ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 203

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
16 ta' Awwissu 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1634 tal-5 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ( 1 )

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1635 tal-14 ta’ Awwissu 2023 li timplimenta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/74 li tistabbilixxi l-lista ta’ programmi Interreg u li tindika l-ammont kumplessiv tal-appoġġ totali mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u minn kull strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għal kull programm u l-lista tal-ammonti trasferiti bejn il-fergħat fl-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-perjodu mill-2021 sal-2027 (notifikata bid-dokument C(2023) 5459)

11

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

16.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1634

tal-5 ta’ Ġunju 2023

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(8), l-Artikolu 10(8), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 15(8) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 jipprovdi metodi dettaljati għall-kalkolu tal-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief.

(2)

Mill-1 ta’ Jannar 2021, l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 huma bbażati fuq id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 stabbilita f’konformità mal-proċedura ta’ ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP) kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (2). L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 ġie emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2173 (3) biex titqies l-introduzzjoni tad-WLTP, billi ġie ċċarat kif iridu jiġu ddeterminati l-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ tipi partikolari ta’ manifatturi. Madankollu, hija meħtieġa kjarifika ulterjuri għall-manifatturi li huma membri ta’ konsorzju sabiex jiġi previst il-metodu ta’ kalkolu għall-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi għas-snin kalendarji mill-2021 sal-2024.

(3)

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 tispeċifika l-metodu ta’ kalkolu għall-miri tad-deroga applikabbli fis-snin kalendarji mill-2021 sal-2024. Għaċ-ċertezza legali, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat il-metodu ta’ kalkolu wkoll għall-miri tad-deroga applikabbli fis-snin kalendarji 2025 sa 2028, kif imsemmi fl-Artikolu 10(4), it-tieni subparagrafu, il-punt (c) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Sabiex issir distinzjoni bejn il-każ ta’ vetturi bażi kompluti u inkompleti, id-definizzjoni tal-massa tat-test (“TM”) għall-massa tat-test medja f’kilogrammi tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha stabbilita fil-Parti B, il-punt 6.2.1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 jenħtieġ li tiġi adattata.

(5)

L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) 2019/631 jispeċifikaw it-tip u l-format tad-data li trid tinġabar mill-Istati Membri, jew mill-manifatturi, u trażmessa kull sena lill-Kummissjoni dwar karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda. Abbażi tal-esperjenza miksuba, sar evidenti li ċerti parametri ta’ monitoraġġ jistgħu jitneħħew sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ monitoraġġ, peress li dawk il-parametri ma jintużawx għall-kalkolu tal-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi jew tal-emissjonijiet speċifiċi medji, u għalhekk jenħtieġ li jitneħħew mingħajr ma tiġi mxekkla l-valutazzjoni robusta tal-konformità tal-manifatturi mal-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi tagħhom. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiżdiedu ċerti parametri ġodda, b’mod partikolari għall-fini tal-verifika tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi fis-servizz. Dawk il-bidliet fil-parametri jeħtieġ li jiġu riflessi għat-tip ta’ data li trid tinġabar fil-Parti A tal-Anness II u fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/631 kif ukoll għall-formati għall-ġbir tad-data fil-Parti B tal-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament.

(6)

L-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/631 jagħti dettalji dwar proċedura għall-manifatturi biex jikkalkulaw l-emissjonijiet tas-CO2 u l-valuri tal-massa fil-każ ta’ vetturi kummerċjali ħfief li huma approvati skont it-tip fi stadji multipli. Fil-każ ta’ vettura bażi individwali inkompleta, il-massa tal-vettura trid tiġi kkalkolata f’konformità mal-Parti A, il-punt 1.2.4 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/631, filwaqt li jitqies il-valur tal-massa tal-karozzerija (B0), li ġie stabbilit għal 1,375 għall-kalkoli relatati mas-sena kalendarja 2021. Għas-snin kalendarji mill-2022 sal-2024, dak il-valur jenħtieġ li jiġi rivedut abbażi tal-medja tal-massa fi stat ta’ tħaddim ta’ vetturi bażi inkompleti ġodda rreġistrati fl-Unjoni fis-snin kalendarji 2018, 2019 u 2020.

(7)

Fin-nuqqas tad-data finali ta’ monitoraġġ tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda għas-sena kalendarja 2020, ir-reviżjoni tal-valur B0 ma setgħetx tiġi ffinalizzata sal-31 ta’ Ottubru 2021 kif previst fil-Parti A, il-punt 1.2.4 tal-Anness III għar-Regolament (UE) 2019/631. Meta jitqies li r-reviżjoni tal-valur B0 bl-użu tad-data għas-snin kalendarji 2018 u 2019 biss kienet tirriżulta f’valur li kien qrib ħafna tal-valur B0 attwali u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u tiġi pprovduta ċertezza legali għall-manifatturi kkonċernati, huwa xieraq li jinżamm il-valur B0 applikabbli bħalissa għas-sena kalendarja 2022. Għas-snin kalendarji 2023 u 2024, il-valur B0 rivedut ġie kkalkolat abbażi tad-data ta’ monitoraġġ finali għall-vetturi kummerċjali ħfief għas-snin kalendarji 2018, 2019 u 2020. Barra minn hekk, biex tiġi pprovduta ċertezza legali għall-manifatturi wara l-2024, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-valur B0 rivedut jibqa’ applikabbli wkoll fis-snin ta’ wara l-2024.

(8)

Hija meħtieġa kjarifika biex jitqiesu aħjar il-modi differenti biex tiġi ddeterminata l-influwenza ajrudinamika fil-każ ta’ vetturi bażi N1 inkompleti bħala parti mill-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ monitoraġġ tas-CO2.

(9)

Il-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/631 fiha ċerta informazzjoni relatata b’mod partikolari mal-proċedura tat-test regolatorju tal-NEDC li ma għadhiex valida, u għalhekk jenħtieġ li titħassar.

(10)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/631 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness II huwa emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(3)

L-Anness III huwa emendat kif stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, il-punti li ġejjin għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024:

(a)

il-punt 1(a)(ii) u (iii) u l-punt 2(b) u (c) tal-Anness II;

(b)

il-punt 1(a)(iii) u (v) u l-punt 3(c) u (e) tal-Anness III.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2173 tas-16 ta’ Ottubru 2020 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jaġġorna l-parametri ta’ monitoraġġ u jiċċara ċerti aspetti relatati mal-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju (ĠU L 433, 22.12.2020, p. 1).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt 3d li ġej:

“3d.

Għal konsorzju ffurmat f’konformità mal-Artikolu 6, il-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi tad-WLTP għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-valuri tad-WLTPCO2, tal-NEDCCO2 u tal-NEDC2020target ikkalkolati għal dak il-konsorzju kollu kemm hu.

Fil-każ ta’ konsorzju li jkun għadu kif ġie ffurmat fis-snin 2021 sa 2024 jew bidla fis-sħubija ta’ konsorzju li kien jeżisti fl-2020, il-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi tad-WLTP għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-valuri tad-WLTPCO2, tal-NEDCCO2 u tal-NEDC2020target għall-konsorzju l-ġdid kollu kemm hu.”;

(b)

fil-punt 5, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

Għal manifattur li jkun ingħata deroga f’konformità mal-Artikolu 10(4) għal kwalunkwe waħda mis-snin kalendarji mill-2025 sal-2028, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi (Mira tad-deroga2025-2028) għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

Mira tad-deroga2025-2028 =

Formula
·
Formula
·Mira2021·(1 – reduction factor2025)

Għal manifattur bħal dan li ma kienx responsabbli għar-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri fl-2020 jew li għalihom id-WLTPCO2 kif definit fil-punt 3 jew l-NEDCCO2 kif definit fil-punt 3 huwa żero, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi (Mira tad-deroga2025-2028) għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

Mira tad-deroga2025-2028 =

Formula
· Mira2021 · (1 – reduction factor2025)

Fejn:

WLTPCO2,measured

hija l-valur medju fost il-manifatturi individwali kollha li għalihom tapplika mira speċifika tal-emissjonijiet f’konformità mal-punt 4, ponderat bl-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2020, tad-WLTPCO2,measured kif definit fil-punt 6.0;

WLTPCO2

huwa l-valur medju għall-manifatturi individwali kollha li għalihom tapplika mira speċifika tal-emissjonijiet f’konformità mal-punt 4, ponderat bl-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2020, tan-WLTPCO2 kif definit fil-punt 3;

NEDCCO2

huwa l-valur medju għall-manifatturi individwali kollha li għalihom tapplika mira speċifika tal-emissjonijiet f’konformità mal-punt 4, ponderat bl-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2020, tan-NEDCCO2 kif definit fil-punt 3;

WLTPCO2, ind

hija ugwali għall-WLTPCO2 kif definita fil-punt 3;

NEDCCO2, ind

hija ugwali għall-NEDCCO2 kif definita fil-punt 3;

reduction factor2025

huwa t-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 1(4), il-punt (a);

Mira2021

hija tnaqqis ta’ 45 % fuq il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 fl-2007 ta’ dak il-manifattur.”;

(2)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt 3d li ġej:

“3d.Għal

konsorzju ffurmat f’konformità mal-Artikolu 6, il-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi tad-WLTP għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-valuri tad-WLTPCO2, tal-NEDCCO2 u tal-NEDC2020target ikkalkolati għal dak il-konsorzju kollu kemm hu.

Fil-każ ta’ konsorzju li jkun għadu kif ġie ffurmat fis-snin 2021 sa 2024 jew bidla fis-sħubija ta’ konsorzju li kien jeżisti fl-2020, il-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi tad-WLTP għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-valuri tad-WLTPCO2, tal-NEDCCO2 u tal-NEDC2020target għall-konsorzju l-ġdid kollu kemm hu.”;

(b)

fil-punt 6.2.1., il-kliem:

“TM

hija l-massa medja tat-test f’kilogrammi (kg) tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri kollha tal-manifattur irreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti;”

huwa sostitwit b’dan li ġej:

“TM

hija l-massa medja tat-test f’kilogrammi (kg) tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri kollha tal-manifattur irreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti.

Fil-każ ta’ vettura bażi kompluta relatata ma’ vettura kompletata, il-massa tat-test li trid tiġi kkunsidrata hija l-massa tat-test ta’ dik il-vettura bażi.

Fil-każ ta’ vettura bażi inkompleta relatata ma’ vettura kompletata, il-valur tal-massa tat-test li jrid jitqies huwa l-valur DMbase ddeterminat f’konformità mal-punt 1.2.4.(a) tal-Parti A tal-Anness III;”.


ANNESS II

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 1a huwa emendat kif ġej:

(i)

il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom, għal kull sena kalendarja, jirreġistraw id-data dettaljata li ġejja għal kull karozza tal-passiġġieri ġdida rreġistrata bħala vettura M1 fit-territorju tagħhom u għandhom jibagħtuha lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 7(2) fil-format stabbilit fil-Parti B, it-Taqsima 2 A:”;

(ii)

jiddaħħal il-punt (5a) li ġej:

“(5a)

L-identifikatur tal-Familja tat-tagħbija fit-triq jew l-identifikatur tal-Familja tal-Matriċi tat-tagħbija fit-triq;”;

(iii)

jiddaħħal il-punt (9a) li ġej:

“(9a)

Karattru li jikkorrispondi għad-dispożizzjonijiet użati għall-approvazzjoni tat-tip;”;

(iv)

jitħassru l-punti (19), (22), (23) u (24);

(v)

jitħassar it-tieni paragrafu;

(b)

il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Id-data dettaljata msemmija fil-punt 1a. għandha tittieħed miċ-ċertifikat ta’ konformità tal-karozza tal-passiġġieri rilevanti sakemm ma jkunx indikat mod ieħor fil-Parti B, it-Taqsima 2 A ta’ dan l-Anness.”;

(2)

fil-Parti B, it-Taqsima 2 A, it-tabella hija emendata kif ġej:

(a)

fl-ewwel kolonna, fl-ewwel entrata, l-intestatura “Referenza għall-punt 1 u 1a tal-Parti A” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Referenza għall-punt 1a tal-Parti A”;

(b)

tiddaħħal l-entrata (5a) li ġejja:

“(5a)

Identifikatur tal-Familja tat-tagħbija fit-triq jew identifikatur tal-Familja tal-Matriċi tat-tagħbija fit-triq

0.2.3.4.

0.2.3.5”;

(c)

tiddaħħal l-entrata (9a) li ġejja:

“(9a)

Karattru li jikkorrispondi għad-dispożizzjonijiet użati għall-approvazzjoni tat-tip

47”;

(d)

l-entrata (14) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(14)

It-tip ta’ fjuwil

26

Il-modalità tal-fjuwil

26.1

23 (fil-każ ta’ vetturi elettriċi bil-batterija)

23.1 (fil-każ ta’ vetturi elettriċi ibridi li jiġu ċċarġjati esternament)”;

(e)

jitħassru l-entrati (19)((19), (22), (23) u (24);

(f)

titħassar in-nota 4.


ANNESS III

L-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 1.1a huwa emendat kif ġej:

(i)

l-intestatura u l-formulazzjoni introduttorja huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.1a.

Ir-rapportar mill-Istati Membri dwar vetturi rreġistrati bħala vetturi N1

L-Istati Membri għandhom, għal kull sena kalendarja, jirreġistraw id-data dettaljata li ġejja għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida kompluta jew kompletata rreġistrata bħala vettura N1 fit-territorju tagħhom u għandhom jibagħtuha lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 7(2) fil-format stabbilit fil-Parti C, it-Taqsima 2a:”;

(ii)

il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

il-manifattur (fil-każ ta’ vetturi kompletati: il-manifattur tal-vettura bażi);”;

(iii)

jiddaħħal il-punt (5a) li ġej:

“(5a)

L-identifikatur tal-Familja tat-tagħbija fit-triq jew l-identifikatur tal-Familja tal-Matriċi tat-tagħbija fit-triq;”;

(iv)

jiddaħħal dan il-punt (7a) li ġej:

“(7a)

Vettura kompluta jew kompletata;”;

(v)

jiddaħħal il-punt (9a) li ġej:

“(9a)

Karattru li jikkorrispondi għad-dispożizzjonijiet użati għall-approvazzjoni tat-tip;”;

(vi)

il-punt (12) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(12)

Il-massa fi stat ta’ tħaddim tal-vettura kompluta jew kompletata;”;

(vii)

jiddaħħal il-punt (12a) li ġej:

“(12a)

Fil-każ ta’ vetturi kompletati, il-massa fi stat ta’ tħaddim tal-vettura bażi;”;

(viii)

jitħassru l-punti (19), (23), (24) u (25);

(ix)

jitħassar it-tieni paragrafu;

(b)

jitħassru l-punti 1.2.1. u 1.2.1.2a.;

(c)

il-punt 1.2.2. huwa emendat kif ġej:

(i)

il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għal kull vettura kompletata ġdida rrapportata mill-Istati Membri f’konformità mal-punt 1.1a., il-manifattur tal-vettura bażi għandu jirrapporta lill-Kummissjoni d-data speċifikata fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-punt għal kull vettura bażi bl-istess numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura bħal dak tal-vettura kompletata. Id-data għandha tiġi rrapportata fi żmien 3 xhur minn meta l-manifattur jiġi nnotifikat bid-data provviżorja f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(4).”;

(ii)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“identifikatur tal-familja tal-interpolazzjoni tal-vettura kif imsemmi fil-paragrafu 6.2.6 tar-Regolament 154 tan-NU”;

jitħassru l-punti (iv), (v) u (viii);

il-punt (vii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(vii)

il-massa fi stat ta’ tħaddim tal-vettura bażi inkompleta.”;

(iii)

fil-punt (b), il-punt (iv) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iv)

il-massa fi stat ta’ tħaddim tal-vettura bażi kompluta.”;

(d)

fil-punt 1.2.3, it-tieni paragrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Meta d-data msemmija fil-punt 1.2.2 ma tiġix irrapportata mill-manifattur tal-vettura bażi, l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 u l-massa fi stat ta’ tħaddim irrapportati mill-Istati Membri għall-vettura kompletata relatata, f’konformità mal-punt 1.1a., għandhom jintużaw biex jiġi ddeterminat jekk il-vettura taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifattur tal-vettura bażi kkonċernat.”;

(e)

il-punt 1.2.4 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Sa mill-bidu tas-sena kalendarja 2020, il-manifattur għandu jikkalkula l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ monitoraġġ għal kull waħda mill-vetturi bażi inkompleti individwali tiegħu, f’konformità mal-metodu ta’ interpolazzjoni msemmi fil-punt 3.2.3.2 jew 3.2.4 tal-Anness B7 tar-Regolament 154 tan-NU, billi juża l-istess metodu bħal dak applikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vettura bażi fir-rigward tal-emissjonijiet tagħha, fejn it-termini għandhom ikunu kif definiti f’dawk il-punti bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:”;

(ii)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Il-massa tal-vettura individwali

It-terminu “TMind” imsemmi fil-paragrafu 3.2.3.2.2.1 jew 3.2.4.1.1.1 tal-Anness B7 tar-Regolament 154 tan-NU għandu jiġi sostitwit bil-massa prestabbilita tal-vettura bażi, DMbase. Meta DMbase tkun anqas mill-massa tat-test tal-vehicle low tal-familja ta’ interpolazzjoni (TMl), TMind għandha tiġi sostitwita b’TMl. Meta DMbase tkun ogħla mill-massa tat-test tal-vehicle high tal-familja ta’ interpolazzjoni (TMH), TMind għandha tiġi sostitwita b’TMH.

DMbase għandha tiġi kkalkolata bil-formula li ġejja:

DMbase = MRObase × B0 + 25 kg + 0,28 × (TPMLM – MRObase × B0 – 25 kg)

Fejn:

MRObase

hija l-massa fi stat ta’ tħaddimtal-vettura bażi kif definita fil-paragrafu 3.2.5 tal-Anness tar-Regolament Nru 154 tan-NU;

B0

huwa l-valur tal-massa tal-karozzerija ta’ 1,375 sas-sena kalendarja 2022 u ta’ 1,351 għas-snin kalendarji 2023 sal-2034;

TPMLM

hija l-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli kif iddefinita fil-paragrafu 3.2.23 tar-Regolament 154 tan-NU.”;

(iii)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Reżistenza għad-dawrien tal-vettura individwali

Ir-reżistenza għad-dawrien tal-vettura bażi għandha tintuża għall-finijiet tal-paragrafu 3.2.3.2.2.2 jew 3.2.4.1.1.2 tal-Anness B7 tar-Regolament 154 tan-NU.”

(iv)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

L-influwenza ajrudinamika tal-vettura individwali

Fil-każ ta’ vettura bażi inkompleta li tappartjeni għal familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, il-manifattur għandu jiddetermina t-terminu ‘Af,ind’ imsemmi fil-paragrafu 3.2.4.1.1.3 tal-Anness B7 tar-Regolament 154 tan-NU f’konformità ma’ waħda mill-għażliet li ġejjin:

(i)

l-erja ta’ quddiem tal-vettura rappreżentattiva tal-familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, f’m2;

(ii)

il-valur medju tal-erja ta’ quddiem tal-vehicle high u tal-vehicle low tal-familja ta’ interpolazzjoni, f’m2;

(iii)

l-erja ta’ quddiem tal-vehicle high tal-familja ta’ interpolazzjoni, fil-każ li ma jintużax il-metodu ta’ interpolazzjoni, f’m2.

Fil-każ ta’ vettura bażi inkompleta li ma tkunx tappartjeni għal familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, it-terminu ‘f2,ind’ imsemmi fil-paragrafu 3.2.3.2.2.4 tal-Anness B7 tar-Regolament 154 tan-NU għandu jiġi stabbilit bħala ugwali għal wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

il-valur medju tat-termini ‘f2,L’ u ‘f2,H’ imsemmija f’dak il-punt;

(ii)

it-terminu ‘f2,H’ imsemmi f’dak il-punt.”;

(f)

il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Id-data dettaljata msemmija fil-punt 1.1.a. għandha tittieħed miċ-ċertifikat ta’ konformità tal-vettura kummerċjali ħafifa rilevanti sakemm ma jkunx indikat mod ieħor fil-Parti C, it-Taqsima 2a.”;

(2)

Il-Parti B titħassar;

(3)

fil-Parti C, it-Taqsima 2a hija emendata kif ġej:

(a)

l-intestatura tal-ewwel kolonna “Referenza għall-punt 1 u 1a tal-Parti A” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Referenza għall-Parti A, il-punt 1.1a”;

(b)

l-entrata (1) tinbidel b’dan li ġej:

“(1)

Isem il-manifattur (denominazzjoni standard tal-UE) (1)

L-isem assenjat mill-Kummissjoni

Isem il-manifattur (2)

0.5, jew fil-każ ta’ vetturi soġġetti għal approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji, 0.5.1 (isem il-manifattur tal-vettura bażi)”

(c)

tiddaħħal l-entrata (5a) li ġejja:

“(5a)

Identifikatur tal-Familja tat-tagħbija fit-triq jew identifikatur tal-Familja tal-Matriċi tat-tagħbija fit-triq

0.2.3.4.

0.2.3.5.”

(d)

tiddaħħal l-entrata (7a) li ġejja:

“(7a)

Vettura kompluta jew kompletata

0.4”

(e)

tiddaħħal l-entrata (9a) li ġejja:

“(9a)

Karattru li jikkorrispondi għad-dispożizzjonijiet użati għall-approvazzjoni tat-tip

47”

(f)

l-entrata (12) tinbidel b’dan li ġej:

“(12)

Massa fi stat ta’ tħaddim tal-vettura kompluta jew kompletata

13”

(g)

tiddaħħal l-entrata (12a) li ġejja:

“(12a)

Massa fi stat ta’ tħaddimtal-vettura bażi (fil-każ ta’ vettura kompletata)

14”

(h)

l-entrata (14) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(14)

It-tip ta’ fjuwil

26

Il-modalità tal-fjuwil

26.1

23 (fil-każ ta’ vetturi elettriċi bil-batterija)

23.1 (fil-każ ta’ vetturi elettriċi ibridi li jiġu ċċarġjati esternament)”

(i)

l-entrata (22) tinbidel b’dan li ġej:

“(22)

Massa massima mgħobbija teknikament permissibbli (TPMLM)

16.1”

(j)

jitħassru l-entrati (19), (23), (24) u (25);

(k)

in-nota 4 titħassar.


DEĊIŻJONIJIET

16.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/11


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1635

tal-14 ta’ Awwissu 2023

li timplimenta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/74 li tistabbilixxi l-lista ta’ programmi Interreg u li tindika l-ammont kumplessiv tal-appoġġ totali mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u minn kull strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għal kull programm u l-lista tal-ammonti trasferiti bejn il-fergħat fl-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-perjodu mill-2021 sal-2027

(notifikata bid-dokument C(2023) 5459)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u minn strumenti ta’ finanzjament estern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 115(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (2),

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/74 (3),il-Kummissjoni stabbiliet il-lista tal-programmi Interreg u indikat l-ammont globali tal-appoġġ totali mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“il-FEŻR”) u, fejn applikabbli, l-appoġġ totali minn kull strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għal kull programm, imqassam skont l-Istat Membru għall-perjodu mill-2021 sal-2027.

(2)

L-aggressjoni militari reċenti bla ġustifikazzjoni u provokazzjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna u l-kunflitt armat li għaddej biddlu b’mod fundamentali s-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Ewropa. Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Frar 2022, il-Kunsill Ewropew ikkundanna l-aggressjoni militari kontra l-Ukrajna kif ukoll l-involviment tal-Belarussja f’dik l-aggressjoni.

(3)

B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ssospendiet it-tħejjija tal-programmi Interreg bejn l-Unjoni u l-Federazzjoni Russa u l-Belarussja rispettivament, u l-Unjoni imponiet sensiela ta’ sanzjonijiet kontra ż-żewġ pajjiżi. L-ammonti globali għall-2022 li ġew allokati għall-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera Interreg li għalihom it-tħejjija ġiet sospiża, tqassmu mill-ġdid lil programmi Interreg oħra fl-2022 skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2021/1059.

(4)

Minħabba l-kontinwazzjoni tal-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, is-sitwazzjoni attwali tal-programmi li kellhom jinvolvu lill-Federazzjoni Russa u lill-Belarussja hija kkaratterizzata mill-bidla fundamentali fir-relazzjonijiet mal-Federazzjoni Russa u mal-Belarussja li teskludi li l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ kooperazzjoni magħhom jistgħu jiġu stabbiliti mill-ġdid skont il-kundizzjonijiet u fil-perjodi ta’ żmien antiċipati mir-Regolament (UE) 2021/1059.

(5)

Għalhekk, l-Istati Membri affettwati u l-Kummissjoni qablu li ma jsegwux it-tħejjija tal-programmi Interreg mal-Federazzjoni Russa u l-Belarussja fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027. Il-programmi previsti inizjalment għalhekk jenħtieġ li jitħassru mil-lista ta’ programmi Interreg li jirċievu appoġġ. Għall-istess raġunijiet il-parteċipazzjoni inizjalment ippjanata tal-Federazzjoni Russa u tal-Belarussja f’żewġ programmi transnazzjonali jenħtieġ li tiġi kkanċellata.

(6)

F’dan il-kuntest, l-allokazzjonijiet allokati għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu sal-2027 għall-programmi mal-Federazzjoni Russa u l-Belarussja li mhux se jiġu approvati f’dak il-perjodu jenħtieġ li jerġgħu jitqassmu fi programmi Interreg eżistenti oħra f’pass wieħed. Ir-ridistribuzzjoni tista’ tikkonsisti b’mod partikolari fiċ-ċaqliq tar-riżorsi allokati tal-FEŻR għal programm Interreg ieħor appoġġat ukoll mill-fondi tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni allokati għall-kooperazzjoni transfruntiera (IPA III CBC) jew mill-fondi tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali allokati għall-kooperazzjoni transfruntiera għaż-żona ġeografika tal-viċinat (NDICI-CBC) jew għal programmi Interreg transfruntiera interni li fihom jipparteċipa l-Istat Membru kkonċernat.

(7)

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) 2021/1059, xi Stati Membri infurmaw lill-Kummissjoni dwar il-modifika tad-distribuzzjoni indikata inizjalment tas-sehem tagħhom għal kull programm li jipparteċipaw fih. L-ammonti aġġornati jenħtieġ li jiġu riflessi wkoll f’din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, wara d-deċiżjoni ta’ żewġ programmi transnazzjonali li jespandu l-kopertura ġeografika għal pajjiżi oħra, l-Anness III jenħtieġ li jiġi aġġornat.

(8)

Għaldaqstant, abbażi tal-informazzjoni kollha kkomunikata mill-Istati Membri kkonċernati, għaldaqstant, il-lista tal-programmi Interreg u l-ammont globali tal-appoġġ totali mill-FEŻR jenħtieġ li jiġu aġġornati, u fejn applikabbli l-appoġġ totali minn kull strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għal kull programm jitqassmu skont l-Istat Membru.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/74 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/74 hija emendata kif ġej:

1.

l-Anness I huwa sostitwit bl-Anness I għal din id-Deċiżjoni;

2.

L-Anness II huwa sostitwit bl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni;

3.

l-Anness III huwa sostitwit mill-Anness III għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Awwissu 2023.

Għall-Kummissjoni

Elisa FERREIRA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 231, 30.6.2021, p. 94.

(2)  ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/74 tas-17 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi l-lista ta’ programmi Interreg u li jindika l-ammont kumplessiv tal-appoġġ totali mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u minn kull strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għal kull programm u l-lista tal-ammonti trasferiti bejn il-fergħat fl-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-perjodu mill-2021 sal-2027 (ĠU L 12, 19.1.2022, p. 151).


ANNESS I

“ANNESS I

Lista ta’ programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera b’indikazzjoni tal-ammont kumplessiv tal-appoġġ totali mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mill-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III) u mill-Istrument tal-Viċinat għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali (Neighbourhood Development and International Cooperation Instrument, NDICI)

Le

CCI

Isem il-programm

Stati Membri

Stati mhux membri

FEŻR globali kontribuzzjoni

IPA II kontribuzzjoni

NDICI kontribuzzjoni

Totali

1

2021TC16RFCB001

(Interreg VI-A) Maas-Rijn/Meuse-Rhin/Maas-Rhein (NL-BE-DE)

NL BE DE

 

125 677 095

 

 

125 677 095

2

2021TC16RFCB002

(Interreg VI-A) L-Awstrija — iċ-Ċekja

AT CZ

 

86 821 148

 

 

86 821 148

3

2021TC16RFCB003

(Interreg VI-A) Is-Slovakkja-L-Awstrija

SK AT

 

55 500 000

 

 

55 500 000

4

2021TC16RFCB004

(Interreg VI-A) L-Awstrija-Il-Ġermanja/Il-Bavarja

AT DE

 

61 547 037

 

 

61 547 037

5

2021TC16RFCB005

(Interreg VI-A) Spanja-Il-Portugall (POCTEP)

ES PT

 

320 622 726

 

 

320 622 726

6

2021TC16RFCB006

(Interreg VI-A) Spanja-Franza-Andorra (POCTEFA)

ES FR

AD

243 079 964

 

 

243 079 964

7

2021TC16RFCB007

(Interreg VI-A) L-Ungerija-Il-Kroazja

HU HR

 

58 070 103

 

 

58 070 103

8

2021TC16RFCB008

(Interreg VI-A) Il-Ġermanja/Il-Bavarja-Iċ-Ċekja

DE CZ

 

99 064 772

 

 

99 064 772

9

2021TC16RFCB009

(Interreg VI-A) L-Awstrija-L-Ungerija

AT HU

 

49 561 200

 

 

49 561 200

10

2021TC16RFCB010

(Interreg VI-A) Il-Ġermanja/Brandenburg-Il-Polonja

DE PL

 

88 300 000

 

 

88 300 000

11

2021TC16RFCB011

(Interreg VI-A) Il-Polonja-Is-Slovakkja

PL SK

 

132 526 462

 

 

132 526 462

12

2021TC16RFCB012

(Interreg VI-A) Il-Polonja-Id-Danimarka-Il-Ġermanja-Il-Litwanja-L-Iżvezja (Il-Baltiku tan-Nofsinhar)

PL DK DE LT SE

 

93 802 411

 

 

93 802 411

13

2021TC16RFCB013

(Interreg VI-A) Il-Finlandja-L-Estonja-Il-Latvja-L-Iżvezja (Il-Baltiku Ċentrali)

FI EE LV SE

 

162 499 043

 

 

162 499 043

14

2021TC16RFCB014

(Interreg VI-A) L-Ungerija-Is-Slovakkja

HU SK

 

133 270 755

 

 

133 270 755

15

2021TC16RFCB015

(Interreg VI-A) L-Iżvezja-In-Norveġja

SE

NO

47 200 000

 

 

47 200 000

16

2021TC16RFCB016

(Interreg VI-A) Il-Ġermanja/IIs-Sassonja-Iċ-Ċekja

DE CZ

 

152 364 968

 

 

152 364 968

17

2021TC16RFCB017

(Interreg VI-A) Il-Polonja-Il-Ġermanja/Is-Sassonja

PL DE

 

60 275 000

 

 

60 275 000

18

2021TC16RFCB018

(Interreg VI-A) Il-Ġermanja/Mecklenburg-Pomeranja tal-Punent/Brandenburg - Il-Polonja

DE PL

 

124 580 000

 

 

124 580 000

19

2021TC16RFCB019

(Interreg VI-A) Il-Greċja-L-Italja

EL IT

 

79 582 928

 

 

79 582 928

20

2021TC16RFCB020

(Interreg VI-A) Ir-Rumanija-Il-Bulgarija

RO BG

 

163 497 401

 

 

163 497 401

21

2021TC16RFCB021

(Interreg VI-A) Il-Greċja-Il-Bulgarija

EL BG

 

67 162 945

 

 

67 162 945

22

2021TC16RFCB022

(Interreg VI-A) Il-Ġermanja-In-Netherlands

DE NL

 

240 775 132

 

 

240 775 132

23

2021TC16RFCB023

(Interreg VI-A) Il-Ġermanja - L-Awstrija - L-Iżvizzera - Il-Liechtenstein (Alpenrhein-Bodensee-Hochrhein)

DE AT

CH LI

47 569 062

 

 

47 569 062

24

2021TC16RFCB024

(Interreg VI-A) Iċ-Ċekja-Il-Polonja

Iċ-Ċekja u l-Polonja

 

178 870 508

 

 

178 870 508

25

2021TC16RFCB025

(Interreg VI-A) L-Iżvezja - Id-Danimarka - In-Norveġja (Öresund-Kattegat-Skagerrak)

SE

NO

141 300 000

 

 

141 300 000

26

2021TC16RFCB026

(Interreg VI-A) Il-Latvja-Il-Litwanja

LV LT

 

45 926 498

 

 

45 926 498

27

2021TC16RFCB027

(Interreg VI-A) L-Iżvezja-Il-Finlandja-In-Norveġja (AURORA)

SE

NO

125 314 359

 

 

125 314 359

28

2021TC16RFCB028

(Interreg VI-A) Is-Slovenja-Il-Kroazja

SI HR

 

41 844 493

 

 

41 844 493

29

2021TC16RFCB029

(Interreg VI-A) Is-Slovakkja-Iċ-Ċekja

SK CZ

 

85 323 597

 

 

85 323 597

30

2021TC16RFCB030

(Interreg VI-A) Il-Litwanja-Il-Polonja

LT PL

 

99 681 967

 

 

99 681 967

31

2021TC16RFCB031

(Interreg VI-A) L-Italja-Franza (Marittima)

IT FR

 

154 636 861

 

 

154 636 861

32

2021TC16RFCB032

(Interreg VI-A) Franza-L-Italja (ALCOTRA)

FR IT

 

182 330 487

 

 

182 330 487

33

2021TC16RFCB033

(Interreg VI-A) L-Italja-L-Iżvizzera

IT

CH

82 346 673

 

 

82 346 673

34

2021TC16RFCB034

(Interreg VI-A) L-Italja-Is-Slovenja

IT SI

 

70 898 662

 

 

70 898 662

35

2021TC16RFCB035

(Interreg VI-A) L-Italja-Malta

IT MT

 

46 083 225

 

 

46 083 225

36

2021TC16RFCB036

(Interreg VI-A) Franza-Il-Ġermanja-L-Iżvizzera (Ir-Renu ta’ Fuq)

FR DE

CH

125 117 615

 

 

125 117 615

37

2021TC16RFCB037

(Interreg VI-A) Franza-L-Iżvizzera

FR

CH

69 766 796

 

 

69 766 796

38

2021TC16RFCB038

(Interreg VI-A) L-Italja-Il-Kroazja

IT HR

 

178 179 438

 

 

178 179 438

39

2021TC16RFCB039

(Interreg VI-A) Il-Belġju-Franza (Il-Wallonja-Fjandri-Franza)

BE FR

 

286 882 570

 

 

286 882 570

40

2021TC16RFCB040

(Interreg VI-A) Franza - Il-Belġju - Il-Ġermanja - Il-Lussemburgu (Grande Région/Großregion)

FR BE DE LU

 

181 942 401

 

 

181 942 401

41

2021TC16RFCB041

(Interreg VI-A) Il-Belġju-in-Netherlands (Fjandri-Nederland)

BE NL

 

205 405 605

 

 

205 405 605

42

2021TC16RFCB042

(Interreg VI-A) Ir-Rumanija-L-Ungerija

RO HU

 

140 752 020

 

 

140 752 020

43

2021TC16RFCB043

(Interreg VI-A) L-Estonja-Il-Latvja

EE LV

 

27 868 129

 

 

27 868 129

44

2021TC16RFCB044

(Interreg VI-A) L-Italja-L-Awstrija

IT AT

 

73 071 805

 

 

73 071 805

45

2021TC16RFCB045

(Interreg VI-A) Is-Slovenja-L-Ungerija

SI HU

 

14 109 017

 

 

14 109 017

46

2021TC16RFCB046

(Interreg VI-A) Is-Slovenja-L-Awstrija

SI AT

 

45 846 198

 

 

45 846 198

47

2021TC16RFCB047

(Interreg VI-A) Il-Greċja-Ċipru

EL CY

 

45 991 214

 

 

45 991 214

48

2021TC16RFCB048

(Interreg VI-A) Il-Ġermanja-Id-Danimarka

DE DK

 

93 771 505

 

 

93 771 505

49

2014TC16RFPC001

PEACE PLUS — L-Irlanda ta’ Fuq/Ir-Renju Unit

IE

UK

234 474 919

 

 

234 474 919

50

2021TC16IPCB006

(Interreg VI-A) IPA Il-Bulgarija-ll-Maċedonja ta’ Fuq

BG

MK

12 916 849

13 562 691

 

26 479 540

51

2021TC16IPCB007

(Interreg VI-A) IPA Il-Bulgarija ls-Serbja

BG

RS

15 804 360

16 594 578

 

32 398 938

52

2021TC16IPCB005

(Interreg VI-A) IPA Il-Bulgarija lt-Türkiye

BG

TR

14 269 738

14 983 225

 

29 252 963

53

2021TC16IPCB003

(Interreg VI-A) IPA Il-Kroazja Is-Serbja

HR

RS

18 673 977

19 607 676

 

38 281 653

54

2021TC16IPCB004

(Interreg VI-A) IPA Il-Kroazja-Il-Bożnija-Ħerzegovina-Il-Montenegro

HR

BA ME

57 407 658

60 278 041

 

117 685 699

55

2021TC16IPCB010

(Interreg VI-A) IPA Il-Greċja L-Albanija

EL

AL

13 000 000

13 650 000

 

26 650 000

56

2021TC16IPCB009

(Interreg VI-A) IPA Il-Greċja Il-Maċedonja ta’ Fuq

EL

MK

13 000 000

13 650 000

 

26 650 000

57

2021TC16IPCB001

(Interreg VI-A) IPA L-Ungerija Is-Serbja

HU

RS

31 000 000

32 550 000

 

63 550 000

58

2021TC16IPCB008

(Interreg VI-A) IPA L-Italja L-Albanija Il-Montenegro (Adrijatiku tan-Nofsinhar)

IT

AL ME

32 695 846

34 330 638

 

67 026 484

59

2021TC16IPCB002

(Interreg VI-A) IPA Ir-Rumanija Is-Serbja

RO

RS

36 374 062

38 192 765

 

74 566 827

60

2021TC16NXCB010

(Interreg VI-A) NEXT L-Ungerija Is-Slovakkja Ir-Rumanija L-Ukrajna

HU SK RO

UA

30 998 055

 

52 183 994

83 182 049

61

2021TC16NXCB013

(Interreg VI-A) NEXT L-Italja It-Tuneżija

IT

TN

16 010 314

 

16 330 520

32 340 834

62

2021TC16NXCB009

(Interreg VI-A) NEXT Il-Polonja L-Ukrajna

PL

UA

87 900 000

 

147 976 156

235 876 156

63

2021TC16NXCB011

(Interreg VI-A) NEXT Ir-Rumanija Ir-Repubblika tal-Moldova

RO

MD

36 250 000

 

61 025 434

97 275 434

64

2021TC16NXCB012

(Interreg VI-A) NEXT Ir-Rumanija L-Ukrajna

RO

UA

25 350 000

 

42 675 717

68 025 717

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali:

6 112 737 573

257 399 614

320 191 821

6 690 329 008

”.

ANNESS

“ANNESS II

Lista ta’ programmi ta’ kooperazzjoni tranżnazzjonali b’indikazzjoni tal-ammont kumplessiv tal-appoġġ totali mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mill-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III) u mill-Istrument tal-Viċinat għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali (Neighbourhood Development and International Cooperation Instrument, NDICI)

NRU

CCI

Isem il-programm

Stati Membri

Stati mhux membri

FEŻR globali kontribuzzjoni

IPA III kontribuzzjoni

NDICI kontribuzzjoni

Totali

1

2021TC16IPTN001

(Interreg VI-B) Adrijatiku-Jonju

EL HR IT SI

AL BA ME RS SM MK

65 848 129

70 840 386

 

136 688 515

2

2021TC16RFTN001

(Interreg VI-B) Spazju Alpin

DE FR IT AT SI

CH LI

107 051 188

 

 

107 051 188

3

2021TC16RFTN002

(Interreg VI-B) Żona Atlantika

ES FR PT IE

 

113 075 964

 

 

113 075 964

4

2021TC16FFTN003

(Interreg VI-B) Ir-Reġjun tal-Baħar Baltiku

DE DK EE LV LT PL FI SE

NO

250 984 823

 

 

250 984 823

5

2021TC16RFTN003

(Interreg VI-B) L-Ewropa Ċentrali

CZ DE IT HR HU AT PL SI SK

 

224 623 802

 

 

224 623 802

6

2021TC16FFTN004

(Interreg VI-B) Id-Danubju

AT BG CZ DE HR HU RO SI SK

BA ME RS MD UA

165 424 228

30 000 000

29 179 524

224 603 752

7

2021TC16FFTN001

(Interreg VI-B) Ewro Mediterranju (EURO MED)

BG EL ES FR HR IT CY MT PT SI

ME MK AL BA

216 559 226

18 340 000

 

234 899 226

8

2021TC16FFTN005

(Interreg VI-B) Il-Periferija tat-Tramuntana u l-Artiku

IE FI SE

FO GL IS NO

43 716 415

 

 

43 716 415

9

2021TC16RFTN004

(Interreg VI-B) Il-Baħar tat-Tramuntana

BE DK DE FR NL SE

NO

171 154 311

 

 

171 154 311

10

2021TC16RFTN005

(Interreg VI-B) Il-Majjistral tal-Ewropa

BE DE FR IE NL LU

CH

310 480 455

 

 

310 480 455

11

2021TC16RFTN006

(Interreg VI-B) L-Ewropa tal-Lbiċ (SUDOE)

ES FR PT

AD

125 237 199

 

 

125 237 199

12

2021TC16NXTN001

(Interreg VI-B) Il-Baċir tal-Baħar Mediterran NEXT (NEXT MED)

EL ES FR IT MT CY PT

TR DZ EG IL JO LB PS TN

96 199 962

9 500 000

157 394 763

263 094 725

13

2021TC16NXTN003

(Interreg VI-B) Nofs l-Atlantiku NEXT

ES PT

MA

36 123 317

 

36 418 825

72 542 142

14

2021TC16NXTN002

(Interreg VI-B) Il-Baċir tal-Baħar l-Iswed NEXT

BG EL RO

TR UA AM GE MD

14 552 489

9 500 000

60 958 067

85 010 556

Totali:

1 941 031 508

138 180 386

283 951 179

2 363 163 073

”.

ANNESS

“ANNESS III

Lista ta’ programmi ta’ kooperazzjoni interreġjonali b’indikazzjoni tal-ammont kumplessiv tal-appoġġ totali mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), u mill-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III) u mill-Istrument tal-Viċinat għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali (Neighbourhood Development and International Cooperation Instrument, NDICI)

Le

CCI

Isem il-programm

Stati Membri

Stati mhux membri

FEŻR globali kontribuzzjoni

IPA III kontribuzzjoni

NDICI kontribuzzjoni

Totali

1

2021TC16RFIR001

(Interreg VI-C) lnterreg Ewropa

L-Istati Membri kollha

NO CH UA MD

AL BA ME MK RS

379 482 670

 

5 000 000

384 482 670

2

2021TC16FFIR001

(Interreg VI-C) Urbact IV

L-Istati Membri kollha

NO CH UA MD

AL BA ME MK RS

79 769 799

5 000 000

2 000 000

86 769 799

3

2021TC16RFIR004

(Interreg VI-C) Il-Programm ta’ Kooperazzjoni ESPON 2030

L-Istati Membri kollha

NO CH IS LI

48 000 000

 

 

48 000 000

4

2021TC16RFIR002

(Interreg VI-C) Interact

L-Istati Membri kollha

NO CH

45 000 000

 

 

45 000 000

Totali:

552 252 469

5 000 000

7 000 000

564 252 469

”.