ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 184

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
21 ta' Lulju 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1505 tal-20 ta’ Lulju 2023 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/420

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1506 tal-20 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1507 tal-20 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data u l-iskadenzi għall-preżentazzjoni tar-rapporti dwar il-metadata u l-kwalità għas-suġġett użu tal-ICT u kummerċ elettroniku għas-sena ta’ referenza 2024, skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1508 tal-20 ta’ Lulju 2023 li jidderoga fir-rigward tas-sena 2023 mill-Artikolu 44(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livell ta’ pagamenti bil-quddiem għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti u għall-interventi għall-iżvilupp rurali bbażati fuq iż-żoni u fuq l-annimali

17

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1509 tal-20 ta’ Lulju 2023 li jidderoga fir-rigward tas-sena 2023 mill-Artikolu 75(1), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livell ta’ pagamenti bil-quddiem għall-miżuri għall-iżvilupp rurali relatati maż-żoni u mal-annimali

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1510 tal-20 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/915 fir-rigward tal-livelli massimi tal-kadmju fil-ħabb għażiż (cyperus esculentus) u f’ċertu faqqiegħ ikkultivat ( 1 )

21

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1511 tal-20 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 u (UE) 2020/1213 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Malus sylvestris li joriġinaw mir-Renju Unit

25

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/1512 tad-19 ta’ Lulju 2023 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2023)

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2023/1513 tad-19 ta' Lulju 2023 dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribut ta' Stat terz għall-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) (EUMA/2/2023)

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1514 tal-20 ta’ Lulju 2023 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/422

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1515 tal-20 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026 b’appoġġ għall-Programm dwar iċ-Ċibersigurtà u r-Reżiljenza Ċibernetika u l-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1516 tal-20 ta’ Lulju 2023 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1340

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1517 tal-20 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1518 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżura ta’ assistenza fil-qafas tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-Forzi Armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

41

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1519 tal-20 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu

45

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1520 tas-17 ta’ Lulju 2023 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2023)4910)  ( 1 )

46

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1521 tad-19 ta’ Lulju 2023 li jikkonċerna ċerti miżuri ta’ kontroll speċjali tal-mard għal perjodu limitat ta’ żmien relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda (notifikata bid-dokument C(2023) 4811)  ( 1 )

77

 

 

REGOLI TA' PROĊEDURA

 

*

REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

83

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2023 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tat-3 ta’ Lulju 2023 li żżid żewġ atti tal-Unjoni li għadhom kif ġew adottati fl-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor [2023/1522]

109

 

*

Deċiżjoni Nru 3/2023 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tat-3 ta’ Lulju 2023 li temenda l-Parti I tal-Anness I għall-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika [2023/1523]

111

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1505

tal-20 ta’ Lulju 2023

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/420

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Frar 2023, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/420 (2), li jistabbilixxi lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (il-“lista”).

(2)

Il-Kunsill ipprovda, fejn kien possibbli fil-prattika, dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet kollha bi spjegazzjoni għaliex iddaħħlu fil-lista.

(3)

B'avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet fuq il-lista li kien iddeċieda li jżommhom fuqha. Il-Kunsill informa wkoll lil dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill talli ddaħħlu fil-lista fejn tali dikjarazzjoni ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom.

(4)

Il-Kunsill għamel rieżami tal-lista kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001. Meta għamel dak ir-rieżami, il-Kunsill qis l-osservazzjonijiet ippreżentati lilu minn dawk ikkonċernati kif ukoll l-informazzjoni aġġornata li waslet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-istatus tal-individwi u l-entitajiet elenkati fil-livell nazzjonali.

(5)

Il-Kunsill ivverifika li l-awtoritajiet kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3), ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f'atti terroristiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(6)

Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan, u jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/420 jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 hija stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/420 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/420 tal-24 ta' Frar 2023 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/1230 (ĠU L 61, 27.2.2023, p. 37).

(3)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

I.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL-YACOUB Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f'Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Nazzjonal Iranjan u tal-Istati Uniti; numru tal-passaport: C2002515 (Iran); numru tal-passaport: 477845448 (USA). Numru tal-identità nazzjonali: 07442833, data ta' skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

5.

ASSADI Assadollah (magħruf ukoll bħala Assadollah Asadi), imwieled fit-22.12.1971 f'Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657.

6.

BOUYERI Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu Zubair, magħruf ukoll bħala Sobiar, magħruf ukoll bħala Abu Zoubair), imwieled fit-8.3.1978 f'Amsterdam (in-Netherlands).

7.

HASSAN EL HAJJ Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f'Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (Canada).

8.

HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f'Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019.

9.

AL-DIN Hasan Izz (magħruf ukoll bħala Garbaya Ahmed, magħruf ukoll bħala Sa'id, magħruf ukoll bħala Salwwan Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

10.

MELIAD Farah, imwieled fil-5.11.1980 f'Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (Australia).

11.

MOHAMMED Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala Ali Salem, magħruf ukoll bħala Bin Khalid Fahd Bin Abdallah, magħruf ukoll bħala Henin Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala Wadood Khalid Abdul), imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport 488555.

12.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Mehran Military Base, Ilam Province, Iran.

13.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Tehran, l-Iran.

II.   GRUPPI U ENTITAJIET

1.

"Abu Nidal Organisation" — "ANO" (magħrufa wkoll bħala "Fatah Revolutionary Council", magħrufa wkoll bħala "Arab Revolutionary Brigades", magħrufa wkoll bħala "Black September", magħrufa wkoll bħala "Revolutionary Organisation of Socialist Muslims").

2.

"Al-Aqsa Martyrs' Brigade".

3.

"Al-Aqsa e.V".

4.

"Babbar Khalsa".

5.

"Communist Party of the Philippines", inkluż "New People's Army" — "NPA", Philippines.

6.

Directorate for Internal Security of the Iranian Ministry for Intelligence and Security.

7.

"Gama'a al-Islamiyya" (magħruf ukoll bħala "Al-Gama'a al-Islamiyya") ("Islamic Group" — "IG").

8.

"İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi" — "IBDA-C" ("Great Islamic Eastern Warriors Front").

9.

"Hamas", inkluż "Hamas-Izz al-Din al-Qassem".

10.

"Hizballah Military Wing" (magħrufa wkoll bħala "Hezbollah Military Wing", magħrufa wkoll bħala "Hizbullah Military Wing", magħrufa wkoll bħala "Hizbollah Military Wing", magħrufa wkoll bħala "Hezballah Military Wing", magħrufa wkoll bħala "Hisbollah Military Wing", magħrufa wkoll bħala "Hizbu'llah Military Wing" magħrufa wkoll bħala "Hizb Allah Military Wing", magħrufa wkoll bħala "Jihad Council" (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-External Security Organisation)).

11.

"Hizbul Mujahideen" — "HM".

12.

"Khalistan Zindabad Force" — "KZF".

13.

"Kurdistan Workers' Party" — "PKK" (magħruf ukoll bħala "KADEK", magħruf ukoll bħala "KONGRA-GEL").

14.

"Liberation Tigers of Tamil Eelam" — "LTTE".

15.

"Ejército de Liberación Nacional" (l-"Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali").

16.

"Palestinian Islamic Jihad" — "PIJ".

17.

"Popular Front for the Liberation of Palestine" — "PFLP".

18.

"Popular Front for the Liberation of Palestine — General Command" (magħruf ukoll bħala. "PFLP — General Command").

19.

"Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi" — "DHKP/C" (magħruf ukoll bħala "Devrimci Sol" ("Revolutionary Left"), magħruf ukoll bħala "Dev Sol") ("Revolutionary People's Liberation Army/Front/Party").

20.

"Sendero Luminoso" — "SL" ("Shining Path").

21.

"Teyrbazen Azadiya Kurdistan" — "TAK" (magħruf ukoll bħala l-"Kurdistan Freedom Falcons", magħruf ukoll bħala l-"Kurdistan Freedom Hawks").


21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/5


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/1506

tal-20 ta’ Lulju 2023

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 (1) jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-qabdiet totali permissibbli (TACs) stabbiliti bir-Regolament (UE) 2023/194 jiġu emendati biex jitqiesu l-pubblikazzjoni tal-parir xjentifiku kif ukoll l-eżiti tal-konsultazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2023/194 jistabbilixxi TAC proviżorja għall-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk Norveġiżi tad-diviżjoni 3a tal-ICES għall-2023. L-Unjoni u n-Norveġja kellhom konsultazzjonijiet fuq il-livell tat-TAC għall-gamblu tat-Tramuntana fid-diviżjonijiet 3a u 4a tal-ICES fil-Lvant għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024. Dawk il-konsultazzjonijiet saru abbażi tal-pożizzjoni tal-Unjoni approvata mill-Kunsill fit-12 ta’ Ġunju 2023. Fid-29 ta’ Ġunju 2023, l-Unjoni u n-Norveġja qablu dwar TAC fid-diviżjonijiet 3a u 4a tal-ICES fil-Lvant ta’ 6 076 tunnellata, li minnhom 4 253 tunnellata għandhom jiġu allokati lid-diviżjoni 3a tal-ICES. Dak il-livell tat-TAC jikkorrispondi għal dak li kien ikun il-livell tal-parir tal-ICES għal dak l-istokk għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024 li kieku l-parir kien ibbażat fuq is-suppożizzjoni li l-opportunitajiet tas-sajd ma ntużawx kompletament fl-ewwel nofs tal-2023 u li 900 tunnellata baqgħu ma nqabdux fl-1 ta’ Lulju 2023. Skont iċ-ċifri tal-qbid ipprovduti mill-Unjoni u min-Norveġja, dik is-suppożizzjoni sussegwenti taqbel mal-livell ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd fl-1 ta’ Lulju 2023. Sabiex issir tranżizzjoni mill-istabbiliment ta’ TAC għall-gamblu tat-Tramuntana fid-diviżjoni 3a tal-ICES darbtejn fis-sena għal tali stabbiliment darba fis-sena jenħtieġ li: (i) it-TAC proviżorja għal dak l-istokk għall-2023 tiġi sostitwita b’TAC definittiva għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2023 fil-livell maqbul man-Norveġja fis-17 ta’ Marzu 2023, u (ii) it-TAC għal dak l-istokk għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024 tiġi stabbilita fil-livell maqbul man-Norveġja fid-29 ta’ Ġunju 2023.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/194 jiġi emendat skont dan.

(4)

Sabiex is-sajd ikun jista’ jkompli, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien.

(5)

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2023 u mill-1 ta’ Lulju 2023 rispettivament. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza ġuridika u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati jew żdiedu nkella għadhom ma ġewx eżawriti,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194

L-Anness IA tar-Regolament (UE) 2023/194 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023. Madankollu, il-punt 2 tal-Anness għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1).


ANNESS

Il-Parti B tal-Anness IA qed tiġi emendata kif ġej:

(1)

it-tabella għall-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fid-diviżjoni 3a tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona:

3a

(PRA/03 A.)

Id-Danimarka

 

1 429

(1)

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

L-Iżvezja

 

769

(1)

L-Unjoni

 

2 198

(1)

 

 

 

 

It-TAC

 

4 117

(1)

(1)

Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2023.”

(2)

it-tabella li ġejja tiddaħħal wara t-tabella għall-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fid-diviżjoni 3a tal-ICES:

“Speċi:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona:

3a

(PRA/03 A.2)

Id-Danimarka

 

1 476

(1)

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

L-Iżvezja

 

795

(1)

L-Unjoni

 

2 271

(1)

 

 

 

 

It-TAC

 

4 253

(1)

(1)

Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024.”


21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1507

tal-20 ta’ Lulju 2023

li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data u l-iskadenzi għall-preżentazzjoni tar-rapporti dwar il-metadata u l-kwalità għas-suġġett “użu tal-ICT u kummerċ elettroniku” għas-sena ta’ referenza 2024, skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li jħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 17(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-suġġett “użu tal-ICT u kummerċ elettroniku” jipprovdi d-data meħtieġa mill-Kumpass Diġitali għad-Deċennju Diġitali tal-UE biex jiġu mmonitorjati l-miri diġitali tal-UE għall-2030, bħall-Indikatur tal-Intensità Diġitali li jirrifletti t-trasformazzjoni diġitali tan-negozji. Jipprovdi wkoll informazzjoni għal diversi politiki oħra tal-Unjoni relatati mal-prestazzjoni diġitali tal-Ewropa u mal-prijorità tal-Kummissjoni Ewropea – Ewropa Lesta għall-Era Diġitali.

(2)

Sabiex tkun tista’ tiġi vvalutata l-kwalità tad-data u jiġi żgurat li d-data dwar l-użu tal-ICT u l-kummerċ elettroniku tkun komparabbli u armonizzata, jeħtieġ li jiġu pprovduti metadata u rapporti tal-kwalità qabel ma tiġi rilaxxata d-data.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-suġġett “użu tal-ICT u kummerċ elettroniku”, kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2152, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data lill-Kummissjoni (Eurostat) għas-sena ta’ referenza 2024 f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Ir-rapport annwali dwar il-metadata għas-suġġett “użu tal-ICT u kummerċ elettroniku” għas-sena ta’ referenza 2024 għandu jiġi trażmess lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-31 ta’ Mejju 2024.

2.   Ir-rapport annwali dwar il-kwalità għas-suġġett “użu tal-ICT u kummerċ elettroniku” għas-sena ta’ referenza 2024 għandu jiġi trażmess lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-5 ta’ Novembru 2024.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1.


ANNESS

Speċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett “użu tal-ICT u kummerċ elettroniku”

Obbligatorju/fakultattiv

Ambitu (filtru)

Varjabbli

Varjabbli obbligatorji

(i)

għall-intrapriżi kollha:

(1)

l-attività ekonomika ewlenija tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti

(2)

l-għadd medju ta’ impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom, fis-sena kalendarja preċedenti

(3)

il-valur totali tal-fatturat (f’termini monetarji, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti

(4)

l-għadd ta’ impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom jew il-persentaġġ tal-għadd totali tal-impjegati u tal-persuni li jaħdmu għal rashom li għandhom aċċess għall-Internet għal finijiet ta’ negozju

(5)

l-impjieg ta’ speċjalisti fl-ICT

(6)

l-għoti ta’ xi tip ta’ taħriġ għall-iżvilupp ta’ ħiliet relatati mal-ICT lill-ispeċjalisti fl-ICT impjegati mill-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti

(7)

l-għoti ta’ xi tip ta’ taħriġ għall-iżvilupp ta’ ħiliet relatati mal-ICT lil impjegati oħra, fis-sena kalendarja preċedenti

(8)

l-impjegar jew it-tentattiv ta’ impjegar ta’ speċjalisti fl-ICT fis-sena kalendarja preċedenti

(9)

it-twettiq tal-funzjonijiet tal-ICT (bħall-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-ICT, l-appoġġ tas-software tal-uffiċċju, l-iżvilupp jew l-appoġġ ta’ software/sistemi tal-ġestjoni tan-negozju u/jew ta’ soluzzjonijiet tal-web, is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data) mill-impjegati stess (fosthom impjegati tal-intrapriżi omm jew affiljati) fis-sena kalendarja preċedenti

(10)

it-twettiq tal-funzjonijiet tal-ICT (bħall-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-ICT, l-appoġġ tas-software tal-uffiċċju, l-iżvilupp jew l-appoġġ ta’ software/sistemi tal-ġestjoni tan-negozju u/jew ta’ soluzzjonijiet tal-web, is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data) minn fornituri esterni, fis-sena kalendarja preċedenti

(ii)

fil-każ tal-intrapriżi b’impjegati u b’persuni li jaħdmu għal rashom li għandhom aċċess għall-Internet għal finijiet ta’ negozju:

(11)

l-użu ta’ kull tip ta’ konnessjoni fissa mal-Internet

(12)

il-pussess ta’ aċċess remot (b’kompjuters jew apparat portabbli bħal smartphones) lill-impjegati għas-sistema tal-email tal-intrapriża

(13)

il-pussess ta’ aċċess remot (b’kompjuters jew apparat portabbli bħal smartphones) lill-impjegati għal dokumenti tal-intrapriża (bħal fajls, spreadsheets, preżentazzjonijiet, ċarts, ritratti)

(14)

il-pusses ta’ aċċess remot (b’kompjuters jew apparat portabbli bħal smartphones) lill-impjegati għal applikazzjonijiet tan-negozju jew software tal-intrapriża (bħal aċċess għall-kontijiet, għall-bejgħ, għall-ordnijiet, għall-Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti (CRM)), għajr l-applikazzjonijiet użati għall-komunikazzjoni interna

(15)

it-twettiq ta’ laqgħat remoti

(16)

il-bejgħ bl-Internet ta’ oġġetti jew servizzi permezz ta’ siti web jew apps (inkluż extranets) tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti

(17)

il-bejgħ bl-Internet ta’ oġġetti jew servizzi permezz ta’ siti web jew apps fis-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn bosta intrapriżi għall-kummerċ ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti

(18)

il-bejgħ tat-tip “Skambju Elettroniku tad-Data” (EDI) (il-wasla ta’ ordnijiet magħmula permezz ta’ messaġġi tat-tip “Skambju Elettroniku tad-Data”) ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti

(19)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: l-awtentikazzjoni b’password soda (bħal tul minimu, l-użu ta’ numri u karattri speċjali, mibdula perjodikament)

(20)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: l-awtentikazzjoni b’metodi bijometriċi użati għall-aċċess għas-sistema tal-ICT tal-intrapriża (bħal awtentikazzjoni bbażata fuq il-marki tas-swaba’, il-vuċi, il-fattizzi)

(21)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: l-awtentikazzjoni bbażata fuq kombinament ta’ mill-inqas żewġ mekkaniżmi ta’ awtentikazzjoni (jiġifieri kombinament ta’ pereżempju password definita mill-utent, password ta’ darba (OTP), kodiċi ġġenerat b’token tas-sigurtà jew riċevut fuq smartphone, metodu bijometriku (bħal awtentikazzjoni bbażata fuq il-marki tas-swaba’, il-vuċi, il-fattizzi))

(22)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: il-kriptaġġ ta’ data, dokumenti jew emails

(23)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: il-backup tad-data f’post separat (inkluż backup fil-cloud)

(24)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: il-kontroll tal-aċċess għan-network (ġestjoni tad-drittijiet tal-utenti fin-network tal-intrapriża)

(25)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: in-Network Privat Virtwali (VPN), li jestendi n-network privat lejn network pubbliku biex ikun jista’ jsir skambju sigur tad-data fuq in-network pubbliku

(26)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: is-sistema għall-monitoraġġ tas-sigurtà tal-ICT użata għad-detezzjoni ta’ attività suspettuża (bħal sistemi ta’ detezzjoni jew prevenzjoni tal-intrużjonijiet li jimmonitorjaw l-imġiba tal-utenti jew tal-apparati, it-traffiku tan-network), minbarra s-soluzzjoni ta’ software antivirus u ta’ firewall prestabbilit inklużi fis-sistema operattiva tal-kompjuters u r-routers personali

(27)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: iż-żamma ta’ log fajls li jippermettu analiżi wara inċidenti tas-sigurtà tal-ICT

(28)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: il-valutazzjoni tar-riskju tal-ICT, jiġifieri valutazzjoni perjodika tal-probabbiltà u tal-konsegwenzi tal-inċidenti tas-sigurtà tal-ICT

(29)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: it-testijiet tas-sigurtà tal-ICT (bħat-twettiq ta’ testijiet tal-penetrazzjoni, l-ittestjar tas-sistemi tat-twissija tas-sigurtà, ir-rieżaminar tal-miżuri ta’ sigurtà, l-ittestjar tas-sistemi tal-backup)

(30)

it-taħriġ volontarju jew tagħrif disponibbli internament (bħal informazzjoni dwar l-intranet) biex l-impjegati jkunu konxji mill-obbligi tagħhom fi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ICT

(31)

il-korsijiet tat-taħriġ obbligatorji jew ċertu materjal obbligatorju biex l-impjegati jkunu konxji mill-obbligi tagħhom fi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ICT

(32)

il-kuntratt (bħal kuntratt tal-impjieg) biex l-impjegati jkunu konxji mill-obbligi tagħhom fi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ICT

(33)

il-pussess ta’ dokument(i) dwar miżuri, prattiki jew proċeduri tas-sigurtà tal-ICT, bħal dokumenti dwar is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-data tal-ICT, li jkopru t-taħriġ tal-impjegati fl-użu tal-ICT, il-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT, l-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT, il-pjanijiet għall-aġġornament tad-dokumenti tas-sigurtà tal-ICT

(34)

l-inċidenti tas-sigurtà relatati mal-ICT esperjenzati fis-sena kalendarja preċedenti li wasslu għall-konsegwenzi li ġejjin: l-indisponibbiltà ta’ servizzi tal-ICT minħabba ħsarat fil-hardware jew fis-software

(35)

l-inċidenti tas-sigurtà relatati mal-ICT esperjenzati fis-sena kalendarja preċedenti li wasslu għall-konsegwenzi li ġejjin: l-indisponibbiltà ta’ servizzi tal-ICT minħabba attakk minn barra, bħal attakki ta’ ransomware, attakki ta’ Ċaħda tas-Servizz

(36)

l-inċidenti tas-sigurtà relatati mal-ICT esperjenzati fis-sena kalendarja preċedenti li wasslu għall-konsegwenzi li ġejjin: il-qerda jew il-korruzzjoni tad-data minħabba ħsarat fil-hardware jew fis-software

(37)

l-inċidenti tas-sigurtà relatati mal-ICT esperjenzati fis-sena kalendarja preċedenti li wasslu għall-konsegwenzi li ġejjin: il-qerda jew il-korruzzjoni tad-data minħabba infezzjoni ta’ software malizzjuż jew intrużjoni mhux awtorizzata

(38)

l-inċidenti tas-sigurtà relatati mal-ICT esperjenzati fis-sena kalendarja preċedenti li wasslu għall-konsegwenzi li ġejjin: id-divulgazzjoni tad-data kunfidenzjali minħabba intrużjoni, pharming, attakki ta’ phishing, azzjonijiet intenzjonali mill-impjegati tagħhom stess

(39)

l-inċidenti tas-sigurtà relatati mal-ICT esperjenzati fis-sena kalendarja preċedenti li wasslu għall-konsegwenzi li ġejjin: id-divulgazzjoni tad-data kunfidenzjali minħabba azzjonijiet mhux intenzjonati mill-impjegati stess

(40)

l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jwettqu analiżi tal-lingwa miktuba (bħall-estrazzjoni tat-test)

(41)

l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jikkonvertu l-lingwaġġ mitħaddet f’format li jinqara mill-magni (l-għarfien tat-taħdit)

(42)

l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jiġġeneraw lingwaġġ miktub jew mitħaddet (il-ġenerazzjoni ta’ lingwa naturali, sinteżi tat-taħdit)

(43)

l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jidentifikaw l-oġġetti jew il-persuni abbażi ta’ immaġnijiet jew vidjos (l-għarfien tal-immaġni, l-ipproċessar tal-immaġni)

(44)

l-użu tal-apprendiment awtomatiku (bħat-tagħlim profond) għall-analiżi tad-data

(45)

l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jawtomatizzaw flussi tax-xogħol differenti jew li jassistu t-teħid tad-deċiżjonijiet (bħas-software tal-awtomatizzazzjoni ta’ proċess robotiku bbażat fuq l-Intelliġenza Artifiċjali)

(46)

l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jippermettu l-moviment fiżiku tal-magni permezz ta’ deċiżjonijiet awtonomi bbażati fuq l-osservazzjoni tal-madwar (robots awtonomi, vetturi mingħajr sewwieq, droni awtonomi)

(iii)

fil-każ tal-intrapriżi li jużaw xi tip ta’ konnessjoni fissa tal-Internet:

(47)

il-veloċità massima kkuntrattata tad-download tal-aktar konnessjoni fissa veloċi tal-Internet fil-firxiet: [0 Mbit/s, < 30 Mbit/s], [30 Mbit/s, < 100 Mbit/s], [100 Mbit/s, < 500 Mbit/s], [500 Mbit/s, < 1 Gbit/s], [≥ 1 Gbit/s]

(48)

is-suffiċjenza tal-veloċità tal-konnessjoni(jiet) fissi mal-Internet għall-ħtiġijiet attwali tal-intrapriża

(iv)

fil-każ tal-intrapriżi li wettqu bejgħ bl-Internet ta’ oġġetti u servizzi fuq siti web jew apps tal-intrapriża jew fuq siti web jew apps fis-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn diversi intrapriżi għall-kummerċ ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti:

(49)

il-valur tal-bejgħ bl-Internet ta’ oġġetti jew servizzi, jew il-persentaġġ tal-fatturat totali ġġenerat mill-bejgħ bl-Internet ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti

(50)

il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-Internet iġġenerat mill-bejgħ bl-Internet lil konsumaturi privati (minn Negozju għall-Konsumatur: B2C), fis-sena kalendarja preċedenti

(51)

il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-Internet iġġenerat mill-bejgħ bl-Internet lil intrapriżi oħra (minn Negozju għal Negozju: B2B) u lis-settur pubbliku (minn Negozju għall-Gvern: B2G), fis-sena kalendarja preċedenti

(52)

il-bejgħ bl-Internet lil klijenti li jinsabu fil-pajjiż tagħhom stess, fis-sena kalendarja preċedenti

(53)

il-bejgħ bl-Internet lil klijenti li jinsabu fi Stati Membri oħra, fis-sena kalendarja preċedenti

(54)

il-bejgħ bl-Internet lil klijenti li jinsabu fil-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti

(v)

fil-każ tal-intrapriżi li wettqu bejgħ bl-Internet ta’ oġġetti u servizzi fuq siti web jew apps tal-intrapriża u fuq siti web jew apps fis-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn diversi intrapriżi għall-kummerċ ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti:

(55)

il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-Internet ta’ oġġetti jew servizzi ġġenerat mill-bejgħ fuq tas-siti web jew tal-apps tal-intrapriża (inkluż l-extranets), fis-sena kalendarja preċedenti

(56)

il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-Internet ta’ oġġetti u servizzi ġġenerat mill-bejgħ fuq siti web jew apps fis-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn diversi intrapriżi għall-kummerċ ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti

(vi)

fil-każ tal-intrapriżi li wettqu bejgħ tat-tip EDI ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti:

(57)

il-valur tal-bejgħ tat-tip EDI ta’ oġġetti jew servizzi, jew il-persentaġġ tal-fatturat totali ġġenerat mill-bejgħ tat-tip EDI ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti

(vii)

fil-każ tal-intrapriżi li impjegaw jew ippruvaw jirreklutaw speċjalisti fl-ICT fis-sena kalendarja preċedenti:

(58)

postijiet tax-xogħol battala għall-ispeċjalisti fl-ICT li kien diffiċli jimtlew

(viii)

fil-każ tal-intrapriżi li jużaw it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali, li jirreferu speċifikament għall-varjabbli obbligatorji (40) u (46):

(59)

l-użu ta’ software tal-Intelliġenza Artifiċjali jew sistemi għall-kummerċjalizzazzjoni jew il-bejgħ (bħat-tfassil tal-profili tal-klijenti, l-ottimizzazzjoni tal-prezzijiet, l-offerti personalizzati ta’ kumerċjalizzazzjoni, l-analiżi tas-suq ibbażata fuq l-apprendiment awtomatiku, iċ-chatbots ibbażati fuq l-ipproċessar tal-lingwi naturali għall-appoġġ tal-klijenti, ir-robots awtonomi għall-ipproċessar tal-ordnijiet)

(60)

l-użu ta’ software tal-Intelliġenza Artifiċjali jew sistemi għall-proċessi tal-produzzjoni jew tas-servizzi (bħall-manutenzjoni predittiva jew l-ottimizzazzjoni tal-proċess ibbażati fuq l-apprendiment awtomatiku, l-għodod li jikklassifikaw jew isibu d-difetti fil-prodotti abbażi tal-viżjoni kompjuterizzata, id-droni awtonomi għas-sorveljanza tal-produzzjoni, il-kompiti ta’ sigurtà jew ta’ spezzjoni, ix-xogħlijiet ta’ assemblaġġ imwettqa minn robots awtonomi)

(61)

l-użu ta’ software tal-Intelliġenza Artifiċjali jew sistemi għall-organizzazzjoni tal-proċess jew il-ġestjoni tal-amministrazzjoni tan-negozju (bħall-assistenti virtwali tan-negozju bbażati fuq l-apprendiment awtomatiku u/jew l-ipproċessar tal-lingwi naturali (pereżempju għall-abbozzar tad-dokumenti), l-analiżi tad-data jew it-teħid tad-deċiżjonijiet strateġiċi bbażati fuq l-apprendiment awtomatiku (pereżempju l-valutazzjoni tar-riskju, l-ippjanar jew it-tbassir tan-negozju bbażati fuq it-tagħlim awtomatiku, il-ġestjoni tar-riżorsi umani bbażata fuq l-apprendiment awtomatiku jew l-ipproċessar tal-lingwi naturali (pereżempju l-iskrinjar tal-preselezzjoni tal-kandidati, it-tfassil tal-profili tal-impjegati jew l-analiżi tal-prestazzjoni))

(62)

l-użu ta’ software tal-Intelliġenza Artifiċjali jew sistemi għal-loġistika (bħar-robots awtonomi għas-soluzzjonijiet ta’ ġbir u ppakkjar fl-imħażen għat-trasport, it-traċċar, id-distribuzzjoni jew l-issortjar tal-pakketti, l-ottimizzazzjoni tar-rotot ibbażata fuq l-apprendiment awtomatiku)

(63)

l-użu ta’ software tal-Intelliġenza Artifiċjali jew sistemi għas-sigurtà tal-ICT (bħall-għarfien tal-fattizzi bbażat fuq il-viżjoni kompjuterizzata għall-awtentikazzjoni tal-utenti tal-ICT, id-detezzjoni u l-prevenzjoni ta’ attakki ċibernetiċi bbażati fuq l-apprendiment awtomatiku)

(64)

l-użu ta’ software tal-Intelliġenza Artifiċjali jew sistemi għall-kontabbiltà, il-kontroll jew il-ġestjoni tal-finanzi (bħall-apprendiment awtomatiku għall-analiżi tad-data li tgħin biex jittieħdu deċiżjonijiet finanzjarji, l-ipproċessar tal-fatturi bbażat fuq l-apprendiment awtomatiku, l-apprendiment awtomatiku jew l-ipproċessar tal-lingwi naturali użati għall-kompiti taż-żamma tal-kotba)

(65)

l-użu ta’ software tal-Intelliġenza Artifiċjali jew sistemi għar-riċerka u l-iżvilupp (R&D) jew attività ta’ innovazzjoni, minbarra r-riċerka dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (bħall-analiżi tad-data għat-twettiq tar-riċerka, is-soluzzjoni tal-problemi tar-riċerka, l-iżvilupp ta’ prodott/servizz ġdid jew imtejjeb b’mod sinifikanti abbażi tal-apprendiment awtomatiku)

Varjabbli fakultattivi

(i)

fil-każ tal-intrapriżi b’impjegati u b’ħaddiema għal rashom li għandhom aċċess għall-Internet għal finijiet ta’ negozju:

(1)

l-għadd ta’ persuni impjegati, jew il-persentaġġ tal-għadd totali tal-persuni impjegati li jużaw tagħmir portabbli mogħti mill-intrapriża, li jippermetti konnessjoni għall-Internet permezz ta’ networks tat-telefonija mobbli, għal finijiet ta’ negozju

(2)

il-ħlas għar-reklamar fuq l-Internet (bħar-reklami fuq magni tat-tiftix, fuq il-media soċjali, fuq siti web jew apps oħra)

(ii)

fil-każ tal-intrapriżi li jħallsu biex jirreklamaw fuq l-Internet:

(3)

l-użu ta’ reklamar immirat ibbażat fuq il-kontenut jew il-kelmiet prinċipali mfittxa mill-utenti tal-Internet

(4)

l-użu ta’ reklamar immirat ibbażat fuq it-traċċar tal-attivitajiet tal-passat jew tal-profil tal-utent

(5)

l-użu ta’ reklamar immirat ibbażat fuq il-ġeolokalizzazzjoni tal-utenti tal-Internet

(6)

l-użu ta’ kwalunkwe metodu ieħor ta’ reklamar immirat fuq l-Internet għajr dawk speċifikati fil-varjabbli fakultattivi (3), (4) jew (5)

(iii)

fil-każ tal-intrapriżi li wettqu bejgħ bl-Internet lil klijenti li jinsabu f’mill-inqas tnejn miż-żoni ġeografiċi li ġejjin: f’pajjiżhom stess, fi Stat Membru ieħor jew fil-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti

(7)

il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-Internet iġġenerat mill-bejgħ lil klijenti li jinsabu fil-pajjiż tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti

(8)

il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-Internet iġġenerat mill-bejgħ lil klijenti li jinsabu fi Stati Membri oħra, fis-sena kalendarja preċedenti

(9)

il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-Internet iġġenerat mill-bejgħ lil klijenti li jinsabu fil-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti

(iv)

fil-każ tal-intrapriżi b’postijiet tax-xogħol battala għall-speċjalisti tal-ICT li kien diffiċli jimtlew, meta tentattivi ta’ reklutaġġ ta’ speċjalisti fl-ICT fis-sena kalendarja preċedenti:

(10)

id-diffikultajiet fir-reklutaġġ ta’ speċjalisti fl-ICT minħabba nuqqas ta’ applikazzjonijiet, fis-sena kalendarja preċedenti

(11)

id-diffikultajiet fir-reklutaġġ ta’ speċjalisti fl-ICT għax l-applikanti ma jkollhomx kwalifiki rilevanti relatati mal-ICT mill-edukazzjoni u/jew mit-taħriġ, fis-sena kalendarja preċedenti

(12)

id-diffikultajiet fir-reklutaġġ ta’ speċjalisti fl-ICT għax l-applikanti ma jkollhomx esperjenza tax-xogħol rilevanti, fis-sena kalendarja preċedenti

(13)

id-diffikultajiet fir-reklutaġġ ta’ speċjalisti fl-ICT għax l-applikanti jkollhom aspettattivi għoljin ħafna fejn jidħol is-salarju, fis-sena kalendarja preċedenti

(v)

fil-każ tal-intrapriżi b’dokument(i) dwar miżuri, prattiki jew proċeduri tas-sigurtà tal-ICT:

(14)

il-waqt tad-definizzjoni jew tal-aktar rieżami riċenti tad-dokument(i) tal-intrapriża dwar miżuri, prattiki jew proċeduri tas-sigurtà tal-ICT: fl-aħħar tnax-il xahar, aktar minn tnax-il xahar u sa erbgħa u għoxrin xahar ilu, aktar minn erbgħa u għoxrin xahar ilu

(vi)

fil-każ tal-intrapriżi li jużaw it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali, li jirreferu speċifikament għall-varjabbli obbligatorji (40) u (46):

(15)

is-software u s-sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali ġew żviluppati mill-impjegati proprji (inkluż dawk impjegati f’intrapriża omm jew affiljata)

(16)

is-software jew is-sistemi kummerċjali tal-Intelliġenza Artifiċjali ġew immodifikati mill-impjegati proprji (inkluż dawk impjegati f’intrapriża omm jew affiljata)

(17)

is-software jew is-sistemi b’sors miftuħ tal-Intelliġenza Artifiċjali ġew immodifikati mill-impjegati proprji (inkluż dawk impjegati f’intrapriża prinċipali jew affiljata)

(18)

inxtraw softwares jew sistemi kummerċjali tal-Intelliġenza Artifiċjali lesti biex jintużaw (inkluż l-eżempji fejn tkun diġà ġiet inkorporata fl-oġġett jew fis-sistema mixtrija)

(19)

il-fornituri esterni ġew ikkuntrattati biex jiżviluppaw jew jimmodifikaw is-software u s-sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali

(20)

l-ipproċessar tad-data (bħas-sess, l-età, l-oriġini razzjali jew etnika, id-diżabilità, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-orjentazzjoni sesswali, l-immaġni tal-wiċċ, ir-rekord tax-xiri, l-okkupazzjoni jew l-indirizz) dwar l-individwi (bħall-impjegati, l-applikanti għall-impjieg jew il-konsumaturi) li jużaw it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali

(vii)

fil-każ tal-intrapriżi li użaw it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali biex jipproċessaw id-data dwar l-individwi:

(21)

il-pussess ta’ miżuri (bħall-analiżi tar-riżultati ta’ diversi mudelli tal-apprendiment awtomatiku, l-awmentazzjoni tad-data li tinvolvi tekniki għall-ġenerazzjoni artifiċjali ta’ punti tad-data addizzjonali minn data eżistenti, jiġifieri data sintetika) biex jiġu vverifikati r-riżultati ġġenerati mit-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali għal preġudizzji possibbli lejn individwi abbażi tas-sess, l-età, l-oriġini razzjali jew etnika, id-diżabilità, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-orjentazzjoni sesswali

(viii)

fil-każ tal-intrapriżi li ma użaw l-ebda teknoloġija tal-Intelliġenza Artifiċjali, li jirreferu speċifikament għall-varjabbli obbligatorji (40) sa (46):

(22)

il-kunsiderazzjoni tal-użu ta’ kwalunkwe teknoloġija tal-Intelliġenza Artifiċjali, li jirreferu speċifikament għall-varjabbli obbligatorji (40) sa (46)

(ix)

fil-każ tal-intrapriżi li ma użaw l-ebda teknoloġija tal-Intelliġenza Artifiċjali iżda li kkunsidraw jużawhom, li jirreferu speċifikament għall-varjabbli obbligatorji (40) sa (46):

(23)

it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali ma ntużawx għax il-kostijiet kienu jidhru għoljin wisq

(24)

it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali ma ntużawx minħabba nuqqas ta’ għarfien espert rilevanti fl-intrapriża

(25)

it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali ma ntużawx minħabba inkompatibbiltà ma’ tagħmir, software jew sistemi eżistenti

(26)

it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali ma ntużawx minħabba diffikultajiet bid-disponibbiltà jew il-kwalità tad-data meħtieġa

(27)

it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali ma ntużawx minħabba tħassib dwar il-ksur tal-protezzjoni tad-data u l-privatezza

(28)

it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali ma ntużawx minħabba nuqqas ta’ ċarezza dwar il-konsegwenzi ġuridiċi (bħar-responsabbiltà f’każ ta’ dannu kkawżat mill-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali)

(29)

it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali ma ntużawx minħabba kunsiderazzjonijiet etiċi

(30)

it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali ma ntużawx minħabba li mhumiex utli għall-intrapriża


Unità tal-kejl

Iċ-ċifri assoluti, għajr għall-karatteristiċi relatati mal-fatturat fil-munita nazzjonali (eluf) jew persentaġġ tal-fatturat (totali)

Popolazzjoni statistika

Kopertura tal-attività:

It-Taqsimiet minn C sa J, minn L sa N u l-grupp 95.1 tan-NACE Rev. 2

Kopertura tal-klassijiet tad-daqs:

L-intrapriżi b’10 impjegati jew persuni li jaħdmu għal rashom jew aktar. L-intrapriżi b’inqas minn 10 impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom jistgħu jiġu koperti b’mod fakultattiv.

Diżaggregazzjonijiet

Diżaggregazzjoni tal-attività

għall-kalkolu tal-aggregati nazzjonali:

l-aggregati tat-taqsimiet u l-gruppi C+D+E+F+G+H+I+J+L+M+N+95.1, D+E tan-NACE Rev. 2

Taqsimiet tan-NACE Rev. 2: C, F, G, H, I, J, L, M, N

Diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2: 47, 55

l-aggregati tad-diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2: 10 + 11 + 12 + 13 + 14 + 15 + 16 + 17 + 18, 19 + 20 + 21 + 22 + 23, 24 + 25, 26 + 27 + 28 + 29 + 30 + 31 + 32 + 33

l-aggregati tad-diviżjonijiet u l-gruppi tan-NACE Rev. 2: 26.1 + 26.2 + 26.3 + 26.4 + 26.8 + 46.5 + 58.2 + 61 + 62 + 63.1 + 95.1

għall-kontribuzzjoni lit-totali Ewropej biss

Taqsimiet tan-NACE Rev. 2: D, E

Diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2: 19, 20, 21, 26, 27, 28, 45, 46, 61, 72, 79

Grupp tan-NACE Rev. 2: 95.1

l-aggregati tad-diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2: 10 + 11 + 12, 13 + 14 + 15, 16 + 17 + 18, 22 + 23, 29 + 30, 31 + 32 + 33, 58 + 59 + 60, 62 + 63, 69 + 70 + 71, 73 + 74 + 75, 77 + 78 + 80 + 81 + 82

Il-klassi tad-daqs tal-għadd ta’ impjegati u ħaddiema għal rashom: 10+, 10-49, 50-249, 250+; fakultattiva: 0-9, 0-1, 2-9

Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

il-5 ta’ Ottubru 2024


21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1508

tal-20 ta’ Lulju 2023

li jidderoga fir-rigward tas-sena 2023 mill-Artikolu 44(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livell ta’ pagamenti bil-quddiem għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti u għall-interventi għall-iżvilupp rurali bbażati fuq iż-żoni u fuq l-annimali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 44(2), t-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2116, mis-16 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Novembru, l-Istati Membri jistgħu jħallsu bil-quddiem sa 50 % għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti u qabel l-1 ta’ Diċembru, jistgħu jħallsu bil-quddiem sa 75 % għall-interventi għall-iżvilupp rurali bbażati fuq iż-żoni u fuq l-annimali skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(2)

Il-pandemija tal-COVID-19, l-impatt tagħha fuq il-ktajjen tal-provvista tal-ikel, u ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-inputs agrikoli mill-ħarifa tal-2021 qed ipoġġu s-settur agrikolu taħt pressjoni. Barra minn hekk, l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja aggravat is-sitwazzjoni u kellha impatt negattiv ulterjuri fuq is-settur agrikolu. Il-prezzijiet tal-input, bħall-kostijiet tal-enerġija, tal-fertilizzanti u tal-għalf żdiedu b’mod sinifikanti fis-setturi agrikoli kollha.

(3)

B’riżultat ta’ dan, is-sehem tal-kostijiet tal-enerġija u tal-fertilizzanti fil-konsum intermedju totali kien żdied b’mod sinifikanti fl-2022, bl-akbar żieda osservata għall-farms tal-għelejjel tar-raba’ u tal-għelejjel permanenti, fiż-żewġ każijiet minħabba l-esponiment tagħhom għall-kostijiet tal-fertilizzanti. Il-prezzijiet tal-fertilizzanti għadhom f’livelli storikament għoljin ħafna. Id-data tissuġġerixxi li l-bdiewa rreaġixxew billi naqqsu l-użu tagħhom tal-fertilizzanti b’konsegwenzi negattivi, sa issa inċerti, fuq ir-rendimenti u l-kwalità tal-komoditajiet tal-ikel u tal-għalf.

(4)

Il-prezzijiet tal-inputs l-oħra għall-bdiewa u għall-operaturi tal-katina alimentari fl-Unjoni bħal pereżempju l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u t-trattamenti tas-saħħa tal-annimali, il-makkinarju u l-imballaġġ żdiedu f’konformità mal-inflazzjoni ġenerali.

(5)

Dan l-aħħar, il-prezzijiet għall-biċċa l-kbira tal-komoditajiet agrikoli bħaċ-ċereali, iż-żrieragħ żejtnin u l-prodotti tal-ħalib qed jonqsu b’mod sinifikanti. F’xi Stati Membri, is-sitwazzjoni saret partikolarment diffiċli peress li l-proporzjon bejn il-prezzijiet tal-input u l-prezzijiet tal-komoditajiet iddeterjora.

(6)

Dawn iċ-ċirkostanzi, minbarra l-avvenimenti meteoroloġiċi avversi reċenti f’ċerti reġjuni, bħan-nixfa estrema u l-għargħar, jistgħu jikkawżaw problemi ta’ likwidità għall-produtturi agrikoli. Sabiex dawn il-problemi ta’ likwidità jiġu indirizzati, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew iħallsu aktar pagamenti bil-quddiem fir-rigward tas-sena tat-talba 2023.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli u tal-Kumitat dwar il-Politika Agrikola Komuni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’deroga mill-Artikolu 44(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2116, fir-rigward tas-sena tat-talba 2023, l-Istati Membri jistgħu jħallsu pagamenti bil-quddiem sa 70 % għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti skont it-Titolu III, il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2021/2115, u għall-miżuri msemmija fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

2.   B’deroga mill-Artikolu 44(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2116, fir-rigward tas-sena tat-talba 2023, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu pagamenti bil-quddiem sa 85 % għall-appoġġ mogħti fil-kuntest tal-interventi għall-iżvilupp rurali bbażati fuq iż-żoni u fuq l-annimali skont it-Titolu III, il-Kapitolu IV, tar-Regolament (UE) 2021/2115.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).


21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1509

tal-20 ta’ Lulju 2023

li jidderoga fir-rigward tas-sena 2023 mill-Artikolu 75(1), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livell ta’ pagamenti bil-quddiem għall-miżuri għall-iżvilupp rurali relatati maż-żoni u mal-annimali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 75(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 104(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(iv), tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jibqa’ japplika fir-rigward tal-FAEŻR, b’rabta man-nefqa mġarrba mill-benefiċjarji u mal-pagamenti magħmula mill-aġenzija tal-pagamenti fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

Skont l-Artikolu 75(1), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istati Membri jistgħu jħallsu bil-quddiem sa 75 % għall-miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali relatati maż-żoni u mal-annimali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

(3)

Il-pandemija tal-COVID-19, l-impatt tagħha fuq il-ktajjen tal-provvista tal-ikel, u ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-inputs agrikoli mill-ħarifa tal-2021 qed ipoġġu s-settur agrikolu taħt pressjoni. Barra minn hekk, l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja aggravat is-sitwazzjoni u kellha impatt negattiv ulterjuri fuq is-settur agrikolu. Il-prezzijiet tal-input, bħall-kostijiet tal-enerġija, tal-fertilizzanti u tal-għalf żdiedu b’mod sinifikanti fis-setturi agrikoli kollha.

(4)

B’riżultat ta’ dan, is-sehem tal-kostijiet tal-enerġija u tal-fertilizzanti fil-konsum intermedju totali kien żdied b’mod sinifikanti fl-2022, bl-akbar żieda osservata għall-farms tal-għelejjel tar-raba’ u tal-għelejjel permanenti, fiż-żewġ każijiet minħabba l-esponiment tagħhom għall-kostijiet tal-fertilizzanti. Il-prezzijiet tal-fertilizzanti għadhom f’livelli storikament għoljin ħafna. Id-data tissuġġerixxi li l-bdiewa rreaġixxew billi naqqsu l-użu tagħhom tal-fertilizzanti b’konsegwenzi negattivi, sa issa inċerti, fuq ir-rendimenti u l-kwalità tal-komoditajiet tal-ikel u tal-għalf.

(5)

Il-prezzijiet tal-inputs l-oħra għall-bdiewa u għall-operaturi tal-katina alimentari fl-Unjoni bħal pereżempju l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u t-trattamenti tas-saħħa tal-annimali, il-makkinarju u l-imballaġġ żdiedu f’konformità mal-inflazzjoni ġenerali.

(6)

Dan l-aħħar, il-prezzijiet għall-biċċa l-kbira tal-komoditajiet agrikoli bħaċ-ċereali, iż-żrieragħ żejtnin u l-prodotti tal-ħalib qed jonqsu b’mod sinifikanti. F’xi Stati Membri, is-sitwazzjoni saret partikolarment diffiċli peress li l-proporzjon bejn il-prezzijiet tal-input u l-prezzijiet tal-komoditajiet iddeterjora.

(7)

Dawn iċ-ċirkostanzi, minbarra l-avvenimenti meteoroloġiċi avversi reċenti f’ċerti reġjuni, bħan-nixfa estrema u l-għargħar, jistgħu jikkawżaw problemi ta’ likwidità għall-produtturi agrikoli. Sabiex dawn il-problemi ta’ likwidità jiġu indirizzati, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew iħallsu aktar pagamenti bil-quddiem fir-rigward tas-sena tat-talba 2023 għall-miżuri għall-iżvilupp rurali relatati maż-żoni u mal-annimali.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli u tal-Kumitat dwar il-Politika Agrikola Komuni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 75(1), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, fir-rigward tas-sena tat-talba 2023, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu pagamenti bil-quddiem sa 85 % għall-appoġġ mogħti fil-kuntest tal-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 67(2) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435 6.12.2021, p. 187).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).


21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1510

tal-20 ta’ Lulju 2023

li jemenda r-Regolament (UE) 2023/915 fir-rigward tal-livelli massimi tal-kadmju fil-ħabb għażiż (cyperus esculentus) u f’ċertu faqqiegħ ikkultivat

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 (2) jistabbilixxi l-livelli massimi għall-kadmju f’għadd ta’ oġġetti tal-ikel.

(2)

Fit-30 ta’ Jannar 2009, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni xjentifika dwar il-kadmju fl-ikel (3). L-Awtorità kkonkludiet li l-kadmju huwa tossiku b’mod ewlieni għall-kliewi, speċjalment għaċ-ċelloli tubulari prossimali fejn jakkumula maż-żmien u jista’ jikkawża disfunzjoni renali. Minħabba l-effetti tossiċi tal-kadmju fuq il-kliewi, l-Awtorità stabbiliet doża tollerabbli ta’ konsum kull ġimgħa ta’ 2,5 μg għal kull kilogramma ta’ piż tal-ġisem. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-esponiment medju għall-adulti madwar l-Unjoni huwa qrib id-doża tollerabbli fil-ġimgħa, jew jaqbiżha bi ftit. Ikkonkludiet ukoll li jista’ jkun li xi sottogruppi, bħall-veġetarjani, it-tfal, il-pejjiepa u nies li jgħixu f’żoni kkontaminati ħafna jaqbżu d-doża tollerabbli fil-ġimgħa b’madwar darbtejn. Għaldaqstant, l-Awtorità kkonkludiet li l-esponiment attwali għall-kadmju fil-livell tal-popolazzjoni jeħtieġ jitnaqqas. Wara dik l-opinjoni xjentifika, fis-17 ta’ Jannar 2012, l-Awtorità ħarġet rapport xjentifiku li jikkonferma li t-tfal u l-adulti fil-95 perċentil tal-esponiment jistgħu jaqbżu l-valuri gwida bbażati fuq is-saħħa (4).

(3)

Ġew stabbiliti livelli massimi ġodda għall-kadmju fl-ikel tat-trabi u fiċ-ċikkulata/fil-prodotti tal-kawkaw fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 488/2014 (5) wara li tqiesu l-opinjoni xjentifika u r-rapport xjentifiku tal-Awtorità. Ġiet adottata r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/193/UE (6), li għamlet appell lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-metodi ta’ mitigazzjoni diġà disponibbli jiġu kkomunikati lill-bdiewa u promossi magħhom, u biex jibdew jiġu implimentati jew jibqgħu jiġu implimentati, biex jimmonitorjaw il-progress tal-miżuri ta’ mitigazzjoni b’mod regolari billi jiġbru d-data dwar il-livelli tal-kadmju li jokkorru fl-oġġetti tal-ikel, u biex sa Frar tal-2018 jirrappurtaw id-data, b’mod partikolari dwar il-livelli tal-kadmju li jkunu qrib il-livelli massimi, jew dwar dawk li jaqbżu dawn il-livelli.

(4)

Abbażi tad-data dwar l-okkorrenza, li nġabret wara l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni, il-livelli massimi għall-kadmju tnaqqsu f’firxa wiesgħa ta’ oġġetti tal-ikel permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1323 (7).

(5)

Sadanittant, wara li ġie ppubblikat ir-Regolament (UE) 2021/1323, ħarġet data ġdida dwar l-okkorrenza fil-ħabb għażiż u f’xi speċijiet ta’ faqqiegħ ikkultivat li ma tantx huma kkunsmati.

(6)

Il-livell massimu għall-kadmju fir-ravanell, li bir-Regolament (UE) 2021/1323, tnaqqas minn 0,10 għal 0,020 mg/kg japplika għall-ħabb għażiż. Dan il-livell massimu tnaqqas abbażi tad-data li kienet disponibbli dak iż-żmien dwar l-okkorrenza fl-ispeċijiet li huma kkunsmati l-iżjed fil-grupp ta’ komoditajiet tar-ravanell (Raphanus sativus var. sativus). Madankollu, sadanittant saret disponibbli data aktar riċenti speċifikament dwar l-okkorrenzi fil-ħabb għażiż, li turi li l-ħabb għażiż fih konċentrazzjonijiet ogħla ta’ kadmju minn tipi oħra ta’ ravanell. Għalhekk, jidher ċar li l-livell massimu stabbilit għall-kadmju fil-ħabb għażiż mhuwiex konformi mal-prinċipju “l-aktar baxx li jista’ raġonevolment jintlaħaq (ALARA)”. Barra minn hekk, billi ma tantx huwa kkunsmat il-ħabb għażiż, l-esponiment tal-konsumaturi għall-kadmju minnu huwa limitat.

(7)

Il-livelli massimi għall-faqqiegħ ikkultivat tbaxxew bir-Regolament (UE) 2021/1323 minn 0,20 mg/kg għall-Agaricus bisporus, għal-Lentinula edodes u għall-Pleurotus ostreatus, u minn 1,0 mg/kg għall-faqqiegħ ikkultivat l-ieħor għal 0,15 mg/kg għal-Lentinula edodes u għall-Pleurotus ostreatus, u 0,050 mg/kg għall-faqqiegħ ikkultivat l-ieħor kollu, fosthom l-Agaricus bisporus. Il-livell massimu għall-faqqiegħ ikkultivat għajr il-Lentinula edodes u l-Pleurotus ostreatus tnaqqas abbażi tad-data dwar l-okkorrenza li kienet disponibbli f’dak iż-żmien għall-ispeċijiet li l-aktar huma kkunsmati minn dan il-grupp ta’ komoditajiet (Agaricus bisporus). Iżda sadanittant ħarġet data aktar riċenti dwar l-okkorrenza f’xi speċijiet speċifiċi ta’ faqqiegħ ikkultivat li huma kkunsmati inqas mill-Agaricus bisporus, mill-Lentinula edodes u mill-Pleurotus ostreatus, li turi li dawn fihom konċentrazzjonijiet ta’ kadmju ogħla minn tal-Agaricus bisporus. B’hekk, jidher ċar li l-livell massimu stabbilit għall-kadmju fil-faqqiegħ ikkultivat għajr l-Agaricus bisporus, il-Lentinula edodes u l-Pleurotus ostreatus mhuwiex konformi mal-prinċipju “ALARA”. Barra minn hekk, peress li l-ispeċijiet Agaricus bisporus, Lentinula edodes u Pleurotus ostreatus jirrappreżentaw is-sehem ewlieni tal-volum totali tal-faqqiegħ ikkunsmat fl-Unjoni, il-kontribuzzjoni għall-esponiment tal-konsumaturi għall-kadmju mill-faqqiegħ ikkultivat l-ieħor hija limitata.

(8)

Sabiex jitqies il-prinċipju “ALARA” u ma jkunx hemm rati sproporzjonati ta’ nuqqas ta’ konformità għall-ħabb għażiż u għall-faqqiegħ ikkultivat għajr l-Agaricus bisporus, il-Lentinula edodes u l-Pleurotus ostreatus, filwaqt li jinżamm livell għoli ta’ sikurezza tal-ikel, jenħtieġ li jiżdiedu l-livelli massimi għall-kadmju f’dawk l-ispeċijiet.

(9)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/915 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) 2023/915 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 tal-25 ta’ April 2023 dwar il-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 (ĠU L 119, 5.5.2023, p. 103).

(3)  Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Scientific opinion on cadmium in food. EFSA Journal 2009(980) 1-139, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2009.980.

(4)  Scientific Report of EFSA on Cadmium dietary exposure in the European population. EFSA Journal 2012;10(1), 2551 [37 pp.], https://doi.org/10.2903/j.efsa.2012.2551.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 488/2014 tat-12 ta’ Mejju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi tal-kadmju fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 75).

(6)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/193/UE tal-4 ta’ April 2014 dwar it-tnaqqis tal-preżenza tal-kadmju fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 104, 8.4.2014, p. 80).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1323 tal-10 ta’ Awwissu 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi taċ-ċomb f’ċerti oġġetti tal-ikel (ĠU L 288, 11.8.2021, p. 13).


ANNESS

It-Taqsima 3 (Metalli u elementi oħra), is-sottotaqsima 3.2 (Kadmju), tal-Anness tar-Regolament (UE) 2023/915 hija emendata kif ġej:

(1)

l-entrata 3.2.2 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“3.2.2

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

 

Il-livell massimu japplika għall-piż niedi.

Il-livell massimu japplika wara l-ħasil u s-separazzjoni tal-parti li tittiekel.

3.2.2.1

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi ħlief il-prodotti elenkati fil-punti 3.2.2.2, 3.2.2.3, 3.2.2.4, 3.2.2.5, 3.2.2.6 u 3.2.2.7

0,10

Fil-każ tal-patata, il-livell massimu japplika għall-patata mqaxxra.”

3.2.2.2

Pitravi

0,060

 

3.2.2.3

Karfusa liftija

0,15

 

3.2.2.4

Rafan, zunnarija bajda, leħjet il-bodbod

0,20

 

3.2.2.5

Ravanell għajr il-ħabb għażiż

0,020

 

3.2.2.6

Ħabb għażiż

0,10

 

3.2.2.7

Għeruq u tuberi tropikali, għeruq tat-tursin, ġdur

0,050

 

(2)

l-entrata 3.2.9 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“3.2.9

Faqqiegħ

 

Il-livell massimu japplika għall-piż niedi.

Il-livell massimu japplika wara l-ħasil u s-separazzjoni tal-parti li tittiekel.”

3.2.9.1

Agaricus bisporus

0,050

 

3.2.9.2

Faqqiegħ ikkultivat għajr l-Agaricus bisporus

0,15

 

3.2.9.3

Faqqiegħ salvaġġ

0,50

 


21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1511

tal-20 ta’ Lulju 2023

li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 u (UE) 2020/1213 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Malus sylvestris li joriġinaw mir-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4), it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Abbażi ta’ valutazzjoni preliminari tar-riskji, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (2) jistabbilixxi lista ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli.

(2)

Wara valutazzjoni preliminari, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 ġew elenkati b’mod proviżorju 34 ġeneru u speċi waħda ta’ pjanti għat-tħawwil li joriġinaw minn pajjiżi terzi, bħala pjanti ta’ riskju għoli. Wieħed mill-ġeneri elenkati huwa l-Malus Mill.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 (3) jistabbilixxi l-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tneħħew mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, iżda r-riskji fitosanitarji tagħhom għadhom ma ġewx ivvalutati bis-sħiħ. Dan għaliex wieħed jew aktar mill-pesti li jgħixu f’dawk il-pjanti għadhom mhumiex inklużi fil-lista tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (4), iżda jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiġu inklużi wara valutazzjoni tar-riskji sħiħa oħra.

(4)

Fl-4 ta’ Marzu 2022, ir-Renju Unit (5) ressaq talba lill-Kummissjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ dan li ġej: pjanti għat-tħawwil bl-għeruq mikxufin ta’ mhux aktar minn seba’ snin tal-Malus sylvestris b’dijametru massimu ta’ 40 mm fil-bażi taz-zokk; u pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn seba’ snin tal-Malus sylvestris f’materjal għat-tkabbir, b’dijametru massimu ta’ 40 mm fil-bażi taz-zokk (“il-pjanti rilevanti”). Dik it-talba kienet sostnuta mid-dossier tekniku rilevanti.

(5)

Fl-24 ta’ Mejju 2023, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni xjentifika fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti rilevanti li joriġinaw mir-Renju Unit (6). L-Awtorità identifikat il-Colletotrichum aenigma, il-Meloidogyne mali, l-Eulecanium excrescens, it-Takahashia japonica, il-virus tar-ringspot tat-tabakk, il-virus tar-ringspot tat-tadam u l-Erwinia amylovora bħala pesti rilevanti għal dawn il-pjanti.

(6)

L-Awtorità evalwat il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji deskritti fid-dossier għall-Colletotrichum aenigma, il-Meloidogyne mali, l-Eulecanium excrescens, it-Takahashia japonica, il-virus tar-ringspot tat-tabakk, u l-virus tar-ringspot tat-tadam, u stmat il-probabbiltà li l-pjanti rilevanti jkunu ħielsa minn dawk il-pesti. Ikkonkludiet li l-probabbiltà li l-pjanti rilevanti jkunu ħielsa minn dawk il-pesti hija għolja. Fir-rigward tal-Erwinia amylovora, l-Awtorità evalwat jekk ir-rekwiżiti speċjali għall-introduzzjoni u l-moviment fiż-żoni protetti speċifikati, elenkati fil-punt 9 tal-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072, tal-pjanti tal-Malus Mill., għajr il-frott u ż-żrieragħ, humiex issodisfati. Ikkonkludiet li r-Renju Unit jissodisfa dawk ir-rekwiżiti speċjali.

(7)

Abbażi ta’ dik l-opinjoni, huwa kkunsidrat li r-riskju fitosanitarju mill-introduzzjoni tal-pjanti rilevanti fit-territorju tal-Unjoni jitnaqqas għal livell aċċettabbli, dment li jiġu applikati miżuri xierqa li jindirizzaw ir-riskju tal-pesti relatati ma’ dawk il-pjanti.

(8)

Il-miżuri deskritti mir-Renju Unit fid-dossier tekniku huma kkunsidrati suffiċjenti biex ir-riskju mill-introduzzjoni tal-pjanti rilevanti fit-territorju tal-Unjoni jitnaqqas għal livell aċċettabbli. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu adottati bħala rekwiżiti fitosanitarji għall-importazzjoni biex tiġi żgurata l-protezzjoni fitosanitarja tat-territorju tal-Unjoni mill-introduzzjoni tal-pjanti rilevanti fih.

(9)

Konsegwentement, il-pjanti rilevanti jenħtieġ li ma jibqgħux jitqiesu bħala pjanti ta’ riskju għoli.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 jiġi emendat skont dan.

(11)

L-Erwinia amylovora hu elenkat bħala pest tal-kwarantina f’żona protetta, għal ċerti żoni protetti, u bħala pest irregolat mhux tal-kwarantina fl-Unjoni għall-bqija tat-territorju tal-Unjoni, fl-Annessi III u IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 rispettivament. Għall-prevenzjoni tad-dħul u tat-tixrid tal-pest fiż-żoni protetti speċifikati, hemm fis-seħħ rekwiżiti speċjali fil-punt 9 tal-Anness X ta’ dak ir-Regolament. Fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, il-virus tar-ringspot tat-tabakk u l-virus tar-ringspot tat-tadam huma elenkati bħala pesti tal-kwarantina fl-Unjoni.

(12)

Il-Colletotrichum aenigma, l-Eulecanium excrescens u t-Takahashia japonica għadhom mhumiex inklużi fil-lista tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. Jeħtieġ li ssir disponibbli l-valutazzjoni tar-riskju kompluta dwar dawk il-pesti sabiex jiġi stabbilit jekk il-pesti jissodisfawx il-kundizzjonijiet biex jiġu elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 u jekk il-pjanti rilevanti, li joriġinaw mir-Renju Unit, għandhomx jiġu elenkati fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament, flimkien mal-miżuri rispettivi.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 jiġi emendat skont dan.

(14)

Il-Meloidogyne mali mhuwiex inkluż fil-lista tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni. Analiżi tar-riskju tal-pesti għal dak il-pest ġiet ippubblikata mill-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti (EPPO) f’Settembru 2017 (7). Abbażi tad-diskussjonijiet mal-Istati Membri, ġie konkluż li l-pest ma jenħtieġx li jiġi rregolat bħala pest tal-kwarantina fl-Unjoni u lanqas bħala pest irregolat mhux tal-kwarantina fl-Unjoni, minħabba li għalkemm ilu preżenti f’ċerti Stati Membri għal żmien twil mingħajr miżuri ta’ kontroll uffiċjali, ir-riskju fitosanitarju tiegħu f’dawk l-Istati Membri huwa meqjus baxx. Għal din ir-raġuni, ma huma meħtieġa l-ebda rekwiżiti tal-importazzjoni fir-rigward ta’ dak il-pest.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi lista proviżorja ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta’ pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 10).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 tal-21 ta’ Awwissu 2020 dwar il-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tneħħew mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 275, 24.8.2020, p. 5).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).

(5)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-att, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.

(6)  EFSA PLH Panel (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2022. Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Malus sylvestris plants from United Kingdom. EFSA Journal 2023;21(6):8076, 122 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8076

(7)  EPPO (2017) Pest risk analysis for Meloidogyne mali. EPPO, Pariġi. Disponibbli fuq http://www.eppo.int/QUARANTINE/Pest_Risk_Analysis/PRA_intro.htm u https://gd.eppo.int/taxon/MELGMA.


ANNESS I

Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, fit-tabella tal-punt 1, fit-tieni kolonna “Deskrizzjoni”, l-entrata għal “Malus Mill.” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-Malus Mill., għajr:

pjanti għat-tħawwil ta’ bejn sena u sentejn, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, imlaqqmin, tal-Malus domestica li joriġinaw mis-Serbja;

pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn tliet snin, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, imlaqqmin, tal-Malus domestica li joriġinaw mill-Moldova;

salvaġġ ta’ mhux aktar minn tliet snin, bl-għeruq mikxufin, inattiv, mingħajr weraq tal-Malus domestica li joriġina mill-Ukrajna;

pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn tliet snin, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, imlaqqmin tal-Malus domestica li joriġinaw mill-Ukrajna;

biċċiet mingħajr weraq ta’ mhux aktar minn sena tal-Malus domestica li joriġinaw mir-Renju Unit;

pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn seba’ snin tal-Malus domestica li joriġinaw mir-Renju Unit; u

pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn seba’ snin b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 40 mm tal-Malus sylvestris li joriġinaw mir-Renju Unit”.


ANNESS II

Fit-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara “Pjanti għat-tħawwil ta’ Ligustrum delavayanum u Ligustrum japonicum, ta’ mhux aktar minn 20 sena f’materjal għat-tkabbir, b’dijametru massimu ta’ 18-il cm fil-bażi taz-zokk.”:

Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra

Kodiċi NM

Pajjiżi terzi tal-oriġini

Miżuri

Malus sylvestris,

pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn seba’ snin b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 40 mm.

ex 0602 10 90

ex 0602 20 20

ex 0602 20 80

Ir-Renju Unit

(a)

Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(i)

il-pjanti huma ħielsa mill-Colletotrichum aenigma, mill-Eulecanium excrescens u mit-Takahashia japonica;

(ii)

waqt l-ispezzjonijiet uffiċjali li saru fiż-żminijiet ix-xierqa, mill-bidu tal-aħħar staġun tat-tkabbir, is-sit tal-produzzjoni nstab li hu ħieles mill-Colletotrichum aenigma, mill-Eulecanium excrescens, u mit-Takahashia japonica;

(iii)

twaqqfet sistema biex tiżgura li, qabel ma jiddaħħlu fis-sit tal-produzzjoni, l-għodod u l-makkinarju jkunu tnaddfu għalkollox mill-ħamrija u minn biċċiet tal-pjanti u ġew diżinfettati biex jinħelsu mill-Colletotrichum aenigma; u

(iv)

eżatt qabel l-esportazzjoni, il-konsenji tal-pjanti saritilhom spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tal-Eulecanium excrescens u tat-Takahashia japonica, b’tali daqs tal-kampjun li jkun jippermetti s-sejbien ta’ mill-inqas livell ta’ infestazzjoni ta’ 1 % b’livell ta’ kunfidenza ta’ 99 %, u spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tal-Colletotrichum aenigma, inkluż il-kampjunar u l-ittestjar aleatorju tal-pjanti;

(b)

taħt l-intestatura ‘Dikjarazzjoni Addizzjonali’, iċ-ċertifikati fitosanitarji għal dawk il-pjanti jinkludu:

(i)

id-dikjarazzjoni li ġejja: ‘Il-konsenja tikkonforma mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213’; u

(ii)

l-ispeċifikazzjoni tas-siti tal-produzzjoni rreġistrati.”


DEĊIŻJONIJIET

21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/1512

tad-19 ta’ Lulju 2023

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2023)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2110 tad-9 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA), inkluż id-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni.

(2)

Fil-25 ta’ Awwissu 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1436 (2), li taħtar is-Sur José Manuel MARQUES DIAS bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUAM RCA mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2023.

(3)

Fit-28 ta’ Lulju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1333 (3) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 u li testendi l-mandat ta’ EUAM RCA sad-9 ta’ Awwissu 2024.

(4)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li jiġi estiż il-mandat tas-Sur José Manuel MARQUES DIAS bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUAM RCA mill-1 ta’ Settembru 2023 sad-9 ta’ Awwissu 2024,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur José Manuel MARQUES DIAS bħala l-Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Settembru 2023 sad-9 ta’ Awwissu 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Settembru 2023.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)  ĠU L 318, 10.12.2019, p. 141.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/1436 tal-25 ta’ Awwissu 2022 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għall-Missjoni ta’ Konsulenza tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2022)) (ĠU L 225, 31.8.2022, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1333 tat-28 ta’ Lulju 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (ĠU L 201, 1.8.2022, p. 25).


21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2023/1513

tad-19 ta' Lulju 2023

dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribut ta' Stat terz għall-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) (EUMA/2/2023)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/162 tat-23 ta' Jannar 2023 dwar missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/162, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti għall-EUMA minn Stati terzi.

(2)

B'segwitu għar-rakkomandazzjoni tal- Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili dwar il-kontribut propost tal-Kanada għall-EUMA, jenħtieġ li l-kontribut mill-Kanada jiġi aċċettat u kkunsidrat bħala sinifikanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kontribut mill-Kanada għall-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) huwa aċċettat u jitqies bħala sinifikanti.

2.   Il-Kanada hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-EUMA.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)  ĠU L 22, 24.1.2023, p. 29.


21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1514

tal-20 ta’ Lulju 2023

li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/422

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1).

(2)

Fl-24 ta’ Frar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/422 (2), li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (il-“lista”).

(3)

F’konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, huwa neċessarju li jsir rieżami f’intervalli regolari tal-ismijiet tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista biex jiġi żgurat li jkun hemm raġunijiet sabiex dawn jinżammu fiha.

(4)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-rieżami li l-Kunsill wettaq fir-rigward tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(5)

Il-Kunsill ivverifika li l-awtoritajiet kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f’atti terroristiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(6)

Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan, u jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/422 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK hija stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/422 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/422 tal-24 ta’ Frar 2023 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1241 (ĠU L 61, 27.2.2023, p. 58).


ANNESS

LISTA TA’ PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

I.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL-YACOUB Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Nazzjonal Iranjan u tal-Istati Uniti, numru tal-passaport: C2002515 (Iran); numru tal-passaport: 477845448 (USA). Numru tal-identità nazzjonali: 07442833, data ta’ skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

5.

ASSADI Assadollah (magħruf ukoll bħala Assadollah Asadi), imwieled fit-22.12.1971 f’Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657.

6.

BOUYERI Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu Zubair, magħruf ukoll bħala Sobiar, magħruf ukoll bħala Abu Zoubair), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (in-Netherlands).

7.

HASSAN EL HAJJ Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f’Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (Kanada).

8.

HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f’Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019.

9.

AL-DIN Hasan Izz (magħruf ukoll bħala Garbaya Ahmed, magħruf ukoll bħala Sa’id, magħruf ukoll bħala Salwwan Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

10.

MELIAD Farah, imwieled fil-5.11.1980 f’Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (Awstralja).

11.

MOHAMMED Khalid Sheikh (magħruf ukoll bħala Ali Salem, magħruf ukoll bħala Bin Khalid Fahd Bin Abdallah, magħruf ukoll bħala Henin Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala Wadood Khalid Abdul), imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport: 488555.

12.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala’i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla’i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Mehran Military Base, Ilam Province, Iran.

13.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f’Tehran, l-Iran.

II.   GRUPPI U ENTITAJIET

1.

“Abu Nidal Organisation” — “ANO” (magħrufa wkoll bħala “Fatah Revolutionary Council”, magħrufa wkoll bħala “Arab Revolutionary Brigades”, magħrufa wkoll bħala “Black September”, magħrufa wkoll bħala “Revolutionary Organisation of Socialist Muslims”).

2.

“Al-Aqsa Martyrs’ Brigade”.

3.

“Al-Aqsa e.V”.

4.

“Babbar Khalsa”.

5.

“Communist Party of the Philippines”, inkluż “New People’s Army” — “NPA”, Philippines.

6.

Directorate for Internal Security of the Iranian Ministry for Intelligence and Security.

7.

“Gama’a al-Islamiyya” (magħruf ukoll bħala “Al-Gama’a al-Islamiyya”) (“Islamic Group” — “IG”).

8.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” — “IBDA-C” (“Great Islamic Eastern Warriors Front”).

9.

“Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”.

10.

“Hizballah Military Wing” (magħrufa wkoll bħala “Hezbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbullah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hezballah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hisbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbu’llah Military Wing” magħrufa wkoll bħala “Hizb Allah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Jihad Council” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-External Security Organisation)).

11.

“Hizbul Mujahideen” — “HM”.

12.

“Khalistan Zindabad Force” — “KZF”.

13.

“Kurdistan Workers’ Party” — “PKK” (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

14.

“Liberation Tigers of Tamil Eelam” — “LTTE”.

15.

“Ejército de Liberación Nacional” (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

16.

“Palestinian Islamic Jihad” — “PIJ”.

17.

“Popular Front for the Liberation of Palestine” — “PFLP”.

18.

“Popular Front for the Liberation of Palestine — General Command” (magħruf ukoll bħala. “PFLP — General Command”).

19.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Revolutionary Left”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Revolutionary People’s Liberation Army/Front/Party”).

20.

“Sendero Luminoso” — “SL” (“Shining Path”).

21.

“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK” (magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Hawks”).

21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1515

tal-20 ta’ Lulju 2023

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026 b’appoġġ għall-Programm dwar iċ-Ċibersigurtà u r-Reżiljenza Ċibernetika u l-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026 (1).

(2)

Fit-18 ta’ Mejju 2023, l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi, li hija responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026, talbet estensjoni ta’ 12-il xahar, sat-30 ta’ Awwissu 2024, għall-implimentazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-implimentazzjoni li għaddejja tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026 ma għandha ebda implikazzjoni finanzjarja addizzjonali għall-perjodu sat-30 ta’ Awwissu 2024.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-30 ta’ Awwissu 2024.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1026 tal-21 ta’ Ġunju 2021 b’appoġġ għall-Programm dwar iċ-Ċibersigurtà u r-Reżiljenza Ċibernetika u l-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 224, 24.6.2021, p. 24).


21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1516

tal-20 ta’ Lulju 2023

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1340

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ Marzu 2002, il-Kunsill qabel li jaħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bożnija-Ħerzegovina.

(2)

Fit-8 ta’ Awwissu 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1340 (1) li taħtar lis-Sur Johann SATTLER bħala r-RSUE fil-Bożnija-Ħerzegovina. Il-mandat tar-RSUE ġie estiż suċċessivament, l-aktar reċentement bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1193 (2), u ser jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2023.

(3)

Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż għal perjodu ulterjuri ta’ 12-il xahar u li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2023 sal-31 ta’ Awwissu 2024.

(4)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif jinsabu fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1340 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Johann SATTLER bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bożnija-Ħerzegovina huwa estiż sal-31 ta’ Awwissu 2024. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi terminat qabel, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u ta’ proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).”;

(2)

fl-Artikolu 5(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2023 sal-31 ta’ Awwissu 2024 għandu jkun ta’ EUR 5 530 000”;

(3)

fl-Artikolu 14, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti ta’ progress regolari u rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-31 ta’ Mejju 2024.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1340 tat-8 ta’ Awwissu 2019 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (ĠU L 209, 9.8.2019, p. 10).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1193 tad-19 ta’ Lulju 2021 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1340 (ĠU L 258, 20.7.2021, p. 46).


21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/40


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1517

tal-20 ta’ Lulju 2023

li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

(2)

Il-Kunsill Ewropew, fil-Konklużjonijiet tiegħu adottati fid-29-30 ta’ Ġunju 2023, tenna l-kundanna tiegħu għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-NU, u fakkar fl-appoġġ sod tal-Unjoni għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tagħha u għad-dritt inerenti tagħha ta’ awtodifiża kontra l-aggressjoni Russa. Il-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa wkoll il-qerda intenzjonata tad-diga fl-impjant tal-enerġija idroelettrika ta’ Kakhovka, kif ukoll id-deportazzjoni illegali tar-Russja u t-trasferiment lejn ir-Russja u l-Belarussja ta’ tfal Ukreni u ta’ ċivili oħra.

(3)

Sakemm l-azzjonijiet illegali mill-Federazzjoni Russa jkomplu jiksru l-projbizzjoni fuq l-użu tal-forza, li hija regola perentorja tal-liġi internazzjonali, huwa xieraq li jinżammu fis-seħħ il-miżuri kollha imposti mill-Unjoni u li jittieħdu miżuri addizzjonali, jekk ikun meħtieġ. Konsegwentement, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġġedded għal sitt xhur oħra.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/512/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 2014/512/PESK, l-Artikolu 9(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2024.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).


21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/41


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1518

tal-20 ta’ Lulju 2023

dwar miżura ta’ assistenza fil-qafas tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-Forzi Armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 (1) tistabbilixxi l-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) għall-finanzjament mill-Istati Membri tal-azzjonijiet tal-Unjoni fil-qafas tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) biex tinżamm il-paċi, jiġu prevenuti l-konflitti u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 21(2), punt (c), tat-Trattat. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-EPF għandha tintuża biex tiffinanzja azzjonijiet ta’ assistenza bħal azzjonijiet biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ stati terzi u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali b’rabta ma’ kwistjonijiet militari u ta’ difiża.

(2)

Il-kriżi attwali fil-provinċji tal-lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo turi l-prezz traġiku uman li ser ikompli jitħallas jekk ma tinkisibx paċi dejjiema u komprensiva. L-instabbiltà kontinwa rriżultat f’waħda mill-agħar u l-itwal kriżijiet umanitarja fid-dinja u ħalliet lir-reġjun f’riskju li jsir fortizza tat-terroriżmu u networks kriminali tranżnazzjonali.

(3)

L-iżgurar tal-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fit-tul fil-provinċji tal-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fir-reġjun b’mod aktar ġenerali, f’konformità ma’ approċċ integrat, huwa prijorità ewlenija għall-Unjoni. L-Unjoni hija konxja tal-importanza tal-elezzjonijiet ġenerali msejħa għal Diċembru 2023.

(4)

Fit-13 ta’ Frar 2023, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ("ir-Rappreżentant Għoli") irċieva talba mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo biex l-Unjoni tassisti lill-Forzi Armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo bl-akkwist ta’ tagħmir importanti u l-kostruzzjoni ta’ infrastruttura bażika fil-qafas tal-EPF.

(5)

Il-miżuri ta’ assistenza għandhom jiġu implimentati b’kunsiderazzjoni tal-prinċipji u r-rekwiżiti stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, b’mod partikolari l-konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (2), u f’konformità mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u tan-nefqa ffinanzjati fil-qafas tal-EPF.

(6)

L-implimentazzjoni ser tkun soġġetta wkoll għall-valutazzjoni regolari tal-iżviluppi politiċi fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, f’konformità mal-qafas metodoloġiku integrat għall-valutazzjoni u l-identifikazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni u l-kontrolli meħtieġa għal miżuri ta’ assistenza taħt il-FEP.

(7)

Il-Kunsill jafferma mill-ġdid id-determinazzjoni tiegħu li jipproteġi, jippromwovi u jiddefendi d-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-prinċipji demokratiċi u li jsaħħaħ l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, f’konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u mad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment, objettivi, kamp ta’ applikazzjoni u durata

1.   Miżura ta’ assistenza li tibbenifika minnha r-Repubblika Demokratika tal-Kongo ("il-benefiċjarju") li tiġi ffinanzjata fil-qafas tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) (il-"miżura ta’ assistenza") hija b’dan stabbilita.

2.   L-objettiv tal-miżura ta’ assistenza huwa li ssaħħaħ il-kapaċitajiet u r-reżiljenza tal-Forzi Armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo sabiex ikunu jistgħu jiddefendu aħjar l-integrità territorjali u s-sovranità tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u biex tipproteġi aħjar il-popolazzjoni ċivili, b’mod partikolari, minn gruppi armati fil-provinċji tal-lvant tal-pajjiż.

3.   Sabiex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 2, il-miżura ta’ assistenza għandha tiffinanzja l-komponenti li ġejjin:

(a)

tagħmir individwali, mhux imfassal biex iwassal forza letali, għas-suldati;

(b)

tagħmir kollettiv, mhux imfassal biex iwassal forza letali, fil-livell tal-brigata, tal-battaljun u tal-kumpanija;

(c)

infrastruttura fil-livell tal-kwartieri ġenerali tal-brigata.

4.   Il-miżura ta’ assistenza għandha ddum 48 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt iffirmat mill-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza, li jaġixxi bħala uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 32(2), il-punt (a), tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509. L-implimentazzjoni tal-kuntratt ma għandhiex tibda qabel l-1 ta’ Marzu 2024.

Artikolu 2

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-miżura ta’ assistenza għandu jkun ta’ EUR 20 000 000.

2.   In-nefqa kollha għandha tiġi ġestita f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u r-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u tan-nefqa ffinanzjata fil-qafas tal-EPF.

Artikolu 3

Arranġamenti mal-benefiċjarju

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa mal-benefiċjarju biex jiżgura l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti minn din id-Deċiżjoni bħala kondizzjoni għall-għoti ta’ appoġġ fil-qafas tal-miżura ta’ assistenza.

2.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-benefiċjarju jiżgura:

(a)

il-konformità tal-unitajiet tal-Forzi Armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo appoġġati fil-qafas tal-miżura ta’ assistenza mal-liġi internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali;

(b)

l-użu xieraq u effiċjenti tal-assi kollha pprovduti fil-qafas tal-miżura ta’ assistenza għall-finijiet li għalihom ġew ipprovduti;

(c)

il-manutenzjoni suffiċjenti tal-assi kollha pprovduti fil-qafas tal-miżura ta’ assistenza biex tiġi żgurata l-utilizzabbiltà tagħhom u d-disponibbiltà operazzjonali tagħhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;

(d)

li l-assi kollha pprovduti fil-qafas tal-miżura ta’ assistenza ma jintilfux jew jiġu trasferiti mingħajr il-kunsens tal-Kumitat tal-Faċilità stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 lil persuni jew entitajiet minbarra dawk identifikati f’dawk l-arranġamenti, fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

3.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-appoġġ fil-qafas tal-miżura ta’ assistenza f’każ li l-benefiċjarju jinstab li jkun kiser l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2.

Artikolu 4

Implimentazzjoni

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun responsabbli li jiżgura l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u tan-nefqa ffinanzjata fil-qafas tal-EPF, f’konformità mal-Qafas Metodoloġiku Integrat għall-valutazzjoni u l-identifikazzjoni tal-miżuri u l-kontrolli meħtieġa għall-miżuri ta’ assistenza fil-qafas tal-EPF.

2.   L-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) għandha titwettaq mill-Ministeru tad-Difiża tar-Renju tal-Belġju.

Artikolu 5

Monitoraġġ, kontroll u evalwazzjoni

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jimmonitorja li l-benefiċjarju jikkonforma mal-obbligi stipulati fl-Artikolu 3. Dak il-monitoraġġ għandu jipprovdi għarfien tal-kuntest u tar-riskji ta’ ksur tal-obbligi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 3, u għandu jikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ tali ksur, inkluż ksur tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi umanitarja internazzjonali mill-unitajiet tal-Forzi Armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo appoġġati fil-qafas tal-miżura ta’ assistenza.

2.   Il-kontroll ta’ wara t-trasportazzjoni tat-tagħmir u l-provvisti għandu jiġi organizzat kif ġej:

(a)

il-verifika tal-konsenja, fejn iċ-ċertifikati tal-konsenja tal-EPF jiġu ffirmati mill-forzi tal-utent aħħari mat-trasferiment tas-sjieda;

(b)

ir-rappurtar, li permezz tiegħu l-benefiċjarju jirrapporta kull sena dwar l-attivitajiet imwettqa bit-tagħmir provdut fil-qafas tal-miżura ta’ assistenza u dwar l-inventarju ta’ oġġetti deżinjati sakemm tali rappurtar ma jibqax jitqies meħtieġ mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS);

(c)

l-ispezzjonijiet fuq il-post, fejn il-benefiċjarju jagħti lir-Rappreżentant Għoli aċċess biex iwettaq kontroll fuq il-post meta mitlub.

3.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jwettaq evalwazzjoni finali hekk kif titlesta l-miżura ta’ assistenza biex jivvaluta jekk il-miżura ta’ assistenza kkontribwietx biex jintlaħqu l-objettivi ddikjarati fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 6

Rappurtar

Matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni, ir-Rappreżentant Għoli għandu jipprovdi lill-KPS rapporti kull sitt xhur dwar l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ assistenza, f’konformità mal-Artikolu 63 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509. L-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza għandu jinforma lill-Kumitat tal-Faċilità stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 dwar l-implimentazzjoni tad-dħul u tan-nefqa f’konformità mal-Artikolu 38 ta’ dik id-Deċiżjoni, inkluż billi jipprovdi informazzjoni dwar il-fornituri u s-sottokuntratturi involuti.

Artikolu 7

Sospensjoni u terminazzjoni

1.   Il-KPS jista’ jiddeċiedi li jissospendi kompletament jew parzjalment l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ assistenza f’konformità mal-Artikolu 64 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.

2.   Il-KPS jista’ wkoll jirrakkomanda li l-Kunsill itemm il-miżura ta’ assistenza.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14).

(2)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).


21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1519

tal-20 ta’ Lulju 2023

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Lulju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 (1), li tikkonċerna miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu.

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 tapplika sal-31 ta’ Lulju 2023. Abbażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu mġedda sal-31 ta’ Lulju 2024.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Lulju 2024 u għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1277 tat-30 ta’ Lulju 2021 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu (ĠU L 277 I, 2.8.2021, p. 16).


21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/46


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1520

tas-17 ta’ Lulju 2023

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2023)4910)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,

Billi:

(1)

L-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli (HPAI) hija marda virali infettiva fl-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u tfixkil fl-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji, li mbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi hi theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-istabbilimenti li jżommu l-pollam jew l-għasafar tat-trobbija. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex fi stabbilimenti oħra li jżommu l-pollam jew l-għasafar tat-trobbija.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li hu trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. F’dak ir-Regolament, l-HPAI tidħol fid-definizzjoni ta’ marda elenkata u hi soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż il-miżuri għall-kontroll tal-mard tal-HPAI.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 (3) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi l-miżuri ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni b’rabta mat-tifqigħat tal-HPAI.

(4)

B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn stabbiliti mill-Istati Membri wara t-tifqigħat tal-HPAI, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(5)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1337 (4) wara t-tifqigħat tal-HPAI fil-pollam jew fl-għasafar tat-trobbija fi Franza li kien jeħtieġ jiġu riflessi f’dak l-Anness.

(6)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1337, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Polonja u l-Iżvezja nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti li jżommu l-pollam jew l-għasafar tat-trobbija, li jinsabu fil-Muniċipalità ta’ Nyborg fid-Danimarka, fil-Land ta’ Schleswig-Holstein fil-Ġermanja, fid-dipartimenti ta’ Pas-de-Calais, Landes u La Réunion fi Franza, fir-Reġjun tal-Lombardia fl-Italja, fil-voivodeship ta’ Małopolskie fil-Polonja u fil-muniċipalità ta’ Gotland fl-Iżvezja.

(7)

L-awtoritajiet kompetenti tad-Danimarka, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Polonja u tal-Iżvezja ħadu l-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza madwar dawk it-tifqigħat.

(8)

Barra minn hekk, it-tifqigħa kkonfermata fil-Ġermanja tinsab qrib ħafna l-fruntiera mad-Danimarka. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ġermanja u tad-Danimarka kkollaboraw kif xieraq rigward l-istabbiliment taż-żona ta’ sorveljanza meħtieġa f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, billi ż-żona ta’ sorveljanza testendi fit-territorju tad-Danimarka.

(9)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri tal-kontroll tal-mard li ħadu d-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Polonja u l-Iżvezja b’kollaborazzjoni ma’ dawk l-Istati Membri, u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbilimenti fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat riċenti tal-HPAI.

(10)

Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641, bħalissa m’hemm l-ebda żona elenkata bħala żona ta’ protezzjoni għall-Ġermanja u għall-Polonja, u l-ebda żona elenkata bħala żona ta’ protezzjoni jew żona ta’ sorveljanza għad-Danimarka, għall-Italja u għall-Iżvezja.

(11)

Biex ikun evitat it-tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u tkun evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ mill-pajjiżi terzi, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mad-Danimarka, mal-Ġermanja, ma’ Franza, mal-Italja, mal-Polonja u mal-Iżvezja, jiġu deskritti malajr iż-żoni ta’ protezzjoni u ż-żoni ta’ sorveljanza stabbiliti kif xieraq minn dawk l-Istati Membri f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(12)

Għaldaqstant, fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 jenħtieġ li jiġu emendati ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għal Franza u ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ sorveljanza għall-Ġermanja u għall-Polonja.

(13)

Barra minn hekk, fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 jenħtieġ li jiġu elenkati ż-żoni ta’ protezzjoni għall-Ġermanja u għall-Polonja u jenħtieġ li jiġu elenkati ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għad-Danimarka, għall-Italja u għall-Iżvezja.

(14)

Għaldaqstant, l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 jenħtieġ li jiġi emendat biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jitqiesu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti kif xieraq mid-Danimarka, mill-Ġermanja, minn Franza, mill-Italja, mill-Polonja u mill-Iżvezja, u ż-żona ta’ sorveljanza stabbilita kif xieraq mid-Danimarka, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u t-tul tal-miżuri applikabbli fihom.

(15)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(16)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni rigward it-tixrid tal-HPAI, hu importanti li l-emendi li jridu jsiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 b’din id-Deċiżjoni, isiru effettivi kemm jista’ jkun malajr.

(17)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 tas-16 ta’ April 2021 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 134, 20.4.2021, p. 166).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1337 tat-22 ta’ Ġunju 2023 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 166, 30.6.2023, p. 139).


ANNESS

“ANNESS

Parti A

Iż-żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikoli 1 u 2:

Stat Membru: Id-Danimarka

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

DK-HPAI(P)-2023-00004

The parts of Nyborg and Kerteminde municipality that are contained within a circle of radius 3 km, centered on GPS coordinates

N 55.38149; E 10.6786

3.8.2023

Stat Membru: Il-Ġermanja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

SCHLESWIG-HOLSTEIN

DE-HPAI(P)-2023-00027

Kreis Schleswig-Flensburg

3 km Radius um den Ausbruchsbetrieb mit den GPS-Koordinaten: 9.567511/54.785588. Betroffen sind die Gemeinden oder Teile der Gemeinden Hürup, Husby, Maasbüll, Grundhof, Munkbrarup, Ringsberg, Wees.

31.7.2023

Stat Membru: Franza

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Dipartiment: Landes (40)

FR-HPAI(P)-2023-00067

FR-HPAI(P)-2023-00082

FR-HPAI(P)-2023-00083

FR-HPAI(P)-2023-00084

FR-HPAI(P)-2023-00089

FR-HPAI(P)-2023-00091

FR-HPAI(P)-2023-00097

FR-HPAI(P)-2023-00098

FR-HPAI(P)-2023-00099

FR-HPAI(P)-2023-00117

FR-HPAI(P)-2023-00118

FR-HPAI(P)-2023-00119

FR-HPAI(P)-2023-00120

FR-HPAI(P)-2023-00121

FR-HPAI(P)-2023-00125

FR-HPAI(P)-2023-00126

FR-HPAI(P)-2023-00129

FR-HPAI(P)-2023-00131

FR-HPAI(P)-2023-00136

FR-HPAI(P)-2023-00137

FR-HPAI(P)-2023-00138

FR-HPAI(P)-2023-00142

FR-HPAI(P)-2023-00143

FR-HPAI(P)-2023-00148

Aire-sur-l’Adour

Arboucave

Artassenx

Bahus-Soubiran

Bascons

Bats

Benquet

Bordères-et-Lamensans

Bourdalat

Bretagne-de-Marsan

Buanes

Castandet

Castelnau-Tursan

Cazères-sur-l’Adour

Classun

Clèdes

Duhort-Bachen

Eugénie-les-Bains

Fargues

Geaune

Grenade-sur-l’Adour

Hontanx

Labastide-d’Armagnac

Lacajunte

Lagrange

Larrivière-Saint-Savin

Latrille

Lussagnet

Mauries

Maurrin

Mauvezin-d’Armagnac

Miramont-Sensacq

Montgaillard

Montsoué

Payros-Cazautets

Pécorade

Philondenx

Pimbo

Puyol-Cazalet

Renung

Saint-Agnet

Saint-Gein

Saint-Loubouer

Saint-Maurice-sur-Adour

Saint-Sever (Est D933.S)

Samadet

Sarron

Sorbets

Urgons

Vielle-Tursan

Le Vignau

10.7.2023

FR-HPAI(P)-2023-00151

CARCARE SAINTE CROIX

CARCEN PONSON

SAINT YAGUEN

3.8.2023

FR-HPAI(P)-2023-00152

DOAZIT

HAURIET

LARBEY

MAYLIS

MONTAUT

SAINT AUBIN

3.8.2023

Dipartiment: Pas-de-Calais (62)

FR-HPAI(P)-2023-00150

AIRON-NOTRE-DAME

AIRON-SAINT-VAAST

CAMPIGNEULLES-LES-GRANDES

SAINT-AUBIN

SORRUS

25.7.2023

Dipartiment: La Réunion (974)

FR-HPAI(P)-2023-00153

SAINT LOUIS

L’ETANG SALE

SAINT PIERRE VILLE

1.8.2023

Stat Membru: L-Italja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

IT-HPAI(P)-2023-00011

The area of the parts of Lombardia Region contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec coordinates Lat. 45.154119, Long. 9.371134

9.8.2023

Stat Membru: Il-Polonja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

PL-HPAI(P)-2023-00069

W województwie małopolskim:

część gmin: Kocmyrzów – Luborzyca, m.Kraków w promieniu 3 km od współrzędnych GPS: 50.12038/20.11711

25.7.2023

Stat Membru: L-Iżvezja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

SE-HPAI(P)-2023-00002

Those parts of the municipality of Gotland contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 57.4830 and E 18.2211

21.7.2023

Parti B

Iż-żoni ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikoli 1 u 3:

Stat Membru: Id-Danimarka

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

DE-HPAI (P)-2023-00027

The parts of Sønderborg and Aabenraa municipalities that are part of the German zone within the circle of radius 10 kilometres, centred on GPS coordinates:

N 54.78559; E 9.567011

9.8.2023

DK-HPAI(P)-2023-00004

The parts of Nyborg, Kerteminde, Odense and Faaborg-Midtfyn municipalities beyond the area described in the protection zone and within the circle of radius 10 kilometres, centred on GPS coordinates

N 55.38149; E 10.6786

12.8.2023

The parts of Nyborg and Kerteminde municipality that are contained within a circle of radius 3 km, centered on GPS coordinates

N 55.38149; E 10.6786

4.8.2023 – 12.8.2023

Stat Membru: Il-Ġermanja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

SCHLESWIG-HOLSTEIN

DE-HPAI (P)-2023-00027

Kreis Schleswig-Flensburg und Stadt Flensburg

10 km Radius um den Ausbruchsbetrieb mit den GPS-Koordinaten: 9.567511/54.785588. Betroffen sind die Städte/Gemeinden oder Teile der Städte/Gemeinden: Stadt Flensburg, Stadt Glücksburg, Handewitt, Ausacker, Freienwill, Großsolt, Hürup, Husby, Massbüll, Tastrup, Dollerup, Grundhof, Langballig, Munkbrarup, Ringsberg, Westerholz, Wees, Sörup, Mittelangeln, Oeversee, Steinbergkirche.

9.8.2023

Kreis Schleswig-Flensburg

3 km Radius um den Ausbruchsbetrieb mit den GPS-Koordinaten: 9.567511/54.785588. Betroffen sind die Gemeinden oder Teile der Gemeinden Hürup, Husby, Maasbüll, Grundhof, Munkbrarup, Ringsberg, Wees.

1.8.2023 – 9.8.2023

Stat Membru: Franza

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Dipartiment: Gers (32)

FR-HPAI(P)-2023-00065

FR-HPAI(P)-2023-00068

FR-HPAI(P)-2023-00069

FR-HPAI(P)-2023-00070

FR-HPAI(P)-2023-00066

FR-HPAI(P)-2023-00071

FR-HPAI(P)-2023-00072

FR-HPAI(P)-2023-00073

FR-HPAI(P)-2023-00074

FR-HPAI(P)-2023-00075

FR-HPAI(P)-2023-00076

FR-HPAI(P)-2023-00077

FR-HPAI(P)-2023-00078

FR-HPAI(P)-2023-00079

FR-HPAI(P)-2023-00080

FR-HPAI(P)-2023-00081

FR-HPAI(P)-2023-00085

FR-HPAI(P)-2023-00088

FR-HPAI(P)-2023-00090

FR-HPAI(P)-2023-00092

FR-HPAI(P)-2023-00093

FR-HPAI(P)-2023-00094

FR-HPAI(P)-2023-00095

FR-HPAI(P)-2023-00096

FR-HPAI(P)-2023-00100

FR-HPAI(P)-2023-00101

FR-HPAI(P)-2023-00102

FR-HPAI(P)-2023-00103

FR-HPAI(P)-2023-00104

FR-HPAI(P)-2023-00105

FR-HPAI(P)-2023-00106

FR-HPAI(P)-2023-00107

FR-HPAI(P)-2023-00108

FR-HPAI(P)-2023-00109

FR-HPAI(P)-2023-00110

FR-HPAI(P)-2023-00111

FR-HPAI(P)-2023-00112

FR-HPAI(P)-2023-00113

FR-HPAI(P)-2023-00114

FR-HPAI(P)-2023-00115

FR-HPAI(P)-2023-00116

FR-HPAI(P)-2023-00122

FR-HPAI(P)-2023-00123

FR-HPAI(P)-2023-00124

FR-HPAI(P)-2023-00127

FR-HPAI(P)-2023-00128

FR-HPAI(P)-2023-00130

FR-HPAI(P)-2023-00132

FR-HPAI(P)-2023-00133

FR-HPAI(P)-2023-00134

FR-HPAI(P)-2023-00139

FR-HPAI(P)-2023-00141

FR-HPAI(P)-2023-00140

FR-HPAI(P)-2023-00144

FR-HPAI(P)-2023-00145

FR-HPAI(P)-2023-00146

FR-HPAI(P)-2023-00149

FR-HPAI(NON-P)-2023-00376

“AUJAN-MOURNEDE

ZP à l’ouest de route entre “Le Rentier” et “Le Sage”

ZS à l’est de cette même route”

“SAINT-BLANCARD

ZS à l’Ouest des routes D 139 et D576

ZRS à l’Est”

ARMENTIEUX

ARMOUS-ET-CAU

ARROUEDE

AUSSOS

BARCUGNAN

BARRAN

BARS

BASSOUES

BAZIAN

BAZUGUES

BELLEGARDE

BELLOC-SAINT-CLAMENS

BERDOUES

BETCAVE-AGUIN

BEZOLLES

BEZUES-BAJON

BIRAN

BRETAGNE-D’ARMAGNAC

CABAS-LOUMASSES

CAILLAVET

CALLIAN

CANNET

CASTELNAU D’AUZAN LABARRÈRE

CASTEX-D’ARMAGNAC

CAZAUX-D’ANGLES

CAZENEUVE

CHELAN

CLERMONT-POUYGUILLES

COURRENSAN

CUELAS

DUFFORT

DURBAN

ESTIPOUY

GALIAX

GAZAX-ET-BACCARISSE

GONDRIN

GOUX

IDRAC-RESPAILLES

JU-BELLOC

JUSTIAN

L’ISLE-DE-NOE

LABEJAN

LADEVEZE-VILLE

LAGRAULET-DU-GERS

LALANNE-ARQUE

LAMAGUERE

LANNEMAIGNAN

LANNEPAX

LAVERAET

LE BROUILH-MONBERT

LOUBERSAN

LOUSLITGES

MANAS-BASTANOUS

MANENT-MONTANE

MARAMBAT

MARCIAC

MASCARAS

MAUMUSSON-LAGUIAN

MEILHAN

MIRANDE

MIRANNES

MONCASSIN

MONCLAR-SUR-LOSSE

MONCORNEIL-GRAZAN

MONFERRAN-PLAVES

MONGUILHEM

MONLAUR-BERNET

MONLEZUN

MONT-D’ASTARAC

MONT-DE-MARRAST

MONTIES

MOUCHES

MOUREDE

NOULENS

ORNEZAN

PANASSAC

PLAISANCE

PONSAMPERE

PONSAN-SOUBIRAN

POUYLEBON

PRECHAC-SUR-ADOUR

PROJAN

RAMOUZENS

RICOURT

ROQUEBRUNE

ROQUES

ROZES

SADEILLAN

SAINT-CHRISTAUD

SAINT-JEAN-POUTGE

SAINT-JUSTIN

SAINT-MARTIN

SAINT-MEDARD

SAINT-PAUL-DE-BAISE

SAINTE-DODE

SAMARAN

SARRAGUZAN

SCIEURAC-ET-FLOURES

SEISSAN

SERE

TACHOIRES

TIESTE-URAGNOUX

TUDELLE

21.7.2023

AIGNAN

ARBLADE-LE-BAS

ARBLADE-LE-HAUT

AURENSAN

AVERON-BERGELLE

AYZIEU

BARCELONNE-DU-GERS

BASCOUS

BEAUMARCHES

BELMONT

BERNEDE

BETOUS

BOURROUILLAN

BOUZON-GELLENAVE

CAHUZAC-SUR-ADOUR

CAMPAGNE-D’ARMAGNAC

CASTELNAU-D’ANGLES

CASTELNAVET

CASTILLON-DEBATS

CAUMONT

CAUPENNE-D’ARMAGNAC

CAZAUBON

CORNEILLAN

COULOUME-MONDEBAT

COURTIES

CRAVENCERES

DEMU

EAUZE

ESCLASSAN-LABASTIDE

ESPAS

ESTANG

FUSTEROUAU

GEE-RIVIERE

IZOTGES

JUILLAC

LABARTHE

LABARTHETE

LADEVEZE-RIVIERE

LAGARDE-HACHAN

LANNE-SOUBIRAN

LANNUX

LAREE

LASSERADE

LAUJUZAN

LE HOUGA

LELIN-LAPUJOLLE

LIAS-D’ARMAGNAC

LOUBEDAT

LOURTIES-MONBRUN

LOUSSOUS-DEBAT

LUPIAC

LUPPE-VIOLLES

MAGNAN

MANCIET

MARGOUET-MEYMES

MARGUESTAU

MASSEUBE

MAULEON-D’ARMAGNAC

MAULICHERES

MAUPAS

MONCLAR

MONLEZUN-D’ARMAGNAC

MONTAUT

MONTESQUIOU

MORMES

NOGARO

PANJAS

PERCHEDE

PEYRUSSE-GRANDE

PEYRUSSE-VIEILLE

POUY-LOUBRIN

POUYDRAGUIN

PRENERON

REANS

RIGUEPEU

RISCLE

SABAZAN

SAINT-ARAILLES

SAINT-ARROMAN

SAINT-AUNIX-LENGROS

SAINT-ELIX-THEUX

SAINT-GERME

SAINT-GRIEDE

SAINT-MARTIN-D’ARMAGNAC

SAINT-MICHEL

SAINT-MONT

SAINT-OST

SAINT-PIERRE-D’AUBEZIES

SAINTE-AURENCE-CAZAUX

SAINTE-CHRISTIE-D’ARMAGNAC

SALLES-D’ARMAGNAC

SARRAGACHIES

SAUVIAC

SEAILLES

SEGOS

SION

SORBETS

TARSAC

TASQUE

TERMES-D’ARMAGNAC

TOUJOUSE

TOURDUN

URGOSSE

VERGOIGNAN

VERLUS

VIC-FEZENSAC

VIELLA

VIOZAN

“AUJAN-MOURNEDE

ZP à l’ouest de route entre “Le Rentier” et “Le Sage”

ZS à l’est de cette même route”

6.7.2023 – 21.7.2023

Dipartiment: Landes (40)

FR-HPAI(P)-2023-00067

FR-HPAI(P)-2023-00082

FR-HPAI(P)-2023-00083

FR-HPAI(P)-2023-00084

FR-HPAI(P)-2023-00089

FR-HPAI(P)-2023-00091

FR-HPAI(P)-2023-00097

FR-HPAI(P)-2023-00098

FR-HPAI(P)-2023-00099

FR-HPAI(P)-2023-00117

FR-HPAI(P)-2023-00118

FR-HPAI(P)-2023-00119

FR-HPAI(P)-2023-00120

FR-HPAI(P)-2023-00121

FR-HPAI(P)-2023-00125

FR-HPAI(P)-2023-00126

FR-HPAI(P)-2023-00129

FR-HPAI(P)-2023-00131

FR-HPAI(P)-2023-00136

FR-HPAI(P)-2023-00137

FR-HPAI(P)-2023-00138

FR-HPAI(P)-2023-00142

FR-HPAI(P)-2023-00143

FR-HPAI(P)-2023-00148

Amou

Arsague

Arthez-d’Armagnac

Aubagnan

Audignon

Aurice

Banos

Bas-Mauco

Betbezer-d’Armagnac

Beyries

Bonnegarde

Bougue

Brassempouy

Castaignos-Souslens

Castel-Sarrazin

Cauna

Coudures

Créon-d’Armagnac

Dumes

Escalans

Estigarde

Eyres-Moncube

Le Frêche

Gabarret

Gaujacq

Hagetmau

Haut-Mauco

Herré

Horsarrieu

Laglorieuse

Lamothe

Lauret

Mant

Marpaps

Mazerolles

Monget

Monségur

Mont-de-Marsan

Montégut

Mouscardès

Nassiet

Ossages

Parleboscq

Perquie

Pomarez

Pujo-le-Plan

Sainte-Colombe

Saint-Cricq-Villeneuve

Saint-Julien-d’Armagnac

Saint-Justin

Saint-Perdon

Saint-Pierre-du-Mont

Saint-Sever (Ouest D933.S)

Sarraziet

Serres-Gaston

Tilh

Villeneuve-de-Marsan

19.7.2023

Aire-sur-l’Adour

Arboucave

Artassenx

Bahus-Soubiran

Bascons

Bats

Benquet

Bordères-et-Lamensans

Bourdalat

Bretagne-de-Marsan

Buanes

Castandet

Castelnau-Tursan

Cazères-sur-l’Adour

Classun

Clèdes

Duhort-Bachen

Eugénie-les-Bains

Fargues

Geaune

Grenade-sur-l’Adour

Hontanx

Labastide-d’Armagnac

Lacajunte

Lagrange

Larrivière-Saint-Savin

Latrille

Lussagnet

Mauries

Maurrin

Mauvezin-d’Armagnac

Miramont-Sensacq

Montgaillard

Montsoué

Payros-Cazautets

Pécorade

Philondenx

Pimbo

Puyol-Cazalet

Renung

Saint-Agnet

Saint-Gein

Saint-Loubouer

Saint-Maurice-sur-Adour

Saint-Sever (Est D933.S)

Samadet

Sarron

Sorbets

Urgons

Vielle-Tursan

Le Vignau

11.7.2023 – 19.7.2023

FR-HPAI(P)-2023-00151

FR-HPAI(P)-2023-00152

Audignon

Audon

Aurice

Baigts

Banos

Bastennes

Bégaar

Bergouey

Beylongue

Brassempouy

Campagne

Cauna

Caupenne

Cazalis

Donzacq

Gaujacq

Gouts

Lahosse

Laurède

Lesgor

Le Leuy

Lourquen

Meilhan

Momuy

Mugron

Nerbis

Ousse-Suzan

Rion-des-Landes

Sainte-Colombe

Saint-Cricq-Chalosse

Villenave

Ygos-Saint-Saturnin

12.8.2023

FR-HPAI(P)-2023-00151

CARCARE SAINTE CROIX

CARCEN PONSON

SAINT YAGUEN

4.8.2023 – 12.8.2023

FR-HPAI(P)-2023-00152

DOAZIT

HAURIET

LARBEY

MAYLIS

MONTAUT

SAINT AUBIN

4.8.2023 – 12.8.2023

Dipartiment: Lot-et-Garonne (47)

FR-HPAI(P)-2023-00104

SAINTE MAURE DE PEYRIAC

SAINT PE SAINT SIMON

21.7.2023

Dipartiment: Pas-de-Calais (62)

FR-HPAI(P)-2023-00150

ATTIN

BEAUMERIE-SAINT-MARTIN

BERCK

BEUTIN

3.8.2023

BOISJEAN

BREXENT-ENOCQ

LA CALOTTERIE

CAMPIGNEULLES-LES-PETITES

CONCHIL-LE-TEMPLE

CUCQ

ECUIRES

ETAPLES

GROFFLIERS

LEPINE

LA MADELAINE-SOUS-MONTREUIL

MERLIMONT

MONTREUIL

NEMPONT-SAINT-FIRMIN

NEUVILLE-SOUS-MONTREUIL

RANG-DU-FLIERS

SAINT-JOSSE

TIGNY-NOYELLE

LE TOUQUET-PARIS-PLAGE

TUBERSENT

VERTON

WABEN

WAILLY-BEAUCAMP

26.7.2023 – 3.8.2023

Dipartiment: Hautes-Pyrénées (65)

FR-HPAI(P)-2023-00141

FR-HPAI(P)-2023-00147

ARNE

AURIEBAT

BARTHE

BAZORDAN

BETPOUY

CASTELNAU-MAGNOAC

CASTELNAU-RIVIERE-BASSE

CASTERETS

CAUBOUS

CAUSSADE-RIVIERE

CIZOS

ESTIRAC

FONTRAILLES

GAUSSAN

GUIZERIX

HACHAN

HERES

LABATUT-RIVIERE

LARAN

LARROQUE

LASSALES

MADIRAN

MAUBOURGUET

MONLONG

ORGAN

PEYRET-SAINT-ANDRE

PUNTOUS

SABARROS

SADOURNIN

SAINT-LANNE

SAUVETERRE

TRIE-SUR-BAISE

VIEUZOS

14.7.2023

ARIES-ESPENAN

BETBEZE

DEVEZE

LALANNE

MONLEON-MAGNOAC

POUY

SARIAC-MAGNOAC

THERMES-MAGNOAC

VILLEMUR

6.7.2023 – 14.7.2023

Dipartiment: La Réunion (974)

FR-HPAI(P)-2023-00153

LES AVIRONS

ENTRE DEUX

TAMPON VILLE

SAINT PIERRE RDC

SAINT LEU PITON

10.8.2023

SAINT LOUIS

L’ETANG SALE

SAINT PIERRE VILLE

2.8.2023 – 10.8.2023

Stat Membru: L-Italja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

IT-HPAI(P)-2023-00011

The area of the parts of Lombardia Region extending beyond the area described in the protection zone and contained within a circle of radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec coordinates Lat. 45.154119, Long. 9.371134

19.8.2023

The area of the parts of Lombardia Region contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec coordinates Lat. 45.154119, Long. 9.371134

10.8.2023 – 19.8.2023

Stat Membru: Il-Polonja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

PL-HPAI(P)-2023-00069

W województwie małopolskim:

część gmin: Igłomia – Wawrzeńczyce, Kocmyrzów – Luborzyca, Słomniki, Michałowice, Zielonki, Koniusza, Wieliczka, Niepołomice, m. Kraków

w promieniu 10 km od współrzędnych GPS: 50.12038/20.11711

3.8.2023

W województwie małopolskim:

część gmin: Kocmyrzów – Luborzyca, m. Kraków w promieniu 3 km od współrzędnych GPS: 50.12038/20.11711

26.7.2023 – 3.8.2023

Stat Membru: L-Iżvezja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

SE-HPAI(P)-2023-00002

The area of the parts of the municipality of Gotland extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of 10 kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 57.4830 and E 18.2211

30.7.2023

Those parts of the municipality of Gotland contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 57.4830 and E 18.2211

22.7.2023 – 30.7.2023

Parti C

Żoni ritretti oħrajn fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikoli 1 u 3a:

Stat Membru: Franza

Żona li tinkludi:

Data sa meta jridu japplikaw il-miżuri f’konformità mal-Artikolu 3a

Les communes suivantes dans le département: Cher (18)

GENOUILLY

GRACAY

SAINT-OUTRILLE

11.7.2023

Les communes suivantes dans le département: Gers (32)

ANTRAS

AUCH

AUTERIVE

AUX-AUSSAT

AYGUETINTE

BEAUCAIRE

BEAUMONT

BECCAS

BETPLAN

BLOUSSON-SERIAN

BONAS

BOUCAGNERES

BOULAUR

CASSAIGNE

CASTELNAU-BARBARENS

CASTERA-VERDUZAN

CASTEX

CASTIN

CAZAUX-VILLECOMTAL

DURAN

ESTAMPES

FAGET-ABBATIAL

FOURCES

GAUJAC

GAUJAN

HAGET

HAULIES

JEGUN

LAAS

LAGARDERE

LAGUIAN-MAZOUS

LAMAZERE

LARROQUE-SAINT-SERNIN

LARTIGUE

LASSERAN

LASSEUBE-PROPRE

LAURAET

MAIGNAUT-TAUZIA

MALABAT

MANSENCOME

MARSEILLAN

MIELAN

MIRAMONT-D’ASTARAC

MONBARDON

MONGAUSY

MONPARDIAC

MONTEGUT-ARROS

MONTREAL

MOUCHAN

ORBESSAN

ORDAN-LARROQUE

PALLANNE

PAVIE

PELLEFIGUE

PESSAN

SABAILLAN

SAINT-ELIX

SAINT-JEAN-LE-COMTAL

SAINT-LARY

SAINT-MAUR

SAINT-PUY

SANSAN

SARAMON

SARCOS

SEMBOUES

SEMEZIES-CACHAN

SIMORRE

TILLAC

TOURNAN

TRAVERSERES

TRONCENS

VALENCE-SUR-BAISE

VILLECOMTAL-SUR-ARROS

VILLEFRANCHE

“SAINT-BLANCARD

ZS à l’Ouest des routes D 139 et D576

ZRS à l’Est”

SADEILLAN

SAINT-ARAILLES

SAINT-BLANCARD

21.7.2023

Les communes suivantes dans le département: Landes (40)

Argelos

Baigts

Bassercles

Bastennes

Baudignan

Bergouey

Bostens

Campagne

Campet-et-Lamolère

Castelnau-Chalosse

Castelner

Caupenne

Cazalis

Clermont

Doazit

Donzacq

Estibeaux

Gaillères

Garrey

Gibret

Gouts

Habas

Hauriet

Labastide-Chalosse

Labatut

Lacquy

Lacrabe

Lahosse

Larbey

Le Leuy

Losse

Lubbon

Lucbardez et Bargues

Maylis

Meilhan

Mimbaste

Misson

Momuy

Montaut

Montfort-en-Chalosse

Morganx

Mugron

Nerbis

Nousse

Ozourt

Peyre

Poudenx

Pouillon

Pouydesseaux

Poyartin

Rimbez-et-Baudiets

Roquefort

Saint-Aubin

Saint-Avit

Saint-Cricq-Chalosse

Saint-Cricq-du-Gave

Sainte-Foy

Saint-Gor

Saint-Martin-d’Oney

Sarbazan

Serreslous-et-Arribans

Sorde-l’Abbaye

Sort-en-Chalosse

Souprosse

Toulouzette

Uchacq-et-Parentis

Vielle-Soubiran

19.7.2023

Les communes suivantes dans le département: Lot-et-Garonne (47)

SAINTE MAURE DE PEYRIAC

SAINT PE SAINT SIMON

21.7.2023

Les communes suivantes dans le département: Pyrénées-Atlantiques(64)

AAST

ABIDOS

ABOS

ANGAIS

ANOYE

ARBUS

ARNOS

ARRICAU-BORDES

ARROS-DE-NAY

ARTHEZ-DE-BEARN

ARTIGUELOUVE

ARTIX

ARZACQ-ARRAZIGUET

AUBERTIN

AUGA

BALEIX

BALIROS

BARZUN

BASSILLON-VAUZE

BAUDREIX

BEDEILLE

BENEJACQ

BENTAYOU-SEREE

BESINGRAND

BETRACQ

BEUSTE

BOEIL-BEZING

BORDERES

BORDES

BOSDARROS

BOUEILH-BOUEILHO-LASQUE

BOUILLON

BOUMOURT

BOURDETTES

BUROSSE-MENDOUSSE

CABIDOS

CARRERE

CASTILLON (CANTON D’ARTHEZ-DE-BEARN)

CASTILLON (CANTON DE LEMBEYE)

CLARACQ

CORBERE-ABERES

COSLEDAA-LUBE-BOAST

COUBLUCQ

CUQUERON

DOAZON

ESCURES

ESLOURENTIES-DABAN

ESPOEY

FICHOUS-RIUMAYOU

GAN

GARLEDE-MONDEBAT

GAROS

GAYON

GELOS

GER

GERDEREST

GEUS-D’ARZACQ

GOMER

HOURS

JURANCON

LABASTIDE-CEZERACQ

LACOMMANDE

LACQ

LAGOS

LAHOURCADE

LALONGUE

LALONQUETTE

LANNECAUBE

LARREULE

LASSERRE

LASSEUBE

LEMBEYE

LEME

LESPIELLE

LIMENDOUS

LIVRON

LOMBIA

LOURENTIES

LOUVIGNY

LUC-ARMAU

TROIS-VILLES

PEYRET-SAINT-ANDRE

PEYRUN

MASPIE-LALONQUERE-JUILLACQ

MAURE

MAZERES-LEZONS

MERACQ

MIALOS

MIOSSENS-LANUSSE

MIREPEIX

MOMY

MONCAUP

MONEIN

MONPEZAT

MORLANNE

MOUHOUS

MOURENX

NARCASTET

NAY

NOGUERES

NOUSTY

OS-MARSILLON

PARBAYSE

PARDIES

PARDIES-PIETAT

PEYRELONGUE-ABOS

PIETS-PLASENCE-MOUSTROU

POMPS

PONSON-DEBAT-POUTS

PONSON-DESSUS

PONTIACQ-VIELLEPINTE

POULIACQ

POURSIUGUES-BOUCOUE

RIBARROUY

RONTIGNON

SAINT-ABIT

SAINT-FAUST

SAMSONS-LION

SAUBOLE

SEDZE-MAUBECQ

SEMEACQ-BLACHON

SERRES-SAINTE-MARIE

SIMACOURBE

SOUMOULOU

TARON-SADIRAC-VIELLENAVE

TARSACQ

THEZE

URDES

UROST

UZAN

UZOS

VIALER

VIGNES

14.7.2023

Les communes suivantes dans le département: Hautes-Pyrénées (65)

ANSOST

ARNE

ARTAGNAN

AURIEBAT

BARBACHEN

BARTHE

BAZORDAN

BETPOUY

BUZON

CAIXON

CASTELNAU-MAGNOAC

CASTELNAU-RIVIERE-BASSE

CASTERETS

CAUBOUS

CAUSSADE-RIVIERE

CIZOS

ESCAUNETS

ESTIRAC

FONTRAILLES

GARDERES

GAUSSAN

GENSAC

GUIZERIX

HACHAN

HAGEDET

HERES

LABATUT-RIVIERE

LAFITOLE

LAHITTE-TOUPIERE

LARAN

LARREULE

LARROQUE

LASCAZERES

LASSALES

LIAC

LUQUET

MADIRAN

MAUBOURGUET

MONFAUCON

MONLONG

NOUILHAN

ORGAN

OROIX

PEYRET-SAINT-ANDRE

PUNTOUS

RABASTENS-DE-BIGORRE

SABARROS

SADOURNIN

SAINT-LANNE

SARRIAC-BIGORRE

SAUVETERRE

SEGALAS

SERON

SOMBRUN

SOUBLECAUSE

TRIE-SUR-BAISE

VIC-EN-BIGORRE

VIDOUZE

VIEUZOS

VILLEFRANQUE

VILLENAVE-PRES-BEARN

14.7.2023

*

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/77


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1521

tad-19 ta’ Lulju 2023

li jikkonċerna ċerti miżuri ta’ kontroll speċjali tal-mard għal perjodu limitat ta’ żmien relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda

(notifikata bid-dokument C(2023) 4811)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3)(a), tiegħu,

Billi:

(1)

L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda (LSD), ikkawżata mill-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda (LSDV), hija marda li tinġarr minn vettur tal-annimali bovini li tikkawża telf ekonomiku sostanzjali, tnaqqas ir-rendiment tal-ħalib, tikkawża għelubija serja, ħsara permanenti lill-ġlud, diversi kumplikazzjonijiet sekondarji, debbulizza kronika li ddum xhur sħaħ, u ġġarrab projbizzjonijiet kummerċjali. Il-marda hija endemika fl-Afrika u hija inkluża fil-lista tal-mard notifikabbli tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali.

(2)

Fl-Unjoni, l-LSD seħħet għall-ewwel darba fl-2015 fil-Greċja. Fl-2016, il-marda nfirxet malajr f’ħafna pajjiżi tax-Xlokk tal-Ewropa inklużi l-Albanija, il-Bulgarija, il-Greċja, il-Kosovo (*1), il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Montenegro u s-Serbja. Fil-pajjiżi kollha affettwati, il-marda tqiegħdet taħt kontroll effettivament permezz tat-tilqim tal-massa tal-annimali bovini, b’vaċċini omologi ħajjin, ripetuti fuq bażi annwali, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin. Barra minn hekk, il-Kroazja u l-Bożnija-Ħerzegovina, li ma kinux affettwati mil-LSD, implimentaw it-tilqim bħala miżura preventiva, fid-dawl tal-okkorrenza tal-marda fil-pajjiżi ġirien.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1070 (2) ġie adottat fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429, u jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali kontra l-LSD għal perjodu limitat ta’ żmien. Dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kien japplika sal-21 ta’ April 2023.

(4)

B’mod partikolari, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1070 jiddefinixxi ż-żoni ta’ Stat Membru, fejn jitwettaq it-tilqim kontra l-LSD, u r-regoli ta’ kontroll speċjali tal-mard f’kull żona. Dawn iż-żoni huma kklassifikati bħala ż-żona ristretta I, li tinsab ’il barra minn żona fejn ġiet ikkonfermata tifqigħa ta’ infezzjoni bl-LSDV, u ż-żona ristretta II, li tinkludi żona fejn ġiet ikkonfermata tifqigħa ta’ infezzjoni bl-LSDV.

(5)

Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1070, ippreveda restrizzjonijiet rigward il-movimenti tal-annimali bovini u tal-prodotti tagħhom, tal-prodotti ġerminali, u tal-prodotti sekondarji tal-annimali miż-żoni ristretti I u II, u derogi fir-rigward ta’ dawn ir-restrizzjonijiet. Barra minn hekk, ir-Regolament ipprovda regoli għall-obbligi fuq l-operaturi fir-rigward taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti tal-annimali bovini, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti sekondarji mhux ipproċessati tal-annimali tagħhom, miż-żoni ristretti I u II, ’il barra minn dawn iż-żoni.

(6)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 (3), daħal fis-seħħ fit-12 ta’ Marzu 2023 u jistabbilixxi regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inklużi r-regoli għat-tilqim kontra l-LSD. Barra minn hekk, l-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament Delegat u l-Anness IX tiegħu jipprevedu l-istabbiliment taż-żoni tat-tilqim I u II li jikkorrispondu għaż-żoni ristretti I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1070.

(7)

Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat (UE) 2023/361 jistabbilixxi regoli u restrizzjonijiet fir-rigward tal-annimali bovini mlaqqma għal-LSD, tal-prodotti ġerminali tagħhom u tal-prodotti sekondarji mhux ipproċessati tal-annimali tagħhom li jikkorrispondu mar-regoli u mar-restrizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1070, ħlief għal dawk relatati mal-obbligi tal-operaturi fir-rigward taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali.

(8)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2023/361 jipprevedi wkoll perjodi ta’ rkupru għal-LSD, wara tilqim protettiv ta’ emerġenza, li jvarjaw bejn 8 xhur u 26 xahar, skont it-tip ta’ sorveljanza, iż-żona tat-tilqim, u l-ħin tal-iskarnar jew tal-qtil tal-aħħar każ tal-LSD u/jew il-ħin tal-aħħar tilqim.

(9)

Mill-2017 ’l hawn, ma ġiet irrapportata l-ebda tifqigħa tal-LSD fl-Ewropa għalkemm l-LSD ġiet irreġistrata sal-2021 f’partijiet ta’ Anatolia, it-Turkija u għadha preżenti fir-Russja filwaqt li qed tkompli tinfirex fl-Asja, u taffettwa l-pajjiżi tas-subkontinent Indjan, tal-Asja tal-Lvant u tal-Asja tax-Xlokk. Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika favorevoli fl-Ewropa, il-pajjiżi kollha fix-Xlokk tal-Ewropa li implimentaw it-tilqim kontra l-LSD issa waqfu, ħlief għall-Bulgarija, il-Greċja u t-Turkija.

(10)

Il-Bulgarija u l-Greċja diġà ppreżentaw il-programmi tagħhom tat-tilqim kontra l-LSD tal-2023 lill-Kummissjoni, u dawn diġà ġew evalwati u approvati, fil-qafas tar-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). In-natura u l-kontenut tal-evalwazzjoni teknika u tal-approvazzjoni ta’ dawk il-programmi tat-tilqim jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tal-pjan uffiċjali tat-tilqim għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategorija A fl-annimali terrestri stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361.

(11)

Fid-dawl tal-iskadenza tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1070, huwa essenzjali li jiġu elenkati ż-żoni definiti bħala ż-żoni tat-tilqim I u II b’rabta mal-LSD, fil-Bulgarija u fil-Greċja, li jikkorrispondu għaż-żoni ristretti I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1070, u li jiġu stabbiliti regoli addizzjonali dwar l-obbligi tal-operaturi fir-rigward taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-moviment tal-annimali bovini, kif ukoll dawk għall-prodotti ġerminali u l-prodotti sekondarji mhux ipproċessati tal-annimali tagħhom, miż-żoni tat-tilqim I u II, ’il barra minn dawn iż-żoni, biex jiġi żgurat li dawn iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali jipprovdu informazzjoni adegwata u preċiża dwar is-saħħa u li jkun hemm kontinwità mal-miżuri li qabel kienu fis-seħħ.

(12)

Filwaqt li jitqiesu l-pjanijiet tat-tilqim kontra l-LSD tal-Bulgarija u tal-Greċja għall-2023, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta’ dik il-marda fl-Unjoni, u l-perjodu ta’ rkupru għal-LSD, kif stabbilit fir-Regolament Delegat (UE) 2023/361, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta’ Awwissu 2024,

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi fil-livell tal-Unjoni:

(a)

iż-żoni tat-tilqim I u II, fir-rigward tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fl-annimali terrestri miżmuma, li jeħtieġ li jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 9(1)(b)(i) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361, u mal-Anness IX, il-Parti 1 tiegħu;

(b)

l-obbligi tal-operaturi fir-rigward taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti tal-kunsinni li ġejjin miż-żoni tat-tilqim I u II ’il barra minn dawk iż-żoni, f’konformità mad-derogi għal movimenti bħal dawn previsti fl-Artikolu 13(2), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361, u mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Anness IX, il-Parti 3 tiegħu:

(i)

l-annimali bovini;

(ii)

il-prodotti ġerminali tal-annimali bovini;

(iii)

il-prodotti sekondarji mhux ipproċessati tal-annimali.

Artikolu 2

Stabbiliment taż-żoni tat-tilqim I u II

L-Istati Membri li jimplimentaw it-tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda għandhom jiżguraw li:

(a)

iż-żoni tat-tilqim I u II jiġu stabbiliti immedjatament mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, f’konformità ma’:

(i)

ir-regoli għall-implimentazzjoni tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361;

(ii)

il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-marda tal-infafet fil-ġilda stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361;

(b)

iż-żoni tat-tilqim I u II jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Obbligi tal-operaturi fir-rigward taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-moviment tal-kunsinni tal-annimali bovini miż-żoni tat-tilqim I u II ’il barra minn dawk iż-żoni

L-operaturi għandhom iċaqilqu biss il-kunsinni tal-annimali bovini miż-żoni tat-tilqim I u II ’il barra minn dawk iż-żoni fl-istess Stat Membru jew lejn Stat Membru ieħor jekk l-annimali li għandhom jiġu mċaqilqa, f’konformità mad-deroga għal movimenti bħal dawn stabbilita fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361, u l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Anness IX, il-Parti 3 tiegħu, ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 149(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, li jkun fih mill-inqas waħda mill-attestazzjonijiet li ġejjin:

(a)

“L-annimali bovini miż-żona tat-tilqim I fir-rigward tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, f’konformità mal-Artikolu 13(2) u mal-Anness IX, il-Parti 3, il-punt (3.1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361.”;

(b)

“L-annimali bovini miż-żona tat-tilqim II b’rabta mat-tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, f’konformità mal-Artikolu 13(2) u mal-Anness IX, il-Parti 3, il-punt (3.2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361.”;

(c)

“L-annimali bovini miż-żona tat-tilqim...(I jew II, indika kif xieraq) fir-rigward tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, f’konformità mal-Artikolu 13(2) u mal-Anness IX, il-Parti 3, il-punt (3.3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361.”.

Madankollu, fil-każ tal-moviment fl-istess Stat Membru, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma għandux bżonn li jinħareġ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif imsemmi fl-Artikolu 143(2), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) 2016/429.

Artikolu 4

Obbligi tal-operaturi fir-rigward taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti tal-kunsinni tal-prodotti ġerminali miksuba mill-annimali bovini minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni tat-tilqim I u II ’il barra minn dawk iż-żoni

L-operaturi għandhom iċaqilqu biss il-kunsinni tal-prodotti ġerminali miksuba mill-annimali bovini miż-żoni tat-tilqim I u II ’il barra miż-żoni fl-istess Stat Membru jew lejn Stat Membru ieħor jekk l-annimali li għandhom jiġu mċaqilqa, f’konformità mad-deroga għal movimenti bħal dawn stabbilita fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361, u mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Anness IX, il-Parti 3 tiegħu, ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini, f’konformità mal-Artikolu 161(4) tar-Regolament (UE) 2016/429, li jkun fih mill-inqas waħda mill-attestazzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Il-prodotti ġerminali… (is-semen, l-ova u/jew l-embrijuni, indika kif xieraq) miksuba mill-annimali bovini miżmuma fiż-żona tat-tilqim I fir-rigward tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, f’konformità mal-Artikolu 13(3) u mal-Anness IX, il-Parti 3, il-punt (3.4.1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361.”;

(b)

“Il-prodotti ġerminali … (is-semen, l-ova u/jew l-embrijuni, indika kif xieraq) miksuba mill-annimali bovini miżmuma fiż-żona tat-tilqim II fir-rigward tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, f’konformità mal-Artikolu 13(3) u mal-Anness IX, il-Parti 3, il-punt (3.4.2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361.”.

Madankollu, fil-każ tal-movimenti fl-istess Stat Membru, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma għandux bżonn li jinħareġ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif imsemmi fl-Artikolu 161(2), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) 2016/429.

Artikolu 5

Obbligi tal-operaturi fir-rigward taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti tal-kunsinni tal-prodotti sekondarji mhux ipproċessati tal-annimali mill-annimali bovini miż-żoni tat-tilqim I u II ’il barra minn dawk iż-żoni

L-operaturi għandhom iċaqilqu biss il-kunsinni tal-prodotti sekondarji mhux ipproċessati tal-annimali mill-annimali bovini miż-żoni tat-tilqim I u II ’il barra minn dawk iż-żoni fl-istess Stat Membru jew lejn Stat Membru ieħor, f’konformità mad-deroga għal movimenti bħal dawn stabbilita fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361, u mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Anness IX, il-Parti 3 tiegħu, jekk dawk il-kunsinni jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikoli 22(5) u (6) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (5) bl-użu taċ-ċertifikat mudell tas-saħħa għall-moviment tal-prodotti sekondarji tal-annimali miż-żoni ristretti stabbiliti fl-Anness VIII, il-Kapitolu III, il-punt 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (6), li jkun fih mill-inqas waħda mill-attestazzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Il-prodotti sekondarji mhux ipproċessati tal-annimali… (il-prodotti sekondarji mhux ipproċessati tal-annimali minbarra l-ġlud, il-ġlud, il-kolostru, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, indika kif xieraq) miksuba mill-annimali bovini miżmuma fiż-żona tat-tilqim I fir-rigward tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, f’konformità mal-Artikolu 13(3) u mal-Anness IX, il-Parti 3, il-punti (3.5) u (3.7) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361.”;

(b)

“Il-prodotti sekondarji mhux ipproċessati tal-annimali… (il-prodotti sekondarji mhux ipproċessati tal-annimali minbarra l-ġlud, il-ġlud, il-kolostru, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, indika kif xieraq) miksuba mill-annimali bovini miżmuma fiż-żona tat-tilqim II fir-rigward tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, f’konformità mal-Artikolu 13(3) u mal-Anness IX, il-Parti 3, il-punti (3.6) u (3.7) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361.”.

Madankollu, fil-każ tal-movimenti fl-istess Stat Membru, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma jeħtieġx li jinħareġ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif imsemmi fl-Artikolu 22(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

Artikolu 6

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Awwissu 2024.

Artikolu 7

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1070 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għal perjodu limitat ta’ żmien relatati ma’ infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda (ĠU L 230, 30.6.2021, p. 10).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 tat-28 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 52, 20.2.2023, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).


ANNESS

ŻONI TAT-TILQIM I U II

Żona tat-tilqim I

1.

Il-Bulgarija:

It-territorju sħiħ tal-Bulgarija

2.

Il-Greċja:

It-territorju sħiħ tal-Greċja

Żona tat-tilqim II

L-ebda


REGOLI TA' PROĊEDURA

21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/83


REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

INTRODUZZJONI

Fil-5 ta’ Lulju 2023, il-Kumitat tar-Reġjuni adotta r-Regoli ta’ Proċedura li ġejjin fuq il-bażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 306 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

TITOLU I

MEMBRI U KORPI KOSTITWENTI TAL-KUMITAT

KAPITOLU 1

KORPI KOSTITWENTI

Artikolu 1 — Korpi kostitwenti tal-Kumitat

Il-korpi kostitwenti tal-Kumitat huma l-Assemblea Plenarja, il-President, il-Bureau, il-Konferenza tal-Presidenti u l-kummissjonijiet.

Artikolu 2 — Id-diversità tal-ġeneru

1.

Id-diversità tal-ġeneru fi ħdan il-Kumitat tar-Reġjuni għandha tkun riflessa kemm jista’ jkun possibbli fil-kompożizzjoni tal-korpi kostitwenti tiegħu.

2.

Il-Bureau għandu jadotta pjan ta’ azzjoni dwar il-ġeneru bil-għan li jinkorpora l-perspettiva tal-ġeneru fl-attivitajiet kollha tal-Kumitat. Il-pjan ta’ azzjoni dwar il-ġeneru għandu jkun immonitorjat kull sena u rivedut mill-inqas kull ħames snin.

KAPITOLU 2

MEMBRI TAL-KUMITAT

Artikolu 3 — Status tal-membri u tas-sostituti

B’konformità mal-Artikolu 300 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-membri tal-Kumitat u s-sostituti tagħhom jirrappreżentaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Huma għandu jkollhom mandat elettorali f’awtorità lokali jew reġjonali, jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. Ma jistgħu jkunu marbuta bl-ebda mandat obbligatorju u għandhom ikunu kompletament indipendenti fil-qadi ta’ dmirijiethom, fl-interess ġenerali tal-Unjoni.

Artikolu 4 — Tul tal-mandat

1.

Il-mandat tal-membri jew is-sostituti jibda fid-data li fiha tidħol fis-seħħ il-ħatra tagħhom mill-Kunsill.

2.

Il-mandat tal-membri jew is-sostituti jintemm fil-każ ta’ riżenja, tmiem il-mandat elettorali li bih inħatru jew mewt.

3.

Il-membri jew is-sostituti li jirriżenjaw għandhom jgħarrfu bil-miktub lill-President tal-Kumitat bil-ħsieb tagħhom u jispeċifikaw id-data li fiha tidħol fis-seħħ ir-riżenja tagħhom. Il-President għandu jgħarraf lill-Kunsill, li għandu jikkonferma li l-post tbattal u jimplimenta l-proċedura ta’ sostituzzjoni.

4.

Il-membri jew is-sostituti li l-mandat tagħhom jintemm minħabba li jiskadi l-mandat li bih inħatru għandhom jgħarrfu minnufih lill-President tal-Kumitat dwar dan bil-miktub.

5.

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2), il-Kunsill għandu jinnomina suċċessur għall-bqija tal-mandat.

Artikolu 5 — Privileġġi u immunitajiet

Il-membri u s-sostituti tagħhom b’mandat kif dovut għandhom igawdu privileġġi u immunitajiet skont il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6 — Parteċipazzjoni tal-membri u tas-sostituti

1.

Il-membri li ma jistgħux jipparteċipaw f’xi sessjoni plenarja jistgħu jkunu rappreżentati minn sostitut mid-delegazzjoni nazzjonali tagħhom, anke f’każ li dan jiġri biss f’ċerti ġranet matul is-sessjoni plenarja. Jeħtieġ li l-membri kollha u s-sostituti tagħhom b’mandat kif dovut jiġu reġistrati fuq lista tal-attendenza.

2.

Il-membri li ma jistgħux jipparteċipaw f’xi laqgħa tal-kummissjoni, jew f’xi laqgħa oħra li ġiet approvata mill-Bureau, jistgħu jkunu rappreżentati minn xi membru ieħor jew sostitut mid-delegazzjoni nazzjonali tagħhom jew mill-grupp politiku tagħhom. Jeħtieġ li l-membri kollha u s-sostituti tagħhom b’mandat kif dovut jiġu reġistrati fuq lista tal-attendenza.

3.

Il-membri jew is-sostituti mniżżlin fil-lista ta’ dawk li jissostitwixxu lill-membri ta’ grupp ta’ ħidma, abbażi tal-Artikolu 37 jew 61 tar-Regoli ta’ Proċedura, jistgħu jissostitwixxu kwalunkwe membru ta’ dan il-grupp ta’ ħidma fil-grupp politiku tagħhom.

4.

Is-sostituti jew il-membri li jissostitwixxu membri oħra jistgħu jaċċettaw prokura minn membru wieħed jew waħda biss. Għandu jkollhom l-istess setgħat bħal membru fil-laqgħa rilevanti. Is-Segretarjat Ġenerali għandu jkun mgħarraf dwar il-prokura tal-vot, b’konformità mal-proċedura ta’ notifika u din in-notifika għandha tiġi riċevuta mhux aktar tard minn ġurnata qabel il-laqgħa.

5.

Għal kull sessjoni plenarja għandu jingħata rimborż tal-ispejjeż lill-membru jew lis-sostitut biss. Id-dispożizzjonijiet dettaljati għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau fid-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni dwar l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza.

6.

Is-sostituti li jinħatru relaturi jistgħu jippreżentaw l-abbozz ta’ opinjoni li jkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom fis-sessjoni plenarja li għandha fuq l-aġenda tagħha l-abbozz ta’ opinjoni. Il-membri jistgħu jiddelegaw id-dritt tal-vot tagħhom lis-sostituti tagħhom waqt li l-abbozz ta’ opinjoni imsemmi jkun qiegħed jiġi diskuss. Għandu jingħata tagħrif bil-miktub dwar il-prokura tal-vot lis-Segretarju Ġenerali qabel il-laqgħa rilevanti.

7.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24(1), kull prokura titlef il-validità tagħha meta l-membri li ma jkunux jistgħu jipparteċipaw ma jibqgħux membri tal-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 7 — Prokura tal-vot

Ħlief kif hemm previst fl-Artikoli 6 u 32, id-dritt tal-vot ma jistax jiġi delegat.

Artikolu 8 — Delegazzjonijiet nazzjonali u gruppi politiċi

Id-delegazzjonijiet nazzjonali u l-gruppi politiċi għandhom jikkontribwixxu b’mod ibbilanċjat fl-organizzazzjoni tal-ħidma tal-Kumitat.

Artikolu 9 — Delegazzjonijiet nazzjonali

1.

Il-membri u s-sostituti minn kull Stat Membru għandhom jikkostitwixxu delegazzjoni nazzjonali. Kull delegazzjoni nazzjonali għandha tistabbilixxi l-organizzazzjoni interna tagħha u tagħżel president. L-isem tal-persuna magħżula għandu jiġi mgħarraf uffiċjalment lill-President tal-Kumitat.

2.

Is-Segretarju Ġenerali għandua jara li, fi ħdan l-amministrazzjoni tal-Kumitat, id-delegazzjonijiet nazzjonali jirċievu għajnuna Dawn l-arranġamenti għandhom jippermettu li l-membri individwali jirċievu tagħrif u għajnuna bil-lingwa uffiċjali tagħhom. Din l-għajnuna għandha tagħmel parti minn servizz speċifiku li jikkonsisti f’uffiċjali jew impjegati oħrajn tal-Kumitat tar-Reġjuni u dan is-servizz għandu jiżgura li d-delegazzjonijiet nazzjonali jistgħu jagħmlu użu adatt mill-faċilitajiet tal-Kumitat. B’mod speċifiku, id-delegazzjonijiet nazzjonali għandhom jiġu pprovduti b’mezzi adatti mis-Segretarju Ġenerali sabiex isejħu laqgħat immedjatament qabel jew matul is-sessjonijiet plenarji.

3.

Id-delegazzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu assistiti wkoll minn koordinaturi nazzjonali, li mhumiex parti mill-persunal tas-Segretarjat Ġenerali. Dawn jiffaċilitaw it-twettiq tal-mandat tal-membri fi ħdan il-Kumitat.

Artikolu 10 — Gruppi politiċi u membri mhux affiljati

1.

Il-membri u s-sostituti jistgħu jiffurmaw gruppi li jirriflettu l-affiljazzjoni politika tagħhom. Il-kriterji għas-sħubija għandhom jiġu preskritti fir-regoli interni ta’ kull grupp politiku.

2.

Huma meħtieġa tal-inqas tmintax-il membru jew sostitut, li tal-anqas nofshom għandhom ikunu membri, li b’kollox jirrappreżentaw tal-inqas wieħed minn kull ħames Stati Membri sabiex jiġi ffurmat grupp politiku. Il-membri jew is-sostituti jistgħu jagħmlu parti minn grupp politiku wieħed biss. Grupp politiku għandu jxolji jekk in-numru tal-membri neċessarju sabiex jitwaqqaf ikun inqas minn dak meħtieġ.

3.

Kull darba li jitwaqqaf, ixolji jew b’xi mod jinbidel xi grupp politiku, għandha titressaq stqarrija bil-miktub quddiem il-President tal-Kumitat. L-istqarrija dwar it-twaqqif ta’ xi grupp politiku għandha tispeċifika l-isem tal-grupp politiku, il-membri tiegħu u l-bureau.

4.

Kull grupp politiku għandu segretarjat magħmul minn persunal minn fost l-impjegati tas-Segretarjat Ġenerali. Il-gruppi politiċi jistgħu jibagħtu proposti lill-awtorità li għandha s-setgħa li tinnomina dwar l-għażla, l-impjieg u l-promozzjoni tal-persunal ta’ dawn is-segretarjati u t-tiġdid tal-kuntratti tagħhom. L-awtorità tal-ħatra għandha tasal għad-deċiżjoni tagħha wara li tikkonsulta ‘l-president tal-grupp politiku kkonċernat.

5.

Il-gruppi politiċi u l-korpi kostitwenti tagħhom għandhom jiġu pprovduti b’riżorsi adatti għal-laqgħat, l-attivitajiet u l-pubblikazzjonijiet u għax-xogħol tas-segretarjati tagħhom mis-Segretarju Ġenerali. Ir-riżorsi għal kull grupp politiku għandhom jiġu speċifikati fil-baġit. Il-gruppi politiċi u s-segretarjati tagħhom jistgħu jagħmlu użu adatt mill-faċilitajiet tal-Kumitat.

6.

Il-gruppi politiċi u l-bureaux tagħhom jistgħu jiltaqgħu immedjatament qabel jew matul is-sessjonijiet plenarji. Jistgħu jsejħu laqgħa straordinarja darbtejn fis-sena. Is-sostituti li jattendu għal dawn il-laqgħat huma intitolati għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza jekk ikun u qed jirrappreżentaw xi membru mill-grupp politiku tagħhom.

7.

Il-membri mhux affiljati għandu jkollhom appoġġ amministrattiv. Id-dispożizzjonijiet relatati ma’ dan għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali.

Artikolu 11 — Gruppi interreġjonali

Il-membri u s-sostituti jistgħu jifformaw gruppi interreġjonali. Għandhom jgħarrfu lill-President tal-Kumitat dwar dan. Grupp interreġjonali jiġi ffurmat formalment fuq deċiżjoni tal-Bureau.

TITOLU II

ORGANIZZAZZJONI U PROĊEDURA TAL-KUMITAT

KAPITOLU 1

KONVOKAZZJONI U BIDU TAL-KARIGA TAL-KUMITAT

Artikolu 12 — Konvokazzjoni tal-ewwel laqgħa

Il-Kumitat jiġi kkonvokat wara kull tiġdid ta’ ħames snin mill-President li jkun għadu kif intemm il-mandat tiegħu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, mill-ewwel Viċi President li jkun għadu kif intemm il-mandat tiegħu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, mill-Viċi President l-aktar anzjan fl-età li jkun għadu kif intemm il-mandat tiegħu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, mill-aktar membru anzjan fl-età u għandu jitlaqqa’ mhux aktar tard minn xahar wara l-ħatra tal-membri tiegħu mill-Kunsill.

Il-membru li jkun qed jaqdi rwol ta’ President interim skont l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, għandu wkoll jirrappreżenta l-Kumitat matul dan il-perjodu, ikompli jieħu ħsieb il-ħidma attwali, u jmexxi l-ewwel laqgħa bħala President interim.

Flimkien mal-iżgħar erba’ membri preżenti u s-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat huwa jikkostitwixxi l-Bureau interim.

Artikolu 13 — Bidu tal-kariga tal-Kumitat u verifika tal-kredenzjali

1.

Matul l-ewwel laqgħa, il-President interim għandu jgħarraf lill-Kumitat bil-komunikazzjoni mill-Kunsill relatata mal-ħatra tal-membri u jagħti rendikont tal-miżuri li jkunu ttieħdu biex jirrappreżenta l-Kumitat u jieħu ħsieb il-ħidma attwali. Jekk jintalab, il-President interim jista’ jiddeċiedi li jivverifika l-ħatra u l-kredenzjali tal-membri qabel ma jiddikjara l-bidu tal-kariga tal-Kumitat għall-mandat il-ġdid.

2.

Il-Bureau interim għandu jibqa’ fil-kariga sal-istqarrija tar-riżultati tal-elezzjonijiet tal-membri tal-Bureau.

KAPITOLU 2

ASSEMBLEA PLENARJA

Artikolu 14 — Ix-xogħol tal-assemblea plenarja

Il-Kumitat għandu jiltaqa’ f’assemblea plenarja. Il-kompiti prinċipali tagħha għandhom ikunu:

(a)

li tadotta opinjonijiet, rapporti u riżoluzzjonijiet;

(b)

li tadotta l-abbozzi tal-estimi preliminari tad-dħul u l-infiq tal-Kumitat;

(c)

li tadotta l-prijoritajiet politiċi tal-Kumitat;

(d)

li teleġġi l-President, l-ewwel Viċi President u l-bqija tal-membri tal-Bureau;

(e)

li twaqqaf kummissjonijiet;

(f)

li tadotta u tirrevedi r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat;

(g)

li tadotta u tirrevedi kodiċijiet ta’ kondotta għall-membri;

(h)

li, wara verifika tal-kworum preżenti, kif stabbilit fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 22(1) tar-Regoli ta’ Proċedura, tieħu deċiżjoni, b’maġġoranza tal-voti mixħuta, fuq proposta tal-President tal-Kumitat jew tal-kummissjoni rilevanti li taġixxi b’konformità mal-Artikoli 57 u 58, dwar l-introduzzjoni ta’ rikors jew talba għal intervent quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Ladarba tiġi adottata din id-deċiżjoni, ir-rikors għandu jitressaq mill-President f’isem il-Kumitat.

Artikolu 15 — Konvokazzjoni tal-assemblea plenarja

1.

L-assemblea plenarja għandha tissejjaħ tal-inqas darba kull tliet xhur mill-President tal-Kumitat. Id-dati tas-sessjonijiet plenarji għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau matul l-ewwel nofs tas-sena ta’ qabel. Sessjoni plenarja tista’ tiltaqa’ f’jum wieħed jew aktar ta’ seduta.

2.

Fuq talba bil-miktub ta’ mill-inqas kwart tal-membri, il-President jintrabat li jsejjaħ sessjoni plenarja straordinarja, li għandha sseħħ mhux qabel ġimgħa u mhux aktar tard minn xahar wara d-data tat-talba. It-talba bil-miktub għandha tindika s-suġġett li ser ikun diskuss fis-sessjoni plenarja straordinarja. Ma jista’ jidher l-ebda suġġett ieħor fl-aġenda.

Artikolu 16 — Aġenda tas-sessjoni plenarja

1.

Il-Bureau jħejji l-abbozz preliminari ta’ aġenda li jkun fih lista provviżorja tal-abbozzi ta’ opinjonijiet, ta’ rapporti jew ta’ riżoluzzjonijiet għad-diskussjoni fis-sessjoni plenarja ta’ wara dik li jkun imiss flimkien mad-dokumenti l-oħra kollha li jeħtieġu deċiżjoni.

2.

Tal-anqas wieħed u għoxrin jum ta’ xogħol qabel il-ftuħ tas-sessjoni plenarja, l-abbozz ta’ aġenda flimkien mad-dokumenti kollha mniżżla fih li jeħtieġu deċiżjoni għandhom ikunu disponibbli elettronikament għall-membri u s-sostituti tagħhom; id-dokumenti kollha tal-laqgħa għandhom ikunu disponibbli bil-lingwa uffiċjali rispettiva tagħhom.

3.

Hija r-responsabbiltà tal-President li jitħejja l-abbozz ta’ aġenda, wara konsultazzjoni mal-Konferenza tal-Presidenti.

4.

F’ċerti każijiet ta’ eċċezzjoni u għal raġunijiet adatti fejn id-data tal-għeluq imsemmija f’punt 2 ma tistax tiġi rispettata, il-President jista’ jiddeċiedi li jinkludi dokument li jeħtieġ deċiżjoni fl-abbozz ta’ aġenda sakemm id-dokument imsemmi jkun intbagħat lill-membri u lis-sostituti bil-lingwa uffiċjali tagħhom tal-anqas ġimgħa qabel il-ftuħ tas-sessjoni plenarja. Fuq il-paġna ta’ quddiem tad-dokument għal deċiżjoni, għandha tingħata raġuni mill-President għall-użu ta’ din il-proċedura.

5.

L-emendi bil-miktub fl-abbozz ta’ aġenda għandhom jintbagħtu lis-Segretarju Ġenerali mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel il-ftuħ tas-sessjoni plenarja.

6.

Il-Bureau għandu jistabbilixxi l-abbozz ta’ aġenda finali fil-laqgħa tiegħu immedjatament qabel il-ftuħ tas-sessjoni plenarja. F’din il-laqgħa l-Bureau jista’ jiddeċiedi, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mixħuta, li jinkludi fl-aġenda kwistjonijiet ta’ natura urġenti jew topiċi li l-analiżi tagħhom ma tistax tistenna sas-sessjoni plenarja li jmiss.

7.

Fuq proposta tal-President, ta’ grupp politiku jew ta’ 32 membru, il-Bureau jew l-assemblea plenarja jistgħu jiddeċiedu, qabel issir il-votazzjoni fuq l-emendi, li jipposponu għal sessjoni plenarja futura d-diskussjoni dwar dokument għal deċiżjoni.

Din id-dispożizzjoni ma tapplikax f’każijiet meta, minħabba d-data tal-għeluq stabbilita mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew mill-Parlament Ewropew, ikun impossibbli li tiġi posposta l-adozzjoni ta’ dokument għal deċiżjoni.

Id-dokument għal deċiżjoni li jiġi pospost għal sessjoni futura tal-assemblea plenarja għandu jinkludi l-emendi kollha mressqa b’mod validu li huma marbuta miegħu. Kwalunkwe aġġornament tal-votazzjoni jagħti lok ukoll għal data tal-għeluq ġdida għat-tressiq tal-emendi.

Artikolu 17 — Ftuħ tas-sessjoni plenarja

Is-sessjoni plenarja għandha tinfetaħ mill-President u l-abbozz ta’ aġenda finali għandu wkoll jitressaq mill-President għall-adozzjoni.

Artikolu 18 — Aċċess għall-pubbliku, mistednin u kelliema mistiedna

1.

Is-sessjonijiet plenarji huma miftuħin għall-pubbliku, sakemm l-assemblea plenarja ma tiddeċidix mod ieħor fir-rigward tal-laqgħa jew xi punt speċifiku fuq l-aġenda.

2.

Ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jistgħu jattendu għas-sessjonijiet plenarji u jistgħu jintalbu jindirizzaw l-assemblea.

3.

Mistednin distinti oħra jistgħu wkoll jiġu mistiedna jindirizzaw l-assemblea plenarja mill-President, fuq inizjattiva personali jew fuq talba tal-Bureau.

Artikolu 19 — Standards tal-kondotta u ħin għad-diskorsi

1.

Mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-kelma, il-membri għandhom iġibu ruħhom b’rispett reċiproku, abbażi tal-valuri u l-prinċipji stabbiliti fit-testi bażiċi li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, b’rispett tad-dinjità tal-Kumitat u m’għandhomx jikkompromettu t-twettiq mingħajr xkiel tal-ħidma tal-korpi kostitwenti tal-Kumitat jew itellfu l-paċi u l-kwiet ta’ kwalunkwe bini tal-Kumitat.

2.

Fil-bidu tal-laqgħa u fuq proposta tal-Bureau, l-assemblea plenarja għandha tistabbilixxi l-ħin għad-diskorsi għal kull punt fuq l-aġenda. Matul kwalunkwe sessjoni plenarja, il-President, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba ta’ xi membru, għandu jiddeċiedi dwar limitu tal-ħin għad-diskorsi.

3.

Il-President jista’ jipproponi lill-assemblea plenarja li meta jsiru d-dibattiti fuq xi kwistjonijiet ġenerali jew fuq xi temi speċifiċi, il-ħin għad-diskorsi jinqasam bejn il-gruppi politiċi u d-delegazzjonijiet nazzjonali.

4.

Bħala regola ġenerali, il-ħin għad-diskorsi għandu jkun limitat għal minuta għall-kummenti fuq il-minuti, għal points of order u l-modifiki għall-abbozz finali ta’ aġenda jew l-aġenda.

5.

Jekk il-kelliema jaqbżu l-ħin allokat għalihom, il-permess tagħhom li jitkellmu jista’ jiġi rtirat mill-President.

6.

Kull talba minn xi membru sabiex jitwaqqaf id-dibattitu għandha tgħaddi għall-votazzjoni mill-President.

Artikolu 20 — Kelliema tal-assemblea plenarja

1.

L-ismijiet tal-membri li jitolbu jitkellmu jitniżżlu f’lista fl-istess ordni li fih ikunu waslu t-talbiet tagħhom. Il-membri jissejħu mill-President sabiex jitkellmu fuq il-bażi ta’ din il-lista filwaqt li tiġi żgurata kemm jista’ jkun id-diversità tal-kelliema.

2.

Madankollu, tista’ tingħata prijorità, fuq it-talba tagħhom, lir-relatur tal-kummissjoni kkonċernata u lir-rappreżentanti tal-gruppi politiċi u tad-delegazzjonijiet nazzjonali li jixtiequ jitkellmu f’isem il-kummissjoni, il-grupp jew id-delegazzjoni tagħhom.

3.

Ħadd ma jista’ jindirizza l-laqgħa aktar minn darbtejn fuq l-istess suġġett, ħlief bil-permess tal-President. Madankollu, il-President u r-relaturi tal-kummissjonijiet kkonċernati għandhom jitħallew jitkellmu fuq talba tagħhom għal tul ta’ żmien skont kif deċiż mill-President.

Artikolu 21 — Points of order

1.

Il-membri li jixtiequ jippreżentaw point of order jew li jixtiequ jiġbdu l-attenzjoni tal-President minħabba xi nuqqas fir-rigward tar-Regoli ta’ Proċedura għandhom jitħallew jitkellmu. Il-point of order għandha tkun relatata mal-aġenda jew mas-suġġett tad-diskussjoni.

2.

Talba għal point of order għandha tieħu preċedenza fuq kull talba oħra li wieħed jitkellem.

3.

Id-deċiżjoni dwar il-points of order għandha tittieħed minnufih mill-President, b’konformità mar-Regoli ta’ Proċedura u d-deċiżjoni għandha titħabbar minnufih mill-President wara li tkun saret il-point of order. Ma għandha ssir l-ebda votazzjoni dwar id-deċiżjoni tal-President.

Artikolu 22 — Kworum

1.

Jintlaħaq kworum fl-assemblea plenarja jekk aktar minn nofs il-membri huma preżenti. Il-kworum jiġi verifikat fuq talba ta’ membru u b’kundizzjoni li minn tal-anqas sittax-il membru jivvutaw favur it-talba għall-verifika tal-kworum. Jekk il-verifika tal-kworum ma tintalabx, il-voti kollha għandhom ikunu validi hu kemm hu n-numru ta’ nies preżenti. Is-sessjoni plenarja tista’ titwaqqaf mill-President għal mhux aktar minn għaxar minuti qabel ma jgħaddi għall-verifika tal-kworum. Il-membri li jkunu talbu verifika tal-kworum iżda li jkunu ħallew il-kamra tas-sessjoni plenarja għandhom jitqiesu bħala preżenti għall-finijiet tal-għadd. Jekk hemm inqas minn sittax-il membru preżenti, jista’ jiġi deċiż mill-President li ma ntlaħaqx kworum.

2.

Jekk ikun konkluż li ma ntlaħaqx kworum, il-punti kollha fuq l-aġenda li jeħtieġu votazzjoni għandhom jiġu posposti għall-jum tal-laqgħa li jmiss, f’liema ħin l-assemblea plenarja tista’ tgħaddi għall-votazzjoni valida ta’ dawn il-punti li jkunu s-suġġett ta’ rapport, ikun kemm ikun in-numru tal-membri preżenti. Id-deċiżjonijiet jew il-voti kollha li jittieħdu matul il-laqgħa qabel il-verifika tal-kworum għandhom jibqgħu validi.

Artikolu 23 — Votazzjoni

1.

L-Assemblea Plenarja tiddeċiedi b’maġġoranza tal-voti mixħuta, sakemm ir-Regoli ta’ Proċedura ma jipprevedux mod ieħor.

2.

Il-voti validi huma dawk mixħuta “favur” jew “kontra” u l-“astensjonijiet”. Fil-kalkolu tal-maġġoranza, għandhom jitqiesu biss il-voti mixħuta favur jew kontra. F’każ ta’ voti ndaqs, it-test jew il-proposta għandha titqies bħala li m’għaddietx.

3.

Id-dritt tal-vot huwa dritt personali. Il-membri għandhom jivvutaw biss individwalment u personalment.

4.

Jekk ir-riżultat tal-għadd tal-voti jkun ikkontestat, jista’ jintalab li terġa’ ssir il-votazzjoni mill-President jew fuq talba ta’ membru bil-kundizzjoni li minn tal-inqas sittax-il membru jappoġġjaw dit-talba li ssir votazzjoni mill-ġdid.

5.

Fuq proposta tal-President, ta’ grupp politiku jew ta’ 32 membru li jkunu preżenti qabel l-approvazzjoni tal-aġenda finali, l-assemblea plenarja tista’ tiddeċiedi li jittieħed vot reġistrat fuq punt wieħed tal-aġenda jew aktar u dan jitniżżel fil-minuti tas-sessjoni plenarja. Sakemm l-assemblea plenarja ma tiddeċidix mod ieħor, m’għandux jintalab vot reġistrat fil-każ tal-emendi.

6.

Fuq proposta tal-President, ta’ grupp politiku jew ta’ 32 membru, jista’ jiġi deċiż li ssir votazzjoni sigrieta jekk il-kwistjoni mressqa għall-votazzjoni tolqot lill-persuni.

7.

F’kull ħin jista’ jiġi deċiż mill-President li l-votazzjoni ssir b’mezzi elettroniċi.

Ir-rekordjar tar-riżultat numeriku ta’ votazzjoni elettronika għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku wara s-sessjoni plenarja.

Artikolu 24 — Tressiq tal-emendi

1.

Il-membri u s-sostituti b’mandat kif dovut biss u kwalunkwe sostitut mingħajr mandat li jkun relatur ta’ opinjoni mfassla mill-istess relatur jistgħu jressqu emendi għal dokumenti għal deċiżjoni b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ tressiq tal-emendi.

Id-dritt li jitressqu l-emendi f’sessjoni plenarja jista’ jintuża mill-membri jew mis-sostitut tagħhom b’mandat kif dovut. Jekk xi ħadd mill-membri jiddelega jew sessjoni plenarja jew parti minnha lil sostitut, xi ħadd minnhom biss jista’ jressaq emendi. Jekk xi ħadd mill-membri jressaq kwalunkwe emenda għal kwalunkwe parti tas-sessjoni plenarja, is-sostitut ma jistax jagħmel dan wara. Bl-istess mod, jekk xi ħadd mis-sostituti jiġi ddelegat għal kwalunkwe parti tas-sessjoni plenarja u jressaq kwalunkwe emenda għal opinjoni — qabel ma l-membru jkun ressaq jew tkun ressqet xi emendi, il-membru ma jkun jista’ jressaq l-ebda emenda fis-sessjoni plenarja. L-emendi debitament imressqa qabel ma l-membri jew is-sostituti fi ħdan il-Kumitat ma jibqgħux tali jew qabel ma tingħata jew tiġi rrevokata delega jibqgħu validi.

2.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28, l-emendi għal dokumenti li jeħtieġu deċiżjoni għandhom jiġu ppreżentati minn grupp politiku jew tal-inqas sitt membri jew sostituti b’mandat kif dovut u fuqhom għandu jitniżżel isimhom. Id-delegazzjonijiet nazzjonali li huma magħmula minn anqas minn sitt membri jistgħu jressqu emendi bil-kundizzjoni li jitressqu mill-istess numru ta’ membri mid-delegazzjoni jew mis-sostituti b’mandat kif dovut u fuqhom għandu jitniżżel isimhom.

3.

L-emendi għandhom jitressqu qabel it-3 p.m. tal-ħdax-il jum ta’ xogħol qabel il-jum tal-ftuħ tas-sessjoni plenarja. L-emendi għandhom ikunu disponibbli elettronikament malli ssir it-traduzzjoni tagħhom, iżda tal-anqas erbat ijiem ta’ xogħol qabel il-ftuħ tas-sessjoni plenarja.

L-emendi għandhom jingħataw prijorità fil-proċess tat-traduzzjoni u mbagħad jintbagħtu lir-relatur sabiex hu jew hi tkun tista’ tressaq l-emendi tar-relatur quddiem is-Segretarjat Ġenerali tal-anqas tlett ijiem ta’ xogħol qabel il-ftuħ tas-sessjoni plenarja. Dawn l-emendi tar-relatur għandhom ikunu marbuta ma’ emenda jew għadd ta’ emendi li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 u li għandhom jiġu identifikati mir-relatur. L-emendi tar-relatur ikunu jistgħu jiġu kkonsultati fil-jum ta’ qabel il-jum tal-ftuħ tas-sessjoni plenarja.

F’każijiet fejn japplika l-Artikolu 16(4), jista’ jiġi deċiż mill-President li d-data tal-għeluq biex jintbagħtu l-emendi titnaqqas għal tal-inqas tlett ijiem ta’ xogħol. Id-data tal-għeluq m’għandhiex tapplika fil-każ ta’ emendi ta’ kwistjonijiet urġenti skont l-Artikolu 16(6).

4.

L-emendi kollha għandhom jitqassmu fost il-membri qabel il-bidu tas-sessjoni plenarja.

Artikolu 25 — Proċedura biex jiġu trattati l-emendi

1.

Il-proċedura tal-votazzjoni applikabbli hi kif ġej:

(a)

L-ewwel issir il-votazzjoni fuq l-emendi għall-abbozz ta’ dokument. L-emendi għandu jkollhom prijorità fuq it-test li jkunu marbutin miegħu.

(b)

It-tieni ssir il-votazzjoni fuq it-test sħiħ, sew jekk ikun emendat sew jekk le.

2.

Il-prinċipji li jirregolaw il-votazzjoni:

(a)

Emendi ta’ kompromess imressqa matul il-laqgħa.

Jekk xi emenda jew aktar jitressqu għal xi parti ta’ test, il-President, ir-relatur jew l-awturi ta’ dawn l-emendi jistgħu, b’mod eċċezzjonali, jipproponu emendi ta’ kompromess. Dawn l-emendi ta’ kompromess għandhom jingħataw prijorità fil-votazzjoni.

Jekk ir-relatur jew xi ħadd mill-awturi tal-emenda inizjali jkollu oġġezzjoni għall-emenda ta’ kompromess proposta, din m’għandhiex titressaq għall-votazzjoni.

(b)

Votazzjoni konġunta.

Jista’ jiġi deċiż mill-President, qabel emenda partikolari tiġi adottata jew miċħuda, li diversi emendi oħra b’kontenut simili jew b’għanijiet simili għandhom jitressqu għall-votazzjoni b’mod kollettiv (votazzjoni konġunta). Dawn l-emendi jistgħu jkunu marbuta ma’ partijiet differenti tat-test oriġinali.

(c)

Block votes.

Għall-emendi mressqin għall-abbozz ta’ opinjoni tagħhom, ir-relaturi jistgħu jħejju lista ta’ dawk li jirrakkomandaw li jiġu adottati (rakkomandazzjoni ta’ votazzjoni). Jekk tkun saret rakkomandazzjoni ta’ votazzjoni mir-relatur, jista’ jiġi deċiż mill-President li ċerti emendi koperti mir-rakkomandazzjoni għandha ssir votazzjoni dwarhom flimkien (block votes). Kull membru jista’ joġġezzjona għar-rakkomandazzjoni ta’ votazzjoni; f’dan il-każ irid jispeċifika liema huma l-emendi li għandha ssir votazzjoni dwarhom separatament.

(d)

Votazzjoni maqsuma.

Meta t-test li għandha ssir votazzjoni dwaru jkun fih żewġ dispożizzjonijiet jew iżjed, jew referenzi għal żewġ punti jew iżjed, jew ikun jista’ jinqasam f’żewġ partijiet jew iżjed li jkollhom tifsira distinta u/jew valur normattiv, tista’ tintalab votazzjoni maqsuma mir-relatur, grupp politiku, delegazzjoni nazzjonali, jew minn xi ħadd mill-membri li ressqu l-emenda.

It-talba għandha ssir sa mhux aktar tard minn siegħa qabel tibda s-sessjoni plenarja, ħlief fil-każ li tkun stabbilita data tal-għeluq differenti mill-President. Id-deċiżjoni dwar it-talba għandha tittieħed mill-President.

Mhux ammissibbli li ssir votazzjoni maqsuma fil-każ ta’ emenda ta’ kompromess jew ta’ emenda tar-relatur.

3.

Votazzjoni fuq l-emendi:

Il-votazzjoni fuq l-emendi għandha ssegwi l-ordni tal-punti fit-test u skont din il-prijorità:

l-emendi ta’ kompromess, sakemm ma ssirx oġġezzjoni minn xi ħadd mill-awturi tal-emendi,

emendi tar-relatur,

emendi oħra.

Meta jiġu adottati, l-emendi tar-relatur u l-emendi ta’ kompromess jissostitwixxu l-emendi li jkunu marbutin magħhom.

F’każ li jitressqu żewġ emendi identiċi jew aktar minn awturi differenti, dawn għandhom jitressqu għall-votazzjoni bħala emenda waħda.

M’għandhiex issir votazzjoni fuq l-emendi identifikati bħala ta’ natura lingwistika.

4.

Jekk żewġ emendi jew aktar li jeskludu lil xulxin jitressqu għall-istess parti ta’ xi test, l-emenda li titbiegħed l-aktar mit-test oriġinali għandu jkollha prijorità u ssir votazzjoni dwarha l-ewwel.

5.

Qabel ma ssir il-votazzjoni għandu jingħad mill-President jekk l-adozzjoni ta’ emenda hux ser twaqqa’ emenda waħda jew għadd ta’ emendi oħra, jew għax dawn l-emendi jkunu jeskludu lil xulxin billi jkunu jirreferu għall-istess parti tat-test, jew għax ikunu kontradittorji. Emenda għandha titqies li waqgħet jekk tkun inkonsistenti ma’ votazzjoni preċedenti fuq l-istess opinjoni. Jekk l-awturi ta’ emenda jikkontestaw id-deċiżjoni tal-President f’dan ir-rigward, l-assemblea plenarja għandha tiddeċiedi jekk tressaqhiex għall-votazzjoni jew le.

6.

Jekk it-test sħiħ ma jiksibx il-maġġoranza tal-voti mixħuta fil-votazzjoni finali, l-assemblea plenarja għandha tiddeċiedi jekk l-abbozz ta’ opinjoni għandux ikun rinvijat lill-kummissjoni kompetenti jew għandux jiġi abbandunat. Opinjoni titqies bħala li waqgħet jekk il-kalendarju interistituzzjonali ma jippermettix aktar diskussjoni. L-istituzzjoni li għamlet it-talba tiġi infurmata b’dan mill-President tal-Kumitat.

Jekk l-abbozz ta’ opinjoni jintbagħat lura lill-kummissjoni kompetenti, din għandha:

jew terġa’ tressaq l-abbozz ta’ opinjoni għad-dibattitu u għall-adozzjoni, kif emendat bl-emendi adottati fis-sessjoni plenarja;

jew taħtar relatur ġdid u b’hekk terġa’ tniedi l-proċess tal-abbozzar tal-opinjoni;

jew tabbanduna l-opinjoni.

Artikolu 26 — Koerenza tat-test finali

Jekk il-koerenza tat-test finali tkun kompromessa b’riżultat tal-adozzjoni tal-emendi li ma jkunux ġew dikjarati li waqgħu b’konformità mal-Artikolu 25(5), jew b’riżultat ta’ emenda adottata li tirrikjedi li partijiet rilevanti oħra tat-test jiġu emendati b’mod korrispondenti, l-amministrazzjoni għandha — wara li tikkonsulta lill-gruppi politiċi, lir-relatur u lill-awtur tal-emendi rilevanti — tintroduċi bidliet sabiex it-test finali jkun koerenti. Kull bidla fit-test trid tkun limitata għall-minimu strett meħtieġ sabiex ikun hemm koerenza. Il-membri jiġu infurmati b’kull bidla li ssir.

Artikolu 27 — Opinjonijiet urġenti

F’każijiet urġenti fejn skadenza stabbilita mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew mill-Parlament Ewropew ma tistax tintlaħaq skont il-proċedura normali, u l-kummissjoni kompetenti adottat l-abbozz ta’ opinjoni tagħha b’mod unanimu, dan l-abbozz ta’ opinjoni għandu jintbagħat mill-President lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Parlament Ewropew għal tagħrif. L-abbozz ta’ opinjoni għandu jitressaq quddiem is-sessjoni plenarja li jmiss sabiex ikun adottat mingħajr emenda. Id-dokumenti kollha li jikkonċernaw dan it-test għandhom jindikaw li din hija opinjoni soġġetta għall-proċedura ta’ urġenza.

Artikolu 28 — Proċeduri semplifikati

Abbozzi ta’ opinjonijiet jew rapporti adottati unanimament minn xi kummissjoni għandhom jintbagħtu lill-assemblea plenarja għall-adozzjoni mingħajr tibdil sakemm tal-inqas 32 membru jew sostitut b’mandat kif dovut jew grupp politiku ma jressaqx emenda skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 24(3). F’dan il-każ, l-emenda għandha titqies mill-assemblea plenarja. L-abbozz ta’ opinjoni jew rapport għandu jkun ippreżentat mir-relatur fis-sessjoni plenarja u jista’ jkun is-suġġett ta’ dibattitu. Dan għandu jintbagħat lill-membri flimkien mal-abbozz ta’ aġenda.

Artikolu 29 — Għeluq tas-Sessjoni Plenarja

Qabel l-għeluq tas-sessjoni plenarja, għandu jitħabbar mill-President il-ħin u l-post tas-sessjoni plenarja li jmiss flimkien ma’ xi punti li diġà qegħdin fuq l-aġenda.

Artikolu 30 — Simboli

1.

Il-Kumitat jagħraf u jadotta dawn is-simboli tal-Unjoni:

(a)

il-bandiera b’ċirku ta’ tnax-il stilla tad-deheb fuq sfond blu,

(b)

l-innu meħud minn “Għanja lill-Ferħ” mid-Disa’ Sinfonija ta’ Ludwig van Beethoven,

(c)

il-motto “Magħquda fid-diversità”.

2.

Il-Kumitat jiċċelebra Jum l-Ewropa fid-9 ta’ Mejju u jħeġġeġ lill-membri jagħmlu l-istess.

3.

Il-bandiera għandha tidher fil-bini tal-Kumitat u fl-avvenimenti uffiċjali.

4.

L-innu għandu jindaqq fiċ-ċerimonja tal-ftuħ fil-bidu tal-mandat u f’okkażjonijiet formali oħra, b’mod speċjali għall-akkoljenza tal-Kapijiet ta’ Stat jew Gvern, jew għall-akkoljenza tal-membri l-ġodda wara t-tkabbir.

KAPITOLU 3

IL-BUREAU U L-PRESIDENT

Artikolu 31 — Kompożizzjoni tal-Bureau

Il-Bureau huwa magħmul minn:

(a)

il-President;

(b)

l-ewwel Viċi President;

(c)

Viċi President għal kull Stat Membru;

(d)

26 membru ieħor;

(e)

il-presidenti tal-gruppi politiċi;

Is-siġġijiet fil-Bureau (esklużi s-siġġijiet tal-President, l-ewwel Viċi President u l-presidenti tal-gruppi politiċi se jinqasmu fost id-delegazzjonijiet nazzjonali kif ġej:

3 siġġijiet: il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja u l-Polonja;

2 siġġijiet: il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda, il-Litwanja, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja;

siġġu wieħed: l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, Malta u s-Slovenja.

Artikolu 32 — Rappreżentanti tal-membri fil-laqgħat tal-Bureau

1.

Għall-membri tagħha tal-Bureau, bl-eċċezzjoni tal-President u tal-ewwel Viċi President, kull delegazzjoni nazzjonali għandha taħtar membru jew sostitut bħala rappreżentant mid-delegazzjoni stess.

2.

Għal kull president tal-grupp politiċi, il-grupp politiku inkwistjoni għandu jaħtar minn fostu membru jew sostitut bħala rappreżentant.

3.

Rappreżentant għandu dritt jipparteċipa fil-laqgħat u jkollu d-dritt li jitkellem u jivvota biss meta jkun qed jissostitwixxi dan il-membru tal-Bureau. Il-prokura tal-vot, li tingħata mill-membru li ma jipparteċipax fil-laqgħa tal-Bureau, għandha tiġi mgħarrfa lis-Segretarju Ġenerali qabel il-laqgħa kkonċernata b’konformità mal-proċedura ta’ notifika meħtieġa.

Artikolu 33 — Regoli tal-elezzjoni

1.

Il-Bureau għandu jiġi elett mill-assemblea plenarja għal sentejn u nofs.

2.

L-elezzjoni għandha ssir taħt il-presidenza tal-President interim bl-istess mod kif previst fl-Artikoli 12 u 13. L-applikazzjonijiet kollha għandhom jintbagħtu bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali tal-anqas siegħa qabel il-bidu tas-sessjoni plenarja. L-elezzjoni tista’ ssir biss wara li jiġi verifikat il-kworum tal-preżenzi li ssir referenza għalih fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 22(1).

Artikolu 34 — Elezzjoni tal-President u tal-ewwel Viċi President

1.

Qabel l-elezzjonijiet għall-postijiet ta’ President u tal-ewwel Viċi President, il-kandidati jistgħu jagħmlu stqarrija qasira quddiem l-assemblea plenarja. Ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-istess ammont ta’ ħin għad-diskors, stabbilit mill-President interim.

2.

L-elezzjoni tal-President u dik tal-ewwel Viċi President għandhom isiru separatament. Għandhom jiġu eletti bil-maġġoranza tal-voti mixħuta.

3.

Il-voti validi huma dawk mixħuta favur u l-astensjonijiet. Huma l-voti favur biss li jiġu kkunsidrati sabiex tiġi kkalkulata jekk intlaħqitx il-maġġoranza.

4.

Jekk l-ebda kandidat ma jikseb il-maġġoranza fl-ewwel votazzjoni, issir it-tieni votazzjoni li matulha jiġi elett il-kandidat bl-ogħla numru ta’ voti. Fil-każ ta’ voti ndaqs, tittieħed deċiżjoni bix-xorti.

Artikolu 35 — Elezzjoni tal-membri tal-Bureau u tal-membri li jirrappreżentawhom

1.

Tista’ tiġi stabbilita lista komuni tal-kandidati mid-delegazzjonijiet nazzjonali li jippreżentaw kandidat wieħed biss għal kull wieħed mis-siġġijiet merfugħa għalihom fil-Bureau. Din il-lista tista’ tiġi adottata b’votazzjoni waħda jekk tikseb il-maġġoranza tal-voti mixħuta.

F’każijiet fejn ma tiġix adottata lista komuni jew fejn in-numru ta’ kandidati propost għas-siġġijiet ta’ delegazzjoni nazzjonali fil-Bureau jaqbeż in-numru ta’ siġġijiet disponibbli, kull wieħed minn dawn is-siġġijiet għandu jiġi deċiż b’votazzjoni separata; f’dan il-każ, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet dwar l-elezzjoni tal-President u tal-ewwel Viċi President, b’konformità mal-Artikoli 33 u 34(2) sa (4).

2.

L-istess regoli għandhom japplikaw għall-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-membri, li jistgħu jiġu eletti fl-istess ħin bħall-membri tal-Bureau.

3.

Il-presidenti tal-gruppi politiċi eletti fi ħdan kull grupp huma membri ex officio tal-Bureau.

Artikolu 36 — By-election għal siġġu battal tal-Bureau

Il-membri tal-Bureau jew ir-rappreżentanti li ma jibqgħux jagħmlu parti mill-Kumitat jew li jirriżenjaw mill-Bureau, għandhom jiġu sostitwiti għall-bqija tal-mandat b’konformità mal-Artikoli 31 sa 35. Il-by-election għal siġġu battal tal-Bureau jew siġġu ta’ sostitut għandha ssir f’sessjoni plenarja taħt il-presidenza tal-President jew ta’ wieħed mir-rappreżentanti tiegħu skont l-Artikolu 39(3).

Artikolu 37 — Il-kompiti tal-Bureau

Il-kompiti tal-Bureau huma dawn:

(a)

It-tħejjija u t-tressiq quddiem l-assemblea plenarja tal-prijoritajiet politiċi tiegħu fil-bidu tal-mandat, u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni; fi tmiem il-mandat, it-tressiq ta’ rapport dwar l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet politiċi quddiem l-assemblea plenarja;

(b)

L-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-ħidma tal-assemblea plenarja u tal-kummissjonijiet;

(c)

It-tfassil u t-tressiq ta’ kodiċi ta’ kondotta quddiem l-assemblea plenarja;

(d)

Ir-responsabbiltà ġenerali għall-kwistjonijiet ta’ natura finanzjarja, organizzattiva u amministrattiva dwar il-membri u s-sostituti, l-organizzazzjoni interna tal-Kumitat u tas-Segretarjat Ġenerali tiegħu, inkluż il-pjan ta’ organizzazzjoni u l-korpi kostitwenti tiegħu;

(e)

Il-Bureau jista’:

jikkostitwixxi gruppi ta’ ħidma magħmula mill-membri tal-Bureau jew minn membri oħra tal-Kumitat, sabiex jagħtuh pariri dwar kwistjonijiet partikolari; dawn il-gruppi ta’ ħidma jistgħu jkollhom sa tlettax-il membru,

jistieden lil membri oħra tal-Kumitat sabiex jassistu fil-laqgħat tiegħu, minħabba l-kompetenza jew il-kompiti tagħhom, kif ukoll lil persuni minn barra;

(f)

Il-monitoraġġ tas-segwitu tal-opinjonijiet, tar-rapporti u tar-riżoluzzjonijiet, u tal-valutazzjoni tal-impatt annwali tal-Kumitat, u l-għoti ta’ pariri lill-President dwar l-implimentazzjoni tar-riżultati;

(g)

Ir-reklutaġġ tas-Segretarju Ġenerali u tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra msemmija fl-Artikolu 71;

(h)

It-tressiq quddiem l-assemblea plenarja tal-abbozz ta’ estimi tad-dħul u l-infiq tal-Kumitat, b’konformità mal-Artikolu 73;

(i)

L-awtorizzazzjoni tal-laqgħat li jsiru barra l-postijiet tax-xogħol tas-soltu;

(j)

It-tfassil ta’ dispożizzjonijiet dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-gruppi ta’ ħidma, tal-kumitati konġunti kostitwiti mal-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni jew ta’ korpi politiċi oħra li jieħdu sehem fihom il-membri tal-Kumitat.

Il-kumitati konsultattivi konġunti jiġu stabbiliti mar-rappreżentanti lokali u reġjonali tal-pajjiżi applikanti abbażi tad-dispożizzjonijiet previsti fil-ftehim ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni.

Il-membri tal-kumitati konsultattivi konġunti mill-pajjiżi applikanti jinħatru b’mod formali mill-gvern tagħhom sabiex jirrappreżentaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom. Id-deċiżjonijiet fil-kumitati konsultattivi konġunti jittieħdu b’mod konġunt mar-rappreżentanti msieħba, taħt kopresidenza mmexxija mill-Kumitat tar-Reġjuni u l-pajjiż applikant.

Il-kumitati konsultattivi konġunti għandhom jadottaw rapport u rakkomandazzjonijiet iffokati fuq oqsma rilevanti għall-awtoritajiet lokali fil-proċess tat-tkabbir. Jistgħu jiġu indirizzati wkoll rapporti lill-kunsill ta’ assoċjazzjoni.

(k)

It-teħid ta’ deċiżjoni dwar l-introduzzjoni ta’ rikors jew talba għal intervent quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jekk l-assemblea plenarja ma tkunx tista’ tieħu deċiżjoni fiż-żmien li jingħatalha, wara verifika tal-kworum, kif stabbilit fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 38(2), b’maġġoranza tal-voti mixħuta għall-proposta kemm tal-President tal-Kumitat, kif ukoll tal-kummissjoni rilevanti li taġixxi b’konformità mal-Artikoli 57 u 58. Ladarba tiġi adottata din id-deċiżjoni, il-President għandu jippreżenta r-rikors f’isem il-Kumitat u waqt is-sessjoni plenarja jitlob lill-assemblea plenarja tiddeċiedi żżomx ir-rikors. Jekk wara l-verifika tal-kworum preżenti kif stabbilit fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 22(1), l-assemblea plenarja tiddeċiedi b’maġġoranza skont l-Artikolu 14(h) kontra r-rikors, il-President jirtira dan.

Artikolu 38 — Konvokazzjoni tal-Bureau, kworum u teħid ta’ deċiżjoni

1.

Il-Bureau jitlaqqa’ mill-President, u d-data tal-laqgħa u l-aġenda jiġu stabbiliti mill-President bi ftehim mal-ewwel Viċi President. Il-Bureau għandu jiltaqa’ minn tal-inqas darba kull tliet xhur, jew mhux aktar tard minn 14-il jum wara r-riċevuta ta’ talba bil-miktub li ssir mingħand tal-inqas kwart mill-membri tiegħu.

2.

Il-kworum tal-Bureau jintlaħaq jekk minn tal-inqas nofs il-membri tiegħu jkunu preżenti. Il-kworum jiġi verifikat fuq it-talba ta’ membru u bil-kundizzjoni li minn tal-inqas sitt membri jivvutaw favur din it-talba. Jekk il-verifika tal-kworum ma tintalabx, il-voti kollha għandhom ikunu validi hu kemm hu n-numru ta’ nies preżenti. Jekk jiġi stabbilit li l-kworum ma ntlaħaqx, il-Bureau jista’ jkompli bid-diskussjonijiet iżda l-votazzjoni ssir fil-laqgħa segwenti.

3.

Id-deċiżjonijiet jitteħdu b’maġġoranza ta’ voti mixħuta, ħlief fejn hemm previst mod ieħor f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. Għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(2) u (6).

4.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40(4)(b), sabiex jitħejjew id-deċiżjonijiet tal-Bureau, il-President jista’ jagħti r-responsabbiltà lis-Segretarju Ġenerali sabiex iħejji d-dokumenti ta’ diskussjoni u r-rakkomandazzjonijiet għal deċiżjoni fuq kull tema li trid tiġi eżaminata, u dawn jinhemżu mal-abbozz ta’ aġenda.

5.

Id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli elettronikament għall-membri minn tal-inqas għaxart ijiem qabel il-ftuħ tal-laqgħa.

L-emendi għad-dokumenti tal-Bureau għandhom jaslu għand is-Segretarju Ġenerali tal-inqas jumejn ta’ xogħol qabel il-ftuħ tal-laqgħa tal-Bureau, b’konformità mar-regoli applikabbli, u għandhom ikunu elettronikament disponibbli malli jiġu tradotti. Fejn possibbli, id-dokumenti mħejjija għall-Bureau għandhom jinkludu opzjonijiet diversi għall-Bureau biex jagħżel minnhom u jkunu jistgħu jiġu emendati hekk kif jiġu ppubblikati.

6.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-President jista’ jirrikorri għal proċedura bil-miktub għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet oħra li ma jikkonċernawx lill-individwi. Il-proposta ta’ deċiżjoni għandha tintbagħat lill-membri mill-President u jintalbu jibagħtu bil-miktub, u fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol, kwalunkwe oġġezzjoni li jista’ jkollhom. Id-deċiżjoni għandha titqies adottata sakemm ma jkunx hemm oġġezzjoni minn tal-inqas sitt membri.

Artikolu 39 — Il-President

1.

Il-ħidma tal-Kumitat għandha titmexxa mill-President.

2.

Il-President jirrappreżenta l-Kumitat u jista’ jiddelega dawn is-setgħat.

3.

Fl-assenza tal-President, l-ewwel Viċi President jirrappreżentah; jekk l-ewwel Viċi President huwa assenti, xi ħadd mill-Viċi Presidenti l-oħra għandu jirrappreżenta l-President.

4.

Is-sigurtà u l-invjolabilità tal-binjiet tal-Kumitat huma r-responsabbiltà tal-President.

Artikolu 40 — Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi

1.

Il-Bureau għandu jistabbilixxi, skont l-Artikolu 37, Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi (CFAA), li tiġi preseduta minn membru tal-Bureau.

2.

Id-dati tal-laqgħat u l-aġendi tagħha għandhom jiġu stabbiliti mill-president bi ftehim mal-ewwel viċi president.

3.

Is-CFAA tista’ taħtar relatur minn fost xi ħadd mill-membri tagħha biex jassisti lill-kummissjoni fit-tħejjija ta’ rapporti għall-Bureau dwar il-kompiti assenjati lilu. Il-membru għandu jirrapporta lill-kummissjoni u lill-Bureau, jekk ikun hemm bżonn u bi qbil mal-president, skont il-kompetenzi tas-suġġetti tiegħu. Il-membru jista’ jressaq ir-rapport bil-miktub jew bil-fomm quddiem is-CFAA.

4.

Is-CFAA għandu jkollha r-responsabbiltajiet li ġejjin:

(a)

Il-konsulenza u l-adozzjoni tal-abbozz ta’ estimi preliminari tad-dħul u l-infiq tal-Kumitat ippreżentat mis-Segretarju Ġenerali, b’konformità mal-Artikolu 73.

(b)

It-tħejjija tal-abbozzi ta’ dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni u ta’ deċiżjonijiet tal-Bureau dwar kwistjonijiet finanzjarji, organizzattivi u amministrattivi, inklużi dawk relatati mal-membri u s-sostituti.

Dawn id-dokumenti flimkien mas-sommarju tad-deċiżjonijiet tas-CFAA għandhom jintbagħtu lill-membri tal-Bureau b’konformità mal-Artikoli 38(4) u 38(5).

(c)

Il-konsulenza dwar kwistjonijiet ta’ importanza li jistgħu jikkompromettu l-ġestjoni tajba tal-approprjazzjonijiet jew jimpedixxu li jintlaħqu l-objettivi previsti, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-previżjoni dwar l-użu tal-approprjazzjonijiet, b’mod partikolari billi jiġu vvalutati l-implimentazzjoni tal-baġit attwali, it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet, il-proċeduri relatati mat-tabelli tal-persunal, l-approprjazzjonijiet amministrattivi u l-operazzjonijiet dwar proġetti relatati mal-bini.

5.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-President jista’ jirrikorri għal proċedura bil-miktub għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni. Il-President għandu jibgħat lill-membri d-deċiżjoni proposta u jitlob li jiġu infurmati bil-miktub, fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol, dwar kwalunkwe oġġezzjoni li jista’ jkollhom. Id-deċiżjoni għandha titqies li ġiet adottata sakemm ma jaslux oġġezzjonijiet minn tal-inqas tliet membri.

6.

Il-president tas-CFAA jirrappreżenta l-Kumitat fir-rigward tal-awtoritajiet baġitarji tal-Unjoni.

Opinjonijiet, rapporti u riżoluzzjonijiet — Proċedura fil-Bureau

Artikolu 41 — Opinjonijiet — Bażijiet legali

Il-Kumitat jadotta l-opinjonijiet tiegħu skont l-Artikolu 307 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:

(a)

meta jiġi kkonsultat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni meta t-Trattati jipprevedu dan u fil-każijiet l-oħra kollha, partikolarment dawk li jikkonċernaw il-kooperazzjoni transfruntiera, li fihom waħda minn dawn l-istituzzjonijiet tikkunsidra li jkun adatt;

(b)

fuq l-inizjattiva tiegħu stess fil-każ meta dan iqisu utli jew:

(i)

abbażi ta’ komunikazzjoni, rapport jew proposta leġiżlattiva minn istituzzjoni oħra tal-Unjoni Ewropea li tintbagħat lill-Kumitat għall-informazzjoni, jew abbażi ta’ talba mill-Istat Membru inkarigat mill-Presidenza attwali tal-Kunsill, jew dik li jmiss;

jew

(ii)

kompletament fuq l-inizjattiva tiegħu stess u, skont Artikolu 14, abbażi tal-prijoritajiet politiċi tal-Kumitat fil-każijiet l-oħra kollha.

(c)

meta, fil-każ li jiġi kkonsultat il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali skont l-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat jikkunsidra li huma involuti interessi speċifiċi reġjonali.

Artikolu 42 — Opinjonijiet u rapporti — Ħatra tal-kummissjonijiet

1.

Il-President għandu jgħaddi dokumenti li jaslu min-naħa tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill Ewropew, tal-Kunsill, jew tal-Kummissjoni lill-kummissjoni kompetenti, u l-Bureau jiġi mgħarraf matul il-laqgħa segwenti.

2.

Jekk is-suġġett ta’ xi opinjoni jkun fil-kompetenza ta’ aktar minn kummissjoni waħda, il-President għandu, wara konsultazzjoni tal-presidenti tal-kummissjonijiet ikkonċernati, jaħtar kummissjoni ewlenija responsabbli. Għandu jiġi żgurat mis-Segretarju Ġenerali li, qabel il-konsultazzjoni tal-presidenti min-naħa tal-President, issir analiżi bir-reqqa tar-raġunijiet oġġettivi għalfejn id-dokument inkwistjoni jkun jikkonċerna aktar minn kummissjoni waħda. Meta l-kwistjoni tkun b’mod inseparabbli fil-kompetenza ta’ diversi kummissjonijiet, jista’ jiġi propost mill-President li jitwaqqaf grupp ta’ ħidma li jkun fih numru indaqs ta’ rappreżentanti mill-kummissjonijiet ikkonċernati. Dan il-grupp ta’ ħidma temporanju jista’ jaħtar relatur għall-abbozzar ta’ opinjoni unika jew riżoluzzjoni biex titressaq quddiem is-sessjoni plenarja.

3.

Jekk xi kummissjoni ma taqbilx ma’ xi deċiżjoni meħuda mill-President skont l-Artikolu 42(1) u (2), din tista’, permezz tal-president tagħha, titlob lill-Bureau sabiex jieħu deċiżjoni.

Artikolu 43 — Ħatra ta’ relatur ġenerali

1.

F’każ li l-kummissjoni kkonċernata ma tistax tħejji abbozz ta’ opinjoni sal-iskadenza meħtieġa, il-Bureau jista’ jipproponi li l-assemblea plenarja taħtar relatur ġenerali, li għandu jressaq direttament quddiem l-assemblea plenarja l-abbozz ta’ opinjoni tiegħu.

2.

F’każ li l-iskadenza meħtieġa ma tħallix biżżejjed ħin lill-assemblea plenarja tal-Kumitat sabiex taħtar relatur ġenerali, ir-relatur ġenerali jista’ jinħatar mill-President, u l-assemblea plenarja għandha tkun mgħarrfa matul il-laqgħa li jmiss tagħha.

3.

Ir-relatur ġenerali għandu jkun membru tal-kummissjoni kkonċernata.

4.

Fiż-żewġ każijiet, il-kummissjoni kkonċernata għandha tiltaqa’, fejn ikun possibbli, sabiex isir dibattitu ġenerali esploratorju dwar is-suġġett.

Artikolu 44 — Opinjonijiet fuq inizjattiva proprja

1.

It-talbiet għal tħejjija ta’ opinjonijiet fuq inizjattiva proprja skont l-Artikolu 41(b)(ii) jistgħu jintbagħtu lill-Bureau minn erbgħa mill-membri tiegħu, minn kummissjoni permezz tal-president tagħha jew minn 32 membru tal-Kumitat. Dawn it-talbiet għandhom jaslu għand il-Bureau, akkumpanjati mir-raġunijiet, flimkien mad-dokumenti l-oħra kollha ta’ diskussjoni skont l-Artikolu 38(4), u fejn ikun possibbli, qabel ma jiġi adottat il-programm ta’ ħidma annwali.

2.

Il-kummissjonijiet għandhom jiddeċiedu dwar l-applikazzjonijiet għal opinjonijiet fuq inizjattiva proprja skont l-Artikolu 41(b)(ii) b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mixħuta. Il-Bureau għandu jiddeċiedi dwar talbiet għal abbozzar ta’ opinjonijiet fuq inizjattiva proprja skont l-Artikolu 41(b)(ii) b’maġġoranza tal-voti mixħuta. L-opinjonijiet għandhom jgħaddu għand il-kummissjoni kompetenti b’konformità mal-Artikolu 42. L-assemblea plenarja tiġi infurmata mill-President dwar id-deċiżjonijiet kollha tal-Bureau relatati mal-approvazzjoni u mal-attribuzzjoni ta’ dawn l-opinjonijiet fuq inizjattiva proprja.

Artikolu 45 — Tressiq tar-riżoluzzjonijiet

1.

Jistgħu jitqiegħdu biss fuq l-aġenda dawk ir-riżoluzzjonijiet li jirreferu għal temi dwar l-oqsma ta’ attività tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw tħassib importanti tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u li għandhom natura ta’ attwalità.

2.

Il-proposti ta’ riżoluzzjonijiet jew it-talbiet ta’ tħejjija ta’ riżoluzzjoni għandhom jintbagħtu lill-Kumitat mingħand tal-inqas 32 membru, jew minn xi grupp politiku. Il-proposti jew it-talbiet kollha għandhom jitressqu quddiem il-Bureau bil-miktub u jindikaw l-isem tal-membri jew tal-grupp politiku li jappoġġjawhom. Għandhom jaslu għand is-Segretarju Ġenerali mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol qabel il-ftuħ tal-laqgħa tal-Bureau. Għandhom ikunu disponibbli għall-membri mhux aktar tard minn tlett ijiem qabel il-laqgħa tal-Bureau bil-lingwi kollha. L-abbozzi ta’ emendi jistgħu jintbagħtu b’mod elettroniku malli jkun disponibbli l-abbozz ta’ riżoluzzjoni. F’każ ta’ deċiżjoni pożittiva mill-Bureau, l-abbozzi ta’ emendi jintbagħtu bħala emendi b’mod awtomatiku. F’każ ta’ deċiżjoni negattiva mill-Bureau, l-abbozzi ta’ emendi jitneħħew mis-sistema b’mod awtomatiku.

3.

Jekk il-Bureau jiddeċiedi li l-Kumitat għandu jiddiskuti xi abbozz jew talba għall-abbozzar ta’ riżoluzzjoni jista’:

(a)

idaħħal l-abbozz ta’ riżoluzzjoni fl-abbozz preliminari tal-aġenda tas-sessjoni plenarja b’konformità mal-Artikolu 16(1);

(b)

b’konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 16(6), idaħħal abbozz ta’ riżoluzzjoni fl-aġenda tas-sessjoni plenarja segwenti. L-abbozz jiġi eżaminat matul it-tieni jum tas-sessjoni.

4.

Abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet li huma marbutin ma’ xi avveniment imprevedibbli li jseħħ wara l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 45(2) (riżoluzzjonijiet urġenti) u li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 45(1), jistgħu jitressqu fil-bidu tal-laqgħa tal-Bureau. Jekk il-Bureau jiddeċiedi li l-proposta tikkonċerna l-kompiti ewlenin tal-Kumitat, il-proposta għandha titqies b’konformità mal-Artikolu 45(3)(b). L-emendi għar-riżoluzzjonijiet urġenti jistgħu jitressqu minn kull membru matul is-sessjoni plenarja.

KAPITOLU 4

KONFERENZA TAL-PRESIDENTI

Artikolu 46 — Kompożizzjoni

Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun magħmula mill-President, l-ewwel Viċi President u l-presidenti tal-gruppi politiċi. Il-presidenti tal-gruppi politiċi jistgħu jiġu rappreżentati minn xi ħadd mill-membri l-oħra tal-grupp tagħhom.

Artikolu 47 — Setgħat

Il-Konferenza tal-Presidenti tiddibatti kwalunkwe mistoqsija li titressaq quddiemha mill-President bil-għan li tħejji u tiffaċilita t-tfittxija ta’ kunsens politiku dwar id-deċiżjonijiet li jkollhom jittieħdu mill-korpi kostitwenti l-oħra tal-Kumitat.

Il-komunikazzjoni mill-President lill-Bureau għandha tinkludi rapport dwar id-diskussjonijiet li jkun saru fil-laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti.

KAPITOLU 5

KUMMISSJONIJIET

Artikolu 48 — Kompożizzjoni u setgħat

1.

Fil-bidu ta’ kull mandat ta’ ħames snin, l-assemblea plenarja tikkostitwixxi kummissjonijiet sabiex iħejju ħidmitha. Għandha tiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni u s-setgħat tagħhom fuq proposta mill-Bureau.

2.

Il-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet għandha tirrifletti r-rappreżentanza tal-Istati Membri fil-Kumitat.

3.

Il-membri tal-Kumitat għandhom jissieħbu f’mill-inqas kummissjoni waħda iżda f’mhux aktar minn żewġ kummissjonijiet. Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet mill-Bureau għall-membri li jappartjenu għal delegazzjonijiet nazzjonali li n-numru ta’ membri tagħhom ikun anqas min-numru ta’ kummissjonijiet.

Artikolu 49 — Il-presidenti u l-viċi presidenti

1.

Kull kummissjoni għandha teleġġi minn fost il-membri tagħha president, l-ewwel viċi president u massimu ta’ żewġ viċi presidenti oħra. Dawn għandhom jiġu eletti għal perjodu ta’ sentejn u nofs.

2.

Fejn in-numru ta’ kandidati jaqbel man-numru ta’ siġġijiet li jridu jimtlew, il-kandidati jistgħu jiġu eletti b’akklamazzjoni. Meta dan mhuwiex il-każ, jew fuq talba ta’ membru minn kull sitt membri tal-kummissjoni, il-kandidati jiġu eletti b’votazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34(2) sa (4) li jirregolaw il-proċeduri tal-elezzjoni tal-President u tal-ewwel Viċi President tal-Kumitat.

3.

Jekk il-presidenti jew il-viċi presidenti tal-kummissjonijiet itemmu s-sħubija tagħhom fil-Kumitat jew jirriżenjaw mill-post tagħhom ta’ president jew ta’ viċi president ta’ kummissjoni, il-post battal għandu jimtela skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 50 — Il-kompiti tal-kummissjonijiet

1.

B’konformità mas-setgħat li jiġu attribwiti lilhom mill-assemblea plenarja skont l-Artikolu 48, il-kummissjonijiet għandhom jiddiskutu l-politiki tal-Unjoni. Huma għandhom b’mod partikolari jħejju l-verżjonijiet tal-abbozzi ta’ opinjonijiet, ta’ rapporti u ta’ riżoluzzjonijiet għall-adozzjoni mill-assemblea plenarja.

2.

Il-kummissjonijiet għandhom jiddeċiedu dwar it-tħejjija tal-opinjonijiet skont:

l-Artikolu 41(a);

l-Artikolu 41(b)(i);

l-Artikolu 41(c).

3.

Għandhom iħejju l-programmi annwali tagħhom ta’ ħidma skont il-prijoritajiet politiċi tal-Kumitat u jibagħtuhom lill-Bureau għall-informazzjoni.

Artikolu 51 — Konvokazzjoni tal-kummissjonijiet u l-aġenda

1.

Id-dati u l-aġendi tal-laqgħat ta’ kummissjoni jiġu ddeterminati mill-president tagħha, bi qbil mal-ewwel viċi president.

2.

Il-kummissjonijiet għandhom jitlaqqgħu mill-presidenti tagħhom. L-avviż ta’ laqgħa ordinarja flimkien mal-aġenda għandhom jaslu għand il-membri mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat qabel id-data tal-laqgħa.

3.

Jekk minn tal-inqas kwart mill-membri jagħmlu talba bil-miktub, ikun hemm obbligu għall-president biex tissejjaħ laqgħa straordinarja tal-kummissjoni, li għandha ssir mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat wara li tintbagħat it-talba. L-aġenda ta’ laqgħa straordinarja għandha titfassal mill-membri li jibagħtu t-talba għal laqgħa bħal din. Għandha tintbagħat lill-membri flimkien mal-avviż ta’ laqgħa.

4.

L-abbozzi kollha ta’ opinjonijiet u d-dokumenti l-oħra tad-diskussjoni li jkollhom bżonn jiġu tradotti għandhom jintbagħtu lis-segretarjat tal-kummissjoni kkonċernata mhux aktar tard minn ħames ġimgħat qabel id-data stabbilita għal-laqgħa. Għandhom ikunu disponibbli għall-membri b’mod elettroniku tal-anqas erbatax-il jum ta’ xogħol qabel id-data tal-laqgħa. F’każijiet ta’ eċċezzjoni, id-dati tal-għeluq imsemmija jistgħu jiġu emendati mill-president.

5.

Id-dokumenti għandhom jintbagħtu lis-segretarjat bil-posta elettronika b’konformità mal-format standard adottat mill-Bureau. Ir-rakkomandazzjonijiet politiċi li jinsabu fid-dokument m’għandhomx jaqbżu total ta’ 10 paġni (15 000 karattru) u l-aġġustamenti m’għandhomx ikunu aktar minn 10 % għal raġunijiet lingwistiċi. Però jistgħu jingħataw derogi mill-president tal-kummissjoni f’każijiet ta’ eċċezzjoni, fejn is-suġġett jeħtieġ analiżi aktar profonda.

Artikolu 52 — Attendenza u aċċess għall-pubbliku

1.

Il-membri u s-sostituti kollha li jieħdu sehem fil-laqgħat għandhom jiffirmaw lista ta’ attendenza għal kull jum ta’ laqgħa.

2.

Il-laqgħat tal-kummissjonijiet huma miftuħin għall-pubbliku, sakemm xi kummissjoni ma tiddeċidix mod ieħor fir-rigward tal-laqgħa kollha jew ta’ xi punt speċifiku fuq l-aġenda tagħha.

3.

Ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, kif ukoll viżitaturi oħrajn, jistgħu jkunu mistiedna sabiex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-kummissjonijiet u sabiex iwieġbu għall-mistoqsijiet tal-membri.

Artikolu 53 — Skadenza għat-tħejjija tal-opinjonijiet

1.

Il-kummissjonijiet għandhom iressqu l-abbozzi ta’ opinjoni qabel l-iskadenza prevista fil-kalendarju interistituzzjonali. In-numru ta’ laqgħat għall-analiżi ta’ abbozz ta’ opinjoni m’għandux ikun aktar minn tnejn, mingħajr ma tiġi inkluża l-ewwel laqgħa li fiha tiġi organizzata l-ħidma.

2.

F’każijiet ta’ eċċezzjoni, il-Bureau jista’ jawtorizza laqgħat supplimentari sabiex jiġi diskuss abbozz ta’ opinjoni, jew jista’ jġedded l-iskadenza għat-tressiq tal-abbozz.

Artikolu 54 — Kontenut tal-opinjonijiet

1.

Opinjoni tal-Kumitat għandha tippreżenta l-fehmiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat dwar is-suġġett inkwistjoni.

2.

L-opinjonijiet tal-Kumitat dwar proposti għal atti legali f’oqsma li mhumiex fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni għandhom jesprimu fehma dwar il-konformità tal-proposta mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

L-opinjonijiet l-oħra tal-Kumitat jistgħu jirreferu għall-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kull meta dan ikun adatt.

3.

Dawn l-opinjonijiet għandhom ukoll, fejn huwa possibbli, jindirizzaw l-effetti mistennija fil-livell tal-amministrazzjoni u fuq il-finanzi reġjonali u lokali.

4.

L-opinjonijiet tal-Kumitat dwar l-atti leġiżlattivi għandhom jinkludu rakkomandazzjonijiet biex jiġi emendat it-test tal-Kummissjoni Ewropea.

5.

F’każ ta’ bżonn, għandha titħejja nota spjegattiva mir-relatur u m’għandhiex titressaq għall-votazzjoni. Għandha, iżda, taqbel mat-test tal-opinjoni li tressqet għall-votazzjoni.

6.

Abbozz ta’ opinjoni li jipproponi attività ġdida tal-Kumitat b’implikazzjonijiet finanzjarji għandu jkun akkumpanjat minn appendiċi bi stima tal-ispejjeż għal dik l-attività.

Artikolu 55 — Segwitu tal-opinjonijiet, ir-rapporti u r-riżoluzzjonijiet tal-Kumitat

Matul il-perjodu ta’ wara l-adozzjoni ta’ opinjoni, rapport jew riżoluzzjoni, ir-relatur u/jew il-president tal-kummissjoni li tkun ġiet inkarigata mit-tħejjija tal-abbozz ta’ dokument inkwistjoni għandhom, bl-għajnuna tas-Segretarjat Ġenerali, isegwu l-proċedura li fuqha tkun imsejsa l-konsultazzjoni tal-Kumitat u jwettqu l-attivitajiet adatti kollha biex jippromovu l-pożizzjonijiet tal-Kumitat kif ikunu ġew adottati fl-opinjoni, waqt li jikkunsidraw il-kalendarju istituzzjonali.

Artikolu 56 — Opinjonijiet riveduti

1.

Jekk il-kummissjoni tqis li jkun hemm bżonn, tista’ tfassal abbozz rivedut ta’ opinjoni dwar l-istess suġġett u, fejn ikun possibbli, bl-istess relatur, biex jiġu kkunsidrati u indirizzati l-iżviluppi interistituzzjonali fil-proċedura leġiżlattiva relatata.

2.

Jekk jista’ jkun, il-kummissjoni għandha tiltaqa’ biex tiddiskuti u tadotta l-abbozz ta’ opinjoni li għandu jitressaq quddiem is-sessjoni plenarja li jmiss.

3.

F’każ li l-progress fil-proċedura li fuqha hija msejsa l-konsultazzjoni tal-Kumitat ma jippermettix biżżejjed żmien biex il-kummissjoni tadotta l-abbozz rivedut ta’ opinjoni, il-President tal-Kumitat għandu jiġi infurmat minnufih mill-president ta’ din il-kummissjoni dwar dan sabiex tkun tista’ tintuża l-proċedura ta’ ħatra ta’ relatur ġenerali skont l-Artikolu 43 li għandu jiġi invokat.

Artikolu 57 — Rikors minħabba ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà

1.

Il-President tal-Kumitat jew il-kummissjoni inkarigata mit-tħejjija tal-abbozz ta’ opinjoni jistgħu jipproponu li jitressaq rikors jew talba għal intervent quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà minn att leġiżlattiv li, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat għandu jiġi kkonsultat dwaru qabel ma jiġi adottat.

2.

Il-kummissjoni tieħu deċiżjoni b’maġġoranza tal-voti mixħuta, wara verifika minn qabel li jkun intlaħaq il-kworum ta’ preżenza skont l-Artikolu 63(1). Il-proposta tal-kummissjoni għandha tintbagħat lill-assemblea plenarja għal deċiżjoni b’konformità mal-Artikolu 14(h) jew lill-Bureau fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 37(k). Il-kummissjoni għandha tagħti raġuni għall-proposta tagħha f’rapport dettaljat li jkun jinkludi, jekk meħtieġ, il-bżonn li tittieħed deċiżjoni minnufih fuq il-bażi tal-Artikolu 37(k).

Artikolu 58 — Nuqqas li ssir konsultazzjoni obbligatorja mal-Kumitat

1.

Jekk il-Kumitat tar-Reġjuni ma jiġix ikkonsultat fil-każijiet stabbiliti mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President tal-Kumitat jew waħda mill-kummissjonijiet jistgħu jipproponu lill-assemblea plenarja b’konformità mal-Artikolu 14(h) jew lill-Bureau fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 37(k), li jitressaq rikors jew talba għal intervent quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

2.

Il-kummissjoni tieħu deċiżjoni b’maġġoranza tal-voti mixħuta, wara verifika minn qabel li jkun intlaħaq il-kworum ta’ preżenza skont l-Artikolu 63(1). Il-kummissjoni għandha tagħti raġuni għall-proposta tagħha f’rapport dettaljat li jkun jinkludi, jekk meħtieġ, il-bżonn li tittieħed deċiżjoni minnufih fuq il-bażi tal-Artikolu 37(k).

Artikolu 59 — Rapport dwar l-impatt tal-opinjonijiet

Mill-inqas darba f’sena, is-Segretarjat Ġenerali għandu jressaq quddiem l-assemblea plenarja rapport dwar l-impatt tal-opinjonijiet tal-Kumitat fuq il-bażi, b’mod partikolari, tal-kontributi li tgħaddilu kull kummissjoni kompetenti għal dan il-għan, u tal-informazzjoni miġbura mill-istituzzjonijiet ikkonċernati.

Artikolu 60 — Relaturi

1.

Kull kummissjoni, fuq proposta tal-president tagħha, għandha tinnomina relatur jew, f’każijiet b’raġuni adatta, żewġ relaturi minn fost il-membri tagħha jew sostuti b’mandat kif dovut sabiex ifasslu abbozz ta’ opinjoni.

2.

Fil-ħatra tar-relaturi, kull kummissjoni għandha tiżgura allokazzjoni ġusta u bbilanċjata tal-opinjonijiet.

3.

F’każijiet urġenti, tista’ tintuża l-proċedura bil-miktub sabiex jinħatar jew tinħatar relatur mill-president tal-kummissjoni. Il-membri tal-kummissjoni jintalbu mill-president sabiex iressqu, bil-miktub u fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol, kwalunkwe oġġezzjoni għall-ħatra tar-relatur propost. F’każ ta’ oġġezzjoni, il-president u l-ewwel viċi-president jiddeċiedu bi qbil komuni.

4.

Jekk il-president jew xi ħadd mill-viċi presidenti ta’ kummissjoni jinħatar bħala relatur, huwa għandu, matul l-analiżi tal-abbozz ta’ opinjoni tiegħu, jgħaddi l-presidenza tal-laqgħa lil xi viċi president ieħor jew lil xi ħadd mill-membri l-oħra preżenti.

5.

Meta xi ħadd mir-relaturi ma jibqax membru jew sostitut tal-Kumitat, għandu jinħatar relatur ieħor tal-istess grupp politiku fi ħdan il-kummissjoni, jekk ikun hemm bżonn billi tintuża l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3.

Artikolu 61 — Gruppi ta’ ħidma tal-kummissjonijiet

1.

F’ċerti sitwazzjonijiet li jesiġu dan, il-kummissjonijiet jistgħu jwaqqfu, bl-approvazzjoni tal-Bureau, gruppi ta’ ħidma. Il-membri tal-gruppi ta’ ħidma jistgħu wkoll jiġu minn kummissjoni oħra.

2.

Il-membri ta’ grupp ta’ ħidma li ma jistgħux jattendu laqgħa jistgħu jiġu sostitwiti minn membri jew minn sostitutti tal-grupp politiku tagħhom li jidhru fil-lista ta’ rappreżentanti għal dan il-grupp ta’ ħidma. Meta ma jkunx hemm rappreżentanti fil-lista, il-membri jistgħu jiġu sostitwiti minn kwalunkwe membru jew sostitut ieħor jew oħra mill-grupp politiku tagħhom.

3.

Kull grupp ta’ ħidma jista’ jaħtar president u viċi president minn fost il-membri tiegħu.

4.

Il-gruppi ta’ ħidma jistgħu jadottaw konklużjonijiet li għandhom jiġu kkomunikati lill-kummissjonijiet tagħhom.

Artikolu 62 — Esperti tar-relaturi

1.

Ir-relaturi kollha jistgħu jiġu megħjuna minn esperti.

2.

L-esperti tar-relaturi u l-esperti mistiedna mill-kummissjoni għandhom id-dritt għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza.

3.

L-esperti ma jirrappreżentawx il-Kumitat u ma jitkellmux f’ismu.

Artikolu 63 — Kworum

1.

Il-kworum ta’ kummissjoni jintlaħaq meta aktar minn nofs il-membri jkunu preżenti.

2.

Il-kworum jiġi verifikat fuq it-talba ta’ membru u bil-kundizzjoni li minn tal-inqas għaxar membri jivvutaw favur din it-talba. Jekk il-verifika tal-kworum ma tintalabx, il-voti kollha għandhom ikunu validi hu kemm hu n-numru ta’ nies preżenti. Il-laqgħa tal-kummissjoni tista’ titwaqqaf mill-president għal massimu ta’ 10 minuti qabel ma ssir il-verifika tal-kworum. Il-membri li jkunu talbu li jiġi verifikat il-kworum iżda li ma jkunux għadhom preżenti fil-kamra tal-kummissjoni għandhom jiġu kkunsidrati bħala preżenti għall-finijiet tal-għadd tal-kworum. Jekk ikun hemm anqas minn għaxar membri preżenti, jista’ jiġi deċiż mill-president li ma ntlaħaqx il-kworum.

3.

Jekk jitqies li l-kworum ma ntlaħaqx, il-kummissjoni tista’ tipproċedi għall-analiżi tal-punti li jibqa’ fuq l-aġenda u li ma jeħtiġux votazzjoni, waqt li tipposponi għal-laqgħa segwenti d-diskussjonijiet u l-votazzjonijiet fuq il-punti tal-aġenda sospiżi. Id-deċiżjonijiet jew il-voti kollha li jittieħdu matul il-laqgħa qabel il-verifika tal-kworum għandhom jibqgħu validi.

Artikolu 64 — Emendi

1.

L-emendi għandhom jitressqu qabel it-3 p.m. fid-disa’ jum ta’ xogħol qabel id-data tal-laqgħa. F’każijiet eċċezzjonali, id-dati tal-għeluq imsemmija jistgħu jiġu emendati mill-president.

L-emendi ta’ kummissjoni speċifika jistgħu jitressqu biss mill-membri ta’ din il-kummissjoni, jew mill-membri jew sostituti b’mandat kif dovut skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(2), kif ukoll f’dak li jirrigwarda l-opinjoni tagħhom minn kwalunkwe sostitut mhux b’mandat iżda maħtur bħala relatur, jew minn grupp politiku.

Id-dritt li jitressqu l-emendi ta’ kummissjoni jista’ jintuża biss mill-membri ta’ din il-kummissjoni jew minn membri oħra jew ostituti b’mandat kif dovut. Jekk xi ħadd mill-membri jiddelega laqgħa tal-kummissjoni jew parti minnha lil sostitut, membru minnhom biss jista’ jressaq emendi. Jekk xi ħadd mill-membri jressaq xi emendi għal kwalunkwe parti mil-laqgħa tal-kummissjoni, imbagħad is-sostitut ma jistax jagħmel dan wara. Bl-istess mod, jekk is-sostitut jiġi delegat għal kwalunkwe parti tal-laqgħa tal-kummissjoni u jressaq kwalunkwe emenda għal opinjoni — qabel ma l-membru jkun ressaq xi emendi — il-membru ma jkun jista’ jressaq l-ebda emenda għal-laqgħa tal-kummissjoni. L-emendi debitament imressqa qabel ma l-membri jew is-sostituti fi ħdan il-Kumitat ma jibqgħux tali jew qabel ma tingħata jew tiġi rrevokata delega jibqgħu validi.

L-emendi għandhom jingħataw prijorità fil-proċess tat-traduzzjoni u mbagħad jintbagħtu lir-relatur sabiex ikun jista’ jressaq jew tkun tista’ tressaq l-emendi tar-relatur quddiem is-Segretarjat Ġenerali f’format elettroniku mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel id-data tal-laqgħa. L-emendi tar-relatur għandhom ikunu marbuta ma’ emenda jew għadd ta’ emendi li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1. Dawn l-emendi tar-relatur għandhom ikunu disponibbli b’mod elettroniku hekk kif jiġu tradotti u għandha titqassam kopja stampata mill-inqas waqt il-ftuħ tas-sessjoni plenarja.

Jiġu applikati mutatis mutandis id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) sa (6).

2.

Il-votazzjoni fuq l-emendi għandha timxi bl-istess ordni tal-punti tal-abbozz ta’ opinjoni li qiegħed jiġi analizzat.

3.

Il-votazzjoni finali ssir fuq it-test sħiħ, sew jekk huwa emendat sew jekk le. Jekk opinjoni ma tiksibx maġġoranza tal-voti mixħuta, il-kummissjoni għandha tiddeċiedi li:

jew terġa’ tressaq l-abbozz ta’ opinjoni għad-dibattitu u għall-adozzjoni, kif emendat mill-emendi adottati fil-kummissjoni, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 53;

jew taħtar relatur ġdid u b’hekk terġa’ tniedi l-proċess tal-abbozzar tal-opinjoni,

tabbanduna l-opinjoni.

4.

Meta l-opinjoni tiġi adottata fil-Kummissjoni għandha tintbagħat mill-president tal-kummissjoni lill-President tal-Kumitat.

Artikolu 65 — Deċiżjoni li ma titfassalx opinjoni

1.

Meta l-kummissjoni responsabbli tqis li xi konsultazzjoni li tiġi indirizzata lilha skont l-Artikolu 41(a) m’għandha l-ebda interess reġjonali jew lokali, jew mhijiex ta’ importanza politika, tista’ tiddeċiedi li ma tħejjix opinjoni. L-istituzzjonijiet Ewropej rilevanti jiġu infurmati mis-Segretarju Ġenerali dwar din id-deċiżjoni.

2.

Meta l-kummissjoni responsabbli tqis li konsultazzjoni li tkun ġiet indirizzata lilha skont l-Artikolu 41(a) tkun importanti, iżda li, għal raġunijiet ta’ prijorità u/jew għaliex diġà ġew adottati opinjonijiet rilevanti fil-passat reċenti, ma tkunx meħtieġa opinjoni ġdida, il-kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma toħroġx opinjoni. F’dan il-każ, il-Kumitat jista’ jirrispondi lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b’rinunzja motivata.

Artikolu 66 — Proċedura bil-miktub

1.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-president ta’ kummissjoni jista’ jirrikorri għal proċedura bil-miktub sabiex tiġi adottata deċiżjoni dwar l-operat tal-kummissjoni kkonċernata.

2.

Il-proposta għal deċiżjoni tintbagħat lill-membri mill-president u jintalbu jibagħtu kwalunkwe oġġezzjoni bil-miktub, fi żmien tlett ijiem ta’ ħidma.

3.

Id-deċiżjoni għandha titqies adottata sakemm ma jkunx hemm oġġezzjoni minn tal-inqas sitt membri.

Artikolu 67 — Dispożizzjonijiet applikabbli għall-kummissjonijiet

 

Artikolu 12 — Konvokazzjoni tal-ewwel laqgħa

 

Artikolu 13(2) — Bidu tal-kariga tal-Kumitat u verifika tal-kredenzjali

 

Artikolu 16(7) — Aġenda tas-sessjoni plenarja

 

Artikolu 18 — Aċċess għall-pubbliku, mistednin u kelliema mistiedna

 

Artikolu 21 — Points of order

 

Artikolu 23 — Votazzjoni

 

Artikolu 26 — Koerenza tat-test finali

għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kummissjonijiet.

KAPITOLU 6

AMMINISTRAZZJONI TAL-KUMITAT

Artikolu 68 — Segretarjat Ġenerali

1.

Il-Kumitat huwa assistit minn Segretarjat Ġenerali.

2.

Is-Segretarjat Ġenerali għandu jkun immexxi minn Segretarju Ġenerali.

3.

Il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, għandu jorganizza s-Segretarjat Ġenerali b’tali mod li dan tal-aħħar ikun kapaċi li jiżgura t-tħaddim effiċjenti tal-Kumitat u l-korpi kostitwenti tiegħu u jassisti lill-membri tal-Kumitat fil-qadi ta’ dmirijiethom. B’dan il-mod jistabbilixxi s-servizzi li l-amministrazzjoni trid tipprovdi lill-membri, lid-delegazzjonijiet nazzjonali, lill-gruppi politiċi u lill-membri mhux affiljati.

4.

Is-Segretarjat Ġenerali jistabbilixxi l-minuti tal-laqgħat tal-korpi kostitwenti tal-Kumitat.

Artikolu 69 — Segretarju Ġenerali

1.

Is-Segretarju Ġenerali għandu jkollu r-responsabbiltà amministrattiva li jimplimenta d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Bureau jew mill-President, b’konformità ma’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura u l-qafas legali applikabbli. Huwa għandu jattendi l-laqgħat tal-Bureau bi rwol konsultattiv u għandu jżomm il-minuti ta’ dawn il-laqgħat. Il-President għandu jiġi megħjun mis-Segretarju Ġenerali fl-iżgurar tas-sigurtà u l-invjolabilità tal-bini tal-Kumitat.

2.

Is-Segretarju Ġenerali għandu jaqdi dmirijietu taħt id-direzzjoni tal-President, li jirrappreżenta jew tirrappreżenta l-Bureau. Is-Segretarju Ġenerali għandu jieħu impenn solenni quddiem il-Bureau li jaqdi dmirijietu b’mod kuxjenzjuż u b’imparzjalità assoluta. Ma għandux jirrappreżenta politikament il-Kumitat mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-President. Kull sena s-Segretarju Ġenerali jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Bureau r-rapport annwali dwar l-attivitajiet li jagħti rendikont tal-eżerċitar tal-funzjonijiet tiegħu ta’ uffiċjal awtorizzanti b’delega u jippreżenta sinteżi ta’ dan ir-rapport għal diskussjoni eventwali.

Artikolu 70 — Reklutaġġ tas-Segretarju Ġenerali

1.

Il-Bureau għandu jimpjega lis-Segretarju Ġenerali b’deċiżjoni li tittieħed mill-maġġoranza ta’ żewġ terzi, u wara li jiġi verifikat il-kworum tal-preżenzi skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 38(2).

2.

Is-Segretarju Ġenerali għandu jiġi reklutat għal ħames snin. Id-dispożizzjonijiet partikolari tal-kuntratt ta’ impjieg għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau, abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 u d-dispożizzjonijiet relatati tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Il-mandat tas-Segretarju Ġenerali jista’ jiġi estiż għal perjodu wieħed ieħor biss ta’ mhux aktar minn ħames snin.

F’każ ta’ assenza jew impediment, il-funzjonijiet tas-Segretarju Ġenerali jiġu eżerċitati minn Direttur maħtur mill-Bureau.

3.

Fil-każ tas-Segretarju Ġenerali, is-setgħat li l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea jikkonferixxu lill-awtorità responsabbli sabiex tikkonkludi l-kuntratti ta’ impjieg jiġu eżerċitati mill-Bureau.

Artikolu 71 — Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni

1.

Is-setgħat li r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jikkonferixxu lill-awtorità li għandha s-setgħat ta’ ħatra għandhom jiġu eżerċitati kif ġej:

għall-uffiċjali fil-Gradi 5 sa 12 tal-grupp ta’ funzjoni AD u għall-uffiċjali fil-gruppi ta’ funzjoni AST u AST-SC, mis-Segretarju Ġenerali;

għall-uffiċjali l-oħra, mill-Bureau, li jaġixxi fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali.

2.

Is-setgħat li l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea jikkonferixxu lill-awtorità responsabbli sabiex tikkonkludi l-kuntratti ta’ impjieg għandhom jiġu eżerċitati kif ġej:

għall-persunal temporanju fil-Gradi 5 sa 12 tal-grupp ta’ funzjoni AD u għall-persunal temporanju tal-gruppi ta’ funzjoni AST u AST-SC, mis-Segretarju Ġenerali;

għal persunal temporanju ieħor, mill-Bureau, li jaġixxi fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali;

għall-persunal temporanju fl-uffiċċju privat tal-President jew tal-ewwel Viċi President:

għall-Gradi 5 sa 12 tal-grupp ta’ funzjoni AD u għall-gradi tal-gruppi ta’ funzjoni AST u AST-SC, mis-Segretarju Ġenerali, li jaġixxi fuq proposta tal-President;

għall-gradi l-oħra tal-grupp ta’ funzjoni AD, mill-Bureau, li jaġixxi fuq proposta mill-President.

Il-membri tal-persunal temporanju impjegati fl-uffiċċju privat tal-President jew tal-ewwel Viċi President għandhom jibqgħu ingaġġati sat-tmiem tal-mandat tal-President jew tal-Viċi President.

għall-persunal b’kuntratt, il-konsulenti speċjali u l-persunal lokali, mis-Segretarju Ġenerali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

3.

Il-Bureau u s-Segretarju Ġenerali jistgħu jiddelegaw is-setgħat mogħtija lilhom skont dan l-Artikolu. Id-deċiżjonijiet ta’ delega għandhom jispeċifikaw l-ambitu tas-setgħat delegati, sal-limiti u l-perjodu ta’ validità tagħhom, waqt li jispeċifikaw ukoll jekk jistgħux jiġu sottodelegati.

Artikolu 72 — Bibien magħluqin

Il-Bureau jiltaqa’ bil-bibien magħluqin meta jieħu deċiżjonijiet li jikkonċernaw persuni li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71.

Artikolu 73 — Baġit

1.

Il-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi għandha tibgħat lill-Bureau l-abbozzi preliminari ta’ nfiq u dħul tal-Kumitat għas-sena finanzjarja segwenti. Il-Bureau għandu jressaq dan l-abbozz preliminari quddiem l-assemblea plenarja għall-adozzjoni.

Il-President, wara li jikkonsulta lill-Konferenza tal-Presidenti, iressaq quddiem il-Bureau l-linji gwida strateġiċi ġenerali li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi għat-tħejjija tal-baġit għas-sena n+2.

2.

L-assemblea plenarja tadotta l-abbozzi preliminari ta’ nfiq u dħul tal-Kumitat u tibgħathom lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew fil-ħin sabiex tiżgura li l-iskadenzi preskritti fir-regolament baġitarju jiġu rispettati.

3.

Wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi, il-President tal-Kumitat għandu jesegwixxi jew jagħmel mod li jiġi esegwit ir-rendikont tal-infiq u d-dħul, skont ir-regoli finanzjarji interni adottati mill-Bureau. Dawn il-funzjonijiet jiġu eżerċitati mill-President skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

4.

Skont ir-Regolament Finanzjarju u r-regoli finanzjarji interni, is-setgħat tal-President għall-implimentazzjoni tal-baġit huma delegati lis-Segretarju Ġenerali, li jsir uffiċjal awtorizzanti b’delega mal-ħatra.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU 1

KOOPERAZZJONI, TRAŻMISSJONI U PUBBLIKAZZJONI

Artikolu 74 — Ftehimiet ta’ kooperazzjoni

Il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, jista’ jikkonkludi ftehimiet ta’ kooperazzjoni bil-għan li jiffaċilitaw l-eżerċitar tas-setgħat tal-Kumitat b’rabta mal-applikazzjoni tat-Trattati jew bil-għan li tittejjeb il-kooperazzjoni politika tiegħu.

Artikolu 75 — Trażmissjoni u pubblikazzjoni tal-opinjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet

1.

L-opinjonijiet tal-Kumitat, kif ukoll il-komunikazzjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta’ proċedura semplifikata skont l-Artikolu 28 jew mad-deċiżjoni li ma titfassalx opinjoni skont l-Artikolu 65, għandhom ikunu indirizzati lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew. Bħalma jiġri fil-każ tar-riżoluzzjonijiet, għandhom jintbagħtu mill-President.

2.

L-opinjonijiet, ir-rapporti u r-riżoluzzjonijiet huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU 2

AĊĊESS GĦALL-PUBBLIKU, TRASPARENZA U DIKJARAZZJONI TAL-INTERESSI FINANZJARJI TAL-MEMBRI

Artikolu 76 — Aċċess għad-dokumenti mill-pubbliku

1.

Kull ċittadin tal-Unjoni u kull persuna fiżika jew ġuridika residenti jew li jkollha l-uffiċju reġistrat tagħha fi Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess għad-dokumenti tal-Kumitat, b’konformità mal-Artikolu 15(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipji, il-kundizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u d-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Bureau tal-Kumitat. L-aċċess għad-dokumenti tal-Kumitat għandu jingħata, fejn possibbli, bl-istess mod lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi l-oħra.

2.

Il-Kumitat għandu jistabbilixxi reġistru tad-dokumenti tiegħu. Għal dan il-għan, il-Bureau jadotta r-regoli interni dwar l-aċċess u jagħmel lista ta’ dokumenti li huma direttament aċċessibbli.

Artikolu 77 — Dikjarazzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-Membri u l-Kodiċi ta’ Kondotta fir-rigward tal-Interessi Finanzjarji u tal-Kunflitti ta’ Interess

Meta jidħlu fil-kariga tagħhom fil-Kumitat, il-membri għandhom jimlew dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji tagħhom skont il-mudell adottat mill-Bureau, u għandhom iżommuha aġġornata u għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku. Fl-eżerċitar tal-funzjonijiet tagħhom, il-membri għandhom josservaw ukoll il-Kodiċi ta’ Kondotta fir-rigward tal-interessi finanzjarji u l-kunflitti ta’ interess.

KAPITOLU 3

L-UŻU TAL-LINGWI

Artikolu 78 — Sistema lingwistika tal-interpretazzjoni

Sakemm ikun possibbli, jiġu implimentati l-mezzi li jiffaċilitaw it-twettiq tal-prinċipji li ġejjin fir-rigward tas-sistema lingwistika tal-interpretazzjoni:

(a)

Id-dibattiti tal-Kumitat għandhom ikunu disponibbli bil-lingwi uffiċjali, sakemm il-Bureau ma jiddeċidix mod ieħor.

(b)

Il-membri kollha għandhom id-dritt jesprimu ruħhom quddiem is-sessjoni plenarja bil-lingwa uffiċjali li jagħżlu. Kull intervent li jsir b’lingwa uffiċjali jinqaleb simultanjament għal-lingwi uffiċjali l-oħra u għal kwalunkwe lingwa oħra jekk il-Bureau jaħseb li hemm bżonn. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal-lingwi li ngħataw din il-possibbiltà fil-ftehimiet amministrattivi tal-Kumitat ma’ diversi Stati Membri.

(c)

Fil-każ tal-laqgħat tal-Bureau, tal-kummissjonijiet, u tal-gruppi ta’ ħidma, l-interpretazzjoni hija disponibbli mil-lingwi u għal-lingwi li jintużaw mill-membri li jkunu kkonfermaw l-attendenza tagħhom għal-laqgħa kkonċernata.

KAPITOLU 4

OSSERVATURI

Artikolu 79 — Osservaturi

1.

Meta jkun ġie ffirmat Trattat dwar l-adeżjoni ta’ xi Stat mal-Unjoni Ewropea, il-President jista’, wara li jkun inkiseb il-qbil tal-Bureau, jistieden lill-Parlament tal-Istat aderenti biex jaħtar numru ta’ osservaturi li jkun daqs in-numru ta’ siġġijiet futuri fil-Kumitat allokati lil dak l-Istat.

2.

Dawk l-osservaturi għandhom jieħdu sehem bis-sħiħ jew parzjalment fil-proċeduri tal-Kumitat sakemm jidħol fis-seħħ it-Trattat tal-Adeżjoni, u għandu jkollhom id-dritt li jitkellmu fil-korpi kostitwenti tiegħu.

M’għandux ikollhom id-dritt li jivvutaw jew li joħorġu għall-elezzjoni għal pożizzjonijiet fi ħdan il-Parlament. Il-parteċipazzjoni tagħhom m’għandu jkollha l-ebda effett legali fuq il-proċeduri tal-Kumitat.

3.

It-trattament tagħhom għandu jiġi assimilat ma’ dak ta’ membru f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-faċilitajiet tal-Kumitat u r-rimborż tal-ispejjeż li jġarrbu fl-attivitajiet tagħhom bħala osservaturi, fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji allokati għal-linja baġitarja rilevanti għal dan il-għan.

KAPITOLU 5

DISPOŻIZZJONIJIET ORGANIZZAZZJONALI

Artikolu 80 — Organizzazzjoni tal-laqgħat

1.

Il-laqgħat statutorji tal-korpi u l-istrutturi li ġejjin għandhom jiġu organizzati bi preżenza fiżika:

(a)

l-Assemblea Plenarja

(b)

il-Bureau

(c)

il-Konferenza tal-Presidenti

(d)

il-kummissjonijiet

(e)

il-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi

(f)

il-Kummissjoni ad hoc dwar ir-reviżjoni tar-Regoli ta’ Proċedura

(g)

kumitati konsultattivi konġunti, gruppi ta’ ħidma u korpi politiċi oħra stabbiliti mill-Bureau skont l-Artikolu 37(e) u l-Artikolu 37(j) u li jittrattaw ma’ pajjiżi terzi

(h)

il-gruppi politiċi.

2.

Sakemm il-mezzi baġitarji u tekniċi jkunu disponibbli, il-presidenti tal-korpi u l-istrutturi msemmijin hawn fuq jistgħu jippermettu parteċipazzjoni diġitali eċċezzjonali ta’ relatur li ma jkunx jista’ jattendi laqgħa personalment, iżda li jkun jista’ jieħu sehem mill-bogħod u li l-iskeda ta’ żmien tal-opinjoni tiegħu ma tkunx tista’ tiġi adattata minħabba restrizzjonijiet ta’ skeda ta’ żmien leġiżlattiva.

3.

Laqgħat oħra jistgħu jsiru f’forma ibrida jew mill-bogħod skont il-proċeduri previsti fir-Regoli ta’ Proċedura biex tissejjaħ il-laqgħa rilevanti. Se jitqiesu raġunijiet baġitarji, ambjentali jew organizzattivi u l-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi se tiġi kkonsultata fejn meħtieġ.

KAPITOLU 6

ĊIRKOSTANZI EĊĊEZZJONALI

Artikolu 81 — Miżuri straordinarji

1.

Jekk il-Kumitat tar-Reġjuni jiġi ostakolat milli jwettaq dmirijietu u milli jeżerċita l-prerogattivi tiegħu skont it-Trattati minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli lil hinn mill-kontroll tiegħu, tista’ tiġi applikata deroga temporanja minn xi wħud mir-regoli tal-Kumitat sabiex il-Kumitat ikun jista’ jkompli jwettaq dawn id-dmirijiet u jeżerċita dawn il-prerogattivi.

Ċirkostanzi bħal dawn għandhom jitqiesu eżistenti meta l-President jasal għall-konklużjoni, abbażi ta’ evidenza affidabbli pprovduta mis-Segretarju Ġenerali, li għal raġunijiet ta’ sigurtà jew sikurezza, jew b’riżultat tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ mezzi tekniċi, huwa impossibbli jew perikoluż, jew ser ikun impossibbli jew perikoluż, għall-Kumitat li jsejjaħ laqgħat jew jiffunzjona skont ir-regoli u l-proċeduri normali tiegħu.

2.

Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġu ssodisfati, il-President jista’ jiddeċiedi, bi qbil mal-Konferenza tal-Presidenti u wara li jkun ikkonsulta, fejn possibbli, lill-presidenti tal-korpi rilevanti, li japplika waħda, jew aktar, mill-miżuri straordinarji li ġejjin:

(a)

kanċellazzjoni jew posponiment ta’ sessjoni plenarja skedata, laqgħa ta’ korp kostitwenti ieħor jew kwalunkwe attività oħra;

(b)

l-organizzazzjoni ta’ sessjoni plenarja, laqgħa ta’ korp kostitwenti ieħor jew kwalunkwe attività oħra skont is-sistema ta’ attendenza mill-bogħod kif stabbilit fl-Artikolu 82;

(c)

miżuri oħra kif adegwat u meħtieġ filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi u eċċezzjonali.

3.

Kwalunkwe miżura straordinarja adottata skont il-paragrafu 2 għandha tkun limitata fiż-żmien, għal perjodu ta’ mhux aktar minn erba’ xhur li jista’ jiġġedded, u fil-kamp ta’ applikazzjoni sa fejn ikun meħtieġ biex jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi speċifiċi u eċċezzjonali.

Id-deċiżjoni għall-adozzjoni tal-miżuri straordinarji għandha tidħol fis-seħħ mal-pubblikazzjoni tagħha fuq is-sit web tal-Kumitat jew, jekk iċ-ċirkostanzi jimpedixxu tali pubblikazzjoni, bl-aqwa mezzi disponibbli, u għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Il-membri kollha għandhom jiġu infurmati bid-deċiżjoni mingħajr dewmien.

Il-President għandu jirrevoka kwalunkwe miżuri adottati skont din ir-regola hekk kif iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmijin fil-paragrafu 1 li wasslu għall-adozzjoni tagħhom ma jibqgħux jeżistu.

Artikolu 82 — Sistema ta’ attendenza mill-bogħod

1.

Fejn il-President jiddeċiedi skont l-Artikolu 81(2)(b) li japplika s-sistema ta’ attendenza mill-bogħod, il-Kumitat jista’ jwettaq il-proċedimenti tiegħu mill-bogħod, fost affarijiet oħra, billi jippermetti lill-membri tiegħu jeżerċitaw uħud mid-drittijiet tagħhom b’mezzi elettroniċi.

2.

Is-sistema ta’ attendenza mill-bogħod għandha tiżgura kemm jista’ jkun li l-membri jkunu jistgħu jwettqu dmirijiethom inkluż, b’mod partikolari:

id-dritt li jitkellmu u jisimgħu f’sessjonijiet plenarji u f’laqgħat ta’ korpi kostitwenti oħra, anke skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 78;

id-dritt li jixħtu l-voti tagħhom individwalment u li jivverifikaw li l-voti tagħhom jingħaddu.

3.

Meta jieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-President għandu jiddetermina jekk din is-sistema tapplikax biss għas-sessjonijiet plenarji, jew ukoll għal-laqgħat ta’ korpi kostitwenti oħra u għal kwalunkwe attività oħra tal-Kumitat.

4.

Għall-applikazzjoni tar-regoli b’rabta mal-istabbiliment ta’ kworum u dwar il-votazzjoni fil-korpi kostitwenti, il-membri li jkunu qed jipparteċipaw mill-bogħod għandhom jitqiesu daqslikieku jkunu fiżikament preżenti.

Il-President għandu, fejn meħtieġ, jiddetermina l-mod u l-punt sa fejn il-membri jistgħu jaċċessaw il-kamra tal-laqgħat matul l-applikazzjoni tas-sistema ta’ attendenza mill-bogħod, u b’mod partikolari n-numru massimu ta’ membri li jistgħu jkunu fiżikament preżenti.

KAPITOLU 7

REGOLI TA’ PROĊEDURA

Artikolu 83 — Reviżjoni tar-Regoli ta’ Proċedura

1.

L-assemblea plenarja għandha tiddeċiedi b’maġġoranza tal-voti mixħuta jekk hemmx ħtieġa li tirrevedi dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, parzjalment jew fl-intier tagħhom. F’nofs kull mandat tal-Kumitat, il-Bureau joħroġ rakkomandazzjoni lill-assemblea plenarja dwar jekk ikunx rakkomandabbli li ssir reviżjoni tar-Regoli ta’ Proċedura.

2.

L-assemblea plenarja taħtar kummissjoni ad hoc li tkun responsabbli għat-tħejjija ta’ rapport u ta’ abbozz ta’ test bħala bażi għall-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda b’maġġoranza tal-membri tagħha. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 84 — Istruzzjonijiet tal-Bureau

Il-Bureau jista’ jagħti istruzzjonijiet biex tiġi ddeterminata l-proċedura għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, b’konformità ma’ tali Regoli.

Artikolu 85 — Dħul fis-seħħ tar-Regoli ta’ Proċedura

Dawn ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/109


DEĊIŻJONI Nru 2/2023 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

tat-3 ta’ Lulju 2023

li żżid żewġ atti tal-Unjoni li għadhom kif ġew adottati fl-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor [2023/1522]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1) (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tal-Qafas ta’ Windsor (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(4) tal-Qafas ta’ Windsor jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 164(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ (il-“Kumitat Konġunt”) jadotta deċiżjonijiet li jżidu atti tal-Unjoni li jkunu għadhom kif ġew adottati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Qafas ta’ Windsor mal-Annessi rilevanti tal-Qafas ta’ Windsor. Skont l-Artikolu 166(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt huma vinkolanti fuq l-Unjoni u r-Renju Unit. L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jimplimentaw tali deċiżjonijiet, li jkollhom l-istess effett legali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

(2)

Jenħtieġ li żewġ atti tal-Unjoni li għadhom kif ġew adottati jiżdiedu mal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ir-Regolament (UE) 2023/1182 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar regoli speċifiċi relatati ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem maħsuba biex jiġu introdotti fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE (3), sa fejn ma jemendax id-Direttiva 2001/83/KE, għandu jiżdied mal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor taħt il-punt 20 “Prodotti mediċinali”.

2.   Ir-Regolament (UE) 2023/1231 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar regoli speċifiċi relatati mad-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit ta’ ċerti kunsinni ta’ oġġetti bl-imnut, pjanti għat-tħawwil, patata taż-żrigħ, makkinarju u ċertu vetturi mħaddma għal skopijiet agrikoli jew ta’ forestrija, kif ukoll movimenti mhux kummerċjali ta’ ċerti annimali tad-dar lejn l-Irlanda ta’ Fuq (4) għandu jiżdied mal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor taħt il-punt 44 “Sanitarju u fitosanitarju – Oħrajn”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kopresidenti

Maroš ŠEFČOVIČ

James CLEVERLY


(1)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(2)  Id-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87).

(3)  ĠU L 157, 20.6.2023, p. 1.

(4)  ĠU L 165, 29.6.2023, p. 103.


21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/111


DEĊIŻJONI Nru 3/2023 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

tat-3 ta’ Lulju 2023

li temenda l-Parti I tal-Anness I għall-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika [2023/1523]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1) (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 36(4) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 164(1) tiegħu (il-“Kumitat Konġunt”) jadotta deċiżjonijiet li jemendaw il-Parti I tal-Anness I għal dak il-Ftehim, biex jirriflettu kull Deċiżjoni jew Rakkomandazzjoni ġdida approvata mill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali. Skont l-Artikolu 166(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt huma vinkolanti fuq l-Unjoni u r-Renju Unit. L-Unjoni u r-Renju Unit iridu jimplimentaw tali deċiżjonijiet, li għandu jkollhom l-istess effett legali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

(2)

Fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-Parti I tal-Anness I għall-Ftehim dwar il-Ħruġ tiġi emendata billi jiżdiedu żewġ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali u billi jitneħħew tliet deċiżjonijiet li ġew sostitwiti miż-żewġ deċiżjonijiet il-ġodda,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar il-Ħruġ għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti I tal-Anness I għall-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni Nru H12 tad-19 ta’ Ottubru 2021 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiżdied taħt ‘Kwistjonijiet orizzontali (serje H)’;

(2)

Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni Nru H13 tat-30 ta’ Marzu 2022 dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord tal-Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali (3) għandha tiżdied taħt “Kwistjonijiet orizzontali (serje H)”;

(3)

Fil-Parti I tal-Anness I għall-Ftehim dwar il-Ħruġ, għandhom jitneħħew l-atti li ġejjin:

(a)

Id-Deċiżjoni Nru H3 tal-15 ta’ Ottubru 2009 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), kif emendata bid-Deċiżjoni Nru H7 tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar ir-reviżjoni tad-Deċiżjoni Nru H3 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li hija sostitwita bid-Deċiżjoni Nru H12 tad-19 ta’ Ottubru 2021 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(b)

Id-Deċiżjoni Nru H4 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord ta’ Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali (6), li hija sostitwita bid-Deċiżjoni Nru H13 tat-30 ta’ Marzu 2022 dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord tal-Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali;

(c)

Id-Deċiżjoni Nru H7 tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar ir-reviżjoni tad-Deċiżjoni Nru H3 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li hija sostitwita bid-Deċiżjoni Nru H12 tad-19 ta’ Ottubru 2021 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kopresidenti

Maroš ŠEFČOVIČ

James CLEVERLY


(1)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(2)  ĠU C 93, 28.2.2022, p. 6.

(3)  ĠU C 305, 10.8.2022, p. 4.

(4)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 56.

(5)  ĠU C 52, 11.2.2016, p. 13.

(6)  ĠU C 107, 27.4.2010, p. 3.