ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 180

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
17 ta' Lulju 2023


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2023/1461 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1462 tas-17 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1463 tal-10 ta’ Lulju 2023 li japprova modifika tat-termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Landwein, Qualitätswein, Kabinett/Kabinettwein, Spätlese/Spätlesewein, Auslese/Auslesewein, Strohwein, Schilfwein, Eiswein, Ausbruch/Ausbruchwein, Trockenbeerenauslese, Beerenauslese/Beerenauslesewein)

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1464 tal-14 ta’ Lulju 2023 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formaldeid u tar-rilaxxaturi tal-formaldeid ( 1 )

12

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1465 tal-14 ta’ Lulju 2023 li jipprovdi għal appoġġ finanzjarju ta’ emerġenza għas-setturi agrikoli affettwati minn problemi speċifiċi b’impatt fuq il-vijabbiltà ekonomika tal-produtturi agrikoli

21

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1466 tal-14 ta’ Lulju 2023 li jemenda l-Annessi V, XIV, XV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għan-Namibja, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, ta’ prodotti ġerminali tal-pollam, ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa u ta’ bajd u prodotti tal-bajd ( 1 )

28

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1467 tal-14 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

41

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1468 tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar rekwiżiti volontarji tal-prestazzjoni tal-UE għal tagħmir għad-detezzjoni tal-metall użat fi spazji pubbliċi (barra l-avjazzjoni)

43

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

17.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/1


DEĊIŻJONI (UE) 2023/1461 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2023

li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq (il-Maċedonja ta’ Fuq) ikomplu jiżviluppaw fi ħdan il-qafas tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra (2) (il-“Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni”). In-negozjati ta’ adeżjoni bejn l-Unjoni ur -l-Maċedonja ta’ Fuq ġew imnedija fid-19 ta’ Lulju 2022.

(2)

L-ekonomija tal-Maċedonja ta’ Fuq ġiet affettwata b’mod sinifikanti mir-reċessjoni fl-2020 li kienet ikkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, kif ukoll mill-kriżi riċenti tal-enerġija. Dawk iċ-ċirkostanzi kkontribwew għan-nuqqas imdaqqas fil-finanzjament tal-pajjiż, il-pożizzjoni esterna li qed tiddeterjora u l-ħtiġijiet fiskali li qed jiżdiedu.

(3)

Il-gvern tal-Maċedonja ta’ Fuq wera impenn qawwi sabiex jimplimenta aktar riformi, b’enfasi fuq oqsma ta’ politika ewlenin identifikati fil-Konklużjonijiet Konġunti tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent u t-Turkija tal-24 ta’ Mejju 2022 u inklużi oqsma fundamentali bħall-ġudikatura, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, governanza tajba u l-istat tad-dritt.

(4)

Il-Maċedonja ta’ Fuq lestiet b’suċċess l-operazzjoni ta’ assistenza makrofinanzjarja fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/701 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), minħabba li l-azzjonijiet ta’ riforma kollha miftiehma mal-Unjoni fil-Memorandum ta’ Qbil imsemmi f’dik id-Deċiżjoni twettqu.

(5)

F'April 2022, il-gvern tal-Maċedonja ta’ Fuq u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) laħqu ftehim fil-livell tal-persunal dwar linja ta’ prekawzjoni u likwidità ta’ 24 xahar għal sa EUR 530 000 000, li ġiet approvata uffiċjalment mill-Bord Eżekuttiv tal-FMI fit-22 ta’ Novembru 2022. Il-programm tal-FMI għandu l-għan li jtaffi s-sitwazzjoni esterna li qed tmur għall-agħar, li jappoġġa l-konsolidazzjoni fiskali u li jaċċellera r-riformi strutturali f’għadd ta’ oqsma, inklużi l-politika tat-taxxa u l-investiment pubbliku.

(6)

Fid-dawl tad-deterjorazzjoni fis-sitwazzjoni u l-prospetti ekonomiċi, il-Maċedonja ta’ Fuq talbet assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni biex tikkumplimenta l-programm tal-FMI, f’April 2022. Madankollu, il-Kummissjoni ssospendiet dik it-talba, minħabba li l-ekonomija tal-pajjiż kienet għadha qed turi li kienet pjuttost reżiljenti f’dak iż-żmien u kien hemm xi għażliet ta’ finanzjament oħra disponibbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern tal-2022. Il-gvern tal-Maċedonja ta’ Fuq ġedded it-talba tiegħu għal assistenza makrofinanzjarja f’Ottubru 2022.

(7)

Minħabba li l-Maċedonja ta’ Fuq hija pajjiż kandidat , u beda l-proċess ta’ negozjati tal-adeżjoni, huwa jitqies eliġibbli biex jirċievi assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni.

(8)

L-assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni lill-Maċedonja ta’ Fuq jenħtieġ li tkun strument finanzjarju eċċezzjonali ta’ appoġġ mingħajr irbit u mhux speċifikat għall-bilanċi tal-pagamenti bl-għan li tindirizza l-ħtiġijiet finanzjarji esterni immedjati tal-Maċedonja ta’ Fuq, u jenħtieġ li tirfed l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ politika li fih miżuri qawwija ta’ riforma strutturali u ta’ aġġustament immedjat maħsuba biex itejbu l-pożizzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti tal-Maċedonja ta’ Fuq fuq perjodu ta’ żmien qasir.

(9)

Minħabba li għad hemm ħtiġijiet ta’ finanzjament estern residwu sinifikanti fil-bilanċi tal-pagamenti tal-Maċedonja ta’ Fuq, lil hinn mill-ħtiġijiet issodisfati mir-riżorsi pprovduti mill-FMI, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Maċedonja ta’ Fuq hija, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali, meqjusa bħala rispons xieraq għat-talba tal-pajjiż għal appoġġ fl-istabbilizzazzjoni tal-ekonomija tiegħu, flimkien mal-programm tal-FMI. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tappoġġa l-istabbilizzazzjoni ekonomika u l-aġenda ta’ riforma strutturali tal-Maċedonja ta’ Fuq, filwaqt li tissupplementa r-riżorsi magħmula disponibbli skont l-arranġament finanzjarju tal-FMI.

(10)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li jkollha l-għan li tappoġġa l-irkupru ta’ sitwazzjoni finanzjarja esterna sostenibbli għall-Maċedonja ta’ Fuq, u b’hekk tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha.

(11)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni hija mistennija li timxi id f’id mal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju taħt l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(12)

Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Maċedonja ta' Fuq jenħtieġ li tkun ibbażata fuq valutazzjoni kwantitattiva tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern residwu tal-Maċedonja ta’ Fuq u tqis il-kapaċità tal-pajjiż ta’ awtofinanzjament bir-riżorsi proprji, partikolarment ir-riżervi internazzjonali għad-dispożizzjoni tagħha. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Maċedonja ta' Fuq jenħtieġ li tikkomplementa l-programmi u r-riżorsi pprovduti mill-FMI u mill-Bank Dinji. Jenħtieġ li d-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza tqis ukoll il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija mingħand donaturi multilaterali u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kondiviżjoni ġusta tal-piż bejn l-Unjoni u donaturi oħrajn, kif ukoll l-implimentazzjoni diġà eżistenti tal-istrumenti ta’ finanzjament esterni l-oħrajn tal-Unjoni fil-Maċedonja ta’ Fuq u l-valur miżjud tal-involviment ġenerali tal-Unjoni fil-Maċedonja ta’ Fuq.

(13)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Maċedonja ta' Fuq tkun legalment u sostanzjalment konformi mal-prinċipji u l-objettivi tal-oqsma differenti ta’ azzjoni esterna, mal-miżuri meħuda fir-rigward ta’ dawk l-oqsma u ma’ politiki oħrajn rilevanti tal-Unjoni.

(14)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa l-politika esterna tal-Unjoni rigward il-Maċedonja ta’ Fuq. Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jenħtieġ li jaħdmu mill-qrib matul l-operazzjoni ta’ assistenza makrofinanzjarja kollha sabiex jikkoordinaw il-politika esterna tal-Unjoni u jiggarantixxu l-konsistenza tagħha.

(15)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa l-impenn tal-Maċedonja ta’ Fuq fir-rigward tal-valuri kondiviżi mal-Unjoni, inkluż id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll l-impenn tagħha lejn il-prinċipji ta’ kummerċ miftuħ, ibbażat fuq regoli, u ġust.

(16)

Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun li l-Maċedonja ta’ Fuq tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inkluż sistema parlamentari b’diversi partiti, u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li jsaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll il-governanza u s-superviżjoni tas-settur finanzjarju, fil-Maċedonja ta’ Fuq u jenħtieġ li jippromwovu riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien tal-impjiegi diċenti u l-konsolidazzjoni fiskali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tissorvelja regolarment it-twettiq mill-Maċedonja ta’ Fuq ta’ dik il-prekundizzjoni kif ukoll l-ilħuq ta’ dawk l-objettivi.

(17)

Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni b’mod effiċjenti tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja tagħha, jenħtieġ li l-Maċedonja ta’ Fuq tadotta l-miżuri xierqa biex jipprevjenu u jikkumbattu l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe irregolarità oħra marbuta ma’ dik l-assistenza. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi previst li l-Kummissjoni twettaq verifiki, li l-Qorti tal-Awdituri twettaq l-awditi u li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jeżerċita l-kompetenzi tiegħu fir-rigward tal-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Maċedonja ta’ Fuq.

(18)

Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Maċedonja ta’ Fuq huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bħala awtorità baġitarja.

(19)

L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Maċedonja ta’ Fuq ipprovduti fl-għamla ta’ self jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-approprjazzjonijiet baġitarji definiti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

(20)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Maċedonja ta' Fuq jenħtieġ li tiġi mmaniġġata mill-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jsegwu l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinfurmahom regolarment bl-iżviluppi relatati ma’ dik l-assistenza u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti.

(21)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(22)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Maċedonja ta' Fuq jenħtieġ li tkun soġġetta għal kundizzjonijiet ta’ politika ekonomika, li għandhom jiġu stabbiliti f’memorandum ta’ qbil (MtQ). Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta’ effiċjenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tinnegozja dawn il-kundizzjonijiet mal-awtoritajiet tal-Maċedonja ta’ Fuq taħt is-superviżjoni tal-kumitat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Skont dan ir-Regolament, bħala regola ġenerali jenħtieġ li tapplika l-proċedura konsultattiva fil-każijiet kollha ħlief kif previst f’dan ir-Regolament. Meta jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjalment sinifikanti tal-assistenza ta’ aktar minn EUR 90 000 000, huwa xieraq li l-proċedura ta’ eżaminazzjoni kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tintuża għal operazzjonijiet li jeċċedu dak il-limitu. Meta jitqies l-ammont tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Maċedonja ta’ Fuq, jenħtieġ li l-proċedura ta’ eżami tapplika għall-adozzjoni tal-MtQ, u għal kwalunkwe tnaqqis, sospensjoni jew kanċellazzjoni ta' dik l-assistenza.

(23)

Minħabba l-ammont limitat tal-assistenza finanzjarja, jiġifieri EUR 100 000 000, in-natura ta’ darba tagħha, u l-perjodu ta’ żmien mixtieq tal-iżborż, l-approċċ ta’ finanzjament back-to-back jiżgura aktar flessibbiltà u effiċjenza tal-operazzjonijiet ta’ self meta mqabbel mal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. Għalhekk, bħala eċċezzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiffinanzja l-pagamenti tas-self fis-suq kapitali back-to-back aktar milli permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata tagħha prevista fl-Artikolu 220a tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Għalhekk huwa xieraq li tiġi ffinanzjata l-assistenza makrofinanzjarja lill-Maċedonja ta' Fuq permezz ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji individwali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Unjoni għandha tagħmel assistenza makrofinanzjarja ta’ ammont massimu ta’ EUR 100 000 000 disponibbli għall-Maċedonja ta’ Fuq (“l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni”), bil-ħsieb li tappoġġa l-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-Maċedonja ta’ Fuqu aġenda ta’ riforma sostantiva. L-ammont totali tal-assistenza għandu jingħata fil-forma ta’ self. Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa soġġett għall-adozzjoni tal-baġit tal-Unjoni għas-sena rilevanti mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. L-assistenza għandha tikkontribwixxi biex tkopri l-bilanċi tal-pagamenti tal-Maċedonja ta’ Fuq kif inhuma identifikati fil-programm tal-FMI.

2.   Sabiex jiġi ffinanzjat is-self, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li, f’isem l-Unjoni, issellef il-fondi meħtieġa fis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji u li ssellef l-ammonti korrispondenti lill-Maċedonja ta’ Fuq skont il-kundizzjonijiet applikabbli għas-self. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

3.   Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jiġi mmaniġġat mill-Kummissjoni b’mod konsistenti mal-ftehimiet jew l-arranġamenti milħuqa bejn il-FMI u l-Maċedonja ta’ Fuq, u mal-prinċipji u l-objettivi ċentrali tar-riforma ekonomika stipulati fil-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-iżviluppi fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inkluż l-iżborżi tagħha, u għandha tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet bid-dokumenti rilevanti fi żmien xieraq.

4.   L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli għal perjodu ta’ sentejn u nofs, li jibda mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-MtQ imsemmi fl-Artikolu 3(1).

5.   Jekk il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Maedonja ta’ Fuq jonqsu b’mod fundamentali matul il-perjodu tal-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni meta mqabbla mal-projezzjonijiet inizjali, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tnaqqas l-ammont tal-assistenza jew tissospendiha jew tikkanċellaha.

Artikolu 2

1.   Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Maċedonja ta’ Fuq tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inkluż sistema parlamentari b’diversi partiti, u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

2.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja t-twettiq mill-Maċedonja ta' Fuq tal-prekundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE (7).

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni, f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha taqbel mal-awtoritajiet tal-Maċedonja ta’ Fuq dwar politika ekonomika u kundizzjonijiet finanzjarji ddefiniti b’mod ċar, b’enfasi fuq riformi strutturali u finanzi pubbliċi sodi, li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għalihom, Dawk il-kondizzjonijiet tal-politika ekonomika u finanzjarji għandhom jiġu stabbiliti f’ f’memorandum ta’ qbil (MtQ) li għandu jinkludi perjodu ta’ żmien għat-twettiq ta’ dawk il-kundizzjonijiet. Dawk il-kundizzjonijiet ta’ politika ekonomika u finanzjarji għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew qbil imsemmija fl-Artikolu 1(3), inklużi l-programmi ta’ aġġustament makroekonomiku u ta’ riforma strutturali implimentati mill-Maċedonja ta’ Fuq bl-appoġġ tal-FMI.

2.   Il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw, b’mod partikolari, li jtejbu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Maċedonja ta’ Fuq, inkluż għall-użu tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Il-progress fil-ftuħ reċiproku tas-swieq, l-iżvilupp ta’ kummerċ ġust u bbażat fuq ir-regoli u prijoritajiet oħrajn fil-kuntest tal-politika esterna tal-Unjoni għandhom ukoll jitqiesu kif xieraq fit-tfassil tal-miżuri ta’ politika. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja regolarment il-progress tal-Maċedonja ta’ Fuq fl-ilħuq ta’ dawk l-objettivi.

3.   It-termini finanzjarji dettaljati tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom jiġu stipulati fi ftehim dwar is-self li għandu jintlaħaq bejn il-Kummissjoni u l-Maċedonja ta’ Fuq.

4.   Il-Kummissjoni għandha tivverifika, f’intervalli regolari, li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3) jibqgħu jiġu ssodisfati, inkluż jekk il-politiki ekonomiki tal-Maċedonja ta’ Fuq ikunu f’konformità mal-objettivi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Għal finijiet ta' din il-verifika, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib mal-FMI u mal-Bank Dinji u, fejn ikun meħtieġ, mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill.

Artikolu 4

1.   Soġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun disponibbli mill-Kummissjoni f’żewġ pagamenti indaqs.

2.   L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom jiġu pprovduti, fejn meħtieġ, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

3.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-pagamenti, soġġetti għat-twettiq tal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-prekundizzjoni stipulata fl-Artikolu 2(1);

(b)

rekord sodisfaċenti kontinwu fl-implimentazzjoni ta’ programm ta’ politika li jkun fih miżuri ta’ aġġustament u ta’ riforma strutturali b’saħħithom appoġġati minn l-iżborż ta’ arranġament ta’ kreditu tal-FMI mhux prekawzjonarju;

(c)

l-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-politika ekonomika u tal-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma fil-MtQ.

4.   Ir-rilaxx tat-tieni pagament ma għandux, fil-prinċipju, isir qabel tliet xhur wara r-rilaxx tal-ewwel pagament.

5.   Meta l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni għandha temporanjament tissospendi jew tikkanċella l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. F’dawn il-każijiet, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-raġunijiet għas-sospensjoni jew il-kanċellazzjoni.

6.   L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi żborzata lill-Bank Nazzjonali tal-Maċedonja ta’ Fuq. Soġġetti għad-dispożizzjonijiet miftiehma stabbiliti fil-MtQ, inkluża konferma tal-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji residwi, il-fondi tal-Unjoni jistgħu jiġu ttrasferiti lill-Ministeru tal-Finanzi tal-Maċedonja ta’ Fuq bħala l-benefiċjarju finali.

Artikolu 5

1.   L-operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self marbutin mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom isiru fil-munita euro bl-użu tal-istess data tal-valur u ma għandhomx jinvolvu lill-Unjoni fit-trasformazzjoni tal-maturitajiet, jew jesponu lill-Unjoni għal kwalunkwe riskju marbut mar-rata tal-kambju jew mar-rata tal-imgħax, jew għal kwalunkwe riskju kummerċjali ieħor.

2.   Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu, u jekk il-Maċedonja ta’ Fuq titlob dan, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li tiddaħħal klawżola dwar ir-rimborż bikri fit-termini u l-kundizzjonijiet tas-self u li din tkun appoġġata minn klawżola korrispondenti fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self.

3.   Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu titjib fir-rata tal-imgħax tas-self, u jekk il-Maċedonja ta’ Fuq titlob dan, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tiffinanzja mill-ġdid it-teħid b’self inizjali kollu jew parti minnu jew tista’ tirristruttura l-kundizzjonijiet finanzjarji korrispondenti. L-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-ġdid jew ta’ ristrutturar għandhom isiru f’konformità mal-paragrafi 1 u 4 u ma għandux ikollhom l-effett li jestendu l-maturità tat-teħid ta’ self ikkonċernat jew li jżidu l-ammont ta’ kapital pendenti fid-data tal-finanzjament mill-ġdid jew tar-ristrutturar.

4.   Il-Maċedonja ta’ Fuq għandha ġġarrab il-kostijiet kollha mġarrba mill-Unjoni li huma relatati mal-operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self skont din id-Deċiżjoni.

5.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi fir-rigward tal-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 6

1.   L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

2.   L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun implimentata taħt ġestjoni diretta.

3.   Il-ftehim ta’ self li għandu jiġi miftiehem mal-awtoritajiet tal-Maċedonja ta’ Fuq għandu jkun fih id-dispożizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

li jiżguraw li l-Maċedonja ta’ Fuq tivverifika regolarment li l-finanzjament ipprovdut mill-baġit ġenerali tal-Unjoni jkun intuża kif suppost, li din tieħu miżuri xierqa biex tipprevjeni l-irregolaritajiet u l-frodi u fejn ikun meħtieġ, tieħu azzjoni legali biex tirkupra kwalunkwe fond ipprovdut skont din id-Deċiżjoni li jkun ġie miżapproprjat;

(b)

li jiggarantixxu l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari billi jipprevedu miżuri speċifiċi biex jipprevjenu u jikkumbattu l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe irregolarità oħra li taffettwa l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, f’konformità mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (9) u (Euratom, KE) Nru 2185/96 (10), u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u, għal dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw f’kooperazzjoni msaħħa rigward l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, ukoll skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (12);

(c)

li espressament jawtorizzaw lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post inklużi operazzjonijiet forensiċi diġitali u intervisti;

(d)

li espressament jawtorizzaw lill-Kummissjoni jew lir-rappreżentanti tagħha biex iwettqu kontrolli, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post;

(e)

li espressament jawtorizzaw lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri jagħmlu awditjar matul u wara l-perjodu ta’ disponibbiltà tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inkluż awditjar ta’ dokumenti u awditjar fuq il-post, bħal pereżempju valutazzjonijiet operazzjonali;

(f)

li jiggarantixxu li l-Unjoni tkun intitolata għal ripagament bikri tas-self meta jkun ġie stabbilit li, fir-rigward tal-ġestjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Maċedonja ta’ Fuq tkun ipparteċipat fi kwalunkwe att ta’ frodi jew ta’ korruzzjoni jew fi kwalunkwe attività illegali oħra li tkun ta’ detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(g)

l-iżgurar li l-Maċedonja ta’ Fuq tħallas il-kostijiet kollha mġarrba mill-Unjoni li huma relatati ma l-operazzjonijiet ta' għoti u teħid b’self taħt din id-Deċiżjoni.

4.   Qabel l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, permezz ta’ valutazzjoni operazzjonali, is-solidità tal-arranġamenti finanzjarji tal-Maċedonja ta’ Fuq, il-proċeduri amministrattivi, u l-mekkaniżmi ta’ kontroll interni u esterni li huma rilevanti għall-assistenza.

Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 8

1.   Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fis-sena ta’ qabel, inkluża evalwazzjoni ta’ din l-implimentazzjoni. Dak ir-rapport għandu:

(a)

jeżamina l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni;

(b)

jivvaluta s-sitwazzjoni ekonomika u l-prospetti tal-Maċedonja ta’ Fuq, kif ukoll il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ politika msemmija fl-Artikolu 3(1);

(c)

jindika r-rabta bejn il-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika stipulati fil-Mt Q, il-prestazzjoni ekonomika u fiskali attwali tal-pajjiż u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tirrilaxxa l-pagamenti parzjali tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

2.   Sa mhux aktar tard minn sentejn wara li jiskadi l-perjodu ta’ disponibbiltà msemmi fl-Artikolu 1(4), il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport ta’ evalwazzjoni ex post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-assistenza makrofinanzjarja kompleta tal-Unjoni u sa liema punt din ikkontribwiet għall-għanijiet tal-assistenza.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Lulju 2023.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

P. NAVARRO RÍOS


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Ġunju 2023 [(ĠU …)/(għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)] u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2023.

(2)  ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13.

(3)  Id-Deċiżjoni (UE) 2020/701 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar il-forniment ta’ assistenza makrofinanzjarja lis-sħab tat-tkabbir u tal-viċinat fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 31).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi Strument għall-assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) (ĠU L 330, 20.9.2021, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(11)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/8


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/1462

tas-17 ta’ Lulju 2023

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1) u r-Regolament (UE) Nru 36/2012 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, skont l-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill li fihom il-Kunsill ikkundanna l-vjolenza u l-ksur serju mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja.

(2)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni li qed tiddeterjora fis-Sirja u l-ksur mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali, inkluż l-użu ta’ armi kimiċi kontra l-popolazzjoni ċivili, il-Kunsill kompla jżid ismijiet mal-listi ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni.

(3)

It-terremot traġiku tas-6 ta’ Frar 2023 aggrava l-kundizzjonijiet terribbli u żied it-tbatija tal-popolazzjoni Sirjana.

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-9 ta’ Frar 2023, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid ir-rieda tal-Unjoni li tipprovdi aktar assistenza biex ittaffi t-tbatija fir-reġjuni affettwati kollha. Huwa appella lil kulħadd biex jiżgura aċċess umanitarju għall-vittmi tat-terremot fis-Sirja irrispettivament minn fejn jinsabu u appella lill-komunità umanitarja, taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, biex tiżgura t-twassil rapidu tal-għajnuna.

(5)

Il-miżuri restrittivi tal-Unjoni, inklużi dawk adottati fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, mhumiex maħsuba biex jimpedixxu l-provvista ta’ għajnuna umanitarja lil persuni fil-bżonn. Il-kummerċ fil-maġġoranza tas-setturi bejn l-Unjoni u s-Sirja – inkluż fl-ikel u l-mediċini – mhuwiex ristrett mill-miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja. Barra minn hekk, fir-rigward ta’ miżuri individwali, hemm fis-seħħ eċċezzjonijiet li jippermettu li fondi u riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli għal persuni u entitajiet deżinjati, fejn tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa biss għall-iskop li tingħata għajnuna umanitarja fis-Sirja jew assistenza lill-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. F’ċerti każijiet, hija meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti.

(6)

Fit-23 ta’ Frar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/408 (3) u r-Regolament (UE) 2023/407 (4), li introduċew eżenzjoni għall-iffriżar tal-assi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi u entitajiet deżinjati, u għar-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni tagħhom. Il-Kunsill iddeċieda li jenħtieġ li din l-eżenzjoni tapplika għall-benefiċċju ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ċerti kategoriji definiti ta’ atturi involuti f’attivitajiet umanitarji u għal perjodu inizjali ta’ sitt xhur, jiġifieri, sal-24 ta’ Awwissu 2023.

(7)

Sabiex ikun hemm rispons għall-urġenza kontinwa tal-kriżi umanitarja fis-Sirja aggravata mit-terremot u bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-twassil rapidu tal-għajnuna, huwa xieraq li din l-eżenzjoni tiġi estiża sal-24 ta’ Frar 2024.

(8)

L-emendi inklużi f’dan ir-Regolament jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat, u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha.

(9)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 16a(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, id-data “25 ta’ Awwissu 2023” hija sostitwita b’ “24 ta’ Frar 2024”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

N. CALVIÑO SANTAMARÍA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/408 tas-23 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 56 I, 23.2.2023, p. 4).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/407 ta’ 23 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 56 I, 23.2.2023, p. 1).


17.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1463

tal-10 ta’ Lulju 2023

li japprova modifika tat-termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Landwein”, “Qualitätswein”, “Kabinett/Kabinettwein”, “Spätlese/Spätlesewein”, “Auslese/Auslesewein”, “Strohwein”, “Schilfwein”, “Eiswein”, “Ausbruch/Ausbruchwein”, “Trockenbeerenauslese”, “Beerenauslese/Beerenauslesewein”)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 115(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 28(2) u (3) u l-Artikolu 34 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (2), il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ modifika għat-termini tradizzjonali “Landwein”, “Qualitätswein”, “Kabinett/Kabinettwein”, “Spätlese/Spätlesewein”, “Auslese/Auslesewein”, “Strohwein”, “Schilfwein”, “Eiswein”, “Ausbruch/Ausbruchwein”, “Trockenbeerenauslese”, “Beerenauslese/Beerenauslesewein” mibgħuta mill-Awstrija u li ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 (4).

(3)

F’konformità mal-Artikolu 31(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33, il-modifika tat-termini tradizzjonali “Landwein”, “Qualitätswein”, “Kabinett/Kabinettwein”, “Spätlese/Spätlesewein”, “Auslese/Auslesewein”, “Strohwein”, “Schilfwein”, “Eiswein”, “Ausbruch/Ausbruchwein”, għalhekk jenħtieġ li t-“Trockenbeerenauslese”, “Beerenauslese/Beerenauslesewein” jiġi approvat u jiddaħħal fir-reġistru elettroniku tat-termini tradizzjonali protetti msemmi fl-Artikolu 25 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-modifika tat-termini tradizzjonali “Landwein”, “Qualitätswein”, “Kabinett/Kabinettwein”, “Spätlese/Spätlesewein”, “Auslese/Auslesewein”, “Strohwein”, “Schilfwein”, “Eiswein”, “Ausbruch/Ausbruchwein”, “Trockenbeerenauslese”, “Beerenauslese/Beerenauslesewein” ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2).

(3)  ĠU C 23, 23.1.2023, p. 22.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta’ ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu ta’ simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta’ kontrolli (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 46).


17.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1464

tal-14 ta’ Lulju 2023

li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formaldeid u tar-rilaxxaturi tal-formaldeid

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 68(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-formaldeid huwa gass reattiv ħafna f’temperatura u f’kundizzjonijiet ta’ pressjoni atmosferika ambjentali. Huwa kklassifikat fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) bħala karċinoġenu kategorija 1B, mutaġenu kategorija 2, tossikant akut kategorija 3, korrużiv għall-ġilda kategorija 1B u sensitizzatur tal-ġilda kategorija 1.

(2)

Il-formaldeid huwa sustanza kimika b’volum għoli ta’ produzzjoni b’firxa wiesgħa ta’ użu. Jiġi prodott ukoll b’mod endoġenu fil-bnedmin u fl-annimali, u huwa intermedju metaboliku essenzjali fiċ-ċelloli kollha. Barra minn hekk, 98 % tal-formaldeid immanifatturat jew importat fl-Unjoni jintuża bħala intermedju kimiku fil-produzzjoni ta’ reżini, termoplastiks u sustanzi kimiċi oħrajn ibbażati fuq il-formaldeid, li mbagħad jintużaw f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet. Ir-reżini bbażati fuq il-formaldeid jintużaw fil-produzzjoni ta’ varjetà wiesgħa ta’ oġġetti, li, bħala riżultat, jistgħu jirrilaxxaw il-formaldeid. L-użu primarju ta’ reżini bbażati fuq il-formaldeid huwa fil-manifattura ta’ pannelli bbażati fuq l-injam, fejn jaġixxu bħala legaturi għall-partikoli tal-injam. Tali reżini jintużaw ukoll fil-produzzjoni ta’ prodotti oħrajn ibbażati fuq l-injam bħall-għamara u l-pavimentar, u għall-wallpapers, il-fowms, il-parts għall-vetturi tat-triq u għall-inġenji tal-ajru, it-tessuti u l-prodotti tal-ġilda.

(3)

Fl-20 ta’ Diċembru 2017 (3), skont l-Artikolu 69(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) tħejji dossier li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness XV ta’ dak ir-Regolament (minn hawn ’il quddiem “id-dossier skont l-Anness XV”), sabiex jiġi vvalutat ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-formaldeid u minn sustanzi li jirrilaxxaw il-formaldeid f’taħlitiet u oġġetti għall-użu mill-konsumatur.

(4)

Fil-11 ta’ Marzu 2019, l-Aġenzija (li għandha tkun magħrufa bħala “s-Sottomittent tad-Dossier” fil-kuntest tas-sottomissjoni ta’ dossier) ippreżentat id-dossier skont l-Anness XV (4), li wriet li r-riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-formaldeid rilaxxat minn oġġetti tal-konsumatur f’ambjenti interni ma huwiex ikkontrollat b’mod adegwat fix-xenarji kollha, u li hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni kollha biex jiġi indirizzat dak ir-riskju.

(5)

Is-Sottomittent tad-Dossier ivvaluta l-periklu tal-formaldeid billi kkunsidra l-effetti tas-sustanza fuq diversi punti aħħarin, u kkonkluda li r-riskju mill-inalazzjoni li twassal għal irritazzjoni sensorjali huwa l-aktar effett sensittiv fil-bnedmin. Id-dossier skont l-Anness XV ivvaluta r-riskji mill-inalazzjoni tal-formaldeid assoċjati mal-esponiment tal-konsumatur skont il-Linja Gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għall-Kwalità tal-Arja ta’ Ġewwa għall-formaldeid (konċentrazzjoni medja ta’ 30 minuta bbażata fuq irritazzjoni sensorjali fil-bnedmin) (5). Il-Linja Gwida tipprevedi valur fuq perjodu ta’ żmien qasir (0,1 mg/m3) bil-għan li jiġu pprevenuti l-effetti detrimentali fuq il-funzjoni tal-pulmun, kif ukoll effetti fuq is-saħħa fit-tul, inkluż il-kanċer nażofarinġali. Is-Sottomittent tad-Dossier uża dak il-valur bħala l-livell li ’l fuq minnu jenħtieġ li l-bnedmin ma jiġux esposti għalih (il-livell derivat ta’ bla effett (“DNEL”)) u biex jikkalkula l-limitu propost tal-emissjonijiet ta’ 0,124 mg/m3.

(6)

Abbażi tal-letteratura disponibbli u l-eżitu tal-istima tal-esponiment, is-Sottomittent tad-Dossier ikkonkluda li r-riskji għas-saħħa tal-bniedem mir-rilaxx tal-formaldeid minn taħlitiet għall-użu mill-konsumatur huma kkontrollati b’mod adegwat.

(7)

Għalhekk, is-Sottomittent tad-Dossier ippropona li jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq ta’ formaldeid u sustanzi li jirrilaxxaw il-formaldeid f’oġġetti li jiġġeneraw esponiment tal-konsumatur meta r-rilaxxi tal-formaldeid iwasslu għal konċentrazzjonijiet li jaqbżu 0,124 mg/m3 fl-arja ta’ kompartiment tal-ittestjar. Barra minn hekk, is-Sottomittent tad-Dossier speċifika li meta l-formaldeid jew sustanzi li jirrilaxxaw il-formaldeid ikunu ġew miżjuda intenzjonalment matul il-produzzjoni tagħhom, jenħtieġ li l-vetturi tat-triq u l-inġenji tal-ajru ma jitqegħdux fis-suq jekk il-formaldeid imkejjel fuq ġewwa tagħhom jaqbeż konċentrazzjoni ta’ 0,1 mg/m3 u meta jista’ jkun hemm esponiment tal-konsumaturi għall-formaldeid f’tali vetturi tat-triq u inġenji tal-ajru (6).

(8)

Il-proposta oriġinali tas-Sottomittent tad-Dossier stabbiliet l-EN 717-1 bħala l-metodu standard biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-formaldeid rilaxxati minn pannelli bbażati fuq l-injam f’kompartiment tal-ittestjar. Sabiex jiġi ċċarat li jistgħu jintużaw ukoll metodi ta’ ttestjar xierqa oħrajn u biex jiġu koperti oġġetti oħrajn għajr il-pannelli bbażati fuq l-injam, is-Sottomittent tal-Fajl issostitwixxa r-referenza għall-istandard EN 717-1 fil-proposta tiegħu b’deskrizzjoni usa’ ta’ kundizzjonijiet u ta’ metodi. Il-kundizzjonijiet ambjentali jista’ jkollhom influwenza fuq l-emissjonijiet tal-formaldeid mill-oġġetti u għalhekk il-parametri rilevanti tal-ittestjar ġew elenkati wkoll fid-dossier skont l-Anness XV.

(9)

Fit-13 ta’ Marzu 2020, il-Kumitat tal-Aġenzija għall-Valutazzjoni tar-Riskju (“RAC”) adotta l-opinjoni tiegħu. Fl-opinjoni tiegħu, l-RAC qies li l-valur tal-linja gwida tad-WHO ma huwiex protettiv biżżejjed għall-popolazzjoni ġenerali u kkonkluda b’mod partikolari li l-effetti ta’ irritazzjoni sensorjali fuq perjodu qasir ta’ żmien fil-bnedmin ma jistgħux jintużaw biex jitbassru l-effetti fit-tul bħall-kanċer. Minflok, l-RAC stabbilixxa DNEL ta’ 0,05 mg/m3 derivat minn data dwar l-effetti kroniċi fl-annimali għar-rotta tal-inalazzjoni u kkonkluda li, biex jiġi kkontrollat ir-riskju, kien meħtieġ valur ta’ limitu ta’ 0,05 mg/m3 għall-formaldeid rilaxxat mill-oġġetti u għall-formaldeid ġewwa vetturi tat-triq.

(10)

L-RAC ikkonkluda li r-riskju għall-passiġġieri mill-formaldeid fl-inġenji tal-ajru huwa kkontrollat b’mod adegwat.

(11)

L-RAC irrakkomanda perjodu tranżizzjonali ta’ 24 xahar mid-dħul fis-seħħ sal-applikazzjoni tar-restrizzjoni proposta, meta mqabbel mal-perjodu ta’ 12-il xahar issuġġerit mis-Sottomittent tad-Dossier, minħabba li tqies li kien meħtieġ żmien itwal biex ikunu jistgħu jiġu żviluppati metodi analitiċi standard fis-setturi kollha affettwati. L-RAC ikkonkluda li r-restrizzjoni proposta, kif immodifikata mill-RAC, hija l-aktar miżura xierqa għall-Unjoni kollha biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati għas-saħħa tal-bniedem li jirriżultaw mill-esponiment tal-konsumaturi għall-formaldeid, f’termini tal-effettività tagħha fit-tnaqqis tar-riskju, il-prattiċità tagħha u l-mod li bih tista’ tiġi mmonitorjata.

(12)

Fis-17 ta’ Settembru 2020, il-Kumitat tal-Aġenzija għall-Analiżi Soċjoekonomika (“SEAC”) adotta l-opinjoni tiegħu, u ta konklużjonijiet dwar ir-restrizzjoni proposta tas-Sottomittent tad-Dossier u dwar il-modifiki proposti mill-RAC.

(13)

Fl-opinjoni tiegħu, l-SEAC irrikonoxxa li l-proposta tas-Sottomittent tad-Dossier tinvolvi kostijiet f’termini ta’ produzzjoni, kampjunar, ittestjar u infurzar li jammontaw għal għexieren ta’ miljuni ta’ euro. Madankollu, l-SEAC ikkonkluda li dawk il-kostijiet huma mistennija li jkunu limitati għas-setturi kkonċernati, peress li l-biċċa l-kbira tal-oġġetti, inklużi l-vetturi tat-triq, imqiegħda fis-suq fl-Unjoni llum diġà huma konformi mal-valur ta’ limitu propost. L-SEAC ikkonkluda wkoll li r-restrizzjoni proposta tas-Sottomittent tad-Dossier twassal għal benefiċċji mir-restrizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti li jirrilaxxaw konċentrazzjonijiet għoljin ta’ formaldeid, inklużi l-importazzjonijiet. Ir-restrizzjoni tirriżulta f’inqas effetti avversi fuq is-saħħa relatati mal-irritazzjoni tal-għajnejn, mal-parti ta’ fuq tal-passaġġ tan-nifs u mal-kanċer nażofarinġali, l-aktar għal individwi li jgħixu f’abitazzjonijiet ġodda.

(14)

L-SEAC ikkunsidra li l-benefiċċji li jirriżultaw mil-limitazzjoni tal-emissjonijiet tal-formaldeid mill-oġġetti tal-konsumatur f’ambjenti interni u ġewwa l-vetturi tat-triq, kif proposti, jistgħu jinkisbu b’kostijiet limitati għas-soċjetà. Għalhekk, l-SEAC ikkonkluda li l-proposta tas-Sottomittent tad-Dossier hija l-aktar miżura xierqa għall-Unjoni kollha biex jiġi indirizzat ir-riskju identifikat għas-saħħa tal-bniedem, f’termini tal-benefiċċji soċjoekonomiċi tiegħu u l-kostijiet soċjoekonomiċi tiegħu, jekk jiġu inklużi ċerti derogi u jekk jiġu aċċettati l-kundizzjonijiet tal-ittestjar proposti.

(15)

Biex jingħata żmien suffiċjenti lill-partijiet ikkonċernati sabiex jimplimentaw ir-restrizzjoni, l-SEAC irrakkomanda differiment ta’ 24 xahar għas-setturi kollha fir-rigward tal-applikazzjoni tar-restrizzjoni. Madankollu, għat-trakkijiet u għall-karozzi tal-linja, l-SEAC irrakkomanda 36 xahar minħabba l-ħtieġa li jiġu żviluppati metodi analitiċi standard għall-kejl tal-konċentrazzjonijiet tal-formaldeid ġewwa tali vetturi.

(16)

L-SEAC ikkonkluda wkoll li r-restrizzjoni proposta, kif immodifikata mill-RAC, tinvolvi kostijiet soċjoekonomiċi kbar, li jammontaw għal għexieren ta’ biljuni ta’ euro, f’termini ta’ investiment fir-riċerka u fl-iżvilupp, teknoloġiji ġodda, kostijiet ogħla tal-produzzjoni, kostijiet tal-kampjunar u tal-ittestjar, kif ukoll telf ta’ impjiegi. Barra minn hekk, jaf ikollha effetti negattivi fuq is-setturi tar-riċiklaġġ u fuq l-ekonomija ċirkolari. L-SEAC irrikonoxxa li biex jintlaħaq il-limitu propost mill-RAC, jeżistu alternattivi teknikament fattibbli għal ċerti applikazzjonijiet; madankollu, dawn jirrikjedu bidliet teknoloġiċi estensivi u, f’każijiet speċifiċi, l-użu ta’ alternattivi inqas sostenibbli.

(17)

L-SEAC irrikonoxxa li l-proposta tal-RAC għandha benefiċċji addizzjonali potenzjali f’termini ta’ esponiment imnaqqas li jista’ jwassal għal tnaqqis akbar fl-irritazzjonijiet tal-għajnejn u tal-parti ta’ fuq tal-passaġġ tan-nifs u fil-kanċers nażofarinġali meta mqabbel mal-proposta tas-Sottomittent tad-Dossier. Madankollu, l-RAC ma kkwantifikax it-tnaqqis tar-riskju assoċjat mat-tnaqqis tal-valur ta’ limitu; għalhekk, id-daqs tal-benefiċċji addizzjonali għas-saħħa għadu mhux magħruf. Barra minn hekk, bħala parti mill-valutazzjoni tiegħu, l-SEAC wettaq analiżi li biha kkalkula li, minħabba l-kostijiet soċjoekonomiċi għoljin, l-inċidenza tal-kanċer nażofarinġali fost il-popolazzjoni fl-Unjoni li tgħix f’abitazzjonijiet ġodda trid tkun 200 darba ogħla mill-inċidenza reali osservata, biex il-proposta tal-RAC tilħaq punt ta’ ekwilibriju. Filwaqt li titqies din l-analiżi ta’ ekwilibriju, l-informazzjoni li waslet mill-industrija matul il-konsultazzjonijiet, u n-nuqqas ta’ data jew informazzjoni li tippermetti l-kwantifikazzjoni ta’ benefiċċji addizzjonali għas-saħħa, l-SEAC ikkonkluda li r-restrizzjoni bbażata fuq il-valur ta’ limitu propost mill-RAC ma tidhirx li hija miżura xierqa biex jiġi indirizzat ir-riskju identifikat f’termini ta’ benefiċċji soċjoekonomiċi u kostijiet soċjoekonomiċi.

(18)

Il-Forum għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar ġie kkonsultat dwar il-proposta tas-Sottomittent tad-Dossier u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar l-implimentabbiltà u l-eżegwibbiltà tagħha ġew meqjusa; għandu jiġi nnutat li l-Forum ma kkunsidrax il-modifiki rrakkomandati mill-RAC, peress li ġew ippreżentati wara l-konsultazzjoni tal-Forum.

(19)

Fit-23 ta’ Frar 2021, l-Aġenzija ppreżentat l-opinjonijiet tal-RAC u tal-SEAC lill-Kummissjoni (7). L-opinjonijiet tal-RAC u tal-SEAC ikkonkludew li hemm riskju għas-saħħa tal-konsumaturi li ma huwiex ikkontrollat b’mod adegwat u li jeħtieġ li jiġi indirizzat fl-Unjoni kollha minħabba l-emissjonijiet tal-formaldeid minn oġġetti fl-arja ta’ ġewwa u minn vetturi tat-triq fl-intern tagħhom.

(20)

Il-Kummissjoni tinnota li, filwaqt li r-restrizzjoni proposta mis-Sottomittent tad-Dossier kif ukoll l-opinjonijiet mill-RAC u mill-SEAC jirreferu għall-konsumaturi, il-valutazzjoni li tirfed il-proposta tindirizza r-riskju għall-popolazzjoni li tista’ tiġi esposta għall-formaldeid fl-arja ta’ ġewwa għajr il-ħaddiema, inklużi persuni li ma humiex konsumaturi diretti. Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali, huwa għalhekk xieraq li ssir referenza għall-pubbliku ġenerali bħala l-popolazzjoni fil-mira tar-restrizzjoni.

(21)

Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis id-dossier skont l-Anness XV kif ukoll l-opinjonijiet tal-RAC u tal-SEAC, tqis li hemm riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-formaldeid rilaxxat mill-oġġetti, u li restrizzjoni li tistabbilixxi limitu tal-emissjonijiet għal oġġetti li jemettu l-formaldeid biex jitnaqqas l-esponiment tal-pubbliku ġenerali għall-formaldeid permezz tal-inalazzjoni hija l-aktar miżura xierqa għall-Unjoni kollha biex jiġi indirizzat ir-riskju.

(22)

Il-formaldeid huwa sustanza li tinsab b’mod naturali f’organiżmi ħajjin. Barra minn hekk, il-formaldeid jista’ jiġi rilaxxat bħala parti mid-dekompożizzjoni ta’ sustanzi li jinsabu b’mod naturali fil-materjali li jintużaw għall-produzzjoni ta’ oġġett, bħal mid-degradazzjoni tal-linjina fl-injam solidu. Il-Kummissjoni taqbel mas-Sottomittent tad-Dossier li l-oġġetti li fihom il-formaldeid jiġi emess esklussivament minħabba l-okkorrenza naturali tiegħu, jew minħabba l-okkorrenza naturali ta’ sustanzi li jirrilaxxaw il-formaldeid, fil-materjali li minnhom jiġu prodotti l-oġġetti, jenħtieġ li jiġu eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din ir-restrizzjoni.

(23)

Il-Kummissjoni taqbel mas-Sottomittent tad-Dossier li l-valur ta’ limitu propost ta’ 0,124 mg/m3 jipprevjeni t-tqegħid fis-suq fl-Unjoni ta’ oġġetti li jirrilaxxaw ammonti għoljin ta’ formaldeid u li huwa xieraq li jiġi limitat l-esponiment għall-formaldeid f’ambjenti fuq ġewwa. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li t-tnaqqis tar-riskju miksub billi jintlaħaq il-valur tal-Linja Gwida tad-WHO huwa modest minħabba l-limiti tal-emissjonijiet volontarji u nazzjonali eżistenti u l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-oġġetti mqiegħda fis-suq illum diġà huma mistennija li jkunu konformi mal-valur ta’ limitu ta’ 0,124 mg/m3. Barra minn hekk, l-ilħuq tal-valur ta’ linja gwida tad-WHO mhux se jkun biżżejjed biex jiġi indirizzat ir-riskju identifikat, filwaqt li titqies l-opinjoni tal-RAC. Bl-istess mod, il-konċentrazzjonijiet interni attwali fil-vetturi tat-triq fil-biċċa l-kbira jikkonformaw mal-valur ta’ limitu propost ta’ 0,1 mg/m3.

(24)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll, abbażi tal-konklużjonijiet tal-SEAC dwar il-valutazzjoni soċjoekonomika, li l-valur ta’ limitu ta’ 0,05 mg/m3, kif propost mill-RAC, ikun jinvolvi impatti soċjoekonomiċi kbar għall-Unjoni; u li tali valur ta’ limitu jirrikjedi, f’każijiet speċifiċi, li wieħed jaqleb għal alternattivi inqas sostenibbli b’effetti negattivi fuq is-setturi tar-riċiklaġġ u l-ekonomija ċirkolari, b’mod partikolari fid-dawl tan-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-benefiċċji addizzjonali għas-saħħa ta’ limitu bħal dan meta mqabbel mal-limitu propost mis-Sottomittent tad-Dossier.

(25)

Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat l-adegwatezza tal-valuri ta’ limitu intermedji ta’ 0,080 mg/m3 u 0,062 mg/m3 li kienu ġew ivvalutati parzjalment mill-SEAC abbażi tal-input li wasal mill-partijiet ikkonċernati fil-konsultazzjonijiet. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-adozzjoni ta’ valuri intermedji bħal dawn tkun tinvolvi protezzjoni akbar tas-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari dik tal-popolazzjonijiet vulnerabbli, meta mqabbel mal-limitu propost mis-Sottomittent tad-Dossier, filwaqt li tinvolvi piż soċjoekonomiku aktar baxx u inqas sfidi teknoloġiċi mil-limitu propost mill-RAC, b’mod partikolari jekk ikun hemm ukoll perjodi tranżizzjonali adegwati u derogi speċifiċi.

(26)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi ż-żieda esponenzjali fil-kostijiet meta jitnaqqas il-valur ta’ limitu, u li l-kostijiet ikkombinati stmati għall-industrija jkunu mill-inqas fil-medda ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ euro għall-valur ta’ limitu ta’ 0,080 mg/m3, meta mqabbel ma’ biljuni ta’ euro għall-valur ta’ limitu ta’ 0,062 mg/m3. Il-Kummissjoni analizzat b’mod ulterjuri l-analiżi ta’ ekwilibriju li saret mill-SEAC, li tikkalkula li, biex il-valur ta’ limitu ta’ 0,062 mg/m3 jilħaq punt ta’ ekwilibriju, l-inċidenza tal-kanċer nażofarinġali fost il-popolazzjoni fl-Unjoni li tgħix f’abitazzjonijiet ġodda trid tkun 70 darba ogħla mill-inċidenza reali osservata, u 30 darba ogħla għall-valur ta’ limitu ta’ 0,080 mg/m3. Madankollu, il-Kummissjoni tqis ukoll li l-formaldeid huwa sustanza karċinoġenika, li għaliha l-valur ta’ limitu ta’ 0,062 mg/m3 jipprovdi benefiċċji akbar għas-saħħa lill-popolazzjoni fl-Unjoni. Il-Kummissjoni, għalkemm tirrikonoxxi li d-differenzi fil-kostijiet bejn iż-żewġ valuri huma sinifikanti, tqis, fid-dawl tal-benefiċċji potenzjali addizzjonali għas-saħħa, b’mod partikolari għal gruppi vulnerabbli bħat-tfal, li l-kostijiet akbar għall-valur ta’ limitu aktar baxx huma ġġustifikati għal oġġetti li jikkontribwixxu l-aktar għall-kwalità tal-arja ta’ ġewwa.

(27)

Fil-kunsiderazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tqis li l-pannelli bbażati fuq l-injam u l-oġġetti magħmula minn pannelli bbażati fuq l-injam jew minn oġġetti oħra bbażati fuq l-injam, kif ukoll għamara li fiha injam jew materjali oħrajn, li fihom jintuża l-formaldeid għajr il-formaldeid li jseħħ b’mod naturali matul il-produzzjoni tagħhom, huma s-sorsi ewlenin tal-emissjonijiet tal-formaldeid fl-arja ta’ ġewwa, b’mod partikolari fi djar mibnija ġodda. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li limitu aktar baxx ta’ emissjonijiet għal tali oġġetti u prodotti magħmula minn aktar minn oġġett wieħed (“prodotti kumplessi”) li huma l-akbar sorsi ta’ formaldeid fl-arja ta’ ġewwa huwa xieraq u jipprovdi protezzjoni akbar għall-pubbliku ġenerali, filwaqt li jillimita l-kostijiet soċjoekonomiċi għal dawk is-setturi li ma jikkontribwixxux daqshekk għall-emissjonijiet.

(28)

Bl-istess mod, huwa xieraq li jiġi stabbilit limitu aktar baxx għall-preżenza tal-formaldeid ġewwa vetturi tat-triq fejn il-pubbliku ġenerali jkun preżenti biex tiġi żgurata protezzjoni adegwata, b’mod partikolari tal-popolazzjonijiet vulnerabbli, anke fl-agħar xenarji possibbli.

(29)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-aktar miżura xierqa għall-Unjoni kollha biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ formaldeid fl-arja ta’ ġewwa, u ġewwa l-vetturi tat-triq, hija restrizzjoni li tistabbilixxi l-valur ta’ limitu ta’ 0,062 mg/m3 għall-oġġetti u għall-għamara bbażati fuq l-injam, applikat għall-prodott kumpless kollu, kif ukoll ġewwa l-vetturi tat-triq; u l-valur ta’ limitu ta’ 0,080 mg/m3 għall-oġġetti l-oħrajn kollha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-konċentrazzjoni ta’ formaldeid emess minn oġġetti fl-arja ta’ ġewwa jenħtieġ li titkejjel f’kundizzjonijiet ta’ referenza speċifiċi sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata ta’ din ir-restrizzjoni. F’ċerti każijiet jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li jintużaw kundizzjonijiet oħra tat-test, sakemm tiġi applikata korrelazzjoni xjentifikament valida tar-riżultati tat-testijiet.

(30)

Sabiex jittaffew l-impatti negattivi u jitnaqqsu l-kostijiet għas-setturi affettwati, kif ukoll biex jingħata biżżejjed żmien lill-partijiet ikkonċernati biex jimplimentaw ir-restrizzjoni, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq differiment ta’ 36 xahar għas-setturi kollha fir-rigward tal-applikazzjoni tar-restrizzjoni. Madankollu, għall-vetturi tat-triq, differiment ta’ 48 xahar huwa meqjus xieraq minħabba ż-żmien twil ta’ żvilupp u kummerċjalizzazzjoni għal tali vetturi, il-ħtiġijiet kbar ta’ materjali fl-industrija tal-karozzi, il-ktajjen tal-provvista kumplessi inklużi l-manifatturi tat-tagħmir oriġinali, kif ukoll iż-żmien meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-metodu analitiku standard għall-kejl tal-emissjonijiet għat-trakkijiet u għax-xarabanks (8).

(31)

Fir-rigward tal-oġġetti li huma esklussivament għall-użu fuq barra taħt kundizzjonijiet prevedibbli, huwa mistenni li l-esponiment tal-konsumatur iseħħ barra mill-ħajt estern tal-bini, u tali oġġetti jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-restrizzjoni. Oġġetti f’kostruzzjonijiet, li jintużaw esklużivament barra mill-qafas tal-bini u mill-ilqugħ kontra l-fwar u li ma jemettux l-formaldeid fl-arja ta’ ġewwa, ukoll jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-restrizzjoni, peress li ma jikkontribwixxux għall-esponiment għall-formaldeid fl-arja ta’ ġewwa.

(32)

Jenħtieġ li l-oġġetti li huma esklużivament għal użu industrijali jew professjonali ma jiġux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-restrizzjoni, sakemm dawn l-użi ma jwasslux għal esponiment tal-pubbliku ġenerali. Barra minn hekk, l-esponiment tal-ħaddiema industrijali u professjonali għall-formaldeid diġà huwa rregolat mid-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (9), u mid-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(33)

L-emissjonijiet tal-formaldeid mill-oġġetti huma mistennija jonqsu maż-żmien minħabba l-“evaporazzjoni tal-gass” tal-formaldeid residwu. Għalhekk, jenħtieġ li l-oġġetti użati ma jiġux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-restrizzjoni. Barra minn hekk, il-Forum għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar irrakkomanda wkoll deroga għall-oġġetti użati, peress li l-infurzar tar-restrizzjoni fir-rigward ta’ oġġetti użati jista’ jkun diffiċli.

(34)

Il-prodotti li ġejjin diġà huma soġġetti għal regoli tal-Unjoni dwar il-valuri ta’ limitu għall-formaldeid, u għalhekk jenħtieġ li ma jiġux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-restrizzjoni: oġġetti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-entrata 72 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, oġġetti li huma prodotti bijoċidali fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), apparat fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), u tagħmir ta’ protezzjoni personali fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(35)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (14) jistabbilixxi valur ta’ limitu għall-formaldeid għall-materjali u għall-oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel. Għalkemm id-dritt tal-Unjoni ma jistabbilixxix limitu speċifiku ta’ formaldeid għal materjali u oġġetti oħrajn li jiġu f’kuntatt mal-ikel, il-produtturi jridu jkunu jistgħu juru s-sikurezza tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti. Ir-rekwiżiti tal-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel għandhom l-għan li jipproteġu s-saħħa tal-bniedem billi jindirizzaw il-migrazzjoni potenzjali tas-sustanzi fl-ikel. Peress li, minħabba dawk ir-rekwiżiti, huwa improbabbli ħafna li l-formaldeid jiġi rilaxxat b’mod sinifikanti fl-atmosfera tal-madwar minn oġġetti maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel, skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li dawk l-oġġetti ma jiġux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-restrizzjoni.

(36)

Is-Sottomittent tad-Dossier, l-RAC u l-SEAC ipproponew deroga għall-ġugarelli koperti mid-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) li tistabbilixxi limitu ta’ 0,1 mg/m3 għall-emissjonijiet tal-formaldeid f’ġugarelli tal-injam magħquda bir-reżina għal tfal li għandhom inqas minn tliet snin. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li tali deroga ma hijiex xierqa minħabba li jenħtieġ li t-tfal ma jiġux protetti b’mod inqas strett minn kwalunkwe parti oħra tal-popolazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-valur ta’ limitu għall-emissjonijiet tal-formaldeid fl-arja ta’ ġewwa japplika għall-ġugarelli għat-tfal ta’ kull età.

(37)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(38)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  https://echa.europa.eu/documents/10162/13641/formaldehyde_cion_reqst_axvdossier_en.pdf/11d4a99a-7210-839a-921d-1a9a4129e93e

(4)  https://echa.europa.eu/registry-of-restriction-intentions/-/dislist/details/0b0236e182439477

(5)  WHO 2010-WHO Guidelines for Indoor Air quality: Selected Pollutants. Ġinevra. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, p. 103.

(6)  ECHA (2020). Background Document to the Opinion on the Annex XV report proposing restrictions on formaldehyde and formaldehyde releasers

(7)  Verżjoni kkompilata, mħejjija mis-segretarjat tal-ECHA, tal-opinjoni tal-RAC (adottata fit-12 ta’ Marzu 2020) u tal-Opinjoni tal-SEAC (adottata fis-17 ta’ Settembru 2020)

https://echa.europa.eu/documents/10162/f10b57af-6075-bb34-2b30-4e0651d0b52f

(8)  12219-10: Arja interna ta’ vetturi tat-triq — Parti 10: Kompartiment għall-ittestjar ta’ vetturi sħaħ — Speċifikazzjoni u metodi għad-determinazzjoni ta’ komposti organiċi volatili ġewwa l-kabini — Trakkijiet u xarabanks.

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11).

(10)  Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51).

(14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).

(16)  Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1).


ANNESS

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

tiżdied l-entrata li ġejja:

“77.

Formaldeid

Nru CAS 50-00-0

Nru KE 200-001-8

u sustanzi li jirrilaxxaw il-formaldeid

1.

Ma għandhomx jiġu introdotti fis-suq f’oġġetti, wara s-6 ta’ Awwissu 2026, jekk, fil-kundizzjonijiet tat-test speċifikati fl-Appendiċi 14, il-konċentrazzjoni tal-formaldeid rilaxxat minn dawk l-oġġetti taqbeż:

(a)

0,062 mg/m3 għall-għamara u għal oġġetti bbażati fuq l-injam;

(b)

0,080 mg/m3 għal oġġetti oħra għajr għamara u oġġetti bbażati fuq l-injam.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal:

(a)

oġġetti li fihom il-formaldeid jew is-sustanzi li jirrilaxxaw il-formaldeid jinsabu esklussivament b’mod naturali fil-materjali li minnhom jiġu prodotti l-oġġetti;

(b)

oġġetti li huma esklussivament għall-użu fuq barra f’kundizzjonijiet prevedibbli;

(c)

oġġetti f’kostruzzjonijiet, li jintużaw esklussivament barra l-qafas tal-bini u l-ilqugħ kontra l-fwar u li ma jemettux il-formaldeid fl-arja ta’ ġewwa;

(d)

oġġetti maħsuba esklussivament għal użu industrijali jew professjonali, sakemm il-formaldeid li jirrilaxxaw ma jwassalx għal esponiment tal-pubbliku ġenerali f’kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli;

(e)

oġġetti li għalihom tapplika r-restrizzjoni stabbilita fl-entrata 72;

(f)

oġġetti li huma prodotti bijoċidali u li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

(g)

apparati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745;

(h)

tagħmir ta’ protezzjoni personali li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/425;

(i)

oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt dirett jew indirett mal-ikel li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;

(j)

oġġetti użati.

2.

Ma għandhomx jiġu introdotti fis-suq f’vetturi tat-triq, wara s-6 ta’ Awwissu 2027, jekk, fil-kundizzjonijiet tat-test speċifikati fl-Appendiċi 14, il-konċentrazzjoni tal-formaldeid ġewwa dawk il-veturi taqbeż 0,062 mg/m3.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal:

(a)

vetturi tat-triq maħsuba esklussivament għal użu industrijali jew professjonali, sakemm il-konċentrazzjoni tal-formaldeid ġewwa dawk il-vetturi ma twassalx għal esponiment tal-pubbliku ġenerali f’kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli;

(b)

vetturi użati.

(2)

jiżdied l-Appendiċi 14 li ġej:

“Appendiċi 14

1.   Il-kejl tal-formaldeid rilaxxat fl-arja ta’ ġewwa minn oġġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-entrata 77

Il-formaldeid rilaxxat mill-oġġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-entrata 77 għandu jitkejjel fl-arja ta’ kompartiment tal-ittestjar fil-kundizzjonijiet ta’ referenza kumulattivi li ġejjin:

(a)

it-temperatura fil-kompartiment tal-ittestjar għandha tkun ta’ (23 ± 0,5) °C;

(b)

l-umdità relattiva fil-kompartiment tal-ittestjar għandha tkun ta’ (45 ± 3) %;

(c)

il-fattur ta’ tagħbija, espress bħala l-proporzjon tal-erja tas-superfiċje totali tal-kampjun mal-volum tal-kompartiment tal-ittestjar, għandu jkun ta’ (1 ± 0,02) m2/m3. Dan il-fattur ta’ tagħbija jikkorrispondi għall-ittestjar ta’ pannelli bbażati fuq l-injam; għal materjali jew prodotti oħra, jekk jidher b’mod ċar li tali fattur ta’ tagħbija mhuwiex realistiku f’kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli, jistgħu jintużaw fatturi ta’ tagħbija f’konformità mat-Taqsima 4.2.2 ta’ EN 16516 (*2);

(d)

ir-rata tat-tibdil tal-arja fil-kompartiment tal-ittestjar għandha tkun ta’ (1 ± 0,05) h-1;

(e)

għandha tintuża proċedura analitika xierqa għall-kejl tal-konċentrazzjoni tal-formaldeid fil-kompartiment tal-ittestjar;

(f)

għandu jintuża metodu xieraq għall-kampjunar tal-kampjuni;

(g)

il-konċentrazzjoni tal-formaldeid fl-arja tal-kompartiment tat-test għandha titkejjel mill-inqas darbtejn kuljum matul it-test, b’intervall ta’ ħin ta’ mill-inqas tliet sigħat bejn żewġ kampjuni konsekuttivi; il-kejl għandu jiġi ripetut sakemm tkun disponibbli biżżejjed data biex tiġi ddeterminata l-konċentrazzjoni fi stat kostanti;

(h)

id-durata tat-test għandha tkun twila biżżejjed biex tkun tista’ ssir id-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni fi stat kostanti, u ma għandhiex taqbeż it-28 jum;

(i)

il-konċentrazzjoni fi stat kostanti ta’ formaldeid imkejla fil-kompartiment tal-ittestjar għandha tintuża biex tiġi vverifikata l-konformità mal-valur limitu tal-formaldeid rilaxxat mill-oġġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-entrata 77.

Jekk id-data minn metodu ta’ ttestjar li juża l-kundizzjonijiet ta’ referenza speċifikati hawn fuq ma tkunx disponibbli jew xierqa għall-kejl tal-formaldeid rilaxxat minn oġġett speċifiku, tista’ tintuża data miksuba minn metodu ta’ ttestjar bl-użu ta’ kundizzjonijiet mhux ta’ referenza, fejn ikun hemm korrelazzjoni xjentifikament valida bejn ir-riżultati tal-metodu ta’ ttestjar użat u l-kundizzjonijiet ta’ referenza.

2.   Il-kejl tal-konċentrazzjoni ta’ formaldeid ġewwa l-vetturi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-entrata [xx]

Għall-vetturi tat-triq, inklużi t-trakkijiet u x-xarabanks, il-konċentrazzjoni tal-formaldeid għandha titkejjel fil-modalità ambjentali f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati f’ISO 12219-1 (*3) jew f’ISO 12219-10 (*4), u l-konċentrazzjoni mkejla għandha tintuża biex tiġi vverifikata l-konformità mal-valur limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-entrata [xx].

”.

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).”;

(*2)  EN 16516: Prodotti tal-kostruzzjoni – Valutazzjoni tar-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi – Determinazzjoni tal-emissjonijiet fl-arja interna.

(*3)  ISO 12219-1: Arja interna ta’ vetturi tat-triq – Parti 1: Kompartiment għall-ittestjar ta’ vetturi sħaħ – Speċifikazzjoni u metodu għad-determinazzjoni ta’ komposti organiċi volatili ġewwa l-kabini.

(*4)  ISO 12219-10: Arja interna ta’ vetturi tat-triq — Parti 10: Kompartiment għall-ittestjar ta’ vetturi sħaħ — Speċifikazzjoni u metodi għad-determinazzjoni ta’ komposti organiċi volatili ġewwa l-kabini — Trakkijiet u xarabanks.


17.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/21


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1465

tal-14 ta’ Lulju 2023

li jipprovdi għal appoġġ finanzjarju ta’ emerġenza għas-setturi agrikoli affettwati minn problemi speċifiċi b’impatt fuq il-vijabbiltà ekonomika tal-produtturi agrikoli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 221(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-pandemija tal-COVID-19, l-impatt tagħha fuq il-ktajjen tal-provvista tal-ikel, u ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-inputs agrikoli sa mill-ħarifa tal-2021 qed ipoġġu s-settur agrikolu taħt pressjoni. Il-prezzijiet tal-input żdiedu b’mod sinifikanti fis-setturi agrikoli kollha. Il-kostijiet tal-enerġija u tal-fertilizzanti żdiedu minħabba l-iżviluppi ġeopolitiċi u ġeoekonomiċi saħansitra qabel il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna li aggravat is-sitwazzjoni u kellha impatt negattiv sinifikanti ulterjuri fuq l-aspettattivi tas-suq.

(2)

B’riżultat ta’ dan, is-sehem tal-kostijiet tal-enerġija u tal-fertilizzanti fil-konsum intermedju totali kien żdied b’mod sinifikanti fl-2022, bl-akbar żieda osservata għall-azjendi agrikoli tal-għelejjel tal-għelieqi u tal-għelejjel permanenti, fiż-żewġ każijiet minħabba li ġew esposti għall-kostijiet tal-fertilizzanti. Il-prezzijiet tal-fertilizzanti għadhom f’livelli għoljin ħafna storikament. Id-data tissuġġerixxi li l-bdiewa rreaġixxew billi naqqsu l-użu tagħhom tal-fertilizzanti b’konsegwenzi negattivi inċerti fuq ir-rendimenti u l-kwalità tal-prodotti tal-ikel u tal-għalf.

(3)

Il-prezzijiet ta’ inputs oħra għall-bdiewa u għall-operaturi tal-katina alimentari bħal pereżempju l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u t-trattamenti tas-saħħa tal-annimali, il-makkinarju u l-imballaġġ żdiedu f’konformità mal-inflazzjoni ġenerali.

(4)

Il-prezzijiet tal-prodotti agrikoli żdiedu wkoll fl-2022 fl-isfond tal-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 u t-tħassib dwar provvisti globali suffiċjenti wara l-attakk tar-Russja fuq l-Ukrajna. Madankollu, f’ċerti setturi bħas-setturi tal-ħalib, tal-inbid jew tal-frott u l-ħxejjex, dawn il-prezzijiet għoljin ma kinux kapaċi jikkumpensaw għall-eżiti tan-negozju li kienu sejrin għall-agħar minħabba l-kostijiet ogħla tal-input.

(5)

Dan l-aħħar, il-prezzijiet għall-biċċa l-kbira tal-prodotti agrikoli bħaċ-ċereali, iż-żrieragħ żejtnin, il-prodotti tal-ħalib jew l-inbid qed jonqsu b’mod sinifikanti. F’ċerti Stati Membri u reġjuni, is-sitwazzjoni saret partikolarment diffiċli peress li l-proporzjon bejn il-prezzijiet tal-input u l-prezzijiet tal-prodotti agrikoli marret għall-agħar.

(6)

Iż-żieda fil-kostijiet għall-produtturi wasslet għal prezzijiet għoljin għall-konsumatur fuq prodotti tal-ikel fl-Unjoni kollha, u dan kellu konsegwenzi fuq l-affordabbiltà tal-ikel. L-aktar ċifri reċenti juru inflazzjoni persistentement għolja fil-prezzijiet tal-ikel għall-konsumaturi ta’ aktar minn 15 % fl-Unjoni kollha. F’ċerti Stati Membri, il-valuri jilħqu kważi 40 %. Hemm evidenza li l-prezzijiet għoljin qed jaffettwaw il-livell ta’ konsum f’ċerti setturi tal-ikel, bħal-laħam, l-inbid jew il-frott u l-ħxejjex. Il-konsumaturi qed iċaqilqu d-domanda għal ikel irħas u lil hinn minn ikel bħal ikel organiku, inbid u ikel protett minn denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi. Tali ċaqliq fid-domanda x’aktarx li jkollu impatt negattiv fuq ir-redditi fuq l-investiment li jakkumulaw għall-produtturi.

(7)

F’ċerti setturi agrikoli u f’ċerti Stati Membri dan ix-xenarju ġenerali ta’ diffikultà ekonomika ġie aggravat minn sfidi urġenti speċifiċi għas-settur.

(8)

Avvenimenti meteoroloġiċi avversi reġjonali eċċezzjonali reċenti bħan-nixfa (Spanja, l-Italja u l-Portugall) u l-għargħar (l-Italja) ikkawżaw ħsara sinifikanti lill-produtturi agrikoli li tipperikola l-vijabbiltà ekonomika tagħhom. Filwaqt li hemm indikazzjonijiet li avvenimenti bħal dawn iseħħu f’kuntest ġenerali ta’ żieda fir-riskji għall-agrikoltura relatati mat-tibdil fil-klima, l-intensità ta’ dawk l-avvenimenti kienet straordinarja.

(9)

Fir-rigward tas-settur taċ-ċereali u ż-żrieragħ żejtnin, l-avvenimenti estremi tat-temp li jolqtu diversi reġjuni tal-Unjoni li jipproduċu qed jikkompromettu serjament l-għelejjel tar-rebbiegħa u tas-sajf, f’termini ta’ volum u kwalità. Is-settur qed jiffaċċja prezzijiet li qed jonqsu. Meta mqabbla mas-sena l-oħra, il-prezzijiet taċ-ċereali naqsu b’madwar 40 %. Dan joħloq problemi għall-bdiewa, peress li ħafna kienu xtraw inputs għaljin f’dawn l-aħħar xhur u issa qed jiffaċċjaw prezzijiet tas-suq għall-prodotti tagħhom li bilkemm, jew f’xi każijiet ma jkoprux il-kostijiet tagħhom. Barra minn hekk, xi bdiewa ma setgħux jiżirgħu l-għelieqi tagħhom minħabba l-livelli baxxi ta’ umdità fil-ħamrija u d-disponibbiltajiet baxxi tal-ilma għat-tisqija, li se jwassal għal tnaqqis fil-produzzjoni u fir-rendimenti. Dan huwa partikolarment il-każ fiċ-Ċekja, fid-Danimarka, fl-Irlanda, fi Spanja, fi Franza, f’Ċipru, fil-Latvja, fl-Awstrija, fil-Portugall, fis-Slovenja u fl-Iżvezja.

(10)

Is-sitwazzjoni tas-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex hija diffiċli ħafna, minħabba l-inflazzjoni għolja li taffettwa l-konsum, li huwa stmat li naqas mill-inqas b’10 %, aggravat minn kost għoli tal-enerġija. L-enerġija hija fattur ta’ kost importanti fil-produzzjoni tas-serer u fil-loġistika ta’ wara l-ħsad. Minħabba f’hekk, il-produtturi għadhom qed iħabbtu wiċċhom ma’ pressjoni rigward il-marġnijiet tagħhom minkejja ż-żieda fil-prezzijiet agrikoli. Is-settur tal-ħops qed jiffaċċja sfidi simili. Is-sitwazzjoni qed taffettwa diversi Stati Membri, b’mod partikolari l-Belġju, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, in-Netherlands, is-Slovenja u l-Finlandja.

(11)

Fis-settur tal-annimali, il-prezzijiet għoljin tal-għalf flimkien mal-prezz tal-enerġija u l-inflazzjoni ġenerali qed jikkawżaw diffikultajiet serji għall-produtturi. Minkejja l-livelli ġenerali favorevoli tal-prezzijiet għaċ-ċanga, il-laħam tal-majjal u l-pollam, il-produtturi għandhom problemi biex ikopru l-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom. Dawn huma saħansitra aktar evidenti fis-settur tal-ħalib, peress li l-prezzijiet bdew jonqsu b’mod sinifikanti mill-ogħla livelli tagħhom fi tmiem l-2022. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-konsumatur għall-prodotti tal-ikel jaffettwaw id-domanda tal-konsumatur għal prodotti ta’ kwalità, li jikkostitwixxu sehem kbir mill-introjtu tal-bdiewa f’dawk is-setturi. Is-settur tal-ħalib fil-Latvja u l-Litwanja jinsab f’sitwazzjoni partikolarment diffiċli peress li l-prezzijiet nazzjonali tal-ħalib naqsu aktar milli fi Stati Membri oħra. Iżda wkoll fil-Belġju, fiċ-Ċekja, fil-Ġermanja, fl-Estonja, fil-Greċja, fi Spanja, fi Franza, fil-Kroazja, fl-Italja, f’Ċipru, fil-Lussemburgu, f’Malta, fl-Awstrija, fis-Slovenja u fil-Finlandja, is-setturi tal-bhejjem isibu ruħhom fid-diffikultajiet imsemmija hawn fuq.

(12)

It-tnaqqis fid-domanda minħabba l-inflazzjoni, inkluż fis-swieq tal-esportazzjoni, flimkien ma’ livelli għoljin ta’ provvista, jaffettwaw b’mod partikolari s-settur tal-inbid f’ċerti reġjuni, speċjalment fir-rigward tal-inbejjed ħomor u rożè. In-nuqqas ta’ ċertezza fis-suq tal-inbid ġie xprunat ukoll minn żieda fil-kostijiet tal-input u minn avvenimenti tat-temp irregolari. Il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja u l-Portugall huma partikolarment affettwati minn dan l-iżvilupp.

(13)

Huwa possibbli li l-miżura temporanja ta’ distillazzjoni ta’ kriżi introdotta fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1225 (2) li tippermetti lill-Istati Membri jintroduċu programmi ta’ appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid mhux se tkun biżżejjed biex tindirizza s-sitwazzjoni minħabba l-limitazzjoni finanzjarja tal-programmi. Jenħtieġ għalhekk, li l-Istati Membri jitħallew jużaw aktar riżorsi finanzjarji biex isaħħu l-allokazzjonijiet baġitarji tagħhom għall-programmi nazzjonali ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid bil-ħsieb li jiffinanzjaw aktar operazzjonijiet ta’ distillazzjoni soġġetti għall-istess rekwiżiti ta’ eliġibbiltà u kundizzjonijiet ta’ appoġġ, bl-eċċezzjoni tal-iskadenza għall-implimentazzjoni li għandha tiġi adattata għall-operazzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament. Jekk Stat Membru jagħżel li jagħmel użu minn din il-possibbiltà, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni prevista minn dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun disponibbli flimkien mal-allokazzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għas-snin finanzjarji 2023 u 2024.

(14)

Il-prezzijiet tal-input li għadhom għoljin ħafna, it-tnaqqis fil-prezzijiet għall-prodotti agrikoli, kif ukoll il-problemi li jaffettwaw ċerti setturi u Stati Membri jistgħu jikkawżaw problemi ta’ likwidità għall-produtturi agrikoli. L-Istati Membri qed jirrikorru għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat skont ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat f’attentat biex jindirizzaw is-sitwazzjoni.

(15)

Il-Kummissjoni ddeċidiet dwar żewġ pakketti ta’ appoġġ ta’ emerġenza fl-agrikoltura li minnhom jibbenefikaw ċerti Stati Membri biex jikkumpensaw lill-bdiewa fis-setturi l-aktar affettwati taċ-ċereali u ż-żrieragħ żejtnin: Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/739 (4) u (UE) 2023/1343 (5) kellhom il-mira li jindirizzaw l-effetti negattivi kkawżati mill-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-setturi msemmija. It-tielet pakkett ta’ appoġġ ta’ emerġenza preżenti jikkonċerna l-bdiewa fi Stati Membri oħra li jbatu minn problemi speċifiċi li għandhom impatt fuq il-vijabbiltà tal-produzzjoni agrikola.

(16)

Għalhekk jenħtieġ li tiġi adottata miżura eċċezzjonali biex tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-problemi speċifiċi identifikati u biex jiġi evitat deterjorament rapidu tal-produzzjoni f’dawk l-Istati Membri li ma kinux benefiċjarji taż-żewġ pakketti ta’ appoġġ agrikolu reċenti stabbiliti bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/739 u (UE) 2023/1343.

(17)

Id-diffikultajiet imsemmija jikkostitwixxu problemi speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Ma jistgħux jiġu indirizzati faċilment mill-miżuri meħuda skont l-Artikoli 219 jew 220 ta’ dak ir-Regolament. Is-sitwazzjoni mhijiex marbuta speċifikament ma’ tfixkil partikolari eżistenti fis-suq jew ma’ theddida preċiża tiegħu. Mhijiex marbuta la ma’ miżuri li jikkombattu t-tixrid tal-mard tal-annimali, u lanqas ma’ telf fil-fiduċja tal-konsumaturi minħabba r-riskji għas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti.

(18)

L-ammonti disponibbli għall-Istati Membri benefiċjarji jenħtieġ li jiġu ddeterminati, filwaqt li jitqies b’mod partikolari l-piż rispettiv tagħhom fis-settur agrikolu tal-Unjoni, abbażi tal-limiti massimi netti għall-pagamenti diretti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). L-ammonti għal Spanja, l-Italja u l-Portugall jenħtieġ li jqisu li dawn il-pajjiżi huma l-Istati Membri ewlenin affettwati mill-avvenimenti meteoroloġiċi avversi eċċezzjonali. L-ammonti għal-Latvja u l-Litwanja jenħtieġ li jqisu li dawn il-pajjiżi jiffaċċjaw sitwazzjoni partikolarment ta’ sfida fis-settur tal-ħalib.

(19)

L-Istati Membri benefiċjarji jenħtieġ li jqassmu l-għajnuna permezz tal-aktar mezzi effettivi abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji li jqisu l-kobor tad-diffikultajiet u d-danni ekonomiċi li jiffaċċaw il-bdiewa kkonċernati. Jenħtieġ li jiżguraw li l-bdiewa jkunu l-benefiċjarji aħħarin tal-għajnuna u jevitaw kwalunkwe distorsjoni tas-suq jew tal-kompetizzjoni.

(20)

Minħabba li l-ammonti allokati lill-Istati Membri benefiċjarji jindirizzaw biss b’mod parzjali d-diffikultajiet ekonomiċi mġarrba mill-bdiewa, jenħtieġ li dawn l-Istati Membri jitħallew jagħtu appoġġ nazzjonali addizzjonali lill-produtturi, skont il-kundizzjonijiet u fil-limiti ta’ żmien stabbilit minn dan ir-Regolament.

(21)

Sabiex l-Istati Membri benefiċjarji jingħataw il-flessibbiltà biex iqassmu l-għajnuna skont il-ħtieġa taċ-ċirkustanzi tal-bdiewa kkonċernati, jenħtieġ li jkunu jistgħu jakkumulaw din l-għajnuna ma’ appoġġ ieħor iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, mingħajr ma jagħtu kumpens żejjed lill-bdiewa.

(22)

Sabiex jiġi evitat kumpens żejjed, jenħtieġ li l-Istati Membri benefiċjarji jqisu l-appoġġ mogħti fil-qafas ta’ strumenti oħra ta’ appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni jew skemi privati biex jirrispondu għat-telf ekonomiku kkonċernat.

(23)

Peress li l-għajnuna tal-Unjoni hija stabbilita bl-euro, u sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi u simultanja, jeħtieġ li tiġi ffissata data għall-konverżjoni tal-ammont allokat lill-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita nazzjonali tagħhom, kif inhu l-każ taċ-Ċekja, id-Danimarka u l-Iżvezja. Billi dan ir-Regolament ma jipprevedix skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, jixraq li, għall-finijiet tal-Artikolu 30(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 (7), titqies id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament bħala l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju fir-rigward tal-ammonti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(24)

Għal raġunijiet baġitarji, jenħtieġ li l-Unjoni tiffinanzja n-nefqa mġarrba mill-Istati Membri benefiċjarji biss meta tali nefqa ssir sa ċerta data ta’ eliġibbiltà. Għalhekk l-appoġġ għal din il-miżura eċċezzjonali jenħtieġ li jitħallas sal-31 ta’ Jannar 2024.

(25)

L-Istati Membri benefiċjarji jenħtieġ li jikkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, sabiex l-Unjoni tkun tista’ timmonitorja l-effiċjenza tal-miżura introdotta b’dan ir-Regolament.

(26)

Sabiex ikun żgurat li l-bdiewa jirċievu l-għajnuna malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li l-Istati Membri benefiċjarji jkunu jistgħu jimplimentaw dan ir-Regolament mingħajr dewmien. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(27)

Il-miżura prevista f’dan ir-Regolament hija skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-għajnuna tal-Unjoni ta’ ammont totali ta’ EUR 330 000 000 għandha tkun disponibbli għall-Belġju, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Iżvezja, biex tipprovdi appoġġ eċċezzjonali lill-bdiewa soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jużaw l-ammonti msemmija fl-Artikolu 3 għal miżuri li għandhom l-għan li jikkumpensaw lill-bdiewa fis-setturi l-aktar affettwati bħas-setturi tal-annimali, tal-frott u l-ħxejjex, tal-inbid, taċ-ċereali u taż-żrieragħ żejtnin, għat-telf ekonomiku li jkollu impatt fuq il-vijabbiltà tal-produtturi agrikoli.

3.   Il-miżuri għandhom jittieħdu abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji li jqisu t-telf ekonomiku mġarrab mill-bdiewa affettwati u għandhom jiżguraw li l-pagamenti li jirriżultaw ma jikkawżaw ebda distorsjoni fis-suq jew fil-kompetizzjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-bdiewa ma jkunux il-benefiċjarji diretti tal-pagamenti tal-għajnuna tal-Unjoni, il-benefiċċju ekonomiku tal-għajnuna tal-Unjoni jiġi mgħoddi lilhom b’mod sħiħ.

5.   In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-pagamenti għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna tal-Unjoni biss jekk dawk il-pagamenti jkunu saru sal-31 ta’ Jannar 2024.

6.   Għall-finijiet tal-Artikolu 30(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju b’rabta mal-ammonti stipulati fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament għandu jkun id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

7.   Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jistgħu jiġu kumulati ma’ appoġġ ieħor iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(1) li jimplimentaw il-programmi nazzjonali ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid jistgħu jużaw ukoll l-allokazzjonijiet finanzjarji tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament għall-fini tal-finanzjament tal-miżura temporanja ta’ distillazzjoni ta’ kriżi kif previst fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1225 f’konformità mal-istess rekwiżiti u kundizzjonijiet bħal dawk previsti fih, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 6, l-ewwel subparagrafu tiegħu.

2.   L-operazzjonijiet ta’ distillazzjoni ffinanzjati skont dan ir-Regolament jistgħu jiġu implimentati aktar tard mill-15 ta’ Ottubru 2023. F’dan il-każ, l-Artikoli 39 sa 54 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 kif ukoll l-Artikoli 4(1), il-punt (b), l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 17, l-Artikoli 40 sa 43 u l-Artikoli 51, 52, 54, 59, 63 u 65 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) għandhom ikomplu japplikaw għal dawn l-operazzjonijiet u l-pagamenti magħmula fir-rigward tagħhom. Bl-istess mod, l-Artikoli 1 u 2, l-Artikolu 43, l-Artikoli 48 sa 54 u l-Artikolu 56 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 (9), l-Artikoli 1, 2 u 3, l-Artikoli 19 sa 23, l-Artikoli 25 sa 31, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(1), u l-Artikoli 33 sa 40 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1150 (10) għandhom ikomplu japplikaw mutatis mutandis. Barra minn hekk, l-Artikolu 5, l-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, u l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (11) għandhom ikomplu japplikaw għan-nefqa mġarrba u għall-pagamenti li jsiru għal dawn l-operazzjonijiet ta’ distillazzjoni.

3.   L-operazzjonijiet ta’ distillazzjoni ffinanzjati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati biżżejjed bil-quddiem biex ikunu jistgħu jsiru pagamenti f’konformità mad-data ta’ eliġibbiltà għall-pagamenti msemmija fl-Artikolu 1(5).

4.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ nazzjonali addizzjonali għall-operazzjonijiet ta’ distillazzjoni ffinanzjati skont dan ir-Regolament sa massimu ta’ 200 % f’konformità mal-appoġġ nazzjonali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 3(2).

5.   L-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni mħallas għall-operazzjonijiet ta’ distillazzjoni ffinanzjati f’konformità mal-paragrafu 1 għandu jitqies bħala kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għas-sena finanzjarja li fiha jsiru l-pagamenti mill-Istati Membri.

Artikolu 3

1.   In-nefqa tal-Unjoni mġarrba f’konformità mal-Artikoli 1 u 2 ma għandhiex taqbeż l-ammont totali ta’:

(a)

EUR 3 912 118 għall-Belġju;

(b)

EUR 6 862 150 għaċ-Ċekja;

(c)

EUR 6 352 520 għad-Danimarka;

(d)

EUR 35 767 119 għall-Ġermanja;

(e)

EUR 1 722 597 għall-Estonja;

(f)

EUR 9 529 841 għall-Irlanda;

(g)

EUR 15 773 591 għall-Greċja;

(h)

EUR 81 082 911 għal Spanja;

(i)

EUR 53 100 820 għal Franza;

(j)

EUR 3 371 029 għall-Kroazja;

(k)

EUR 60 547 380 għall-Italja;

(l)

EUR 574 358 għal Ċipru;

(m)

EUR 6 796 780 għall-Latvja;

(n)

EUR 10 660 962 għal-Litwanja;

(o)

EUR 462 680 għal-Lussemburgu;

(p)

EUR 240 896 għal Malta;

(q)

EUR 4 995 081 għan-Netherlands;

(r)

EUR 5 529 091 għall-Awstrija;

(s)

EUR 11 619 548 għall-Portugall;

(t)

EUR 1 234 202 għas-Slovenja;

(u)

EUR 4 269 959 għall-Finlandja;

(v)

EUR 5 594 367 għall-Iżvezja.

2.   L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(1) jistgħu jagħtu appoġġ nazzjonali addizzjonali għall-miżuri meħuda skont l-Artikolu 1(2) sa massimu ta’ 200 % tal-ammont korrispondenti stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, dment li l-pagamenti li jirriżultaw ma jikkawżawx distorsjonijiet fis-suq jew fil-kompetizzjoni.

3.   L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(1) u dawk li jużaw l-allokazzjonijiet finanzjarji tagħhom għall-fini tal-finanzjament tal-miżura temporanja ta’ distillazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1), għandhom iħallsu l-appoġġ addizzjonali msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 2(4), rispettivament, sal-31 ta’ Jannar 2024.

Artikolu 4

Sabiex jiġi evitat kumpens żejjed, meta jingħata appoġġ skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom iqisu l-appoġġ mogħti fil-qafas ta’ strumenti oħra ta’ appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni jew skemi privati biex iwieġbu għat-telf ekonomiku kkonċernat.

Artikolu 5

1.   Mingħajr dewmien u mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2023, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dawn li ġejjin b’rabta mal-miżuri implimentati skont l-Artikolu 1:

(a)

deskrizzjoni tal-miżuri li se jittieħdu;

(b)

il-kriterji li ntużaw biex jiġu ddeterminati l-metodi għall-għoti tal-għajnuna u r-raġunament għad-distribuzzjoni tal-għajnuna fost il-bdiewa;

(c)

l-impatt maħsub tal-miżuri bl-għan li l-bdiewa jiġu kkumpensati għat-telf ekonomiku;

(d)

l-azzjonijiet li ttieħdu biex jiġi vverifikat li jinkiseb l-impatt mixtieq tal-miżuri;

(e)

l-azzjonijiet li ttieħdu biex jiġu evitati d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-kumpens żejjed;

(f)

il-previżjoni għall-pagamenti tan-nefqa tal-Unjoni imqassma kull xahar sal-31 ta’ Jannar 2024;

(g)

il-livell ta’ appoġġ addizzjonali mogħti skont l-Artikolu 3(2);

(h)

l-azzjonijiet meħuda biex tiġi vverifikata l-eliġibbiltà tal-bdiewa u biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

2.   Sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju 2024, l-Istati Membri msemmija fl-Artikoli 1(1) u 2(1) għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ammonti totali li jkunu ħallsu għal kull miżura, fejn japplika mqassma skont l-għajnuna tal-Unjoni u l-għajnuna nazzjonali addizzjonali, l-għadd u t-tip ta’ benefiċjarji u l-valutazzjoni tal-effettività tal-miżura.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1225 tat-22 ta’ Ġunju 2023 dwar miżuri temporanji eċċezzjonali li jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jindirizzaw id-disturb tas-suq fis-settur tal-inbid f’ċerti Stati Membri u li jidderogaw mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 (ĠU L 160, 26.6.2023, p. 12).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/739 tal-4 ta’ April 2023 li jipprevedi miżura ta’ appoġġ ta’ emerġenza għas-setturi taċ-ċereali u taż-żrieragħ żejtnin fil-Bulgarija, fil-Polonja u fir-Rumanija (ĠU L 96, 5.4.2023, p. 80).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1343 tat-30 ta’ Ġunju 2023 li jipprevedi miżura ta’ appoġġ ta’ emerġenza għas-setturi taċ-ċereali u taż-żrieragħ żejtnin fil-Bulgarija, fl-Ungerija, fil-Polonja, fir-Rumanija u fis-Slovakkja (ĠU L 168, 3.7.2023, p. 22).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 95).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(9)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 tal-15 ta’ April 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-programmi ta’ appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (ĠU L 190, 15.7.2016, p. 1).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1150 tal-15 ta’ April 2016 li jistabbilixxi r-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta’ programmi nazzjonali ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid (ĠU L 190, 15.7.2016, p. 23).

(11)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tat-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, ġestjoni finanzjarja, approvazzjoni ta’ kontijiet, garanziji u użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).


17.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1466

tal-14 ta’ Lulju 2023

li jemenda l-Annessi V, XIV, XV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għan-Namibja, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, ta’ prodotti ġerminali tal-pollam, ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa u ta’ bajd u prodotti tal-bajd

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom biex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, jew it-territorji, jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(4)

B’mod iktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew it-territorji jew iż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, tal-konsenji ta’ pollam, ta’ prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fil-kontea ta’ Cumbria, l-Ingilterra (1), u fil-kontea ta’ Aberdeenshire, l-Iskozja (1), li ġew ikkonfermati fit-2 u fid-9 ta’ Lulju 2023 rispettivament permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit stabbilew żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(7)

Ir-Renju Unit issottometta informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu u l-miżuri li ħa biex jiġi evitat aktar tixrid tal-HPAI.

(8)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tqis li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni taħt restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, ta’ prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni jenħtieġ li jiġi sospiż, sabiex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni.

(9)

Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti pprovdew informazzjoni aġġornata fir-rigward tas-sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi fit-territorji tagħhom fir-rigward tal-HPAI li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(10)

B’mod partikolari, il-Kanada ssottomettiet informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha b’rabta ma’ 32 tifqigħa tal-HPAI fl-istabbilimenti tal-pollam fil-provinċji ta’ Alberta (6), British Columbia (11), Nova Scotia (1), Ontario (2), Quebec (6) u Saskatchewan (6), fil-Kanada li ġew ikkonfermati bejn l-14 ta’ April 2022 u s-6 ta’ Mejju 2023.

(11)

Barra minn hekk, ir-Renju Unit issottometta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu b’rabta ma’ tliet tifqigħat tal-HPAI fl-istabbilimenti tal-pollam fil-kontej ta’ Lincolnshire (2) u East Sussex (1) fl-Ingilterra, ir-Renju Unit li ġew ikkonfermati bejn is-17 ta’ Mejju 2023 u l-25 ta’ Mejju 2023.

(12)

Minbarra dan, l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom b’rabta ma’ tliet tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam fl-istati ta’ North Dakota, South Dakota u Tennessee, li ġew ikkonfermati bejn il-5 ta’ Jannar 2023 u d-19 ta’ April 2023.

(13)

Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti wkoll issottomettew informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara dawk it-tifqigħat ta’ dik il-marda, il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u lestew ukoll ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfettar wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati fit-territorji tagħhom.

(14)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Kanada, mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti. Il-Kummissjoni tqis li l-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti pprovdew garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjonijiet, ma għadhiex tirrappreżenta theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni, u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni tal-prodotti tal-pollam miż-żoni kkonċernati tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni.

(15)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti.

(16)

Barra minn hekk, peress li għal ħafna snin ma esportatx u mhi qed tippjana l-ebda esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ prodotti tal-pollam u l-prodotti ġerminali tagħhom, ta’ laħam frisk tar-ratiti, ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa u ta’ bajd u prodotti tal-bajd, in-Namibja talbet li titneħħa mil-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-prodotti stabbiliti fl-Annessi V, XIV, XV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Għalhekk, jenħtieġ li dawk l-Annessi jiġu emendati skont dan.

(17)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1226 (4) emenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 billi stabbilixxa data tal-ftuħ għaż-żona CA-2.187 li qabel kienet magħluqa, fl-entrati għall-Kanada. Instab żball wieħed fir-ringiela għal dik iż-żona fil-Parti 1 tal-Anness V li jenħtieġ tiġi kkoreġuta. Għalhekk dawk l-Annessi jenħtieġ li jiġu kkoreġuti skont dan.

(18)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI u t-talba li saret min-Namibja, l-emendi li għandhom isiru għall-Annessi V, XV, XIV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(19)

Il-korrezzjoni għall-entrata għall-Kanada fir-ringiela għaż-żona CA-2.187 fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li tapplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1226.

(20)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

L-Annessi V, XIV, XV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Parti I tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

L-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huwa kkoreġut f’konformità mal-Parti II tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-Parti II tal-Anness għal dan ir-Regolament għandu japplika mis-27 ta’ Ġunju 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1226 tat-22 ta’ Ġunju 2023 li jemenda l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għaċ-Ċilì u għar-Renju Unit fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (ĠU L 160, 26.6.2023, p. 19).


ANNESS

PARTI I

EMENDI GĦAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2021/404

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.22 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.22

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

14.4.2022

30.6.2023”

(ii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.48 u CA-2.49 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.48

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

29.4.2022

30.6.2023

CA-2.49

N, P1

 

2.5.2022

30.6.2023”

(iii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.55 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.55

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

3.5.2022

30.6.2023”

(iv)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.58 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.58

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

5.5.2022

30.6.2023”

(v)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.60 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.60

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

10.5.2022

30.6.2023”

(vi)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.62 u CA-2.63 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.62

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

12.5.2022

30.6.2023

CA-2.63

N, P1

 

13.5.2022

30.6.2023”

(vii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.66 u CA-2.67 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.66

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

22.5.2022

30.6.2023

CA-2.67

N, P1

 

26.5.2022

30.6.2023”

(viii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.69 u CA-2.70 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.69

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

4.6.2022

30.6.2023

CA-2.70

N, P1

 

4.6.2022

30.6.2023”

(ix)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.72 u CA-2.73 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.72

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

15.6.2022

30.6.2023

CA-2.73

N, P1

 

18.6.2022

30.6.2023”

(x)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.97 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.97

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

21.9.2022

30.6.2023”

(xi)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.101 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.101

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

26.9.2022

30.6.2023”

(xii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.104 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.104

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

28.9.2022

30.6.2023”

(xiii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.114 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.114

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

27.9.2022

2.7.2023”

(xiv)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.116 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.116

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

30.9.2022

30.6.2023”

(xv)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.126 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.126

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

13.10.2022

30.6.2023”

(xvi)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.138 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.138

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

26.10.2022

30.6.2023”

(xvii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.157 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.157

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

23.11.2022

30.6.2023”

(xviii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.168, CA-2.169 u CA-2.170 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.168

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

23.12.2022

30.6.2023

CA-2.169

N, P1

 

29.12.2022

30.6.2023

CA-2.170

N, P1

 

5.1.2023

30.6.2023”

(xix)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.175 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.175

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

3.3.2023

30.6.2023”

(xx)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.179 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.179

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

3.4.2023

6.7.2023”

(xxi)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.182 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.182

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

13.4.2023

30.6.2023”

(xxii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.184 u CA-2.185 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.184

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

17.4.2023

7.7.2023

CA-2.185

 

19.4.2023

30.6.2023”

(xxiii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.188 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.188

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

28.4.2023

30.6.2023”

(xxiv)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.190 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.190

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

6.5.2023

30.6.2023”

(xxv)

l-entrata għan-Namibja titħassar;

(xxvi)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.303, GB-2.304 u GB-2.305 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.303

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

16.5.2023

28.6.2023

GB-2.304

N, P1

 

18.5.2023

26.6.2023

GB-2.305

N, P1

 

24.5.2023

28.6.2023”

(xxvii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.306 u GB-2.307 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.305:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.306

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

2.7.2023

 

GB-2.307

 

9.7.2023”

 

(xxviii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.399 hija sostitwita b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.399

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

5.1.2023

10.6.2023”

(xxix)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.403 hija sostitwita b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.403

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

20.1.2023

12.6.2023”

(xxx)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.455 hija sostitwita b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.455

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

19.4.2023

18.6.2023”

(b)

fil-Parti 2, l-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjoni li ġejja għaż-żoni GB-2.306 u GB-2.307 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.305:

“Ir-Renju Unit

GB-2.306

qrib Bootle, Copeland, Cumbria, l-Ingilterra, GB

Iż-żona li tinsab fiċ-ċirku ta’ raġġ ta’ 10 km, iċċentrat fuq il-koordinati deċimali WGS84 Lat: N54.27 u Long: W3.38

GB-2.307

qrib Banff, Aberdeenshire, l-Iskozja, GB

Iż-żona li tinsab fiċ-ċirku ta’ raġġ ta’ 10 km, iċċentrat fuq il-koordinati deċimali WGS84 Lat: N57.64 u Long: W2.57”

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.22 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.22

POU, RAT

N, P1

 

14.4.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

14.4.2022

30.6.2023”

(ii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.48 u CA-2.49 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.48

POU, RAT

N, P1

 

29.4.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

29.4.2022

30.6.2023

CA-2.49

POU, RAT

N, P1

 

2.5.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

2.5.2022

30.6.2023”

(iii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.55 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.55

POU, RAT

N, P1

 

3.5.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

3.5.2022

30.6.2023”

(iv)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.58 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.58

POU, RAT

N, P1

 

5.5.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

5.5.2022

30.6.2023”

(v)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.60 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.60

POU, RAT

N, P1

 

10.5.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

10.5.2022

30.6.2023”

(vi)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.62 u CA-2.63 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.62

POU, RAT

N, P1

 

12.5.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

12.5.2022

30.6.2023

CA-2.63

POU, RAT

N, P1

 

13.5.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

13.5.2022

30.6.2023”

(vii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.66 u CA-2.67 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.66

POU, RAT

N, P1

 

22.5.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

22.5.2022

30.6.2023

CA-2.67

POU, RAT

N, P1

 

26.5.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

26.5.2022

30.6.2023”

(viii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.69 u CA-2.70 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.69

POU, RAT

N, P1

 

4.6.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

4.6.2022

30.6.2023

CA-2.70

POU, RAT

N, P1

 

4.6.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

4.6.2022

30.6.2023”

(ix)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.72 u CA-2.73 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.72

POU, RAT

N, P1

 

15.6.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

15.6.2022

30.6.2023

CA-2.73

POU, RAT

N, P1

 

18.6.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

18.6.2022

30.6.2023”

(x)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.97 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.97

POU, RAT

N, P1

 

21.9.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

21.9.2022

30.6.2023”

(xi)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.101 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.101

POU, RAT

N, P1

 

26.9.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

26.9.2022

30.6.2023”

(xii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.104 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.104

POU, RAT

N, P1

 

28.9.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

28.9.2022

30.6.2023”

(xiii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.114 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.114

POU, RAT

N, P1

 

27.9.2022

2.7.2023

GBM

P1

 

27.9.2022

2.7.2023”

(xiv)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.116 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.116

POU, RAT

N, P1

 

30.9.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

30.9.2022

30.6.2023”

(xv)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.126 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.126

POU, RAT

N, P1

 

13.10.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

13.10.2022

30.6.2023”

(xvi)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.138 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.138

POU, RAT

N, P1

 

26.10.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

26.10.2022

30.6.2023”

(xvii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.157 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.157

POU, RAT

N, P1

 

23.11.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

23.11.2022

30.6.2023”

(xviii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.168, CA-2.169 u CA-2.170 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.168

POU, RAT

N, P1

 

23.12.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

23.12.2022

30.6.2023

CA-2.169

POU, RAT

N, P1

 

29.12.2022

30.6.2023

GBM

P1

 

29.12.2022

30.6.2023

CA-2.170

POU, RAT

N, P1

 

5.1.2023

30.6.2023

GBM

P1

 

5.1.2023

30.6.2023”

(xix)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.175 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.175

POU, RAT

N, P1

 

3.3.2023

30.6.2023

GBM

P1

 

3.3.2023

30.6.2023”

(xx)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.179 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.179

POU, RAT

N, P1

 

3.4.2023

6.7.2023

GBM

P1

 

3.4.2023

6.7.2023”

(xxi)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.182 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.182

POU, RAT

N, P1

 

13.4.2023

30.6.2023

GBM

P1

 

13.4.2023

30.6.2023”

(xxii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.184 u CA-2.185 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.184

POU, RAT

N, P1

 

17.4.2023

7.7.2023

GBM

P1

 

17.4.2023

7.7.2023

CA-2.185

POU, RAT

N, P1

 

19.4.2023

30.6.2023

GBM

P1

 

19.4.2023

30.6.2023”

(xxiii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.188 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.188

POU, RAT

N, P1

 

28.4.2023

30.6.2023

GBM

P1

 

28.4.2023

30.6.2023”

(xxiv)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.190 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.190

POU, RAT

N, P1

 

6.5.2023

30.6.2023

GBM

P1

 

6.5.2023

30.6.2023”

(xxv)

l-entrata għan-Namibja titħassar;

(xxvi)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.303, GB-2.304 u GB-2.305 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.303

POU, RAT

N, P1

 

16.5.2023

28.6.2023

GBM

P1

 

16.5.2023

28.6.2023

GB-2.304

POU, RAT

N, P1

 

18.5.2023

26.6.2023

GBM

P1

 

18.5.2023

26.6.2023

GB-2.305

POU, RAT

N, P1

 

24.5.2023

28.6.2023

GBM

P1

 

24.5.2023

28.6.2023”

(xxvii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.306 u GB-2.307 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.305:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.306

POU, RAT

N, P1

 

2.7.2023

 

GBM

P1

 

2.7.2023

 

GB-2.307

POU, RAT

N, P1

 

9.7.2023

 

GBM

P1

 

9.7.2023”

 

(xxviii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.399 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.399

POU, RAT

N, P1

 

5.1.2023

10.6.2023

GBM

P1

 

5.1.2023

10.6.2023”

(xxix)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.403 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.403

POU, RAT

N, P1

 

20.1.2023

12.6.2023

GBM

P1

 

20.1.2023

12.6.2023”

(xxx)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.455 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.455

POU, RAT

N, P1

 

19.4.2023

18.6.2023

GBM

P1

 

19.4.2023

18.6.2023”

(3)

L-Anness XV huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima A, l-entrata għan-Namibja hija sostitwita b’dan li ġej:

MHUX APPLIKABBLI

In-Namibja

NA-0

B

B

B

B

B

B

B

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST”

 

(b)

fil-Parti 1, it-Taqsima B, l-entrata għan-Namibja hija sostitwita b’dan li ġej:

MHUX APPLIKABBLI

In-Namibja

NA-0

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST”

 

NA-1

E

E

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST”

 

(4)

fl-Anness XIX, fil-Parti 1, l-entrata għan-Namibja titħassar.

PARTI II

KORREZZJONI TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2021/404

Fil-Parti 1 tat-Taqsima B tal-Anness V, fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.187 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.187

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

18.4.2023

14.6.2023”


DEĊIŻJONIJIET

17.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/41


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1467

tal-14 ta’ Lulju 2023

li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1).

(2)

Il-Kunsill jibqa’ mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja. Wara aktar minn deċennju, il-kunflitt fis-Sirja għadu ’l bogħod milli jintemm u għadu sors ta’ tbatija u instabbiltà. It-terremot traġiku tas-6 ta’ Frar 2023 ikompli jżid it-tbatija tal-popolazzjoni Sirjana.

(3)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-9 ta’ Frar 2023, il-Kunsill Ewropew offra l-kondoljanzi profondi tiegħu lill-vittmi tat-terremot traġiku tas-6 ta’ Frar 2023 u esprima s-solidarjetà tiegħu mal-poplu tat-Turkija u s-Sirja. Il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid li l-Unjoni tinsab lesta li tipprovdi aktar assistenza biex ittaffi t-tbatija fir-reġjuni affettwati kollha. Huwa appella lil kulħadd biex jiżgura l-aċċess umanitarju għall-vittmi tat-terremot fis-Sirja irrispettivament minn fejn jinsabu u appella lill-komunità umanitarja, taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti, biex tiżgura t-twassil rapidu tal-għajnuna.

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-azzjoni umanitarja tal-UE: sfidi ġodda, l-istess prinċipji”, il-Kunsill afferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jevita u fejn ma jistax jagħmel dan, itaffi kemm jista’ jkun kwalunkwe impatt negattiv potenzjali mhux intenzjonat tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni fuq azzjoni umanitarja msejsa fuq il-prinċipji. Il-Kunsill tenna li l-miżuri restrittivi tal-Unjoni jikkonformaw mal-obbligi kollha skont id-dritt internazzjonali, b’mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar ir-refuġjati. Huwa ssottolinja l-importanza li l-prinċipji umanitarji u d-dritt umanitarju internazzjonali jiġu rispettati b’mod sħiħ fil-politika ta’ sanzjonijiet tal-Unjoni, inkluż permezz tal-inklużjoni konsistenti ta’ eċċezzjonijiet umanitarji fir-reġimi ta’ miżuri restrittivi fejn rilevanti, u billi jiġi żgurat li jkun hemm qafas effettiv biex jintuża f’dawn l-eċċezzjonijiet minn organizzazzjonijiet umanitarji.

(5)

Il-Kunsill ifakkar li l-miżuri restrittivi tal-Unjoni, inkluż dawk adottati fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, mhumiex maħsuba biex jostakolaw u lanqas jimpedixxu l-provvista ta’ għajnuna umanitarja, inkluż l-assistenza medika. Il-maġġoranza tas-setturi – inkluż l-ikel, il-mediċini, u t-tagħmir mediku – mhumiex fil-mira tal-miżuri restrittivi adottati fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja. Barra minn hekk, fir-rigward ta’ miżuri individwali, diġà hemm eċċezzjonijiet fis-seħħ li jippermettu li fondi u riżorsi ekonomiċi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-persuni u l-entitajiet iddeżinjati, meta tali fondi u riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa biss għall-fini ta’ għoti tal-għajnuna umanitarja fis-Sirja jew tal-assistenza lill-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. F’ċerti każijiet, hija meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti.

(6)

Fit-23 ta’ Frar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/408 (2), li introduċiet eżenzjoni għall-iffriżar tal-assi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi u l-entitajiet iddeżinjati, u għar-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi lilhom, għall-benefiċċju ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ċerti kategoriji definiti ta’ atturi involuti fl-attivitajiet umanitarji. Il-Kunsill iddeċieda li din l-eżenzjoni, li ma teħtieġx awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti, kellha tapplika għal perjodu inizjali ta’ sitt xhur, jiġifieri sal-24 ta’ Awwissu 2023.

(7)

Fid-dawl tal-gravità tal-kriżi umanitarja fis-Sirja, u bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-twassil rapidu tal-għajnuna, huwa xieraq li din l-eżenzjoni tiġi estiża sal-24 ta’ Frar 2024.

(8)

Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri f’din id-Deċiżjoni.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 28a(1) tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, id-data “24 ta’ Awwissu 2023” hija sostitwita b’“24 ta’ Frar 2024”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

N. CALVIÑO SANTAMARÍA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/408 tat-23 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 56 I, 23.2.2023, p. 4).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

17.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/43


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1468

tal-10 ta’ Mejju 2023

dwar rekwiżiti volontarji tal-prestazzjoni tal-UE għal tagħmir għad-detezzjoni tal-metall użat fi spazji pubbliċi (barra l-avjazzjoni)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Ħlief għall-qasam tal-avjazzjoni ċivili, id-dritt tal-Unjoni ma tipprevedix, fil-preżent, rekwiżiti ta’ prestazzjoni armonizzati għat-tagħmir għad-detezzjoni tal-metall użat għad-detezzjoni fi spazji pubbliċi. Tali rekwiżiti jvarjaw bejn l-Istati Membri, u dan iwassal għal livelli irregolari u mhux dejjem għoljin biżżejjed ta’ protezzjoni kontra t-theddid għas-sigurtà għall-pubbliku ġenerali. It-terroristi u kriminali oħra jistgħu jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet li jirriżultaw, inkluż biex iwettqu attakki jew attivitajiet kriminali oħra fl-Istati Membri b’livell aktar baxx ta’ sigurtà fl-ispazji pubbliċi.

(2)

L-attakki terroristiċi mwettqa madwar l-Unjoni f’dawn l-aħħar snin seħħew b’mod predominanti fi spazji pubbliċi, u kienu immirati lejn membri tal-pubbliku ġenerali. Sabiex jingħata kontribut għal livell għoli biżżejjed ta’ protezzjoni kontra t-theddid għas-sigurtà fl-ispazji pubbliċi madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-prestazzjoni volontarja għat-tagħmir tad-detezzjoni tal-metall fil-livell tal-Unjoni.

(3)

It-tagħmir għad-detezzjoni, inkluż it-tagħmir għad-detezzjoni tal-metall, użat fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili huwa soġġett għal rekwiżiti dettaljati stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005 (1). Dawk ir-rekwiżiti huma definiti sew u joffru livell għoli ta’ protezzjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili. Għalhekk, dak il-qasam jenħtieġ li ma jkunx kopert minn din ir-Rakkomandazzjoni. Barra minn hekk, fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li jiġi ċċarat li din ir-Rakkomandazzjoni jenħtieġ li ma taffettwax l-atti tad-dritt tal-Unjoni li jirregolaw l-aspetti tas-sikurezza tat-tagħmir għad-detezzjoni tal-metall.

(4)

Fl-Aġenda Kontra t-Terroriżmu għall-UE (2), il-Kummissjoni impenjat ruħha li tappoġġa l-iżvilupp ta’ rekwiżiti volontarji tal-UE għal teknoloġiji għad-detezzjoni biex jiġi żgurat li dawn jidentifikaw it-theddid li jeħtieġ li jiġi identifikat filwaqt li tiġi ppreservata l-mobbiltà tan-nies. B’segwitu għal dak l-impenn, il-Kummissjoni stabbiliet il-Grupp ta’ Ħidma Tekniku dwar ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni tad-detezzjoni, magħmul minn esperti tal-Istati Membri, manifatturi u uffiċjali minn għadd ta’ servizzi tal-Kummissjoni, u talbitu jassisti fl-iżvilupp ta’ rekwiżiti volontarji ta’ prestazzjoni tal-UE għat-tagħmir għad-detezzjoni tal-metall fil-livell tal-Unjoni. Din ir-Rakkomandazzjoni, u b’mod partikolari r-rekwiżiti volontarji li jinsabu fiha relatati mad-dokumentazzjoni tal-prodott u l-prestazzjoni għad-detezzjoni tal-metall, hija bbażata fuq il-ħidma preparatorja mwettqa minn dak il-grupp ta’ ħidma.

(5)

Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jużaw ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni volontarji tal-UE fl-akkwist pubbliku ta’ tagħmir għad-detezzjoni tal-metall maħsub biex jintuża fi spazji pubbliċi.

(6)

Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux meħtieġa jakkwistaw jew jużaw ċertu tagħmir partikolari għad-detezzjoni tal-metall fi spazji pubbliċi. Id-deċiżjonijiet dwar liema tagħmir għad-detezzjoni tal-metall għandu jinxtara jew jintuża fi spazju pubbliku partikolari jenħtieġ li jkomplu jittieħdu esklużivament mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Ir-rekwiżiti volontarji tal-prestazzjoni tal-UE jenħtieġ li jintużaw fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ akkwist tal-Istati Membri biex jikkontribwixxu għall-kisba ta’ livell għoli ta’ prestazzjoni tad-detezzjoni permezz ta’ tagħmir għad-detezzjoni tal-metall użat mill-Istati Membri fi spazji pubbliċi madwar l-Unjoni.

(7)

Ir-rekwiżiti volontarji tal-prestazzjoni tal-UE jenħtieġ li jistabbilixxu diversi standards li jikkorrispondu għal tipi differenti ta’ applikazzjoni tat-tagħmir għad-detezzjoni tal-metall kopert. L-aktar standard baxx jikkonċerna tagħmir bħal dan b’sensittività aktar baxxa li huwa maħsub għall-applikazzjoni f’żoni ta’ tranżitu tal-massa jew f’żoni kbar fejn jinġabru folol, fejn armi speċjalment perikolużi jeħtieġ li jiġu individwati iżda fejn ikun meħtieġ fluss għoli ta’ persuni u l-oġġetti tagħhom u rati baxxi ta’ allarm ta’ fastidju. L-ogħla standard jikkonċerna tagħmir bħal dan b’sensittività ogħla, li huwa maħsub għall-applikazzjoni fejn anke l-iżgħar theddid jeħtieġ li jiġi identifikat, u fejn tista’ tiġi akkomodata rata baxxa ta’ fluss.

(8)

Jenħtieġ li r-rekwiżiti volontarji tal-prestazzjoni tal-UE ma jinftehmux li huma maħsuba biex jissostitwixxu l-istandards ta’ prestazzjoni nazzjonali għat-tagħmir għad-detezzjoni tal-metall, fejn jeżistu standards nazzjonali bħal dawn. B’mod partikolari, l-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi li japplikaw, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, rekwiżiti ta’ prestazzjoni aktar stretti għat-tagħmir għad-detezzjoni tal-metall użat fi spazji pubbliċi.

(9)

Jenħtieġ li din ir-Rakkomandazzjoni tinċentiva indirettament lill-manifatturi biex jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-produzzjoni futura ta’ tagħmir għad-detezzjoni tal-metall. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrikjedu fid-dokument tal-akkwist għat-tagħmir tad-detezzjoni tal-metall li jintuża għad-detezzjoni tat-theddid għas-sigurtà fi spazji pubbliċi li l-offerenti jinkludu fl-offerta d-dokumentazzjoni tal-prodott u d-dikjarazzjoni ta’ konformità abbażi tal-metodoloġija tal-manifattur stess biex tintwera l-konformità tat-tagħmir għad-detezzjoni tal-metall mar-rekwiżiti volontarji tal-prestazzjoni li jinsabu f’din ir-Rakkomandazzjoni.

(10)

L-użu ta’ tagħmir għad-detezzjoni tal-metall fi spazji pubbliċi jista’ joħloq sfidi mill-perspettiva tad-drittijiet għall-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali. Huwa ta’ importanza kruċjali fir-rigward tal-attivitajiet kollha marbuta ma’ tali użu, inkluż l-akkwist u t-tħaddim tat-tagħmir u kwalunkwe attività ta’ pproċessar sussegwenti, li tiġi limitata kemm jista’ jkun l-intrużività u, fi kwalunkwe każ, li tittieħed azzjoni f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(11)

B’kont meħud b’mod partikolari tal-iżviluppi teknoloġiċi rilevanti fil-qasam tad-detezzjoni ta’ theddid għas-sigurtà, ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni volontarja għal tagħmir għad-detezzjoni tal-metall jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rieżami u aġġustamenti fejn meħtieġ. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-grupp ta’ ħidma tekniku dwar ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni tad-detezzjoni, għalhekk se ssegwi mill-qrib l-iżviluppi teknoloġiċi u żviluppi rilevanti oħra u tivvaluta regolarment il-ħtieġa għal aġġustamenti ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

(12)

Fl-interess tal-effettività u t-trasparenza u, b’mod partikolari, fid-dawl tal-importanza li jiġi indirizzat it-theddid għas-sigurtà identifikat malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jagħtu effett lil din ir-Rakkomandazzjoni u jippreżentaw rapport dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli.

(13)

Abbażi ta’ dawk ir-rapporti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, wara perjodu ta’ żmien xieraq, il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni jenħtieġ li jiġi vvalutat, bil-ħsieb, fost l-oħrajn, li jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa atti legali tal-Unjoni b’saħħa vinkolanti dwar dan is-suġġett,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“tagħmir għad-detezzjoni tal-metall” tfisser apparat, li jikkonsisti jew minn detetturi tal-metall li jinżammu fl-idejn jew bokki għall-individwazzjoni tal-metall, iddisinjati biex jindividwaw il-preżenza ta’ metalli fuq persuni jew oġġetti bħala parti mill-kontrolli fiżiċi tas-sigurtà biex jiġu identifikati oġġetti ta’ interess li jistgħu jintużaw biex jikkawżaw theddid għas-sigurtà, bħal apparat splussiv, armi tan-nar u oġġetti li jaqtgħu;

(b)

“rekwiżiti tal-prestazzjoni għad-detezzjoni tal-metall” tfisser l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati mit-tagħmir għad-detezzjoni tal-metall, b’mod partikolari fir-rigward tar-riżultati li għandhom jinkisbu matul it-tħaddim tiegħu;

(c)

“dokumentazzjoni tal-prodott” tfisser id-dokumentazzjoni pprovduta jew fuq il-karta jew f’forma elettronika, jew it-tnejn, li jkun fiha informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni tat-tagħmir għad-detezzjoni tal-metall;

(d)

“spazji pubbliċi” tfisser kwalunkwe post fiżiku li huwa aċċessibbli għall-pubbliku, irrispettivament minn jekk jistgħux japplikaw ċerti kundizzjonijiet għall-aċċess;

(e)

“awtodikjarazzjoni ta’ konformità” tfisser dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni għad-detezzjoni tal-metall li tinħareġ mill-manifattur abbażi tal-metodoloġija tal-manifattur stess;

2.

Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrikjedu fid-dokument tal-akkwist għat-tagħmir għad-detezzjoni tal-metall li jintuża għad-detezzjoni ta’ theddid għas-sigurtà fi spazji pubbliċi, ħlief fil-qasam tal-avjazzjoni, li l-offerent jinkludi fl-offerta d-dokumentazzjoni tal-prodott li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness.

3.

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir għad-detezzjoni tal-metall li jakkwistaw għall-użu tad-detezzjoni tat-theddid għas-sigurtà fl-ispazji pubbliċi jikkonforma mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni tad-detezzjoni tal-metall stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Anness, ħlief meta jakkwistaw tali tagħmir għall-użu fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili.

4.

Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrikjedu fid-dokument tal-akkwist tat-tagħmir għad-detezzjoni tal-metall li jintuża għad-detezzjoni tat-theddid għas-sigurtà fl-ispazji pubbliċi li l-offerent jinkludi fl-offerta dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni li tinħareġ mill-manifattur, abbażi tal-metodoloġija tal-manifattur stess.

5.

Sal-10 ta’ Mejju 2024, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jagħtu effett lil din ir-Rakkomandazzjoni.

6.

Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħhom sal-10 ta’ Novembru 2024.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kummissjoni

Ylva JOHANSSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li fihom informazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 18, il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.

(2)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Aġenda Kontra t-Terroriżmu għall-UE: Antiċipazzjoni, Prevenzjoni, Protezzjoni, Rispons (COM(2020) 795 final).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1)

(4)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89)


ANNESS

Rekwiżiti tal-prestazzjoni tad-dokumentazzjoni tal-prodott u tat-tagħmir għall-individwazzjoni tal-metall

TAQSIMA 1: DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“apparat mediku attiv impjantabbli (active implantable medical device, AIMD)” tfisser apparat mediku li jaħdem bl-elettriku, li jista’ jiġi impjantat, jintlibes, jew it-tnejn, u li tipikament juża ċirkwiti elettroniċi, għall-monitoraġġ fiżjoloġiku tal-bniedem jew biex jipprovdi trattament mediku jew terapija, bħal mediċini jew stimulazzjoni elettrika;

(2)

“kunċett ta’ operazzjonijiet (concept of operations, CONOPS)” tfisser dokument li jiddeskrivi l-karatteristiċi tat-tagħmir u l-proċedura jew il-proċeduri għat-tħaddim korrett tiegħu;

(3)

“pjan tad-detettur” tfisser pjan immaġinarju (superfiċje bidimensjonali) li jgħaddi miċ-ċentru tar-reġjun tas-sensur tad-detettur tal-metall li jinżamm fl-idejn jew tal-bokka għall-individwazzjoni tal-metall li jkun parallel mal-pjan tal-element sensittiv tad-detettur tal-metall li jinżamm fl-idejn jew tal-bokka għall-individwazzjoni tal-metall, u li jaqsam ir-reġjun tas-sensur f’żewġ nofsijiet simmetriċi;

(4)

“proċedura ta’ żvestiment” tfisser proċedura li tirregola l-prattika li teħtieġ li oġġetti, inkluż kemm oġġetti kbar, bħal portmonijiet, basktijiet, backpacks u tipi oħra ta’ bagalji, u oġġetti iżgħar, bħal arloġġi tal-idejn, nuċċalijiet, ċinturini u ġojjellerija, li n-nies iġorru magħhom biex jitneħħew u jiġu spezzjonati separatament, bħal permezz tar-raġġi-X;

(5)

“detettur tal-metall li jinżamm fl-idejn (hand-held metal detector, HHMD)” tfisser tagħmir portabbli għall-individwazzjoni tal-metall iddisinjat biex jinżamm f’idejn il-persuna li tħaddimha, tipikament miżmuma minn id waħda;

(6)

“apparat splussiv improvviżat (improvised explosive device, IED)” tfisser bomba jew apparat splussiv simili mibni u użat b’modi oħra għajr f’azzjoni militari konvenzjonali;

(7)

“pjan ta’ kejl” tfisser pjan immaġinarju (superfiċje bidimensjonali) li fuqu jiġi ttestjat id-detettur tal-metall li jinżamm fl-idejn jew il-bokka għall-individwazzjoni tal-metall, li jkun parallel mal-pjan tad-detettur u li jkun referenzjat mill-pjan tad-detettur;

(8)

“rata ta’ allarm falz (nuisance alarm rate, NAR)” tfisser ir-rata ta’ allarm falz, jiġifieri, ir-rata ta’ allarmi fuq oġġetti ta’ metall li ma jagħmilx ħsara kkalkolata fuq l-għadd ta’ persuni li għaddew miż-żona ta’ identifikazzjoni ta’ bokka għall-individwazzjoni tal-metall;

(9)

“rata ta’ fluss” tfisser in-numru massimu ta’ persuni u l-oġġetti tagħhom li jistgħu jiġu skrinjati għal kull unità ta’ ħin, tipikament siegħa, u xorta waħda jkollhom allarm korrett dwar kwalunkwe oġġett tal-metall ta’ daqs xieraq skont is-sett tal-istandard tas-sigurtà;

(10)

“oġġett ta’ ttestjar” tfisser oġġett li jintuża biex tiġi ttestjata l-prestazzjoni ta’ detettur tal-metall li jinżamm fl-idejn jew bokka għall-individwazzjoni tal-metall, li jissimula l-proprjetajiet elettromanjetiċi ta’ oġġetti ta’ interess li jistgħu jintużaw biex jikkawżaw theddida għas-sigurtà, bħal arma jew oġġett li jista’ jintuża biex jinnewtralizza l-apparati ta’ sigurtà;

(11)

“standard tas-sigurtà” tfisser standard li jiddefinixxi s-sett tat-theddid kollu għas-sigurtà li jeħtieġ li jiġi identifikat, bil-miri tat-theddid ta’ referenza jkunu rappreżentattivi tas-sett;

(12)

“bokka għall-individwazzjoni tal-metall (walk-through metal detector, WTMD)” tfisser tagħmir stazzjonarju għad-detezzjoni tal-metall, tipikament imwaħħal b’mod permanenti f’post partikolari u mibni f’forma ta’ arkata;

(13)

“interferenza mekkanika” tfisser l-effett ikkawżat fuq il-prestazzjoni tat-tagħmir tad-detettur tal-metall minn strutturi jew oġġetti tal-metall stazzjonarji jew li jiċċaqilqu fil-qrib;

(14)

“L-istandard NIJ 0601.02” tfisser l-Istandard 0601.02 tal-Istitut Nazzjonali tal-Ġustizzja, ippubblikat minn Nicholas G. Paulter Jr., Walk-Through Metal Detectors for Use in Concealed Weapon and Contraband Detection - NIJ Standard 0601.02, Id-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti, l-Uffiċċju tal-Programmi tal-Ġustizzja, Istitut Nazzjonali tal-Ġustizzja, 2003;

(15)

“L-istandard NIJ 0602.02” tfisser l-Istandard 0602.02 tal-Istitut Nazzjonali tal-Ġustizzja, ippubblikat minn Nicholas G. Paulter Jr., Hand-Held Metal Detectors for Use in Concealed Weapon and Contraband Detection - NIJ Standard 0602.02, Id-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti, l-Uffiċċju tal-Programmi tal-Ġustizzja, Istitut Nazzjonali tal-Ġustizzja, 2003.

TAQSIMA 2: DOKUMENTAZZJONI TAL-PRODOTT

Id-dokumentazzjoni tal-prodott għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin, li japplikaw fir-rigward kemm tad-detetturi tal-metall li jinżammu fl-idejn (HHMD) kif ukoll il-bokok għall-individwazzjoni tal-metall (WTMD) sakemm ma jkunx indikat mod ieħor:

2.1   Dimensjonijiet fiżiċi tat-tagħmir għall-individwazzjoni tal-metall

Id-daqs kumplessiv tal-HHMD għandu jiġi espress bħala tul (L) x wisa’ (W) x għoli (H) f’millimetri (mm).

Id-daqs intern tal-passaġġ u d-daqs estern kumplessiv tad-WTMD għandhom jiġu espressi bħala tul (L) x wisa’ (W) x għoli (H) f’millimetri (mm).

2.2   Piż tat-tagħmir għad-detezzjoni tal-metall

Il-piż kumplessiv tal-HHMD (inkluż il-batterija) u tad-WTMD għandu jiġi espress fi grammi (g) u kilogrammi (kg), rispettivament.

2.3   Provvista tal-enerġija

L-indikazzjoni dwar il-provvista tal-enerġija għandha tinkludi, meta jkun applikabbli, informazzjoni dwar il-vultaġġ tal-kurrent alternanti (VAC), il-frekwenza (Hz), il-kurrent f’amperes (A), u l-enerġija f’watt (W).

It-tolleranza għandha tiġi espressa f’perċentwali (%).

2.4   Batterija

Għandu jiġi indikat jekk tkunx inkluża provvista ta’ enerġija ta’ riżerva (jiġifieri batterija) għad-WTMD. Jekk iva, it-tul tal-ħajja tal-batterija għandu jiġi espress f’sigħat (h).

L-HHMD għandu jinkludi indikatur tal-livell baxx tal-batterija. It-tul tal-ħajja tal-batterija għandu jiġi espress f’sigħat (h);

2.5   Klassifikazzjoni tal-IP

Il-klassifikazzjoni tal-Protezzjoni tal-Ingress (IP) skont EN 60529 għandha tiġi rrapportata.

2.6   Ambjent operattiv

It-temperatura operattiva għandha tiġi espressa fi gradi Celsius (°C);

It-temperatura tal-ħżin għandha tiġi espressa fi gradi Celsius (°C);

L-umdità għandha tiġi espressa fil-firxa f’% (mingħajr kondensazzjoni).

Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-miżuri meħtieġa biex tiġi evitata interferenza elettromanjetika avversa, bħad-distanza rrakkomandata minn unità għal unità f’metri (m).

2.7   Allarmi żonali/pożizzjonali (għad-WTMD)

L-informazzjoni dwar in-numru ta’ żoni ta’ detezzjoni u l-pożizzjoni tagħhom taħt il-portal tad-WTMD għandha tiġi pprovduta bħala parti mid-dokumentazzjoni tal-prodott.

2.8   Rekwiżiti għall-immarkar CE

Id-dokumentazzjoni tal-prodott għandu jkun fiha informazzjoni li turi l-konformità tat-tagħmir għad-detezzjoni tal-metall mar-rekwiżiti tal-marka CE tal-UE. Hija r-responsabbiltà tal-manifatturi li jiddeterminaw liema regoli japplikaw għall-prodotti tagħhom. Id-dispożizzjonijiet rilevanti jistgħu jinkludu, pereżempju:

(a)

Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1);

(b)

Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (2);

(c)

Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (3);

(d)

Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (4).

2.9   Ħtiġijiet tas-sigurtà ġenerali

Id-dokumentazzjoni tal-prodott għandu jkun fiha informazzjoni li turi li l-istandards u n-normi ta’ referenza kollha li jiżguraw li t-tagħmir għad-detezzjoni tal-metall jista’ jintuża b’mod sikur, kemm għall-persuni skrinjati kif ukoll għall-persuni li jħaddmu t-tagħmir, huma rrispettati. Dawk l-istandards u n-normi ta’ referenza jinkludu dan li ġej, fl-aħħar edizzjoni approvata tagħhom:

(a)

Standards għal apparat mediku attiv impjantabbli (AIMDs)

EN 50527-1: Proċedura għall-valutazzjoni tal-esponiment għal kampi elettromanjetiċi ta’ ħaddiema li jkollhom apparat mediku attiv impjantabbli – Parti 1: Ġenerali

EN 50527-2-x: Proċedura għall-valutazzjoni tal-esponiment għal kampi elettromanjetiċi ta’ ħaddiema li jkollhom apparat mediku attiv impjantabbli

Parti 2.1: Valutazzjoni speċifika għall-ħaddiema b’pacemakers kardijaċi

Parti 2.2: Valutazzjoni speċifika għall-ħaddiema b’defibrillaturi kardijaċi (ICDs)

Parti 2.3: Valutazzjoni speċifika għall-ħaddiema b’newrostimulaturi impjantabbli

EN ISO 14708-X: Impjanti għall-kirurġija – Apparat mediku attiv impjantabbli

Parti 2: Pacemakers kardijaċi

Parti 3: Newrostimulaturi impjantabbli

Parti 4: Pompi ta’ infużjonijiet impjantabbli

Parti 5: Apparati ta’ appoġġ għaċ-ċirkolazzjoni

Parti 6: Rekwiżiti partikolari għal apparati mediċi attivi impjantabbli maħsuba biex jikkuraw it-takiarritmija (inkluż defibrillaturi impjantabbli)

Parti 7: Rekwiżiti partikolari għal sistemi ta’ impjanti kokleari u taz-zokk ċerebrali għas-smigħ

(b)

Standards għall-esponiment tal-bniedem:

EN 50364: Limitazzjoni tal-espożizzjoni umana għal kampi elettromanjetiċi prodotti minn tagħmir li jopera fil-medda ta’ frekwenza ta’ bejn 0 Hz u 300 GHz, użati f’sistemi elettroniċi għal sorveljanza elettronika (Electronic Article Surveillance, EAS), f’sistemi ta’ identifikazzjoni tal-frekwenzi tar-radju (Radio Frequency Identification, RFID) u f’applikazzjonijiet simili

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni tal-espożizzjoni tal-pubbliku ġenerali għall-kampi elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz)

Id-Direttiva 2013/35/UE dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi);

2.10   Kunċett tal-operazzjonijiet

Il-kunċett tal-operazzjonijiet (Concept of operations, CONOPS) għandu jiġi pprovdut bħala parti mid-dokumentazzjoni tal-prodott. Jekk CONOPS differenti jkunu assoċjati ma’ standards ta’ sigurtà differenti, dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar.

TAQSIMA 3: REKWIŻITI TAL-PRESTAZZJONI TAD-DETEZZJONI TAL-METALL

It-tagħmir għall-individwazzjoni tal-metall għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin dwar il-prestazzjoni tad-detezzjoni tal-metall:

3.1   Standards tas-sigurtà

It-tagħmir għall-individwazzjoni tal-metall għandu jiġi ssettjat skont l-istandards tas-sigurtà xierqa minn fost il-ħames standards li ġejjin:

3.1.1   Standard 1 (għad-WTMD)

Dan l-istandard huwa maħsub għall-applikazzjoni fejn ikun meħtieġ li jiġu individwati armi perikolużi iżda fejn ikunu meħtieġa fluss għoli u rata baxxa ta’ allarmi foloz. L-applikazzjonijiet jinkludu t-tranżitu tal-massa u żoni kbar ta’ ġbir.

Il-miri tat-theddid li jappartjenu għal din il-kategorija għandhom jinkludu azzarini awtomatiċi, machine guns u IEDs magħmulin minn kukers tal-pressjoni, bħal azzarini tal-assalt (bil-magazzin jew mingħajru), AK47, Beretta M12, Colt AR-15, housing tal-pipe bomb (80 x 300) mm, u IEDs magħmulin minn kukers tal-pressjoni tal-azzar inossidabbli u tal-aluminju tal-4 litri u oġġetti ta’ daqs simili.

Oġġetti ta’ ttestjar li jissimulaw oġġetti kbar ħafna ta’ interess għandhom jintużaw għal din il-kategorija. Proċeduri ta’ żvestiment ma għandhomx ikunu meħtieġa u bagalji, basktijiet jew backpacks jistgħu jinġarru.

3.1.2   Standard 2 (għad-WTMD)

Il-miri tat-theddid li jappartjenu għal din il-kategorija għandhom ikunu xkubetti tal-idejn ta’ daqs medju (eż. Glock 17), u oġġetti ta’ daqs simili.

Oġġetti ta’ ttestjar li jissimulaw oġġetti kbar ta’ interess għandhom jintużaw għal din il-kategorija, inkluż pistoli tal-idejn ta’ daqs sħiħ kif deskritt fit-taqsima 4.6, livell ta’ sigurtà 2, biċċa tat-test AM7, tal-istandard tal-Istitut Nazzjonali tal-Infurzar tal-Liġi u l-Ġustizzja Kriminali (National Institute of Law Enforcement and Criminal Justice, NILECJ) għal “bokka għall-individwazzjoni tal-metall għall-użu fid-detezzjoni tal-armi,” (NILECJ-STD-0601.00).

Proċeduri ta’ żvestiment m’għandhomx ikunu meħtieġa u basktijiet żgħar jew backpacks jistgħu jinġarru.

3.1.3   Standard 3

Il-miri tat-theddid li jappartjenu għal din il-kategorija għandhom ikunu pistoli żgħar tal-idejn, minn armi tan-nar kompatti sa żgħar biżżejjed li joqogħdu fil-but, u oġġetti ta’ daqs simili.

Oġġetti ta’ ttestjar li jissimulaw oġġetti ta’ daqs medju ta’ interess għandhom jintużaw għal din il-kategorija, inkluż pistoli tal-idejn mibnija minn metall ferromanjetiku jew mhux ferromanjetiku kif deskritt fit-taqsima 5.1 tal-Istandard 0601.02 tal-NIJ jew l-Istandard 0602.02 tal-NIJ. Repliki u tpinġijiet mekkaniċi huma inklużi fl-Istandard 0601.02 tal-NIJ l-Istandard 0602.02 tal-NIJ.

Għandhom ikunu meħtieġa proċeduri ta’ żvestiment. L-oġġetti kollha tal-metall għandhom jiġu żvestiti ħlief kartieri, arloġġi tal-idejn, ċinturini, żraben u ġojjellerija żgħira.

3.1.4   Standard 4

Il-miri tat-theddid li jappartjenu għal din il-kategorija għandhom ikunu skieken b’tul ta’ xafra ta’ aktar minn 7.5 cm, u oġġetti ta’ daqs simili.

Oġġetti ta’ ttestjar li jissimulaw oġġetti żgħar ta’ interess għandhom jintużaw għal din il-kategorija, inkluż skieken li jkollhom xfafar ta’ tul ta’ aktar minn 7.5 cm magħmula minn metall ferromanjetiku jew mhux ferromanjetiku kif deskritt fit-taqsima 5.2 tal-Istandard 0601.02 tal-NIJ jew l-Istandard 0602.02 tal-NIJ. Repliki u tpinġijiet mekkaniċi huma inklużi fl-Istandard 0601.02 tal-NIJ u l-Istandard 0602.02 tal-NIJ.

Għandhom ikunu meħtieġa proċeduri ta’ żvestiment. L-oġġetti tal-metall kollha għandhom jiġu żvestiti, ħlief arloġġi tal-idejn żgħar, u ċinturini żgħar.

3.1.5   Standard 5

Oġġetti ta’ theddid li jappartjenu għal din il-kategorija għandhom ikunu armi żgħar u jinkludu pereżempju, skieken tal-azzar inossidabbli, ċwievet tal-manetti, ponot tat-turnavit, projettili ta’ kalibru żgħir, u oġġetti ta’ daqs simili.

Oġġetti ta’ ttestjar li jissimulaw oġġetti żgħar ħafna ta’ interess għandhom jintużaw għal din il-kategorija, inkluż armi żgħar moħbija fuq il-persuna li huma magħmula minn metall ferromanjetiku jew mhux ferromanjetiku kif deskritt fit-taqsima 5.3 tal-Istandard 0601.02 tal-NIJ jew l-Istandard 0602.02 tal-NIJ. Repliki u tpinġijiet mekkaniċi huma inklużi fl-Istandard 0601.02 tal-NIJ u fl-Istandard 0602.02 tal-NIJ

Għandhom ikunu meħtieġa proċeduri ta’ żvestiment. L-oġġetti metalliċi kollha għandhom jiġu żvestiti.

3.2   Sensittività għall-identifikazzjoni

It-tagħmir ta’ detezzjoni tal-metall għandu jidentifika oġġetti ta’ interess li jistgħu jintużaw biex jikkawżaw theddid għas-sigurtà, li jinġarru fuq persuna jew f’borża li tintlibes, tinġarr, jew tinġibed, indipendentement mill-orjentazzjoni, it-trajettorja u t-tranżitu tagħhom, jew il-veloċità taċ-ċaqliq tagħhom.

Is-sensittività ta’ detezzjoni ta’ dak it-tagħmir tista’ tvarja skont l-istandard issodisfat mit-tagħmir deskritt fit-taqsima 3.1 ta’ dan l-Anness. L-istandard 1 jeħtieġ tagħmir bl-aktar sensittività baxxa, filwaqt li l-istandard 5 jeħtieġ tagħmir bl-ogħla sensittività.

3.2.1   L-orjentament u l-veloċità (għall-HHMD)

L-HHMD għandu jindividwa l-oġġett tat-test rappreżentattiv għal standard tas-sigurtà partikolari pożizzjonat fil-pjan(i) tal-kejl xieraq(xierqa) għal kull orjentazzjoni permessa billi jċaqlaq id-detettur b’veloċità ta’ bejn 0.05 u 2.0 m/s, kif deskritt fl-Istandard 0602.02 tal-NIJ.

3.2.2   Orjentazzjoni, trajettorja u veloċità ta’ tranżitu (għad-WTMD)

Is-sett minimu ta’ orjentazzjonijiet ortogonali li għandhom jintużaw għall-ittestjar tas-sensittività tad-WTMD huwa deskritt fi “Standard Practice for Performance Evaluation of In-Plant Walk-Through Metal Detectors” C1309 – 97 (2021) tal-ASTM International.

Id-WTMD għandu jidentifika l-oġġett tat-test rappreżentattiv għal standard ta’ sigurtà partikolari f’ċerti pożizzjonijiet tat-trajettorja kif deskritt fl-Istandard 0601.02 tal-NIJ.

Il-pożizzjonijiet kollha fejn l-oġġett tat-test, minħabba d-daqs u l-orjentazzjoni tiegħu, ma jkunx joqgħod kompletament mal-portal tad-detettur jew li jikkawża li xi parti mill-oġġett tat-test testendi ’l fuq mill-għoli massimu taż-żoni ta’ detezzjoni għandhom jinqabżu.

Il-veloċità medja ta’ tranżitu tal-oġġett tat-test meta jiġi ttestjat għandha tkun il-pass normali tal-mixi (0.5 m/s – 1.3 m/s).

3.3   Ripetibbiltà

Ir-ripetibbiltà tal-individwazzjoni għandha tiġi żgurata mis-sistema ta’ kwalità tal-manifattur u billi jiġu ttestjati unitajiet differenti ta’ tagħmir tal-individwazzjoni tal-metall f’subsett ta’ pożizzjonijiet.

3.4   Diskriminazzjoni fil-metall (għad-WTMD)

L-ispeċifikazzjonijiet tad-diskriminazzjoni fil-metall għad-WTMD għandhom jirrikjedu li l-allarmi tad-WTMD jissenjalaw l-oġġett xieraq u mhux oġġett innokwu. Id-diskriminazzjoni għandha tiġi evalwata bl-ittestjar tad-WTMD f’ambjent reali ladarba l-prestazzjonijiet tad-detezzjoni jkunu ġew ivvalidati għall-istandard speċifiku tas-sigurtà. Jistgħu jkunu meħtieġa proċeduri xierqa ta’ żvestiment skont l-istandard ta’ sigurtà li jkun qed jiġi evalwat. Sabiex tiġi vvalutata d-diskriminazzjoni, għandu jingħadd il-proporzjon ta’ allarm/tranżiti totali fuq għadd ta’ persuni li jgħaddu mid-WTMD. In-numru ta’ persuni li huwa meħtieġ għal dan l-istħarriġ statistiku għandu jkun mill-inqas elf.

3.5   Veloċità tal-fluss u rata ta’ allarm falz (għad-WTMD)

Il-ħin tal-iskrinjar tad-WTMD għal kull persuna għandu jkun inqas minn 2 sekondi. Ir-rata ta’ allarm falz (NAR) għandha tkun inqas minn 5 % wara l-proċeduri ta’ żvestiment deskritti fit-taqsima 3.1 ta’ dan l-Anness.

3.6   Interferenza mekkanika

Id-detettur ma għandux jissenjala meta jiġi aġġustat biex isib l-oġġett tat-test ta’ daqs xieraq.

3.7   Interferenza ta’ oġġetti multipli tal-metall (għad-WTMD)

Għad-WTMD, il-preżenza ta’ oġġetti tal-metall għajr il-miri ta’ theddid deskritti mill-istandard tas-sigurtà magħżul ma għandhiex taffettwa d-detezzjoni ta’ oġġett ta’ theddida meta jkun għaddej mill-portal.

3.8   Allarmi li jinstemgħu u li jidhru

It-tagħmir għall-individwazzjoni tal-metall għandu jiġi pprovdut b’allarm li jinstema’ u li jidher. L-allarm li jinstema’ għandu jkun jista’ jiġi nnutat f’medda ta’ metru għall-HHMD u f’medda ta’ 2 metri għad-WTMD. Għall-HHMD l-indikatur viżwali għandu juri li qed jaħdem u għad-WTMD għandu juri l-qawwa tas-sinjal identifikat.


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62.

(3)  ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79.

(4)  ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357.