|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1605 tat-22 ta’ Mejju 2023 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ punti ta’ tmiem fil-katina tal-manifattura ta’ ċerti fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija ( 1 ) |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1608 tat-30 ta’ Mejju 2023 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-elenkar tal-aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħi tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS ( 1 ) |
|
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
8.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1605
tat-22 ta’ Mejju 2023
li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ punti ta’ tmiem fil-katina tal-manifattura ta’ ċerti fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistabbilixxi r-regoli dwar is-saħħa pubblika u dik tal-annimali għall-prodotti derivati biex jiġu milqugħa minn qabel u mminimizzati r-riskji għas-saħħa pubblika u dik tal-annimali li ġejjin minn dawn il-prodotti, u b’mod partikolari biex titħares is-sikurezza tal-katina tal-ikel u tal-għalf. B’mod aktar speċifiku, dan jistabbilixxi regoli fir-rigward tat-trattament sikur, u l-ipproċessar jew it-trasformazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fi prodotti derivati, inklużi regoli għat-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija. Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jipprevedi li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tiddetermina l-punti ta’ tmiem fil-katina tal-manifattura, li lil hinn minnhom ċerti prodotti derivati ma jibqgħux aktar soġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE. Dak ir-Regolament ma japplikax għal prodotti derivati li huma soġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 meta jsiru disponibbli fis-suq. Skont ir-Regolament (UE) 2019/1009, ċerti prodotti derivati jistgħu jsiru, jew ikunu parti minn, prodott fertilizzanti tal-UE dment li jintlaħaq punt ta’ tmiem fil-katina tal-manifattura tal-prodott derivat, u b’hekk tiġi żgurata s-sikurezza tas-saħħa pubblika u tal-annimali. Dawk il-prodotti derivati, li laħqu punt ta’ tmiem fil-katina tal-manifattura ta’ ċerti fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija, mhux se jibqgħu soġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u se jaqgħu biss fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1009. |
|
(3) |
Fit-2 ta’ Diċembru 2021, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ppubblikat Opinjoni Xjentifika “Inactivation of indicator microorganisms and biological hazards by standard and/or alternative processing methods in Category 2 and 3 animal by-products and derived products to be used as organic fertilisers and/or soil improvers” (3) (l-Opinjoni Xjentifika tal-EFSA tat-2 ta’ Diċembru 2021). Skont dik l-Opinjoni Xjentifika, l-irmied tal-materjali tal-Kategoriji 2 u 3 li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (4), il-gliċerina tal-materjali tal-Kategoriji 2 u 3, u l-materjali oħra tal-Kategorija 2 derivati mill-produzzjoni tal-bijodiżil f’konformità ma’ metodi alternattivi għall-produzzjoni tal-bijodiżil jew tal-fjuwils rinnovabbli stipulati fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament, jirrappreżentaw riskju baxx għas-saħħa pubblika u tal-annimali minħabba pproċessar sikur. Jista’ jiġi ddeterminat punt ta’ tmiem fil-katina tal-manifattura ta’ dawk il-prodotti derivati. Dawk il-prodotti derivati jenħtieġ li jilħqu l-punt ta’ tmiem jekk jintużaw bħala materjal komponent f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1009. |
|
(4) |
Ċerti prodotti derivati mhumiex inklużi fl-Opinjoni Xjentifika tal-EFSA tat-2 ta’ Diċembru 2021 peress li dan l-aħħar ġew ivvalutati minn Opinjonijiet Xjentifiċi oħra tal-EFSA. Fl-2015, ir-residwi tad-diġestjoni tal-kompost u tal-bijogass soġġetti għall-parametri standard tat-trasformazzjoni ġew ivvalutati bħala sikuri fl-Opinjoni Xjentifika tal-EFSA tat-13 ta’ Novembru, 2015“Risk to public and/or animal health of the treatment of dead-in-shell chicks (Category 2 material) to be used as raw material for the production of biogas or compost with Category 3 approved method” (5). Opinjoni Xjentifika tal-EFSA dwar ir-reviżjoni tal-valutazzjoni kwantitattiva tar-riskju (QRA) tar-riskju tal-BSE ppreżentat mill-proteini pproċessati tal-annimali (PAP) (6) ġiet adottata fis-17 ta’ Lulju 2018 għall-fini tar-reviżjoni parzjali tal-projbizzjoni tal-għalf stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Id-demel ipproċessat ġie vvalutat mill-Opinjoni Xjentifika tal-EFSA tas-27 ta’ April 2021“Ability of different matrices to transmit African swine fever virus” (8) li tinkludi valutazzjoni tas-sikurezza tas-saħħa tal-annimali tat-trattament bis-sħana għad-demel ipproċessat. |
|
(5) |
Ċerti fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija jeħtieġu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju biex jintlaħaq punt ta’ tmiem fil-katina tal-manifattura biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni tal-għalf stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 999/2001. Skont ir-Regolament (UE) Nru 142/2011, uħud minn dawk il-fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija huma meħtieġa li jitħalltu ma’ komponent li jeskludi l-użu sussegwenti tat-taħlita għal skopijiet ta’ għalf biex tiġi evitata l-introduzzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu permezz ta’ fertilizzanti fil-katina tal-għalf għall-annimali mrobbija fl-irziezet. Huwa xieraq li tiġi introdotta kombinazzjoni tal-miżuri eżistenti ta’ mitigazzjoni tar-riskju stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 142/2011, abbażi tal-imballaġġ, it-tikkettar u l-kompożizzjoni. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-prodotti derivati jitqiesu li jkunu laħqu l-punt ta’ tmiem biss jekk jiġu manifatturati f’impjant tal-fertilizzanti fl-Unjoni li jkun approvat f’konformità mal-Artikolu 24(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. L-impjant tal-fertilizzanti approvat huwa l-aħħar punt fil-katina tal-manifattura fejn il-prodotti derivati huma soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u l-post fejn isiru, wara li jilħqu punt ta’ tmiem, soġġetti biss għal dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jiddetermina l-punti ta’ tmiem fil-katina tal-manifattura għal fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija immanifatturati fl-Unjoni, fejn ma jibqgħux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, dment li jintużaw bħala materjali komponenti fi prodotti fertilizzanti tal-UE f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1009.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.
Japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
1. |
“ prodott fertilizzanti tal-UE” tfisser prodott fertilizzanti kif definit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2019/1009; |
|
2. |
“punt ta’ tmiem” tfisser punt ta’ tmiem fil-katina tal-manifattura, li lil hinn minnu prodott derivat ma jibqax soġġett għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. |
Artikolu 3
Punt ta’ tmiem għal ċerti fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija
Il-prodotti derivati li ġejjin, minbarra dawk importati fl-Unjoni, meta jiġu manifatturati f’impjant tal-fertilizzanti approvat f’konformità mal-Artikolu 24(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, għandhom jitqiesu li laħqu l-punt ta’ tmiem bħala fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija:
|
(a) |
irmied miksub minn materjali tal-Kategoriji 2 u 3 li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 142/2011; |
|
(b) |
residwi li jirriżultaw mit-trasformazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali f’impjant tal-bijogass li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 142/2011:
|
|
(c) |
kompost, li jissodisfa r-rekwiżiti, li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 142/2011:
|
|
(d) |
demel ipproċessat u frass ipproċessat li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu I, it-Taqsima 2, il-punti (a), (b), (d) u (e), tal-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
Artikolu 4
Punt ta’ tmiem għal ċerti fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija bil-kundizzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju
1. Il-prodotti derivati li ġejjin, minbarra dawk importati fl-Unjoni, meta jiġu manifatturati f’impjant tal-fertilizzanti approvat f’konformità mal-Artikolu 24(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, għandhom jitqiesu li laħqu l-punt ta’ tmiem bħala fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija jekk qed jintuża mhux aktar minn 5 % tal volum fil-prodott fertilizzant tal-UE:
|
(a) |
gliċerina ta’ materjali tal-Kategoriji 2 u 3, u materjal ieħor tal-Kategorija 2 li jirriżulta mill-proċess tal-bijodiżil u mill-produzzjoni ta’ fjuwils rinnovabbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 3, il-punt 2(b), (c) u (f) tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011; |
|
(b) |
materjali tal-Kategorija 3 minbarra il-gliċerina, li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 3, il-punt 2(b), (c) u (f) tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011; |
|
(c) |
proteina pproċessata tal-annimali ta’ materjali tal-Kategorija 3 li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi għall-proteina pproċessata tal-annimali stabbiliti fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, il-punt A, il-punt B(1) u (2), il-punt B(3)(a) u il-punt C, tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011; |
|
(d) |
taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna ta’ materjali tal-Kategorija 2 ipproċessati bil-metodu standard ta’ pproċessar 1 stabbilit fil-Kapitolu III, il-punt A, tal-Anness IV u mmarkati bi gliċeroltriħeptanoat (GTH) kif stabbilit fil-Kapitolu V tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011; |
|
(e) |
prodotti tad-demm ta’ materjali tal-Kategorija 3 li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti tad-demm stabbiliti fil-Kapitolu II, it-Taqsima 2, tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011; |
|
(f) |
proteina idrolizzata, inkluża proteina idrolizzata derivata minn residwi li ġejjin mill-industrija tal-ġilda jew tat-tessuti, li tissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi għall-proteina idrolizzata stabbiliti fil-Kapitolu II, it-Taqsima 5, il-punt D, tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011; |
|
(g) |
fosfat tad-dikalċju u fosfat tat-trikalċju li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fil-Kapitolu II, it-Taqsima 6 jew 7, tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, rispettivament; |
|
(h) |
qrun, prodotti mill-qrun, qwieqeb u prodotti mill-qwieqeb li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fil-Kapitolu XII tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
2. Il-prodotti derivati msemmija fil-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu li jkunu preżenti fil-prodott fertilizzanti tal-UE f’aktar minn 5 % skont il-volum għandhom jitqiesu li jkunu laħqu l-punt ta’ tmiem bħala fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija jekk ikunu ppakkjati f’pakketti lesti għall-bejgħ mill-utent aħħari, bit-tikketta f’konformità mar-rekwiżiti tat-tikkettar għall-prodotti fertilizzanti tal-UE li jkun fihom prodotti derivati stipulati fil-Parti I tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/1009 u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew fil-punt (b) li ġej:
|
(a) |
il-pakketti ma jiżnux aktar minn 50 kg; jew |
|
(b) |
il-pakketti ma jiżnux aktar minn 1 000 kg li minnhom mill-inqas 10 % fil-volum huwa wieħed minn dawn li ġejjin:
|
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1).
(3) EFSA Journal 2021;19(12):6932.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
(5) EFSA Journal 2015;13(11):4306.
(6) https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2018.5314 (EFSA Journal 2018;16(7):5314).
(7) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).
(8) EFSA Journal 2021;19(4): 6558.
|
8.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/6 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1606
tat-30 ta’ Mejju 2023
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/33 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-inbid u dwar il-preżentazzjoni ta’ dettalji obbligatorji għall-prodotti tad-dwieli u regoli speċifiċi għall-indikazzjoni u għad-denominazzjoni ta’ ingredjenti għall-prodotti tad-dwieli, u r-Regolament Delegat (UE) 2018/273 fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni ta’ prodotti tal-inbid importati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 89, l-Artikolu 109(3), il-punt (b) u l-Artikolu 122 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(2) |
Fil-kuntest ta’ dik l-emenda, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 10, 12, 14, 15, 20 u 22 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (3) iddaħħlu fl-Artikolu 96(5) u (6), fl-Artikolu 97(2), fl-Artikolu 98(2), (3), (4) u (5), U l-Artikoli 105, 106 u 106a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(3) |
B’mod partikolari, l-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 ma għadux utli peress li jistabbilixxi proċedura speċifika għall-approvazzjoni ta’ emendi tal-Unjoni għal Speċifikazzjoni ta’ Prodott — li tippermetti l-approvazzjonijiet tagħhom mingħajr vot tal-Kumitat f’każ li ma tiġi ppreżentata l-ebda oppożizzjoni kontra dik l-emenda wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea — li issa saret il-proċedura standard għar-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew ta’ indikazzjoni ġeografika protetta skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, iżda wkoll għall-approvazzjoni tal-emendi tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott skont l-Artikolu 105(3), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(4) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u faċilità tal-użu għall-operaturi, l-Artikoli 6, 10, 12, 14, 15, 20 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 jenħtieġ li jitħassru u jenħtieġ li r-referenzi għal dawk l-Artikoli jinbidlu. |
|
(5) |
Wara ż-żieda ta’ paragrafu 3 ġdid fl-Artikolu 97 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 bir-Regolament (UE) 2021/2117, il-paragrafu 3 eżistenti ta’ dak l-Artikolu sar il-paragrafu 4. Wara ż-żieda ta’ punti ġodda, il-punti (a)(iii) u (b)(iii) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 saru l-punti (a)(iv) u (b)(iv) ta’ dak l-Artikolu rispettivament. Ir-referenzi fl-Artikolu 5(1), (2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 għall-punti (a)(iii) u (b)(iii) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-referenzi fil-punt (c)(iii) tal-Artikolu 11(1) u fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 għall-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jenħtieġ li jiġu aġġustati kif xieraq. |
|
(6) |
L-Anness III, it-Taqsima B, il-punt 3, it-tieni paragrafu tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 (4) jipprevedi li fir-rigward tal-inbejjed likuri bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Condado de Huelva”, “Malaga” u “Jerez-Xérès-Sherry”, il-most ta’ għeneb imqadded li miegħu jkun ġie miżjud alkoħol newtrali li joriġina mid-dwieli biex tiġi evitata l-fermentazzjoni, miksub mill-varjetà ta’ dwieli Pedro Ximénez, jista’ jiġi mir-reġjun “Montilla-Moriles”. Madankollu, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 attwalment jiddikjara li din id-deroga tapplika biss għall-inbejjed likuri bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Malaga” u “Jerez-Xérès-Sherry”. Biex tiġi żgurata l-konsistenza mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2019/934 u mal-ispeċifikazzjonijiet tal-inbejjed likuri li għandhom id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Condado de Huelva”, huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 u li jiġi ċċarat li d-deroga dwar il-provenjenza tal-most ta’ għeneb imqadded li miegħu jkun żdied alkoħol newtrali ta’ oriġini mid-dwieli biex tiġi evitata l-fermentazzjoni tapplika wkoll għall-inbejjed likuri bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Condado de Huelva”. |
|
(7) |
Għall-prodotti tad-dwieli kollha li għaddew minn trattament ta’ dealkoħolizzazzjoni u li għandhom qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta’ inqas minn 10 %, ir-Regolament (UE) 2021/2117 introduċa d-data tad-durabbiltà minima bħala obbligatorja, b’mod partikolari fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Madankollu, f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) li huma applikabbli għall-oġġetti tal-ikel kollha, huwa xieraq li jiġi stabbilit li d-data ta’ durabbiltà minima, kull meta tkun tidher fuq il-kontenitur, ma hemmx bżonn li tidher fl-istess kamp viżiv kif meħtieġ għal dettalji obbligatorji oħra msemmija fl-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(8) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2117 żied ukoll il-lista ta’ ingredjenti u d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni skont l-Artikolu 9(1), il-punti (b) u (l), rispettivament, tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, mal-lista ta’ dettalji obbligatorji stabbilita fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Ir-Regolament (UE) 2021/2117, billi emenda l-Artikolu 122 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ta wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta regoli speċifiċi dwar l-indikazzjoni u d-denominazzjoni ta’ ingredjenti għall-applikazzjoni tar-rekwiżit il-ġdid stabbilit fl-Artikolu 119(1), il-punt (i), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu previsti r-regoli meħtieġa biex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti tad-dwieli u l-proċessi speċifiċi u ż-żmien tal-produzzjoni tagħhom, filwaqt li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni komprensiva u akkurata. Dawn ir-regoli jenħtieġ li japplikaw meta tiġi pprovduta l-lista ta’ ingredjenti fuq it-tikketta tal-inbid, iżda wkoll meta l-lista ta’ ingredjenti tiġi pprovduta b’mezzi elettroniċi identifikati fuq il-pakkett jew fuq tikketta mehmuża miegħu, f’konformità mal-Artikolu 119(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(9) |
L-Artikolu 119(5), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, moqri flimkien mal-Artikolu 9, il-paragrafu 1, il-punt (c) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, jistabbilixxi li, meta l-lista ta’ ingredjenti tiġi pprovduta b’mezzi elettroniċi, l-indikazzjoni tas-sustanzi li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi għandha tidher direttament fuq il-pakkett jew fuq tikketta mwaħħla miegħu. Għal raġunijiet ta’ konsistenza mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, li diġà japplikaw għall-inbid, huwa xieraq li d-deroga prevista fl-Artikolu 40(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 li tippermetti li jiġu indikati dawk is-sustanzi barra mill-istess linji viżivi tkompli tapplika f’dawk il-każijiet. Madankollu, meta l-lista ta’ ingredjenti tiġi ppreżentata fuq il-pakkett jew fuq tikketta mwaħħla miegħu, għandha tidher fl-istess linji viżivi fuq il-kontenitur u s-sustanzi allerġeniċi jridu jiġu indikati f’din il-lista, f’konformità mal-Artikolu 21(1)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011. |
|
(10) |
Peress li l-prodotti tad-dwieli dejjem jiġu prodotti mill-għeneb, huwa xieraq li jkun permess l-użu ta’ terminu wieħed biex tiġi indikata l-materja prima bażika fil-lista ta’ ingredjenti, irrispettivament minn jekk min jagħsar l-għeneb ikunx uża għeneb frisk jew most tal-għeneb. Fil-fatt, l-użu konsistenti tat-terminu “għeneb” fil-lista ta’ ingredjenti għall-prodotti tad-dwieli jippermetti informazzjoni armonizzata, li tinftiehem, u ċara għall-konsumaturi. |
|
(11) |
Is-sustanzi awtorizzati skont id-dritt tal-Unjoni għal finijiet enoloġiċi differenti bħall-arrikkiment u t-taħlil, inkluż is-sukrożju, il-most tal-għeneb ikkonċentrat u l-most tal-għeneb ikkonċentrat rettifikat huma ingredjenti u għalhekk parti mil-lista ta’ ingredjenti. Sabiex jiġi ffaċilitat il-fehim tal-konsumaturi u l-ġestjoni minn min jagħsar l-għeneb tal-elenkar ta’ sustanzi bbażati fuq il-most tal-għeneb, huwa xieraq li jiġi permess l-użu tat-terminu “most tal-għeneb ikkonċentrat” biex jiġu denominati kemm il-most tal-għeneb ikkonċentrat kif ukoll il-most tal-għeneb ikkonċentrat rettifikat. |
|
(12) |
Minbarra l-indikazzjoni tal-għeneb, sustanzi ta’ taħlil u ta’ arrikkiment, u possibbilment likur zokkri u likur tad-dożaġġ, jenħtieġ li l-lista ta’ ingredjenti titlesta b’indikazzjoni tal-addittivi użati fil-produzzjoni ta’ prodotti tad-dwieli, kif ukoll l-għajnuniet għall-ipproċessar li jistgħu jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi. Huwa xieraq li jiġi speċifikat li l-lista sħiħa ta’ dawn il-komposti enoloġiċi li jistgħu jkunu fil-lista ta’ ingredjenti jkunu dawk imsemmija fl-Anness I, il-Parti A, it-Tabella 2, tar-Regolament Delegat (UE) 2019/934, li fih ukoll it-termini biex dawn jiġu denominati u n-numri E li jistgħu jintużaw bħala alternattivi biex jippreżentawhom bħala ingredjenti. |
|
(13) |
L-inbid huwa prodott li jibqa’ bijokimikament attiv, u l-karatteristiċi intrinsiċi tiegħu jistgħu jvarjaw ħafna tul il-ħajja kollha tiegħu, anki fl-istess lott. L-għeneb użat għall-produzzjoni ta’ nbid wieħed huwa differenti, minħabba fatturi bħall-maturità tal-frott, il-kundizzjonijiet tal-ħsad, jew il-ħamrija u t-temp lokali. Il-kundizzjonijiet esterni matul il-vinifikazzjoni u l-maturazzjoni qabel l-ibbottiljar, fi btieti jew f’kontenituri speċjali oħra, jinfluwenzaw ukoll il-prodott finali. L-addittivi jintużaw f’diversi stadji tal-produzzjoni, mill-ewwel fermentazzjoni sal-ibbottiljar; għal ċerti funzjonijiet enoloġiċi, l-aktar addittivi xierqa jistgħu jvarjaw minħabba l-interazzjoni bejn il-karatteristiċi tal-inbid u l-fatturi esterni, u l-ħtieġa frekwenti li jitħalltu nbejjed differenti. Id-Deċiżjoni li jintużaw ċerti addittivi spiss tittieħed fuq il-post mill-enoloġisti responsabbli abbażi ta’ analiżi ad hoc imwettqa f’mumenti differenti tal-produzzjoni biex tiġi żgurata l-integrità tal-inbid (eż. dwar l-aċidità, il-freskezza) u l-istabbiltà tiegħu. Deċiżjoni bħal din ħafna drabi tittieħed tard fil-proċess, meta t-tikketti jkunu diġà stampati. Barra minn hekk, ħafna drabi tkun meħtieġa flessibbiltà tal-aħħar minuta biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-suq tal-inbid, skont id-destinazzjoni finali u x-xerrejja tal-inbid. Dan huwa, b’mod partikolari, il-każ għall-addittivi li jaqgħu taħt il-kategoriji “regolaturi tal-aċidità” u “aġenti stabbilizzanti”. F’konformità ma’ dan ta’ hawn fuq, sabiex tkun permessa l-flessibbiltà meħtieġa għal finijiet enoloġiċi, ta’ tikkettar u kummerċjali, filwaqt li jiġi żgurat l-għoti meħtieġ ta’ informazzjoni suffiċjenti lill-konsumaturi, u filwaqt li jitqies l-ammont limitat ta’ komposti enoloġiċi awtorizzati, li huma strettament regolati mir-Regolament Delegat (UE) 2019/934, huwa xieraq li l-operaturi jitħallew jippreżentaw, fil-lista ta’ ingredjenti, ir-“regolaturi tal-aċidità” u l-“aġenti stabbilizzanti” permezz ta’ mhux aktar minn tliet ingredjenti alternattivi, fejn ikunu simili jew reċiprokament sostitwibbli fil-funzjoni tagħhom, bil-kundizzjoni li mill-inqas wieħed minn dawk l-addittivi jkun preżenti fil-prodott finali. |
|
(14) |
L-Artikolu 41 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 jipprevedi t-termini li għandhom jintużaw għat-tikkettar ta’ ċerti sustanzi jew prodotti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi, kif imsemmi fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, dwar is-sulfiti, il-bajd u l-prodotti bbażati fuq il-bajd u l-ħalib u l-prodotti bbażati fuq il-ħalib. Jenħtieġ li dawk it-termini jkomplu jintużaw, anke fil-lista ta’ ingredjenti meta jiġu ppreżentati fuq il-pakkett jew fuq tikketta, għal raġunijiet ta’ konsistenza u filwaqt li jitqies li l-konsumaturi huma familjari magħhom. |
|
(15) |
Ċerti addittivi użati bħala gassijiet tal-ippakkjar (id-diossidu tal-karbonju, l-argon u n-nitroġenu) għandhom bħala objettiv ewlieni l-ispostament tal-ossiġenu matul l-ibbottiljar tal-prodotti tad-dwieli, iżda ma jsirux parti mill-prodott li jiġi kkunsmat. Barra minn hekk, hija wkoll speċifiċità tas-suq tal-inbid li dawn il-gassijiet xi drabi jiġu deċiżi fuq bażi ad hoc fil-mument tal-ibbottiljar wara li jkunu ġew prodotti t-tikketti, skont fatturi kummerċjali bħas-suq tad-destinazzjoni, il-mezzi tat-trasport jew il-ħtiġijiet tax-xerrejja. Għalhekk, jidher xieraq li l-operaturi jitħallew jissostitwixxu l-elenkar tal-gassijiet tal-imballaġġ b’partikolarità speċifika li tiddeskrivi l-funzjoni tagħhom billi jużaw id-dikjarazzjoni “Ibbottiljat f’atmosfera protettiva” jew “L-ibbottiljar jista’ jseħħ f’atmosfera protettiva”. |
|
(16) |
Ċerti prattiki enoloġiċi għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti jikkonsistu miż-żieda ta’ “likur zokkri” mal-cuvée, biex tiġi pprovokata l-fermentazzjoni sekondarja, u ż-żieda ta’ “likur tad-dożaġġ” biex dawk l-inbejjed jingħataw il-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tagħhom. Il-kostitwenti possibbli kollha kemm tal-likur zokkri kif ukoll tal-likur tad-dożaġġ huma regolati fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2019/934, u jikkonsistu minn sukrożju, most tal-għeneb, most tal-għeneb ikkonċentrat u/jew inbid, iżda dawn ma jintużawx għat-taħlil jew għall-arrikkiment. Minħabba l-funzjonijiet enoloġiċi speċifiċi ħafna tagħhom, l-indikazzjoni sempliċi tal-komponenti individwali tal-likur zokkri u l-likur tad-dożaġġ flimkien mal-ingredjenti l-oħrajn jistgħu jkunu qarrieqa għall-konsumaturi, sakemm ma jkunux miġbura taħt it-termini speċifiċi rilevanti. Għalhekk, jenħtieġ li fil-lista ta’ ingredjenti jkun permess li jintwerew it-termini “likur zokkri” u “likur tad-dożaġġ”, jew waħedhom jew akkumpanjati minn lista tal-kostitwenti proprji tagħhom. |
|
(17) |
Ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 speċifiċi għar-Renju Unit, bħall-Artikolu 45(3) jew l-Artikolu 51, ir-raba’ paragrafu, saru obsoleti peress li dak il-pajjiż ma għadux Stat Membru tal-Unjoni. Għalhekk, dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jitħassru. |
|
(18) |
F’konformità mal-Artikolu 57(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33, il-kisi bil-fojl tal-irbit tal-flixkun tal-inbid frizzanti ġeneralment huwa riżervat bħala karatteristika distintiva obbligatorja tal-inbejjed frizzanti, tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità u tal-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu tal-fojl ikompli jiġi riżervat bħala karatteristika distintiva għal dawn l-inbejjed, bl-eċċezzjonijiet definiti fl-Artikolu 57(2) ta’ dak ir-Regolament Delegat. Madankollu, il-produtturi u l-bottiljaturi jenħtieġ li jkunu liberi li ma jużawx il-fojl għal raġunijiet operazzjonali bħall-iffrankar tal-kostijiet, l-evitar tal-iskart jew it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni, dment li jkun żgurat li ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ sikurezza għall-prodott ikkawżat mill-manipulazzjoni jew il-ftuħ mhux intenzjonat tal-qfil. |
|
(19) |
L-Anness III, il-Parti B, tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33, li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet tal-użu tat-termini msemmija fl-Artikolu 52(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat li għandhom jintużaw għal prodotti oħrajn għajr dawk elenkati fil-Parti A, jenħtieġ li jiġi emendat biex jiġu ċċarati b’mod ulterjuri l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ dawk it-termini. |
|
(20) |
Il-lista ta’ ingredjenti u d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, bħala dettalji obbligatorji, isiru parti integrali mid-“deskrizzjoni tal-prodott” fid-dokumenti ta’ akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 10 f’konformità mar-rekwiżiti għall-użu tad-dokumenti ta’ akkumpanjament, dwar id-deskrizzjoni tal-prodott, kif stabbilit fl-Anness V, it-taqsima A, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (6), mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet rilevanti, u għandhom japplikaw kemm għall-inbid ittrasportat bl-ingrossa kif ukoll għall-prodotti tal-inbid imballati bit-tikketta. Min-naħa l-oħra, sabiex jiġi żgurat li l-inbid importat fl-Unjoni jkun ittikkettat f’konformità mar-regoli tal-Unjoni, ir-rekwiżiti għad-dokument VI-1 u għall-estratti VI-2 stabbiliti fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament Delegat jenħtieġ li jiġu emendati biex jiġi żgurat li l-lista ta’ ingredjenti tkun parti integrali mid-deskrizzjoni tal-prodott importat. |
|
(21) |
Għalhekk, ir-Regolamenti Delegati (UE) 2019/33 u (UE) 2018/273 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
|
(22) |
F’konformità mal-Artikolu 6, il-ħames subparagrafu tar-Regolament (UE) 2021/2117, l-obbligu li jiġu elenkati l-ingredjenti u li tiġi indikata d-data tad-durabbiltà minima tal-prodotti tad-dwieli parzjalment dealkoħolizzati u dealkoħolizzati b’qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta’ inqas minn 10 % għandu japplika mit-8 ta’ Diċembru 2023. Konsegwentement, l-emendi relatati ma’ dawk l-obbligi jenħtieġ li japplikaw minn dik l-istess data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2019/33
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/33 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Derogi dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata 1. B’deroga mill-Artikolu 93(1), il-punti (a)(iv) u (b)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u bil-kundizzjoni li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tipprovdi hekk, prodott b’denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jista’ jsir inbid fi kwalunkwe wieħed mill-postijiet li ġejjin:
2. B’deroga mill-Artikolu 93(1), il-punt (a)(iv), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u bil-kundizzjoni li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tipprovdi hekk, prodott jista’ jsir inbid frizzanti jew inbid semifrizzanti b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta li ma hijiex qrib ħafna taż-żona demarkata inkwistjoni jekk din il-prattika kienet tintuża qabel l-1 ta’ Marzu 1986. 3. B’deroga mill-Artikolu 93(1), il-punt (a)(iv), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fir-rigward ta’ nbejjed likur bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta ‘Condado de Huelva’, ‘Málaga’ u ‘Jerez-Xérès-Sherry’, il-most tal-għeneb imqadded li miegħu ikun żdied alkoħol newtrali li ġej mid-dwieli biex tiġi evitata l-fermentazzjoni, miksub minn varjetà ta’ dwieli Pedro Ximénez, jista’ jiġi mir-reġjun ‘Montilla-Moriles’.” |
|
(2) |
L-Artikolu 6 tħassar; |
|
(3) |
L-Artikolu 10 tħassar; |
|
(4) |
fl-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), il-punt (iii) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(5) |
L-Artikolu 12 jitħassar; |
|
(6) |
fl-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(7) |
L-Artikolu 14 jitħassar; |
|
(8) |
L-Artikolu 15 jitħassar; |
|
(9) |
fl-Artikolu 17(1), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-applikazzjoni għal emenda standard għandha tipprovdi deskrizzjoni tal-emendi standard, tagħti sommarju tar-raġunijiet għalfejn l-emendi huma meħtieġa, u turi li l-emendi proposti jikkwalifikaw bħala standard f’konformità mal-Artikolu 105(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.”; |
|
(10) |
L-Artikolu 20 jitħassar; |
|
(11) |
L-Artikolu 22 jitħassar; |
|
(12) |
fl-Artikolu 40, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. B’deroga mill-paragrafu 1, id-dettalji obbligatorji li ġejjin jistgħu jidhru barra mill-kamp viżiv imsemmi f’dak il-paragrafu:
|
|
(13) |
fl-Artikolu 45, il-paragrafu 3 jitħassar; |
|
(14) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 48a Lista ta’ ingredjenti 1. It-terminu ‘għeneb’ jista’ jintuża biex jissostitwixxi l-indikazzjoni tal-għeneb u/jew il-most tal-għeneb li jintuża bħala materja prima għall-produzzjoni tal-prodotti tad-dwieli. 2. It-terminu ‘most tal-għeneb ikkonċentrat’ jista’ jintuża biex jissostitwixxi l-indikazzjoni tal-most tal-għeneb ikkonċentrat u/jew most tal-għeneb ikkonċentrat rettifikat li jintuża għall-produzzjoni ta’ prodotti tad-dwieli. 3. Il-komposti enoloġiċi, il-kategoriji, l-ismijiet u n-numri E li jridu jintużaw fil-lista tal-ingredjenti huma stabbiliti fl-fl-Anness I, il-Parti A, it-Tabella 2, tar-Regolament Delegat (UE) 2019/934. 4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 41(1) ta’ dan ir-Regolament, it-termini li għandhom jintużaw biex jindikaw il-komposti enoloġiċi li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi fil-lista ta’ ingredjenti, huma stabbiliti fil-kolonna 1 tat-Tabella 2 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2019/934. 5. Addittivi taħt il-kategoriji “regolaturi tal-aċidità” u “aġenti stabbilizzaturi” li huma simili jew reċiprokament sostitwibbli, jistgħu jiġu indikati fil-lista ta’ ingredjenti bl-użu tal-espressjoni “fih... u/jew”, segwita minn mhux aktar minn tliet addittivi, fejn mill-inqas wieħed minn dawn ikun preżenti fil-prodott finali. 6. L-indikazzjoni tal-addittivi li jaqgħu taħt il-kategorija ‘gassijiet tal-ippakkjar’ fil-lista ta’ ingredjenti tista’ tiġi sostitwita bid-dettall speċifiku ‘Ibbottiljat f’atmosfera protettiva’ jew ‘L-ibbottiljar jista’ jseħħ f’atmosfera protettiva’. 7. Iż-żieda tal-likur zokkri u tal-likur tad-dożaġġ mal-prodotti tad-dwieli tista’ tiġi indikata mid-dettalji speċifiċi ‘likur zokkri’ u ‘likur tad-dożaġġ’, waħedhom jew akkumpanjati, fil-parentesi, minn lista tal-kostitwenti tagħhom, kif stabbilit fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2019/934.” |
|
(15) |
fl-Artikolu 51, ir-raba’ paragrafu jitħassar; |
|
(16) |
fl-Artikolu 57(1) jiżdied it-tielet subparagrafu li ġej: “B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-produtturi tal-inbid frizzanti, tal-inbid frizzanti ta’ kwalità u tal-inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità jistgħu jiddeċiedu li ma jiksux l-irbit bil-fojl.”; |
|
(17) |
fl-Artikolu 58, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu obbligatorju, jipprojbixxu jew jillimitaw l-użu tad-dettalji u tar-regoli tal-preżentazzjoni msemmija fl-Artikoli 49, 50, 52, 53 u 55, u fl-Artikolu 57(1), it-tielet subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34 (*1) għal prodotti tad-dwieli li jkollhom denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta prodotta fit-territorju tagħhom, billi jintroduċu kundizzjonijiet li jkunu aktar stretti minn dawk stabbiliti f’dan il-Kapitolu permezz tal-Ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-Prodott ta’ dawk il-prodotti tad-dwieli. (*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta’ ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu ta’ simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta’ kontrolli (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 46).”;" |
|
(18) |
fl-Anness III, il-Parti B, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament Delegat (UE) 2018/273
Fl-Anness VII, il-Parti III, il-punt C, tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273, jiżdied l-inċiż li ġej mal-kontenut tal-Kaxxa 6: (il-Kaxxa 5 għal VI-2): Deskrizzjoni tal-prodott importat:
|
“— |
Lista ta’ ingredjenti.”. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1, il-punti (12) u (14), u l-Artikolu 2 għandhom japplikaw mit-8 ta’ Diċembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda ż-żoni ta’ vitikultura li fihom tista’ tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tad-dossiers tal-OIV, (ĠU L 149, 7.6.2019, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta’ akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 1).
|
8.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1607
tat-30 ta’ Mejju 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34 fir-rigward tal-aġġustament ta’ ċerti referenzi legali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 110(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013. L-Artikoli 96, 97, 98, 105 u 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġew emendati biex jinkludu dispożizzjonijiet meħuda mill-Artikoli 6, 10, 12, 14, 15 u 20 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (3), li mbagħad tħassru mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1606 (4). Barra minn hekk, wara l-emendi tal-Artikolu 97 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 bir-Regolament (UE) 2021/2117, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu tmexxew għall-paragrafu 4. |
|
(2) |
Għal finijiet ta’ ċarezza u ta’ użu faċli mill-operaturi, jenħtieġ li fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 (5) u fl-Annessi tiegħu jiġu aġġustati r-referenzi għall-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għall-Artikolu 12(1), (3) u (4), l-Artikolu 14(1) u (2) u l-Artikolu 20 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2117 emenda wkoll ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-kontenut tal-ispeċifikazzjoni tal-prodotti u r-raġunijiet għat-tħassir. Fl-Artikolu 94(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 iddaħħlu rekwiżiti dettaljati dwar id-deskrizzjoni tad-dettalji li juru r-rabta fl-ispeċifikazzjoni tal-prodotti. Iddaħħlu raġunijiet addizzjonali għat-tħassir fl-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(4) |
B’konsegwenza ta’ dan, għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, jenħtieġ li jitħassru r-rekwiżiti għad-deskrizzjoni tad-dettalji li juru r-rabta fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34. Barra minn hekk, l-Anness VII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, li jistabbilixxi l-formola tat-talba għat-tħassir, jenħtieġ li jiġi allinjat mal-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-kontenut tat-Taqsima 4, “Raġunijiet għat-tħassir”. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Applikazzjonijiet għall-protezzjoni mill-Istati Membri Meta jgħaddu applikazzjoni għall-protezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 96(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dikjarazzjoni msemmija fiha u r-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 97(4) ta’ dak ir-Regolament.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Meta applikazzjoni tkun tkopri kategoriji differenti ta’ prodotti tad-dwieli, għal kull prodott tad-dwieli kkonċernat għandhom jintwerew id-dettalji li juru r-rabta msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (i).” |
|
(3) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafi 2 u 3 huma ssostitwiti b’dawn li ġejjin: “2. Il-perjodu ta’ 3 xhur imsemmi fl-Artikolu 98(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jibda mid-data li fiha l-istedina ta’ parteċipazzjoni fil-konsultazzjonijiet tasal għand il-partijiet interessati b’mezz elettroniku. 3. Il-Kummissjoni għandha tiġi notifikata bir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 98(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fi żmien xahar minn meta jintemmu l-konsultazzjonijiet f’konformità mal-formola stabbilita fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.” |
|
(4) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 11(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(6) |
l-Annessi II sa VII huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1606 tat-30 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/33 rigward ċerti dispożizzjonijiet dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-inbid u dwar il-preżentazzjoni ta’ dettalji obbligatorji għall-prodotti tad-dwieli u regoli speċifiċi għall-indikazzjoni u d-denominazzjoni tal-ingredjenti għall-prodotti tad-dwieli, u r-Regolament Delegat (UE) 2018/273 rigward iċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti tal-inbid importati (ara l-paġna 6. ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta’ ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu tas-simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta’ kontrolli (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 46).
ANNESS
L-Annessi II sa VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“ANNESS II
DIKJARAZZJONI SOSTANZJATA TA’ OĠĠEZZJONI
[Immarka l-kaxxa t-tajba b“X’:] ☐ DOP☐ IĠP
1. Isem il-prodott
[kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali]
…
2. Referenza uffiċjali
[kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali]
Numru ta’ referenza: …
Data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali :…
3. Isem min joġġezzjona (Persuna, korp, Stat Membru jew Pajjiż Terz)
…
4. Dettalji ta’ kuntatt
Persuna ta’ kuntatt: Titlu (Sur, Sra.…): … Isem: …
Grupp/organizzazzjoni/individwu: …
jew awtorità nazzjonali:
Dipartiment: …
Indirizz:
…
Telefon +…
Posta elettronika: …
5. Interess leġittimu (mhux meħtieġ għall-awtoritajiet nazzjonali)
[Ipprovdi dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu ta’ min joġġezzjona. L-awtoritajiet nazzjonali huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.]
6. Raġunijiet għall-oġġezzjoni:
|
☐ |
L-applikazzjoni għal protezzjoni, għal emenda jew għall-kanċellazzjoni hija inkompatibbli mar-regoli dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għaliex tkun f’kunflitt mal-Artikoli 92 sa 95, 105 jew 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mad-dispożizzjonijiet adottati skont dawn. |
|
☐ |
L-applikazzjoni għal protezzjoni jew għal emenda hija inkompatibbli mar-regoli dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għaliex ir-reġistrazzjoni tal-isem propost tkun f’kunflitt mal-Artikoli 100 jew 101 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
☐ |
L-applikazzjoni għal protezzjoni jew għal emenda hija inkompatibbli mar-regoli dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għaliex ir-reġistrazzjoni tal-isem propost tkun tixħet f’riskju d-drittijiet ta’ detentur tat-trademark jew ta’ utent ta’ isem omonimu għalkollox jew ta’ isem kompost li terminu minnu hu identiku għall-isem li jrid jiġi reġistrat, jew l-eżistenza ta’ ismijiet parzjalment omonimi jew ta’ ismijiet oħra simili għall-isem li jrid jiġi reġistrat li jirreferu għal prodotti tad-dwieli li ilhom legalment fis-suq għal tal-anqas 5 snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
7. Dettalji tal-oġġezzjoni
[Ipprovdi raġunijiet sostanzjati u ġustifikazzjoni, dettalji tal-fatti, evidenza u kummenti b’appoġġ għall-oġġezzjoni. Ipprovdi d-dokumenti meħtieġa f’każ ta’ oġġezzjoni bbażata fuq l-eżistenza ta’ trademark preċedenti b’reputazzjoni u b’fama (l-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34].
8. Lista tad-dokumenti ta’ appoġġ
[Ipprovdi l-lista tad-dokumenti mibgħuta b’appoġġ għall-oġġezzjoni.]
9. Data u firma
[Isem]
[Dipartiment/Organizzazzjoni]
[Indirizz]
[Telefon: +]
[Posta elettronika:]
ANNESS III
NOTIFIKA TA’ TMIEM IL-KONSULTAZZJONIJIET WARA L-PROĊEDURA TA’ OĠĠEZZJONI
[Immarka l-kaxxa t-tajba b“X’:] ☐ DOP ☐ IĠP
1. Isem il-prodott
[kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali]
2. Referenza uffiċjali [kif ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali]
Numru ta’ referenza:
Data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali:
3. Isem min joġġezzjona (Persuna, korp, Stat Membru jew Pajjiż Terz)
…
4. Riżultat tal-konsultazzjonijiet
4.1 Intlaħaq ftehim mal-opponent(i) li ġej(jin):
[ehmeż kopji tal-ittri li juru l-ftehim u l-fatturi kollha li ppermettew li jintlaħaq il-ftehim (l-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.)]
4.2 Ma ntlaħaqx ftehim mal-opponent(i) li ġej(jin):
[ehmeż l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 98(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.]
5. Speċifikazzjoni tal-Prodott u Dokument Uniku
5.1 L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata:
… Iva* … Le
*Jekk ‘Iva’, ehmeż id-deskrizzjoni tal-emendi u l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott emendata
5.2 Id-Dokument Uniku ġie emendat:
… Iva**… Le
**Jekk ‘Iva’, ehmeż kopja tad-dokument aġġornat
6. Data u firma
[Isem]
[Dipartiment/Organizzazzjoni]
[Indirizz]
[Telefon: +]
[Posta elettronika:]
ANNESS IV
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-UNJONI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
[Isem irreġistrat:] ‘…’
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
[Immarka l-kaxxa t-tajba b“X’:] ☐ DOP ☐ IĠP
1. Applikant u interess leġittimu
[Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-posta elettronika tal-applikant li qed jipproponi l-emenda. Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-applikant.]
2. Pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona demarkata
…
3. Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda/i
|
☐ |
Isem il-prodott |
|
☐ |
Kategorija tal-prodott tad-dwieli |
|
☐ |
Rabta |
|
☐ |
Restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni |
4. Tip ta’ emenda/i
[Ipprovdi dikjarazzjoni li tispjega għaliex l-emenda/i taqa’/jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ ‘emenda tal-Unjoni’ kif previst fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.]
5. Emenda/i
[Ipprovdi deskrizzjoni eżawrjenti ta’ kull emenda u r-raġunijiet speċifiċi għalihom. L-applikazzjoni għal emenda trid tkun kompluta u tinftiehem. L-informazzjoni mogħtija f’din it-taqsima trid tkun eżawrjenti kif previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.]
6. Annessi
|
6.1. |
Id-Dokument Uniku konsolidat u kkompletat kif xieraq, kif modifikat |
|
6.2. |
Il-verżjoni kkonsolidata tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif ippubblikata, jew ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott |
ANNESS V
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
[Isem irreġistrat:] ‘…’
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
[Immarka l-kaxxa t-tajba b“X’:] ☐ DOP ☐ IĠP
1. Konsenjatur
Produttur wieħed jew grupp ta’ produtturi b’interess leġittimu jew awtoritajiet tal-pajjiż terz li ż-żona demarkata tappartjeni għalihom (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34).
2. Deskrizzjoni tal-emenda/i approvata/i
[Ipprovdi deskrizzjoni tal-emenda/i standard u r-raġunijiet għalihom, u dikjarazzjoni li tispjega għaliex l-emenda/i taqa’/jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ emenda standard kif previst fl-Artikolu 105(2), it-tielet subparagrafu tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1308/2013.]
3. Pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona demarkata
…
4. Annessi
|
4.1. |
L-applikazzjoni tal-emenda standard approvata |
|
4.2. |
Id-deċiżjoni li tapprova l-emenda standard |
|
4.3. |
Il-prova li l-emenda hija applikabbli fil-pajjiż terz |
|
4.4. |
Id-Dokument Uniku konsolidat, kif modifikat, fejn rilevanti |
|
4.5. |
Kopja tal-verżjoni konsolidata tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif ippubblikata jew ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott |
ANNESS VI
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA TEMPORANJA
[Isem irreġistrat:] ‘…’
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
[Agħżel waħda, ‘X’:] ☐ DOP ☐ IĠP
1. Konsenjatur
Produttur wieħed jew grupp ta’ produtturi b’interess leġittimu jew awtoritajiet tal-pajjiż terz li għalih tappartieni ż-żona demarkata (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34).
2. Deskrizzjoni tal-emenda/i approvata/i
[Ipprovdi deskrizzjoni tal-emenda/i temporanja/i u r-raġunijiet speċifiċi għalihom, inkluż ir-referenza tar-rikonoxximent formali tad-diżastru naturali jew tal-kundizzjonijiet avversi tat-temp mill-awtoritajiet kompetenti jew tal-impożizzjoni tal-miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji. Ipprovdi wkoll id-dikjarazzjoni li tispjega għaliex l-emenda/i taqa’/jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ ‘emenda temporanja’ kif previst fl-Artikolu 105(2), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.]
3. Pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona demarkata
…
4. Annessi
|
4.1. |
L-applikazzjoni tal-emenda temporanja approvata |
|
4.2. |
Id-deċiżjoni li tapprova l-emenda temporanja |
|
4.3. |
Il-prova li l-emenda hija applikabbli fil-pajjiż terz |
ANNESS VII
TALBA GĦALL-KANĊELLAZZJONI
[Isem reġistrat:] ‘…’
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
[Immarka l-kaxxa t-tajba b“X’:] ☐ IĠP ☐ DOP
1. Isem reġistrat propost biex jiġi kkanċellat
…
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz li għalih tappartjeni ż-żona demarkata
…
3. Persuna, korp, Stat Membru jew Pajjiż Terz li qed tressaq/iressaq it-talba għall-kanċellazzjoni
[Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-posta elettronika tal-persuna fiżika jew ġuridika jew tal-produtturi li jitolbu l-kanċellazzjoni (għal talbiet li jikkonċernaw ismijiet ta’ pajjiżi terzi, ipprovdi wkoll l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott). Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li titlob il-kanċellazzjoni (mhux meħtieġa għall-awtoritajiet nazzjonali b’personalità ġuridika).]
4. Raġunijiet għall-kanċellazzjoni
|
☐ |
Meta l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott korrispondenti m’għadhiex garantita (l-Artikolu 106, l-ewwel paragrafu, il-punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013). |
|
☐ |
Meta l-ebda prodott ma jkun tqiegħed fis-suq bid-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-Indikazzjoni Ġeografika għal mill-inqas 7 snin konsekuttivi (l-Artikolu 106, l-ewwel paragrafu, il-punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013). |
|
☐ |
Meta applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jiddikjara li ma jixtieqx jibqa’ jżomm il-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew l-Indikazzjoni Ġeografika (l-Artikolu 106, l-ewwel paragrafu, il-punt (c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013). |
5. Dettalji tat-talba għall-kanċellazzjoni
[Ipprovdi raġunijiet sostanzjati u ġustifikazzjoni għat-talba għall-kanċellazzjoni, dettalji tal-fatti, evidenza u kummenti b’appoġġ għat-talba għall-kanċellazzjoni. Fejn rilevanti, ipprovdi l-annessi u d-dokumenti mehmuża.]
6. Lista ta’ annessi u dokumenti mehmuża
[Ipprovdi l-lista tad-dokumentazzjoni mibgħuta biex tappoġġa t-talba għall-kanċellazzjoni.]
7. Data u firma
[Isem]
[Dipartiment/Organizzazzjoni]
[Indirizz]
[Telefon: +]
[Posta elettronika:].
|
8.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/24 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1608
tat-30 ta’ Mejju 2023
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-elenkar tal-aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħi tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1021 jimplimenta l-impenji tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma tal-2001 dwar il-Pollutanti Organiċi Persistenti (2) (“il-Konvenzjoni”) u skont il-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini u fit-Tul tal-Arja fuq Pollutanti Organiċi Persistenti (3) (“il-Protokoll”). |
|
(2) |
L-Anness A tal-Konvenzjoni fih lista ta’ sustanzi kimiċi. Kull Parti għall-Konvenzjoni għandha tipprojbixxi s-sustanzi kimiċi fil-lista u/jew tieħu l-miżuri legali u amministrattivi meħtieġa biex telimina l-produzzjoni, l-użu, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tagħhom. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 8(9) tal-Konvenzjoni, waqt l-għaxar laqgħa tagħha mis-6 sas-17 ta’ Ġunju 2022, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ddeċidiet li temenda l-Anness A tal-Konvenzjoni biex f’dak l-Anness jiddaħħlu l-aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħi tiegħu u l-komposti relatati mal-PHFxS mingħajr eżenzjoni speċifika. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi emendata wkoll l-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021, li fiha lista tas-sustanzi elenkati fil-Konvenzjoni u fil-Protokoll, kif ukoll is-sustanzi li huma elenkati biss fil-Konvenzjoni, biex tkun tinkludi l-PFHxS, l-imlieħi tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS. |
|
(5) |
Sabiex jissaħħu l-applikazzjoni u l-infurzar tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1021 fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit valur ta’ limitu għall-PFHxS, għall-imlieħi tiegħu u għall-komposti relatati mal-PFHxS li jokkorru f’sustanzi, f’taħlitiet u f’oġġetti bħala kontaminant f’ammonti traċċa mhux intenzjonat. Dak il-valur ta’ limitu jenħtieġ li jigi stabbilit għal 0,025 mg/kg għall-PFHxS u għall-imlieħi tiegħu, u għal 1 mg/kg għall-komposti individwali relatati mal-PFHxS jew għal kombinament ta’ dawk il-komposti. Għall-użu fil-fowms tat-tifi tan-nar fejn dawk il-valuri ta’ limitu bħalissa ma jistgħux jintlaħqu, jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti ta’ konċentrazzjoni ogħla, soġġetti għal rieżami tal-Kummissjoni li trid issir fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ bil-għan li jitnaqqsu l-limiti. |
|
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1021 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45.
ANNESS
Fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
Sustanza |
Nru CAS |
Nru KE |
Eżenzjoni speċifika fuq użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra |
||||||||||||
|
“L-aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħi tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS “L-aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħi tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS” tfisser dan li ġej:
|
355-46-4 u oħrajn |
206-587-1 u oħrajn |
|
|
8.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/27 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1609
tal-1 ta’ Ġunju 2023
li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2017/118 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ konservazzjoni fis-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu fil-Baħar tat-Tramuntana
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11 (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/118 (2) jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu f’ċerti żoni tal-Baħar tat-Tramuntana. Dan ir-Regolament ġie emendat l-aħħar bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/340 (3). |
|
(2) |
Fit-22 ta’ Frar 2023, il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni bi żball fir-Regolament Delegat (UE) 2023/340. Dan jikkonċerna sentenza li tinsab fir-rakkomandazzjoni konġunta li ma ġietx trasposta fir-Regolament Delegat (UE) 2023/340, jiġifieri l-fatt li l-miżuri ta’ konservazzjoni tas-sajd fiż-żoni ċentrali u tal-Lvant tas-Sylter Aussenriff [iż-żoni 1(10)] għandhom jkunu effettivi fl-1 ta’ Mejju 2023. |
|
(3) |
Fit-28 ta’ Frar 2023, il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni dwar żbalji tekniċi addizzjonali fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2023/340, fir-rigward tad-deżinjazzjoni taż-Żona Ekonomika Esklużiva tan-Netherlands u l-koordinati ġeografiċi tal-linja ta’ separazzjoni marittima bejn iż-Żoni Ekonomiċi Esklużivi tal-Ġermanja u tan-Netherlands. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 3(1) u l-Annessi I u VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/118 jiġu kkoreġuti skont dan. |
|
(5) |
Billi l-korrezzjonijiet previsti f’dan l-att għandhom impatt dirett fuq l-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni soġġetti għal miżuri ta’ konservazzjoni tas-sajd, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament mal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/118 huwa kkoreġut kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 3(1), tiżdied l-ittra (d):
|
|
2. |
L-Annessi I u VI huma kkoreġuti kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/118 tal-5 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ konservazzjoni fis-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu fil-Baħar tat-Tramuntana (ĠU L 19, 25.1.2017, p. 10).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/340 tat-8 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/118 fir-rigward tal-miżuri ta’ konservazzjoni f’Sylter Aussenriff, f’Borkum-Riffgrund, f’Doggerbank u f’Östliche Deutsche Bucht, u fi Klaverbank, fi Friese Front u f’Centrale Oestergronden (ĠU L 48, 16.2.2023, p. 18).
ANNESS
L-Annessi I u VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/118 huma kkoreġuti kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness I, il-punt (c) fiż-żona 1(11) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness VI, il-punt (c) fiż-żoni 4(3), iż-żona ta’ Ġestjoni A f’Borkum-Riffgrund huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
fl-Anness VI, il-punt (c) fiż-żoni 4(3), iż-żona ta’ Ġestjoni B f’Doggerbank huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
DEĊIŻJONIJIET
|
8.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/30 |
DEĊIŻJONI (UE) 2023/1610 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-28 ta’ Lulju 2023
li tistabbilixxi l-arkivji storiċi tal-Bank Ċentrali Ewropew u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 (BĊE/2023/17)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 12.3 u 14.3 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 354/83 tal-1 ta’ Frar 1983 dwar il-ftuħ għall-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83 għandu l-għan li jiżgura li d-dokumenti ta’ valur storiku jew amministrattiv jiġu ppreservati u jkunu disponibbli għall-pubbliku kull fejn ikun possibbli. Għal dan l-għan, dan jistabbilixxi l-obbligu għal kull istituzzjoni tal-Unjoni, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), li twaqqaf l-arkivji storiċi tagħha u li tiftaħhom għall-pubbliku skont it-termini previsti fir-Regolament wara l-iskadenza ta’ perijodu ta’ 30 sena li jibda mid-data tal-ħolqien ta’ dokument. |
|
(2) |
Bl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-BĊE jeżerċita d-dritt tiegħu li jżomm u jiġġestixxi l-arkivji storiċi tiegħu mingħajr ma jiddepożitahom fl-Istitut Universitarju Ewropew (EUI) u jistabbilixxi r-regoli interni meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83. L-għan ta’ dawn ir-regoli interni huwa li joperazzjonalizzaw il-preservazzjoni u l-ftuħ għall-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-BĊE filwaqt li jqisu kif xieraq il-partikolaritajiet istituzzjonali tal-BĊE. |
|
(3) |
Il-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83 jiddefinixxi l-kunċett ta’ ‘arkivji tal-istituzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej’. Fid-dawl kemm tal-istrutturi integrati ħafna li fihom jopera l-BĊE, jiġifieri s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-Eurosistema, kif ukoll tat-trasferiment tal-funzjonijiet lill-BĊE minn korpi li ħadmu lejn t-tlestija tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), l-arkivji tal-BĊE għandhom jinftiehmu bħala li għandhom ambitu usa’ minn dak iddefinit fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83. L-ewwel nett, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dawn jinkludu d-dokumenti kollha ta’ kwalunkwe tip u fi kwalunkwe mezz li oriġinaw fi jew ġew riċevuti mill-BĊE jew mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) b’rabta mat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-Eurosistema, irrispettivament minn jekk humiex miżmuma mill-BĊE jew mill-BĊNi (2). It-tieni nett, dawn jinkludu d-dokumenti kollha ta’ kwalunkwe tip u kwalunkwe mezz li oriġinaw fi jew li ġew riċevuti mill-Kumitat għall-Istudju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (minn hawn ’il quddiem il-‘Kumitat Delors’), il-Kumitat tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea (minn hawn ’il quddiem il-‘COG’), il-Fond Ewropew ta’ Kooperazzjoni Monetarja (l-EMCF) u l-Istitut Monetarju Ewropew (l-EMI), u huma miżmuma mill-BĊE. |
|
(4) |
It-tieni sentenza tal-Artikolu 23.3 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tal-Bank Ċentrali Ewropew (3) tawtorizza lill-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-BĊE biex jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku d-dokumenti li jappartjenu lill-arkivji tal-BĊE qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ 30 sena. Fis-7 ta’ Mejju 2019, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ddeċieda li jagħmel aċċessibbli għall-pubbliku dokumenti li oriġinaw minn jew li ġew riċevuti mill-Kumitat Delors u li ġew ittrasferiti mill-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, li ospita l-parti l-kbira tal-laqgħat ta’ dak il-Kumitat, lill-BĊE fl-2005. Fit-23 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ddeċieda li jagħmel aċċessibbli għall-pubbliku d-dokumenti li oriġinaw minn jew li ġew riċevuti mill-COG, mill-EMCF u mill-EMI, u li huma miżmuma mill-BĊE. Din id-Deċiżjoni timplimenta dawk id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv u d-dokumenti kkonċernati se jkunu disponibbli għall-pubbliku wara d-deklassifikazzjoni tagħhom għal ‘ECB-PUBLIC’, irrispettivament mill-iskadenza tal-perijodu ta’ 30 sena. |
|
(5) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83 jirrikonoxxi li jistgħu japplikaw eċċezzjonijiet għar-regola li dokumenti ta’ valur storiku jew amministrattiv ikunu disponibbli għall-pubbliku kull fejn ikun possibbli u jirreferi f’dan il-kuntest għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill (4). Peress li r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ma japplikax għall-BĊE, eċċezzjonijiet għar-regola li dokumenti ta’ valur storiku jew amministrattiv ikunu disponibbli għall-pubbliku jirriżultaw mid-Deċiżjoni BĊE/2004/3 tal-Bank Ċentrali Ewropew (5). L-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3 jistipula li għad-dokumenti koperti mill-eċċezzjonijiet relatati mal-privatezza jew mal-interessi kummerċjali, l-eċċezzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw wara l-perijodu massimu ta’ 30 sena. Għal dokumenti koperti minn eċċezzjonijiet oħra stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3, l-eċċezzjonijiet jistgħu japplikaw għal perijodu massimu ta’ 30 sena sakemm ma jkunx speċifikament provdut mod ieħor mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE. |
|
(6) |
Peress li d-dokumenti li jappartjenu għall-arkivji tal-BĊE u relatati mat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-Eurosistema huma miżmuma wkoll mill-BĊNi, li jistgħu jkunu jridu jagħmlu dawn id-dokumenti disponibbli għall-pubbliku bħala parti mill-arkivji storiċi tagħhom stess jew jintalbu jittrasferuhom lil parti terza, bħal arkivju storiku nazzjonali, ir-regoli interni meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83 għandhom ukoll jindirizzaw lill-BĊNi. Peress li l-BĊNi huma parti integrali mis-SEBĊ u mill-Eurosistema, la jikkwalifikaw bħala Stati Membri skont it-tifsira tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83 u lanqas bħala parti terzi skont it-tifsira ta’ din id-Deċiżjoni. Huwa xieraq li l-BĊE u l-BĊNi jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-arkivji storiċi tal-BĊE jiġu pproċessati b’mod konsistenti u bl-attenzjoni xierqa fis-SEBĊ u fl-Eurosistema kollha. |
|
(7) |
Dokumenti li jappartjenu għall-arkivji tal-BĊE jistgħu jkunu ġew trasferiti lil parti terza, bħal arkivju storiku nazzjonali, mill-BĊNi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. F’każijiet bħal dawn, huwa xieraq li l-BĊNi jiżguraw li dawk il-parti terzi ma jkunux jistgħu jagħmlu dawn id-dokumenti disponibbli għall-pubbliku qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ 30 sena. Barra minn hekk, meta l-BĊE jżomm l-istess dokumenti bħal dawk ittrasferiti lil dawn il-parti terzi, il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn il-parti terzi jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku wara 30 sena dawk id-dokumenti biss li jkunu ġew deklassifikati għal ‘ECB-PUBLIC’ mill-BĊE. L-arkivji storiċi nazzjonali u awtoritajiet pubbliċi nazzjonali oħra huma obbligati, skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali sanċit fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 18 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, li jaġixxu in bona fede sabiex jipprekludu r-rilaxx prematur ta’ dokumenti tal-arkivji tal-BĊE jew ir-rilaxx ta’ dokumenti klassifikati. |
|
(8) |
Skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), il-BĊE huwa meħtieġ jipprovdi informazzjoni lis-suġġetti tad-data dwar l-ipproċessar ta’ data personali li tikkonċernahom u jirrispetta d-drittijiet tagħhom bħala suġġetti tad-data. Madankollu, il-BĊE għandu jibbilanċja dawn id-drittijiet mal-għanijiet tal-arkivjar fl-interess pubbliku skont il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data. |
|
(9) |
L-Artikolu 16(5), il-punt (b), u l-Artikolu 19(3), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2018/1725 jipprevedu eċċezzjonijiet, rispettivament, għad-dritt ta’ suġġett tad-data għall-informazzjoni u d-dritt għat-tħassir għall-ipproċessar tad-data għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, sa fejn dawk id-drittijiet x’aktarx jagħmlu impossibbli jew ifixklu serjament il-kisba tal-għanijiet ta’ dak l-ipproċessar. Id-dritt għall-informazzjoni bħala prinċipju ma għandux japplika fil-kuntest partikolari tal-arkivji storiċi tal-BĊE, peress li l-BĊE jkun meħtieġ jagħmel sforz sproporzjonat biex jipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar ladarba l-arkivji storiċi tiegħu jkunu saru disponibbli għall-pubbliku. Madankollu, huwa xieraq li s-suġġetti tad-data jiġu infurmati dwar il-possibbiltà li d-data personali tagħhom tista’ ssir disponibbli għall-pubbliku bħala parti mill-arkivji storiċi tal-BĊE fl-istess ħin li jiġu infurmati dwar l-operazzjonijiet ta’ pproċessar li għalihom id-data personali tagħhom tkun inġabret inizjalment. Barra minn hekk, id-dritt għat-tħassir bħala prinċipju ma għandux japplika fil-kuntest partikolari tal-arkivji storiċi tal-BĊE, b’kont meħud tad-daqs u parzjalment tan-natura fiżika tal-arkivji tal-BĊE u n-natura tal-arkivjar fl-interess pubbliku, sa fejn it-tħassir tad-data personali li tinsab fl-arkivji tal-BĊE jimmina l-validità, l-integrità u l-awtentiċità tal-arkivji storiċi tal-BĊE u għalhekk x’aktarx ifixkel serjament il-kisba tal-għanijiet tal-arkivjar fl-interess pubbliku. |
|
(10) |
L-Artikolu 25(4) tar-Regolament (UE) 2018/1725 jippermetti lill-BĊE l-possibbiltà li jipprevedi derogi mid-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 17, 18, 20, 21 u 23 ta’ dak ir-Regolament, sa fejn dawk id-drittijiet x’aktarx jagħmlu impossibbli jew ifixklu serjament il-kisba tal-għan ta’ arkivjar fl-interess pubbliku u jkunu meħtieġa derogi għat-twettiq ta’ tali fini. Fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-BĊE jipprevedi derogi mid-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 17, 18, 20, 21 u 23 tar-Regolament (UE) 2018/1725 soġġett għal salvagwardji organizzattivi u tekniċi meħtieġa mill-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament. L-għoti ta’ aċċess għal data personali jekk talba tas-suġġett tad-data ma tipprovdix informazzjoni speċifika dwar l-ipproċessar li għalih tirreferi t-talba jista’ jinvolvi sforz sproporzjonat jew ikun prattikament impossibbli, minħabba d-daqs tal-arkivji storiċi tal-BĊE. Ir-rettifika, it-tħassir jew ir-restrizzjoni tal-ipproċessar ta’ data personali jimminaw l-integrità u l-awtentiċità tal-arkivji storiċi tal-BĊE u jegħlbu l-għan tal-arkivjar fl-interess pubbliku. Madankollu, f’każijiet debitament ġustifikati ta’ data personali mhux preċiża, il-BĊE jista’ jiddeċiedi li jinkludi dikjarazzjoni supplimentari jew annotazzjoni fid-dokument rilevanti. Il-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe rettifika, tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar ta’ data personali tista’ tinvolvi sforz sproporzjonat jew tkun prattikament impossibbli. Peress li d-data personali tifforma parti integrali u indispensabbli mill-arkivji storiċi tal-BĊE, l-għoti tad-dritt ta’ oġġezzjoni għall-ipproċessar ta’ data personali li tinsab fl-arkivji tal-BĊE jagħmel il-ksib tal-għan ta’ arkivjar fl-interess pubbliku impossibbli. |
|
(11) |
Il-BĊE ma għandux iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dokumenti li fihom kategoriji speċjali ta’ data personali msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1725, data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jew data personali ta’ tfal taħt it-13-il sena. Minħabba l-volum kbir ta’ dokumenti u l-improbabbiltà ta’ dokumenti li jkun fihom data personali sensittiva li jkollhom valur amministrattiv jew storiku, it-tqegħid ta’ tali dokumenti għad-dispożizzjoni tal-pubbliku jwassal għal dewmien konsiderevoli u għalhekk ifixkel serjament il-proċess tal-arkivjar. Il-Premessa 6 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tiddikjara li r-Regolament ma għandux japplika għall-ipproċessar ta’ data personali ta’ persuni deċeduti. Peress li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet il-BĊE ma jistax jistabbilixxi jekk is-suġġett tad-data huwiex mejjet, huwa xieraq bħala salvagwardja addizzjonali li l-perijodu għall-ftuħ ta’ dokument tal-arkivji storiċi tal-BĊE li jkun fih tali data personali sensittiva skont l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jew data relatata mal-privatezza u l-integrità tal-individwu skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3 jiġi stabbilit għal mitt sena wara l-ħolqien ta’ dak id-dokument. |
|
(12) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 u ta opinjoni fil-5 ta’ Ottubru 2022. Il-BĊE implimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. |
|
(13) |
It-tieni sentenza tal-Artikolu 23.3 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/2 hija emendata biex tiċċara li dokumenti li jappartjenu għall-arkivji tal-BĊE huma aċċessibbli liberament biss wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ 30 sena skont din id-Deċiżjoni sakemm il-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet ma jiddeċidux li jqassru dak il-perijodu, bħal fil-każ tad-dokumenti li oriġinaw fi jew ġew riċevuti mill-Kumitat Delors, is-COG, l-EMCF u l-EMI, u huma miżmuma mill-BĊE, jew itawwlu, bħal fil-każ potenzjali ta’ proċedimenti individwali tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv, jekk valutazzjoni każ b’każ tikkonfuta s-suppożizzjoni li l-indipendenza tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv ma għadhiex mhedda wara 30 sena, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli dwar il-preservazzjoni u l-ftuħ għall-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-BĊE.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:
|
(1) |
“predeċessuri tal-BĊE” tfisser il-Kumitat għall-Istudju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-Kumitat tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Fond Ewropew ta’ Kooperazzjoni Monetarja u l-Istitut Monetarju Ewropew; |
|
(2) |
“arkivji tal-BĊE” tfisser:
|
|
(3) |
“arkivji storiċi tal-BĊE” tfisser id-dokumenti kollha ta’ valur storiku jew amministrattiv li huma parti mill-arkivji tal-BĊE u li ntgħażlu għall-preservazzjoni permanenti; |
|
(4) |
“data tal-ħolqien” tfisser:
|
|
(5) |
“bank ċentrali nazzjonali” jew “BĊN” tfisser bank ċentrali ta’ Stat Membru; |
|
(6) |
“parti terza” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika jew kwalunkwe entità barra s-SEBĊ; |
|
(7) |
“valutazzjoni” tfisser proċess ta’ tqassim kontinwu tal-arkivji tal-BĊE biex jiġu identifikati dokumenti li għandhom jiġu ppreservati għal finijiet ta’ arkivjar storiku; |
|
(8) |
“preservazzjoni” tfisser is-sett ta’ attivitajiet meħtieġa biex jiġi żgurat aċċess kontinwu għal, u biex jiġi mminimizzat it-telf ta’ kontenut ta’ informazzjoni fi, dokumenti magħżula biex ikunu parti mill-arkivji storiċi tal-BĊE; |
|
(9) |
“dokument klassifikat” tfisser dokument tal-arkivji storiċi tal-BĊE li ġie assenjat waħda mill-erba’ klassifikazzjonijiet ta’ sigurtà li ġejjin taħt ir-reġim ta’ kunfidenzjalità tal-BĊE (7) li ma jawtorizzax ir-rilaxx tiegħu lill-pubbliku, jiġifieri: “ECB-SECRET”, “ECB-CONFIDENTIAL”, “ECB-RESTRICTED” u “ECB-UNRESTRICTED”; |
|
(10) |
“dokument deklassifikat” tfisser dokument tal-arkivji storiċi tal-BĊE li ġie assenjat il-klassifikazzjoni tas-sigurtà “ECB-PUBLIC” taħt ir-reġim ta’ kunfidenzjalità tal-BĊE; |
|
(11) |
“data personali” tfisser data personali skont it-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1725; |
|
(12) |
“data personali tat-tfal” tfisser data personali ta’ tfal taħt l-età ta’ 13-il sena; |
|
(13) |
“data personali sensittiva” tfisser kategoriji speċjali ta’ data personali msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1725, data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u data personali tat-tfal; |
|
(14) |
“kontrollur” tfisser kontrollur skont it-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/655 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/28) (8). |
Artikolu 3
Valutazzjoni u preservazzjoni
1. Il-BĊE għandu jwettaq valutazzjoni biex jidentifika liema dokumenti tal-arkivji tal-BĊE miżmuma minnu għandhom jiġu ppreservati u liema dokumenti ma għandhom l-ebda valur amministrattiv jew storiku u għandhom jitneħħew.
2. L-għanijiet ta’ politika tal-valutazzjoni mwettqa mill-BĊE huma li jiġu identifikati u ppreservati klassijiet ta’ dokumenti li:
|
(a) |
jipprovdu evidenza tas-sors tal-awtorità, il-fondazzjoni, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-BĊE u l-predeċessuri tiegħu, is-SEBĊ, l-Eurosistema, kif ukoll kwalunkwe Kumitati, Gruppi ta’ Ħidma u Task Forces rilevanti; |
|
(b) |
jipprovdi evidenza tal-attivitajiet tal-BĊE u l-predeċessuri tiegħu, is-SEBĊ, l-Eurosistema, kif ukoll kwalunkwe Kumitati, Gruppi ta’ Ħidma u Task Forces rilevanti relatati ma’ funzjonijiet ewlenin u programmi u kwistjonijiet sinifikanti; |
|
(c) |
jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-għarfien u l-fehim tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u/jew l-istituzzjonijiet u ċ-ċittadini tagħhom; tal-impatt tal-attivitajiet tal-BĊE u l-predeċessuri tiegħu u/jew is-SEBĊ u l-Eurosistema fuq l-ambjent estern; u/jew tal-interazzjoni ta’ persuni u organizzazzjonijiet mal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni; |
|
(d) |
jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-għarfien u l-fehim tal-aspetti tal-BĊE u tal-kultura korporattiva tal-predeċessuri tiegħu. |
3. Irrispettivament mill-eżitu tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-BĊE għandu jżomm dokumenti tal-arkivji tal-BĊE f’konformità mar-rekwiżiti ta’ żamma stabbiliti fil-Pjan ta’ Depożitu u Żamma tal-BĊE (9).
Artikolu 4
Deklassifikazzjoni
1. Il-BĊE għandu fi żmien xieraq u mhux aktar tard mill-25 sena wara d-data tal-ħolqien ta’ dokument klassifikat, jeżamina il-kategoriji ta’ dokumenti klassifikati miżmuma minnu sabiex jiddeċiedi jekk jiddeklassifikahomx jew le għal ‘ECB-PUBLIC’. Il-BĊE għandu jerġa’ jeżamina d-dokumenti tal-arkivji storiċi tal-BĊE, jew kategoriji ta’ dokumenti, miżmuma minnu li ma ġewx deklassifikati bħala ‘ECB-PUBLIC’ wara l-ewwel eżami bħal dan mill-inqas kull ħames snin wara.
2. Skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83, qabel ma jiddeċiedi li jiddeklassifika u jagħmel disponibbli għall-pubbliku dokumenti tal-arkivji storiċi tal-BĊE li, jekk jiġu żvelati, jistgħu jimminaw l-interessi kummerċjali ta’ persuna naturali jew ġuridika, inkluża l-proprjetà intellettwali, il-BĊE għandu jippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biex jinforma lill-persuni jew impriżi kkonċernati u jistedinhom jissottomettu osservazzjonijiet f’perijodu ta’ mhux inqas minn tmien ġimgħat kif speċifikat fl-avviż, bil-ħsieb li jiġi vvalutat jekk id-dokumenti għandhomx jiġu rilaxxati jew le.
Artikolu 5
Il-ftuħ lill-pubbliku ta’ dokumenti deklassifikati miżmuma mill-BĊE
1. Il-BĊE għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku d-dokumenti deklassifikati miżmuma minnu jekk dawn oriġinaw fi jew ġew riċevuti mill-predeċessuri tal-BĊE.
2. Il-BĊE għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku bis-saħħa tal-paragrafi 3 u 4 dokumenti deklassifikati miżmuma minnu, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, 30 sena wara d-data tal-ħolqien tagħhom.
3. Il-BĊE għandu jagħmel aċċessibbli online, kull fejn ikun possibbli, dokumenti deklassifikati msemmija fil-paragrafu 2 permezz tal-pjattaformi ta’ komunikazzjoni online tal-BĊE.
4. Fejn ma jkunx possibbli li d-dokumenti deklassifikati msemmija fil-paragrafu 2 isiru disponibbli online bis-saħħa tal-paragrafu 3, il-BĊE għandu jagħmilhom disponibbli għall-applikanti jew fil-bini tal-BĊE jew, fejn jitqies xieraq mill-BĊE, billi joħroġ kopja diġitali tad-dokumenti mitluba, taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
applikazzjoni għall-aċcess ta’ dokument deklassifikat issir f’kwalunkwe forma miktuba, inkluża l-forma elettronika, f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni f’mod preċiż biżżejjed biex il-BĊE jkun jista` jidentifika d-dokumenti mitluba; |
|
(b) |
dokumenti jiġu pprovduti fl-aħħar verżjoni tagħhom fil-format (inkluż dak elettroniku) u fil-lingwa/i li biha nħolqu. |
Jekk applikazzjoni għal aċċess għal dokument deklassifikat ma tkunx preċiża biżżejjed għall-finijiet tal-punt (a), il-BĊE għandu jitlob lill-applikant biex jiċċaraha u għandu jassisti lill-applikant biex jagħmel dan.
Artikolu 6
Dokumenti li jikkonċernaw it-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-Eurosistema miżmuma mill-BĊNi
1. Il-BĊNi għandhom iwettqu valutazzjoni biex jidentifikaw liema dokumenti tal-arkivji tal-BĊE miżmuma minnhom għandhom jiġu ppreservati u liema dokumenti ma għandhom l-ebda valur storiku jew amministrattiv u għandhom jitneħħew. Huma għandhom isegwu l-objettivi ta’ politika stabbiliti fl-Artikolu 3(2) fil-valutazzjoni tagħhom u jirrispettaw ir-rekwiżiti ta’ żamma msemmija fl-Artikolu 3(3). Meta BĊN u l-BĊE jkollhom l-istess dokumenti tal-arkivji tal-BĊE, il-BĊNi għandhom jallinjaw l-valutazzjoni tagħhom mar-riżultat tal-valutazzjoni mwettqa mill-BĊE skont l-Artikolu 3.
2. Il-BĊNi għandhom fi żmien xieraq, u mhux aktar tard mill-25 sena wara d-data tal-ħolqien ta’ dokument klassifikat, jeżaminaw il-kategoriji ta’ dokumenti klassifikati miżmuma minnhom sabiex jiddeċiedu jekk jiddeklassifikawhomx jew le għal livell li huwa ekwivalenti għall-klassifikazzjoni ‘ECB-PUBLIC’. Meta BĊN u l-BĊE jkollhom l-istess dokumenti tal-arkivji tal-BĊE, il-BĊNi għandhom jallinjaw id-deċiżjoni dwar id-deklassifikazzjoni mar-riżultat tad-deċiżjoni dwar id-deklassifikazzjoni meħuda mill-BĊE f’konformità mal-Artikolu 4(1). Il-BĊNi m’għandhomx jagħmlu dokumenti deklassifikati disponibbli għall-pubbliku jew jittrasferuhom lil parti terza qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ 30 sena li jibda mid-data tal-ħolqien ta’ dokument.
Artikolu 7
Dokumenti tal-arkivji tal-BĊE li jikkonċernaw it-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-Eurosistema miżmuma minn parti terzi
Meta BĊN ikun ittrasferixxa dokumenti tal-arkivji tal-BĊE lil parti terza, dak il-BĊN għandu jiżgura li:
|
(a) |
fejn il-BĊE jkollu l-istess dokumenti bħal dawk trasferiti lil dik il-parti terza u dik il-parti terza twettaq valutazzjoni ta’ dawk id-dokumenti, il-valutazzjoni ta’ dik il-parti terza għandha tkun allinjata mar-riżultat tal-valutazzjoni mwettqa mill-BĊE taħt l-Artikolu 3; |
|
(b) |
fejn il-BĊE jkollu l-istess dokumenti bħal dawk trasferiti lil dik il-parti terza u dik il-parti terza teżamina l-klassifikazzjonijiet tas-sigurtà ta’ dawk id-dokumenti, deċiżjoni dwar id-deklassifikazzjoni ta’ dik il-parti terza għandha tkun allinjata mar-riżultat tad-deċiżjoni dwar id-deklassifikazzjoni meħuda mill-BĊE f'konformità mal-Artikolu 4(1); u |
|
(c) |
il-parti terza m'għandhiex tagħmel dokumenti deklassifikati disponibbli għall-pubbliku qabel l-iskadenza tal-perijodu ta' 30 sena li jibda mid-data tal-ħolqien tad-dokumenti. |
Artikolu 8
Ipproċessar ta’ data personali u obbligi tal-kontrollur
1. Il-BĊE jista’ jidderoga mid-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont l-Artikolu 25(4) tar-Regolament (UE) 2018/1725, sa fejn ikun meħtieġ biex jiġu ssodisfatti l-għanijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku u biex tiġi ppreservata l-integrità tal-arkivji storiċi tal-BĊE, inlkuż b’mod partikolari mid-drittijiet li ġejjin:
|
(a) |
id-dritt ta’ aċċess (10), fejn it-talba tas-suġġett tad-data ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ dokumenti speċifiċi tal-arkivji tal-BĊE mingħajr ma tinvolvi sforz amministrattiv sproporzjonat u, fil-valutazzjoni tal-azzjoni li għandha tittieħed fuq it-talba tas-suġġett tad-data u l-isforz amministrattiv meħtieġ, għandha titqies b’mod partikolari l-informazzjoni pprovduta mis-suġġett tad-data u n-natura, l-kamp tal-applikazzjoni, volum u d-daqs tad-dokumenti tal-arkivji tal-BĊE potenzjalment ikkonċernati; |
|
(b) |
id-dritt ta’ rettifika (11), fejn ir-rettifika tagħmilha impossibbli li jiġu ppreservati l-integrità u l-awtentiċità tad-dokumenti tal-arkivji storiċi tal-BĊE, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ dikjarazzjoni jew annotazzjoni supplimentari għad-dokument ikkonċernat, sakemm dan ma jirriżultax impossibbli jew jinvolvi sforz sproporzjonat; |
|
(c) |
id-dritt għar-restrizzjoni tal-ipproċessar (12), fejn l-ipproċessar ikun meħtieġ biex jiġu ppreservati l-integrità u l-awtentiċità tad-dokumenti tal-arkivji storiċi tal-BĊE u/jew ikun fl-interess pubbliku; |
|
(d) |
l-obbligu li tiġi nnotifikata r-rettifika jew it-tħassir ta’ data personali (13), sa fejn dan jirriżulta impossibbli jew jinvolvi sforz sproporzjonat; |
|
(e) |
id-dritt ta’ oġġezzjoni għall-ipproċessar (14), fejn id-data personali tkun tinsab f’dokumenti tal-arkivji storiċi tal-BĊE bħala parti integrali u indispensabbli ta’ dawk id-dokumenti. |
2. Il-BĊE għandu jimplimenta salvagwardji xierqa biex jiżgura l-konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Tali salvagwardji għandhom jinkludu miżuri tekniċi u organizzattivi, b’mod partikolari, sabiex jiġi żgurat ir-rispett għall-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data. Is-salvagwardji għandhom jinkludu:
|
(a) |
l-istabbiliment ta’ proċeduri għall-protezzjoni ta’ data personali, bħat-tħassir u l-qerda sistematika ta’ fajls li jkun fihom data personali f’konformità mal-Pjan ta’ Depożitu u Żamma tal-BĊE ; |
|
(b) |
l-istabbiliment ta’ proċeduri kkontrollati li jippermettu l-aċċess għal dokumenti fejn l-eżistenza ta’ data personali ma tistax tiġi aċċertata; |
|
(c) |
ma jirrilaxxawx data personali sensittiva; u |
|
(d) |
miżuri ta’ psewdonimizzazzjoni u anonimizzazzjoni. |
3. Il-kontrollur huwa meħtieġ li:
|
(a) |
jinforma lis-suġġetti tad-data dwar il-fatt li d-dokumenti li fihom id-data personali tagħhom jistgħu jsiru disponibbli għall-pubbliku bħala parti mill-arkivji storiċi tal-BĊE; |
|
(b) |
jikkonsulta lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data qabel ma tittieħed deċiżjoni li jidderoga mid-drittijiet tas-suġġett tad-data f’każ partikolari u jiddokumenta din il-konsultazzjoni; |
|
(c) |
jirreġistra kwalunkwe deroga applikata skont il-paragrafu 1 kif ukoll ir-raġunament li jiġġustifika d-deroga; |
|
(d) |
jagħmel disponibbli kwalunkwe dokument li jkun fih elementi fattwali u legali sottostanti għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba. |
Artikolu 9
Protezzjoni tad-data personali sensittiva
Il-BĊE m'għandux iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dokumenti tal-arkivji storiċi tal-BĊE miżmuma minnu li jkun fihom data personali sensittiva jew data relatata mal-privatezza u l-integrità tal-individwu taħt l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3, inklużi deskrizzjonijiet arkivjali jew rekords tal-awtorità, qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mitt sena li jibda mid-data tal-ħolqien ta’ dawk id-dokumenti.
Artikolu 10
Riproduzzjoni tal-arkivji storiċi tal-BĊE
1. L-arkivji storiċi tal-BĊE, jew kwalunkwe informazzjoni deskrittiva li tikkonċerna tali arkivji, rilaxxati permezz tal-pjattaformi ta’ komunikazzjoni online tal-BĊE u skont din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiġu riprodotti jew sfruttati għal finijiet kummerċjali mingħajr l-awtorizzazzjoni speċifika minn qabel tal-BĊE. Il-BĊE jista’ jżomm din l-awtorizzazzjoni mingħajr ma jagħti r-raġunijiet tiegħu għal dan.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regoli dwar id-drittijiet tal-awtur li jistgħu jillimitaw id-dritt ta’ parti terza li tirriproduċi jew tisfrutta d-dokumenti rilaxxati.
Artikolu 11
Pubblikazzjoni annwali ta’ informazzjoni dwar l-attivitajiet
Il-BĊE għandu jippubblika kull sena informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ arkivjar storiku tiegħu permezz tal-pjattaformi ta’ komunikazzjoni online tal-BĊE.
Artikolu 12
Koordinazzjoni
Il-BĊE għandu jistabbilixxi grupp ta’ koordinazzjoni tal-arkivji storiċi tal-BĊE b’rappreżentanti mill-BĊE u l-BĊNi ppreseduti mid-Diviżjoni tal-Governanza tal-Informazzjoni tal-BĊE. Għandu jiddiskuti l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni bil-għan li tiżgura li l-arkivji storiċi tal-BĊE jiġu pproċessati b'mod konsistenti u bil-kura xierqa fis-SEBĊ u l-Eurosistema kollha. Għal dan il-għan, għandu jassisti wkoll lid-Diviżjoni tal-Governanza tal-Informazzjoni tal-BĊE biex jistabbilixxi sett ta’ miżuri u proċeduri operattivi li għandhom jiġu applikati.
Article 13
Emenda għad-Deċiżjoni BĊE/2004/2
It-tieni sentenza tal-Artikolu 23.3 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/2 hija ssostitwita b’dan li ġej:
“Huma għandhom ikunu aċċessibbli liberament wara l-iskadenza ta’ perijodu ta’ 30 sena li jibda mid-data tal-ħolqien tagħhom skont id-Deċiżjoni (UE) 2023/1610 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2023/17) (*1) sakemm il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet ma jiddeċiedux li jtawlu jew iqassru dan il-perijodu.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-28 ta’ Lulju 2023.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(2) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Diċembru 2020, Il-Kummissjoni vs Is-Slovenja, C-316/19, EU:C:2020:1030.
(3) Id-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(5) Id-Deċiżjoni BĊE/2004/3 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2004 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 42).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(7) Ir-reġim ta’ kunfidenzjalità tal-BĊE huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-BĊE.
(8) Id-Deċizjoni (UE) 2020/655 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2020 li tadotta regoli implimentattivi dwar il-protezzjoni tad-data fil-Bank Ċentrali Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2007/1 (BĊE/2020/28), (ĠU L 152, 15.5.2020, p. 13).
(9) L-aħħar verżjoni tal-Pjan ta’ Depożitu u Żamma tal-BĊE ġiet approvata mill-Bord Eżekuttiv fil-laqgħa tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2022. Dan jiġi aġġornat u ppubblikat regolarment fuq is-sit web tal-BĊE.
(10) L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725.
(11) L-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2018/1725.
(12) L-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2018/1725.
(13) L-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2018/1725.
(14) L-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2018/1725.
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
8.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/39 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2023 TAL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT GĦAS-SAJD STABBILIT BL-ARTIKOLU 8(1)(Q) TAL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA ,
tal-24 ta’ Lulju 2023
fir-rigward tal-mekkaniżmu għat-trasferimenti volontarji matul is-sena tal-opportunitajiet tas-sajd [2023/1611]
IL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT GĦAS-SAJD,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 508(1)(m) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 498(8) tal-Ftehim jipprevedi li r-Renju Unit u l-Unjoni (kull waħda minnhom “Parti”, flimkien “il-Partijiet”) jistabbilixxu mekkaniżmu għat-trasferimenti volontarji matul is-sena tal-opportunitajiet tas-sajd bejn il-Partijiet. |
|
(2) |
L-Artikolu 508 tal-Ftehim jistabbilixxi, b’mod mhux eżawrjenti, il-funzjonijit u s-setgħat tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd. |
|
(3) |
L-Artikolu 508(1)(m) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jista’ jiżviluppa mekkaniżmu għal trasferimenti volontarji matul is-sena tal-opportunitajiet tas-sajd bejn il-Partijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 498(8). L-Artikolu 508(2)(b) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jista’ jadotta miżuri, inklużi deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 508(1)(m) tal-Ftehim. |
|
(4) |
Kif stipulat fir-reġistri bil-miktub tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn il-Partijiet għall-2021 u l-2022, il-Partijiet operaw mekkaniżmu interim għal trasferimenti volontarji matul is-sena tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2021 u l-2022 rispettivament sakemm jiġi stabbilit il-mekkaniżmu kif imsemmi fl-Artikolu 498(8). |
|
(5) |
Matul it-tielet laqgħa tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd fis-27 ta’ April 2022, il-Partijiet approvaw il-prinċipji għat-tħaddim tal-mekkaniżmu kif imsemmi fl-Artikolu 498(8). |
|
(6) |
Kif stipulat fir-reġistru bil-miktub tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn il-Partijiet għall-2023, il-mekkaniżmu interim għall-2021 u għall-2022 ġie estiż għall-opportunitajiet tas-sajd għall-2023 sakemm jiġi stabbilit il-mekkaniżmu kif imsemmi fl-Artikolu 498(8). |
|
(7) |
Huwa xieraq li l-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jiddeċiedi dwar id-dettalji tal-mekkaniżmu għat-trasferimenti volontarji matul is-sena tal-opportunitajiet tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 498(8), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mekkaniżmu għat-trasferimenti volontarji matul is-sena tal-opportunitajiet tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 498(8) tal-Ftehim huwa b’dan stabbilit.
Artikolu 2
Il-mekkaniżmu għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji li ġejjin:
|
1. |
Se jkun mekkaniżmu għal trasferimenti volontarji ta’ matul is-sena tal-opportunitajiet tas-sajd bejn il-Partijiet. |
|
2. |
Il-mekkaniżmu se jopera kull sena permezz ta’ serje ta’ sessjonijiet individwali regolari bejn il-Partijiet bejn l-1 ta’ April u l-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara, normalment b’distakk ta’ 4 ġimgħat bejn is-sessjonijiet. Il-Partijiet se jaqblu dwar skeda għal dawn is-sessjonijiet bil-quddiem, inklużi d-dati sa meta l-Partijiet, jekk it-tnejn jixtiequ jipproponu trasferimenti, se jiskambjaw listi ta’ trasferimenti proposti. |
|
3. |
Il-proposti ta’ skambju individwali se jinkludu l-identifikaturi u t-tunnellaġġ tal-istokk li l-Partijiet jipproponu li jittrasferixxu f’kull direzzjoni (lejn ir-Renju Unit u lejn Stat Membru tal-Unjoni). |
|
4. |
Se jiġu eżegwiti proposti identiċi li huma inklużi fil-listi skambjati taż-żewġ Partijiet. |
|
5. |
Perjodikament jista’ jsir rieżami tal-mekkaniżmu, permezz tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd. |
Artikolu 3
Il-mekkaniżmu jista’ jiġi sospiż jew imwaqqaf minn kwalunkwe Parti b’avviż raġonevoli lill-Parti l-oħra.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell u f’Londra, l-24 ta’ Lulju 2023.
Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd
Il-Kopresidenti
Eva Maria CARBALLEIRA FERNANDEZ
Mike DOWELL
|
8.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/41 |
RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2023 TAL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT GĦAS-SAJD STABBILIT BL-ARTIKOLU 8(1)(Q) TAL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ’ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA ,
tal- 24 ta’ Lulju 2023
fir-rigward tal-linji gwida għan-notifiki skont l-Artikolu 496(3) tal-Ftehim [2023/1612]
IL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT GĦAS-SAJD,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 508(2)(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 496(1) tal-Ftehim jipprevedi li kull Parti għandha tiddeċiedi dwar kwalunkwe miżura applikabbli għall-ilmijiet tagħha biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 494(1) u (2), u fir-rigward tal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 494(3). |
|
(2) |
L-Artikolu 496(3) tal-Ftehim jipprevedi li r-Renju Unit u l-Unjoni (kull “Parti”, flimkien “il-Partijiet”) għandhom jinnotifikaw lill-Parti l-oħra dwar miżuri ġodda kif imsemmi fl-Artikolu 496(1) li x’aktarx jaffettwaw il-bastimenti tal-Parti l-oħra qabel ma jiġu applikati dawk il-miżuri, filwaqt li jippermettu biżżejjed żmien għall-Parti l-oħra biex tipprovdi kummenti jew tfittex kjarifika. |
|
(3) |
Fil-laqgħa tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd tas-27 ta’ Ottubru 2021, il-Partijiet qablu li jkomplu d-diskussjonijiet dwar kif il-proċess ta’ skambju ta’ notifiki jista’ jittejjeb, bil-ħsieb li jiġi żviluppat protokoll ta’ notifiki. Fil-laqgħa tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd tal-21 ta’ Ottubru 2022, il-Partijiet innotaw l-importanza li jintlaħaq qbil dwar protokoll għall-iskambju ta’ notifiki. |
|
(4) |
L-Artikolu 508(2)(b) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jista’ jadotta rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 508(1) tal-Ftehim. |
|
(5) |
L-Artikolu 10 tal-Ftehim jipprevedi li r-rakkomandazzjonijiet ma għandhomx saħħa vinkolanti. |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
|
1. |
Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li l-Partijiet, f’ċirkostanzi normali, jinnotifikaw miżura ġdida ta’ ġestjoni tas-sajd skont l-Artikolu 496(3) li tippermetti biżżejjed żmien għall-Parti l-oħra biex tipprovdi kummenti jew tfittex kjarifika, u mhux inqas minn 45 jum kalendarju qabel mal-miżura tidħol fis-seħħ. Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li l-Partijiet jagħmlu ħilithom biex iwieġbu għal kwalunkwe talba għal kjarifiki fil-ħin. |
|
2. |
Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrikonoxxi li Parti jista’ jkollha bżonn tieħu miżuri ta’ emerġenza, li jkopru fost l-oħrajn miżuri relatati ma’ theddida serja għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew għall-ekosistema tal-baħar taħt il-ġurisdizzjoni tal-Partijiet. F’ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawn, il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li Parti tinnotifika lill-parti l-oħra b’miżura ta’ emerġenza kmieni kemm jista’ jkun.Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li Parti tista’ titlob diskussjoni permezz tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd dwar l-użu ta’ perjodi ta’ avviż iqsar għal raġunijiet ta’ miżuri ta’ emerġenza, biex jiġi żgurat li din l-eċċezzjoni tintuża biss meta jkun xieraq u tibqa’ eċċezzjonali. |
|
3. |
Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li notifika tinkludi u tkun strutturata f’konformità mal-kontenut li ġej:
|
|
4. |
Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li l-Partijiet jinfurmaw lil xulxin malajr kemm jista’ jkun dwar id-data tad-dħul fis-seħħ, jekk ma tkunx magħrufa fiż-żmien tan-notifika jew tkun inbidlet miż-żmien tan-notifika. |
|
5. |
Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li kull Parti tinforma lil xulxin dwar il-verżjoni finali tal-miżura hekk kif it-test isir pubbliku. |
|
6. |
Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrikonoxxi każijiet fejn il-Partijiet jimplimentaw miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd miftiehma miż-żewġ Partijiet skont l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs) jew f’rekords bil-miktub jew miftiehma ta’ konsultazzjonijiet annwali dwar is-sajd u jirrakkomanda notifika simplifikata f’każijiet bħal dawn dment li l-miżuri ma jmorrux lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim fl-RFMO jew ir-rekords bil-miktub jew miftiehma, li jinkludu l-kontenut li ġej, u li għandhom jinħarġu mill-inqas 30 jum kalendarju qabel mal-miżura tidħol fis-seħħ:
|
|
7. |
Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li l-Partijiet jiskambjaw perjodikament ħarsa ’l quddiem lejn bidliet leġiżlattivi prevedibbli jew miżuri oħra matul is-6 sa 12-il xahar li ġejjin, li jekk jiġu adottati jaqgħu taħt ir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 496(3) tal-Ftehim. |
|
8. |
Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrikonoxxi li ċerti miżuri se jkunu s-suġġett ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi jew sejħiet għal evidenza qabel l-implimentazzjoni u jirrakkomanda li kull Parti tinforma lill-Parti l-oħra dwar tali inizjattivi ta’ politika mal-pubblikazzjoni tagħhom biex il-Parti l-oħra tkun tista’ titlob kjarifiki u tipprovdi kummenti f’dan l-istadju, li huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ notifika skont l-Artikolu 496(3). Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li l-Partijiet jistgħu jaqblu li jinkludu diskussjonijiet dwar tali miżuri proposti fuq l-aġenda tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd, kif xieraq. |
|
9. |
Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li n-notifiki jiġu skambjati permezz ta’ miżuri elettroniċi u li l-Partijiet jikkomunikaw lil xulxin lista ta’ indirizzi tal-posta elettronika għall-inklużjoni fit-trażmissjoni formali tan-notifiki, u kwalunkwe bidla fihom. Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li l-Parti riċeventi tikkuntattja lill-Parti emittenti biex tikkonferma l-irċevuta tan-notifiki. |
|
10. |
Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li jsir rieżami fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet jekk il-Parti tqis li jkun meħtieġ rieżami biex jittejjeb l-operat tal-iskambju ta’ notifiki, bl-għan li l-linji gwida jiġu emendati b’mod maqbul b’mod reċiproku jew, jekk mhux possibbli twaqqafhom. |
Magħmul fi Brussell u f’Londra, l-24 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd
Il-Kopresidenti
Eva Maria CARBALLEIRA FERNANDEZ
Mike DOWELL
|
8.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/44 |
RAKKOMANDAZZJONI Nru 2/2023 TAL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT GĦAS-SAJD STABBILIT BL-ARTIKOLU 8(1)(Q) TAL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA,
tal-24 ta’ Lulju 2023
fir-rigward tal-allinjament taż-żoni ta’ ġestjoni għal Lingwata ta’ ħalq żgħir, Barbun ilsien il-kelb, Barbun imperjali u Barbun lixx [2023/1613]
IL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT GĦAS-SAJD,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 504 u l-Artikolu 508(2)(d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 504(1) tal-Ftehim jipprevedi li r-Renju Unit u l-Unjoni (kull waħda minnhom il-“Parti”, flimkien “il-Partijiet”) għandhom jitolbu parir mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (“ICES”) dwar l-allinjament taż-żoni ta’ ġestjoni u l-unitajiet ta’ valutazzjoni użati mill-ICES għall-istokkijiet immarkati b’asterisk fl-Anness 35. |
|
(2) |
Dawk l-istokkijiet huma: (i) il-lingwata ta’ ħalq żgħir u barbun ilsien il-kelb (il-Baħar tat-Tramuntana) L/W/2AC4-C; (ii) il-barbun tat-tbajja’ (il-Kanal Ingliż), PLE/7DE; (iii) il-barbun imperjali u l-barbun lixx (il-Baħar tat-Tramuntana), T/B/2AC4-C; u (iv) il-merlangu (il-Baħar Ċeltiku), WHG/7X7A-C. |
|
(3) |
L-Artikolu 504(2) tal-Ftehim jipprevedi li fi żmien 6 xhur minn meta jirċievu l-parir, il-Partijiet għandhom jirrevedu b’mod konġunt dak il-parir u għandhom jikkunsidraw b’mod konġunt l-aġġustamenti għaż-żoni ta’ ġestjoni tal-istokkijiet ikkonċernati, bil-ħsieb li jaqblu fuq bidliet konsegwenzjali fil-lista tal-istokkijiet u l-ishma stabbiliti fl-Anness 35. |
|
(4) |
Il-Partijiet innotaw il-konklużjoni ta’ tali talbiet konġunti lill-ICES għall-erba’ stokkijiet fil-laqgħa tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd tal-20 ta’ Lulju 2022. Barra minn hekk, fis-16 ta’ Diċembru 2022, l-ICES ta l-parir tiegħu għal tnejn mill-erba’ stokkijiet: (i) il-lingwata ta’ ħalq żgħir u l-barbun ilsien il-kelb (il-Baħar tat-Tramuntana); u (ii) il-barbun imperjali u l-barbun lixx (il-Baħar tat-Tramuntana). |
|
(5) |
Fil-preżent, il-lingwata ta’ ħalq żgħir u l-barbun ilsien il-kelb, L/W/2AC4-C, u l-barbun imperjali u l-barbun lixx, T/B/2AC4-C, it-tnejn huma ġestiti skont it-TAC kombinata filwaqt li l-ICES jipprovdi parir dwar livell ta’ speċijiet, u l-ambitu ġeografiku ta’ dawn iż-żoni ta’ ġestjoni għal-lingwata ta’ ħalq żgħir, il-barbun ilsien il-kelb u l-barbun lixx skont il-Ftehim li huwa aktar ristrett miż-żoni skont il-parir tal-ICES:
|
|
(6) |
Fil-parir tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2022, l-ICES ta parir li għall-erba’ stokkijiet kollha (il-lingwata ta’ ħalq żgħir, il-barbun ilsien il-kelb, il-barbun imperjali u l-barbun lixx), il-ġestjoni jenħtieġ li tuża TAC għal speċi waħda li tkopri ż-żona ta’ distribuzzjoni tal-istokk. |
|
(7) |
Fil-parir annwali tiegħu tat-30 ta’ Ġunju 2022 dwar l-istokkijiet għal-lingwata ta’ ħalq żgħir, il-barbun ilsien il-kelb, il-barbun imperjali u l-barbun lixx, l-ICES bl-istess mod ta’ parir li l-ġestjoni jenħtieġ li tiġi implimentata fil-livell tal-ispeċijiet fiż-żona kollha ta’ distribuzzjoni tal-istokk. L-ICES ta parir li l-ġestjoni ta’ dawn l-ispeċijiet skont it-TAC ta’ speċi kkombinata tipprevjeni l-kontroll effettiv tar-rati ta’ sfruttament ta’ speċi waħda u tista’ twassal għall-isfruttament żejjed ta’ kwalunkwe waħda mill-ispeċijiet. |
|
(8) |
L-Artikolu 508(2)(d) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jista’ jadotta rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta’ kooperazzjoni fil-ġestjoni sostenibbli tas-sajd skont l-Intestatura Ħamsa (Sajd) tal-Ftehim. |
|
(9) |
Il-Partijiet jirrikonoxxu li jista’ jkun xieraq li jkun hemm aktar minn TAC waħda għal kull speċi sabiex jiġu stabbiliti opportunitajiet tas-sajd sostenibbli. |
|
(10) |
Il-Partijiet jirrikonoxxu wkoll l-importanza ta’ ġestjoni tas-sajd internazzjonali responsabbli, inkluż li t-TACs jenħtieġ li jqisu qabdiet oħra tal-istat kostali. |
|
(11) |
Il-Partijiet jinnotaw l-isfidi potenzjali għall-ġestjoni ta’ dawn l-istokkijiet li jistgħu jirriżultaw miċ-ċaqliq lejn TACs ta’ speċi waħda li jsegwu ż-żona skont il-parir tal-ICES, inkluża l-applikazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art, u jirrikonoxxu r-rwol potenzjali tal-flessibbiltà bejn iż-żoni bejn it-TACs għall-istess speċi u l-użu ta’ skambji ta’ kwoti għall-mitigazzjoni ta’ tali riskji. |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Artikolu 1
Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li l-Partijiet, f’konsultazzjonijiet annwali futuri skont l-Artikolu 498 tal-Ftehim, jiġġestixxu il-lingwata ta’ ħalq żgħir u l-barbun ilsien il-kelb (il-Baħar tat-Tramuntana), L/W/2AC4-C, u l-barbun imperjali u l-barbun lixx (il-Baħar tat-Tramuntana), T/B/2AC4-C, f’livell ta’ speċi waħda billi jistabbilixxu l-ammont massimu ta’ kull speċi li tista’ tinqabad skont kull TAC.
Artikolu 2
Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda, bil-ħsieb li jiġi żgurat li ż-żona sħiħa tal-istokk tkun taħt il-ġestjoni tat-TAC, li l-Partijiet f’konsultazzjonijiet annwali futuri jistabbilixxu TACs skont l-Artikolu 498(3) tal-Ftehim kif elenkat fl-Anness I għal din ir-rakkomandazzjoni.
Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li l-ishma tal-Partijiet mit-TACs għall-istokkijiet elenkati fl-Anness I ta’ din ir-rakkomandazzjoni jiġu allokati bejn il-Partijiet f’konformità mal-ishma tal-kwoti stabbiliti fl-Anness I ta’ din ir-rakkomandazzjoni. F’konformità mal-ġestjoni tas-sajd internazzjonali responsabbli, il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li l-Partijiet jagħtu rendikont tal-qabdiet ta’ pajjiżi terzi meta jistabbilixxu t-TACs f’konformità mal-Anness I.
Artikolu 3
Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li l-opportunitajiet tas-sajd ġenerali għall-istokkijiet ikkonċernati jitqassmu bejn it-TACs rilevanti f’konformità mal-Anness II ta’ din ir-rakkomandazzjoni, abbażi tal-ħatt l-art uffiċjali għall-perjodu 2011-2020.
Artikolu 4
Filwaqt li jinnota li l-parir tal-ICES dwar il-qbid japplika għaż-żoni kollha tal-ICES koperti mit-TACs imsemmija fl-Artikolu 1 u 2 għal-lingwata ta’ ħalq żgħir, il-barbun ilsien il-kelb u l-barbun lixx, il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li l-flessibbiltà ġeografika bejn iż-Żona 3a u ż-Żona 4 tapplika b’rata ta’ 100 % fiż-żewġ direzzjonijiet u bejn iż-Żona 4 u ż-Żona 7d b’rata ta’ 100 % fiż-żewġ direzzjonijiet.
Magħmul fi Brussell u f’Londra, l-24 ta’ Lulju 2023
Għall-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd
Il-Kopresidenti
Eva Maria CARBALLEIRA FERNANDEZ
Mike DOWELL
ANNESS I
TACS U L-ISHMA RISPETTIVI TAT-TAC TAR-RENJU UNIT U TAL-UE
|
Nru. |
Isem Komuni |
Żoni tal-ICES |
Sehem tat-TAC (*1) (%) |
|
|
IR-RENJU UNIT |
L-UE |
|||
|
1 |
Lingwata ta’ ħalq żgħir (3a) |
l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 3a |
0,00 % |
100,00 % |
|
2 |
Lingwata ta’ ħalq żgħir (Kanal tal-Lvant) |
7d |
18,77 % |
81,23 % |
|
3 |
Barbun ilsien il-kelb (3a) |
l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 3a |
0,00 % |
100,00 % |
|
4 |
Barbun ilsien il-kelb (Kanal tal-Lvant) |
7d |
0,00 % |
0,00 % |
|
5 |
Barbun lixx (3a) |
l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 3a |
0,00 % |
100,00 % |
|
6 |
Barbun lixx (Kanal Ingliż) |
7d u 7e |
38,66 % |
61,34 % |
(*1) Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li ċ-ċifra tat-TAC li għandha titqassam bejn ir-Renju Unit u l-UE tkun ekwivalenti għat-TAC ewlenija li minnha jitnaqqsu l-qabdiet ta’ pajjiżi terzi. Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jirrakkomanda li l-qabdiet ta’ pajjiżi terzi jiġu stabbiliti għal 0,72 % tal-qabda totali għal-lingwata ta’ ħalq żgħir, 6,21 % għall-barbun ilsien il-kelb, 0,55 % għall-barbun lixx u 0,67 % għall-barbun imperjali. Dawn huma derivati minn data storika dwar il-ħatt l-art.
ANNESS II
TQASSIM TAL-PERĊENTWALI TAT-TAC TOTALI MAQBUL LI JKOPRI Ż-ŻONA TAL-ISTOKK BIJOLOĠIKU TAL-ICES GĦAŻ-ŻONI L-ĠODDA TAT-TAC
|
|
3 a |
4 |
7d |
7e |
|
Lingwata ta’ ħalq żgħir |
9,10 % |
83,38 % |
7,52 % |
Mhux Applikabbli |
|
Barbun ilsien il-kelb |
44,40 % |
55,60 % |
0,00 % |
Mhux Applikabbli |
|
Barbun lixx |
6,04 % |
64,20 % |
29,76 % |
|
|
Barbun imperjali |
Mhux Applikabbli |
100,00 % |
Mhux Applikabbli |
Mhux Applikabbli |