ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 178

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
13 ta' Lulju 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1446 tat-12 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, sulfat tal-ammonju tal-aluminju, aluminium phosphide, silikat tal-aluminju, calcium carbide, cymoxanil, dodemorph, ethylene, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, flonicamid (IKI-220), gibberellic acid, gibberellins, alosulfuron-metil, hydrolysed proteins, sulfat tal-ħadid, magnesium phosphide, maltodestrina, metamitron, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, piretrini, sulcotrione, tebuconazole u urea ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1447 tat-12 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus pumilus QST 2808 u penflufen ( 1 )

7

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra ( ĠU L 442, 9.12.2021 )

10

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1446

tat-12 ta’ Lulju 2023

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, sulfat tal-ammonju tal-aluminju, aluminium phosphide, silikat tal-aluminju, calcium carbide, cymoxanil, dodemorph, ethylene, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, flonicamid (IKI-220), gibberellic acid, gibberellins, alosulfuron-metil, hydrolysed proteins, sulfat tal-ħadid, magnesium phosphide, maltodestrina, metamitron, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, piretrini, sulcotrione, tebuconazole u urea

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17, l-ewwel paragrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, sulfat tal-ammonju tal-aluminju, aluminium phosphide, silikat tal-aluminju, calcium carbide, cymoxanil, dodemorph, ethylene, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, flonicamid (IKI-220), gibberellic acid, gibberellins, alosulfuron-metil, hydrolysed proteins, sulfat tal-ħadid, magnesium phosphide, maltodestrina, metamitron, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, piretrini, sulcotrione, tebuconazole u urea huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2).

(2)

Skont l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE (3) jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. Is-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma elenkati fil-Parti B ta’ dak l-Anness.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/708 (4) jestendi l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, sulfat tal-ammonju tal-aluminju, aluminium phosphide, silikat tal-aluminju, calcium carbide, cymoxanil, dodemorph, ethylene, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, gibberellic acid, gibberellins, hydrolysed proteins, sulfat tal-ħadid, magnesium phosphide, metamitron, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, piretrini, sulcotrione, tebuconazole u urea sal-31 ta’ Awwissu 2023.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2069 (5) jestendi l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva flonicamid (IKI-220) sal-31 ta’ Awwissu 2023.

(5)

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva alosulfuron-metil se tiskadi fit-30 ta’ Settembru 2023 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 356/2013 (6).

(6)

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva maltodestrina se tiskadi fit-30 ta’ Settembru 2023 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2013 (7).

(7)

L-applikazzjonijiet u d-dossiers supplimentari għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi tressqu f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (8), li jkompli japplika għal dawn is-sustanzi attivi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 (9). Dawn ġew iddikjarati ammissibbli mill-Istati Membri relaturi rispettivi.

(8)

Għas-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, aluminium phosphide, calcium carbide, dodemorph, ethylene, estratt mis-siġra tat-te, flonicamid (IKI-220), sulfat tal-ħadid, magnesium phosphide, maltodestrina, metamitron, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, sulcotrione, tebuconazole u urea, il-valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 għadha ma ġietx iffinalizzata mill-Istati Membri relaturi rispettivi.

(9)

Għas-sustanzi attivi alosulfuron-metil, hydrolysed proteins u piretrini, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) se jkollha bżonn aktar żmien biex tadotta konklużjoni u fejn xieraq torganizza konsultazzjoni mal-esperti. Barra minn hekk, huwa meħtieġ żmien addizzjonali biex tiġi adottata d-deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju li tirriżulta.

(10)

Fil-każ tas-sustanza attiva cymoxanil, informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni stabbiliti fil-punt 3.6.5 u fil-punt 3.8.2 tal- Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 intalbet mill-Awtorità skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, bi skadenza fis-17 ta’ Ġunju 2024.

(11)

Fil-każ tas-sustanzi attivi gibberellic acid u gibberellins, informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni stabbiliti fil-punt 3.6.5 u fil-punt 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, intalbet mill-Awtorità skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u tressqet mill-applikanti sal-iskadenza mogħtija. Madankollu, huwa meħtieġ żmien addizzjonali għall-evalwazzjoni tagħha u biex tiġi adottata l-konklużjoni relatata kif ukoll id-deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju li tirriżulta.

(12)

Għas-sustanzi attivi sulfat tal-ammonju tal-aluminju, silikat tal-aluminju u residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha. Il-Kummissjoni bdiet diskussjonijiet dwar dawk is-sustanzi attivi fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(13)

Fir-rigward tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċidi grassi C7 sa C20 (b’mod partikolari, l-aċidu pelargoniku) u ż-żjut tal-pjanti/iż-żejt tal-kolza, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport tat-tiġdid u abbozz ta’ Regolament li jġedded l-approvazzjoni tagħhom lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. Sakemm tingħata l-opinjoni ta’ dan il-Kumitat dwar l-abbozz ta’ Regolamenti, huwa meħtieġ żmien addizzjonali biex tiġi adottata d-deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju li tirriżulta.

(14)

Peress li aktarx li l-ebda deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawn is-sustanzi attivi mhi se tkun tista’ tittieħed qabel l-iskadenza tal-perjodi tal-approvazzjoni rispettivi tagħhom fil-31 ta’ Awwissu 2023 u fit-30 ta’ Settembru 2023, u minħabba li r-raġunijiet għad-dewmien fil-proċeduri tat-tiġdid mhumiex fil-kontroll tal-applikanti rispettivi, jenħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi jiġu estiżi sabiex ikunu jistgħu jitlestew il-valutazzjonijiet meħtieġa u sabiex jiġu ffinalizzati l-proċeduri regolatorji tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet rispettivi għat-tiġdid tal-approvazzjoni.

(15)

Billi l-valutazzjoni tar-riskju għadha ma ġietx iffinalizzata mill-Istati Membri relaturi rispettivi, u fid-dawl taż-żmien li fadal meħtieġ biex titlesta kull proċedura ta’ tiġdid rispettiva, it-tul tal-estensjoni għas-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, aluminium phosphide, calcium carbide, dodemorph, ethylene, flonicamid (IKI-220), sulfat tal-ħadid, magnesium phosphide, metamitron, sulcotrione u urea jenħtieġ li jkun ta’ disgħa u tletin xahar, għas-sustanzi attivi estratt mis-siġra tat-te, maltodestrina, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol u żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ jenħtieġ li jiġi stabbilit għal disgħa u għoxrin xahar, u għas-sustanza attiva tebuconazole jenħtieġ li jiġi stabbilit għal ħamsa u tletin xahar u nofs.

(16)

Billi l-Awtorità teħtieġ żmien addizzjonali biex tadotta konklużjoni u, fejn xieraq, biex torganizza konsultazzjoni mal-esperti, it-tul tal-estensjoni għas-sustanzi attivi hydrolysed proteins u piretrini jenħtieġ li jkun ta’ dsatax-il xahar u nofs u ta’ tlieta u tletin xahar u nofs, rispettivament. B’mod partikolari, meta l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni stabbiliti fil-punt 3.6.5 u fil-punt 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, it-tul tal-estensjoni għas-sustanza attiva cymoxanil huwa stabbilit għal ħamsa u tletin xahar u nofs, u meta jitqies li jkun meħtieġ żmien addizzjonali għall-evalwazzjoni tagħha, it-tul tal-estensjoni għas-sustanzi attivi gibberellic acid u gibberellins jenħtieġ li jiġi stabbilit għal tnejn u għoxrin xahar u nofs.

(17)

Skont il-punt 3.6.4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, sustanza attiva għandha tiġi approvata biss jekk mhijiex jew ma għandhiex tiġi kklassifikata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) bħala tossika għar-riproduzzjoni kategorija 1B, sakemm l-esponiment tal-bnedmin għal dik is-sustanza fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fil-kundizzjonijiet tal-użu realistiċi proposti ma jkunx negliġibbli. Kif stipulat fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-valutazzjoni tas-sustanza attiva għandha l-ewwel tistabbilixxi jekk il-kriterji tal-approvazzjoni stabbiliti fil-punti 3.6.2 sa 3.6.4 u 3.7 tal-Anness II humiex issodisfati. Fid-dawl tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 (11), li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, li jikklassifika l-alosulfuron-metil bħala tossiku għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B, it-tul tal-estensjoni għas-sustanza attiva jenħtieġ li jiġi stabbilit għal tmintax-il xahar.

(18)

Peress li għadha pendenti l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, it-tul tal-estensjoni għas-sustanzi attivi sulfat tal-ammonju tal-aluminju, silikat tal-aluminju, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20 u żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza jenħtieġ li jkun stabbilit għal ħmistax-il xahar u nofs.

(19)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(20)

F’każ li l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx għax ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni trid tiffissa d-data tal-iskadenza fl-istess data bħal ta’ qabel dan ir-Regolament, jew id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament, dejjem jekk l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi l-aħħar. Rigward każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tara li tistabbilixxi, skont iċ-ċirkostanzi, l-eqreb data ta’ applikazzjoni possibbli.

(21)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/708 tal-5 ta’ Mejju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, aclonifen, sulfat tal-ammonju tal-aluminju, aluminium phosphide, silikat tal-aluminju, beflubutamid, benthiavalicarb, boscalid, calcium carbide, captan, cymoxanil, dimethomorph, dodemorph, ethephon, ethylene, estratt mis-siġra tat-te, residwi ta’ distilazzjoni tax-xaħam, aċidi xaħmin C7 sa C20, fluoxastrobin, flurochloridone, folpet, formetanate gibberellic acid, gibberellins, hydrolysed proteins, sulfat tal-ħadid, magnesium phosphide, metam, metamitron, metazachlor, metribuzin, milbemectin, fenmedifam, pirimiphos-methyl, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, propamocarb, proquinazid, prothioconazole, piretrini, ir-ramel kwarz, żejt tal-ħut, repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-nagħaġ, S-metolachlor, Feromoni tal-Lepidopteri ta’ Katina Dritta, sulcotrione, tebuconazole u urea (ĠU L 133, 10.5.2022, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2069 tat-13 ta’ Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni għas-sustanzi attivi flonicamid (IKI-220), metalassil, penoxsulam u proquinazid (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 51).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 356/2013 tat-18 ta’ April 2013 li japprova s-sustanza attiva alosulfuron metil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 18).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2013 tat-18 ta’ April 2013 li japprova s-sustanza attiva maltodestrina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 14).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(11)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 tal-4 ta’ Ottubru 2019 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet u li jikkoreġi dak ir-Regolament (ĠU L 44, 18.2.2020, p. 1).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

1.

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 218, Aċidu aċetiku, id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Novembru 2026”;

(2)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 219, Sulfat tal-ammonju tal-aluminju, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Diċembru 2024”;

(3)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 220, Silikat tal-aluminju, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Diċembru 2024”;

(4)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 223, Calcium carbide, id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Novembru 2026”;

(5)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 227, Ethylene, id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Novembru 2026”;

(6)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 228, Estratt mis-siġra tat-te, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2026”;

(7)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 229, Residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Diċembru 2024”;

(8)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 230, Aċidi grassi C7 sa C20, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Diċembru 2024”;

(9)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 232, Gibberellic acid, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Lulju 2025”;

(10)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 233, Gibberellins, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Lulju 2025”;

(11)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 234, Hydrolysed proteins, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ April 2025”;

(12)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 235, Sulfat tal-ħadid, id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Novembru 2026”;

(13)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 241, Żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2026”;

(14)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 242, Żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Diċembru 2024”;

(15)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 243, Żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2026”;

(16)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 246, Piretrini, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Ġunju 2026”;

(17)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 257, Urea, id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Novembru 2026”;

(18)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 260, Aluminium phosphide, id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Novembru 2026”;

(19)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 262, Magnesium phosphide, id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Novembru 2026”;

(20)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 263, Cymoxanil, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Awwissu 2026”;

(21)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 264, Dodemorph, id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Novembru 2026”;

(22)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 265, 2,5-Dichlorobenzoic acid methylester, id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Novembru 2026”;

(23)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 266, Metamitron, id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Novembru 2026”;

(24)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 267, Sulcotrione, id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Novembru 2026”;

(25)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 268, Tebuconazole, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Awwissu 2026”;

(26)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 305, Flonicamid (IKI-220), id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Novembru 2026”;

2.

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 35, Alosulfuron-metil, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Marzu 2025”;

(2)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 44, Maltodestrina, id-data hija sostitwita bit-“28 ta’ Frar 2026”.


13.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1447

tat-12 ta’ Lulju 2023

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus pumilus QST 2808 u penflufen

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17, l-ewwel paragrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2007 (3) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva Bacillus pumilus QST 2808 mill-31 ta’ Awwissu 2024 sal-31 ta’ Awwissu 2025 u l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva penflufen mill-31 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Mejju 2025, sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni bbilanċjata tar-responsabbiltajiet u tal-ħidma fost l-Istati Membri li jaġixxu bħala Stati Membri relaturi u korelaturi, filwaqt li jitqiesu r-riżorsi meħtieġa għall-valutazzjoni tat-tiġdid u għat-teħid tad-deċiżjonijiet.

(3)

L-ebda applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi ma ġiet sottomessa f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 (4).

(4)

L-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus pumilus QST 2808 u penflufen, prevista mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2007 ma għadhiex ġustifikata. Għalhekk jixraq li jiġi previst li l-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi tiskadi fid-data li kieku kienet tiskadi mingħajr l-estensjoni.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-kummissjoni (UE) 2020/2007 tat-8 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 1,4-dimetilnaftalina, 6-benżiladenina, aċekinoċil, Adoxophyes orana granulovirus, sulfat tal-aluminju, amisulbrom, Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), ażadiraktin, Bacillus pumilus QST 2808, benalaksil-M, bixafen, bupirimat, ir-razza O tal-Candida oleophila, klorantraniliprol, fosfonat tad-disodju, ditijanon, dodina, emamektin, flubendiammid, fluwometuron, fluksapirossad, flutriafol, eżitijażoss, imazamox, ipkonażol, isossaben, aċidu L-assorbiku, kubrit tal-ġir, żejt tal-larinġ, ir-razza FE9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, pendimethalin, penflufen, pentijopirad, fosfonati tal-potassju, prosulfuron, Pseudomonas sp. ir-razza DSMZ 13134, piridalil, pirjofenon, pirossulam, kinimerak, aċidu S-abxissiku, sedaxane, sintofen, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, spinetoram, spirotetramat, Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, tau-fluvalinat, tebufenożur, tembotrion, tijenkarbażon, valifenalat, fosfidu taż-żingu (ĠU L 414, 9.12.2020, p. 10).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20).


ANNESS

Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, “Skadenza tal-approvazzjoni” tal-entrata 55, penflufen, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2024”

(2)

fis-sitt kolonna, “Skadenza tal-approvazzjoni” tal-entrata 75, Bacillus pumilus QST 2808, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2024”.


Rettifika

13.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/10


Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 442 tad-9 ta’ Diċembru 2021 )

F’paġna 91, fl-Anness I, fit-Taqsima 5.1., fil-punt (b), it-tieni sentenza,

minflok:

“Dak il-kalkolu għandu jiġi applikat tul il-firxa tan-network (ta’ distribuzzjoni) tal-provvista tal-ilma fejn jitwettqu x-xogħlijiet, jiġifieri fil-livell taż-żona tal-provvista tal-ilma, l-erja(s) b’kejl distrettwali (DMAs) jew l-erja(s) ġestita/i skont il-pressjoni (PMAs).”,

aqra:

“Dak il-kalkolu għandu jiġi applikat tul il-firxa tan-network (ta’ distribuzzjoni) tal-provvista tal-ilma fejn jitwettqu x-xogħlijiet, jiġifieri fil-livell taż-żona tal-provvista tal-ilma, taż-żona/i ta’ metraġġ separat (DMAs) jew taż-żona/i ta’ ġestjoni tal-pressa (PMAs).”;

F’paġna 92, fl-Anness I, fit-Taqsima 5.2., fil-punt (b), it-tieni sentenza,

minflok:

“Il-livell attwali ta’ tnixxija fuq medja ta’ tliet snin jiġi kkalkolat fuq il-firxa tan-network (ta’ distribuzzjoni) tal-provvista tal-ilma fejn jitwettqu x-xogħlijiet, jiġifieri għan-network imġedded (ta’ distribuzzjoni) tal-provvista tal-ilma f’erja(s) b’kejl distrettwali (DMAs) jew f’erja(s) ġestita/i skont il-pressjoni (PMAs).”,

aqra:

“Il-livell attwali ta’ tnixxija fuq medja ta’ tliet snin jiġi kkalkolat fuq il-firxa tan-network (ta’ distribuzzjoni) tal-provvista tal-ilma fejn jitwettqu x-xogħlijiet, jiġifieri għan-network imġedded (ta’ distribuzzjoni) tal-provvista tal-ilma f’żona/i ta’ metraġġ separat (DMAs) jew f’żona/i ta’ ġestjoni tal-pressa (PMAs)”.