|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 213 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
30.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 213/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1665
tat-28 ta’ Awwissu 2023
li tikkoreġi d-Deċiżjoni (UE) 2023/1409 li tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni biex jirritorna l-eċċess tal-Unjoni lill-Istati Membri u lir-Renju Unit, fi tmiem it-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1339 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda ta’ Doha għall-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-impenji taħtha (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1409 (2), il-Kummissjoni identifikat żball fil-kalkolu tal-eċċess nett tal-Unjoni. |
|
(2) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa meħtieġ li tiġi kkoreġuta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq u li jiġi sostitwit l-Anness tagħha, fir-rigward tal-ammont totali tal-eċċess tal-Unjoni u tal-eċċess tal-Unjoni allokat tal-Istati Membri. |
|
(3) |
Wara t-trasferiment tas-sehem tar-rikavati lill-Fond ta’ Adattament, l-eċċess nett tal-Unjoni fir-Reġistru tal-Unjoni tela’ għal 2 156 103 762 unità tal-ammont assenjat meta mqabbel ma’ 2 215 147 885 unità msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2023 imsemmija hawn fuq. Dawn l-unitajiet jenħtieġ li jiġu rritornati lill-Istati Membri u lir-Renju Unit (3) f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1339. |
|
(4) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha sabiex l-eċċess tal-Unjoni jiġi rritornat lill-Istati Membri qabel d-9 ta’ Settembru 2023, id-data meta jintemm il-perjodu addizzjonali għat-twettiq tal-impenji skont il-Protokoll ta’ Kjoto, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2023/1409 huwa sostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Awwissu 2023.
Għall-Kummissjoni
Maroš ŠEFČOVIČ
Viċi President Eżekuttiv
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1409 tal-4 ta’ Lulju 2023 li tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni biex jirritorna l-eċċess tal-Unjoni lill-Istati Membri u lir-Renju Unit, fi tmiem it-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto (ĠU L 170, 5.7.2023, p. 100).
ANNESS
L-Anness mad-Deċiżjoni (UE) 2023/1409 huwa emendat kif ġej:
|
L-Istati Membri u r-Renju Unit |
Unitajiet tal-ammont assenjat tal-eċċess tal-Unjoni allokati |
|
Il-Belġju |
20 450 588 |
|
Il-Bulgarija |
126 141 099 |
|
Iċ-Ċekja |
133 267 103 |
|
Id-Danimarka |
13 136 942 |
|
Il-Ġermanja |
195 195 443 |
|
L-Estonja |
50 771 706 |
|
L-Irlanda |
11 354 436 |
|
Il-Greċja |
15 894 130 |
|
Spanja |
58 409 926 |
|
Franza |
99 661 294 |
|
Il-Kroazja |
7 182 633 |
|
L-Italja |
79 680 094 |
|
Ċipru |
1 568 619 |
|
Il-Latvja |
40 100 861 |
|
Il-Litwanja |
70 430 898 |
|
Il-Lussemburgu |
2 406 891 |
|
L-Ungerija |
107 256 218 |
|
Malta |
307 434 |
|
In-Netherlands |
30 412 409 |
|
L-Awstrija |
13 412 151 |
|
Il-Polonja |
298 687 162 |
|
Il-Portugall |
13 296 395 |
|
Ir-Rumanija |
490 413 095 |
|
Is-Slovenja |
3 286 845 |
|
Is-Slovakkja |
75 013 997 |
|
Il-Finlandja |
8 658 264 |
|
L-Iżvezja |
13 218 840 |
|
Ir-Renju Unit |
176 488 289 |
|
Totali |
2 156 103 762 |
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
30.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 213/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT UE/ICAO
tal-25 ta’ Mejju 2023
dwar l-emendar tal-Arranġament ta’ Ħidma bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali rigward il-kooperazzjoni fil-qasam tar-rappurtar tal-aċċidenti u tal-inċidenti fl-avjazzjoni ċivili [2023/1666]
IL-KUMITAT KONĠUNT UE/ICAO,
Wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-ICAO li jipprovdi qafas għal kooperazzjoni msaħħa, iffirmat f’Montréal u fi Brussell fit-28 ta’ April u fl-4 ta’ Mejju 2011 (MtK), u b’mod partikolari l-Artikoli 3.3 u 7.3(c) tiegħu;
Wara li kkunsidra l-Anness dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-MtK, u b’mod partikolari l-Artikolu 3.1 tiegħu;
Wara li kkunsidra l-Pjan Globali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (GASP) tal-ICAO (Dok. 10004 tal-ICAO) u l-inizjattivi globali tas-sikurezza (GSI);
Wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali Globali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (GASR, 2006) rigward l-implimentazzjoni tal-kondiviżjoni internazzjonali tad-data/sistema globali ta’ rappurtar tad-data;
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (1);
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (2);
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (3),
Filwaqt li jikkunsidra li d-definizzjonijiet tat-tassonomija tar-Rappurtar tad-Data tal-Aċċidenti/Inċidenti (ADREP) tal-ICAO huma primarjament ibbażati fuq l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs), il-manwali u l-materjal ta’ gwida tal-ICAO;
Filwaqt li jikkunsidra li hemm ħtieġa fost l-utenti tal-ADREP u taċ-Ċentru Ewropew ta’ Koordinament għas-Sistemi ta’ Notifika tal-Aċċidenti u tal-Inċidenti tal-Avjazzjoni (ECCAIRS) fl-Istati Membri tal-ICAO biex ikomplu jużaw l-informazzjoni miksuba mill-ġbir, mill-analiżi u mill-kondiviżjoni tad-data biex jidentifikaw theddidiet għas-sikurezza u fatturi li jikkontribwixxu fuq skala globali;
Filwaqt li jikkunsidra li s-sikurezza tan-navigazzjoni bl-ajru u l-progress fl-armonizzazzjoni tal-avjazzjoni ċivili internazzjonali jiddependu fuq standards rikonoxxuti bħas-sistema ADREP u filwaqt li jirrikonoxxi l-importanza tal-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni tas-sikurezza u s-sistemi ta’ bażijiet tad-data;
Filwaqt li jikkunsidra l-obbligu fi ħdan l-Unjoni Ewropea tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) li tassisti lill-Kummissjoni Ewropea fil-ġestjoni tar-Repożitorju Ċentrali Ewropew li jaħżen ir-rapporti kollha dwar l-okkorrenzi miġbura fl-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-kompitu tagħha li tiżviluppa u żżomm verżjoni ġdida tas-software suite tal-ECCAIRS imsejħa ECCAIRS 2;
Filwaqt li jikkunsidra li mill-1 ta’ Jannar 2021 l-EASA ħadet f’idejha l-funzjonijiet kollha li d-Direttorat Ġenerali taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea kien iwettaq fir-rigward tas-software suite tal-ECCAIRS;
Filwaqt li jikkunsidra l-Arranġament ta’ Ħidma li jinkludi t-twettiq mill-EASA tal-funzjonijiet relatati mas-software suite tal-ECCAIRS kif deċiż mill-Kumitat Konġunt fl-10 ta’ Marzu 2022;
Filwaqt li jikkunsidra l-ħtieġa li jiġu stabbiliti oqsma ta’ kollaborazzjoni bejn l-ICAO u l-EASA biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-ECCAIRS 2, f’dan il-każ oqsma relatati ma’ attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ appoġġ li jaqgħu taħt dan l-Arranġament ta’ Ħidma,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-emendi għall-Arranġament ta’ Ħidma li saru f’Montréal fl-10 ta’ Marzu 2022 rigward il-kooperazzjoni fil-qasam tar-rappurtar tal-aċċidenti u tal-inċidenti fl-avjazzjoni ċivili kif annessi ma’ din id-Deċiżjoni huma b’dan adottati.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Għall-Kumitat Konġunt UE/ICAO
Il-Presidenti [firem biss]
(1) ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18.
ANNESS
ARRANĠAMENT TA’ ĦIDMA BEJN L-ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI TAL-AVJAZZJONI ĊIVILI U L-UNJONI EWROPEA
RIGWARD IL-KOOPERAZZJONI FIL-QASAM TAR-RAPPURTAR TAL-AĊĊIDENTI U TAL-INĊIDENTI FL-AVJAZZJONI ĊIVILI
L-Arranġament ta’ Ħidma huwa emendat kif ġej:
|
1. |
il-paragrafu 2.2 f) huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
il-paragrafu 2.3 huwa emendat kif ġej:
|
|
3. |
il-paragrafu 5.4 huwa emendat kif ġej:
|
|
4. |
jiddaħħal paragrafu 5.5 ġdid kif ġej: “Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ materjali żviluppati b’mod konġunt se jkunu tal-Partijiet b’mod konġunt. “Proprjetà Intellettwali Konġunta” tfisser proprjetà intellettwali fi kwalunkwe prodott, riċerka, data, analiżi, informazzjoni u materjal ieħor li l-Partijiet jiżviluppaw b’mod konġunt bħala parti minn din il-kollaborazzjoni. Id-drittijiet u t-titoli kollha għall-Proprjetà Intellettwali Konġunta huma soġġetti għat-termini u għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
5. |
Artikolu 6 ġdid. OBBLIGAZZJONI tiddaħħal kif ġej:
|
|
6. |
jiddaħħal paragrafu 6.1 ġdid kif ġej:
|
|
7. |
l-Artikolu 6 EMENDI U TERMINAZZJONI huwa emendat kif ġej:
|
|
8. |
Jiddaħħal Appendiċi ġdid fl-Arranġament ta’ Ħidma
|