] fl-ewwel sena u EUR […] fis-snin sussegwenti. Jistgħu jiġu miftiehma servizzi addizzjonali bejn il-partijiet.

(101)

Dan il-ftehim ġie emendat fl-istess jum permezz tal-Ftehim J, li permezz tiegħu AMS impenjat ruħha li turi link għas-sit web magħżul mis-CCI fuq il-paġna prinċipali tan-Netherlands/tal-Belġju tas-sit web ta’ Ryanair, www.ryanair.com, għal 10 ijiem addizzjonali fl-2009. Il-kost ta’ dan is-servizz addizzjonali jkun ta’ EUR […].

—   Il-Ftehim I: ftehim tas-17 ta’ Settembru 2009 ma’ AMS dwar l-Irlanda

(102)

Fis-17 ta’ Settembru 2009, is-CCI u AMS ikkonkludew ftehim ieħor ta’ 3 snin, li beda japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2009 (il-Ftehim I). Dan il-ftehim huwa marbut mal-impenn ta’ Ryanair li topera rotta bejn La Rochelle u Dublin b’minimu ta’ 17 000 passiġġier fis-sena.

(103)

Skont dan il-ftehim, AMS impenjat ruħha li turi link għal sit web magħżul mis-CCI fuq il-paġna prinċipali tal-verżjoni Irlandiża tas-sit web ta’ Ryanair, www.ryanair.com, għal 200 jum. L-imposta għal dan is-servizz kienet ta’ EUR […], li għandha tiġi fatturata lis-CCI b’kost annwali ta’ EUR […]. Jistgħu jiġu miftiehma servizzi addizzjonali bejn il-partijiet.

—   Il-Ftehim K: ftehim tal-25 ta’ Frar 2010 ma’ AMS

(104)

Fil-25 ta’ Frar 2010, is-CCI u AMS ikkonkludew ftehim ta’ 3 snin, li daħal fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2010 (il-Ftehim K). Dan il-ftehim issostitwixxa u kkanċella l-ftehimiet preċedenti bejn il-partijiet.

(105)

Fl-2009, ġew konklużi tliet ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkopru kull wieħed mis-swieq fejn kienu ppjanati miżuri promozzjonali, jiġifieri r-Renju Unit, l-Irlanda u l-Belġju. Madankollu, fl-2010, il-partijiet ikkonkludew ftehim uniku għal dawn it-tliet swieq kollha.

(106)

Dan il-ftehim huwa marbut mal-operat tar-rotot ta’ Ryanair li jgħaqqdu l-ajruport ta’ La Rochelle mar-Renju Unit, l-Irlanda, il-Belġju u n-Norveġja (din tal-aħħar hija rotta ġdida). Għalkemm il-ftehim ma fih l-ebda rekwiżit f’termini tan-numri ta’ passiġġieri jew tal-frekwenza tat-titjiriet, huwa jistabbilixxi li, fil-każ ta’ tnaqqis fil-frekwenza jew il-kanċellazzjoni ta’ waħda mir-rotot inkwistjoni, il-pakkett dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jiġi mmodifikat kif xieraq.

(107)

Skont dan il-ftehim, AMS impenjat ruħha li tipprovdi diversi servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni għal somma ta’ EUR […] fis-sena. Dawn kienu jinvolvu:

l-inklużjoni ta’ ħames paragrafi fit-taqsima “Ħames affarijiet x’tagħmel” tas-sit web ta’ Ryanair;

il-wiri ta’ tliet links fuq is-sit web ta’ Ryanair;

il-wiri ta’ link fuq il-paġna prinċipali tal-verżjonijiet tal-Irlanda, tan-Norveġja u tan-Netherlands tas-sit web ta’ Ryanair għal 90 jum;

il-wiri ta’ link fuq il-paġna prinċipali tal-verżjoni tar-Renju Unit tas-sit web ta’ Ryanair għal 50 jum.

(108)

Jistgħu jiġu miftiehma servizzi addizzjonali bejn il-partijiet.

(109)

Dan il-ftehim ġie emendat permezz tat-tliet emendi stabbiliti hawn taħt:

—   Il-Ftehim L: emenda Nru 1 għall-Ftehim K tal-25 ta’ Frar 2010 dwar l-Irlanda

(110)

L-ewwel emenda għall-Ftehim K tal-25 ta’ Frar 2010 ġiet iffirmata fit-23 ta’ Ġunju 2010. Din l-emenda hija marbuta mal-impenn ta’ Ryanair li topera rotta bejn La Rochelle u Cork. Skont dan il-ftehim, AMS impenjat ruħha li testendi għal 70 jum il-perjodu li matulu tintwera link għal sit web magħżul mis-CCI fuq is-sit web ta’ Ryanair, www.ryanair.com, għal somma ta’ EUR […].

—   Il-Ftehim M: emenda Nru 2 għall-Ftehim K tal-25 ta’ Frar 2010 dwar il-Portugall

(111)

Skont dan il-ftehim, iffirmat fil-11 ta’ Frar 2011, AMS impenjat ruħha li tipprovdi diversi servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni għal somma ta’ EUR […], li għandha tiġi fatturata b’kost annwali ta’ EUR […]. Dawn kienu jinvolvu:

il-wiri ta’ link għal sit web magħżul mis-CCI fit-taqsima “L-Ajruporti u t-Turiżmu” tal-paġna prinċipali tal-verżjoni Portugiża tas-sit web ta’ Ryanair, www.ryanair.com, għal 365 jum fis-sena;

il-preżentazzjoni ta’ La Rochelle (test, immaġni u link magħżula mis-CCI) fuq il-paġna prinċipali tal-verżjoni Portugiża tas-sit web ta’ Ryanair, għal 4 ġimgħat fis-sena.

—   Il-Ftehim N: emenda Nru 3 għall-Ftehim K tal-25 ta’ Frar 2010 dwar in-Norveġja

(112)

It-tielet emenda għall-Ftehim K tal-25 ta’ Frar 2010 ġiet iffirmata fl-2011. Skont dan il-ftehim, AMS impenjat ruħha li tipprovdi diversi servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni għal somma ta’ EUR […], li għandha tiġi fatturata b’kost ta’ EUR […] fl-ewwel sena u EUR […] fit-tieni sena.

(113)

Fl-ewwel sena (mill-31 ta’ Marzu 2011 sal-31 ta’ Ottubru 2011), is-servizzi kienu dawn li ġejjin:

il-preżentazzjoni ta’ La Rochelle (test, immaġni u link magħżula mis-CCI) fuq il-paġna prinċipali tal-verżjoni Norveġiża tas-sit web ta’ Ryanair, għal 6 ġimgħat fis-sena.

l-inklużjoni ta’ strixxun magħżul mis-CCI fil-bar tal-istatus fuq in-naħa tal-lemin tal-paġna prinċipali tal-verżjoni Norveġiża tas-sit web ta’ Ryanair, għal 4 xhur fis-sena.

(114)

Fit-tieni sena (mill-31 ta’ Marzu 2012 sal-31 ta’ Ottubru 2012), is-servizzi kienu dawn li ġejjin:

il-preżentazzjoni ta’ La Rochelle (test, immaġni u link magħżula mis-CCI) fuq il-paġna prinċipali tal-verżjoni Norveġiża tas-sit web ta’ Ryanair, għal 3 ġimgħat fis-sena.

l-inklużjoni ta’ strixxun magħżul mis-CCI fil-bar tal-istatus fuq in-naħa tal-lemin tal-paġna prinċipali tal-verżjoni Norveġiża tas-sit web ta’ Ryanair, għal 3 xhur fis-sena.

3.2.2.2.   Ftehimiet ma’ Flybe, Aer Arann u Jet2

(a)   Deċiżjoni dwar l-imposti tas-27 ta’ Marzu 2008

(115)

Id-deċiżjoni dwar l-imposti tas-27 ta’ Marzu 2008 sottomessa lill-Cocoeco tistabbilixxi inċentivi għat-tnedija ta’ rotot skedati ġodda. Din id-deċiżjoni dwar l-ipprezzar tipprevedi sistema ta’ skontijiet digressivi fuq l-imposti ajrunawtiċi, limitati għal 3 snin għat-tnedija ta’ rotot ġodda jew għall-operat kontinwu tar-rotot eżistenti matul l-istaġun tal-iskedar tax-xitwa. Id-deċiżjoni dwar l-ipprezzar tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dawn l-iskontijiet:

l-iskont għat-tnedija ta’ rotot skedati ġodda (22) jingħata soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) rotta skedata ġdida (staġunali jew annwali), (ii) it-tnedija ta’ operazzjonijiet fl-2008 u (iii) b’aktar minn 2 000 post offruti fl-istaġun tar-rebbiegħa-sajf tal-IATA;

l-iskont għall-operat tar-rotot tax-xitwa jingħata soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) ir-rotta eżistenti li qatt ma kienet operata fl-istaġun tax-xitwa tal-IATA qabel l-2008 u (ii) il-miżuri applikabbli għall-istaġun tax-xitwa biss.

(116)

L-iskontijiet disponibbli taħt dawn il-miżuri ta’ inċentiv huma stabbiliti fi Table 10 hawn taħt.

Tabella 10

Skontijiet fuq l-imposti tal-ajruport previsti taħt id-deċiżjoni dwar l-ipprezzar tas-27 ta’ Marzu 2008

 

Sena 1

Sena 2

Sena 3

Imposta tal-inżul

-75  %

-50  %

-25  %

Dwal tar-runway

-75  %

-50  %

-25  %

Parkeġġ

-75  %

-50  %

-25  %

Imposta tal-passiġġieri

-75  %

-50  %

-25  %

Sors: L-awtoritajiet Franċiżi

(b)   Ftehim ma’ Jet2

(117)

Fl-4 ta’ Lulju 2008, is-CCI kkonkludiet ftehim dwar l-imposti tal-ajruport mal-linja tal-ajru Jet2 li jkopri perjodu ta’ 3 snin u li beda japplika b’mod retroattiv mit-12 ta’ Mejju 2008, għal servizzi lejn Edinburgh u Leeds (23).

(118)

Dan il-ftehim jagħmel ukoll dispożizzjoni għall-għoti ta’ skontijiet sinifikanti fuq l-imposti tal-ajruport, li jikkorrespondu għal dawk stabbiliti fi Table 10. Jet2 impenjat ruħha li toffri mill-inqas 2 000 post kull staġun, u fin-nuqqas ta’ dan, l-iskontijiet jitnaqqsu b’5 % fis-sena ta’ wara.

(119)

Skont dan il-ftehim, is-CCI tagħmel “kontribuzzjoni biex tappoġġa l-kummerċjalizzazzjoni” ta’ EUR […] fis-sena 1 (2008) u, fis-snin 2 u 3 (fit-teorija, fl-2009 u fl-2010), hija tħallas kontribuzzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, li l-ammont tagħha jkun “aġġustat fuq il-bażi tal-iskeda tat-titjiriet”. Skont il-ftehim, l-ammont tal-kontribuzzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni jista’ jiġi aġġustat permezz ta’ emenda bbażata fuq il-fattur tat-tagħbija miksub u l-iżviluppi fir-rigward tal-iskeda tat-titjiriet. Sabiex il-kontribuzzjoni titħallas, il-ftehim jistipula li Jet2 kienet meħtieġa tissottometti fattura akkumpanjata minn dokumenti ta’ sostenn (pjan ta’ kummerċjalizzazzjoni, fatturi għall-attivitajiet promozzjonali mwettqa). Barra minn hekk, sabiex tikkwalifika għall-għajnuna, Jet2 impenjat ruħha li toffri mill-inqas 2 000 post għal kull rotta għal kull staġun tar-rebbiegħa-sajf tal-IATA. Skont il-ftehim, jekk in-numru ta’ postijiet imsemmija hawn fuq ma jkunx inkiseb matul il-perjodu inkwistjoni, Jet2 ma tkunx eliġibbli li tirċievi l-kontribuzzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għas-sena korrispondenti.

(120)

Fl-ittra tagħha tat-30 ta’ Awwissu 2011, Franza infurmat lill-Kummissjoni li tħallset somma ta’ EUR […] mis-CCI fl-2008 u fl-2009, iżda li s-CCI ma għamlet l-ebda pagament lil Jet2 fl-2010.

(c)   Ftehimiet ma’ Flybe u Aer Arann

(121)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni tkopri l-ftehimiet dwar l-imposti tal-ajruport bejn is-CCI u Flybe u Aer Arann:

il-ftehim konkluż fit-18 ta’ Marzu 2009 ma’ Flybe li jkopri perjodu ta’ 3 snin u li japplika b’mod retroattiv mit-3 ta’ Mejju 2008, għal servizz lejn Glasgow;

il-ftehim konkluż ma’ Aer Arann li jkopri perjodu ta’ 3 snin b’effett mill-24 ta’ Mejju 2008 (id-data tal-iffirmar ma tissemmiex fil-ftehim), għal servizz lejn Cork.

(122)

Dawn iż-żewġ ftehimiet jagħmlu dispożizzjoni għall-għoti ta’ skontijiet sinifikanti fuq l-imposti tal-ajruport, li jikkorrespondu għal dawk stabbiliti fi Table 10. Skont iż-żewġ ftehimiet, il-linji tal-ajru impenjaw ruħhom li joffru mill-inqas 2 000 post kull staġun, u fin-nuqqas ta’ dan, l-iskontijiet jitnaqqsu b’5 % fis-sena ta’ wara.

(123)

Skont Franza, dawn l-iskontijiet ingħataw f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni dwar l-ipprezzar għall-imposti tas-27 ta’ Marzu 2008.

3.2.2.3.   Ftehimiet ma’ Buzz

(124)

Skont ir-rapport tas-CRC, il-linja tal-ajru Buzz, sussidjarja ta’ KLM, nediet l-ewwel rotta bi prezz baxx bejn La Rochelle u Londra Stansted fir-rebbiegħa tal-2001 (24). Ir-rapport tas-CRC jiddikjara li Buzz kienet soġġetta għal imposti tal-ajruport f’konformità mal-karti tar-rati fis-seħħ f’dak iż-żmien. Ir-rapport tas-CRC jinnota wkoll li Buzz ibbenefikat minn miżuri promozzjonali u nefqa fuq il-komunikazzjoni li jammontaw għal EUR 59 068,51 fl-2001 u fl-2002. Fl-aħħar nett, is-CRC tinnota li r-rotta effettivament ittieħdet minn Ryanair fl-2003, bis-CCI toħroġ fattura lil Ryanair għas-servizzi tagħha taħt l-istess kundizzjonijiet li kienu japplikaw għal Buzz sal-aħħar tas-sena.

(125)

Franza tirrimarka li ġie konkluż ftehim wieħed, il-ftehim tat-8 ta’ Novembru 2002, ma’ Buzz. Il-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport tat-8 ta’ Novembru 2002 bejn is-CCI u Buzz huwa relatat mas-servizzi skedati operati minn Buzz lejn l-ajruport ta’ La Rochelle u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-infrastruttura, li jkopru perjodu ta’ 3 snin.

(126)

Franza tirrimarka wkoll li l-miżuri promozzjonali u n-nefqa fuq il-komunikazzjoni li jikkonċernaw lil Buzz imsemmija fir-rapport tas-CRC fil-fatt huma relatati mal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqa skont ftehim konkluż ma’ Maison de la France u mhux ma’ Buzz. B’hekk, skont is-CCI, ma sar l-ebda pagament ta’ kummerċjalizzazzjoni lil Buzz.

3.2.2.4.   Ir-relazzjoni ma’ easyJet

(127)

Ir-rapport tas-CRC isemmi li easyJet “talbet EUR [...] f’appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni” għar-rotta ta’ Bristol fl-2006, appoġġ li, fiż-żmien li ġie ffinalizzat ir-rapport, kien allegatament is-suġġett ta’ ftehim orali.

(128)

Franza tirrimarka li, għall-kuntrarju tal-informazzjoni li tinsab fir-rapport tas-CRC, easyJet ma rċeviet l-ebda finanzjament għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jew ta’ reklamar. Skont Franza, għalkemm il-possibbiltà ta’ tali kontribuzzjoni ġiet diskussa b’mod informali matul in-negozjati bejn l-ajruport u easyJet, din qatt ma saret realtà u, b’hekk, qatt ma ġie konkluż xi ftehim ta’ appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni ma’ easyJet.

4.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

(129)

Il-Kummissjoni qieset li kien meħtieġ li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali sabiex, minn naħa, teżamina l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha magħmula mid-diversi awtoritajiet pubbliċi u korpi għas-CCI, l-operatur tal-ajruport ta’ La Rochelle, bejn l-2001 u d-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ, kif deskritt fit-taqsima 3.1 u, min-naħa l-oħra, biex tiġi vvalutata l-għajnuna potenzjali mogħtija lil-linji tal-ajru skont il-ftehimiet kollha bejn is-CCI u l-linji tal-ajru, deskritti fit-taqsima 3.2.2, bejn l-2001 u d-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ (it-8 ta’ Frar 2012).

4.1.   Miżuri favur l-ajruport

(130)

Meta analizzat il-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula lis-CCI, l-operatur tal-ajruport ta’ La Rochelle, il-Kummissjoni esprimiet il-fehma tagħha rigward l-eżistenza possibbli ta’ għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u d-dubji tagħha dwar il-kompatibbiltà ta’ kwalunkwe għajnuna mas-suq intern, skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

4.1.1.   L-eżistenza ta’ għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE

(131)

L-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li sehem mill-finanzjament mogħti mill-Istat kien bil-għan li jkopri l-kostijiet tal-kompiti b’mandat pubbliku li ma kinux jikkostitwixxu attività ekonomika skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Madankollu, tali finanzjament irid jintuża biss biex ikopri l-kostijiet li jirriżultaw minn dawk il-kompiti u ma jistax jiġi allokat għal attivitajiet ekonomiċi oħrajn (25). Il-Kummissjoni qieset li ma kellhiex biżżejjed informazzjoni dwar in-natura preċiża tal-kostijiet tal-kompiti b’mandat pubbliku u li lanqas ma setgħet teskludi li l-ajruport kiseb vantaġġ billi kellu dawk il-kostijiet koperti.

(132)

Franza ddikjarat ukoll li l-finanzjament inkwistjoni ma kienx jikkostitwixxi vantaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Franza tqis ukoll li l-ġestjoni tal-ajruport ta’ La Rochelle b’mod ġenerali hija servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju għas-CCI fid-dawl tal-każistika ta’ Altmark (26). Il-Kummissjoni qieset li Franza ma kinitx uriet li kienet issodisfat xi waħda mill-erba’ kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza ta’ Altmark; dawn il-kriterji jridu jiġu ssodisfati sabiex tiġi eskluża l-eżistenza ta’ vantaġġ meta jiġu kkumpensati l-kostijiet li jirriżultaw minn servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali.

(133)

Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula lis-CCI fid-dawl tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji inkwistjoni kienu taw vantaġġ selettiv lis-CCI matul il-perjodu kollu kopert mid-Deċiżjoni. Konsegwentement, hija ma setgħetx teskludi li dawn il-miżuri kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

4.1.1.1.   Il-finanzjament tal-infrastruttura u ta’ kompiti b’mandat pubbliku

(134)

Il-Kummissjoni ddikjarat li hija ma kellha l-ebda evidenza li tippermettilha tikkunsidra li s-sussidji għall-infrastruttura minn korpi pubbliċi kienu finanzjarjament profittabbli jew li kien hemm xi aspettattiva ta’ redditu finanzjarju.

(135)

Fir-rigward tas-sussidju għall-finanzjament ta’ kompiti b’mandat pubbliku, il-Kummissjoni kellha dubji, kif spjegat qabel, dwar in-natura eżatta tal-kostijiet imġarrba mill-Istat u li, skont l-awtoritajiet Franċiżi, huma relatati mal-eżerċitar tas-setgħat ta’ awtorità pubblika.

4.1.1.2.   Il-finanzjament tal-operazzjonijiet

(136)

Il-Kummissjoni, billi bbażat il-valutazzjoni tagħha fuq ir-rapport tas-CRC, qieset li ċerti trasferimenti finanzjarji bejn il-kontijiet tal-fergħa ġenerali tas-CCI u dawk tal-fergħa tal-ajruport tagħha ma dehrux li saru bħala tranżazzjonijiet purament kummerċjali.

(137)

L-ewwel nett, jidher li l-fergħa ġenerali tas-CCI ma ffatturatx biżżejjed uħud mis-servizzi li pprovdiet lill-ajruport, minħabba li l-kontijiet tal-ajruport ma jirriflettux il-kost reali ta’ dawk is-servizzi. Il-Kummissjoni ma eskludietx il-possibbiltà li l-iskop tal-allegata sottofatturazzjoni kien li jittaffa t-telf li sar mill-ajruport bejn l-2001 u l-2006.

(138)

Imbagħad, jidher li l-operazzjoni tal-ajruport kienet iffinanzjata permezz ta’ ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli, imħallsa mill-baġit ġenerali tas-CCI għall-kontijiet tal-ajruport tagħha, li jidhru li jikkostitwixxu riżorsi finanzjarji mogħtija mingħajr kostijiet.

(139)

Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-ammonti mħallsin lis-CCI għall-ġestjoni u l-operat tal-ajruport ta’ Rochefort dehru li kienu jaqbżu dak li jkun mistenni taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, minħabba n-nuqqas ta’ traffiku fl-ajruport.

(140)

Barra minn hekk, mill-ammont li rċieva l-ajruport ta’ La Rochelle għall-forniment ta’ dawn is-servizzi, is-somma ta’ EUR 40 000 ma koprietx il-kostijiet imġarrba mis-CCI biex tipprovdi s-servizzi, iżda fil-fatt kienet “tariffa tal-fornitur tas-servizz”, li tammonta għal rata medja ta’ 16 % tal-ammont totali fatturat għal dawn is-servizzi.

(141)

Fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji lejn l-operat ta’ ċerti rotot imħallsin lis-CCI minn diversi awtoritajiet pubbliċi, il-Kummissjoni staqsiet jekk dawn il-miżuri kinux fil-fatt pagamenti lill-ajruport, minħabba li l-pagamenti għaddew mill-kontijiet tal-ajruport, jew jekk kinux għajnuna lil-linji tal-ajru inkwistjoni.

4.1.2.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE

(142)

Il-Kummissjoni applikat il-Linji Gwida tal-2005 sabiex tivvaluta l-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ investiment mas-suq intern (27). Il-Kummissjoni qieset li hija ma kellhiex l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun tista’ tivvaluta l-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni bl-użu tal-kriterji fil-Linji Gwida tal-2005.

(143)

Il-Kummissjoni kellha wkoll dubji dwar il-kompatibbiltà mas-suq intern tal-kumpens żejjed potenzjali tal-kompiti b’mandat pubbliku, u l-għoti potenzjali ta’ għajnuna operatorja lis-CCI.

4.2.   Miżuri favur il-linji tal-ajru

(144)

Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-miżuri favur il-linji tal-ajru, il-Kummissjoni esprimiet ukoll il-fehma tagħha rigward l-eżistenza possibbli ta’ għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u d-dubji tagħha dwar il-kompatibbiltà ta’ tali għajnuna mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

4.2.1.   L-eżistenza ta’ għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE

(145)

Il-Kummissjoni vvalutat l-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv fil-ftehimiet konklużi mal-linji tal-ajru billi eżaminat jekk, f’ċirkostanzi simili, operatur ta’ ajruport privat li jopera taħt kundizzjonijiet normali tal-ekonomija tas-suq kienx jidħol fi ftehimiet kummerċjali simili għal dawk konklużi mis-CCI.

(146)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnotat li, matul il-perjodu taħt investigazzjoni, l-ajruport kien qed jopera b’telf f’kull sena finanzjarja u, skont ir-rapport tas-CRC (28), l-imposti applikati mill-ajruport iddiskriminaw bejn il-linji tal-ajru differenti (29). Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni għandha dubji dwar jekk l-ajruport aġixxiex bħala investitur prudenti fin-negozjati kummerċjali tiegħu mal-linji tal-ajru li jservu l-ajruport ta’ La Rochelle.

(147)

Sabiex tiddetermina jekk l-operatur tal-ajruport aġixxiex bħala investitur prudenti f’ekonomija tas-suq motivat mill-prospett ta’ profitti (30), il-Kummissjoni qieset li l-ftehimiet konklużi kellhom jiġu vvalutati għal kull perjodu inkwistjoni, filwaqt li ħarset lejn iż-żmien li fih ġew iffirmati.

4.2.1.1.   L-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv fil-ftehimiet konklużi ma’ Ryanair/AMS

(148)

Il-Kummissjoni qieset li l-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni kellhom jiġu vvalutati flimkien, billi Ryanair u AMS ifformaw benefiċjarju wieħed tal-miżuri inkwistjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-iffirmar tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni kien kundizzjonali fuq il-konklużjoni ta’ ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport, bl-uniku benefiċċju mistenni tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jkun żieda fin-numru ta’ passiġġieri ta’ Ryanair li jużaw l-ajruport.

(149)

Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-operatur tal-ajruport, permezz tal-iffirmar tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport u tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, kienx aġixxa bħala operatur prudenti f’ekonomija tas-suq li jsegwi politika strutturali, kemm jekk ġenerali kif ukoll jekk settorjali, u motivat mill-prospett ta’ profitti fuq perjodu ta’ żmien medju sa twil. Il-Kummissjoni osservat li ma kienx hemm studji tas-suq u/jew pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju relatati mad-diversi ftehimiet iffirmati ma’ Ryanair/AMS u li jipprovdu ġustifikazzjoni ekonomika għad-deċiżjoni tal-ajruport li jidħol f’tali impenji ma’ Ryanair/AMS.

(150)

Skont Franza, il-motiv ekonomiku għall-konklużjoni ta’ dawn il-ftehimiet kien il-benefiċċji li dawn iġibu għan-negozju u t-turiżmu fir-reġjun. Madankollu, il-Kummissjoni rrimarkat li l-kunsiderazzjonijiet tal-iżvilupp reġjonali ma setgħux jitqiesu għall-finijiet tat-test tal-investitur prudenti (31).

(151)

Il-Kummissjoni kellha dubji dwar l-imposti tal-ajruport applikati għal Ryanair, b’mod partikolari fir-rigward tal-ftehim iffirmat fl-10 ta’ Diċembru 2003, li ta lil Ryanair eżenzjoni mill-imposta tad-dawl tar-runway.

(152)

Il-Kummissjoni nnotat li diversi entitajiet pubbliċi kienu involuti fil-finanzjament tal-kost tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Għalhekk, hija kkunsidrat jekk kienx xieraq li l-imġiba tal-ajruport tiġi vvalutata b’mod konġunt mal-imġiba tal-Istat jew tal-awtoritajiet pubbliċi l-oħrajn li jissorveljaw l-operatur tal-ajruport jew li huma involuti fil-finanzjament tiegħu.

(153)

Il-Kummissjoni staqsiet ukoll jekk is-servizzi fuq l-art koperti mill-ftehimiet suċċessivi ma’ Ryanair, b’mod partikolari l-ftehim dwar is-servizzi fuq l-art bejn Ryanair u s-CCI tal-10 ta’ Diċembru 2003, fil-fatt kinux jeżistu. Fit-tweġiba tagħha tat-30 ta’ Awwissu 2011, Franza ddikjarat li s-CCI ma pprovdiet l-ebda servizz fuq l-art.

(154)

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni qieset li kellha dubji dwar jekk l-ajruport u l-entitajiet pubbliċi li kkontribwew jew li kienu qed jikkontribwixxu għall-kostijiet operatorji ta’ Ryanair kinux aġixxew bħala investitur prudenti f’ekonomija tas-suq billi kkonkludew il-ftehimiet taħt investigazzjoni.

4.2.1.2.   L-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv fil-ftehimiet konklużi ma’ Jet2, Flybe u Aer Arann

(155)

Il-Kummissjoni nnotat li l-ftehimiet iffirmati mal-linji tal-ajru Jet2, Flybe u Aer Arann taw lok għal skontijiet sostanzjali fuq l-imposti (32) u li, skont Franza, dawn l-iskontijiet ġew applikati b’mod mhux diskriminatorju għal-linji tal-ajru kollha li ssodisfaw il-kriterji stabbiliti fid-deċiżjoni dwar l-ipprezzar tas-27 ta’ Marzu 2008 (ara t-taqsima 3.3.2.2).

(156)

Madankollu, il-Kummissjoni osservat li, kif imsemmi minn Franza, l-ajruport kien qed jagħmel telf matul il-perjodu taħt investigazzjoni. Il-profittabbiltà ta’ dawn l-inċentivi ġiet ikkalkolata fuq il-bażi tal-kostijiet operatorji stmati, u b’hekk il-linji tal-ajru nħelsu mill-obbligu li jikkontribwixxu lejn il-finanzjament tal-infrastruttura użata. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li dawn l-inċentivi setgħu jċaħħdu lill-ajruport mill-introjtu operatorju li kien vitali biex tiġi żgurata l-vijabbiltà finanzjarja tiegħu.

4.2.1.3.   L-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv li jirriżulta mill-ammonti mħallsin lil Jet2, easyJet u Buzz bi skambju għal servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni

(157)

Bi tweġiba għal talba għal informazzjoni addizzjonali, Franza rreferiet għall-ammonti mħallsin lil Jet2 fl-2009 li jammontaw għal EUR […] għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħha. Barra minn hekk, ir-rapport tas-CRC isemmi li easyJet “talbet EUR [...] f’appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni” għar-rotta ta’ Bristol fl-2006 (33), u li Buzz ibbenefikat minn miżuri promozzjonali u nefqa fuq il-komunikazzjoni li jammontaw għal EUR 59 068,51 fl-2001 u fl-2002.

(158)

Il-Kummissjoni qieset li hija ma kellhiex biżżejjed informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha li turi li l-ammonti mħallsin ma kinux jikkostitwixxu għajnuna, jew li l-pagamenti saru f’konformità mal-prinċipju tal-investitur prudenti u li s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mogħtija bi skambju għal dawk il-pagamenti kienu jikkorrespondu għall-ammonti mħallsin.

4.2.2.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE

(159)

Il-Kummissjoni qieset li l-kompatibbiltà tal-miżuri mogħtija wara l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2005 kellha tiġi vvalutata fid-dawl ta’ dawk il-Linji Gwida, u li l-kompatibbiltà tal-miżuri mogħtija qabel il-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida kellha tiġi vvalutata f’konformità mal-prattika tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fiż-żmien meta ngħataw il-miżuri. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat ukoll li, bl-adozzjoni tal-Linji Gwida tal-2005, hija kienet ikkonsolidat il-prattika tagħha tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija lill-operaturi tal-ajruport u li l-kriterji stabbiliti fil-Linji Gwida kienu applikabbli wkoll għall-miżuri mogħtija qabel ma ġew ippubblikati l-Linji Gwida.

(160)

Il-Kummissjoni qieset li, fid-dawl tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, hija qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà mas-suq intern tal-miżuri favur il-linji tal-ajru.

5.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(161)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-partijiet interessati li ġejjin:

is-CCI, Ryanair u AMS;

l-impriżi li ġejjin: Doc Services, Fountaine Pajot, Le Richelieu, Atlantis, Le Relais du Bois, Groupe Cafés Merling, Grand Pavois, Cuisines Villeger, Irium, Sogerma et La Rochelle Evénements;

l-assoċjazzjonijiet li ġejjin: Amicale Rivedoux [assoċjazzjoni tal-komunità lokali], Club Hotelier du Pays Rochelais-Ile de Ré [Assoċjazzjoni tal-Lukandiera ta’ La Rochelle-Ile de Ré], Envol Vert [assoċjazzjoni ambjentali], Ile de Ré Tourisme [il-Bord tat-Turiżmu ta’ Ile de Ré], Association des Professionnels du Nautisme Rochelais [l-Assoċjazzjoni tal-Professjonisti tat-Tbaħħir bil-Qlugħ ta’ La Rochelle], Union Départementale des Offices du Tourisme et des Syndicats d’Initiative de Charente-Maritime (UDOTSI), Destination La Rochelle;

l-entitajiet pubbliċi li ġejjin: Conseillers du Commerce Extérieur [Konsulenti tal-Kummerċ Barrani], id-Dipartiment ta’ Charente-Maritime, Office de Tourisme de La Rochelle [l-Uffiċċju tat-Turiżmu ta’ La Rochelle], Poitou-Charentes CCI, Angoulême CCI, Charente-Maritime Tourisme [il-Bord tat-Turiżmu ta’ Charente-Maritime], Communauté d’Agglomération de La Rochelle [-Awtorità għall-Konurbazzjoni ta’ La Rochelle], Royan Town Hall, Vendée Tourisme [il-Bord tat-Turiżmu ta’ Vendée] u r-Reġjun ta’ Poitou-Charentes;

u individwi.

5.1.   Kummenti mis-CCI

(162)

Il-kummenti li saru mis-CCI jsegwu dawk mibgħuta minn Franza fit-12 ta’ April 2012, bis-CCI tipprovdi informazzjoni addizzjonali fir-rigward tal-kummenti ta’ Franza.

—   Kummenti dwar miżuri favur l-ajruport

(163)

L-ewwel nett, is-CCI tqis li l-miżuri eżaminati mill-Kummissjoni ma setgħux jaffettwaw il-kompetizzjoni, minħabba li l-ebda wieħed miż-żewġ ajruporti li jinsabu fiż-żona ta’ lħuq għall-ajruport ta’ La Rochelle (Rochefort/Saint-Aignan u Niort) ma offra titjiriet kummerċjali. Hija tikkontesta wkoll l-affermazzjoni li l-ajruport ta’ Angoulême jinsab fl-istess żona ta’ lħuq bħall-ajruport ta’ La Rochelle, minħabba li jinsab sagħtejn bogħod bil-karozza.

(164)

Fir-rigward tal-għajnuna għall-investiment, is-CCI tqis li parti mill-għajnuna għall-investiment taħt investigazzjoni ġiet allokata għal kompiti b’mandat pubbliku relatati mas-sikurezza u s-sigurtà u b’riżultat ta’ dan ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat. Dan japplika għall-kompiti u l-infrastruttura ffinanzjati mill-imposta tas-sigurtà u għall-infrastruttura użata għall-attivitajiet mhux ekonomiċi li ġejjin: il-punt ta’ kontroll tas-sigurtà/tal-iskrinjar, il-kontrolli doganali u l-ħangar li jipprovdi spazju ta’ parkeġġ għal tliet vetturi tat-tifi tan-nar.

(165)

Is-CCI tqis ukoll li hija ġiet fdata b’servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (“SIEĠ”). Skont l-Artikolu L.170-1 tal-Kodiċi Kummerċjali, is-CCI hija fdata biex tiżgura li l-iżvilupp ekonomiku, l-attraenza u l-ippjanar spazjali taż-żona, u l-ġestjoni tal-ajruport fit-territorju tagħha jikkontribwixxu biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Is-CCI tenfasizza l-fatt li La Rochelle hija maqtugħa. Hija l-unika konurbazzjoni Franċiża b’aktar minn 150 000 abitant li ma hijiex moqdija minn awtostrada. Barra minn hekk, hija ma għandhiex konnessjoni ferrovjarja ta’ veloċità għolja, u lanqas ma hemm pjanijiet biex tinbena tali konnessjoni, u bħalissa tieħu aktar minn tliet sigħat biex tasal Pariġi bil-ferrovija.

(166)

Sussidjarjament, is-CCI tqis li l-finanzjament tal-infrastruttura kellu jitqies bħala għajnuna kompatibbli fid-dawl tal-prattiki tal-Kummissjoni bejn l-2000 u l-2005 u fid-dawl tal-Linji Gwida tal-2005.

(167)

Fir-rigward tas-sottofatturazzjoni tas-servizzi fornuti mill-fergħa ġenerali tas-CCI lis-CCI-Ajruport, is-CCI tenfasizza li l-forniment tas-servizzi inkwistjoni huwa miġbur għad-diversi fergħat tas-CCI u li s-servizzi huma ta’ natura strutturali (kontabilità, IT, riżorsi umani), bil-kost tagħhom jitqassam fost il-fergħat kollha tas-CCI. Għalhekk, huwa mistenni li l-fatturazzjoni tas-servizzi ma tkunx sostnuta minn loġika kummerċjali u li l-ammonti fatturati jkunu aktar baxxi milli jkunu għal organizzazzjoni esterna. Skont is-CCI, dan huwa konformi mal-każistika tal-Qorti, li taċċetta li l-forniment ta’ servizzi lil entitajiet fl-istess network mhux dejjem isegwi approċċ purament kummerċjali (34).

(168)

Fir-rigward tal-fatturazzjoni żejda tas-servizzi fornuti lill-ajruport ta’ Rochefort/Saint-Agnant, is-CCI hija tal-fehma li l-ammonti kkontestati ma jikkostitwux fatturazzjoni addizzjonali, anki waqt li t-traffiku qabeż in-numru ta’ titjiriet stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet għas-servizzi.

(169)

Fir-rigward tal-ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli, is-CCI ssostni li dawn ma jistgħux jitqiesu bħala sussidji, minħabba li huma self li l-ajruport huwa meħtieġ iħallas lura. Il-ħlasijiet bil-quddiem kienu fil-fatt finanzjament li ġie ttrasferit minn intestatura baġitarja interna tas-CCI għal oħra, li jispjega għaliex ma ġie impost l-ebda mgħax. Barra minn hekk, is-CCI tqis li hija aġixxiet bħal operatur privat billi indirizzat il-ħtiġijiet ta’ likwidità tal-ajruport tagħha.

(170)

B’hekk, is-CCI hija tal-fehma li, anki kieku l-Kummissjoni kellha tikkunsidra l-finanzjament għall-operazzjonijiet bħala għajnuna mill-Istat, jenħtieġ li din titqies bħala għajnuna kompatibbli abbażi tal-Linji Gwida tal-2014.

—   Kummenti dwar miżuri favur il-linji tal-ajru

(171)

Fir-rigward tal-ftehimiet bejn l-ajruport u l-linji tal-ajru, l-ewwel nett, is-CCI tqis li l-ftehimiet ma jistgħux jitqiesu bħala imputabbli lill-Istat abbażi tal-kriterji stabbiliti fis-sentenza ta’ Stardust (35).

(172)

Is-CCI tqis ukoll li l-prezz imħallas mill-ajruport fil-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tiegħu ma qabiżx il-prezz tas-suq. Hija tinnota b’mod partikolari li l-prezz imħallas mill-ajruport ta’ La Rochelle għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tiegħu kien konformi mal-prezz tas-suq, jew saħansitra aktar baxx minnu, u kien ibbażat fuq il-karta tar-rati disponibbli fuq is-sit web ta’ AMS.

(173)

Is-CCI tqis li l-ftehimiet ma’ AMS ġew konklużi fl-insegwiment tal-profittabbiltà, hekk kif itejbu l-attrazzjoni tal-ajruport u r-relazzjoni ġenerali tiegħu ma’ Ryanair. Is-CCI hija tal-fehma li l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju 2003-2018, li qies il-kostijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni biex tiġi vvalutata r-relazzjoni tal-ajruport ma’ Ryanair, juri li kien hemm prospett fit-tul ta’ profittabilità.

(174)

Fir-rigward tal-imposti tal-ajruport imħallsin mid-diversi linji tal-ajru, is-CCI tirrimarka li l-eżenzjoni ta’ Ryanair mill-imposta tad-dawl hija spjegata mill-fatt li l-linja tal-ajru topera biss titjiriet ta’ matul il-jum, li jfisser li d-dawl ma huwiex meħtieġ.

(175)

Fir-rigward tal-iskontijiet fuq l-imposti tal-ajruport mogħtija lil ċerti linji tal-ajru, is-CCI tqis li l-uniku għan tal-iskontijiet kien li jiġu mnedija rotot ġodda u li l-iskontijiet kienu limitati fiż-żmien u mhux diskriminatorji. Barra minn hekk, hija tinnota li l-imposti tal-ajruport kellhom impatt pożittiv fuq il-profittabilità tal-ajruport.

(176)

Fir-rigward tal-ammonti mħallsin lil Jet2 għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, is-CCI tapplika l-istess raġunament bħal dak stabbilit hawn fuq fir-rigward ta’ Ryanair u AMS. Is-CCI tirrimarka li, għall-kuntrarju tal-affermazzjonijiet magħmula mis-CRC fir-rapport tagħha, easyJet ma rċeviet l-ebda remunerazzjoni għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(177)

Fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula mill-entitajiet pubbliċi lejn l-operat tar-rotot tat-titjiriet, is-CCI tikkontesta l-kunċett li l-finanzjament mill-awtoritajiet lokali tal-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tqies fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tal-ajruport. Fil-fehma tagħha, l-awtoritajiet lokali inkwistjoni ffirmaw dawn il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fil-kuntest tal-kompitu ta’ interess ġenerali tagħhom li jippromwovu ż-żona lokali tagħhom.

5.2.   Kummenti minn Ryanair u AMS

(178)

Ryanair tikkontesta l-analiżi tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Ryanair tqis li l-Kummissjoni suppost li kellha tuża l-metodu komparattiv meta twettaq it-test tal-investitur prudenti. Ryanair ipprovdiet ukoll diversi studji finanzjarji bbażati fuq il-metodu komparattiv bil-għan li turi li l-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport konklużi bejn Ryanair u l-ajruport ta’ La Rochelle kienu konformi mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq.

(179)

Ryanair tikkritika wkoll id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tivvaluta l-ftehimiet ma’ Ryanair u AMS b’mod konġunt. Ryanair tirribatti wkoll il-kunċett li l-miżuri implimentati mis-CCI kienu imputabbli lill-Istat jew kienu jinvolvu l-użu ta’ riżorsi tal-Istat.

(180)

Barra minn hekk, Ryanair ipprovdiet studju ekonomiku li fittex li juri li l-ftehimiet iffirmati minn Ryanair mal-ajruport ta’ La Rochelle kienu konformi mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq meta kien qed jintuża l-metodu ta’ analiżi tal-profittabilità inkrementali ex ante. Skont dan l-istudju, jenħtieġ li din l-analiżi ma tkunx limitata għad-durata attwali tal-ftehimiet, iżda jenħtieġ li tikkunsidra wkoll id-durata teoretika tagħhom, filwaqt li tqis kwalunkwe għażla biex jiġu estiżi l-ftehimiet kif previst fil-ftehimiet infushom. L-istudju huwa bbażat fuq il-bidliet medji fiċ-ċifri tat-traffiku ta’ Ryanair f’għadd ta’ ajruporti oħrajn li minnhom topera.

(181)

Ryanair tqis ukoll li l-prezzijiet ta’ AMS huma konformi mal-prezzijiet tas-suq u li d-deċiżjoni minn ajruport pubbliku li jixtri s-servizzi ta’ AMS hija konsistenti mat-test tal-operatur f’ekonomija tas-suq.

(182)

Ryanair ipprovdiet ukoll rapport ekonomiku li fittex li juri li l-ftehimiet konklużi ma’ Ryanair u AMS kienu konformi mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq meta ġew analizzati flimkien (approċċ ikkontestat minn Ryanair).

(183)

Fl-aħħar nett, Ryanair tikkritika l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ AMS, fejn l-uniku valur tagħhom huwa żieda potenzjali fin-numru ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw ma’ Ryanair waqt li l-ftehimiet ikunu fis-seħħ, biex b’hekk dawn ma jingħataw l-ebda valur terminali wara l-iskadenza tagħhom. Skont Ryanair, il-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jiġġeneraw dħul inkrementali waqt li jkunu fis-seħħ u valur terminali wara l-iskadenza tagħhom. Il-valur terminali tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jinsab f’żieda fit-traffiku lejn l-ajruport wara l-iskadenza, bħala riżultat tar-reputazzjoni mtejba tiegħu.

(184)

AMS tikkontesta wkoll l-analiżi tal-Kummissjoni. L-ewwel nett, AMS tqis li l-benefiċċji mistennija tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħha għall-ajruporti ma humiex limitati biss għal żieda fin-numru ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw ma’ Ryanair. Skont AMS, dawk li jżuru s-sit web ta’ Ryanair li x’aktarx jiġu influwenzati mir-reklamar tagħha ma humiex esklussivament klijenti ta’ Ryanair u x’aktarx li jivvjaġġaw ma’ linji tal-ajru oħrajn. AMS tinnota wkoll li l-preżenza ta’ ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni bejn ajruport partikolari u Ryanair ma tinfluwenzax il-fattur tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru tagħha li joperaw barra minn dak l-ajruport.

(185)

AMS tikkontesta wkoll id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tivvaluta l-ftehimiet ma’ Ryanair u AMS b’mod konġunt. Fl-aħħar nett, AMS tispjega li r-reklamar fuq is-sit web ta’ Ryanair jippermetti li ajruport jattira aktar passiġġieri deħlin, li huma aktar probabbli li jonfqu l-flus mill-passiġġieri ħerġin, u b’hekk iżid id-dħul tiegħu minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi.

5.3.   Osservazzjonijiet sottomessi minn partijiet interessati oħrajn

(186)

Għadd ta’ individwi u l-assoċjazzjoni Envol Vert infurmaw lill-Kummissjoni li huma appoġġaw il-proċedura li kienet tnediet u ddenunzjaw is-sussidji li rċeviet Ryanair. Xi individwi jqajmu wkoll dubji dwar il-firxa vera tal-benefiċċji ekonomiċi ġġenerati mill-ajruport ta’ La Rochelle.

(187)

Il-partijiet interessati l-oħrajn kollha jenfasizzaw il-kontribut li sar mill-ajruport ta’ La Rochelle għall-iżvilupp tat-turiżmu u l-ekonomija fiż-żona. Huma jenfasizzaw ukoll li l-għeluq tal-ajruport ikollu impatt detrimentali, b’mod partikolari għal ċerti partijiet interessati, fir-rigward tal-attività ekonomika tagħhom stess.

(188)

Is-CCI ta’ Angoulême tindika n-nuqqas ta’ kompetizzjoni bejn l-ajruporti ta’ Angoulême u La Rochelle.

(189)

Is-CCI ta’ Poitou-Charentes esprimiet l-appoġġ tagħha għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew (36) dwar il-futur tal-ajruporti reġjonali u tas-servizzi tal-ajru fl-Unjoni Ewropea li tfittex li tirrikonoxxi r-rwol li għandhom l-ajruporti reġjonali fl-iżvilupp tal-ekonomiji lokali.

(190)

Ir-Reġjun ta’ Poitou-Charentes jenfasizza li huwa ma ħallas l-ebda sussidju dirett lill-ajruport, iżda biss lis-CCI, sabiex din tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha b’suċċess.

(191)

L-UDOTSI tqis li huwa kruċjali li jinżamm finanzjament li jippermetti lil-linji tal-ajru li jirċievu dak il-finanzjament isegwu u jespandu l-attivitajiet tagħhom fl-ajruport ta’ La Rochelle. L-UDOTSI tinnota li tnaqqis fil-finanzjament iwassal għal tnaqqis fit-turiżmu f’Charente-Maritime, li jkollu impatt negattiv fuq l-ekonomija lokali.

(192)

Il-Communauté d’Agglomération de La Rochelle u d-Dipartiment ta’ Charente-Maritime jinnotaw li l-kontribut tagħhom għall-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni mwettqa skont il-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi mas-CCI kien fil-kompetenza tagħhom u kien konformi mal-missjoni tagħhom li jippromwovu ż-żona lokali tagħhom. Il-Communauté d’Agglomération tinnota li hija ssieħbet mas-CCI skont ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni ġenerali li ppermettielha tibbenefika minn tnaqqis fuq ir-rati imposti minn AMS. Fl-aħħar nett, il-Communauté d’Agglomération tinnota wkoll li hija ma għandha l-ebda interess dirett fil-ġestjoni tal-ajruport ta’ La Rochelle u, għalhekk, tqis li jenħtieġ li l-parteċipazzjoni finanzjarja tagħha ma tkunx inkluża fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tal-ajruport.

6.   OSSERVAZZJONIJIET U KUMMENTI MINN FRANZA

6.1.   Miżuri favur l-ajruport

—   Interess ġenerali tal-ajruport

(193)

Franza ssostni li l-attivitajiet kollha tal-ajruport (inklużi l-attivitajiet tal-avjazzjoni kummerċjali) jikkostitwixxu servizzi ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari l-iżvilupp tal-ekonomija u t-turiżmu tar-reġjun, b’tali mod li l-ebda ammont mogħti lill-operaturi tal-ajruport ma jista’ jitqies bħala għajnuna mill-Istat.

—   Għotjiet ta’ investiment

(194)

Franza ma taqbilx mal-opinjoni tal-Kummissjoni (37) rigward l-applikabbiltà tal-każistika ta’ Aéroports de Paris (38) għall-miżuri ta’ appoġġ għall-infrastruttura mogħtija qabel il-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2005. Hija tqis li jenħtieġ li jiġu applikati l-Linji Gwida tal-1994 (39), b’mod partikolari l-punt 12 tagħhom, li permezz tagħhom l-għajnuna għall-infrastruttura ma hijiex soġġetta għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni. Skont Franza, id-devjazzjoni mill-każistika preċedenti fis-sentenza ta’ Aéroports de Paris, li permezz tagħha l-attivitajiet tal-ġestjoni u l-operat ta’ ajruport kienu identifikati bħala attivitajiet ekonomiċi, kienet relatata ma’ ċentru Ewropew ewlieni u kienet tikkonċerna kwistjoni legali mhux konnessa mal-finanzjament tal-ajruporti, u għalhekk ma setgħetx titqies li hija direttament vinkolanti fuq l-Istati Membri fir-rigward tal-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruporti, filwaqt li l-uniku test fis-seħħ dak iż-żmien, il-Linji Gwida tal-1994, indika b’mod ċar li l-proġetti tal-infrastruttura tal-ajruporti kienu jikkostitwixxu miżuri ta’ politika ekonomika ġenerali li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, Franza tqis li l-prattika tal-Kummissjoni kienet konformi mal-Linji Gwida tal-1994 (40). Minħabba din il-klima ta’ inċertezza legali, Franza tqis li hija aġixxiet f’konformità mal-uniku dokument b’forza legali f’dak iż-żmien, il-Linji Gwida tal-1994.

(195)

Barra minn hekk, Franza tqis li l-ebda waħda mill-miżuri kkontestati ta’ għajnuna għall-investiment ma tista’ taffettwa l-kompetizzjoni u li, għalhekk, jenħtieġ li dawn jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

(196)

Skont Franza, l-investimenti huma konformi mal-prinċipju ta’ investitur prudenti f’ekonomija tas-suq. Franza tiddikjara li d-diversi miżuri ta’ investiment huma ġġustifikati mill-problemi kroniċi tal-ajruport b’kapaċità ta’ mmaniġġjar insuffiċjenti. Skont Franza, is-CCI ddeċidiet li tindirizza dawn ir-restrizzjonijiet billi tinvesti fiż-żieda tal-kapaċità tal-immaniġġjar tal-ajruport. Franza ssostni li d-diversi deċiżjonijiet ta’ investiment ġew iddeterminati sistematikament mir-riżultati tal-istudji ta’ tbassir u tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju mfassla ex ante fis-snin 2000, 2002 u 2008. Abbażi ta’ dawn l-istudji, Franza tqis li s-CCI aġixxiet abbażi ta’ suppożizzjonijiet raġonevoli meta għażlet, permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Frar 2003, li tfittex finanzjament mid-diversi awtoritajiet pubbliċi msemmija hawn fuq.

(197)

Franza tqis li l-investimenti tagħha kienu limitati u li, minn perspettiva finanzjarja, l-approċċ tal-ajruport dejjem kien imkejjel ħafna meta għamel l-investimenti, minħabba li stenna sakemm ikun f’punt ta’ saturazzjoni qabel ma ddeċieda li jwettaq xogħol li kien sar kruċjali.

(198)

Sussidjarjament, Franza tqis li, kieku l-Kummissjoni kellha tqis li l-miżuri taħt investigazzjoni kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, hija kellha tqishom bħala kompatibbli mas-suq intern, billi l-miżuri ngħataw sabiex iwettqu kompiti ta’ interess ekonomiku ġenerali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 106(2) tat-TFUE. L-awtoritajiet Franċiżi huma tal-fehma li l-ajruport ta’ La Rochelle kollu kemm hu jista’ jitqies bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali minħabba li l-kompiti ewlenin tiegħu huma li jiżgura li ż-żona li jaqdi tkun aċċessibbli u li jippermetti l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u jinkoraġġixxi t-turiżmu.

(199)

B’mod aktar sussidjarju, Franza ssostni li l-għajnuna għall-infrastruttura hija kompatibbli mas-suq intern skont il-Linji Gwida tal-2005.

—   Il-finanzjament tal-operazzjonijiet

(200)

L-ewwel nett, Franza tqis li s-servizzi tat-tifi tan-nar tal-inġenji tal-ajru u tal-prevenzjoni tal-perikli minn organiżmi selvaġġi huma kompiti fil-kompetenza ta’ awtorità pubblika li huma essenzjali għas-sikurezza tal-ajruporti u li, għalhekk, jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ajruport ta’ La Rochelle.

(201)

Franza tiddikjara wkoll li l-finanzjament mogħti lill-ajruport ta’ La Rochelle ma huwiex suxxettibbli li jaffettwa l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u, b’hekk, il-miżuri vvalutati ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat.

(202)

Sussidjarjament, Franza tqis li, kieku l-Kummissjoni kellha tqis li l-miżuri taħt investigazzjoni kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, hija kellha tqishom bħala kompatibbli mas-suq intern fid-dawl tal-Linji Gwida tal-2014.

6.2   Miżuri favur il-linji tal-ajru

—   Skontijiet fuq l-imposti għal Jet2, Flybe u Aer Arann

(203)

Franza tinnota li l-iskema ta’ skontijiet li applikat għal Jet2, Flybe u Aer Arann kienet digressiva, limitata fiż-żmien u applikata għal kwalunkwe linja tal-ajru li ssodisfat il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni dwar l-imposti tas-CCI tas-27 ta’ Marzu 2008, li stabbiliet l-iskema.

(204)

Skont Franza, dan it-tip ta’ skont, li huwa aċċessibbli għal kulħadd u mogħti għal perjodu limitat, ma jikkostitwix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, billi l-miżura ma hijiex selettiva u ma taffettwax il-kompetizzjoni.

—   Miżuri ta’ appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni

(205)

Franza tinnota l-ħtieġa li l-ajruporti reġjonali li qed jikbru jippromwovu s-servizzi tagħhom u r-reġjun tagħhom permezz ta’ kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni sabiex iżidu l-għadd ta’ passiġġieri tagħhom.

(206)

Barra minn hekk, Franza tinnota li, f’konformità mal-prattika tal-Kummissjoni, jekk servizz jitħallas bil-prezz tas-suq, ma jistax ikun hemm sejba ta’ għajnuna mill-Istat.

(207)

Franza tenfasizza n-natura kumplessa tal-valutazzjoni tal-prezz tas-suq tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, li trid tqis in-natura eżatta tas-servizz ipprovdut, l-arranġamenti għas-sorveljanza, l-influwenza tiegħu fuq it-traffiku u l-benefiċċji ġġenerati. L-awtoritajiet Franċiżi jixtiequ li dawn il-prattiki jkunu soġġetti għal valutazzjoni komprensiva, sabiex ċerti ajruporti ma jiġux żvantaġġati meta mqabbla ma’ oħrajn.

(208)

L-awtoritajiet Franċiżi jaqblu mal-opinjoni tal-Kummissjoni, stabbilita fil-premessi 205 u 214 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, dwar il-ħtieġa ta’ valutazzjoni konġunta tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport u tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll ta’ approċċ konġunt għad-diversi awtoritajiet pubbliċi u s-CCI fir-rigward tal-finanzjament tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(209)

Franza tqis li ma hijiex f’pożizzjoni li turi li l-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi ma’ Ryanair/AMS huma konformi mal-prinċipju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq, billi dan il-prinċipju jeskludi kwalunkwe kunsiderazzjoni ta’ żvilupp reġjonali, filwaqt li d-deċiżjoni mid-diversi awtoritajiet lokali u reġjonali li jipparteċipaw fil-finanzjament ta’ dawk il-ftehimiet kienet ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet ta’ żvilupp reġjonali. Barra minn hekk, Franza tqis li t-test tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq ma huwiex adattat sew għal ajruporti b’inqas minn miljun passiġġier fis-sena, li jeħtieġ li jikkunsidraw aspetti oħrajn għajr il-profittabilità tagħhom stess.

(210)

Franza tenfasizza l-impatt pożittiv tal-attivitajiet tal-ajruport fuq l-iżvilupp reġjonali u, għalhekk, tqis li huwa naturali li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jagħmlu ħilithom biex jiżviluppaw l-ekonomija u t-turiżmu fit-territorju tagħhom, jużaw servizzi li jippermettulhom jippromwovuh u jattiraw il-viżitaturi.

(211)

Franza tinnota l-benefiċċji ekonomiċi ġġenerati mill-ajruport. Pereżempju, fl-2010, il-passiġġieri li jużaw linji tal-ajru bi prezz baxx biex itiru lejn l-ajruport ta’ La Rochelle nefqu madwar EUR 30 miljun.

(212)

Fir-rigward tas-CCI, l-awtoritajiet Franċiżi jagħtu l-ġustifikazzjoni li ġejja għall-użu tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni: “fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet li wasslu lis-CCI biex tikkonkludi l-ftehimiet taħt investigazzjoni, il-possibbiltà li jitqiegħdu reklami dwar l-ajruport ta’ La Rochelle u r-reġjun tiegħu, kif ukoll id-destinazzjonijiet kollha moqdija mill-ajruport, fuq sit web b’għadd ta’ viżitaturi daqs dak ta’ Ryanair, kienet tirrappreżenta opportunità li jiġu attirati klijenti addizzjonali li s-CCI, li tixtieq iżżid it-traffiku tal-ajruport u, għalhekk, id-dħul tiegħu, naturalment ħatfet”. Franza żżid li “mill-perspettiva tal-ajruport ta’ La Rochelle, l-istrateġija ta’ appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni tiegħu ħalliet il-frott minħabba li rriżultat f’żieda qawwija fl-għadd ta’ passiġġieri matul il-perjodu, li wasslet għal żieda kostanti fl-imposti tal-ajruport u fid-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi ...”.

(213)

Fir-rigward tal-ammonti mħallsin lil Jet2 għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-awtoritajiet Franċiżi japplikaw l-istess raġunament bħal dak stabbilit hawn fuq fir-rigward ta’ Ryanair/AMS.

(214)

Franza tirrimarka wkoll li, għall-kuntrarju tal-informazzjoni li tinsab fir-rapport tas-CRC mill-2008 u inkluża fil-premessa 39 tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Kummissjoni, easyJet ma rċeviet l-ebda finanzjament għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jew ta’ reklamar.

7.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

7.1.   Miżuri favur l-ajruport

(215)

F’din il-parti, il-Kummissjoni se tivvaluta d-diversi miżuri ta’ appoġġ finanzjarju mogħtija lill-ajruport, kif deskritti fit-Taqsima 3.1.

7.1.1.   L-eżistenza ta’ għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE

(216)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, sa fejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, hija inkompatibbli mat-Trattat.

(217)

Għalhekk, sabiex miżura tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, għandhom jiġu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:

il-benefiċjarja trid tkun impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, li jippresupponi li hija teżerċita attività ekonomika;

il-miżura inkwistjoni trid tingħata permezz ta’ riżorsi tal-Istat u tkun imputabbli lill-Istat;

il-miżura trid tagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju jew benefiċjarji tagħha;

il-miżura inkwistjoni trid tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni u x’aktarx li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.1.1.1.   Il-kunċetti ta’ impriża u attività ekonomika

(a)   Qafas ġenerali

(218)

Kif tenniet il-Kummissjoni fil-Linji Gwida tal-2014 (41), mid-data tas-sentenza f’Aéroports de Paris (it-12 ta’ Diċembru 2000) (42), l-operat u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruporti jridu jitqiesu bħala li jaqgħu fl-ambitu tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Bil-maqlub, minħabba l-inċertezza li kienet teżisti qabel dik id-data, l-awtoritajiet pubbliċi setgħu leġittimament jikkunsidraw f’dak iż-żmien li l-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruporti ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u, għaldaqstant, li tali miżuri ma kellhomx bżonn jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni. Minn dan isegwi li l-Kummissjoni ma tistax tikkontesta, abbażi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-miżuri ta’ finanzjament li ngħataw qabel it-12 ta’ Diċembru 2000.

(219)

F’dan il-każ, l-għotjiet ta’ investiment saru wara t-12 ta’ Diċembru 2000, l-istess bħall-għajnuna operatorja potenzjali, li l-eżami tagħha jkopri l-perjodu mill-1 Jannar 2001. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi ma jistgħux jinvokaw inċertezza legali meta jiġu biex jikklassifikaw l-attività tal-ajruport ta’ La Rochelle bħala mhux ekonomika, billi l-miżuri inkwistjoni ttieħdu wara t-12 ta’ Diċembru 2000.

(220)

Madankollu, kif irrimarkat ukoll fil-Linji Gwida tal-2014, mhux l-attivitajiet kollha ta’ ajruport neċessarjament ikunu ta’ natura ekonomika (43). L-attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċitar tas-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika ma humiex ta’ natura ekonomika u b’mod ġenerali ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(221)

L-għotjiet ta’ investiment li saru fl-2001 u fl-2005 (ara t-Tabella 8) intużaw b’mod partikolari biex jiffinanzjaw investimenti relatati mas-sala tat-tluq u tal-wasla, ir-runway, it-taxiway u l-istands tal-inġenji tal-ajru. Dawn l-infrastruttura u t-tagħmir jiġu operati kummerċjalment mis-CCI, li hija l-operatur tal-ajruport u li titlob ħlas mingħand l-utenti għall-kost ta’ dawn l-assi. Għalhekk, dawn l-investimenti huma intrinsiċi għall-attività kummerċjali tal-ajruport. B’hekk, l-għotjiet ta’ investiment li saru bejn l-2001 u l-2005 kienu għall-benefiċċju tal-attivitajiet ekonomiċi.

(222)

Fir-rigward tal-kunċetti ta’ impriża u ta’ attività ekonomika, il-finanzjament ta’ din l-infrastruttura tal-ajruport u l-għajnuna operatorja potenzjali għalhekk servew primarjament biex jiffinanzjaw l-attività ekonomika tal-operazzjoni kummerċjali tal-ajruport involut mis-CCI u għalhekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(b)   Każ speċjali ta’ sussidji għal kompiti li jaqgħu taħt il-mandat ta’ awtorità pubblika

(223)

Kif muri fit-Tabella 4, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali tkopri sussidji (b’mod partikolari mill-FIATA) li ffinanzjaw diversi investimenti relatati mas-sigurtà, jiġifieri faċilitajiet u apparat għall-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva, kontroll tal-aċċess għaż-żona ristretta, u skrinjar tal-persuni u tal-bagalji tal-kabina. L-investimenti kellhom ukoll l-għan li jżidu s-sikurezza, hekk kif inxtraw vetturi għas-servizz tat-tifi tan-nar u tas-sikurezza tal-inġenji tal-ajru. Dawn id-diversi sussidji ngħataw taħt is-sistema ġenerali għall-finanzjament ta’ kompiti b’mandat pubbliku fl-ajruporti Franċiżi, deskritta fil-premessi 32 et seq.

(224)

Kif indikat mill-Kummissjoni fil-Linji Gwida tal-2014, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċitar tas-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika ma humiex ta’ natura ekonomika u b’mod ġenerali ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (44). Skont il-Linji Gwida tal-2014, attivitajiet bħall-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija, id-dwana, it-tifi tan-nar tal-inġenji tal-ajru, l-attivitajiet meħtieġa biex tiġi ssalvagwardjata l-avjazzjoni ċivili minn atti ta’ interferenza illegali u l-investimenti relatati mal-infrastruttura u t-tagħmir meħtieġa biex jitwettqu dawk l-attivitajiet huma b’mod ġenerali meqjusa bħala ta’ natura mhux ekonomika (45).

(225)

Il-Linji Gwida tal-2014 jiddikjaraw ukoll li, sabiex ma jiġix ikklassifikat bħala għajnuna mill-Istat, jenħtieġ li l-finanzjament pubbliku ta’ tali attivitajiet mhux ekonomiċi jkun strettament limitat għall-kumpens tal-kostijiet li jwasslu għalihom u ma jridx iwassal għal diskriminazzjoni bla bżonn bejn l-ajruporti. Fir-rigward ta’ din it-tieni kundizzjoni, il-Linji Gwida jispeċifikaw li, meta jkun normali taħt ordni legali partikolari li l-ajruporti ċivili jkollhom iġorru ċerti kostijiet inerenti għall-operazzjoni tagħhom, filwaqt li ajruporti ċivili oħrajn ma jagħmlux dan, dawn tal-aħħar jistgħu jingħataw vantaġġ, irrispettivament minn jekk dawk il-kostijiet ikunux relatati ma’ attività li b’mod ġenerali titqies li hija ta’ natura mhux ekonomika (46).

—   In-natura mhux ekonomika tal-attivitajiet iffinanzjati

(226)

L-attivitajiet iffinanzjati mis-sistema ġenerali għall-finanzjament tal-kompiti b’mandat pubbliku fl-ajruporti Franċiżi, kif deskritti fil-premessi 32 et seq., jirrigwardjaw is-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili minn atti ta’ interferenza illegali (47), il-kompiti tal-pulizija (48), is-salvataġġ u t-tifi tan-nar tal-inġenji tal-ajru (49), is-sikurezza tat-traffiku tal-ajru (50), u l-ħarsien tal-ambjent naturali u tal-bniedem (51). Dawn l-attivitajiet jistgħu b’mod leġittimu jitqiesu li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċitar tas-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika. Konsegwentement, Franza tista’ leġittimament tqis dawn il-kompiti bħala “li jaqgħu taħt il-mandat pubbliku”, fi kliem ieħor bħala mhux ekonomiċi, skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Għalhekk, hija tista’ tipprevedi finanzjament pubbliku biex jikkumpensa l-kostijiet imġarrba mill-operaturi tal-ajruporti fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti sa fejn dawn ikunu fdati lilhom mil-liġi nazzjonali u diment li dan il-finanzjament ma jagħtix lok għal kumpens żejjed jew diskriminazzjoni bejn l-ajruporti.

—   Kumpens strettament limitat u finanzjament mhux diskriminatorju

(227)

Jidher ċar mid-deskrizzjoni fil-premessi 32 et seq. li s-sistema stabbilita mil-liġi Franċiża hija bbażata fuq mekkaniżmi stretti ta’ kontroll tal-kostijiet, kemm ex ante kif ukoll ex post, li jiżguraw li l-operaturi tal-ajruporti jirċievu biss, permezz tat-taxxa tal-ajruporti u tal-istrument ta’ finanzjament addizzjonali, dawk l-ammonti strettament meħtieġa biex ikopru l-kostijiet.

(228)

Barra minn hekk, billi din is-sistema tapplika għall-ajruporti ċivili Franċiżi kollha f’termini kemm tat-tipi ta’ kompiti li jwasslu għal kumpens kif ukoll tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament, il-kundizzjoni ta’ nondiskriminazzjoni hija ssodisfata. Filwaqt li l-leġiżlazzjoni Franċiża tafda t-twettiq tal-kompiti b’mandat pubbliku lill-maniġers tal-ajruporti, hija tpoġġi r-responsabbiltà għall-finanzjament ta’ dawn il-kompiti fuq l-Istat, mhux fuq il-maniġers tal-ajruporti. B’hekk, il-kumpens mill-fondi pubbliċi għall-kostijiet biex jitwettqu dawn il-kompiti ma jwassalx biex jittaffew il-kostijiet li normalment jenħtieġ li jitħallsu mill-maniġers tal-ajruporti taħt is-sistema legali Franċiża.

(229)

Din is-sistema nazzjonali applikat għall-ajruport ta’ La Rochelle sa mill-bidu tal-perjodu taħt investigazzjoni. B’riżultat ta’ dan, il-finanzjament riċevut taħt din is-sistema ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat favur l-ajruport.

7.1.1.2.   Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat

(230)

L-awtoritajiet lokali u l-awtoritajiet pubbliċi li ġejjin taw sussidji lill-operatur tal-ajruport ta’ La Rochelle: l-Istat Franċiż, ir-Reġjun ta’ Poitou-Charentes, id-Dipartiment ta’ Charente-Maritime, il-Communauté d’agglomération de La Rochelle u l-fergħa ġenerali tas-CCI ta’ La Rochelle.

(a)   Il-fergħa ġenerali tas-CCI ta’ La Rochelle

(231)

Sabiex tiddetermina jekk ir-riżorsi tal-kmamar tal-kummerċ u l-industrija jikkostitwux riżorsi tal-Istat u jekk l-użu tagħhom huwiex imputabbli lill-Istat, il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li l-Artikolu L 710-1 tal-Kodiċi Kummerċjali jikklassifika l-kmamar tal-kummerċ u l-industrija bħala “awtorità tal-Istat intermedja”. B’mod aktar speċifiku, il-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija huma korpi pubbliċi skont il-liġi Franċiża. L-Artikolu L 710-1 tal-Kodiċi Kummerċjali fis-seħħ bħalissa jiddikjara li “CCI France, il-kmamar reġjonali tal-kummerċ u l-industrija, il-kmamar lokali tal-kummerċ u l-industrija u l-gruppi interkonsulari huma korpi pubbliċi ssorveljati mill-Istat u amministrati minn maniġers eletti”.

(232)

L-Artikolu L 710-1 tal-Kodiċi Kummerċjali jispeċifika wkoll il-kompiti tal-kmamar tal-kummerċ u l-industrija: “In-network [tal-kmamar tal-kummerċ u l-industrija] u kull stabbiliment jew kamra dipartimentali fi ħdanu għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku, għall-attraenza u l-ippjanar spazjali tat-territorju u għall-appoġġ tal-impriżi u tal-assoċjazzjonijiet tagħhom billi jissodisfaw fi ħdan it-termini stabbiliti b’digriet kwalunkwe kompitu ta’ servizz pubbliku u kwalunkwe kompitu ta’ interess ġenerali meħtieġ għat-twettiq ta’ dawk il-kompiti.

Għal dan il-għan, kull stabbiliment jew kamra dipartimentali fin-network jistgħu jwettqu, f’konformità ma’ kwalunkwe pjan settorjali applikabbli:

1.

il-kompiti ta’ interess ġenerali mogħtija lilhom minn liġijiet u regolamenti;

2.

il-kompiti ta’ appoġġ, mentoraġġ, kollegament u konsulenza ma’ dawk li jibdew jew jieħdu f’idejhom negozji u man-negozji b’mod ġenerali, f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli dwar il-liġi tal-kompetizzjoni;

3.

kompitu ta’ appoġġ u konsulenza li jiġu mħeġġa l-iżvilupp internazzjonali tan-negozji u l-esportazzjoni tal-produzzjoni tagħhom, bi sħubija mal-aġenzija msemmija fl-Artikolu 50 tal-Liġi Nru 2003-721 tal-1 ta’ Awwissu 2003;

4.

kompitu li jiġi mħeġġeġ it-taħriġ vokazzjonali inizjali jew kontinwu, b’mod partikolari permezz ta’ stabbilimenti edukattivi pubbliċi u privati li huma jwaqqfu, jiġġestixxu jew jiffinanzjaw;

5.

kompitu li jitwaqqfu u jiġu operati l-faċilitajiet, b’mod partikolari l-faċilitajiet tal-portijiet u tal-ajruporti;

6.

il-kompiti li qed jagħmlu profitt mogħtija lilhom minn entità pubblika jew li jistgħu jkunu meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti l-oħrajn tagħhom;

7.

kwalunkwe kompitu ta’ valutazzjoni, konsultazzjoni jew riċerka minn esperti mitlub mill-awtoritajiet pubbliċi dwar kwistjoni relatata mal-industrija, il-kummerċ, is-servizzi, l-iżvilupp ekonomiku, it-taħriġ vokazzjonali jew l-ippjanar spazjali, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe xogħol li jistgħu jibdew.”

(233)

Il-lista tal-kompiti tal-kmamar tal-kummerċ u l-industrija, mogħtija fl-Artikolu L.710-1 tal-Kodiċi Kummerċjali u ċċitata aktar ’il fuq, b’hekk turi li r-raġuni għall-eżistenza tagħhom u l-objettiv primarju tagħhom huma li jwettqu kompiti ta’ interess ġenerali mogħtija lilhom bil-liġi, jiġifieri prinċipalment li jirrappreżentaw l-interessi tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi quddiem l-awtoritajiet pubbliċi, jappoġġaw in-negozju lokali u jiżviluppaw l-attraenza u l-ippjanar spazjali tar-reġjuni tagħhom. L-attivitajiet industrijali u kummerċjali tal-kmamar tal-kummerċ u l-industrija huma anċillari għall-kompiti ta’ interess ġenerali tagħhom u huma mfassla biex jgħinuhom iwettqu dawk il-kompiti.

(234)

Din il-leġiżlazzjoni evolviet minn meta tfasslet fl-2005 fil-verżjoni attwali tagħha, iżda l-prinċipji fundamentali tagħha baqgħu l-istess. Bl-istess mod, ir-regoli fis-seħħ qabel ma tfassal l-Artikolu L 710-1 tal-Kodiċi Kummerċjali kienu bbażati fuq l-istess prinċipji. B’hekk, matul il-perjodu taħt investigazzjoni, il-kmamar tal-kummerċ u l-industrija, bħas-CCI, baqgħu korpi pubbliċi stabbiliti bil-liġi, amministrati minn maniġers eletti u ssorveljati mill-Istat. Barra minn hekk, bħala awtoritajiet intermedji tal-Istat, huma komplew jiġu fdati b’kompiti ta’ interess ġenerali li jikkonsistu fir-rappreżentanza tal-interessi tal-industrija, tal-kummerċ u tas-servizzi quddiem l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u barranin, filwaqt li jikkontribwixxu għall-attraenza u l-ippjanar spazjali tar-reġjuni u jappoġġaw in-negozju.

(235)

Il-Kummissjoni tirrimarka wkoll li l-Artikoli R 712-2 et seq. tal-Kodiċi Kummerċjali jpoġġu l-kmamar tal-kummerċ u l-industrija taħt is-superviżjoni tar-rappreżentanti tal-Istat. F’din il-kapaċità, l-awtorità li teżerċita s-superviżjoni għandha aċċess għall-assemblej ġenerali kollha tas-CCI u jista’ jkollha xi entrati miżjuda mal-aġenda. L-awtorità superviżorja trid tkun infurmata wkoll b’ċerti deċiżjonijiet importanti speċifikati fir-regolamenti (rigward, pereżempju, il-baġit, ir-rikors għal self, l-għoti ta’ garanziji lil partijiet terzi, it-trasferimenti, l-akkwiżizzjonijiet jew l-estensjonijiet ta’ holdings finanzjarji f’kumpaniji ċivili jew kummerċjali, eċċ.). B’mod partikolari, id-deċiżjonijiet relatati mal-baġits inizjali, emendatorji jew implimentati jkunu vinkolanti biss ladarba jiġu approvati, anki b’mod taċitu, mill-awtorità li teżerċita s-superviżjoni.

(236)

Barra minn hekk, il-baġit ġenerali tal-kmamar tal-kummerċ u l-industrija jinkludi d-dħul mit-taxxa miġbur minn kumpaniji mdaħħlin fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji. Għalhekk, ir-riżorsi tal-kmamar tal-kummerċ u l-industrija jikkonsistu b’mod partikolari fi dħul mit-taxxa (it-taxxa li tkopri l-kostijiet tal-kmamar tal-kummerċ u l-industrija, stabbilita mill-Artikolu 1600 tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa), sussidji jew riżorsi kummerċjali li jkunu ġejjin mill-attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ ġestjoni tal-infrastruttura tat-trasport. B’riżultat ta’ dan, il-kmamar tal-kummerċ u l-industrija ma għandhomx għaliex jiddependu biss fuq id-dħul kummerċjali tagħhom biex ikopru l-kostijiet tagħhom. Dan għandu t-tendenza li jikkorrobora l-konklużjoni li l-attivitajiet industrijali u kummerċjali tal-kmamar tal-kummerċ u l-industrija huma anċillari għall-kompiti ta’ interess ġenerali tagħhom u huma mfassla biex jgħinuhom iwettqu dawk il-kompiti.

(237)

Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, il-kmamar tal-kummerċ u l-industrija, bħas-CCI, iridu jitqiesu bħala awtoritajiet pubbliċi u d-deċiżjonijiet kollha tagħhom, l-istess bħal dawk tal-gvern nazzjonali jew tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, iridu jitqiesu bħala “imputabbli lill-Istat”, skont it-tifsira tal-każistika dwar l-għajnuna mill-Istat (52), bir-riżorsi tagħhom jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea approvat ukoll dan l-approċċ f’diversi sentenzi li jikkonċernaw l-għajnuna mogħtija lil-linji tal-ajru mis-CCIs ta’ Nîmes, Angoulême u Pau (53).

(b)   Awtoritajiet lokali

(238)

Ir-riżorsi tal-awtoritajiet lokali li taw sussidji lill-ajruport, jiġifieri r-Reġjun ta’ Poitou-Charentes, id-Dipartiment ta’ Charente-Maritime u l-Communauté d’agglomération de La Rochelle, huma riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (54). Barra minn hekk, l-imġiba ta’ tali awtoritajiet taqa’, bl-istess mod bħall-miżuri meħuda mill-awtorità ċentrali, fi ħdan l-ambitu ta’ dak l-artikolu, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dik id-dispożizzjoni jiġu ssodisfati (55). Għaldaqstant, id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet lokali investigati f’dan il-każ iridu jitqiesu bħala imputabbli lill-Istat (fis-sens wiesa’) skont it-tifsira tal-każistika dwar l-għajnuna mill-Istat.

(239)

Il-pagamenti għall-ġestjoni u l-operat tal-ajruport ta’ Rochefort saru mill-awtorità konġunta tal-ajruport (Syndicat Mixte de l’Aéroport), li kienet magħmula minn diversi awtoritajiet lokali (56), u għalhekk kienu jikkostitwixxu wkoll riżorsi tal-Istat, li l-għoti tagħhom huwa imputabbli lill-Istat.

(c)   L-Istat

(240)

Is-sussidji maħsuba biex ikopru l-kompiti b’“mandat pubbliku” ġew iffinanzjati mill-FIATA, fond ġestit mill-Istat, jew direttament mill-baġit tal-Istat u, għalhekk, jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat, li l-użu tagħhom huwa imputabbli lill-Istat.

(241)

L-iżvilupp tal-infrastruttura huwa parzjalment iffinanzjat mill-FEŻR. Dan il-finanzjament jitqies bħala li jikkostitwixxi riżorsi tal-Istat minħabba li jingħata taħt il-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat (57). Huwa wkoll imputabbli lill-Istat sakemm id-deċiżjoni li jintuża tittieħed mill-awtoritajiet Franċiżi.

(242)

B’riżultat ta’ dan, il-miżuri kollha favur l-ajruport ta’ La Rochelle koperti minn din l-investigazzjoni huma imputabbli lill-Istat u ffinanzjati permezz ta’ riżorsi tal-Istat.

7.1.1.3.   Vantaġġ selettiv

(243)

Sabiex jiġi vvalutat jekk miżura tal-Istat tagħtix vantaġġ lil impriża skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, irid jiġi ddeterminat jekk l-impriża inkwistjoni tgawdix minn vantaġġ ekonomiku li jagħtiha ċ-ċans tevita li ġġarrab kostijiet li normalment kien ikollhom jitħallsu mir-riżorsi finanzjarji tagħha stess jew jekk din tgawdix minn vantaġġ illi kieku ma kinitx tirċievi taħt kundizzjonijiet normali tas-suq (58). Huwa meħtieġ ukoll li jiġi ddeterminat jekk il-miżura inkwistjoni tistax titqies bħala kumpens għal servizz pubbliku li jissodisfa l-kundizzjonijiet tas-sentenza ta’ Altmark (59).

(a)   Il-kunċett ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali u l-applikazzjoni tas-sentenza ta’ Altmark

(244)

L-ewwel irid jiġi aċċertat jekk id-diversi miżuri li għandhom jiġu vvalutati jistgħux jitqiesu bħala kumpens għal servizz pubbliku mogħti għall-forniment ta’ servizz ġenwin ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ).

(245)

F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi mfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenza ta’ Altmark li l-kumpens għal servizz pubbliku ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE meta jiġu ssodisfati erba’ kundizzjonijiet kumulattivi. L-ewwel nett, l-impriża benefiċjarja fil-fatt irid ikollha obbligi ta’ servizz pubbliku xi twettaq, u dawn l-obbligi jridu jkunu definiti b’mod ċar. It-tieni, il-parametri li abbażi tagħhom jiġi kkalkolat il-kumpens iridu jiġu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti. It-tielet, il-kumpens ma jridx ikun aktar minn dak li huwa meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet kollha, jew parti minnhom, li jkunu ġew imġarrba fit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, filwaqt li jitqiesu l-irċevuti rilevanti u profitt raġonevoli. Fl-aħħar nett, meta l-impriża li għandha twettaq l-obbligi ta’ servizz pubbliku, f’każ speċifiku, ma tintgħażilx skont proċedura ta’ akkwist pubbliku li tippermetti l-għażla tal-offerent li kapaċi jipprovdi dawk is-servizzi bl-inqas kost għall-komunità, il-livell ta’ kumpens meħtieġ irid jiġi ddeterminat abbażi ta’ analiżi tal-kostijiet li kienet iġġarrab impriża tipika, immexxija sewwa u pprovduta b’mod adegwat bil-mezzi rilevanti.

(246)

Sabiex jiġu applikati dawn il-kundizzjonijiet, l-ewwel punt li għandu jiġi eżaminat huwa l-eżistenza ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ġenwin.

(247)

F’dan il-każ, Franza tqis li jenħtieġ li l-ġestjoni tal-ajruport kollu kemm hu titqies bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. Franza prinċipalment ibbażat l-argument tagħha rigward l-eżistenza ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ġenwin għall-ajruport ta’ La Rochelle kollu kemm hu fuq il-kontribut tal-ajruport għall-iżvilupp ekonomiku lokali. Franza tqis li l-kompitu tal-iżvilupp tat-traffiku tal-ajru, fdat lis-CCI-Ajruport mis-CCI “jista’ jitqies bħala obbligu ta’ servizz pubbliku skont it-tifsira tal-każistika ta’ Altmark.” Skont Franza, dan il-kompitu jikkonċerna l-“iżvilupp ekonomiku u turistiku taż-żona”, li jirrikjedi, fl-opinjoni tagħha, “(i) żieda fil-flussi tal-passiġġieri, li tiġġenera introjtu u impjiegi għall-ekonomija reġjonali […] u (ii) l-iżvilupp taż-żona ta’ intrapriża li tinsab biswit l-ajruport”. Fir-rigward ta’ din iż-żona ta’ intrapriża, Franza tirreferi għal diversi impriżi stabbiliti hemmhekk u tiddikjara li, skont l-Artikolu L 170-1 tal-Kodiċi Kummerċjali, is-CCI għandha “kompitu li tistabbilixxi u topera faċilitajiet, b’mod partikolari faċilitajiet tal-portijiet u tal-ajruporti” (60).

(248)

Il-Kummissjoni ma hijiex tal-istess fehma. Sabiex jiġi vvalutat sa liema punt l-operat ta’ ajruport huwa servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, trid tiġi analizzata l-ħtieġa li l-interess ġenerali jiġi ssodisfat minn dik l-attività.

(249)

Il-punt 69 tal-Linji Gwida tal-2014 jiddikjara li “sabiex attività titqies bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, jenħtieġ li din turi karatteristiċi speċjali meta mqabbla ma’ attivitajiet ekonomiċi ordinarji”. Skont il-każistika tal-Qorti, servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali huwa servizz li juri karatteristiċi speċjali meta mqabbel ma’ dawk ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn (61) u l-impriżi fdati b’kompiti ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali huma impriżi fdati b’“kompitu partikolari” (62). B’mod ġenerali, l-inkarigu ta’ “kompitu partikolari ta’ servizz pubbliku” jimplika l-forniment ta’ servizzi li, kieku kienet qed tikkunsidra l-interess kummerċjali tagħha stess, impriża ma tassumix jew ma tassumix bl-istess mod jew taħt l-istess kundizzjonijiet (63).

(250)

Il-punt 69 tal-Linji Gwida tal-2014 jiddikjara wkoll “l-objettiv ta’ interess ġenerali segwit mill-awtoritajiet pubbliċi ma jistax ikun sempliċiment dak tal-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew oqsma ekonomiċi previsti fl-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat” (64). Ma huwiex ikkontestat li, billi tittejjeb l-aċċessibbiltà ta’ reġjun, partikolarment meta jkisser l-iżolament tiegħu, ajruport jista’ jkollu effetti pożittivi fuq l-iżvilupp ekonomiku lokali. Madankollu, is-sempliċi fatt li l-preżenza u l-attività ta’ ajruport jiġġeneraw impjiegi diretti u indiretti u jistimulaw l-attività ta’ impriżi lokali, b’mod partikolari fis-settur tat-turiżmu, ma jistax jitqies bħala kriterju rilevanti biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ġenwin.

(251)

B’riżultat ta’ dan, il-kontribut tal-ajruport ta’ La Rochelle għall-iżvilupp ekonomiku lokali, li huwa l-fattur ewlieni enfasizzat minn Franza b’appoġġ għat-teorija tagħha rigward l-eżistenza ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ġenwin, fih innifsu ma huwiex fattur rilevanti sakemm jitqies separatament mill-kontribut ta’ dak l-ajruport għall-aċċessibbiltà tar-reġjun.

(252)

Barra minn hekk, il-punt 72 tal-Linji Gwida jistabbilixxi, “F’dak li jirrigwardja l-ajruporti, il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa possibbli, f’każijiet debitament ġustifikati, li t-tmexxija ta’ ajruport fl-intier tiegħu titqies bħala SIEĠ. [...] il-Kummissjoni tqis li dan jista’ jkun il-każ biss jekk parti miż-żona potenzjalment moqdija minn dan l-ajruport tkun, fin-nuqqas tiegħu, iżolata mill-bqija tal-Unjoni sal-punt li jkun ta’ detriment għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħha. Din l-evalwazzjoni jenħtieġ li tieħu inkunsiderazzjoni b’mod dovut l-eżistenza ta’ modi oħrajn ta’ trasport, u b’mod aktar partikolari ta’ servizzi ta’ ferroviji b’veloċità kbira jew konnessjonijiet marittimi bil-vapuri li jġorru l-karozzi” (65).

(253)

Fir-rigward tal-kontribut tal-ajruport ta’ La Rochelle għall-aċċessibbiltà tar-reġjun, jenħtieġ li jiġi nnotat li La Rochelle hija konnessa, pereżempju, ma’ Pariġi u Bordeaux permezz ta’ servizzi ferrovjarji frekwenti, b’ħinijiet tal-ivvjaġġar ta’ madwar 3 sigħat u sagħtejn u nofs, rispettivament. Fir-rigward tan-network tat-toroq, La Rochelle hija qrib l-awtostradi A837, A10 u A83, li jgħaqqduha direttament ma’ diversi bliet Franċiżi ewlenin, b’mod partikolari Bordeaux u Nantes. Fid-dawl ta’ din l-informazzjoni, ma jistax jiġi sostnut li parti miż-żona potenzjalment moqdija mill-ajruport ta’ La Rochelle tkun, fin-nuqqas tiegħu, iżolata mill-bqija tal-Unjoni sa punt li jippreġudika l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħha.

(254)

Fl-aħħar nett, il-kummenti ta’ Franza ma jindirizzawx l-osservazzjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ li tqajjem dubji dwar l-argument ta’ Franza li jeżisti servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ġenwin għall-ajruport ta’ La Rochelle kollu kemm hu. Il-Kummissjoni kienet iddikjarat li l-ġestjoni tal-ajruport ta’ La Rochelle “tinkludi wkoll attivitajiet mhux marbuta direttament mal-attivitajiet ewlenin tal-ajruport bħall-kostruzzjoni, il-finanzjament, l-użu u l-kiri ta’ art u bini, kemm għal uffiċċji u ħażna u għal-lukandi u l-intrapriżi industrijali li jinsabu fl-ajruport, kif ukoll ħwienet, ristoranti u parkeġġi tal-karozzi. Fl-aħħar nett, filwaqt li l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-attivitajiet kollha tal-ajruport inkwistjoni jikkostitwixxu obbligi ta’ servizz pubbliku, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal kontijiet separati għad-dħul minn attivitajiet kummerċjali.” Billi kkunsidrat li dawn l-attivitajiet mhux direttament marbuta mal-attivitajiet ewlenin tal-ajruport huma parti mill-obbligi ta’ servizz pubbliku, Franza injorat il-fatt li l-attivitajiet ma jurux karatteristiċi speċjali meta mqabbla ma’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn, u li l-operaturi ekonomiċi jassumu l-istess servizzi bl-istess mod jew taħt l-istess kundizzjonijiet barra mill-ajruport bħal fih. Konsegwentement, billi kkunsidrat li l-attivitajiet kollha tal-ajruport jikkostitwixxu obbligi ta’ servizz pubbliku, Franza kkommettiet żball manifest ta’ valutazzjoni fid-definizzjoni tas-SIEĠ.

(255)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li r-rekords kontabilistiċi sottomessi għall-ajruport, b’mod partikolari l-pjan finanzjarju 2001-2014, ma jagħmlux distinzjoni bejn l-attivitajiet ewlenin tal-ajruport u attivitajiet oħrajn. Għall-kuntrarju, jidher li d-defiċits operatorji rreġistrati għall-perjodu taħt investigazzjoni sussegwentement ġew paċuti permezz tal-avvanzi ta’ flus ipprovduti mill-fergħa ġenerali tas-CCI u koperti wkoll minn din id-Deċiżjoni. Dan kien maħsub biex jibbilanċja l-kontijiet mingħajr ma ssir distinzjoni bejn l-attivitajiet ewlenin tal-ajruport.

(256)

B’riżultat ta’ dan, fid-dawl ta’ dan kollu li ntqal hawn fuq u tal-argumenti mressqa minn Franza, il-Kummissjoni hija tal-fehma li Franza kkommettiet żball manifest ta’ valutazzjoni meta sostniet li l-ġestjoni tal-ajruport ta’ La Rochelle kollu kemm hu kienet SIEĠ. B’mod partikolari, l-attività tal-operatur tal-ajruport ta’ La Rochelle li tikkonsisti fl-immaniġġjar ta’ titjiriet kummerċjali tat-trasport tal-passiġġieri fl-ajruport ma tistax titqies bħala SIEĠ ġenwin. Għalhekk, minn dan isegwi li, sa fejn id-diversi miżuri ta’ appoġġ finanzjarju koperti minn din il-valutazzjoni kienu intiżi biex jiffinanzjaw l-operat tal-attività tal-ajruport kollha kemm hi, dawn ma jistgħux jitqiesu bħala kumpens finanzjarju mogħti bil-ħsieb tal-ġestjoni ta’ SIEĠ ġenwin.

(257)

Barra minn hekk, anki jekk il-ġestjoni kollha jew parti mill-ġestjoni tal-ajruport ta’ La Rochelle tista’ b’mod validu tiġi definita bħala SIEĠ, il-miżuri inkwistjoni xorta ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kumulattivi tas-sentenza ta’ Altmark. Huma ma jissodisfawx l-ewwel, it-tieni u r-raba’ kundizzjoni ta’ dik is-sentenza, kif se jintwera hawn taħt fid-dawl tal-komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-kumpens mogħti għall-forniment ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (66) (“il-komunikazzjoni dwar is-SIEĠ”).

—   Obbligi ta’ servizz pubbliku definiti b’mod ċar imwettqa mill-impriża (l-ewwel kundizzjoni)

(258)

Skont is-sentenza ta’ Altmark, l-impriża benefiċjarja effettivament irid ikollha obbligi ta’ servizz pubbliku xi twettaq, u l-obbligi jridu jkunu definiti b’mod ċar.

(259)

Minħabba li Franza kkommettiet żball manifest ta’ valutazzjoni billi kklassifikat il-ġestjoni tal-ajruport b’mod intier bħala SIEĠ u minħabba li l-miżuri koperti mill-investigazzjoni preżenti ntużaw biex jiffinanzjaw l-operat tal-ajruport kollu kemm hu, l-ewwel kundizzjoni ta’ Altmark ma ġietx issodisfata.

(260)

Barra minn hekk, skont il-komunikazzjoni dwar is-SIEĠ (67), sabiex l-ewwel kundizzjoni ta’ Altmark tiġi ssodisfata, il-kompitu ta’ servizz pubbliku jrid jiġi assenjat permezz ta’ att wieħed jew aktar li, skont il-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri, jistgħu jieħdu l-forma ta’ strumenti jew ftehimiet leġiżlattivi jew regolatorji. Barra minn hekk, l-att jew is-serje ta’ atti jridu mill-inqas jispeċifikaw il-kontenut u d-durata tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, l-impriża u, fejn applikabbli, it-territorju kkonċernat, in-natura ta’ kwalunkwe dritt esklużiv jew speċjali mogħti lill-impriża mill-awtorità inkwistjoni, il-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-rieżami tal-kumpens, u l-arranġamenti biex jiġi evitat u rkuprat kwalunkwe kumpens żejjed. L-uniċi atti prodotti minn Franza li jistgħu possibbilment jissodisfaw din il-funzjoni huma l-Artikolu L 170-1 tal-Kodiċi Kummerċjali, id-deċiżjonijiet tas-CCI tal-21 ta’ Frar 2003 u tal-25 ta’ Ġunju 2004, u l-proċedura għall-adozzjoni tal-baġit għall-ajruport stabbilita fiċ-Ċirkolari Nru 111 tat-30 ta’ Marzu 1992 (68) (“iċ-Ċirkolari Nru 111”), li suppost jipprovdu garanziji biex jiġi evitat kumpens żejjed.

(261)

Madankollu, jidher li l-ebda wieħed minn dawn l-atti ma jiddefinixxi b’mod ċar l-obbligi ta’ servizz pubbliku. B’mod partikolari, l-atti ma jispeċifikawx il-kontenut u d-durata tal-obbligi ta’ servizz pubbliku jew il-metodi għall-kalkolu u r-rieżami ta’ kwalunkwe mekkaniżmu ta’ kumpens finanzjarju. B’riżultat ta’ dan, l-atti ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-ewwel kundizzjoni ta’ Altmark, anki mingħajr ma jiġi kkunsidrat il-fatt li l-obbligi imposti fuq is-CCI-Ajruport ma jifformawx SIEĠ ġenwin.

—   Il-parametri tal-kumpens stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti (it-tieni kundizzjoni)

(262)

Is-sussidji eċċezzjonali u l-ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli riċevuti mis-CCI-Ajruport huma kollha miżuri eċċezzjonali mogħtija fuq bażi ad hoc biex ikopru l-kostijiet ta’ investiment meħtieġa u jiffinanzjaw id-defiċit operatorju tal-ajruport. Għalhekk, dawn ma kinux ġejjin minn parametri ta’ kalkolu li ġew stabbiliti minn qabel.

(263)

Jenħtieġ li jiġi nnotat li l-kompiti tas-CCI-Ajruport għall-perjodu 2000-2012 huma stabbiliti fl-atti bażiċi tagħha. Madankollu, dawn l-atti ma pprevedew l-ebda mekkaniżmu ta’ kumpens finanzjarju għas-CCI abbażi ta’ parametri stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti.

(264)

Il-proċedura għall-iffissar tal-kumpens, li tinsab – fil-fehma ta’ Franza – fil-proċedura għall-adozzjoni tal-baġit għall-ajruport stabbilita fiċ-Ċirkolari Nru 111, lanqas ma tipprevedi xi mekkaniżmu ta’ kumpens finanzjarju għall-operatur.

(265)

B’riżultat ta’ dan, il-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju mogħtija lis-CCI-Ajruport ma jissodisfawx it-tieni kundizzjoni ta’ Altmark.

—   Kumpens ġust għall-kostijiet li jinħolqu mill-obbligi ta’ servizz pubbliku (it-tielet kundizzjoni)

(266)

Il-kumpens ma jridx jaqbeż dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-kostijiet kollha, jew parti mill-kostijiet, imġarrba fit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, filwaqt li jitqiesu l-irċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għat-twettiq ta’ dawk l-obbligi.

(267)

Ma hemm l-ebda dispożizzjoni sabiex is-CCI tħallas kumpens addizzjonali għall-użu kummerċjali ta’ kwalunkwe infrastruttura addizzjonali ffinanzjata mir-reġjun.

(268)

Franza tiddikjara li din l-infrastruttura addizzjonali hija meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti ta’ servizz pubbliku u li l-kostruzzjoni tagħha tgħin biex tibbilanċja l-finanzi tal-ajruport. Madankollu, jidher li dawn il-faċilitajiet huma intrinsiċi għall-attività ekonomika tal-operat tal-ajruport u huma mmirati b’mod partikolari lejn l-iżvilupp tal-ajruport. Għalhekk, il-faċilitajiet ma jissodisfawx il-kriterju ta’ interess ġenerali deskritt hawn fuq.

(269)

B’riżultat ta’ dan, il-kumpens ma jissodisfax it-tielet kundizzjoni ta’ Altmark. Minkejja li l-kundizzjonijiet ta’ Altmark huma kumulattivi, u huwa biżżejjed li waħda minnhom ma tiġix issodisfata sabiex il-Kummissjoni ma tkunx tista’ teskludi l-eżistenza ta’ vantaġġ għall-operatur tal-ajruport, il-Kummissjoni xorta se tanalizza r-raba’ kundizzjoni ta’ Altmark.

—   Arranġamenti għall-għażla tal-fornitur tas-servizzi (ir-raba’ kundizzjoni)

(270)

Ir-raba’ kundizzjoni ta’ Altmark tistabbilixxi li l-kumpens mogħti jrid ikun jew ir-riżultat ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku li tippermetti l-għażla tal-offerent li kapaċi jipprovdi dawk is-servizzi bl-inqas kost għall-komunità (l-ewwel subkriterju), jew inkella r-riżultat ta’ eżerċizzju ta’ parametraġġ referenzjarju ma’ impriża tipika, immexxija tajjeb u pprovduta b’mod adegwat bil-mezzi meħtieġa (it-tieni subkriterju).

(271)

Is-CCI ma ntgħażlitx biex topera l-ajruport wara proċedura ta’ sejħa għall-offerti u l-Kummissjoni ma għandha l-ebda informazzjoni li tindika li l-ammonti tal-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju li hija rċeviet setgħu ġew iddeterminati abbażi ta’ analiżi tal-kostijiet li kienet iġġarrab impriża tipika, immexxija tajjeb u pprovduta b’mod adegwat bil-mezzi rilevanti.

(272)

B’riżultat ta’ dan, il-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju mogħtija lis-CCI-Ajruport ma jissodisfawx ir-raba’ kundizzjoni ta’ Altmark.

(273)

Billi l-erba’ kundizzjonijiet ta’ Altmark ma humiex issodisfati, id-diversi miżuri favur l-operatur tal-ajruport ma jistgħux jitqiesu bħala kumpens għal servizz pubbliku mogħti għall-operat ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. Għalhekk, f’dan l-istadju, il-Kummissjoni ma tistax teskludi l-eżistenza ta’ vantaġġ għall-operatur tal-ajruport.

(b)   Valutazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku selettiv

(1)   Għotjiet ta’ investiment

(274)

Fir-rigward tal-għotjiet ta’ investiment li jammontaw għal madwar EUR 3 miljun għal sala ġdida tat-tluq u tal-wasla, it-tisħiħ, it-titwil u t-twessigħ tar-runway, it-tisħiħ u t-twessigħ tat-taxiway, it-tisħiħ u l-estensjoni tal-istands tal-inġenji tal-ajru u l-ħolqien ta’ baċir għat-tisfija sabiex l-ajruport jinġieb f’konformità mal-Att dwar l-Ilma, Franza ma ressqet l-ebda argument biex tappoġġa l-fehma li d-diversi awtoritajiet pubbliċi li għamlu dawk l-għotjiet setgħu jistennew redditu fuq l-investiment tagħhom li x’aktarx jissodisfa operatur f’ekonomija tas-suq li jkun aġixxa minflokhom. Jidher pjuttost li l-għotjiet ta’ investiment saru mid-diversi awtoritajiet pubbliċi biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp reġjonali. Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi aġixxew fl-eżerċitar tal-kompiti ta’ servizz pubbliku tagħhom.

(275)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-għotjiet ta’ investiment ma jissodisfawx it-test tal-operatur f’ekonomija tas-suq. Għalhekk, l-għotjiet ta’ investiment taw vantaġġ ekonomiku lis-CCI-Ajruport. Dawn l-għotjiet fil-fatt naqqsu l-kostijiet ta’ investiment li kellha tħallas is-CCI-Ajruport, mingħajr l-ebda prospett ta’ redditu suffiċjenti fuq l-investiment għall-awtoritajiet li għamlu l-għotjiet. Barra minn hekk, billi dawn il-vantaġġi kienu ta’ benefiċċju għal impriża waħda, huma selettivi.

(2)   Ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli

(276)

Fir-rigward tal-ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli li jammontaw għal EUR 8,77 miljun, jenħtieġ li l-ewwel jiġi nnotat li huma ekwivalenti għal self mingħajr imgħax mogħti mill-fergħa ġenerali tas-CCI lis-CCI-Ajruport. Skont Franza, jenħtieġ li ħlas bil-quddiem jitqies bħala kontribuzzjoni ta’ kont kurrenti li azzjonist jagħmel lis-sussidjarja tiegħu. Franza żżid li azzjonist privat ma jwettaqx analiżi tal-profittabilità għal tali ħlasijiet bil-quddiem billi dawn fil-fatt huma self maħsub biex jippermetti lis-sussidjarja tiżviluppa l-attivitajiet tagħha għall-benefiċċju tal-azzjonist. Fil-fehma ta’ Franza, dan japplika saħansitra aktar f’dan il-każ, billi huwa trasferiment finanzjarju bejn partijiet tal-istess entità ġuridika, jiġifieri s-CCI. Għalhekk, skont Franza, dawn il-ħlasijiet bil-quddiem ma jinvolvu l-ebda riskju finanzjarju għas-CCI billi hija għandha l-art u l-infrastruttura, li l-valur tagħhom jaqbeż bil-bosta l-ammont tal-ħlasijiet bil-quddiem (69). Argument bħal dan jista’ jkun rilevanti biss jekk, bl-għoti ta’ dawn il-ħlasijiet bil-quddiem biex ikun permess l-operat kontinwu tal-ajruport ta’ La Rochelle, is-CCI stenniet li l-ajruport isir profittabbli fuq perjodu ta’ żmien medju sa twil, li jippermetti li s-CCI mhux biss tara li dawn il-ħlasijiet bil-quddiem jitħallsu lura, iżda wkoll tirċievi “redditu fuq l-investiment tagħha” li tirremunera l-kapital impenjat, permezz ta’ kwalunkwe profitt li jsir mill-ajruport.

(277)

Għalhekk, il-Kummissjoni staqsiet lil Franza dwar il-profitti li s-CCI tista’ tistenna mill-għoti ta’ dawn il-ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli. Fit-tweġiba tagħha (70), Franza ma pproduċiet l-ebda studju jew analiżi li jistabbilixxu li seta’ jkun mistenni profitt ipotetiku mill-għoti ta’ dawk is-sussidji. Franza sempliċiment irreferiet għad-dokumenti li jistabbilixxu r-rwol tas-sid bl-użu tal-mezzi kollha biex jiġi żgurat l-iżvilupp fit-tul tal-ajruport tagħha.

(278)

Fiż-żmien meta tat id-diversi ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli, is-CCI ma kellhiex biżżejjed garanziji li l-operat tal-ajruport isir profittabbli u li s-CCI-Ajruport tkun tista’ tħallas lura l-ħlasijiet bil-quddiem mogħtija, filwaqt li jifdal marġni ta’ profitt kbir biżżejjed biex jiġi rremunerat il-kapital impenjat mill-fergħa ġenerali tas-CCI. Il-ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli ngħataw mill-2001. F’dak iż-żmien, ir-riżultat kontabilistiku tal-ajruport kien diġà negattiv. Fl-aħħar nett, fin-nuqqas tal-ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli, ir-riżultati tas-CCI-Ajruport kienu jkunu saħansitra agħar, u b’hekk jiġi eskluż kwalunkwe prospett ta’ redditu fuq il-kapital investit.

(279)

Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi kollha, is-CCI ma setgħetx tikkunsidra li kien hemm xi probabbiltà li hija tirċievi xi redditu fuq perjodu ta’ żmien qasir sa medju fuq il-kapital li hija kienet impenjat permezz tal-ħlasijiet bil-quddiem mogħtija lis-CCI-Ajruport. Is-CCI setgħet saħansitra kellha leġittimament dubji serji li s-CCI-Ajruport xi darba tkun tista’ tħallasha lura.

(280)

Barra minn hekk, filwaqt li l-ħlas lura tal-ħlasijiet bil-quddiem kellu jibda fl-2014, ma kien hemm l-ebda dispożizzjoni sabiex il-fergħa tal-ajruport tħallas kwalunkwe rata tal-imgħax li tirremunera kif suppost is-self mogħti lilha mis-CCI.

(281)

Minħabba dak kollu li ntqal hawn fuq, is-CCI ma aġixxietx lejn il-fergħa tal-ajruport tagħha bħalma kien jagħmel operatur f’ekonomija tas-suq motivat minn prospetti kredibbli u dokumentati ta’ profittabilità.

(282)

Bħala konklużjoni, il-ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli taw vantaġġ ekonomiku lis-CCI-Ajruport. Barra minn hekk, minħabba li kull wieħed minn dawn il-vantaġġi kien ta’ benefiċċju għal impriża waħda, huma selettivi.

(3)   Allegata fatturazzjoni żejda tas-servizzi fornuti mis-CCI lill-ajruport ta’ Rochefort Saint-Agnant

(283)

Fir-rigward tal-allegata fatturazzjoni żejda tas-servizzi fornuti mis-CCI lill-ajruport ta’ Rochefort Saint-Agnant, Franza tafferma li dan sar skont ftehim dwar is-servizzi konkluż bi sħubija mas-CCI ta’ Rochefort. Skont Franza, is-CCI ntgħażlet biex timmaniġġja l-ajruport ta’ Rochefort fil-11 ta’ Lulju 2001 wara sejħa għall-offerti kompetittiva.

(284)

Meta bejgħ ta’ servizzi jitwettaq wara proċedura ta’ sejħa għall-offerti kompetittiva, trasparenti, mhux diskriminatorja u mingħajr kundizzjonijiet, f’konformità mal-prinċipji tat-TFUE dwar l-akkwist pubbliku, jista’ jiġi preżunt li l-bejgħ huwa konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq (71).

(285)

F’dan il-każ, Franza pprovdiet evidenza li l-istedina għall-offerti kienet: (i) kompetittiva, minħabba li l-offerenti kollha setgħu jieħdu sehem fl-istedina għall-offerti; (ii) trasparenti, minħabba li ġiet ippubblikata fl-istampa u l-offerenti kollha ġew informati kif xieraq; (iii) mhux diskriminatorja, minħabba li l-kriterji tal-għażla kienu oġġettivi u speċifikati minn qabel; u (iv) mingħajr kundizzjoni, minħabba li ma kien hemm l-ebda kundizzjoni speċifika. Barra minn hekk, il-kriterju tal-għażla kien marbut mal-prezz.

(286)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-informazzjoni magħmula disponibbli għall-Kummissjoni turi li l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti kienet miftuħa, trasparenti u mingħajr kundizzjonijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prezz tas-servizzi pprovduti mis-CCI fil-fatt jikkostitwixxi prezz tas-suq li ma jagħtix vantaġġ lis-CCI.

(4)   Allegata sottofatturazzjoni tas-servizzi fornuti mill-fergħa ġenerali tas-CCI lill-ajruport

—   Il-perjodu 2001-2005

(287)

L-informazzjoni li saret disponibbli għall-Kummissjoni tindika li bejn l-2001 u l-2005 l-pagamenti kienu ammonti fissi u li ma kien hemm l-ebda koeffiċjent analitiku ta’ allokazzjoni bbażat fuq kriterji oġġettivi. Għalkemm l-ispjegazzjonijiet ta’ Franza jissuġġerixxu li l-ammonti fissi ngħataw taħt il-kundizzjonijiet tas-suq, hemm diversi elementi li jitfgħu dubji fuq in-nuqqas ta’ għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ koeffiċjent analitiku ta’ allokazzjoni.

(288)

B’mod partikolari, bejn l-2001 u l-2005, il-pagamenti li saru mis-CCI-Ajruport għas-servizzi pprovduti mill-fergħa ġenerali tas-CCI kienu madwar 50 % inqas mill-pagamenti li saru għall-istess servizzi fil-perjodu 2006-2012 (ara t-Tabella 5), b’żieda qawwija meta ġie introdott il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni. B’hekk, l-introduzzjoni ta’ koeffiċjent analitiku ta’ distribuzzjoni mill-2006 ’il quddiem uriet li s-servizzi pprovduti mill-fergħa ġenerali tas-CCI kienu manifestament sottofatturati. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-allegata sottofatturazzjoni tas-servizzi fornuti mill-fergħa ġenerali tas-CCI lill-ajruport bejn l-2001 u l-2005 ipprovdiet lis-CCI-Ajruport b’vantaġġ ekonomiku selettiv.

—   Il-perjodu 2006-2012

(289)

Fir-rigward tal-allegata sottofatturazzjoni tas-servizzi fornuti mill-fergħa ġenerali tas-CCI lill-ajruport bejn l-2006 u l-2012, Franza tafferma li l-kost tas-servizzi komuni għad-diversi fergħat tas-CCI, bħas-servizzi strutturali marbuta mal-kontabilità, l-IT, ir-riżorsi umani, eċċ., tqassam fost dawk il-fergħat skont koeffiċjent analitiku ta’ allokazzjoni u, b’hekk, ġie allokat abbażi ta’ kriterji oġġettivi. Franza tallega wkoll li s-CCI wettqet analiżi dettaljata skont il-volumi tan-negozju li qed jinbidlu u li l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni huwa kompletament konformi mal-bidliet fit-traffiku tal-ajruport. Barra minn hekk, Franza tafferma li l-użu tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni kien ivverifikat kull sena, billi l-kontijiet tas-CCI jiġu approvati minn koawditur bħala riżultat tal-konsolidazzjoni tal-kontijiet għall-grupp tas-CCI.

(290)

Il-Kummissjoni tqis li, għall-perjodu 2006-2012, Franza wriet li ġie introdott koeffiċjent ta’ allokazzjoni, ibbażat fuq sitt kriterji oġġettivi u rilevanti skont is-servizzi fornuti mill-fergħa ġenerali tas-CCI lill-ajruport:

għall-amministrazzjoni ġenerali tal-ajruport, il-kost tas-subservizz “uffiċjali eletti” ġie kkalkolat skont in-numru ta’ aġendi ttrattati għal-laqgħat tal-kumitat ta’ tmexxija u tal-assemblea ġenerali dwar l-ajruport, u l-perċentwal miksub ġie applikat għall-kostijiet tal-presidenza tas-CCI; il-kost tas-servizz tad-“Direttorat Ġenerali” jiġi kkalkolat skont iż-żmien li d-Direttur Ġenerali jqatta’ f’laqgħat li jirrigwardjaw it-teħid tad-deċiżjonijiet, mar-rappreżentanti tal-persunal, fil-monitoraġġ tal-investimenti, eċċ. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-servizzi huma bbażati fuq il-ħtiġijiet u jiġu fatturati skont il-kostijiet tagħhom. Barra minn hekk, l-informazzjoni magħmula disponibbli għall-Kummissjoni turi li l-koeffiċjent tal-allokazzjoni ġie applikat b’mod korrett;

komunikazzjoni: il-kost tas-servizz ġie kkalkolat skont iż-żmien imqatta’ għal kull fergħa tas-CCI;

il-kontroll tal-kontabilità u tal-ġestjoni: il-kost tas-servizz ġie kkalkolat skont il-perċentwal tan-numru ta’ entrati kontabilistiċi;

IT: il-kost tas-servizz ġie kkalkolat skont l-għadd ta’ stazzjonijiet tal-IT installati (xiri, manutenzjoni, analiżi u implimentazzjoni ta’ żviluppi fil-hardware u fis-software, eċċ.);

riżorsi umani: il-kost tas-servizz ġie kkalkolat skont il-persunal permanenti tal-ajruport;

servizz tal-proġett: il-kost tas-servizz ġie kkalkolat skont iż-żmien imqatta’ mis-servizz wara investimenti kbar (inkluża l-estensjoni tas-sala tat-tluq u tat-terminal) fuq bażi ta’ każ b’każ skont il-proġetti u s-sejħiet għall-offerti.

(291)

Dawn il-kriterji huma oġġettivi u rilevanti minħabba li huma relatati maż-żmien imqatta’ u max-xogħol li fil-fatt ikun sar.

(292)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li Franza wriet li l-koeffiċjent tal-allokazzjoni ġie applikat b’mod korrett, billi kull sena l-koeffiċjenti jiġu vverifikati biex jiġi żgurat l-aktar riżultat realistiku. Barra minn hekk, il-kunċettwalizzazzjoni u l-għażla tal-kriterji u l-metodu tal-kalkolu jiġu vverifikati wkoll mill-awdituri.

(293)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-allegata sottofatturazzjoni tas-servizzi fornuti mill-fergħa ġenerali tas-CCI lill-ajruport bejn l-2006 u l-2012 ma tatx vantaġġ lill-ajruport u, għalhekk, ma tikkostitwix għajnuna.

(5)   Kontribuzzjonijiet finanzjarji mid-diversi awtoritajiet lokali lejn il-miżuri promozzjonali implimentati mill-ajruport ta’ La Rochelle

(294)

Il-Kummissjoni tqis li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-awtoritajiet lokali lejn il-miżuri promozzjonali implimentati mill-ajruport ta’ La Rochelle jridu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu appoġġ għall-finanzjament tal-operat tal-ajruport u mhux bħala finanzjament tal-linji tal-ajru.

(295)

B’kuntrast għal dan, l-awtoritajiet Franċiżi u s-CCI jqisu li jenħtieġ li dawn il-kontribuzzjonijiet jitqiesu bħala xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-awtoritajiet lokali u, għalhekk, bħala finanzjament tal-linji tal-ajru. Is-CCI ssostni li l-awtoritajiet issieħbu fil-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni biex jilħqu l-objettivi li kienu stabbilew huma stess fil-kuntest tal-kompiti ta’ interess ġenerali tagħhom u, b’mod partikolari, biex jibbenefikaw minn tnaqqis fil-prezz minn AMS għal xiri minn grupp (72). Bl-istess mod, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-ajruport serva bħala korp ċentrali għall-akkwisti (73).

(296)

Madankollu, analiżi tal-fatti ma tikkonfermax il-verżjoni mressqa mill-awtoritajiet Franċiżi u mis-CCI. Diversi elementi jindikaw li l-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet lokali jridu jitqiesu bħala finanzjament għall-operat tal-ajruport.

(297)

Kif iddikjarat fil-Linji Gwida tal-2014, ma huwiex komuni għall-operaturi tal-ajruporti li joffru inċentivi lil-linji tal-ajru fil-forma ta’ appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni. Dan huwa partikolarment il-każ għall-ajruporti reġjonali, li jistgħu jsibuha aktar diffiċli biex jattiraw il-linji tal-ajru mill-ajruporti fil-viċinanza ta’ bliet kbar. Għalhekk, il-kostijiet marbuta mal-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-linji tal-ajru jistgħu jitqiesu bħala kostijiet operatorji normali ta’ operatur ta’ ajruport (74). B’riżultat ta’ dan, il-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet lokali ntużaw biex ikopru parti mill-ispejjeż operatorji normali tal-ajruport ta’ La Rochelle.

(298)

Barra minn hekk, il-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet lokali ngħataw lill-ajruport ta’ La Rochelle, li użahom biex jiżviluppa l-attività ekonomika tiegħu billi kkonkluda f’ismu stess ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-linji tal-ajru. Barra minn hekk, l-elementi li ġejjin jindikaw li l-kontribuzzjonijiet ma jikkostitwux xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-awtoritajiet lokali.

(299)

L-ewwel nett, kif iddikjarat fit-Taqsima 3.1.1.5, il-kontribuzzjonijiet tħallsu taħt ftehimiet bejn is-CCI, minn naħa, u d-Dipartiment ta’ Charente-Maritime, il-Communauté d’agglomération de La Rochelle u r-Reġjun ta’ Poitou-Charentes, min-naħa l-oħra. Il-ftehimiet ma jispeċifikawx it-tip ta’ miżuri promozzjonali li għandhom jitwettqu mis-CCI jew mill-fornituri ta’ servizzi li lilhom se jiġu fdati. B’mod partikolari, il-ftehimiet ma jsemmux il-fatt li l-fornituri tas-servizzi se jkunu linji tal-ajru jew is-sussidjarji tagħhom. Fil-kummenti tagħha tal-4 ta’ Ġunju 2012, is-CCI tiddikjara wkoll li “l-ajruport jenfasizza li l-awtoritajiet pubbliċi, meta jimpenjaw ruħhom li jappoġġaw il-miżuri ta’ promozzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni fl-ajruport ta’ La Rochelle, bl-ebda mod ma għandhom l-intenzjoni li jintrabtu ma’ operatur ta’ servizz ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari. Dan huwa ċar biżżejjed mill-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni li jikkonkludu, billi l-isem tal-operatur ta’ dawk is-servizzi lanqas biss jissemma fihom” (75). B’hekk, jidher li s-CCI gawdiet minn awtonomija konsiderevoli fir-rigward tal-għażla ta’ miżuri ta’ promozzjoni u l-fornituri ta’ dawk is-servizzi.

(300)

It-tieni nett, id-diversi ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi mis-CCI mal-linji tal-ajru differenti u s-sussidjarji tagħhom ma jsemmu l-ebda involviment tal-awtoritajiet lokali fil-finanzjament tal-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni tas-CCI.

(301)

Fl-aħħar nett, jidher li f’xi każijiet is-CCI kkonkludiet ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-linji tal-ajru mingħajr ma kellha garanzija legali li kienet se tirċievi s-sussidji mingħand l-awtoritajiet pubbliċi. Pereżempju, is-CCI kkonkludiet diversi ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-linji tal-ajru bejn l-2004 u l-2006 abbażi ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li jipprevedi kontribuzzjoni finanzjarja annwali ta’ EUR 144 500 mid-Dipartiment ta’ Charente-Maritime. Madankollu, fl-aħħar mill-aħħar ma tħallset l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja mid-Dipartiment ta’ Charente-Maritime.

(302)

B’hekk, dawn l-elementi differenti jindikaw li l-kontribuzzjonijiet mid-diversi awtoritajiet lokali jridu jitqiesu bħala li jiffinanzjaw il-kostijiet operatorji tal-ajruport.

7.1.1.4.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri

(303)

Il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji fid-deċiżjoni tal-ftuħ dwar il-kompetizzjoni potenzjali bejn l-ajruport ta’ La Rochelle u ajruporti oħrajn fil-qrib, bħal dawk f’Angoulême, Rochefort u Niort.

(304)

Il-punt 25 tal-Linji Gwida tal-2014 jiddefinixxi ż-żona ta’ lħuq ta’ ajruport bħala l-konfini ta’ suq ġeografiku, li normalment huwa stabbilit għal madwar 100 kilometru jew madwar 60 minuta ta’ vvjaġġar b’karozza, xarabank, tren jew tren ta’ velocità għolja. Madankollu, il-punt 25 ikompli jgħid li ż-żona ta’ lħuq ta’ ajruport partikolari tista’ tkun differenti u jeħtieġ li tqis il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull ajruport. Id-daqs u l-forma taż-żona ta’ lħuq ivarjaw minn ajruport għal ieħor, u jiddependu fuq diversi karatteristiċi tal-ajruport, inklużi (i) il-mudell tan-negozju tiegħu, (ii) il-post fejn jinsab u (iii) id-destinazzjonijiet li jaqdi.

(305)

Fir-rigward tal-ajruport ta’ Angoulême, il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li l-ajruport jinsab aktar minn sagħtejn bil-karozza u 150 km ’il bogħod mill-ajruport ta’ La Rochelle. B’hekk, id-distanza bejn iż-żewġ ajruporti hija ferm akbar minn dik imsemmija fil-punt 25 tal-Linji Gwida tal-2014. Fil-prinċipju, dan x’aktarx li jeskludi l-ajruport ta’ Angoulême miż-żona ta’ lħuq ta’ La Rochelle. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-ajruporti ta’ La Rochelle u Angoulême għandhom mudelli tan-negozju relattivament differenti. Matul il-perjodu kkunsidrat (2001-2012), l-attivitajiet tal-ajruport ta’ La Rochelle kienu prinċipalment ibbażati fuq it-trasport tal-passiġġieri fuq servizzi skedati lejn destinazzjonijiet Ewropej operati minn linji tal-ajru bi prezz baxx bħal Ryanair u easyJet (ara l-premessa 29). B’kuntrast ma’ dan, l-attivitajiet tal-ajruport ta’ Angoulême varjaw b’mod konsiderevoli matul dak il-perjodu: (i) bejn l-2004 u l-2007, kien operat servizz domestiku skedat wieħed (soġġett għal obbligi ta’ servizz pubbliku) bejn Angoulême u Lyon; (ii) bejn l-2008 u l-2009, kien operat servizz skedat wieħed lejn Londra Stansted minn Ryanair minn April sa Ottubru; (iii) bejn l-2010 u l-2011, ma kien operat l-ebda servizz skedat mill-ajruport ta’ Angoulême (76).

(306)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li matul il-perjodu kkunsidrat (2001-2012), iż-żewġ destinazzjonijiet moqdija mill-ajruport ta’ Angoulême (Lyon u Londra Stansted) kienu moqdija wkoll mill-ajruport ta’ La Rochelle b’mod parallel. Fir-rigward ta’ Londra Stansted, il-Kummissjoni tinnota li bejn l-2008 u l-2009 Ryanair operat servizz lejn dik id-destinazzjoni miż-żewġ ajruporti, li jista’ jindika li l-linji tal-ajru jqisuhom bħala swieq separati. Barra minn hekk, l-għeluq tar-rotta lejn Angoulême ma wassalx biex il-passiġġieri jaqilbu għas-servizz ta’ La Rochelle-Londra Stansted.

(307)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-ajruport ta’ La Rochelle ma jinsabx fiż-żona ta’ lħuq tal-ajruport ta’ Angoulême.

(308)

Fir-rigward tal-ajruporti ta’ Niort u Rochefort, il-Kummissjoni tinnota li dawn jinsabu 60 minuta bil-karozza (75 km) u 50 minuta bil-karozza (54 km), rispettivament, mill-ajruport ta’ La Rochelle. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa 304, iż-żona ta’ lħuq ta’ ajruport partikolari tista’ tkun differenti u jeħtieġ ukoll li jitqiesu karatteristiċi oħrajn tal-ajruport, bħall-mudell tan-negozju tiegħu u d-destinazzjonijiet li jservi. Fir-rigward tal-mudell tan-negozju, l-attivitajiet tal-ajruport ta’ La Rochelle – prinċipalment ibbażati fuq it-trasport tal-passiġġieri fuq servizzi skedati operati minn linji tal-ajru kummerċjali kbar bħal Ryanair u easyJet – ivarjaw b’mod fundamentali minn dawk tal-ajruporti ta’ Niort u Rochefort. Kif irrimarkat minn Franza, l-ajruporti ta’ Niort u Rochefort huma prinċipalment iddedikati għall-attivitajiet ta’ klabbs tat-titjir u inġenji tal-ajru ħfief u ma jimmaniġġjawx trasportaturi tal-ajru pubbliċi. Barra minn hekk, l-ebda ajruport ma huwa mgħammar b’servizzi biex jimmaniġġa linji tal-ajru li joperaw rotot skedati (77), għall-kuntrarju tal-ajruport ta’ La Rochelle, li jimmaniġġa diversi linji tal-ajru li joffru servizzi skedati lejn diversi destinazzjonijiet fi Franza u fl-Ewropa.

(309)

B’hekk, il-Kummissjoni tqis li l-ajruporti ta’ Niort u Rochefort ma humiex sostituti għall-ajruport ta’ La Rochelle bħala ajruport tal-passiġġieri għal servizzi skedati operati minn linji tal-ajru kummerċjali kbar.

(310)

Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-ajruport ta’ La Rochelle jikkompeti ma’ ajruporti oħrajn, anki dawk li jinsabu barra miż-żona ta’ lħuq tiegħu. L-operaturi tal-ajruporti tal-UE jikkompetu ma’ xulxin biex jattiraw il-linji tal-ajru. Il-linji tal-ajru jiddeċiedu liema rotot għandhom joperaw u b’liema frekwenza abbażi ta’ għadd ta’ kriterji. Dawn il-kriterji jinkludu mhux biss il-klijenti potenzjali li jistgħu jistennew fuq ir-rotot ikkonċernati, iżda wkoll il-karatteristiċi tal-ajruporti f’wieħed mit-truf tar-rotta.

(311)

Il-linji tal-ajru jqisu tali kriterji bħat-tip ta’ servizzi tal-ajruport ipprovduti, il-popolazzjoni jew l-attività ekonomika madwar l-ajruport, il-konġestjoni, jekk hemmx aċċess bl-art, u l-livell ta’ imposti u l-kundizzjonijiet kummerċjali ġenerali għall-użu tal-infrastruttura u s-servizzi tal-ajruport (inklużi l-eżistenza u l-ammont ta’ inċentivi u miżuri ta’ appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni offruti lil-linji tal-ajru). Il-livell ta’ imposti, inċentivi u miżuri ta’ appoġġ huwa fattur ewlieni, billi l-finanzjament pubbliku mogħti lil ajruport jista’ jintuża biex jattira l-linji tal-ajru u, b’hekk, jista’ joħloq distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni.

(312)

Konsegwentement, il-linji tal-ajru jallokaw ir-riżorsi tagħhom, b’mod partikolari l-inġenji tal-ajru u l-ekwipaġġ, għad-diversi rotot billi jħarsu lejn is-servizzi offruti mill-operaturi tal-ajruporti u l-prezzijiet mitluba għal dawk is-servizzi, fost kriterji oħrajn.

(313)

Minn dak li ntqal hawn fuq jidher ċar li d-diversi miżuri mogħtija lill-ajruport ta’ La Rochelle u koperti minn din l-investigazzjoni x’aktarx, sa fejn ikunu taw vantaġġ ekonomiku lil dik l-impriża, saħħew il-pożizzjoni tagħha meta mqabbla ma’ operaturi ta’ ajruporti Ewropej oħrajn. Konsegwentement, dawn il-miżuri setgħu ħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni u affettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.1.1.5.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna

(314)

Is-sussidji għall-kompiti b’mandat pubbliku u l-allegata sottofatturazzjoni tas-servizzi fornuti mill-fergħa ġenerali tas-CCI lill-ajruport bejn l-2006 u l-2012 ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat. L-għotjiet ta’ investiment, is-sottofatturazzjoni tas-servizzi fornuti mill-fergħa ġenerali tas-CCI lill-ajruport ta’ La Rochelle bejn l-2001 u l-2005, il-ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli riċevuti mill-ajruport La Rochelle u s-sussidji mill-awtoritajiet lokali maħsuba biex jikkontribwixxu għal miżuri li jippromwovu l-ajruport ta’ La Rochelle jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lill-ajruport ta’ La Rochelle.

7.1.2.   In-natura illegali tal-għajnuna mill-Istat

(315)

L-għotjiet ta’ investiment, is-sottofatturazzjoni bejn l-2001 u l-2005, il-ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli u s-sussidji maħsuba biex jikkontribwixxu għal miżuri promozzjonali li s-CCI rċeviet mid-Dipartiment ta’ Charente-Maritime, mir-Reġjun ta’ Poitou-Charentes u mill-Communauté d’agglomération de La Rochelle ġew implimentati mingħajr ma ġew innotifikati, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

(316)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi fdati bl-operat ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (“id-Deċiżjoni tal-2005 dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali”) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom ċerta għajnuna mogħtija permezz ta’ kumpens għal servizz pubbliku tista’ tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Skont Franza, il-miżuri mogħtija lis-CCI-Ajruport jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni tqis li dan ma huwiex il-każ.

(317)

L-ewwel nett, il-ġestjoni tal-ajruport ta’ La Rochelle kollu kemm hu ma tistax titqies bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ġenwin, kif muri fil-premessa 261. Konsegwentement, minħabba li d-diversi miżuri msemmija qabel ingħataw biex jiffinanzjaw il-ġestjoni tal-ajruport kollu kemm hu, huma ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-2005 dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali.

(318)

It-tieni nett, kif indikat qabel, anki jekk il-ġestjoni tal-ajruport kollu kemm hu tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, l-ebda waħda mill-miżuri inkwistjoni ma tikkostitwixxi kumpens għal servizz pubbliku li l-parametri tiegħu ġew stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti. Kif indikat fil-premessa 273, il-miżuri inkwistjoni ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tas-sentenza ta’ Altmark.

(319)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-għotjiet ta’ investiment, is-sottofatturazzjoni bejn l-2001 u l-2005, il-ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli u s-sussidji maħsuba biex jikkontribwixxu għal miżuri promozzjonali li s-CCI rċeviet mid-Dipartiment ta’ Charente-Maritime, mir-Reġjun ta’ Poitou-Charentes u mill-Communauté d’agglomération de La Rochelle jikkostitwixxu għajnuna illegali.

7.1.3.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern

7.1.3.1.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment

(320)

Il-miżuri inkwistjoni jikkonċernaw l-għotjiet ta’ investiment imħallsin lis-CCI-Ajruport minn diversi awtoritajiet pubbliċi (ir-Reġjun ta’ Poitou-Charentes, id-Dipartiment ta’ Charente-Maritime u l-Communauté d’agglomération de La Rochelle) u taħt il-FEŻR. Kif imsemmi hawn fuq, dawn l-għotjiet ta’ investiment naqqsu l-kostijiet ta’ investiment li s-CCI normalment kien ikollha ġġorr u, għalhekk, jikkostitwixxu għajnuna għall-investiment.

(321)

L-għajnuna għall-investiment ingħatat qabel l-4 ta’ April 2014, id-data minn meta bdew japplikaw il-Linji Gwida tal-2014. Skont il-Linji Gwida, il-Kummissjoni tapplika għall-għajnuna għall-investiment illegali lill-ajruporti r-regoli li kienu fis-seħħ fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna (78).

(322)

Fir-rigward tal-għotjiet li saru mill-2005 ’il quddiem, il-Linji Gwida tal-2005 kienu fis-seħħ f’dak iż-żmien u, għalhekk, jenħtieġ li jiġu applikati.

(323)

Madankollu, l-għotjiet li saru bejn l-2000 u l-2005 ingħataw lis-CCI-Ajruport qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-2005, fi żmien meta ma kien hemm l-ebda kriterju ta’ kompatibbiltà speċifiku għall-għajnuna għall-investiment lill-ajruporti. Għalhekk, il-Kummissjoni trid tivvaluta dawk l-għotjiet direttament abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, billi tqis il-prattika tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha f’dan ir-rigward. Jenħtieġ li jiġi mfakkar li l-prattika tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija lill-operaturi tal-ajruporti ġiet ikkonsolidata mil-Linji Gwida tal-2005. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li l-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għotjiet li saru bejn l-2000 u l-2005 tiġi vvalutata fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida tal-2005 u fid-dawl tal-każistika (79).

(324)

L-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti, bħal kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat, trid tkun neċessarja biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika u proporzjonata għal dak l-objettiv sabiex tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. Għalhekk, il-Kummissjoni se tivvaluta l-konformità mal-kriterji ta’ neċessità u proporzjonalità minbarra l-kriterji msemmija qabel mil-Linji Gwida tal-2005.

(325)

Sabiex tistabbilixxi n-neċessità u l-proporzjonalità tal-għajnuna, il-Kummissjoni trid tivverifika wkoll li l-ammont tal-għajnuna jkun limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv imfittex (80).

(a)   L-eliġibbiltà tal-kostijiet tal-investiment

(326)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li, skont il-Linji Gwida tal-2005, il-kostijiet eliġibbli għal għajnuna għall-investiment lil ajruport iridu jkunu limitati għall-kostijiet tal-investiment relatati mal-infrastrutturi tal-ajruporti nfushom (runways, terminals, rampi, eċċ.) jew għall-kostijiet tal-faċilitajiet li jappoġġawhom direttament (faċilitajiet tat-tifi tan-nar, tagħmir tas-sigurtà jew tas-sikurezza). Madankollu, il-kostijiet tal-attivitajiet kummerċjali mhux direttament marbuta mal-attivitajiet ewlenin tal-ajruport, bħall-kostruzzjoni, il-finanzjament, l-użu u l-kiri ta’ art u bini, mhux biss għal uffiċċji u ħażna, iżda wkoll għal-lukandi u l-intrapriżi industrijali li jinsabu fl-ajruport, kif ukoll il-ħwienet, ir-ristoranti u l-parkeġġi tal-karozzi, iridu jkunu esklużi mill-kostijiet eliġibbli.

(327)

Id-diversi għotjiet ta’ investiment mill-FEŻR, mir-Reġjun ta’ Poitou-Charentes, mid-Dipartiment ta’ Charente-Maritime u mill-Communauté d’agglomération de La Rochelle li jammontaw għal kważi EUR 3 miljun intużaw biex jiffinanzjaw il-kostruzzjoni ta’ sala ġdida tat-tluq u tal-wasla, it-tisħiħ, it-titwil u t-twessigħ tar-runway, it-tisħiħ u t-twessigħ tat-taxiway, it-tisħiħ u l-estensjoni tal-istands tal-inġenji tal-ajru, u l-ħolqien ta’ baċir għat-tisfija sabiex l-ajruport jinġieb konformi mal-Att dwar l-Ilma.

(328)

Ir-runway, it-taxiway, l-istands tal-inġenji tal-ajru, il-baċir għat-tisfija u t-terminal huma parti mill-infrastruttura tal-ajruport u jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat kif definit fil-premessa 218. Konsegwentement, il-kostijiet tal-investiment ta’ din l-infrastruttura huma eliġibbli.

(b)   L-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika

(329)

L-għotjiet ta’ investiment intużaw għall-bini ta’ sala ġdida għat-tluq u għall-wasla, għat-tisħiħ, it-titwil u t-twessigħ tar-runway, għat-tisħiħ u t-twessigħ tat-taxiway, għat-tisħiħ u l-estensjoni tal-istands tal-inġenji tal-ajru u għall-ħolqien ta’ baċir għat-tisfija sabiex l-ajruport jinġieb konformi mal-Att dwar l-Ilma.

(330)

Id-daqs mill-ġdid tar-runway (b’wisa’ ta’ 45m u tul ta’ 115m), tat-taxiway u tal-istands tal-inġenji tal-ajru ppermetta lill-ajruport ta’ La Rochelle jimmaniġġa inġenji tal-ajru b’kapaċità ta’ 100-200 post, bħall-B737 u l-A320, u jimmira lejn swieq ġodda fejn dawk l-inġenji tal-ajru jintużaw l-aktar (il-Gran Brittanja, il-Belġju, il-Peniżola Iberika) billi jadatta għall-istandards speċifiċi tas-sikurezza ta’ dawk l-inġenji tal-ajru. Dan jissodisfa objettiv ta’ żvilupp ekonomiku u turistiku reġjonali, li jsaħħaħ l-attraenza tal-ajruport ta’ La Rochelle u, b’hekk, għandu l-għan li jżid l-għadd ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw lejn ir-reġjun.

(331)

L-estensjoni tat-terminal għamlitha possibbli li t-terminal jiġi adattat għaż-żieda kontinwa fit-traffiku u, b’hekk, li jimmaniġġa l-passiġġieri f’konformità ma’ livell aċċettabbli ta’ sikurezza, sigurtà u kumdità, li qabel kien nieqes, kif irrimarkat f’Jannar 2000 minn studju dwar il-bini. L-istudju nnota li fl-aktar ħinijiet intensivi kienu qed jgħaddu 100 passiġġier u, b’riżultat ta’ dan, is-sala pubblika spiċċat żgħira ferm, tant li kkawżat konġestjoni u dewmien fil-proċeduri tas-sigurtà u, konsegwentement, fit-tlugħ abbord l-inġenji tal-ajru u l-iżbark minnhom. B’hekk, il-finanzjament tejjeb is-sikurezza u l-operat tal-infrastruttura, essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi tal-iżvilupp reġjonali u ż-żieda fit-turiżmu.

(332)

Jenħtieġ li jiġi nnotat ukoll li l-ajruport ta’ La Rochelle huwa konnessjoni importanti bejn l-Ewropa u r-reġjun ta’ La Rochelle. F’dak ir-rigward, l-ajruport huwa kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku u turistiku tar-reġjun. In-nuqqas ta’ ajruport f’La Rochelle jew tnaqqis sinifikanti fil-potenzjal tal-immaniġġar tiegħu x’aktarx li jimminaw dan ir-rwol, minħabba li l-vjaġġaturi kummerċjali, b’mod partikolari, ġeneralment ikunu jixtiequ jimminimizzaw il-ħinijiet tal-ivvjaġġar tagħhom, speċjalment sabiex ikunu jistgħu jagħmlu vjaġġi ta’ ritorn fl-istess jum. B’riżultat ta’ dan, kieku l-vjaġġaturi kummerċjali lejn u minn La Rochelle kellhom jużaw ajruport li ma kienx fil-viċinanza immedjata tal-belt, dan jista’ jitqies bħala ostaklu għall-iżvilupp tal-attività ekonomika.

(333)

L-ajruport ta’ La Rochelle jimmaniġġa wkoll il-flussi turistiċi ewlenin marbuta b’mod partikolari mal-qrubija tiegħu mal-île de Ré bil-kumplessi tagħha mal-baħar. Dan l-impatt pożittiv ġie vvalutat f’memo tas-CCI tal-2008 dwar strateġija għal tkabbir ikkontrollat. Il-memo jiddikjara li l-kontribuzzjoni ekonomika tal-ajruport għall-konurbazzjoni tikkorrespondi għall-infiq mill-passiġġieri tal-linji tal-ajru bi prezz baxx fl-ekonomija lokali matul is-soġġorn tagħhom (EUR 33 miljun fl-2007). Barra minn hekk, fl-2008 kien hemm 167 impjieg ibbażati fl-ajruport. Rapport dwar l-iżvilupp tat-trasport bl-ajru u tat-turiżmu prodott minn ODIT France fl-2008 rrefera għal proporzjon li ppermetta li l-kontribuzzjoni ekonomika totali tal-ajruport ta’ La Rochelle għall-ekonomija lokali tiġi stmata għal EUR 100 miljun fl-2008.

(334)

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, l-għotjiet ta’ investiment riċevuti mis-CCI-Ajruport ikkontribwew għall-iżvilupp ekonomiku ta’ La Rochelle u r-reġjun tagħha, meta jitqiesu l-impatt tal-ajruport fuq it-turiżmu u l-attività ekonomika b’mod ġenerali.

(335)

Dawn l-għotjiet ikkontribwew ukoll għall-aċċessibbiltà tar-reġjun, b’mod partikolari għat-turisti u għall-vjaġġaturi kummerċjali. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li jiġi nnotat li l-ajruport ta’ La Rochelle ma jinsabx fl-istess żona ta’ lħuq bħall-ajruport ta’ Angoulême (ara l-premessi minn 305 sa 307).

(336)

Fir-rigward tal-ajruporti ta’ Niort u Rochefort, il-Kummissjoni tqis li dawn ma humiex sostituti għal La Rochelle bħala ajruport għat-trasport tal-passiġġieri fuq servizzi skedati operati minn linji tal-ajru kummerċjali kbar (ara l-premessa 309).

(337)

B’riżultat ta’ dan, l-għajnuna għall-investiment li tippermetti lill-ajruport ta’ La Rochelle jżid il-kapaċità tal-immaniġġar tiegħu tikkontribwixxi għall-aċċessibbiltà tar-reġjun sa ċertu punt, minħabba li tevita li l-passiġġieri u l-linji tal-ajru jkollhom jagħżlu sostitut imperfett.

(338)

Barra minn hekk, il-linja TGV li tgħaqqad lil La Rochelle ma’ Pariġi, ċentru internazzjonali tat-trasport, hija biss veloċità għolja minn Saint Pierre des Corps u, b’hekk, tieħu 3 sigħat biex tasal Pariġi b’dan il-mod ta’ trasport. Il-proġett TGV Atlantique, li se jgħaqqad il-bliet ta’ Poitiers, Angoulême u Bordeaux b’veloċità sħiħa, ma jinkludix lil La Rochelle.

(339)

Għalhekk, jidher li, minkejja l-eżistenza ta’ mezzi alternattivi ta’ trasport għat-trasport bl-ajru, l-għotjiet ta’ investiment għenu biex jittejbu l-aċċessibbiltà u l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun.

(c)   L-infrastruttura hija neċessarja u proporzjonata għall-objettiv

(340)

L-investimenti kellhom l-għan li jtejbu l-operat u jiżguraw l-aħjar użu tal-infrastruttura eżistenti, b’mod partikolari minħabba li parti mill-infrastruttura ma setgħetx tintuża minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza jew minħabba li l-investiment jagħmilha possibbli li l-ajruport jiġi adattat għal żieda prevedibbli fl-għadd ta’ passiġġieri.

(341)

Fit-twettiq tal-investimenti relatati mat-tkabbir tar-runway tal-ajruport, li kienet żgħira wisq u inadegwata, is-CCI-Ajruport illimitat ruħha għal estensjoni ta’ 115-il metru, li kienet biżżejjed biex tilħaq l-objettivi tas-suq tagħha kif stabbiliti fil-premessa 330, jiġifieri li tadatta għal inġenji tal-ajru b’kapaċità massima ta’ 200 post. Din l-estensjoni kienet ġiet irrakkomandata wkoll mill-istudju mwettaq f’Jannar 2000 mis-Service Spécial des Bases Aériennes Sud-Ouest. It-traffiku rreġistrat fis-snin sussegwenti jikkonferma dawk is-sejbiet.

(342)

Kif indikat fil-premessa 331, ix-xogħol fuq it-terminal (ugwalment żgħir wisq), iffinanzjat mill-għotjiet ta’ investiment, ma wassalx għal żidiet sinifikanti fil-kapaċità, iżda kellu l-għan biss li jiżgura li l-infrastruttura ta’ daqs żgħir tkun tista’ timmaniġġa t-traffiku eżistenti u tlaħħaq aħjar mal-perjodi bl-aktar traffiku.

(343)

Għalhekk, dawn l-investimenti ma qabżux dak li kien meħtieġ sabiex l-ajruport ikompli jimmaniġġa t-traffiku eżistenti mingħajr xkiel, inkluż fil-ħinijiet bl-aktar traffiku. Għalhekk, l-investimenti kienu neċessarji u proporzjonati għall-objettiv stabbilit.

(d)   L-infrastruttura għandha prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq perjodu ta’ żmien medju

(344)

Jenħtieġ li jiġi nnotat li bejn l-2005 u l-2007, it-traffiku fl-ajruport ta’ La Rochelle varja bejn madwar 120 000 u madwar 220 000 passiġġier fis-sena u li t-traffiku dejjem żdied matul is-snin. Għalhekk, kien raġonevoli kemm fl-2005 kif ukoll fl-2007 li jkunu mistennija prospetti għal użu sinifikanti u akbar.

(345)

Għalhekk, dawn il-prospetti ġġustifikaw l-investimenti mmirati biex l-infrastruttura tinżamm f’kundizzjoni li tkun tista’ timmaniġġa t-traffiku eżistenti u tlaħħaq mat-tkabbir annwali tal-ajruport, madankollu mingħajr ma tiżdied il-kapaċità b’mod sinifikanti.

(346)

Jenħtieġ li jitfakkar f’dak ir-rigward li l-ħidma biex jitbiddel id-daqs tar-runway ta’ La Rochelle kienet maħsuba biex din tkun tista’ timmaniġġa inġenji tal-ajru ta’ kapaċità ogħla u tadatta għall-istandards ta’ sikurezza speċifiċi għal ċerti inġenji tal-ajru, bil-għan aħħari li tippromwovi żieda fl-għadd ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw lejn ir-reġjun. Barra minn hekk, l-estensjoni tat-terminal għamlitha possibbli li t-terminal jiġi adattat għaż-żieda kontinwa fit-traffiku u, b’hekk, li jimmaniġġa l-passiġġieri f’konformità ma’ livell aċċettabbli ta’ sikurezza, sigurtà u kumdità, u li jiġu evitati l-konġestjoni u d-dewmien fil-proċeduri tas-sigurtà u, konsegwentement, fit-tlugħ abbord l-inġenji tal-ajru u l-iżbark minnhom. L-għotjiet ta’ investiment iffinanzjaw ix-xogħol ta’ rinnovazzjoni u titjib tar-runway maħsub biex l-infrastruttura tinżamm f’kundizzjoni li tkompli timmaniġġa t-tipi eżistenti ta’ inġenji tal-ajru u l-volum ta’ traffiku mingħajr żidiet sinifikanti fil-kapaċità, u biex jittejjeb l-operat tal-ajruport f’ħinijiet bl-aktar traffiku. Għalhekk, bħala konklużjoni, l-infrastruttura ffinanzjata kellha prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq perjodu ta’ żmien medju meta ngħataw l-għotjiet ta’ investiment.

(e)   Aċċess għall-infrastruttura b’mod ugwali u mhux diskriminatorju

(347)

L-ajruport ta’ La Rochelle huwa miftuħ għad-diversi linji tal-ajru li jixtiequ jużawh mingħajr ebda restrizzjoni partikolari. Għalhekk, l-infrastruttura tista’ tiġi aċċessata b’mod ugwali u mhux diskriminatorju skont it-tifsira tal-Linji Gwida tal-2005.

(f)   Nuqqas ta’ effett fuq il-kummerċ li jmur kontra l-interess komuni

(348)

Kif imsemmi hawn fuq, l-ajruport ta’ La Rochelle huwa ajruport tal-kategorija D skont il-Linji Gwida tal-2005. Il-paragrafu 39 tal-Linji Gwida jiddikjara li “il-finanzjament mogħti lil ajruporti reġjonali iżgħar (il-kategorija D) mhux probabbli li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni jew jaffettwa l-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni”.

(349)

Barra minn hekk, mill-premessi 304 u 309 jirriżulta li l-ajruport ta’ La Rochelle ma huwiex f’kompetizzjoni fiż-żona ta’ lħuq tiegħu ma’ ajruport ieħor bl-istess mudell kummerċjali li x’aktarx ikun affettwat b’mod negattiv mill-miżuri inkwistjoni. L-ajruporti ta’ Niort u Rochefort jaqdu segmenti differenti tas-suq u, għalhekk, huma biss sostituti imperfetti għal xulxin. L-ajruport ta’ Angoulême ma jinsabx fiż-żona ta’ lħuq tal-ajruport ta’ La Rochelle.

(350)

Barra minn hekk, l-għotjiet ta’ investiment inkwistjoni ma ntużawx biex jiffinanzjaw żidiet sinifikanti fil-kapaċità, b’tali mod li kienu jbiddlu l-klassifikazzjoni tal-ajruport skont il-Linji Gwida tal-2005. B’hekk, l-impatt ewlieni tal-għotjiet ta’ investiment inkwistjoni kien li ssir il-manutenzjoni tal-ajruport sa fejn, fin-nuqqas ta’ dawk l-għotjiet, dan ma kienx ikun jista’ jkompli jopera jew seta’ jagħmel dan biss taħt kundizzjonijiet agħar. Madankollu, l-għotjiet ma wasslux għall-ħolqien ta’ kapaċità ġdida li setgħet tikkompeti ma’ ajruporti oħrajn, kif muri fit-Tabella 11.

Tabella 11

Il-kapaċità użata f’termini tal-għadd ta’ passiġġieri matul il-perjodu 2002-2010

Sena

Il-kapaċità użata

2002

91 726

2003

93 763

2004

100 342

2005

127 563

2006

180 964

2007

220 088

2008

214 338

2009

167 724

2010

191 429

Sors: L-awtoritajiet Franċiżi

(351)

Fl-aħħar nett, wara li saru l-għotjiet ta’ investiment, ma kien hemm l-ebda ċaqliq sinifikanti tal-linji tal-ajru minn Angoulême għal La Rochelle, u lanqas ma kien hemm xi servizz minn Angoulême li ġie rtirat u sostitwit minn servizzi ġodda lejn l-istess destinazzjonijiet minn La Rochelle.

(352)

Filwaqt li tqis l-effetti pożittivi u negattivi kollha tal-għotjiet inkwistjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għotjiet ta’ investiment ma affettwawx il-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni.

(g)   In-neċessità u l-proporzjonalità tal-għajnuna

(353)

Huwa meqjus neċessarju u proporzjonat li jsir investiment fi tħaddim aħjar u fl-aħjar użu tal-infrastruttura eżistenti, b’mod partikolari meta parti mill-infrastruttura ma tkunx tista’ tintuża minħabba li ma tikkonformax mal-istandards tas-sikurezza (81), jew minħabba li l-investiment jagħmilha possibbli li l-ajruport jiġi adattat għal żieda prevedibbli fl-għadd ta’ passiġġieri (82).

(354)

Fir-rigward tax-xogħol fuq ir-runway, it-taxiway u l-istands tal-inġenji tal-ajru ta’ daqs żgħir wisq, l-istrateġija tal-ajruport kienet li jiftaħ rotot ġodda u jiżviluppa t-traffiku tiegħu u, għalhekk, kien jeħtieġ espansjoni ta’ din l-infrastruttura.

(355)

Fir-rigward tax-xogħol imwettaq fuq it-terminal, l-infrastruttura tal-ajruport ma kinitx adattata għaż-żieda kontinwa fit-traffiku tal-passiġġieri, li rriżultat f’dewmien u konġestjoni. Għalhekk, it-tibdil tad-daqs tal-ajruport kien kemm meħtieġ kif ukoll proporzjonat biex jiġi mmaniġġat l-influss ta’ passiġġieri.

(356)

L-għotjiet ta’ investiment ammontaw għal EUR 2 986 000 minn investiment ta’ EUR 5 876 000, jiġifieri intensità ta’ għajnuna ta’ 50,8 %, li hija aċċettabbli minħabba l-kategorija tal-ajruport.

(357)

Barra minn hekk, l-informazzjoni kollha disponibbli turi li din l-għajnuna tista’ titqies bħala meħtieġa u proporzjonata minħabba li s-CCI ma kinitx tkun tista’ tiffinanzja l-investimenti inkwistjoni mingħajr l-għajnuna u ma kinitx tkun f’pożizzjoni li tagħmel xi kontribuzzjoni ferm ogħla milli għamlet.

(358)

It-Tabella 12 hawn taħt tiġbor fil-qosor l-introjtu nett tal-ajruport ta’ La Rochelle matul il-perjodu 2002-2012 u l-kapaċità ta’ awtofinanzjament tiegħu, li hija s-somma tal-introjtu nett u tal-imposti mhux fi flus (essenzjalment deprezzament u dispożizzjonijiet għal obbligazzjonijiet u imposti). Il-kapaċità ta’ awtofinanzjament tikkonsisti fis-somom iġġenerati mill-attivitajiet ta’ impriża li huma disponibbli biex jiffinanzjaw l-investimenti, il-kapital operatorju tal-impriża, il-ħlas lura tas-self, it-tfaddil u d-dividendi mħallsin lill-azzjonisti.

Tabella 12

Introjtu nett u kapaċità ta’ awtofinanzjament tal-ajruport ta’ La Rochelle

(EUR eluf)

Sena

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

Introjtu

1 581

2 220

2 529

3 021

4 063

4 048

4 292

3 777

4 773

5 203

5 415

Nefqa

1 756

2 295

2 510

3 355

4 801

4 607

5 020

4 548

4 970

5 694

5 911

Introjtu nett

- 175

-75

19

- 334

- 738

- 559

- 728

- 771

- 197

- 491

- 496

Kapaċità ta’ awtofinanzjament

5

228

-84

5

298

- 195

- 259

- 679

46

-2

-30

Sors: L-awtoritajiet Franċiżi

(359)

Din it-tabella turi li l-ajruport akkumula telf bejn l-2002 u l-2012. Barra minn hekk, il-kapaċità ta’ awtofinanzjament tal-ajruport varjat bejn EUR 298 000 u – EUR 679 000 fis-sena matul dak il-perjodu. Fl-2004 u l-2005, meta kienu tħallsu kważi l-għotjiet ta’ investiment kollha, il-kapaċità ta’ awtofinanzjament tal-ajruport kienet biss ta’ – EUR 84 000 u EUR 5 000, rispettivament, li kienet baxxa ħafna meta mqabbla mal-kostijiet tal-investimenti li saru (il-kost totali tal-investimenti fl-2004 u fl-2005: EUR 5 830 000) (83). B’hekk, ir-riżorsi ġġenerati mill-attivitajiet tal-ajruport ma kinux biżżejjed biex jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-finanzjament ta’ dawn l-investimenti.

(360)

Id-data disponibbli turi li r-riżultat finanzjarju kien ta’ EUR 19 000 fl-2004 u ta’ – EUR 334 000 fl-2005, is-snin meta tħallsu kważi l-għotjiet ta’ investiment kollha. Dawn iċ-ċifri jridu jitqabblu mal-introjtu nett tal-ajruport wara l-għotjiet, jiġifieri – EUR 738 000 fl-2006 u – EUR 559 000 fl-2007. B’hekk, il-finanzjament tal-investimenti inkwistjoni kollha jew saħansitra ta’ parti sinifikanti minnhom mir-riżorsi proprji tal-ajruport kien iżid b’mod konsiderevoli ħafna t-telf tiegħu, li kien diġà sostanzjali.

(361)

Barra minn hekk, minħabba n-natura fit-tul tat-telf, ma huwiex probabbli li s-CCI kienet tkun kapaċi tiffinanzja parti sinifikanti mill-investimenti inkwistjoni billi żżid id-dejn tagħha, li kien madwar EUR 226 000 fl-2005 u EUR 341 000 fl-2006 (84).

(362)

Għalhekk, l-għotjiet ta’ investiment kienu meħtieġa biex jitwettqu l-investimenti li huma ffinanzjaw. Fi kliem ieħor, huma kellhom effett ta’ inċentiv minħabba li s-CCI ma kinitx tagħmel l-investimenti mingħajr l-għotjiet. Barra minn hekk, huma jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba li s-CCI ma setgħetx żiedet b’mod sinifikanti l-kontribuzzjoni tagħha għall-finanzjament ta’ dawn l-investimenti.

(h)   Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment

(363)

Għar-raġunijiet spjegati hawn fuq f’din it-taqsima, il-Kummissjoni tqis li l-għotjiet ta’ investiment għall-perjodu 2001-2005 jikkostitwixxu għajnuna kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

(364)

Din il-konklużjoni hija bbażata fuq il-kriterji stabbiliti fil-Linji Gwida tal-2005 għall-għajnuna għall-investiment lill-ajruporti. Huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni ta’ kwalunkwe għajnuna futura għall-investiment lill-ajruport ta’ La Rochelle li l-Kummissjoni tista’ tkun meħtieġa tagħmel abbażi tal-Linji Gwida tal-2014.

7.1.3.2.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja

(365)

Kif diġà ntwera, Franza kkommettiet żball manifest ta’ valutazzjoni meta affermat li l-ġestjoni tal-ajruport ta’ La Rochelle kollu kemm hu kienet servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. B’mod partikolari, l-attività tal-operatur tal-ajruport ta’ La Rochelle li tikkonsisti fl-immaniġġjar ta’ titjiriet kummerċjali tat-trasport tal-passiġġieri fl-ajruport ma tistax titqies bħala SIEĠ ġenwin. Sa fejn id-diversi miżuri ta’ appoġġ finanzjarju koperti minn din l-investigazzjoni kienu intiżi biex jiffinanzjaw l-operat tal-attività tal-ajruport b’mod ġenerali, huma ma jistgħux jitqiesu bħala kumpens għal servizz pubbliku mogħti bil-ħsieb tal-ġestjoni ta’ SIEĠ ġenwin.

(366)

Barra minn hekk, kif muri hawn fuq, l-ebda waħda mill-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju koperti minn din l-investigazzjoni ma rriżultat minn mekkaniżmu ta’ kumpens finanzjarju li għalih il-parametri ġew stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti, akkumpanjati minn parametri għall-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens u arranġamenti għall-evitar u l-ħlas lura ta’ kwalunkwe kumpens żejjed. B’riżultat ta’ dan, il-miżuri inkwistjoni ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti mill-qafas tal-Unjoni Ewropea applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku (85), li huwa applikabbli għal dan il-każ ratione temporis.

(367)

Konsegwentement, dawn il-miżuri ma jistgħux jiġu ddikjarati bħala kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE.

(368)

Il-Kummissjoni se tanalizza l-miżuri koperti minn din il-valutazzjoni fid-dawl tad-diversi kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

(369)

Il-miżuri inkwistjoni jikkonċernaw il-finanzjament marbut mal-operat tal-ajruport: ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli b’rata żero, sottofatturazzjoni tas-servizzi fornuti mill-fergħa ġenerali tas-CCI lill-ajruport ta’ La Rochelle bejn l-2001 u l-2005 u sussidji li rċeviet is-CCI mingħand l-awtoritajiet lokali biex tikkontribwixxi għal miżuri li jippromwovu l-ajruport ta’ La Rochelle.

(370)

Dawn il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna operatorja sa fejn kienu intiżi biex jiffinanzjaw l-operat tal-ajruport ta’ La Rochelle aktar milli investimenti speċifiċi li saru fl-ajruport. Din l-għajnuna operatorja ngħatat illegalment qabel l-4 ta’ April 2014, id-data tal-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014, fejn il-Kummissjoni ddikjarat li kienet se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dawk il-Linji Gwida għall-każijiet kollha li għaddejjin bħalissa dwar l-għajnuna operatorja lill-ajruporti, anki jekk dik l-għajnuna ngħatat qabel l-4 ta’ April 2014 (86).

(371)

Skont il-Linji Gwida tal-2014, l-għajnuna operatorja mogħtija lill-ajruporti qabel l-4 ta’ April 2014 tista’ tiġi ddikjarata bħala kompatibbli sal-punt sħiħ tal-kostijiet operatorji skoperti, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 5.1.2 (87). Il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 5.1.2 tal-Linji Gwida tal-2014 huma analizzati hawn taħt.

–   L-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika

(372)

Il-ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli u s-sottofatturazzjoni ffinanzjaw id-defiċit operatorju tal-ajruport ta’ La Rochelle u, b’hekk, ippermettewlu jkompli jopera. Fir-rigward tas-sussidji mill-awtoritajiet lokali maħsuba biex jikkontribwixxu għal miżuri li jippromwovu l-ajruport ta’ La Rochelle, l-iskop ta’ dawk is-sussidji kien li jiffinanzjaw miżuri promozzjonali li kellhom l-għan li jiżviluppaw l-attività tal-ajruport.

(373)

Kif diġà spjegat fil-premessi 329 u 332, l-attività tal-ajruport ta’ La Rochelle għandha impatt pożittiv fuq l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun ta’ La Rochelle, b’mod partikolari fis-settur tat-turiżmu.

(374)

L-iżvilupp ekonomiku lokali huwa rikonoxxut mil-Linji Gwida tal-2014 bħala objettiv ta’ interess komuni li jista’ jiġġustifika l-għajnuna operatorja mogħtija lil ajruport qabel l-4 April 2014, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.

(375)

Huwa innegabbli li l-ajruport ta’ La Rochelle wassal għal influss kbir ta’ turisti lejn ir-reġjun ta’ La Rochelle u kellu impatt pożittiv fuq ir-reġjun u l-ekonomija lokali.

(376)

Dan l-impatt pożittiv ġie vvalutat f’memo tas-CCI tal-2008 dwar strateġija għal tkabbir ikkontrollat. Il-memo jiddikjara li l-kontribuzzjoni ekonomika tal-ajruport għall-konurbazzjoni tikkorrespondi għall-infiq mill-passiġġieri tal-linja tal-ajru bi prezz baxx fl-ekonomija lokali matul is-soġġorn tagħhom (EUR 33 miljun fl-2007) u l-għadd ta’ impjiegi bbażati fl-ajruport (167 fl-2008).

(377)

Ir-rapport dwar l-iżvilupp tat-trasport bl-ajru u tat-turiżmu li sar minn ODIT France fl-2008 kien fih proporzjon li jippermetti li l-kontribuzzjoni ekonomika totali tal-ajruport ta’ La Rochelle għall-ekonomija lokali tiġi stmata għal EUR 100 miljun fl-2008. Barra minn hekk, fl-2008 kien hemm 167 impjieg ibbażati fl-ajruport.

(378)

Barra minn hekk, in-nefqa għal kull passiġġier u n-nefqa globali ġew ikkalkolati matul l-istħarriġiet annwali bejn l-2006 u l-2014, li r-riżultati tagħhom huma dawn li ġejjin:

Tabella 13

In-nefqa għal kull passiġġier u n-nefqa globali fir-reġjun ta’ La Rochelle

(f’EUR)

Sena

Nefqa għal kull passiġġier

Nefqa globali

2006

336

17,8  miljun

2007

471

33  miljun

2008

367

27,4  miljun

2009

Mhux ivvalutata

Mhux ivvalutata

2010

532,58

30  miljun

2011

548,97

35  miljun

2012

558,62

37  miljun

2013

482,80

27,4  miljun

2014

578,44

33  miljun

Sors: L-awtoritajiet Franċiżi

(379)

It-Tabella 13 hawn fuq turi li l-kontribuzzjoni ekonomika tal-ajruport għar-reġjun ta’ La Rochelle żdiedet matul il-perjodu 2006-2014, bin-nefqa għal kull passiġġier żdiedet minn EUR 336 fl-2006 għal EUR 578,44 fl-2014.

(380)

Skont il-Linji Gwida tal-2014, fejn ajruport ikun jinsab fl-istess żona ta’ lħuq bħal ajruport ieħor b’kapaċità żejda, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, ibbażat fuq previżjonijiet tajbin tat-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija, irid jidentifika l-effett probabbli fuq it-traffiku tal-ajruport l-ieħor li jinsab f’dik iż-żona ta’ lħuq (88). L-ajruport ta’ La Rochelle ma jikkompetix fiż-żona ta’ lħuq tiegħu ma’ ajruport ieħor bl-istess mudell kummerċjali. L-ajruporti ta’ Niort u Rochefort jaqdu segmenti differenti tas-suq u, għalhekk, huma biss sostituti imperfetti għal xulxin (ara l-premessi 308 u 309). L-ajruport ta’ Angoulême ma jinsabx fiż-żona ta’ lħuq tal-ajruport ta’ La Rochelle. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li l-effett probabbli tat-traffiku ta’ La Rochelle fuq l-ajruporti ġirien ġie kkunsidrat u li ġie eskluż impatt sinifikanti.

(381)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna operatorja mogħtija lill-ajruport ta’ La Rochelle kkontribwiet għall-objettiv tal-iżvilupp ekonomiku u tal-konnettività tar-reġjun ta’ La Rochelle.

(b)   Il-ħtieġa ta’ intervent mill-Istat u l-adegwatezza tal-għajnuna bħala strument ta’ politika

(382)

L-għajnuna operatorja kienet meħtieġa biex jiġi żgurat li l-operat tal-ajruport ta’ La Rochelle kien finanzjarjament vijabbli u, għalhekk, kompla jopera. Minn perspettiva baġitarja, l-għajnuna inkwistjoni kienet meħtieġa minħabba li l-ajruport ma kienx finanzjarjament vijabbli u ġġenera defiċit ta’ flus. Fid-dawl tar-riżultati tiegħu, l-ajruport ma kienx ikun jista’ jiffinanzja aktar mill-fondi tiegħu stess.

(383)

Barra minn hekk, il-Linji Gwida tal-2014 jirrikonoxxu li “taħt il-kundizzjonijiet preżenti tas-suq, ajruporti iżgħar jista’ jkollhom diffikultajiet biex jiżguraw il-finanzjament tal-operat tagħhom mingħajr finanzjament pubbliku” (89). Il-Linji Gwida jispeċifikaw li l-ajruporti b’sa 700 000 passiġġier fis-sena jistgħu ma jkunux kapaċi jkopru l-kostijiet operatorji tagħhom b’mod sostanzjali. L-ajruport ta’ La Rochelle huwa wieħed mill-ajruporti iżgħar, minħabba li t-traffiku tiegħu ma huwiex mistenni li jaqbeż 300 000 passiġġier qabel l-2020 u ma qabiżx 200 000 passiġġier qabel l-2007.

(384)

Skont il-Linji Gwida tal-2014, jenħtieġ li jiġi eżaminat jekk setgħux jintużaw strumenti ta’ politika jew strumenti ta’ għajnuna oħrajn u jekk dawn kinux joħolqu inqas distorsjoni tal-kompetizzjoni (90). Kif diġà ġie indikat, l-ajruport irreġistra defiċit operatorju sostanzjali kull sena matul il-perjodu 2002-2012 (ħlief fl-2004). Sabiex jinżamm fin-negozju u jingħata l-likwidità meħtieġa biex jopera, kien għalhekk diffiċli, f’dan il-kuntest, li jiġi previst kwalunkwe strument minbarra sussidji operatorji mhux ripagabbli, bħas-sussidji għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni u s-sottofatturazzjoni, u l-ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli mingħajr imgħax u mingħajr skadenza speċifika għall-ħlas lura.

(385)

B’hekk, l-għajnuna operatorja għall-ajruport ta’ La Rochelle kienet meħtieġa u xierqa.

(c)   Effett ta’ inċentiv u l-proporzjonalità tal-għajnuna

(386)

Skont il-Linji Gwida tal-2014, jenħtieġ li jiġi aċċertat jekk, fin-nuqqas tal-għajnuna operatorja, il-livell tal-attività ekonomika tal-ajruport kienx jitnaqqas b’mod sinifikanti u jekk, barra minn hekk, l-għajnuna kinitx limitata għall-minimu neċessarju sabiex isseħħ l-attività megħjuna (91).

(387)

Billi l-ajruport ta’ La Rochelle ma kienx finanzjarjament vijabbli, l-attività tiegħu kienet titnaqqas b’mod sinifikanti biex jiġi żgurat li l-finanzi tiegħu jkunu bilanċjati jew saħansitra jitwaqqfu kompletament mingħajr il-miżuri ta’ appoġġ biex jiffinanzjaw il-kostijiet operatorji tiegħu. Għalhekk, l-għajnuna kellha effett ta’ inċentiv skont it-tifsira tal-punt 124 tal-Linji Gwida tal-2014.

(388)

Barra minn hekk, mit-Tabella 12 jidher li d-diversi sussidji operatorji kienu limitati għall-ammonti meħtieġa biex tiġi żgurata l-vijabbiltà finanzjarja tal-ajruport, mingħajr ma jmorru lil hinn minn dan. Bl-eċċezzjoni tal-2004, meta r-riżultat kontabilistiku kien pożittiv (EUR 19 000), ir-riżultat kontabilistiku kien dejjem negattiv, li jindika li l-għajnuna operatorja għall-ajruport qatt ma qabżet is-somom meħtieġa biex jinżamm riżultat kontabilistiku bilanċjat.

(389)

Il-każ speċifiku tal-ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli mogħtija mill-fergħa ġenerali tas-CCI rriżulta mill-obbligu li jiġi ppreżentat baġit bilanċjat għall-ajruport, li kien impost fuq is-CCI mill-ftehim ta’ konċessjoni. L-ammont tal-ħlasijiet bil-quddiem ġie stabbilit kull sena meta tfassal il-baġit, sabiex jiġi żgurat li jkun bilanċjat. It-tħejjija tal-baġits għall-ajruporti ġestiti mill-kmamar tal-kummerċ u l-industrija hija soġġetta għal proċeduri stretti maħsuba biex jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet pubbliċi użati biex jibbilanċjaw il-baġit ikunu limitati għall-minimu neċessarju.

(390)

B’hekk, il-Kummissjoni tqis li d-diversi sussidji operatorji riċevuti mis-CCI-Ajruport kienu limitati għall-minimu.

(d)   Valutazzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tal-effetti fuq il-kummerċ

(391)

Skont il-Linji Gwida tal-2014, meta vvalutat il-kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja mogħtija qabel l-4 ta’ April 2014, il-Kummissjoni tqis id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ (92).

(392)

L-għajnuna mogħtija lil ajruport tal-Unjoni jista’ potenzjalment ikollha effett negattiv fuq l-ajruporti kollha tal-Unjoni. L-ajruporti kollha tal-Unjoni huma f’kompetizzjoni ma’ xulxin sabiex jattiraw il-linji tal-ajru, fil-kuntest tas-suq intern tat-trasport bl-ajru. Fil-każ ta’ għajnuna operatorja li tippermetti lill-ajruport jibqa’ ekonomikament vijabbli, l-intensità ta’ dan l-effett ġenerali fuq l-ajruporti l-oħrajn tiddependi mill-volum ta’ attività tal-ajruport megħjun, li jista’ jiġi espress b’mod partikolari mill-għadd ta’ passiġġieri, rotot u frekwenzi.

(393)

Jenħtieġ li jiġi nnotat f’dan ir-rigward li, matul il-perjodu kkunsidrat (2001-2012), l-ajruport ta’ La Rochelle baqa’ ajruport żgħir. L-ajruport ta’ La Rochelle huwa wieħed mill-ajruporti iżgħar, minħabba li t-traffiku tiegħu ma huwiex mistenni li jaqbeż 300 000 passiġġier qabel l-2020 u ma qabiżx 200 000 passiġġier fis-sena qabel l-2007. Għalhekk, il-volum ta’ attività tal-ajruport ta’ La Rochelle baqa’ modest. Għalhekk, l-effett ġenerali tal-għajnuna mogħtija lil dan l-ajruport fuq l-ajruporti l-oħrajn kollha kien relattivament limitat.

(394)

Madankollu, l-effetti tal-għajnuna operatorja mogħtija lil ajruport partikolari fuq ajruport ieħor jiżdiedu jekk iż-żewġ ajruporti jkunu qrib xulxin. B’mod partikolari, meta wieħed mill-ajruporti jkun jinsab fiż-żona ta’ lħuq tal-ieħor, il-kompetizzjoni bejniethom biex jattiraw il-linji tal-ajru li jixtiequ jaqdu r-reġjun inkwistjoni tkun partikolarment intensa. Barra minn hekk, meta jkun hemm rotot li jitilqu minn kull wieħed minn dawn l-ajruporti lejn l-istess destinazzjoni, dawn l-ajruporti jkunu f’kompetizzjoni biex jattiraw il-passiġġieri li jixtiequ jivvjaġġaw lejn din id-destinazzjoni, li għandhom għażla bejn iż-żewġ ajruporti għal dan il-vjaġġ.

(395)

L-ajruport ta’ Angoulême ma jinsabx fl-istess żona ta’ lħuq bħall-ajruport ta’ La Rochelle (ara l-premessi minn 305 sa 307).

(396)

Fir-rigward tal-ajruporti ta’ Niort u Rochefort, il-Kummissjoni tqis, għall-istess raġunijiet bħal dawk stabbiliti fil-premessi 308 u 309, li s-sussidji inkwistjoni għall-ajruport ta’ La Rochelle ma humiex tali li jfixklu l-kompetizzjoni mal-ajruporti ta’ Niort u Rochefort.

(397)

B’riżultat ta’ dan, l-għajnuna operatorja inkwistjoni kellha impatt limitat fuq l-ajruporti qrib l-ajruport ta’ La Rochelle.

(398)

Filwaqt li tqis dawn l-effetti pożittivi u negattivi kollha tal-għajnuna inkwistjoni b’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-fehma li din l-għajnuna ma affettwatx il-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni.

(399)

Fid-dawl tal-informazzjoni stabbilita hawn fuq rigward l-impatt tal-għajnuna inkwistjoni fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, u minħabba l-kontribut importanti ta’ din l-għajnuna għall-iżvilupp ekonomiku taż-żona li fiha jinsab l-ajruport ta’ La Rochelle, b’mod partikolari minħabba l-impatt ta’ benefiċċju fuq it-turiżmu u n-negozju lokali fir-reġjun, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna inkwistjoni ma affettwatx il-kompetizzjoni u l-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni.

(e)   Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja

(400)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli, is-sussidji operatorji eċċezzjonali, is-sottofatturazzjoni tas-servizzi fornuti mill-fergħa ġenerali tas-CCI lill-ajruport ta’ La Rochelle bejn l-2001 u l-2005 u s-sussidji għall-miżuri promozzjonali jikkostitwixxu għajnuna kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

(401)

Din il-konklużjoni hija bbażata fuq il-kriterji speċifiċi stabbiliti fil-Linji Gwida tal-2014 għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja mogħtija lill-ajruporti qabel l-4 ta’ April 2014. Huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni ta’ kwalunkwe għajnuna futura lill-ajruport ta’ La Rochelle li l-Kummissjoni tista’ tkun meħtieġa tagħmel abbażi tar-regoli stabbiliti mil-Linji Gwida tal-2014 għall-għajnuna mogħtija wara l-4 ta’ April 2014.

7.2.   Miżuri favur il-linji tal-ajru

7.2.1.   L-eżistenza ta’ għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE

(402)

L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jiddikjara li kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, sa fejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, hija inkompatibbli mas-suq intern.

(403)

Għalhekk, sabiex miżura tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, għandhom jiġu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:

il-benefiċjarju jrid ikun impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, li jippresupponi li jwettaq attività ekonomika;

il-miżura inkwistjoni trid tingħata permezz ta’ riżorsi tal-Istat u tkun imputabbli lill-Istat;

il-miżura trid tagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju jew benefiċjarji tagħha;

il-miżura inkwistjoni trid tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni u x’aktarx li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.2.1.1.   Il-kunċett ta’ impriża

(404)

Għall-finijiet li jiġi ddeterminat jekk il-miżuri vvalutati jikkostitwux għajnuna mill-Istat, huwa meħtieġ li jiġi ddeterminat jekk il-benefiċjarji, Ryanair/AMS u Jet2, humiex impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Ma jistax jiġi kkontestat li dawn iż-żewġ kumpaniji huma entitajiet involuti fil-forniment ta’ servizzi ta’ trasport bl-ajru u ta’ reklamar. Bħala tali, huma involuti f’attivitajiet ekonomiċi.

7.2.1.2.   Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat

(405)

Id-diversi ftehimiet li huma soġġetti għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali ġew konklużi bejn il-linji tal-ajru, minn naħa, u s-CCI, min-naħa l-oħra.

(406)

Il-Kummissjoni l-ewwel nett tirrimarka li sabiex tivvaluta speċifikament l-imputabbiltà lill-Istat tal-miżuri inkwistjoni (jiġifieri l-pagamenti pubbliċi mogħtija skont dawk il-ftehimiet), huwa irrilevanti li ssir distinzjoni bejn is-CCI kollha kemm hi, il-fergħa ġenerali tas-CCI u s-CCI-Ajruport. Is-CCI-Ajruport ma għandhiex il-personalità ġuridika tagħha distinta minn dik tas-CCI, u d-diversi ftehimiet ġew konklużi mill-president tas-CCI jew taħt il-kontroll tiegħu. Is-CCI-Ajruport ma hijiex entità distinta bl-awtonomija tagħha stess f’dak li għandu x’jaqsam mat-teħid tad-deċiżjonijiet, għajr fir-rigward tal-operat ta’ kuljum tal-ajruport. Għalhekk, minn dan isegwi li l-imġiba tas-CCI-Ajruport u tas-CCI kollha kemm hi jridu jiġu vvalutati flimkien, f’termini tar-relazzjonijiet tagħhom mal-linji tal-ajru u mas-sussidjarji tagħhom, sabiex jiġi applikat it-test tal-operatur f’ekonomija tas-suq. Il-Kummissjoni tirrimarka li dan l-approċċ diġà kien segwit fil-prattika tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha (93).

(407)

Kif diġà ġie stabbilit fit-Taqsima 7.1.1.2, is-CCI hija awtorità pubblika, li r-riżorsi kollha tagħha jridu jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat u li d-deċiżjonijiet kollha tagħha huma imputabbli lill-Istat skont it-tifsira tal-każistika dwar l-għajnuna mill-Istat.

(408)

Is-CCI u Ryanair jiddikjaraw fil-kummenti tagħhom li l-ftehimiet konklużi mis-CCI mal-linji tal-ajru ma jistgħux jitqiesu bħala imputabbli lill-Istat.

(409)

L-ewwel nett, Ryanair u s-CCI jikkontestaw l-imputabbiltà lill-Istat tad-diversi miżuri inkwistjoni, billi jaffermaw li l-Istat ma għandu l-ebda influwenza fuq id-deċiżjonijiet meħuda mill-kmamar tal-kummerċ u l-industrija u sempliċiment jeżerċita rwol superviżorju. Ryanair u s-CCI jibbażaw l-argument tagħhom prinċipalment fuq il-fatt li ma hemm l-ebda integrazzjoni funzjonali tas-CCIs fl-istrutturi tal-Istat, billi l-membri kollha tal-korpi governattivi tal-kmamar tal-kummerċ u l-industrija huma kummerċjanti jew maniġers ta’ kumpaniji kummerċjali, mingħajr ebda pożizzjoni riżervata għal rappreżentant tal-Istat. Ryanair tindika wkoll opinjoni tal-Kunsill tal-Istat li għandha tendenza turi li l-kmamar tal-kummerċ u l-industrija huma indipendenti mill-Istat. Skont din l-opinjoni, il-fatt li l-kmamar tal-kummerċ u l-industrija “huma marbuta mal-Istat, sa fejn kwalunkwe korp pubbliku teknikament irid ikun marbut ma’ persuna ġuridika, fih innifsu ma jimplika ebda subordinazzjoni”.

(410)

Għall-kuntrarju ta’ dak li Ryanair u s-CCI jsostnu fil-kummenti tagħhom, huwa irrilevanti f’dan ir-rigward li l-kmamar tal-kummerċ u l-industrija huma amministrati minn persuni eletti minn kummerċjanti u mexxejja tan-negozju mingħajr ebda pożizzjoni riżervata għal rappreżentant tal-Istat. Il-kmamar tal-kummerċ u l-industrija huma, f’dan ir-rigward, bħall-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma ġestiti minn uffiċjali eletti lokali indipendenti mill-Istat (fis-sens strett), u mhux minn impjegati taċ-ċivil maħtura minn awtoritajiet pubbliċi oħrajn. Barra minn hekk, il-parlamenti nazzjonali huma wkoll magħmula minn rappreżentanti eletti. Madankollu, il-parlamenti jifformaw waħda mill-awtoritajiet pubbliċi essenzjali fi Stat demokratiku.

(411)

Barra minn hekk, il-grad ta’ influwenza jew kontroll eżerċitat mill-Istat (fis-sens strett) fuq l-attivitajiet tal-kmamar tal-kummerċ u l-industrija huwa wkoll kompletament irrilevanti, minħabba li dawn il-korpi huma stess huma awtoritajiet pubbliċi. Is-sitwazzjoni tal-kmamar tal-kummerċ u l-industrija hija differenti minn dik tal-impriżi pubbliċi, li fir-rigward tagħhom il-Qorti ċċarat il-kriterji għall-imputabbiltà lill-Istat fis-sentenza Stardust Marine (94). Fil-każ ta’ miżura meħuda minn impriża pubblika li għandha l-vokazzjoni primarja li twettaq attività ekonomika, irid jiġi ddeterminat jekk l-awtoritajiet pubbliċi li jikkontrollaw dik l-impriża, pereżempju minħabba s-sehem tal-kapital li għandhom fl-imsemmija impriża, humiex involuti fl-adozzjoni tal-miżura inkwistjoni. Is-sitwazzjoni ta’ kamra tal-kummerċ u tal-industrija hija differenti fis-sens li tali korp huwa stess parti mill-amministrazzjoni pubblika, jew “awtorità intermedja tal-Istat” u, għalhekk, awtorità pubblika maħluqa bil-liġi biex tissodisfa interessi ġenerali. B’riżultat ta’ dan, sabiex jiġi ddeterminat jekk deċiżjoni ta’ kamra tal-kummerċ u tal-industrija hijiex imputabbli lill-Istat (kif definita b’mod wiesa’ mill-każistika dwar l-għajnuna mill-Istat), ma huwiex meħtieġ li jiġi ddeterminat jekk awtorità pubblika oħra (pereżempju, l-Istat fis-sens strett jew awtorità lokali) kinitx involuta fid-deċiżjoni inkwistjoni. Fir-realtà, tali deċiżjoni neċessarjament tissodisfa l-kriterju tal-imputabbiltà.

(412)

Dan l-approċċ kien segwit qabel mill-Kummissjoni fil-prattika tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha u kien approvat mill-każistika. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddikjarat fir-rigward tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Var li “minħabba l-istatus tagħha ta’ istituzzjoni pubblika taħt il-liġi Franċiża, hija twettaq l-attività tagħha f’żona ġeografika ddefinita, hija mmexxija minn membri eletti u għandha riżorsi fiskali miġbura mingħand l-impriżi rreġistrati fir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji u, għalhekk, taqa’ taħt il-kategorija tal-“awtoritajiet pubbliċi” skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/52/KE. Għalhekk, ma huwiex meħtieġ li jiġi ddeterminat jekk il-miżura hijiex imputabbli lill-Istat skont it-tifsira tal-każistika ta’ Stardust Marine” (95). B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali approvat dan l-approċċ f’sentenzi reċenti dwar l-għajnuna mogħtija lil-linji tal-ajru mis-CCI ta’ Nîmes u mis-CCI ta’ Pau: “il-Kummissjoni kienet korretta meta kienet tal-fehma [...], abbażi ta’ dawk l-elementi fattwali kollha, li CCIs bħas-CCIPB kellhom jitqiesu bħala awtoritajiet pubbliċi li d-deċiżjonijiet kollha tagħhom, l-istess bħal dawk tal-amministrazzjoni ċentrali jew tal-awtoritajiet lokali, kienu neċessarjament imputabbli lill-Istat” (96). Din l-analiżi tapplika wkoll għas-CCI f’dan il-każ.

(413)

Is-CCI tqis ukoll li l-attività mwettqa f’dan il-każ, jiġifieri l-operat tal-ajruport ta’ La Rochelle, hija attività ekonomika mwettqa taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni ma’ operaturi privati. Madankollu, dak l-argument huwa żejjed minħabba li ma hemm xejn li jipprekludi attività ekonomika milli titwettaq minn korp tal-Istat (97), bħal kamra tal-kummerċ u tal-industrija (98). Barra minn hekk, kif muri hawn fuq fit-Taqsima 7.1.1.2, ir-raison d’être u l-objettiv primarju tal-kmamar tal-kummerċ u l-industrija jinsabu fil-kompiti ta’ interess ġenerali mogħtija lilhom bil-liġi. L-attivitajiet industrijali u kummerċjali tal-kmamar tal-kummerċ u l-industrija huma b’hekk anċillari għall-kompiti ta’ interess ġenerali tagħhom u huma maħsuba biex jgħinu fit-twettiq ta’ dawk il-kompiti.

(414)

Għar-raġunijiet kollha ta’ hawn fuq, l-argumenti tas-CCI u ta’ Ryanair huma irrilevanti, u d-diversi ftehimiet konklużi mis-CCI u soġġetti għal din l-investigazzjoni jridu jitqiesu bħala imputabbli lill-Istat u li jinvolvu l-użu ta’ riżorsi tal-Istat.

(415)

Abbażi ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-konklużjoni ta’ dawk il-ftehimiet tinvolvi l-użu ta’ riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u li d-deċiżjonijiet li jiġu konklużi dawk il-ftehimiet huma imputabbli lill-Istat.

7.2.1.3.   Vantaġġ selettiv favur Buzz u easyJet

(416)

Fir-rigward ta’ Buzz, kif indikat fit-Taqsima 3.2.2.3, Franza ċċarat li ma sar l-ebda pagament ta’ kummerċjalizzazzjoni lil Buzz, hekk kif il-miżuri promozzjonali u n-nefqa ta’ komunikazzjoni dwar Buzz imsemmija fir-rapport tas-CRC fil-fatt huma relatati mal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqa skont ftehim konkluż ma’ Maison de la France u mhux ma’ Buzz. Barra minn hekk, dawn il-miżuri promozzjonali ma kinux marbuta ma’ Buzz. B’hekk, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali neħħiet id-dubji tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna potenzjali lil Buzz.

(417)

Fir-rigward ta’ easyJet, kif indikat fit-Taqsima 3.2.2.4, Franza ċċarat li, kuntrarju għall-informazzjoni li tinsab fir-rapport tas-CRC, easyJet ma rċeviet l-ebda finanzjament għal servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jew ta’ reklamar. B’hekk, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali neħħiet id-dubji tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna potenzjali lil easyJet.

7.2.1.4.   Vantaġġ selettiv favur Flybe u Aer Arann mogħti mill-ftehimiet konklużi mas-CCI matul il-perjodu taħt investigazzjoni

(418)

Il-ftehimiet iffirmati mal-linji tal-ajru Flybe u Aer Arann taw lok għal skontijiet sostanzjali fuq l-imposti, li jikkostitwixxi vantaġġ favur dawk il-linji tal-ajru.

(419)

Il-ftehimiet ġew konklużi fil-kuntest tal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni dwar l-imposti tas-CCI tas-27 ta’ Marzu 2008, li pprevediet sistema ta’ skontijiet digressivi fuq l-imposti tal-ajruport, limitati għal 3 snin għat-tnedija ta’ rotot ġodda jew għall-operat tar-rotot eżistenti matul l-istaġun ta’ skedar tax-xitwa.

(420)

Jirriżulta li din l-iskema ta’ skontijiet applikat għal kwalunkwe linja tal-ajru li topera jew li tixtieq topera mill-ajruport ta’ La Rochelle u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni dwar l-imposti tas-27 ta’ Marzu 2008. Kwalunkwe linja tal-ajru tista’ tibbenefika minn dawn l-iskontijiet għat-tnedija ta’ rotot ġodda jew għall-operat kontinwu tar-rotot eżistenti matul l-istaġun ta’ skedar tax-xitwa. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni li dawk il-kundizzjonijiet kellhom l-effett li jillimitaw il-benefiċċju tal-iskontijiet għal ċerti linji tal-ajru.

(421)

B’hekk, billi l-iskema ta’ skontijiet tfasslet u ġiet applikata b’mod mhux diskriminatorju, il-vantaġġ mogħti lil Flybe u Aer Arann ma huwiex selettiv (99). Konsegwentement, l-iskema ta’ skontijiet applikata għal Flybe u Aer Arann ma tikkostitwix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, billi l-kundizzjoni tas-selettività ma hijiex issodisfata.

7.2.1.5.   L-eżistenza ta’ vantaġġ favur Ryanair/AMS u Jet2 fil-ftehimiet konklużi mas-CCI matul il-perjodu taħt investigazzjoni

(422)

Fir-rigward tal-eżenzjoni ta’ Ryanair mill-imposti tad-dawl tar-runway, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali għamlitha ċara li l-eżenzjoni kienet dovuta għall-fatt li t-titjiriet ta’ Ryanair kienu operati matul il-jum u, għalhekk, ma kinux jeħtieġu l-użu tad-dawl. Għalhekk, dik l-eżenzjoni ma tinvolvi l-ebda vantaġġ ekonomiku favur Ryanair.

(423)

Fir-rigward tas-servizzi fuq l-art previsti fil-ftehimiet suċċessivi konklużi ma’ Ryanair, b’mod partikolari l-ftehim nru 1, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali neħħiet id-dubji tal-Kummissjoni rigward l-eżistenza attwali ta’ dawk is-servizzi. Kif indikat fil-premessa 72, is-CCI aġixxiet biss bħala intermedjarja bejn Ryanair u Atlantica (il-kumpanija tas-servizzi fuq l-art), u l-ftehim nru 1 sempliċiment speċifika l-ipprezzar stabbilit minn Atlantica. Għalhekk, is-servizzi fuq l-art previsti fil-ftehimiet suċċessivi konklużi ma’ Ryanair ma jinvolvu l-ebda vantaġġ ekonomiku favur Ryanair.

(424)

Fir-rigward tal-miżuri l-oħrajn, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-ftehimiet konklużi jagħtux vantaġġ lil-linji tal-ajru kkonċernati, jenħtieġ li fil-prinċipju l-Kummissjoni teżamina jekk, f’ċirkostanzi simili, operatur ta’ ajruport li jopera taħt kundizzjonijiet normali tal-ekonomija tas-suq kienx jidħol fi ftehimiet kummerċjali simili jew identiċi għal dawk konklużi mis-CCI.

(425)

Għall-fini tal-valutazzjoni tal-ftehimiet inkwistjoni, jenħtieġ li jiġi nnotat li kemm l-eżistenza kif ukoll l-ammont ta’ għajnuna f’dawn il-ftehimiet iridu jiġu vvalutati fid-dawl tas-sitwazzjoni prevalenti fiż-żmien meta ġew iffirmati (100). Għalhekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-operatur tal-ajruport aġixxiex bħala investitur prudenti f’ekonomija tas-suq motivat mill-prospett ta’ profitti (101), il-ftehimiet iffirmati jridu jiġu vvalutati għal kull perjodu inkwistjoni, jiġifieri fiż-żmien meta ġew iffirmati.

(426)

Wara li teżamina diversi kunsiderazzjonijiet metodoloġiċi dwar il-metodu użat biex jiġi applikat it-test tal-operatur prudenti, minn naħa, u dak użat għar-rikostruzzjoni tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni se tanalizza d-diversi miżuri inkwistjoni.

(a)   Kunsiderazzjonijiet metodoloġiċi dwar il-metodu użat sabiex jiġi applikat it-test tal-operatur prudenti

(427)

Jenħtieġ li l-kwistjonijiet metodoloġiċi li ġejjin jiġu eżaminati sabiex jiġi ddeterminat il-metodu użat sabiex jiġi applikat it-test tal-operatur prudenti:

1)

Il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport jenħtieġ li jiġu analizzati separatament jew flimkien?

2)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-MEO, kemm tkun xierqa, fir-rigward tal-analiżi tal-profittabbiltà inkrementali, analiżi komparattiva tat-termini tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport eżaminati skont il-proċedura ta’ investigazzjoni formali kontra l-imposti tal-ajruport fatturati f’ajruporti oħrajn?

3)

X’benefiċċji seta’ qies MEO ipotetiku meta ffirma l-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni?

4)

X’perjodu ta’ żmien kien jagħżel MEO biex jivvaluta l-merti tal-iffirmar ta’ ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport u/jew ta’ ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni?

(1)   Analiżi konġunta tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport u tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni

(428)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-test tal-investitur prudenti f’ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk il-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi mis-CCI ma’ Ryanair u ma’ AMS, kif imsemmi fi Table 9, jenħtieġx li jiġu vvalutati flimkien (102).

(429)

Franza ddikjarat li taqbel (103) mal-approċċ meħud fid-deċiżjoni tal-ftuħ, li kien jikkonsisti fil-valutazzjoni flimkien tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport u tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmati b’mod konġunt.

(430)

Madankollu, Ryanair tikkontesta dan l-approċċ, minħabba li temmen li jenħtieġ li l-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi ma’ AMS jiġu analizzati separatament mill-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport konklużi ma’ Ryanair. AMS temmen ukoll li l-ftehimiet li ffirmat mas-CCI għandhom interess kummerċjali intrinsiku li huwa distint minn dak tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport.

(431)

Għalhekk, huwa xieraq li jiġi kkunsidrat jekk, kif tiddikjara Ryanair, il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhomx interess li huwa distint minn dak tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport. Sabiex tiġi mwieġba din il-mistoqsija, iridu jiġu indirizzati l-mistoqsijiet li ġejjin:

Ryanair u s-sussidjarja tagħha AMS jenħtieġ li jitqiesu individwalment jew b’mod konġunt għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku?

X’kien il-kompitu mwettaq mis-CCI meta xtrat is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni?

Hemm rabta inseparabbli bejn il-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni?

Analiżi konġunta jew separata ta’ Ryanair u AMS bl-iskop li tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku

(432)

Fir-rigward tal-ftehimiet konklużi bejn is-CCI, minn naħa, u Ryanair u AMS, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni l-ewwel trid tiddetermina jekk, għall-fini tal-identifikazzjoni ta’ vantaġġ ekonomiku li setgħu bbenefikaw minnu, jenħtieġ li Ryanair u s-sussidjarja tagħha AMS jiġu kkunsidrati individwalment jew b’mod konġunt fiż-żmien meta ġew iffirmati l-ftehimiet.

(433)

Il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li, meta ġew iffirmati l-ftehimiet, AMS kienet sussidjarja proprjetà sħiħa ta’ Ryanair li l-maniġers tagħha kienu uffiċjali eżekuttivi għoljin ta’ Ryanair (104), u li l-kumpanija nħolqot għall-iskop uniku li tipprovdi servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq is-sit web ta’ Ryanair u ma wettqet l-ebda attività oħra. AMS aġixxiet fl-interessi u taħt il-kontroll ta’ Ryanair, u l-profitti tagħha marru għand Ryanair fil-forma ta’ dividendi jew żieda fil-valur tal-kumpanija. Konsegwentement, Ryanair tista’ tiġi preżunta li eżerċitat influwenza deċiżiva fuq l-imġiba ta’ AMS.

(434)

Barra minn hekk, filwaqt li s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni nxtraw għall-ewwel darba taħt żewġ ftehimiet ma’ Ryanair fl-1 ta’ Diċembru 2003 u fl-1 ta’ Jannar 2004, kien sussegwentement mingħand AMS li s-CCI xtrat is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni taħt il-ftehimiet konklużi mill-1 ta’ April 2006. Il-fatt li AMS issostitwiet lil Ryanair bħala fornitur tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni lis-CCI jiżvela wkoll li Ryanair u s-sussidjarja tagħha AMS huma konnessi fir-rigward tad-diversi ftehimiet konklużi mas-CCI.

(435)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi ma’ AMS kollha jispeċifikaw fid-dikjarazzjoni tal-iskop tagħhom li huma marbuta biss mal-impriża ta’ Ryanair li topera titjiriet mill-ajruport ta’ La Rochelle.

(436)

B’hekk, il-fatt li AMS twettaq attività differenti minn dik imwettqa minn Ryanair ma jistax jaħbi n-natura komplementari ħafna ta’ dawn iż-żewġ attivitajiet: l-operat tal-linji tal-ajru u r-reklamar għalihom.

(437)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tirrimarka li dan l-approċċ diġà ttieħed fil-prattika tat-teħid tad-deċiżjonijiet reċenti tagħha (105) u huwa appoġġat mill-każistika (106).

(438)

Għalhekk, għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni temmen li jenħtieġ li l-miżuri favur Ryanair u AMS jiġu vvalutati b’mod konġunt sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm vantaġġ ekonomiku, minħabba li Ryanair u AMS jifformaw benefiċjarju wieħed tal-miżuri inkwistjoni (107).

Il-kompitu mwettaq mis-CCI meta tixtri s-servizzi tal-immarkar

(439)

Approċċ wieħed ikun li jiġi kkunsidrat li s-CCI ffirmat il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni bħala l-operatur tal-ajruport (108), u għalhekk li l-imġiba tagħha titqabbel ma’ dik ta’ operatur ipotetiku tal-ajruport immotivat mill-prospett ta’ profitti.

(440)

Approċċ ieħor ikun li jiġi kkunsidrat li s-CCI aġixxiet bħala korp fdat b’missjoni ta’ interess ġenerali, jiġifieri l-iżvilupp ekonomiku ta’ La Rochelle u r-reġjun tagħha, u li hija xtrat dawn is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni sabiex twettaq dik il-missjoni, irrispettivament mill-kapaċità tagħha bħala l-operatur tal-ajruport ta’ La Rochelle. Dan it-tieni approċċ huwa bbażat fuq il-fatt li s-CCI hija investita bil-liġi b’tali kompitu ta’ żvilupp ekonomiku.

(441)

Skont dan l-approċċ alternattiv, jenħtieġ li jiġi vverifikat kemm li s-servizzi inkwistjoni jissodisfaw “ħtieġa attwali” tax-xerrej pubbliku (pereżempju, minħabba li jistgħu jkunu marbuta ma’ sforz biex jiġi mmassimizzat l-impatt ekonomiku li jirriżulta mill-għajnuna mħallsa għall-iżvilupp reġjonali), u li ġew akkwistati bi prezz inqas minn jew ugwali għal “prezz tas-suq” (109), kemm jekk dak il-prezz tas-suq kien iddeterminat wara sejħa għall-offerti jew permezz ta’ metodu alternattiv.

(442)

Il-Kummissjoni tinnota li la Franza (110) u lanqas is-CCI (111) ma ddikjaraw b’mod espliċitu fl-osservazzjonijiet tagħhom li kienu qed jaġixxu għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku meta kkonkludew il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(443)

Huwa minnu li Franza sostniet, fil-premessa 210, li l-miżuri jippermettu li l-attivitajiet tal-ajruport ikollhom impatt pożittiv fuq l-iżvilupp reġjonali u, għalhekk, tqis li huwa “naturali” li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jagħmlu ħilithom biex jiżviluppaw l-ekonomija u t-turiżmu fit-territorju tagħhom, jużaw servizzi li jippermettulhom jippromwovuh u jattiraw il-viżitaturi. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li din l-asserzjoni ma hijiex kondiviża mis-CCI (ara l-premessa 445) u hija kontrobilanċjata mill-kummenti wara l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, stabbilita fil-premessa 212, li fiha Franza tqis li “fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet li wasslu lis-CCI biex tikkonkludi l-ftehimiet li qed jiġu investigati, il-possibbiltà li jitqiegħdu reklami dwar l-ajruport ta’ La Rochelle u r-reġjun tagħha, kif ukoll id-destinazzjonijiet kollha moqdija mill-ajruport, fuq sit web b’numru ta’ viżitaturi daqs dak ta’ Ryanair, kienet tirrappreżenta opportunità li jiġu attirati klijenti addizzjonali li s-CCI, li tixtieq iżżid it-traffiku tal-ajruport u, għalhekk, id-dħul tiegħu, naturalment ħatfet”. Franza żżid li mill-perspettiva tal-ajruport ta’ La Rochelle, l-istrateġija ta’ appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni tiegħu ħalliet il-frott minħabba li rriżultat f’żieda qawwija fl-għadd ta’ passiġġieri matul il-perjodu, li wasslet għal żieda kostanti fl-imposti tal-ajruport u fid-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi...”.

(444)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li f’dan il-każ Franza ma stabbilietx b’mod preċiż – lil hinn mill-kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar l-iżvilupp reġjonali msemmija fil-premessa preċedenti – kif hija kkalibrat il-finanzjament tal-linji tal-ajru bil-ħsieb li jintlaħaq dak l-objettiv ta’ interess pubbliku li, barra minn hekk, hija la ddefiniet b’mod preċiż u lanqas akkumpanjat bi kriterji li jistgħu jitkejlu. B’hekk, il-Kummissjoni tosserva li Franza ma pproduċiet l-ebda analiżi ekonomika ex ante kwantifikata li tista’ tintuża biex tistabbilixxi, b’mod kawżali u inekwivoku, l-effett ekonomiku tal-miżuri ta’ finanzjament biex jintlaħaq l-objettiv ta’ interess pubbliku tal-iżvilupp reġjonali.

(445)

Min-naħa tagħha, is-CCI pprovdiet elementi li jagħtu piż lill-ewwel approċċ. Fl-osservazzjonijiet tagħha tal-4 ta’ Ġunju 2012, is-CCI iddikjarat li “il-prospett ta’ profitti kien dak li wassal lis-CCI biex tikkonkludi l-ftehimiet [ta’ kummerċjalizzazzjoni]”. Is-CCI ddikjarat ukoll li “il-kunsiderazzjonijiet li wasslu lis-CCI biex tikkonkludi l-ftehimiet li qed jiġu eżaminati kienu ta’ natura purament kummerċjali, u l-vantaġġ kummerċjali li dawk il-ftehimiet kienu jiġġeneraw għall-ajruport kien ġie vvalutat kif xieraq. Il-possibbiltà li jitqiegħdu reklami dwar l-ajruport ta’ La Rochelle u r-reġjun tiegħu, kif ukoll id-destinazzjonijiet kollha moqdija mill-ajruport, fuq sit web b’numru ta’ viżitaturi daqs dak ta’ Ryanair, kienet tirrappreżenta opportunità li jiġu attirati klijenti addizzjonali minn barra l-pajjiż li s-CCI, li tixtieq iżżid it-traffiku tal-ajruport u, għalhekk, id-dħul tiegħu, naturalment ħatfet”. Fl-istess osservazzjonijiet, is-CCI kkonkludiet li “minbarra li tejbu l-immaġni tal-ajruport u l-attraenza tar-reġjun li jaqdi, il-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi mill-ajruport ta’ La Rochelle ma’ AMS ikkontribwew ukoll għall-profittabbiltà ġenerali tar-relazzjoni ma’ Ryanair [...], billi r-reklamar inkwistjoni qajjem żied dħul addizzjonali minn attivitajiet ajrunawtiċi u mhux ajrunawtiċi ġġenerat minn passiġġieri barranin li nġiebu fl-ajruport minn Ryanair u li ġew attirati lejn dik id-destinazzjoni permezz ta’ dan ir-reklamar immirat u effiċjenti”. Dawn il-fatturi jissuġġerixxu li, skont is-CCI, jenħtieġ li l-imġiba tagħha tiġi vvalutata bl-istess mod bħal dik ta’ operatur ta’ ajruport (112).

(446)

Il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li japplika l-ewwel wieħed miż-żewġ approċċi msemmija hawn fuq. Hija prattika komuni għal operatur ta’ ajruport, matul l-attività ekonomika tiegħu, li jikkonkludi arranġamenti mal-linji tal-ajru li jistabbilixxu imposti differenti u, f’ċerti każijiet, jagħti inċentivi sostanzjali u appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni lil dawk il-linji tal-ajru (113). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li, fil-prinċipju, il-konklużjoni tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni taqa’ fi ħdan l-attività ekonomika ta’ operatur ta’ ajruport (114).

(447)

Għalhekk, sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ vantaġġ favur il-linji tal-ajru, jenħtieġ li jintuża l-ewwel approċċ, imsemmi fil-premessa 439; dan jikkonsisti fit-tqabbil tal-imġiba tas-CCI ma’ dik ta’ operatur ipotetiku f’ekonomija tas-suq, motivat mill-prospett ta’ profitti u mill-operat tal-ajruport ta’ La Rochelle minflok is-CCI. Il-Kummissjoni tirrimarka li dan l-approċċ kien dak li diġà ttieħed fil-Linji Gwida tal-2014 (115) u fil-prattika reċenti tagħha tat-teħid tad-deċiżjonijiet (116), li ġiet approvata mill-każistika (117)

(448)

Din il-konklużjoni, stabbilita għall-ftehimiet konklużi ma’ Ryanair u AMS, tapplika wkoll għall-ftehim ma’ Jet2, għall-istess raġunijiet.

In-natura inseparabbli tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport

(449)

Il-Kummissjoni identifikat żewġ xenarji. Fl-ewwel wieħed, ftehim wieħed jew aktar dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jiġu ffirmati fl-istess ħin ma’ ftehim dwar is-servizzi ta’ ajruport u jikkostitwixxu tranżazzjoni waħda. F’dan il-każ, il-valutazzjoni tal-MEO titwettaq fuq il-ftehimiet kollha li jifformaw it-tranżazzjoni. Taħt it-tieni xenarju, il-ftehim(iet) dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jiġux iffirmati fl-istess ħin ma’ ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport. F’dan il-każ, il-valutazzjoni tat-tranżazzjoni se tiffoka biss fuq il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, il-valutazzjoni tal-MEO se tqis il-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport fis-seħħ fiż-żmien meta ġew iffirmati l-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni sabiex jiġi evalwat id-dħul tas-CCI.

(450)

Għalhekk, il-Kummissjoni temmen li jenħtieġ li kull wieħed mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fi Table 9 jiġi vvalutat sabiex jiġi aċċertat jekk jistax ikun marbut b’mod inseparabbli ma’ ftehim wieħed jew aktar dwar is-servizzi tal-ajruport jew saħansitra, fejn applikabbli, ma’ ftehimiet oħrajn dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Bil-ħsieb li tiġi vvalutata n-natura inseparabbli ta’ din ir-rabta, il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ li tagħmel l-osservazzjonijiet li ġejjin.

(451)

L-ewwel nett, il-fatt li xi ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ġew konklużi mis-CCI ma’ AMS u mhux ma’ Ryanair ma jżommx lill-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni milli jiġu vvalutati b’mod konġunt mal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport. Iż-żewġ tipi ta’ ftehim ġew konklużi mill-istess partijiet minħabba li, kif stabbilit fil-premessi minn 432 sa 438, Ryanair u AMS iridu jitqiesu bħala li jifformaw entità ekonomika unika.

(452)

Fatturi oħrajn stabbiliti hawn taħt jindikaw rabtiet mill-qrib ħafna bejn ċerti ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport konklużi b’mod konġunt.

(453)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-proċess li bih ġew konklużi l-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ AMS jew Ryanair huwa marbut mill-qrib mal-konklużjoni ta’ ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport ma’ Ryanair.

(454)

Kif muri fit-Table 9, il-biċċa l-kbira tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ġew konklużi kważi fl-istess ħin bħal ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport. Pereżempju, il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmati ma’ Ryanair fl-1 ta’ Diċembru 2003 u fl-1 ta’ Jannar 2004 ġew iffirmati prattikament fl-istess ħin bħall-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport tal-10 ta’ Diċembru 2003. Bl-istess mod, il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi ma’ AMS fl-1 ta’ Mejju 2006 ġew konklużi xahar biss wara l-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport tal-1 ta’ April 2006 u daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2006, b’durata identika ta’ 3 snin.

(455)

Barra minn hekk, is-CCI ma organizzatx proċedura ta’ sejħa għall-offerti u fil-fatt ma kkunsidrat l-ebda fornitur ieħor għajr AMS jew Ryanair, li jsaħħaħ ir-rabta inseparabbli bejn il-proċessi li bihom ġew konklużi ż-żewġ tipi ta’ ftehim.

(456)

It-tieni nett, l-eżami tal-kontenut tal-ftehimiet jikkonferma relazzjoni mill-qrib ta’ dipendenza bejn il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u r-rotot tal-ajru operati minn Ryanair mill-ajruport ta’ La Rochelle.

(457)

L-ewwel nett, is-servizzi pprovduti minn AMS, anki meta jkunu mmirati biex jippromwovu lil La Rochelle u r-reġjun tagħha, jiffokaw biss fuq ir-rotot operati minn Ryanair u l-ebda linja tal-ajru oħra.

(458)

Sussegwentement, il-valutazzjoni tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li għandha titwettaq minn AMS tindika wkoll li dawk is-servizzi huma bi ftehim iffokati kompletament fuq is-sit web ta’ Ryanair, li huwa deskritt bħala l-“għodda ta’ kummerċjalizzazzjoni ewlenija” f’bosta ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (118), u b’mod partikolari fuq il-verżjonijiet tas-sit aċċessibbli minn pajjiżi li minnhom Ryanair topera rotta lejn La Rochelle. Skont it-termini tad-diversi ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li għandhom jitwettqu minn AMS jinkludu dawn li ġejjin: (i) l-inserzjoni ta’ links fuq il-paġna li tikkorrespondi għad-destinazzjoni ta’ La Rochelle fuq is-sit web ta’ Ryanair; (ii) l-inserzjoni ta’ links għas-sit web magħżul mis-CCI fuq il-paġni prinċipali tar-Renju Unit, tal-Belġju, tan-Netherlands, tal-Portugall, tal-Irlanda u tan-Norveġja tas-sit web ta’ Ryanair (li jikkorrespondu għall-punti ta’ oriġini tar-rotot ta’ Ryanair lejn l-ajruport ta’ La Rochelle); (iii) l-inserzjoni tal-paragrafi fit-taqsima “5 affarijiet x’tagħmel” fuq il-paġna tad-destinazzjoni ta’ La Rochelle tas-sit web ta’ Ryanair; (iv) il-bgħit ta’ emails li jippromwovu lil La Rochelle mal-abbonati Brittaniċi u Irlandiżi fuq is-sit web ta’ Ryanair (119); (v) il-preżentazzjoni ta’ La Rochelle fuq il-paġna prinċipali tal-verżjonijiet Norveġiżi u Portugiżi tas-sit web ta’ Ryanair (120). Madankollu, is-sit web ta’ Ryanair huwa mfassal primarjament bħala l-pjattaforma tal-bejgħ tal-biljetti għal rotot operati minn Ryanair, u f’sens sekondarju ħafna biss bħala għodda għall-promozzjoni tad-destinazzjonijiet moqdija minn Ryanair, li jinkludu lil La Rochelle (121).

(459)

Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi minn 81 sa 114, il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi ma’ Ryanair (il-ftehimiet A u B) fihom l-impenn ta’ Ryanair li topera ċerti rotot, filwaqt li l-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni D, G, H, I, J u K konklużi ma’ AMS jindikaw b’mod espliċitu li huma “msejsa fl-impenn ta’ Ryanair li topera” (122) ċerti rotot tal-ajru koperti mill-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport sottostanti. Il-preżenza ta’ dawn il-klawżoli turi li l-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma kienx jeżisti kieku Ryanair ma kinitx operat ir-rotot koperti mill-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata għall-ftehimiet C, E u F, li huma biss emendi għal ftehimiet preeżistenti u li d-dispożizzjonijiet ġodda tagħhom ma jpoġġux dubju fuq ir-rabta bejn l-operat tar-rotot imsemmija qabel minn Ryanair u s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(460)

Fl-aħħar nett, l-ammonti mħallsin lil Ryanair skont ċerti ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (il-ftehimiet A u B) huma ddeterminati mill-għadd ta’ rotazzjonijiet imwettqa minn Ryanair. Bħala eżempju, l-Artikolu 3 tal-ftehim A konkluż ma’ Ryanair jiddikjara li “jekk Ryanair ma tilħaqx fattur ta’ tagħbija medju annwalizzat ta’ 60 % fuq mill-inqas 340 rotazzjoni f’kull sena kalendarja [...], il-ħlas se jiġi kkalkolat mill-ġdid b’mod proporzjonali għan-numru ta’ passiġġieri ttrasportati” (123). L-inklużjoni ta’ din id-dispożizzjoni turi li l-għan essenzjali tal-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma huwiex, b’mod ġenerali, li jippromwovi lil La Rochelle u r-reġjun tagħha iżda, b’mod ħafna aktar speċifiku, li jgħin lil Ryanair tilħaq objettivi kwantifikati għat-trasport tal-passiġġieri lejn La Rochelle.

(461)

Mill-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq jirriżulta li s-servizzi previsti f’dawn il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni huma marbuta mill-qrib mas-servizzi tat-trasport bl-ajru offruti minn Ryanair, li huma msemmija fil-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u koperti mill-ftehimiet korrispondenti dwar is-servizzi tal-ajruport. Is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, li ċertament ma humiex imfasslin f’termini ġenerali u mhux distinti biex jiżdied l-ivvjaġġar għal skopijiet ta’ divertiment u negozju lejn La Rochelle u r-reġjun tagħha, huma mmirati speċifikament lejn persuni li x’aktarx jużaw is-servizzi tat-trasport ta’ Ryanair koperti mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, li jfisser li l-objettiv primarju tagħhom huwa li jippromwovu dawk is-servizzi.

(462)

Għalhekk, il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni huma inseparabbli mill-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport iffirmati b’mod konġunt u mis-servizzi tat-trasport bl-ajru koperti minnhom. Il-fatti ppreżentati hawn fuq jindikaw ukoll li ma hemm xejn li jappoġġa l-argument ipotetiku li, fin-nuqqas tar-rotot tal-ajru inkwistjoni (u, għalhekk, il-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport assoċjati), il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni xorta kienu jiġu ffirmati.

(463)

Jenħtieġ li jiġi nnotat ukoll li Franza stess enfasizzat ir-rabta bejn il-pagamenti stabbiliti fil-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u r-rotot operati mil-linji tal-ajru: “L-iżvilupp ta’ ajruport jiddependi kompletament fuq iż-żieda fil-volum ta’ passiġġieri tiegħu, u b’hekk il-ħtieġa li jitwettqu kampanji ta’ pubbliċità mmirati lejn iż-żieda fl-għarfien tar-rotot moqdija mill-ajruport, il-postijiet turistiċi tar-reġjun, eċċ. Għalhekk, il-pubblikazzjoni ta’ reklami fuq siti web b’numri għoljin ta’ viżitaturi tikkostitwixxi servizz essenzjali mogħti lil kwalunkwe ajruport reġjonali li qed jikber. Din il-ħtieġa ħolqot, b’mod partikolari fost kumpaniji bi prezz baxx, prattiki li jikkonsistu fl-offerta ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u ta’ reklamar tal-ajruporti” (124) (enfasi miżjuda mill-Kummissjoni). Minn din id-dikjarazzjoni jidher ċar li l-pagamenti stabbiliti fil-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni kienu parti integrali mir-relazzjoni kummerċjali bejn is-CCI u l-linji tal-ajru għall-operat u l-iżvilupp tar-rotot. Minn dan isegwi wkoll li l-iskop ta’ dawk il-pagamenti ma kienx biss li jippromwovu ż-żjarat lejn La Rochelle u r-reġjun tagħha b’mod ġenerali, iżda fuq kollox li jippromwovu speċifikament dawk ir-rotot operati minn linji tal-ajru li joperaw mill-ajruport ta’ La Rochelle.

(464)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni se tibbaża l-valutazzjoni speċifika tagħha tal-ftehimiet imsemmija fi Table 9 fuq korp ta’ evidenza relatata ma’, inter alia, jekk dawn li ġejjin kinux identiċi jew simili: (i) id-data li fiha ġew iffirmati l-ftehimiet; (ii) ir-rotta/rotot ġeografika/ġeografiċi inkwistjoni; (iii) il-volum ta’ passiġġieri msemmi hemmhekk; (iv) il-kontroreferenzi bejn l-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u ta’ trasport tal-passiġġieri; (v) kwalunkwe element ieħor li jgħaqqad b’mod ċar il-ftehimiet. B’hekk, minn din il-valutazzjoni jista’ jirriżulta li ċerti ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma kinux parti minn tranżazzjoni konġunta ma’ ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport (u, għalhekk, iridu jiġu vvalutati individwalment), filwaqt li ftehimiet oħrajn jenħtieġ li jiġu vvalutati b’mod konġunt bħala sett.

—   Is-sett ta’ ftehimiet 1-A

(465)

Il-Kummissjoni tinnota li s-CCI-Ajruport iffirma ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport (il-ftehim 1) fl-10 ta’ Diċembru 2003, jiġifieri ftit jiem wara li ġie ffirmat il-ftehim A dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fl-1 ta’ Diċembru 2003. Barra minn hekk, id-durata tal-ftehim A dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (mill-1 ta’ Mejju 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2003) hija koperta kompletament mill-perjodu ta’ applikazzjoni tal-ftehim 1, jiġifieri mill-1 ta’ Mejju 2003 sat-30 ta’ April 2006. Fl-aħħar nett, l-obbligi tat-traffiku annwali kemm fil-ftehimiet kif ukoll fir-rotot operati huma identiċi. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li dawn iż-żewġ ftehimiet jikkostitwixxu tranżazzjoni waħda u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu vvalutati b’mod konġunt.

—   Il-ftehim B

(466)

Il-Kummissjoni tinnota li s-CCI-Ajruport iffirmat il-ftehim B dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fit-3 ta’ Ġunju 2004, jiġifieri kważi 6 xhur wara li ġie ffirmat il-ftehim nru 1 dwar is-servizzi tal-ajruport, minkejja li l-ftehim jiddikjara li “dan il-ftehim isir fl-1 ta’ Jannar 2004” (125).

(467)

Minkejja li ż-żewġ ftehimiet għandhom l-istess data ta’ skadenza u jinkludu obbligi u rotot tat-traffiku simili, il-Kummissjoni tinnota li Franza ma tatx raġunijiet għall-posponiment tal-iffirmar tal-ftehim sat-3 ta’ Ġunju 2004, minkejja li huwa ppreżentat bħala li ġie konkluż fl-1 ta’ Jannar 2004. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li jenħtieġ li l-ftehim B jiġi vvalutat separatament.

—   Sett ta’ ftehimiet 2-3-C-D

(468)

Il-Kummissjoni tinnota li s-CCI-Ajruport iffirmat żewġ ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport (il-ftehimiet 2 u 3) fl-1 ta’ Mejju 2006, jiġifieri xahar biss wara li ġew iffirmati l-ftehimiet C u D dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fl-1 ta’ April 2006. Dawn l-erba’ ftehimiet ikopru wkoll l-istess perjodu operattiv, jiġifieri mill-1 ta’ Mejju 2006 sat-30 ta’ April 2009. Barra minn hekk, il-ftehimiet 2 u C, minn naħa, u l-ftehimiet 3 u D, min-naħa l-oħra, iffirmati xahar bogħod minn xulxin, jirrigwardjaw l-istess ajruporti (Londra-Stansted għall-ftehimiet 2 u C u Dublin għall-ftehimiet 3 u D) u jinkludu obbligi tat-traffiku identiċi (95 000 passiġġier għal Londra-Stansted u 45 000 passiġġier għal Dublin). Barra minn hekk, il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni relatati ma’ dawn iż-żewġ ajruporti huma identiċi, bl-unika eċċezzjoni tkun l-obbligi tat-traffiku, l-ammonti mħallsin għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-volum ta’ dawk is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. L-istess japplika għall-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport, li huma identiċi ħlief għall-obbligi tat-traffiku. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li dawn l-erba’ ftehimiet jikkostitwixxu tranżazzjoni waħda u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu vvalutati b’mod konġunt.

(469)

Il-Kummissjoni tinnota li wieħed mill-indikaturi ewlenin huwa l-fatt li l-erba’ ftehimiet kollha ġew iffirmati bejn wieħed u ieħor fl-istess żmien (inqas minn xahar bogħod minn xulxin), filwaqt li l-ftehim sussegwenti (il-ftehim E) ġie ffirmat aktar minn sena wara. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li ż-żewġ ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport u ż-żewġ ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ġew iffirmati fl-istess jiem (fl-1 ta’ April u fl-1 ta’ Mejju 2006, rispettivament). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tenfasizza li valutazzjoni separata tal-ftehimiet 2 u C, minn naħa, u 3 u D, min-naħa l-oħra, ma taffettwax, fl-ebda każ, il-konklużjoni milħuqa dwar il-vantaġġ mogħti (ara Table 18).

—   Il-ftehim E

(470)

Fl-1 ta’ Ġunju 2007, is-CCI-Ajruport iffirmat il-ftehim E, li huwa relatat mas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq is-sit web Irlandiż ta’ Ryanair. Għalhekk, din l-emenda għall-ftehim D ġiet iffirmata aktar minn sena wara l-ftehim D innifsu, u għall-kuntrarju tal-ftehimiet l-oħrajn dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni vvalutati hawn fuq, ma ġietx iffirmata flimkien ma’ ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport. Barra minn hekk, il-ftehim li jmiss iffirmat mis-CCI-Ajruport u minn Ryanair/AMS huwa l-ftehim F, li ġie ffirmat kważi 4 xhur wara l-ftehim E u ma huwiex relatat mas-sit web Irlandiż ta’ Ryanair. Il-ftehimiet E u F huma relatati wkoll ma’ żewġ rotot separati (Dublin u Londra-Stansted, rispettivament). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li l-ftehim E jiġi vvalutat separatament.

—   Il-ftehim F

(471)

Fil-21 ta’ Settembru 2007, is-CCI-Ajruport iffirmat il-ftehim F, li huwa relatat mas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq is-sit web tar-Renju Unit ta’ Ryanair. Għalhekk, din l-emenda għall-ftehim C ġiet iffirmata aktar minn sena wara l-ftehim C innifsu u, bħall-ftehim E, ma ġietx iffirmata flimkien ma’ ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport. Barra minn hekk, il-ftehim li jmiss iffirmat mis-CCI-Ajruport u minn Ryanair/AMS huwa l-ftehim G, li ġie ffirmat kważi sentejn wara l-ftehim F. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li l-ftehim F jiġi vvalutat separatament.

—   Is-sett ta’ ftehimiet G-H-I-J

(472)

Il-Kummissjoni tinnota li, fis-17 ta’ Settembru 2009, is-CCI-Ajruport iffirmat erba’ ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni dwar ir-rotot operati minn Ryanair minn La Rochelle lejn Londra-Stansted (il-ftehim G), Brussell Charleroi (il-ftehimiet H u J) u Dublin (il-ftehim I). Dawn l-erba’ ftehimiet ikopru l-istess perjodu operattiv, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011. Barra minn hekk, il-kontenut tal-ftehimiet G, H u I dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni huwa identiku, bl-uniċi eċċezzjonijiet ikunu l-obbligi tat-traffiku u l-prezz u l-volum tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Fir-rigward tal-ftehim J, din hija emenda għall-ftehim H, li l-uniku skop tagħha huwa li tapplika żieda — għalkemm waħda żgħira — fit-tariffa għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni diġà stabbilita fil-ftehim H, li ġie ffirmat fl-istess jum. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li dawn l-erba’ ftehimiet jikkostitwixxu tranżazzjoni waħda u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu vvalutati b’mod konġunt.

(473)

Il-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport Nru 5 ġie ffirmat fit-13 ta’ Jannar 2010. Huwa jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2009 sat-30 ta’ April 2012. Il-Kummissjoni tinnota li dan il-ftehim jikkonċerna l-ajruporti ta’ Londra-Stansted, Brussell Charleroi u Dublin (bil-possibbiltà li Ryanair topera rotta waħda oħra jew aktar lejn La Rochelle), bħas-sett ta’ ftehimiet G-H-I-J. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li l-perjodu ta’ applikazzjoni tal-ftehim 5 huwa differenti minn dak tas-sett G-H-I-J u li ġie ffirmat kważi 5 xhur wara dak is-sett. Il-Kummissjoni tinnota li l-ftehim 5 fil-fatt ma jimponi l-ebda obbligu tat-traffiku fuq Ryanair u ma jinkludi l-ebda servizz ta’ kummerċjalizzazzjoni mħallas lil Ryanair/AMS. Fir-realtà, dan sempliċiment jifformalizza b’mod retroattiv l-ammont unitarju tal-imposti tal-ajruport li Ryanair kienet meħtieġa tħallas mill-1 ta’ Mejju 2009. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-ftehim 5 ma jenħtieġx li jiġi vvalutat daqslikieku kien jifforma parti mis-sett ta’ ftehimiet G-H-I-J.

—   Is-sett ta’ ftehimiet 6-K

(474)

Il-Kummissjoni tinnota li s-CCI-Ajruport iffirmat ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport (il-ftehim 6) fl-1 ta’ Frar 2010, jiġifieri inqas minn xahar qabel il-ftehim K dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, li ġie ffirmat fil-25 ta’ Frar 2006. Il-ftehim 6 jikkonċerna s-servizzi tal-ajruport li għandhom jiġu pprovduti lil Ryanair għar-rotot lejn Londra-Stansted (ir-Renju Unit), Dublin (l-Irlanda), Brussell Charleroi (il-Belġju) u Oslo Rygge (in-Norveġja) għall-perjodu mit-28 ta’ Marzu 2010 sal-31 ta’ Marzu 2013. Dan jinkludi wkoll l-obbligi tat-traffiku għal Ryanair. Sadanittant, il-ftehim K jirregola s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li kellhom jiġu pprovduti fuq il-verżjonijiet tal-Irlanda, tan-Norveġja, tan-Netherlands u tar-Renju Unit tal-paġna prinċipali ta’ Ryanair matul il-perjodu mit-28 ta’ Marzu 2010 sal-31 ta’ Marzu 2013. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li l-ftehim 6 u l-ftehim K jiġu vvalutati b’mod konġunt.

(475)

Fir-rigward tal-ftehim 5, għalkemm bħall-ftehim K huwa ġie ffirmat fil-bidu tal-2010, il-Kummissjoni tinnota li huwa jkopri perjodu qabel dak tal-ftehim K. Barra minn hekk, il-ftehim 5 ma jinkludi l-ebda rotta lejn in-Norveġja, filwaqt li l-ftehim K jirregola s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li għandhom jiġu pprovduti fuq il-verżjoni Norveġiża tal-paġna prinċipali ta’ Ryanair. Fir-rigward tal-ftehim li jmiss iffirmat mis-CCI-Ajruport u minn Ryanair/AMS (il-ftehim L dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni), dan ġie ffirmat kważi 4 xhur wara l-ftehim K u jirrigwardja l-ajruport ta’ Cork, li ma huwiex kopert mill-ftehim 6 dwar is-servizzi tal-ajruport. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-ftehim 5 u l-ftehim L ma jistgħux jiġu mehmuża mas-sett ta’ ftehimiet 6-K.

—   Il-ftehim L

(476)

Fit-23 ta’ Ġunju 2010, is-CCI-Ajruport iffirmat il-ftehim L, li jirrigwardja s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq is-sit web Irlandiż ta’ Ryanair. Għalhekk, din l-emenda għall-ftehim K ġiet iffirmata kważi 4 xhur wara l-ftehim K innifsu u ma ġietx iffirmata flimkien ma’ ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport. Barra minn hekk, il-ftehim li jmiss iffirmat mis-CCI-Ajruport u minn Ryanair/AMS (il-ftehim 7) ġie ffirmat kważi 7 xhur wara l-ftehim L u ma kienx relatat mas-sit web Irlandiż ta’ Ryanair. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li l-ftehim L jiġi vvalutat separatament.

—   Is-sett ta’ ftehimiet 7-M u l-ftehim N

(477)

Il-Kummissjoni tinnota li s-CCI-Ajruport iffirmat ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport (il-ftehim 7) fit-28 ta’ Jannar 2011, jiġifieri ġimagħtejn biss qabel il-ftehimiet M u N dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, li ġew iffirmati fil-11 ta’ Frar 2011. Dawn it-tliet ftehimiet ma jkoprux b’mod preċiż l-istess perjodu operattiv: il-ftehim 7, li ma jispeċifika l-ebda data ta’ skadenza, huwa emenda għall-ftehim 5 b’data ta’ skadenza fil-prinċipju fit-30 ta’ April 2012, filwaqt li l-ftehimiet M u N jiskadu fit-30 ta’ Marzu 2013. Barra minn hekk, il-ftehim 7 jispeċifika impenn ta’ traffiku ta’ 17 000 passiġġier annwali, filwaqt li l-ftehimiet M u N sempliċiment jispeċifikaw servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mingħajr ebda impenn ta’ traffiku.

(478)

Il-Kummissjoni tinnota li l-iskop komuni tal-ftehimiet 7 u M huwa r-rotta l-ġdida li Ryanair biħsiebha tiftaħ minn La Rochelle lejn Porto (il-Portugall). Minħabba d-dati tal-iffirmar li jikkoinċidu u r-rotta, il-Kummissjoni tqis li l-fatt li l-ftehim M dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni huwa iqsar mill-ftehim 7 dwar is-servizzi tal-ajruport ma jaffettwax l-osservazzjoni ġenerali li s-CCI-Ajruport u Ryanair manifestament iddeċidew li jorganizzaw il-ġestjoni operazzjonali, kummerċjali u finanzjarja tar-rotta l-ġdida lejn Porto b’mod konġunt permezz ta’ dawn iż-żewġ ftehimiet, bl-istess mod bħal destinazzjonijiet oħrajn operati minn Ryanair mill-ajruport ta’ La Rochelle.

(479)

Fir-rigward tal-ftehim N, l-uniku fattur li għandu komuni mal-Ftehimiet 7 u M huwa d-dati tal-iffirmar li jikkoinċidu, minħabba li l-ftehim N huwa emenda għall-ftehim K li jkopri biss is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni konnessi mar-rotta operata lejn Oslo Rygge (in-Norveġja) (iżda ġie ffirmat aktar minn sena wara). Barra minn hekk, kif iddikjarat hawn fuq, il-ftehim N ma jinkludi l-ebda obbligu tat-traffiku. Għalhekk, il-Ftehim N ma huwiex relatat mal-Ftehim M u mal-Ftehim 7, li minnhom jista’ jiġi sseparat.

(480)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni sussegwenti ffirmat bejn iż-żewġ partijiet ġie konkluż fis-26 ta’ Ottubru 2012, ħafna wara li ġew iffirmati l-ftehimiet 7, M u N (126). Għal dawn id-diversi raġunijiet, il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-Ftehimiet 7 u M jikkostitwixxu tranżazzjoni waħda u li jridu jiġu vvalutati b’mod konġunt, filwaqt li jenħtieġ li l-ftehim N jiġi vvalutat separatament.

—   Konklużjoni dwar il-metodu ta’ valutazzjoni konġunta tal-ftehimiet konklużi mis-CCI-Ajruport ma’ Ryanair/AMS

(481)

Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li kull wieħed mis-settijiet ta’ ftehimiet li ġejjin jenħtieġ li jiġi ttrattat bħala miżura waħda, sabiex tiġi vvalutata l-profittabilità tagħhom. Xi ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma kinux jifformaw tranżazzjoni waħda ma’ ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport. Dawn il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni se jiġu vvalutati b’kont meħud tad-dħul iġġenerat mill-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport fis-seħħ.

Tabella 14

Lista ta’ settijiet ta’ ftehimiet konklużi bejn is-CCI u Ryanair/AMS

Nru

Ftehimiet

Data tal-iffirmar

Il-perjodu li miegħu huwa relatat il-ftehim

1

Il-ftehim bejn is-CCI u Ryanair dwar is-servizzi tal-ajruport

10.12.2003

1.5.2003–30.4.2006

A

Il-ftehim bejn is-CCI u Ryanair dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni

1.12.2003

1.5.2003–31.12.2003

B

Il-ftehim bejn is-CCI u Ryanair dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni

1.1.2004

1.1.2004–30.4.2006

C

Il-ftehim Nru 1 bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (ir-Renju Unit)

1.4.2006

1.5.2006–30.4.2009

D

Il-ftehim Nru 2 bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (l-Irlanda)

1.4.2006

1.5.2006–30.4.2009

2

Il-ftehim Nru 1 bejn is-CCI u Ryanair dwar is-servizzi tal-ajruport (ir-Renju Unit)

1.5.2006

1.5.2006–30.4.2009

3

Il-ftehim Nru 2 bejn is-CCI u Ryanair dwar is-servizzi tal-ajruport (l-Irlanda)

1.5.2006

1.5.2006–30.4.2009

4

Il-ftehim bejn is-CCI u Ryanair dwar is-servizzi tal-ajruport

1.2.2007

1.2.2007–30.4.2009

E

Emenda għall-ftehim bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni

1.6.2007

1.6.2007–30.9.2007

F

Emenda għall-ftehim bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni

21.9.2007

28.10.2007–29.3.2008

G

Il-ftehim Nru 1 bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (ir-Renju Unit)

17.9.2009

1.1.2009–31.12.2011

H

Il-ftehim Nru 2 bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (il-Belġju)

17.9.2009

1.1.2009–31.12.2011

I

Il-ftehim Nru 3 bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (l-Irlanda)

17.9.2009

1.1.2009–31.12.2011

J

Emenda għall-ftehim bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (il-Belġju)

17.9.2009

1.1.2009–31.12.2011

5

Il-ftehim bejn is-CCI u Ryanair dwar is-servizzi tal-ajruport

13.1.2010

1.5.2009–30.4.2012

6

Emenda Nru 1 għall-ftehim bejn is-CCI u Ryanair dwar is-servizzi tal-ajruport

1.2.2010

1.2.2010–31.3.2013

K

Il-ftehim bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni

25.2.2010

31.3.2010–30.3.2013

L

Emenda Nru 1 għall-ftehim bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni

23.6.2010

1.6.2010–1.9.2010

7

Emenda Nru 2 għall-ftehim bejn is-CCI u Ryanair dwar is-servizzi tal-ajruport (il-Portugall)

28.1.2011

28.1.2011–30.4.2012

M

Emenda Nru 2 għall-ftehim bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (il-Portugall)

11.2.2011

28.3.2011–30.3.2013

N

Emenda Nru 3 għall-ftehim bejn is-CCI u AMS dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (in-Norveġja)

11.2.2011

31.3.2011–30.3.2013

—   Ftehim konkluż ma’ Jet2

(482)

Kif diġà ssemma fil-premessi minn 117 sa 120, is-CCI ffirmat ftehim ma’ Jet2 fl-4 ta’ Lulju 2008. L-ewwel u qabel kollox, dan il-ftehim jinkludi dispożizzjonijiet relatati mas-servizzi tal-ajruport u jipprevedi l-għoti ta’ skontijiet sinifikanti fuq l-imposti tal-ajruport. Il-ftehim jipprevedi wkoll il-ħlas ta’ kontribuzzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni marbuta mal-operat tar-rotta La Rochelle-Leeds. Għalhekk, dan il-ftehim irid jitqies bħala miżura waħda li l-profittabbiltà tagħha, bħall-ftehimiet konklużi mis-CCI ma’ Ryanair/AMS, se tiġi eżaminata mill-Kummissjoni fit-Taqsima 7.1.1.3.

(2)   Għażla tal-metodu ta’ analiżi bejn analiżi komparattiva u analiżi tal-profittabilità inkrementali

(483)

Skont il-Linji Gwida tal-2014, permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-MEO, l-eżistenza ta’ għajnuna lil linja tal-ajru li tuża ajruport partikolari tista’, fil-prinċipju, tiġi eskluża jekk il-prezz mitlub għas-servizzi tal-ajruport ikun jikkorrespondi għall-prezz tas-suq (analiżi komparattiva), jew jekk ikun jista’ jintwera, permezz ta’ analiżi ex ante – jiġifieri analiżi bbażata fuq l-informazzjoni disponibbli meta tkun ingħatat l-għajnuna u fuq l-iżviluppi prevedibbli f’dak il-mument – li l-arranġament mal-ajruport/linja tal-ajru se jwassal għal kontribuzzjoni pożittiva ta’ profitt inkrementali għall-ajruport (127) (analiżi tal-profittabilità inkrementali).

(484)

L-ewwel nett, jenħtieġ li jiġi nnotat li, skont il-każistika, il-Kummissjoni tista’, mingħajr ma tikkommetti żball, tanalizza fid-dettall l-aktar metodu ta’ valutazzjoni xieraq li tista’ tagħżel għall-fini tal-applikazzjoni tat-test tal-MEO. Il-każistika rrikonoxxiet li l-Kummissjoni tista’ tiffavorixxi metodu wieħed fuq l-ieħor jekk hija tqis li dak il-metodu huwa aktar addattat (128). B’mod partikolari, il-każistika rrikonoxxiet in-nuqqas ta’ ġerarkija bejn iż-żewġ metodi (129).

(485)

Fir-rigward tal-ewwel approċċ (analiżi komparattiva), il-Kummissjoni għandha dubji serji dwar jekk bħalissa huwiex possibbli li jiġi definit parametru referenzjarju xieraq biex jiġi stabbilit prezz tas-suq veru għas-servizzi pprovduti mill-ajruporti. Għalhekk, hija tqis li analiżi tal-profittabilità inkrementali hija l-aktar approċċ xieraq għall-valutazzjoni tal-arranġamenti konklużi mill-ajruporti ma’ linji tal-ajru individwali (130).

(486)

Il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li fil-kuntest ta’ din l-analiżi ttenni li, wara l-adozzjoni tal-Linji Gwida tal-2014, kemm Franza kif ukoll il-partijiet interessati ġew mistiedna jissottomettu kummenti dwar l-applikazzjoni ta’ dawk il-Linji Gwida għal dan il-każ.

(487)

F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi nnotat li, b’mod ġenerali, l-applikazzjoni tat-test tal-MEO abbażi ta’ prezz medju osservat fi swieq simili oħrajn (analiżi komparattiva) tista’ tkun utli fejn prezz tas-suq ikun jista’ jiġi identifikat jew dedott b’mod raġonevoli minn indikaturi oħrajn tas-suq. Madankollu, dan il-metodu ma jistax ikun daqstant rilevanti fil-każ tas-servizzi tal-ajruport. L-istruttura tal-kostijiet u d-dħul għandha t-tendenza li tvarja b’mod sinifikanti minn ajruport għal ieħor. Dawn il-kostijiet u d-dħul jiddependu fuq l-istat ta’ żvilupp tal-ajruport, l-attraenza ta’ din iż-żona ta’ lħuq, l-għadd ta’ linji tal-ajru li joperaw minn/lejn l-ajruport, il-kapaċità disponibbli f’termini ta’ traffiku tal-passiġġieri, l-istat tal-infrastruttura u l-qafas regolatorju, li jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, kif ukoll id-djun u l-obbligi storiċi tal-ajruport (131).

(488)

Barra minn hekk, il-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru tikkomplika kwalunkwe analiżi purament komparattiva. Kif juri sewwa dan il-każ, l-arranġamenti kummerċjali bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru ma humiex neċessarjament ibbażati fuq lista ta’ prezzijiet pubbliċi għal servizzi individwali. Dawn ir-relazzjonijiet kummerċjali jvarjaw ħafna. Huma jinkludu l-kondiviżjoni tar-riskji f’termini ta’ traffiku u kwalunkwe obbligazzjoni kummerċjali u finanzjarja relatata, l-użu ġeneralizzat tal-mekkaniżmi ta’ inċentivi (pereżempju, fil-forma ta’ skontijiet konnessi mal-għadd ta’ rotot jew passiġġieri ttrasportati), u varjazzjonijiet fit-tixrid tar-riskju matul it-terminu tal-ftehimiet. B’riżultat ta’ dan, huwa diffiċli li jitqabblu t-tranżazzjonijiet ibbażati fuq prezz għal kull rotazzjoni jew għal kull passiġġier.

(489)

Ryanair tqis li t-test tal-MEO jista’ jiġi applikat billi titwettaq analiżi komparattiva bl-użu ta’ ċerti ajruporti Ewropej bħala parametru referenzjarju. F’dan ir-rigward, hija temmen li ċerti ajruporti Ewropej huma sostitwibbli għall-ajruport ta’ La Rochelle minħabba s-similaritajiet tagħhom u pprovdiet l-istudju tal-1 ta’ Ġunju 2012 ikkompilat minn Oxera (132) li jqabbel l-imposti tal-ajruport imħallsin minn Ryanair fl-ajruport ta’ La Rochelle mal-imposti tal-ajruporti mħallsin f’dawk l-ajruporti meqjusa bħala komparabbli. Hija tikkonkludi li l-imposti mħallsin f’La Rochelle ma humiex ferm aktar baxxi. Ryanair ipprovdiet ukoll addendum għall-istudju tal-1 ta’ Ġunju 2012 (133) sabiex jitqiesu l-pagamenti riċevuti minn Ryanair/AMS skont il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(490)

Madankollu, metodu komparattiv ma huwiex prattiku f’dan il-każ, fi kwalunkwe eventwalità. Kif ġie pprovat hawn fuq, it-tranżazzjonijiet li għandhom jiġu analizzati huma pakketti kumplessi li jikkonsistu fi ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport u ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (xi drabi kkombinati mal-istess mezz legali). Dawn it-tranżazzjonijiet jinvolvu diversi “prezzijiet”, jiġifieri d-diversi imposti tal-ajruporti, il-prezz tas-servizzi fuq l-art u l-prezz tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, li wħud minnhom jiddependu fuq l-għadd ta’ passiġġieri u l-oħrajn fuq l-għadd ta’ movimenti tal-inġenji tal-ajru, b’oħrajn jinvolvu ammonti fissi. Għalhekk, kull waħda minn dawn it-tranżazzjonijiet twassal għal sett kumpless ta’ flussi finanzjarji bejn l-operatur tal-ajruport u l-linja tal-ajru u s-sussidjarji tagħha, li jikkonsistu fid-dħul mill-imposti tal-ajruporti, id-dħul marbut mas-servizzi fuq l-art u d-dħul marbut mas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(491)

L-analiżi mħejjija minn Oxera u sottomessa minn Ryanair fl-10 ta’ April 2015 (emenda għall-istudju tal-1 ta’ Ġunju 2012) turi d-diffikultajiet ewlenin biex jiġi stabbilit tqabbil xieraq tal-imposti tal-ajruport u tal-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni lil Ryanair fl-ajruporti differenti.

(492)

L-ewwel nett, l-istudju ta’ Oxera stess jispeċifika li “ma huwiex possibbli li jiġu identifikati ajruporti komparaturi li jintużaw minn Ryanair li huma simili għall-karatteristiċi kollha possibbli, u li x’aktarx iġibu ruħhom ukoll bħall-ajruporti tal-operaturi f’ekonomija tas-suq. Għalhekk, l-approċċ adottat kien li tiġi identifikata firxa ta’ ajruporti komparaturi li huma simili għall-ajruport ta’ La Rochelle abbażi ta’ varjetà ta’ karatteristiċi” (134). F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li, filwaqt li kull wieħed mill-kriterji tal-għażla għall-ħames ajruporti kkunsidrati (135) jinkludi wieħed mis-seba’ kriterji elenkati fil-punt 60 tal-Linji Gwida tal-2014, madankollu, hija tosserva li l-komparaturi huma simili għall-ajruport ta’ La Rochelle biss b’rabta ma’ wieħed jew tnejn mis-seba’ kriterji. Barra minn hekk, l-ajruporti ta’ Grenoble (GNB) u Maastricht (MST) biss joffru parametru referenzjarju speċifiku għall-operat tal-ajruport ta’ La Rochelle, jiġifieri l-għadd ta’ passiġġieri u l-volum tal-operazzjonijiet ta’ Ryanair f’dawk l-ajruporti. L-ajruporti l-oħrajn eżaminati ntgħażlu abbażi ta’ kriterji (bħas-sistema ta’ sjieda, l-eżistenza ta’ finanzjament pubbliku jew il-PDG tar-reġjun, jew is-sehem ta’ trasportaturi bi prezz baxx) li, minħabba li r-rabta tagħhom mal-kejl tal-kostijiet u d-dħul ta’ kull ajruport hija remota wisq, ma humiex biżżejjed weħidhom biex iservu bħala bażi għal-livell ta’ imposti tal-ajruport u tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni użati fl-eżerċizzju ta’ parametraġġ referenzjarju. Għalhekk, il-Kummissjoni tiddubita n-natura rappreżentattiva tal-kampjun magħżul ta’ ajruporti komparaturi.

It-tieni nett, iċ-ċifri prodotti minn Oxera juru li l-imposti netti mħallsin minn Ryanair fid-diversi ajruporti magħżula għat-tqabbil ivarjaw b’mod sinifikanti. Fl-istudju tagħha, Oxera kkalkolat il-livell ta’ imposti tal-ajruport imħallsin minn Ryanair lil dawn il-ħames ajruporti netti mill-kontribuzzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni kollha mħallsin lil AMS u Ryanair (li jfisser li l-istudju jqabbel l-imposti tal-ajruport imħallsin minn Ryanair wara li tnaqqas id-dħul mill-kummerċjalizzazzjoni tagħha). Madankollu, dawn iċ-ċifri juru varjazzjonijiet sostanzjali bejn il-komparaturi.

Imposti netti medji għal kull rotazzjoni. L-imposti netti medji għal kull rotazzjoni mħallsa minn Ryanair lil La Rochelle jammontaw għal [100; 150] % tal-imposti netti mħallsa minn Ryanair fil-ħames komparaturi. Madankollu, il-firxa tal-valuri turi li ma hemm l-ebda grupp omoġenu ta’ ajruporti komparabbli. B’hekk, skont is-sena, l-imposti netti medji mħallsin minn Ryanair lil La Rochelle jvarjaw bejn [-50; 0] % u [150; 200] % tal-imposti netti medji mħallsa minn Ryanair fl-ajruporti eżaminati minn Oxera. Din il-firxa turi b’mod ċar li l-kampjun użat ma huwiex omoġenu u rappreżentattiv. Bl-istess mod, għal ajruport partikolari, l-ammont ta’ imposti netti mħallsin minn Ryanair huwa varjabbli ħafna u jista’ jittrippla fl-ispazju ta’ sena, li hija prova ulterjuri li la huwa possibbli u lanqas xieraq li jiġi stabbilit tqabbil tal-imposti netti tal-ajruport.

Imposti netti medji għal kull passiġġier. Bħal fil-każ tal-imposti netti għal kull rotazzjoni, il-firxa tal-valuri turi li l-kampjun ta’ ajruporti ta’ Oxera ma jippermettix li jsir tqabbil stabbli jew raġonevoli. Skont is-sena, l-imposta netta medja mħallsa minn Ryanair lil La Rochelle tvarja bejn [-50; 0] % u [150; 200] % tal-imposta netta medja mħallsa minn Ryanair fl-ajruporti magħżula minn Oxera, u l-imposti netti għal kull passiġġier imħallsin minn Ryanair fi kwalunkwe ajruport partikolari jistgħu jvarjaw sa bit-tripplu skont is-sena.

(493)

Huwa sinifikanti l-fatt li la Ryanair u lanqas Oxera ma pprovaw jiddeterminaw prezz tas-suq li jikkorrespondi, għal kampjun ta’ ajruporti komparabbli ma’ La Rochelle, għall-prezz nett tal-imposti tal-ajruport (imposti tal-ajruport mingħajr appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni). Jekk tali tqabbil għamilha possibbli li jiġi ddeterminat prezz tas-suq, l-esperjenza ta’ Ryanair ma’ bosta ajruporti Ewropej ċertament ippermettiet li dan jiġi stabbilit.

(494)

Fl-aħħar nett, jekk nassumu li jista’ jiġi stabbilit, abbażi ta’ analiżi komparattiva valida, li l-“prezzijiet” applikati fid-diversi tranżazzjonijiet koperti minn din il-valutazzjoni kienu ekwivalenti għal jew ogħla mill-“prezzijiet tas-suq” stabbiliti bl-użu tal-kampjun ta’ tranżazzjonijiet ta’ tqabbil, madankollu, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi li dawk it-tranżazzjonijiet kienu jikkorrespondu għall-prezz tas-suq jekk jirriżulta li, meta ġew konklużi, l-operatur tal-ajruport seta’ jistenna li dawn iwasslu għal kostijiet inkrementali ogħla mid-dħul inkrementali. MEO fil-fatt ma jkunx interessat li joffri oġġetti jew servizzi bil-“prezz tas-suq” jekk dan ikun wassal għal telf inkrementali (136).

(495)

Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-approċċ ġeneralment irrakkomandat fil-Linji Gwida tal-2014 għall-applikazzjoni tat-test tal-MEO għar-relazzjonijiet bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru, jiġifieri l-analiżi tal-profittabilità inkrementali, irid jiġi applikat għal dan il-każ. Dan l-approċċ huwa ġġustifikat mill-fatt li operatur ta’ ajruport jista’ jkollu interess oġġettiv li jikkonkludi tranżazzjoni ma’ linja tal-ajru fejn jista’ raġonevolment jistenna li din it-tranżazzjoni ttejjeb il-profitti tiegħu (jew tnaqqas it-telf tiegħu) meta mqabbla ma’ sitwazzjoni kontrofattwali li fiha din it-tranżazzjoni ma tiġix konkluża (137), irrispettivament minn kwalunkwe tqabbil mal-kundizzjonijiet offruti lil linji tal-ajru oħrajn jew mal-kundizzjonijiet offruti minn operaturi ta’ ajruporti oħrajn.

(3)   Il-benefiċċji potenzjali li seta’ qies MEO meta ffirma l-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-linji tal-ajru

(496)

Minn dak kollu li ntqal hawn fuq jirriżulta li, sabiex jiġi applikat it-test tal-MEO, l-imġiba tas-CCI trid tiġi vvalutata b’rabta mal-imġiba ta’ MEO ipotetiku li jopera l-ajruport ta’ La Rochelle minfloku. Il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni inkwistjoni jridu jiġu vvalutati b’mod konġunt mal-ftehimiet korrispondenti dwar is-servizzi tal-ajruport, fejn jifformaw tranżazzjoni waħda (ara l-premessa 464 għall-kriterji ta’ valutazzjoni) (138). Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa 481, għalkemm xi ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma kinux parti minn tranżazzjoni waħda ma’ ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport, dawn xorta waħda se jiġu vvalutati billi jitqies id-dħul iġġenerat mill-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport fis-seħħ, għall-fini tal-kejl tal-profittabilità tal-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni inkwistjoni.

(497)

Fl-analiżi ta’ kull waħda mit-tranżazzjonijiet elenkati fi Table 14, jenħtieġ li jiġu ddeterminati l-benefiċċji li jista’ jistenna dan l-MEO ipotetiku, motivat mill-prospett ta’ profitti, mis-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Jenħtieġ li din l-analiżi ma tqisx l-impatt ġenerali ta’ tali servizzi fuq it-turiżmu u l-attività ekonomika tar-reġjun. Jistgħu jitqiesu biss l-effetti ta’ dawn is-servizzi fuq il-profittabilità tal-ajruport, minħabba li huma dawn biss li jitqiesu mill-MEO ipotetiku użat f’din l-analiżi (139).

(498)

Għalkemm l-impatt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma ġiex ipprovat, ma huwiex inkonċepibbli li dawn jistgħu jagħtu spinta żgħira lit-traffiku tal-passiġġieri fuq ir-rotot tal-ajru koperti mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u mill-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport korrispondenti, minħabba li huma maħsuba biex jippromwovu dawk ir-rotot. Madankollu, Ryanair indikat li l-preżenza ta’ ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni kellha biss impatt żgħir ħafna fuq il-fattur tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru tagħha, minħabba li l-azzjonijiet ta’ ġestjoni tar-rendiment (l-aġġustament tal-prezzijiet għad-domanda) ġew aġġustati sabiex jintlaħqu l-miri tal-fattur tat-tagħbija (140). B’hekk, l-impatt tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq iż-żieda fin-numri tal-passiġġieri ma ġiex ikkonfermat minn Ryanair. Għalhekk, jidher li l-impatt ewlieni tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni huwa li jinkoraġġixxu lil Ryanair topera titjiriet lejn l-ajruport ta’ La Rochelle.

(499)

Jenħtieġ li jiġi ddeterminat jekk MEO ipotetiku li jopera l-ajruport ta’ La Rochelle minflok is-CCI jistax raġonevolment jistenna u jikkwantifika benefiċċji minbarra dawk li jirriżultaw mill-effett pożittiv fuq il-ftuħ, iż-żamma u t-traffiku tal-passiġġieri tar-rotot koperti mill-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-perjodu operattiv ta’ dawk ir-rotot, kif stabbilit fil-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jew fil-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport.

(500)

Ryanair appoġġat din l-ipoteżi fl-istudju tagħha tas-17 ta’ Jannar 2014. Dan l-istudju huwa bbażat fuq it-teorija li s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mixtrija minn operatur ta’ ajruport, bħas-CCI, jistgħu jgħinu biex itejbu l-marka kummerċjali tal-ajruport u, b’riżultat ta’ dan, iżidu b’mod permanenti l-għadd ta’ passiġġieri li jużaw dan l-ajruport, u mhux biss in-numri fuq ir-rotot koperti mill-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u mill-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport matul il-perjodu operattiv ta’ dawn ir-rotot, kif stabbilit f’dawn il-ftehimiet. B’mod partikolari, Ryanair sabet fl-istudju tagħha li dawn is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jista’ jkollhom impatt pożittiv fit-tul fuq it-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport, anki wara li jkun skada l-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(501)

Jenħtieġ li l-ewwel nett jiġi nnotat li f’dan il-każ ma hemm xejn li jissuġġerixxi li, meta ġew iffirmati l-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni koperti mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali, is-CCI qatt ikkunsidrat, u wisq inqas ikkwantifikat, kwalunkwe effett pożittiv tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li jmorru lil hinn mir-rotot koperti minn dawn il-ftehimiet jew, f’termini ta’ żmien, li jmorru lil hinn mill-perjodu operattiv mistenni tar-rotot inkwistjoni. Barra minn hekk, la Franza u lanqas is-CCI ma pproponew xi metodu biex jiġi stmat il-valur possibbli li MEO ipotetiku li jopera l-ajruport ta’ La Rochelle minflok is-CCI kien jagħti lil dawn l-effetti meta jivvaluta jekk għandux jidħol fil-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u fil-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport. Fl-aħħar nett, is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mixtrija minn Ryanair/AMS kienu primarjament immirati lejn persuni li x’aktarx jużaw ir-rotot tal-ajru msemmija fil-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(502)

Din il-konklużjoni, stabbilita għall-ftehimiet konklużi ma’ Ryanair u AMS, tapplika wkoll għall-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport u s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ Jet2, għall-istess raġunijiet.

(503)

Barra minn hekk, in-natura dejjiema ta’ dawn l-effetti wkoll tidher dubjuża ħafna. Huwa possibbli li r-reklamar ta’ La Rochelle u tar-reġjun tagħha fuq is-sit web ta’ Ryanair seta’ ħeġġeġ lin-nies li jżuru dan is-sit web jixtru biljetti ta’ Ryanair lejn La Rochelle meta dan ir-reklamar tpoġġa għall-ewwel darba jew eżatt wara. Madankollu, ma huwiex probabbli li l-effett ta’ dan ir-reklamar fuq il-viżitaturi kien se jdum jew ikollu influwenza fuq ix-xiri tal-biljetti tagħhom għal aktar minn ftit ġimgħat wara li tpoġġa fuq is-sit web ta’ Ryanair. Kampanja ta’ reklamar x’aktarx ikollha effett dejjiemi meta l-attivitajiet promozzjonali jinvolvu mezz ta’ reklamar wieħed jew aktar li għalihom il-konsumaturi jistgħu jkunu esposti b’mod regolari matul perjodu partikolari. Pereżempju, kampanja ta’ reklamar fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju mainstream, serje ta’ siti web u/jew diversi billboards murija fil-beraħ jew f’postijiet pubbliċi jista’ jkollhom effett dejjiemi jekk il-konsumaturi jiġu esposti regolarment għal dawn il-media. Madankollu, l-attivitajiet promozzjonali limitati għal ċerti paġni tas-sit web ta’ Ryanair weħidhom mhux probabbli li jkollhom effett li jdum ħafna aktar minn tmiem il-kampanja promozzjonali. Huwa probabbli ħafna li l-biċċa l-kbira tan-nies ma jżurux is-sit web ta’ Ryanair spiss biżżejjed biex jibqgħu b’impressjoni dejjiema tar-reklamar għal dan ir-reġjun.

(504)

Franza u s-CCI ma pprovdew l-ebda informazzjoni matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali li tmur kontra din l-osservazzjoni. Din l-osservazzjoni hija wkoll appoġġata sewwa minn żewġ fatturi.

(505)

L-ewwel nett, uħud mill-operazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-ftehimiet konklużi ma’ Ryanair/AMS kienu relatati fl-ewwel lok mal-paġna prinċipali tas-sit web ta’ Ryanair. Dawn is-servizzi kienu jikkonsistu sempliċiment f’link għal sit web magħżul mis-CCI għal perjodi ta’ żmien ta’ spiss limitati jew qosra ħafna:

L-ebda perjodu ta’ wiri għal-links imsemmija fil-ftehimiet A u B;

Il-wiri tal-link sponsorjata għal 56 jum fis-sena għal 3 snin skont il-ftehim C;

Il-wiri tal-link sponsorjata għal 212-il jum fis-sena għal 3 snin skont il-ftehim D, iżda għall-2007 l-perjodu tal-wiri jitnaqqas għal 45 jum skont il-ftehim E li jemenda l-ftehim D;

Il-wiri tal-link sponsorjata fuq is-sit web tar-Renju Unit ta’ Ryanair għal 22 jum fis-sena għal 3 snin skont il-ftehim G;

Il-wiri tal-link sponsorjata fuq is-sit web tan-Netherlands/tal-Belġju ta’ Ryanair għal 95 jum għall-ewwel sena u 160 jum għat-tieni u t-tielet sena skont il-ftehim H;

Il-wiri tal-link sponsorjata fuq is-sit web Irlandiż ta’ Ryanair għal 200 jum fis-sena għal 3 snin skont il-ftehim I;

Il-wiri tal-link sponsorjata fuq is-sit web Belġjan ta’ Ryanair għal 10 ijiem fis-sena għal 3 snin skont il-ftehim J;

Il-wiri tal-link sponsorjata għal 90 jum fuq is-sit web tal-Irlanda, tan-Norveġja u tan-Netherlands ta’ Ryanair u 50 jum fuq is-sit web tar-Renju Unit tagħha fis-sena għal 3 snin skont il-ftehim K;

Il-wiri tal-link sponsorjata fuq is-sit web Irlandiż ta’ Ryanair għal 70 jum skont il-ftehim L;

Il-wiri tal-link sponsorjata fuq is-sit web Portugiż ta’ Ryanair għal 365 jum skont il-ftehim M għal perjodu ta’ sentejn;

Il-wiri tal-link sponsorjata fuq is-sit web Norveġiż ta’ Ryanair għal 6 ġimgħat (bejn wieħed u ieħor 42 jum) għall-ewwel sena u 4 ġimgħat (jiġifieri 24 jum) għat-tieni sena u t-tielet sena skont il-ftehim N.

(506)

Kemm in-natura ta’ dawn l-attivitajiet promozzjonali (il-preżenza ta’ link waħda b’valur promozzjonali limitat), il-ħajja qasira tagħhom kif ukoll il-frekwenza erratika li biha ntwerew matul il-perjodu inkwistjoni (billi kienet biss ir-rotta ta’ Porto li ngħatat promozzjoni kontinwa għal sentejn) kienu jillimitaw b’mod sinifikanti l-effett ta’ dawn l-attivitajiet ladarba jispiċċaw, b’mod partikolari minħabba li kienu limitati għas-sit web ta’ Ryanair biss u ma ntwerewx fuq xi media oħra. Fi kliem ieħor, ma kienx probabbli li dawn l-attivitajiet promozzjonali jħallu lin-nies esposti għal dawn l-attivitajiet b’impressjoni dejjiema tar-reklamar inkwistjoni u b’interess dejjiemi f’La Rochelle u fir-reġjun tagħha.

(507)

It-tieni, l-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni l-oħrajn previsti fil-ftehimiet konklużi ma’ Ryanair/AMS kienu relatati biss mal-paġni tas-sit web ta’ Ryanair li jkopru d-destinazzjoni ta’ La Rochelle. Bħala regola ġenerali, din l-aħħar xorta ta’ attività promozzjonali hija mmirata biss lejn udjenza li minnha nnifisha hija limitata, mingħajr esponiment frekwenti għar-reklamar. Barra minn hekk, fir-rigward tal-paġna tad-destinazzjoni ta’ La Rochelle tas-sit web ta’ Ryanair, x’aktarx li din ma tkunx miżjura ta’ spiss daqs il-paġna prinċipali tas-sit web, billi hija ddedikata għal destinazzjoni speċifika ta’ Ryanair u mhux għall-attivitajiet kollha tagħha. B’hekk, minħabba l-probabbiltà baxxa ta’ żjarat frekwenti fil-paġna tad-destinazzjoni ta’ La Rochelle tas-sit web ta’ Ryanair, l-attivitajiet promozzjonali murija f’dik il-paġna x’aktarx li ma joħolqux memorja dejjiema tal-attrazzjonijiet ta’ La Rochelle u tar-reġjun tagħha fin-nies b’aċċess għaliha. Barra minn hekk, huwa probabbli ħafna li l-paġna ta’ La Rochelle tas-sit web ta’ Ryanair tiġi aċċessata, ħafna drabi, bħala riżultat ta’ interess potenzjali f’din id-destinazzjoni jew fis-servizzi ta’ Ryanair lejha. Għalhekk, ir-reklamar fuq din il-paġna mhux probabbli li jiġġenera interess ġdid f’din id-destinazzjoni fost nies li ma jafux b’din id-destinazzjoni jew li ma għandhom l-ebda interess fiha.

(508)

F’dan ir-rigward, huwa żvelat li l-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni sottomessi minn Ryanair li ġew konklużi bejn intrapriżi privati mhux fl-ajruporti (kiri ta’ karozzi, attivitajiet turistiċi lokali) u AMS jieħdu l-valur ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom mill-possibbiltà li jbigħu oġġetti jew servizzi turistiċi lill-passiġġieri li jivvjaġġaw ma’ Ryanair. Il-vjaġġaturi potenzjali jiġu identifikati bħala li x’aktarx jivvjaġġaw lejn ajruport ta’ destinazzjoni definit b’mod ċar wara li jżuru s-sit web ta’ Ryanair (ix-xiri ta’ biljett, it-tfittxija tat-titjiriet disponibbli, eċċ.) u, għalhekk, huma l-mira ta’ messaġġi ta’ kummerċjalizzazzjoni li jħeġġuhom jixtru oġġetti jew servizzi fl-ajruport tad-destinazzjoni tagħhom. Għalhekk, il-valur tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair huwa bbażat fuq il-kapaċità li jiġu mmirati l-klijenti ta’ Ryanair li diġà għażlu l-ajruport tad-destinazzjoni tagħhom jew li ż-żjara tagħhom fis-sit web ta’ Ryanair tindika li huma x’aktarx jagħżlu ajruport ta’ destinazzjoni speċifiku, sabiex jiġu mħeġġa jixtru servizz turistiku fid-destinazzjoni finali tagħhom. Il-Kummissjoni ma teskludix il-possibbiltà li l-kummerċjalizzazzjoni offruta minn AMS fuq is-sit web ta’ Ryanair jista’ jkollha valur għal ċerti intrapriżi ta’ partijiet terzi interessati li jbigħu oġġetti jew servizzi lill-klijenti ta’ Ryanair, bħal kumpanija tal-kiri tal-karozzi jew fornitur reġjonali ta’ ġiti bil-mixi. Madankollu, dan ma huwiex il-każ għall-operatur ta’ ajruport li jixtieq iġib żieda dejjiema fl-għadd ta’ passiġġieri li jużaw l-ajruport. Kif spjegat fil-premessa 501, huwa probabbli ħafna li n-nies li jikkonsultaw il-paġna ta’ La Rochelle tas-sit web ta’ Ryanair diġà jkollhom interess potenzjali f’dik id-destinazzjoni jew fis-servizzi ta’ Ryanair lejha. B’hekk, għas-CCI, l-effett tal-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni mwettqa fuq il-paġni tas-sit web ta’ Ryanair li jkopru d-destinazzjoni ta’ La Rochelle, f’termini ta’ attrazzjoni tal-passiġġieri, huwa baxx ħafna jew saħansitra ineżistenti.

(509)

B’riżultat ta’ dan, għalkemm is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni setgħu żiedu t-traffiku tal-passiġġieri fuq ir-rotot koperti mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-perjodu ta’ dawk is-servizzi, huwa probabbli ħafna li dan l-effett wara dan il-perjodu jew fuq rotot oħrajn kien żero jew negliġibbli.

(510)

L-istudji ta’ Ryanair tas-17 u tal-31 ta’ Jannar 2014 jindikaw ukoll li l-probabbiltà li l-benefiċċji tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jmorru lil hinn mir-rotot koperti minn dawn il-ftehimiet jew li jdumu sa wara l-perjodu operattiv ta’ dawn ir-rotot, kif stabbilit fil-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u fil-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport, kienet żgħira ħafna u ma setgħetx tiġi kkwantifikata bi grad ta’ affidabbiltà li jitqies suffiċjenti minn MEO prudenti.

(511)

Għaldaqstant, pereżempju, l-istudju ta’ Ryanair tas-17 ta’ Jannar 2014 jindika li “il-profitti inkrementali futuri lil hinn mill-iskadenza skedata tal-Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajruport huma intrinsikament inċerti” (141). Barra minn hekk, dan l-istudju jipproponi żewġ metodi għall-valutazzjoni ex ante tal-effetti pożittivi tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni: approċċ “ibbażat fuq il-flussi tal-flus” u approċċ ta’ “kapitalizzazzjoni”.

(512)

L-approċċ tal-“fluss tal-flus” jinvolvi l-valutazzjoni tal-benefiċċji tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport fil-forma ta’ dħul futur iġġenerat għall-operatur tal-ajruport mis-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u mill-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport, nieqsa l-kostijiet korrispondenti. L-approċċ ta’ kapitalizzazzjoni jikkonsisti fit-trattament tat-titjib fil-marka kummerċjali tal-ajruport permezz tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni bħala assi intanġibbli, akkwistati għall-prezz stabbilit fil-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(513)

Madankollu, l-istudju jiżvela l-firxa tad-diffikultajiet imqajma mill-approċċ ta’ kapitalizzazzjoni, u b’hekk juri n-nuqqas ta’ affidabbiltà tar-riżultati li tali metodu jista’ jipproduċi, u l-istudju nnifsu jippreferi l-approċċ tal-fluss tal-flus. B’mod partikolari, l-istudju jiddikjara: “L-approċċ ta’ kapitalizzazzjoni għandu jqis biss il-proporzjon tan-nefqa fuq il-kummerċjalizzazzjoni li hija attribwibbli għall-bażi tal-assi intanġibbli ta’ ajruport. Madankollu, jista’ jkun diffiċli li jiġi identifikat il-proporzjon tan-nefqa fuq il-kummerċjalizzazzjoni li hija mmirata lejn il-ġenerazzjoni tad-dħul mistenni fil-ġejjieni għall-ajruport (jiġifieri investiment fil-bażi tal-assi intanġibbli tal-ajruport) kuntrarju għall-ġenerazzjoni tad-dħul attwali għall-ajruport” (142). Huwa jenfasizza wkoll li “Sabiex jiġi implimentat l-approċċ ibbażat fuq il-kapitalizzazzjoni, jeħtieġ li jiġi stmat it-tul ta’ żmien medju li ajruport ikun jista’ jżomm klijent grazzi għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ AMS. Fil-prattika, ikun diffiċli ħafna li jiġi stmat il-perjodu medju taż-żamma tal-klijenti wara kampanja ta’ AMS, minħabba li ma teżistix biżżejjed data” (143).

(514)

L-istudju ta’ Ryanair tal-31 ta’ Jannar 2014 ippropona applikazzjoni prattika tal-approċċ ibbażat fuq il-fluss tal-flus. Skont dan l-approċċ, il-benefiċċji tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u dwar is-servizzi tal-ajruport, li jkomplu jitgawdew anki wara li jkun skada l-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, huma espressi bħala “valur terminali”, ikkalkolat fid-data ta’ skadenza tal-ftehim. Dan il-valur terminali huwa bbażat fuq il-profitti inkrementali mistennija mill-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport u mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fis-sena finali tal-applikazzjoni tal-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport. Dan il-metodu jinvolvi t-teħid tal-profitt inkrementali mistenni fis-sena finali tal-applikazzjoni tal-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport u li dan jiġi pproġettat fil-futur għall-istess perjodu bħat-terminu tal-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport, iżda aġġustat bir-rata tat-tkabbir tas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Ewropa u fattur ta’ profittabilità meqjus li jirrifletti l-kapaċità tal-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport u tal-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li jikkontribwixxu għall-profitti tal-ajruport wara l-iskadenza tagħhom. Skont l-istudju tal-31 ta’ Jannar 2014, din il-kapaċità li jiġu prodotti benefiċċji dejjiema tiddependi fuq diversi fatturi “... inkluża prominenza akbar u marka kummerċjali aktar b’saħħitha, flimkien ma’ esternalitajiet tan-network u passiġġieri ripetuti” (144), għalkemm ma jingħatawx dettalji dwar dawn il-fatturi. Barra minn hekk, dan il-metodu jqis rata ta’ skont li tirrifletti l-kostijiet kapitali.

(515)

L-istudju jissuġġerixxi fattur ta’ probabbiltà ta’ 30 %, li huwa jqis bħala prudenti. Madankollu, dan l-istudju teoretiku ħafna ma jipprovdi l-ebda evidenza kwantitattiva jew kwalitattiva serja għal dan il-fattur. Dan ma huwiex ibbażat fuq xi fatti relatati mal-attivitajiet ta’ Ryanair, is-swieq tat-trasport bl-ajru jew is-servizzi tal-ajruport biex jissostanzja din ir-rata ta’ 30 %. Huwa ma jistabbilixxi l-ebda rabta bejn din ir-rata u l-fatturi li jsemmi fil-qosor (prominenza, marka kummerċjali b’saħħitha, esternalitajiet tan-network u passiġġieri ripetuti) u li huma meqjusa li jestendu l-benefiċċji tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport u dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni wara d-dati ta’ skadenza tagħhom. Fl-aħħar nett, huwa bl-ebda mod ma jirreferi għall-kontenut speċifiku tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni previsti fid-diversi ftehimiet ma’ AMS meta janalizza sa liema punt dawn is-servizzi jistgħu jinfluwenzaw il-fatturi msemmija hawn fuq.

(516)

Barra minn hekk, l-istudju ma jipprovax li hemm xi probabbiltà li, mal-iskadenza ta’ ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport u ta’ ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, il-profitti ġġenerati minn dawn il-ftehimiet għall-operatur tal-ajruport fl-aħħar sena tal-applikazzjoni tagħhom se jkomplu fil-futur. Bl-istess mod, huwa ma jipprovdi ebda evidenza li r-rata ta’ tkabbir tas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Ewropa hija indikatur utli sabiex jitkejjel l-impatt ta’ ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport u ta’ ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni għal ajruport partikolari.

(517)

Għalhekk, “valur terminali” kkalkolat bl-użu tal-metodu ssuġġerit minn Ryanair ikun improbabbli ħafna li jitqies minn MEO prudenti meta jiddeċiedi jekk jidħolx fi ftehim jew le.

(518)

Għalhekk, l-istudju tal-31 ta’ Jannar 2014 juri li approċċ tal-“fluss tal-flus” iwassal biss għal riżultati mhux affidabbli u inċerti ħafna, l-istess bħall-metodu ta’ “kapitalizzazzjoni”.

(519)

Barra minn hekk, la Franza u l-ebda parti terza interessata ma pprovdiet xi evidenza li l-metodu mressaq minn Ryanair f’dan l-istudju, jew kwalunkwe metodu ieħor li għandu l-għan li jqis u jikkwantifika l-benefiċċji li jestendu lil hinn mill-iskadenza tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport u tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, huwa attwalment użat mill-operaturi tal-ajruporti reġjonali komparabbli mal-operatur ta’ La Rochelle. F’dak ir-rigward, Franza ma kkummentatx dwar l-istudji tas-17 u tal-31 ta’ Jannar 2014 u, b’hekk, ma approvatx il-konklużjonijiet tagħhom.

(520)

Barra minn hekk, kif iddikjarat hawn fuq, is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jimmiraw b’mod ċar lejn persuni li x’aktarx jużaw ir-rotot koperti mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Jekk dawn ir-rotot ma jiġux imġedda meta jiskadi l-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport, huwa improbabbli li s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jkomplu jkollhom effett pożittiv fuq it-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport wara d-data ta’ skadenza. Huwa diffiċli ħafna li operatur ta’ ajruport jivvaluta l-probabbiltà li linja tal-ajru tkompli topera rotta malli jiskadi t-terminu li għalih ikun impenja ruħu fil-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport. Il-linji tal-ajru bi prezz baxx, b’mod partikolari, urew li huma dinamiċi ħafna f’termini tat-tnedija u l-irtirar tar-rotot. Skont rapport minn Oxera abbozzat għal ACI Europe, fl-2011, bejn 15 % u 20 % tar-rotot operati minn ajruporti Ewropej b’inqas minn 5 miljun passiġġier ingħalqu (145). Għalhekk, meta jidħol fi tranżazzjoni bħal dawk li qed jiġu eżaminati f’din il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, MEO prudenti ma jistax jistrieħ fuq il-fatt li linja tal-ajru tkun lesta li testendi l-operat tar-rotta inkwistjoni mal-iskadenza tal-ftehim.

(521)

Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi nnotat li valur terminali kkalkolat bl-użu tal-metodu propost minn Ryanair fl-istudju tal-31 ta’ Jannar 2014 se jkun pożittiv (u, għalhekk, se jkollu effett pożittiv fuq ir-redditu pproġettat fuq il-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport u l-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni) biss fejn il-profitt inkrementali mistenni minn dawn il-ftehimiet fl-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport ikun pożittiv. Dan il-metodu jinvolvi t-teħid tal-profitt inkrementali mistenni fl-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport u li dan jiġi pproġettat fil-futur billi jiġu applikati żewġ fatturi. L-ewwel fattur jirrappreżenta t-tkabbir globali tas-suq Ewropew tat-trasport bl-ajru u jirrifletti t-tkabbir tat-traffiku mistenni. It-tieni huwa fattur ta’ 30 % li bejn wieħed u ieħor jirrappreżenta l-probabbiltà li l-ftehimiet li jkunu waslu biex jiskadu jinkoraġġixxu l-iffirmar futur ta’ ftehimiet simili li x’aktarx jiġġeneraw flussi finanzjarji simili. B’hekk, jekk il-profitt inkrementali futur mistenni għall-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport ikun negattiv, il-valur terminali jkun ukoll negattiv (jew l-aktar se jkun żero), li jirrifletti l-fatt li ftehimiet simili għal dawk li skadew reċentement bħalhom inaqqsu l-profittabilità tal-ajruport kull sena.

(522)

L-istudju ta’ Ryanair tal-31 ta’ Jannar 2014 jipprevedi dan ix-xenarju fil-qosor ħafna, u jillimita ruħu biex jindika f’nota f’qiegħ il-paġna, mingħajr kummenti jew spjegazzjonijiet: “… l-ebda valur terminali ma jista’ jiġi kkalkolat jekk il-profitti inkrementali netti mill-pagamenti ta’ AMS ikunu negattivi fl-aħħar sena tal-perjodu inkwistjoni” (146). Madankollu, kif se jintwera aktar ’il quddiem fil-premessi minn 580 sa 642, il-ftehimiet kollha f’dan il-każ jinvolvu flussi inkrementali pproġettati li għandhom valur preżenti nett negattiv kull sena, u mhux biss b’mod ġenerali. B’riżultat ta’ dan, għal dawn il-ftehimiet, “valur terminali” kkalkolat bl-użu tal-metodu propost minn Ryanair ikun żero jew saħansitra negattiv. Għalhekk, it-teħid f’kunsiderazzjoni ta’ tali valur terminali ma jpoġġix f’dubju l-konstatazzjoni li d-diversi ftehimiet jinvolvu vantaġġ ekonomiku.

(523)

Fl-aħħar nett, fit-tielet studju datat is-26 ta’ Settembru 2014, Ryanair tenniet li l-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jiġġeneraw profitti inkrementali waqt li jkunu fis-seħħ u valur terminali wara l-iskadenza tagħhom. Għalhekk, skont Ryanair, l-iffirmar ta’ ftehim inizjali ma’ Ryanair iżid il-possibbiltà li jiġi konkluż ftehim ġdid mal-iskadenza tiegħu, ma’ Ryanair jew ma’ linji tal-ajru oħrajn. Barra minn hekk, il-valur terminali tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jinsab f’żieda fit-traffiku lejn l-ajruport wara l-iskadenza, bħala riżultat tar-reputazzjoni mtejba tiegħu. Filwaqt li Ryanair tipproponi metodu għall-ittestjar empiriku tal-ipoteżi tagħha, hija ma tistax timplimentah minħabba li ma għandhiex id-data meħtieġa. Fl-aħħar nett, ir-rapport ma jqisx l-esternalitajiet possibbli tan-network fl-analiżi tiegħu.

(524)

Bħala konklużjoni, minn dak li ntqal hawn fuq jidher ċar li l-uniku benefiċċju li MEO prudenti jistenna minn ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u jikkwantifika meta jiddeċiedi jekk għandux jidħol fi ftehim bħal dan jew le, flimkien ma’ ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport, ikun ta’ żewġ tipi: (i) minn naħa, il-prospett tal-linji tal-ajru li joperaw titjiriet fl-ajruport ta’ La Rochelle f’konformità mal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport li l-linji tal-ajru kienu mmotivati jikkonkludu bħala riżultat tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, u (ii) min-naħa l-oħra, effett pożittiv marġinali potenzjali tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq l-għadd ta’ passiġġieri li jużaw ir-rotot koperti mill-ftehimiet inkwistjoni (stimulazzjoni żgħira tat-traffiku fuq ir-rotot koperti mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u mill-ftehimiet korrispondenti dwar is-servizzi tal-ajruport). Kwalunkwe benefiċċju ieħor jitqies li huwa wisq inċert biex jitqies bħala kkwantifikat, u ma hemm xejn li jissuġġerixxi li dawn tqiesu mis-CCI.

(4)   X’perjodu ta’ żmien kien jagħżel MEO biex jivvaluta l-merti tal-iffirmar ta’ ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport u/jew ta’ ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni?

(525)

Meta jivvaluta l-merti tad-dħul fi ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport u/jew ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, MEO kien jagħżel it-terminu tal-ftehimiet inkwistjoni bħala l-perjodu ta’ żmien tal-valutazzjoni tiegħu. Fi kliem ieħor, huwa kien jivvaluta l-kostijiet u d-dħul inkrementali għall-perjodu ta’ applikazzjoni tal-ftehimiet.

(526)

Ma jidher li hemm ebda ġustifikazzjoni biex jintgħażel perjodu itwal. Fid-dati meta ġew iffirmati l-ftehimiet, MEO prudenti ma kienx jistrieħ fuq il-fatt li dawn il-ftehimiet jiġġeddu mal-iskadenza tagħhom billi, kif spjegat fil-premessa 520, linji tal-ajru bi prezz baxx bħal Ryanair u Jet2 huma dinamiċi ħafna f’termini tat-tnedija u l-irtirar tar-rotot, jew iż-żieda u t-tnaqqis tal-frekwenzi.

(527)

Barra minn hekk, għal ċerti ftehimiet, id-data tal-bidu effettiva tal-attivitajiet koperti mill-ftehim ma kinitx id-data tal-iffirmar tal-ftehim. F’dan il-każ, id-data tal-bidu attwali u mhux id-data tal-iffirmar tqieset bħala l-punt tat-tluq, għal sitwazzjonijiet fejn id-data tal-iffirmar tiġi qabel id-data tal-bidu attwali (147).

(528)

F’sitwazzjonijiet fejn Ryanair ma operatx ċerti rotot matul il-perjodu kollu kopert mill-ftehim, il-valutazzjoni tal-MEO hija bbażata fuq id-durata skedata tal-ftehim, billi t-terminazzjoni bikrija tal-ftehimiet la kienet magħrufa u lanqas prevedibbli fiż-żmien meta ġew konklużi. Operatur ta’ ajruport kien jibbaża t-tbassir tat-traffiku tiegħu fuq l-impenji meħuda minn Ryanair meta ġie ffirmat il-kuntratt u li kienu jorbtu lill-kumpanija.

(529)

F’dan li ġej, il-Kummissjoni se teżamina l-ftehimiet konklużi ma’ kull waħda mil-linji tal-ajru fir-rigward tat-traffiku, tad-dħul u tal-kostijiet inkrementali fid-dawl tas-suppożizzjonijiet li saru, qabel ma, min-naħa tagħha, tippreżenta l-eżitu tal-analiżi ta’ dawk il-ftehimiet.

(5)   Konklużjonijiet dwar il-metodu li bih se jiġi applikat it-test tal-operatur f’ekonomija tas-suq

(530)

Minn dak kollu li ntqal hawn fuq jidher ċar li, sabiex jiġi applikat it-test tal-MEO għall-miżuri inkwistjoni, il-Kummissjoni trid tanalizza kull ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni flimkien mal-ftehim korrispondenti dwar is-servizzi tal-ajruport (jekk dan tal-aħħar jifformax parti mis-sett ta’ ftehimiet elenkati fi Table 14 jew jekk kienx sempliċiment fis-seħħ meta ġie konkluż il-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni (148)) u trid tivvaluta jekk MEO ipotetiku, motivat mill-prospett ta’ profitti u mill-operat tal-ajruport ta’ La Rochelle minflok is-CCI, kienx jiffirma dawn il-ftehimiet. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li tiġi ddeterminata l-profittabilità inkrementali tal-ftehimiet kif kienet tiġi vvalutata mill-MEO fiż-żmien meta ġew iffirmati, billi jiġu stmati, għall-perjodu kollu ta’ applikazzjoni tal-ftehimiet:

it-traffiku inkrementali futur mistenni mill-implimentazzjoni ta’ dawn il-ftehimiet, possibbilment billi jitqiesu l-effetti tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq il-fatturi tat-tagħbija tar-rotot koperti mill-ftehimiet;

id-dħul inkrementali futur mistenni mill-implimentazzjoni ta’ dawn il-ftehimiet, inkluż id-dħul mill-imposti tal-ajruport u mis-servizzi fuq l-art, iġġenerat mir-rotot koperti minn dawn il-ftehimiet, kif ukoll id-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi mit-traffiku addizzjonali ġġenerat mill-implimentazzjoni ta’ dawn il-ftehimiet;

il-kostijiet inkrementali futuri mistennija mill-implimentazzjoni ta’ dawn il-ftehimiet, inklużi l-kostijiet operatorji u kwalunkwe kost ta’ investiment inkrementali ġġenerat mir-rotot koperti minn dawn il-ftehimiet, kif ukoll il-kostijiet tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(531)

Jenħtieġ li dawn il-kalkoli jipprovdu l-flussi annwali futuri li jikkorrespondu għad-differenza bejn id-dħul u l-kostijiet inkrementali, li għandhom jiġu skontati, jekk ikun meħtieġ, b’rata li tirrifletti l-kost tal-kapital għall-operatur tal-ajruport. Valur preżenti nett (VPN) pożittiv jindika fil-prinċipju li l-ftehimiet inkwistjoni ma jagħtux vantaġġ ekonomiku, filwaqt li valur preżenti nett negattiv jiżvela l-preżenza ta’ tali vantaġġ.

(532)

Jenħtieġ li jiġi nnotat li, f’din il-valutazzjoni, l-argumenti tas-CCI u ta’ Ryanair li l-prezz tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mixtrija mis-CCI huwa ekwivalenti jew orħos minn dak li jista’ jitqies bħala “prezz tas-suq” għal tali servizzi huma irrilevanti. Tabilħaqq, MEO ipotetiku mmotivat mill-prospett ta’ profitti ma jkunx lest li jixtri tali servizzi, lanqas bi prezz aktar baxx minn jew ugwali għall-“prezz tas-suq”, jekk ikun ippreveda li, minkejja l-impatt pożittiv ta’ dawk is-servizzi fuq ir-rotot ikkonċernati, il-kostijiet inkrementali mġarrba mill-ftehimiet qabżu d-dħul inkrementali f’termini ta’ valur skontat. F’każ bħal dan, huwa ma jkunx lest li jħallas il-“prezz tas-suq” u, għalhekk, loġikament jiddeċiedi li jgħaddi mingħajr is-servizzi inkwistjoni.

(b)   Kunsiderazzjonijiet metodoloġiċi li jikkonċernaw ir-rikostruzzjoni tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju

(533)

Matul il-proċedura, il-Kummissjoni stiednet lil Franza tissottometti l-estimi tal-kostijiet, id-dħul u l-profittabilità inkrementali għad-diversi ftehimiet konklużi bejn is-CCI u Ryanair/AMS, li setgħu ġew prodotti qabel l-iffirmar ta’ dawn il-ftehimiet. B’reazzjoni għal dik l-istedina, Franza ddikjarat li ma twettqet l-ebda analiżi mill-ajruport ta’ La Rochelle qabel l-iffirmar tal-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u, għalhekk, ipprovdiet rikostruzzjoni retrospettiva tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju li jikkorrespondu għal kull wieħed mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fi Table 9, kif ukoll rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tal-ftehim konkluż ma’ Jet2 (billi jitqiesu l-parametri rilevanti tal-ftehimiet korrispondenti dwar is-servizzi tal-ajruport għall-analiżi tal-ftehimiet iffirmati ma’ dawk iż-żewġ linji tal-ajru). Madankollu, l-iskop ta’ din l-analiżi retrospettiva huwa li tirreplika l-analiżi finanzjarja li suppost kellha titwettaq qabel ma jiġu ffirmati l-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, filwaqt li titqies id-data disponibbli għall-ajruport f’dak iż-żmien.

(1)   Mudell użat għar-rikostruzzjoni tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju

(534)

Franza retrospettivament irrikostruwiet il-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju bl-użu ta’ “xenarju bażi” li jistabbilixxi s-suppożizzjonijiet li kienu jsiru b’mod raġonevoli minn operatur f’ekonomija tas-suq. Din l-analiżi hija bbażata fuq is-suppożizzjonijiet tat-traffiku, il-fatturi tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru, id-dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi u mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier, il-kostijiet operatorji għal kull passiġġier, l-ispejjeż tal-kummerċjalizzazzjoni, u d-durata tal-ftehimiet. Sabiex jiġi kkalkolat il-valur preżenti nett ta’ kull ftehim, Franza rrikostruwiet pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li juri l-entrati tad-dħul u tal-kostijiet li ġejjin:

Tabella 15

Mudell użat għar-rikostruzzjoni tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju

Ftehim [x]

 

Sena N

Sena N+1

Eċċ.…

L-għadd ta’ rotazzjonijiet fis-sena (a)

Ara l-ftehim

 

 

L-għadd ta’ sits tal-inġenji tal-ajru (b)

Ara t-taqsima 7.2.1.5(b)(2) hawn taħt

 

 

L-għadd ta’ sits offruti (ċ)

c=a*b*2

 

 

Fattur medju tat-tagħbija (d)

Ara t-taqsima 7.2.1.5(b)(2) hawn taħt

 

L-għadd totali ta’ passiġġieri (deħlin u ħerġin) (e)

e=c*d

 

 

Imposta tal-inżul (f)

f=a*imposta unitarja kif adottata mis-CCI jew inkluża fil-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport

 

 

Imposta għall-parkeġġ tal-inġenji tal-ajru (g)

0 (ara t-taqsima 7.2.1.5(b)(3) hawn taħt)

 

 

Imposta tad-dawl (h)

0 (ara t-taqsima 7.2.1.5(b)(3) hawn taħt)

 

 

Imposta għall-persuni b’diżabilità u b’mobilità mnaqqsa (i)

i=e*imposta unitarja kif adottata mis-CCI jew inkluża fil-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport/2

 

 

Imposta tal-passiġġieri (j)

j=e*imposta unitarja kif adottata mis-CCI jew inkluża fil-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport/2

 

 

Servizzi fuq l-art (k)

0

 

 

Dħul totali minn attivitajiet ajrunawtiċi (l)

l=f+g+h+i+j+k

 

 

Dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi (m)

m=e*marġni inkrementali għal kull unità

(ara t-taqsima 7.2.1.5(b)(3) hawn taħt)

 

 

Dħul totali (n)

n=l+m

 

 

Kostijiet inkrementali (o)

o=e*kost inkrementali għal kull unità

(ara t-taqsima 7.2.1.5(b)(4) hawn taħt)

 

 

Kostijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni (p)

Ara l-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni

 

 

Kostijiet totali (q)

q=o+p

 

 

Fluss tal-flus inkrementali (r)

r=n-q

 

 

VPN

Formula

Fejn:

v tirreferi għas-sena tal-ftehim inkwistjoni, v=0 tikkorrespondi għall-bidu tal-ftehim,

u tirreferi għad-durata totali tal-ftehim (fi snin)

r v huwa l-fluss tal-flus inkrementali (r) għas-sena (v) tal-ftehim

t hija r-rata ta’ skont magħżula  (149)

(535)

Filwaqt li l-Kummissjoni ġeneralment tqis li s-suppożizzjonijiet magħmula minn Franza dwar id-dħul għal kull passiġġier u d-durata tal-ftehimiet huma raġonevoli, suppożizzjonijiet oħrajn magħmula minn Franza mhux dejjem ikunu raġonevoli jew realistiċi. L-ewwel nett, Franza għamlet żbalji metodoloġiċi komuni għar-rikostruzzjonijiet kollha (bħas-sottostima tal-kostijiet operatorji ajrunawtiċi inkrementali u l-inklużjoni tal-kontribuzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet lokali biex ikopru n-nefqa ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni bħala dħul inkrementali). It-tieni, kif se jiġi stabbilit fit-taqsima dwar il-valutazzjoni individwali tal-ftehimiet, kif ukoll l-iżbalji metodoloġiċi komuni għar-rikostruzzjonijiet kollha mwettqa minn Franza, ir-rikostruzzjonijiet ta’ ċerti pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju jbatu minn problemi metodoloġiċi speċifiċi oħrajn.

(536)

Konsegwentement, il-Kummissjoni wettqet l-analiżi tagħha stess billi rrikostruwiet, f’xenarju bażi, il-kostijiet u d-dħul inkrementali tad-diversi settijiet ta’ ftehimiet, hekk kif MEO kien jikkalkulahom ex ante, sabiex jiġi applikat it-test tal-MEO.

(537)

Il-Kummissjoni wettqet ukoll analiżi tas-sensittività tal-mod li bih ġie kkalkolat il-valur preżenti nett ta’ dawn il-ftehimiet, billi varjat xi wħud mis-suppożizzjonijiet. Sabiex tagħmel dan, il-Kummissjoni użat b’mod deliberat suppożizzjonijiet li minnhom infushom ma humiex realistiċi, minħabba li ma ntużawx fix-xenarju bażi tagħha (xenarju li diġà jieħu approċċ favorevoli għal-linja tal-ajru). Il-probabbiltà li jseħħu dawn is-suppożizzjonijiet, jew il-bidliet kbar u immedjati fil-ġestjoni tal-ajruport li jkunu jeħtieġu, hija baxxa ħafna (ara l-premessi minn 575 sa 578). Il-kalkolu tal-valur preżenti nett li jirriżulta mill-bidla f’dawn il-parametri (li l-okkorrenza simultanja tagħhom hija wkoll statistikament aktar milli improbabbli) huwa x-“xenarju imprudenti” (ara l-premessi minn 574 sa 578). Fi kwalunkwe każ, dan ix-xenarju jkun manifestament mhux realistiku għal investitur raġonevoli u prudenti, li ma jkollu l-ebda għażla ħlief li jeskludih.

(538)

Id-differenzi fil-valutazzjoni bejn Franza u l-Kummissjoni (b’mod partikolari s-suppożizzjonijiet għall-kostijiet operatorji u għan-nefqa fuq il-kummerċjalizzazzjoni) iwasslu għal differenzi kbar fir-riżultat miksub meta jiġi kkalkolat il-valur preżenti nett tas-settijiet ta’ ftehimiet. Is-suppożizzjonijiet differenti tat-traffiku għandhom impatt sinifikanti fuq ċerti ftehimiet, filwaqt li s-suppożizzjonijiet tal-fattur tat-tagħbija għandhom impatt limitat fuq ir-riżultat miksub meta jiġi kkalkolat il-valur preżenti nett tal-ftehimiet, mingħajr ma tinbidel il-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar jekk il-valur preżenti nett huwiex negattiv jew pożittiv.

(1)   It-traffiku inkrementali u l-għadd ta’ rotazzjonijiet ipproġettati (il-ftehimiet ma’ Ryanair u AMS)

(539)

L-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni hija bbażata fuq it-traffiku inkrementali (fi kliem ieħor, l-għadd ta’ passiġġieri addizzjonali) li MEO li jopera l-ajruport ta’ La Rochelle minflok is-CCI seta’ jbassar meta ġew iffirmati l-ftehimiet. Għas-sett ta’ ftehimiet tal-2006 (il-ftehimiet C u D dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-ftehimiet 2 u 3 dwar is-servizzi tal-ajruport) pereżempju, dan jinvolvi d-determinazzjoni tal-għadd ta’ passiġġieri li l-operatur tal-ajruport ta’ La Rochelle seta’ jistenna, fl-2006, li jużaw ir-rotta La Rochelle-Londra Stansted operata minn Ryanair, matul it-terminu tal-ftehim.

(540)

It-tbassir tat-traffiku inkrementali ġie kkalkolat abbażi tan-numru ta’ rotot u frekwenzi stipulati fid-diversi ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport u ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, u fuq l-għadd ta’ rotazzjonijiet annwali li jirriżultaw. Xi ftehimiet jinkludu miri f’termini tal-għadd ta’ rotazzjonijiet, ftehimiet oħrajn jinkludu miri f’termini tal-għadd ta’ passiġġieri, filwaqt li oħrajn ma jsemmu l-ebda mira.

(541)

Għal ftehimiet retroattivi, iffirmati wara d-data tal-implimentazzjoni tagħhom (bħall-ftehim A), tqies biss it-traffiku ġġenerat wara l-iffirmar, billi ftehim ma jistax jiġġenera traffiku qabel ma jiġi ffirmat.

(542)

It-tbassir tat-traffiku tal-Kummissjoni huwa fil-biċċa l-kbira aktar baxx minn dak użat mis-CCI biex tibni mill-ġdid il-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju ex post tagħha, b’mod partikolari għal ċerti ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmati mingħajr miri tat-traffiku. F’każ wieħed, il-projezzjonijiet adottati mill-Kummissjoni huma ogħla minn dawk adottati mill-ajruport. Dawn il-korrezzjonijiet se jkunu dettaljati għal kull miżura (ftehim jew sett ta’ ftehimiet ippreżentati fi Table 14).

(543)

Il-Kummissjoni tinnota b’mod ġenerali li l-estimi żejda tat-traffiku huma marbuta mal-problemi analitiċi li ġejjin. L-ewwel nett, ir-rikostruzzjoni mwettqa minn Franza taqbeż il-volum ta’ traffiku inkluż fil-ftehimiet. Operatur prudenti ma jagħmilx tali stima żejda, mingħajr spjegazzjoni ulterjuri (mhux ipprovduta minn Franza għal kwalunkwe wieħed mill-ftehimiet).

(544)

It-tieni, għal ċerti ftehimiet retroattivi (id-data tal-bidu tal-ftehim tiġi qabel id-data li fiha ġie ffirmat), Franza bbażat ir-rikostruzzjoni tagħha fuq it-traffiku diġà miksub qabel ma ġie ffirmat il-ftehim. Huwa dubjuż li operatur prudenti jġarrab spejjeż tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni b’rabta mat-titjiriet diġà operati. Minflok, operatur prudenti jiddependi fuq it-traffiku futur iġġenerat mill-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Fl-aħħar nett, l-argument li investitur prudenti seta’ kkunsidra r-relazzjoni kummerċjali fuq perjodu ta’ żmien itwal mid-durata stretta tal-ftehim ma huwa bbażat fuq l-ebda studju ekonomiku jew evidenza kif muri fil-premessi minn 525 sa 529.

(545)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset il-kapaċità tal-inġenji tal-ajru użati minn Ryanair, prinċipalment il-Boeing 737-800s (189 post), u f’livell inqas il-Boeing 737-300s (148 post) jew il-BAe 146-300s (110 postijiet).

(546)

Il-Kummissjoni applikat fattur ta’ tagħbija li jvarja minn sena għal sena u li jikkorrespondi għall-medja osservata matul is-sentejn preċedenti (b’rata medja ta’ 80 % għall-2003 u l-2004, kif applikata mis-CCI). Din is-suppożizzjoni hija l-aktar kredibbli, billi tadotta l-approċċ ta’ operatur tal-ajruport li juża l-aktar informazzjoni direttament rilevanti għad-dispożizzjoni tiegħu meta jfassal il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. Dan il-metodu jagħmilha wkoll possibbli, mill-2005 ’il quddiem, li jintużaw bħala bażi l-fatturi tat-tagħbija osservati matul perjodi meta l-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni kienu fis-seħħ u, b’hekk, li jiġi rifless kwalunkwe effett ta’ benefiċċju tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq l-għadd ta’ passiġġieri li jużaw ir-rotot. Fir-rigward ta’ dan il-punt, il-Kummissjoni tinnota li bejn l-2003 u l-2013, il-fattur tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru ta’ Ryanair li jaqdu l-ajruport ta’ La Rochelle naqas minn 81 % għal 70 %, filwaqt li l-ajruport ta’ La Rochelle uża suppożizzjonijiet ferm aktar ottimisti (bejn 75 % u 85 %) biex iħejji l-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju tiegħu.

Tabella 16

Fattur tat-tagħbija tal-inġenju tal-ajru

Sena

Fattur tat-tagħbija tal-inġenju tal-ajru

Rata medja magħrufa għas-sentejn ta’ qabel id-data T (150)

2003

0,81

0,8

2004

0,78

0,8

2005

0,78

0,80

2006

0,74

0,78

2007

0,72

0,76

2008

0,72

0,73

2009

0,78

0,72

2010

0,74

0,75

2011

0,73

0,76

2012

0,71

0,74

2013

0,70

0,72

(547)

Meta l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ ftehim ma kkoinċidiex mas-snin kalendarji sħaħ, il-Kummissjoni qieset dan billi kkalkolat, għal kull sena ta’ applikazzjoni tal-ftehim, it-traffiku pproġettat b’mod proporzjonali għan-numru ta’ jiem fis-sena meta kellu japplika l-ftehim.

(1)   Id-dħul inkrementali (il-ftehimiet iffirmati ma’ Ryanair u AMS)

(548)

Għal kull tranżazzjoni koperta mill-analiżi tagħha, il-Kummissjoni fittxet li tiddetermina d-dħul inkrementali, jiġifieri d-dħul iġġenerat mit-tranżazzjoni, kif kien ikun imbassar minn MEO.

(549)

Bl-applikazzjoni tal-prinċipju “single-till”, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jitqiesu kemm id-dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi kif ukoll dak minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi.

—   Dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi

(550)

Id-dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi jikkonsisti fir-rikavati mid-diversi imposti li għandhom jitħallsu mil-linja tal-ajru lill-operatur tal-ajruport, jiġifieri:

l-imposta tal-inżul, jiġifieri ammont għal kull rotazzjoni;

l-imposta tal-passiġġieri, jiġifieri ammont għal kull rotazzjoni;

l-imposta mħallsa għas-servizzi fuq l-art, li tieħu l-forma ta’ ammont fiss għal kull rotazzjoni fid-diversi ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport.

l-“imposta tal-parkeġġ”, jiġifieri ammont għal kull rotazzjoni,

l-“imposta tad-dawl tar-runway”, jiġifieri ammont li għandu jitħallas abbażi tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-avjazzjoni ċivili f’każ ta’ movimenti billejl jew f’viżibilità ħażina,

l-imposta għall-assistenza għal persuni b’diżabilità u għal dawk b’mobbiltà mnaqqsa (l-imposta “PHMR”).

(551)

L-imposta tal-inżul u l-imposta tal-passiġġieri applikati mis-CCI huma fil-prinċipju imposti regolati għall-aċċess għall-infrastrutturi tal-ajruport, li jiġu applikati għal-linji tal-ajru utenti kollha wara proċess ta’ konsultazzjoni u li jiġu ppubblikati. Għad-diversi ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport, il-Kummissjoni użat, bħala ammonti unitarji pproġettati għall-imposta tal-inżul u għall-imposta tal-passiġġieri, l-imposti ppubblikati fis-seħħ meta ġew iffirmati l-ftehimiet, flimkien mal-indiċjar ta’ 2 % fis-sena sa fejn kien raġonevoli li jiġi mbassar li l-imposti regolati jiżdiedu kull sena f’konformità mal-inflazzjoni. Is-sistema ta’ imposti tal-ajruport regolati ma tipprevedix indiċjar awtomatiku, iżda tippermetti lill-operaturi jadattaw l-imposti matul iż-żmien wara proċess ta’ konsultazzjoni. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni hija tal-fehma li MEO kien jassumi li l-imposti jiżdiedu kull sena f’konformità mal-inflazzjoni, billi juża rata tal-inflazzjoni ta’ 2 %, li hija r-rata fil-mira tal-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”) għaż-żona tal-euro (151).

(552)

L-imposti għas-servizzi fuq l-art ma humiex regolati, iżda huma nnegozjati b’mod bilaterali. Fl-ajruport ta’ La Rochelle, is-servizzi fuq l-art huma pprovduti minn Atlantica. Konsegwentement, dawn is-servizzi ma jitqisux fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tal-ajruport u jitqiesu biss il-kirjiet imħallsin minn Atlantica lill-ajruport ta’ La Rochelle (taħt “profitt minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi”).

(553)

L-imposti tal-parkeġġ jikkorrespondu għall-użu mill-inġenji tal-ajru tal-infrastruttura u tat-tagħmir tal-parkeġġ, ħlief għall-infrastruttura privata. Ir-rati jiddependu fuq id-durata tal-parkeġġ u l-karatteristiċi tal-inġenji tal-ajru. Madankollu, il-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju mfassla biex jivvalutaw il-profittabilità tal-ftehimiet iffirmati ma’ Ryanair u Jet2 ma jipprevedux il-ħlas tal-imposta tal-parkeġġ, fit-teorija minħabba li d-durata tal-parkeġġ hija inqas minn sagħtejn, li għalihom il-linji tal-ajru ma humiex meħtieġa jħallsu l-imposta.

(554)

L-imposta tad-dawl tar-runway tiġi stabbilita mill-iskeda tariffarja ppubblikata mill-ajruport għal kull moviment ta’ inġenju tal-ajru billejl jew f’viżibilità ħażina li jeħtieġ l-użu tad-dawl tar-runway. Madankollu, il-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju mfassla biex jivvalutaw il-profittabilità tal-ftehimiet iffirmati ma’ Ryanair u Jet2 ma jipprevedu l-ebda imposta tad-dawl, minħabba li t-titjiriet jiġu operati matul il-jum.

(555)

Fl-aħħar nett, trid titqies ukoll l-imposta għall-assistenza għal persuni b’diżabilità u għal dawk b’mobilità mnaqqsa (l-imposta “PHMR”); din tapplika għal kull passiġġier li jitlaq (EUR 0.50 għal kull passiġġier minn Ġunju 2008).

(556)

Sabiex jiġu kkalkolati r-rikavati mill-imposti tal-ajruport imsemmija hawn fuq, li MEO kien jistenna minn kull ftehim, il-Kummissjoni użat it-tbassir tal-għadd ta’ rotazzjonijiet (għall-imposta tal-inżul) u tal-għadd ta’ passiġġieri korrispondenti (għall-imposta tal-passiġġieri u tal-PHMR), iddeterminati għal kull ftehim, u mmultiplikathom bl-ammont unitarju ta’ kull imposta.

—   Dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi

(557)

L-ajruport ta’ La Rochelle vvaluta l-marġnijiet inkrementali ta’ attivitajiet mhux ajrunawtiċi relatati mat-traffiku tal-passiġġieri. Dawn il-marġnijiet ikopru l-attivitajiet tal-parkeġġi tal-karozzi, tar-ristoranti u ta’ negozji oħrajn li jinsabu fl-ajruport, kif ukoll il-marġnijiet relatati mal-bejgħ tal-fjuwil u mal-kirjiet. Dawn huma marġnijiet u mhux dħul, minħabba li jitnaqqsu l-kostijiet tal-input. Għalhekk, meta jinbnew mill-ġdid il-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju, l-ebda kost ma jkollu jitnaqqas sabiex jiġi stabbilit il-marġni inkrementali tal-operatur tal-ajruport.

(558)

Il-Kummissjoni ġeneralment tqis li huwa probabbli li operatur prudenti f’ekonomija tas-suq kien jiddetermina l-marġni inkrementali ta’ attivitajiet mhux ajrunawtiċi meta jikkonkludi ftehim ġdid abbażi tal-marġnijiet inkrementali ta’ attivitajiet mhux ajrunawtiċi tas-sena ta’ qabel, li jikkorrespondu għall-aħjar stima magħrufa. Din hija l-valutazzjoni prodotta mill-ajruport ta’ La Rochelle. Madankollu, fil-każ speċifiku tal-ajruport ta’ La Rochelle, il-Kummissjoni tqis l-investimenti li saru bejn l-2003 u l-2013, li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ parkeġġi tal-karozzi, ristoranti u ħwienet. Jekk jitqiesu biss il-marġnijiet preċedenti osservati meta tiġi vvalutata l-profittabilità ta’ ftehim ġdid ikun ifisser li ma jitqisux b’mod prospettiv proġetti magħrufa għall-iżvilupp ta’ attivitajiet mhux ajrunawtiċi (marbuta, pereżempju, ma’ investimenti ġodda li jkunu qed jibdew joperaw), u b’hekk jillimitaw b’mod strett wisq il-prospetti ta’ tkabbir tad-dħul inkrementali minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi. Għalhekk, il-Kummissjoni rrikostruwiet il-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju billi qieset li, fiż-żmien meta jiġi ffirmat ftehim ġdid, il-marġni ta’ attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier li għandu jiġi kkunsidrat jikkorrespondi għall-marġni medju ta’ attivitajiet mhux ajrunawtiċi tas-sena preċedenti mmultiplikat b’koeffiċjent ta’ korrezzjoni “prospettiv” li jirrifletti l-prospetti mistennija ta’ investimenti ġodda (parkeġġi tal-karozzi, żoni kummerċjali). Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni jvarja minn sena għal sena skont il-proġetti ppjanati mill-ajruport, u l-marġni ta’ attivitajiet mhux ajrunawtiċi pproġettat jikkorrespondi għal dak li raġonevolment jista’ jkun mistenni mill-operatur tal-ajruport fuq diversi snin (u mhux biss fis-sena sussegwenti):

Tabella 17

Marġni medju ta’ attivitajiet mhux ajrunawtiċi

Sena

Is-sena n-1 tal-marġni ta’ attivitajiet mhux ajrunawtiċi (EUR għal kull passiġġier)

Koeffiċjent ta’ korrezzjoni “prospettiv”

Marġni medju “prospettiv” ta’ attivitajiet mhux ajrunawtiċi applikat mill-Kummissjoni

2003

1,09

30  %

1,42

2004

1,40

10  %

1,54

2005

1,59

20  %

1,91

2006

1,33

60  %

2,13

2007

1,74

30  %

2,26

2008

2,14

10  %

2,35

2009

2,15

10  %

2,36

2010

2,29

10  %

2,52

2011

2,36

10  %

2,59

2012

2,45

5  %

2,57

2013

2,48

5  %

2,61

(559)

Iż-żieda fil-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikat f’xi snin tirrifletti l-introduzzjoni ta’ servizzi mhux ajrunawtiċi ġodda matul il-perjodu (parkeġġ tal-karozzi fl-2006, ristorant fl-2008, ħwienet fl-2009). Fin-nuqqas ta’ valutazzjoni pprovduta mis-CCI tal-marġnijiet mistennija ta’ attivitajiet mhux ajrunawtiċi mal-iffirmar ta’ ftehimiet ġodda, dan l-approċċ huwa mod kif jiġu vvalutati l-marġnijiet mistennija ta’ attivitajiet mhux ajrunawtiċi ġodda. Il-marġnijiet inkrementali ta’ attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier applikati mill-Kummissjoni huma bħala medja [15-20] % ogħla minn dawk sottomessi mis-CCI u, għalhekk, ir-rikostruzzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni jimmassimizzaw il-profittabilità inkrementali tas-settijiet ta’ ftehimiet konklużi mill-ajruport u minn Ryanair. Il-Kummissjoni tinnota li l-korrezzjoni tal-marġni annwali medju hija saħansitra ogħla minn dik issuġġerita minn Oxera fl-istudju tal-4 ta’ Diċembru 2015 (152), li skontu l-bidu tal-operazzjonijiet ta’ Ryanair f’kampjun ta’ 29 ajruport iwassal għal żieda ta’ madwar 12,0-13,7 % fi dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier li jitlaq, f’termini reali.

(560)

Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li MEO kien jipproġetta l-indiċjar ta’ dan il-marġni maż-żmien għal kull sena koperta minn sett ġdid ta’ ftehimiet, sabiex jirrifletti l-inflazzjoni. Il-Kummissjoni applikat rata ta’ 2 % fis-sena f’dan ir-rigward (153).

(561)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni għażlet li tuża suppożizzjonijiet ta’ profitti minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi li jaqbżu dawk użati mill-ajruport ta’ La Rochelle sabiex tqis l-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ parkeġġ, catering u kummerċjali matul il-perjodu 2003-2013.

(1)   Kostijiet inkrementali (il-ftehimiet iffirmati ma’ Ryanair u AMS)

(562)

Il-kostijiet inkrementali li setgħu jkunu mistennija ex ante minn kull tranżazzjoni (li jikkonsistu fi ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport u ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni) minn MEO li jopera l-ajruport minflok is-CCI jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin:

il-kostijiet tax-xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni;

il-kostijiet tal-investimenti inkrementali, minħabba l-investimenti li saru bħala riżultat tat-tranżazzjoni;

il-kostijiet operatorji inkrementali, jiġifieri l-kostijiet operatorji (persunal, akkwisti varji) li x’aktarx jiġu ġġenerati bħala riżultat tat-tranżazzjoni.

(563)

Fir-rigward tal-kostijiet tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni tinnota li Franza eskludiet b’mod żbaljat mill-kostijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni l-kontribuzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet lokali (id-Dipartiment ta’ Charente-Maritime u l-Communauté d’agglomération de La Rochelle) biex ikopru n-nefqa tal-kummerċjalizzazzjoni ġenerali tas-CCI-Ajruport.

(564)

Kif stabbilit fil-premessi minn 294 sa 302, Franza suppost li kellha tinkludi l-ammonti kollha mħallsin lil Ryanair mis-CCI-Ajruport, billi l-kontribuzzjonijiet mid-diversi awtoritajiet lokali jikkostitwixxu finanzjament tal-kostijiet operatorji normali tal-ajruport. B’hekk, kienet is-CCI-Ajruport li kellha l-approprjazzjonijiet tal-baġit maħsuba biex jiffinanzjaw is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u li ġarrbet ir-riskju ta’ ġestjoni kollu assoċjat.

(565)

Barra minn hekk, jenħtieġ li jitfakkar li, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-ftehimiet iffirmati mill-ajruport ta’ La Rochelle ma’ Ryanair u Jet2 wasslux biex jingħata vantaġġ lil dawk il-kumpaniji, l-imġiba tal-ajruport ta’ La Rochelle trid titqabbel ma’ dik ta’ operatur ta’ ajruport li jopera taħt kundizzjonijiet normali ta’ ekonomija tas-suq. MEO irid, skont id-definizzjoni, jiffinanzja l-operazzjonijiet tiegħu stess. Il-punt 63 tal-Linji Gwida tal-2014 jiddikjara, barra minn hekk, li sabiex ftehim ma’ linja tal-ajru jinstab li jikkonforma mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, “[l-ajruport] irid juri li ... huwa jinsab f’pożizzjoni li jħallas il-kostijiet kollha ġġenerati mill-ftehim ...”.

(566)

Il-Linji Gwida tal-2014 jiddikjaraw ukoll li “[s]abiex jiġi vvalutat jekk arranġament konkluż minn ajruport ma’ linja tal-ajru jissodisfax it-test tal-MEO, jenħtieġ li d-dħul mistenni minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi li jirriżulta mill-attività tal-linja tal-ajru jitqies flimkien mal-imposti tal-ajruport, netti minn kwalunkwe ribassi, appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni jew skemi ta’ inċentivi” (154) u jiddikjaraw li “[k]walunkwe appoġġ pubbliku, bħal pereżempju l-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi direttament bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-linja tal-ajru, imfassla biex jikkumpensaw parti mill-kostijiet normali mġarrba mill-ajruport b’rabta mal-arranġament bejn l-ajruport u l-linja tal-ajru se jitqiesu wkoll bl-istess mod” (155).

(567)

Fl-aħħar nett, jekk il-kontribuzzjonijiet finanzjarji pubbliċi jistgħu jiġu esklużi mill-kostijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni fil-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju, dan ikun ifisser li kwalunkwe proġett jew tranżazzjoni mhux profittabbli jistgħu jinġiebu f’konformità mat-test tal-MEO sempliċiment bl-għoti ta’ sussidju pubbliku suffiċjenti. Dan l-approċċ jagħmel l-Artikolu 107 tat-TFUE ineffettiv u jmur kontra l-prinċipju li l-analiżi tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat tinvolvi d-determinazzjoni ta’ jekk l-impriża rċevietx “vantaġġ ekonomiku li kieku ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq” (156).

(568)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe appoġġ pubbliku allokat għall-ispejjeż ta’ kummerċjalizzazzjoni (anki jekk mhux speċifiku għal ftehim partikolari jew sett ta’ ftehimiet) ma jistax jitnaqqas mill-kostijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni fl-analiżi tal-profittabilità li fuqha huwa bbażat it-test tal-MEO. Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset l-ammonti kollha previsti fid-diversi ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fir-rikostruzzjoni tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju marbuta mal-iffirmar tal-ftehimiet imsemmija fit-Table 14.

(569)

It-tariffi għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fil-ftehimiet mhux neċessarjament jirrappreżentaw l-ammonti effettivament imħallsin, minħabba li ċerti avvenimenti li seħħew wara li ġew iffirmati l-ftehimiet irriżultaw f’devjazzjonijiet minn dawn iċ-ċifri inizjali. Dan huwa partikolarment il-każ meta l-ftehim ġie tterminat kmieni. Madankollu, jenħtieġ li dawn l-avvenimenti ma jitqisux fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ operatur f’ekonomija tas-suq, billi dawn seħħew wara l-konklużjoni tal-ftehimiet.

(570)

Fir-rigward tal-kostijiet tal-investimenti inkrementali, jenħtieġ li jiġi nnotat li, skont Franza, ma kellu jsir l-ebda investiment fl-ajruport ta’ La Rochelle bħala riżultat tad-diversi ftehimiet li qegħdin jiġu rieżaminati. Għaldaqstant, u minħabba li ma hemm xejn li jindika li operatur f’ekonomija tas-suq kien jistenna li jkollu jagħmel ċerti investimenti minħabba wieħed jew aktar mill-ftehimiet koperti mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali, ma tqies l-ebda kost ta’ investiment inkrementali f’din l-analiżi.

(571)

Sabiex jiġu stmati l-kostijiet operatorji inkrementali, il-Kummissjoni ma tistax tuża r-rikostruzzjoni pprovduta minn Franza u mis-CCI. Filwaqt li s-CCI stmat il-kostijiet varjabbli għal massimu ta’ EUR 55 000 fis-sena (esklużi l-ispejjeż tal-kummerċjalizzazzjoni) għat-traffiku ta’ madwar 200 000 passiġġier, jiġifieri kost medju ta’ EUR 0.27 għal kull passiġġier, ma ġiet ipprovduta l-ebda spjegazzjoni dwar il-metodoloġija użata biex tinkiseb din l-istima. Barra minn hekk, din l-istima ma tirriflettix il-kostijiet inkrementali attwali tal-ajruport ta’ La Rochelle: mhux biss l-istima ta’ EUR 0.27 għal kull passiġġier hija differenti ħafna mill-estimi pprovduti minn Oxera (157) għal ajruporti oħrajn li għalihom il-Kummissjoni fetħet proċedimenti ta’ investigazzjoni formali (158), id-data finanzjarja tal-ajruport ta’ La Rochelle turi wkoll li l-kostijiet operatorji ajrunawtiċi inkrementali huma, bħala medja, ta’ EUR 3,83 għal kull passiġġier matul il-perjodu.

(572)

Il-Kummissjoni rrikostruwiet il-kostijiet operatorji inkrementali, esklużi l-kostijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn Franza (ir-rapport tal-profitt u t-telf tal-ajruport u l-karta bilanċjali). Sabiex tagħmel dan, il-Kummissjoni pproċediet kif ġej:

L-estrazzjoni tal-kostijiet operatorji annwali għall-ġarr tal-passiġġieri abbażi tar-rapporti finanzjarji tas-CCI-Ajruport. Dawn il-kostijiet huma limitati għall-kostijiet operatorji u ma jqisux il-kost tal-kapital (amortizzament). Din is-suppożizzjoni x’aktarx li tissottovaluta l-kostijiet inkrementali veri, minħabba li parti mill-amortizzament tal-investimenti tikkorrespondi għall-kostijiet relatati mal-operat inkrementali tal-ajruport biex jiġu mmaniġġati passiġġieri ġodda (Oxera, fdata minn Ryanair biex tanalizza s-sitwazzjoni f’ajruporti oħrajn, qieset ċerti amortizzamenti biex tikkalkula l-kostijiet operatorji inkrementali) (159);

It-tnaqqis tal-kostijiet operatorji marbuta mal-mandat tal-awtorità pubblika u koperti minn finanzjament mill-Istat;

It-tnaqqis tal-kostijiet koperti mis-sussidji marbuta mal-obbligi ta’ servizz pubbliku jew ma’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali;

It-tnaqqis tal-kostijiet li jikkorrespondu għall-pagamenti għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fil-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi mal-linji tal-ajru (fid-dawl tal-fatt li din in-nefqa diġà titqies separatament fir-rikostruzzjoni tal-profittabilità tal-miżuri kkontestati. B’hekk, dawn jintwerew taħt l-entrata tal-kost (p) fi Table 15;

It-tnaqqis tal-kostijiet operatorji relatati mad-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi. Fin-nuqqas ta’ data pprovduta mis-CCI, il-Kummissjoni stmat il-kostijiet operatorji relatati mad-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi. Din l-istima saret billi ġie applikat il-perċentwal ta’ dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi mid-dħul totali tal-ajruport għall-kostijiet operatorji annwali (160). Dan il-perċentwal varja bejn 19 % u 41 % mill-2001 sal-2010, b’medja ta’ 26 %. Dan il-metodu jista’, minn kif jidher, jistma żżejjed il-kostijiet operatorji assoċjati mad-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi, billi s-servizzi mhux ajrunawtiċi huma proporzjonalment aktar intensivi fil-kapital u inqas intensivi fil-kostijiet operatorji mis-servizzi ajrunawtiċi (161). Fi kwalunkwe każ, din hija l-aħjar stima li tista’ tinkiseb fin-nuqqas ta’ data oħra pprovduta minn Franza;

Analiżi tal-evoluzzjoni tal-kostijiet operatorji ajrunawtiċi kkalkolati abbażi tal-bidliet fl-għadd ta’ passiġġieri. Il-graff ta’ hawn taħt turi r-relazzjoni bejn il-kostijiet operatorji ajrunawtiċi u l-għadd ta’ passiġġieri, u l-evoluzzjoni komparattiva tal-kostijiet operatorji ajrunawtiċi u l-għadd ta’ passiġġieri. Din il-graff turi b’mod ċar li l-kostijiet operatorji ajrunawtiċi jiżdiedu f’konformità mat-traffiku tal-passiġġieri, li ma jkunx il-każ jekk il-kostijiet inkrementali jkunu limitati għal EUR 55 000 għal kull 200 000 passiġġier.

Graff 1

Kostijiet operatorji ajrunawtiċi skont l-għadd ta’ passiġġieri

Image 1

Sors: Data tal-ajruport ta’ La Rochelle. Analiżi tal-Kummissjoni

(573)

Din l-analiżi turi li l-bidla fl-għadd ta’ passiġġieri u l-evoluzzjoni tal-kostijiet operatorji huma wkoll korrelatati mill-qrib. Din l-analiżi tibqa’ konklużiva, minkejja bidliet annwali aktar erratiċi fil-kostijiet (li għalihom Franza ma pprovdiet l-ebda ġustifikazzjoni). Il-kost operatorju ajrunawtiku inkrementali rikostruwit abbażi ta’ data annwali, aġġustat għall-inflazzjoni annwali rreġistrata minn Franza, huwa ta’ EUR 3.83 għal kull passiġġier għall-2006 (nofs triq bejn l-2001 u l-2011). Il-Kummissjoni se tapplika għal dan il-kost bidla li tikkorrespondi għal rata ta’ inflazzjoni ta’ 2 % għas-snin l-oħrajn (negattiva qabel l-2006, żero fl-2006 u pożittiva wara l-2006) (162).

(1)   Analiżi tas-sensittività

(574)

Meta rrikostruwiet il-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju għal kull sett ta’ ftehimiet, il-Kummissjoni sistematikament wettqet analiżi tas-sensittività sabiex tittestja r-robustezza tar-rikostruzzjoni kkonċernata. Għal dan il-għan, hija varjat l-erba’ parametri li ġejjin sabiex (b’mod mhux raġonevoli u prudenti) tingħata spinta lill-profittabilità tas-sett ta’ ftehimiet li qed jiġu kkunsidrati (li jirriżultaw f’xenarju ottimist iżżejjed għall-operatur tal-ajruport u l-linji tal-ajru li kienu kkonkludew il-ftehimiet rilevanti): l-għadd ta’ rotazzjonijiet fis-sena, il-fattur tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru, l-ammont ta’ dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi, u l-kostijiet operatorji inkrementali ajrunawtiċi.

(575)

Għall-għadd ta’ rotazzjonijiet fis-sena, kif se jiġi speċifikat għal kull sett ta’ ftehimiet elenkati fit-Tabella 14, il-Kummissjoni stabbiliet mira ta’ rotazzjoni aktar ambizzjuża minn dik segwita mit-termini tal-ftehimiet analizzati. Din il-mira ġiet stabbilita b’mod arbitrarju u ma kienet ibbażata fuq l-ebda element ta’ fatt jew ta’ liġi, jew kwalunkwe tbassir. Operatur ta’ ajruport prudenti ma jżidx il-mira b’tali mod fix-xenarju bażi tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tiegħu.

(576)

Fix-xenarju alternattiv tagħha, il-Kummissjoni użat fattur ta’ tagħbija tal-inġenji tal-ajru ta’ 85 %, li fl-ebda ħin ma ġie osservat matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, iżda li ġie adottat mill-Kummissjoni fir-rikostruzzjonijiet tagħha f’deċiżjonijiet reċenti oħrajn dwar l-ajruporti Franċiżi. Operatur ta’ ajruport prudenti ma jżidx il-fattur tat-tagħbija b’tali mod fix-xenarju bażi tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tiegħu, minħabba li dan ma jirriflettix il-karatteristiċi speċifiċi tar-rotot involuti.

(577)

Għad-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi, fix-xenarju alternattiv tagħha, il-Kummissjoni żiedet il-marġni ta’ unità mhux ajrunawtika b’20 % meta mqabbel max-xenarju bażi, li għalih il-metodu ta’ kalkolu huwa stabbilit fil-premessi minn 557 sa 561 u li diġà huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk ipprovduti minn Franza. Operatur ta’ ajruport prudenti ma jadottax tali żieda fix-xenarju bażi tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tiegħu, minħabba li ma hijiex ibbażata fuq prospetti realistiċi.

(578)

Għall-kostijiet operatorji inkrementali, fix-xenarju alternattiv tagħha, il-Kummissjoni applikat tnaqqis ta’ 50 % meta mqabbel max-xenarju bażi, li għalih il-metodu ta’ kalkolu huwa stabbilit fil-premessi 533 u 534.

(579)

B’hekk, il-valur preżenti nett ikkalkolat bħala riżultat tal-varjazzjoni ta’ dawn l-erba’ parametri jipprovdi xenarju alternattiv li l-Kummissjoni tqis bħala “xenarju imprudenti”.

(a)   Analiżi individwali tas-settijiet ta’ ftehimiet konklużi ma’ Ryanair/AMS

(580)

Franza ppreżentat analiżi individwali ta’ kull ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (b’kunsiderazzjoni tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport fis-seħħ). Għalkemm il-Kummissjoni hija tal-fehma li xi ftehimiet huma marbuta u, għalhekk, jenħtieġ li jitqiesu bħala li jifformaw tranżazzjoni waħda, se tingħata analiżi tal-profittabilità għal kull ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, li tikkonferma l-analiżi għal kull sett ta’ ftehimiet.

(581)

Ir-riżultati tar-rikostruzzjoni tal-profittabilità għas-settijiet ta’ ftehimiet (kif elenkati fit-Tabella 14) imwettqa minn Franza u mill-Kummissjoni fix-xenarji bażi u “imprudenti” tagħha (u għall-ftehimiet individwali jew għas-settijiet ta’ ftehimiet imsemmija fit-taqsimiet li ġejjin) huma murija fit-tabella li ġejja:

Tabella 18

Valur preżenti nett ta’ ftehimiet u settijiet ta’ ftehimiet konklużi ma’ Ryanair/AMS

(f’eluf ta’ EUR)

 

Valur preżenti nett

Sett ta’ ftehimiet

Xenarju ta’ Franza

Xenarju bażi tal-Kummissjoni

Xenarju “imprudenti”

1-A

[…]

[- 350 ; - 250 ]

[- 200 ; - 100 ]

B

[…]

[- 900 ; - 800 ]

[- 450 ; - 350 ]

2-C

[…]

[-1 150 ; -1 050 ]

[- 400 ; - 300 ]

3-D

[…]

[- 650 ; - 550 ]

[- 300 ; - 200 ]

2-3-C-D

mhux mibnija mill-ġdid

[-1 750 ; -1 650 ]

[- 650 ; - 550 ]

E

[…]

[- 150 ; -50 ]

[0 ; 100 ]

F

[…]

[- 100 ; 0 ]

[- 100 ; 0 ]-

G

[…]

[- 700 ; - 600 ]

[- 150 ; -50 ]

H

[…]

[- 200 ; - 100 ]

[- 100 ; 0 ]

I

[…]

[- 250 ; - 150 ]

[- 100 ; 0 ]

J

[…]

[- 100 ; 0 ]

[- 100 ; 0 ]

HJ

mhux mibnija mill-ġdid

[- 250 ; - 150 ]

[- 100 ; 0 ]

GHIJ

mhux mibnija mill-ġdid

[-1 200 ; -1 100 ]

[- 200 ; - 100 ]

6-K

[…]

[-2 150 ; -2 050 ]

[-1 150 ; -1 050 ]

L

[…]

[- 100 ; 0 ]

[- 100 ; 0 ]

7-M

[…]

[- 300 ; - 200 ]

[- 150 ; -50 ]

N

[…]

[- 150 ; -50 ]

[- 100 ; 0 ]

7-M-N

mhux mibnija mill-ġdid

[- 400 ; - 300 ]

[- 150 ; -50 ]

(582)

Il-karatteristiċi speċifiċi għal kull sett ta’ ftehimiet u rilevanti għal din l-analiżi se jiġu deskritti fit-taqsimiet li ġejjin. L-ewwel nett, il-Kummissjoni se teżamina jekk ir-rikostruzzjoni tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim jew għas-sett ta’ ftehimiet inkwistjoni hijiex metodoloġikament soda. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni diġà semmiet li Franza għamlet żbalji li kienu komuni għall-ftehimiet kollha (jew għall-inqas li seħħew ta’ spiss fil-biċċa l-kbira tagħhom), b’mod partikolari fir-rigward ta’:

stima żejda tat-traffiku mistenni (163),

it-twettiq ta’ valutazzjoni mhux tajba tad-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi (164),

esklużi l-kontribuzzjonijiet tal-awtoritajiet lokali għan-nefqa ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni minn dħul inkrementali (165) meta jiġu kkalkolati l-kostijiet tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni,

is-sottostima tal-kostijiet operatorji inkrementali ajrunawtiċi (166),

l-użu frekwenti ta’ fattur tat-tagħbija mhux ġustifikat tal-inġenji tal-ajru (167).

(583)

Madankollu, kif diġà ġie indikat fil-premessi 535 u 536, minbarra l-iżbalji metodoloġiċi komuni msemmija hawn fuq, ir-rikostruzzjonijiet ta’ kull pjan ta’ direzzjoni tan-negozju huma vvizzjati minn kwistjonijiet metodoloġiċi speċifiċi oħrajn, li se jiġu stabbiliti fil-premessi li ġejjin fir-rigward ta’ kull sett ta’ ftehimiet. Il-Kummissjoni se tippreżenta l-analiżi tagħha stess billi tibni mill-ġdid “xenarju bażi” u xenarju “imprudenti” kif spjegat fil-premessa 574.

(1)   Is-sett ta’ ftehimiet 1-A

—   Rikostruzzjoni minn Franza tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim A

(584)

Franza pproponiet rikostruzzjoni għall-ftehim A, abbażi tal-parametri għall-ftehim 1 dwar is-servizzi tal-ajruport.

(585)

Minbarra l-iżbalji metodoloġiċi komuni għar-rikostruzzjonijiet kollha prodotti minn Franza u stabbiliti fit-taqsima 7.2.1.5(b), ir-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim A turi problemi metodoloġiċi speċifiċi oħrajn.

(586)

Fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju rikostruwit għall-ftehim A, Franza stabbiliet l-għadd ta’ rotazzjonijiet inkrementali li jirriżultaw mill-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni għal 350. Meta għamlet dan, hija stmat iżżejjed l-għadd ta’ rotot li għandhom jiġu operati minn Ryanair, li l-uniku impenn sod tagħha kien li topera 340 rotta matul is-sena.

(587)

Franza assumiet ukoll b’mod żbaljat li operatur prudenti kien jaqbel li jħallas għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni qabel id-data tal-iffirmar tal-ftehim (il-ftehim A ġie ffirmat fl-1 ta’ Diċembru 2003 għal perjodu mill-1 ta’ Mejju 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2003).

(588)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li r-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim A kif ipprovdut minn Franza ma tistax tiġi aċċettata.

—   Ir-rikostruzzjoni mill-Kummissjoni tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet 1-A

(589)

Il-Kummissjoni rrikostruwiet il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet 1-A. Għal dan il-għan, minbarra l-parametri kkoreġuti li japplikaw għall-ftehimiet kollha (168), il-Kummissjoni adottat il-parametri speċifiċi li ġejjin:

il-kapaċità ta’ 110 postijiet għal kull inġenju tal-ajru għall-ftehim A (fl-2013, Ryanair użat inġenji tal-ajru b’kapaċità ta’ 110 postijiet, u mal-iffirmar tal-ftehim f’Diċembru 2013, il-fergħa tal-ajruport tas-CCI ma setgħetx tkun taf b’dan il-fattur);

l-għadd ta’ rotazzjonijiet inkrementali: 40 skont il-ftehim A (stima tal-għadd ta’ rotazzjonijiet inkrementali mistennija bejn l-iffirmar tal-ftehim A fl-1 ta’ Diċembru 2003 u l-iskadenza tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2003  (169));

il-fattur tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru stmat bħala l-medja tal-fatturi tat-tagħbija tas-sentejn ta’ qabel is-sena li fiha ġie ffirmat il-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni (80 %, kif stmat ukoll minn Franza);

ħlas ta’ 100 % għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fil-ftehimiet.

(590)

Kif jista’ jidher mir-riżultat tar-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet 1-A fit-Tabella 18, il-valur preżenti nett għal dan is-sett ta’ ftehimiet huwa negattiv.

(591)

Kif stabbilit fil-premessi minn 574 sa 579, il-Kummissjoni qieset ukoll li kien prudenti li twettaq analiżi tas-sensittività sabiex tittestja r-robustezza tax-xenarju bażi tar-rikostruzzjoni. Għal dan il-għan, kif spjegat, din varjat erba’ parametri b’mod favorevoli ħafna sabiex iżżid il-profittabilità tal-ftehimiet taħt kunsiderazzjoni: il-fattur tat-tagħbija stabbilit għal 85 %, il-marġni mhux ajrunawtiku żdied b’20 %, il-kostijiet operatorji inkrementali tnaqqsu b’50 % u, fl-aħħar nett, żieda fl-għadd ta’ rotazzjonijiet fis-sena. Għal dan l-aħħar parametru, aġġustat individwalment għal kull rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, il-Kummissjoni adottat għall-ftehim A xenarju ipotetiku (mhux muri minn Franza) fejn il-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport iffirmat fl-1 ta’ Diċembru 2003 tqies li jirrifletti l-pożizzjonijiet ta’ negozjar tal-fergħa tal-ajruport tas-CCI u ta’ Ryanair fl-1 ta’ April 2003 u l-għarfien tat-traffiku fl-1 ta’ Diċembru 2003. F’din is-sitwazzjoni ipotetika, l-għadd ta’ rotazzjonijiet fis-sena huwa stmat għal 288, li jikkorrespondi għall-għadd attwali ta’ rotazzjonijiet imwettqa, li kien bejn wieħed u ieħor magħruf fl-1 ta’ Diċembru 2003. F’dan ix-xenarju alternattiv, il-valur preżenti nett għas-sett ta’ ftehimiet 1-A għadu negattiv.

(2)   Il-ftehim B

—   Ir-rikostruzzjoni minn Franza tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim B

(592)

Franza pproponiet rikostruzzjoni għall-ftehim B, abbażi tal-parametri għall-ftehim nru 1 dwar is-servizzi tal-ajruport.

(593)

Minbarra l-iżbalji metodoloġiċi komuni għar-rikostruzzjonijiet kollha prodotti minn Franza u stabbiliti fil-premessi minn 539 sa 579, ir-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim B turi problemi metodoloġiċi speċifiċi oħrajn.

(594)

L-ewwel nett, huwa dubjuż kemm operatur prudenti kien jiffirma ftehim li fih l-impenji ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair kienu saħansitra inqas speċifiċi minn dawk għall-ftehim A (170). L-uniku objettiv ta’ operatur prudenti huwa li jmexxi l-ajruport bi profitt. Madankollu, żieda fit-traffiku ma hijiex garanzija tal-profittabilità tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, u operatur prudenti huwa kkonċernat mill-kisba ta’ effiċjenza finanzjarja massima min-nefqa tiegħu. Għalhekk, operatur prudenti jfittex effiċjenza massima minn kwalunkwe servizz ta’ kummerċjalizzazzjoni akkwistat. Għaldaqstant, huwa dubjuż kemm operatur ikkonċernat mill-profittabilità jiffirma ftehim li t-termini tiegħu ma kinux definiti jew ikkwantifikati b’mod preċiż (l-għadd ta’ links murija, id-durata tal-wiri fuq is-sit web ta’ Ryanair u l-frekwenza tal-wiri ma humiex definiti) u li l-effiċjenza jew l-effettività tagħhom ma tistax tiġi vvalutata mill-operatur tal-ajruport. L-ebda operatur prudenti ma jkun lest li jiffirma ftehim mingħajr ma jkun jista’ jagħmel valutazzjoni ta’ malajr tal-effett tiegħu fuq l-użu tar-rotot ikkonċernati u l-profittabilità tat-tranżazzjoni.

(595)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li r-rikostruzzjoni magħmula minn Franza hija vvizzjata minn żball metodoloġiku speċifiku ieħor. Franza qieset durata ta’ 3 snin sħaħ bi 340 rotazzjoni fis-sena, għalkemm il-ftehim ikopri biss sentejn u 4 xhur, li taffettwa l-għadd ta’ rotazzjonijiet u t-tariffa tal-kummerċjalizzazzjoni użata għar-rikostruzzjoni.

(596)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li r-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim B kif ipprovdut minn Franza ma tistax tiġi aċċettata.

—   Ir-rikostruzzjoni mill-Kummissjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim B

(597)

Il-Kummissjoni rrikostruwiet il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim B. Għal dan il-għan, minbarra l-parametri kkoreġuti li japplikaw għall-ftehimiet kollha (171), il-Kummissjoni adottat il-parametri speċifiċi li ġejjin:

il-kapaċità ta’ unità tal-inġenji tal-ajru ta’ 148 passiġġier (kif proposta minn Franza);

l-għadd ta’ rotazzjonijiet inkrementali: 199 rotazzjoni fis-sena għall-ewwel sena tal-ftehim (iffirmat fit-3 ta’ Ġunju 2004), 340 rotazzjoni fis-sena għat-tieni sena tal-ftehim B, 123 għall-aħħar sena tal-ftehim B (li jiskadi fit-30 ta’ April 2006);

l-istima tal-fattur tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru mifhum bħala l-medja tal-fatturi tat-tagħbija tas-sentejn ta’ qabel is-sena li fiha ġie ffirmat il-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni (80 %, kif stmat ukoll minn Franza, mingħajr ma ngħatat ġustifikazzjoni);

ħlas ta’ 100 % għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li jinsabu fil-ftehimiet.

(598)

Kif jista’ jidher mir-riżultat tar-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet B fit-Tabella 18, il-valur preżenti nett għal dan is-sett ta’ ftehimiet huwa negattiv.

(599)

Kif stabbilit fit-taqsima 7.2.1.5(b)(5), il-Kummissjoni qieset ukoll li kien prudenti li twettaq analiżi tas-sensittività sabiex tittestja r-robustezza tax-xenarju bażi tar-rikostruzzjoni. Għal dan il-għan, kif spjegat, din varjat erba’ parametri b’mod imprudenti u mhux raġonevoli sabiex iżżid il-profittabilità tal-ftehimiet taħt kunsiderazzjoni: il-fattur tat-tagħbija stabbilit għal 85 %, il-marġni mhux ajrunawtiku żdied b’20 %, il-kostijiet operatorji inkrementali tnaqqsu b’50 % u, fl-aħħar nett, żieda fl-għadd ta’ rotazzjonijiet fis-sena. Għal dan l-aħħar parametru, aġġustat individwalment għal kull rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, il-Kummissjoni adottat għall-ftehim B xenarju ipotetiku (mhux muri minn Franza) fejn il-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmat fit-3 ta’ Ġunju 2004 tqies li jirrifletti l-pożizzjonijiet ta’ negozjar tal-fergħa tal-ajruport tas-CCI u ta’ Ryanair fl-1 ta’ Jannar 2004 u l-għarfien tat-traffiku fit-3 ta’ Ġunju 2004. F’din is-sitwazzjoni teoretika, l-għadd ta’ rotazzjonijiet fis-sena huwa preżunt li jilħaq it-340. F’dan ix-xenarju alternattiv, il-valur preżenti nett għall-ftehim B għadu negattiv

(1)   Sett ta’ ftehimiet 2-3-C-D

—   Ir-rikostruzzjoni minn Franza tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehimiet C u D

(600)

Franza pproponiet rikostruzzjonijiet separati għall-ftehimiet C u D abbażi tal-parametri ekonomiċi tal-ftehimiet 2 u 3 dwar is-servizzi tal-ajruport, rispettivament. Madankollu, kif stabbilit fil-premessi 468 u 469, is-sett ta’ ftehimiet 2-3-C-D fil-fatt jifforma miżura waħda. Barra minn hekk, minbarra l-iżbalji metodoloġiċi komuni għar-rikostruzzjonijiet kollha prodotti minn Franza u stabbiliti fit-taqsima 7.2.1.5(b), ir-rikostruzzjoni tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehimiet C u D turi problema metodoloġika speċifika waħda oħra: Franza applikat fattur tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru ta’ 80 % għall-ftehimiet C u D, li ma kienx ibbażat fuq xi ġustifikazzjoni ekonomika dettaljata. Investitur prudenti jadotta metodu għall-istima tal-ipoteżijiet tat-traffiku futuri. Franza stmat l-għadd ta’ rotazzjonijiet fis-sena għal 340 għall-ftehim C u 156 għall-ftehim D għas-snin 2007 u 2008, iżda filwaqt li aġġustat din iċ-ċifra pro rata temporis għal 104 għall-2006, hija ma allokat l-ebda rotazzjoni għall-2009, anki jekk il-ftehim D speċifika li Ryanair għandha topera titjiriet sal-iskadenza tiegħu fit-30 ta’ April 2009 (ara l-premessa 92). Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li r-rikostruzzjoni tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehimiet C u D kif ipprovduti minn Franza ma tistax tiġi aċċettata.

—   Ir-rikostruzzjoni mill-Kummissjoni tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet 2-3-C-D

(601)

Il-Kummissjoni rrikostruwiet il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet 2-3-C-D. Għal dan il-għan, minbarra l-parametri kkoreġuti li japplikaw għall-ftehimiet kollha, il-Kummissjoni adottat il-parametri speċifiċi li ġejjin:

ħlas ta’ 100 % għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fil-ftehimiet;

il-fattur tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru stmat bħala l-medja tal-fatturi tat-tagħbija tas-sentejn ta’ qabel is-sena li fiha ġie ffirmat is-sett ta’ ftehimiet (78 %, meta mqabbel ma’ 80 % kif stmat minn Franza);

340 rotazzjoni fis-sena għall-ftehim C, u 160 fis-sena għall-ftehim D, kif stabbilit fil-ftehimiet (95 000 passiġġier għall-ftehim C u 45 000 għall-ftehim D).

(602)

Kif jista’ jidher mir-riżultat tar-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet 2-3-C-D fit-Tabella 18, il-valur preżenti nett għal dan is-sett ta’ ftehimiet huwa negattiv. Bħala prekawzjoni, il-Kummissjoni kkalkolat ukoll il-valur preżenti nett separatament għall-ftehimiet 2-C u 3-D bl-użu tal-istess parametri emendati bħal dawk għas-sett ta’ ftehimiet 2-3-C-D fix-xenarju bażi, u dan kien ukoll negattiv.

(603)

Bħal fil-każ tas-sett ta’ ftehimiet 1-A, il-Kummissjoni qieset ukoll li kien prudenti li ssir analiżi tas-sensittività sabiex tiġi ttestjata r-robustezza tax-xenarju bażi tar-rikostruzzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni dduplikat il-bidliet fil-parametri applikati għas-sett ta’ ftehimiet 1-A, ħlief għaż-żieda fl-għadd ta’ rotazzjonijiet fis-sena. Għal dan l-aħħar parametru, speċifiku għal kull rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, l-analiżi tas-sensittività żżomm 340 rotazzjonijiet fis-sena għall-ftehim C u 160 fis-sena għall-ftehim D, bħal fix-xenarju bażi. F’dan ix-xenarju alternattiv, il-valur preżenti nett għas-sett ta’ ftehimiet 2-3-C-D, u għall-ftehimiet 2-C u 3-D, għadu negattiv.

(1)   Il-ftehim E

—   Ir-rikostruzzjoni minn Franza tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim E

(604)

Franza pproponiet pjan ta’ direzzjoni tan-negozju rikostruwit għall-ftehim E bbażat fuq il-ftehim 4 dwar is-servizzi tal-ajruport, u sabet li l-ftehim jista’ jirriżulta f’żieda fl-għadd ta’ rotazzjonijiet inkrementali fis-sena (50). Madankollu, hija ma ssostanzjatx din iċ-ċifra.

(605)

Il-ftehim E emenda l-ftehim D billi naqqas għall-2007 l-perjodu li matulu r-rabta indikata mill-fergħa tal-ajruport tas-CCI tintwera fuq is-sit web Irlandiż ta’ Ryanair minn 212 għal 45 jum, u l-prezz tas-servizz ta’ kummerċjalizzazzjoni minn EUR […] għal EUR […]. Il-Kummissjoni tosserva li għas-snin 2006 u 2007, l-għadd medju ta’ passiġġieri effettivament ittrasportati fuq ir-rotta ta’ Dublin ma kienx għoli daqs 45 000, iżda kien ta’ madwar 20 000 passiġġier fis-sena (fiż-żmien meta ġie ffirmat il-ftehim E f’Ġunju 2007, it-tbassir tat-traffiku għall-2007 kien faċli biex jiġi vvalutat sa fejn il-linji tal-ajru jippjanaw l-iskedi tagħhom bil-quddiem skont l-istaġun tal-IATA – minn April sa Ottubru u minn Novembru sa Marzu). L-intenzjoni ċara tal-partijiet kienet li jnaqqsu l-kostijiet tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni biex jirriflettu l-volumi tat-traffiku osservati, li kienu ferm aktar baxxi minn dawk inklużi fil-ftehim D. Għaldaqstant, operatur prudenti kien iqis volum ta’ traffiku mistenni ta’ madwar 20 000 passiġġier fis-sena kif osservat matul il-perjodu mqatta’ taħt l-istess ftehim, minkejja l-impenn kuntrattwali ta’ Ryanair li tikseb volum ta’ 45 000 passiġġier fis-sena. B’mod partikolari, ma hija miktuba l-ebda penali fil-ftehim f’każ li Ryanair ma tissodisfax il-miri tat-traffiku. L-unika konsegwenza tan-nuqqas tagħha li tilħaq il-miri tat-traffiku kienet in-negozjar mill-ġdid tal-ftehim D (bi tnaqqis fl-ammont imħallas għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni għal EUR […] għax-xhur minn Ġunju sa Settembru, kif indikat fil-premessa 94) u l-iffirmar tal-ftehim E biex ikun jirrifletti l-istabbiliment taċ-ċifra tat-traffiku għal madwar 20 000 passiġġier (172).

(606)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li r-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim E kif ipprovdut minn Franza ma tistax tiġi aċċettata.

—   Rikostruzzjoni mill-Kummissjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim E

(607)

Il-Kummissjoni rrikostruwiet il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim E. Għal dan il-għan, minbarra l-parametri kkoreġuti li japplikaw għall-ftehimiet kollha, il-Kummissjoni adottat parametru speċifiku, jiġifieri volum ta’ traffiku ugwali għall-medja tal-volumi tat-traffiku osservati matul l-2006 u l-2007, jiġifieri madwar 20 000 passiġġier (jew 70 rotazzjoni bil-fattur tat-tagħbija kkoreġut).

(608)

Kif jista’ jidher mir-riżultat tar-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim E fit-Tabella 18, il-valur preżenti nett għal dan il-ftehim huwa negattiv.

(609)

Bħal fil-każ tas-settijiet ta’ ftehimiet l-oħrajn, il-Kummissjoni qieset ukoll li kien prudenti li ssir analiżi tas-sensittività sabiex tiġi ttestjata r-robustezza tax-xenarju bażi tar-rikostruzzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni dduplikat il-bidliet fil-parametri applikati għas-sett ta’ ftehimiet 1-A (bidliet li ma kinux raġonevoli u prudenti), ħlief għaż-żieda fl-għadd ta’ rotazzjonijiet fis-sena. Għal dan l-aħħar parametru, aġġustat individwalment għal kull rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, il-Kummissjoni qieset għall-ftehim E:

volum ta’ traffiku ugwali għall-medja osservata matul l-2005 u l-2006, jiġifieri madwar 20 000 passiġġier (jew 70 rotazzjoni bil-fattur tat-tagħbija kkoreġut).

(610)

F’dan ix-xenarju alternattiv, il-valur preżenti nett għall-ftehim E rikostruwit għadu negattiv.

(1)   Il-ftehim F

—   Rikostruzzjoni minn Franza tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim F

(611)

Franza pproponiet rikostruzzjoni għall-ftehim F, abbażi tal-ftehim Nru 4 dwar is-servizzi tal-ajruport. Minbarra l-iżbalji metodoloġiċi komuni għar-rikostruzzjonijiet kollha prodotti minn Franza u stabbiliti hawn fuq, ir-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim F turi problemi metodoloġiċi speċifiċi oħrajn:

Franza qieset durata ta’ 3 snin sħaħ, għalkemm il-ftehim kopra biss it-3 xhur tax-xitwa 2007/2008.

Il-pagamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni għas-snin 2007, 2008 u 2009 huma stmati minn Franza li jammontaw għal EUR […], EUR […] u EUR […], rispettivament. Madankollu, skont il-ftehim, is-servizz ta’ kummerċjalizzazzjoni, jiġifieri li jintbagħtu ħames emails promozzjonali addizzjonali matul ix-xitwa 2007/2008 lill-255 000 abbonat li jitkellmu bl-Ingliż fuq il-lista tal-posta ta’ Ryanair, wasal għal EUR […] biss.

Għas-snin 2007, 2008 u 2009, Franza użat fatturi ta’ tagħbija ta’ 75 %, 76 % u 80 %, li ma kinux ibbażati fuq xi ġustifikazzjoni ekonomika dettaljata. Madankollu, investitur prudenti jadotta metodu għall-istima tal-ipoteżijiet tat-traffiku futuri.

Franza qieset li l-ftehim F jista’ jwassal għal żieda sinifikanti ħafna fir-rotazzjonijiet inkrementali fis-sena (400). Madankollu, il-ftehim kien limitat għall-bgħit ta’ ħames emails promozzjonali kif spjegat hawn fuq. Fil-fehma tal-Kummissjoni, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni estremament limitat tagħha (f’termini ta’ durata, volum u tip ta’ servizzi offruti, u l-ineffettività ġenerali ta’ tali servizzi kif stabbilit fil-premessa 524, flimkien mal-ammont baxx imħallas f’tariffi lil Ryanair/AMS), huwa impossibbli li dan il-ftehim iwassal għal domanda inkrementali li tissostanzja żieda ta’ 400 fir-rotazzjonijiet operati minn Ryanair. Barra minn hekk, Franza ma pprovdiet l-ebda evidenza biex tappoġġa din l-ipoteżi.

(612)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li r-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim F kif ipprovdut minn Franza ma tistax tiġi aċċettata.

—   Rikostruzzjoni mill-Kummissjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim F

(613)

Il-Kummissjoni rrikostruwiet il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim F. Għal dan il-għan, minbarra l-parametri kkoreġuti li japplikaw għall-ftehimiet kollha, il-Kummissjoni adottat il-parametru speċifiku li ma hemm l-ebda rotazzjoni addizzjonali. L-ebda investitur prudenti ma jistenna żieda fit-traffiku operat minn Ryanair abbażi ta’ dan il-ftehim emendat biss, li n-natura limitata ħafna tiegħu hija stabbilita fil-premessa 611. Franza ma pprovdiet l-ebda evidenza ta’ impenn formali jew informali korrispondenti minn Ryanair biex iżżid it-traffiku, jew ta’ studju tas-suq li jistabbilixxi rabta kawżali bejn it-tip ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni koperti mill-ftehim emendat u ż-żieda mistennija fit-traffiku.

(614)

Kif jista’ jidher mir-riżultat tar-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim F fit-Tabella 18, il-valur preżenti nett għal dan il-ftehim huwa negattiv.

(615)

Bħal fil-każ tas-settijiet ta’ ftehimiet l-oħrajn, il-Kummissjoni qieset ukoll li kien prudenti li ssir analiżi tas-sensittività sabiex tiġi ttestjata r-robustezza tax-xenarju bażi tar-rikostruzzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni dduplikat il-bidliet fil-parametri applikati għas-sett ta’ ftehimiet 1-A, ħlief għaż-żieda fl-għadd ta’ rotazzjonijiet fis-sena. Għal dan l-aħħar parametru, aġġustat individwalment għal kull rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, il-Kummissjoni qieset li:

fix-xenarju alternattiv, operatur seta’ pjuttost ipotetikament jistenna traffiku proporzjonali għall-ammont tal-kontribuzzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni abbażi tat-traffiku inkluż fil-ftehim C inizjali. Fi kliem ieħor, jekk fil-ftehim C tariffa għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ EUR […] kienet tikkorrespondi għal impenn tat-traffiku ta’ 95 000 passiġġier, mela tariffa għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ EUR […] (skont il-ftehim F) setgħet wasslet biex l-operatur jistenna traffiku ta’ 95 000*(50 000/578 000)=8 213-il passiġġier, jew madwar 30 rotazzjoni (173).

(616)

F’dan ix-xenarju alternattiv, il-valur preżenti nett għall-ftehim F rikostruwit għadu negattiv.

(1)   Is-sett ta’ ftehimiet G-H-I-J

—   Ir-rikostruzzjoni minn Franza tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet G-H-I-J

(617)

Franza pproponiet rikostruzzjoni separata għall-ftehimiet G, H, I u J, abbażi tal-ftehimiet Nri. 4 u 5 dwar is-servizzi tal-ajruport. Franza stmat l-għadd ta’ rotazzjonijiet għal 200 fis-sena għall-ftehim G, 35 fis-sena għall-ewwel sena u wara 60 fis-sena għall-ftehim H, 70 fis-sena għall-ftehim I, u 35 fis-sena għall-ewwel sena u wara 60 fis-sena għall-ftehim J. Madankollu, kif stabbilit fil-premessi 472 u 473, is-sett ta’ ftehimiet G, H, I u J fil-fatt jifforma miżura waħda. Barra minn hekk, minbarra l-iżbalji metodoloġiċi komuni għar-rikostruzzjonijiet kollha prodotti minn Franza u stabbiliti hawn fuq, ir-rikostruzzjoni tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju għal kull wieħed mill-ftehimiet G, H, I u J turi problemi metodoloġiċi speċifiċi oħrajn:

Franza applikat fattur tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru ta’ 75 % sa 80 % għall-ftehim G, u 85 % għall-ftehimiet H, I u J, li ma kienx ibbażat fuq xi ġustifikazzjoni ekonomika dettaljata. Madankollu, investitur prudenti jadotta metodu għall-istima tal-ipoteżijiet tat-traffiku futuri.

Għall-ftehim J, Franza kienet tal-fehma li hija tista’ tipproduċi żieda fl-għadd ta’ rotazzjonijiet inkrementali fis-sena (35 fl-2009, 60 fl-2010 u 60 fl-2011). Madankollu, kif stabbilit fil-premessi 472 u 473, il-ftehim J irid jiġi vvalutat b’mod konġunt mal-ftehimiet G, H u I.

Anki jekk wieħed jassumi li l-ftehim J jista’ jiġi sseparat mill-ftehimiet G, H u I, li ma huwiex il-każ, il-Kummissjoni tirrimarka li dan ma setax jinbena mill-ġdid kif propost minn Franza. Bħala emenda għall-ftehim H iffirmat fl-istess jum, il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu huwa limitat għall-pubblikazzjoni fuq is-sit web Belġjan ta’ Ryanair tal-link kummerċjali indikata mill-fergħa tal-ajruport tas-CCI għal perjodu addizzjonali ta’ 10 ijiem għal somma ta’ EUR […]. Bħala paragun, il-ftehim H iffirmat fl-istess jum, li l-ftehim J jissupplimenta, ikopri l-istess servizz fuq is-sit web tan-Netherlands/tal-Belġju ta’ Ryanair għal perjodu ta’ 95 jum għal somma ta’ EUR […] fl-ewwel sena u perjodu ta’ 160 jum għal somma ta’ EUR […] f’kull waħda mis-sentejn ta’ wara. Franza tassumi li l-ftehim H jiġġenera għadd ta’ rotazzjonijiet inkrementali ta’ 35 fl-2009, 60 fl-2010 u 60 fl-2011. Għal servizz ekwivalenti għal perjodu ta’ żmien li huwa minn 10 darbiet sa 16-il darba iqsar, Franza assumiet li l-ftehim J iġġenera għadd ta’ rotazzjonijiet inkrementali ugwali għall-ftehim H.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li l-istima tat-traffiku għall-ftehim J kif rikostruwit minn Franza hija manifestament mhux realistika u li huwa impossibbli li dan il-ftehim jiġġenera domanda inkrementali li tissostanzja ż-żieda proposta ta’ Franza. Barra minn hekk, Franza ma pprovdiet l-ebda evidenza biex tappoġġa din l-ipoteżi.

(618)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li r-rikostruzzjoni tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehimiet G, H, I u J kif ipprovduti minn Franza ma tistax tiġi aċċettata.

—   Rikostruzzjoni mill-Kummissjoni tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet G-H-I-J

(619)

Il-Kummissjoni rrikostruwiet il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet G-H-I-J. Għal dan il-għan, minbarra l-parametri kkoreġuti li japplikaw għall-ftehimiet kollha, il-Kummissjoni adottat il-parametri speċifiċi li ġejjin:

ħlas ta’ 100 % għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fil-ftehimiet;

il-fattur tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru stmat bħala l-medja tal-fatturi tat-tagħbija tas-sentejn ta’ qabel is-sena li fiha ġie ffirmat il-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni (72 %);

l-għadd ta’ rotazzjonijiet: 200 għal kull sena sħiħa għall-ftehim G, 40 għal kull sena sħiħa għall-ewwel sena 2009 u mbagħad 60 għal kull sena sħiħa għall-ftehimiet H et J (174), 70 għal kull sena sħiħa għall-ftehim I;

billi l-ftehimiet ġew iffirmati fis-17 ta’ Settembru 2009, ir-rotazzjonijiet imsemmija hawn fuq ġew aġġustati pro rata temporis għall-2009.

(620)

Kif jista’ jidher mir-riżultat tar-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet G-H-I-J fit-Tabella 18, il-valur preżenti nett għal dan is-sett ta’ ftehimiet huwa negattiv. Bħala prekawzjoni, il-Kummissjoni kkalkolat ukoll il-valur preżenti nett separatament għall-ftehimiet G, H, J u I billi użat l-istess parametri emendati bħal dawk għas-sett ta’ ftehimiet G-H-I-J fix-xenarju bażi, u dan kien ukoll negattiv.

(621)

Bħal fil-każ tas-sett ta’ ftehimiet 1-A, il-Kummissjoni qieset ukoll li kien prudenti li ssir analiżi tas-sensittività sabiex tiġi ttestjata r-robustezza tax-xenarju bażi tar-rikostruzzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni dduplikat il-bidliet fil-parametri applikati għas-sett ta’ ftehimiet 1-A, ħlief għaż-żieda fl-għadd ta’ rotazzjonijiet fis-sena. Għal dan l-aħħar parametru, aġġustat individwalment għal kull rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, il-Kummissjoni assumiet li għal kull wieħed mill-ftehimiet G, H u I, l-għadd ta’ rotazzjonijiet ikun simili għall-għadd ta’ rotazzjonijiet stmati fit-tielet inċiż tal-premessa 619, mingħajr ebda korrezzjoni pro rata temporis għall-iffirmar tard tal-ftehim, bħal fix-xenarju bażi (fi kliem ieħor, anki jekk il-ftehim jiġi ffirmat b’mod retroattiv, l-għadd ta’ rotazzjonijiet ikun l-istess bħal dak għal sena sħiħa), jiġifieri 200 għal kull sena sħiħa għall-ftehim G, 40 għal kull sena sħiħa għall-ewwel sena 2009 u mbagħad 60 għal kull sena sħiħa għall-ftehim H u 70 għal kull sena sħiħa għall-ftehim I.

(622)

Għall-ftehim J, fix-xenarju alternattiv, operatur seta’ pjuttost ipotetikament jistenna traffiku proporzjonali għall-ammont tal-kontribuzzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni abbażi tat-traffiku inkluż fil-ftehimiet G, H u I. Fi kliem ieħor, jekk fil-ftehimiet G, H u I tariffa għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ EUR […] kienet tikkorrespondi għal impenn tat-traffiku ta’ 79 000 passiġġier, mela tariffa għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ EUR […] (skont il-ftehim J) setgħet wasslet lill-operatur jistenna għadd ta’ rotazzjonijiet li jikkorrespondu għat-traffiku ta’ 79 000*([…]/[…]) = 2 983 passiġġier, jew madwar 10 rotazzjonijiet fis-sena (175). F’dan ix-xenarju alternattiv, operatur seta’ jistenna 320 rotazzjoni fis-sena għall-2009, 340 għall-2010 u 340 għall-2011 għas-sett ta’ ftehimiet G-H-I-J.

(623)

F’dan ix-xenarju alternattiv, il-valur preżenti nett għas-sett ta’ ftehimiet G-H-I-J, u għall-ftehimiet G, H, I u J, separatament, għadu negattiv.

(1)   Grupp ta’ ftehimiet 6-K

—   Rikostruzzjoni minn Franza tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim K

(624)

Franza pproponiet rikostruzzjoni għas-sett ta’ ftehimiet 6-K. Franza stmat li l-għadd ta’ rotazzjonijiet kien ta’ 370 fl-2010, imbagħad 400 fis-sena fl-2011 u fl-2012. Minbarra l-iżbalji metodoloġiċi komuni għar-rikostruzzjonijiet kollha prodotti minn Franza u stabbiliti hawn fuq, ir-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet 6-K turi problemi metodoloġiċi speċifiċi oħrajn:

It-tariffa annwali għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni użati fir-rikostruzzjoni għas-snin 2010, 2011 u 2012 tammonta għal EUR […]. Madankollu, skont il-ftehim K, it-tariffa għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni hija ta’ EUR […].

Għas-snin 2010, 2011 u 2012, Franza adottat fatturi ta’ tagħbija ta’ 80 %, 80 % u 85 %, rispettivament, li ma kinux ibbażati fuq xi ġustifikazzjoni ekonomika dettaljata. Investitur prudenti jadotta metodu għall-istima tal-ipoteżijiet tat-traffiku futuri.

(625)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li r-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet 6-K kif ipprovdut minn Franza ma tistax tiġi aċċettata.

—   Rikostruzzjoni mill-Kummissjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet 6-K

(626)

Il-Kummissjoni rrikostruwiet il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet 6-K. Għal dan il-għan, minbarra l-parametri kkoreġuti li japplikaw għall-ftehimiet kollha, il-Kummissjoni adottat il-parametri speċifiċi li ġejjin:

ħlas ta’ 100 % għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fil-ftehimiet;

Il-fattur tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru stmat bħala l-medja tal-fatturi tat-tagħbija tas-sentejn ta’ qabel is-sena li fiha ġie ffirmat is-sett ta’ ftehimiet 6-K (75 %);

l-għadd ta’ rotazzjonijiet fis-sena ta’ 370. Il-ftehim Nru 6 dwar is-servizzi tal-ajruport jinkludi impenn minn Ryanair li topera rotot lejn Londra Stansted (53 000 passiġġier fis-sena), Dublin (17 000 passiġġier fis-sena), Charleroi (17 000 passiġġier fis-sena) u Oslo Rygge (17 000 passiġġier fis-sena). Dan jikkorrespondi għal madwar 370 rotazzjoni b’fattur ta’ tagħbija ta’ 75 %.

(627)

Kif jista’ jidher mir-riżultat tar-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet 6-K fit-Tabella 18, il-valur preżenti nett huwa negattiv.

(628)

Bħal fil-każ tas-settijiet ta’ ftehimiet l-oħrajn, il-Kummissjoni qieset ukoll li kien prudenti li ssir analiżi tas-sensittività sabiex tiġi ttestjata r-robustezza tax-xenarju bażi tar-rikostruzzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni dduplikat il-bidliet fil-parametri applikati għas-sett ta’ ftehimiet 1-A-B, ħlief għaż-żieda fl-għadd ta’ rotazzjonijiet fis-sena. Għal dan l-aħħar parametru, aġġustat individwalment għal kull rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, il-Kummissjoni qieset l-ipoteżijiet sottomessi minn Franza, jiġifieri 370 fl-2010, imbagħad 400 fis-sena fl-2011 u fl-2012. F’dan ix-xenarju alternattiv, il-valur preżenti nett għas-sett rikostruwit ta’ ftehimiet 6-K għadu negattiv.

(1)   Il-ftehim L

—   Rikostruzzjoni minn Franza tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim L

(629)

Franza pproponiet rikostruzzjoni għall-ftehim L, abbażi tal-ftehim Nru 6 dwar is-servizzi tal-ajruport. Franza stmat li l-għadd ta’ rotazzjonijiet kien ta’ 40 fis-sena. Minbarra l-iżbalji metodoloġiċi komuni għar-rikostruzzjonijiet kollha minn Franza u stabbiliti hawn fuq, ir-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim L turi problemi metodoloġiċi speċifiċi oħrajn:

Franza qieset durata ta’ 3 snin sħaħ, għalkemm is-servizz ta’ kummerċjalizzazzjoni kellu jiġi pprovdut għal 70 jum biss, jiġifieri inqas minn 3 xhur.

Il-ħlas għall-kummerċjalizzazzjoni għas-snin 2010, 2011 u 2012 huwa stmat minn Franza li huwa ta’ EUR […] fis-sena. Madankollu, skont il-ftehim, hemm servizz ta’ kummerċjalizzazzjoni wieħed mingħajr suġġeriment li jiġi ripetut kull sena.

Għas-snin 2010, 2011 u 2012, Franza adottat fatturi ta’ tagħbija ta’ 75 %, 77 % u 80 %, rispettivament, li ma kinux ibbażati fuq xi ġustifikazzjoni ekonomika dettaljata. Madankollu, investitur prudenti jadotta metodu għall-istima tal-ipoteżijiet tat-traffiku futuri.

Franza qieset li l-ftehim F jista’ jwassal għal żieda sinifikanti fir-rotazzjonijiet inkrementali fis-sena (40 fis-sena, jew 120 għall-perjodu 2010-2012). Madankollu, il-ftehim huwa limitat għall-pubblikazzjoni ta’ link waħda għal sit tal-internet indikat mill-fergħa tal-ajruport tas-CCI għal perjodu qasir (70 jum). Fil-fehma tal-Kummissjoni, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni estremament limitat tagħha (f’termini ta’ durata, volum u tip ta’ servizzi offruti, u l-ineffettività ġenerali ta’ tali servizzi kif stabbilit fil-premessa 524, flimkien mal-ammont baxx imħallas f’tariffi lil Ryanair/AMS), huwa impossibbli li dan il-ftehim iwassal għal domanda inkrementali li tissostanzja żieda ta’ 120 fir-rotazzjonijiet operati minn Ryanair. Barra minn hekk, Franza ma pprovdiet l-ebda evidenza biex tappoġġa din l-ipoteżi.

(630)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li r-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim L kif ipprovdut minn Franza ma tistax tiġi aċċettata.

—   Rikostruzzjoni mill-Kummissjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim L

(631)

Il-Kummissjoni rrikostruwiet il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim L. Għal dan il-għan, minbarra l-parametri kkoreġuti li japplikaw għall-ftehimiet kollha, il-Kummissjoni adottat il-parametri speċifiċi li ġejjin: l-ebda rotazzjoni addizzjonali u l-ebda titjib fil-fattur tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru. L-ebda investitur prudenti ma jistenna żieda fit-traffiku operat minn Ryanair abbażi ta’ dan il-ftehim emendat biss, li n-natura limitata ħafna tiegħu hija stabbilita fil-premessa 110. Franza ma pprovdiet l-ebda evidenza ta’ impenn formali jew informali korrispondenti minn Ryanair biex iżżid it-traffiku, jew ta’ studju tas-suq li jistabbilixxi rabta kawżali bejn it-tip ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni koperti mill-ftehim emendat u ż-żieda mistennija fit-traffiku. Il-ftehim L dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jinkludi l-ebda impenn ta’ traffiku min-naħa ta’ Ryanair.

(632)

Kif jista’ jidher mir-riżultat tar-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim L fit-Tabella 18, il-valur preżenti nett għal dan il-ftehim huwa negattiv.

(633)

Bħal fil-każ tas-settijiet ta’ ftehimiet l-oħrajn, il-Kummissjoni qieset ukoll li kien prudenti li ssir analiżi tas-sensittività sabiex tiġi ttestjata r-robustezza tax-xenarju bażi tar-rikostruzzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni dduplikat il-bidliet fil-parametri applikati għas-sett ta’ ftehimiet 1-A, ħlief għaż-żieda fl-għadd ta’ rotazzjonijiet fis-sena. Għal dan l-aħħar parametru, aġġustat individwalment għal kull rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, il-Kummissjoni qieset għall-ftehim L li:

fix-xenarju alternattiv, operatur seta’ pjuttost ipotetikament jistenna traffiku proporzjonali għall-ammont tal-kontribuzzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni mħallsa lil Ryanair/AMS għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni abbażi tat-traffiku inkluż fil-ftehim inizjali 6-K. Fi kliem ieħor, jekk fil-ftehim 6-K, tariffa għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ EUR […] kienet tikkorrespondi għal impenn tat-traffiku ta’ 104 000 passiġġier, mela tariffa għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ EUR […] (skont il-ftehim L) setgħet wasslet lill-operatur jistenna għadd ta’ rotazzjonijiet li jikkorrespondu għat-traffiku ta’ 104 000*([…]/[…]), jew madwar 20 rotazzjoni (176);

f’dan ix-xenarju alternattiv, il-valur preżenti nett għall-ftehim F kif rikostruwit għadu negattiv.

(1)   Sett ta’ ftehimiet 7-M

—   Rikostruzzjoni minn Franza tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim M

(634)

Franza pproponiet pjan ta’ direzzjoni tan-negozju rikostruwit għall-ftehim M, ibbażat fuq il-ftehim 7 dwar is-servizzi tal-ajruport. Franza stmat l-għadd ta’ rotazzjonijiet għal 70 fl-2011, 80 fl-2012 u 85 fl-2013. Minbarra l-iżbalji metodoloġiċi komuni għar-rikostruzzjonijiet kollha prodotti minn Franza u stabbiliti hawn fuq, ir-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim M turi problemi metodoloġiċi speċifiċi oħrajn:

Franza applikat fattur tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru ta’ 85 % għat-3 snin koperti mir-rikostruzzjoni għall-ftehim M, li ma kienx ibbażat fuq xi ġustifikazzjoni ekonomika dettaljata. Madankollu, investitur prudenti jadotta metodu għall-istima tal-ipoteżijiet tat-traffiku futuri.

Franza stmat li l-għadd ta’ rotazzjonijiet inkrementali se jasal għal 70, 80 u 85, rispettivament, għat-3 snin kalendarji koperti mill-ftehim (2011, 2012 u 2013), li jammontaw għal total ta’ 235 rotazzjoni. Madankollu, il-ftehim huwa limitat għat-tqegħid fuq is-sit web Portugiż ta’ Ryanair ta’ link għas-sit web indikat mill-fergħa tal-ajruport tas-CCI għal 365 jum fis-sena, u għall-promozzjoni ta’ La Rochelle bħala destinazzjoni ewlenija fuq is-sit web Portugiż ta’ Ryanair għal 4 ġimgħat fis-sena (għal ammont annwali ta’ EUR […]). Barra minn hekk, is-servizzi koperti minn dan il-ftehim huma mistennija li jiġu pprovduti għal sentejn biss u, għalhekk, investitur prudenti ma kienx jipproduċi pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li jinkludi t-tielet sena. Fl-aħħar nett, fil-fehma tal-Kummissjoni, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni estremament limitat tagħha (f’termini ta’ durata, volum u tip ta’ servizzi offruti, u l-ineffettività ġenerali ta’ tali servizzi kif stabbilit fil-premessa 524, flimkien mal-ammont baxx imħallas f’tariffi lil Ryanair/AMS), huwa impossibbli li dan il-ftehim iwassal għal domanda inkrementali li tissostanzja żieda fir-rotazzjonijiet operati minn Ryanair. Barra minn hekk, Franza ma pprovdiet l-ebda evidenza biex tappoġġa din l-ipoteżi.

(635)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li r-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim M kif ipprovdut minn Franza ma tistax tiġi aċċettata.

—   Rikostruzzjoni mill-Kummissjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet 7-M

(636)

Il-Kummissjoni rrikostruwiet il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet 7-M. Għal dan il-għan, minbarra l-parametri kkoreġuti li japplikaw għall-ftehimiet kollha, il-Kummissjoni adottat il-parametri speċifiċi li ġejjin:

il-fattur tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru stmat bħala l-medja tal-fatturi tat-tagħbija tas-sentejn ta’ qabel is-sena li fiha ġie ffirmat is-sett ta’ ftehimiet (76 %);

l-għadd ta’ rotazzjonijiet inkrementali stmat għal 60. Abbażi tal-fattur tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru ta’ hawn fuq, u l-kapaċità nominali tat-tip ta’ inġenju tal-ajru użat minn Ryanair (189 post għal Boeing 737-800), il-Kummissjoni kkalkolat li l-għadd ta’ rotazzjonijiet li jikkorrespondu għall-impenn ta’ Ryanair li ġġorr 17 000 passiġġier skont il-ftehim 7 jasal għal 60.

(637)

Kif jista’ jidher mir-riżultat tar-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għas-sett ta’ ftehimiet 7-M fit-Tabella 18, il-valur preżenti nett għal dan is-sett ta’ ftehimiet huwa negattiv. Bħala prekawzjoni, il-Kummissjoni kkalkolat ukoll il-valur preżenti nett għas-sett ta’ ftehimiet 7-M-N (iffirmati fl-istess ħin) bl-użu tal-istess parametri emendati bħal dawk għas-sett ta’ ftehimiet 7-M fix-xenarju bażi, u dan kien ukoll negattiv.

(638)

Bħal fil-każ tas-sett ta’ ftehimiet 1-A, il-Kummissjoni qieset ukoll li kien prudenti li ssir analiżi tas-sensittività sabiex tiġi ttestjata r-robustezza tax-xenarju bażi tar-rikostruzzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni dduplikat il-bidliet fil-parametri applikati għas-sett ta’ ftehimiet 1-A, ħlief għaż-żieda fl-għadd ta’ rotazzjonijiet fis-sena. Għal dan l-aħħar parametru, aġġustat individwalment għal kull rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, il-Kummissjoni qieset għall-analiżi tas-sensittività tagħha li operatur ma setax jistenna, kif tipproponi Franza, 70 u 80 rotazzjoni fis-sena għas-sentejn tal-ftehim M (meta mqabbla ma’ 60 u 60 fix-xenarju bażi). F’dan ix-xenarju alternattiv, il-valur preżenti nett għas-sett ta’ ftehimiet 7-M għadu negattiv (177).

(1)   Il-ftehim N

—   Rikostruzzjoni minn Franza tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim N

(639)

Franza pproponiet pjan ta’ direzzjoni tan-negozju rikostruwit għall-ftehim N, ibbażat fuq il-ftehim 6 dwar is-servizzi tal-ajruport. Minbarra l-iżbalji metodoloġiċi komuni għar-rikostruzzjonijiet kollha prodotti minn Franza u stabbiliti hawn fuq, ir-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim N turi problemi metodoloġiċi speċifiċi oħrajn:

Il-ftehim N jemenda l-ftehim K u jimmira lejn vjaġġaturi addizzjonali (minbarra dawk fil-mira tal-ftehim K) minn Oslo (Rygge). Dan ikopri l-inklużjoni fuq is-sit web Norveġiż ta’ Ryanair ta’ link għal sit web indikat mill-fergħa tal-ajruport tas-CCI għal 6 ġimgħat fis-sena fl-ewwel sena (3 ġimgħat fit-tieni sena), u strixxun ta’ reklamar għal La Rochelle fuq is-sit web Norveġiż ta’ Ryanair għal 4 xhur fis-sena (3 xhur fit-tieni sena) għal EUR […] biss fl-ewwel sena u EUR […] fit-tieni sena, jew EUR […] matul id-durata tal-ftehim. Il-ftehim N ma jinkludi l-ebda impenn ta’ traffiku addizzjonali.

Għas-snin 2011 u 2012, Franza assumiet fatturi ta’ tagħbija ta’ 80 % u 82 %, li ma humiex ibbażati fuq xi ġustifikazzjoni ekonomika dettaljata. Madankollu, investitur prudenti jadotta metodu għall-istima tal-ipoteżijiet tat-traffiku futuri.

Franza qieset li l-ftehim N seta’ jwassal għal żieda sinifikanti ħafna fir-rotazzjonijiet inkrementali fis-sena (400), jew 800 matul id-durata tal-ftehim. Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-ftehim huwa estremament limitat. Is-servizzi deskritti hawn fuq huma limitati ħafna fid-durata, fil-volum (il-wiri limitat ta’ link waħda u strixxun wieħed fuq is-sit web dens ħafna ta’ Ryanair, li l-Kummissjoni għandha dubji dwar l-effettività ġenerali tiegħu, kif stabbilit fil-premessa 524) u fit-tariffa mħallsa lil Ryanair/AMS. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha dubji dwar jekk dan il-ftehim jistax iwassal għal domanda inkrementali li tissostanzja żieda ta’ 800 fir-rotazzjonijiet operati minn Ryanair. Barra minn hekk, Franza ma pprovdiet l-ebda evidenza biex tappoġġa din l-ipoteżi.

(640)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li r-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim N kif ipprovdut minn Franza ma tistax tiġi aċċettata.

—   Rikostruzzjoni mill-Kummissjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim N

(641)

Il-Kummissjoni rrikostruwiet il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim N. Għal dan il-għan, minbarra l-parametri kkoreġuti li japplikaw għall-ftehimiet kollha, il-Kummissjoni adottat il-parametru speċifiku li ġej:

L-ebda rotazzjoni addizzjonali. L-ebda investitur prudenti ma jistenna żieda fit-traffiku operat minn Ryanair abbażi biss ta’ dan il-ftehim emendat, li ma fih l-ebda impenn min-naħa ta’ Ryanair li żżid l-għadd ta’ rotazzjonijiet. Din il-pożizzjoni hija kkonfermata mill-fatt li l-fergħa tal-ajruport tas-CCI ħallset għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq din ir-rotta (skont il-ftehim K) biss fuq il-bażi tal-impenji tat-traffiku korrispondenti minn Ryanair skont il-ftehim 6. Madankollu, Franza ma pprovdiet l-ebda evidenza ta’ impenn formali jew informali korrispondenti minn Ryanair biex iżżid it-traffiku inizjali mal-iffirmar tal-ftehim N, jew ta’ studju tas-suq li jistabbilixxi rabta kawżali bejn it-tip ta’ servizz ta’ kummerċjalizzazzjoni kopert mill-ftehim emendat u ż-żieda mistennija fit-traffiku. Il-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni N ma fih l-ebda impenn ta’ traffiku min-naħa ta’ Ryanair.

Kif jista’ jidher mir-riżultat tar-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim N fit-Tabella 18, il-valur preżenti nett għal dan il-ftehim huwa negattiv.

Bħal fil-każ tas-settijiet ta’ ftehimiet l-oħrajn, il-Kummissjoni qieset ukoll li kien prudenti li ssir analiżi tas-sensittività sabiex tiġi ttestjata r-robustezza tax-xenarju bażi tar-rikostruzzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni dduplikat il-bidliet fil-parametri applikati għas-sett ta’ ftehimiet 1-A, ħlief għaż-żieda fl-għadd ta’ rotazzjonijiet fis-sena. Għal dan l-aħħar parametru, aġġustat individwalment għal kull rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, il-Kummissjoni tqis li, fix-xenarju alternattiv, operatur seta’ pjuttost ipotetikament jistenna traffiku proporzjonali għall-ammont tal-kontribuzzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni abbażi tat-traffiku inkluż fil-ftehim K inizjali. Fi kliem ieħor, jekk fil-ftehim K, tariffa għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ EUR […] kienet tikkorrespondi għal impenn tat-traffiku ta’ 17 000 passiġġier, mela tariffa għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ EUR […] għall-ewwel sena (EUR […] għat-tieni sena) skont il-ftehim F setgħet wasslet lill-operatur biex jistenna għadd ta’ passiġġieri li jikkorrespondu għat-traffiku ta’ 17 000*([…]/[…]) (178), jew madwar 30 rotazzjoni (179) għall-ewwel sena (20 rotazzjoni fit-tieni sena bl-użu tal-istess formula).

(642)

F’dan ix-xenarju alternattiv, il-valur preżenti nett għall-ftehim N għadu negattiv.

(1)   Il-ftehimiet 4 u 5

(643)

Il-ftehimiet 4 u 5 huma ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport awtonomi li ma humiex assoċjati ma’ kwalunkwe ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Dawn ma jinvolvu l-ebda remunerazzjoni mħallsa lil Ryanair/AMS.

(644)

Kif stabbilit fil-premessa 70, ir-rati għall-imposti tal-ajruport li jinsabu fil-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport ma’ Ryanair (inklużi l-ftehimiet 4 u 5) jikkorrespondu għall-prezzijiet applikati għal-linji tal-ajru kollha skont il-karta tar-rati ġenerali approvata mill-Cocoeco. Konsegwentement, dawn il-ftehimiet ma jagħtux vantaġġ selettiv lil Ryanair/AMS.

(a)   Analiżi tal-ftehim tal-4 ta’ Lulju 2008 ma’ Jet2

—   Approċċ metodoloġiku

(645)

Kif stabbilit fil-premessi 117 u 119, il-ftehim bejn is-CCI u Jet2 fih iż-żewġ klawżoli li jkopru l-imposti tal-ajruport u l-klawżoli dwar il-prezzijiet tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Għalhekk, l-approċċ metodoloġiku stabbilit għall-ftehimiet konklużi bejn is-CCI u Ryanair japplika wkoll għall-analiżi tal-profittabilità tal-ftehim bejn is-CCI u Jet2, ħlief għall-elementi spjegati fid-dettall fil-premessi minn 646 sa 653.

(646)

Fir-rigward tad-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi, għall-kuntrarju tal-ftehimiet ma’ Ryanair u AMS, il-fergħa tal-ajruport tas-CCI ma tibbażax ir-rikostruzzjoni tagħha fuq id-dħul inkrementali bbażat fuq id-dħul medju għal kull passiġġier osservat, iżda fuq il-kummissjonijiet għal kull passiġġier ta’:

EUR 0,57 għall-kumpaniji tal-kiri tal-karozzi

EUR 0,47 għall-fjuwil

EUR 0,97 għall-parkeġġ

EUR 0,10 għall-ħwienet mill-2009

jew, b’kunsiderazzjoni tal-inflazzjoni, dħul unitarju inkrementali ta’ EUR 2,01 fl-ewwel sena, EUR 2,14 fit-tieni sena u EUR 2,17 fit-tielet sena.

(647)

Fir-rigward tal-kostijiet operatorji, Franza pprovdiet stima kkalkolata bħala s-somma tal-kostijiet tal-persunal u ta’ kostijiet varjabbli oħrajn bħala ammonti fissi, li għalihom tiġi applikata inflazzjoni apparenti ta’ 2 % fl-aħħar sena tal-ftehim. Franza ma pprovdiet l-ebda ġustifikazzjoni għal dawn il-kostijiet. Il-Kummissjoni tosserva li l-kost medju għal kull passiġġier ikkalkolat abbażi tad-data pprovduta minn Franza jammonta għal EUR 0,37-0,38 matul it-3 snin, jiġifieri ftit ogħla mir-rata użata għall-ftehimiet ma’ Ryanair u AMS. Il-Kummissjoni ssib li, bħal fil-każ tal-kost użat minn Franza għal dawk ir-rikostruzzjonijiet (EUR 0,27), il-kost inkrementali użat għall-ftehim konkluż ma’ Jet2 huwa manifestament sottovalutat ħafna (ara l-premessi 571 u 573 f’dan ir-rigward).

—   Ir-rikostruzzjoni minn Franza tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim tal-4 ta’ Lulju 2008

(648)

Franza pproponiet rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim tal-4 ta’ Lulju 2008. Minbarra l-iżbalji metodoloġiċi komuni għar-rikostruzzjonijiet kollha magħmula minn Franza għall-ftehimiet ma’ Ryanair/AMS (u riprodotti għall-ftehim Jet2), kif stabbilit fil-premessa 582, ir-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim tal-4 ta’ Lulju 2008 turi problemi metodoloġiċi speċifiċi oħrajn:

Franza stmat l-objettiv tat-traffiku użat fir-rikostruzzjoni għall-2008, l-2009 u l-2010 għal 7 874, 12 189 u 12 361 passiġġier, rispettivament. It-tariffa annwali korrispondenti għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ġiet stmata għal EUR […], EUR […] u EUR […]. Madankollu, il-ftehim ma’ Jet2 kien jinkludi impenn ta’ 2 000 passiġġier biss għal kull rotta mnedija għal kull staġun (Edinburgh u Leds) għall-ewwel sena biss, li jammonta għal 4 000 passiġġier u mhux 7 874 kif propost minn Franza. Għat-tieni u t-tielet sena, il-ftehim ma kien fih l-ebda impenn sod fir-rigward tat-traffiku pprovdut minn Jet2 jew it-tariffa għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni (il-ftehim ippreveda biss negozjar mill-ġdid sussegwenti skont l-iskedi tat-titjiriet li fl-aħħar mill-aħħar ġew adottati). Għalhekk, l-inklużjoni fir-rikostruzzjoni proposta minn Franza tat-tbassir tat-traffiku u tat-tariffa għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ hawn fuq għat-tieni u t-tielet sena tippresupponi li s-CCI-Ajruport kellha estimi tat-traffiku affidabbli. Madankollu, Franza ma pprovdiet l-ebda dokument biex turi li, fiż-żmien meta ġie ffirmat il-ftehim, Jet2 kienet tat xi impenji formali jew informali li fuqhom setgħet tistrieħ is-CCI-Ajruport biex tifforma idea soda tal-impenji tat-traffiku ta’ Jet2 li jitilqu mill-ajruport ta’ La Rochelle wara l-ewwel sena.

Għat-3 snin, Franza assumiet fatturi tat-tagħbija ta’ 70 %, 71 % u 72 %, rispettivament, li ma humiex ibbażati fuq xi ġustifikazzjoni ekonomika dettaljata, speċjalment billi l-ftehim jagħmel il-ħlas tat-tariffa għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fl-ewwel sena kundizzjonali fuq fattur ta’ tagħbija ferm aktar baxx ta’ 60 %. Investitur prudenti jadotta metodu għall-istima tal-ipoteżijiet tat-traffiku futuri.

(649)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li r-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim tal-4 ta’ Lulju 2008 kif ipprovdut minn Franza ma tistax tiġi aċċettata.

—   Ir-rikostruzzjoni mill-Kummissjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim tal-4 ta’ Lulju 2008

(650)

Il-Kummissjoni rrikostruwiet il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim tal-4 ta’ Lulju 2008. Għal dan il-għan, minbarra l-parametri kkoreġuti li japplikaw għall-ftehimiet kollha, il-Kummissjoni adottat il-parametri speċifiċi li ġejjin:

it-traffiku stmat għal 4 000 passiġġier għall-ewwel sena u żero għall-aħħar sentejn. Kif stabbilit hawn fuq, l-ebda operatur prudenti tal-ajruport ma jistenna objettivi tat-traffiku mingħajr xi impenn, anki jekk informali, mil-linja tal-ajru. Għalhekk, il-Kummissjoni llimitat il-valutazzjoni tagħha għall-ewwel sena;

il-fattur tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru stmat bħala l-medja tal-fatturi tat-tagħbija għat-traffiku operat minn Ryanair fis-sentejn ta’ qabel is-sena li fiha ġie ffirmat il-ftehim (73 %); operatur prudenti seta’ jibbaża l-estimi tiegħu fuq il-fattur tat-tagħbija attwali ta’ linja tal-ajru li topera diversi rotot mill-ajruport ta’ La Rochelle. Il-fattur tat-tagħbija użat mill-Kummissjoni huwa fil-fatt ogħla minn dak propost minn Franza, u probabbilment ogħla minn dak li seta’ jistenna operatur prudenti għal rotta ġdida u linja tal-ajru ġdida inqas magħrufa minn Ryanair, li kienet diġà ilha topera għal diversi snin fl-ajruport;

l-użu ta’ dħul unitarju inkrementali minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi ugwali għal dak użat għal Ryanair (EUR 2,35 fl-2008, EUR 2,40 fl-2009 u EUR 2,45 fl-2010). Din l-ipoteżi prudenti tieħu l-approċċ aktar loġiku li wieħed jassumi li l-passiġġieri kollha għandhom l-istess imġiba ta’ xiri (irrispettivament mil-linja tal-ajru użata).

(651)

Kif jista’ jidher mir-riżultat tar-rikostruzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-ftehim tal-4 ta’ Lulju 2008 fit-Tabella 19, il-valur preżenti nett għal dan il-ftehim huwa negattiv.

(652)

Bħal fil-każ tal-ftehimiet l-oħrajn, il-Kummissjoni qieset ukoll li kien prudenti li ssir analiżi tas-sensittività sabiex tiġi ttestjata r-robustezza tax-xenarju bażi tar-rikostruzzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni dduplikat il-bidliet fil-parametri applikati għas-sett ta’ ftehimiet 1-A ffirmati ma’ Ryanair, ħlief fir-rigward tal-parametri li ġejjin:

għall-għadd ta’ rotazzjonijiet fis-sena, operatur seta’ adotta s-suppożizzjoni ipotetika li Jet2 topera żewġ rotot fl-ewwel sena u fit-tieni u t-tielet sena;

għall-fattur tat-tagħbija, il-Kummissjoni ħadet il-fatturi proposti minn Franza, kif stabbilit fil-premessa 648;

għall-imposti tal-ajruport, il-Kummissjoni applikat l-iskontijiet miftiehma;

għat-tariffa għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni ħadet ammont ta’ EUR […] għat-3 snin koperti mill-ftehim, billi assumiet li ż-żewġ rotot jinżammu matul id-durata kollha tal-ftehim.

(653)

F’dan ix-xenarju alternattiv, jidher mit-Tabella 19 li l-valur preżenti nett għall-ftehim rikostruwit tal-4 ta’ Lulju 2008 huwa kemxejn pożittiv (EUR 3 511). Minħabba n-natura ottimista ħafna tas-suppożizzjonijiet magħmula (b’mod partikolari t-tnaqqis ta’ 50 % fil-kostijiet operatorji inkrementali u żieda ta’ 20 % fid-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi) u ċ-ċifra kemxejn pożittiva għall-valur preżenti nett rikostruwit f’dan ix-xenarju alternattiv, il-Kummissjoni taħseb li huwa improbabbli ħafna li operatur prudenti kien jagħżel li jiffirma l-ftehim tal-4 ta’ Lulju 2008 ma’ Jet2, minħabba l-valur preżenti nett negattiv fix-xenarju bażi.

Tabella 19

Il-valur preżenti nett tal-ftehim tal-4 ta’ Lulju 2008 iffirmat ma’ Jet2

(f’eluf ta’ EUR)

 

Valur preżenti nett

Sett ta’ ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

Xenarju ta’ Franza

Xenarju bażi tal-Kummissjoni

Xenarju alternattiv tal-Kummissjoni

Jet2

[0 ; 100 ]

[- 100 ; 0 ]

[0 ; 100 ]

(a)   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ

(654)

L-analiżi stabbilita fil-premessi minn 580 sa 653 u, b’mod partikolari, fit-Tabelli 18 u 19, turi li l-ftehimiet kollha li taħthom tħallset ir-remunerazzjoni lil Ryanair/AMS u Jet2 għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom valur preżenti nett negattiv (180). Mill-premessa 531 jirriżulta li kull wieħed minn dawn il-ftehimiet jagħti vantaġġ lil Ryanair/AMS jew lil Jet2. B’kuntrast ma’ dan, kif stabbilit fil-premessa 644, il-ftehimiet 4 u 5 ma jagħtux vantaġġ ekonomiku lil Ryanair/AMS.

7.2.1.6.   In-natura selettiva tal-vantaġġ mogħti lil Ryanair/AMS u Jet2

(655)

Bl-eċċezzjoni tal-ftehimiet 4 u 5 dwar is-servizzi tal-ajruport ma’ Ryanair, il-ftehimiet jew is-settijiet ta’ ftehimiet konklużi mis-CCI ma’ Ryanair/AMS u Jet2 jipprevedu l-ħlas ta’ remunerazzjoni lil dawn il-linji tal-ajru għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni pprovduti minnhom. Ir-remunerazzjoni ta’ dawn is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni hija karatteristika speċifika tar-relazzjoni bejn l-ajruport u dawn il-linji tal-ajru, li tirriżulta min-negozjati diretti bejn is-CCI u kull linja tal-ajru kkonċernata, aktar milli mill-prezzijiet applikabbli għal-linji tal-ajru kollha. Il-ftehimiet fihom termini miftiehma speċifikament bejn l-Ajruport ta’ La Rochelle u Ryanair/AMS u Jet2 u, għaldaqstant, huma selettivi.

(656)

Fir-rigward tal-ftehimiet 4 u 5 dwar is-servizzi tal-ajruport konklużi ma’ Ryanair, kif stabbilit fil-premessa 644, dawn ma jagħtux vantaġġ selettiv lil Ryanair/AMS minħabba li l-imposti ajrunawtiċi li jinsabu fihom jikkorrespondu għall-prezzijiet applikabbli għal-linji tal-ajru kollha f’konformità mal-karta tar-rati ġenerali approvata mill-Cocoeco.

7.2.1.7.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri

(657)

Meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ ċerti impriżi mqabbla ma’ impriżi oħrajn li jikkompetu fis-suq intern, dawn tal-aħħar iridu jitqiesu bħala li ġew affettwati minn dik l-għajnuna. F’konformità mal-każistika stabbilita (181), sabiex miżura toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, huwa biżżejjed li l-benefiċjarju tal-għajnuna jikkompeti ma’ impriżi oħrajn fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni.

(658)

Minn meta daħal fis-seħħ it-tielet pakkett ta’ liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-1 ta’ Jannar 1993 (182), ma hemm xejn li jwaqqaf lit-trasportaturi tal-ajru tal-UE milli joperaw titjiriet fuq rotot fl-UE u jibbenefikaw minn awtorizzazzjoni ta’ kabotaġġ bla limitu.

(659)

Għalhekk, il-vantaġġi (li l-eżistenza tagħhom ġiet stabbilita hawn fuq) li l-linji tal-ajru rċevew taħt id-diversi ftehimiet koperti minn din l-investigazzjoni saħħew il-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru l-oħrajn kollha tal-UE li bħalissa qegħdin jikkompetu jew jistgħu jikkompetu ma’ dawn il-linji tal-ajru għar-rotot li joperaw. B’riżultat ta’ dan, huma ħolqu distorsjoni jew heddew li joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni u affettwaw il-kummerċ intra-UE.

7.2.1.8.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna

(660)

Bl-eċċezzjoni tal-ftehimiet 4 u 5 dwar is-servizzi tal-ajruport konklużi ma’ Ryanair, il-miżuri kollha rrappreżentati mis-settijiet ta’ ftehimiet u emendi għalihom konklużi ma’ Ryanair/AMS (ara t-Tabella 14) u Jet2 jissodisfaw it-testijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE u, għalhekk, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

7.2.2.   In-natura illegali tal-għajnuna mill-Istat

(661)

Billi dawn il-miżuri ġew implimentati mingħajr ma kienu awtorizzati mill-Kummissjoni, huma jikkostitwixxu għajnuna illegali.

7.2.3.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern

(662)

Hija każistika stabbilita (183) li hija r-responsabbiltà ta’ Franza li tindika fuq liema bażi legali l-għajnuna inkwistjoni setgħet titqies bħala kompatibbli mas-suq intern u li turi li l-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà ġew issodisfati. Għalhekk, il-Kummissjoni stiednet lil Franza, fid-deċiżjoni tal-ftuħ u f’talba għal aktar informazzjoni, biex tindika x’jistgħu jkunu l-bażijiet legali għall-kompatibbiltà u biex turi li l-kundizzjonijiet applikabbli għall-kompatibbiltà ġew issodisfati, b’mod partikolari kieku l-għajnuna inkwistjoni kellha titqies bħala għajnuna tal-bidu għat-tnedija ta’ rotot ġodda. Madankollu, Franza ma ssuġġeriet l-ebda bażi għall-kompatibbiltà jew ma pprovdiet l-ebda argument biex tiġġustifika sejba li l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq intern. B’mod partikolari, Franza fl-ebda punt ma sostniet li l-miżuri taħt skrutinju kienu jikkostitwixxu għajnuna tal-bidu kompatibbli. Barra minn hekk, l-ebda parti terza interessata ma pprovat turi li dawn il-miżuri huma kompatibbli mas-suq intern.

(663)

Madankollu, il-Kummissjoni tqis li huwa utli, għal raġunijiet ta’ kompletezza, li tivvaluta sa liema punt din l-għajnuna tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli, bis-saħħa tal-kontribut tagħha, jekk ikun hemm, mat-tnedija ta’ rotot ġodda jew frekwenzi ġodda.

(664)

Il-Kummissjoni tirrimarka li l-għajnuna inkwistjoni kienet marbuta mat-tnedija ta’ rotot tal-ajru ġodda, maż-żieda fil-frekwenza tat-titjiriet fuq rotot eżistenti jew mal-operat kontinwu ta’ rotot li altrimenti setgħu ġew irtirati. Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li hija tista’ tikkostitwixxi għajnuna operatorja għall-promozzjoni tat-traffiku tal-ajru li jitlaq minn ajruport reġjonali. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi rrimarkat li rari jkun probabbli li l-għajnuna operatorja tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern, minħabba li ġeneralment hija toħloq distorsjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-setturi li fihom tingħata.

7.2.3.1.   Miżuri li jmorru lura għal qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-2005

(665)

Uħud mill-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni (is-sett ta’ ftehimiet 1-A u l-ftehim B) ingħataw qabel ma ġew ippubblikati l-Linji Gwida tal-2005 fid-9 ta’ Diċembru 2005 (184). Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija qabel din id-data, il-paragrafu 85 tal-Linji Gwida tal-2005 u l-punt 174 tal-Linji Gwida tal-2014 jirreferu għar-regoli applikabbli fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna.

(666)

Qabel ma ġew adottati l-Linji Gwida tal-2005, il-Kummissjoni kienet adottat il-Linji Gwida tal-1994 (185). Madankollu, dawn il-linji gwida ma ttrattawx speċifikament il-kwistjoni tal-għajnuna operatorja għall-promozzjoni tat-traffiku tal-ajru li jitlaq minn ajruporti reġjonali. Din il-kwistjoni kkonkretizzat ruħha gradwalment bħala riżultat ta’ żieda fil-konġestjoni f’ċerti ajruporti Ewropej kbar u l-emerġenza ta’ operaturi bi prezz baxx, li kienu għadhom ma jeżistux fl-1994. Konsegwentement, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Linji Gwida tal-1994 ma jistgħux jiġu applikati għall-każ inkwistjoni. Għalhekk, fil-prinċipju, il-Kummissjoni trid tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni direttament abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

(667)

F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi nnotat li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta’ dan it-tip ta’ għajnuna mill-Istat ġiet irfinuta matul iż-żmien, għalkemm kien hemm xi elementi li baqgħu l-istess. Dawn l-elementi joriġinaw mill-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-kompatibbiltà tal-għajnuna f’konformità mad-dispożizzjoni msemmija qabel tat-Trattat.

(668)

Għaldaqstant, fid-deċiżjoni dwar l-ajruport ta’ Manchester ta’ Ġunju 1999 (186), il-Kummissjoni sabet li t-tnaqqis fl-imposti tal-ajruport mogħtija b’mod mhux diskriminatorju u limitat fiż-żmien għall-promozzjoni ta’ rotot ġodda kien kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(669)

Imbagħad, fid-Deċiżjoni 2004/393/KE dwar l-Ajruport ta’ Charleroi (187), il-Kummissjoni sabet li “il-miżuri ta’ għajnuna operatorja maħsuba biex jgħinu fit-tnedija ta’ linji tal-ajru ġodda jew fit-tisħiħ ta’ ċerti frekwenzi jistgħu jkunu għodda neċessarja għall-iżvilupp ta’ ajruporti reġjonali żgħar. Il-miżuri jistgħu tabilħaqq jipperswadu lill-kumpaniji interessati sabiex jieħdu r-riskju li jinvestu f’rotot ġodda. Madankollu, sabiex tali għajnuna tiġi ddikjarata bħala kompatibbli abbażi tal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat, jenħtieġ li jiġi stabbilit jekk din l-għajnuna hijiex meħtieġa u proporzjonata mal-għan imfittex, u jekk taffettwax il-kummerċ b’tali mod li jmur kontra l-interess komuni” (188). Għalhekk, il-Kummissjoni identifikat ċerti kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati sabiex din l-għajnuna operatorja tiġi ddikjarata bħala kompatibbli, b’mod partikolari dawn li ġejjin:

l-għajnuna trid tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku ta’ ajruport reġjonali permezz ta’ żieda netta fit-traffiku fuq rotot ġodda (189);

l-għajnuna trid tkun neċessarja fis-sens li ma tingħatax għal rotta li diġà qed tiġi operata mill-istess linja tal-ajru jew minn linja tal-ajru oħra, jew inkella fuq rotta simili (190);

l-għajnuna jrid ikollha effett ta’ inċentiv fis-sens li trid tgħin sabiex tiġi żviluppata attività li, wara ċertu perjodu, x’aktarx li ssir profittabbli, li jfisser li trid tkun limitata fiż-żmien (191);

l-għajnuna trid tkun proporzjonali, jiġifieri l-ammont irid ikun marbut maż-żieda netta fit-traffiku (192).

l-għajnuna trid tkun ingħatat b’mod trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni u ma tridx tkun ikkombinata ma’ tipi oħrajn ta’ għajnuna.

(670)

Barra minn hekk, fil-paragrafu 234 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni indikat li hija pproponiet li teżamina l-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, fejn la Franza u l-ebda parti terza interessata ma oġġezzjonaw għal dan l-approċċ.

(671)

L-għajnuna mill-Istat lil-linji tal-ajru, bħal kwalunkwe għajnuna mill-Istat oħra, trid tkun neċessarja biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika u proporzjonata għal dak l-objettiv sabiex tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE.

(672)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li, fil-każ inkwistjoni, jenħtieġ li l-kompatibbiltà tas-sett ta’ ftehimiet 1-A u tal-ftehim B tiġi vvalutata fid-dawl tal-prinċipji ġenerali msemmija qabel.

(673)

Għalhekk, il-Kummissjoni se tivvaluta l-kompatibbiltà ta’ dawn il-miżuri fid-dawl tal-kriterji ta’ hawn fuq u tal-każistika (193).

—   Il-kontribut għall-iżvilupp ekonomiku ta’ ajruport reġjonali żgħir permezz ta’ żieda netta fit-traffiku fuq rotot ġodda

(674)

Is-sett ta’ ftehimiet 1-A u ftehim B huma marbuta mal-ftuħ ta’ rotta ġdida u l-manutenzjoni tar-rotta eżistenti lejn Londra Stansted. Għalhekk, huma kkontribwew għal żieda netta fit-traffiku li jitlaq mill-ajruport ta’ La Rochelle, filwaqt li kellhom ukoll l-għan li jikkontribwixxu għall-operat kontinwu tar-rotta eżistenti lejn Londra Stansted.

—   L-għajnuna ma tingħatax għal rotta li diġà hija operata mill-istess linja tal-ajru jew minn linja tal-ajru oħra jew rotta simili

(675)

Is-sett ta’ ftehimiet 1-A u l-ftehim B koprew mhux biss it-tnedija ta’ rotot ġodda, iżda wkoll l-operat kontinwu tar-rotta eżistenti lejn Londra Stansted. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tieħu nota tal-fatt li fl-10 ta’ April 2003 Ryanair xtrat lil Buzz, li kienet ilha topera din ir-rotta mill-1 ta’ April 2001 skont il-ftehim tat-8 ta’ Novembru 2002 imsemmi fit-taqsima 3.2.2.3. Barra minn hekk, il-ftehim B kopra din l-istess rotta lejn Londra Stansted diġà operata minn Ryanair skont is-sett ta’ ftehimiet 1-A. Għalhekk, is-sett ta’ ftehimiet 1-A u l-ftehim B ma jissodisfawx il-kundizzjoni li l-miżura ma tridx tingħata għal rotta li diġà hija operata jew għal rotta simili.

—   Il-miżuri huma limitati fiż-żmien u jinvolvu rotot li x’aktarx isiru profittabbli

(676)

Meta r-rotta La Rochelle-Londra Stansted tnediet minn Buzz fl-2001, l-ebda linja tal-ajru ma kienet qed topera dik ir-rotta. Meta ġie ffirmat is-sett ta’ ftehimiet 1-A, Buzz kienet ilha topera r-rotta għal qrib sentejn taħt il-ftehim tat-8 ta’ Novembru 2002, iżda dak il-ftehim ma kien jinkludi l-ebda tariffa tal-kummerċjalizzazzjoni. B’kuntrast ma’ dan, il-ftehimiet li segwew is-sett ta’ ftehimiet 1-A u stabbilew it-termini li fuqhom kienet operata din ir-rotta, jiġifieri l-ftehim B (b’data ta’ skadenza tal-aħħar ta’ April 2006), is-sett ta’ ftehimiet 2-3-C-D (b’data ta’ skadenza fl-2009), is-sett ta’ ftehimiet G-H-I-J (b’data ta’ skadenza fl-aħħar tal-2011) u s-sett ta’ ftehimiet 6-K (b’data ta’ skadenza fl-aħħar ta’ Marzu 2013) kollha inkludew kumpens (fil-forma ta’ pagamenti għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni) lil Ryanair/AMS. Għalhekk, din ir-rotta ġiet iffinanzjata għal 10 snin wara l-iskadenza tas-sett ta’ ftehimiet 1-A u għal 7 snin wara l-iskadenza tal-ftehim B. Dan it-tul ta’ żmien addizzjonali huwa ta’ importanza partikolari. Il-Kummissjoni tinnota wkoll in-nuqqas ta’ linji tal-ajru oħrajn fuq din ir-rotta.

(677)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li Franza ma pprovdiet l-ebda studju ta’ vijabbiltà għad-diversi rotot u frekwenzi koperti mis-sett ta’ ftehimiet 1-A u mill-ftehim B. Għaldaqstant, abbażi tal-fatti rreġistrati, jidher li, għall-awtoritajiet li taw l-għajnuna inkwistjoni, ma kien hemm l-ebda prospett ċar li dawn ir-rotot u l-frekwenzi jsiru vijabbli mingħajr għajnuna f’terminu bejn wieħed u ieħor qasir. Jenħtieġ li jiġi nnotat li s-sett ta’ ftehimiet 1-A u l-ftehim B kienu jikkonċernaw għadd ta’ rotot differenti, li wħud minnhom lanqas biss kienu identifikati fiż-żmien meta ġew iffirmati l-ftehimiet, li jikkonferma li l-awtoritajiet ikkonċernati ma kellhom l-ebda informazzjoni li x’aktarx tirriassigurahom li dawn ir-rotot kienu vijabbli.

(678)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tenfasizza li l-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Franċiżi dwar l-impatt ekonomiku tar-rotot tal-ajru operati minn Ryanair tanalizza l-karatteristiċi tal-klijenti ta’ Ryanair u l-impatt li dawn jista’ jkollhom fuq l-iżvilupp tar-reġjun, iżda ma tinkludix projezzjonijiet tal-vijabbiltà futura ta’ dawn ir-rotot jew ta’ rotot oħrajn li x’aktarx jiġu operati minn Ryanair fil-futur.

(679)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sett ta’ ftehimiet 1-A u l-ftehim B ma jissodisfawx il-kundizzjoni li l-miżuri jridu jkunu limitati fiż-żmien u jinvolvu rotot li x’aktarx isiru profittabbli.

—   L-ammont ta’ għajnuna huwa marbut ma’ żieda netta fit-traffiku

(680)

L-ammonti ta’ għajnuna mogħtija skont is-sett ta’ ftehimiet 1-A u l-ftehim B ma humiex marbuta ma’ żieda fit-traffiku minħabba li, għalkemm ikopru t-tnedija ta’ rotot ġodda, it-tnedija hija waħda ipotetika u l-għan ewlieni tal-ftehim huwa l-operat kontinwu tar-rotta tal-ħruġ lejn Londra Stansted. Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li s-sett ta’ ftehimiet 1-A u l-ftehim B ma jissodisfawx il-kriterju ta’ rabta bejn l-ammont ta’ għajnuna u żieda netta fit-traffiku.

—   L-għajnuna trid tkun ingħatat b’mod trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni u ma tridx tkun ikkombinata ma’ tipi oħrajn ta’ għajnuna

(681)

Skont Franza, fil-passat is-CCI wettqet riċerka dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni offruti fuq is-siti web ta’ għadd ta’ kumpaniji, li wasslitha biex tiddeċiedi li t-tip ta’ servizz offrut minn AMS kien l-aktar adattat għall-ħtiġijiet u l-istrateġija tagħha. Is-CCI sabet li l-linji tal-ajru minbarra Ryanair, li jirrappreżentaw sehem minoritarju tat-traffiku fl-ajruport ta’ La Rochelle, ma setgħux joffru sostitut validu għas-sit web ta’ Ryanair, it-trasportatur ewlieni tal-ajruport.

(682)

B’hekk, l-għajnuna mogħtija skont is-sett ta’ ftehimiet 1-A u l-ftehim B ġiet innegozjata b’mod bilaterali, b’mod mhux trasparenti u mingħajr l-ebda proċedura biex jiġi żgurat li ma kien hemm l-ebda diskriminazzjoni bħal sejħa pubblika għall-offerti. Għalhekk, din l-għajnuna ma tissodisfax il-kundizzjoni ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni.

(683)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li l-għajnuna mill-Istat mogħtija skont is-sett ta’ ftehimiet 1-A u l-ftehim B ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern.

7.2.3.2.   Miżuri li jseħħu wara d-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-2005

(684)

Billi l-Linji Gwida tal-2005 jipprovdu l-qafas ta’ referenza applikabbli mid-dħul fis-seħħ tagħhom sal-adozzjoni tal-Linji Gwida tal-2014, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li l-Linji Gwida tal-2005 jiġu applikati għall-miżuri ta’ għajnuna l-oħrajn inkwistjoni. Il-Kummissjoni hija marbuta li tosserva l-linji gwida li hija tadotta, sakemm ma jmorrux kontra t-Trattat, illi la Franza u lanqas Ryanair jew Jet2 ma sostnew jew ipprovaw.

(685)

B’hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li l-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna li ġejjin tiġi vvalutata fid-dawl tal-Linji Gwida tal-2005 u l-każistika (194):

is-sett ta’ ftehimiet 2-3-C-D;

il-ftehim E;

il-ftehim F;

is-sett ta’ ftehimiet G-H-I-J;

is-sett ta’ ftehimiet 6-K;

il-ftehim L;

is-sett ta’ ftehimiet 7-M;

il-ftehim N;

il-ftehim konkluż ma’ Jet2 fl-4 ta’ Lulju 2008.

(686)

L-għajnuna mill-Istat lil-linji tal-ajru, bħal kwalunkwe għajnuna mill-Istat oħra, trid tkun neċessarja biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika u proporzjonata għal dak l-objettiv sabiex tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE. Għalhekk, il-Kummissjoni se tivvaluta l-konformità mal-kriterji tan-neċessità u tal-proporzjonalità flimkien mal-kriterji msemmija qabel mil-Linji Gwida tal-2005.

(687)

Il-Linji Gwida tal-2005 jispeċifikaw, l-ewwel nett, li l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni u miżuri oħrajn dwar l-għajnuna reġjonali jippermettu li l-għajnuna operatorja mogħtija lil-linji tal-ajru (bħal għajnuna tal-bidu għal rotot ġodda) tiġi ddikjarata kompatibbli biss taħt ċirkostanzi eċċezzjonali u taħt kundizzjonijiet stretti f’reġjuni żvantaġġati tal-Ewropa, jiġifieri reġjuni koperti mid-deroga stabbilita fl-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE, l-aktar reġjuni remoti u żoni skarsament popolati (195). Billi l-ajruport ta’ La Rochelle ma jinsabx f’dan it-tip ta’ reġjun, din id-deroga ma tapplikax.

(688)

Il-Linji Gwida tal-2005 jgħaddu biex jiddikjaraw li ajruporti żgħar spiss ma jkollhomx il-volumi ta’ passiġġieri meħtieġa biex jilħqu l-massa kritika u l-punt ta’ ekwilibriju u, għalhekk, li l-linji tal-ajru mhux dejjem ikunu lesti, mingħajr inċentivi xierqa, biex jaffaċċjaw ir-riskju li jiftħu rotot minn ajruporti mhux magħrufa u mhux ittestjati. B’hekk, f’konformità mal-Linji Gwida tal-2005, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li l-għajnuna pubblika titħallas b’mod temporanju lil-linji tal-ajru taħt ċerti kundizzjonijiet, jekk dan jipprovdilhom l-inċentiv meħtieġ biex joħolqu rotot ġodda jew skedi ġodda minn ajruporti reġjonali u biex jattiraw l-għadd ta’ passiġġieri li jippermettulhom jilħqu ekwilibriju fit-tul (196).

(689)

Il-kriterji speċifiċi ta’ kompatibbiltà huma stabbiliti fil-paragrafu 79 tal-Linji Gwida tal-2005. Il-Kummissjoni ssib li bosta minn dawn il-kriterji ma humiex issodisfati, speċifikament:

—   Il-vijabbiltà fit-tul u d-digressività (il-kriterju d), in-nuqqas ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju (il-kriterju i), u d-durata u l-intensità (il-kriterju f)

(690)

L-ebda waħda mill-miżuri ma kienet strutturata biex tiżgura li l-għajnuna kienet digressiva u limitata għal perċentwal tal-kostijiet eliġibbli, li ma humiex imsemmija fil-ftehimiet ikkonċernati jew, sa fejn taf il-Kummissjoni, fi kwalunkwe dokument ieħor għad-dispożizzjoni tas-CCI fiż-żmien meta ġew konklużi l-ftehimiet.

(691)

Barra minn hekk, ma hemm l-ebda evidenza li pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ġie sottomess minn qabel biex jippermetti li ssir valutazzjoni tal-vijabbiltà fit-tul tal-miżuri. Għaldaqstant, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra li turi l-kuntrarju, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna inkwistjoni ma ngħatatx għar-rotot li x’aktarx isiru vijabbli mingħajr għajnuna. Barra minn hekk, il-miżuri ta’ għajnuna suċċessivi għar-rotot lejn Londra Stansted u Brussell-Charleroi (mill-2003), Dublin (mill-2006), Oslo (mill-2010) u Porto (mill-2011) jissuġġerixxu li Ryanair ma kinitx topera dawn ir-rotot kieku ma baqgħux jiġu ssussidjati.

(692)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kriterji msemmija qabel ma huma ssodisfati minn ebda waħda mill-miżuri inkwistjoni.

—   Rabta ma’ rotot ġodda jew frekwenzi addizzjonali fuq ir-rotot eżistenti (il-kriterju ċ)

(693)

Il-Kummissjoni tinnota li l-ftehimiet inkwistjoni f’xi każijiet ġew konklużi bil-ħsieb li jiġu mnedija rotot ġodda, iżda primarjament sabiex jiġi żgurat l-operat kontinwu tar-rotot eżistenti:

Fir-rigward tal-ftehim Ċ, il-premessa 89 tirrimarka li hija sempliċiment timpenja lil Ryanair biex topera rotta bejn La Rochelle u Londra Stansted b’minimu ta’ 95 000 passiġġier fis-sena. Madankollu, il-premessi 82 u 85 juru li l-ftehimiet A u B diġà koprew rotta ta’ kuljum bejn Londra Stansted u La Rochelle. Fl-istima tat-traffiku tagħha għas-sett ta’ ftehimiet 1-A u l-ftehim B, il-Kummissjoni kkalkolat li t-traffiku annwali fuq din ir-rotta qatt ma jaqbeż 86 000 passiġġier. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li dawn il-miżuri jissodisfaw il-kriterju (c).

Fir-rigward tal-ftehim D, il-premessa 92 tirrimarka li hija timpenja lil Ryanair biex topera rotta (ġdida) bejn La Rochelle u Dublin b’minimu ta’ 45 000 passiġġier fis-sena. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li din il-miżura tissodisfa l-kriterju (c).

Fir-rigward tal-ftehim G, il-premessa 96 tirrimarka li hija timpenja lil Ryanair biex topera rotta bejn La Rochelle u Dublin b’minimu ta’ 53 000 passiġġier fis-sena, li tirrappreżenta żieda ta’ 8 000 passiġġier meta mqabbel mal-ftehim D. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li din il-miżura tissodisfa l-kriterju (ċ).

Fir-rigward tal-ftehim H, il-premessa 99 tirrimarka li hija timpenja lil Ryanair biex topera rotta ġdida bejn La Rochelle u Brussell-Charleroi b’minimu ta’ 9 000 passiġġier fis-sena fl-ewwel sena u 16 000 passiġġier fis-snin ta’ wara. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li din il-miżura tissodisfa l-kriterju (c).

Fir-rigward tal-ftehim I, il-premessa 102 tirrimarka li hija timpenja lil Ryanair biex topera rotta bejn La Rochelle u Dublin b’minimu ta’ 17 000 passiġġier fis-sena. Madankollu, skont il-ftehim D preċedenti, Ryanair kienet diġà qed topera din ir-rotta b’objettiv ta’ traffiku ogħla (45 000 passiġġier fis-sena). Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li din il-miżura ma tissodisfax il-kriterju (c).

Skont il-ftehim K, Ryanair impenjat ruħha, kif stabbilit fil-premessa 106, li topera rotta ġdida lejn in-Norveġja. Kif deskritt fil-premessa 78 hawn fuq, fil-ftehim 6 dwar is-servizzi tal-ajruport, li l-Kummissjoni tqis li jifforma miżura waħda flimkien mal-ftehim K (ara t-taqsima 7.2.1.5(b)(4)), Ryanair ma tat l-ebda impenn fir-rigward tal-frekwenza, iżda għamlet l-impenji tat-traffiku li ġejjin: 53 000 passiġġier lejn Londra Stansted, 17 000 passiġġier lejn Dublin, 17 000 passiġġier lejn Brussell-Charleroi u 17 000 passiġġier lejn Oslo-Rygge. Il-Kummissjoni tinnota li dawn l-impenji huma stabbli għar-rotta ta’ Dublin, kemxejn ogħla għar-rotta ta’ Brussell-Charleroi (1 000 passiġġier, jew bejn wieħed u ieħor +6 %), iżda ferm inqas għar-rotta ta’ Londra-Stansted (-28 000 passiġġier meta mqabbla mal-objettiv ta’ 95 000 passiġġier stabbilit fil-ftehim Ċ, jew tnaqqis ta’ 30 %). L-inklużjoni ta’ rotta ġdida lejn in-Norveġja bi traffiku stabbilit għal 17 000 passiġġier ma tikkumpensax għat-tnaqqis ġenerali fit-traffiku skont il-ftehim K (-10 000 passiġġier (197)). Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li din il-miżura ma tissodisfax il-kriterju (c).

Skont il-ftehim L, Ryanair impenjat ruħha, kif stabbilit fil-premessa 110, li topera rotta ġdida lejn Cork. Madankollu, Ryanair ma għamlet l-ebda impenn f’termini ta’ traffiku jew ta’ frekwenza tat-titjiriet. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li din il-miżura ma tissodisfax il-kriterju (c).

Il-ftehimiet E, F, J, M u N ma fihom l-ebda impenn ta’ traffiku jew frekwenza. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li dawn il-miżuri ma jissodisfawx il-kriterju (ċ).

(694)

B’hekk, il-kriterju (ċ) huwa ssodisfat biss mill-ftehimiet Ċ, D, G u H.

—   Kumpens għall-kostijiet addizzjonali tal-bidu (il-kriterju e) (198)

(695)

Il-Kummissjoni tqis li, għal kull waħda mill-miżuri inkwistjoni, dan il-kriterju ma ġiex issodisfat. L-ammonti mħallsin mis-CCI ma kinux maħsuba biex jirrappreżentaw porzjon tal-kostijiet addizzjonali tal-bidu, li għalihom, skont l-għarfien tal-Kummissjoni, l-estimi qatt ma ġew prodotti minn Ryanair/AMS jew Jet2 u fornuti lis-CCI.

—   Rabta mal-iżvilupp tar-rotta (il-kriterju g) (199)

(696)

Il-Kummissjoni tinnota li l-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmati ma’ Ryanair u Jet2 ma humiex maħsuba biex iżidu l-għadd ta’ passiġġieri li jtiru ma’ dawn iż-żewġ linji tal-ajru. Huwa minnu li xi wħud minn dawn il-ftehimiet jikkoinċidu mat-tnedija ta’ ċerti rotot u xi wħud jinkludu impenji ta’ frekwenza jew ta’ għadd ta’ passiġġieri kif stabbilit fit-taqsimiet 3.2.2.1 u 3.2.2.2. Madankollu, il-Kummissjoni ssib li dawn l-impenji ma jinbidlux matul id-durata tal-ftehim u li ma hemm l-ebda skema reali ta’ inċentivi għall-iżvilupp tat-traffiku ekwivalenti għal dik f’każijiet simili li ġew investigati reċentement mill-Kummissjoni (200). B’hekk, ma hemm l-ebda skont jew penali marbuta mat-tkabbir attwali fit-traffiku. Għalhekk, l-ammonti ta’ għajnuna mħallsin lil-linji tal-ajru ma humiex marbuta mal-iżvilupp attwali tar-rotot. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li dan il-kriterju ma huwa ssodisfat minn ebda waħda mill-miżuri inkwistjoni.

—   Allokazzjoni mhux diskriminatorja (il-kriterju h) (201)

(697)

Il-Kummissjoni tosserva li fil-każ inkwistjoni, il-ftehimiet ġew innegozjati direttament mal-linji tal-ajru kkonċernati, u ma kien hemm l-ebda pubbliċità. Għalhekk, dan ifisser li l-għajnuna ngħatat mingħajr ebda proċedura kompetittiva li fiha l-linji tal-ajru potenzjalment interessati setgħu joffru li joperaw ir-rotot ikkonċernati, taħt l-istess termini, sabiex jibbenefikaw mill-għajnuna tal-bidu.

(698)

Konsegwentement, il-kriterju msemmi fil-punt (h) ma ġiex issodisfat.

(699)

Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-ebda għajnuna illegali mogħtija lil Ryanair/AMS u Jet2 permezz tal-ftehimiet koperti minn din l-investigazzjoni ma tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti mil-Linji Gwida tal-2005. Għaldaqstant, l-għajnuna li tirriżulta mill-miżuri li ġejjin hija inkompatibbli mas-suq intern:

is-sett ta’ ftehimiet 2-3-C-D;

il-ftehim E;

il-ftehim F;

is-sett ta’ ftehimiet G-H-I-J;

is-sett ta’ ftehimiet 6-K;

il-ftehim L;

is-sett ta’ ftehimiet 7-M;

il-ftehim N;

il-ftehim konkluż ma’ Jet2 fl-4 ta’ Lulju 2008.

8.   KONKLUŻJONIJIET

(700)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib, l-ewwel nett, li s-sussidji għal kompiti li jaqgħu taħt il-mandat ta’ awtorità pubblika mħallsin lill-Ajruport ta’ La Rochelle u l-allegata sottofatturazzjoni tas-servizzi fornuti mill-fergħa ġenerali tas-CCI lill-ajruport bejn l-2006 u l-2012 ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat.

(701)

Il-Kummissjoni ssib ukoll li Franza implimentat b’mod illegali l-għotjiet ta’ investiment imħallsin bejn l-2001 u l-2006 bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Madankollu, dawn l-għotjiet ta’ investiment jikkostitwixxu għajnuna kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE.

(702)

Il-Kummissjoni mbagħad issib li Franza implimentat illegalment għadd ta’ miżuri ta’ għajnuna operatorja favur l-Ajruport ta’ La Rochelle (sottofatturazzjoni tas-servizzi fornuti mill-fergħa ġenerali tas-CCI lill-Ajruport ta’ La Rochelle bejn l-2001 u l-2005, ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli riċevuti mill-Ajruport ta’ La Rochelle u sussidji mill-awtoritajiet lokali maħsuba biex jikkontribwixxu għal miżuri li jippromwovu l-Ajruport ta’ La Rochelle) bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Madankollu, dawn il-miżuri ta’ għajnuna operatorja jikkostitwixxu għajnuna kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

(703)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssib li, bl-eċċezzjoni tal-ftehimiet 4 u 5 dwar is-servizzi tal-ajruport ma’ Ryanair, id-diversi ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport u dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi bejn is-CCI u Ryanair, AMS u Jet2 koperti mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali jinvolvu għajnuna mill-Istat implimentata bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE u li hija inkompatibbli mas-suq intern.

(704)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ssib li l-eżenzjoni mill-imposti tad-dawl tar-runway li tgawdi Ryanair ma tinvolvix għajnuna mill-Istat. Bl-istess mod, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-linji tal-ajru Flybe, Aer Arann, Buzz u easyJet ma rċevewx għajnuna mill-Istat għall-operazzjonijiet tagħhom fl-ajruport ta’ La Rochelle.

9.   L-IRKUPRU

(705)

Skont il-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-Kummissjoni tkun sabet li l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern, hija trid tordna lill-Istat Membru kkonċernat biex jabolixxiha jew ibiddilha (202).

(706)

Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (203), “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju (“deċiżjoni ta’ rkupru”). Il-Kummissjoni ma għandhiex teħtieġ l-irkupru tal-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Komunità”. Il-Qorti sostniet b’mod konsistenti li fejn l-għajnuna tinstab li hija inkompatibbli mas-suq intern mill-Kummissjoni, l-iskop tal-irkupru huwa li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel (204). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-iskop jintlaħaq meta l-benefiċjarji tal-għajnuna jkunu ħallsu lura l-ammonti mogħtija permezz ta’ għajnuna illegali, bl-imgħax, sabiex b’hekk jitilfu l-vantaġġ li jkunu gawdew fuq il-kompetituri. B’dan il-mod, is-sitwazzjoni titreġġa’ lura għal kif kienet qabel tħallset l-għajnuna (205).

(707)

Fil-każ inkwistjoni, jidher li l-ebda prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ma jipprevjeni l-irkupru tal-għajnuna illegali u inkompatibbli identifikata f’din id-Deċiżjoni. B’mod partikolari, la Franza u lanqas il-partijiet interessati ma ppreżentaw xi argumenti f’dak is-sens.

(708)

Għalhekk, Franza trid tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tirkupra mingħand Ryanair, AMS u Jet2 l-għajnuna illegali mogħtija permezz tal-ftehimiet inkwistjoni.

(709)

Fit-Tabella 20 ta’ hawn taħt tagħti l-ammonti mħallsin skont Franza mis-CCI lil Ryanair/AMS sal-2011 għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.

Tabella 20

Ammonti mħallsin lil Ryanair/AMS u Jet2 bejn l-2003 u l-2013

Sena

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Ryanair/ AMS

 

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Jet2

 

 

 

 

 

 

[…]

 

[…]

[…]

[…]

(710)

Fit-Tabella 20 tagħti biss l-ammonti globali għall-pagamenti li jsiru kull sena skont id-diversi ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, Franza ma pprovdietx tabella li turi rabta bejn l-ammonti stabbiliti fil-ftehimiet u l-ammonti effettivament imħallsin kull sena skont kull ftehim.

(711)

Għalhekk, l-ammonti ta’ għajnuna li għandhom jiġu rkuprati jridu jiġu stabbiliti kif ġej:

L-ammont li għandu jiġi rkuprat irid jiġi kkalkolat għal kull waħda mill-miżuri ta’ għajnuna inkompatibbli msemmija fil-premessa 699. Għal kull miżura eżaminata, l-ammont ta’ għajnuna jikkorrespondi għall-valur preżenti nett ta’ kull miżura, ikkalkolat bħala s-somma tal-flussi ta’ flus inkrementali skontati fis-sena kif stabbilit fit-Tabella 15.

Billi Franza ma pprovdietx rikostruzzjoni affidabbli tal-valur preżenti nett għal kull waħda mill-miżuri, ir-rikostruzzjoni proposta mill-Kummissjoni (ibbażata fuq ix-xenarju bażi) se jkollha sservi bħala bażi għall-kalkolu tal-ammont ta’ għajnuna li għandu jiġi rkuprat.

(712)

Sabiex tirrifletti l-vantaġġ attwali li jgawdu l-linja tal-ajru u s-sussidjarji tagħha skont il-ftehimiet, Franza trid taġġusta l-ammonti msemmija fil-premessa 711 kif ġej:

Franza tista’ taġġusta l-ammont tal-kostijiet ajrunawtiċi inkrementali kkunsidrati fil-kalkolu abbażi tal-evidenza tal-pagamenti li fil-fatt saru, li Franza jenħtieġ li tipprovdi.

Franza trid tqis kwalunkwe differenza bejn il-pagamenti li fil-fatt saru mil-linja tal-ajru skont il-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport, kif osservat wara l-avveniment, u l-flussi (ex ante) ippjanati li jikkorrespondu għal dawn l-entrati ta’ dħul. Dawn l-aġġustamenti jridu jkunu bbażati fuq prova tal-pagamenti attwali li saru, li Franza jenħtieġ li tipprovdi.

Franza trid tqis kwalunkwe differenza bejn il-pagamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni li fil-fatt saru lil-linja tal-ajru jew lis-sussidjarji tagħha skont il-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, kif osservat wara l-avveniment, u l-kostijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni (ex ante) ippjanati korrispondenti. Dawn l-aġġustamenti jridu jkunu bbażati fuq prova tal-pagamenti attwali li saru, li Franza jenħtieġ li tipprovdi.

Franza trid tqis kwalunkwe differenza bejn id-durata (ex ante) ppjanata tad-diversi ftehimiet (ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport u dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni) u d-durata attwali tagħhom. Fil-każ ta’ terminazzjoni bikrija ta’ xi wħud mill-ftehimiet, il-linja tal-ajru fil-prinċipju ma rċeviet l-ebda pagament skont dawn il-ftehimiet u ma bbenefikatx minn aċċess għall-infrastruttura tal-ajruport u s-servizzi fuq l-art skont dawn il-ftehimiet. Dawn l-aġġustamenti jridu jkunu bbażati fuq prova tal-pagamenti attwali li saru, li Franza jenħtieġ li tipprovdi.

(713)

Kif spjegat fil-premessa 451, il-Kummissjoni tqis li, għall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, Ryanair u AMS jifformaw entità ekonomika waħda, u li l-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport li ġew iffirmati flimkien iridu jitqiesu bħala li jifformaw tranżazzjoni waħda bejn din l-entità u s-CCI. Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li Ryanair u AMS huma responsabbli b’mod konġunt għall-ħlas lura tal-għajnuna riċevuta skont il-ftehimiet iffirmati bejn l-2003 u l-2011 (qabel id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ imsemmija fil-premessa 4, jiġifieri t-8 ta’ Frar 2012). B’kuntrast ma’ dan, Ryanair biss hija meħtieġa tħallas lura l-għajnuna skont is-sett ta’ ftehimiet 1-A u l-ftehim B, minħabba li dawn ġew konklużi direttament bejn is-CCI u Ryanair mingħajr l-involviment ta’ AMS.

(714)

L-għajnuna li għandha tiġi rkuprata minn Jet2 trid issegwi l-prinċipji metodoloġiċi stabbiliti fil-premessi minn 711 sa 713. Minħabba li l-ammont ta’ għajnuna li għandu jiġi rkuprat minn Jet2 ma jistax jaqbeż EUR 200 000, ma jistax jiġi eskluż li l-ammont ta’ għajnuna jista’ jkun taħt il-limitu ta’ eżenzjoni fir-Regolament de minimis (206). Madankollu, la l-awtoritajiet Franċiżi u lanqas il-partijiet interessati ma affermaw li dan ir-Regolament jista’ japplika matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

(715)

L-awtoritajiet Franċiżi jridu jirkupraw l-ammonti indikati hawn fuq fi żmien 4 xhur mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

(716)

L-awtoritajiet Franċiżi jridu jżidu wkoll mal-ammont ta’ għajnuna l-ammont ta’ mgħax tal-irkupru, li jrid jiġi kkalkolat mid-data li fiha l-għajnuna inkwistjoni tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-impriża, jiġifieri f’kull data effettiva tal-iżborż tal-għajnuna, sad-data tal-irkupru effettiv tagħha (207), f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2282 (208). Minħabba li, fil-każ inkwistjoni, il-flussi li jikkostitwixxu din l-għajnuna huma kumplessi u jseħħu f’diversi dati matul is-sena, u huma saħansitra kontinwi għal ċerti kategoriji ta’ dħul, il-Kummissjoni hija tal-fehma li huwa aċċettabbli, fil-kalkolu tal-imgħax tal-irkupru, li jiġi kkunsidrat li l-mument tal-ħlas tal-għajnuna kkonċernata huwa fl-aħħar tas-sena, jiġifieri l-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena inkwistjoni.

(717)

F’konformità mal-każistika stabbilita, jekk Stat Membru jiltaqa’ ma’ diffikultajiet mhux previsti u imprevedibbli jew isir konxju ta’ konsegwenzi injorati mill-Kummissjoni, huwa jista’ jippreżenta dawn il-problemi biex jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni, flimkien ma’ proposti għal emendi xierqa. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni u l-Istat Membru jridu jaħdmu flimkien in bona fide bil-ħsieb li jegħlbu d-diffikultajiet, filwaqt li josservaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tat-TFUE (209).

(718)

Il-Kummissjoni tistieden lil Franza tippreżentalha kwalunkwe problema li tista’ tiltaqa’ magħha fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli mogħtijin mill-fergħa ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle lill-fergħa tal-ajruport tagħha mill-2001 sal-2012 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Din l-għajnuna mill-Istat ingħatat b’mod illegali minn Franza bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.   Is-sottofatturazzjoni tas-servizzi pprovduti mill-fergħa ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle lill-fergħa tal-ajruport tagħha mill-2001 sal-2005 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Din l-għajnuna mill-Istat ingħatat b’mod illegali minn Franza bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija mid-Dipartiment ta’ Charente-Maritime, mill-Communauté d’Agglomération de La Rochelle u mir-Reġjun ta’ Poitou-Charentes lill-Ajruport ta’ La Rochelle għax-xogħol promozzjonali mwettaq mill-Ajruport ta’ La Rochelle jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Din l-għajnuna mill-Istat ingħatat b’mod illegali minn Franza bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

4.   L-għotjiet ta’ investiment mogħtija mill-Kunsill Ġenerali ta’ Charente-Maritime, mill-Kunsill Reġjonali ta’ Poitou-Charentes, mill-Communauté d’agglomération de La Rochelle u mill-FEŻR bejn l-2001 u l-2005 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Din l-għajnuna mill-Istat ingħatat b’mod illegali minn Franza bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

5.   Ir-remunerazzjoni għas-servizzi fornuti lill-Ajruport ta’ Rochefort/Saint-Agnant mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.   L-allegata sottofatturazzjoni tas-servizzi pprovduti mill-fergħa ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle lill-fergħa tal-ajruport tagħha mill-2006 sal-2012 ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

7.   Is-sussidji mogħtija mill-FIATA biex ikopru l-kompiti li jaqgħu taħt il-mandat ta’ awtorità pubblika mwettqa mill-Ajruport ta’ La Rochelle ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

8.   L-għajnuna mill-Istat imsemmija fil-paragrafi minn 1 sa 4 hija kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

1.   Il-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport konklużi bejn il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle u Ryanair, rispettivament, fl-1 ta’ Frar 2007 u fit-13 ta’ Jannar 2010, ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.   Il-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport konkluż bejn il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle u Aer Arann għar-rotta ta’ Cork (l-Irlanda) ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport konkluż bejn il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle u Flybe fit-18 ta’ Marzu 2009 għar-rotta ta’ Glasgow (l-Iskozja) ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

4.   Il-miżuri promozzjonali u n-nefqa fuq il-komunikazzjoni relatati mal-linja tal-ajru Buzz u msemmija fir-rapport tas-CRC ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

5.   L-allegati servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni akkwistati minn easyJet imsemmija fir-rapport tas-CRC ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

1.   Il-miżuri li ġejjin, li jinvolvu għajnuna mill-Istat mogħtija b’mod illegali minn Franza b’mod konġunt lil Ryanair u lil Airport Marketing Services bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huma inkompatibbli mas-suq intern:

(a)

il-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport iffirmat fl-10 ta’ Diċembru 2003 bejn il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle u Ryanair u l-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmat fl-1 ta’ Diċembru 2003 bejn il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle u Ryanair;

(b)

il-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmat fl-1 ta’ Jannar 2004 bejn il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle u Ryanair;

(c)

il-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport iffirmati fl-1 ta’ Mejju 2006 bejn il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle u Ryanair u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmati fl-1 ta’ April 2006 bejn il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle u Airport Marketing Services;

(d)

l-emenda ffirmata fl-1 ta’ Ġunju 2007 għall-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmat fl-1 ta’ April 2006 bejn il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle u Airport Marketing Services;

(e)

il-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmat fil-21 ta’ Settembru 2007 bejn il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle u Airport Marketing Services;

(f)

il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmati fis-17 ta’ Settembru 2009 bejn il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle u Airport Marketing Services;

(g)

l-emenda ffirmata fl-1 ta’ Frar 2010 għall-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport iffirmat fit-13 ta’ Jannar 2010 bejn il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle u Ryanair u għall-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmat fil-25 ta’ Frar 2010 bejn il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle u Airport Marketing Services;

(h)

l-emenda ffirmata fit-23 ta’ Ġunju 2010 għall-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmat fil-25 ta’ Frar 2010 bejn il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle u Airport Marketing Services;

(i)

l-emenda ffirmata fit-28 ta’ Jannar 2011 għall-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport iffirmat fit-13 ta’ Jannar 2010 bejn il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle u Ryanair u l-emenda ffirmata fil-11 ta’ Frar 2011 għall-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmat fil-25 ta’ Frar 2010 bejn il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle u Airport Marketing Services;

(j)

l-emenda ffirmata fil-11 ta’ Frar 2011 għall-ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmat fil-25 ta’ Frar 2010 bejn il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle u Airport Marketing Services.

2.   L-għajnuna mill-Istat mogħtija illegalment minn Franza lil Jet2 bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont il-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport u dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmat fl-4 ta’ Lulju 2008 mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ La Rochelle ma’ Jet2, hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 4

1.   Franza għandha tirkupra l-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 3 mingħand il-benefiċjarji. Ryanair u Airport Marketing Services huma responsabbli in solidum għall-ħlas lura tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3(1).

2.   L-ammonti li għandhom jitħallsu lura għandu jkollhom l-imgħax mid-data li fiha tħallset l-għajnuna lill-benefiċjarji sad-data li fiha tkun effettivament irkuprata.

3.   L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq bażi komposta f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 u mar-Regolament (KE) Nru 271/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004.

4.   Franza għandha tikkanċella l-ħlasijiet pendenti kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 b’effett mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   Franza għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien 4 xhur mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 6

1.   Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, Franza għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

l-ammonti ta’ għajnuna li għandhom jiġu rkuprati skont l-Artikolu 4;

(b)

il-kalkolu tal-imgħax tal-irkupru;

(c)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħuda u dawk ippjanati biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni;

(d)

id-dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew innotifikati formalment li jridu jħallsu lura l-għajnuna.

2.   Franza għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata bil-progress tal-miżuri nazzjonali li ġew adottati skont din id-Deċiżjoni sakemm l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3 tkun ġiet irkuprata kollha. Hija għandha tissottometti minnufih, meta sempliċiment tintalab mill-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri diġà meħuda u dawk ippjanati biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ għajnuna u mgħax diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarji.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Fis-sustanza, iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma identiċi. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li r-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88, rispettivament, tat-Trattat tal-KE, fejn xieraq. It-TFUE introduċa wkoll ċerti bidliet fit-terminoloġija, bħas-sostituzzjoni ta’ “Komunità” b’“Unjoni”, ta’ “suq komuni” b’“suq intern” u ta’ “Qorti tal-Prim’Istanza” b’“Qorti Ġenerali”. It-terminoloġija tat-TFUE tintuża matul din id-Deċiżjoni kollha.

(2)   ĠU C 130, 4.5.2012, p. 10, u ĠU C 113, 15.4.2014, p. 30.

(3)   ĠU C 130, 4.5.2012, p. 10.

(4)  Conseillers du Commerce Extérieur [Konsulenti tal-Kummerċ Barrani] (30.5.2012), id-Dipartiment ta’ Charente-Maritime (8.6.2012), Office de Tourisme de La Rochelle [l-Uffiċċju tat-Turiżmu ta’ La Rochelle] (4.6.2012), Poitou-Charentes CCI (1.6.2012), Angoulême CCI (4.6.2012), Charente-Maritime Tourisme [il-Bord tat-Turiżmu ta’ Charente-Maritime] (1.6.2012), Communauté d’Agglomération de La Rochelle [l-Awtorità għall-Konurbazzjoni ta’ La Rochelle] (4.6.2012), Royan Town Hall (29.5.2012), Vendée Tourisme [il-Bord tat-Turiżmu ta’ Vendée] (30.5.2012) u r-Reġjun ta’ Poitou-Charentes (10.7.2012).

(5)  Doc Services (18.5.2012), Fountaine Pajot (21.5.2012), Le Richelieu (25.5.2012), Atlandis (26.5.2012), Le Relais du Bois (30.5.2012), Groupe Cafés Merling (31.5.2012), Grand Pavois (30.5.2012), Cuisines Villeger (23.5.2012), Irium (4.6.2012), Sogerma (29.5.2012), La Rochelle Evénements (29.5.2012).

(6)  Amicale Rivedoux [assoċjazzjoni tal-komunità lokali] (21.5.2012), Club Hotelier du Pays Rochelais-Ile de Ré [Assoċjazzjoni tal-Lukandiera ta’ La Rochelle-Ile de Ré] (31.5.2012), Envol Vert [assoċjazzjoni ambjentali] (3.6.2012), Ile de Ré Tourisme [il-Bord tat-Turiżmu ta’ Ile de Ré] (1.6.2012), Association des Professionnels du Nautisme Rochelais [l-Assoċjazzjoni tal-Professjonisti tat-Tbaħħir bil-Qlugħ ta’ La Rochelle] (30.5.2012), Union Départementale des Offices du Tourisme et des Syndicats d’Initiative de Charente-Maritime (UDOTSI) [l-Assoċjazzjoni ta’ Charente-Maritime ta’ Uffiċċji ta’ Informazzjoni Turistika] (1.6.2012), Destination La Rochelle (25.5.2012).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1698 tal-20 ta’ Frar 2014 dwar il-miżuri SA.22932 (2011/C) (ex NN 37/2007) implimentati minn Franza favur l-Ajruport ta’ Marseille Provence u l-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport (ĠU L 260, 27.9.2016, p. 1).

(8)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u lil-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).

(9)   ĠU C 113, 15.4.2014, p. 30.

(10)  Il-fergħa ġenerali tas-CCI hija responsabbli għall-attivitajiet l-oħrajn tas-CCI, bħar-rappreżentazzjoni tal-interessi tan-negozji fir-reġjun ta’ La Rochelle. Hija tipprovdi wkoll servizzi għal dawk in-negozji, billi toffri assistenza fil-ħolqien, l-iżvilupp u t-trasferiment ta’ negozju u tipprovdi taħriġ inizjali u kontinwu.

(11)   ĠU C 312, 9.12.2005, p. 1.

(12)  Ara, b’mod partikolari, il-premessi minn 32 sa 43 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/633 tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33961 implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Nîmes-Uzès-Le Vigan, Veolia Transport Aéroport de Nîmes, Ryanair Limited u Airport Marketing Services Limited (ĠU L 113, 27.4.2016, p. 32), “id-deċiżjoni tal-ajruport ta’ Nîmes”. Ara wkoll il-premessi minn 98 sa 108 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1227 tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22614 (C 53/2007) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn, Ryanair, Airport Marketing Services u Transavia (ĠU L 201, 30.7.2015, p. 109), “id-deċiżjoni tal-ajruport ta’ Pau”.

(13)  L-Artikoli L.6332-3 u L.6341-2 tal-Kodiċi tat-Trasport.

(14)  L-Artikolu 1609 quatervicies tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa dwar it-taxxa tal-ajruport u l-Ordni Interministerjali tat-30 ta’ Diċembru 2009 dwar l-arranġamenti għall-ħruġ ta’ dikjarazzjonijiet mill-operaturi tal-ajrudromi bl-iskop li jiġi stabbilit l-ammont tal-imposta fiskali tal-ajruport għall-passiġġieri.

(15)  Dawn is-servizzi ġew ipprovduti f’konformità ma’ ftehim bejn konsorzju li jinkludi s-CCI ta’ Rochefort u s-CCI ta’ La Rochelle, minn naħa, u s-Syndicat Mixte de l’aéroport de Rochefort [l-awtorità konġunta tal-ajruport ta’ Rochefort], min-naħa l-oħra.

(16)  It-Tabella 21 fir-rapport tas-CRC.

(17)  Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi, bejn l-2007 u l-2009 ma saret l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja għall-miżuri promozzjonali implimentati mill-ajruport ta’ La Rochelle.

(18)  Dawn il-ftehimiet intbagħtu lill-Kummissjoni fl-4 ta’ Ġunju 2012.

(19)  Rimarki introduttorji fil-ftehimiet bejn is-CCI u d-Dipartiment ta’ Charente-Maritime u l-Communauté d’Agglomération de La Rochelle, iffirmati fid-29 ta’ Ġunju 2010 u fis-16 ta’ Lulju 2010, rispettivament.

(20)  It-test oriġinali bl-Ingliż: “the www.ryanair.com English language homepage”.

(21)  It-test oriġinali bl-Ingliż: “the website www.ryanair.com Netherlands/Belgium homepage”.

(22)  Skont Franza, id-definizzjoni ta’ rotta skedata ġdida hija d-definizzjoni użata fil-Linji Gwida tal-2005.

(23)  Il-ftehim tat-12 ta’ Mejju 2008 bejn is-CCI u Jet2 jirreferi wkoll għal rotta bejn La Rochelle u Belfast li kienet ippjanata għall-istaġun tal-2009. Madankollu, skont l-awtoritajiet Franċiżi, ir-rotta La Rochelle-Belfast qatt ma tnediet.

(24)  Skont is-CRC, “it-tnedija tar-rotta La Rochelle-Londra Stansted fl-2001 kienet is-suġġett ta’ ftehim retroattiv dwar is-servizzi datat it-8 ta’ Novembru 2002 (...) li jkopri perjodu ta’ 3 snin b’effett mill-25 ta’ Marzu 2001 ”.

(25)  Sentenza tal-Qorti tat-18 ta’ Marzu 1997, C-343/95, ECLI:EU:C:1997:160; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2003 (Għajnuna mill-Istat N309/2002) (ĠU C 148, 25.6.2003) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2002 (Għajnuna mill-Istat N438/2002) - Sussidji lill-awtoritajiet tal-port għat-twettiq ta’ kompiti tal-awtorità pubblika (ĠU C 284, 21.11.2002).

(26)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, C-280/00, ECLI:EU:C:2003:415.

(27)  Meta jiġu analizzati ċerti miżuri adottati qabel il-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2005, trid titqies il-prattika preċedenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Il-kriterji li ħarġu mill-prattika preċedenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet ġew ikkonsolidati fil-Linji Gwida tal-2005, u b’hekk il-Linji Gwida saru direttament applikabbli għal dawn il-miżuri.

(28)  Ir-rapport tas-CRC tat-13 ta’ Mejju 2008 ippubblika r-riżultati finanzjarji tal-ajruport għall-perjodu mill-2001 sal-2006. Il-fatt li l-ajruport għamel ukoll telf wara l-2006 issemma minn Franza fl-ittra tagħha tat-30 ta’ Awwissu 2011.

(29)  Skont ir-rapport tas-CRC, Airlinair kienet l-unika linja tal-ajru li ħallset l-imposta tad-dawl, filwaqt li l-linji tal-ajru bi prezz baxx kienu eżentati mill-imposta matul l-istaġun tax-xitwa, u anki fis-sajf għal titjiriet operati billejl kif definiti fir-regolamenti tal-avjazzjoni (ara l-Kapitolu 3.1 tar-rapport).

(30)  Is-sentenza tal-Qorti tal-21 ta’ Marzu 1991, L-Italja vs il-Kummissjoni (“ Alfa Romeo ”), C-305/89, ECLI:EU:C:1991:142, il-punt 20, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Diċembru 2000, Alitalia vs il-Kummissjoni, T-296/97, ECLI:EU:T:2000:289, il-punt 84.

(31)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-21 ta’ Jannar 1999 fil-Kawżi magħquda T-129/95, T-2/96 u T-97/96, Neue Maxhütte Stahlwerke u Lech-Stahlwerke vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:1999:7, il-punt 120.

(32)  75 % fl-ewwel sena, 50 % fit-tieni sena u 25 % fit-tielet sena.

(33)  Il-Kapitolu 5.1.1 tar-rapport tas-CRC.

(34)  Is-Sentenza tal-Qorti tat-3 ta’ Lulju 2003, Chronopost SA, C-83/01, ECLI:EU:C:2003:388.

(35)  Is-Sentenza tal-Qorti tas-16 ta’ Mejju 2002, Ir-Repubblika Franċiża vs il-Kummissjoni (Stardust), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294.

(36)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2012 dwar il-futur tal-ajruporti reġjonali u tas-servizzi tal-ajru fl-UE (2011/2196(INI)).

(37)  Id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessi 162 u 163.

(38)  Is-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2000, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, T-128/98, ECLI:EU:T:2000:290.

(39)  L-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u tal-Artikolu 61 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għall-għajnuniet mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5).

(40)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 1999, L-Italja, Ajruport fuq il-gżira ta’ Elba, Għajnuna mill-Istat NN 638/1998 (ĠU C 67, 17.3.2004, p. 9); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ġunju 1999, Ir-Renju Unit - l-ajruport ta’ Manchester, Għajnuna mill-Istat NN 109/98 (ĠU C 65, 13.3.2004, p. 5), il-premessa 6.

(41)  Il-punti 28 u 29 tal-Linji Gwida tal-2014.

(42)  Is-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2000, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, T-128/98, ECLI:EU:T:2000:290.

(43)  Il-punti 34 u 35 tal-Linji Gwida tal-2014.

(44)  Is-sentenza tal-Qorti fil-Kawża C-118/85, Il-Kummissjoni vs l-Italja, ECLI:EU:C:1987:283, il-paragrafi 7 u 8, u s-sentenza tal-Qorti tal-4 ta’ Mejju 1988, Bodson vs Pompes funèbres des régions libérées, C-30/87, ECLI:EU:C:1988:225, il-punt 18.

(45)  Il-punt 35 tal-Linji Gwida tal-2014.

(46)  Il-punti 36 u 37 tal-Linji Gwida tal-2014.

(47)  Din il-kategorija tinkludi l-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva, l-iskrinjar tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina, u l-kontroll tal-aċċess għaż-żona ristretta.

(48)  Din il-kategorija tinkludi l-kontrolli awtomatizzat fil-fruntieri permezz ta’ identifikazzjoni bijometrika.

(49)  Kif indikat hawn fuq, dawn it-tliet kategoriji huma msemmija b’mod espliċitu fil-Linji Gwida tal-2014 bħala eżempji ta’ attivitajiet mhux ekonomiċi.

(50)  Din il-kategorija tinkludi l-prevenzjoni tal-perikli minn organiżmi selvaġġi.

(51)  Din il-kategorija tinkludi l-miżuri ta’ kontroll ambjentali.

(52)  Pereżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Diċembru 1996, Compagnie nationale Air France vs il-Kummissjoni, T-358/94, ECLI:EU:T:1996:194, il-paragrafi minn 58 sa 61, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2011, Région Nord-Pas-de- Calais u Communauté d’agglomération du Douaisis vs il-Kummissjoni, T-267/08 u T-279/08, ECLI:EU:T:2011:209, il-punt 108.

(53)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, Ryanair DAC vs il-Kummissjoni, T-53/16, ECLI:EU:T:2018:943, il-paragrafi 85-89; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, Ryanair DAC vs il-Kummissjoni, T-111/15, ECLI:EU:T:2018:954, il-punt 89; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, Ryanair DAC vs il-Kummissjoni, T-165/15, ECLI:EU:T:2018:953, il-paragrafi 97-106.

(54)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2011, Région Nord-Pas-de-Calais, T-267/08 u T-279/08, ECLI:EU:T:2011:209, il-punt 108.

(55)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Marzu 2002, Diputación Foral de Álava u oħrajn v il-Kummissjoni, T-127/99, T-129/99 u T-148/99, ECLI:EU:T:2002:59, il-punt 142.

(56)  Sal-2007, l-awtorità konġunta kienet magħmula mill-Kunsill Ġenerali ta’ Charente-Maritime, il-Communauté d’agglomération du Pays Rochefortais, u l-awtoritajiet intermuniċipali ta’ Pays Royannais, Ile d’Oléron, Sud Charente u bassin de Marennes.

(57)  Fir-rigward tal-klassifikazzjoni tar-riżorsi tal-FEŻR bħala għajnuna mill-Istat, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2006, South Yorkshire Digital Region Broadband Project, għajnuna mill-Istat N 157/2006 (ĠU C 80, 13.4.2007, p. 1), il-premessa 29, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ġunju 2006, L-iżvilupp ta’ infrastruttura fuq Krievu Sala għar-rilokazzjoni tal-attivitajiet tal-port barra miċ-ċentru tal-belt, għajnuna mill-Istat N 44/2010 (ĠU C 215, 21.7.2011, p. 21), il-premessi 69 u 70.

(58)  Is-sentenza tal-14 ta’ Frar 1990, Franza vs il-Kummissjoni, C-301/87, ECLI:EU:C:1990:67, il-punt 41.

(59)  Is-sentenza tal-Qorti tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, C-280/00, ECLI:EU:C:2003:415.

(60)  Kummenti ta’ Franza dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ.

(61)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-10 ta’ Diċembru 1991, Merci Convenzionali porto di Genova, C-179/90, ECLI:EU:C:1991:464, il-punt 27; is-sentenza tas-17 ta’ Lulju 1997, GT-Link A/S, C-242/95, ECLI:EU:C:1997:376, il-punt 53, u s-sentenza tat-18 ta’ Ġunju 1998, Corsica Ferries France SA, C-266/96, ECLI:EU:C:1998:306, il-punt 45.

(62)  Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-27 ta’ Marzu 1974, BRT vs SABAM, C-127/73, ECLI:EU:C:1974:25.

(63)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-forniment ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4), il-paragrafi 46 u 47.

(64)  Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Novembru 2004, Franza, Proġett għal network tat-telekomunikazzjoni ta’ kapaċità għolja fil-Pyrénées-Atlantiques, Għajnuna mill-Istat N 381/2004 (ĠU C 162, 2.7.2005, p. 5-6), il-premessa 53.

(65)  Il-punt 72 tal-Linji Gwida tal-2014.

(66)  Ara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-forniment ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4).

(67)  Ibid., il-punt 52.

(68)  Iċ-Ċirkolari Nru 111 tat-30 ta’ Marzu 1992 li tistabbilixxi l-baġit, il-kontabilità u r-regoli finanzjarji applikabbli għall-ACFCI (l-Assemblea tal-Kmamar tal-Kummerċ u l-Industrija Franċiżi), għas-CRCIs (il-kmamar tal-kummerċ u l-industrija reġjonali), għas-CCIs (il-kmamar tal-kummerċ u l-industrija) u għall-GICs (il-gruppi interkonsulari).

(69)  Ittra ta’ Franza tat-18 ta’ Novembru 2015.

(70)  Ittra ta’ Franza tas-26 ta’ Mejju 2014.

(71)  Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-paragrafi 89 et seq. (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1).

(72)  Il-kummenti tas-CCI tal-10 ta’ Ġunju 2014, p. 27.

(73)  Memo mill-awtoritajiet Franċiżi tal-11 ta’ April 2018, p. 9.

(74)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Novembru 2016, SA.24221, L-ajruport ta’ Klagenfurt – Għajnuna lil Ryanair u lil linji tal-ajru oħrajn, il-premessa 237.

(75)  Il-kummenti tas-CCI tal-4 ta’ Ġunju 2012, il-paragrafu 34.

(76)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33963 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Angoulême, SNC-Lavalin, Ryanair u Airport Marketing Services (ĠU L 201, 30.7.2015, p. 48), il-premessi 15 u 16.

(77)  Dawn is-servizzi jinkludu servizzi fuq l-art, servizzi ta’ sigurtà u servizzi ta’ salvataġġ u tifi tan-nar tal-inġenji tal-ajru tal-livell 1.

(78)  Il-punt 173 tal-Linji Gwida tal-2014.

(79)  Sentenza tal-Qorti (l-Awla Manja) tat-22 ta’ Settembru 2020, C-594/18 P, Ir-Repubblika tal-Awstrija vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2020:742, il-punt 20.

(80)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2011 dwar l-għajnuna mill-Istat NN 26/2009 – Il-Greċja – L-iżvilupp tal-ajruport ta’ Ioannina, il-premessi 69 u 70. Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2012, Djebel vs il-Kummissjoni, T-422/07, ECLI:EU:T:2012:11, il-paragrafi 122 u 123 u l-każistika ċċitata.

(81)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2006 dwar l-għajnuna mill-Istat NN 21/2006, Ir-Renju Unit – L-Ajruport tal-Belt ta’ Derry (ĠU C 272, 9.11.2006, p. 13), il-premessi 57 u 58.

(82)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2010 dwar l-għajnuna mill-Istat N 41/2010, Il-Latvja – Għajnuna mill-Istat relatata mal-investimenti fl-infrastruttura tal-ajruport ta’ Riga (ĠU C 143, 2.6.2010, p. 22), il-premessi 35-37.

(83)  Tabella sottomessa mill-awtoritajiet Franċiżi fl-14 ta’ Novembru 2017 bi tweġiba għall-mistoqsija 9.

(84)  L-Anness 6 għat-tweġiba finali supplimentari tas-CCI tal-14 ta’ Novembru 2017 (pjan ta’ direzzjoni tan-negozju 2001-2014, linja ta’ self u ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji oħrajn).

(85)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku (2011) (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15).

(86)  Il-punt 172 tal-Linji Gwida tal-2014.

(87)  Il-punt 137 tal-Linji Gwida tal-2014.

(88)  Il-punt 114 tal-Linji Gwida tal-2014.

(89)  Il-punt 117 tal-Linji Gwida tal-2014.

(90)  Il-punt 120 tal-Linji Gwida tal-2014.

(91)  Il-punti 124 u 125 tal-Linji Gwida tal-2014.

(92)  Il-punti 131 u 137 tal-Linji Gwida tal-2014.

(93)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-ajruport ta’ Nîmes, iċċitata hawn fuq fin-nota 12 f’qiegħ il-paġna, il-premessa 306.

(94)  Is-sentenza tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza vs il-Kummissjoni, C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-punt 52.

(95)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2006 fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat N 563/2005 – Franza – Għajnuna lil Ryanair għas-servizz tal-ajru bejn Toulon u Londra (ĠU C 204, 26.8.2006, p. 4), il-premessa 16.

(96)  Ara s-sentenza f’Ryanair DAC vs il-Kummissjoni, T-53/16, iċċitata hawn fuq fin-nota 53 f’qiegħ il-paġna, il-punti minn 85 sa 89. Ara s-sentenza f’Ryanair DAC vs il-Kummissjoni, T-165/15, iċċitata hawn fuq fin-nota 53 f’qiegħ il-paġna, il-punt 101.

(97)  Ara s-sentenza tal-Qorti tat-23 ta’ April 1991, Höfner u Elser, C-41/90, ECLI:EU:C:1991:161, il-punt 21.

(98)  Ara s-sentenza Ryanair DAC vs il-Kummissjoni, T-53/16, iċċitata hawn fuq fin-nota 53 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafi minn 90 sa 91.

(99)  Ara, inter alia, is-sentenza tal-Qorti tal-21 ta’ Diċembru 2016, Il-Kummissjoni vs Hansestadt Lübeck, C-524/14 P, ECLI:EU:C:2016:971, il-paragrafi minn 40 sa 67.

(100)  Ara s-sentenza f’Ryanair DAC vs il-Kummissjoni, T-165/15, iċċitata hawn fuq fin-nota 94 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafi minn 71 sa 72.

(101)  Ara s-sentenza Alfa Romeo msemmija fin-nota 30 f’qiegħ il-paġna, il-punt 20 u s-sentenza Alitalia vs il-Kummissjoni msemmija fin-nota 30 f’qiegħ il-paġna, il-punt 84.

(102)  Jenħtieġ li jiġi speċifikat li l-kwistjoni tal-valutazzjoni konġunta tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport u tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma hijiex applikabbli għal Jet2. Is-CCI-Ajruport ikkonkludiet ftehim uniku ma’ Jet2, li kien jinkludi dispożizzjonijiet relatati mas-servizzi tal-ajruport u l-ħlas ta’ kontribuzzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(103)  Tweġiba minn Franza tat-13 ta’ April 2012, il-paragrafu 253.

(104)  Ara r-rapport tal-Kamra tal-Awditjar Reġjonali ta’ Aquitaine dwar il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn, maħruġ fid-19 ta’ Ottubru 2006, li jikkonkludi b’mod partikolari li “AMS hija sempliċiment estensjoni ta’ Ryanair, ġestita minn żewġ uffiċjali eżekuttivi għolja ta’ Ryanair”. Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat fuq www.ccomptes.fr/fr/CRC02/documents/ROD/AQR200701.pdf .

(105)  F’dan ir-rigward, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-ajruport ta’ Pau, imsemmija fin-nota 12 f’qiegħ il-paġna, b’mod partikolari l-premessa 290. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1861 tad-29 ta’ Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33983 (2013/C) (ex 2012/NN) (ex 2011/N) — L-Italja — Kumpens lill-ajruporti ta’ Sardinja għall-obbligi ta’ servizz pubbliku (SIEĠ) (ĠU L 268, 18.10.2017, p. 1), b’mod partikolari l-premessa 353.

(106)  Ara s-sentenza f’Ryanair DAC vs il-Kummissjoni, T-165/15, iċċitata hawn fuq fin-nota 53 f’qiegħ il-paġna, il-punt 184, u s-sentenza f’Ryanair DAC vs il-Kummissjoni, T-53/16, iċċitata hawn fuq fin-nota 53 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafi minn 207 sa 212.

(107)  Għalhekk, il-Kummissjoni xi drabi se tuża “Ryanair/AMS” fil-bqija tal-valutazzjoni biex tindika l-benefiċjarju tal-miżuri inkwistjoni.

(108)  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe objettiv ta’ ordni pubbliku ta’ żvilupp ekonomiku lokali li l-operatur seta’ fittex li jilħaq meta ffirma l-ftehimiet inkwistjoni.

(109)  Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-28 ta’ Jannar 1999, BAI vs il-Kummissjoni, T-14/96, ECLI:EU:T:1999:12, il-paragrafi 75 u 76 u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-5 ta’ Awwissu 2003, P & O European Ferries (Vizcaya), SA u Diputación Foral de Vizcaya vs il-Kummissjoni, T-116/01 u T-118/01, ECLI:EU:T:2003:217, il-punt 117.

(110)  Ara l-premessi minn 205 sa 214.

(111)  Ara l-premessi minn 171 sa 177.

(112)  Għalhekk, jenħtieġ li l-prezz tas-suq li Franza jew is-CCI suppost kellhom iħallsu biex jiżviluppaw l-ekonomija reġjonali permezz ta’ appoġġ lil-linji tal-ajru ma hemmx bżonn li jiġi stabbilit hawnhekk, billi dan l-approċċ tal-aħħar ma huwiex dak meħud minn Franza jew mis-CCI.

(113)  Il-punt 7 tal-Linji Gwida tal-2014.

(114)  Jenħtieġ li jiġi nnotat ukoll li t-Taqsima 3.5 tal-Linji Gwida tal-2014 tistabbilixxi li, għall-fini tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur privat f’ekonomija tas-suq, l-inċentivi u l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni jridu jitqiesu fil-valutazzjoni.

(115)  Il-paragrafu 53 tal-Linji Gwida tal-2014.

(116)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1227, il-premessi minn 314 sa 330.

(117)  Ara s-sentenza f’Ryanair DAC vs il-Kummissjoni, T-165/15, iċċitata hawn fuq fin-nota 53 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafi minn 329 sa 334.

(118)  Il-ftehimiet tal-1.4.2006 u tas-17.9.2009 konklużi ma’ AMS.

(119)  Il-ftehimiet tal-1.4.2006, tas-17.9.2009 u tal-25.2.2010 konklużi ma’ AMS.

(120)  Emendi għall-ftehim tal-25.2.2010.

(121)  It-taqsima partikolarment żgħira tas-sit web ta’ Ryanair iddedikata għall-promozzjoni tat-turiżmu, flimkien mal-fatt li r-reġjun ta’ La Rochelle huwa biss wieħed minn għexieren ta’ destinazzjonijiet koperti minn miżuri ta’ promozzjoni kummerċjali fuq is-sit web ta’ Ryanair, jagħmlu l-preżentazzjoni tar-reġjun ta’ La Rochelle fuq is-sit web ta’ Ryanair ta’ ħafna inqas importanza mill-bejgħ ta’ biljetti u servizzi mibjugħa mil-linja tal-ajru.

(122)  L-Artikolu 1 tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, dwar l-iskop tiegħu, li jiddikjara: “Dan il-Ftehim huwa msejjes fl-impenn ta’ Ryanair li topera rotot...”

(123)  It-test oriġinali bl-Ingliż: “ … if Ryanair does not attain an annualised average load factor of sixty per cent (60 %) on at least 340 rotations in each calendar year … the payment will be recalculated in proportion to the number of passengers carried …”.

(124)  Tweġiba minn Franza tat-13 ta’ April 2012, il-paragrafu 247.

(125)  It-test oriġinali bl-Ingliż: “this agreement is made the 1st of January 2004 ”.

(126)  Fi kwalunkwe każ, barra mill-perjodu kopert minn din id-deċiżjoni.

(127)  Il-paragrafu 53 tal-Linji Gwida tal-2014.

(128)  Ara s-sentenza f’Ryanair DAC vs il-Kummissjoni, T-165/15, iċċitata hawn fuq fin-nota 53 f’qiegħ il-paġna, il-punt 143.

(129)  Ara s-sentenza f’Ryanair DAC vs il-Kummissjoni, T-165/15, iċċitata hawn fuq fin-nota 53 f’qiegħ il-paġna, il-punt 145.

(130)  Il-Linji Gwida tal-2014, il-punti 59 u 61.

(131)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/60/UE tas-27 ta’ Jannar 2010 dwar l-għajnuna mill-Istat C 12/08 — is-Slovakkja — Ftehim bejn l-Ajruport ta’ Bratislava u Ryanair, il-premessi 88 u 89 (ĠU L 27, 1.2.2011, p. 24).

(132)  Studju tat-8.10.2012 imwettaq minn Oxera, “ Economic MEIP Assessment, La Rochelle Airport ”.

(133)  Emenda tal-10.4.2015 għall-istudju tal-1.6.2012 imwettaq minn Oxera, “Economic MEOP assessment: comparator analysis including AMS, La Rochelle Airport”.

(134)  It-test oriġinali bl-Ingliż: “it is not possible to identify comparator airports that are used by Ryanair and that are similar to LRH [La Rochelle airport] on all possible characteristics, and that are also likely to behave in the manner of market economy operator airports. The adopted approach has therefore been to identify a range of comparator airports that are similar to LRH [La Rochelle airport] on the basis of a variety of characteristics”. Analiżi ta’ Oxera tal-10.4.2015, p. 3.

(135)  Knock (NOC), Prestwick (PIK), Grenoble (GNB), Bournemouth (BOH) u Maastricht (MST).

(136)  Is-sentenza f’Ryanair DAC vs il-Kummissjoni, T-165/15, iċċitata hawn fuq fin-nota 53 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafi minn 176 sa 178.

(137)  Fi kliem ieħor, jekk il-profittabbiltà inkrementali mistennija minn din it-tranżazzjoni tkun pożittiva.

(138)  Ftehim dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari jrid jiġi analizzat flimkien mal-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport korrispondenti daqslikieku jifformaw tranżazzjoni waħda. B’hekk, hemm tranżazzjonijiet separati daqskemm hemm “pari” ta’ ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport.

(139)  Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, imsemmi fin-nota 71 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafu 77.

(140)  Sottomissjonijiet tal-15.12.2009, tat-13.6.2014 u tad-29.3.2019, b’mod partikolari.

(141)  It-test oriġinali bl-Ingliż: “… future incremental profits beyond the scheduled expiry of the Airport Service Agreement are inherently uncertain”.

(142)  It-test oriġinali bl-Ingliż: The capitalisation approach should only take into account the proportion of marketing expenditure that is attributable to the intangible asset base of an airport. However, it may be difficult to identify the proportion of marketing expenditure that is targeted towards generating expected future revenues for the airport (i.e., an investment in the intangible asset base of the airport) as opposed to generating current revenues for the airport”.

(143)  It-test oriġinali bl-Ingliż: “In order to implement the capitalisation-based approach, it is necessary to estimate the average length of time that an airport would be able to retain a customer due to the AMS marketing campaign. In practice, it would be very difficult to estimate the average period of customer retention following an AMS campaign due to insufficient data”.

(144)  It-test oriġinali bl-Ingliż: “… including greater prominence and a stronger brand, alongside network externalities and repeat passenger”.

(145)  Studju tal-15.09.2017 imwettaq minn Oxera, “The continuing development of airport competition in Europe”, l-illustrazzjoni 4.8, p. 41. https://www.oxera.com/wp-content/uploads/2018/07/The-continuing-development-of-airport-competition-in-Europe-report-for-ACI-Europe.pdf

(146)  Studju tal-31 ta’ Jannar 2014, in-nota 17 f’qiegħ il-paġna. It-test oriġinali bl-Ingliż: “… no terminal value can be calculated if incremental profits net of AMS payments are negative in the last year of the period under consideration”.

(147)  Ara Table 9.

(148)  Ara l-premessa 496.

(149)  Għall-ftehimiet kollha, Franza applikat rata ta’ skont ta’ 6 %. Din ir-rata tikkorrespondi għal dik proposta minn Franza f’każijiet simili li dwarhom il-Kummissjoni diġà ntalbet tiddeċiedi (ara, pereżempju, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-ajruport ta’ Pau, iċċitata hawn fuq fin-nota 12 f’qiegħ il-paġna). Min-naħa l-oħra, minħabba li r-rikostruzzjoni mill-Kummissjoni tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju (fix-xenarju bażi) twassal għal flussi inkrementali annwali li huma kollha negattivi matul il-perjodu kopert, il-valur preżenti nett tal-ftehimiet huwa neċessarjament negattiv, irrispettivament mir-rata ta’ skont użata.

(150)  Għall-2003 u l-2004, is-sentejn preċedenti ma humiex rilevanti (l-ebda titjira ta’ Ryanair). Intuża x-xenarju ta’ 80 % (ix-xenarju bażi ta’ Franza).

(151)   “Fl-insegwiment tal-istabbiltà tal-prezzijiet, il-BĊE jimmira li jżomm ir-rati tal-inflazzjoni taħt, iżda qrib, 2 % fuq it-terminu medju”. Ara http://www.ecb.europa.eu/mopo/intro/html/index.en.html.

(152)  L-istudju ta’ Oxera tal-4.12.2015, “ The impact of Ryanair’s operations on airports’ non-aeronautical revenues ”.

(153)  Għall-istess raġuni, il-Kummissjoni applikat indiċjar ta’ 2 % għall-imposti tal-ajruport u għall-kostijiet operatorji inkrementali.

(154)  Il-punt 64 tal-Linji Gwida tal-2014.

(155)  Il-Linji Gwida tal-2014, in-nota 62 f’qiegħ il-paġna.

(156)  Is-sentenza tad-29 ta’ April 1999, Ir-Renju ta’ Spanja vs il-Kummissjoni, C-342/96 P, ECLI:EU:C:1999:210, il-punt 41; ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/628 tal-11 ta’ Novembru 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.24221 (2011/C) (ex 2011/NN) implimentata mill-Awstrija għall-ajruport ta’ Klagenfurt, għal Ryanair u għal linji tal-ajru oħrajn li jużaw l-ajruport, (ġu l 107, 26.4.2018, p. 1) il-premessa 381(b).

(157)  L-istudji tat-13 ta’ Ġunju, tal-11 ta’ Settembru, tat-22 ta’ Settembru, tal-10 ta’ Ottubru u tas-6 ta’ Novembru 2014 imwettqa minn Oxera.

(158)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2013, Spanja, L-allegata għajnuna lil Ryanair u lil linji tal-ajru oħrajn u l-għajnuna possibbli lill-Ajruporti ta’ Girona u Reus, SA.33909 (2013/C) (ex 2013/NN, ex 2011/CP) (ĠU C 120, tat-23.4.2014, p. 24); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2012, Franza, L-ajruport ta’ Beauvais Tillé, SA.33960 (2012/C) (2012/NN), (ĠU C 279, 14.9.2012, p. 23); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2012, Franza, L-ajruport ta’ Carcassonne, SA.33960 (2012/C ex 2012/NN) (ĠU C 254, 23.8.2012, p. 11).

(159)  Studju tal-31.5.2013 imwettaq minn Oxera, “ Economic MEIP assessment: profitability analysis – La Rochelle ”, anness mal-osservazzjonijiet ta’ Ryanair tal-31.5.2013, it-taqsima 2.5, il-paġni 10 u 12.

(160)  Miksuba wara li jitnaqqsu l-kostijiet relatati mal-mandat tal-awtorità pubblika, il-kostijiet koperti mill-kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku jew ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, il-kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni, u l-amortizzament.

(161)  Pereżempju, il-kostruzzjoni ta’ ħwienet jew parkeġġi tal-karozzi tinvolvi kostijiet sinifikanti tal-kostruzzjoni, iżda kostijiet operatorji relattivament baxxi ladarba tkun ingħatat il-konċessjoni.

(162)  Il-Kummissjoni ffavoriet rikostruzzjoni fuq bosta snin tal-kostijiet operatorji inkrementali aktar milli rikostruzzjoni ta’ sena b’sena. Fit-teorija, rikostruzzjoni ta’ sena b’sena, ibbażata fuq id-data finanzjarja għas-sena preċedenti, tissimula wkoll l-għarfien tal-kostijiet operatorji inkrementali li kien ikollha s-CCI meta tiffirma ftehim ġdid. Madankollu, id-data pprovduta minn Franza ma ppermettietx dan it-tip ta’ analiżi, minħabba li d-data finanzjarja pprovduta kienet tinkludi żidiet jew tnaqqisiet kbar mhux spjegati bejn kull sena. B’hekk, analiżi ta’ sena b’sena kienet tikkonkludi li l-kostijiet inkrementali f’xi snin kienu negattivi, li jfisser li s-CCI kien ikollha interess li tinvesti ammonti għoljin wisq fi ftehimiet ġodda mal-linji tal-ajru, filwaqt li, għal snin oħrajn, il-kostijiet inkrementali kienu jkunu tant għoljin li kien ikun ta’ vantaġġ għas-CCI li tagħlaq l-ajruport. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe element li jippermetti r-rikostituzzjoni tal-flussi finanzjarji annwali, il-Kummissjoni straħet fuq approċċ pluriennali.

(163)  Ara l-premessi minn 543 sa 546.

(164)  Ara l-premessi minn 557 sa 561.

(165)  Ara l-premessi minn 563 sa 568.

(166)  Ara l-premessi minn 570 sa 573.

(167)  Ara l-premessi minn 542 sa 547.

(168)  Ara l-premessi minn 539 sa 579 għad-dettalji dwar kull wieħed minn dawn il-parametri.

(169)  L-istima ntlaħqet kif ġej: Franza ddikjarat li fl-2003 Ryanair kienet operat 288 rotazzjoni fl-ajruport ta’ La Rochelle, kollha lejn Londra Stansted. Din iċ-ċifra kienet bejn wieħed u ieħor finali mill-1 ta’ Jannar 2003, meta l-fergħa tal-ajruport tas-CCI ffirmat il-ftehim A ma’ Ryanair. Investitur kien juża din iċ-ċifra storika tat-traffiku biex jistma l-għadd ta’ titjiriet fis-sena li setgħu jkunu mistennija għax-xahar li jifdal tal-ftehim li għad irid isir (Diċembru 2003). Jekk din iċ-ċifra tinfirex tul id-durata tal-ftehim (8 xhur), l-għadd ta’ titjiriet jista’ jiġi stmat pro rata temporis għall-aħħar xahar tal-ftehim (Diċembru 2003) bħala 288*1/8, jew 36. Bħala prekawzjoni, il-Kummissjoni arrotondat din iċ-ċifra sa 40 rotazzjoni.

(170)  L-uniku impenn minn Ryanair biex tippromwovi lil La Rochelle huwa stabbilit kif ġej fil-ftehim A: “Ryanair għandha tagħmel disponibbli links tal-web għal siti web tat-turiżmu skont id-destinazzjoni (minbarra siti li jinkorporaw faċilità diretta ta’ prenotazzjoni online għall-akkomodazzjoni, għall-kiri ta’ karozzi jew għal kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut online direttament minn Ryanair) sabiex tiġi ffaċilitata l-promozzjoni bbażata fuq l-internet tas-Servizzi lill-utenti tas-sit web ta’ Ryanair www.ryanair.com.”

(171)  Ara t-taqsima 7.2.1.5(b) għad-dettalji dwar kull wieħed minn dawn il-parametri.

(172)  Huwa żvelat li t-traffiku fuq ir-rotta La Rochelle-Dublin baqa’ stabbli bejn 14 000 u 20 000 passiġġier fis-sena bejn l-2007 u l-2011.

(173)  Jekk wieħed jassumi fattur tat-tagħbija ta’ 85 % diġà ssostanzjat fil-premessa 576. L-għadd ta’ rotazzjonijiet arrotondat sal-eqreb għaxra.

(174)  Ara l-premessi minn 99 sa 101 għall-karatteristiċi ta’ dawn iż-żewġ ftehimiet li jagħmluhom inseparabbli.

(175)  Jekk wieħed jassumi fattur tat-tagħbija ta’ 85 % diġà ssostanzjat fil-premessa 576. L-għadd ta’ rotazzjonijiet arrotondat sal-eqreb għaxra.

(176)  Jekk wieħed jassumi fattur tat-tagħbija ta’ 85 % diġà ssostanzjat fil-premessa 576. L-għadd ta’ rotazzjonijiet arrotondat sal-eqreb għaxra.

(177)  Bħala prekawzjoni, il-Kummissjoni vvalutat ukoll il-valur preżenti nett ta’ sett ipotetiku ta’ ftehimiet 7-M-N sabiex tevita kwalunkwe kwistjoni ipotetika ħafna dwar jekk il-ftehim N jenħtieġx li jiġi inkluż fis-sett ta’ ftehimiet 7-M (kwalunkwe kwistjoni bħal din hija improbabbli ħafna minħabba r-raġunijiet li l-Kummissjoni stabbiliet fid-dettall fil-premessi minn 477 sa 480 għad-distinzjoni tal-ftehimiet 7-M u N). B’hekk, jirriżulta li rikostruzzjoni tas-sett ta’ ftehimiet 7-M-N kienet tipproduċi valur preżenti nett negattiv ta’ -EUR 371 000 fix-xenarju bażi u -EUR 145 000 fix-xenarju alternattiv.

(178)  Dan huwa s-sehem tat-traffiku mistenni għal Oslo Rygge mit-traffiku totali ppjanat skont il-ftehim 6, assenjat għat-tariffa għas-servizz ta’ kummerċjalizzazzjoni stabbilita kull sena skont il-ftehim K (EUR 986 200).

(179)  Jekk wieħed jassumi fattur tat-tagħbija ta’ 85 % diġà ssostanzjat fil-premessa 576. L-għadd ta’ rotazzjonijiet arrotondat sal-eqreb għaxra.

(180)  Il-ftehimiet jew is-settijiet ta’ ftehimiet li jkopru diversi snin għandhom ukoll valur preżenti nett negattiv għal kull sena tal-ftehim.

(181)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ April 1998, Het Vlaamse Gewest (ir-Reġjun Fjamming) vs il-Kummissjoni, T-214/95, ECLI:EU:T:1998:77.

(182)  Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 2407/92, 2408/92 u 2409/92 (ĠU L 240, 24.8.1992).

(183)  Ara s-sentenza tat-28 ta’ April 1993, L-Italja vs il-Kummissjoni, C-364/90, ECLI:EU:C:1993:15797, il-punt 20.

(184)  Ara t-Taqsima 3.2.2.1.

(185)  Il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE għall-għajnuniet mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5).

(186)  Id-Deċiżjoni tas-26 ta’ Mejju 1999 dwar l-għajnuna mill-Istat NN 109/98 — L-Ajruport ta’ Manchester (ĠU C 65, 13.3.2004).

(187)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/393/KE tat-12 ta’ Frar 2004 dwar il-vantaġġi mogħtija mir-Reġjun ta’ Wallonia u minn Brussels South Charleroi Airport lil-linja tal-ajru Ryanair b’konnessjoni mal-istabbiliment tagħha f’Charleroi (ĠU L 137, 30.4.2004, p. 1). Id-deċiżjoni ġiet annullata mis-sentenza tas-17 ta’ Diċembru 2008 f’Ryanair Ltd vs il-Kummissjoni, T-196/04, ECLI:EU:T:2008:585. Madankollu, hija turi l-evoluzzjoni tal-approċċ tal-Kummissjoni biex tivvaluta dan it-tip ta’ għajnuna.

(188)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/393/KE, il-premessa 279.

(189)  Ara l-premessi minn 283 sa 297.

(190)  Ara l-premessi minn 288 sa 309.

(191)  Ara l-premessi minn 311 sa 317.

(192)  Ara l-premessi minn 318 sa 325.

(193)  Sentenza tal-Qorti (l-Awla Manja) tat-22 ta’ Settembru 2020, C-594/18 P, Ir-Repubblika tal-Awstrija vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2020:742, il-punt 20.

(194)  Sentenza tal-Qorti (l-Awla Manja) tat-22 ta’ Settembru 2020, C-594/18 P, Ir-Repubblika tal-Awstrija vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2020:742, il-punt 20.

(195)  Il-paragrafu 27 tal-Linji Gwida tal-2005.

(196)  Il-paragrafi 71 u 74 tal-Linji Gwida tal-2005.

(197)  B’hekk, il-varjazzjoni ġenerali fl-impenn tat-traffiku li tirriżulta mill-ftehim K, ikkalkolata abbażi tal-varjazzjoni individwali fit-traffiku fuq kull rotta tasal għal: 0+1 000-280 000+17 000= -10 000 passiġġier.

(198)  L-ammont ta’ għajnuna jrid ikun strettament marbut mal-kostijiet addizzjonali tal-bidu mġarrba fit-tnedija tar-rotta jew tal-frekwenza l-ġdida u li l-operatur tal-ajru ma jkollux għaliex iħallas ladarba din tkun qed titħaddem.

(199)  Il-ħlasijiet tal-għajnuna jridu jkunu marbuta mal-iżvilupp nett tal-għadd ta’ passiġġieri ttrasportati.

(200)  Pereżempju, il-ftehim imsemmi fil-premessa 99 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-Ajruport ta’ Nîmes iċċitata fin-nota 12 f’qiegħ il-paġna kien fih “skema ta’ inċentivi għall-iżvilupp tat-traffiku”. Din kienet tinvolvi l-ħlas mis-CCI ta’ Nîmes ta’ kontribuzzjoni ta’ EUR 5.50 għal kull passiġġier (mill-ewwel sad-49 999 passiġġier), EUR 6.50 għal kull passiġġier (mill-50 000 sad-99 999 passiġġier) u EUR 10 (mill-100 000 sal-129 999 passiġġier). Din kienet tinkludi wkoll penali ta’ EUR 5.65 għal kull passiġġier li għandha titħallas minn Ryanair jekk il-mira tat-traffiku tkun inqas minn 71 000 passiġġier.

(201)  Kwalunkwe korp pubbliku li jippjana li jagħti għajnuna tal-bidu lil linja tal-ajru għal rotta ġdida, kemm jekk permezz ta’ ajruport kif ukoll jekk le, irid jagħmel il-pjanijiet tiegħu pubbliċi fi żmien tajjeb u b’pubbliċità adegwata sabiex il-linji tal-ajru interessati kollha jkunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom.

(202)  Is-sentenza tat-12 ta’ Lulju 1973, Il-Kummissjoni vs il-Ġermanja, C-70/72, ECLI:EU:C:1973:87, il-punt 13.

(203)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(204)  Is-sentenza tal-Qorti tal-14 ta’ Settembru 1994, Spanja vs il-Kummissjoni, C-278/92, C-279/92 u C-280/92, ECLI:EU:C:1994:325, il-punt 75.

(205)  Is-sentenza tal-Qorti tas-17 ta’ Ġunju 1999, Il-Belġju vs il-Kummissjoni, C-75/97, ECLI:EU:C:1999:311, il-paragrafi 64 u 65.

(206)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

(207)  Ara l-Artikolu 16(2) tar-Regolament 2015/1589 (iċċitat fin-nota 175 f’qiegħ il-paġna).

(208)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1), u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2282 tas-27 ta’ Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 fir-rigward tal-formoli ta’ notifika u l-iskedi ta’ informazzjoni (ĠU L 325, 10.12.2015, p. 1).

(209)  Ara, pereżempju, is-sentenza tat-2 ta’ Frar 1989, Il-Kummissjoni vs il-Ġermanja, C-94/87, ECLI:EU:C:1989:46, il-punt 9, u s-sentenza tal-4 ta’ April 1995, Il-Kummissjoni vs l-Italja, C-348/93, ECLI:EU:C:1995:95, il-punt 17.


4.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/123


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1684

tal-31 ta’ Awwissu 2023

dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Italja

(notifikata bid-dokument C(2023) 5984)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-deni tal-ħnieżer Afrikan huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali porċini miżmuma u selvaġġi u jista’ jkollha impatt sever fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernata u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u b’hekk tikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi.

(2)

Fil-każ ta’ tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali porċini miżmuma.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż id-deni tal-ħnieżer Afrikan, kif ukoll ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ aktar żoni ristretti madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 (4) jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali tal-mard rigward id-deni tal-ħnieżer Afrikan. B’mod partikolari, l-Artikolu 3(a) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi l-istabbiliment ta’ żona ristretta fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini miżmuma, f’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(5)

L-Italja infurmat lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fit-territorju tagħha, wara li ġiet ikkonfermata tifqigħa ta’ dik il-marda f’annimali porċini miżmuma fir-reġjun tal-Lombardia fit-18 ta’ Awwissu 2023, u, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, stabbiliet żona ristretta, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, li fiha jiġu applikati l-miżuri ġenerali għall-kontroll tal-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, sabiex jiġi evitat aktar tixrid ta’ dik il-marda.

(6)

Sabiex ikun evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u biex tkun evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati fil-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni tiġi identifikata ż-żona ristretta, li tinkludi ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Italja b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru.

(7)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tad-deni tal-ħnieżer Afrikan, huwa importanti li l-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni japplikaw malajr kemm jista’ jkun.

(8)

Konsegwentement, sakemm il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf jagħti l-opinjoni tiegħu, iż-żona ristretta fl-Italja jenħtieġ li tiġi stabbilita minnufih u tiġi elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u tiġi ffissata d-durata ta’ dak iż-żonar.

(9)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rieżaminata fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Italja għandha tiżgura li:

(a)

żona ristretta li tinkludi żona ta’ protezzjoni u żona ta’ sorveljanza tiġi stabbilita minnufih mill-Italja f’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(b)

iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza msemmija fil-paragrafu (a) jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-18 ta’ Novembru 2023.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Awwissu 2023.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 tas-16 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 (ĠU L 79, 17.3.2023, p. 65).


ANNESS

Żoni stabbiliti bħala ż-żoni ristretti fl-Italja kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Żona ta’ protezzjoni: il-Muniċipalitajiet kollha tal-Provinċja ta’ Pavia, fir-Reġjun tal-Lombardia li jinsabu f’żewġ ċrieki b’radjus ta’ 10 km, li ċ-ċentru tagħhom jinsab fi:

Latitudni 44,992703; Lonġitudni 9,116519

Latitudni 45,124925, Lonġitudni 8,993081

Latitudni 45,121351; Lonġitudni 9,009241

28.11.2023

Żona ta’ sorveljanza: il-Muniċipalitajiet kollha tal-Provinċja ta’ Pavia, fir-Reġjun tal-Lombardia, li mhumiex diġà inklużi fiż-żoni ristretti I u II kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 u l-Muniċipalitajiet ta’ Isola Sant’Antonio, Molino dei Torti, Alzano Scrivia u Guazzora, fil-Provinċja ta’ Alessandria, fir-Reġjun ta’ Piemonte

28.11.2023