ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 209

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
24 ta' Awwissu 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1653 tas-17 ta’ Awwissu 2023 li jdaħħal isem fir-reġistru tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb spirituż (Borzag pálinka)

1

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 1/2022/SC tat-8 ta’ Diċembru 2022 dwar il-proċedura għall-ħruġ ta’ talbiet ta’ standardizzazzjoni lill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni [2023/1654]

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Permamenti tal-Istati tal-EFTA Nru 2/2022/SC tas-16 ta’ Diċembru 2022 fir-rigward tar-riżerva għal riskju sistemiku eżistenti skont l-Artikolu 133 u n-notifika Norveġiża tal-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta’ riżerva O-SII skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 79/2019 u emendi sussegwenti [2023/1655]

5

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/482 tat-22 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma ( ĠU L 99 I, 22.3.2021 )

8

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1623 tat-3 ta’ Awwissu 2023 li tispeċifika l-valuri relatati mal-prestazzjoni tal-manifatturi u tal-konsorzji ta’ manifatturi ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda għas-sena kalendarja 2021 u l-valuri li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi mill-2025 ’il quddiem, skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2087 ( ĠU L 200, 10.8.2023 )

9

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida ( ĠU L 139, 29.5.2002 )

10

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/623 tal-11 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza b’rabta mat-tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2022) 2454) ( ĠU L 115, 13.4.2022 )

11

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2100 tad-29 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2021) 8774) ( ĠU L 428, 30.11.2021 )

14

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 tas-16 ta’ April 2021 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2021) 2704) ( ĠU L 134, 20.4.2021 )

17

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1653

tas-17 ta’ Awwissu 2023

li jdaħħal isem fir-reġistru tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb spirituż (“Borzag pálinka”)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2019/787, l-applikazzjoni tal-Ungerija għar-reġistrazzjoni tal-isem “Borzag pálinka” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) .

(2)

Il-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787.

(3)

Għalhekk, huwa xieraq li l-isem “Borzag pálinka” jiġi rreġistrat bħala Indikazzjoni Ġeografika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Indikazzjoni Ġeografika “Borzag pálinka” hija b’dan irreġistrata. F’konformità mal-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) 2019/787, dan ir-Regolament jagħti l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2019/787 lill-indikazzjoni ġeografika “Borzag pálinka”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.

(2)  ĠU C 156, 3.5.2023, p. 23.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

24.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA Nru 1/2022/SC

tat-8 ta’ Diċembru 2022

dwar il-proċedura għall-ħruġ ta’ talbiet ta’ standardizzazzjoni lill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni [2023/1654]

IL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA,

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li ġie inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2014 tal-14 ta’ Frar 2014,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 1(e) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim dwar Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA,

Billi sar meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura biex tissimplifika l-ħruġ ta’ talbiet ta’ standardizzazzjoni lill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-proċedura għall-ħruġ ta’ talbiet ta’ standardizzazzjoni lill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni hija adottata, kif deskritt fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kumitat Permanenti

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON

Is-Segretarju Ġenerali

Henri GÉTAZ


ANNESS

Proċedura għall-ħruġ ta’ talbiet ta’ standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni CEN, CENELEC u ETSI.

1.   

It-talbiet ta’ standardizzazzjoni huma l-mekkaniżmu li permezz tiegħu l-Kummissjoni Ewropea (“KE”) u l-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA (il-“Kumitat Permanenti”) jitolbu lill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni (European Standardisation Organisations, “ESOs”) (1) jiżviluppaw u jadottaw standards Ewropej b’appoġġ għall-politiki u l-leġiżlazzjoni Ewropej, kif deskritt fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea.

2.   

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 ġie inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE fl-2014 (3). L-Artikolu 1(e) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim dwar Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA jispeċifika li l-kompitu tal-ħruġ ta’ mandati (talbiet ta’ standardizzazzjoni) lill-ESOs għandu jitwettaq mill-Kumitat Permanenti.

3.   

Il-Kumitat Permanenti jiddelega l-awtorità li toħroġ talbiet ta’ standardizzazzjoni lill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ (Working Group on Technical Barriers to Trade, id-“WG TBT”).

4.   

Meta s-Segretarjat tal-EFTA jiġi nnotifikat b’talba ta’ standardizzazzjoni mid-DĠ GROW (4), huwa jibgħat it-talba lid-WG TBT, b’kopja lill-Kumitat dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ, fejn jitlob lill-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE japprovaw it-talba b’mod espliċitu fi żmien ġimagħtejn.

5.   

Ladarba d-WG TBT ikun approva t-talba ta’ standardizzazzjoni f’isem il-Kumitat Permanenti, is-Segretarjat jibgħat ittra li toħroġ it-talba ta’ standardizzazzjoni lill-ESO(s) rilevanti. L-ittra se tintbagħat mid-Direttur, jew mid-Deputat Direttur, tad-Diviżjoni tas-Suq Intern fis-Segretarjat tal-EFTA f’isem il-Kumitat Permanenti.

6.   

Is-Segretarjat se jibgħat rapport annwali lis-Sottokumitat I u lill-Kumitat Permanenti dwar it-talbiet ta’ standardizzazzjoni maħruġa għas-sena ta’ qabel.


(1)  CEN, CENELEC u ETSI.

(2)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2014 tal-14 ta’ Frar 2014 (ĠU L 211, 17.7.2014, p. 13).

(4)  Id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs.


24.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMAMENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA Nru 2/2022/SC

tas-16 ta’ Diċembru 2022

fir-rigward tar-riżerva għal riskju sistemiku eżistenti skont l-Artikolu 133 u n-notifika Norveġiża tal-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta’ riżerva O-SII skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 79/2019 u emendi sussegwenti (1) [2023/1655]

IL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-punt 14 tal-Anness IX tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 131(6), il-punt (b), tad-Direttiva 2013/36/UE (CRD), l-awtoritajiet kompetenti jew nominati jridu jirrieżaminaw mill-inqas darba fis-sena r-rati ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet sistemikament importanti l-oħra (other systemically important institutions, ‘O-SIIs’) li jeħtieġu li jinżammu. Skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 12 ta’ dak l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jew nominati jridu wkoll jirrieżaminaw kull sena l-identifikazzjoni tal-O-SIIs li għalihom tiġi imposta tali rata ta’ riżerva. Skont l-Artikolu 131(7) ta’ dik id-Direttiva, kif inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE, l-awtoritajiet kompetenti jew nominati jridu jinnotifikaw lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (‘BERS’) qabel ma jiffissaw jew jistabbilixxu mill-ġdid rata ta’ riżerva għal O-SIIs, u l-BERS għandu jibgħat dawn in-notifiki lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, lill-Awtorità Bankarja Ewropea u lill-awtoritajiet kompetenti u nominati tal-Partijiet Kontraenti taż-ŻEE kkonċernati mingħajr dewmien.

(2)

Skont l-Artikolu 131(15) tas-CRD, flimkien mat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5a ta’ dak l-Artikolu, il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA jeħtieġ li jawtorizza miżuri makroprudenzjali fi Stat tal-EFTA membru taż-ŻEE li jwasslu għal rata kombinata ta’ riżerva għal riskju sistemiku (systemic risk buffer, SyRB) u rata ta’ riżerva tal-OSII li taqbeż il-5 % tal-ammont rilevanti tal-iskopertura għar-riskju għal istituzzjoni ta’ kreditu partikolari u sett jew subsett ta’ skoperturi. Skont l-istess Artikoli tas-CRD, il-BERS għandu jipprovdi lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, fi żmien sitt ġimgħat minn meta jirċievi notifika kif imsemmi fl-Artikolu 131(7) tas-CRD, b’opinjoni dwar jekk ir-rata kombinata ta’ riżerva ta’ SyRB u ta’ O-SII hijiex xierqa.

(3)

Fil-5 ta’ Novembru 2020, il-Ministeru tal-Finanzi Norveġiż innotifika lill-BERS, skont l-Artikolu 133(11) tad-Direttiva 2013/36/UE kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020 (3), bl-intenzjoni tiegħu li jistabbilixxi rata ta’ SyRB ta’ 4,5 % applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Fl-4 ta’ Diċembru 2020, il-BERS adotta r-Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar in-notifika Norveġiża tal-intenzjoni tiegħu li jistabbilixxi rata ta’ SyRB skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE (ESRB/2020/14), li fiha rrakkomanda li r-rata proposta ta’ SyRB li għandha tiġi applikata fin-Norveġja jenħtieġ li titqies ġustifikata, xierqa, proporzjonata, effettiva u effiċjenti fir-rigward tar-riskju fil-mira tal-Ministeru tal-Finanzi Norveġiż. Fl-4 ta’ Diċembru 2020, il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, filwaqt li qies ir-rakkomandazzjoni tal-BERS imsemmija hawn fuq, adotta r-Rakkomandazzjoni mill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 1/2020/SC li fiha ma rrakkomanda l-ebda tibdil fil-miżura notifikata.

(4)

Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-Ministeru tal-Finanzi Norveġiż bagħat notifika formali lill-BERS dwar l-intenzjoni tiegħu li jirrikjedi li ċerti istituzzjonijiet iżommu riżerva O-SII tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, f’konformità mal-Artikolu 131 tas-CRD. Is-Segretarjat tal-BERS irrikonoxxa li rċieva n-notifika fl-4 ta’ Ottubru 2022 u bagħatha, skont l-Artikolu 131(5a) CRD, lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA fis-27 ta’ Ottubru 2022.

(5)

Ir-riżerva għal O-SII notifikata se tapplika għal tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu domestiċi, li waħda minnhom tkun sussidjarja li l-entità prinċipali tagħha tkun stabbilita f’pajjiż ieħor taż-Żona Ekonomika Ewropea. Tnejn mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu se jkunu soġġetti għal riżerva ta’ O-SII ta’ 1 % u waħda se tkun soġġetta għal riżerva ta’ 2 %.

(6)

Il-Ministeru tal-Finanzi Norveġiż identifika dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu bħala O-SIIs skont il-kriterji li ġejjin: (i) assi totali bħala sehem mill-prodott domestiku gross (PDG) tan-Norveġja u/jew (ii) self lis-settur privat mhux finanzjarju bħala sehem tas-self totali lis-settur privat mhux finanzjarju fin-Norveġja. Dawn il-kriterji huma elenkati bħala indikaturi fakultattivi fl-Anness 2 tal-linji gwida tal-Awtorità Bankarja Ewropea dwar il-kriterji biex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 131(3) CRD fir-rigward tal-valutazzjoni tal-O-SIIs (4).

(7)

Billi s-SyRB ikkombinat ta’ 4,5 % u r-riżervi ta’ O-SII proposti se jirriżultaw f’rata ta’ riżerva ogħla minn 5 %, il-BERS ipprovda lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA b’opinjoni dwar il-miżura proposta fil-15 ta’ Novembru 2022.

(8)

Fl-opinjoni tiegħu, u n-Nota ta’ Valutazzjoni li takkumpanjah, il-BERS jirrevedi r-riskji indirizzati permezz tal-miżura proposta u jsib li r-riskji li jwasslu għall-istabbiliment mill-ġdid tar-riżervi ta’ O-SII jirriżultaw mir-rwol partikolarment importanti li għandhom l-istituzzjonijiet sistemikament importanti fl-ekonomija Norveġiża.

(9)

Il-BERS isib li r-riżervi ta’ O-SII, b’kont meħud li huma kumulattivi mas-SyRB huma effettivi u proporzjonali. F’dan ir-rigward il-BERS iqis li r-riżervi ta’ O-SII huma kumulattivi mas-SyRB. Hija tinnota li l-għan tar-riżervi ta’ O-SII huwa li tiżdied il-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf tal-aktar istituzzjonijiet sistemikament importanti fin-Norveġja, u b’hekk jitnaqqsu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja li jirriżultaw minn tali istituzzjonijiet li jsibu ruħhom f’diffikultajiet. Meta titqies l-importanza ta’ istituzzjonijiet sistemikament importanti fis-sistema finanzjarja Norveġiża minħabba d-daqs tagħhom relattiv għad-daqs tal-ekonomija Norveġiża u l-ishma tagħhom fis-suq tas-self lis-settur privat mhux finanzjarju, il-BERS iqis li l-miżura hija proporzjonata.

(10)

Filwaqt li l-BERS jinnota li xi wħud mir-riskji indirizzati mis-SyRB jidhru li jikkoinċidu mal-ġustifikazzjoni għall-istabbiliment tar-riżerva ta’ O-SII, huwa jikkonkludi li l-miżura proposta hija xierqa biex tindirizza r-riskji identifikati, ma tinvolvix effetti negattivi sproporzjonati fuq l-istabbiltà finanzjarja fin-Norveġja jew fiż-ŻEE u mhijiex mistennija li tifforma jew toħloq ostaklu għall-funzjonament xieraq tas-suq intern. Madankollu, il-BERS jinnota li l-linji gwida tal-EBA dwar is-suġġett fihom indikaturi għajr dawk relatati mad-daqs - kif użat mill-awtoritajiet Norveġiżi - li jista’ jkollhom implikazzjonijiet għar-reċiproċità tas-SyRB. Tabilħaqq, il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA jinnota li l-linji gwida tal-EBA dwar l-identifikazzjoni tal-O-SIIs jinkludu wkoll indikaturi relatati mal-importanza għall-ekonomija, is-sinifikat tal-attivitajiet transfruntiera, u l-interkonnettività mas-sistema finanzjarja. Dawn l-indikaturi jikkoinċidu parzjalment mal-indikaturi użati mill-Ministeru tal-Finanzi Norveġiż għall-ġustifikazzjoni tas-SyRB. Il-BERS jindika wkoll li l-awtoritajiet Norveġiżi enfasizzaw li l-kalibrazzjoni tas-SyRB qieset ir-rekwiżiti tal-O-SII.

(11)

Il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, wara li eżamina n-notifika mill-Ministeru tal-Finanzi Norveġiż tat-30 ta’ Settembru 2022 u wara li kkunsidra l-opinjoni tal-BERS, jivvaluta li l-kombinazzjoni tar-rata ta’ riżerva ta’ O-SII notifikata għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kkonċernati u s-SyRB fis-seħħ għall-iskoperturi u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kkonċernati ma tinvolvix effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha ta’ Partijiet Kontraenti oħra taż-ŻEE, jew taż-ŻEE kollha kemm hi li jiffurmaw jew joħolqu ostaklu għall-funzjonament xieraq tas-suq intern.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ministeru tal-Finanzi Norveġiż huwa b’dan awtorizzat li jimplimenta r-rati tar-riżerva ta’ O-SII li jirriżultaw fir-rata kombinata ta’ riżerva ta’ SyRB u O-SII ogħla minn 5 % tal-ammont rilevanti tal-iskopertura għar-riskju għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ġejjin, għal perjodu sa sena li jibda mis-16 ta’ Diċembru 2022, dment li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-rati ta’ riżerva ta’ SyRB u O-SII jibqgħu ssodisfati:

Istituzzjoni ta’ kreditu

Rata ta’ riżerva kombinata ta’ SyRB u O-SII

DNB Bank ASA

6,5  %

Kommunalbanken AS

5,5  %

Nordea Eiendomskreditt AS

5,5  %

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ministeru tal-Finanzi Norveġiż, Finansdepartementet, Akersgata 40, 0180 Oslo, Norway.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON

Għas-Segretarjat tal-EFTA

Is-Segretarju Ġenerali

Henri GÉTAZ


(1)  Din id-Deċiżjoni ġiet rettifikata qabel il-pubblikazzjoni permezz ta’ rettifika tat-2 ta’ Frar 2023 mill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA.

(2)  L-opinjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) tal-15 ta’ Novembru 2022 dwar ir-riżerva għal riskju sistemiku eżistenti skont l-Artikolu 133 u n-notifika Norveġiża tal-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta’ riżerva O-SII skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ESRB/2022/8).

(3)  Qabel l-inkorporazzjoni fil-Ftehim dwar iż-ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 383/2021 tad-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta’ entitajiet eżentati, kumpaniji azzjonisti finanzjarji, kumpaniji azzjonisti finanzjarji mħallta, remunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta’ konservazzjoni ta’ kapital.

(4)  ABE/GL/2014/10.


Rettifika

24.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/8


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/482 tat-22 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 99 I tat-22 ta' Marzu 2021 )

Fil-paġna 37, fl-Artikolu 1(1):

flok:

“Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma”;

aqra:

“Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta’ April 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma”.


24.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/9


Rettifika tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1623 tat-3 ta’ Awwissu 2023 li tispeċifika l-valuri relatati mal-prestazzjoni tal-manifatturi u tal-konsorzji ta’ manifatturi ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda għas-sena kalendarja 2021 u l-valuri li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi mill-2025 ’il quddiem, skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2087

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 200 tal-10 ta’ Awwissu 2023 )

F’paġna 25, Anness I, Parti A, Tabella 1, il-kolonna C, ir-ringiela “VOLKSWAGEN AG”,

minflok:

“1 090 43-431”,

aqra:

“1 090 431”;

F’paġna 35, Anness III, il-punt 1, it-tabella, il-kolonna E, ir-ringiela “DR MOTOR COMPANY SRL”,

minflok:

“1 050,0”,

aqra:

“1 050,00”.


24.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/10


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 139 tad-29 ta’ Mejju 2002 )

It-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu fil-paġna 294:

flok:

“Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida”;

aqra:

“Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida”.


24.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/11


Rettifika għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/623 tal-11 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza b’rabta mat-tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2022) 2454)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 115 tat-13 ta’ April 2022 )

F’paġna 90, fil-premessa 1, it-tielet u r-raba’ sentenza,

minflok:

“Għalhekk, il-preżenza tal-viruses HPAI fl-għasafar selvaġġi hija theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-azjendi li jżommu l-pollam jew l-għasafar tat-trobbija. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f’azjendi oħra li jżommu l-pollam jew l-għasafar tat-trobbija.”,

aqra:

“Għalhekk, il-preżenza tal-viruses HPAI fl-għasafar selvaġġi hija theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawk il-viruses fl-azjendi li jżommu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f’azjendi oħra li jżommu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq.”;

F’paġna 90, il-premessa 5,

minflok:

“(5)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/522 (4) wara tifqigħat tal-HPAI fil-pollam jew fl-għasafar tat-trobbija fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza, fl-Italja, fil-Portugall u fir-Rumanija li kienu jeħtieġu jiġu riflessi f’dak l-Anness.”,

aqra:

“(5)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/522 (4) wara tifqigħat tal-HPAI fil-pollam jew fl-għasafar miżmuma fil-magħluq fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza, fl-Italja, fil-Portugall u fir-Rumanija li kienu jeħtieġu jiġu riflessi f’dak l-Anness.”;

F’paġna 90, il-premessa 6,

minflok:

“(6)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/522, il-Ġermanja, Franza, l-Italja u r-Rumanija nnotifikaw lill-Kummissjoni b’tifqigħat ulterjuri tal-HPAI f’azjendi li jżommu l-pollam jew l-għasafar tat-trobbija, li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jew barra minnhom.”,

aqra:

“(6)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/522, il-Ġermanja, Franza, l-Italja u r-Rumanija nnotifikaw lill-Kummissjoni b’tifqigħat ulterjuri tal-HPAI f’azjendi li jżommu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq, li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jew barra minnhom.”;

F’paġna 91, il-premessa 7,

minflok:

“(7)

Barra minn hekk, il-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N1 fi stabbiliment li jżomm il-pollam jew l-għasafar tat-trobbija, li jinsab fil-provinċja ta’ Flanders tal-Punent ta’ dak l-Istat Membru.”,

aqra:

“(7)

Barra minn hekk, il-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N1 fi stabbiliment li jżomm il-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq, li jinsab fil-provinċja ta’ Flanders tal-Punent ta’ dak l-Istat Membru.”;

F’paġna 91, il-premessa 8,

minflok:

“(8)

Barra minn hekk, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N1 fi stabbiliment li jżomm il-pollam jew l-għasafar tat-trobbija, li jinsab fil-provinċja ta’ Plovdiv ta’ dak l-Istat Membru.”,

aqra:

“(8)

Barra minn hekk, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N1 fi stabbiliment li jżomm il-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq, li jinsab fil-provinċja ta’ Plovdiv ta’ dak l-Istat Membru.”;

F’paġna 91, il-premessa 9,

minflok:

“(9)

Barra minn hekk, id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N1 fi stabbiliment li jżomm il-pollam jew l-għasafar tat-trobbija, li jinsab fil-muniċipalità ta’ Langeland ta’ dak l-Istat Membru.”,

aqra:

“(9)

Barra minn hekk, id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N1 fi stabbiliment li jżomm il-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq, li jinsab fil-muniċipalità ta’ Langeland ta’ dak l-Istat Membru.”;

F’paġna 91, il-premessa 18,

minflok:

“(18)

Barra minn hekk, l-Artikolu 23 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedi li l-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi mill-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ristretti, sa fejn ikun meħtieġ u wara li ssir valutazzjoni tar-riskju. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jippermettu l-movimenti ta’ kunsinni ta’ tjur, għasafar tat-trobbija, bajd għat-tifqis u bajd speċifiku ħieles minn patoġeni minn tali żoni. Dawn il-kunsinni jistgħu jinġarru lejn Stati Membri oħra jekk ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali rilevanti jew iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għal dawn il-prodotti stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 (5). Għalhekk, ma’ dawn iċ-ċertifikati jenħtieġ li tiżdied attestazzjoni li tiddikjara li l-kunsinni jikkonformaw mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641.”,

aqra:

“(18)

Barra minn hekk, l-Artikolu 23 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedi li l-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi mill-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ristretti, sa fejn ikun meħtieġ u wara li ssir valutazzjoni tar-riskju. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jippermettu l-movimenti ta’ kunsinni tal-pollam, tal-għasafar miżmuma fil-magħluq, tal-bajd għat-tifqis u ta’ bajd speċifiku ħieles minn patoġeni minn tali żoni. Dawk il-kunsinni jistgħu jinġarru lejn Stati Membri oħra jekk ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali rilevanti jew iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għal dawk il-prodotti stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 (5). Għalhekk, ma’ dawk iċ-ċertifikati jenħtieġ li tiżdied attestazzjoni li tiddikjara li l-kunsinni jikkonformaw mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641.”;

F’paġna 92, fl-Artikolu 1(1) li jżid it-tielet paragrafu fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641,

minflok:

“‘Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli dwar il-movimenti ta’ kunsinni tal-pollam, tal-għasafar tat-trobbija, tal-bajd għat-tifqis u ta’ bajd speċifiku ħieles mill-patoġeni miż-żoni ristretti ulterjuri elenkati fil-Parti C tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, meta tkun ingħatat deroga, f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, li tippermetti tali movimenti.’”,

aqra:

“‘Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli dwar il-movimenti ta’ kunsinni tal-pollam, tal-għasafar miżmuma fil-magħluq, tal-bajd għat-tifqis u ta’ bajd speċifiku ħieles mill-patoġeni miż-żoni ristretti ulterjuri elenkati fil-Parti C tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, meta tkun ingħatat deroga, f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, li tippermetti tali movimenti.’”;

F’paġna 92, fl-Artikolu 1(2) li jżid il-punt (c) fl-Artikolu 3a tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641, il-paragrafu introduttorju,

minflok:

“meta wara valutazzjoni tar-riskju b’eżitu pożittiv tkun ingħatat deroga mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru kkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, li tippermetti l-moviment lejn Stati Membri oħra ta’ kunsinni tal-pollam, tal-għasafar tat-trobbija, tal-bajd għat-tifqis u ta’ bajd speċifiku ħieles mill-patoġeni miż-żoni ristretti ulterjuri elenkati fil-Parti C tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li dawk il-kunsinni jkunu akkumpanjati miċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali rilevanti jew miċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 (*) li jrid ikun fihom l-attestazzjoni li ġejja:”,

aqra:

“meta wara valutazzjoni tar-riskju b’eżitu pożittiv tkun ingħatat deroga mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru kkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, li tippermetti l-moviment lejn Stati Membri oħra ta’ kunsinni tal-pollam, tal-għasafar miżmuma fil-magħluq, tal-bajd għat-tifqis u ta’ bajd speċifiku ħieles mill-patoġeni miż-żoni ristretti ulterjuri elenkati fil-Parti C tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li dawk il-kunsinni jkunu akkumpanjati miċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali rilevanti jew miċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 (*) li jrid ikun fihom l-attestazzjoni li ġejja:”.


24.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/14


Rettifika għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2100 tad-29 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2021) 8774)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 428 tat-30 ta’ Novembru 2021 )

F’paġna 3, il-premessa 1,

minflok:

“(1)

L-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli (HPAI) hija marda virali infettiva fl-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tat-tjur li jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. Il-viruses HPAI jistgħu jinfettaw għasafar migratorji, u mbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses HPAI fl-għasafar selvaġġi tfisser theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-azjendi fejn jinżammu t-tjur jew l-għasafar tat-trobbija. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f’azjendi oħra fejn jinżammu t-tjur jew l-għasafar tat-trobbija.”,

aqra:

“(1)

L-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli (HPAI) hija marda virali infettiva fl-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. Il-viruses HPAI jistgħu jinfettaw għasafar migratorji, u mbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses HPAI fl-għasafar selvaġġi tfisser theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-azjendi fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f’azjendi oħra fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq.”;

F’paġna 4, il-premessa 8,

minflok:

“(8)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 ġie emendat riċentement bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1982 (4), wara t-tifqigħat tal-HPAI fit-tjur jew fl-għasafar tat-trobbija fid-Danimarka, fil-Ġermanja, fl-Italja, fin-Netherlands u fil-Polonja li kienu jeħtieġu li jiġu riflessi f’dak l-Anness.”,

aqra:

“(8)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 ġie emendat riċentement bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1982 (4), wara t-tifqigħat tal-HPAI fil-pollam jew fl-għasafar miżmuma fil-magħluq fid-Danimarka, fil-Ġermanja, fl-Italja, fin-Netherlands u fil-Polonja li kienu jeħtieġu li jiġu riflessi f’dak l-Anness.”;

F’paġna 4, il-premessa 9,

minflok:

“(9)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1982, il-Ġermanja, l-Italja, in-Netherlands u l-Polonja innotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat oħrajn tal-HPAI tas-sottotip H5N1 fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu t-tjur jew l-għasafar tat-trobbija, li jinsabu barra miż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.”,

aqra:

“(9)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1982, il-Ġermanja, l-Italja, in-Netherlands u l-Polonja innotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat oħrajn tal-HPAI tas-sottotip H5N1 fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq, li jinsabu barra miż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.”;

F’paġna 4, il-premessa 10,

minflok:

“(10)

Barra minn hekk, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5 fi stabbiliment fejn kienu jinżammu t-tjur jew l-għasafar tat-trobbija fir-Reġjun ta’ Plovdiv ta’ dak l-Istat Membru.”,

aqra:

“(10)

Barra minn hekk, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5 fi stabbiliment fejn kienu jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq fir-Reġjun ta’ Plovdiv ta’ dak l-Istat Membru.”;

F’paġna 4, il-premessa 11,

minflok:

“(11)

Barra dan, iċ-Ċekja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H5N1 fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu t-tjur jew l-għasafar tat-trobbija fir-Reġjun tal-Bohemia tan-Nofsinhar ta’ dak l-Istat Membru.”,

aqra:

“(11)

Barra dan, iċ-Ċekja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H5N1 fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq fir-Reġjun tal-Bohemia tan-Nofsinhar ta’ dak l-Istat Membru.”;

F’paġna 4, il-premessa 12,

minflok:

“(12)

Barra minn hekk, l-Ungerija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H5N1 fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu t-tjur jew l-għasafar tat-trobbija fil-Kontej ta’ Bács-Kiskun, Békés, Csongrád-Csanád, Hajdú-Bihar u Szabolcs-Szatmár-Bereg ta’ dak l-Istat Membru.”,

aqra:

“(12)

Barra minn hekk, l-Ungerija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H5N1 fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq fil-Kontej ta’ Bács-Kiskun, Békés, Csongrád-Csanád, Hajdú-Bihar u Szabolcs-Szatmár-Bereg ta’ dak l-Istat Membru.”;

F’paġna 4, il-premessa 13,

minflok:

“(13)

Barra minn hekk, l-Irlanda nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H5N1 fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu t-tjur jew l-għasafar tat-trobbija fil-Kontea ta’ Monaghan ta’ dak l-Istat Membru.”,

aqra:

“(13)

Barra minn hekk, l-Irlanda nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H5N1 fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq fil-Kontea ta’ Monaghan ta’ dak l-Istat Membru.”;

F’paġna 4, il-premessa 14,

minflok:

“(14)

Barra minn hekk, is-Slovakkja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N1 fi stabbiliment fejn kienu jinżammu t-tjur jew l-għasafar tat-trobbija fid-distrett ta’ Dunajská Streda ta’ dak l-Istat Membru.”,

aqra:

“(14)

Barra minn hekk, is-Slovakkja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N1 fi stabbiliment fejn kienu jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq fid-distrett ta’ Dunajská Streda ta’ dak l-Istat Membru.”;

F’paġna 5, fl-Artikolu 1(1), li jżid it-tieni paragrafu fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641,

minflok:

“‘Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi wkoll fil-livell tal-Unjoni ż-żoni ristretti ulterjuri li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati, wara tifqigħa jew tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur jew fl-għasafar tat-trobbija, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u t-tul ta’ żmien tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żoni ristretti ulterjuri.’”,

aqra:

“‘Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi wkoll fil-livell tal-Unjoni ż-żoni ristretti ulterjuri li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati, wara tifqigħa jew tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam jew fl-għasafar miżmuma fil-magħluq, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u t-tul ta’ żmien tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żoni ristretti ulterjuri.’”.


24.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/17


Rettifika għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 tas-16 ta’ April 2021 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2021) 2704)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 134 tal-20 ta’ April 2021 )

F’paġna 166, il-premessa 1,

minflok:

“(1)

L-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli hija marda virali infettiva tal-għasafar li tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tat-tjur u toħloq tfixkil għall-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi. Il-viruses HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji u dawn imbagħad jistgħu jixterdu fuq distanzi twal waqt il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għaldaqstant, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi hija theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-azjendi fejn jinżammu t-tjur jew l-għasafar tat-trobbija. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f’azjendi oħra fejn jinżammu t-tjur jew l-għasafar tat-trobbija.”,

aqra:

“(1)

L-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli hija marda virali infettiva tal-għasafar li tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollamu toħloq tfixkil għall-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi. Il-viruses HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji u dawn imbagħad jistgħu jixterdu fuq distanzi twal waqt il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għaldaqstant, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi hija theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-azjendi fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f’azjendi oħra fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq.”;

F’paġna 166, fil-premessa 2, l-ewwel sentenza,

minflok:

“Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (2) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi relatati mas-sorveljanza u mad-detezzjoni bikrija tal-influwenza tat-tjur u l-miżuri minimi ta’ kontroll li jridu jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa ta’ dik il-marda fit-tjur jew f’għasafar oħra tat-trobbija.”,

aqra:

“Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (2) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi relatati mas-sorveljanza u mad-detezzjoni bikrija tal-influwenza tat-tjur u l-miżuri minimi ta’ kontroll li jridu jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa ta’ dik il-marda fil-pollam jew f’għasafar oħra miżmuma fil-magħluq.”;

F’paġna 166, fil-premessa 3, l-ewwel sentenza,

minflok:

“Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1809 (4) tistabbilixxi ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-livell tal-Unjoni li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri elenkati fl-Anness tagħha, f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, wara tifqigħa jew tifqigħat tal-HPAI fit-tjur jew f’għasafar oħra tat-trobbija, u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 tapplika sal-20 ta’ April 2021.”,

aqra:

“Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1809 (4) tistabbilixxi ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-livell tal-Unjoni li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri elenkati fl-Anness tagħha, f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, wara tifqigħa jew tifqigħat tal-HPAI fil-pollam jew f’għasafar oħra miżmuma fil-magħluq, u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 tapplika sal-20 ta’ April 2021.”;

F’paġna 166, il-premessa 4,

minflok:

“(4)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) C(2021) 2605, l-Ungerija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI f’azjenda fejn jinżammu t-tjur jew l-għasafar tat-trobbija fil-kontea ta’ Hajdú-Bihar ta’ dak l-Istat Membru.”,

aqra:

“(4)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) C(2021) 2605, l-Ungerija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI f’azjenda fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq fil-kontea ta’ Hajdú-Bihar ta’ dak l-Istat Membru.”;

F’paġna 167, l-Artikolu 1,

minflok:

“Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-livell tal-Unjoni li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni (l-Istati Membri kkonċernati), wara tifqigħa jew tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli (HPAI) fit-tjur jew f’għasafar oħra tat-trobbija f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u t-tul taż-żmien tal-miżuri li jridu jiġu applikati f’konformità mal-Artikolu 39 u fiż-żoni ta’ sorveljanza f’konformità mal-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament Delegat.”,

aqra:

“Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-livell tal-Unjoni li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni (l-Istati Membri kkonċernati), wara tifqigħa jew tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli (HPAI) fil-pollam jew f’għasafar oħra miżmuma fil-magħluq f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u t-tul taż-żmien tal-miżuri li jridu jiġu applikati f’konformità mal-Artikolu 39 u fiż-żoni ta’ sorveljanza f’konformità mal-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament Delegat.”.