ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 187

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
26 ta' Lulju 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1535 tal-24 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 u (UE) 2020/1213 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Acer campestre, l-Acer palmatum, l-Acer platanoides u l-Acer pseudoplatanus li joriġinaw mir-Renju Unit

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1536 tal-25 ta’ Lulju 2023 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi għan-nikotina f’ċerti prodotti jew fuqhom ( 1 )

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1537 tal-25 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li għandha tiġi trażmessa għas-sena ta’ referenza 2026 matul ir-reġim tranżitorju 2025–2027 u fir-rigward tal-istatistika dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq ( 1 )

26

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1538 tal-25 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel ( 1 )

40

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1539 tal-20 ta’ Lulju 2023 li taħtar il-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

74

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1540 tal-25 ta’ Lulju 2023 li temenda u tikkoreġi d-Deċiżjoni (UE) 2021/1870 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti kożmetiċi u għall-prodotti għall-kura tal-annimali (notifikata bid-dokument C(2023) 4845)  ( 1 )

76

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat tal-FSE stabbilit skont il-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, tas-6 ta’ Lulju 2023 dwar l-istabbiliment tas-Sottokumitat tal-FSE dwar l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali [2023/1541]

81

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

26.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1535

tal-24 ta’ Lulju 2023

li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 u (UE) 2020/1213 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Acer campestre, l-Acer palmatum, l-Acer platanoides u l-Acer pseudoplatanus li joriġinaw mir-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4), it-tielet subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Abbażi ta’ valutazzjoni preliminari tar-riskji, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (2) jistabbilixxi lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli.

(2)

Wara valutazzjoni preliminari, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 ġew elenkati b’mod proviżorju 34 ġeneru u speċi waħda ta’ pjanti għat-tħawwil li joriġinaw minn pajjiżi terzi, bħala pjanti ta’ riskju għoli. Wieħed mill-ġeneri elenkati huwa l-Acer L.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 (3) jistabbilixxi l-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tneħħew mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, iżda li r-riskji fitosanitarji tagħhom għadhom ma ġewx ivvalutati bis-sħiħ. Dan għaliex wieħed jew aktar mill-pesti li jgħixu f’dawk il-pjanti għadhom mhumiex inklużi fil-lista tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (4), iżda jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiġu inklużi wara valutazzjoni tar-riskji kompluta ulterjuri.

(4)

Fit-3 ta’ Mejju 2022, ir-Renju Unit (5) ippreżenta talbiet lill-Kummissjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-pjanti għat-tħawwil (“il-pjanti rilevanti”) li ġejjin:

pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn ħmistax-il sena b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 88 mm tal-Acer campestre;

pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn seba’ snin b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 40 mm tal-Acer palmatum;

pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn seba’ snin b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 40 mm tal-Acer platanoides; u

pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn seba’ snin b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 88 mm tal-Acer pseudoplatanus.

Dawk it-talbiet kienu sostnuti mid-dossier tekniku rilevanti.

(5)

Fl-24 ta’ Mejju 2023, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat erba’ opinjonijiet xjentifiċi fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskji tal-pjanti rilevanti li joriġinaw mir-Renju Unit (6)(7)(8)(9). L-Awtorità identifikat il-Bemisia tabaci, il-Coniella castaneicola, il-Cryphonectria parasitica, l-Entoleuca mammata, l-Eulecanium excrescens, il-Meloidogyne fallax, il-Meloidogyne mali, il-Phytophthora ramorum, is-Scirtothrips dorsalis u t-Takahashia japonica bħala l-pesti rilevanti għal kull waħda mill-ispeċijiet tal-pjanti rilevanti.

(6)

L-Awtorità evalwat il-miżuri tal-mitigazzjoni tar-riskji deskritti fid-dossiers u stmat il-probabbiltà tal-ħelsien tal-pjanti rilevanti minn dawk il-pesti. Ikkonkludiet li l-probabbiltà li l-pjanti rilevanti jkunu ħielsa minn dawk il-pesti hija għolja.

(7)

Abbażi ta’ dawk l-opinjonijiet, huwa kkunsidrat li r-riskju fitosanitarju mill-introduzzjoni tal-pjanti rilevanti fit-territorju tal-Unjoni jitnaqqas għal livell aċċettabbli, dment li jiġu applikati miżuri xierqa li jindirizzaw ir-riskju tal-pesti relatati ma’ dawk il-pjanti.

(8)

Il-miżuri deskritti mir-Renju Unit fid-dossiers tekniċi huma kkunsidrati suffiċjenti biex ir-riskju mill-introduzzjoni tal-pjanti rilevanti fit-territorju tal-Unjoni jitnaqqas għal livell aċċettabbli. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu adottati bħala rekwiżiti fitosanitarji għall-importazzjoni biex tiġi żgurata l-protezzjoni fitosanitarja tat-territorju tal-Unjoni mill-introduzzjoni tal-pjanti rilevanti fih.

(9)

Konsegwentement, jenħtieġ li l-pjanti rilevanti ma jibqgħux jitqiesu bħala pjanti ta’ riskju għoli.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 jiġi emendat skont dan.

(11)

Fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, il-Bemisia tabaci, il-Cryphonectria parasitica u l-Entoleuca mammata huma elenkati bħala pest tal-kwarantina f’żona protetta, għal ċerti żoni protetti fit-territorju tal-Unjoni. Fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, il-Meloidogyne fallax, il-Phytophthora ramorum u s-Scirtothrips dorsalis huma elenkati bħala pesti tal-kwarantina fl-Unjoni.

(12)

Il-Colletotrichum aenigma, l-Eulecanium excrescens u t-Takahashia japonica għadhom mhumiex inklużi fil-lista tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. Jeħtieġ li ssir disponibbli valutazzjoni tar-riskji kompluta dwar dawk il-pesti, sabiex jiġi stabbilit jekk dawk il-pesti jissodisfawx il-kundizzjonijiet biex jiġu elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 u jekk il-pjanti rilevanti, li joriġinaw mir-Renju Unit, għandhomx jiġu elenkati fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament, flimkien mal-miżuri rispettivi.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 jiġi emendat skont dan.

(14)

Il-Meloidogyne mali mhuwiex inkluż fil-lista tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni. Analiżi tar-riskju tal-pesti għal dak il-pest ġiet ippubblikata mill-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti (EPPO) f’Settembru 2017 (10). Abbażi tad-diskussjonijiet mal-Istati Membri, ġie konkluż li ma jenħtieġx li jiġi rregolat bħala pest tal-kwarantina fl-Unjoni u lanqas bħala pest irregolat mhux tal-kwarantina fl-Unjoni, minħabba li għalkemm dak il-pest ilu preżenti f’ċerti Stati Membri għal żmien twil mingħajr miżuri ta’ kontroll uffiċjali, l-impatt tiegħu f’dawk l-Istati Membri huwa meqjus baxx. Għal dik ir-raġuni, ma huma meħtieġa l-ebda rekwiżiti għall-importazzjoni fir-rigward ta’ dak il-pest.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi lista proviżorja ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta’ pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 10).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 tal-21 ta’ Awwissu 2020 dwar il-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tneħħew mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 275, 24.8.2020, p. 5).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).

(5)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-att, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.

(6)  Il-Bord tal-PLH tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2023. Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Acer campestre plants from the UK. EFSA Journal 2023;21(7):8071, 291 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8071

(7)  Il-Bord tal-PLH tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2023. Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Acer palmatum plants from the UK. EFSA Journal 2023;21(7):8075, 228 pp. https://doi. org/10.2903/j.efsa.2023.8075

(8)  Il-Bord tal-PLH tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2023. Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Acer platanoides plants from the UK. EFSA Journal 2023;21(7):8073, 268 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8073

(9)  Il-Bord tal-PLH tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2023. Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Acer psuedoplatanus plants from the UK. EFSA Journal 2023;21(7):8074, 271 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8074

(10)  EPPO (2017) Pest risk analysis for Meloidogyne mali. EPPO, Pariġi. Disponibbli fuq http://www.eppo.int/QUARANTINE/Pest_Risk_Analysis/PRA_intro.htm u https://gd.eppo.int/taxon/MELGMA.


ANNESS I

Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, fit-tabella tal-punt 1, fit-tieni kolonna “Deskrizzjoni”, l-entrata għall-“ Acer L.” hija sostitwita b’dan li ġej:

Acer L., għajr:

pjanti għat-tħawwil ta’ bejn sena u tliet snin, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, imlaqqma jew imraħħma, tal-Acer japonicum Thunberg, tal-Acer palmatum Thunberg, u tal-Acer shirasawanum Koidzumi, li joriġinaw minn New Zealand;

pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn ħmistax-il sena b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 88 mm tal-Acer campestre, li joriġinaw mir-Renju Unit;

pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn seba’ snin b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 40 mm tal-Acer palmatum, li joriġinaw mir-Renju Unit;

pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn seba’ snin b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 40 mm tal-Acer platanoides, li joriġinaw mir-Renju Unit; u

pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn seba’ snin b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 88 mm tal-Acer pseudoplatanus, li joriġinaw mir-Renju Unit.”


ANNESS II

Fit-Tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213, l-entrata li ġejja tiżdied qabel “ Acer japonicum Thunberg, Acer palmatum Thunberg u Acer shirasawanum Koidzumi, bl-għeruq mikxufa, inattivi, ħielsa mill-weraq, imlaqqma jew imraħħma, pjanti li għandhom minn sena sa tliet snin għat-tħawwil”, li joriġinaw minn New Zealand:

Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra

Kodiċi NM

Pajjiżi terzi tal-oriġini

Miżuri

“—

Acer campestre, pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn ħmistax-il sena b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 88 mm;

Acer palmatum, pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn seba’ snin b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 40 mm;

Acer platanoides, pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn seba’ snin b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 40 mm; u

Acer pseudoplatanus, pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn seba’ snin b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 88 mm.

ex 0602 90 41 ex 0602 90 45 ex 0602 90 46 ex 0602 90 48

Ir-Renju Unit

(a)

Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(i)

il-pjanti huma ħielsa mill-Coniella castaneicola, mill-Eulecanium excrescens u mit-Takahashia japonica;

(ii)

waqt l-ispezzjonijiet uffiċjali li saru fiż-żminijiet ix-xierqa, mill-bidu tal-aħħar staġun tat-tkabbir, is-sit tal-produzzjoni nstab li hu ħieles mill-Coniella castaneicola, mill-Eulecanium excrescens, u mit-Takahashia japonica;

(iii)

twaqqfet sistema biex tiżgura li, qabel ma jiddaħħlu fis-sit tal-produzzjoni, l-għodod u l-makkinarju jkunu tnaddfu għalkollox mill-ħamrija u minn biċċiet tal-pjanti u ġew diżinfettati biex jinħelsu mill-Coniella castaneicola; u

(iv)

eżatt qabel l-esportazzjoni, il-konsenji tal-pjanti saritilhom spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tal-Eulecanium excrescens u tat-Takahashia japonica, b’tali daqs tal-kampjun li jkun jippermetti s-sejbien ta’ mill-inqas livell ta’ infestazzjoni ta’ 1 % b’livell ta’ kunfidenza ta’ 99 %, u spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tal-Coniella castaneicola, inkluż il-kampjunar u l-ittestjar aleatorju tal-pjanti;

(b)

taħt l-intestatura ‘Dikjarazzjoni Addizzjonali’, iċ-ċertifikati fitosanitarji għal dawk il-pjanti jinkludu:

(i)

id-dikjarazzjoni li ġejja: ‘Il-konsenja tikkonforma mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213’; u

(ii)

l-ispeċifikazzjoni tas-siti tal-produzzjoni rreġistrati.”


26.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1536

tal-25 ta’ Lulju 2023

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi għan-nikotina f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a), tiegħu,

Billi:

(1)

Il-livelli massimi ta’ residwi (“MRLs”) għan-nikotina ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

L-MRL temporanju eżistenti għan-nikotina fit-tejiet ta’ 0,6 mg/kg tnaqqas bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/377 (2) għal 0,5 mg/kg abbażi ta’ data ta’ monitoraġġ li wriet li tali livell aktar baxx jista’ jinkiseb. Dan il-livell se jkompli jitbaxxa għal 0,4 mg/kg wara t-22 ta’ Frar 2026 sakemm ma jiġix modifikat aktar fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida pprovduta sat-30 ta’ Ġunju 2025. Billi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) kienet identifikat riskji inaċċettabbli għall-konsumaturi mill-MRL eżistenti għat-tejiet (3), ir-Regolament (UE) 2023/377 ma pprevediex arranġamenti tranżizzjonali għat-tejiet prodotti qabel il-modifika tal-MRLs.

(3)

L-Awtorità rċeviet informazzjoni ġdida mill-Irlanda li tindika li d-data Irlandiża dwar il-konsum li abbażi tagħha l-Awtorità identifikat riskji inaċċettabbli għall-konsumaturi mill-MRL eżistenti għan-nikotina fit-tejiet, ma kinitx tirrifletti b’mod preċiż l-esponiment tat-tfal Irlandiżi u twassal għal stima eċċessiva tar-riskju. Abbażi ta’ din l-informazzjoni l-ġdida, l-Awtorità wettqet valutazzjoni ġdida tar-riskju djetetiku akut (għal żmien qasir) għan-nikotina fit-tejiet, li eskludiet id-data Irlandiża dwar il-konsum li kienet ikkunsidrata qabel, u kkonkludiet li l-MRL attwali ta’ 0,6 mg/kg għan-nikotina fit-tejiet huwa sikur għall-konsumaturi (4). Għalhekk, sabiex ikunu jistgħu jsiru l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, huwa xieraq li jiġi previst arranġament tranżizzjonali għat-tejiet li ġew prodotti qabel ma l-MRL għan-nikotina fit-tejiet tbaxxa għal 0,5 mg/kg previst mir-Regolament (UE) 2023/377, billi jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

(4)

Fir-rigward tan-nikotina fil-fosdoq il-warda, li għalih l-MRL temporanju tnaqqas bir-Regolament (UE) 2023/377 minn 0,3 mg/kg għal 0,2 mg/kg, l-Awtorità kkonfermat ir-riskji inaċċettabbli identifikati qabel għall-konsumaturi li jirriżultaw mill-MRL eżistenti ta’ 0,3 mg/kg. Għalhekk, ma jista’ jiġi permess l-ebda arranġament tranżizzjonali għall-fosdoq il-warda li ġie prodott qabel ma tbaxxa l-MRL.

(5)

Fir-rigward tan-nikotina fil-ħwawar miż-żrieragħ u fil-ħwawar mill-frott, l-MRLs temporanji ġew stabbiliti għal 0,02 mg/kg bir-Regolament (UE) 2023/377 sat-22 ta’ Frar 2030, sakemm jitressqu u jiġu evalwati data u informazzjoni ġodda dwar l-okkorrenza jew il-formazzjoni naturali tan-nikotina f’dawk il-prodotti. Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni ġdida mil-Laboratorji ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea li tinnota li limitu ta’ determinazzjoni (LOD) ta’ 0,05 mg/kg jista’ jkun aktar xieraq għall-ħwawar miż-żrieragħ u għall-ħwawar mill-frott. Għalhekk, huwa xieraq li l-MRLs għal dawn il-prodotti jiġu stabbiliti fl-LOD ta’ 0,05 mg/kg. Dawk l-MRLs se jiġu rieżaminati; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli sat-22 ta’ Frar 2030.

(6)

Fir-rigward tan-nikotina fil-kannella, ġie stabbilit MRL temporanju ta’ 0,07 mg/kg bir-Regolament (UE) 2023/377, abbażi ta’ sett ikkombinat ta’ data għall-ħwawar mill-qoxra tas-siġar, għall-ħwawar mill-għeruq u mir-riżomi, għall-ħwawar mill-blanzuni, għall-ħwawar mill-pistilli tal-fjuri u għall-ħwawar mill-arilli. Dan l-aħħar, tressqet data speċifika ta’ monitoraġġ dwar il-kannella lill-Kummissjoni, li tindika li f’dan il-prodott jista’ jkun hemm residwi f’livelli ogħla mill-MRL temporanju stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/377. Abbażi ta’ dik id-data aktar speċifika, l-MRL temporanju jenħtieġ li jiġi stabbilit f’livell ta’ 0,2 mg/kg, li jikkorrispondi għall-95 perċentil tar-riżultati kollha tal-kampjun. Se jsir rieżami ta’ dan l-MRL; ir-rieżami se jqis id-data tal-monitoraġġ addizzjonali disponibbli sat-22 ta’ Frar 2030.

(7)

Abbażi tal-valutazzjonijiet tar-riskju relevanti tal-Awtorità (5) u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki proposti lill-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(8)

Għal raġunijiet tekniċi, l-emendi tal-MRLs għall-ħwawar miż-żerriegħa, il-ħwawar mill-frott u l-kannella jenħtieġ li japplikaw aktar tard minn dawk tar-Regolament (UE) 2023/377, filwaqt li d-dispożizzjoni tranżizzjonali għall-MRLs il-ġodda għat-tejiet kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2023/377 jenħtieġ li tapplika fl-istess waqt bħar-Regolament (UE) 2023/377, biex tiġi evitata lakuna fl-arranġament tranżizzjonali.

(9)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat bir-Regolament (UE) 2023/377 għandu jibqa’ japplika għat-tejiet li ġew manifatturati fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel l-14 ta’ Settembru 2023.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-15 ta’ Settembru 2023.

Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mill-14 ta’ Settembru 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/377 tal-15 ta’ Frar 2023 li jemenda l-Annessi II, III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għall-klorur tal-benżalkonju (BAC), il-chlorpropham, il-klorur tad-dideċildimetilammonju (DDAC), il-flutriafol, il-metazachlor, in-nikotina, il-profenofos, il-quizalofop-P, is-silikat tal-aluminju u tas-sodju, it-tijabendażol u t-triadimenol f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 55, 22.2.2023, p. 1).

(3)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel. Statement on the short-term (acute) dietary risk assessment for the temporary maximum residue levels for nicotine in rose hips, teas and capers. EFSA Journal 2022;20(9):7566.

(4)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel. Statement on the revised targeted risk assessment for certain maximum residue levels for nicotine. EFSA Journal 2023;21(3):7883.

(5)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel. Reasoned Opinion on the setting of temporary MRLs for nicotine in tea, herbal infusions, spices, rose hips and fresh herbs. EFSA Journal 2011;9(3):2098.


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-kolonna għan-“Nikotina” hija sostitwita b’dan li ġej:

Ir-residwi ta’ pestiċidi u l-livelli massimi ta’ residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLS (**)

Nikotina

(1)

(2)

(3)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

0110000

Frott taċ-ċitru

0,01  (*)

0110010

Grejpfrut

 

0110020

Larinġ

 

0110030

Lumi

 

0110040

Xkomp

 

0110050

Mandolin

 

0110990

Oħrajn (2)

 

0120000

Ġewż tas-siġar

0,02  (*)

0120010

Lewż

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn (2)

 

0130000

Pomu

0,01  (*)

0130010

Tuffieħ

 

0130020

Lanġas

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0130990

Oħrajn (2)

 

0140000

Frott tal-għadma

0,01  (*)

0140010

Berquq

 

0140020

Ċiras (ħelu)

 

0140030

Ħawħ

 

0140040

Għanbaqar

 

0140990

Oħrajn (2)

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

0,01  (*)

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b)

frawli

0,01  (*)

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

0,01  (*)

0153010

Tut

 

0153020

Tut salvaġġ

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

0153990

Oħrajn (2)

 

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

 

0154010

Mirtill

0,01  (*)

0154020

Cranberries

0,01  (*)

0154030

Ribes (ħamra, sewda u bajda)

0,01  (*)

0154040

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

0,01  (*)

0154050

Warda skoċċiża

0,2 (+)

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

0,01  (*)

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

0,01  (*)

0154080

Frott tas-sebuqa

0,01  (*)

0154990

Oħrajn (2)

0,01  (*)

0160000

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

 

0161000

(a)

b’qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

0,01  (*)

0161020

Tin

0,01  (*)

0161030

Żebbuġ tal-mejda

0,02  (*)

0161040

Larinġ tal-qsari

0,01  (*)

0161050

Karambola

0,01  (*)

0161060

Kaki

0,01  (*)

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

0,01  (*)

0161990

Oħrajn (2)

0,01  (*)

0162000

(b)

b’qoxra li ma tittikilx, u żgħir

0,01  (*)

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn (2)

 

0163000

(c)

b’qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

0163010

Avokado

0,02  (*)

0163020

Banana

0,01  (*)

0163030

Mango

0,01  (*)

0163040

Papaja

0,01  (*)

0163050

Rummien

0,01  (*)

0163060

Ċerimoja

0,01  (*)

0163070

Gwava

0,01  (*)

0163080

Ananas

0,01  (*)

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

0,01  (*)

0163100

Durian

0,01  (*)

0163110

Il-frotta tal-annona

0,01  (*)

0163990

Oħrajn (2)

0,01  (*)

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

0,01  (*)

0211000

(a)

patata

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn (2)

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

 

0213010

Pitravi

 

0213020

Zunnarija

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Tursin ta' Hamburg

 

0213080

Ravanell

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

0213100

Swedes

 

0213110

Lift

 

0213990

Oħrajn (2)

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

0,01  (*)

0220010

Tewm

 

0220020

Basal

 

0220030

Xalotti

 

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

 

0220990

Oħrajn (2)

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

0,01  (*)

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

0231010

Tadam

 

0231020

Bżar ħelu

 

0231030

Brunġiel

 

0231040

Bamja

 

0231990

Oħrajn (2)

 

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

 

0232010

Ħjar

 

0232020

Ħjar tal-pikles

 

0232030

Zukkini

 

0232990

Oħrajn (2)

 

0233000

(c)

kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx

 

0233010

Bettieħ

 

0233020

Qara’ aħmar

 

0233030

Dulliegħ

 

0233990

Oħrajn (2)

 

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

 

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

 

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

0,01  (*)

0241000

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

 

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn (2)

 

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

0242020

Kaboċċa kkapoċċati

 

0242990

Oħrajn (2)

 

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

0243020

Kaboċċi (“kales”)

 

0243990

Oħrajn (2)

 

0244000

(d)

ġdur

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

0,01  (*)

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

 

0251020

Ħass

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

 

0251990

Oħrajn (2)

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

0,01  (*)

0252010

Spinaċi

 

0252020

Burdlieq

 

0252030

Weraq tas-selq

 

0252990

Oħrajn (2)

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,01  (*)

0254000

(d)

krexxuni

0,01  (*)

0255000

(e)

ċikwejra

0,01  (*)

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0,1 (+)

0256010

Maxxita

(+)

0256020

Kurrat selvaġġ

(+)

0256030

Weraq tal-karfus

(+)

0256040

Tursin

(+)

0256050

Salvja

(+)

0256060

Klin

(+)

0256070

Timu

(+)

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

(+)

0256090

Weraq tar-rand

(+)

0256100

Stregun

(+)

0256990

Oħrajn (2)

(+)

0260000

Legumi

0,01  (*)

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

 

0260020

Fażola (bla mżiewed)

 

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

 

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

 

0260050

Għads

 

0260990

Oħrajn (2)

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

0,01  (*)

0270010

Spraġ

 

0270020

Kardun

 

0270030

Krafes

 

0270040

Bużbież ta' Firenze

 

0270050

Qaqoċċ

 

0270060

Kurrat

 

0270070

Rabarbru

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

0270090

Qlub tal-palm

 

0270990

Oħrajn (2)

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

 

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

0,01  (*)

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

0,02 (+)

0280990

Ħażiż u likeni

0,01  (*)

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,01  (*)

0300000

BUS U ĦEMES

0,01  (*)

0300010

Fażola

 

0300020

Għads

 

0300030

Piżelli

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

 

0300990

Oħrajn (2)

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

0,02  (*)

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

 

0401020

Karawett

 

0401030

Żerriegħa tal-peprin

 

0401040

Ġulġlien

 

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

 

0401060

Żerriegħa tal-lift

 

0401070

Fażola tas-sojja

 

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

 

0401090

Żerriegħa tal-qoton

 

0401100

Żerriegħa tal-qara’ aħmar

 

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

 

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

 

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

 

0401140

Qannebusa

 

0401150

Fażola tar-riġnu

 

0401990

Oħrajn (2)

 

0402000

Frott taż-żejt

 

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

 

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn (2)

 

0500000

ĊEREALI

0,02  (*)

0500010

Xgħir

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

 

0500030

Qamħirrum

 

0500040

Millieġ komuni

 

0500050

Ħafur

 

0500060

Ross

 

0500070

Segala

 

0500080

Sorgu

 

0500090

Qamħ

 

0500990

Oħrajn (2)

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

 

0610000

Tejiet

0,5 (+)

0620000

Kafeni

 

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

0,3 (+)

0631000

(a)

mill-fjuri

(+)

0631010

Kamumella

(+)

0631020

Ibisku

(+)

0631030

Ward

(+)

0631040

Ġiżimin

(+)

0631050

Tilju

(+)

0631990

Oħrajn (2)

(+)

0632000

(b)

mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

(+)

0632010

Frawla

(+)

0632020

Rooibos

(+)

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

(+)

0632990

Oħrajn (2)

(+)

0633000

(c)

mill-għeruq

(+)

0633010

Valerjana

(+)

0633020

Ġinseng

(+)

0633990

Oħrajn (2)

(+)

0639000

(d)

minn kull parti oħra tal-pjanta

(+)

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

0,05  (*)

0650000

Ħarrub

0,05  (*)

0700000

ĦOPS

0,05  (*)

0800000

ĦWAWAR

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,05  (*)(+)

0810010

Ħlewwa

(+)

0810020

Kemmun iswed

(+)

0810030

Karfus

(+)

0810040

Kosbor

(+)

0810050

Kemmun

(+)

0810060

Xibt

(+)

0810070

Bużbież

(+)

0810080

Fienu

(+)

0810090

Noċemuskata

(+)

0810990

Oħrajn (2)

(+)

0820000

Ħwawar tal-frott

0,05  (*)(+)

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

(+)

0820020

Bżar tas-Sichuan

(+)

0820030

Karwija

(+)

0820040

Kardamomu

(+)

0820050

Frott tal-ġnibru

(+)

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

(+)

0820070

Vanilja

(+)

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

(+)

0820990

Oħrajn (2)

(+)

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

 

0830010

Kannella

0,2 (+)

0830990

Oħrajn (2)

0,07 (+)

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

(+)

0840010

Għud is-sus

0,07 (+)

0840020

Ġinġer (10)

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,07 (+)

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

0840990

Oħrajn (2)

0,07 (+)

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,07 (+)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

(+)

0850020

Kappar

(+)

0850990

Oħrajn (2)

(+)

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,07 (+)

0860010

Żagħfran

(+)

0860990

Oħrajn (2)

(+)

0870000

Ħwawar tal-aril

0,07 (+)

0870010

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

(+)

0870990

Oħrajn (2)

(+)

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,01  (*)

0900010

Pitravi ħelu

 

0900020

Kannamieli

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

0900990

Oħrajn (2)

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

0,01  (*)

1011000

(a)

mill-ħnieżer

 

1011010

Muskoli

 

1011020

Xaħam

 

1011030

Fwied

 

1011040

Kliewi

 

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1011990

Oħrajn (2)

 

1012000

(b)

mill-annimali bovini

 

1012010

Muskoli

 

1012020

Xaħam

 

1012030

Fwied

 

1012040

Kliewi

 

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1012990

Oħrajn (2)

 

1013000

(c)

min-nagħaġ

 

1013010

Muskoli

 

1013020

Xaħam

 

1013030

Fwied

 

1013040

Kliewi

 

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1013990

Oħrajn (2)

 

1014000

(d)

mill-mogħoż

 

1014010

Muskoli

 

1014020

Xaħam

 

1014030

Fwied

 

1014040

Kliewi

 

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1014990

Oħrajn (2)

 

1015000

(e)

mill-ekwini

 

1015010

Muskoli

 

1015020

Xaħam

 

1015030

Fwied

 

1015040

Kliewi

 

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1015990

Oħrajn (2)

 

1016000

(f)

mill-pollam

 

1016010

Muskoli

 

1016020

Xaħam

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1016990

Oħrajn (2)

 

1017000

(g)

minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

1017010

Muskoli

 

1017020

Xaħam

 

1017030

Fwied

 

1017040

Kliewi

 

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1017990

Oħrajn (2)

 

1020000

Ħalib

0,01  (*)

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn (2)

 

1030000

Bajd tal-għasafar

0,05  (*)

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn (2)

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05  (*)

1050000

Amfibji u Rettili

0,01  (*)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,01  (*)

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,01  (*)

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

Nikotina

L-evidenza xjentifika mhijiex konklużiva biex turi li n-nikotina tokkorri b’mod naturali fl-għalla kkonċernata u biex jiġi eluċidat il-mekkaniżmu tal-formazzjoni tagħha. Hija u twettaq rieżami tal-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni, jekk din tintbagħat sat-22 ta’ Frar 2030, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tintbagħatx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.

0154050 Warda skoċċiża

0256000 (f) ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0256010 Maxxita

0256020 Kurrat selvaġġ

0256030 Weraq tal-karfus

0256040 Tursin

0256050 Salvja

0256060 Klin

0256070 Timu

0256080 Ħabaq u fjuri li jittieklu

0256090 Weraq tar-rand

0256100 Stregun

0256990 Oħrajn (2)

0630000 Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

0631000 (a) fjuri

0631010 Kamumella

0631020 Ibisku

0631030 Ward

0631040 Ġiżimin

0631050 Tilju

0631990 Oħrajn (2)

0632000 (b) mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

0632010 Frawla

0632020 Rooibos

0632030 Maté

0632990 Oħrajn (2)

0633000 (c) għeruq

0633010 Valerjan

0633020 Ġinseng

0633990 Oħrajn (2)

0639000 (d) minn kull parti oħra tal-pjanta

0800000 ĦWAWAR

0810000 Ħwawar taż-żerriegħa

0810010 Ħlewwa

0810020 Kemmun iswed

0810030 Karfus

0810040 Kosbor

0810050 Kemmun

0810060 Xibt

0810070 Bużbież

0810080 Fienu

0810090 Noċemuskata

0810990 Oħrajn (2)

0820000 Ħwawar tal-frott

0820010 Bżar tal-Ġamajka/piment

0820020 Bżar tas-Sichuan

0820030 Karwija

0820040 Kardamomu

0820050 Frott tal-ġnibru

0820060 Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

0820070 Vanilja

0820080 Tamar tal-Indja/tamarindi

0820990 Oħrajn (2)

0830000 Ħwawar tal-qoxra tas-siġra

0830010 Kannella

0830990 Oħrajn (2)

0840000 Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

0840010 Għud is-sus

0840030 Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0840990 Oħrajn (2)

0850000 Ħwawar tal-blanzuni

0850010 Imsiemer tal-qronfol

0850020 Kappar

0850990 Oħrajn (2)

0860000 Ħwawar ta’ qalb il-fjura

0860010 Żagħfran

0860990 Oħrajn (2)

0870000 Ħwawar tal-aril

0870010 Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

0870990 Oħrajn (2)

L-MRLs li ġejjin japplikaw għall-faqqiegħ selvaġġ: 2,3 mg/kg għall-porċini, 1,2 mg/kg għal faqqiegħ selvaġġ ieħor għajr il-porċini. Data tal-monitoraġġ riċenti turi li r-residwi tan-nikotina jokkorru fil-porċini mnixxfin u fil-faqqiegħ selvaġġ imnixxef għajr il-porċini. L-evidenza xjentifika mhijiex konklużiva biex turi li n-nikotina tokkorri b’mod naturali fl-għalla kkonċernata u biex jiġi eluċidat il-mekkaniżmu tal-formazzjoni tagħha. Hija u twettaq rieżami tal-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni, jekk din tintbagħat sal-25 ta’ Lulju 2029, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tintbagħatx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.

0280020 Faqqiegħ salvaġġ

L-evidenza xjentifika mhijiex konklużiva biex turi li n-nikotina tokkorri b’mod naturali fl-għalla kkonċernata u biex jiġi eluċidat il-mekkaniżmu tal-formazzjoni. L-MRL temporanju validu sat-22 ta’ Frar 2026. Wara din id-data l-MRL se jkun ta’ 0,4 mg/kg sakemm ma jiġix modifikat b’Regolament fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida pprovduta qabel it-30 ta’ Ġunju 2025.

0610000 Tejiet”


(*)  Jindika l-limitu minimu ta’ determinazzjoni analitika

(**)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta’ oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.


26.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1537

tal-25 ta’ Lulju 2023

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li għandha tiġi trażmessa għas-sena ta’ referenza 2026 matul ir-reġim tranżitorju 2025–2027 u fir-rigward tal-istatistika dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar l-istatistika dwar l-input u l-output agrikoli, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1165/2008, (KE) Nru 543/2009 u (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 4(6), 5(10), 9(4) u 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2022/2379 jistabbilixxi qafas integrat għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea fir-rigward tal-inputs u l-outputs agrikoli.

(2)

Ir-regoli tranżitorji dwar is-suġġett dettaljat tal-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-agrikoltura japplikaw għas-snin 2025, 2026 u 2027, kif stabbilit fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2022/2379. Skont dawn ir-regoli, id-data dwar l-użi għandha tintbagħat darba biss, għas-sena ta’ referenza 2026.

(3)

L-istatistika dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jenħtieġ li tinġabar kull sena mis-sena ta’ referenza 2025 ’il quddiem.

(4)

Jeħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti tad-data għall-produzzjoni tal-istatistika dwar l-inputs u l-outputs agrikoli fir-rigward tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti sabiex tiġi prodotta data komparabbli bejn l-Istati Membri u biex tinkiseb l-armonizzazzjoni.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2022/2379 jistabbilixxi li d-data statistika li tkopri d-dimensjoni tal-produzzjoni organika hija essenzjali għall-monitoraġġ tal-progress tal-pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp tal-produzzjoni organika fl-Unjoni. L-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fil-produzzjoni organika huwa parti importanti minn dik id-data.

(6)

Skont l-Artikolu 5(10) tar-Regolament (UE) 2022/2379, dan ir-Regolament jispeċifika l-elementi tekniċi tad-data li għandha tiġi pprovduta. Dawk l-elementi jikkonsistu fil-lista ta’ varjabbli, id-deskrizzjonijiet tal-varjabbli, l-unitajiet ta’ osservazzjoni, ir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni li għandhom jiġu applikati, ir-regoli metodoloġiċi li għandhom jiġu applikati, u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-data.

(7)

Il-kopertura tas-settijiet tad-data jenħtieġ li tiġi speċifikata lil hinn mir-rekwiżiti fl-Artikoli 4(1) u 4(5) tar-Regolament (UE) 2022/2379, fejn xieraq, biex jiġu evitati inkonsistenzi bejn l-Istati Membri. B’mod partikolari, huwa meħtieġ, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2022/2379, b’deroga mill-Artikolu 4(5), il-punt (b), li tiġi speċifikata lista komuni ta’ għelejjel għall-Istati Membri kollha biex jipprovdu informazzjoni dwar l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Il-lista, flimkien mal-artijiet bil-ħaxix permanenti, jenħtieġ li tkopri 75 % tal-erja agrikola utilizzata fil-livell tal-Unjoni. Din il-lista tista’ tiġi kkomplementata mill-Istati Membri b’għelejjel nazzjonali rilevanti.

(8)

Il-perjodi ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2022/2379 jenħtieġ li jiġu speċifikati aktar.

(9)

Il-kopertura tas-settijiet tad-data tista’ tiġi kkunsidrata mill-ġdid biex tinkludi statistika dwar l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għat-trattament taż-żrieragħ u tal-ħżin malli jitqies fattibbli mil-lat tekniku.

(10)

Sabiex l-istatistika dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti tinżamm konsistenti mal-aġġornamenti regolari tal-lista ta’ sustanzi attivi approvati, jeħtieġ li tiġi allinjata mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2).

(11)

L-istatistika dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti hija meħtieġa għall-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni u l-politiki rilevanti li jappoġġaw l-użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, bħall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-Patt Ekoloġiku, u l-miri relatati tagħhom.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika kif stabbilit permezz tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Rekwiżiti tad-data

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data rigward il-qasam tal-istatistika dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (e) tar-Regolament (UE) 2022/2379 fil-forma ta’ settijiet tad-data aggregati.

2.   L-istatistika għandha tkopri:

(a)

is-sustanzi attivi kollha kif speċifikati fil-punti (i) u (ii) ta’ dan l-Artikolu u li jinsabu fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt 9 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), inklużi dawk imqiegħda fis-suq skont permess għall-kummerċ parallel kif imsemmi fl-Artikolu 52 ta’ dak ir-Regolament:

(i)

is-sustanzi attivi elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011;

(ii)

is-sustanzi attivi li jinsabu fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għajr dawk imsemmija fil-punt (i), u irrispettivament mill-istatus tal-approvazzjoni tagħhom;

(b)

l-użu tas-sustanzi attivi msemmija fil-punt (a) mill-utenti professjonali fl-agrikoltura.

3.   Id-data għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) fil-livell nazzjonali.

Artikolu 2

Settijiet tad-data

1.   Il-kontenut tad-data tas-settijiet tad-data huwa speċifikat fl-Anness I għas-suġġetti dettaljati

(1)

Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq;

(2)

Użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-agrikoltura.

2.   Għal kull sett tad-data, it-Taqsima I fl-Anness I tispeċifika:

(1)

deskrizzjoni tal-kontenut tad-data;

(2)

il-varjabbli li għandhom jiġu pprovduti dwar il-produzzjoni organika;

(3)

l-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni (Eurostat);

(4)

il-perjodi ta’ referenza;

(5)

l-unitajiet tal-kejl.

3.   Għal kull sett tad-data, it-Taqsima II fl-Anness I tispeċifika, fejn xieraq:

(1)

deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl;

(2)

rekwiżiti tekniċi possibbli relatati mal-varjabbli.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-kwalità

Meta l-ġbir tad-data jitwettaq abbażi ta’ kampjuni statistiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati ponderati jkunu rappreżentattivi għall-popolazzjoni statistika fl-unità ġeografika rilevanti. Meta r-rekwiżiti ta’ preċiżjoni ma jkunux applikabbli, pereżempju minħabba sorsi oħra għajr stħarriġ statistiku, il-kwalità tal-istatistika għandha tiġi żgurata b’mezzi oħra sabiex tkun rappreżentattiva tal-ambitu li tiddeskrivi, u għandha tissodisfa l-kriterji ta’ kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Artikolu 4

Klassifikazzjonijiet

Is-sustanzi attivi msemmija fl-Artikolu 1(2) għandhom jiġu rrappurtati bl-użu tal-klassifikazzjoni stabbilita fl-Anness II.

Artikolu 5

Deskrizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-deskrizzjonijiet tat-termini kif stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 6

Reġim tranżizzjonali

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-perjodi ta’ referenza 2025-2027. Ir-regoli tar-reġim tranżizzjonali stabbilit fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2022/2379 għall-perjodu 2025-2027 għandhom japplikaw biss għad-data dwar is-suġġett dettaljat tal-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-agrikoltura.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 315, 7.12.2022, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).


ANNESS I

SETT TAD-DATA 1

Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq

Qasam:

e.

Statistika dwar il-prodotti gћall-protezzjoni tal-pjanti

Suġġett:

i.

Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

Suġġett dettaljat:

i.1

Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq

TAQSIMA I

Kontenut tad-data

Id-data għandha tkopri s-sustanzi attivi kollha fil-prodotti kollha għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq fl-Istati Membri matul il-perjodu ta’ referenza, inklużi dawk li jitqiegħdu fis-suq taħt permess kummerċjali parallel (1) u/jew taħt awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza (2).

Kategoriji tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

Skadenza

il-31 ta’ Diċembru tas-sena N + 1

Sustanzi attivi fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq, total

Q

N

:

Is-sena li d-data tirreferi għaliha

Q

:

Kwantità tas-sustanzi attivi mqiegħda fis-suq (kg)

Perjodu ta’ referenza

:

Sena kalendarja

Perjodiċità

:

Annwali

Livell ġeografiku

:

Nazzjonali

TAQSIMA II

Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl

Kwantità tas-sustanzi attivi: tirreferi għall-kwantità tas-sustanzi attivi fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq, kif definit fl-Artikolu 1(2)(a).

Rekwiżiti tekniċi relatati mal-varjabbli

Id-data deskritta fit-tabella ta’ hawn fuq għandha tiġi trażmessa: b’sustanza attiva waħda, skont il-klassijiet kimiċi, skont il-kategoriji tal-prodotti u skont il-gruppi ewlenin, kif muri fl-Anness II.

SETT TAD-DATA 2

Użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-agrikoltura

Qasam:

e.

Statistika dwar il-prodotti gћall-protezzjoni tal-pjanti

Suġġett:

i.

Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

Suġġett dettaljat:

i.2

Użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-agrikoltura

TAQSIMA I

Kontenut tad-data

Id-data għandha tkopri l-erjas tal-għelejjel għal-lista komuni tal-għelejjel f’azjendi agrikoli fl-Istati Membri, ttrattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-kwantitajiet tas-sustanzi attivi kollha użati matul il-perjodu ta’ referenza, inklużi dawk użati taħt awtorizzazzjoni ta’ emerġenza (3).

Karatteristiċi tal-għelejjel

Skadenza

il-31 ta’ Diċembru tas-sena N + 1

Erja ttrattata

Kwantità tas-sustanza attiva

Qamħ komuni u farru

NAT, OAT

NQS, OQS

Qamħ durum

NAT, OAT

NQS, OQS

Xgħir

NAT, OAT

NQS, OQS

Żerriegħa tal-qamħirrum u taħlita taċ-ċifċiegħ tal-qamħirrum

NAT, OAT

NQS, OQS

Qamħirrum aħdar

NAT, OAT

NQS, OQS

Lift u żrieragħ tal-lift tan-nevew

NAT, OAT

NQS, OQS

Żerriegħa tal-ġirasol

NAT, OAT

NQS, OQS

Patata (inkluża patata taż-żrigħ)

NAT, OAT

NQS, OQS

Pitrava zokkrija (għajr iż-żerriegħa)

NAT, OAT

NQS, OQS

Tuffieħ

NAT, OAT

NQS, OQS

Għeneb għall-inbid

NAT, OAT

NQS, OQS

Għeneb għall-ikel

NAT, OAT

NQS, OQS

Larinġ

NAT, OAT

NQS, OQS

Żebbuġ

NAT, OAT

NQS, OQS

Kaboċċi

NAT, OAT

NQS, OQS

Zunnarija

NAT, OAT

NQS, OQS

Basal

NAT, OAT

NQS, OQS

Tadam li jitkabbar fuq barra

NAT, OAT

NQS, OQS

Tadam taħt għata tal-ħġieġ jew għolja aċċessibbli

NAT, OAT

NQS, OQS

Frawli li jitkabbar fuq barra

NAT, OAT

NQS, OQS

Frawli tas-serer jew għata għolja aċċessibli

NAT, OAT

NQS, OQS

N

:

Is-sena li d-data tirreferi għaliha

NAT

:

Erja mhux organika ttrattata (ettari)

OAT

:

Erja organika (erja taħt konverżjoni u erja ċċertifikata) trattata (ettari)

NQS

:

Kwantità tas-sustanzi attivi kollha użati f’erja mhux organika (kg)

OQS

:

Kwantità tas-sustanzi attivi kollha użati f’erja organika (żona taħt konverżjoni u żona ċċertifikata) (kg)

Perjodu ta’ referenza

:

Sena tal-ħsad

Perjodiċità

:

2026

Livell ġeografiku

:

Nazzjonali

TAQSIMA II

Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl

Erja ttrattata (ettari): tirreferi għaż-żona fiżika tal-għalla li għandha tinħasad, fis-sena tal-ħsad, trattata mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ referenza b’sustanza attiva partikolari kklassifikata kif muri fl-Anness II, indipendentement min-numru ta’ applikazzjonijiet.

Erja mhux organika ttrattata (ettari): tirreferi għal erja ttrattata, esklużi żoni ċċertifikati organiċi jew taħt konverżjoni.

Erja mhux organika ttrattata (ettari): tirreferi għall-erja ttrattata li hija ċċertifikata organika jew taħt konverżjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

Kwantità tas-sustanza attiva (kg): tirreferi għall-ammont ta’ kull waħda mis-sustanzi attivi, kif definiti fl-Artikolu 1(2)(a), klassifikati kif muri fl-Anness II, użati fuq l-għalla matul il-perjodu ta’ referenza.

Kwantità użata f’erja mhux organika (kg): tirreferi għall-ammont ta’ sustanzi attivi, użati fuq għelejjel maħsuda minn erjas mhux organiċi.

Kwantità użata f’erja organika (kg): tirreferi għall-ammont ta’ sustanzi attivi użati fuq għelejjel minn erjas organiċi (iċċertifikati organiċi jew taħt konverżjoni).

Rekwiżiti tekniċi relatati mal-varjabbli

Id-data deskritta fit-tabella ta’ hawn fuq għandha tiġi trażmessa: b’sustanza attiva waħda, skont il-klassijiet kimiċi, skont il-kategoriji tal-prodotti u skont il-gruppi ewlenin, kif muri fl-Anness II.

Id-data għandha tkopri s-sustanzi attivi kollha fil-prodotti kollha għall-protezzjoni tal-pjanti użati fl-Istati Membri matul il-perjodu ta’ referenza, inklużi dawk użati taħt awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza. Id-data għandha tinkludi t-trattamenti kollha miż-żrigħ/mit-tħawwil sa tmiem il-ħsad.

Id-data dwar l-erja ttrattata għandha tinġabar b’mod li jippermetti li d-data dwar l-erja u l-kwantità skont l-għalla (mingħajr għadd doppju) tkun disponibbli wkoll fil-livell ta’ aggregazzjoni fi klassijiet kimiċi, kategoriji ta’ prodotti u gruppi ewlenin.

Id-data għandha tinkludi s-sustanzi attivi kollha fil-prodotti kollha għall-protezzjoni tal-pjanti użati fl-azjendi agrikoli (l-użu fil-faċilitajiet tal-ħżin u għaż-żrigħ taż-żrieragħ huwa eskluż).


(1)  Kif definit fl-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)  Kif definit fl-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(3)  Kif definit fl-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).


ANNESS II

Klassifikazzjoni tas-sustanzi attivi inklużi fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

Gruppi ewlenin

Kategoriji tal-prodotti

Klassijiet kimiċi (1)

Total tas-sustanzi attivi fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

 

 

Fungiċidi u batteriċidi

 

 

 

Fungiċidi inorganiċi

 

 

 

Komposti tar-ram

 

 

Kubrit inorganiku

 

 

Fungiċidi inorganiċi oħra

 

Fungiċidi bbażati fuq il-karbamati u d-ditijokarbamati

 

 

 

Fungiċidi tal-karbanilat

 

 

Fungiċidi tal-karbamat

 

 

Fungiċidi tad-ditijokarbamat

 

 

Fungiċidi oħra bbażati fuq il-karbamatiu d-ditijokarbamati

 

Fungiċidi bbażati fuq il-benżimidażoli

 

 

 

Fungiċidi tal-benżimidażol

 

 

Fungiċidi oħra bbażati fuq il-benżimidażoli

 

Fungiċidi bbażati fuq l-imidażoli u t-triażoli

 

 

 

Fungiċidi tal-konażol

 

 

Fungiċidi tal-imidażol

 

 

Fungiċidi oħra bbażati fuq l-imidażoli u t-triażoli

 

Fungiċidi bbażati fuq il-morfolini

 

 

 

Fungiċidi tal-morfolin

 

 

Fungiċidi oħra bbażati fuq il-morfolini

 

Fungiċidi ta’ oriġini mikrobijoloġika jew botanika

 

 

 

Fungiċidi mikrobijoloġiċi

 

 

Fungiċidi botaniċi

 

 

Fungiċidi oħra ta’ oriġini mikrobijoloġika jew botanika

 

Batteriċidi

 

 

 

Batteriċidi inorganiċi

 

 

Batteriċidi oħra

 

Fungiċidi u batteriċidi oħrajn

 

 

 

Fungiċidi tan-nitroġenu alifatiku

 

 

Fungiċidi tal-ammid

 

 

Fungiċidi tal-anilid

 

 

Fungiċidi aromatiċi

 

 

Fungiċidi tad-dikarbossimmid

 

 

Fungiċidi tad-dinitroanilina

 

 

Fungiċidi tad-dinitrofenol

 

 

Fungiċidi organofosforiċi

 

 

Fungiċidi tal-ossażol

 

 

Fungiċidi tal-fenilpirrol

 

 

Fungiċidi tal-ftalimmid

 

 

Fungiċidi tal-pirimidina

 

 

Fungiċidi tal-kinolina

 

 

Fungiċidi tal-kinon

 

 

Fungiċidi tal-istrobilurina

 

 

Fungiċidi tal-urea

 

 

Fungiċidi mhux klassifikati

Erbiċidi, prodotti għall-irmondar u prodotti li joqtlu l-muski

 

 

 

Erbiċidi bbażati fuq il-fenossifitoormoni

 

 

 

Erbiċidi tal-fenossi

 

 

Erbiċidi oħra bbażati fuq il-fenossifitoormoni

 

Erbiċidi bbażati fuq it-triażini u t-triażinoni

 

 

 

Erbiċidi tat-triażina

 

 

Erbiċidi tat-triażinon

 

 

Erbiċidi oħra bbażati fuq it-triażini u t-triażinoni

 

Erbiċidi bbażati fuq l-ammidi u l-anilidi

 

 

 

Erbiċidi tal-ammid

 

 

Erbiċidi tal-anilide

 

 

Erbiċidi tal-kloroaċetanilide

 

 

Erbiċidi oħra bbażati fuq l-ammidi u l-anilidi

 

Erbiċidi bbażati fuq il-karbamati u l-biskarbamati

 

 

 

Erbiċidi tal-biskarbamat

 

 

Erbiċidi tal-karbamat

 

 

Erbiċidi oħra bbażati fuq il-karbamati u l-biskarbamati

 

Erbiċidi bbażati fuq id-derivattivi tad-dinitroanilina

 

 

 

Erbiċidi tad-dinitroanilina

 

 

Erbiċidi oħra bbażati fuq id-derivattivi tad-dinitroanilina

 

Erbiċidi bbażati fuq id-derivattivi tal-urea, tal-uraċil jew tas-sulfonilurea

 

 

 

Erbiċidi tas-sulfonilurea

 

 

Erbiċidi tal-uraċil

 

 

Erbiċidi tal-urea

 

 

Erbiċidi oħra bbażati fuq id-derivattivi tal-urea, tal-uraċil jew tas-sulfonilurea

 

Erbiċidi oħra

 

 

 

Erbiċidi tal-arilossifenossi-propjoniku

 

 

Erbiċidi tal-benżofuran

 

 

Erbiċidi tal-aċidu benżojku

 

 

Erbiċidi tal-bipridilju

 

 

Erbiċidi taċ-ċikloeżandjon

 

 

Erbiċidi tad-diażina

 

 

Erbiċidi tad-dikarbossimid

 

 

Erbiċidi tal-etere tad-difenil

 

 

Erbiċidi tal-imidażolinon

 

 

Erbiċidi inorganiċi

 

 

Erbiċidi tal-isossażol

 

 

Erbiċidi tan-nitril

 

 

Erbiċidi organofosforiċi

 

 

Erbiċidi tal-fenilpirażol

 

 

Erbiċidi tal-piridażinon

 

 

Erbiċidi tal-piridinkarbossammid

 

 

Erbiċidi tal-aċidu piridinkarbossiliku

 

 

Erbiċidi tal-aċidu piridilossiaċetiku

 

 

Erbiċidi tal-kinolina

 

 

Erbiċidi tat-tijadiażina

 

 

Erbiċidi tat-tijokarbamat

 

 

Erbiċidi tat-triażol

 

 

Erbiċidi tat-triażolinon

 

 

Erbiċidi tat-triażolon

 

 

Erbiċidi tat-triketon

 

 

Erbiċidi mhux klassifikati

Insettiċidi u akariċidi

 

 

 

Insettiċidi bbażati fuq il-piretrojdi

 

 

 

Insettiċidi tal-piretrojde

 

 

Insettiċidi oħra bbażati fuq il-piretrjodi

 

Insettiċidi bbażati fuq l-idrokarburi klorinati

 

 

 

Insettiċidi tad-diammid antraniliku

 

 

Insettiċidi oħra bbażati fuq l-idrokarburu klorinati

 

Insettiċidi bbażati fuq il-karbamati u l-ossimakarbamat

 

 

 

Insettiċidi tal-ossikarbamat

 

 

Insettiċidi tal-karbamat

 

 

Insettiċidi oħra bbażati fuq il-karbamat u l-ossikarbamat

 

Insettiċidi bbażati fuq l-organofosfati

 

 

 

Insettiċidi organofosforiċi

 

 

Insettiċidi oħra bbażati fuq l-organofosfati

 

Insettiċidi ta’ oriġini mikrobijoloġika jew botanika

 

 

 

Insettiċidi mikrobikoloġiċi

 

 

Insettiċidi botaniċi

 

 

Insettiċidi oħra ta’ oriġini mikrobijoloġika jew botanika

 

Akariċidi

 

 

 

Akariċidi tal-pirażol

 

 

Akariċidi tat-tetrażina

 

 

Akariċidi oħra

 

Insettiċidi oħra

 

 

 

Insettiċidi prodotti bil-fermentazzjoni

 

 

Insettiċidi tal-benżojlurea

 

 

Insettiċidi tal-karbażat

 

 

Insettiċidi tad-diażilidrażina

 

 

Regolaturi tat-tkabbir tal-insetti

 

 

Insettiċidi tan-nitrogwanidina

 

 

Insettiċidi tal-organotin

 

 

Insettiċidi tal-ossadiażina

 

 

Insettiċidi tal-fenil-etere

 

 

Insettiċidi tal-pirażol (fenil-)

 

 

Insettiċidi tal-piridina

 

 

Insettiċidi tal-piridilmetilammina

 

 

Insettiċidi tal-ester tas-sulfit

 

 

Insettiċidi tal-aċidu tetroniku

 

 

Feromoni tal-pesti lepidopteri b’katina dritta (sclps) li jattiraw l-insetti

 

 

Attrattanti oħra tal-insetti

 

 

Insettiċidi-akariċidi mhux klassifikati

Molluskiċidi

 

 

 

Molluskiċidi

 

 

 

Molluskiċidi

Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti

 

 

 

Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti fiżjoloġiċi

 

 

 

Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti fiżjoloġiċi

 

 

Regolaturi oħra tat-tkabbir tal-pjanti fiżjoloġiċi

 

Prodotti kontra t-tinbit

 

 

 

Prodotti kontra t-tinbit

 

 

Prodotti oħra kontra t-tinbit

 

Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti oħrajn

 

 

 

Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti oħrajn

Prodotti oħrajn għall-protezzjoni tal-pjanti

 

 

 

Żjut veġetali

 

 

 

Żjut veġetali

 

Sterilanti tal-ħamrija (inkluż in-nematiċidi)

 

 

 

Bromur tal-metil

 

 

Nematiċidi bijoloġiċi

 

 

Nematiċidi organofosforiċi

 

 

Sterilanti oħra tal-ħamrija

 

Rodentiċidi

 

 

 

Rodentiċidi

 

Il-prodotti l-oħrajn kollha għall-protezzjoni tal-pjanti

 

 

 

Diżinfettanti

 

 

Repellenti

 

 

Prodotti oħrajn għall-protezzjoni tal-pjanti


(1)  Tapplika wkoll għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ta’ oriġini mikrobijoloġika jew botanika, għal skopijiet ta’ armonizzazzjoni


ANNESS III

DESKRIZZJONIJIET

Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti huwa prodott fil-forma li fiha jiġi fornut lill-utent, li jikkonsisti minn jew li fih sustanzi attivi, aġenti protettivi jew sinerġisti, u huwa maħsub għal wieħed mill-użi deskritti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Sustanzi attivi: tfisser sustanzi attivi kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Tqegħid fis-suq: tfisser tqegħid fis-suq kif definit fil-punt 9 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Għelejjel: tfisser għelejjel agrikoli, kif deskritt fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1538 (1).

Klassifikazzjoni tas-sustanzi attivi inklużi fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti: aggregazzjoni ta’ sustanzi attivi minn gruppi maġġuri, kategoriji ta’ prodotti u klassijiet kimiċi.

Sena tal-ħsad: Is-sena kalendarja li fiha jibda l-ħsad, inkluż il-perjodu li matulu jittieħdu l-miżuri preparatorji kollha (bħall-ħdim tar-raba’, it-tħawwil, u l-applikazzjoni ta’ fertilizzanti u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti) biex jiġi żgurat dak il-ħsad, anke matul is-sena kalendarja preċedenti.


(1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1538 tal-25 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel (ara paġna 40 ta’ dan il-ĠU).


26.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/40


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1538

tal-25 ta’ Lulju 2023

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar l-istatistika dwar l-input u l-output agrikoli, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1165/2008, (KE) Nru 543/2009 u (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 4(6), 5(10), 7(2) u 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2022/2379 jistabbilixxi qafas integrat għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea fir-rigward tal-inputs u l-outputs agrikoli.

(2)

Jeħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti tad-data għall-produzzjoni tal-istatistika dwar l-inputs u l-outputs agrikoli rigward il-produzzjoni tal-għelejjel sabiex tiġi prodotta data komparabbli bejn l-Istati Membri u biex tinkiseb l-armonizzazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 5(10) tar-Regolament (UE) 2022/2379, dan ir-Regolament jispeċifika l-elementi tekniċi tad-data li jeħtieġ tiġi pprovduta. Dawk l-elementi jikkonsistu fil-lista ta’ varjabbli, id-deskrizzjonijiet tal-varjabbli, l-unitajiet ta’ osservazzjoni, ir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni li jeħtieġ jiġu applikati, ir-regoli metodoloġiċi li jridu jiġu applikati, u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-data.

(4)

Jeħtieġ li jiġu speċifikati l-varjabbli li għalihom huma meħtieġa d-dimensjonijiet reġjonali u organiċi peress li huma neċessarji biss għal xi varjabbli.

(5)

Il-kopertura tas-settijiet tad-data jenħtieġ li tiġi speċifikata lil hinn mir-rekwiżiti fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2022/2379 fejn xieraq, biex jiġu evitati inkonsistenzi bejn l-Istati Membri.

(6)

Il-perjodi ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2022/2379 jenħtieġ li jiġu speċifikati aktar.

(7)

Ir-rendimenti tal-għelejjel huma indikaturi importanti fil-produzzjoni agrikola u għalhekk jenħtieġ li jkunu parti mid-data. Madankollu, il-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li tikkalkula dan l-indikatur abbażi tad-data trażmessa.

(8)

Il-kontenut tal-umdità tal-għelejjel prodotti u l-kontenut taz-zokkor tal-pitravi zokkrija jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn is-snin u joħolqu ostakli fit-tqabbil tal-volumi tal-produzzjoni maż-żmien u bejn il-pajjiżi. L-informazzjoni dwar l-umdità standard nazzjonali u l-kontenut taz-zokkor hija għalhekk meħtieġa biex tinħoloq statistika komparabbli.

(9)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2022/2379, l-Istati Membri jistgħu jiġu eżentati milli jipprovdu d-data għal varjabbli predefiniti f’ċerti skadenzi jekk l-impatt tal-produzzjoni tagħhom fuq it-total tal-Unjoni ta’ dawk il-varjabbli jkun limitat. Dan huwa l-każ jekk il-produzzjoni tagħhom tkun inqas mil-livelli limiti speċifiċi. Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati dawk il-livelli limiti, il-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti, is-sorsi tad-data użati fl-applikazzjoni ta’ din il-metodoloġija, u d-data li għaliha tapplika din l-eżenzjoni.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, kif stabbilit bl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Rekwiżiti tad-data

L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data rigward il-qasam tal-istatistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel imsemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2022/2379 fil-forma ta’ settijiet tad-data aggregata. Id-data dwar il-produzzjoni totali u organika għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) fil-livell ġeografiku meħtieġ.

Artikolu 2

Settijiet tad-data

(1)   Il-kontenut tad-data tas-settijiet tad-data huwa speċifikat:

(1)

fl-Anness I għas-suġġett (i), l-erja tal-għelejjel u l-produzzjoni, għas-suġġetti dettaljati:

(1)

Għelejjel li jinħartu u art bil-ħaxix permanenti,

(2)

Ortikultura għajr l-għelejjel permanenti,

(3)

Għelejjel permanenti;

(2)

fl-Anness II għas-suġġett (ii), il-bilanċi tal-għelejjel, għas-suġġetti dettaljati:

(1)

Bilanċi taċ-ċereali,

(2)

Bilanċi taż-żrieragħ taż-żejt;

(3)

fl-Anness III għas-suġġett (iii), l-artijiet bil-ħaxix, għas-suġġett dettaljat:

(1)

Ġestjoni tal-artijiet bil-ħaxix.

(2)   Għal kull sett tad-data, it-taqsima I tispeċifika:

(1)

deskrizzjoni tal-kontenut tad-data;

(2)

il-varjabbli li jeħtieġ jiġu pprovduti fil-livell nazzjonali u, fejn meħtieġ, fil-livell reġjonali;

(3)

il-varjabbli li jeħtieġ jiġu pprovduti dwar il-produzzjoni organika;

(4)

l-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni (Eurostat);

(5)

il-perjodi ta’ referenza.

(3)   Għal kull sett tad-data, it-taqsima II tispeċifika, fejn xieraq:

(1)

deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl;

(2)

rekwiżiti tekniċi relatati mal-varjabbli;

(3)

livelli limiti għall-eżenzjonijiet għall-iskadenzi tat-trażmissjoni tad-data.

Artikolu 3

Rekwiżiti ta’ preċiżjoni

Meta l-ġbir tad-data jitwettaq abbażi ta’ kampjuni statistiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati ponderati jkunu rappreżentattivi tal-popolazzjoni statistika fl-unità ġeografika rilevanti u jkunu mfassla biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni stabbiliti fl-Anness IV. Meta r-rekwiżiti ta’ preċiżjoni ma jkunux applikabbli, pereżempju minħabba sorsi oħra għajr stħarriġ statistiku, il-kwalità tal-istatistika għandha tiġi żgurata sabiex tkun rappreżentattiva tal-ambitu li tiddeskrivi, u għandha tissodisfa l-kriterji ta’ kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Artikolu 4

Deskrizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-deskrizzjonijiet tat-termini kif stabbiliti fl-Anness V.

Artikolu 5

Metodoloġija għall-eżenzjonijiet

(1)   L-Istati Membri jistgħu jiġu eżentati minn ċerti skadenzi regolari għat-trażmissjoni tad-data f’każ li l-impatt ta’ dak l-Istat Membru fuq it-total tal-Unjoni ta’ dawk il-varjabbli jkun limitat.

(2)   L-eżenzjonijiet mit-trażmissjoni tad-data għandhom jingħataw għall-varjabbli fis-settijiet tad-data tas-suġġett “erja u produzzjoni tal-għelejjel” dment li l-applikazzjoni tagħhom ma tnaqqasx l-informazzjoni dwar it-total mistenni tal-Unjoni tal-varjabbli korrispondenti b’aktar minn 5 %. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkalkula l-valuri tal-livelli limitu ta’ referenza għall-produzzjoni ta’ kull għalla soġġetta għal eżenzjonijiet. Dawn il-valuri tal-livelli limitu ta’ referenza għandhom jiġu kkalkulati abbażi ta’ medja ta’ tliet snin tad-data statistika dwar il-volumi tal-produzzjoni.

(3)   Stat Membru fejn il-produzzjoni ta’ għalla kienet inqas mill-valur tal-livell limitu ta’ referenza jew daqsu, għal tliet snin suċċessivi, għandu jkun eżentat milli jittrażmetti d-data għall-varjabbli/għas-subvarjabbli kollha li jappartjenu għal din l-għalla għal ċerti skadenzi, kif indikat f’kull taqsima II tas-settijiet tad-data fl-Anness I. L-eżenzjoni għandha tiġi revokata awtomatikament jekk il-valur tal-produzzjoni rilevanti tal-Istat Membru jaqbeż il-valur tal-livell limitu ta’ referenza għal tliet snin suċċessivi. It-trażmissjoni tad-data għandha tibda għas-sena ta’ referenza wara t-tielet sena konsekuttiva li fiha jinqabeż il-valur tal-livell limitu massimu ta’ referenza. L-eżenzjoni għandha terġa’ tiddaħħal awtomatikament jekk il-produzzjoni tal-Istat Membru tal-għalla rilevanti tkun inqas mil-livell limitu ta’ referenza jew daqsu, għal tliet snin suċċessivi.

(4)   Il-valuri tal-livell limitu ta’ referenza huma stabbiliti f’kull taqsima II tal-Anness I. Il-Kummissjoni tista’ temenda kwalunkwe wieħed minn dawn il-valuri jekk it-total medju tal-Unjoni jibqa’ inqas minn 90 % jew ogħla minn 110 % tat-total tal-Unjoni użat għall-kalkolu tal-valuri tal-livell limitu ta’ referenza għal tliet snin suċċessivi.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 315, 7.12.2022, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).


ANNESS I

ERJA U PRODUZZJONI TAL-GĦELEJJEL

SETT TAD-DATA i.1

Għelejjel li jinħartu u art bil-ħaxix permanenti

Qasam:

b.

Statistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel

Suġġett:

i.

Erja u produzzjoni tal-għelejjel

Suġġett dettaljat:

i.1

Għelejjel li jinħartu u art bil-ħaxix permanenti

TAQSIMA I

Kontenut tad-data

Id-data għandha tkopri l-istimi bikrija u l-istatistika finali dwar l-erjas, il-produzzjoni u r-rendiment tal-għelejjel agrikoli li jinħartu u tal-artijiet bil-ħaxix permanenti, imkabbra biex jinħasdu prinċipalment fil-perjodu ta’ referenza, fl-azjendi agrikoli fl-Istati Membri, inklużi l-għelejjel li jitkabbru skont prinċipji organiċi.

 

 

Data fil-livell nazzjonali

Data fil-livell reġjonali

Data dwar il-produzzjoni organika

Karatteristiċi tal-għelejjel

Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

il-31 ta’ Jannar tas-sena N (1)

it-30 ta’ Ġunju tas-sena N (1)

il-31 ta’ Awwissu tas-sena N (1)

it-30 ta’ Settembru tas-sena N

it-30 ta’ Novembru tas-sena N

il-31 ta’ Marzu tas-sena N+1

it-30 ta’ Settembru tas-sena N+1

it-30 ta’ Settembru tas-sena N+1

it-30 ta’ Settembru tas-sena N+1

Erja agrikola utilizzata esklużi l-ġonna kulinari (2)

 

 

 

 

 

 

MA

MA

OMU, OMC, OMA

 

Raba’ li jinħadem (3)

 

 

 

 

 

 

MA

MA

OMU, OMC, OMA

 

 

Ċereali għall-produzzjoni tal-ħbub (inkluża ż-żerriegħa)

 

 

 

 

 

 

MA, SA, PR

SA, PR

 

 

 

 

Qamħ u farru

 

SA

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

 

 

 

 

 

 

Qamħ komuni u farru

 

SA

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

OF, OP

 

 

 

 

 

Qamħ tax-xitwa komuni u farru

SA

SA

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Qamħ tar-rebbiegħa komuni u farru

 

SA

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

 

 

 

 

 

 

Qamħ durum

SA

SA

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

OF, OP

 

 

 

Segala

SA

SA

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

OF, OP

 

 

 

Xgħir

 

SA

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

OF, OP

 

 

 

 

Xgħir tax-xitwa

SA

SA

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

 

 

 

 

 

 

Xgħir tar-rebbiegħa

 

SA

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

 

 

 

 

 

Ħafur

 

SA

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

 

OF, OP

 

 

 

Żerriegħa tal-qamħirrum u taħlita taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum

 

SA

 

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

OF, OP

 

 

 

Tritikal

SA

SA

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

 

OF, OP

 

 

 

Sorgu

 

SA

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

 

OF, OP

 

 

 

Ross

 

SA

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

 

OF, OP

 

 

 

 

Ross Indica

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

 

 

Ross Japonica

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

 

Taħlitiet ta’ ċereali tax-xitwa (maslin)

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

 

Taħlitiet taċ-ċereali tar-rebbiegħa (ħbub imħallta minbarra l-maslin)

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

OF, OP

 

 

 

Ċereali oħra mhux klassifikati band’oħra (millieġ, skalora, eċċ.)

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

 

Psewdoċereali

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

 

 

Qamħ saraċin

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

 

 

Kinoa

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

 

 

Psewdoċereali oħrajn mhux klassifikati band’oħra

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

Bus u ħemes imnixxfa u għelejjel li fihom il-proteini għall-produzzjoni tal-ħbub (inklużi ż-żerriegħa u t-taħlitiet taċ-ċereali u tal-bus u l-ħemes)

 

 

 

 

 

 

MA, SA, PR

SA, PR

 

 

 

 

Piżelli tal-għelieqi

 

SA

 

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

 

OF, OP

 

 

 

Ful u fażola tal-għelieqi

 

SA

 

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

 

OF, OP

 

 

 

Lupini ħelwin

 

 

 

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

 

OF, OP

 

 

 

Għads

 

 

 

SA

SA

SA, PR

SA, PR

 

OF, OP

 

 

 

Ġulbiena

 

 

 

SA

SA

SA, PR

SA, PR

 

OF, OP

 

 

 

Ċiċri

 

 

 

SA

SA

SA, PR

SA, PR

 

OF, OP

 

 

 

Bus u ħemes imnixxfa u għelejjel tal-proteini oħrajn mhux klassifikati band’oħra

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

Għelejjel tal-għeruq

 

 

 

 

 

 

MA, SA, PR

 

 

 

 

 

Patata (inkluża l-patata taż-żrigħ)

 

SA

 

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

 

OF, OP

 

 

 

Pitrava zokkrija (eskluża ż-żerriegħa)

 

SA

 

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

OF, OP

 

 

 

Għelejjel tal-għeluq oħra mhux klassifikati band’oħra

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

Għelejjel industrijali

 

 

 

 

 

 

MA, SA

 

 

 

 

 

Żrieragħ żejtnin

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

 

 

Lift u żrieragħ tal-lift tan-nevew

 

SA

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

OF, OP

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-lift tax-xitwa u tal-lift tan-nevew

SA

SA

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-lift tar-rebbiegħa u tal-lift tan-nevew

 

SA

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-ġirasol

 

SA

 

 

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

OF, OP

 

 

 

 

Sojja

 

SA

 

 

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

OF, OP

 

 

 

 

Żerriegħa tal-kittien (kittien taż-żejt)

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-qoton

 

 

 

 

 

 

PR

 

 

 

 

 

 

Għelejjel taż-żrieragħ żejtnin oħra mhux klassifikati band’oħra

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

 

Għelejjel tal-fibra

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

 

 

Fibra tal-kittien

 

 

 

SA

SA

SA, PR

SA, PR

 

 

 

 

 

 

Qanneb

 

 

 

SA

SA

SA, PR

SA, PR

 

 

 

 

 

 

Fibra tal-qoton

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

 

 

Għelejjel tal-fibra oħra mhux klassifikati band’oħra

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

 

Tabakk

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

 

Ħops

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

 

Pjanti aromatiċi, mediċinali u kulinarji

 

 

 

 

 

 

SA

 

OF

 

 

 

Għelejjel għall-enerġija mhux klassifikati band’oħra

 

 

 

 

 

 

MA, PR

 

 

 

 

 

Għelejjel industrijali oħra mhux klassifikati band’oħra

 

 

 

 

 

 

SA

 

 

 

 

Pjanti li jinħasdu fi stadju bikri mir-raba’ li jinħadem

 

 

 

 

 

 

MA, PR

MA

 

 

 

 

Ħaxix u mergħat temporanji

 

 

 

 

 

 

MA, PR

MA

OMA

 

 

 

Pjanti leguminużi li jinħasdu fi stadju bikri

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

OF, OP

 

 

 

 

Nifel

 

 

 

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

 

 

 

 

 

 

Taħlitiet ta’ ħaxix legumi

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

 

 

Pjanti leguminużi oħrajn li jinħasdu fi stadju bikri mhux klassifikati band’oħra

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

 

Qamħirrum aħdar

 

SA

 

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

SA, PR

OF, OP

 

 

 

Ċereali oħra li jinħasdu fi stadju bikri (eskluż il-qamħirrum aħdar)

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

 

Pjanti oħra li jinħasdu fi stadju bikri mir-raba’ li jinħadem mhux klassifikati band’oħra

 

 

 

 

 

 

SA, PR

 

 

 

 

Żrieragħ u nebbieta

 

 

 

 

 

 

MA

 

OMA

 

 

Raba’ mistrieħ

 

 

 

 

 

 

MA

MA

 

 

 

Għelejjel oħra f’raba’ li jinħadem mhux klassifikati band’oħra

 

 

 

 

 

 

MA

 

 

 

Art bil-ħaxix permanenti

 

 

 

 

 

 

MA, PR

MA

OMU, OMC, OMA

 

 

Bwar u mergħat permanenti, esklużi ragħi mhux ikkultivati

 

 

 

 

 

 

MA, PR

 

 

 

 

Ragħi permanenti mhux ikkultivati

 

 

 

 

 

 

MA, PR

 

 

 

 

Art bil-ħaxix permanenti li ma għadhiex tintuża għal finijiet ta’ produzzjoni u eliġibbli għall-pagament tas-sussidji

 

 

 

 

 

 

MA

 

 

N hija s-sena li għaliha tirreferi d-data

MA

=

erja ewlenija totali (1 000 ha), inklużi erjas organiċi

SA

=

erja totali miżrugħa (1 000 ha), inklużi erjas organiċi

OF

=

erja organika ċċertifikata miżrugħa (1 000 ha)

OMC

=

erja organika ewlenija ċċertifikata

OMU

=

erja ewlenija li qed tiġi kkonvertita għal dik organika (1 000 ha)

OMA

=

erja ewlenija ċċertifikata jew li qed tiġi kkonvertita għal organika (1 000 ha)

PR

=

produzzjoni totali maħsuda (1 000 tunnellata), inkluża l-produzzjoni organika

OP

=

produzzjoni organika ċċertifikata maħsuda (1 000 tunnellata)

Perjodu ta’ referenza: Sena tal-ħsad

TAQSIMA II

Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl:

Erja miżrugħa: tirreferi għall-erja totali miżrugħa jew imħawla b’għalla li l-ħsad tagħha jibda matul is-sena kalendarja ta’ referenza, irrispettivament minn meta jkun sar it-tħawwil. F’każ li l-għalla tinżera’ jew titħawwel aktar minn darba matul sena fuq l-istess roqgħa, l-erja tiġi mmultiplikata bin-numru ta’ tħawwil.

Erja prinċipali: tirreferi għall-erja fiżika tar-roqgħa/rqajja’, irrispettivament minn jekk kienx hemm għalla waħda biss jew diversi għelejjel matul is-sena tal-ħsad. Fil-każ ta’ għelejjel annwali, l-erja ewlenija tikkorrispondi għall-erja miżrugħa; fil-każ ta’ għelejjel ikkombinati, din tikkorrispondi għall-erja fejn l-għelejjel jikbru flimkien; fil-każ ta’ żrigħ jew għelejjel suċċessivi, l-erja titqies darba biss; fil-każ ta’ għelejjel permanenti, minbarra l-erja tal-produzzjoni huma inklużi wkoll pjantaġġuni żgħar mhux produttivi u erjas abbandunati temporanjament. B’dan il-mod, kull erja tiġi elenkata darba biss.

Produzzjoni maħsuda: tirreferi għall-produzzjoni totali maħsuda li minnha tneħħa t-telf mill-ħsad.

Il-produzzjoni għaċ-ċereali, għall-bus u l-ħemes imnixxfa u għaż-żrieragħ żejtnin għandha tiġi rrapportata f’termini ta’ piż niexef u nadif tal-ħbub fil-livell standard stabbli ta’ umdità tas-suq fil-pajjiż. Ir-ross jiġi rrapportat f’termini ta’ ħliefa.

Id-data dwar il-produzzjoni tal-għelejjel tal-għeruq jenħtieġ li tiġi rrapportata f’termini ta’ piż nadif, jiġifieri ħieles mill-uċuħ u mill-weraq tal-pjanti, mill-ħamrija u mit-tajn.

Il-produzzjoni tal-pjanti maħsuda fi stadju bikri minn raba’ li jinħadem u art bil-ħaxix permanenti tinkludi l-volum ta’ ħsad magħmul mill-qtugħ u mir-ragħa. Id-data għandha tiġi rrapportata f’termini ta’ materja niexfa.

Il-produzzjoni ta’ għelejjel oħra għandha tiġi rrapportata fil-livell standard stabbli ta’ umdità tas-suq fil-pajjiż, fejn l-umdità tħalli impatt fuq il-kummerċjalizzazzjoni, fil-forma li tintuża l-aktar għall-kummerċ.

Il-pajjiżi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-livelli standard stabbli ta’ umdità tas-suq fil-pajjiżi, imsemmija hawn fuq, lill-Kummissjoni (Eurostat) li minnha Eurostat għandu jikkalkola mill-ġdid il-produzzjoni fl-umdità standard tal-UE għal skopijiet ta’ standardizzazzjoni.

Għall-pitravi zokkorija, il-pajjiżi għandhom jipprovdu data dwar il-kontenut taz-zokkor tal-produzzjoni maħsuda tas-sena tal-ħsad bid-data tal-produzzjoni finali lill-Kummissjoni (Eurostat) li minnha Eurostat għandu jikkalkula mill-ġdid il-produzzjoni tal-kontenut standard taz-zokkor fl-UE (16 %) għal finijiet ta’ standardizzazzjoni.

Erja organika ċċertifikata: tirreferi għal erjas, minbarra erjas matul il-perjodu ta’ konverżjoni msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li huma ġestiti f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-produzzjoni organika, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/848 jew, fejn applikabbli, fil-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti

Erja li qed tiġi kkonvertita għal organika: tirreferi għal erjas matul il-perjodu ta’ konverżjoni msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/848 jew, fejn applikabbli, fil-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti, li huma ġestiti f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-produzzjoni organika.

Erja ċċertifikata jew li qed tiġi kkonvertita għal organika: tirreferi għal erjas li jew huma Erjas organiċi ċertifikati jew Erjas li qed jiġu kkonvertiti għal organiċi.

Produzzjoni organika ċċertifikata maħsuda: tirreferi għall-produzzjoni maħsuda minn “erjas organiċi ċċertifikati” kif definit hawn fuq.

L-erjas organiċi u l-produzzjoni huma inklużi fl-erjas u l-produzzjoni totali.

Rekwiżiti tekniċi relatati mal-varjabbli

Ir-rendiment tal-għelejjel jiġi kkalkolat billi l-produzzjoni totali maħsuda tiġi diviża bl-erja totali miżrugħa. Eurostat se jikkalkula r-rendimenti tal-għelejjel abbażi tad-data trażmessa. Inċidenti relatati mat-temp li jkollhom impatti kbar fuq il-produzzjoni maħsuda għandhom jiġu rrapportati lill-Kummissjoni (Eurostat).

Valuri tal-livell limitu ta’ referenza tal-eżenzjoni mit-trażmissjoni tad-data

Il-valuri tal-livell limitu ta’ referenza kif iddefiniti fl-Artikolu 5(2) huma:

Varjabbli ta’ referenza:

Produzzjoni ta’

Valur tal-livell limitu ta’ referenza (1 000 tunnellata)

Eżenzjoni mit-trażmissjoni

Qamħ komuni u farru

1 700

il-31 ta’ Jannar tas-sena N

it-30 ta’ Ġunju tas-sena N

il-31 ta’ Awwissu tas-sena N

Qamħ durum

170

Segala

80

Xgħir

500

Ħafur

70

Żerriegħa tal-qamħirrum u taħlita taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum

1 100

Tritikal

120

Sorgu

15

Ross

65

Piżelli tal-għelieqi

25

Ful u fażola tal-għelieqi

15

Patata

350

Pitrava zokkrija

1 500

Lift u żrieragħ tarl-lift tan-nevew

300

Żerriegħa tal-ġirasol

150

Sojja

60

Qamħirrum aħdar

2 000

SETT TAD-DATA I.2

Ortikultura esklużi l-għelejjel permanenti

Qasam:

b.

Statistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel

Suġġett:

i.

Erja u produzzjoni tal-għelejjel

Suġġett dettaljat:

i.2

Ortikultura esklużi l-għelejjel permanenti

TAQSIMA I

Kontenut tad-data

Id-data għandha tkopri l-istimi bikrija u l-istatistika finali dwar l-erjas, il-produzzjoni u r-rendiment tal-għelejjel tal-ortikultura mkabbra biex jinħasdu fil-perjodu ta’ referenza fl-azjendi agrikoli fl-Istati Membri, inklużi l-għelejjel imkabbra skont il-prinċipji organiċi.

 

Data fil-livell nazzjonali

Data dwar il-produzzjoni organika

Karatteristiċi tal-għelejjel

Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

it-30 ta’ Ġunju tas-sena N (5)

it-30 ta’ Settembru sena N  (5)

il-31 ta’ Mejju tas-sena N+1

it-30 ta’ Settembru tas-sena N+1

it-30 ta’ Settembru tas-sena N+1

 

 

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli

 

 

HA, PR

MA

OH, OP

 

 

 

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ)

 

 

HA, PR

 

OH, OP

 

 

 

 

Brassika

 

 

HA, PR

 

OH, OP

 

 

 

 

 

Pastard u brokkli

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi ta’ Brussell

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Brassika oħra mhux klassifikata band’oħra

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

Ħxejjex bil-weraq u biz-zkuk (minbarra l-brassika)

 

 

HA, PR

 

OH, OP

 

 

 

 

 

Kurrat

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Karfus

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Ħass

 

 

HA, PR, PRG

 

 

 

 

 

 

 

Indivja

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Spinaċi

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Spraġ

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Ċikwejra

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Qaqoċċ

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Ħxejjex oħra bil-weraq jew biz-zkuk mhux klassifikati band’oħra

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

Ħxejjex ikkultivati għall-frott (inkluż il-bettieħ)

 

 

HA, PR

 

OH, OP

 

 

 

 

 

Tadam

HA

HA, PR

HA, PR, PRG

 

OH, OP

 

 

 

 

 

Ħjar u ħjar tal-pikles

 

 

HA, PR, PRG

 

 

 

 

 

 

 

Brunġiel

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Zukkini u qarabagħli

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Qargħa u qargħa ħamra

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Bettieħ ta’ Spanja

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Dulliegħ

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Bżar (capsicum)

 

 

HA, PR, PRG

 

 

 

 

 

 

 

Ħxejjex oħra kkultivati għall-frott mhux klassifikati band’oħra

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

Ħxejjex tal-għeruq, tat-tuberi u tal-basla

 

 

HA, PR

 

OH, OP

 

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

HA, PR

 

OH, OP

 

 

 

 

 

Basal u xalotti

 

 

HA, PR

 

OH, OP

 

 

 

 

 

Pitravi

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Karfusa liftija

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Ravanell

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Tewm

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Ħxejjex oħra tal-għeruq, tat-tuberi u tal-basla mhux klassifikati band’oħra

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

Bus u ħemes friski

 

 

HA, PR

 

OH, OP

 

 

 

 

 

Piżelli friski

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Fażola friska

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Bus u ħemes friski oħra mhux klassifikati band’oħra

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

 

Ħxejjex friski oħra mhux klassifikati band’oħra

 

 

HA, PR

 

 

 

 

 

Frawli

 

 

HA, PR, PRG

 

OH, OP

 

 

Fjuri u pjanti ornamentali (esklużi l-mixtliet)

 

 

 

MA

 

Faqqiegħ ikkultivat

 

 

PR

 

OP

 

Faqqiegħ champignons

 

 

PR

 

 

 

Faqqiegħ ikkultivat ieħor mhux klassifikat band’oħra

 

 

PR

 

 

N hija s-sena li għaliha tirreferi d-data

MA

=

erja prinċipali totali (1 000 ha)

HA

=

erja totali maħsuda (1 000 ha)

OH

=

erja organika maħsuda ċċertifikata (1 000 ha)

PR

=

produzzjoni totali maħsuda (1 000 ha)

PRG

=

produzzjoni totali minn taħt il-ħġieġ jew kopertura aċċessibbli għolja (1 000 tunnellata)

OP

=

produzzjoni organika ċċertifikata maħsuda (1 000 tunnellata)

Perjodu ta’ referenza: Sena tal-ħsad

TAQSIMA II

Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl:

Erja maħsuda: tirreferi għall-erja ta’ għalla speċifika li tinħasad fis-sena tal-ħsad ta’ referenza. Jekk l-istess erja tinżera jew titħawwel diversi drabi matul il-perjodu ta’ referenza, l-erja għandha tiġi mmultiplikata bl-għadd ta’ ħsad annwali

Erja prinċipali: Ara s-sett tad-data i.1, it-taqsima II

Produzzjoni maħsuda: Ara s-sett tad-data i.1, it-taqsima II

Erja organika ċċertifikata: Ara s-sett tad-data i.1, it-taqsima II

Produzzjoni organika ċċertifikata maħsuda: Ara s-sett tad-data i.1, it-taqsima II

Rekwiżiti tekniċi relatati mal-varjabbli

Ir-rendiment tal-għelejjel jiġi kkalkulat billi l-produzzjoni totali maħsuda tiġi diviża bl-erja totali maħsuda. Eurostat se jikkalkula r-rendimenti tal-għelejjel abbażi tad-data trażmessa. Inċidenti relatati mat-temp li jkollhom impatti kbar fuq il-produzzjoni maħsuda għandhom jiġu rrapportati lill-Kummissjoni (Eurostat).

Valuri tal-livell limitu ta’ referenza tal-eżenzjoni mit-trażmissjoni tad-data

Il-valuri tal-livell limitu ta’ referenza kif iddefiniti fl-Artikolu 5(2) huma:

Varjabbli ta’ referenza

Valur tal-livell limitu ta’ referenza (1 000 tunnellata)

Eżenzjoni mit-trażmissjoni

Il-produzzjoni tat-tadam

250

it-30 ta’ Ġunju tas-sena N

it-30 ta’ Settembru tas-sena N

SETT TAD-DATA I.3

Għelejjel permanenti

Qasam:

b.

Statistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel

Suġġett:

i.

Erja u produzzjoni tal-għelejjel

Suġġett dettaljat:

i.3

Għelejjel permanenti

TAQSIMA I

Kontenut tad-data

Id-data għandha tkopri l-istimi bikrija u l-istatistika finali dwar l-erjas, il-produzzjoni u r-rendiment tal-għelejjel agrikoli permanenti mkabbra li għandhom jinħasdu prinċipalment fil-perjodu ta’ referenza fl-azjendi agrikoli fl-Istati Membri, inklużi l-għelejjel imkabbra skont il-prinċipji organiċi.

Karatteristiċi tal-għelejjel

 

Data fil-livell nazzjonali

Data fil-livell reġjonali

Data dwar il-produzzjoni organika

Skadenzi għat-trażmissjoni tad-data

it-30 ta’ Novembru tas-sena N  (6)

il-31 ta’ Marzu tas-sena N+1

it-30 ta’ Settembru tas-sena N+1

it-30 ta’ Settembru tas-sena N+1

it-30 ta’ Settembru tas-sena N+1

 

Għelejjel permanenti

 

 

MA

MA

OMC, OMU, OMA

 

 

Għelejjel permanenti għall-konsum mill-bniedem

 

PA, PR

MA, PA, PR

 

 

 

 

 

Frott, frott artab u ġewż (esklużi l-frott taċ-ċitru, l-għeneb u l-frawli)

 

PA, PR

MA

MA

OPA, OP

 

 

 

 

Frott minn żoni klimatiċi moderati

 

PA, PR

 

 

OPA

 

 

 

 

 

Frott taż-żerriegħa

 

PA, PR

 

 

OPA

 

 

 

 

 

 

Tuffieħ

PA, PR

PA, PR

 

 

OPA, OP

 

 

 

 

 

 

Lanġas

PA, PR

PA, PR

 

 

OPA, OP

 

 

 

 

 

 

Frott taż-żerriegħa ieħor mhux klassifikat band’oħra

 

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott tal-għadma

 

PA, PR

 

 

OPA

 

 

 

 

 

 

Ħawħ

PA, PR

PA, PR

 

 

OPA, OP

 

 

 

 

 

 

Nuċiprisk

PA, PR

PA, PR

 

 

OPA, OP

 

 

 

 

 

 

Berquq

 

PA, PR

 

 

OPA, OP

 

 

 

 

 

 

Ċirasa

 

PA, PR

 

 

OPA, OP

 

 

 

 

 

 

 

Ċirasa ħelwa

 

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ċirasa morra

 

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

PA, PR

 

 

OPA, OP

 

 

 

 

 

 

Frott tal-għadma ieħor mhux klassifikat band’oħra

 

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Frott minn żoni klimatiċi subtropikali u tropikali

 

PA, PR

 

 

OPA

 

 

 

 

 

Tin

 

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

 

Kiwi

 

PA, PR

 

 

OPA, OP

 

 

 

 

 

Avokado

 

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

 

Banana

 

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott ieħor minn żoni klimatiċi subtropikali u tropikali mhux klassifikat band’oħra

 

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Frott artab (eskluż il-frawli)

 

PA, PR

 

 

OPA, OP

 

 

 

 

 

Ribes iswed

 

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

 

Ribes aħmar

 

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

 

Lampun

 

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

 

Mirtill

 

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott artab ieħor mhux klassifikat band’oħra

 

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Ġewż

 

PA, PR

 

 

OPA, OP

 

 

 

 

 

Ġewż

 

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġellewż

 

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

 

Lewż

 

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

 

Qastan

 

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

 

Lewż ieħor mhux klassifikat band’oħra

 

PA, PR

 

 

 

 

 

 

Frott taċ-ċitru

 

PA, PR

MA, PA, PR

MA

OPA, OP

 

 

 

 

Larinġ

PA, PR

PA, PR

PA, PR

 

OPA, OP

 

 

 

 

Frott żgħir taċ-ċitru

 

PA, PR

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Satsumi

PA, PR

PA, PR

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Klementini

PA, PR

PA, PR

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Frott żgħir taċ-ċitru ieħor u ibridi tal-mandolina mhux klassifikati band’oħra

 

PA, PR

PA, PR

 

 

 

 

 

 

Lumi u xkomp aċiduż

 

PA, PR

PA, PR

 

 

 

 

 

 

Pomelo u grejpfrut

 

PA, PR

PA, PR

 

 

 

 

 

 

Frott taċ-ċitru ieħor mhux klassifikat band’oħra

 

PA, PR

PA, PR

 

 

 

 

 

Għeneb

 

PA, PR

MA, PA, PR

MA

OPA, OP

 

 

 

 

Għeneb għall-inbejjed

 

PA, PR

PA, PR

 

OPA, OP

 

 

 

 

 

Għeneb għall-inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)

 

PA, PR

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Għeneb għall-inbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

 

PA, PR

PA, PR

 

 

 

 

 

 

 

Għeneb għal inbejjed oħra mhux klassifikati band’oħra (mingħajr DOP/IĠP)

 

PA, PR

PA, PR

 

 

 

 

 

 

Għeneb għall-ikel

 

PA, PR

PA, PR

 

 

 

 

 

 

Għeneb għaż-żbib

 

PA, PR

PA, PR

 

 

 

 

 

 

Għeneb għal skopijiet oħra mhux klassifikat band’oħra

 

PA, PR

PA, PR

 

 

 

 

 

Żebbuġ

PA, PR

PA, PR

MA, PA, PR

MA

OPA, OP

 

 

 

 

Żebbuġ għall-ikel

AP

PA, PR

PA, PR

 

 

 

 

 

 

Żebbuġ għaż-żejt

AP

PA, PR

PA, PR

 

 

 

 

 

Għelejjel permanenti oħra għall-konsum mill-bniedem mhux klassifikat band’oħra

 

PA, PR

MA

 

 

 

 

Mixtliet

 

 

MA

 

 

 

 

Għelejjel permanenti oħra

 

 

MA

 

 

N hija s-sena li għaliha tirreferi d-data

MA

=

erja prinċipali totali (1 000 ha)

PA

=

erja ta’ produzzjoni totali (1 000 ha)

OPA

=

erja ta’ produzzjoni organika ċċertifikata (1 000 ha)

OMC

=

erja organika ewlenija ċċertifikata

OMU

=

erja ewlenija li qed tiġi kkonvertita għal organika (1 000 ha)

OMA

=

erja ewlenija ċċertifikata jew li qed tiġi kkonvertita għal organika (1 000 ha)

PR

=

produzzjoni totali maħsuda (1 000 ha)

OP

=

produzzjoni organika ċċertifikata maħsuda (1 000 ha)

Perjodu ta’ referenza: Sena tal-ħsad

TAQSIMA II

Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl:

Erja tal-produzzjoni: tirreferi għall-erja li potenzjalment tista’ tinħasad prinċipalment fis-sena tal-ħsad ta’ referenza

Erja prinċipali: Ara s-sett tad-data i.1, it-taqsima II

Produzzjoni maħsuda: Ara s-sett tad-data i.1, it-taqsima II

Erja organika ċċertifikata: Ara s-sett tad-data i.1, it-taqsima II

Erja ewlenija ċċertifikata jew li qed tiġi kkonvertita għal organika: Ara s-sett tad-data i.1, it-taqsima II

Produzzjoni organika ċċertifikata maħsuda: Ara s-sett tad-data i.1, it-taqsima II

Rekwiżiti tekniċi relatati mal-varjabbli

Ir-rendiment tal-għelejjel jiġi kkalkulat billi l-produzzjoni totali maħsuda tiġi diviża bl-erja totali tal-produzzjoni. Eurostat se jikkalkula r-rendimenti tal-għelejjel abbażi tad-data trażmessa. Inċidenti relatati mat-temp li jkollhom impatti kbar fuq il-produzzjoni maħsuda għandhom jiġu rrapportati lill-Kummissjoni (Eurostat).

Valuri tal-livell limitu ta’ referenza tal-eżenzjoni mit-trażmissjoni tad-data

Il-valuri tal-livell limitu ta’ referenza kif iddefiniti fl-Artikolu 5(2) huma:

Varjabbli ta’ referenza:

Produzzjoni ta’

Valur tal-livell limitu ta’ referenza (1 000 tunnellata)

Eżenzjoni mit-trażmissjoni

Tuffieħ

150

it-30 ta’ Novembru tas-sena N

Lanġas

40

Ħawħ

90

Nuċiprisk

80

Larinġ

300

Klementini

140

Satsumi

120

Żebbuġ

700


(1)  Ara t-taqsima II għar-regoli dwar l-eżenzjoni mit-trażmissjoni tad-data

(2)  L-erjas fis-settijiet tad-data i.2 u i.3 huma inklużi fl-erja agrikola utilizzata, ħlief għall-erja tal-faqqiegħ ikkultivat fis-sett tad-data i.2

(3)  L-erjas fis-sett tad-data i.2 huma inklużi fl-erja tar-raba’ li jinħadem

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(5)  Ara t-taqsima II għar-regoli dwar l-eżenzjoni mit-trażmissjoni tad-data

(6)  Ara t-taqsima II għar-regoli dwar l-eżenzjoni mit-trażmissjoni tad-data


ANNESS II

BILANĊI TAL-GĦELEJJEL

SETT TAD-DATA ii.1

Bilanċi taċ-ċereali

Qasam:

b.

Statistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel

Suġġett:

ii.

Bilanċi tal-għelejjel

Suġġett dettaljat:

ii.1

Bilanċi taċ-ċereali

TAQSIMA I

Kontenut tad-data

Id-data għandha tkopri l-provvisti, l-użi u l-ħażniet taċ-ċereali ewlenin u l-ewwel livell tal-prodotti li jirriżultaw fl-Istati Membri matul il-perjodu ta’ referenza.

Karatteristiċi tal-għelejjel

Qamħ komuni u farru

Qamħ durum

Segala

Xgħir

Ħafur

Tritikal

Żerriegħa tal-qamħirrum u taħlita taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum

Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Tmiem is-sena tas-suq + 11-il xahar

Karatteristiċi tal-bilanċ

Provvista

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

 

Produzzjoni maħsuda

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

 

 

Telf u ħela fl-azjendi agrikoli

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

 

Importazzjonijiet

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

 

 

Importazzjonijiet intra-UE

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

 

 

Importazzjonijiet barra l-UE

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

 

L-istokkijiet tal-ftuħ fil-bidu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Użu

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

 

Użi domestiċi

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

 

 

Użi domestiċi – konsum mill-bniedem

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

 

 

Użi domestiċi – użu industrijali

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

 

 

 

Użi domestiċi – bijoetanol industrijali, użu ieħor ta’ bijofjuwil jew bijogass

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

 

 

Użi domestiċi – użati sħaħ għall-għalf tal-annimali

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

 

 

Użi domestiċi – żrieragħ

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

 

 

Użi domestiċi - telf

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

 

Esportazzjonijiet

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

 

 

Esportazzjonijiet intra-UE

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

 

 

Esportazzjonijiet barra l-UE

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

 

L-istokkijiet tal-għeluq fi tmiem is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

Q

=

Kwantità (1 000 tunnellata) fil-livell nazzjonali

Perjodu ta’ referenza: Is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni N (mill-1 ta’ Lulju tas-sena N sat-30 ta’ Ġunju tas-sena N+1)

TAQSIMA II

Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl

Il-kwantità tirreferi għall-kwantità tal-għalla, jew l-ekwivalenti espressa bħala ħbub, li tintuża għall-oġġett tal-bilanċ fl-umdità standard stabbli tas-suq fil-pajjiż.

SETT TAD-DATA ii.2

Bilanċi taż-żrieragħ żejtnin

Qasam:

b.

Statistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel

Suġġett:

ii.

Bilanċi tal-għelejjel

Suġġett dettaljat:

ii.2

Bilanċi taż-żrieragħ żejtnin

TAQSIMA I

Kontenut tad-data

Id-data għandha tkopri l-provvisti, l-użi u l-istokkijiet taż-żrieragħ żejtnin ewlenin fl-Istati Membri matul il-perjodu ta’ referenza.

Karatteristiċi tal-għelejjel

Lift u żrieragħ tal-lift tan-nevew

Żerriegħa tal-ġirasol

Sojja

Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Tmiem is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni + 11-il xahar

Karatteristiċi tal-bilanċ

Provvista

Q

Q

Q

 

Produzzjoni maħsuda

Q

Q

Q

 

 

Telf u ħela fl-azjendi agrikoli

Q

Q

Q

 

Importazzjonijiet

Q

Q

Q

 

 

Importazzjonijiet intra-UE

Q

Q

Q

 

 

Importazzjonijiet barra l-UE

Q

Q

Q

 

L-istokkijiet tal-ftuħ fil-bidu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni

Q

Q

Q

Użu

Q

Q

Q

 

Użi domestiċi

Q

Q

Q

 

 

Użi domestiċi - konsum mill-bniedem

Q

Q

Q

 

 

Użi domestiċi – użati sħaħ għall-għalf tal-annimali

Q

Q

Q

 

 

Użi domestiċi – tgħaffiġ

Q

Q

Q

 

 

 

Tgħaffiġ għaż-żjut – konsum mill-bniedem

Q

Q

Q

 

 

 

Tgħaffiġ għaż-żjut – bijofjuwils

Q

Q

Q

 

 

 

Tgħaffiġ għaż-żjut – użu industrijali ieħor

Q

Q

Q

 

 

Użi domestiċi - żrieragħ

Q

Q

Q

 

 

Użi domestiċi - telf

Q

Q

Q

 

Esportazzjonijiet

Q

Q

Q

 

 

Esportazzjonijiet intra-UE

Q

Q

Q

 

 

Esportazzjonijiet barra l-UE

Q

Q

Q

 

L-istokkijiet tal-għeluq fi tmiem is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni

Q

Q

Q

Q

=

Kwantità (1 000 tunnellata) fil-livell nazzjonali

Perjodu ta’ referenza: Is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni N (mill-1 ta’ Lulju tas-sena N sat-30 ta’ Ġunju tas-sena N+1)

TAQSIMA II

Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl

Il-kwantità tirreferi għall-kwantità tal-għalla jew l-ekwivalenti espressa bħala żrieragħ li tintuża għall-oġġett tal-bilanċ fl-umdità standard stabbli tas-suq fil-pajjiż.


ANNESS III

ARTIJIET BIL-ĦAXIX

SETT TAD-DATA iii.1

Ġestjoni tal-erjas tar-ragħa

Qasam:

b.

Statistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel

Suġġett:

iii.

Artijiet bil-ħaxix

Suġġett dettaljat:

iii.1

Ġestjoni tal-artijiet bil-ħaxix

TAQSIMA I

Kontenut tad-data

Id-data għandha tkopri l-erjas tal-artijiet bil-ħaxix permanenti u temporanji klassifikati skont l-età, il-kopertura u l-ġestjoni fl-Istati Membri matul il-perjodu ta’ referenza.

 

Erja totali

Li ġew ġestiti

Ġestiti, li minnhom huma ffertilizzati

Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

it-30 ta’ Settembru tas-sena N+1

Karatteristiċi tal-għelejjel

 

Art bil-ħaxix permanenti (20 sena u aktar)

MA, MAR

MA

MA

Art bil-ħaxix permanenti (bejn 11 u 19-il sena)

MA, MAR

MA

MA

Art bil-ħaxix permanenti (bejn 6 u 10 snin)

MA, MAR

MA

MA

Ħaxix u ragħi temporanji

MA, MAR

 

 

 

Età bejn sena u tliet snin

MA, MAR

 

 

 

Età bejn 4 u 5 snin

MA, MAR

 

 

Parti mit-total tal-artijiet bil-ħaxix permanenti

 

 

 

 

Siġar/kopertura tal-arbuxelli

MA, MAR

 

 

 

Erjas agroforestali ġestiti

MA, MAR

 

 

Unitajiet tal-kejl

MA

=

erja prinċipali totali (1 000 ha)

MAR

=

erja ewlenija fil-livell reġjonali

Frekwenza

:

Snin li jintemmu b’0, 3 jew 6

Perjodu ta’ referenza

:

Sena kalendarja

TAQSIMA II

Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl

Erja prinċipali: ara s-sett tad-data i.1


ANNESS IV

REKWIŻITI TA’ PREĊIŻJONI

Id-data miġbura għal kampjun u estrapolata għall-popolazzjoni statistika kollha ta’ sett tad-data għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ preċiżjoni ppreżentati fit-Tabella 1.

Ir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni japplikaw għat-trażmissjoni finali tal-istimi nazzjonali għal varjabbli speċifiċi li jappartjenu għas-settijiet tad-data elenkati fit-Tabella 1.

Il-varjabbli jirreferu għall-erjas ewlenin fil-livell nazzjonali.

Il-popolazzjonijiet rilevanti huma ddefiniti fl-ewwel kolonna tat-Tabella 1.

Tabella 1.

Rekwiżiti ta’ preċiżjoni

Popolazzjoni rilevanti

Fatturi varjabbli li għalihom japplikaw rekwiżiti ta’ preċiżjoni

Standard ta’ żball relattiv

Sett tad-data: Għelejjel li jinħartu u art bil-ħaxix permanenti

L-azjendi agrikoli bil-varjabbli rilevanti

Erjas ewlenin ta’ ċereali għall-produzzjoni tal-ħbub

3  %

Erjas ewlenin tal-bus u l-ħemes imnixxfa u tal-għelejjel li fihom il-proteini għall-produzzjoni tal-ħbub

Erjas ewlenin tal-għelejjel tal-għeruq

Erjas ewlenin tal-għelejjel industrijali

Erjas ewlenin tal-pjanti li jinħasdu fi stadju bikri mir-raba’ li jinħadem

Erjas ewlenin tal-art bil-ħaxix permanenti

Sett ta’ data: Ortikultura għajr l-għelejjel permanenti

L-azjendi agrikoli bi produzzjoni tal-ortikultura minbarra l-għelejjel permanenti.

Erjas ewlenin ta’ ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli

3  %

Sett tad-data: Għelejjel permanenti

L-azjendi agrikoli b’għelejjel permanenti.

Erjas ewlenin tal-għelejjel permanenti

3  %


ANNESS V

DESKRIZZJONIJIET

Sena tal-ħsad

Is-sena kalendarja li fiha jibda l-ħsad, inkluż il-perjodu li matulu jittieħdu l-miżuri preparatorji kollha (bħall-ħdim tar-raba’, it-tħawwil, u l-applikazzjoni ta’ fertilizzanti u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti) biex jiġi żgurat dak il-ħsad, anki matul is-sena kalendarja preċedenti.


Erja agrikola utilizzata esklużi l-ġonna kulinari

L-erja totali meħuda minn raba’ li jinħadem, art bil-ħaxix permanenti, u għelejjel permanenti.

Raba’ li jinħadem

Art maħduma (maħruta jew magħżuqa) u/jew imħawla regolarment, ġeneralment bħala parti minn sistema ta’ newba tal-għelejjel.

Għelejjel tax-xitwa

Għelejjel miżrugħa qabel jew matul ix-xitwa.

Għelejjel tar-rebbiegħa

Għelejjel miżrugħa fir-rebbiegħa.

Ċereali għall-produzzjoni tal-ħbub (inkluża ż-żerriegħa)

Iċ-ċereali kollha li jinħasdu niexfa għall-ħbub, irrispettivament mill-użu.

Qamħ u farru

Triticum aestivum L. emend. Fiori et Paol., Triticum spelta L., Triticum monococcum L, u Triticum durum Desf.

Qamħ komuni u farru

Triticum aestivum L. emend. Fiori et Paol., Triticum spelta L. u Triticum monococcum L. u speċijiet oħra tal-familja tat-Triticum imkabbra għall-kwalitajiet simili.

Qamħ durum

Triticum durum Desf.

Segala

Secale cereale L.

Taħlitiet ta’ ċereali tax-xitwa (maslin)

Taħlitiet ta’ segala u ċereali oħra u taħlitiet ta’ ċereali oħra miżrugħa qabel jew matul ix-xitwa (maslin).

Xgħir

Hordeum vulgare L.

Ħafur

Avena sativa L.

Taħlitiet taċ-ċereali tar-rebbiegħa (ħbub imħallta minbarra l-maslin)

Ċereali miżrugħa fir-rebbiegħa u mkabbra bħala taħlitiet.

Żerriegħa tal-qamħirrum u taħlita taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum

Zea mays L., maħsud għall-ħbub, bħala żerriegħa jew bħala taħlita taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum

Tritikal

x Triticoseciale Wittmack.

Sorgu

Sorghum bicolor (L.) Conrad Moench jew Sorghum x sudanense (Piper) Stapf.

Ross

Oryza sativa L.

Ross Indica

Oryza sativa ssp. indica

Ross Japonica

Oryza sativa ssp. japonica

Ċereali oħra mhux klassifikati band’oħra

Ċereali, li jinħasdu niexfa għall-ħbub, u li ma humiex irreġistrati band’oħra taħt il-punti preċedenti, bħall-millieġ (Panicum miliaceum L.), l-iskalora (Phalaris canariensis L.) u ċereali oħra mhux klassifikati band’oħra.

Psewdoċereali

Pjanti li jipproduċu l-frott jew iż-żrieragħ, li jintużaw u jiġu kkonsmati bħala ħbub, għalkemm botanikament la huma ħaxix u lanqas ħbub taċ-ċereali veri.

Qamħ saraċin

Fagopyrum esculentum Mill.

Kinoa

Chenopodium quinoa Willd.

Psewdoċereali oħrajn mhux klassifikati band’oħra

Psewdoċereali mhux klassifikati band’oħra.

Bus u ħemes imnixxfa u għelejjel li fihom il-proteini għall-produzzjoni tal-ħbub

Il-bus l- ħemes imnixxfa kollha u l-għelejjel kollha li fihom il-proteini li jinħasdu niexfa għall-ħbub, irrispettivament mill-użu.

Piżelli tal-għelieqi

Il-varjetajiet kollha tal-piżelli tal-għelieqi (Pisum sativum L. convar. sativum jew Pisum sativum L. convar. arvense L. jew convar. speciosum) maħsuda niexfa.

Ful u fażola tal-għelieqi

Il-varjetajiet kollha ta’ ful jew fażola tal-għelieqi (Vicia faba L. (partim)) maħsuda niexfa.

Lupini ħelwin

Il-lupini ħelwin kollha (Lupinus sp.) maħsuda niexfa għall-ħabba.

Għads

Lens culinaris Medikus.

Ċiċri

Cicer arietinum L.

Ġulbiena

Vicia sativa subsp. Sativa L. maħsuda niexfa għall-ħabba.

Legumi mnixxfin u għelejjel tal-proteini oħrajn mhux klassifikati band’oħra

Bus u ħemes imnixxfa u għelejjel li fihom il-proteini maħsuda niexfa għall-ħbub, li mhumiex irreġistrati xi mkien ieħor taħt l-oġġetti preċedenti.

Għelejjel tal-għeruq

Għelejjel ikkultivati għall-għeruq, it-tuberu jew iz-zokk modifikat tagħhom. Dan il-punt jeskludi l-ħxejjex tal-għeruq, tat-tuberi u tal-basla, bħaz-zunnarija, il-pitravi jew il-kolza, fost oħrajn.

Patata (inkluża l-patata taż-żrigħ)

Solanum tuberosum L.

Pitrava zokkrija (minbarra ż-żerriegħa)

Beta vulgaris L. subsp. vulgaris var. altissima Döll, prinċipalment maħsuba għall-industrija taz-zokkor u għall-produzzjoni tal-alkoħol.

Għelejjel oħra tal-għeruq mhux klassifikati band’oħra

Pitravi tal-għalf (Beta vulgaris L.) u pjanti tal-familja Brassicae li jinħasdu prinċipalment għall-għalf tal-annimali, irrispettivament minn jekk huwiex l-għerq jew iz-zokk, u pjanti oħra kkultivati prinċipalment għall-għeruq tagħhom għall-foraġġ, li mhux klassifikati band’oħra.

Għelejjel industrijali

Għelejjel li normalment ma jinbigħux direttament għall-konsum għaliex jeħtieġ li jiġu pproċessati b’metodi industrijali qabel l-użu finali.

Żrieragħ żejtnin

Għelejjel imkabbra prinċipalment għall-kontenut taż-żejt tagħhom.

Lift u żrieragħ tal-lift tan-nevew

Rapa (Brassica napus L.) u rapa tan-nevew (Brassica rapa L. var. oleifera (Lam.)) imkabbra għall-produzzjoni taż-żejt, maħsuda bħala ħbub imnixxfa.

Żerriegħa tal-ġirasol

Helianthus annuus L., maħsuda bħala ħbub nexfin.

Sojja

Glycine max L. Merril, maħsuda bħala ħbub nexfin, irrispettivament mill-użu.

Żerriegħa tal-kittien (kittien taż-żejt)

Varjetajiet (tal-kittien) taż-żerriegħa tal-kittien (Linum usitatissimum L.), prinċipalment imkabbra għall-produzzjoni taż-żejt u li jinħasdu bħala ħbub nexfin.

Għelejjel ta’ żrieragħ żejtnin oħra mhux klassifikati band’oħra

Għelejjel oħra mkabbra l-aktar għall-kontenut tagħhom ta’ żejt, maħsuda bħala qamħ niexef, li mhux klassifikati band’oħra.

Għelejjel tal-fibra

Għelejjel imkabbra prinċipalment għall-kontenut tal-fibra tagħhom.

Fibra tal-kittien

Varjetajiet tal-kittien (żerriegħa tal-kittien) (Linum usitatissimum L.), imkabbra prinċipalment għall-produzzjoni tal-fibra.

Qanneb

Cannabis sativa L. imkabbar għat-tiben u għal użi industrijali simili oħra.

Qoton

Gossypium spp., maħsud għall-użu tal-fibra u/jew taż-żrieragħ żejtnin.

Għelejjel tal-fibra oħra mhux klassifikati band’oħra

Pjanti oħra mkabbra prinċipalment għall-kontenut tal-fibra tagħhom, mhux klassifikati band’oħra, bħal ġuta (Corchorus capsularis L.), abaca alias manila (Musa textilis Née), sisal (Agave sisalana Perrine), u kenaf (Hibiscus cannabinus L.).

Tabakk

Nicotiana tabacum L. imkabbar għall-weraq

Ħops

Humulus lupulus L. imkabbar għall-koni.

Pjanti aromatiċi, mediċinali u kulinarji

Pjanti aromatiċi, mediċinali u kulinarji, ikkultivati għal finijiet farmaċewtiċi, għall-manifattura tal-fwieħa jew għall-konsum mill-bniedem.

Għelejjel għall-enerġija mhux klassifikati band’oħra

Għelejjel li jintużaw esklużivament għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, li mhux klassifikati band’oħra, u li jiġu kkultivati fuq raba’ li jinħadem.

Għelejjel industrijali oħra mhux klassifikati band’oħra

Għelejjel industrijali oħra mhux klassifikati band’oħra.

Pjanti li jinħasdu fi stadju bikri mir-raba’ li jinħadem

L-għelejjel kollha mir-raba’ li jinħadem li jinħasdu fi stadju bikri u li huma intenzjonati prinċipalment għall-għalf tal-annimali, għall-foraġġ jew għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, jiġifieri ċereali, ħxejjex, pjanti leguminużi jew industrijali, u għelejjel oħra f’raba’ li jinħadem li jinħasdu u/jew jintużaw fi stadju bikri.

Ħaxix u ragħi temporanji

Pjanti tal-ħaxix għar-ragħa, ħuxlief jew silaġġ inklużi bħala parti min-newba tal-għelejjel normali, li jdumu mill-inqas sena u normalment inqas minn ħames snin, miżrugħa mal-ħaxix jew mat-taħlitiet tal-ħaxix.

Pjanti leguminużi li jinħasdu fi stadju bikri

Pjanti leguminużi mkabbra u li jinħasdu fi stadju bikri bħala l-pjanta sħiħa, prinċipalment għall-foraġġ jew għall-użu tal-enerġija. Huma inklużi taħlitiet ta’ għelejjel u pjanti tal-ħaxix prinċipalment leguminużi (normalment > 80 % tal-legumi), li jinħasdu fi stadju bikri jew bħala ħuxlief imnixxef.

Nifel

Medicago spp. ikkultivat waħdu jew b’perċentwal għoli f’taħlita.

Taħlitiet ta’ ħaxix legumi

Art bil-ħaxix temporanju miżrugħa b’taħlita ta’ ħaxix u legumi tal-foraġġ (normalment < 80 % tal-legumi), maħsuda fi stadju bikri jew bħala ħuxlief imnixxef.

Pjanti leguminużi oħrajn li jinħasdu fi stadju bikri mhux klassifikati band’oħra

Pjanti eguminużi oħra maħsuda fi stadju bikri prinċipalment għall-foraġġ, jew għall-użu tal-enerġija.

Qamħirrum aħdar

Zea mays L.) imkabbar prinċipalment għas-silaġġ (ċifċiegħa sħiħa, partijiet mill-pjanta jew il-pjanta kollha) u li ma jinħasdux għall-ħbub.

Ċereali oħra li jinħasdu fi stadju bikri (minbarra l-qamħirrum aħdar)

Iċ-ċereali kollha (minbarra l-qamħirrum) imkabbra u li jinħasdu fi stadju bikri bħala l-pjanta sħiħa biex jintużaw għall-foraġġ jew għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli (produzzjoni tal-bijomassa).

Pjanti oħra li jinħasdu fi stadju bikri mir-raba’ li jinħadem mhux klassifikati band’oħra

Għelejjel annwali jew pluriennali oħra (inqas minn ħames snin) prinċipalment intenzjonati għall-foraġġ tal-annimali u li jinħasdu fi stadju bikri. Inkluż x’jifdal minn għelejjel mhux klassifikati band’oħra meta l-ħsad prinċipali jkun inqered, iżda r-residwi jkunu għadhom jistgħu jintużaw (bħala foraġġ jew enerġija rinnovabbli).

Żrieragħ u nebbieta

Erjas li jipproduċu żrieragħ tal-għelejjel tal-għeruq (minbarra patata u pjanti oħra fejn l-għeruq jintużaw ukoll bħala żrieragħ), għelejjel għall-foraġġ, ħaxix, għelejjel industrijali (minbarra żrieragħ żejtnin) u żrieragħ u nebbieta ta’ ħxejjex u fjuri.

Raba’ mistrieħ

Raba’ li jinħadem jew inkluż fis-sistema tan-newba tal-għelejjel jew inkella miżmum f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT), kemm jekk maħdum jew le, iżda li ma jkunx se jinħasad għad-durata ta’ sena taż-żrigħ. Il-karatteristika essenzjali tar-raba’ mistrieħ hija li jitħalla jirkupra, normalment għal sena taż-żrigħ sħiħa. Raba’ mistrieħ jista’ jkun:

(i)

raba’ vojt li ma jkollu ebda għalla fih; jew

(ii)

raba’ bi tkabbir naturali spontanju, li jista’ jintuża għall-għalf jew jinħarat; jew

(iii)

raba’ miżrugħ esklussivament għall-produzzjoni tad-demel aħdar (raba’ mistrieħ aħdar).

Għelejjel oħra f’raba’ li jinħadem mhux klassifikati band’oħra

Għelejjel li jinħartu mhux klassifikati band’oħra

Art bil-ħaxix permanenti

Art li tintuża b’mod permanenti (għal diversi snin konsekuttivi, normalment ħames snin jew aktar) biex jitkabbru għalf erbaċew, foraġġ jew għelejjel għall-finijiet ta’ enerġija, permezz tal-kultivazzjoni (miżrugħa) jew b’mod naturali (jitilgħu waħidhom), u li mhijiex inkluża fin-newba tal-għelejjel fl-azjenda agrikola. L-art bil-ħaxix tista’ tintuża għar-ragħa, tinħasad għas-silaġġ u għall-ħuxlief, jew tintuża għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli.

Bwar u mergħa permanenti, esklużi ragħi mhux ikkultivati

Bwar permanenti fuq ħamrija ta’ kwalità tajba jew medja, li normalment jistgħu jintużaw għar-ragħa intensiv.

Ragħi permanenti mhux ikkultivati

Art bil-ħaxix permanenti li trendi ftit, normalment fuq ħamrija ta’ kwalità baxxa, pereżempju fuq għoljiet jew f’altitudnijiet għolja, normalment mhux megħjuna minn fertilizzanti, kultivazzjoni, żrigħ mill-ġdid jew drenaġġ. Dawn l-erjas normalment jistgħu jintużaw biss għar-ragħa estensiv u normalment ma jinħasdux, jew inkella jinħasdu b’mod estensiv billi ma jistgħux jappoġġaw densità kbira ta’ annimali.

Art bil-ħaxix permanenti li ma għadhiex tintuża għal finijiet tal-produzzjoni u eliġibbli għall-pagament tas-sussidji

Art bil-ħaxix u mergħat permanenti li ma għadhomx jintużaw għall-finijiet tal-produzzjoni u li, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew, fejn applikabbli, mal-aktar leġiżlazzjoni reċenti, huma miżmuma fi stat li jagħmilhom adattati għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni mingħajr azzjoni preparatorja li tmur lil hinn mill-użu tal-metodi agrikoli u l-makkinarju tas-soltu, u li huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju.


Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli

Il-brassika kollha, il-ħxejjex bil-weraq u biz-zkuk, il-ħxejjex ikkultivati għall-frott, il-ħxejjex bl-għeruq, bit-tuberi u bil-basla, il-bus u l-ħemes friski, ħxejjex oħra maħsuda friski (mhux nexfin) u frawli. Dan jirreferi kemm għall-ħxejjex kif ukoll għall-frawli mkabbra fuq art li tinħadem fuq barra bin-newba ma’ għelejjel agrikoli jew ortikulturali oħra u għal dawk imkabbra b’kopertura tal-ħġieġ jew aċċessibbli għolja.

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ)

Il-brassika, il-ħxejjex bil-weraq u biz-zkuk, il-ħxejjex ikkultivati għall-frott, il-ħxejjex tal-għeruq, tat-tuberi u tal-basla, bus u ħemes friski u ħxejjex oħra maħsuda friski (mhux nexfin), kollha.

Brassika

Il-brassika kollha kkultivata għall-weraq, iz-zkuk, l-inflorexxenza, il-blanzuni kif ukoll il-ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi, maħsuda friski (mhux nexfin).

Pastard u brokkli

Tinkludi l-Pastard (Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L.)), Brokkoli (Brassica oleracea L. var. botrytis subvar. cymos), Fjura tal-brokkli (varjetà ħadra ta’ pastard), Brokkolini, brokkli Ċiniżi, kaboċċa Ċiniża jew kailaan (ibridu ta’ brokkli u gai lan (Brassica oleracea L. var. alboglabra)), brokkli Romanesco (Brassica oleracea convar. Botrytis var. botrytis).

Kaboċċi ta’ Brussell

Brassica oleracea L. var. Gemmifera DC.

Kaboċċi

Tinkludi l-Kaboċċa Kkapoċċata (Brassica oleracea L. var. oleracea), Kaboċċa ppuntata (Brassica oleracea L. convar. capitata Alef. var. alba DC), Kaboċċa ħamra (Brassica oleracea L. convar. capitata Alef. var. capitata L. f. rubra), Kaboċċa mfelfla (savoy) (Brassica oleracea L. convar. capitata Alef. var. sabauda L.).

Brassika oħra mhux klassifikati band’oħra

Il-brassika l-oħra kollha mhux klassifikati band’oħra.

Ħxejjex bil-weraq u biz-zkuk (eskluża l-brassika)

Il-ħxejjex kollha bil-weraq u biz-zkuk (minbarra l-brassika) kurrat, karfus, ħass, indivja, spinaċi, spraġ, ċikwejra, qaqoċċ u ħxejjex oħra bil-weraq jew biz-zkuk.

Kurrat

Allium porrum L u speċijiet oħra tal-familja Allium imkabbra għal kwalitajiet simili.

Karfus

Apium graveolens var. Dulce (Mill.) Pers.

Ħass

Lactuca spp.

Indivja

Indivja (Cichorium endivia L. var. crispum Lam.) u skalora (Cichorium endivia L. var. latifolium Lam.).

Spinaċi

Spinacia oleracea L.

Spraġ

Asparagus officinalis L.

Ċikwejra

Varjetajiet taċ-ċikwejra (Cichorium intybus L.) għall-insalata u għall-ipproċessar tal-inulina jew tal-kafè.

Qaqoċċ

Cynara scolymus L.

Ħxejjex oħra bil-weraq jew biz-zkuk mhux klassifikati band’oħra

Ħxejjex oħra bil-weraq jew biz-zkuk mhux klassifikati band’oħra.

Ħxejjex ikkultivati għall-frott (inkluż il-bettieħ)

Il-ħxejjex kollha kkultivati għall-frott: it-tadam, il-ħjar, il-ħjar tal-pikles, il-brunġiel, iz-zukkini u l-qarabagħli, il-qargħa u l-qargħa ħamra, il-bettieħ ta’ Spanja u d-dulliegħ, il-bżar (Capsicum spp.) u ħxejjex oħra kkultivati għall-frott.

Tadam

It-tadam kollu (Solanum lycopersicon L. Syn. Lycopersicon lycopersicum (L.) H. Karst. Syn. Lycopersicon esculentum Mill.).

Ħjar u ħjar tal-pikles

Il-ħjar (Cucumis sativus L.), inklużi l-kultivari speċifiċi li ġeneralment jintużaw għall-ħjar tal-pikles. Il-ħjar tal-pikles tal-Antilli u l-ħjar tal-pikles (Cucumis anguria L.) huma inklużi.

Brunġiel

Solanum melongena L.

Zukkini u qarabagħli

Varjetajiet ta’ zukkini u qarabagħli (Cucurbica pepo L. ssp.Pepo).

Qargħa u qargħa ħamra

Varjetajiet tal-qargħa (Cucurbita moschata Duchesne) u qargħa ħamra (Curcubica maxima spp.) maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

Bettieħ ta’ Spanja

Cucumis melo L.

Dulliegħ

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. u Nakai.

Bżar (capsicum)

Il-bżar (ħelu) kollu (Capsicum annuum L.) u l-bżar aħmar (Capsicum frutescens L.).

Ħxejjex oħra kkultivati għall-frott mhux klassifikati band’oħra

Ħxejjex oħra kkultivati għall-frott għall-konsum mill-bniedem, mhux klassifikati band’oħra.

Ħxejjex tal-għeruq, tat-tuberi u tal-basla

Il-ħxejjex tal-għeruq, tat-tuberi u tal-basla kollha: zunnarija, basal, xalotti, pitravi, karfusa liftija, ravanell, tewm u ħxejjex oħra tal-għeruq, tat-tuberi u tal-basal.

Zunnarija

Daucus carota L. ssp. sativus (Hoffm.) Hayek.

Basal u xalotti

Basal komuni (Allium cepa L.), kurrat selvaġġ b’weraq wiesa’ (Allium ampeloprasum L.), basla tal-għenieqed (Allium fistulosum L.) u xalotti (Allium ascalonicum L.) u speċijiet oħra tal-familja Allium imkabbra għal kwalitajiet simili.

Pitravi

Beta vulgaris L. var. conditiva Alef.

Karfusa liftija

Apium graveolens L. var. rapaceum.

Ravanell

Ir-ravanell kollu (Raphanus sativus L.), li jinħasad u jintuża bħala ħxejjex.

Tewm

Allium sativum L.

Ħxejjex oħra tal-għeruq, tat-tuberi u tal-basla mhux klassifikati band’oħra.

Ħxejjex tal-għeruq, tat-tuberi u tal-basla għall-konsum mill-bniedem, mhux klassifikati band’oħra.

Bus u ħemes friski

Il-bus u l-ħemes frisk kollu, bħal piżelli, fażola, u bus u ħemes frisk ieħor għall-konsum mill-bniedem.

Piżelli friski

Il-piżelli kollha Pisum sativum L. (partim)) maħsuda friski għall-konsum mill-bniedem.

Fażola friska

Fażola komuni u fażola ta’ Spanja (Phaseolus spp.) u fażola mung, fażola tal-għajn u fażola urad (Vigna spp.) maħsuda friska għall-konsum mill-bniedem.

Bus u ħemes friski oħra mhux klassifikati band’oħra

Bus u ħemes friski għall-konsum mill-bniedem lmhux klassifikati band’oħra.

Ħxejjex friski oħra mhux klassifikati band’oħra

Il-ħxejjex friski l-oħra kollha għall-konsum mill-bniedem mhux klassifikati band’oħra.

Frawli

Fragaria spp.

Fjuri u pjanti ornamentali (esklużi l-mixtliet)

Il-fjuri u l-pjanti ornamentali kollha maħsuba biex jinbiegħu bħala fjuri maqtugħa, bħala fjuri u pjanti fi qsari, għat-tħawwil u għall-gallariji u bħala fjuri bil-basla u bil-basla tuberuża u pjanti ornamentali oħra.

Faqqiegħ kultivat

Faqqiegħ kultivat imkabbar f’binjiet li nbnew jew ġew adattati apposta għal dak l-iskop, kif ukoll f’postijiet taħt l-art, għerien u kantini.

Faqqiegħ champignons

Faqqiegħ tal-mejda (Agaricus bisporus L.).

Faqqiegħ ikkultivat ieħor mhux klassifikat band’oħra

Faqqiegħ ikkultivat ieħor mhux klassifikat band’oħra.


Għelejjel permanenti

Is-siġar tal-frott kollu, is-siġar tal-frott taċ-ċitru kollu, is-siġar tal-lewż kollu, il-pjantaġġuni tal-frott artab kollha, il-vinji kollha, is-siġar taż-żebbuġ kollha u l-għelejjel permanenti l-oħra kollha li jintużaw għall-konsum mill-bniedem (eż. te, kafè jew ħarrub) u għal finijiet oħra (eż. mixtliet, siġar tal-Milied jew pjanti għall-immaljar u l-insiġ bħar-rattan jew il-bambù).

Għelejjel permanenti għall-konsum mill-bniedem

Is-siġar kollha tal-frott, is-siġar kollha tal-frott taċ-ċitru, is-siġar kollha tal-ġewż, il-pjantaġġuni kollha tal-frott artab, il-vinji kollha, is-siġar kollha taż-żebbuġ u l-għelejjel permanenti l-oħra kollha li jintużaw għall-konsum mill-bniedem (eż. it-tè, il-kafè jew il-ħarrub).

Frott, frott artab u ġewż (esklużi l-frott taċ-ċitru, l-għeneb u l-frawli)

Ġonna tal-frott taż-żerriegħa, frott tal-għadma, frott artab, ġewż u frott minn żoni klimatiċi tropikali u subtropikali.

Frott minn żoni klimatiċi moderati

Ġonna tal-frott taż-żerriegħa, frott tal-għadma, frott artab u ġewż, eskluż il-frott minn żoni klimatiċi tropikali u subtropikali.

Frott taż-żerriegħa

Frott taż-żerriegħa kollu bħal tuffieħ (Malus spp.), lanġas (Pyrus spp.), sfarġel (Cydonia oblonga Mill.) jew naspli (Mespilus germanica, L.).

Tuffieħ

Malus pumila Miller syn. Malus domestica (Borkh.) Borkh.

Lanġas

Pyrus communis L.

Frott taż-żerriegħa ieħor mhux klassifikat band’oħra

Frott taż-żerriegħa mhux klassifikat band’oħra.

Frott tal-għadma

Frott tal-għadma, bħal ħawħ u nuċiprisk (Prunus persica (L.) Batch), berquq (Prunus armeniaca L. u oħrajn), ċirasa ħelwa u qarsa (Prunus avium L., P. cerasus), għanbaqar (Prunus domestica L. u oħrajn) u xi frott tal-għadma ieħor mhux klassifikat band’oħra, bħal prun selvaġġ (Prunus spinosa L.) jew naspli (Eriobotrya japonica (Thunb.) Lindl.).

Ħawħ

Prunus persica (L.) Batch.

Nuċiprisk

Prunus persica (L.) Batsch. var. nucipersica.

Berquq

Prunus armeniaca L.

Ċirasa

Ċirasa ħelwa (Prunus avium L.) u ċirasa qarsa (Prunus cerasus L.)

Ċirasa ħelwa

Prunus avium L.

Ċirasa qarsa

Prunus cerasus L.

Għanbaqar

Prunus domestica L.

Frott tal-għadma ieħor mhux klassifikat band’oħra

Frott tal-għadma mhux klassifikat band’oħra.

Frott minn żoni klimatiċi subtropikali u tropikali

Il-frott kollu minn żoni klimatiċi subtropikali u tropikali bħat-tin (Ficus carica L.), il-kiwi (Actinidia chinensis Planch.), l-avokado (Persea americana Mill.) u l-banana (Musa spp.).

Tin

Ficus carica L.

Kiwi

Actinidia chinensis Planch.

Avokado

Persea americana Mill.

Banana

Musa spp.

Frott ieħor minn żoni klimatiċi subtropikali u tropikali mhux klassifikat band’oħra

Frott minn żoni klimatiċi subtropikali u tropikali mhux klassifikat band’oħra

Frott artab (eskluż il-frawli)

Il-frott artab ikkultivat kollu bħar-ribes iswed (Ribes nigrum L.), ir-ribes aħmar (Ribes rubrum L.), il-lampun (Rubus idaeus L.) u l-mirtill (Vaccinium corymbosum L.).

Mirtill

Ripes nigrum L.

Ribes aħmar

Ribes rubrum L., inkluż ukoll il-varjant abjad.

Lampun

Rubus idaeus L.

Mirtill

Vaccinium corymbosum L.

Frott artab ieħor mhux klassifikat band’oħra

Frott artab ieħor mhux klassifikat band’oħra.

Ġewż

Is-siġar kollha tal-ġewż: ġewż tal-Indja, ġellewż, lewż, qastan u ġewż ieħor.

Ġewż tal-Indja

Juglans regia L.

Ġellewż

Corylus avellana L.

Lewż

Prunus dulcis (Mill.) D.A.Webb.

Qastan

Castanea sativa Mill.

Ġewż ieħor mhux klassifikat band’oħra

Ġewż mhux klassifikat band’oħra.

Frott taċ-ċitru

Frott taċ-ċitru (Citrus spp..): larinġ, frott żgħir taċ-ċitru, lumi, xkomp, pomelos, grejpfrut u frott taċ-ċitru ieħor.

Larinġ

Larinġ, inklużi varjetajiet taż-żokra, bojod u tad-demm (Citrus sinensis (L.) Osbeck) u Larinġ Morr (Citrus aurantium L.).

Frott żgħir taċ-ċitru

Il-frott żgħir taċ-ċitru kollu.

Klementini

Citrus x clementina.

Satsumi

Citrus unshiu var. owari, clausellina, planellina, eċċ.

Frott żgħir taċ-ċitru ieħor u ibridi tal-mandolina mhux klassifikat band’oħra

Il-frott żgħir taċ-ċitru l-ieħor kollu mhux klassifikat band’oħra.

Lumi u xkomp aċiduż

Citrus limon (L.) Burm.f., C. jambhiri Lush., C. meyeri Yu. Tanaka, C. pseudolimon Tanaka jew ibridi ma’ waħda minn dawn bħala ġenitur.

Pomelo u grejpfrut

Pomelo (Citrus maxima (Merr., Burm. f.)) u grejpfut (Citrus paradisi (Macfad.)).

Frott ieħor taċ-ċitru mhux klassifikat band’oħra

Frott taċ-ċitru mhux klassifikat band’oħra.

Għeneb

Vitis vinifera L., użat għall-finijiet kollha.

Għeneb għall-inbejjed

Varjetajiet ta’ għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta’ meraq, most u/jew inbid.

Għeneb għall-inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)

Varjetajiet ta’ għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta’ nbejjed b’denominazzjoni protetta ta’ oriġini li huma konformi mar-rekwiżiti (i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 491/2009 jew, fejn applikabbli, mal-aktar leġiżlazzjoni riċenti u (ii) mar-regoli nazzjonali korrispondenti.

Għeneb għall-inbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

Varjetajiet ta’ għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta’ nbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta li huma konformi mar-rekwiżiti (i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 491/2009 jew, fejn applikabbli, mal-aktar leġiżlazzjoni riċenti u (ii) mar-regoli nazzjonali korrispondenti.

Għeneb għal inbejjed oħra mhux klassifikati band’oħra (mingħajr DOP/IĠP)

Varjetajiet ta’ għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta’ nbejjed għajr inbejjed DOP u IĠP.

Għeneb għall-ikel

Varjetajiet ta’ għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta’ għeneb frisk.

Għeneb għaż-żbib

Varjetajiet ta’ għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni taż-żbib.

Għeneb għal skopijiet oħra mhux klassifikat band’oħra

Varjetajiet ta’ għeneb għal skopijiet oħra mhux klassifikati band’oħra (mhux għall-inbid, għall-meraq, għall-most, għall-użu fuq il-mejda jew għaż-żbib).

Żebbuġ

Siġar taż-żebbuġ (Olea europea L.) imkabbra għall-produzzjoni taż-żebbuġ.

Żebbuġ għall-użu fuq il-mejda

Siġar taż-żebbuġ għall-produzzjoni taż-żebbuġ tal-mejda.

Żebbuġ għaż-żejt

Siġar taż-żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa.

Għelejjel permanenti oħra għall-konsum mill-bniedem mhux klassifikati band’oħra

Għelejjel permanenti għall-konsum mill-bniedem mhux klassifikati band’oħra.

Mixtliet

Erjas fejn il-pjanti tal-għuda li għadhom żgħar (tal-injam) jitkabbru fil-miftuħ biex wara jinqalgħu u jitħawlu banda oħra.

Għelejjel permanenti oħra

Għelejjel permanenti mhux klassifikati band’oħra, pjanti għall-immaljar u għall-insiġ (normalment maħsuda kull sena) u siġar imħawla bħala siġar tal-Milied fl-erja agrikola utilizzata.

Bilanċi tal-għelejjel

Prodotti tal-ewwel livell

Prodotti li jirriżultaw mill-ewwel ipproċessar ta’ prodott tal-għelejjel mhux ipproċessat fl-istadju inizjali tiegħu, bħad-dqiq.

Telf u ħela fl-azjendi agrikoli

Telf li jseħħ wara l-ħsad, jiġifieri waqt il-ħżin jew waqt it-tħejjija għall-bejgħ, eż. is-separazzjoni.

Importazzjonijiet intra-UE

Il-volum tal-importazzjonijiet intra-UE tal-prodotti tal-għelejjel.

Importazzjonijiet barra l-UE

Il-volum tal-importazzjonijiet barra l-UE tal-prodotti tal-għelejjel.

Stokk tal-ftuħ

Il-prodotti kollha tal-għelejjel (ċereali u żrieragħ żejtnin f’ekwivalenti ta’ ħbub) disponibbli fir-razzett jew fis-suq fil-bidu tas-sena tas-suq tal-għelejjel (l-1 ta’ Lulju tas-sena N).

Stokk tal-għeluq

Il-prodotti kollha tal-għelejjel (ċereali u żrieragħ żejtnin f’ekwivalenti ta’ ħbub) disponibbli fl-istokk fi tmiem is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-għelejjel (it-30 ta’ Ġunju tas-sena N+1) li hija ugwali għall-istokk tal-ftuħ tal-perjodu ta’ referenza li jmiss.

Użi domestiċi

It-total tal-użi kollha possibbli tal-prodotti tal-għelejjel (esklużi l-esportazzjonijiet u l-istokk finali) fiż-żona ta’ referenza matul il-perjodu ta’ referenza.

Użi domestiċi - konsum mill-bniedem

Il-kwantitajiet ta’ prodotti tal-għelejjel mhux ipproċessati jew ipproċessati użati għall-konsum mill-bniedem fiż-żona ta’ referenza u fil-perjodu ta’ referenza, esklużi l-kwantitajiet ta’ żrieragħ żejtnin użati għat-tgħaffiġ għaż-żjut għall-konsum mill-bniedem.

Użi domestiċi – użu industrijali

Il-kwantità ta’ prodotti tal-għelejjel użati mill-industrija għall-produzzjoni ta’ prodotti industrijali għajr dawk maħsuba għall-konsum mill-bniedem, esklużi l-kwantitajiet taż-żrieragħ żejtnin użati għat-tgħaffiġ għaż-żjut għall-konsum mill-bniedem.

Użi domestiċi – bijoetanol industrijali, użu ieħor ta’ bijofjuwil jew bijogass

Il-kwantitajiet tal-prodotti tal-għelejjel użati mill-industrija għall-produzzjoni tal-bijoetanol jew bijofjuwils jew bijogass ieħor.

Użi domestiċi – użati sħaħ għall-għalf tal-annimali

Il-kwantitajiet ta’ prodotti tal-għelejjel (mhux ipproċessati jew ipproċessati) użati għall-għalf dirett tal-annimali fir-razzett jew mill-industrija tal-għalf, esklużi l-prodotti sekondarji minn proċessi industrijali oħra (eż. pasta taż-żrieragħ żejtnin).

Użi domestiċi – żrieragħ

Il-kwantitajiet ta’ żrieragħ użati għaż-żrigħ matul iċ-ċiklu ta’ produzzjoni li jmiss.

Użi domestiċi – telf

Telf li jseħħ matul l-użu tal-prodotti tal-għelejjel għall-konsum mill-bniedem, għall-użu industrijali, għall-għalf tal-annimali u għaż-żrieragħ.

Użi domestiċi – tgħaffiġ

Il-kwantitajiet taż-żrieragħ żejtnin użati għat-tgħaffiġ (l-ipproċessar) sabiex jiġu prodotti żjut u pasta veġetali.

Tgħaffiġ għaż-żjut – konsum mill-bniedem

Il-kwantitajiet ta’ żrieragħ żejtnin użati għat-tgħaffiġ (l-ipproċessar) sabiex jiġu prodotti żjut veġetali għall-konsum mill-bniedem, esklużi l-kwantitajiet użati għall-konsum mill-bniedem mingħajr tgħaffiġ.

Tgħaffiġ għaż-żjut - bijofjuwils

Il-kwantitajiet ta’ żrieragħ żejtnin użati għat-tgħaffiġ (l-ipproċessar) sabiex jiġu prodotti żjut veġetali għal użi industrijali għall-bijofjuwils.

Tgħaffiġ għaż-żjut – użu industrijali ieħor

Il-kwantitajiet ta’ żrieragħ żejtnin użati għat-tgħaffiġ (l-ipproċessar) sabiex jiġu prodotti żjut veġetali għal użi industrijali għajr għall-bijofjuwils.

Esportazzjonijiet intra-UE

Il-volum tal-esportazzjonijiet intra-UE tal-prodotti tal-għelejjel.

Esportazzjonijiet barra l-UE

Il-volum tal-esportazzjonijiet barra mill-UE tal-prodotti tal-għelejjel.

Artijiet bil-ħaxix u ragħi

Artijiet bil-ħaxix

Erjas agrikoli koperti b’mod predominanti minn pjanti tal-ħaxix, għat-tkabbir ta’ għalf erbaċew, foraġġ jew għelejjel għal skopijiet ta’ enerġija, irrispettivament mill-età.

Art bil-ħaxix permanenti ġestita

Art bil-ħaxix permanenti li hija ġestita b’mod regolari (mhux neċessarjament kull sena) permezz ta’ żrigħ mill-ġdid, irrigazzjoni, fertilizzata, jew trattata bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti bħala parti mill-pjanijiet ta’ ġestjoni fit-tul tal-azjendi agrikoli, inklużi erjas li ma għadhomx jintużaw għal skopijiet ta’ produzzjoni u eliġibbli għall-pagament tas-sussidji.

Art bil-ħaxix permanenti ffertilizzata

Art bil-ħaxix permanenti ġestita li hija ffertilizzata regolarment (mhux neċessarjament kull sena) b’fertilizzanti inorganiċi jew organiċi għajr il-ħmieġ ta’ bhejjem li jirgħu bħala parti mill-pjanijiet ta’ ġestjoni fit-tul tar-razzett.

Siġar – kopertura tal-arbuxelli (fuq art bil-ħaxix)

Erjas ta’ art bil-ħaxix b’kopertura tal-pjanti li tikkonsisti minn speċijiet ta’ pjanti bi zkuk tal-injam (siġar u arbuxelli) esklużi l-erjas agroforestali u l-erjas fejn l-attivitajiet agrikoli u forestali jseħħu b’mod parallel (eż. montado u dehesas).

Erjas agroforestali ġestiti (fuq l-art bil-ħaxix)

L-agroforestrija hija tip partikolari ta’ sistema u teknoloġija tal-użu tal-art fejn il-perenni tal-injam (siġar, arbuxelli, eċċ.) jintużaw deliberatament fl-istess unità tal-ġestjoni tal-art b’għelejjel agrikoli u/jew annimali. Jitqiesu biss iż-żoni agroforestali fuq l-artijiet bil-ħaxix. Il-preżenza ta’ siġar u ta’ arbuxelli li ma jappartjenux għal sistema agroforestali hija eskluża.

1

Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).

2

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 491/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 154, 17.6.2009, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

26.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/74


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1539

tal-20 ta’ Lulju 2023

li taħtar il-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1696 tat-13 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli ta’ ħidma tal-bord tal-għażla previsti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (2),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/133 tas-17 ta’ Jannar 2023 li taħtar il-membri tal-bord tal-għażla previst fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 (3),

Wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati u l-klassifikazzjoni tal-kandidati mħejjija mill-bord tal-għażla,

Billi:

(1)

L-UPPE ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2017/1939.

(2)

Il-Prosekuturi Ewropej jissorveljaw l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1939.

(3)

Il-mandati ta’ tmien Prosekuturi Ewropej maħtura għal perjodu ta’ tliet snin li ma jiġġeddidx bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1117 (4) jiskadu fit-28 ta’ Lulju 2023. Biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonament tal-Kulleġġ tal-UPPE, li jikkonsisti mill-Kap Prosekutur Ewropew u Prosekutur Ewropew wieħed għal kull Stat Membru parteċipanti, jeħtieġ li l-Kunsill jaħtar tmien Prosekuturi Ewropej għal dawk il-pożizzjonijiet li mid-29 ta’ Lulju 2023 ser ikunu vakanti.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1696 tistabbilixxi r-regoli ta’ ħidma tal-bord tal-għażla previsti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 (“ir-regoli ta’ ħidma tal-bord tal-għażla”).

(5)

Skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2017/1939, kull Stat Membru parteċipant irid jinnomina tliet kandidati għall-pożizzjoni ta’ Prosekutur Ewropew minn fost kandidati li huma membri attivi tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jew tal-ġudikatura tal-Istat Membru rilevanti, li l-indipendenza tagħhom tkun mingħajr dubju u li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa biex jinħatru f’kariga għolja ta’ prosekuzzjoni jew ġudizzjarja fl-Istati Membri rispettivi tagħhom, u li jkollhom esperjenza prattika rilevanti tas-sistemi legali nazzjonali, ta’ investigazzjonijiet finanzjarji u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali f’materji kriminali.

(6)

Spanja u l-Portugall innominaw il-kandidati għall-pożizzjonijiet li ser isiru vakanti mid-29 ta’ Lulju 2023.

(7)

Il-bord tal-għażla ħejja l-opinjonijiet motivati u l-klassifikazzjoni għal kull wieħed mill-kandidati nominati minn dawk l-Istati Membri li ssodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2017/1939 u ppreżentahom lill-Kunsill, li rċevihom fit-30 ta’ Ġunju 2023.

(8)

Skont ir-raba’ paragrafu tar-Regola VII.2 tar-regoli ta’ ħidma tal-bord tal-għażla, il-bord tal-għażla kklassifika lill-kandidati skont il-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom. Il-klassifikazzjoni tindika l-ordni ta’ preferenza tal-bord tal-għażla iżda mhijiex vinkolanti fuq il-Kunsill.

(9)

F’konformità mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939, wara li jkun irċieva l-opinjonijiet motivati tal-bord tal-għażla, il-Kunsill jagħżel u jaħtar wieħed mill-kandidati biex ikun il-Prosekutur Ewropew tal-Istat Membru parteċipanti inkwistjoni.

(10)

F’konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi, jagħżel u jaħtar il-Prosekuturi Ewropej għal perjodu ta’ sitt snin li ma jiġġeddidx.

(11)

Il-Kunsill ivvaluta l-merti rispettivi tal-kandidati b’kont meħud tal-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-bord tal-għażla.

(12)

Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni tal-merti rispettivi tal-kandidati, il-Kunsill segwa l-ordni ta’ preferenza mhux vinkolanti indikata mill-bord tal-għażla għall-kandidati nnominati minn Spanja u l-Portugall,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura Prosekuturi Ewropej tal-UPPE għal perjodu ta’ sitt snin li ma jiġġeddidx mid-29 ta’ Lulju 2023:

 

Is-Sur Ignacio DE LUCAS MARTÍN (5),

 

Is-Sur José António LOPES RANITO (6).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.

(2)   ĠU L 282, 12.11.2018, p. 8.

(3)   ĠU L 17, 19.1.2023, p. 90.

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1117 tas-27 ta’ Lulju 2020 li taħtar il-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU L 244, 29.7.2020, p. 18).

(5)  Nominat minn Spanja.

(6)  Nominat mill-Portugall.


26.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/76


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1540

tal-25 ta’ Lulju 2023

li temenda u tikkoreġi d-Deċiżjoni (UE) 2021/1870 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti kożmetiċi u għall-prodotti għall-kura tal-annimali

(notifikata bid-dokument C(2023) 4845)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1870 (2) stabbiliet kriterji tal-Ekotikketta tal-UE u rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u ta’ verifika għall-gruppi ta’ prodotti “prodotti kożmetiċi” u “prodotti għall-kura tal-annimali”.

(2)

Il-partijiet ikkonċernati tal-industrija u l-membri tal-Bord tal-Ekotikkettar tal-UE indikaw li ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870 jistgħu jiġu interpretati b’modi differenti, u dan jista’ jwassal għal inkonsistenzi fl-implimentazzjoni prattika ta’ dik id-Deċiżjoni. Sabiex tiġi evitata tali applikazzjoni inkonsistenti, u sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza legali u ċ-ċertezza legali, jeħtieġ li tiġi prevista formulazzjoni aktar ċara f’dawk id-dispożizzjonijiet.

(3)

Id-definizzjoni ta’ “kontenut attiv” fit-taqsima tal-qafas tal-Annessi I u II tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870 fiha żball li jenħtieġ jiġi kkoreġut biex jiġi ċċarat li huma l-aġenti organiċi tat-tagħrik/tal-brix li ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-kontenut attiv tal-prodott kożmetiku jew tal-prodotti għall-kura tal-annimali. Sustanzi inorganiċi, inkluż aġenti inorganiċi tat-tagħrik/tal-brix, huma fil-fatt esklużi skont id-definizzjoni.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tas-subkriterju 4(a)(iii) fl-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870- jiġifieri l-eżenzjoni tal-komposti taż-żingu, ikklassifikati bħala H410 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), fl-ingwent/fil-krema taż-żingu, jenħtieġ li s-subkriterju 4(a)(i) jiġi kkoreġut biex jispeċifika li s-sustanzi li huma eżentati fis-subkriterju 4(a)(iii) ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fis-subkriterju 4(a)(i).

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tas-subkriterju 4(b) fl-Anness I u tas-subkriterju 3(b) fl-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870, jenħtieġ li dawk is-subkriterji jiġu kkoreġuti biex jispeċifikaw li s-sustanzi elenkati fis-subkriterji jistgħu jkunu preżenti fil-prodott finali jekk iseħħu fil-forma ta’ impuritajiet. Dan huwa meħtieġ biex ir-rekwiżiti jkunu konsistenti mal-informazzjoni rrapportata fit-Tabella 1 fl-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870 u fit-Tabella 1 fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni fir-rigward ta’ dawk is-subkriterji.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tas-subkriterju 4(c) fl-Anness I u tas-subkriterju 3(c) fl-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870, jenħtieġ li n-nota 12 f’qiegħ il-paġna fl-Anness I u n-nota 10 f’qiegħ il-paġna fl-Anness II jiġu kkoreġuti biex tiġi indikata l-link korretta li l-applikanti tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jużaw.

(7)

Sabiex tiġi ċċarata l-interpretazzjoni tas-sentenza introduttorja tal-kriterju 5 fl-Anness I u tal-kriterju 4 fl-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870, jenħtieġ li dik is-sentenza introduttorja tiġi kkoreġuta biex jiġi ċċarat li l-prodotti likwidi biss jeħtieġ jikkonformaw mar-rekwiżit dwar il-volum minimu ta’ imballaġġ permess, kif diġà tissuġġerixxi l-unità f’dik is-sentenza.

(8)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tas-subkriterju 5(d) fl-Anness I u tas-subkriterju 4(d) fl-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870, f’konformità mat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ tal-ogħla livell (4) u mad-diskussjonijiet li saru mal-partijiet ikkonċernati matul il-proċess ta’ reviżjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE (5), jenħtieġ li t-Tabella 8 fl-Anness I u t-Tabella 7 fl-Anness II tiġi emendata biex tispeċifika li t-tikketti tal-polipropilen (PP) u l-kmiem tal-poljolefini użati f’imballaġġ PP u t-tikketti tal-polietilen (PE) u l-kmiem PE użati f’imballaġġ tal-polietilen b’densità għolja huma permessi fil-prodotti bl-Ekotikketta tal-UE.

(9)

Sabiex tiġi żgurata l-verifika korretta tal-kriterju 3 fl-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870, jenħtieġ li t-taqsima ta’ valutazzjoni u verifika ta’ dak il-kriterju tiġi kkoreġuta biex jiġi żgurat li l-applikanti għall-Ekotikketta tal-UE jissottomettu l-Iskeda ta’ Data dwar is-Sikurezza (SDS) tal-prodott finali, flimkien mal-SDSs ta’ kwalunkwe sustanza u taħlita fil-prodott finali, biex jagħtu prova tal-konformità ma’ dak il-kriterju.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2021/1870 tiġi emendata u kkoreġuta skont dan. Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010.

(11)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li tiġi speċifikata data ċara tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (UE) 2021/1870 hija emendata u kkoreġuta kif ġej:

 

L-Anness I huwa emendat u kkoreġut f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

 

L-Anness II huwa emendat u kkoreġut f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-26 ta’ Lulju 2023.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1870 tat-22 ta’ Ottubru 2021 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti kożmetiċi u għall-prodotti għall-kura tal-annimali (ĠU L 379, 26.10.2021, p. 8).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(4)  https://recyclass.eu/guidelines/natural-pe-hd-containers-and-tubes/

https://recyclass.eu/guidelines/natural-pp-containers-and-tubes/

(5)  ara Faraca, G., Vidal Abarca Garrido, C., Kaps, R.B., Fernandez Carretero, A. and Wolf, O., Revision of EU Ecolabel Criteria for Cosmetic Products and Animal Care Products (previously Rinse-off Cosmetic Products), EUR 30724 EN, Publications Office of the European Union, Luxembourg, 2021, ISBN 978-92-76-38088-7 (online), doi:10.2760/014175 (online), JRC125388.


ANNESS I

L-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870 huwa emendat u kkoreġut kif ġej:

(1)

fit-taqsima tal-qafas, id-definizzjoni 1) hija sostitwita b’dan li ġej:

“1)

“kontenut attiv” (AC) tfisser it-total fil-prodott, espress fi grammi, ikkalkolat tas-sustanzi organiċi mdaħħla, ikkalkulat abbażi tal-formulazzjoni sħiħa tal-prodott finali, iżda mingħajr il-kontenut ta’ ilma tal-ingredjenti u l-aġenti organiċi tal-għarik/tal-brix;”;

(2)

il-kriterju 4, “Sustanzi esklużi u ristretti”, huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

fil-punt (4)(a)(i), l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Sakemm mhux dikjarat mod ieħor fit-Tabella 5, jew sakemm mhux eżentat skont il-punt 4(a)(iii), il-prodott ma għandux ikun fih sustanzi fil-konċentrazzjoni ta’ 0,0100 % piż skont il-piż jew ogħla għall-prodotti li jitneħħew bit-tlaħliħ u ta’ 0,0010 % piż skont il-piż għall-kożmetiċi li ma jitneħħewx bit-tlaħliħ li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet ta’ periklu, kategoriji ta’ periklu u kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjoni ta’ periklu ristretti elenkati fit-Tabella 4, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.”;

(b)

fil-punt (4)(b), l-ewwel paragrafu, jitħassar il-kliem “, lanqas bħala impuritajiet”;

(c)

fit-Taqsima “Valutazzjoni u Verifika”, il-kontenut tan-nota 12 f’qiegħ il-paġna huwa sostitwit b’dan li ġej:

“https://www.echa.europa.eu/candidate-list-table”;

(3)

il-kriterju 5, “Imballaġġ”, huwa emendat u kkoreġut kif ġej:

(a)

l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-volum minimu għal prodott li jitneħħa bit-tlaħliħ li għandu jiġi ċċertifikat minbarra t-toothpaste għandu jkun ta’ 150 ml.”;

(b)

fit-Tabella 8, it-tieni ringiela, it-tieni kolonna, is-sitt sing huwa sostitwit b’dan li ġej:

“-

Kull materjal ieħor tal-plastik għal tikketti komma/tikketti b’densità < 1 g/cm3 użat ma’ imballaġġ PP jew HDPE (għajr għat-tikketti PP u t-tikketti komma tal-poljolefini użati f’imballaġġ PP jew f’tikketti PE u f’tikketti komma PE użati f’imballaġġ HDPE)”.


ANNESS II

L-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870 huwa emendat u kkoreġut kif ġej:

(1)

fit-taqsima tal-qafas, id-definizzjoni 1) hija sostitwita b’dan li ġej:

“1)

“kontenut attiv” (AC) tfisser it-total fil-prodott, espress fi grammi, ikkalkolat tas-sustanzi organiċi mdaħħla, ikkalkulat abbażi tal-formulazzjoni sħiħa tal-prodott finali, iżda mingħajr il-kontenut ta’ ilma tal-ingredjenti u l-aġenti organiċi tal-għarik/tal-brix;”;

(2)

il-kriterju 3, Sustanzi esklużi u ristretti, huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

il-punt 3(b), l-ewwel paragrafu, huwa kkoreġut kif ġej:

(i)

fl-ewwel sentenza, jitħassar il-kliem “, lanqas bħala impuritajiet”;

(ii)

fit-tieni sentenza, jitħassar il-kliem “, lanqas bħala impuritajiet”;

(b)

it-taqsima “Valutazzjoni u Verifika” hija kkoreġuta kif ġej:

(i)

fit-tieni paragrafu, il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

SDS tal-prodott finali u ta’ kwalunkwe sustanza/taħlita u l-konċentrazzjoni tagħha fil-prodott finali”;

(ii)

it-test tan-nota 10 f’qiegħ il-paġna huwa sostitwit b’dan li ġej:

“https://www.echa.europa.eu/candidate-list-table”;

(3)

il-kriterju 4, Imballaġġ, huwa emendat u kkoreġut kif ġej:

(a)

l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-volum minimu għal prodott likwidu għall-kura tal-annimali li għandu jiġi ċċertifikat għandu jkun ta’ 150 ml.”;

(b)

fit-Tabella 7, it-tieni ringiela, it-tieni kolonna, is-sitt sing huwa sostitwit b’dan li ġej:

“-

Kull materjal ieħor tal-plastik għal tikketti komma/tikketti b’densità < 1 g/cm3 użat ma’ imballaġġ PP jew HDPE (għajr għat-tikketti PP u t-tikketti komma tal-poljolefini użati f’imballaġġ PP jew f’tikketti PE u f’tikketti komma PE użati f’imballaġġ HDPE)”.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

26.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/81


DEĊIŻJONI Nru 1/2023 TAL-KUMITAT TAL-FSE STABBILIT SKONT IL-FTEHIM PRELIMINARI LEJN FTEHIM TA’ SĦUBIJA EKONOMIKA BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MINN NAĦA WAĦDA, U L-AFRIKA ĊENTRALI, MIN-NAĦA L-OĦRA,

tas-6 ta’ Lulju 2023

dwar l-istabbiliment tas-Sottokumitat tal-FSE dwar l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali [2023/1541]

IL-KUMITAT TAL-FSE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 92 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kumitat tal-FSE tal-15 ta’ Diċembru 2016 dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 92 tal-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra (1) (minn hawn ’il quddiem il-“Ftehim”), jipprevedi li l-Kumitat tal-FSE huwa responsabbli mill-amministrazzjoni tal-oqsma kollha koperti mill-Ftehim u mit-tlestija tal-kompiti kollha msemmija fih.

(2)

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kumitat tal-FSE tal-15 ta’ Diċembru 2016 dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (2) jipprevedi li l-Kumitat tal-FSE jista’ jistabbilixxi taħt l-awtorità tiegħu sottokumitati responsabbli għat-trattament ta’ suġġetti speċifiċi skont il-Ftehim.

(3)

Huwa neċessarju li jiġi stabbilit Sottokumitat tal-FSE dwar l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Is-Sottokumitat tal-FSE għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali għas-sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Afrika Ċentrali huwa b’dan stabbilit biex iwettaq il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 2.

2.   L-għan ewlieni tas-Sottokumitat tal-FSE għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali huwa li jiffaċilita l-iskambji dwar kwistjonijiet agrikoli, pastorali u ta’ żvilupp rurali.

Artikolu 2

1.   Is-Sottokumitat tal-FSE għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali għandu jkun responsabbli biex jistudja dokumenti sabiex jelabora u joħroġ opinjonijiet u jagħmel suġġerimenti dwar kwistjonijiet agrikoli, pastorali u ta’ żvilupp rurali. Għandu jippermetti lill-Partijiet jiskambjaw l-esperjenza, l-informazzjoni u l-aħjar prattiki tagħhom u jikkonsultaw lil xulxin dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Titolu I tal-Ftehim u li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu kif deskritt hawn taħt.

2.   Is-Sottokumitat tal-FSE għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali għandu jkun responsabbli, taħt l-awtorità tal-Kumitat tal-FSE, għal:

(a)

il-monitoraġġ tal-aspetti kollha tat-Titoli II, III u V tal-Ftehim relatati mal-kummerċ fi prodotti agrikoli u tal-bhejjem, kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji, is-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp rurali, kif ukoll kwistjonijiet ta’ proprjetà intellettwali u żvilupp sostenibbli, kif japplikaw għall-prodotti agrikoli u tal-bhejjem;

(b)

it-twettiq ta’ djalogu ta’ politika dwar l-agrikoltura, il-bhejjem u l-iżvilupp rurali fl-oqsma li ġejjin:

(i)

il-produzzjoni, il-konsum, il-promozzjoni tal-kummerċ u l-iżviluppi tas-suq tal-prodotti agrikoli u tal-bhejjem;

(ii)

il-promozzjoni tal-investiment fis-setturi agrikoli u pastorali, inklużi attivitajiet fuq skala żgħira;

(iii)

politiki, leġiżlazzjoni u regolamenti dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, inklużi politiki dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-biedja organika;

(iv)

teknoloġiji ġodda, riċerka u innovazzjoni, u trasferiment tal-għarfien lis-settur agrikolu kif ukoll azzjonijiet meħtieġa biex tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn sistemi tal-ikel sostenibbli.

3.   Is-Sottokumitat tal-FSE għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali għandu jkun responsabbli wkoll għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-FSE relatati mal-qasam ta’ kompetenza definit fil-paragrafu 2.

4.   Is-Sottokumitat tal-FSE għandu jippreżenta l-opinjonijiet tiegħu lill-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 3

Is-Sottokumitat tal-FSE għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali għandu jkun magħmul, fuq naħa waħda, minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u, fuq in-naħa l-oħra, minn rappreżentanti tal-Parti Ċentru-Afrikana. Il-partijiet rappreżentati jistgħu jiddeċiedu b’mod konġunt li jistiednu parteċipanti oħra, b’mod partikolari rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati milquta mill-qasam ta’ kompetenza tas-sottokumitat.

Artikolu 4

Is-Sottokumitat tal-FSE għandu jiltaqa’ jew personalment jew bi kwalunkwe mezz xieraq ieħor stabbilit bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet. L-aġenda u l-frekwenza tal-laqgħat tas-sottokumitat għandhom jiġu stabbiliti b’kunsens bejn il-partijiet.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f’Yaoundé, is-6 ta’ Lulju 2023.

Għar-Repubblika tal-Kamerun

Jean TCHOFFO

Għall-Unjoni Ewropea

Cristina MIRANDA GOZALVEZ


(1)   ĠU L 57, 28.2.2009, p. 2.

(2)   ĠU L 17, 21.1.2017, p. 46.