ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
27.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1545
tas-26 ta’ Lulju 2023
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-allerġeni tal-fwejjaħ fil-prodotti kożmetiċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Is-sustanzi tal-fwieħa huma komposti organiċi b’irwejjaħ karatteristiċi, normalment pjaċevoli. Dawn jintużaw ħafna fil-fwejjaħ u fi prodotti kożmetiċi oħra mfewħa, iżda wkoll f’ħafna prodotti oħra bħal deterġenti, ammorbidenti tal-ħwejjeġ u prodotti oħra tad-dar. |
(2) |
L-allerġija mill-kuntatt hija reattività speċifika mibdula fis-sistema immunitarja tal-bniedem li ddum għomor sħiħ. Mal-espożizzjoni mill-ġdid għal ammont suffiċjenti ta’ allerġen, tista’ tiżviluppa l-ekżema (dermatite allerġika mill-kuntatt). Meta persuna tkun diġà ġiet sensitizzata għal allerġen, konċentrazzjoni ħafna aktar baxxa tiegħu hija biżżejjed biex tiskatta s-sintomi ta’ allerġija. Il-perċentwal tal-popolazzjoni allerġika għall-allerġeni tal-fwejjaħ fl-Unjoni jista’ jiġi stmat għal bejn 1 u 9 % (2). |
(3) |
Hemm miżuri differenti bl-għan li jipproteġu l-popolazzjoni sħiħa milli tikseb allerġiji għall-fwejjaħ (prevenzjoni primarja) u li jipproteġu lill-individwi sensitizzati milli jiżviluppaw sintomi ta’ allerġija (prevenzjoni sekondarja). |
(4) |
Għall-finijiet ta’ prevenzjoni primarja, ir-restrizzjoni tal-allerġeni tal-fwejjaħ tista’ tkun biżżejjed. Madankollu, il-persuni sensitizzati jistgħu jiżviluppaw is-sintomi meta jkunu esposti għal konċentrazzjonijiet aktar baxxi ta’ allerġen mil-livelli massimi permissibbli. Għalhekk, bħala miżura ta’ prevenzjoni sekondarja, huwa importanti li tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-preżenza tal-allerġeni tal-fwieħa individwali fil-prodotti kożmetiċi sabiex il-persuni sensitizzati jkunu jistgħu jevitaw il-kuntatt mas-sustanza li huma allerġiċi għaliha. |
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 19(1), il-punt (g), tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, prodott kożmetiku għandu jsir disponibbli fis-suq tal-Unjoni biss meta tkun indikata l-lista tal-ingredjenti fuq l-imballaġġ tiegħu. Barra minn hekk, dak l-Artikolu jispeċifika li l-fwieħa u l-kompożizzjonijiet aromatiċi u l-materja prima tagħhom għandhom jissemmew bit-termini “parfum” jew “aroma” fil-lista ta’ ingredjenti u jiġu kkomplementati b’sustanzi li jridu jiġu indikati skont il-kolonna “Oħrajn” fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. Bħalissa, 24 allerġen tal-fwejjaħ elenkati fl-entrati 45 u 67 sa 92 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 iridu jiġu indikati fil-lista tal-ingredjenti (ittikkettati individwalment). |
(6) |
Bi tweġiba għat-talba tal-Kummissjoni għal aġġornament tal-lista ta’ allerġeni tal-fwejjaħ ittikkettati individwalment, il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) adotta opinjoni fil-laqgħa plenarja tiegħu tas-26–27 ta’ Ġunju 2012 (3). Din ikkonfermat li l-allerġeni tal-fwejjaħ elenkati fl-entrati 45 u 67–92 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għadhom rilevanti. Barra minn hekk, identifikat 56 allerġen tal-fwejjaħ addizzjonali, li kkawżaw b’mod ċar l-allerġiji fil-bnedmin u li bħalissa m’għandhom l-ebda rekwiżit ta’ tikkettar individwali. |
(7) |
Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCS, jista’ jiġi konkluż li hemm riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-użu tal-allerġeni tal-fwejjaħ addizzjonali identifikati mill-SCCS u li huwa meħtieġ li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar il-preżenza ta’ dawk l-allerġeni tal-fwejjaħ. Għalhekk, jenħtieġ li fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi introdott obbligu li dawk l-allerġeni tal-fwejjaħ jiġu ttikkettati individwalment meta l-konċentrazzjoni tagħhom taqbeż iż-0,001 % fil-prodotti li ma jitlaħalħux u ż-0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu. Barra minn hekk, is-sustanzi tal-fwejjaħ, bħall-preapteni u l-proapteni, li jistgħu jiġu ttrasformati f’allerġeni ta’ kuntatt magħrufa permezz tal-ossidazzjoni bl-arja jew permezz tal-bijoattivazzjoni jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala ekwivalenti għall-allerġeni tal-fwejjaħ u jkunu soġġetti għall-istess restrizzjonijiet u rekwiżiti regolatorji oħra. |
(8) |
Għal raġunijiet ta’ konsistenza u ċarezza, jeħtieġ ukoll li jiġu aġġornati ċerti entrati eżistenti għall-allerġeni tal-fwejjaħ fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 billi l-ismijiet komuni tas-sustanzi jiġu allinjati ma’ dawk tal-aħħar verżjoni tal-Glossarju tal-Ingredjenti Komuni msemmi fl-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament, u billi s-sustanzi simili jiġu raggruppati f’entrata waħda. Barra minn hekk, meta jkun hemm iktar minn isem komuni wieħed għal sustanza, jenħtieġ li, fir-rekwiżit ta’ tikkettar individwali, jiġi stabbilit liema isem għandu jintuża fil-lista ta’ ingredjenti msemmija fl-Artikolu 19(1), il-punt (g), sabiex it-tikkettar ikun simplifikat u aktar faċli għall-konsumatur, kif ukoll biex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-operaturi ekonomiċi u tal-awtoritajiet nazzjonali. |
(9) |
Għal raġunijiet ta’ kompletezza u ċarezza, jeħtieġ ukoll li jiġu aġġornati ċerti entrati eżistenti għall-allerġeni tal-fwejjaħ fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 billi jiżdiedu l-isomeri u billi jiġu kkomplementati u emendati n-numri rispettivi tas-CAS u tal-KE, u b’hekk jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-operaturi ekonomiċi u tal-awtoritajiet nazzjonali. |
(10) |
Peress li l-lista aġġornata tal-allerġeni tal-fwejjaħ x’aktarx li tirriżulta f’entrati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 li jikkombinaw restrizzjonijiet eżistenti u ġodda, huwa meħtieġ li jiġi previst li l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li, minn naħa, ikomplu japplikaw ir-restrizzjonijiet eżistenti, u, min-naħa l-oħra, jingħataw perjodu ta’ żmien raġonevoli biex jikkonformaw mar-restrizzjonijiet il-ġodda. |
(11) |
Fir-rigward tar-restrizzjonijiet il-ġodda, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jingħataw perjodu raġonevoli ta’ żmien biex jadattaw għalihom billi jagħmlu l-aġġustamenti lill-formulazzjonijiet u lill-kontenituri tal-prodotti li jkunu meħtieġa sabiex ikun żgurat li jitqiegħdu fis-suq biss dawk il-prodotti kożmetiċi li jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda. Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jingħataw ukoll perjodu ta’ żmien raġonevoli biex jirtiraw mis-suq il-prodotti kożmetiċi li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti l-ġodda u li tqiegħdu fis-suq qabel ma saru applikabbli d-dispożizzjonijieti l-ġodda dwar it-tikkettar. Meta wieħed iqis il-perċentwal relattivament baxx u stabbli ta’ konsumaturi li qed jiżviluppaw id-dermatite allerġika mill-kuntatt, l-għadd kbir ta’ allerġeni tal-fwejjaħ ġodda li jridu jiġu ttikkettati individwalment u l-għadd sinifikanti ta’ prodotti kożmetiċi kkonċernati, il-perjodu ta’ tranżizzjoni jenħtieġ li jkun ta’ tliet snin u ta’ ħames snin, rispettivament. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) Impact assessment study on fragrance labelling on cosmetic products - Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE (europa.eu), p. 64.
(3) SCCS (Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur), Opinion on fragrance allergens in cosmetic products (SCCS/1459/11), is-26-27 ta’ Ġunju 2012.
ANNESS
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-entrati 45, 46, 70, 73, 86, 88, 109, 114, 122, 124, 131, 133, 154, 157, 175, 196 u 324 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(2) |
jitħassru l-entrati 125,126, 158, 160-163, 165, 167 u 168; |
(3) |
jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
(*1) Il-prodotti kożmetiċi li jkun fihom dik is-sustanza li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni sal-31 ta’ Lulju 2026 u jsiru disponibbli fis-suq tal-Unjoni sal-31 ta’ Lulju 2028.
(*2) Il-prodotti kożmetiċi li jkun fihom dik is-sustanza li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet jistgħu, dment li jikkonformaw mar-restrizzjonijiet applikabbli fil-15 ta’ Awwissu 2023, jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni sal-31 ta’ Lulju 2026 u jsiru disponibbli fis-suq tal-Unjoni sal-31 ta’ Lulju 2028.
(*3) Għall-użu bħala żjut essenzjali ta’ Verbena (Lippia citriodora Kunth.) u derivattivi, ara l-Anness II, Nru 450.”
(*4) Il-prodotti kożmetiċi li jkun fihom dik is-sustanza li ma jikkonformawx mar-restrizzjoni(jiet) jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni sal-31 ta’ Lulju 2026 u jsiru disponibbli fis-suq tal-Unjoni sal-31 ta’ Lulju 2028.
(*5) Peress li dik is-sustanza hija monoterpen, hija soġġetta għar-restrizzjoni fuq il-valur tal-perossidu stabbilit fl-entrata 130.
(*6) Għall-użu ta’ “Żejt miż-żrieragħ ta’ Laurus nobilis L.”, ara l-Anness II, No 359.”
27.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/24 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1546
tas-26 ta’ Lulju 2023
li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Pancetta de l’Île de Beauté / Panzetta de l’Île de Beauté” (IĠP), “Saucisson sec de l’Île de Beauté / Salciccia de l’Île de Beauté” (IĠP), “Bulagna de l’Île de Beauté” (IĠP) u “Figatelli de l’Île de Beauté / Figatellu de l’ Île de Beauté” (IĠP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(3)(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni minn Franza għar-reġistrazzjoni tal-ismijiet: “Pancetta de l’Île de Beauté / Panzetta de l’Île de Beauté” (PGI-FR-02427), (2)“Saucisson sec de l’Île de Beauté / Salciccia de l’Île de Beauté” (PGI-FR-02431) (3), “Bulagna de l’Île de Beauté” (PGI-FR-02429) (4) u “Figatelli de l’Île de Beauté / Figatellu de l’Île de Beauté (PGI-FR-02432) (5) bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (IĠPs) ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Waslu tliet avviżi ta’ oppożizzjoni dwar l-applikazzjonijiet imsemmija hawn fuq mill-Italja, Spanja u organizzazzjoni internazzjonali bbażata fl-Iżvizzera. |
(3) |
Wara li eżaminat id-dikjarazzjonijiet motivati ta’ oppożizzjoni u sabet li huma ammissibbli, f’konformità mal-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni stiednet lill-opponenti biex jidħlu f’konsultazzjonijiet xierqa bil-ħsieb li jintlaħaq qbil. |
(4) |
Il-konsultazzjonijiet bejn Franza u l-opponenti ntemmu mingħajr ma ntlaħaq ftehim. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 52(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, filwaqt li tqis ir-riżultati ta’ dawn il-konsultazzjonijiet. |
(5) |
L-ewwel nett, l-opponenti invokaw nuqqas ta’ konformità tal-applikazzjonijiet tal-IĠP: “Pancetta de l’Île de Beauté / Panzetta de l’Île de Beauté”, “Saucisson sec de l’Île de Beauté / Salciccia de l’Île de Beauté”, “Bulagna de l’Île de Beauté” u “Figatelli de l’Île de Beauté / Figatellu de l’Île de Beauté” bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. F’dan ir-rigward, l-opponenti argumentaw li r-rekwiżiti stabbiliti fid-definizzjoni ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta skont l-Artikolu msemmi hawn fuq mhumiex issodisfati, minħabba li, fl-opinjoni tagħhom, il-prodotti koperti mill-applikazzjonijiet preżenti għall-IĠP ma għandhom l-ebda karatteristika speċifika li tista’ tkun marbuta maż-żona ġeografika kkonċernata. Inġibdet l-attenzjoni wkoll għall-metodi allegatament industrijali ta’ produzzjoni, bħall-affumikar, użati għall-prodotti taz-zalzett inkwistjoni, li skont l-opponenti, ikomplu juru n-nuqqas ta’ rabta maż-żona ġeografika. |
(6) |
Barra minn hekk, l-opponenti sostnew li, għall-kuntrarju tar-rekwiżiti tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, fiż-żmien meta tressqu l-applikazzjonijiet għall-IĠP, l-isem “Île de Beauté” ma ntużax fil-kummerċ. |
(7) |
L-opponenti rreferew ukoll għal ksur potenzjali tar-regoli dwar l-omonimija li jinsabu fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 fid-dawl tad-DOP eżistenti minn Korsika: “Lonzo de Corse / Lonzo de Corse – Lonzu”, “Jambon sec de Corse / Jambon sec de Corse – Prisuttu” u “Coppa de Corse / Coppa de Corse – Coppa di Corsica”. Għal dan l-għan, l-opponenti staqsew jekk, fid-dawl tal-objettiv speċifiku segwit mill-Artikolu msemmi iktar ’il fuq, l-omonimija tistax teżisti biss fil-każ ta’ termini identiċi jew anki fil-każ ta’ espressjonijiet li huma sinonimi. |
(8) |
Barra minn hekk, l-opponenti argumentaw li r-reġistrazzjoni proposta tal-IĠP tipperikola l-eżistenza tad-DOP imsemmija hawn fuq, kif previst fl-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. F’dan il-kuntest, huma ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li l-ismijiet taħt l-erba’ applikazzjonijiet għall-IĠP jirreferu għal prodotti prodotti f’żona ġeografika kważi identika għal dik ta’ prodotti oħra taz-zalzett, li l-ismijiet tagħhom diġà huma rikonoxxuti bħala DOP ta’ hawn fuq. Għalkemm l-ismijiet taħt l-erba’ applikazzjonijiet għall-IĠP inkwistjoni jidhru li huma differenti mill-ismijiet tad-DOP indikati hawn fuq minn perspettiva lessikali, il-“Île de Beauté” huwa mifhum b’mod komuni mill-konsumaturi bħala sinonimu għal “Corse” (Korsika), li tifforma parti minn dawk l-ismijiet tad-DOP. B’riżultat ta’ dan, l-opponenti jemmnu li l-konsumaturi jista’ jkollhom l-impressjoni żbaljata li hemm rabta bejn il-“Pancetta de l’Île de Beauté / Panzetta de l’Île de Beauté”, is-“Saucisson sec de l’Île de Beauté / Salciccia de l’Île de Beauté”, il-“Bulagna de l’Île de Beauté” u l-“Figatelli de l’Île de Beauté / Figatellu de l’Île de Beauté” u d-DOP irreġistrati: “Lonzo de Corse / Lonzo de Corse – Lonzu”, “Jambon sec de Corse / Jambon sec de Corse – Prisuttu” u “Coppa de Corse / Coppa de Corse – Coppa di Corsica”. Fil-fehma tal-opponenti, jista’ jkun aktar probabbli li l-konfużjoni tqis il-fatt li l-prodotti indikati bħala IĠP u DPO ta’ hawn fuq kollha jappartjenu għall-istess kategorija ta’ prodotti (zalzett). |
(9) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-argumenti esposti mill-opponenti fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u qieset ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet xierqa li saru bejn l-applikant u l-opponenti. |
(10) |
Fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ konformità tal-applikazzjonijiet għall-IĠP mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) No1151/2012 fil-kuntest li ma jkollhomx il-karatteristiċi speċifiċi li jistgħu jkunu marbuta maż-żona ġeografika kkonċernata, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat dan li ġej:
|
(11) |
Fir-rigward tal-pretensjoni li ma hemm l-ebda evidenza ta’ użu preċedenti jew kummerċjali tal-isem “Île de Beauté” għall-prodotti taz-zalzett inkwistjoni, jenħtieġ li jiġi mtenni li l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 la jeħtieġ, u lanqas jippreżumi xi tul speċifiku tal-użu preċedenti tal-ismijiet li jiġu protetti. L-applikant ġibed l-attenzjoni għall-użu stabbilit sew tal-ismijiet tal-IĠP f’dawn l-aħħar snin u ġibed l-attenzjoni għal diversi attivitajiet ta’ komunikazzjoni jew kummerċjalizzazzjoni mwettqa biex jippromwovu l-użu tal-ismijiet mill-2015. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kundizzjoni għall-użu tal-isem fil-kummerċ, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li titqies bħala ssodisfata. |
(12) |
Għat-talbiet li jikkonċernaw ksur allegat jew potenzjali tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 fil-każ tar-reġistrazzjoni tal-ismijiet tal-IĠP inkwistjoni, dawn it-talbiet jenħtieġ li jiġu miċħuda peress li fil-każ preżenti ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni msemmija hawn fuq, li tistabbilixxi r-regoli esklussivament għal omonimi parzjali jew sħaħ. L-omonimi huma komunement mifhuma bħala kliem li għandhom l-istess ortografija jew pronunzja, iżda tifsiriet u oriġini differenti. Il-“Île de Beauté” u l-“Corse / Corsica” huma b’mod ċar kemm miktuba kif ukoll ippronunzjati b’mod differenti u għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala omonimi. Il-partijiet tal-ismijiet li jirreferu għat-tipi ta’ zalzett kemm fl-ismijiet tal-IĠP kif ukoll f’dawk tad-DOP huma wkoll kompletament differenti. Bħala tali, l-ismijiet tal-IĠP proposti għar-reġistrazzjoni la huma kompletament, u lanqas parzjalment omonimi mal-ismijiet tad-DOP irreġistrati “Lonzo de Corse / Lonzo de Corse – Lonzu”, “Jambon sec de Corse / Jambon sec de Corse – Prisuttu” u “Coppa de Corse / Coppa de Corse – Coppa di Corsica”. |
(13) |
Fir-rigward tal-argumenti tal-opponenti li r-reġistrazzjoni proposta tal-IĠP tipperikola l-eżistenza tad-DOP imsemmija hawn fuq, kif previst fl-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni tqis li r-riskju ta’ effett negattiv bħal dan huwa improbabbli. L-ismijiet tal-IĠP koperti mill-applikazzjonijiet preżenti huma differenti biżżejjed mill-ismijiet tad-DOP irreġistrati, kif ukoll mill-prodotti assoċjati magħhom. Għalhekk il-koeżistenza tagħhom fis-suq la tkun qarrieqa għall-konsumaturi, u lanqas ma jkollha impatt negattiv fuq id-DOP protetti. Fil-fatt, l-“Île de Beauté” huwa perifrażi tradizzjonali, li, speċjalment għall-konsumaturi Franċiżi, tfisser Korsika u t-terminu “Île de Beauté” jintuża biex jirreferi għal Korsika, b’mod partikolari fuq is-siti web tat-turiżmu. Għalhekk, dawn iż-żewġ termini jistgħu jitqiesu bħala sinonimi f’moħħ il-konsumatur. Madankollu, mill-perspettiva lessikali, kif spjegat iktar ’il fuq, huwa improbabbli li jkun hemm konfużjoni f’moħħ il-konsumatur. Kemm l-IĠP kif ukoll l-ismijiet tad-DOP li qed jiġu kkunsidrati huma ismijiet komposti li jindikaw il-post tal-oriġini u t-tip ta’ prodott. It-termini konkreti għal-pancetta/panzetta, saucisson sec/salciccia, bulagna, jew figatelli/figatellu huma assoċjati ma’ tipi speċifiċi ta’ zalzett, li huma differenti minn prodotti denominati bħal lonzo / lonzu, jambon sec / prisuttu jew coppa. Konsumatur medju, anki jekk mhux espert fit-tipi ta’ zalzett, jenħtieġ li jkun jista’ jikkonkludi li termini differenti jirreferu għal prodotti differenti, li għandhom karatteristiċi differenti. L-aspetti viżivi u l-forma, li fihom il-prodotti jiġu offruti fis-suq (il-preżentazzjoni tal-prodott lill-konsumatur finali - id-dehra, id-daqs, il-forom, eċċ.) għandhom ukoll rwol vitali fid-distinzjoni bejn il-prodotti. Fid-dawl tad-differenzi bejn l-IĠP u l-prodotti DOP u bejn l-ismijiet tagħhom, il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-reġistrazzjoni tal-erba’ ismijiet tal-IĠP li qed jiġu kkunsidrati ma taffettwax b’mod negattiv il-prodotti assoċjati mal-ismijiet tad-DOP “Lonzo de Corse / Lonzo de Corse – Lonzu”, “Jambon sec de Corse / Jambon sec de Corse – Prisuttu” u “Coppa de Corse / Coppa de Corse – Coppa di Corsica”. Kemm dawn il-prodotti IĠP kif ukoll dawk DPO jistgħu jikkoeżistu, peress li l-konsumaturi jkunu jistgħu jiddistingwuhom fis-suq u jagħmlu għażliet konxji ta’ xiri. B’konsegwenza ta’ dan, dan iwassal għall-konklużjoni li r-reġistrazzjoni tal-ismijiet tal-IĠP proposti ma tikkawżax l-effett indikat fl-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
(14) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, jenħtieġ li l-ismijiet “Pancetta de l’Île de Beauté / Panzetta de l’Île de Beauté”, “Saucisson sec de l’Île de Beauté / Salciccia de l’Île de Beauté”, “Bulagna de l’Île de Beauté” u “Figatelli de l’Île de Beauté / Figatellu de l’Île de Beauté” jiddaħħlu fir-Reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ismijiet “Pancetta de l’Île de Beauté / Panzetta de l’Île de Beauté” (IĠP), “Saucisson sec de l’Île de Beauté / Salciccia de l’Île de Beauté” (IĠP) “Bulagna de l’Île de Beauté” (IĠP) u “Figatelli de l’Île de Beauté / Figatellu de l’Île de Beauté” (IĠP) huma rreġistrati.
L-ismijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu jidentifikaw prodott mill-Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (6).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 417, 14.10.2021, p. 36.
(3) ĠU C 417, 14.10.2021, p. 32.
(4) ĠU C 421, 18.10.2021, p. 15.
(5) ĠU C 418, 15.10.2021, p. 44.
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
27.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/28 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1547
tas-26 ta’ Lulju 2023
li jdaħħal isem fir-reġistru ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Gower Salt Marsh Lamb” (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(3)(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tar-Renju Unit biex jirreġistra l-isem “Gower Salt Marsh Lamb” bħala Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Fit-8 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ oppożizzjoni minn Franza. Il-Kummissjoni għaddiet l-avviż ta’ oppożizzjoni lir-Renju Unit fl-10 ta’ Marzu 2022. Fis-6 ta’ Mejju 2022, Franza ppreżentat dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni. |
(3) |
Wara li eżaminat id-dikjarazzjoni motivata tal-oppożizzjoni u sabet li hija ammissibbli, f’konformità mal-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni stiednet lir-Renju Unit u lil Franza, permezz ta’ ittra datata t-30 ta’ Ġunju 2022, biex jipparteċipaw f’konsultazzjonijiet xierqa bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim. |
(4) |
Fit-28 ta’ Settembru 2022, fuq talba tar-Renju Unit, il-Kummissjoni estendiet l-iskadenza għall-konsultazzjonijiet b’xahar. Il-konsultazzjonijiet bejn ir-Renju Unit u Franza ntemmu mingħajr ma ntlaħaq ftehim. |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 52(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, filwaqt li tqis ir-riżultati ta’ dawn il-konsultazzjonijiet. |
(6) |
L-argumenti ewlenin ta’ Franza kif stabbiliti fid-dikjarazzjoni motivata tal-oppożizzjoni u fil-konsultazzjonijiet li saru mar-Renju Unit jistgħu jitqassru kif ġej. |
(7) |
Franza sostniet li jenħtieġ li jiġi speċifikat, kif meħtieġ mill-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jekk l-iffriżar tal-laħam huwiex awtorizzat. L-opponent iddikjara li jekk l-iffriżar ikun permess, dan jista’ jiddestabbilizza s-suq taż-żewġ DOP Franċiżi “Prés-salés de la baie de Somme” u “Prés-salés du Mont-Saint-Michel” li huma disponibbli fis-suq biss minn Lulju sa Novembru, u jwassal għal kompetizzjoni inġusta. L-ispeċifikazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti jipprojbixxu l-iffriżar u t-taħlil tal-laħam. |
(8) |
Barra minn hekk, l-opponent iddikjara li d-dispożizzjonijiet li jiddefinixxu l-marġi salmastri li huma previsti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jenħtieġ li jiżdiedu mad-Dokument Uniku meta jitqies li r-rabta bejn il-prodott iddikjarat bħala DOP u ż-żona ġeografika demarkata teħtieġ li tiġi definita fid-dokument uniku skont l-Artikolu 8(1)(c)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
(9) |
Ir-Renju Unit speċifika li preferibbilment il-laħam għandu jinbiegħ u jittiekel frisk, għalkemm il-laħam jista’ jiġi ffriżat. Ladarba l-laħam ikun iffriżat, il-laħam irid jinbiegħ iffriżat. L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif ukoll tad-Dokument Uniku ġew emendati skont dan. |
(10) |
Ir-Renju Unit inkluda wkoll il-mapep u l-koordinati tal-GPS li jiddemarkaw il-marġi salmastri għad-Dokument Uniku. |
(11) |
Franza qieset dawk l-emendi bħala insuffiċjenti biex jissodisfaw it-talbiet tagħha u talbet aktar kjarifiki dwar il-perjodu li matulu l-prodott ikun disponibbli ffriżat fis-suq. Fir-rigward tad-definizzjoni ta’ marġi salmastri, talbet l-inklużjoni ta’ ċerti partijiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fid-Dokument Uniku b’mod partikolari d-definizzjoni dettaljata ta’ “marġ salmastru” u r-rekwiżiti speċifiċi relatati. |
(12) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-argumenti esposti fid-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni minn Franza fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, filwaqt li qieset ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet xierqa mwettqa bejn l-applikant u l-avversarju u waslet għall-konklużjonijiet li ġejjin. |
(13) |
Fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ konformità tal-applikazzjoni tad-DOP mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-iffriżar tal-laħam fih innifsu mhuwiex metodu biex jinkiseb il-prodott. L-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ma jeħtieġx l-inklużjoni ta’ regola speċifika dwar il-possibbiltà li l-laħam jiġi ffriżat, u lanqas il-perjodu li matulu l-prodott jista’ jinbiegħ iffriżat. Jitħalla f’idejn l-applikant jekk idaħħalx regoli ta’ dak it-tip. Wara l-oppożizzjoni, l-applikant għażel li jippreċiża s-sistema tal-prodott iffriżat. Ir-regoli dwar l-iffriżar tal-prodott huma rilevanti għad-deskrizzjoni tal-prodott. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li l-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 titqies bħala ssodisfata. |
(14) |
Fir-rigward tal-pretensjoni dwar l-allegat nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 8(1)(c)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-Dokument Uniku jiddeskrivi b’mod korrett u eżawrjenti “ir-rabta bejn il-prodott u l-ambjent ġeografiku jew l-oriġini ġeografika”. Il-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott huma influwenzati minn żewġ fatturi ewlenin li jinkludu d-dieta naturali tal-ħaruf li tikkonsisti fir-ragħa tal-veġetazzjoni unika tal-bwar salmastri li tinsab fil-kosta tat-Tramuntana ta’ Gower. Id-Dokument Uniku jkompli jispeċifika li fil-marġi salmastri tikber firxa ta’ pjanti alofitiċi partikolari għal dik iż-żona, iżda l-iżjed li jikbru huma komunitajiet ta’ pjanti tal-livelli tan-nofs u ta’ fuq tal-marġ, u hemm rappreżentanza qawwija taż-żewġ speċijiet elenkati fl-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill dwar il-ħabitats u l-Fawna u l-Flora Selvaġġa: il-Mergħat Salmastri Atlantiċi u Salicornia u speċijiet oħra annwali ta’ żoni bit-tajn u bir-ramel. Mappa u koordinati GPS li juru ż-żona koperta minn dawn il-marġi salmastri ġew inklużi wkoll fid-Dokument Uniku mill-applikant bi tweġiba għat-talba magħmula minn Franza. Id-Dokument Uniku huwa sommarju tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. L-elementi addizzjonali li l-opponent jitlob li jdaħħal mhumiex elementi essenzjali biex jinftiehem il-metodu ta’ produzzjoni. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rekwiżiti tal-Artikolu 8(1)(c)(ii) tar-Regolament imsemmi jitqiesu bħala ssodisfati. |
(15) |
Fil-kuntest tal-konsultazzjonijiet bejn il-partijiet, kemm id-Dokument Uniku kif ukoll l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġew emendati. Minħabba li dawk l-emendi mhumiex meqjusa sostanzjali, b’konformità mal-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ma rrepetietx l-iskrutinju tal-applikazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni huma ssodisfati. |
(16) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li d-denominazzjoni “Gower Salt Marsh Lamb” tiddaħħal fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. Il-verżjoni konsolidata tad-Dokument Uniku jenħtieġ li tiġi ppubblikata għall-informazzjoni biss. |
(17) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isem “Gower Salt Marsh Lamb” (DOP) huwa rreġistrat.
L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-Klassi 1.1. Laħam frisk (u ġewwieni), kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Id-Dokument Uniku konsolidat huwa stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 492, 8.12.2021, p. 8.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
ANNESS
DOKUMENT UNIKU
“Gower Salt Marsh Lamb”
Nru tal-UE: PDO-GB-02452 – 01.04.2019
DOP (X) IĠP ( )
1. Isem/ismijiet [tad-DOP jew tal-IĠP]
“Gower Salt Marsh Lamb”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Ir-Renju Unit
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott [bħal fl-Anness XI]
Klassi 1.1 Laħam frisk (u l-ġewwieni)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
“Gower Salt Marsh Lamb” huwa ħaruf prim li jitwieled, jitrabba u jiġi skarnat fil-penisola ta’ Gower fin-Nofsinhar ta’ Wales. Il-karatteristiċi distintivi tal-laħam jinkisbu mill-ħxejjex uniċi u mill-ambjent singolari tal-marġ salmastru tal-kosta tat-Tramuntana ta’ Gower, fejn jirgħu l-ħrief.
“Gower Salt Marsh Lamb” huwa prodott naturali staġunali li jinsab għall-bejgħ minn Ġunju sa tmiem Diċembru. Ma hemmx restrizzjonijiet dwar liema razez (jew razez x) ta’ nagħaġ jintużaw għall-produzzjoni tal-“Gower Salt Marsh Lamb”. Iżda r-razez li huma l-iżjed addattati huma dawk l-iżjed b’saħħithom, eħfef u aktar aġli li jiffjorixxu fuq l-ikel tal-ħxejjex li jikbru fil-marġ salmastru.
Meta jinqatlu, il-ħrief għall-produzzjoni tal-“Gower Salt Marsh Lamb” ikollhom bejn erba’ u għaxar xhur. Il-ħrief kollha jridu jqattgħu mill-inqas xahrejn b’kollox, (u mill-inqas nofs ħajjithom) jirgħu fil-marġ salmastru, iżda xi wħud jitħallew sa tmien xhur jirgħu fil-marġ.
Il-ħrief jitrabbew fil-beraħ, u billi huma ħielsa li jirgħu fuq medda kbira ta’ art u fuq distanzi twal fil-marġ, jitilgħu b’saħħithom. Dan il-fatt jikkontribwixxi għall-karatteristiċi speċifiċi tal-“Gower Salt Marsh Lamb” billi l-ħrief jimmaturaw bil-mod, u b’hekk jintlaħaq l-aħjar bilanċ possibbli ta’ laħam bejn dgħif u xaħmi, flimkien ma’ “distribuzzjoni konsistenti ta’ għeruq irħamin ta’ xaħam tul il-fibri muskolari”. Il-ġogi tar-riġlejn huma ddefiniti tajjeb b’konformazzjoni tajba tal-muskoli, u l-laħam nej għandu kulur aħmar skur.
Meta jinqatlu l-ħrief tal-“Gower Salt Marsh Lamb”, il-piż mejjet tal-karkassi jkun bejn 16 u 23 kilogramma. Il-klassifikazzjoni EUROP tal-karkassi tal-“Gower Salt Marsh Lamb” hija tal-klassi ta’ xaħam 2L sa 3L u ta’ U sa O tal-klassi tal-konformazzjoni tal-muskoli, u l-biċċa l-kbira tal-ħrief huma kklassifikati R għall-konformazzjoni u 3L għax-xaħam.
Meta l-laħam jissajjar (skont kif deskritt minn bord indipendenti tal-analiżi sensorja) il-“Gower Salt Marsh Lamb” għandu togħma “ekwilibrata tenera, ħlejja u delikata ta’ ħaruf, bi ħjiel ta’ ħaxix, u kemxejn mielħa, u li tħalli togħma pjaċevoli ta’ ħaruf fil-ħalq”. Ix-xaħam (li hu mifrux tajjeb mal-laħam u jibqa’ jidher wara t-tisjir) huwa ta’ kulur il-krema u jirtab waqt it-tisjir, u ma jħallix togħma xaħmija fil-palat. Il-laħam tal-ħaruf għandu riħa ħlejja sottili u huwa sukkulenti u teneru”. Meta ġie vvalutat minn analista tal-konsistenza, il-“Gower Salt Marsh Lamb” instab li jżomm l-integrità tal-fibra muskolari u din tissarraf f'“sukkulenza mal-ewwel gidma”.
Il-“Gower Salt Marsh Lamb” jinbiegħ bħala karkassa sħiħa, inkella bħala qatgħat. Huwa l-aħjar meta jinbiegħ u jittiekel frisk, iżda jista’ wkoll jiġi ffriżat. Kull laħam li huwa ffriżat għandu jinbiegħ bħala ffriżat.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-foraġġ kollu, kemm dak li jirgħu l-annimali, kif ukoll dak li jinħażen, irid bilfors joriġina miż-żona ddefinita u l-intenzjoni hi li mija fil-mija tal-għalf jinkiseb minn hemm. Iżda f’ċirkostanzi eċċezzjonali, huwa permess li jintuża massimu ta’ 25 % fis-sena ta’ għalf niexef mixtri. Dan jiġi awditjat mir-rekords tar-ragħa u tal-ħażna u billi jinżamm djarju mill-produtturi, fejn jiġi rreġistrat l-għalf miżjud li jkun iddaħħal fl-azjenda agrikola mid-djarji li jżommu l-produtturi.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-ħrief kollha tar-razza “Gower Salt Marsh Lamb” iridu jitwieldu, jitrabbew u jiġu skarnati fiż-żona ddefinita.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
—
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Il-Penisola ta’ Gower
Il-Penisola ta’ Gower fin-Nofsinhar ta’ Wales kif inhi demarkata mill-konfini tal-kostitwenzi elettorali elenkati hawn taħt u kif jidhru fil-Mappa A:-
Il-Konfini tal-Kostitwenzi Elettorali tal-Penisola ta’ Gower |
Gorseinon, Llwchrwr, Gowerton, Dunvant, Killay, Upper Killay, Mumbles, Bishopston, Pennard, Llanrhidian Higher, Llanrhidian Lower, Ilston, Penrice, Reynoldstone, Port Eynon, Rhossili, Llangennith, Llanmadoc, Port Eynon, Rhossili, Llangennith, Llanmadoc, Cheriton |
Mappa A
Dehra tal-konfini tal-kostitwenzi elettorali tal-Penisola ta’ Gower
Il-Penisola ta’ Gower tinkludi l-marġi salmastri kostali fuq il-kosta tat-Tramuntana tal-penisola kif muri fil-Mappa B hawn taħt:
Mappa B
Dehra tal-marġi salmastri tat-Tramuntana ta’ Gower
Kif jidher mill-mappa ta’ hawn fuq, fit-totalità tagħhom, dawn il-marġi salmastri jkopru żona fil-Lvant ta’ Whitford Burrows lejn il-Loughor Bridge fuq l-A484. Din l-erja hija magħmula minn:
1) |
il-marġ salmastru ta’ Llanrhidian u Landimore — fil-Lvant ta’ Whitford Burrow sa Salt house Point
|
2) |
il-marġ salmastru ta’ Penclawdd u Crofty — minn Salthouse Point sal-Loughor Bridge
|
3) |
il-marġ salmastru ta’ CWM Ivy — kif muri bil-blu skur fuq il-Mappa B u l-Mappa C hawn taħt.
|
Mappa Ċ
Il-marġ salmastru ta’ Cwm Ivy
5. Rabta maż-żona ġeografika
Il-“Gower Salt Marsh Lamb” għandu reputazzjoni bħala prodott ta’ kwalità li jitwieled, jitrabba u jiġi skarnat fil-penisola ta’ Gower fin-Nofsinhar ta’ Wales. Huwa prodott naturali staġunali li jinsab għall-bejgħ minn Ġunju sa tmiem Diċembru.
Il-laħam tal-ħaruf jiġi prodott b’sistema ta’ trobbija estensiva tradizzjonali li permezz tagħha, il-karatteristiċi u l-kwalitajiet tal-prodott finali huma influwenzati miż-żewġ fatturi ewlenin li ġejjin:-
— |
Id-dieta naturali tal-ħrief, li tikkonsisti mir-ragħa fuq il-ħxejjex partikolari tal-marġ salmastru li jikbru tul il-kosta tat-Tramuntana ta’ Gower. |
— |
Il-bażi tal-għarfien u l-ħiliet tal-produtturi li żviluppat maż-żmien u li ilha relattivament l-istess għal bosta ġenerazzjonijiet. |
Dawn il-fatturi jikkostitwixxu rabta qawwija bejn iż-żona ġeografika u l-prodott finali, u jikkontribwixxu għat-togħma u għall-karatteristiċi partikolari tal-prodott.
Il-ħrief tal-“Gower Salt Marsh Lamb” iqattgħu mill-inqas xahrejn jirgħu fil-marġ salmastru mal-kosta tat-Tramuntana tal-penisola ta’ Gower, iżda xi wħud minnhom jitħallew jirgħu hemm anki sa tmien xhur. Dan il-marġ salmastru fih madwar 4 000 ettaru u jirrappreżenta daqs 22 % tar-riżorsa tal-marġ salmastru ta’ Wales.
Il-ħxejjex naturali tal-marġ salmastru evolvew permezz tal-kombinazzjoni tal-klima u t-tip ta’ ħamrija. Is-salinità u l-pH tal-ħamrija jinfluwenzaw it-tip uniku u d-distribuzzjoni tal-ħxejjex. Il-marġ salmastru huwa aċiduż minnu, u l-pH tipiku tiegħu huwa ta’ 4. Karatteristika partikolari tal-marġ salmastru tat-Tramuntana ta’ Gower hija li fih kontenut kbir ta’ ramel u b’hekk jiskula tajjeb. Dan il-fatt jinkoraġġixxi li b’mod predominanti jikbru ħxejjex tal-marġ salmastru, u minħabba f’hekk il-marġ huwa riżorsa tajba għar-ragħa tal-“Gower Salt Marsh Lamb”, li fuqu jiffjorixxi.
Fil-marġi salmastri tikber firxa ta’ pjanti alofitiċi partikolari għal dik iż-żona, iżda l-iżjed li jikbru huma komunitajiet ta’ pjanti tal-livelli tan-nofs u ta’ fuq tal-marġ, u hemm rappreżentanza qawwija taż-żewġ speċijiet elenkati fl-Anness 1 tad-Direttiva tal-KE dwar il-Ħabitats u l-Fawna u l-Flora Selvaġġa:-
— |
Il-Mergħat Salmastri Atlantiċi |
— |
Salicornia u speċijiet oħra annwali ta’ żoni bit-tajn u bir-ramel. |
Hija d-dieta tal-ħrief, li jieklu diversità tal-alofiti mifruxa mal-marġ salmastru tat-Tramuntana ta’ Gower, li tikkontribwixxi għat-“togħma aromatika ta’ ħxejjex bi ħjiel melħin” tal-laħam tal-“Gower Salt Marsh Lamb”.
Il-valur nutrittiv li jinkiseb mill-marġ huwa baxx meta mqabbel mar-ragħa ssupplimentat mill-agrikultura. Il-ħrief huma liberi jirgħu fuq spazji kbar miftuħin, u b’hekk laħamhom ma fihx wisq xaħam, il-muskoli jiżviluppaw sew, u l-ġogi ta’ riġlejhom huma ddefiniti tajjeb. Din is-sistema estensiva ta’ ragħa twassal biex il-ħrief “Gower Salt Marsh Lamb” idumu iżjed biex jimmaturaw minn dawk li jitrabbew b’sistemi intensivi, u dan jikkontribwixxi għall-karatteristiċi tal-karkassi tagħhom u għall-kwalitajiet li jagħmlu l-laħam tagħhom tant tajjeb għall-ikel. Billi jikbru bil-mod, il-laħam tal-ħrief “Gower Salt Marsh Lamb” jilħaq jiżviluppa kompletament “it-togħma ekwilibrata, tenera, ħlejja u delikata” bi “ħjiel ta’ ħaxix, ta’ ħxejjex aromatiċi u kemxejn mielħa” mid-dieta tagħhom ta’ speċijiet diversi ta’ ħxejjex alofitiċi.
It-trobbija u l-produzzjoni tal-ħrief “Gower Salt Marsh Lamb” jirrikjedu għarfien partikolari u kompetenzi speċifiċi għaliex l-annimali jirgħu fuq terren singolari li joffrilhom sfida fiżika. Dawn il-ħiliet u t-tradizzjonijiet żviluppaw maż-żmien, u ntirtu minn ġenerazzjoni għal oħra. Il-ħiliet speċifiċi huma elenkati hawn taħt:
— |
L-għarfien tal-imġiba tal-marġ salmastru u tal-meded tal-marea, biex dak li jkun jipproteġi n-nagħaġ u l-ħrief mill-marea. Xogħol il-produttur, u ż-żmien meta jrid isir ċertu xogħol importanti, huma ddettati mill-marea, u mill-kalendarju tagħha.
|
Il-ħrief ilhom mill-Medju Evu jirgħu fil-marġ salmastru, u s-sistema tar-ragħa ftit li xejn inbidlet minn dak iż-żmien. Fl-1976 kien hemm 30 bidwi bid-dritt li jħallu n-nagħaġ jirgħu fil-marġ salmastru ta’ Gower, u l-marġ kien isostni eluf ta’ nagħaġ. Fl-2018, fil-marġ salmastru tħallew jirgħu madwar 3 500 ħaruf minn tmien produtturi.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
Gower Salt Marsh Lamb - GOV.UK (www.gov.uk)
DEĊIŻJONIJIET
27.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/36 |
DEĊIŻJONI (UE) 2023/1548 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-1 ta’ Ġunju 2023
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (EGF/2023/000 TA 2023 — Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (2), u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) għandu l-għan li juri solidarjetà u li jippromwovi impjieg deċenti u sostenibbli fl-Unjoni billi jipprovdi appoġġ għall-ħaddiema ssensjati u għal dawk li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet fil-każ ta' avvenimenti kbar ta' ristrutturar u jgħinhom jirritornaw għal xogħol deċenti u impjieg sostenibbli mill-aktar fis possibbli. |
(2) |
Il-FEG ma jistax jaqbeż l-ammont annwali massimu ta' EUR 186 miljun (fi prezzijiet tal 2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3). |
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2021/691 jistipula li kull sena jista' jintuża massimu ta' 0,5 % tal-ammont massimu annwali tal-FEG għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. |
(4) |
Din l-assistenza hija meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi fl-implimentazzjoni tal-FEG kif imposti mill-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/691, b'mod partikolari fir-rigward tal monitoraġġ u l-ġbir ta' data kif ukoll l-attivitajiet ta' komunikazzjoni u dawk li jtejbu l viżibbiltà tal-FEG. |
(5) |
Għalhekk, il-FEG jenħtieġ li jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 190 000 għall-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2023, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta' EUR 190 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
P. KULLGREN
(1) ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).
27.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1549
tal-10 ta’ Lulju 2023
dwar il-ħatra ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 54 u 55 tiegħu,
Waqt li jaġixxi bħala l-awtorità li ngħatat is-setgħa li taħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Diretturi Eżekuttivi tal-Europol,
Billi:
(1) |
Il-mandat ta’ wieħed mill-Viċi Diretturi Eżekuttivi attwali tal-Europol jintemm fil-31 ta’ Lulju 2023. Għaldaqstant, jeħtieġ li jinħatar Viċi Direttur Eżekuttiv ġdid tal-Europol. |
(2) |
Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol tal-1 ta’ Mejju 2017 tistabbilixxi r-regoli għall-għażla, l-estensjoni tal-mandat u t-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Viċi Diretturi Eżekuttivi tal-Europol. |
(3) |
Waħda mill-karigi ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol tqieset battala skont l-Artikolu 3(1), il-punt (b), tad-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol tal-1 ta’ Mejju 2017 mill-1 ta’ Novembru 2022. Avviż ta’ pożizzjoni vakanti għall-pożizzjoni ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Ottubru 2022 (2). |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2016/794, tħejjiet lista qasira ta’ kandidati minn kumitat tal-għażla stabbilit mill-Bord ta’ Amministrazzjoni (il-“Kumitat tal-Għażla”). Il-Kumitat tal-Għażla ħejja rapport debitament motivat u ppreżentah lill-Bord ta’ Amministrazzjoni fit-13 ta’ Marzu 2023. |
(5) |
Abbażi tar-rapport tal-Kumitat tal-Għażla u f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 u d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-1 ta’ Mejju 2017, il-Bord ta’ Amministrazzjoni ħareġ opinjoni motivata fit-22 ta’ Marzu 2023 dwar il-ħatra ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv ġdid tal-Europol, li fiha ppropona lill-Kunsill lista qasira ta’ tliet kandidati adatti għall-kariga. |
(6) |
Fl-24 ta’ April 2023, il-Kunsill għażel lis-Sur Ștefan-Andrei LINȚĂ bħala l-Viċi Direttur Eżekuttiv il-ġdid tal-Europol u informa lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament Ewropew (il-“Kumitat LIBE”), li huwa l-kumitat kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 54(2), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2016/794, dwar dik l-għażla. |
(7) |
Fit-23 ta’ Mejju 2023, is-Sur Ștefan-Andrei LINȚĂ deher quddiem il-Kumitat LIBE. Fl-1 ta’ Ġunju 2023, il-Kumitat LIBE ta l-opinjoni tiegħu f’konformità mal-Artikolu 54(2), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2016/794, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Ștefan-Andrei LINȚĂ huwa b’dan maħtur bħala Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2023 sal-31 ta’ Lulju 2027 fil-grad AD 14.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
P. NAVARRO RÍOS
27.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1550
tal-25 ta’ Lulju 2023
li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Peter KURZ ser isir vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni mit-3 ta’ Awwissu 2023. |
(4) |
Il-Gvern Ġermaniż ippropona lis-Sur Wolfram LEIBE, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Oberbürgermeister der Stadt Trier (Sindku tal-Belt ta’ Trier), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2023 sa tmiem il-mandat attwali fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Wolfram LEIBE, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali, Oberbürgermeister der Stadt Trier (Sindku tal-Belt ta’ Trier), huwa b’dan maħtur bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni mill-1 ta’ Settembru 2023 sal-25 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
L. PLANAS PUCHADES
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).
27.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/42 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1551
tal-25 ta’ Lulju 2023
li tawtorizza lill-Ġermanja tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikoli 218 u 232 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
B’ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fl-10 ta’ Novembru 2022, il-Ġermanja talbet awtorizzazzjoni għal miżura speċjali biex tidderoga mill-Artikoli 218 u 232 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex tintroduċi fatturazzjoni elettronika obbligatorja għat-tranżazzjonijiet kollha mwettqa bejn persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju tal-Ġermanja (il-“miżura speċjali”). |
(2) |
B’ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fit-8 ta’ Frar 2023, il-Ġermanja speċifikat li d-data mitluba tad-dħul fis-seħħ tal-miżura speċjali kienet l-1 ta’ Jannar 2025. |
(3) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni bagħtet it-talba magħmula mill-Ġermanja lill-Istati Membri l-oħra b’ittri datati t-22 ta’ Frar 2023. B’ittra datata t-23 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Ġermanja li kellha l-informazzjoni kollha neċessarja biex tivvaluta t-talba. |
(4) |
Il-Ġermanja beħsiebha ddaħħal fis-seħħ il-miżura speċjali bħala l-ewwel pass fl-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ rapportar ibbażata fuq it-tranżazzjonijiet. Tali sistema ta’ rapportar tipprovdi benefiċċji fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). Dan jippermetti identifikazzjoni aktar bikrija tal-ktajjen ta’ frodi tal-VAT mill-awtoritajiet tat-taxxa. Dan jippermetti wkoll lill- awtoritajiet tat-taxxa jivverifikaw il-konsistenza bejn il-VAT iddikjarata u l-VAT dovuta b’mod f’waqtu u awtomatiku. Is-sistema ta’ rapportar ibbażata fuq it-tranżazzjonijiet tippermetti li diskrepanzi bħal dawn jinstabu u jiġu ċċekkjati kmieni. Barra minn hekk, il-Ġermanja tistenna li l-aċċess f’waqtu għad-data tal-fatturi jneħħi l-ħtieġa għal talba aktar burokratika għall-fatturi mill-awtoritajiet tat-taxxa, filwaqt li jħaffef u jiffaċilita l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT. |
(5) |
Il-Ġermanja tqis li l-introduzzjoni tal-miżura speċjali ma tkunx ta’ piż kbir għall-persuni taxxabbli peress li, fil-Ġermanja, il-fatturazzjoni elettronika diġà hija prattika komuni f’ħafna setturi tal-ekonomija u hija obbligatorja fil-qasam tal-akkwist pubbliku. Barra minn hekk, il-miżura speċjali tkun ta’ benefiċċju għall-persuni taxxabbli permezz tad-diġitalizzazzjoni tal-proċessi u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv tagħhom. Fl-aħħarnett, l-użu ta’ fatturi elettroniċi jipprovdi ffrankar fit-tul minħabba l-eliminazzjoni ta’ fatturi fuq karta, u b’hekk inaqqas il-kostijiet tal-ħruġ, it-trażmissjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tal-fatturi. |
(6) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali. Il- Kummissjoni tipproponi li temenda l-Artikolu 218 u tħassar l-Artikolu 232 tad-Direttiva 2006/112/KE. Għalhekk huwa possibbli li tiġi adottata direttiva li temenda dawk l-Artikoli li tkun tippermetti lill-Istati Membri jimplimentaw fatturazzjoni elettronika obbligatorja u telimina l-ħtieġa li jintalbu aktar miżuri speċjali għal derogi mid-Direttiva 2006/112/KE. Għalhekk, mid-data li fiha l-Istati Membri jkunu meħtieġa japplikaw kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva li temenda dawk l-Artikoli, din id-Deċiżjoni għandha tieqaf tapplika. |
(7) |
Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ u n-natura ġdida tal-miżura speċjali, huwa importanti li jiġi evalwat l-impatt tagħha fuq il-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tal-VAT u fuq il-persuni taxxabbli. Għalhekk, jekk il-Ġermanja tqis li estensjoni tal-miżura speċjali hija neċessarja, jenħtieġ li tippreżenta lill-Kummissjoni, flimkien mat-talba għal estensjoni, rapport li jinkludi valutazzjoni tal-miżura speċjali dwar l-effettività tagħha fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tal-VAT u fis-simplifikazzjoni tal-ġbir tal-VAT. |
(8) |
Jenħtieġ li l-miżura speċjali ma taffettwax id-dritt tal-klijenti li jirċievi fatturi fuq karta f’każ ta’ tranżazzjonijiet intra-Komunitarji. |
(9) |
Il-miżura speċjali jenħtieġ li tkun limitata fiż-żmien biex tippermetti li ssir valutazzjoni dwar jekk hijiex xierqa u effettiva fid-dawl tal-objettivi tagħha. |
(10) |
Il-miżura speċjali hija proporzjonata għall-objettivi segwiti peress li hija limitata fiż-żmien u fil-kamp ta’ applikazzjoni. Barra minn hekk, il-miżura speċjali ma tagħtix lok għal riskju li l-frodi titmexxa lejn setturi oħra jew lejn Stati Membri oħra. |
(11) |
Il-miżura speċjali mhux se jkollha effett negattiv fuq l-ammont globali tad-dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali u mhux se jkollha effett negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mill-VAT, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’deroga mill-Artikolu 218 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Ġermanja hija awtorizzata li taċċetta biss fatturi li jkunu nħarġu minn persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju tal-Ġermanja fil-forma ta’ dokumenti jew messaġġi f’format elettroniku.
Artikolu 2
B’deroga mill-Artikolu 232 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Ġermanja hija awtorizzata tipprevedi li l-użu ta’ fatturi elettroniċi maħruġa minn persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju tal-Ġermanja ma għandux ikun soġġett għal aċċettazzjoni mir-riċevitur stabbilit fit-territorju tal-Ġermanja.
Artikolu 3
Il-Ġermanja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri nazzjonali li jimplimentaw il-miżura speċjali stipulata fl-Artikoli 1 u 2.
Artikolu 4
1. Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-aktar data kmieni minn dawn it-tnejn:
(a) |
31 ta’ Diċembru 2027; jew |
(b) |
id-data minn meta l-Istati Membri jridu japplikaw kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali li huma meħtieġa jadottaw f’każ li tiġi adottata direttiva li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali, b’mod partikolari l-Artikoli 218 u 232 ta’ dik id-Direttiva. |
3. Jekk il-Ġermanja tqis li estensjoni tal-miżura speċjali stipulata fl-Artikoli 1 u 2 hija neċessarja, il-Ġermanja għandha tippreżenta talba għal estensjoni lill-Kummissjoni, flimkien ma’ rapport li jivvaluta sa fejn il-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 3 kienu effettivi fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tal-VAT u fis-simplifikazzjoni tal-ġbir tat-taxxa. Dak ir-rapport għandu jevalwa l-impatt ta’ dawk il-miżuri fuq il-persuni taxxabbli u, b’mod partikolari, jekk dawk il-miżuri jżidux il-piżijiet amministrattivi u l-kostijiet tagħhom.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
L. PLANAS PUCHADES
27.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/45 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1552
tal-25 ta’ Lulju 2023
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/784 fir-rigward tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura speċjali, meħuda mill-Italja, li tidderoga mill-Artikoli 206 u 226 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1401 (2), l-Italja ġiet awtorizzata, sal-31 ta’ Diċembru 2017, li titlob li t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) dovuta fuq il-provvisti lill-awtoritajiet pubbliċi titħallas minn dawk l-awtoritajiet f’kont bankarju separat u mblukkat tal-awtoritajiet tat-taxxa (il-“miżura speċjali”). Dik il-miżura speċjali kkostitwiet deroga mill-Artikoli 206 u 226 tad-Direttiva 2006/112/KE b’rabta mal-ħlas tal-VAT u mar-regoli tal-fatturazzjoni. |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/784 (3), l-Italja kienet ġiet awtorizzata tapplika l-miżura speċjali sat-30 ta’ Ġunju 2020 u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura speċjali twessa’ biex jinkludi l-provvisti lil ċerti kumpaniji kkontrollati minn awtoritajiet pubbliċi u lil kumpaniji kkwotati fil-Borża li huma inklużi fl-indiċi Financial Times Stock Exchange Milano Indice di Borsa (“FTSE MIB”). Il-miżura speċjali għaldaqstant ġiet estiża sat-30 ta’ Ġunju 2023 bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1105 (4). |
(3) |
Permezz ta’ ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fis-26 ta’ Settembru 2022, l-Italja talbet awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika l-miżura speċjali sal-31 ta’ Diċembru 2026. Permezz ta’ ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fit-8 ta’ Mejju 2023, l-Italja talbet li mill-1 ta’ Lulju 2025, l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura speċjali jiġi ristrett, għall-provvista ta’ oġġetti u servizzi lill-awtoritajiet pubbliċi u lil ċerti kumpaniji kkontrollati mill-awtoritajiet pubbliċi. |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 395(2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni bagħtet it-talba magħmula mill-Italja lill-Istati Membri l-oħra, permezz ta’ ittra datata l-11 ta’ Mejju 2023. Permezz tal-ittra datata t-12 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Italja li kellha l-informazzjoni kollha neċessarja għall-valutazzjoni tat-talba. |
(5) |
Il-miżura speċjali hija parti minn pakkett ta’ miżuri introdotti mill-Italja biex tiġġieled il-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa. Dak il-pakkett ta’ miżuri, inkluż il-fatturazzjoni elettronika obbligatorja awtorizzata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/593 (5), issostitwixxa miżuri oħrajn ta’ kontroll u jippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa Taljani jwettqu l-kontroverifiki tal-operazzjonijiet diversi ddikjarati minn persuni taxxabbli, u li jimmonitorjaw il-ħlasijiet tal-VAT tagħhom. |
(6) |
L-Italja hija tal-fehma li, fil-kuntest tal-pakkett ta’ miżuri implimentati, il-fatturazzjoni elettronika obbligatorja tqassar iż-żmien meħtieġ mill-awtoritajiet tat-taxxa biex tinduna li jeżisti każ potenzjali ta’ frodi tat-taxxa jew ta’ evażjoni tat-taxxa. Madankollu, l-Italja hija wkoll tal-fehma li, fin-nuqqas tal-mekkaniżmu tal-ħlas maqsum introdott mill-miżura speċjali, l-irkupru tal-ammonti tal-VAT dovuti minn persuni taxxabbli involuti fi frodi jew evażjoni tat-taxxa jista’ jkun impossibbli wara li tkun saret il-kontroverifika għaliex, sadanittant, dawk il-persuni taxxabbli setgħu saru insolventi. Għalhekk, il-mekkaniżmu tal-ħlas maqsum, bħala miżura ex ante, irriżulta li huwa effettiv ħafna u komplementari għall-fatturazzjoni elettronika obbligatorja, li hija miżura ex post. |
(7) |
L-Italja kemm-il darba impenjat ruħha li ma tfittixx li ġġedded il-miżura speċjali wara implimentazzjoni sħiħa tal-pakkett ta’ miżuri. Madankollu, l-Italja hija tal-fehma li, minħabba l-effettività tal-miżura speċjali u s-sinerġiji tagħha ma’ miżuri oħrajn applikati, b’mod partikolari mal-fatturazzjoni elettronika obbligatorja, jenħtieġ li l-miżura speċjali tiġi estiża biex jiġi evitat xkiel fl-isforzi li saru biex titnaqqas id-differenza ġenerali bejn id-dħul mill-VAT mistenni u l-ammont attwalment miġbur fl-Italja. Madankollu, sabiex tonora l-impenn tagħha li gradwalment tneħħi l-miżura speċjali, l-Italja mmodifikat it-talba tagħha biex mill-1 ta’ Lulju 2025, teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura speċjali, il-provvista ta’ oġġetti u ta’ servizzi lil kumpaniji kkwotati fil-Borża li huma kkwotati fl-indiċi “FTSE MIB”. Dak il-perjodu ta’ żmien ser jippermetti lill-persuni taxxabbli affettwati mir-restrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura speċjali jagħmlu l-aġġustamenti operazzjonali xierqa. Ser jippermetti wkoll lill-awtoritajiet tat-taxxa Taljani jimmonitorjaw l-effettività tal-miżura speċjali u jevalwaw tajjeb il-miżuri alternattivi possibbli. |
(8) |
Wieħed mill-effetti tal-miżura speċjali huwa li l-fornituri, li huma persuni taxxabbli, ma jistgħux ipaċu l-VAT li jħallsu fuq ix-xiri tagħhom bil-VAT li jirċievu fuq il-provvisti tagħhom. Jista’ jkun li tali fornituri jkunu kostantement f’pożizzjoni ta’ kreditu u jista’ jkun li jkollhom jitolbu rifużjoni effettiva tal-VAT li jħallsu fuq ix-xiri tagħhom mill-awtoritajiet tat-taxxa. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Italja, il-persuni taxxabbli li jwettqu tranżazzjonijiet soġġetti għall-miżura speċjali ikunu intitolati li jirċievu l-ħlas tal-krediti rilevanti tal-VAT bħala prijorità, fil-limitu tal-kreditu derivanti minn tali tranżazzjonijiet. Dik il-prattika timplika li t-talbiet ta’ rifużjoni relatati mal- miżura speċjali jiġu pproċessati bħala kwistjoni ta’ prijorità kemm matul il-fażi tal-investigazzjoni preliminari kif ukoll meta jitħallsu l-ammonti dovuti minn rifużjonijiet li mhumiex prijorità. |
(9) |
Jenħtieġ li l-estensjoni ulterjuri mitluba tal-awtorizzazzjoni biex tapplika l-miżura speċjali għandha tkun limitata fiż-żmien sabiex jippermetti t-twettiq ta’ valutazzjoni dwar jekk il-miżura speċjali hijiex adatta u effettiva. L-awtorizzazzjoni biex tiġi applikata l-miżura speċjali għandha għalhekk tiġi estiża sat-30 ta’ Ġunju 2026. Dak jagħti żmien biżżejjed biex issir valutazzjoni tal-effettività tal-miżuri implimentati mill-Italja bl-għan li titnaqqas l-evażjoni tat-taxxa fis-setturi kkonċernati. |
(10) |
Sabiex jiġi żgurat is-segwitu neċessarju fil-qafas tal-miżura speċjali u b’mod partikolari sabiex jiġi vvalutat l-impatt fuq ir-rifużjonijiet tal-VAT lill-persuni taxxabbli koperti mill-miżura speċjali, jenħtieġ li l-Italja tkun obbligata tippreżenta rapport lill-Kummissjoni sa Settembru 2024. Dak ir-rapport għandu jindirizza s-sitwazzjoni ġenerali dwar il-qagħda globali tar-rifużjonijiet tal-VAT lill-persuni taxxabbli u b’mod partikolari dwar l-ammont medju ta’ żmien meħtieġ għal dawn ir-rifużjonijiet, u dwar l-effettività tal-miżura speċjali u ta’ kwalunkwe miżura oħra implimentata mill-Italja bl-għan li tnaqqas l-evażjoni tat-taxxa fis-setturi kkonċernati. Jenħtieġ li dak ir-rapport jinkludi wkoll lista ta’ dawk il-miżuri, flimkien mad-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom. |
(11) |
Il-miżura speċjali hija proporzjonata mal-objettivi fil-mira billi hija limitata fiż-żmien u hija ristretta għas-setturi li jippreżentaw riskji konsiderevoli fir-rigward tal-evażjoni tat-taxxa. Barra minn hekk, il-miżura speċjali ma toħloqx xi riskju li l-prattika tal-evażjoni tat-taxxa tiġi trasferita lejn setturi oħrajn jew lejn Stati Membri oħrajn. |
(12) |
Il-miżura speċjali mhux ser ikollha effett negattiv fuq l-ammont kumplessiv tad-dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali u mhu ser ikollha l-ebda effett negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mill-VAT. |
(13) |
Sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi mfittxija mill-miżura speċjali, inkluż ’ l-applikazzjoni mingħajr interruzzjoni tal-miżura speċjali, u li tingħata ċertezza legali fir-rigward tal-perjodu tat-taxxa, huwa xieraq li tingħata awtorizzazzjoni biex tiġi estiża l-miżura speċjali b’effett mill-1 ta’ Lulju 2023. Peress li l-Italja talbet l-awtorizzazzjoni fis-26 ta’ Settembru 2022 biex tkompli tapplika l-miżura speċjali u kompliet tapplika r-reġim legali stabbilit fil-liġi nazzjonali tagħha abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/784 mill-1 ta’ Lulju 2023, l-aspettattivi leġittimi tal-persuni kkonċernati huma rispettati kif xieraq. |
(14) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/784 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/784 hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, jitħassar it-tielet inċiż; |
(2) |
fl-Artikolu 3, it-tieni paragrafu, id-data “30 ta’ Settembru 2021” hija sostitwita bid-data “30 ta’ Settembru 2024”; |
(3) |
fl-Artikolu 5, id-data “30 ta’ Ġunju 2023” hija sostitwita bid-data “30 ta’ Ġunju 2026”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Madankollu, l-Artikolu 1, il-punt (1), għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2025.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
L. PLANAS PUCHADES
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 217, 18.8.2015, p. 7.
(3) ĠU L 118, 6.5.2017, p. 17.
(4) ĠU L 242, 28.7.2020, p. 4.
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/593 tas-16 ta’ April 2018 li tawtorizza lir-Repubblika Taljana tintroduċi miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikoli 218 u 232 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 99, 19.4.2018, p. 14).
27.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/48 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1553
tal-25 ta’ Lulju 2023
li tawtorizza lir-Rumanija tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikoli 218 u 232 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Permezz ta’ ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fl-14 ta’ Jannar 2022, ir-Rumanija talbet awtorizzazzjoni għal miżura speċjali biex tidderoga mill-Artikoli 178, 218 u 232 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex tintroduċi fatturazzjoni elettronika obbligatorja għat-tranżazzjonijiet kollha mwettqa bejn persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju tar-Rumanija (il-“miżura speċjali”). Il-miżura speċjali ntalbet għal perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2025. |
(2) |
Permezz ta’ ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fit-30 ta’ Settembru 2022, ir-Rumanija infurmat lill-Kummissjoni li d-deroga mitluba mill-Artikolu 178 tad-Direttiva 2006/112/KE ma kinitx għada meħtieġa. Barra minn hekk, ir-Rumanija talbet li l-awtorizzazzjoni tingħata għal perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2026, minflok għall-perjodu oriġinarjament mitlub. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 395(2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni bagħtet it-talba tar-Rumanija lill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ ittri datati t-8 ta’ Diċembru 2022. Permezz ta’ ittra datata d-9 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Rumanija li kellha l-informazzjoni kollha neċessarja biex tqis t-talba. |
(4) |
Ir-Rumanija ssostni li l-fatturazzjoni elettronika obbligatorja għal tranżazzjonijiet bejn persuni taxxabbli stabbiliti fir-Rumanija, flimkien mal-obbligu li tiġi rrapportata d-data dwar dawk it-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet tat-taxxa, ikunu ta’ benefiċċju fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). Dan jippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa jivverifikaw il-konsistenza bejn il-VAT iddikjarata u l-VAT dovuta b’mod f’waqtu u awtomatiku. Tali verifika awtomatika ttejjeb b’mod sinifikanti l-abbiltajiet analitiċi tal-awtoritajiet tat-taxxa Rumeni. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ fatturazzjoni elettronika obbligatorja tkun għodda b’saħħitha għat-traċċar f’ħin reali tal-ktajjen tal-frodi tal-VAT, li tippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa jieħdu azzjoni immedjata biex jidentifikaw u jwaqqfu lill-persuni taxxabbli milli jipparteċipaw f’tali attivitajiet frawdolenti. |
(5) |
Ir-Rumanija tqis li l-introduzzjoni tal-miżura speċjali ser tkun ta’ benefiċċju wkoll għall-persuni taxxabbli permezz tad-diġitalizzazzjoni tal-proċessi tal-fatturazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin tiżgura ambjent kompetittiv ġust għall-persuni taxxabbli. Id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi tal-fatturazzjoni tkun tinvolvi pagamenti aktar rapidi, iffrankar fuq il-kostijiet tat-trażmissjoni, ipproċessar rapidu u rħis tad-data tal-fatturi u kostijiet imnaqqsa tal-arkivjar għall-persuni taxxabbli. L-introduzzjoni tal-miżura speċjali twassal għat-tneħħija tal-obbligu attwali li tiġi rrapportata informazzjoni dwar il-provvisti domestiċi, u b’hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-persuni taxxabbli. |
(6) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali. Il-Kummissjoni tipproponi li temenda l-Artikolu 218 u tħassar l-Artikolu 232 tad-Direttiva 2006/112/KE. Għalhekk, huwa possibbli li tiġi adottata direttiva li temenda dawk l-Artikoli, li b’hekk tippermetti lill-Istati Membri jimplimentaw il-fatturazzjoni elettronika obbligatorja u telimina l-ħtieġa li jintalbu aktar miżuri speċjali għal derogi mid-Direttiva 2006/112/KE. Għalhekk, mid-data li fiha l-Istati Membri jkunu meħtieġa japplikaw kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva li temenda dawk l-Artikoli,, din id-Deċiżjoni għandha tieqaf milli tapplika.. |
(7) |
Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ u n-natura ġdida tal-miżura speċjali, huwa importanti li jiġi evalwat l-impatt tagħha fuq il-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tal-VAT u fuq il-persuni taxxabbli. Għalhekk, jekk ir-Rumanija tqis li hija meħtieġa estensjoni tal-miżura speċjali, jenħtieġ li tippreżenta lill-Kummissjoni, flimkien mat-talba għal estensjoni, rapport li jinkludi l-valutazzjoni tal-miżura speċjali dwar l-effettività tagħha fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tal-VAT u fis-simplifikazzjoni tal-ġbir tal-VAT. |
(8) |
Jenħtieġ li l-miżura speċjali ma taffettwax id-dritt tal-klijenti li jirċievu fatturi fuq karta fil-każ ta’ tranżazzjonijiet intra-Komunitarji. |
(9) |
Jenħtieġ li l-miżura speċjali tkun limitata fiż-żmien biex tkun tista’ ssir valutazzjoni ta’ jekk hijiex adatta u effettiva fid-dawl tal-objettivi tagħha. |
(10) |
Il-miżura speċjali hija proporzjonata mal-objettivi segwiti peress li hija limitata fiż-żmien u fil-kamp ta’ applikazzjoni. Barra minn hekk, il-miżura speċjali ma tagħtix lok għal riskju li l-frodi titmexxa lejn setturi oħra jew lejn Stati Membri oħra. |
(11) |
Il-miżura speċjali mhux ser ikollha effett negattiv fuq l-ammont globali tal-introjtu mit-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali u mhux ser ikollha effett negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mill-VAT, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’deroga mill-Artikolu 218 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Rumanija hija awtorizzata li taċċetta biss fatturi li jkunu nħarġu minn persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju tar-Rumanija fil-forma ta’ dokumenti jew messaġġi f’format elettroniku.
Artikolu 2
B’deroga mill-Artikolu 232 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Rumanija hija awtorizzata tipprovdi li l-użu ta’ fatturi elettroniċi maħruġa minn persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju tar-Rumanija ma jkunux soġġetti għal aċċettazzjoni mir-riċevitur stabbilit fit-territorju tar-Rumanija.
Artikolu 3
Ir-Rumanija għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri nazzjonali li jimplimentaw il-miżura speċjali stipulata fl-Artikoli 1 u 2.
Artikolu 4
1. Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-aktar data kmieni minn dawn iż-żewġ dati li ġejjin:
(a) |
il-31 ta’ Diċembru 2026; jew |
(b) |
id-data minn meta l-Istati Membri għandhom japplikaw kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali li huma meħtieġa jadottaw f’każ li tiġi adottata direttiva li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali, b’mod partikolari l-Artikoli 218 u 232 ta’ dik id-Direttiva. |
3. Jekk ir-Rumanija tqis li hija neċessarja estensjoni tal-miżura speċjali stipulata fl-Artikoli 1 u 2, ir-Rumanija għandha tippreżenta talba għal estensjoni lill-Kummissjoni, flimkien ma’ rapport li jivvaluta sa fejn il-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 3 kienu effettivi fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tal-VAT u fis-simplifikazzjoni tal-ġbir tat-taxxa. Dak ir-rapport għandu jevalwa l-impatt ta’ dawk il-miżuri fuq il-persuni taxxabbli u, b’mod partikolari, jekk dawk il-miżuri jżidux il-piżijiet amministrattivi u l-kostijiet tagħhom.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
L. PLANAS PUCHADES
27.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/51 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1554
tad-19 ta’ Lulju 2023
dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mad-deni tal-ħnieżer Afrikan fil-Kroazja
(notifikata bid-dokument C(2023) 4985)
(It-test bil-Kroat biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-deni tal-ħnieżer Afrikan huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali porċini miżmuma u selvaġġi u jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, li jikkawża tfixkil fil-movimenti tal-konsenji ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. |
(2) |
Fil-każ ta’ tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi, ikun hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fuq annimali porċini selvaġġi oħra u f’azjendi li jżommu l-annimali porċini. |
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategorija A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari l-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu ċerti miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ konferma uffiċjali tat-tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi, inkluż id-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi. B’mod notevoli, dawk id-dispożizzjonijiet jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona infettata u projbizzjonijiet fuq il-movimenti tal-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati u tal-prodotti li joriġinaw minnhom. |
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 (4) jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali tal-mard rigward id-deni tal-ħnieżer Afrikan. B’mod partikolari, fil-każ tat-tifqigħa ta’ dik il-marda f’annimali porċini selvaġġi f’żona ta’ Stat Membru, l-Artikolu 3(b) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi l-istabbiliment ta’ żona infettata f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Minbarra dan, l-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi li dik iż-żona trid tiġi elenkata bħala żona ristretta II fil-Parti II tal-Anness I tiegħu u li ż-żona infettata, stabbilita f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, tiġi aġġustata mingħajr dewmien biex tkun tinkludi mill-inqas iż-żona ristretta II. Il-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni tal-ħnieżer Afrikan stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, fost l-oħrajn, jinkludu projbizzjonijiet fuq il-movimenti tal-kunsinni tal-annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u tal-prodotti tagħhom barra minn dawk iż-żoni ristretti. |
(5) |
Barra minn hekk, il-Kroazja għarrfet lill-Kummissjoni dwar il-konferma ta’ tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimal porċin selvaġġ fir-reġjun ta’ Karlovacka fit-13 ta’ Lulju 2023. Għaldaqstant, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru stabbiliet żona infettata f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. |
(6) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u sabiex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni tiġi identifikata ż-żona infettata għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Kroazja b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru. |
(7) |
Sabiex ikun evitat aktar tixrid tad-deni tal-ħnieżer Afrikan, sakemm iż-żona tal-Kroazja milquta mit-tifqigħat riċenti f’annimali porċini selvaġġi tiġi elenkata bħala żona ristretta II fil-Parti II tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, il-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni tal-ħnieżer Afrikan stipulati fih, li japplikaw għall-movimenti tal-kunsinni tal-annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u tal-prodotti tagħhom barra minn dawn iż-żoni, jenħtieġ li jkunu japplikaw ukoll għall-movimenti ta’ dawk il-kunsinni miż-żona infettata stabbilita mill-Kroazja wara dik it-tifqigħa riċenti, apparti l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li ż-żona infettata tiġi elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li tkun soġġetta għall-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni tal-ħnieżer Afrikan li japplikaw għaż-żoni ristretti II stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. Madankollu, minħabba din is-sitwazzjoni epidemjoloġika ġdida tad-deni tal-ħnieżer Afrikan u filwaqt li titqies iż-żieda fir-riskju immedjat li din il-marda tkompli tinxtered, jenħtieġ li, f’konformità ma’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, ma jiġux awtorizzati movimenti tal-kunsinni tal-annimali porċini miżmuma u tal-prodotti tagħhom miż-żona infettata lejn Stati Membri oħra u lejn il-pajjiżi terzi. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tistabbilixxi wkoll id-durata taż-żonar. |
(9) |
Għalhekk, sabiex jittaffew ir-riskji li jfeġġu mit-tifqigħa reċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini selvaġġi fil-Kroazja, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tipprevedi li l-movimenti lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi ta’ kunsinni ta’ annimali porċini fiż-żona infettata u l-prodotti minnhom jenħtieġ li ma jiġux awtorizzati mill-Kroazja sad-data tal-iskadenza ta’ din id-Deċiżjoni. |
(10) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tad-deni tal-ħnieżer Afrikan, huwa importanti li l-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni japplikaw malajr kemm jista’ jkun. |
(11) |
Għaldaqstant, sakemm il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf jagħti l-opinjoni tiegħu, jenħtieġ li ż-żona infettata fil-Kroazja tiġi stabbilita minnufih u elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni kif ukoll li jiġi stabbilit it-tul taż-żmien ta’ dak iż-żonar. |
(12) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rieżaminata fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kroazja għandha tiżgura li tiġi stabbilita minnufih mill-Kroazja żona infettata għad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mal-Artikolu 3(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, u li din tkun tinkludi mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-Kroazja għandha tiżgura li l-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni tal-ħnieżer Afrikan applikabbli għaż-żoni ristretti II stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 ikunu japplikaw fiż-żoni elenkati bħala żoni infettati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, apparti l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.
Artikolu 3
Il-Kroazja għandha tiżgura li l-kunsinni tal-annimali porċini miżmuma fiż-żoni elenkati bħala żoni infettati fl-Anness u l-prodotti tagħhom ma jiġux awtorizzati għall-movimenti lejn Stati Membri oħra u lejn il-pajjiżi terzi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-12 ta’ Ottubru 2023.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Kroazja.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 tas-16 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 (ĠU L 79, 17.3.2023, p. 65).
ANNESS
Żoni stabbiliti bħala ż-żona infettata fil-Kroazja kif imsemmija fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
12.10.2023 |
27.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1555
tal-25 ta’ Lulju 2023
li tagħti aċċess għall-Bażi tad-Data Ewropea tal-Ekwipaġġ u għall-Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Buq lill-awtoritajiet tal-Iżvizzera
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 91/672/KEE u 96/50/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva (UE) 2017/2397, l-Istati Membri għandhom jirreġistraw b’mod affidabbli u mingħajr dewmien iċ-ċertifikati ta’ kwalifika, il-kotba tar-rekords tas-servizzi u l-ġurnali ta’ abbord fil-bażijiet tad-data tal-Kummissjoni għall-fini ta’ implimentazzjoni, infurzar u evalwazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/2397 u għaż-żamma tas-sikurezza, għall-faċilità tan-navigazzjoni, kif ukoll għal finijiet ta’ statistika, u sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet li jimplimentaw dik id-Direttiva. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni stabbiliet il-Bażi tad-Data Ewropea tal-Ekwipaġġ (“ECDB”) għaċ-ċertifikati tal-kwalifiki u għall-kotba tar-rekords tas-servizzi u l-Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Buq (“EHDB”) għall-ġurnali ta’ abbord billi adottat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/473 (2). |
(2) |
L-Artikolu 25(2) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 u l-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/473 jipprevedu wkoll l-inklużjoni tal-informazzjoni dwar iċ-ċertifikati ta’ kwalifika, il-kotba tar-rekords tas-servizz u l-ġurnali ta’ abbord rikonoxxuti skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 fil-bażijiet tad-data tal-Kummissjoni. L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 jirreferi għal ċertifikati ta’ kwalifika, kotba tar-rekords tas-servizzi jew ġurnali ta’ abbord li nħarġu f’konformità mar-Regolamenti dwar il-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (3), li huma validi fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni jekk ir-rekwiżiti ta’ dawk ir-Regolamenti jkunu identiċi għal dawk tad-Direttiva (UE) 2017/2397 u jekk il-pajjiż terz emittenti jirrikonoxxi, fil-ġurisdizzjoni tiegħu, dokumenti tal-Unjoni skont id-Direttiva (UE) 2017/2397. |
(3) |
L-Iżvizzera toħroġ ċertifikati ta’ kwalifika, kotba tar-rekords tas-servizz jew ġurnali ta’ abbord abbażi tar-Regolamenti dwar il-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu skont rekwiżiti identiċi għal dawk tad-Direttiva (UE) 2017/2397 u taċċetta dokumenti korrispondenti tal-Unjoni fil-ġurisdizzjoni tagħha, sabiex iċ-ċertifikati ta’ kwalifika Żvizzeri jkunu validi fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva (UE) 2017/2397. |
(4) |
Skont l-Artikolu 2.01 tar-Regolamenti dwar il-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, li ġie adottat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1912 (4), l-Iżvizzera hija obbligata wkoll li tinkludi kull ċertifikat ta’ kwalifika, ktieb tar-rekords tas-servizz u ġurnal ta’ abbord maħruġ minn awtorità kompetenti, u d-data li tinsab fih, fir-reġistru nazzjonali li għandu jinżamm kif jesiġi l-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2017/2397 u li torbot ir-reġistri nazzjonali tagħha mar-reġistru miżmum mill-Kummissjoni f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Delegat (UE) 2020/473. |
(5) |
Fl-20 ta’ Ottubru 2021, l-Iżvizzera ssottomettiet talba lill-Kummissjoni biex tirċievi aċċess għall-bażijiet tad-data tal-Kummissjoni. |
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 25(4) tad-Direttiva (UE) 2017/2397, l-awtoritajiet f’pajjiżi terzi li joħorġu ċertifikati ta’ kwalifika, kotba tar-rekords tas-servizz jew ġurnali ta’ abbord abbażi tar-Regolamenti dwar il-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, jistgħu jingħataw aċċess għall-bażi tad-data, sa fejn dan ikun meħtieġ għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 dment li r-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-data tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jiġu ssodisfati, il-pajjiż terz ma jillimitax l-aċċess lill-Istati Membri jew lill-Kummissjoni għall-bażi tad-data korrispondenti tiegħu u l-Kummissjoni trid tiżgura li l-pajjiż terz ma jibgħatx id-data lil xi pajjiż terz ieħor jew lil organizzazzjoni internazzjonali oħra mingħajr ma l-Kummissjoni tawtorizza bil-miktub u skont il-kundizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni. |
(7) |
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-Iżvizzera tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data (6). Barra minn hekk, l-Iżvizzera bagħtet ittra uffiċjali biex tiżgura li se tagħti aċċess għall-bażijiet tad-data korrispondenti tagħha u li mhi se tittrasferixxi l-ebda data lil pajjiż terz ieħor jew lil organizzazzjoni internazzjonali oħra mingħajr l-awtorizzazzjoni espressa bil-miktub tal-Kummissjoni u skont il-kundizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni. |
(8) |
Fl-aħħar nett, l-aċċess għall-bażijiet tad-data tal-Kummissjoni huwa meħtieġ li jkun neċessarju għall-finijiet iddikjarati fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 għall-implimentazzjoni, l-infurzar u l-evalwazzjoni tad-Direttiva, għaż-żamma tas-sikurezza, għall-iffaċilitar tan-navigazzjoni, kif ukoll għal finijiet ta’ statistika, u sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti. |
(9) |
Meta jitqies li l-membri tal-ekwipaġġ bi kwalifiki Żvizzeri joperaw ta’ sikwit fil-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni u li ċ-ċertifikati ta’ kwalifika, il-kotba tar-rekords tas-servizz jew il-ġurnali ta’ abbord li jinħarġu mill-Iżvizzera jridu jissodisfaw rekwiżiti identiċi għal dawk meħtieġa mid-Direttiva (UE) 2017/2397, huwa meħtieġ li l-Istati Membri u l-Iżvizzera jiskambjaw informazzjoni rilevanti għall-implimentazzjoni, l-infurzar u l-evalwazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/2397 filwaqt li tiġi żgurata navigazzjoni mingħajr interruzzjoni b’mod sikur u leġittimu fil-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-għoti ta’ aċċess lill-Iżvizzera għall-ECDB u għall-EHDB se jippermetti li l-Kummissjoni żżomm reġistru komplut tad-data rilevanti dwar l-ekwipaġġ u se jgħin għal skopijiet statistiċi. Għalhekk, hemm bżonn li għall-finijiet iddikjarati fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 jingħata aċċess lill-awtoritajiet kompetenti tal-Iżvizzera għall-ECDB u għall-EHDB. |
(10) |
Wara li vvalutat it-talba tal-Iżvizzera, il-Kummissjoni jidhrilha li jkun xieraq li tagħti aċċess lill-awtoritajiet tal-Iżvizzera għall-ECDB u għall-EHDB, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għandu jingħata aċċess għall-Bażi tad-Data Ewropea tal-Ekwipaġġ u l-Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Buq lill-awtoritajiet tal-Iżvizzera.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 345, 27.12.2017, p. 53.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/473 tal-20 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards dwar il-bażijiet tad-data għaċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni, il-kotba tar-rekords tas-servizz u l-ġurnali ta’ abbord (ĠU L 100, 1.4.2020, p. 1).
(3) L-Anness 2022-II-9 sa CC/R 2022 II, V.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1912 tad-29 ta’ Settembru 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu fir-rigward tar-Regolamenti riveduti għall-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (ĠU L 261, 7.10.2022, p. 48).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(6) Ara https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32000D0518&from=EN.
27.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/58 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/1556
tad-19 ta’ Lulju 2023
dwar il-konferma mill-ġdid tal-awtorizzazzjoni tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (EUNAVFOR MED IRINI/2/2023)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, li stabbiliet u varat operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) għall-perjodu sal-31 ta’ Marzu 2021. |
(2) |
L-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/472 jipprevedi li, minkejja dan il-perjodu, l-awtorizzazzjoni tal-operazzjoni trid tiġi kkonfermata mill-ġdid kull erba’ xhur u li l-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà jrid itawwal l-operazzjoni sakemm l-iskjerament tal-assi marittimi tal-operazzjoni ma jipproduċix effett ta’ attrazzjoni fuq il-migrazzjoni abbażi ta’ evidenza sostanzjata miġbura skont il-kriterji stipulati fil-Pjan tal-Operazzjoni. |
(3) |
Fl-20 ta’ Marzu 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/653 (2), li estendiet l-operazzjoni sal-31 ta’ Marzu 2025, soġġetta għall-istess proċedura ta’ konferma mill-ġdid. |
(4) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni pprovda rapporti dwar il-fattur ta’ attrazzjoni għal kull xahar. |
(5) |
Jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni tal-operazzjoni tiġi kkonfermata mill-ġdid għall-11-il subperjodu ta’ erba’ xhur tal-mandat tagħha u jenħtieġ li l-operazzjoni tittawwal skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-awtorizzazzjoni ta’ EUNAVFOR MED IRINI hija b’dan ikkonfermata mill-ġdid u l-operazzjoni hija mtawla mill-1 ta’ Awwissu 2023 sat-30 ta’ Novembru 2023.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/653 tal-20 ta’ Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (ĠU L 81, 21.3.2023, p. 27).
Rettifika
27.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/59 |
Rettifika tad-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2023/1526 tas-16 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb bħala stabbilizzatur termali fil-klorur tal-polivinil użat bħala materjal ta’ bażi f’sensuri li jintużaw f’apparat mediku dijanjostiku in vitro
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 185 tal-24 ta’ Lulju 2023 )
F’paġna 27, fl-Artikolu 2:
għal:
“sa mhux iktar tard minn XX.XX.XXX”,
aqra:
“sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar 2024”;
għal:
“Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn XX.XX.XXX”,
aqra:
“Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2024”.
27.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/60 |
Rettifika tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 58 tas-27 ta’ Frar 2020 )
Fil-paġna 33, l-Artikolu 45(2):
flok:
“... stabbilit skont l-Artikolu 6(9), dment li Stat Membru ma jkollux raġuni valida biex jissuspetta frodi jew irregolarità.”,
aqra:
“... stabbilit skont l-Artikolu 6(10), dment li Stat Membru ma jkollux raġuni valida biex jissuspetta frodi jew irregolarità.”.
27.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/61 |
Rettifika tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 405 tat-2 ta’ Diċembru 2020 )
1. |
Fil-paġna 63, l-Anness I, il-Formola C, |
minflok:
“Nru ta’ Referenza tal-awtorità rikjesta:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:”,
aqra:
“Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Nru ta’ Referenza tal-awtorità rikjesta:”.
2. |
Fil-paġna 71, l-Anness I, il-Formola J, |
minflok:
“Nru ta’ Referenza tal-awtorità rikjesta:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:”,
aqra:
“Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:”.
27.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/62 |
Rettifika tad-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/2100 tad-29 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-irtirar ta’ ċerti eżenzjonijiet fir-rigward tal-prodotti tat-tabakk imsaħħna
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 283 tat-3 ta’ Novembru 2022 )
Fit-titolu u fl-att kollu,
minflok:
“prodotti tat-tabakk imsaħħna”,
aqra:
“prodotti tat-tabakk imsaħħan”;
F’paġna 5, fl-Artikolu 1, fil-punt (1) li jissostitwixxi l-Artikolu 7(12) tad-Direttiva 2014/40/UE, fl-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza,
minflok:
“Il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti u t-tabakk tal-brim għandhom ikunu eżentati mill-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 7.”,
aqra:
“Il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti, it-tabakk tal-brim u l-prodotti tat-tabakk imsaħħan għandhom ikunu eżentati mill-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 7.”;
F’paġna 5, fl-Artikolu 1, fil-punt (2) li jemenda l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2014/40/UE, fil-punt (a),
minflok:
“‘Artikolu 11
It-tikkettar tal-prodotti tat-tabakk għat-tipjip għajr sigaretti, it-tabakk tal-brim, it-tabakk tal-pipi tal-ilma u t-tabakk imsaħħna’;”,
aqra:
“‘Artikolu 11
It-tikkettar tal-prodotti tat-tabakk għat-tipjip għajr sigaretti, it-tabakk tal-brim, it-tabakk tal-pipi tal-ilma u l-prodotti tat-tabakk imsaħħan’;”;
F’paġna 5, fl-Artikolu 1, fil-punt (2) li jemenda l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2014/40/UE, fil-punt (b), l-ewwel sentenza,
minflok:
“‘L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-prodotti tat-tabakk għat-tipjip għajr is-sigaretti, it-tabakk tal-brim, it-tabakk tal-pipi tal-ilma u t-tabakk imsaħħna kif definit fl-Artikolu 7(12), it-tieni subparagrafu mill-obbligi li jintwera l-messaġġ tal-informazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 9(2) u t-twissijiet tas-saħħa kkombinati stipulati fl-Artikolu 10.”,
aqra:
“‘L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-prodotti tat-tabakk għat-tipjip għajr is-sigaretti, it-tabakk tal-brim, it-tabakk tal-pipi tal-ilma u l-prodotti tat-tabakk imsaħħan kif definit fl-Artikolu 7(12), it-tieni subparagrafu mill-obbligi li jintwera l-messaġġ tal-informazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 9(2) u t-twissijiet tas-saħħa kkombinati stipulati fl-Artikolu 10.”.