|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190I |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
28.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 190/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1563
tat-28 ta' Lulju 2023
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
|
(2) |
L-Unjoni tibqa' soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
|
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta' Marzu 2023, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna qawwija tal-Unjoni tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Kunsill Ewropew tenna wkoll li l-Unjoni tibqa' impenjata li żżomm u żżid il-pressjoni kollettiva fuq ir-Russja, inkluż permezz ta' aktar miżuri restrittivi possibbli. Il-Kunsill Ewropew iddikjara wkoll li l-Unjoni ser tintensifika l-ħidma tagħha mas-sħab biex tiġġieled in-narrattivi foloz tar-Russja u d-diżinformazzjoni dwar il-gwerra. |
|
(4) |
Fil-kuntest tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, xi atturi Russi mexxew kampanja diġitali ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni msemmija "RRN" (Recent Reliable News), li għandha l-għan li timmanipula l-informazzjoni u xxerred il-propaganda b'appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dik il-kampanja, li fiha pparteċipaw korpi tal-gvern jew korpi affiljati mal-Istat Russu, tiddependi minn paġni web foloz li jassumu l-identità ta' strumenti tal-media nazzjonali u siti web tal-gvern, kif ukoll minn kontijiet foloz fuq il-media soċjali. |
|
(5) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li seba’ persuni u ħames entitajiet responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat f'konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
P. NAVARRO RÍOS
ANNESS
Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness 1 għar-Regolament (UE) Nru 269/2014
|
|
Persuni
|
|
|
Entitajiet
|
|
28.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 190/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1564
tat-28 ta’ Lulju 2023
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005. |
|
(2) |
Wara evalwazzjoni taċ-ċirkostanzi rilevanti u fid-dawl tal-gravita’ tas-sitwazzjoni fid-DRC, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jinżiedu disa’ persuni mal-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005. |
|
(3) |
L-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 għaldaqstant jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
P. NAVARRO RÍOS
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jinżiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fit-Taqsima A (“Persuni”) tal-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005:
Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“18. |
Bernard Maheshe BYAMUNGU |
magħruf ukoll bħala Tiger One Funzjoni/klassifikazzjoni: Brigadier-Ġeneral fl-M23/ARC, Viċi Kmandant tal-operazzjonijiet Data tat-twelid: 10/10/1974 Nazzjonalità: RDK Sess: Raġel |
Bernard Byamungu għandu pożizzjoni ewlenija fil-fergħa militari tal-Mouvement du 23 mars (M23)/Armée révolutionnaire Congolaise (ARC) bħala Brigadier-Ġeneral u Deputat Kmandant tal-operazzjonijiet ta’ dan il-grupp armat mhux governattiv li jopera fir-RDK tal-Lvant. L-M23/ARC isostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz ta’ attakki kontra persuni ċivili u l-forzi armati Kongoliżi (FARDC), qtil, tortura, stupri u xogħol furzat, bħas-sensiela ta’ qtil immirat lejn persuni ċivili fil-belt ta’ Kisheshe fid-29 ta’ Novembru 2022. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-M23/ARC, Bernard Byamungu huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
19. |
Michel RUKUNDA |
magħruf ukoll bħala Makanika Funzjoni/klassifikazzjoni: Kmandant u Mexxej militari tal-grupp armat Twirwaneho f’Kivu tan-Nofsinhar Data tat-twelid: 12/9/1974 Post tat-twelid: Minembwe, South-Kivu, DRC Nazzjonalità: RDK Sess: Raġel |
Michel Rukunda huwa eks Kurunell tal-forzi armati Kongoliżi (FARDC) u l-Kmandant u l-Mexxej militari tal-grupp armat mhux governattiv Twirwaneho li jopera f’Kivu tan-Nofsinhar, li jiddikjara li jirrappreżenta l-Komunità ta’ Banyamulenge. Twirwaneho jsostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz tar-reklutaġġ volontarju jew furzat tat-tfal biex jipparteċipaw b’mod attiv f’ostilitajiet, attakki kontra persuni ċivili u l-forzi armati Kongoliżi (FARDC), u qtil, bħall-attakki kontra persuni ċivili fir-raħal ta’ Mikenge f’Novembru 2021 li qatlu mill-inqas sitt persuni. Barra minn hekk, Michel Rukunda kien involut direttament fit-taħriġ militari ta’ rekluti u fl-użu ta’ tfal, inkluż bħala skorti armati. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fi Twirwaneho u l-involviment dirett tiegħu fit-taħriġ u l-użu tat-tfal, Michel Rukunda huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
20. |
Charles SEMATAMA |
magħruf ukoll bħala Sebanyana Funzjoni/klassifikazzjoni: Kmandant, Viċi mexxej militari ta’ Twirwaneho Data tat-twelid: 1975 Post tat-twelid: Ir-raħal ta’ Kalunyo, madwar il-lokalitajiet ta’ Kamombo, South Kivu, DRC Nazzjonalità: RDK Sess: Raġel |
Charles Sematama huwa eks uffiċjal tal-forzi armati Kongoliżi (FARDC) u għandu l-kariga ewlenija ta’ Kmandant u Viċi Mexxej Militari tal-grupp armat mhux governattiv Twirwaneho li jopera f’Kivu tan-Nofsinhar, li jgħid li jirrappreżenta l-Komunità ta’ Banyamulenge. Twirwaneho jsostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz tar-reklutaġġ volontarju jew furzat tat-tfal biex jipparteċipaw b’mod attiv f’ostilitajiet, attakki kontra persuni ċivili u l-forzi armati Kongoliżi (FARDC), u qtil, bħall-attakki kontra persuni ċivili fir-raħal ta’ Mikenge f’Novembru 2021 li qatlu mill-inqas sitt persuni. Barra minn hekk, Charles Sematama kien involut direttament f’sessjonijiet ta’ propaganda kif ukoll fir-reklutaġġ furzat u l-użu ta’ tfal, inkluż bħala skorti armati. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fi Twirwaneho u l-involviment dirett fir-reklutaġġ furzat u l-użu ta’ tfal, Charles Sematama huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
21. |
Ahmad Mahmood HASSAN |
magħruf ukoll bħala Ahmad Mahamood Hassan, Ahmad Mahmoud Hassan, Jundi, Abwakasi, Abuwakas, Murabu, Marabou, jew Mwarabu Funzjoni/klassifikazzjoni: mexxej ewlieni tal-ADF. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1993 Nazzjonalità: Tanżanjan Sess: Raġel |
Ahmad Mahmood Hassan huwa mexxej ewlieni tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), grupp armat mhux governattiv li jopera fl-Uganda u fil-Lvant tar-RDK. Ġie identifikat bħala persuna b’responsabbiltajiet ewlenin fl-ADF, fosthom il-kmand ta’ kamp, it-taħriġ ta’ rekluti, il-produzzjoni ta’ bombi, il-komunikazzjoni online u relazzjonijiet mill-qrib mal-ISIL (Da’esh). L-ADF isostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas sigurtà fir-RDK (partikolarment fil-provinċji ta’ Ituri u Kivu tat-Tramuntana) u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari minħabba attakki kontra persuni ċivili, qtil u ħtif, bħall-attakki f’Marzu 2023 fit-territorju tan-Nofsinhar u tax-Xlokk ta’ Beni li qatlu aktar minn 80 persuna ċivili u ħatfu aktar minn 20 oħra. Barra minn hekk, Ahmad Mahmood Hassan kien involut direttament fl-ippjanar u t-twettiq tal-attakki tal-ADF, inkluż bumbardament fil-belt żgħira ta’ Kasindi (it-territorju ta’ Beni) fil-15 ta’ Jannar 2023 u attakk bil-bombi f’Goma fis-7 ta’ April 2022 li qatel sitt persuni u darab sittax oħrajn. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija għolja tiegħu fl-ADF u l-involviment dirett tiegħu fl-ippjanar u t-twettiq ta’ attakki tal-ADF, Ahmad Mahmood Hassan huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
22. |
Janvier Karairi (“Karahiri”) BUINGO |
Funzjoni/klassifikazzjoni: Ġeneral, kap tal-APCLS Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1962 Nazzjonalità: Maħsub li Kongoliż (RDK) Sess: Raġel |
Janvier Karairi għandu l-kariga ewlenija ta’ Ġeneral u kap tal-Alleance des patriotes pour un Congo libre et souverain (APCLS), grupp armat mhux governattiv li jopera fil-Grigal tar-RDK u involut fil-koalizzjoni ta’ gruppi armati ‘Alliance des résistants de la patrie’ (ARP) kontra l-Mouvement du 23 mars (M23)/Armée révolutionnaire Congolaise (ARC). L-APCLS isostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz tal-parteċipazzjoni f’operazzjonijiet tal-koalizzjoni ta’ gruppi armati tal-ARP, bħal f’Kitshanga u Rubaya f’Jannar u fl-aħħar parti ta’ Frar 2023, qtil ta’ persuni ċivili u attakki kontrihom, partikolarment kontra Tutsi Kongoliżi, u ksur serju mwettaq kontra tfal bħal stupri u forom oħra ta’ vjolenza sesswali u ħtif. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-APCLS, Janvier Karairi huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
23. |
Justin Maki GESI |
magħruf ukoll bħala Le petit loup de la montagne Funzjoni/klassifikazzjoni: Kmandant tal-CODECO/Alliance pour le Développement du Congo (CODECO/ALC). Data tat-twelid: Mhux magħrufa Nazzjonalità: Maħsub li Kongoliż (RDK) Sess: Raġel |
Justin Maki Gesi għandu kariga ewlenija bħala Kmandant tal-ALC/CODECO, grupp armat mhux governattiv li jopera fil-Grigal tar-RDK (speċjalment Ituri). L-ALC/CODECO jsostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari bl-użu ta’ tfal bħala ġellieda, ħtif, qtil ta’ u attakki kontra persuni ċivili, bħall-attakk fuq l-irħula ta’ Nyamamba u Mbogi fit-13 ta’ Jannar 2023 li warajh instabu aktar minn 40 vittma. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fil-CODECO/ALC, Justin Maki Gesi huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
24. |
Apollinaire HAKIZIMANA |
magħruf ukoll bħala le poète, Adonia Funzjoni/klassifikazzjoni: Logutenent Ġenerali fl-FDLR/Kummissarju tad-Difiża Data tat-twelid: 1964 Nazzjonalità: Rwandiż Sess: Raġel |
Apollinaire Hakizimana huwa mexxej militari tal-‘Forces démocratiques de libération du Rwanda-Forces combattantes abacunguzi’ (FDLR-FOCA), bħala Ġeneral u Kummissarju tad-Difiża ta’ dan il-grupp armat mhux governattiv li jopera fil-Lvant tar-RDK. L-FDLR-FOCA jsostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz tar-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ ġellieda, il-qtil ta’ persuni ċivili, u ksur serju mwettaq kontra t-tfal bħal stupri u atti oħra ta’ vjolenza sesswali u ħtif. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-FDLR-FOCA, Apollinaire Hakizimana hu għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
25. |
Simon (Salomon) TOKOLONGA |
Funzjoni/klassifikazzjoni: Kurunell, kmandant tat-3411-il riġment tal-FARDC Data tat-twelid: 17/4/1972 Post tat-twelid: Kishandja (North Kivu) Nazzjonalità: RDK Sess: raġel |
Il-Kurunell Simon Tokolonga għandu kariga ewlenija fil-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) bħala l-kap tat-3411-il riġment tiegħu. Il-Kurunell Tokolonga attenda laqgħa f’Pinga fit-8 u d-9 ta’ Mejju 2022 fejn gruppi armati lokali, bħall-Nduma défense du Congo-Rénové (NDC-R) u l-Alliance des patriotes pour un Congo libre et souverain (APCLS), ġabru u ffurmaw koalizzjoni biex jirreżistu l-Mouvement du 23 mars (M23)/Armée révolutionnaire Congolaise (ARC) (koalizzjoni ‘Alliance des résistants de la patrie’ - ARP). Il-preżenza tal-Kurunell Tokolonga żvelat il-kooperazzjoni ta’ xi membri tal-FARDC ma’ din il-koalizzjoni. Barra minn hekk, membri tat-3411-il riġment tal-FARDC ipprovdew armi u munizzjon lil gruppi armati li joperaw fir-RDK, inkluż il-forniment ta’ aktar minn tnax-il kaxxa ta’ munizzjon lill-ġellieda tal-FDLR (‘Forces démocratiques de libération du Rwanda’) f’Kazaroho f’Lulju 2022. Huwa rrappurtat li l-Kurunell Tokolonga kkoordina diversi provvisti ta’ armi lill-gruppi armati li joperaw kontra M23/ARC. Il-gruppi armati mhux governattivi parti mill-koalizzjoni ARP, inkluż l-NDC-R, APCLS u l-FDLR, isostnu l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, u huma responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz tar-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ ġellieda, parteċipazzjoni f’operazzjonijiet kontra M23/ARC, il-qtil ta’ persuni ċivili u attakki kontrihom, u ksur serju mwettaq kontra tfal bħal stupri u atti oħra ta’ vjolenza sesswali u ħtif. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fit-3411-il riġment tal-FARDC u r-rwol ta’ koordinazzjoni tiegħu fil-provvisti tal-armi, Simon Tokolonga huwa għalhekk responsabbli biex jipprovdi appoġġ lil gruppi armati li jsostnu l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, inkluż billi jipprovdilhom armi u munizzjon. |
28.7.2023 |
|
26. |
Jean-Pierre NIRAGIRE |
magħruf ukoll bħala Jean-Pierre, Gasasira Funzjoni/klassifikazzjoni: Kaptan. Kmandant tar-Rwandese Defence Forces (RDF) Special Forces Unit attiva f’Kivu tat-Tramuntana. Nazzjonalità: Rwandiż Sess: raġel |
Il-kaptan Jean-Pierre Niragire għandu l-kariga ewlenija ta’ kmandant tal-forzi speċjali tal-Forzi tad-Difiża tar-Rwanda (RDF) stazzjonati fir-reġjun ta’ Kivu tat-Tramuntana tar-RDK minn Mejju 2022 ’il quddiem. L-objettiv tal-azzjonijiet militari tal-RDF fit-territorju tar-RDK kien li jirrinforza l-Moviment tat-23 ta’ Marzu/l-Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża (M23/ARC), grupp armat mhux governattiv li jopera fil-Lvant tar-RDK, b’mod partikolari billi jipprovdilu truppi u materjal. L-M23/ARC isostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz ta’ attakki kontra persuni ċivili u l-forzi armati Kongoliżi (FARDC), qtil, tortura, stupri u xogħol furzat, bħas-sensiela ta’ qtil ta’ persuni ċivili fil-belt ta’ Kisheshe fid-29 ta’ Novembru 2022. Bħala kmandant tal-forzi speċjali tal-RDF stazzjonati fir-reġjun ta’ Kivu tat-Tramuntana, Jean Pierre Niragire huwa għalhekk responsabbli biex jipprovdi appoġġ lill-grupp armat M23/ARC, li jsostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, b’mod partikolari billi jipprovdilu truppi u materjal. |
28.7.2023” |
|
28.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 190/19 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/1565
tat-28 ta’ Lulju 2023
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1568 tat-28 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (2) jagħti effett lid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK (3) u jipprevedi ċerti miżuri diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), inkluż l-iffriżar tal-assi tagħhom. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fir-RDK, id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1568 temenda l-kriterji tal-elenkar awtonomu tal-Unjoni biex tippermetti l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi mmirati kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jipprovdu appoġġ lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp responsabbli għas-sostenn tal-konflitt armat, l-instabbiltà jew l-insigurtà fir-RDK. |
|
(3) |
Għaldaqstant, hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni biex jingħata effett lid-Deċiżjoni (PESK) 2023/1568, partikolarment bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
|
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 2b(1) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(d) |
l-għoti ta’ appoġġ lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi responsabbli għas-sostenn tal-konflitt armat, l-instabbiltà jew l-insigurtà fir-RDK.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
P. NAVARRO RÍOS
(1) Ara paġna 37 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336 21.12.2010, p. 30).
DEĊIŻJONIJIET
|
28.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 190/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1566
tat-28 ta’ Lulju 2023
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
|
(2) |
L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
|
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2023, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna qawwija tal-Unjoni tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Kunsill Ewropew tenna wkoll li l-Unjoni tibqa’ impenjata li żżomm u żżid il-pressjoni kollettiva fuq ir-Russja, inkluż permezz ta’ aktar miżuri restrittivi possibbli. Il-Kunsill Ewropew iddikjara wkoll li l-Unjoni ser tintensifika l-ħidma tagħha mas-sħab biex tiġġieled in-narrattivi foloz tar-Russja u d-diżinformazzjoni dwar il-gwerra. |
|
(4) |
Fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, xi atturi Russi mexxew kampanja diġitali ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni msemmija “RRN” (Recent Reliable News), li għandha l-għan li timmanipula l-informazzjoni u xxerred il-propaganda b’appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dik il-kampanja, li fiha pparteċipaw korpi tal-gvern jew korpi affiljati mal-Istat Russu, tiddependi minn paġni web foloz li jassumu l-identità ta’ strumenti tal-media nazzjonali u siti web tal-gvern, kif ukoll minn kontijiet foloz fuq il-media soċjali. |
|
(5) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li seba’ persuni u ħames entitajiet responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
|
(6) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
P. NAVARRO RÍOS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
ANNESS
Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:
|
|
Persuni
|
|
|
Entitajiet
|
|
28.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 190/28 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1567
tat-28 ta’ Lulju 2023
li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK. |
|
(2) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2231 (2) b’rispons għat-tfixkil tal-proċess elettorali u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem marbut miegħu fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/2231 emendat id-Deċiżjoni 2010/788/PESK u introduċiet miżuri restrittivi addizzjonali. |
|
(3) |
Wara evalwazzjoni taċ-ċirkostanzi rilevanti, u minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni fir-RDK, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jinżiedu disa’ persuni mal-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/788/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
P. NAVARRO RÍOS
(1) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336 I, 12.12.2016, p. 7).
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jinżiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fit-Taqsima A (“Persuni”) tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK:
Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“18. |
Bernard Maheshe BYAMUNGU |
magħruf ukoll bħala Tiger One Funzjoni/klassifikazzjoni: Brigadier-Ġeneral fl-M23/ARC, Viċi Kmandant tal-operazzjonijiet Data tat-twelid: 10.10.1974 Nazzjonalità: RDK Sess: Raġel |
Bernard Byamungu għandu pożizzjoni ewlenija fil-fergħa militari tal-Mouvement du 23 mars (M23)/Armée révolutionnaire Congolaise (ARC) bħala Brigadier-Ġeneral u Deputat Kmandant tal-operazzjonijiet ta’ dan il-grupp armat mhux governattiv li jopera fir-RDK tal-Lvant. L-M23/ARC isostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz ta’ attakki kontra persuni ċivili u l-forzi armati Kongoliżi (FARDC), qtil, tortura, stupri u xogħol furzat, bħas-sensiela ta’ qtil immirat lejn persuni ċivili fil-belt ta’ Kisheshe fid-29 ta’ Novembru 2022. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-M23/ARC, Bernard Byamungu huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
19. |
Michel RUKUNDA |
magħruf ukoll bħala Makanika Funzjoni/klassifikazzjoni: Kmandant u Mexxej militari tal-grupp armat Twirwaneho f’Kivu tan-Nofsinhar Data tat-twelid: 12.9.1974 Post tat-twelid: Minembwe, South-Kivu, DRC Nazzjonalità: RDK Sess: Raġel |
Michel Rukunda huwa eks Kurunell tal-forzi armati Kongoliżi (FARDC) u l-Kmandant u l-Mexxej militari tal-grupp armat mhux governattiv Twirwaneho li jopera f’Kivu tan-Nofsinhar, li jiddikjara li jirrappreżenta l-Komunità ta’ Banyamulenge. Twirwaneho jsostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz tar-reklutaġġ volontarju jew furzat tat-tfal biex jipparteċipaw b’mod attiv f’ostilitajiet, attakki kontra persuni ċivili u l-forzi armati Kongoliżi (FARDC), u qtil, bħall-attakki kontra persuni ċivili fir-raħal ta’ Mikenge f’Novembru 2021 li qatlu mill-inqas sitt persuni. Barra minn hekk, Michel Rukunda kien involut direttament fit-taħriġ militari ta’ rekluti u fl-użu ta’ tfal, inkluż bħala skorti armati. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fi Twirwaneho u l-involviment dirett tiegħu fit-taħriġ u l-użu tat-tfal, Michel Rukunda huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
20. |
Charles SEMATAMA |
magħruf ukoll bħala Sebanyana Funzjoni/klassifikazzjoni: Kmandant, Viċi mexxej militari ta’ Twirwaneho Data tat-twelid: 1975 Post tat-twelid: Ir-raħal ta’ Kalunyo, madwar il-lokalitajiet ta’ Kamombo, South Kivu, DRC Nazzjonalità: RDK Sess: Raġel |
Charles Sematama huwa eks uffiċjal tal-forzi armati Kongoliżi (FARDC) u għandu l-kariga ewlenija ta’ Kmandant u Viċi Mexxej Militari tal-grupp armat mhux governattiv Twirwaneho li jopera f’Kivu tan-Nofsinhar, li jgħid li jirrappreżenta l-Komunità ta’ Banyamulenge. Twirwaneho jsostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz tar-reklutaġġ volontarju jew furzat tat-tfal biex jipparteċipaw b’mod attiv f’ostilitajiet, attakki kontra persuni ċivili u l-forzi armati Kongoliżi (FARDC), u qtil, bħall-attakki kontra persuni ċivili fir-raħal ta’ Mikenge f’Novembru 2021 li qatlu mill-inqas sitt persuni. Barra minn hekk, Charles Sematama kien involut direttament f’sessjonijiet ta’ propaganda kif ukoll fir-reklutaġġ furzat u l-użu ta’ tfal, inkluż bħala skorti armati. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fi Twirwaneho u l-involviment dirett fir-reklutaġġ furzat u l-użu ta’ tfal, Charles Sematama huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
21. |
Ahmad Mahmood HASSAN |
magħruf ukoll bħala Ahmad Mahamood Hassan, Ahmad Mahmoud Hassan, Jundi, Abwakasi, Abuwakas, Murabu, Marabou, jew Mwarabu Funzjoni/klassifikazzjoni: mexxej ewlieni tal-ADF. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1993 Nazzjonalità: Tanżanjan Sess: Raġel |
Ahmad Mahmood Hassan huwa mexxej ewlieni tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), grupp armat mhux governattiv li jopera fl-Uganda u fil-Lvant tar-RDK. Ġie identifikat bħala persuna b’responsabbiltajiet ewlenin fl-ADF, fosthom il-kmand ta’ kamp, it-taħriġ ta’ rekluti, il-produzzjoni ta’ bombi, il-komunikazzjoni online u relazzjonijiet mill-qrib mal-ISIL (Da’esh). L-ADF isostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas sigurtà fir-RDK (partikolarment fil-provinċji ta’ Ituri u Kivu tat-Tramuntana) u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari minħabba attakki kontra persuni ċivili, qtil u ħtif, bħall-attakki f’Marzu 2023 fit-territorju tan-Nofsinhar u tax-Xlokk ta’ Beni li qatlu aktar minn 80 persuna ċivili u ħatfu aktar minn 20 oħra. Barra minn hekk, Ahmad Mahmood Hassan kien involut direttament fl-ippjanar u t-twettiq tal-attakki tal-ADF, inkluż bumbardament fil-belt żgħira ta’ Kasindi (it-territorju ta’ Beni) fil-15 ta’ Jannar 2023 u attakk bil-bombi f’Goma fis-7 ta’ April 2022 li qatel sitt persuni u darab sittax oħrajn. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija għolja tiegħu fl-ADF u l-involviment dirett tiegħu fl-ippjanar u t-twettiq ta’ attakki tal-ADF, Ahmad Mahmood Hassan huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
22. |
Janvier Karairi (“Karahiri”) BUINGO |
Funzjoni/klassifikazzjoni: Ġeneral, kap tal-APCLS Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1962 Nazzjonalità: Maħsub li Kongoliż (RDK) Sess: Raġel |
Janvier Karairi għandu l-kariga ewlenija ta’ Ġeneral u kap tal-Alleance des patriotes pour un Congo libre et souverain (APCLS), grupp armat mhux governattiv li jopera fil-Grigal tar-RDK u involut fil-koalizzjoni ta’ gruppi armati ‘Alliance des résistants de la patrie’ (ARP) kontra l-Mouvement du 23 mars (M23)/Armée révolutionnaire Congolaise (ARC). L-APCLS isostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz tal-parteċipazzjoni f’operazzjonijiet tal-koalizzjoni ta’ gruppi armati tal-ARP, bħal f’Kitshanga u Rubaya f’Jannar u fl-aħħar parti ta’ Frar 2023, qtil ta’ persuni ċivili u attakki kontrihom, partikolarment kontra Tutsi Kongoliżi, u ksur serju mwettaq kontra tfal bħal stupri u forom oħra ta’ vjolenza sesswali u ħtif. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-APCLS, Janvier Karairi huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
23. |
Justin Maki GESI |
magħruf ukoll bħala Le petit loup de la montagne Funzjoni/klassifikazzjoni: Kmandant tal-CODECO/Alliance pour le Développement du Congo (CODECO/ALC). Data tat-twelid: Mhux magħrufa Nazzjonalità: Maħsub li Kongoliż (RDK) Sess: Raġel |
Justin Maki Gesi għandu kariga ewlenija bħala Kmandant tal-ALC/CODECO, grupp armat mhux governattiv li jopera fil-Grigal tar-RDK (speċjalment Ituri). L-ALC/CODECO jsostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari bl-użu ta’ tfal bħala ġellieda, ħtif, qtil ta’ u attakki kontra persuni ċivili, bħall-attakk fuq l-irħula ta’ Nyamamba u Mbogi fit-13 ta’ Jannar 2023 li warajh instabu aktar minn 40 vittma. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fil-CODECO/ALC, Justin Maki Gesi huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
24. |
Apollinaire HAKIZIMANA |
magħruf ukoll bħala le poète, Adonia Funzjoni/klassifikazzjoni: Logutenent Ġenerali fl-FDLR/Kummissarju tad-Difiża Data tat-twelid: 1964 Nazzjonalità: Rwandiż Sess: Raġel |
Apollinaire Hakizimana huwa mexxej militari tal-‘Forces démocratiques de libération du Rwanda-Forces combattantes abacunguzi’ (FDLR-FOCA), bħala Ġeneral u Kummissarju tad-Difiża ta’ dan il-grupp armat mhux governattiv li jopera fil-Lvant tar-RDK. L-FDLR-FOCA jsostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz tar-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ ġellieda, il-qtil ta’ persuni ċivili, u ksur serju mwettaq kontra t-tfal bħal stupri u atti oħra ta’ vjolenza sesswali u ħtif. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-FDLR-FOCA, Apollinaire Hakizimana hu għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
28.7.2023 |
|
25. |
Simon (Salomon) TOKOLONGA |
Funzjoni/klassifikazzjoni: Kurunell, kmandant tat-3411-il riġment tal-FARDC Data tat-twelid: 17.4.1972 Post tat-twelid: Kishandja (North Kivu) Nazzjonalità: RDK Sess: raġel |
Il-Kurunell Simon Tokolonga għandu kariga ewlenija fil-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) bħala l-kap tat-3411-il riġment tiegħu. Il-Kurunell Tokolonga attenda laqgħa f’Pinga fit-8 u d-9 ta’ Mejju 2022 fejn gruppi armati lokali, bħall-Nduma défense du Congo-Rénové (NDC-R) u l-Alliance des patriotes pour un Congo libre et souverain (APCLS), ġabru u ffurmaw koalizzjoni biex jirreżistu l-Mouvement du 23 mars (M23)/Armée révolutionnaire Congolaise (ARC) (koalizzjoni ‘Alliance des résistants de la patrie’ - ARP). Il-preżenza tal-Kurunell Tokolonga żvelat il-kooperazzjoni ta’ xi membri tal-FARDC ma’ din il-koalizzjoni. Barra minn hekk, membri tat-3411-il riġment tal-FARDC ipprovdew armi u munizzjon lil gruppi armati li joperaw fir-RDK, inkluż il-forniment ta’ aktar minn tnax-il kaxxa ta’ munizzjon lill-ġellieda tal-FDLR (‘Forces démocratiques de libération du Rwanda’) f’Kazaroho f’Lulju 2022. Huwa rrappurtat li l-Kurunell Tokolonga kkoordina diversi provvisti ta’ armi lill-gruppi armati li joperaw kontra M23/ARC. Il-gruppi armati mhux governattivi parti mill-koalizzjoni ARP, inkluż l-NDC-R, APCLS u l-FDLR, isostnu l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, u huma responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz tar-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ ġellieda, parteċipazzjoni f’operazzjonijiet kontra M23/ARC, il-qtil ta’ persuni ċivili u attakki kontrihom, u ksur serju mwettaq kontra tfal bħal stupri u atti oħra ta’ vjolenza sesswali u ħtif. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fit-3411-il riġment tal-FARDC u r-rwol ta’ koordinazzjoni tiegħu fil-provvisti tal-armi, Simon Tokolonga huwa għalhekk responsabbli biex jipprovdi appoġġ lil gruppi armati li jsostnu l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, inkluż billi jipprovdilhom armi u munizzjon. |
28.7.2023 |
|
26. |
Jean Pierre NIRAGIRE |
magħruf ukoll bħala Jean-Pierre Gasasira Funzjoni/klassifikazzjoni: Kaptan. Kmandant tar-Rwandese Defence Forces (RDF) Special Forces Unit attiva f’Kivu tat-Tramuntana. Nazzjonalità: Rwandiż Sess: raġel |
Il-kaptan Jean-Pierre Niragire għandu l-kariga ewlenija ta’ kmandant tal-forzi speċjali tal-Forzi tad-Difiża tar-Rwanda (RDF) stazzjonati fir-reġjun ta’ Kivu tat-Tramuntana tar-RDK minn Mejju 2022 ’il quddiem. L-objettiv tal-azzjonijiet militari tal-RDF fit-territorju tar-RDK kien li jirrinforza l-Moviment tat-23 ta’ Marzu/l-Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża (M23/ARC), grupp armat mhux governattiv li jopera fil-Lvant tar-RDK, b’mod partikolari billi jipprovdilu truppi u materjal. L-M23/ARC isostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari permezz ta’ attakki kontra persuni ċivili u l-forzi armati Kongoliżi (FARDC), qtil, tortura, stupri u xogħol furzat, bħas-sensiela ta’ qtil ta’ persuni ċivili fil-belt ta’ Kisheshe fid-29 ta’ Novembru 2022. Bħala kmandant tal-forzi speċjali tal-RDF stazzjonati fir-reġjun ta’ Kivu tat-Tramuntana, Jean Pierre Niragire huwa għalhekk responsabbli biex jipprovdi appoġġ lill-grupp armat M23/ARC, li jsostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, b’mod partikolari billi jipprovdilu truppi u materjal. |
28.7.2023”. |
|
28.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 190/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1568
tat-28 ta’ Lulju 2023
li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK (1), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). |
|
(2) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2231 (2) b’reazzjoni għat-tfixkil tal-proċess elettorali u għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/2231 emendat id-Deċiżjoni 2010/788/PESK u introduċiet miżuri restrittivi addizzjonali fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK. |
|
(3) |
Fis-7 ta’ Lulju 2023, ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni dwar is-sitwazzjoni fir-RDK, fejn esprima tħassib serju dwar is-sitwazzjoni umanitarja u tas-sigurtà li sejra għall-agħar u kundanna għal-livelli ta’ vjolenza u l-atroċitajiet li għadhom qed isiru fil-konfront tal-popolazzjoni ċivili minn gruppi armati mhux governattivi. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fir-RDK, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li l-kriterji għall-inklużjoni fl-Artikolu 3(2), il-punt (d) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK jiġu emendati biex jippermettu l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi mmirati kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jappoġġaw lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi responsabbli għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà jew l-insigurtà fir-RDK. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/788/PESK tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni biex jiġu implimentati ċerti miżuri f’din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(d) |
li jappoġġaw lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi responsabbli għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà jew l-insigurtà fir-RDK;”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
P. NAVARRO RÍOS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-stiwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336I, 12.12.2016, p. 7).