ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 166

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
30 ta' Ġunju 2023


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2023/1321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2170 fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni għal ċerti prodotti tal-azzar ittrasferiti lejn l-Irlanda ta’ Fuq

1

 

*

Regolament (UE) 2023/1322 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2023 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi (EUDA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006

6

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1323 tas-27 ta’ Ġunju 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand

48

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1324 tad-29 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u r-Regolament (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond

50

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1325 tat-23 ta’ Ġunju 2023 li japprova emenda fl-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta (Extremadura (PGI))

58

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1326 tat-23 ta’ Ġunju 2023 li japprova emenda fl-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta (Balaton/Balatoni (DOP))

60

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1327 tat-23 ta’ Ġunju 2023 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem Canelli (DOP)

62

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1328 tat-28 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

63

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1329 tad-29 ta’ Ġunju 2023 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-gliċerol (E 422), għall-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) u għall-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) ( 1 )

66

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1330 tad-29 ta’ Ġunju 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

76

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1331 tad-29 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar

98

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1332 tad-29 ta’ Ġunju 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mit-Trichoderma reesei CBS 114044 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir u għall-qżieqeż miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni: Roal Oy), u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 902/2009 ( 1 )

102

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1333 tad-29 ta’ Ġunju 2023 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott mill-Aspergillus fijiensis CBS 589.94 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għall-qżieqeż miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni: DSM Nutritional Products Ltd, irrappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o.), li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1811/2005 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1259/2004 ( 1 )

106

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1334 tad-29 ta’ Ġunju 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metijonina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 349/2010 ( 1 )

111

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1335 tas-27 ta’ Ġunju 2023 li taħtar il-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

116

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1336 tas-16 ta’ Ġunju 2023 dwar miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu mill-Belġju u mil-Lussemburgu rigward ċerti miri ta’ prestazzjoni għat-tielet perjodu ta’ referenza f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2023) 3852)  ( 1 )

119

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1337 tat-22 ta’ Ġunju 2023 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2023) 4335)  ( 1 )

139

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1338 tat-28 ta’ Ġunju 2023 dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal ċerti prodotti tat-tfal u prodotti relatati skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

162

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1339 tas-27 ta’ Ġunju 2023 dwar is-sħubija fin-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u dwar arranġamenti temporanji biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar internazzjonali fid-dawl tal-iskadenza tar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

177

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/1


REGOLAMENT (UE) 2023/1321 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Ġunju 2023

li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2170 fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni għal ċerti prodotti tal-azzar ittrasferiti lejn l-Irlanda ta’ Fuq

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2020/2170 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi li l-merkanzija importata minn barra l-Unjoni għandha tkun eliġibbli għal trattament skont il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni jew kwoti oħra tal-importazzjoni biss jekk dik il-merkanzija tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorji elenkati fih. Din id-dispożizzjoni tindirizza r-riskji għall-funzjonament kif suppost tas-suq intern tal-Unjoni u għall-integrità tal-Politika Kummerċjali Komuni li jirriżultaw miċ-ċirkomvenzjoni possibbli tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni jew ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni. It-territorji stabbiliti fl-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.

(2)

Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (3) bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”) jipprevedi l-ftuħ mill-Unjoni ta’ kwoti fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit. Barra minn hekk, il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjon jagħti lill-Unjoni d-dritt li tintroduċi kwoti tariffarji jew kwoti oħra tal-importazzjonifir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ merkanzija li toriġina mir-Renju Unit taħt ċerti ċirkostanzi, inkluż bħala parti mill-applikazzjoni tal-miżuri multilaterali ta’ salvagwardja f’konformità mal-Ftehim tad-WTO. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi ċċarat jekk il-merkanzija li toriġina mir-Renju Unit u rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Irlanda ta’ Fuq hijiex eliġibbli għal trattament skont dawk il-kwoti tariffarji jew kwoti oħra tal-importazzjoni.

(3)

Ir-Renju Unit huwa marbut bl-arranġamenti stipulati fil-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (il-“Protokoll”) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (4) (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”). Għalhekk, ir-relazzjoni legali bejn l-Unjoni u r-Renju Unit fir-rigward tal-merkanzija li toriġina mir-Renju Unit u rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Irlanda ta’ Fuq hija fundamentalment differenti minn dik bejn l-Unjoni u kwalunkwe pajjiż terz ieħor fir-rigward tal-merkanzija li toriġina f’tali pajjiż terz u rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Irlanda ta’ Fuq.

(4)

Ir-Renju Unit ipprovda evidenza li turi li ċerti prodotti tal-azzar li joriġinaw mir-Renju Unit li bħalissa huma soġġetti għall-miżuri ta’ salvagwardja skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 (5) (il-“prodotti kkonċernati”) ġew ittrasferiti fi kwantitajiet sinifikanti lejn l-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit. Sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà ekonomika ta’ dawk it-trasferimenti u fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi fl-Irlanda ta’ Fuq, huwa xieraq li l-prodotti kkonċernati jitħallew jibbenefikaw mill-kwoti tariffarji tal-Unjoni rilevanti meta jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Irlanda ta’ Fuq.

(5)

Sabiex jiġi limitat ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni applikabbli għall-prodotti kkonċernati mill-importazzjonijiet tal-istess prodotti li joriġinaw minn pajjiżi oħra, meta tali prodotti jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Irlanda ta’ Fuq, jenħtieġ li l-prodotti kkonċernati jiġu kkonsenjati direttament minn partijiet oħra tar-Renju Unit.

(6)

Barra minn hekk, ir-Renju Unit ħa impenn li jieħu l-miżuri neċessarji, f’konformità mal-Protokoll, biex jiżgura li t-trasferimenti tal-prodotti kkonċernati bl-użu tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni jiġu kkalkolati ma’ dawn il-kwoti, malli tali prodotti jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Irlanda ta’ Fuq, daqslikieku dik il-merkanzija ġiet importata fl-Unjoni.

(7)

Peress li l-ħtieġa għall-importazzjoni fl-Irlanda ta’ Fuq tal-prodotti kkonċernati tista’ tvarja maż-żmien, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex tiġi aġġustata l-lista tal-prodotti kkonċernati. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anki fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (6) . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/2170 jiġi emendat skont dan.

(9)

Bis-saħħa tal-Artikolu 5(3) u (4) tal-Protokoll, flimkien mal-Artikolu 13(3) tiegħu, dan ir-Regolament japplika wkoll għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

(10)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil potenzjali fit-trasferimenti tal-prodotti kkonċernati minn partijiet oħra tar-Renju Unit lejn l-Irlanda ta’ Fuq, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2020/2170

Ir-Regolament (UE) 2020/2170 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, jinżdied it-tieni paragrafu li ġej:

“Il-merkanzija elenkata fl-Anness li toriġina mir-Renju Unit u li hija soġġetta għall-miżuri ta’ salvagwardja skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 (*1) li tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ trasport dirett minn partijiet oħra tar-Renju Unit għandha tkun eliġibbli wkoll għal trattament skont il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni jekk dik il-merkanzija tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq.

(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).”;"

(2)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 1a

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 1b, li jemendaw dan ir-Regolament sabiex mal-lista stabbilita fl-Anness jiżdiedu ċerti kategoriji ta’ merkanzija li toriġina mir-Renju Unit u li hija soġġetta għall-miżuri ta’ salvagwardja skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159, li tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ trasport dirett minn partijiet oħra tar-Renju Unit dment li r-Renju Unit ikun ta prova sodisfaċenti lill-Unjoni tal-ħtieġa li dik il-merkanzija tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Irlanda ta’ Fuq.

Artikolu 1b

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 1a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Lulju 2023. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1a tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*2).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 1a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*2)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

it-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jinżdied bħala Anness.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Mejju 2023 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2023.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2020/2170 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni (ĠU L 432, 21.12.2020, p. 1).

(3)  ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.

(4)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).

(6)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.


ANNESS

“ANNESS

Deskrizzjoni tal-kwota tariffarja

Kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM) (1)

Il-kategorija 7 tal-azzar

7208 51 20 , 7208 51 91 , 7208 51 98 , 7208 52 91 , 7208 90 20 , 7208 90 80 , 7210 90 30 , 7225 40 12 , 7225 40 40 , 7225 40 60 , 7225 99 00

Il-kategorija 17 tal-azzar

7216 31 10 , 7216 31 90 , 7216 32 11 , 7216 32 19 , 7216 32 91 , 7216 32 99 , 7216 33 10 , 7216 33 90 .


(1)  Kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/6


REGOLAMENT (UE) 2023/1322 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Ġunju 2023

dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi (EUDA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 168(5) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (l-“EMCDDA”) ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 (3). Dak ir-Regolament tfassal mill-ġdid fl-2006 bir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(2)

L-EMCDDA ġie stabbilit biex jipprovdi lill-Unjoni, lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi parteċipanti, informazzjoni fattwali, oġġettiva, affidabbli u komparabbli dwar id-droga u d-dipendenza fuq id-droga, u l-konsegwenzi tagħhom fil-livell Ewropew sabiex jgħinhom jagħtu ħarsa ġenerali lejn dik l-informazzjoni biex jitnebbaħ it-tfassil tal-politika u jiġu ggwidati inizjattivi maħsuba biex jindirizzaw id-drogi u, b’hekk, tali inizjattivi jingħataw valur miżjud meta, fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, huma jieħdu miżuri jew jiddeċiedu dwar azzjoni biex jindirizzaw il-fenomenu tad-drogi. Il-ħolqien u l-funzjonament tal-EMCDDA tejbu b’mod ċar id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar id-drogi u d-dipendenza fuq id-droga, u l-konsegwenzi tagħhom, madwar l-Unjoni u internazzjonalment.

(3)

Filwaqt li l-objettiv ġenerali tiegħu għadu validu u jenħtieġ li jinżamm, ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 ma għadux jipprovdi qafas adegwat għall-indirizzar tal-isfidi attwali u futuri marbuta mad-droga. Għalhekk jenħtieġ li l-mandat tal-EMCDDA jiġi rivedut, sabiex, fost affarijiet oħra, jiġi sostitwit u msaħħaħ. L-EMCDDA jenħtieġ li jiġi msemmi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi (EUDA) (l-“Aġenzija”). Billi huma meħtieġa emendi sostanzjali għar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 biex jiġi akkomodat l-approċċ komuni għall-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottat fid-19 ta’ Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni u biex jitqiesu l-iżviluppi tal-fenomenu tad-droga, fl-interess taċ-ċarezza u l-effiċjenza, jenħtieġ li dak ir-Regolament jitħassar u jiġi sostitwit b’dan ir-Regolament.

(4)

L-enfasi ewlenija tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 kienet fuq kwistjonijiet relatati mas-saħħa. Filwaqt li huwa essenzjali li jinżamm dak il-fokus, peress li kwistjonijiet relatati mas-saħħa u l-provvista rigward il-fenomenu tad-droga huma intrinsikament marbuta, huwa wkoll meħtieġ li tiġi indirizzata l-provvista tad-drogi sabiex titnaqqas id-disponibbiltà tad-drogi fl-Unjoni u titrażżan id-domanda għad-drogi u, b’hekk, jingħata kontribut biex jiġi indirizzat it-tħassib relatat dwar is-sikurezza u s-sigurtà. Sabiex tipprovdi data u analiżi sinifikanti fattwali, oġġettivi, affidabbli, komparabbli u għall-Unjoni kollha, jenħtieġ li l-Aġenzija tindirizza l-fenomenu tad-droga filwaqt li tieħu approċċ ibbażat fuq l-evidenza, integrat, bilanċjat u multidixxiplinari għad-drogi, l-użu tad-drogi, id-disturbi u d-dipendenzi marbuta mal-użu tad-drogi, il-prevenzjoni, it-trattament, il-kura, it-tnaqqis tar-riskju u tal-ħsara, ir-riabilitazzjoni, ir-riintegrazzjoni fis-soċjetà u l-irkupru, is-swieq u l-provvista tad-droga, inkluż il-produzzjoni u t-traffikar illeċiti, u kwistjonijiet rilevanti oħra relatati mad-drogi u l-konsegwenzi tagħhom. L-approċċ tal-Aġenzija għandu jinkorpora perspettivi marbuta mad-drittijiet tal-bniedem, il-ġeneru u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-età, is-saħħa, u l-ekwità tas-saħħa, u perspettivi soċjali.

(5)

Jenħtieġ li l-ħidma tal-Aġenzija titwettaq b’kunsiderazzjoni xierqa tas-setgħat rispettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fil-qasam tad-drogi. Jenħtieġ li din tkopri d-diversi aspetti tal-fenomenu tad-droga u s-soluzzjonijiet applikati. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Aġenzija tikkunsidra l-aspetti kollha relatati mal-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa, fosthom l-aspetti fiżiċi u mentali, u l-impatt potenzjali fuq is-saħħa pubblika. Jenħtieġ li l-Aġenzija tħares ukoll lejn aspetti soċjali inkluż kunsiderazzjonijiet marbuta mal-istigmatizzazzjoni, il-marġinalizzazzjoni u r-riintegrazzjoni ta’ persuni li jużaw id-drogi. Meta tagħmel dan, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun iggwidata minn dokumenti strateġiċi tal-Unjoni marbutin mad-droga.

(6)

Fit-twettiq tal-attivitajiet tagħha, jenħtieġ li l-Aġenzija tikkoopera ma’ korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom, u jenħtieġ li jitqiesu l-attivitajiet tagħhom sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni. B’mod partikolari, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-mandati rispettivi tagħhom, jenħtieġ li l-Aġenzija tikkoopera mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), stabbilita mir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), sabiex tiżgura l-ġbir ta’ data u l-monitoraġġ tax-xejriet dwar il-provvista tad-drogi, inkluż il-produzzjoni u t-traffikar illeċiti u reati oħra relatati, dwar l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u dwar sustanzi psikoattivi ġodda. Jenħtieġ li l-Aġenzija tikkoopera wkoll fuq livell internazzjonali mal-awtoritajiet u l-korpi rilevanti f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari fil-pajjiżi kandidati, u b’appoġġ tal-azzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti. Jeħtieġ li tali kooperazzjoni tikkonforma man-normi dwar id-drittijiet tal-bniedem.

(7)

Sabiex tinkiseb effiċjenza massima fl-indirizzar tal-fenomenu tad-drogi, jenħtieġ li l-Aġenzija jkollha skambji mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u b’mod partikolari mal-komunità xjentifika, billi tinkludi l-qasam akkademiku, u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fosthom organizzazzjonijiet ta’ persuni li jużaw id-drogi u ta’ komunitajiet milquta mill-konsum u l-bejgħ ta’ drogi jew kriminalità relatata mad-droga. Minħabba r-rilevanza partikolari tal-esperjenza tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-qasam ta’ kompetenza tal-Aġenzija, jenħtieġ li l-Aġenzija żżomm kooperazzjoni dwar l-attivitajiet tagħha mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bħal dawk attivi fil-gruppi ta’ esperti rilevanti tal-Kummissjoni dwar id-drogi magħmula minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. L-Aġenzija għandha tiddedika l-mezzi meħtieġa biex tikkonsulta, taqsam informazzjoni u tiġbor l-għarfien ma’ dawn l-organizzazzjonijiet, inkluż fil-qasam ta’ sustanzi psikoattivi ġodda. Fejn xieraq, jenħtieġ li l-Aġenzija torganizza konsultazzjonijiet dedikati dwar is-suġġetti fi ħdan il-mandat tagħha.

(8)

Bil-ħsieb li xxerred informazzjoni affidabbli dwar id-drogi u s-sitwazzjoni tad-drogi, jenħtieġ li l-Aġenzija tinvolvi ruħha f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni dwar suġġetti fi ħdan il-mandat tagħha. Madankollu, il-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali fil-qasam tad-drogi xi drabi jista’ jkollha konsegwenzi negattivi mhux intenzjonati. Bħala parti mill-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tagħha u fejn xieraq, għalhekk jenħtieġ li l-Aġenzija tqis li xxerred ir-rapporti tagħha, fosthom rapporti inizjali u rapporti ta’ valutazzjoni tar-riskju dwar sustanzi psikoattivi ġodda, mal-komunità xjentifika u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bil-ħsieb li tiġi minimizzata l-ħsara possibbli relatata mad-droga. Fejn l-Aġenzija ma titħalliex ixxerred ir-rapport tagħha, b’mod partikolari minħabba l-preżenza ta’ informazzjoni klassifikata jew informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, tista’ tikkunsidra li tippubblika sommarji ta’ dawk ir-rapporti bil-ħsieb li timminimizza l-ħsara possibbli relatata mad-droga.

(9)

Jenħtieġ li fil-ħidma tagħha, l-Aġenzija tagħti kunsiderazzjoni mistħoqqa lill-użu ta’ diversi sustanzi minħabba li tali użu isir dejjem aktar komuni.

(10)

Jenħtieġ li l-Aġenzija tiżviluppa l-attivitajiet tagħha madwar tliet oqsma ta’ kompetenza ewlenin, jiġifieri l-monitoraġġ, li jwassal għal politiki informati aħjar; tħejjija, li twassal għal azzjonijiet informati aħjar; u l-iżvilupp tal-kompetenza, li jwassal għal reazzjonijiet aktar b’saħħithom mill-Unjoni u mill-Istati Membri għall-fenomenu tad-drogi.

(11)

Jenħtieġ li l-ġbir, l-analiżi u t-tixrid tad-data jkomplu jkunu l-kompitu ewlieni tal-Aġenzija. Meta tiġbor, tanalizza jew ixxerred id-data, jenħtieġ li l-Aġenzija tikkonforma mal-qafas legali dwar l-ipproċessar tad-data personali u jenħtieġ li ma xxerred jew tibgħat ebda data li tippermetti li jiġu identifikati individwi jew gruppi żgħar ta’ individwi. Id-data standard tinġabar permezz tal-punti fokali nazzjonali, li jenħtieġ li jibqgħu il-fornituri primarji tad-data għall-Aġenzija. L-Aġenzija tista’ tuża wkoll sorsi addizzjonali u torganizza laqgħat ta’ esperti, inkluż laqgħat virtwali. Barra minn hekk, sorsi tad-data, eqreb lejn il-ħin reali, qed isiru dejjem aktar disponibbli permezz ta’ metodi innovattivi għall-ġbir tad-data. Għalhekk, jenħtieġ li l-Aġenzija jkollha aċċess għad-data rilevanti disponibbli biex tikseb stampa olistika tal-fenomenu tad-droga fl-Unjoni u l-fatturi esterni li jinfluwenzaw dan. Bil-ħsieb li jiġi żgurat li kull punt fokali nazzjonali jibqa’ infurmat dwar is-sitwazzjoni fl-Istat Membru tiegħu, jenħtieġ li jiġi nfurmat fuq bażi regolari dwar id-data li tikkonċerna lill-Istat Membru tiegħu li hija miġbura minn sorsi addizzjonali ta’ informazzjoni u dwar l-attivitajiet tan-network ta’ laboratorji forensiċi u tossikoloġiċi stabbiliti minn dan ir-Regolament.

(12)

Il-punti fokali nazzjonali huma atturi ewlenin fis-sistema tal-Unjoni għall-monitoraġġ u r-rapportar dwar id-droga. Dawn jiġbru l-informazzjoni u jipproduċu data komparabbli u xjentifikament soda dwar is-sitwazzjoni nazzjonali tad-droga, li tikkontribwixxi għall-monitoraġġ tas-sitwazzjoni madwar l-Unjoni. Il-punti fokali nazzjonali huma wkoll kruċjali fil-proċess tat-titjib tal-metodoloġiji u l-għodod tal-ġbir tad-data u tal-iżvilupp ta’ linji gwida rilevanti għall-implimentazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, il-punti fokali nazzjonali jipparteċipaw f’sistema ta’ twissija bikrija u jirrapportaw dwar xejriet ġodda fl-użu ta’ sustanzi psikoattivi eżistenti. Għalhekk huwa essenzjali li l-Aġenzija u l-punti fokali nazzjonali jkollhom relazzjoni ta’ tisħiħ reċiproku. Jenħtieġ li r-rekwiżiti tad-data tal-Aġenzija jkunu riflessi fil-punti fokali nazzjonali. Jenħtieġ li l-punti fokali nazzjonali jingħataw is-setgħa fi ħdan l-Istati Membri li jirċievu d-data rilevanti kollha mill-awtoritajiet nazzjonali differenti. Filwaqt li tiġi evitata kwalunkwe miżura ta’ armonizzazzjoni u d-deċiżjonijiet dwar il-governanza, l-istruttura jew il-kompiti bażiċi tal-punti fokali nazzjonali fir-rigward ta’ awtoritajiet kompetenti nazzjonali oħra jitħallew f’idejn l-Istati Membri, f’konformità mat-Trattati, jenħtieġ li l-mandat tal-Aġenzija jippermetti s-simplifikazzjoni tal-ġbir tad-data fl-Istati Membri kemm jista’ jkun sabiex jiġu evitati r-rapportar doppju u d-duplikazzjoni tal-isforzi.

(13)

Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-pedamenti ta’ relazzjoni ta’ fiduċja reċiproka u djalogu kontinwu bejn l-Aġenzija u l-punti fokali nazzjonali, abbażi ta’ mekkaniżmu ċar u effettiv li jaħdem u sett ta’ regoli. Għalhekk jenħtieġ li l-Aġenzija tingħata s-setgħa li tappoġġa finanzjarjament lill-punti fokali nazzjonali u tikkontribwixxi għall-funzjonament effettiv tagħhom, inkluż billi tipprovdi valutazzjoni ta’ kull punt fokali nazzjonali relatata direttament mal-kontribut tiegħu għal azzjoni koordinata tal-Unjoni fil-qasam tad-drogi.

(14)

Bl-għan li jappoġġaw azzjoni effettiva tal-Unjoni fil-qasam tad-drogi u jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Aġenzija, jenħtieġ li l-punti fokali nazzjonali, inter alia, jaqdu rwol ta’ koordinazzjoni f’attivitajiet relatati mal-iżgurar ta’ ġbir u monitoraġġ koerenti ta’ data relatata mad-drogi, il-komunikazzjoni mal-Aġenzija u l-promozzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza, l-iżgurar ta’ perspettiva nazzjonali transsettorjali u komprensiva tas-sitwazzjoni tad-droga, inkluż kull informazzjoni rilevanti dwar xejriet u sfidi ġodda u l-kontribut għall-ħolqien ta’ indikaturi rilevanti. Barra minn hekk, u f’konformità mal-kompetenza nazzjonali, il-punti fokali nazzjonali għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni u l-appoġġ tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza, l-appoġġ tas-sistemi ta’ kollaborazzjoni, u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-ġbir ta’ inventarju aġġornat tas-sorsi nazzjonali ta’ informazzjoni dwar id-drogi.

(15)

Sabiex tiffaċilita u tistruttura l-ġbir tad-data u l-iskambju ta’ informazzjoni, kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi, u biex tappoġġa l-ħolqien ta’ sistema ta’ monitoraġġ integrata u interoperabbli li tippermetti monitoraġġ f’ħin reali, jenħtieġ li l-Aġenzija tiżviluppa u tapplika s-soluzzjonijiet diġitali xierqa meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

(16)

Sabiex l-Aġenzija tkun tista’ tagħmel użu aħjar mill-informazzjoni disponibbli għaliha, pereżempju, biex tieħu miżuri aktar proattivi bħall-valutazzjonijiet tat-theddid, ir-rapporti strateġiċi tal-intelligence u t-twissijiet, u sabiex tittejjeb it-tħejjija tal-Unjoni għal żviluppi futuri, jenħtieġ li tissaħħaħ il-kapaċità ta’ monitoraġġ u analitika tal-Aġenzija meta mqabbla ma’ dik tal-EMCDDA.

(17)

Sabiex tittejjeb it-tħejjija tal-Unjoni, huwa meħtieġ li jkun hemm stampa olistika tal-iżviluppi futuri potenzjali tal-fenomenu tad-droga. Biex tħejji lilha nnifisha u tgħammar aħjar lil dawk li jfasslu l-politika għal tali żviluppi futuri, jenħtieġ li l-Aġenzija twettaq eżerċizzji ta’ tbassir regolari, filwaqt li tqis il-megatendenzi, jiġifieri l-ixprunaturi fit-tul li huma osservabbli bħalissa u li x’aktarx ikollhom influwenza sinifikanti fuq il-futur, bl-għan li jiġu identifikati sfidi u opportunitajiet ġodda biex jirrispondu għall-problemi tad-droga.

(18)

Il-fenomenu tad-drogi qed isir dejjem aktar iffaċilitat mit-teknoloġija, kif ntwera matul il-pandemija tal-COVID-19 fejn ġiet osservata adozzjoni akbar ta’ teknoloġiji ġodda biex tiġi ffaċilitata d-distribuzzjoni tad-droga. Huwa stmat li madwar żewġ terzi tal-offerti fis-swieq tad-darknet huma relatati mad-droga. In-negozjar tad-droga juża pjattaformi differenti, inkluż networks tal-media soċjali u applikazzjonijiet mobbli. Dak l-iżvilupp huwa rifless fir-reazzjonijiet għall-fenomenu tad-drogi, b’użu akbar ta’ komunikazzjonijiet bl-Internet u interventi online, inkluż applikazzjonijiet mobbli u interventi tas-saħħa elettronika. L-Aġenzija, flimkien ma’ korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni u filwaqt li tevita d-duplikazzjoni tal-isforzi, jenħtieġ li timmonitorja tali żviluppi bħala parti mill-approċċ olistiku tagħha għall-fenomenu tad-droga.

(19)

Is-sustanzi psikoattivi ġodda li joħolqu riskji soċjali u għas-saħħa pubblika madwar l-Unjoni jenħtieġ li jiġu indirizzati b’mod adegwat. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu mmonitorjati s-sustanzi psikoattivi ġodda u, sabiex ikun possibbli rispons rapidu, li tinżamm is-sistema ta’ twissija bikrija stabbilita taħt ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006. Id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament relatati mal-iskambju ta’ informazzjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda u s-sistema ta’ twissija bikrija għalihom, inkluż ir-rapport inizjali u l-valutazzjonijiet tar-riskju ta’ sustanzi psikoattivi ġodda, ġew emendati reċentement u jenħtieġ li jibqgħu l-istess f’dan ir-Regolament.

(20)

Abbażi tal-monitoraġġ imsaħħaħ mill-Aġenzija u l-esperjenza miksuba fil-valutazzjoni tar-riskju ta’ sustanzi psikoattivi ġodda, jenħtieġ li l-Aġenzija tiżviluppa kapaċitajiet ġenerali ta’ valutazzjoni tat-theddid għas-saħħa u s-sigurtà. Kapaċità akbar biex tidentifika b’mod proattiv u malajr theddid ġdid u biex tinforma l-iżvilupp ta’ kontromiżuri hija meħtieġa b’mod urġenti, minħabba li n-natura dinamika attwali tal-fenomenu modern tad-droga tfisser li l-isfidi relatati jistgħu jinfirxu malajr bejn il-fruntieri.

(21)

Billi s-sustanzi perikolużi u ċerti xejriet ta’ konsum jistgħu jwasslu għal ħsara għas-saħħa, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista’ toħroġ twissijiet li jikkomplementaw is-sistemi ta’ twissija nazzjonali rilevanti u li jkunu mingħajr preġudizzju għalihom. Sabiex tappoġġa dik il-funzjoni, jenħtieġ li l-Aġenzija tiżviluppa sistema Ewropea ta’ twissija dwar id-droga, li tkun aċċessibbli mill-awtoritajiet nazzjonali. Jenħtieġ li dik is-sistema tiffaċilita l-iskambju rapidu ta’ informazzjoni li tista’ tkun teħtieġ azzjonijiet rapidi biex jiġu ssalvagwardjati s-saħħa, aspetti soċjali, is-sikurezza u s-sigurtà. Jeħtieġ li l-Aġenzija, taħt il-kondizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament, tkun tista’ tiżviluppa sistema ta’ twissija biex l-informazzjoni dwar riskji identifikati tkun disponibbli għal persuni li jużaw jew potenzjalment jużaw drogi speċifiċi.

(22)

Il-prekursuri tad-droga huma sustanzi meħtieġa għall-produzzjoni ta’ drogi bħall-amfetamini, il-kokaina u l-eroina. Hekk kif il-produzzjoni illegali tad-droga fl-Unjoni qed tiżdied, il-prevenzjoni tad-devjazzjoni u t-traffikar tal-prekursuri tad-droga minn mezzi legali għall-produzzjoni illegali tad-droga jenħtieġ li tissaħħaħ. Biex tappoġġa dak l-isforz, jenħtieġ li l-Aġenzija jkollha rwol li timmonitorja d-devjazzjoni u t-traffikar tal-prekursuri tad-droga u li tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar il-prekursuri tad-droga.

(23)

Billi hemm ħtieġa dejjem akbar għal data forensika u tossikoloġika u għarfien espert speċjalizzat, flimkien ma’ ħtieġa għal koordinazzjoni aħjar bejn il-laboratorji fl-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit network ta’ laboratorji forensiċi u tossikoloġiċi b’għarfien fil-qasam tad-drogi u l-ħsarat relatati mad-droga. Jenħtieġ li dak in-network jippermetti li l-Aġenzija jkollha aċċess għal informazzjoni rilevanti, iżżid il-kapaċitajiet tal-Aġenzija f’dak il-qasam u tappoġġa l-iskambju ta’ għarfien bejn il-laboratorji rilevanti fl-Istati Membri, mingħajr ma l-Aġenzija ġġarrab l-ispejjeż għoljin biex toħloq u tmexxi l-laboratorju tagħha stess.

(24)

Jenħtieġ li n-network ta’ laboratorji forensiċi u tossikoloġiċi jkun rappreżentattiv tal-Istati Membri fis-sens li jenħtieġ li kull wieħed minnhom ikun permess jaħtar sa tliet laboratorji fin-network, li jkopru l-għarfien espert tossikoloġiku u forensiku. Sabiex tiġi żgurata l-usa’ kopertura possibbli, jenħtieġ li l-esperti minn laboratorji oħrajn rilevanti għall-ħidma tal-Aġenzija, inkluż min-Network Ewropew tal-Laboratorji Doganali, jingħataw ukoll il-possibbiltà li jipparteċipaw fin-network. Tali kooperazzjoni tippermetti lil-laboratorji kollha involuti jitgħallmu minn xulxin f’oqsma differenti, jappoġġaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn laboratorji rilevanti u jnaqqsu l-ispejjeż għal laboratorji individwali.

(25)

Biex tkabbar l-għarfien fil-qasam kopert mill-mandat tal-Aġenzija u tappoġġa lill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Aġenzija tidentifika u tiffinanzja proġetti rilevanti, bħall-iżvilupp ta’ standards ta’ referenza dwar drogi ġodda, l-elaborazzjoni ta’ studji tossikoloġiċi jew farmakoloġiċi, l-implimentazzjoni ta’ approċċi innovattivi għar-riċerka, u t-tfassil ta’ profili tad-droga. Jenħtieġ li l-proġetti li l-Aġenzija tiffinanzja jiġu inklużi fil-programm konsolidat ta’ ħidma annwali tal-Aġenzija u jsiru pubbliċi.

(26)

L-Aġenzija ser tkun f’pożizzjoni li taċċessa d-data u tikseb l-esperjenza xjentifika meħtieġa biex tiżviluppa u tippromwovi interventi bbażati fuq l-evidenza u l-aħjar prattiki u sabiex tqajjem kuxjenza dwar l-effetti negattivi tad-drogi, il-prevenzjoni, il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju u l-ħsara, it-trattament, il-kura, ir-riabilitazzjoni u l-irkupru, u, fejn rilevanti, tieħu approċċ sensittiv għall-ġeneru u tqis id-dimensjoni tal-età. Jenħtieġ li -Aġenzija tippromwovi l-implimentazzjoni u l-aġġornament tal-istandards ta’ kwalità eżistenti għall-prevenzjoni tad-drogi (Standards Ewropej ta’ Kwalità għall-Prevenzjoni tad-Droga) jew ta’ kurrikulu li jipprovdi lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u lil dawk li jfasslu l-politika bl-għarfien dwar l-aktar interventi u approċċi effettivi ta’ prevenzjoni bbażati fuq l-evidenza (Kurrikulu ta’ Prevenzjoni tal-Unjoni Ewropea), inkluż kif jintlaħqu popolazzjonijiet ta’ riskju għoli.

(27)

Minħabba l-perspettiva tagħha fl-Unjoni kollha, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista’ tivvaluta l-miżuri u t-taħriġ nazzjonali, pereżempju dwar il-prevenzjoni, inkluż il-prevenzjoni sensittiva għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u adatta għall-età, it-trattament, it-tnaqqis tal-ħsara, l-irkupru u miżuri relatati oħrajn, sabiex jiġi determinat jekk dawn jirriflettux l-aħħar sitwazzjoni xjentifika attwali u urewx li huma effettivi. Valutazzjoni pożittiva tal-miżuri nazzjonali tista’ sservi bħala tikketta ta’ kwalità.

(28)

Meta jitqies li l-Aġenzija ser tkun f’pożizzjoni unika fil-livell tal-Unjoni li tippermettilha tqabbel id-data u l-aħjar prattiki, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista’ toffri appoġġ, inkluż, fejn meħtieġa tagħmel dan mill-Istati Membri, biex tgħin fl-evalwazzjoni u l-abbozzar ta’ strateġiji nazzjonali dwar id-droga b’mod aktar strutturat madwar l-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rwol tal-Aġenzija fl-għoti ta’ taħriġ u appoġġ lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ standards ta’ kwalità u prattiki tajbin jissaħħaħ fid-dawl tal-għarfien espert li ser tiżviluppa f’dawk l-oqsma.

(29)

Jenħtieġ li l-kooperazzjoni internazzjonali tkun parti mill-kompiti ewlenin tal-Aġenzija b’responsabbiltajiet stabbiliti f’termini ċari sabiex tkun tista’ tinvolvi ruħha bis-sħiħ f’tali attivitajiet u twieġeb għal talbiet minn organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi oħrajn u minn pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista’ toffri għodod xjentifiċi u bbażati fuq l-evidenza adegwati għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tad-dimensjoni esterna tal-politika tal-Unjoni dwar id-drogi u r-rwol importanti tal-Unjoni fil-livell multilaterali f’konformità mat-Trattati bħala mezz biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti u koerenti tal-politika tal-Unjoni dwar id-drogi internament u fil-livell internazzjonali. Jenħtieġ li l-ħidma f’dak il-qasam tkun ibbażata fuq qafas ta’ kooperazzjoni internazzjonali żviluppat mill-Aġenzija. Jenħtieġ li l-qafas ta’ kooperazzjoni internazzjonali jkun konformi mat-Trattati u l-prijoritajiet tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni internazzjonali u ggwidat mill-istrumenti rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti. Jenħtieġ li l-Aġenzija tirrevedi l-qafas ta’ kooperazzjoni internazzjonali fuq bażi regolari sabiex jiġi żgurat li jkun jirrifletti b’mod adegwat l-iżviluppi u l-prijoritajiet internazzjonali.

(30)

Sabiex il-finanzjament tal-Unjoni għar-riċerka dwar is-sigurtà u s-saħħa jiġi megħjun jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tiegħu u jindirizza x’jenħtieġ minn politika dwar id-drogi, jenħtieġ li l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ temi ewlenin ta’ riċerka u fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi qafas tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni li huma rilevanti għall-objettivi tal-Aġenzija. Meta l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ temi ewlenin ta’ riċerka jew fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ programm qafas tal-Unjoni, jenħtieġ li hija ma tirċevix finanzjament minn dak il-programm u jenħtieġ li tieħu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess. Jenħtieġ li l-Aġenzija tipparteċipa f’inizjattivi madwar l-Unjoni kollha li jindirizzaw ir-riċerka u l-innovazzjoni biex tiżgura li jiġu żviluppati t-teknoloġiji meħtieġa għall-attivitajiet tagħha u li dawn ikunu disponibbli għall-użu. Jenħtieġ li l-attivitajiet ippjanati ta’ riċerka u innovazzjoni jiġu stipulati fid-dokument uniku ta’ programmazzjoni li jkun fih il-programm ta’ ħidma pluriennali u annwali tal-Aġenzija.

(31)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu rrappreżentati fuq il-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija biex jissorveljaw ħidmietu b’mod effettiv. Jenħtieġ li l-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija jinħatru filwaqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti tagħhom. Jenħtieġ li l-membri supplenti jaġixxu bħala membri fin-nuqqas tal-membri rilevanti. Il-membri supplenti jistgħu jattendu wkoll laqgħat fil-preżenza tal-membri rilevanti mingħajr ma l-preżenza tagħhom tinvolvi spejjeż addizzjonali għall-Aġenzija u mingħajr ma jieħdu sehem fil-votazzjonijiet.

(32)

Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jingħata s-setgħat meħtieġa, b’mod partikolari biex jiġi adottat il-baġit u r-regoli finanzjarji u d-dokumenti ta’ ppjanar, xierqa u r-rapport annwali konsolidat tal-attività. Sabiex jiżgura l-funzjonament indipendenti u l-integrità tal-Aġenzija, jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jadotta wkoll regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu, il-membri tal-Bord Eżekuttiv, il-membri tal-Kumitat Xjentifiku, u l-membri tan-Network Ewropew ta’ Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (in-“network Reitox”), esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor mhux impjegat mill-Aġenzija. Meta tagħmel dan, huwa importanti li l-Aġenzija tqis kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida dwar dik il-kwistjoni, b’mod partikolari dawk tal-Ombudsman Ewropew u l-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fl-aġenziji deċentralizzati tal-UE tal-10 ta’ Diċembru 2013. Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jeżerċita s-setgħat ta’ awtorità tal-ħatra fir-rigward tal-persunal tal-aġenzija, inkluż id-Direttur Eżekuttiv.

(33)

Huwa importanti li l-partijiet kollha rappreżentati fuq il-Bord tat-Tmexxija jagħmlu ħilithom biex jimmultiplikaw il-perspettivi u l-esperjenzi rappreżentati fil-ħidma tiegħu, filwaqt li jikkontribwixxu għaliha, filwaqt li jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tiegħu. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bilanċjata bejn il-ġeneri fil-Bord tat-Tmexxija.

(34)

Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jkun assistit minn Bord Eżekuttiv biex iħejji d-deċiżjonijiet tagħha. Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun immexxija minn Direttur Eżekuttiv. Jenħtieġ li Kumitat Xjentifiku jkompli jassisti lill-Bord tat-Tmexxija u lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward ta’ kwistjonijiet xjentifiċi rilevanti.

(35)

Jenħtieġ li l-Bord ta’ Tmexxija jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti organizzata u ġestita mill-Kummissjoni. F’konformità mal-prattika segwita fil-ħatra ta’ direttur eżekuttiv għall-EMCDDA, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra l-inklużjoni ta’ rappreżentant tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur fil-proċedura tal-ħatra. Jenħtieġ li l-valutazzjoni mill-Kummissjoni fi tmiem il-mandat inizjali ta’ ħames snin tad-Direttur Eżekuttiv tinkludi kontribut minn qabel mill-Bord tat-Tmexxija dwar il-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv.

(36)

Huwa importanti li l-Aġenzija tingħata r-riżorsi adegwati biex twettaq il-kompiti tagħha, l-objettivi u r-responsabbiltajiet skont dan ir-Regolament u tingħata baġit awtonomu li jirrifletti l-missjoni tagħha. Jenħtieġ li dan jiġi ffinanzjat prinċipalment minn kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-proċedura baġitarja tal-Unjoni tkun applikabbli sa fejn huma kkonċernati l-kontribuzzjoni tal-Unjoni u kwalunkwe sussidju ieħor li għandu jitħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Qorti tal-Awdituri twettaq awditjar tal-kontijiet tal-Aġenzija.

(37)

Sabiex tkompli tappoġġa lill-Istati Membri u partijiet ikkonċernati oħrajn biex jifhmu u jindirizzaw il-fenomenu tad-drogi, il-possibbiltà li l-Aġenzija tipprovdi servizzi addizzjonali, lil hinn mill-kompiti ewlenin tagħha stipulati f’dan ir-Regolament, bil-ħlas ta’ tariffi jenħtieġ li tiġi introdotta. Jenħtieġ li l-metodu li bih jiġu kkalkulati t-tariffi imposti mill-Aġenzija jkun trasparenti. Jenħtieġ li t-tariffi imposti mill-Aġenzija jkopru l-ispejjeż sħaħ għall-forniment tal-attivitajiet relatati mas-servizzi mogħtija, inkluż l-ispejjeż tal-persunal u dawk operazzjonali. Fejn it-tariffi jkunu ġew imposti f’sena finanzjarja, jenħtieġ li l-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija jkunu akkumpanjati minn rapport dwar dawk it-tariffi. Tali rapporti jkunu soġġetti wkoll għall-awditu mill-Qorti tal-Awdituri. It-tariffi għandhom jiġu stabbiliti f’livell li jevita defiċit jew akkumulazzjoni sinifikanti ta’ surplus u jenħtieġ li jiġu riveduti meta dan ma jkunx il-każ.

(38)

Jenħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv jippreżenta r-rapport annwali tal-Aġenzija lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jistiednu lid-Direttur Eżekuttiv jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(39)

Jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) japplika għall-Aġenzija. Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun kemm jista’ jkun trasparenti dwar l-attivitajiet tagħha, mingħajr ma tipperikola l-kisba tal-objettiv tal-operazzjonijiet tagħha.

(40)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u l-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (8), li magħhom diġà aderixxa l-EMCDDA, jenħtieġ li japplikaw għall-Aġenzija.

(41)

L-Aġenzija tipproċessa data li teħtieġ protezzjoni partikolari, b’mod partikolari l-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (IKUE) u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata. Jenħtieġ li l-Aġenzija tagħmel regoli dwar il-kunfidenzjalità u l-ipproċessar ta’ tali informazzjoni. Jenħtieġ li r-regoli dwar il-protezzjoni ta’ IKUE jkunu konsistenti mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (9) u (UE, Euratom) 2015/444 (10). F’konformità ma’ dawk l-atti legali, jenħtieġ li l-Aġenzija żżomm lura milli tippubblika data sensittiva. Jenħtieġ ukoll li toqgħod lura milli tiżvela l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali ta’ partijiet terzi.

(42)

Sabiex tiġi kkontrollata u żgurata l-prestazzjoni tal-Aġenzija u biex ikun żgurat li l-mandat tagħha jippermettilha twettaq l-attivitajiet neċessarji meħtieġa mill-iżviluppi fis-swieq tad-droga l-politika, jenħtieġ li titwettaq evalwazzjoni esterna tal-ħidma tal-Aġenzija fuq bażi regolari u li l-mandat tagħha jiġi adattat kif xieraq, jekk meħtieġ.

(43)

Jenħtieġ li l-Aġenzija, f’konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali, tikkoopera mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti u korpi governattivi u mhux governattivi oħrajn inkluż korpi tekniċi rilevanti minn ġewwa u barra l-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tagħha, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati u l-kompetenzi tal-Istati Membru, b’mod partikolari biex tevita d-duplikazzjoni tax-xogħol u tiżgura l-aċċess għad-data u l-għodod kollha meħtieġa biex twettaq il-mandat tagħha.

(44)

Jenħtieġ li l-Aġenzija tissostitwixxi u tissuċċedi l-EMCDDA. Għalhekk, jenħtieġ li hija tkun is-suċċessur legali tal-kuntratti kollha tal-EMCDDA, inkluż il-kuntratti tax-xogħol, l-obbligi u l-proprjetajiet miksuba. Jenħtieġ li l-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-EMCDDA qabel it-2 ta’ Lulju 2024 jibqgħu fis-seħħ.

(45)

Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ aġenzija biex tindirizza l-fenomenu tad-drogi, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Objettivi u kompiti tal-Aġenzija

Artikolu 1

Stabbiliment tal-Aġenzija

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi (EUDA) (“l-Aġenzija”).

2.   L-Aġenzija tissostitwixxi u tissuċċedi ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (l-“EMCDDA”) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1920/2006.

Artikolu 2

Status ġuridiku u sede

1.   L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni b’personalità ġuridika.

2.   F’kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tgawdi mill-aktar kapaċità legali estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġi nazzjonali. B’mod partikolari, hija għandha tkun tista’ takkwista jew tiddisponi minn beni mobbli jew immobbli u tkun parti fi proċedimenti legali.

3.   Is-sede tal-Aġenzija għandha tkun Liżbona, il-Portugall.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“droga” tfisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

sustanza koperta mill-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata mill-Protokoll tal-1972, jew mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Sustanzi Psikotropiċi tal-1971;

(b)

kwalunkwe sustanza elenkata fl-Anness għad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI (11);

(2)

“sustanzi psikoattivi ġodda” tfisser sustanzi psikoattivi ġodda kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt 4, tad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI;

(3)

“użu ta’ diversi sustanzi” tfisser l-użu ta’ sustanza jew tip ta’ sustanza psikoattiva waħda jew aktar, sew jekk humiex illeċiti jew leċiti, b’mod partikolari prodotti mediċinali, alkoħol u tabakk, fl-istess ħin tal-użu tad-drogi jew wara xulxin f’perjodu ta’ żmien qasir mill-użu tad-drogi;

(4)

“prekursur tad-droga” tfisser sustanza li hija kkontrollata u mmonitorjata f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 (13);

(5)

“pajjiż parteċipanti” tfisser l-Istati Membru jew pajjiż terz li jkun ikkonkluda ftehim mal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 54 ta’ dan ir-Regolament;

(6)

“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni u l-korpi subordinati tagħha regolati mil-liġi internazzjonali pubblika, jew kwalunkwe korp ieħor li huwa stabbilit minn ftehim bejn żewġ pajjiżi jew aktar jew abbażi tiegħu;

(7)

“Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi” tfisser il-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata mill-Protokoll tal-1972, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sustanzi Psikotropiċi tal-1971 u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffiku Illeċitu ta’ Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi tal-1988;

(8)

“Sistema tan-Nazzjonijiet Uniti” tfisser is-sistema ta’ mekkaniżmu ta’ kontroll stabbilita mill-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi.

Artikolu 4

Kompitu ġenerali tal-Aġenzija

1.   L-Aġenzija għandha:

(a)

tipprovdi lill-Unjoni u lill-Istati Membri b’informazzjoni fattwali, oġġettiva, affidabbli u komparabbli, twissija bikrija u valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni dwar id-drogi, l-użu tad-droga, id-disturbi u d-dipendenzi marbuta mal-użu tad-droga, il-prevenzjoni, it-trattament, il-kura, it-tnaqqis tar-riskju u tal-ħsara, ir-riabilitazzjoni, ir-riintegrazzjoni soċjali, l-irkupru, is-swieq u l-provvista tad-droga, inkluż il-produzzjoni u t-traffikar illeċiti, u kwistjonijiet rilevanti oħra relatati mad-droga u l-konsegwenzi tagħhom; u

(b)

tirrakkomanda azzjonijiet xierqa u konkreti bbażati fuq l-evidenza dwar kif jiġu indirizzati l-isfidi msemmija fil-punt (a) b’mod effiċjenti u fi żmien opportun, l-isfidi relatati mad-drogi, l-użu tad-droga, id-disturbi u d-dipendenzi marbuta mal-użu tad-droga, il-prevenzjoni, it-trattament, il-kura, it-tnaqqis tar-riskju u tal-ħsara, ir-riabilitazzjoni, ir-riintegrazzjoni soċjali, l-irkupru, is-swieq u l-provvista tad-droga, inkluż il-produzzjoni u t-traffikar illeċiti, u kwistjonijiet rilevanti oħra relatati mad-droga u l-konsegwenzi tagħhom.

2.   Hija u twettaq il-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha tiżgura konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u għandha tieħu approċċ ibbażat fuq l-evidenza, integrat, bilanċjat u multidixxiplinari għall-fenomenu tad-droga. Dan l-approċċ għandu jinkorpora perspettivi tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġeneru u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-età, is-saħħa pubblika, l-ekwità fis-saħħa u perspettivi soċjali.

Artikolu 5

Kompiti speċifiċi

1.   Sabiex twettaq l-kompitu ġenerali stipulat fl-Artikolu 4(1), l-Aġenzija għandu jkollha l-kompiti speċifiċi li ġejjin:

(a)

kompiti ta’ monitoraġġ li jinkludu:

(i)

il-ġbir u l-analiżi ta’ informazzjoni u data skont l-Artikolu 6(1);

(ii)

it-tixrid ta’ informazzjoni, data u riżultati tal-analiżi skont l-Artikolu 6(5); u

(iii)

il-monitoraġġ tal-fenomenu tad-droga, li jinkludi l-aspetti tas-saħħa, tad-drittijiet tal-bniedem, soċjali, tas-sikurezza u tas-sigurtà tiegħu, skont l-Artikolu 7;

(b)

kompiti ta’ tħejjija li jinkludu:

(i)

l-iskambju ta’ informazzjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda, u s-sistema ta’ twissija bikrija għalihom, inkluża t-tħejjija ta’ rapporti inizjali u ta’ valutazzjoni tar-riskju, skont l-Artikoli minn 8 sa 11;

(ii)

il-valutazzjoni tat-theddid għas-saħħa u s-sigurtà u t-tħejjija skont l-Artikolu 12;

(iii)

l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ sistema Ewropea ta’ twissija dwar id-droga skont l-Artikolu 13;

(iv)

il-monitoraġġ tal-iżviluppi relatati mad-devjazzjoni u mat-traffikar tal-prekursuri tad-droga u l-kontribut għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar il-prekursuri tad-droga skont l-Artikolu 14;

(v)

l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ network ta’ laboratorji forensiċi u tossikoloġiċi skont l-Artikolu 15;

(c)

kompiti ta’ żvilupp tal-kompetenzi li jinkludu:

(i)

l-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ interventi bbażati fuq l-evidenza, l-aħjar prattiki u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni skont l-Artikolu 16;

(ii)

il-valutazzjoni ta’ miżuri nazzjonali skont l-Artikolu 17;

(iii)

appoġġ lill-Istati Membri skont l-Artikolu 18;

(iv)

taħriġ skont l-Artikolu 19;

(v)

kooperazzjoni internazzjonali u assistenza teknika skont l-Artikolu 20;

(vi)

attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni skont l-Artikolu 21.

2.   L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tikkoordina, b’konsultazzjoni u kooperazzjoni mal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet kompetenti fil-pajjiżi parteċipanti, in-Network Ewropew ta’ Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, imsemmi fl-Artikolu 32 (in-“network Reitox”).

3.   L-Aġenzija għandha taġixxi b’mod oġġettiv, trasparenti, imparzjali u xjentifikament rigoruż meta twettaq il-kompiti speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1.

4.   L-Aġenzija għandha tappoġġa u ttejjeb il-koordinazzjoni bejn l-azzjoni nazzjonali u tal-Unjoni fl-oqsma ta’ attività tagħha. L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, ir-riċerkaturi, l-ispeċjalisti u dawk involuti fi kwistjonijiet relatati mad-droga f’organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi.

5.   L-Aġenzija għandha tappoġġa lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn, identifikati fid-dokumenti strateġiċi applikabbli tal-Unjoni relatati mad-droga, fl-implimentazzjoni ta’ dawk id-dokumenti strateġiċi, fejn xieraq.

6.   Fit-twettiq tal-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Aġenzija tista’:

(a)

torganizza laqgħat ta’ esperti;

(b)

toħloq gruppi ta’ ħidma ad hoc; u

(c)

tiffinanzja proġetti, kif meħtieġ.

Fejn l-Aġenzija torganizza laqgħat, tistabbilixxi gruppi ta’ ħidma jew tiffinanzja proġetti taħt l-ewwel subparagrafu hija għandha żżomm lin-network Reitox informat.

7.   Sabiex tinkiseb effiċjenza massima fil-monitoraġġ, il-valutazzjoni u r-rispons għall-fenomenu tad-drogi, l-Aġenzija, fit-twettiq tal-kompiti speċifiċi tagħha stabbiliti fil-paragrafu 1, għandha tikkoopera b’mod attiv mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, fosthom:

(a)

korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, fil-limiti tal-mandati tagħhom, b’mod partikolari l-Europol, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), stabbilita mir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 (15), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), stabbilita mir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), stabbilita mir-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);

(b)

korpi, uffiċċji u aġenziji internazzjonali oħra, b’mod partikolari l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC), il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Bord Internazzjonali għall-Kontroll tan-Narkotiċi (INCB); u

(c)

il-komunità xjentifika u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

8.   L-Aġenzija għandha tinvolvi ruħha f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni fuq inizjattiva tagħha stess fil-mandat tagħha. L-allokazzjoni ta’ riżorsi għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni m’għandhiex tkun ta’ ħsara għall-eżerċitar effettiv tal-kompiti speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1. L-Aġenzija għandha twettaq l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni f’konformità mal-pjanijiet ta’ strateġiji ta’ komunikazzjoni u tixrid rilevanti adottati mill-Bord tat-Tmexxija. L-Aġenzija tista’ tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż lill-komunità xjentifika u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fl-iżvilupp ta’ dawk l-istrateġiji u pjanijiet.

KAPITOLU II

Monitoraġġ

Artikolu 6

Ġbir u tixrid tal-informazzjoni u tad-data

1.   L-Aġenzija għandha:

(a)

tiġbor informazzjoni u data rilevanti, inkluż informazzjoni u data li ġew ikkomunikati mill-punti fokali nazzjonali, li jirriżultaw mir-riċerka, li huma disponibbli minn sorsi miftuħa, u li toħroġ minn sorsi tal-Unjoni, mhux governattivi u organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali kompetenti;

(b)

tiġbor l-informazzjoni u d-data meħtieġa sabiex isir monitoraġġ tal-użu ta’ diversi sustanzi u l-konsegwenzi tiegħu skont l-Artikolu 7(1), il-punt (d);

(c)

tiġbor l-informazzjoni u d-data mill-punti fokali nazzjonali, b’kooperazzjoni mal-Europol, dwar sustanzi psikoattivi ġodda u tikkomunika dik l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed lill-punti fokali nazzjonali, lill-unitajiet nazzjonali tal-Europol u lill-Kummissjoni;

(d)

tiġbor u tanalizza l-informazzjoni u d-data dwar il-prekursuri tad-droga u dwar id-devjazzjoni u t-traffikar tal-prekursuri tad-droga;

(e)

twettaq u tikkummissjona riċerka u studji ta’ monitoraġġ, stħarriġ, studji ta’ fattibbiltà, u proġetti pilota meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha;

(f)

tiżgura l-komparabbiltà, l-oġġettività u l-affidabbiltà tal-informazzjoni u tad-data fil-livell Ewropew billi tistabbilixxi, b’kooperazzjoni mal-punti fokali nazzjonali, indikaturi u standards komuni mhux vinkolanti, bil-ħsieb li tiġi żgurata uniformità akbar tal-metodi tal-kejl użati mill-Istati Membri u mill-Unjoni; l-Aġenzija tista’ tirrakkomanda l-konformità ma’ tali istandards komuni li ma humiex vinkolanti;

(g)

tikkoopera mill-qrib mal-korpi u l-organi rilevanti tal-Unjoni u ma’ organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali, b’mod partikolari l-UNODC u l-INCB, sabiex tiffaċilita n-notifiki u tevita piż bla bżonn fuq l-Istati Membri.

2.   L-Aġenzija għandha tiġbor id-data nazzjonali rilevanti permezz tal-punti fokali nazzjonali. Qabel ma tiġbor id-data, l-Aġenzija u l-punti fokali nazzjonali għandhom jiddiskutu u jaqblu dwar il-pakkett ta’ rapportar nazzjonali. L-Aġenzija tista’ tuża sorsi addizzjonali ta’ informazzjoni għad-data nazzjonali. Fejn l-Aġenzija tuża sorsi addizzjonali bħal dawn, hija għandha żżomm il-punt fokali nazzjonali kkonċernat infurmat kif xieraq. Id-data miġbura għandha, fejn possibbli, tiġi diżaggregata skont is-sess u, fejn possibbli, skont il-ġeneru. Tali data għandha tqis l-aspetti sensittivi għall-ġeneru tal-politika dwar id-drogi.

3.   L-Aġenzija għandha tiżviluppa, fil-mandat tagħha, metodi u approċċi għall-ġbir tad-data, inkluż permezz ta’ proġetti ma’ msieħba esterni.

4.   L-Aġenzija għandha tiżviluppa s-soluzzjonijiet diġitali meħtieġa għall-fini ta’ ġbir, validazzjoni, analiżi, rapportar, ġestjoni u skambju tal-informazzjoni u d-data, inkluż b’mod awtomatizzat.

5.   L-Aġenzija għandha xxerred l-informazzjoni u d-data billi:

(a)

tagħmel l-informazzjoni li tipproduċi disponibbli għall-Unjoni, għall-Istati Membri u għal partijiet interessati oħrajn, inkluż fir-rigward ta’ żviluppi ġodda u xejriet li qed jinbidlu;

(b)

tiżgura t-tixrid wiesa’ tal-analiżi, il-konklużjonijiet u r-rapporti tagħha, inkluż lill-komunità xjentifika, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u komunitajiet milquta, inkluż persuni li jużaw id-droga, bl-eċċezzjoni ta’informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u klassifikata msemmija fl-Artikolu 49;

(c)

tippubblika, abbażi tad-data li tiġbor, rapport regolari dwar l-istat tal-fenomenu tad-drogi u xejriet emerġenti;

(d)

tistabbilixxi u tagħmel disponibbli riżorsi miftuħa ta’ dokumentazzjoni xjentifika;

(e)

tipprovdi informazzjoni dwar l-istandards tal-kwalità, l-aħjar prattiki bbażati fuq l-evidenza, approċċi innovattivi, u r-riżultati tar-riċerka li jistgħu jiġu implimentati fl-Istati Membri u tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u l-implimentazzjoni ta’, tali standards u prattiki.

6.   Fejn rilevanti, l-Aġenzija tista’ xxerred informazzjoni u data li ġiet diżaggregata, b’mod partikolari dwar l-Istat Membru, il-ġeneru, l-età, id-diżabilità u l-istatus soċjoekonomiku, f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari dwar il-protezzjoni tad-data.

7.   Meta xxerred l-informazzjoni u d-data taħt il-paragrafu 5, l-Aġenzija għandha tinkludi referenzi għas-sorsi tagħhom.

8.   L-Aġenzija m’għandha xxerred jew tittrażmetti kwalunkwe informazzjoni u data li minnha jkun possibbli li jiġu identifikati individwi jew gruppi żgħar ta’ individwi.

Artikolu 7

Monitoraġġ tal-fenomenu tad-droga u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki

1.   L-Aġenzija għandha timmonitorja:

(a)

il-fenomenu tad-droga fl-Unjoni b’mod olistiku, bl-użu ta’ indikaturi epidemjoloġiċi u indikaturi oħrajn, li jkopru l-aspetti tas-saħħa, id-drittijiet tal-bniedem, soċjali, tas-sikurezza u tas-sigurtà, inkluż l-implimentazzjoni tad-dokumenti strateġiċi applikabbli tal-Unjoni relatati mad-droga;

(b)

l-aħjar prattiki bbażati fuq l-evidenza u approċċi innovattivi fir-rigward tar-risponsi tas-saħħa, id-drittijiet tal-bniedem, soċjali, tas-sikurezza jew tas-sigurtà;

(c)

l-użu tad-drogi, disturbi marbuta mal-użu tad-drogi, dipendenzi fuq id-droga, ir-riskji għas-saħħa u l-ħsara marbuta mad-droga relatati, imġiba ta’ riskju u xejriet emerġenti f’dawk l-oqsma;

(d)

l-użu ta’ diversi sustanzi u l-konsegwenzi ta’ dan, b’mod partikolari r-riskji akbar ta’ problemi tas-saħħa u dawk soċjali, il-fatturi determinanti soċjali tal-użu tad-drogi, id-disturbi u d-dipendenzi marbuta mal-użu tad-drogi, u l-implikazzjonijiet għall-politiki u r-risponsi;

(e)

l-użu tad-droga u ta’ sustanzi diversi u l-konsegwenzi ta’ dan minn perspettiva tal-età u tal-ġeneru, b’mod partikolari l-impatt ta’dan fuq il-vjolenza abbażi tal-ġeneru;

(f)

ix-xejriet emerġenti fil-fenomenu tad-droga fl-Unjoni u fuq livell internazzjonali sa fejn dawn ikollhom impatt fuq l-Unjoni; il-monitoraġġ f’dan il-punt għandu jinkludi l-monitoraġġ tal-provvista tad-droga, inkluż il-produzzjoni u t-traffikar illeċiti u reati oħra relatati u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda, mingħajr preġudizzju għall-mandati ta’ korpi, uffiċċji u aġenziji oħrajn tal-Unjoni;

(g)

b’kooperazzjoni mal-Europol u bl-appoġġ tal-punti fokali nazzjonali u tal-unitajiet nazzjonali tal-Europol, is-sustanzi psikoattivi ġodda kollha li ġew irrapportati mill-Istati Membri;

(h)

il-prekursuri tad-droga u d-devjazzjoni u t-traffikar tal-prekursuri tad-drogi;

(i)

l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni u nazzjonali dwar id-drogi, inkluż bil-ħsieb li jiġu appoġġati l-iżvilupp u l-evalwazzjoni indipendenti ta’ tali politiki.

2.   Abbażi tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħha taħt il-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tidentifika u tappoġġa, u fejn xieraq, tiżviluppa b’mod konġunt l-aħjar prattiki bbażati fuq l-evidenza u approċċi innovattivi. L-Aġenzija għandha taqsam dawn l-aħjar prattiki u approċċi mal-Istati Membri u tiffaċilita l-iskambju ta’ dawn l-aħjar prattiki u approċċi fosthom.

3.   L-Aġenzija għandha tiżviluppa għodod u strumenti biex tgħin lill-Istati Membri jimmonitorjaw u jevalwaw il-politiki nazzjonali tagħhom, b’kooperazzjoni mal-punti fokali nazzjonali, u tgħin lill-Kummissjoni timmonitorja u tevalwa l-politiki tal-Unjoni.

4.   L-Aġenzija għandha twettaq eżerċizzji regolari ta’ prospettiva, filwaqt li tqis l-informazzjoni disponibbli. Għandha tiżviluppa, fuq dik il-bażi, xenarji rilevanti għall-iżvilupp tal-politika futura dwar id-droga.

KAPITOLU III

Stat ta’ tħejjija

Artikolu 8

L-iskambju ta’ informazzjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda u s-sistema ta’ twissija bikrija għalihom

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-punt fokali nazzjonali tiegħu u l-unità nazzjonali tal-Europol tiegħu jipprovdu lill-Aġenzija u lill-Europol, wara li jkun ikkunsidra l-mandati rispettivi tagħhom, bl-informazzjoni disponibbli dwar sustanzi psikoattivi ġodda fil-ħin u mingħajr dewmien bla bżonn. Dik l-informazzjoni għandha tkun relatata mal-kxif u l-identifikazzjoni, l-użu u x-xejriet tal-użu, il-manifattura, l-estrazzjoni, id-distribuzzjoni u l-metodi ta’ distribuzzjoni, it-traffikar, u l-użu kummerċjali, mediku u xjentifiku ta’ dawk is-sustanzi u r-riskji potenzjali u identifikati maħluqa minnhom.

2.   L-Aġenzija, b’kooperazzjoni mal-Europol, għandha tiġbor, tgħaqqad, tanalizza u tivvaluta l-informazzjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda. Hija għandha tikkomunika dik l-informazzjoni fil-ħin lill-punti fokali nazzjonali, lill-unitajiet nazzjonali tal-Europol u lill-Kummissjoni bil-ħsieb li tipprovdilhom kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta’ twissija bikrija.

L-Aġenzija għandha tfassal ir-rapporti inizjali jew ir-rapporti inizjali kkombinati skont l-Artikolu 9 abbażi tal-informazzjoni miġbura skont l-ewwel subparagrafu.

Artikolu 9

Rapport inizjali

1.   Meta l-Aġenzija, il-Kummissjoni jew maġġoranza tal-Istati Membri jqisu li l-informazzjoni dwar sustanza psikoattiva ġdida miġbura fi Stat Membru wieħed jew aktar u kondiviża miegħu jew magħhom tagħti lok għal tħassib li s-sustanza psikoattiva ġdida tista’ toħloq riskji għas-saħħa jew riskji soċjali fil-livell tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha tfassal rapport inizjali dwar is-sustanza psikoattiva l-ġdida.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn bix-xewqa tagħhom li jitfassal rapport inizjali. Fejn maġġoranza tal-Istati Membri jkunu infurmaw lill-Kummissjoni b’dan, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-Aġenzija kif xieraq u għandha tinforma lill-Istati Membri b’dan.

2.   Rapport inizjali kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih:

(a)

indikazzjoni preliminari tan-natura, in-numru u l-iskala ta’ inċidenti li juru problemi tas-saħħa u soċjali li fihom potenzjalment tista’ tkun involuta s-sustanza psikoattiva l-ġdida u x-xejriet tal-użu tas-sustanza psikoattiva l-ġdida;

(b)

indikazzjoni preliminari tad-deskrizzjoni kimika u fiżika tas-sustanza psikoattiva l-ġdida u l-metodi u l-prekursuri użati biex tiġi manifatturata jew estratta;

(c)

indikazzjoni preliminari tad-deskrizzjoni farmakoloġika u tossikoloġika tas-sustanza psikoattiva l-ġdida;

(d)

indikazzjoni preliminari tal-involviment ta’ gruppi kriminali fil-manifattura jew fid-distribuzzjoni tas-sustanza psikoattiva l-ġdida;

(e)

informazzjoni dwar l-użu mediku fil-bniedem jew l-użu mediku veterinarju tas-sustanza psikoattiva l-ġdida, inkluż bħala sustanza attiva fi prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem jew fi prodott mediċinali veterinarju;

(f)

informazzjoni dwar l-użu kummerċjali u industrijali tas-sustanza psikoattiva l-ġdida, il-firxa ta’ tali użu, u l-użu tagħha għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika u ta’ żvilupp;

(g)

informazzjoni dwar jekk is-sustanza psikoattiva l-ġdida hijiex soġġetta għal xi miżura restrittiva fi kwalunkwe Stat Membru;

(h)

informazzjoni dwar jekk is-sustanza psikoattiva l-ġdida hijiex attwalment jew kinitx qed tiġi vvalutata fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti;

(i)

informazzjoni rilevanti oħra, fejn disponibbli.

3.   Għall-fini ta’ rapport inizjali kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tuża l-informazzjoni li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha.

4.   Meta l-Aġenzija tqis li huwa meħtieġ, hija għandha titlob lill-punti fokali nazzjonali biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar sustanza psikoattiva ġdida. Il-punti fokali nazzjonali għandhom jipprovdu tali informazzjoni fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċievu tali talba.

5.   L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tibda tfassal rapport inizjali skont il-paragrafu 1, titlob lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini biex tipprovdi informazzjoni dwar jekk, fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali, is-sustanza psikoattiva l-ġdida hijiex sustanza attiva fi:

(a)

prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem jew fi prodott mediċinali veterinarju li jkun kiseb awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq f’konformità mad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), mar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jew mar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21);

(b)

prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem jew fi prodott mediċinali veterinarju li jkun is-suġġett ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq;

(c)

prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem jew fi prodott mediċinali veterinarju li l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tiegħu tkun ġiet sospiża mill-awtorità kompetenti;

(d)

prodott mediċinali mhux awtorizzat għall-użu mill-bniedem kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva 2001/83/KE jew fi prodott mediċinali veterinarju ppreparat b’mod estemporanju f’konformità mal-Artikolu 112(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2019/6;

(e)

prodott mediċinali ta’ investigazzjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (d), tad-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22).

Meta informazzjoni pprovduta taħt l-ewwel subparagrafu tkun tirrigwardja awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija mill-Istati Membri, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu tali informazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fuq talba tagħha.

6.   L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tibda tfassal rapport inizjali skont il-paragrafu 1, titlob lill-Europol jipprovdi informazzjoni dwar l-involviment ta’ gruppi kriminali fil-manifattura, id-distribuzzjoni u l-metodi ta’ distribuzzjoni u fit-traffikar tas-sustanza psikoattiva l-ġdida, u fi kwalunkwe użu tas-sustanza psikoattiva l-ġdida.

7.   L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien żejjed wara l-bidu tat-tfassil tar-rapport inizjali skont il-paragrafu 1, titlob lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), biex jipprovdu l-informazzjoni u d-data għad-dispożizzjoni tagħhom dwar is-sustanza psikoattiva l-ġdida.

8.   Id-dettalji tal-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-aġenziji tal-Unjoni msemmija fil-paragrafi 5, 6 u 7 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu stipulati fl-arranġamenti ta’ ħidma. Tali arranġamenti ta’ ħidma għandhom jiġu konklużi f’konformità mal-Artikolu 53(2).

9.   L-Aġenzija għandha tirrispetta l-kondizzjonijiet dwar l-użu tal-informazzjoni, li jiġu kkomunikati lill-Aġenzija, inkluż il-kondizzjonijiet dwar l-aċċess għad-dokumenti, is-sigurtà tal-informazzjoni u tad-data u l-protezzjoni ta’ data kunfidenzjali, inkluż data sensittiva u informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali ta’ partijiet terzi.

10.   L-Aġenzija għandha tissottometti rapport inizjali kif imsemmi fil- paragrafu 1 lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fi żmien ħames ġimgħat minn meta jsiru t-talbiet għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 5, 6 u 7.

11.   Meta l-Aġenzija tiġbor informazzjoni dwar diversi sustanzi psikoattivi ġodda li hija tqis li għandhom struttura kimika simili, hija għandha tissottometti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri rapport inizjali individwali kif imsemmi fil-paragrafu 1 għal kull waħda minn dawk is-sustanzi psikoattivi ġodda, jew rapporti inizjali kkombinati li jittrattaw diversi sustanzi psikoattivi ġodda, dment li l-karatteristiċi ta’ kull sustanza psikoattiva ġdida jiġu identifikati b’mod ċar, fi żmien sitt ġimgħat minn meta jsiru t-talbiet għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 5, 6 u 7.

Artikolu 10

Proċedura ta’ valutazzjoni tar-riskju u rapport

1.   Fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi rapport inizjali kif imsemmi fl-Artikolu 9(10), il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Aġenzija biex tivvaluta r-riskji potenzjali maħluqa mis-sustanza psikoattiva l-ġdida u biex tfassal rapport tal-valutazzjoni tar-riskju, fejn ikun hemm indikazzjonijiet fir-rapport inizjali li jagħtu lil dak li jkun x’jifhem li s-sustanza psikoattiva l-ġdida tista’ toħloq riskji severi għas-saħħa pubblika u, fejn applikabbli, riskji soċjali severi. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha titwettaq mill-Kumitat Xjentifiku.

2.   Fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi rapporti inizjali ndividwali jew rapport inizjali kkombinat kif imsemmi fl-Artikolu 9(11), il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Aġenzija biex tivvaluta r-riskji potenzjali maħluqa minn diversi sustanzi psikoattivi ġodda bi struttura kimika simili u biex tfassal rapport ikkombinat tal-valutazzjoni tar-riskju, fejn jkun hemm indikazzjonijiet fir-rapport inizjali kkombinat li jagħtu lil dak li jkun x’jifhem li dawk is-sustanzi psikoattivi l-ġodda jistgħu joħolqu riskji severi għas-saħħa pubblika u, fejn applikabbli, riskji soċjali severi. Il-valutazzjoni tar-riskju kkombinata għandha titwettaq mill-Kumitat Xjentifiku.

3.   Ir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju jew ir-rapport ikkombinat tal-valutazzjoni tar-riskju għandu jkun fih:

(a)

l-informazzjoni disponibbli dwar il-proprjetajiet kimiċi u fiżiċi tas-sustanza jew sustanzi psikoattivi l-ġodda u l-metodi u l-prekursuri użati għall-manifattura jew l-estrazzjoni tagħha jew tagħhom;

(b)

l-informazzjoni disponibbli dwar il-karatteristiċi farmakoloġiċi u tossikoloġiċi tas-sustanza jew sustanzi psikoattivi l-ġodda;

(c)

analiżi tar-riskji għas-saħħa assoċjati mas-sustanza jew sustanzi psikoattivi l-ġodda, b’mod partikolari fir-rigward tat-tossiċità akuta u kronika tagħha jew tagħhom, il-probabbiltà ta’ abbuż, il-potenzjal li tipproduċi dipendenza, u l-effetti fiżiċi, mentali u komportamentali;

(d)

analiżi tar-riskji soċjali assoċjati mas-sustanza jew sustanzi psikoattivi l-ġodda, b’mod partikolari l-impatt tagħha jew tagħhom fuq il-funzjonament soċjali, l-ordni pubbliku u l-attivitajiet kriminali, u fuq l-involviment ta’ gruppi kriminali fil-manifattura, fid-distribuzzjoni u fil-metodi ta’ distribuzzjoni, u t-traffikar tas-sustanza jew sustanzi psikoattivi l-ġodda;

(e)

l-informazzjoni disponibbli dwar il-firxa u x-xejriet tal-użu tas-sustanza jew sustanzi psikoattivi l-ġodda, id-disponibbiltà tagħha jew tagħhom u l-potenzjal għat-tixrid fl-Unjoni;

(f)

l-informazzjoni disponibbli dwar l-użu kummerċjali u industrijali tas-sustanza jew sustanzi psikoattivi l-ġodda, il-firxa ta’ tali użu, kif ukoll l-użu tagħha jew tagħhom għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika u ta’ żvilupp;

(g)

informazzjoni rilevanti oħra, fejn disponibbli.

4.   Il-Kumitat Xjentifiku għandu jwettaq valutazzjoni tar-riskju sabiex jivvaluta r-riskji maħluqa mis-sustanza psikoattiva l-ġdida jew mill-grupp ta’ sustanzi psikoattivi ġodda. Għal tali valutazzjoni tar-riskju, il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandhom, kull waħda, ikollhom id-dritt li jaħtru żewġ osservaturi.

5.   Il-Kumitat Xjentifiku għandu jwettaq valutazzjonijiet tar-riskju kif imsemmi fil-paragrafu 4 abbażi tal-informazzjoni disponibbli u ta’ kwalunkwe evidenza xjentifika rilevanti oħra. Huwa għandu jqis l-opinjonijiet kollha tal-membri tiegħu. L-Aġenzija għandha torganizza l-proċedura ta’ valutazzjoni tar-riskju, inkluż l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ informazzjoni futuri u l-istudji rilevanti.

6.   L-Aġenzija għandha tissottometti r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju jew ir-rapport ikkombinat tal-valutazzjoni tar-riskju lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fi żmien sitt ġimgħat minn meta tirċievi t-talba mingħand il-Kummissjoni biex tfassal rapport tal-valutazzjoni tar-riskju skont il-paragrafu 1 jew rapport ikkombinat tal-valutazzjoni tar-riskju skont il-paragrafu 2.

7.   Malli tirċievi talba debitament motivata mill-Aġenzija, il-Kummissjoni tista’ testendi l-perjodu għat-tlestija tal-valutazzjoni tar-riskju jew tal-valutazzjoni tar-riskju kkombinat stipulati fil-paragrafu 6 biex tippermetti li jsiru riċerka u ġbir ta’ data addizzjonali. Tali talba għandu jkun fiha informazzjoni dwar il-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex titlesta l-valutazzjoni tar-riskju jew il-valutazzjoni tar-riskju kkombinat.

8.   L-Aġenzija għandha tipprovdi wkoll valutazzjonijiet tar-riskju rapidi u f’waqthom, f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25), fil-każ ta’ theddida msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament, fejn it-theddida taqa’ taħt il-mandat tal-Aġenzija.

Artikolu 11

Esklużjoni mill-valutazzjoni tar-riskju

1.   Ma għandha titwettaq l-ebda valutazzjoni tar-riskju meta s-sustanza psikoattiva l-ġdida tkun fi stadju avvanzat ta’ valutazzjoni fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, jiġifieri ladarba l-Kumitat Espert dwar id-Dipendenza fuq id-Droga tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jkun ippubblika r-rieżami kritiku tiegħu flimkien ma’ rakkomandazzjoni bil-miktub, ħlief meta jkun hemm biżżejjed data u informazzjoni disponibbli li jissuġġerixxu l-ħtieġa għal rapport tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni, li r-raġunijiet għalihom għandhom jiġu indikati fir-rapport inizjali għal dik is-sustanza.

2.   Ma għandha titwettaq l-ebda valutazzjoni tar-riskju meta, wara valutazzjoni fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, ikun ġie deċiż li s-sustanza psikoattiva l-ġdida ma tiġix skedata, ħlief meta jkun hemm biżżejjed data u informazzjoni disponibbli li jissuġġerixxu l-ħtieġa għal rapport tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni, li r-raġunijiet għalihom għandhom jiġu indikati fir-rapport inizjali għal dik is-sustanza.

3.   Ma għandha titwettaq l-ebda valutazzjoni tar-riskju meta s-sustanza psikoattiva l-ġdida tkun sustanza attiva fi:

(a)

prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem jew fi prodott mediċinali veterinarju li jkun kiseb awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq f’konformità mad-Direttiva 2001/83/KE, mar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jew mar-Regolament (UE) 2019/6;

(b)

prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem jew fi prodott mediċinali veterinarju li jkun is-suġġett ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq;

(c)

prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem jew fi prodott mediċinali veterinarju li l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tiegħu tkun ġiet sospiża mill-awtorità kompetenti;

(d)

prodott mediċinali ta’ investigazzjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (d), tad-Direttiva 2001/20/KE.

Artikolu 12

Valutazzjoni tat-theddid għas-saħħa u s-sigurtà u tħejjija

1.   L-Aġenzija għandha tiżviluppa kapaċità ta’ valutazzjoni strateġika tat-theddid għas-saħħa u s-sigurtà, ibbażata fuq l-evidenza, biex tidentifika fi stadju bikri żviluppi ġodda tal-fenomenu tad-drogi li għandhom potenzjal li jkollhom impatt negattiv fuq is-saħħa, kwistjonijiet soċjali, is-sikurezza jew is-sigurtà fl-Unjoni u, billi tagħmel dan, tgħin biex tiżdied it-tħejjija tal-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jirrispondu għal theddid ġdid b’mod effettiv u fil-ħin.

2.   L-Aġenzija tista’ tniedi valutazzjoni tat-theddid għas-saħħa u għas-sigurtà fuq inizjattiva tagħha stess abbażi ta’ valutazzjoni interna tas-sinjali li joħorġu minn monitoraġġ ta’ rutina, riċerka jew sorsi oħrajn ta’ informazzjoni xierqa. L-Aġenzija tista’ tniedi wkoll valutazzjoni tat-theddid għas-saħħa u għas-sigurtà fuq talba tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, jekk jiġu ssodisfati l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.   Valutazzjoni tat-theddid għas-saħħa u għas-sigurtà għandha tikkonsisti f’evalwazzjoni rapida tal-informazzjoni eżistenti u, fejn meħtieġ, il-ġbir ta’ informazzjoni ġdida permezz tan-networks ta’ informazzjoni tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tiżviluppa metodi xierqa ta’ valutazzjoni xjentifika rapida.

4.   Fejn, wara valutazzjoni tat-theddid għas-saħħa u għas-sigurtà, l-Aġenzija tfassal rapport ta’ valutazzjoni tat-theddid għas-saħħa u s-sigurtà, dak ir-rapport għandu jiddeskrivi t-theddida identifikata, is-sitwazzjoni attwali bbażata fuq l-evidenza disponibbli, l-eżiti potenzjali fil-każ ta’ ebda azzjoni. Ir-rapport tal-valutazzjoni tat-theddid għas-saħħa u għas-sigurtà għandu jistabbilixxi għażliet għat-tħejjija u r-rispons li jistgħu jiġu adottati biex tittaffa t-theddida identifikata u jingħata rispons għaliha, inkluż, fejn possibbli, interventi bbażati fuq l-evidenza dwar it-tnaqqis tad-domanda, it-tnaqqis tar-riskji u tal-ħsara u l-irkupru. Ir-rapport tal-valutazzjoni tat-theddid għas-saħħa u għas-sigurtà jista’ jkun fih ukoll miżuri ta’ segwitu potenzjali. L-Aġenzija għandha tibgħat ir-rapport dwar il-valutazzjoni tat-theddid għas-saħħa u għas-sigurtà lill-Kummissjoni u, kif opportun, lill-Istati Membri.

5.   L-Aġenzija għandha tikkoopera mill-qrib mal-Istati Membri, ma’ korpi, uffiċċji u aġenziji oħrajn tal-Unjoni u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fit-twettiq ta’ valutazzjoni tat-theddid għas-saħħa u għas-sigurtà billi tinvolvihom fil-valutazzjoni kif xieraq. Meta t-theddida potenzjali tkun diġà soġġetta għal analiżi taħt mekkaniżmu ieħor tal-Unjoni, l-Aġenzija ma għandhiex twettaq valutazzjoni tat-theddid għas-saħħa u għas-sigurtà.

6.   Bil-qbil tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha twettaq valutazzjonijiet tat-theddid għas-saħħa u għas-sigurtà fuq it-theddid relatat mad-droga li jirriżulta minn barra l-Unjoni, li għandu l-potenzjal li jkollu impatt fuq is-saħħa, kwistjonijiet soċjali, is-sikurezza jew is-sigurtà fl-Unjoni.

7.   L-Aġenzija għandha timmonitorja l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni u, fejn meħtieġ, taġġorna l-valutazzjonijiet tat-theddid għas-saħħa u għas-sigurtà skont dan.

Artikolu 13

Sistema Ewropea ta’ twissija dwar id-droga

1.   L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tiġġestixxi sistema Ewropea rapida ta’ twissija dwar id-droga, li tikkomplementa s-sistemi ta’ twissija nazzjonali rilevanti u li tkun mingħajr preġudizzju għalihom. Is-sistema Ewropea ta’ twissija dwar id-droga għandha tkun komplimentari għas-sistema ta’ twissija bikrija, imsemmija fl-Artikolu 8.

2.   Il-punti fokali nazzjonali, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali rilevanti, għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Aġenzija bi kwalunkwe informazzjoni relatata mad-dehra ta’ riskju serju dirett jew indirett relatat mad-droga għas-saħħa, għall-aspetti soċjali, għas-sikurezza jew għas-sigurtà, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni li tista’ tkun utli għall-koordinazzjoni ta’ rispons kull meta jsiru jafu b’tali informazzjoni, bħal:

(a)

it-tip u l-oriġini tar-riskju;

(b)

id-data u l-post tal-avveniment li jinvolvi r-riskju;

(c)

il-mezzi ta’ esponiment, trażmissjoni jew tixrid;

(d)

data analitika u tossikoloġika;

(e)

il-metodi ta’ identifikazzjoni;

(f)

ir-riskji għas-saħħa;

(g)

ir-riskji soċjali, għas-saħħa u għas-sigurtà;

(h)

il-miżuri tas-saħħa implimentati jew li huma maħsuba li jittieħdu fil-livell nazzjonali;

(i)

miżuri għajr dawk tas-saħħa;

(j)

kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għar-riskju serju għas-saħħa inkwistjoni.

3.   L-Aġenzija għandha tanalizza u tivvaluta l-informazzjoni u d-data disponibbli dwar riskji serji potenzjali għas-saħħa u tikkomplementahom bi kwalunkwe informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli mis-sistema ta’ twissija bikrija msemmija fl-Artikolu 8 u valutazzjonijiet tat-theddid oħrajn imwettqa f’konformità mal-Artikolu 12, minn korpi, uffiċċji u aġenziji oħrajn tal-Unjoni u minn organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. L-Aġenzija għandha tqis, l-informazzjoni b’sors miftuħ u l-informazzjoni disponibbli miksuba permezz tal-għodod tagħha għall-ġbir tad-data u mill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż il-komunità xjentifika u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

4.   Abbażi tal-informazzjoni u data riċevuta skont il-paragrafu 3, l-Aġenzija għandha tipprovdi komunikazzjonijiet ta’ riskju ta’ twissija rapida mmirati lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, inkluż il-punti fokali nazzjonali. L-Aġenzija tista’ tipproponi għażliet ta’ rispons f’tali komunikazzjonijiet ta’ riskju.L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw tali komunikazzjonijiet ta’ riskju bħala parti mill-ippjanar ta’ tħejjija tagħhom u mill-attivitajiet ta’ rispons nazzjonali.

5.   Il-punti fokali nazzjonali, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali rilevanti, għandhom jinformaw lill-Aġenzija b’informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex l-Aġenzija tkun tista’ tanalizza u tivvaluta aktar ir-riskji msemmija fil-paragrafu 2 u l-azzjonijiet implimentati jew il-miżuri meħuda wara li jirċievu l-komunikazzjonijiet ta’ riskju ta’ twissija rapida imsemmija fil-paragrafu 4.

6.   L-Aġenzija għandha tikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri biex tippromwovi l-koerenza meħtieġa fil-proċess ta’ komunikazzjoni tar-riskju.

7.   L-Aġenzija tista’ tiftaħ il-parteċipazzjoni fis-sistema Ewropea ta’ twissija dwar id-droga għal pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. Dik il-parteċipazzjoni għandha tkun ibbażata fuq ir-reċiproċità u għandha tinkludi miżuri ta’ kunfidenzjalità ekwivalenti għal dawk applikabbli fl-Aġenzija.

8.   F’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali rilevanti, b’mod partikolari l-punti fokali nazzjonali, l-Aġenzija, għandha, jekk ikun meħtieġ, tiżviluppa sistema ta’ twissija biex tagħmel l-informazzjoni dwar ir-riskju speċifiku disponibbli, fejn xieraq, għal persuni li jużaw jew potenzjalment jużaw drogi speċifiċi.

9.   L-Aġenzija għandha taġġorna t-twissijiet tagħha dwar id-drogi, kull meta jkun meħtieġ.

Artikolu 14

Prekursuri tad-droga

1.   L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-iżviluppi relatati mad-devjazzjoni u mat-traffikar tal-prekursuri tad-droga u fil-valutazzjoni tal-ħtieġa li żżid ma’, tneħħi minn, jew tbiddel il-kategorija ta’ sustanzi skedati u mhux skedati elenkati b’rabta mar-Regolamenti (KE) Nru 273/2004 u (KE) Nru 111/2005, inkluż fl-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-użi leċiti u illeċiti tagħhom.

2.   L-Aġenzija għandha tħejji, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Kummissjoni, rapport ta’ valutazzjoni tat-theddid dwar il-prekursuri tad-droga.

Artikolu 15

Network ta’ laboratorji forensiċi u tossikoloġiċi

1.   L-Aġenzija għandha tistabbilixxi network ta’ laboratorji forensiċi u tossikoloġiċi attivi fl-investigazzjonijiet forensiċi u tossikoloġiċi tad-drogi u tal-ħsara relatata mad-droga (in-“network”).

2.   In-network għandu jaġixxi primarjament bħala forum għal:

(a)

ġenerazzjoni ta’ data u għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar żviluppi u xejriet ġodda;

(b)

organizzazzjoni ta’ taħriġ biex tittejjeb il-kompetenza tal-esperti forensiċi tad-droga u tat-tossikoloġija;

(c)

appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità; u

(d)

appoġġ għall-armonizzazzjoni ulterjuri tal-ġbir tad-data u tal-metodi analitiċi.

Il-punti fokali nazzjonali għandhom jiġu infurmati fuq bażi regolari, mill-inqas darba fis-sena, dwar l-attivitajiet tan-network. Il-punti fokali nazzjonali għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni u d-data ġġenerati min-network.

3.   Kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jaħtar għan-network, permezz tar-rappreżentant tiegħu fil-Bord tat-Tmexxija, sa tliet laboratorji li jispeċjalizzaw fl-analiżi forensika, fit-tossikoloġija jew f’oqsma oħra rilevanti relatati mad-drogi, biex jaġixxu bħala laboratorji rappreżentattivi nazzjonali. L-Aġenzija tista’ tagħżel laboratorji jew esperti addizzjonali partikolarment attivi fl-investigazzjonijiet forensiċi u tossikoloġiċi tad-drogi u tal-ħsarat relatati mad-droga għal proġetti speċifiċi.

4.   Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni għandu jkun membru tan-network u jirrappreżenta lill-Kummissjoni fin-network.

5.   In-network għandu jikkoopera mill-qrib man-networks u l-organizzazzjonijiet eżistenti attivi fl-istess oqsma tan-network u għandu jqis il-ħidma tagħhom sabiex jiġu evitati duplikazzjonijiet. In-network Reitox għandu jiġi informat regolarment, u mill-inqas darba fis-sena, dwar il-ħidma tan-network.

6.   L-Aġenzija għandha tippresiedi n-network u ssejjaħ mill-inqas laqgħa waħda fis-sena. In-network jista’ jiddeċiedi li joħloq gruppi ta’ ħidma, li jistgħu jiġu ppreseduti minn membri tan-network.

7.   In-network għandu jippermetti lill-Aġenzija jkollha aċċess għad-data forensika u tossikoloġika, iġġenerata jew miġbura mil-laboratorji tan-network, inkluż fejn meħtieġ, għall-analiżi ta’ sustanzi psikoattivi ġodda.

8.   L-Aġenzija għandha tidentifika u tiffinanzja proġetti speċifiċi biex tavvanza l-ħidma tan-network, kif xieraq u abbażi ta’ regoli u proċeduri ċari u trasparenti. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi dawk ir-regoli u l-proċeduri qabel ma tidentifika tali proġetti.

9.   L-Aġenzija għandha toħloq bażi tad-data biex taħżen, tanalizza u tagħmel disponibbli l-informazzjoni u d-data miġbura jew iġġenerata min-network, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-Artikolu 6(8) u l-Artikolu 49.

KAPITOLU IV

Żvilupp tal-kompetenzi

Artikolu 16

Interventi bbażati fuq l-evidenza, l-aħjar prattiki u s-sensibilizzazzjoni

1.   L-Aġenzija għandha tiżviluppa u tippromwovi interventi bbażati fuq l-evidenza u l-aħjar prattiki fir-rigward tal-effetti avversi tad-drogi, il-prevenzjoni, it-trattament, il-kura, it-tnaqqis tar-riskju u tal-ħsara, ir-riabilitazzjoni, ir-riintegrazzjoni soċjali u l-irkupru, u żżid is-sensibilizzazzjoni dwarhom. Fejn rilevanti, l-Aġenzija għandha tieħu approċċ li jqis kwistjonijiet ta’ ġeneru u għandha tqis id-dimensjoni tal-età. Interventi bbażati fuq l-evidenza, l-aħjar prattiki u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni jiġu adattati għall-kuntest nazzjonali u implimentati fil-livell nazzjonali u, meta jkun meħtieġ, ikunu mmirati lejn gruppi speċifiċi.

2.   L-Interventi bbażati fuq l-evidenza, l-aħjar prattiki u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu f’konformità man-normi tad-drittijiet tal-bniedem u l-orjentazzjonijiet politiċi stabbiliti fid-dokumenti strateġiċi applikabbli tal-Unjoni relatati mad-droga.

3.   L-Aġenzija għandha tippromwovi l-implimentazzjoni tal-istandards ta’ kwalità eżistenti għall-prevenzjoni tad-droga u taġġornahom kif xieraq. L-Aġenzija għandha tipprovdi jew tappoġġa t-taħriġ skont l-Artikolu 19. L-Aġenzija għandha tiżviluppa, fejn xieraq, standards ta’ kwalità għat-tnaqqis tar-riskju u l-ħsara, it-trattament, l-irkupru, il-kura u r-riabilitazzjoni.

4.   L-Aġenzija tista’ toffri appoġġ lill-Istati Membri u għandha, suġġett għall-qbil minn qabel tagħhom, tassistihom fl-iżvilupp ta’ interventi nazzjonali fil-qasam tal-mandat tagħha.

Artikolu 17

Skema ta’ valutazzjoni volontarja għal miżuri nazzjonali

1.   Fuq talba ta’ awtorità nazzjonali ta’ pajjiż parteċipanti, l-Aġenzija għandha tivvaluta l-miżuri nazzjonali f’konformità mal-protokoll operattiv standard previst fil-paragrafu 3.

2.   Qabel ma tivvaluta miżura nazzjonali, l-Aġenzija għandha tevalwaha u tanalizza jekk din tkunx konformi mal-aħħar sitwazzjoni xjentifika attwali u jekk ikunx ġie pprovat li hija utli biex tindirizza l-objettivi ddikjarati tagħha.

3.   L-Aġenzija għandha tiżviluppa proċedura ta’ valutazzjoni. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-proċedura ta’ valutazzjoni b’mod trasparenti fi protokoll operattiv standard. Il-Bord tat-Tmexxija għandu japprova l-protokoll operattiv standard u kwalunkwe bidla fih qabel l-applikazzjoni tiegħu mill-Aġenzija.

4.   L-Aġenzija għandha tinforma regolarment lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-valutazzjonijiet li tkun wettqet skont dan l-Artikolu.

Artikolu 18

Appoġġ lill-Istati Membri

1.   Fuq talba ta’ Stat Membru, l-Aġenzija tista’ tappoġġa l-evalwazzjoni indipendenti tal-politiki tagħha dwar id-droga u l-iżvilupp ta’ politiki dwar id-drogi bbażati fuq l-evidenza f’konformità mad-dokumenti strateġiċi applikabbli tal-Unjoni relatati mad-droga.

2.   L-Aġenzija, tista’ toffri appoġġ lill-Istati Membri u, għandha, suġġett għall-qbil minn qabel tagħhom, tassistihom fl-implimentazzjoni tal-politiki nazzjonali tagħhom dwar id-drogi, tal-istandards ta’ kwalità, tal-aħjar prattiki u tal-approċċi innovattivi. L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluż dwar il-liġi rilevanti u l-aħjar prattiki, bejn l-awtoritajiet u l-esperti nazzjonali.

3.   Meta tappoġġa l-evalwazzjoni tal-politiki tad-droga, l-Aġenzija għandha taġixxi b’mod indipendenti u għandha tkun iggwidata mill-istandards xjentifiċi tagħha u approċċ ibbażat fuq l-evidenza.

Artikolu 19

Taħriġ

L-Aġenzija għandha, fl-ambitu tal-mandat tagħha u f’koordinazzjoni ma’ korpi, uffiċċji u aġenziji oħrajn tal-Unjoni:

(a)

tipprovdi taħriġ u kurrikuli speċjalizzati f’oqsma ta’ interess u rilevanza tal-Unjoni;

(b)

tipprovdi għodod relatati mat-taħriġ u sistemi ta’ appoġġ maħsuba biex jiffaċilitaw l-iskambju tal-għarfien madwar l-Unjoni kollha;

(c)

tassisti lill-Istati Membri fl-organizzazzjoni ta’ inizjattivi ta’ taħriġ u bini tal-kapaċità.

Artikolu 20

Kooperazzjoni internazzjonali u assistenza teknika

1.   L-Aġenzija għandha:

(a)

tiżviluppa qafas ta’ kooperazzjoni internazzjonali, li għandu jiġi approvat mill-Bord tat-Tmexxija soġġett għal approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni, li għandu jiggwida l-attivitajiet tal-Aġenzija fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali;

(b)

tikkoopera b’mod attiv mal-organizzazzjonijiet u mal-korpi msemmija fl-Artikolu 53(1);

(c)

tappoġġa l-iskambju u t-tixrid tal-aħjar prattiki tal-Unjoni u tar-riżultati tar-riċerka li jistgħu jiġu implimentati fil-livell internazzjonali;

(d)

timmonitorja l-iżviluppi tal-fenomenu internazzjonali tad-droga li jistgħu joħolqu theddida għall-Unjoni, jew ikollhom implikazzjonijiet għaliha, permezz tal-monitoraġġ u l-analiżi tal-informazzjoni disponibbli minn korpi internazzjonali, awtoritajiet nazzjonali, sejbiet tar-riċerka u sorsi ta’ informazzjoni rilevanti oħrajn;

(e)

tipprovdi data u analiżi dwar is-sitwazzjoni Ewropea tad-droga f’laqgħat internazzjonali u fora tekniċi xierqa, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, u tappoġġa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fi djalogi internazzjonali dwar id-drogi;

(f)

tippromwovi l-inkorporazzjoni ta’ kull data rilevanti dwar id-droga koperta minn dan ir-Regolament u miġbura fl-Istati Membri jew li toriġina mill-Unjoni fi programmi internazzjonali ta’ monitoraġġ u kontroll tad-droga, b’mod partikolari dawk stabbiliti min-Nazzjonijiet Uniti u mill-aġenziji speċjalizzati tagħha, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tat-trażmissjoni ta’ informazzjoni taħt il-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Droga;

(g)

tappoġġa lill-Istati Membri fir-rapportar tal-informazzjoni rilevanti u fl-għoti tal-analiżi meħtieġa lis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż is-sottomissjoni tad-data rilevanti kollha relatata ma’ sustanza psikoattiva ġdida lill-UNODC u lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;

(h)

tappoġġa lill-pajjiżi terzi, b’mod partikolari lill-pajjiżi kandidati, fl-iżvilupp tal-politiki tagħhom dwar id-drogi f’konformità mal-prinċipji stipulati fid-dokumenti strateġiċi tal-Unjoni applikabbli relatati mad-drogi, inkluż billi tipprovdi appoġġ għall-evalwazzjoni indipendenti tal-politiki tagħhom u tinkoraġġixxi lil dawk il-pajjiżi terzi jappoġġaw il-parteċipazzjoni u l-involviment tas-soċjetà ċivili fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki dwar id-drogi.

2.   Il-qafas ta’ kooperazzjoni internazzjonali msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandu jfittex li jsaħħaħ u jappoġġa aktar l-isforzi ta’ pajjiżi terzi biex jindirizzaw kwistjonijiet relatati mad-drogi b’mod ibbażat fuq l-evidenza, integrat, ibbilanċjat u multidixxiplinari u f’konformità sħiħa man-normi tad-drittijiet tal-bniedem. Dak il-qafas ta’ kooperazzjoni internazzjonali għandu jqis id-dokumenti ta’ politika rilevanti tal-Unjoni u jikkunsidra l-iżviluppi tal-fenomenu tad-droga. Huwa għandu jistabbilixxi l-pajjiżi jew ir-reġjuni prijoritarji għall-kooperazzjoni u l-eżiti ewlenin tal-kooperazzjoni. Huwa għandu jikkunsidra wkoll l-esperjenzi u l-attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri. L-Aġenzija għandha tevalwa u tirrevedi l-qafas ta’ kooperazzjoni internazzjonali regolarment.

3.   L-Aġenzija għandha tittrasferixxi, fuq talba tal-Kummissjoni u soġġett għall-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija, l-għarfien espert tagħha u tipprovdi assistenza teknika lil pajjiżi terzi, b’mod partikolari pajjiżi kandidati, f’konformità mal-qafas ta’ kooperazzjoni internazzjonali tagħha msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a).

L-assistenza teknika għandha tiffoka b’mod partikolari fuq l-istabbiliment jew il-konsolidazzjoni ta’ punti fokali nazzjonali, ta’ sistemi nazzjonali għall-ġbir tad-data u ta’ sistemi nazzjonali ta’ twissija bikrija u fuq il-promozzjoni tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-prevenzjoni, it-trattament, il-kura, it-tnaqqis tar-riskju u tal-periklu, ir-riabilitazzjoni, ir-riintegrazzjoni soċjali u l-irkupru, u sussegwentement tassisti fil-ħolqien u t-tisħiħ ta’ rabtiet strutturali mas-sistema ta’ twissija bikrija msemmija fl-Artikolu 8 u man-network Reitox. L-Aġenzija tista’ tivvaluta l-korpi nazzjonali ta’ pajjiż terz, jekk il-pajjiż terz jitlob dan.

4.   L-Aġenzija għandha tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ma’ pajjiżi terzi f’konformità mal-Artikoli 53 u 54.

Artikolu 21

Riċerka u innovazzjoni

1.   L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta’ temi ta’ riċerka ewlenin u fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi qafas tal-Unjoni għal attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni li huma rilevanti sabiex hija twettaq il-kompiti ġenerali u speċifiċi tagħha stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5, rispettivament. L-Aġenzija għandha tagħti attenzjoni xierqa lill-intersezzjonalità bħala prinċipju trażversali fl-attivitajiet tagħha relatati mar-riċerka. Meta l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ temi ta’ riċerka ewlenin u fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ programm qafas tal-Unjoni, l-Aġenzija ma għandhiex tirċievi finanzjament minn dak il-programm.

2.   L-Aġenzija għandha timmonitorja u tikkontribwixxi b’mod proattiv għall-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni sabiex hija twettaq il-kompiti ġenerali u speċifiċi tagħha stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5, tappoġġa l-attivitajiet relatati tal-Istati Membri, u timplimenta l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni tagħha rigward kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, inkluż l-iżvilupp, it-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ algoritmi għall-iżvilupp tal-għodod. L-Aġenzija għandha xxerred ir-riżultati ta’ tali riċerka u innovazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà pprovduti fl-Artikolu 49.

3.   L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għal, u tipparteċipa fi, l-attivitajiet imwettqa fil-qafas taċ-ċiklu tar-riċerka u l-innovazzjoni, bħaċ-Ċentru tal-Unjoni tal-Innovazzjoni għas-Sigurtà Interna u l-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa, stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2021 (26).

4.   L-Aġenzija tista’ tippjana u timplimenta proġetti pilota rigward kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

5.   L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tevita kunflitti ta’ interess fl-implimentazzjoni tal-proġetti pilota msemmija fil-paragrafu 4. Hija għandha tippubblika l-informazzjoni dwar il-proġetti ta’ riċerka tagħha, inkluż il-proġetti ta’ dimostrazzjoni. Tali informazzjoni għandha tinkludi l-imsieħba ta’ kooperazzjoni involuti u l-baġit tal-proġetti.

6.   L-Aġenzija għandha toħloq bażi tad-data biex taħżen, tanalizza u tagħmel disponibbli programmi ta’ riċerka relatati mad-droga.

KAPITOLU V

Organizzazzjoni tal-Aġenzija

Artikolu 22

Struttura amministrattiva u maniġerjali

1.   L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Aġenzija għandha tinkludi:

(a)

Bord tat-Tmexxija, li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24;

(b)

Bord Eżekuttiv, li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28;

(c)

Direttur Eżekuttiv, li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 30;

(d)

Kumitat Xjentifiku, li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31; u

(e)

in-Network Reitox.

2.   Il-membri tal-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Aġenzija ma għandu jkollhom ebda interess finanzjarju jew interess ieħor li jista’ jaffettwa l-imparzjalità tagħhom. Għandhom jaġixxu fl-interess pubbliku u jwettqu l-attivitajiet tagħhom b’mod indipendenti, imparzjali u trasparenti. Huma għandhom jagħmlu dikjarazzjoni annwali tal-interessi tagħhom, li tista’ tkun aċċessibbli fuq talba.

Artikolu 23

Kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn:

(a)

rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, bid-dritt tal-vot;

(b)

żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni, bid-dritt tal-vot.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinkludi wkoll:

(a)

żewġ esperti indipendenti maħturin mill-Parlament Ewropew, li huma partikolarment informati tajjeb fil-qasam tad-drogi, bid-dritt tal-vot;

(b)

rappreżentant wieħed minn kull pajjiż terz, li jkun ikkonkluda ftehim mal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 54, mingħajr id-dritt tal-vot.

3.   Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu membru supplenti. Il-membru supplenti għandu jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu u jista’ jattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija.

4.   Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u l-membri supplenti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fl-oqsma stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), filwaqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti. Il-partijiet kollha rrappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija għandhom jagħmlu sforzi biex jillimitaw it-tibdil tar-rappreżentanti tagħhom, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-Bord tat-Tmexxija. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bilanċjata bejn il-ġeneri fil-Bord tat-Tmexxija.

5.   Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jistieden, bħala osservaturi, rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li magħhom tikkoopera l-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 53.

6.   Il-mandat għall-membri u għall-membri supplenti tagħhom għandu jkun ta’ erba’ snin. Dak it-terminu jista’ jiġġedded.

Artikolu 24

Funzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu:

(a)

jagħti l-orjentazzjonijiet ġenerali għall-attivitajiet tal-Aġenzija;

(b)

jadotta l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 36 qabel is-sottomissjoni tiegħu lill-Kummissjoni għall-opinjoni tagħha;

(c)

wara li jkun kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta d-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-Aġenzija b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri bid-dritt tal-vot;

(d)

jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri bid-dritt tal-vot, il-baġit annwali tal-Aġenzija u jeżerċita funzjonijiet oħrajn fir-rigward tal-baġit tal-Aġenzija skont il-Kapitolu VI;

(e)

jivvaluta u jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri bid-dritt tal-vot, ir-rapport annwali konsolidat tal-attività dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija, jibgħat kemm ir-rapport kif ukoll il-valutazzjoni tiegħu ta’ dan sal-1 ta’ Lulju ta’ kull sena lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u jiżgura li r-rapport annwali konsolidat tal-attività jkun disponibbli għall-pubbliku;

(f)

jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 42;

(g)

jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata mar-riskji ta’ frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;

(h)

jadotta strateġija għall-kisba ta’ titjib fl-effiċjenza u sinerġiji ma’ korpi, uffiċji u aġenziji oħrajn tal-Unjoni;

(i)

jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu, tal-membri tal-Bord Eżekuttiv, tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku u tal-membri tar- Reitox, u ta’ esperti nazzjonali sekondati u membri tal-persunal oħrajn mhux impjegati mill-Aġenzija kif imsemmi fl-Artikolu 44, u għandu jippubblika kull sena fuq is-sit web tal-Aġenzija d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija;

(j)

japprova l-protokoll operattiv standard imsemmi fl-Artikolu 17(3);

(k)

japprova l-qafas ta’ kooperazzjoni internazzjonali msemmi fl-Artikolu 20(1), il-punt (a), u l-programmi ta’ assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 20(3);

(l)

japprova l-livell ta’ kofinanzjament imsemmi fl-Artikolu 33(5);

(m)

jadotta u jaġġorna regolarment il-pjanijiet ta’ komunikazzjoni u tixrid imsemmija fl-Artikolu 5(8), abbażi ta’ analiżi tal-ħtiġijiet;

(n)

jadotta u jagħmel disponibbli għall-pubbliku r-regoli ta’ proċedura tiegħu, inkluż ir-regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess;

(o)

f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-“Regolamenti tal-Persunal”) lill-awtorità tal-ħatra u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (“il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra” fuq l-Awtorità mogħtija s-setgħa li tikkonkludi Kuntratt ta’ Impjieg, stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, ECSC) Nru 259/68 (27), (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”);

(p)

bi qbil mal-Kummissjoni, jadotta regoli ta’ implimentazzjoni sabiex jiddaħħlu fis-seħħ ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra f’konformità mal-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

(q)

jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u, fejn rilevanti, jiddeċiedi dwar estensjoni tal-mandat jew dwar tneħħija mill-kariga f’konformità mal-Artikolu 29;

(r)

jaħtar uffiċjal tal- kontabilità, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-, li għandu jkun totalment indipendenti fil-qadi ta’ dmirijietu;

(s)

jaħtar il-membri tal-Kumitat Xjentifiku;

(t)

japprova l-lista ta’ esperti li għandha tintuża biex jiġi estiż il-Kumitat Xjentifiku f’konformità mal-Artikolu 31(6);

(u)

jieħu deċiżjonijiet wara l-valutazzjoni tal-punti fokali nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 35;

(v)

jistabbilixxi l-metodu għall-kalkolu tat-tariffi u l-mod kif jitħallsu t-tariffi skont l-Artikolu 38;

(w)

jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni u mill-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom (28), u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (29), kif imsemmi fl-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament;

(x)

jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-istabbiliment, u, fejn meħtieġ, il-modifika tal-istrutturi interni tal-Aġenzija, wara li jikkunsidra l-ħtiġijiet tal-attivitajiet tal-Aġenzija u filwaqt li jqis il-ġestjoni baġitarja tajba;

(y)

jadotta l-arranġamenti ta’ ħidma f’konformità mal-Artikolu 53.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta, f’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u abbażi tal-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom din id-delega tas-setgħat tista’ tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat.

Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jkunu jirrikjedu dan, il-Bord tat-Tmexxija jista’, permezz ta’ deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra mogħtija lid-Direttur Eżekuttiv u dawk is-setgħat li jkunu ġew sottodelegati mid-Direttur Eżekuttiv u jeżerċitahom huwa stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal għajr id-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 25

Il-President tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu bi dritt tal-vot. Il-President u l-Viċi President għandhom jiġu eletti b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bordijiet tat-Tmexxija bid-dritt tal-vot.

2.   Il-Viċi President għandu jissostitwixxi awtomatikament lill-President jekk dan ma jkunx jista’ jaqdi dmirijietu.

3.   Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun ta’ erba’ snin. Dak il-mandat jista’ jiġġedded darba. Madankollu, jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija tintemm fi kwalunkwe żmien matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi awtomatikament f’dik id-data.

4.   Il-proċedura dettaljata għall-elezzjoni tal-President u tal-Viċi President għandha tiġi stabbilita fir-regoli ta’ proċedura tal-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 26

Laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-President għandu jsejjaħ il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija.

3.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jorganizza mill-inqas laqgħa ordinarja waħda fis-sena. Barra minn hekk, dan għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu, fuq talba tal-Kummissjoni, jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu.

4.   Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jistieden lil kwalunkwe persuna, inkluż rappreżentanti minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li l-opinjoni tagħha tista’ tkun ta’ interess sabiex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

5.   Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija jistgħu, soġġetti għar-regoli ta’ proċedura tiegħu, jiġu assistiti fil-laqgħat minn konsulenti jew esperti.

6.   L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat għall-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 27

Regoli tal-Bord tat-Tmexxija dwar il-votazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24(1), il-punti (c) u (d), l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 35(6), l-Artikolu 29(8) u l-Artikolu 53(2), il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu deċiżjonijiet minn maġġoranza tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot.

2.   Kull membru bid-dritt tal-vot għandu jkollu vot wieħed. Fl-assenza ta’ membru bid-dritt tal-vot, il-membru supplenti tiegħu għandu jkun intitolat li jeżerċita d-dritt tal-vot.

3.   Il-President u l-Viċi President għandhom jieħdu sehem fil-votazzjoni.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv ma għandux jieħu sehem fil-votazzjoni.

5.   Ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta’ votazzjoni aktar dettaljati, b’mod partikolari ċ-ċirkostanzi li fihom membru jista’ jaġixxi f’isem membru ieħor.

Artikolu 28

Bord Eżekuttiv

1.   Il-Bord Eżekuttiv għandu:

(a)

jiddeċiedi dwar dawk il-kwistjonijiet previsti fir-regoli finanzjarji adottati skont l-Artikolu 42 li ma humiex riżervati għall-Bord tat-Tmexxija minn dan ir-Regolament;

(b)

jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, u minn investigazzjonijiet mill-OLAF u mill-UPPE, kif imsemmi fl-Artikolu 48;

(c)

mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv, kif stabbiliti fl-Artikolu 30, jimmonitorja u jissorvelja l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija, bil-ħsieb li jsaħħaħ is-superviżjoni tal-ġestjoni amministrattiva u baġitarja.

2.   Fejn meħtieġ, minħabba l-urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista’ jieħu ċerti deċiżjonijiet proviżorji minflok il-Bord tat-Tmexxija, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni amministrattiva, inkluż is-sospensjoni tad-delega tas-setgħat ta’ awtorità tal-ħatra u kwistjonijiet baġitarji. Il-kondizzjonijiet għat-teħid ta’ tali deċiżjonijiet proviżorji għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura tal-Bord tat-Tmexxija.

3.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President u mill-Viċi President tal-Bord tat-Tmexxija, minn żewġ membri oħrajn maħtura mill-Bord tat-Tmexxija minn fost il-membri tiegħu bid-dritt tal-vot u minn żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni għall-Bord tat-Tmexxija.

Il-President tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ukoll il-President tal-Bord Eżekuttiv.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv bħala osservatur. Il-Bord Eżekuttiv jista’ jistieden osservaturi oħrajn sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu.

4.   Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun ta’ erba’ snin. Il-mandat tagħhom jista’ jiġġedded darba. Jekk, madankollu, is-sħubija tagħhom fil-Bord ta’ Tmexxija tispiċċa fi kwalunkwe ħin matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom fil-Bord Eżekuttiv għandu jiskadi awtomatikament f’dik id-data..

5.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jorganizza mill-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, huwa għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq talba tal-membri tiegħu.

6.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’kunsens fost il-membri tiegħu. Jekk il-Bord Eżekuttiv ma jkunx f’pożizzjoni li jieħu deċiżjoni b’kunsens, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-Bord tat-Tmexxija.

7.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord Eżekuttiv.

Artikolu 29

Direttur Eżekuttiv

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2, il-punt (a), tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv minn lista ta’ ta’ lanqas tliet kandidati proposti mill-Kummissjoni, abbażi ta’ proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Il-proċedura tal-għażla għandha tinkludi l-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal espressjonijiet ta’ interess f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u f’media xierqa oħra. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-abbozz ta’ sejħa għal espressjonijiet ta’ interess. Il-Kummissjoni tista’ tinkludi rappreżentant tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur fil-proċedura tal-għażla.

Qabel il-ħatra mill-Bord tat-Tmexxija fil-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv, il-kandidati magħżula mill-Kummissjoni jistgħu jiġu mistiedna, mingħajr dewmien, jagħmlu dikjarazzjoni quddiem il-kumitat jew kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġbu mistoqsijiet mill-membri tal-kumitat. Wara li jkun sema’ d-dikjarazzjoni u t-tweġibiet, il-Parlament Ewropew jista’ jadotta opinjoni li tagħti l-fehmiet tiegħu u jippreżentaha lill-Bord tat-Tmexxija.

3.   Għall-fini tal-konklużjoni tal-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija għandha tkun irrappreżentata mill-President tal-Bord tat-Tmexxija.

4.   Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Sal-aħħar ta’ dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tqis evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, inkluż input preċedenti mill-Bord tat-Tmexxija, u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija.

5.   Il-Bord tat-Tmexxija, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal perjodu ta’ mhux aktar minn ħames snin.

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew jekk ikollu l-ħsieb li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Qabel ma l-Bord tat-Tmexxija jieħu d-deċiżjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni mingħajr dewmien quddiem il-kumitat jew kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet mill-membri tal-kumitat.

6.   Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma għandux jipparteċipa fi proċedura ta’ għażla oħra għall-istess kariga fi tmiem il-perjodu ġenerali.

7.   Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss fuq deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati, b’mod li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità applikabbli, dwar ir-raġunijiet għal tali deċiżjoni.

8.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv abbażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot.

Artikolu 30

Responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għat-tmexxija tal-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli lejn il-Bord tat-Tmexxija.

2.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Bord Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fil-qadi ta’ dmirijietu u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew minn xi korp ieħor.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar il-qadi ta’ dmirijietu meta jkun mistieden jagħmel dan. Il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar il-qadi ta’ dmirijietu.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija.

5.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti speċifiċi tal-Aġenzija stabbiliti fl-Artikolu 5. B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli sabiex:

(a)

jieħu ħsieb l-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-Aġenzija;

(b)

iħejji u jimplimenta d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tat-Tmexxija;

(c)

iħejji d-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 36 u jissottomettih lill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(d)

jimplimenta d-dokument uniku ta’ programmazzjoni u jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

(e)

iħejji r-rapport annwali konsolidat tal-attività tal-Aġenzija u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-valutazzjoni u għall-adozzjoni;

(f)

jipproponi lill-Bord tat-Tmexxija l-livell ta’ kofinanzjament imsemmi fl-Artikolu 33(5), fejn tali kofinanzjament ikun irid jingħata lill-punti fokali nazzjonali;

(g)

jipproponi lill-Bord tat-Tmexxija, il-metodu tal-kalkolu ta’ tariffi u l-mod tal-ħlas ta’ tariffi f’konformità mal-Artikolu 38;

(h)

iħejji pjan ta’ azzjoni ta’ segwitu b’rabta mal-konklużjonijiet ta’ rapporti u evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, u investigazzjonijiet mill-OLAF u mill-UPPE, kif imsemmi fl-Artikolu 48, u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u regolarment lill-Bord tat-Tmexxija u lill-Bord Eżekuttiv;

(i)

jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, mingħajr ma jippreġudika l-kompetenza investigattiva tal-OLAF u tal-UPPE, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, billi jirkupra ammonti mħallsin b’mod żbaljat u, fejn ikun xieraq, billi jimponi penali amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi u billi jirrapporta kwalunkwe mġiba kriminali lill-UPPE f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/1939 li fir-rigward tagħha l-UPPE jkun jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu;

(j)

iħejji strateġija kontra l-frodi u strateġiji ta’ titjib fl-effiċjenza u sinerġiji għall-Aġenzija u jippreżentahom lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni;

(k)

iħejji abbozz ta’ regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija;

(l)

iħejji abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija u jimplimenta l-baġit tagħha.

6.   Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddeċiedi li jistazzjona uffiċjal ta’ kollegament wieħed jew aktar fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni u fil-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni bl-iskop li jitwettqu l-kompiti tal-Aġenzija b’mod effiċjenti u effettiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jikseb il-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni u tal-Bord tat-Tmexxija. Id-deċiżjonijiet dwar l-istazzjonar ta’ uffiċjal ta’ kollegament għandhom jispeċifikaw, b’tali mod li jiġu evitati l-ispejjeż bla bżonn u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija, l-ambitu tal-attivitajiet li għandhom jitwettqu mill-uffiċjali ta’ kollegament.

7.   Meta jintalab mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, id-Direttur Eżekuttiv għandu jattendi, mingħajr dewmien żejjed, laqgħat organizzati mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, skont il-każ, dwar kwalunkwe suġġett relatat mal-mandat tal-Aġenzija.

Artikolu 31

Kumitat Xjentifiku

1.   Il-Kumitat Xjentifiku għandu jkun magħmul minn mhux inqas minn seba’ xjenzjati u mhux aktar minn ħmistax-il xjenzjat maħtura mill-Bord tat-Tmexxija fid-dawl tal-eċċellenza xjentifika tagħhom u l-indipendenza tagħhom, wara l-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal espressjoni ta’ interess f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u f’media xierqa oħra. L-Aġenzija għandha tinforma lill-kumitat jew kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew dwar il-ħatriet fil-Kumitat Xjentifiku u dwar il-ħidma tiegħu. Il-proċedura għall-għażla tal-membri fil-Kumitat Xjentifiku għandha tiżgura li l-oqsma speċjalizzati tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku jkopru l-aktar oqsma rilevanti marbuta mal-objettivi tal-Aġenzija. Il-partijiet involuti fil-ħatra tal-membri fil-Kumitat Xjentifiku għandu jkollhom l-għan li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn il-ġeneri fil-Kumitat Xjentifiku.

2.   Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandhom jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom għal perjodu ta’ erba’ snin, li għandu jkun jista’ jiġġedded darba.

3.   Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandhom ikunu indipendenti u għandhom jaġixxu fl-interess pubbliku. Huma la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew mingħand xi korp ieħor.

4.   Meta membru ma jibqax jissodisfa l-kriterji ta’ indipendenza, hu jew hi għandu/ha j/tinforma lill-Bord tat-Tmexxija. Inkella, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddikjara, fuq proposta ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu jew tal-Kummissjoni, li hemm n-nuqqas ta’ indipendenza u jirrevoka lill-persuna kkonċernata. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar membru ġdid għall-bqija tal-mandat ta’ dak il-membru f’konformità mal-proċedura ordinarja għall-ħatra tal-membri ordinarji.

5.   Il-Kumitat Xjentifiku għandu jagħti opinjoni fejn previst f’dan ir-Regolament jew dwar kwalunkwe kwistjoni xjentifika li tikkonċerna l-attivitajiet tal-Aġenzija, li l-Bord tat-Tmexxija jew id-Direttur Eżekuttiv jista’ jissottomettilu. L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija.

6.   Għall-fini tal-valutazzjoni tar-riskji maħluqa minn sustanza psikoattiva ġdida jew minn grupp ta’ sustanzi psikoattivi ġodda, il-Kumitat Xjentifiku jista’ jiġi estiż kif jitqies meħtieġ mid-Direttur Eżekuttiv, filwaqt li jaġixxi fuq il-parir tal-President tal-Kumitat Xjentifiku, billi jiġu inklużi esperti li jirrappreżentaw l-oqsma xjentifiċi rilevanti għall-iżgurar ta’ valutazzjoni bilanċjata tar-riskji maħluqa mis-sustanza psikoattiva l-ġdida jew mill-grupp ta’ sustanzi psikoattivi ġodda. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtar dawk l-esperti minn lista ta’ esperti. Il-Bord tat-Tmexxija għandu japprova l-lista ta’ esperti kull erba’ snin.

7.   Il-Kumitat Xjentifiku għandu jeleġġi President u Viċi President għad-durata tal-mandat tal-Kumitat Xjentifiku. Il-President jista’ jipparteċipa bħala osservatur fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija.

8.   Il-Kumitat Xjentifiku għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena.

9.   Il-lista tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandha ssir pubblika u għandha tiġi aġġornata mill-Aġenzija fuq is-sit web tagħha.

Artikolu 32

In-Network Ewropew ta’ Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

1.   Permezz tan-Network Ewropew ta’ Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (in-‘network Reitox’), l-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-kompitu tal-Aġenzija li tiġbor u tirrapporta informazzjoni konsistenti u standardizzata dwar il-fenomenu tad-drogi madwar l-Unjoni. In-network Reitox għandu jikkonsisti fil-punti fokali nazzjonali maħtura f’konformità mal-Artikolu 33 u punt fokali għall-Kummissjoni.

2.   In-network Reitox għandu jeleġġi Kelliem u bejn Viċi Kelliem wieħed u tlieta minn fost il-membri tiegħu. Il-Kelliem jirrappreżenta n-network Reitox mal-Aġenzija u għandu jitħalla jipparteċipa bħala osservatur fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija.

3.   In-network Reitox għandu jorganizza mill-inqas laqgħa ordinarja waħda fis-sena. Il-laqgħat jissejħu u jiġu ppreseduti mill-Aġenzija. Barra minn hekk, huwa għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-Kelliem tiegħu jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu.

Artikolu 33

Punt fokali nazzjonali

1.   Kull pajjiż parteċipanti għandu jaħtar punt fokali nazzjonali wieħed, stabbilit permezz ta’ miżuri legali jew amministrattivi nazzjonali xierqa fuq bażi permanenti u b’mandat ċar. Il-ħatra ta‘ punt fokali nazzjonali u l-ħatra tal-kap ta’ punt fokali nazzjonali, kif ukoll kwalunkwe bidla f’dawk il-ħatriet, għandhom jiġu kkomunikati lill-Aġenzija permezz tal-membru nazzjonali tal-Bord tat-Tmexxija.

2.   L-awtorità nazzjonali responsabbli għandha tiżgura li l-punt fokali nazzjonali jiġi fdat bil-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 34(2). Il-kap tal-punt fokali nazzjonali jew sostitut għandu jirrappreżenta l-punt fokali nazzjonali fin-network Reitox.

3.   Il-punti fokali nazzjonali għandhom ikun xjentifikament indipendenti u jiżguraw l-kwalità tad-data tagħhom.

4.   Il-punti fokali nazzjonali għandhom jippjanaw l-attivitajiet tagħhom minn qabel u għandu jkollhom r-riżorsi baġitarji u umani adegwati allokati mill-baġits nazzjonali, u kofinanzjati mill-Aġenzija skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, biex wettqu l-mandat u l-kompiti tagħhom, kif stipulat mill-Artikolu 34(2), u għandu jkollhom tagħmir u faċilitajiet suffiċjenti biex jappoġġaw l-attivitajiet ta’ kuljum tagħhom.

5.   L-ispejjeż ewlenin tal-punt fokali nazzjonali ta’ kull Stat Membru għandhom jiġu kofinanzjati permezz ta’ għotja pprovduta mill-Aġenzija jekk jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi minn 1 sa 4. Sabiex jirċievi dan il-kofinanzjament, il-punt fokali nazzjonali għandu jiffirma ftehim ta’ għotja mal-Aġenzija fuq bażi annwali. Il-livell ta’ kofinanzjament għandu jiġi propost mid-Direttur Eżekuttiv, approvat mill-Bord tat-Tmexxija u rivedut regolarment. L-Aġenzija tista’ tipprovdi finanzjament addizzjonali lill-punt fokali nazzjonali fuq bażi ad hoc għall-parteċipazzjoni fi proġetti speċifiċi u għat-twettiq tagħhom.

6.   L-Aġenzija għandha tivvaluta l-punti fokali nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 35.

Artikolu 34

Kompiti tal-punti fokali nazzjonali

1.   Il-punti fokali nazzjonali għandhom jifformaw l-interfaċċa u jappoġġaw l-interazzjonijiet bejn il-pajjiżi parteċipanti u l-Aġenzija.

2.   Bil-ħsieb li jappoġġaw lill-Aġenzija fil-kisba tal-kompiti ġenerali u speċifiċi tagħha stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 rispettivament, u b’hekk jikkontribwixxu għal azzjoni koordinata tal-Unjoni, kull punti fokali nazzjonali għandu jwettaq l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

għall-fini tal-komunikazzjoni ta’ din id-data lill-Aġenzija, jikkoordina fil-livell nazzjonali l-attivitajiet relatati mal-ġbir u l-monitoraġġ ta’ data relatata mad-droga;

(b)

jiġbor data u informazzjoni nazzjonali rilevanti fl-oqsma koperti mill-Artikolu 4, f’konformità mal-pakkett ta’ rapportar nazzjonali msemmi fl-Artikolu 6(2) u jibagħtuhom lill-Aġenzija; meta jagħmel dan, il-punt fokali nazzjonali għandu jlaqqa’ flimkien l-esperjenza minn setturi differenti, b’mod partikolari s-saħħa, il-ġustizzja u l-infurzar tal-liġi, u għandu, meta rilevanti, jikkoopera ma’ esperti u organizzazzjonijiet nazzjonali, il-komunità xjentifika, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra attivi fil-qasam tal-politika dwar id-drogi;

(c)

jikkontribwixxi għall-monitoraġġ dwar id-drogi u l-użu tad-drogi u r-rapportar tagħhom, inkluż lill-organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d)

jappoġġa, kif xieraq, l-iżvilupp ta’ sorsi ġodda ta’ data epidemjoloġika biex jissokta r-rapportar f’waqtu tax-xejriet fl-użu tas-sustanzi;

(e)

jappoġġa l-eżerċizzji ad hoc u mmirati ta’ ġbir tad-data b’rabta mat-theddid ġdid għas-saħħa u s-sigurtà;

(f)

jipprovdi lill-Aġenzija b’informazzjoni dwar xejriet u sfidi ġodda fl-użu ta’ sustanzi psikoattivi eżistenti jew kombinamenti ġodda ta’ sustanzi psikoattivi, li joħolqu riskju potenzjali għas-saħħa, u b’informazzjoni dwar miżuri possibbli relatati mas-saħħa;

(g)

jikkontribwixxi għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda, u s-sistema ta’ twissija bikrija għalihom, f’konformità mal-Kapitolu III;

(h)

jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ indikaturi rilevanti u settijiet ta’ data rilevanti oħrajn, inkluż linji gwida għall-implimentazzjoni tagħhom bil-ħsieb li tinkiseb informazzjoni affidabbli u komparabbli fil-livell tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 6;

(i)

jinnomina, meta mitluba mill-Aġenzija, esperti nazzjonali għal diskussjonijiet speċifiċi dwar indikaturi rilevanti u għal eżerċizzji oħra ta’ ġbir ta’ data ad hoc u mmirati;

(j)

jippromwovi l-użu tal-protokolli u l-istandards tal-ġbir tad-data maqbula fuq livell internazzjonali biex jimmonitorjaw id-drogi u tal-użu tad-droga fil-pajjiż;

(k)

jippreżenta rapport annwali tal-attivitajiet lill-Aġenzija u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra;

(l)

jimplimenta mekkaniżmi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità biex jiżguraw l-affidabbiltà tad-data u tal-informazzjoni miksuba.

3.   Skont il-kapaċità tagħhom, il-punti fokali nazzjonali għandhom ukoll jimmonitorjaw, janalizzaw u jinterpretaw informazzjoni rilevanti fl-oqsma koperti fl-Artikolu 4. Il-punti fokali nazzjonali għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni u informazzjoni dwar il-politiki u s-soluzzjonijiet applikati lill-Aġenzija.

4.   Il-punti fokali nazzjonali għandhom jistabbilixxu u jżommu l-kooperazzjoni meħtieġa mal-awtoritajiet, korpi, aġenziji u organizzazzjonijiet nazzjonali u reġjonali rilevanti għall-ġbir tal-informazzjoni li jeħtieġu biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont il-paragrafu 2.

5.   Meta jiġbru d-data skont dan l-Artikolu, il-punti fokali nazzjonali għandhom jiżguraw, fejn possibbli, li d-data miġbura tiġi diżaggregata skont is-sess jew il-ġeneru. Il-punti fokali nazzjonali għandhom jikkunsidraw l-aspetti sensittivi għall-ġeneru tal-politika dwar id-drogi meta jiġbru u jippreżentaw data skont dan l-Artikolu. Il-punti fokali nazzjonali ma għandhom jittrażmettu ebda data li tagħmilha possibbli li jiġu identifikati individwi jew gruppi żgħar ta’ individwi. Huma għandhom joqogħdu lura milli jittrażmettu kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ individwi speċifiċi.

Artikolu 35

Valutazzjoni tal-Punti Fokali Nazzjonali

1.   L-Aġenzija għandha tivvaluta jekk kull punt fokali nazzjonali, bit-twettiq tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 34(2), jikkontribwixxix għat-kisba tal-kompiti tal-Aġenzija. Tali valutazzjonijiet ma għandhomx jikkonċernaw funzjonijiet oħrajn tal-korp li jospita l-punt fokali nazzjonali jew l-istruttura ġenerali li fiha jkun inkorporat il-punt fokali nazzjonali.

2.   Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni rilevanti li għandha tiġi pprovduta mill-punt fokali nazzjonali. Jekk meħtieġ, l-Aġenzija tista’ żżur il-punt fokali nazzjonali.

3.   L-Aġenzija għandha tippreżenta kull valutazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1 lill-punt fokali nazzjonali u lill-awtorità kompetenti nazzjonali konċernati. Il-valutazzjonijiet jistgħu jinkludu rakkomandazzjonijiet għat-twettiq tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 34(2), jistabbilixxu skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom u joffru appoġġ mill-Aġenzija lill-punti fokali nazzjonali għall-finijiet ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet.

4.   Fejn ikunu nħarġu rakkomandazzjonijiet, flimkien ma’ skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom, skont il-paragrafu 3, il-punt fokali nazzjonali kkonċernat għandu jew jinforma lill-Aġenzija li aċċettata r-rakkomandazzjonijiet jew, f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, jipprovdi lill-Aġenzija b-opinjoni motivata bil-miktub.

5.   L-Aġenzija għandha tinforma lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-eżitu tal-valutazzjonijiet mwettqa skont il-paragrafu 1 fl-ewwel laqgħa tiegħu wara t-tlestija tal-valutazzjoni mill-Aġenzija. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-Aġenzija u l-punt fokali nazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Aġenzija għandha tippreżenta l-valutazzjoni, ir-rakkomandazzjonijiet u l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom għall-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija fil-laqgħa tiegħu li jkun imiss b’maġġoranza tal-membri tiegħu li jkunu intitolati li jivvutaw f’konformità mal-Artikolu 23. Ir-rappreżentant tal-Istat Membru kkonċernat m’għandux jieħu sehem f’dak il-vot.

6.   Jekk, saż-żmien speċifikat f’ valutazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt fokali nazzjonali ma jwettaqx il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 34(2), il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu deċiżjoni, fl-ewwel laqgħa tiegħu wara ż-żmien speċifikat fil-valutazzjoni b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri bid-dritt tal-vot, f’konformità mal-Artikolu 23, dwar jekk m’għandux jiġi pprovdut kofinanzjament sakemm il-punt fokali nazzjonali jwettaq il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 34(2). Ir-rappreżentant tal-Istat Membru kkonċernat m’għandux jieħu sehem f’dak il-vot.

7.   L-ewwel valutazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ kull punti fokali nazzjonali għandha titwettaq mill-Aġenzija sat-3 ta’ Lulju 2026. Wara dan, l-Aġenzija għandha tivvaluta l-punti fokali nazzjonali f’intervalli regolari, kif meħtieġ.

KAPITOLU VI

Dispożizzjonijiet finanzjarji

Artikolu 36

Dokument uniku ta’ programmazzjoni

1.   Sal-15 ta’ Diċembru ta’ kull sena, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta abbozz ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni li jkun fih programmazzjoni pluriennali u annwali, u id-dokumenti kollha elenkati fl-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 (30), abbażi ta’ abbozz imressaq mid-Direttur Eżekuttiv, wara li jikkonsulta mal-Kumitat Xjentifiku, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni, u b’rabta mal-programmazzjoni pluriennali, wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew. Fejn il-Bord tat-Tmexxija jiddeċiedi li ma jqisx elementi tal-opinjoni tal-Kummissjoni jew elementi li joħorġu wara l-konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew jew tal-Kumitat Xjentifiku, għandu jipprovdi ġustifikazzjoni. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jibgħat id-dokument uniku ta’ programmazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.

Id-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni għandu jsir finali ladarba l-baġit ġenerali tal-Unjoni jkun ġie adottat definittivament u għandu, jekk meħtieġ, jiġi aġġustat kif xieraq.

2.   Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jinkludi objettivi dettaljati u r-riżultati mistennija, inkluż indikaturi tal-prestazzjoni. Huwa għandu jkun fih ukoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, f’konformità mal-prinċipji tal-ibbaġitjar u tal-ġestjoni bbażati fuq l-attività. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta’ ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 4. Dan għandu jindika b’mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbla mas-sena finanzjarja preċedenti.

Il-programmazzjoni pluriennali jew annwali għandha tinkludi l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ kooperazzjoni internazzjonali msemmi fl-Artikolu 20(1), il-punt (a), u l-azzjonijiet marbuta ma’ dak il-qafas. Għandha tinkludi wkoll l-attivitajiet ippjanati ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 21.

3.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat meta l-Aġenzija tingħata kompitu ġdid.

Kwalunkwe emenda sostanzjali għall-programm ta’ ħidma annwali għandha tiġi adottata bl-istess proċedura bħal dik tal-programm ta’ ħidma annwali inizjali. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddelega lid-Direttur Eżekuttiv is-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali għall-programm ta’ ħidma annwali.

4.   Il-programm ta’ ħidma pluriennali għandu jistabbilixxi l-programmazzjoni strateġika ġenerali, inkluż l-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni. Huwa għandu jistabbilixxi wkoll il-programmazzjoni tar-riżorsi, inkluż l-baġit pluriennali u l-persunal.

Il-programmazzjoni tar-riżorsi għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata meta jkun xieraq u, b’mod partikolari, biex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 51.

5.   Il-programmi ta’ ħidma pluriennali u annwali għandhom jitħejjew f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/715.

Artikolu 37

Baġit

1.   L-estimi tad-dħul u tal-infiq kollu għall-Aġenzija għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, b’mod li jkunu jikkorrispondu għas-sena kalendarja, u għandhom jintwerew fil-baġit tal-Aġenzija.

2.   Il-baġit tal-Aġenzija għandu jkun ibbilanċjat f’termini ta’ dħul u ta’ nfiq.

3.   Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħrajn, id-dħul tal-Aġenzija għandu jinkludi:

(a)

kontribuzzjoni mill-Unjoni mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni;

(b)

kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja mill-Istati Membri;

(c)

it-tariffi mħallsa għal servizzi mogħtija f’konformità mal-Artikolu 38;

(d)

kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja mill-organizzazzjonijiet u l-korpi u mill-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikoli 53 u 54, rispettivament; u

(e)

finanzjament tal-Unjoni taħt ġestjoni indiretta jew fil-forma ta’ għotjiet ad hoc skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija u d-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni.

4.   L-ammont u l-oriġini ta’ kwalunkwe dħul kif imsemmi fil-paragrafu 3, il-punti (b) sa (e), għandhom jiġu inklużi fil-kontijiet annwali tal-Aġenzija u jiġu spjegati b’mod ċar fir-rapport annwali dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Aġenzija msemmi fl-Artikolu 41(3).

5.   In-nefqa tal-Aġenzija għandha tinkludi r-remunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u infrastrutturali u l-ispejjeż operatorji. L-ispejjeż operatorji jistgħu jinkludu n-nefqa b’appoġġ għall-punti fokali nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 33(5).

Artikolu 38

Tariffi

1.   L-Aġenzija tista’ tagħti fuq talba s-servizzi addizzjonali li ġejjin:

(a)

taħriġ imfassal apposta;

(b)

ċerti attivitajiet ta’ appoġġ għall-Istati Membri li ma ġewx identifikati bħala prijorità, iżda li jistgħu jitwettqu b’mod li jkunu ta’ benefiċċju jekk ikunu appoġġati minn riżorsi nazzjonali;

(c)

programmi ta’ bini tal-kapaċità għal pajjiżi terzi, li ma humiex koperti minn finanzjament iddedikat separat tal-Unjoni;

(d)

il-valutazzjoni tal-korpi nazzjonali stabbiliti f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari pajjiżi kandidati, skont l-Artikolu 20(3);

(e)

servizzi mfassla apposta oħrajn mogħtija fuq talba ta’ pajjiż parteċipanti li jeħtieġu l-investiment ta’ riżorsi addizzjonali bħala appoġġ għal attivitajiet nazzjonali.

L-Aġenzija għandha timponi tariffi għall-għoti ta’ servizzi kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

2.   Fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv, u wara li jkun ikkonsulta lill-Kummissjoni, il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi, b’mod trasparenti, il-metodu għall-kalkolu tat-tariffi u l-mod u l-mod kif jitħallsu.

3.   It-tariffi għandhom ikunu proporzjonati għall-ispejjeż tas-servizzi mgħotija kif ipprovduti b’mod kost-effettiv u għandhom ikunu biżżejjed biex ikopru dawk l-ispejjeż. It-tariffi għandhom jiġu stabbiliti f’tali livell li jiġi żgurat li ma jkunux diskriminatorji u li jevitaw li jpoġġu piż finanzjarju jew amministrattiv żejjed fuq il-partijiet ikkonċernati.

4.   It-tariffi għandhom jiġu stabbiliti f’livell tali li jiġu evitati defiċit jew akkumulazzjoni sinifikanti ta’ surplus fil-baġit tal-Aġenzija. Jekk bilanċ pożittiv sinifikanti fil-baġit, li jirriżulta mill-forniment tas-servizzi koperti mit-tariffi, isir rikorrenti, jew jekk jirriżulta bilanċ negattiv sinifikanti mill-forniment tas-servizzi koperti mit-tariffi, il-Bord tat-Tmexxija għandu jirrevedi l-metodu għall-kalkolu tat-tariffi f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2.

5.   Fejn applikabbli, l-Aġenzija għandha tinkludi rapport dwar it-tariffi imposti u l-impatt tagħhom fuq il-baġit tal-Aġenzija bħala parti mill-proċedura għall-preżentazzjoni tal-kontijiet stipulati fl-Artikolu 41.

Artikolu 39

Stabbiliment tal-baġit

1.   Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara, inkluż il-pjan ta’ stabbiliment, u jibagħtu lill-Bord tat-Tmexxija.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu, abbażi tal-abbozz imsemmi fil-paragrafu 1, jadotta abbozz provviżorju tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara.

3.   L-abbozz provviżorju ta’ dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija għandu jintbagħat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jibgħat l-abbozz finali tad-dikjarazzjoni tal-estimi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu.

4.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

5.   Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni l-estimi li hija tqis li huma neċessarji għall-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li għandu jitħallas mill-baġit ġenerali, li hija għandha tqiegħed quddiem l-awtorità baġitarja f’konformità mal-Artikoli 313 u 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

6.   L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Aġenzija.

7.   L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija.

8.   Il-baġit tal-Aġenzija għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri bid-dritt tal-vot. Huwa għandu jsir finali ladarba l-baġit ġenerali tal-Unjoni jkun ġie adottat definittivament. Fejn ikun meħtieġ, il-baġit għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

9.   Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/715 japplika għal kwalunkwe proġett ta’ bini li x’aktarx ikollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-Aġenzija.

Artikolu 40

Implimentazzjoni tal-baġit

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija.

2.   Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-awtorità baġitarja l-informazzjoni kollha rilevanti għall-proċeduri ta’ evalwazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 51.

Artikolu 41

Preżentazzjoni ta’ kontijiet u kwittanza

1.   Sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Aġenzija għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

2.   Sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija, ikkonsolidati mal-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri.

3.   Sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, l-Aġenzija għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.

4.   Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija skont l-Artikolu 246 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31), id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà proprja tagħha jew tiegħu u jibgħathom lill-Bord tat-Tmexxija għal opinjoni.

5.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sat-30 ta’ Settembru. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat ukoll din it-tweġiba lill-Bord tat-Tmexxija.

6.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija.

7.   L-uffiċjal tal-kontabilità għandu, sal-1 ta’ Lulju wara kull sena finanzjarja, jibgħat il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

8.   Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara.

9.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jittrażmetti lill-Parlament Ewropew, fuq talba tal- Parlament Ewropew, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni mingħajr problemi tal-proċedura tal-kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata, f’konformità mal-Artikolu 261(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

10.   Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, il-Parlament Ewropew għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

Artikolu 42

Regoli finanzjarji

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mil wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Ir-regoli finanzjarji ma għandhomx imorru lil hinn mir-Regolament Delegat (UE) 2019/715, sakemm tali tluq ma jkunx speċifikament meħtieġ għall-operat tal-Aġenzija u diment li l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

KAPITOLU VII

Persunal

Artikolu 43

Dispożizzjoni ġenerali

1.   Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea u r-regoli adottati permezz ta’ ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jidħlu fis-seħħ ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija.

2.   Fejn timpjega persunal minn pajjiżi terzi wara l-konklużjoni tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 54, l-Aġenzija għandha, fi kwalunkwe każ, tkun konformi mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra.

Artikolu 44

Esperti nazzjonali ssekondati u persunal ieħor

1.   L-Aġenzija tista’ tagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati jew minn persunal ieħor mhux impjegat mill-Aġenzija. Ir-Regolamenti l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea ma għandhomx japplikaw għal esperti nazzjonali sekondati jew persunal ieħor mhux impjegat mill-Aġenzija.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali fl-Aġenzija.

KAPITOLU VIII

Disposizzjonijiet ġenerali u finali

Artikolu 45

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-TUE u mat- TFUE għandu japplika għall-Aġenzija u għall-persunal tagħha.

Artikolu 46

Arranġamenti lingwistiċi

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 (32) għandu japplika għall-Aġenzija.

Artikolu 47

Trasparenza

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.

2.   Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) għandu japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-Aġenzija.

3.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu, fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel laqgħa tiegħu wara t-2 ta’ Lulju 2024, jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1725 mill-Aġenzija, inkluż dawk li jikkonċernaw il-ħatra ta’ Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-Aġenzija. Dawk il-miżuri għandhom jiġu stabbiliti wara li ssir konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Artikolu 48

Il-ġlieda kontra l-frodi

1.   Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn, għandu japplika r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 għall-Aġenzija.

2.   L-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-OLAF sal-1 ta’ Ottubru 2023 u għandha tadotta dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness ta’ dak il-Ftehim.

3.   Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa ta’ awditjar, abbażi ta’ dokumenti u ta’ żjarat fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-Aġenzija.

4.   L-OLAF u l-UPPE, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-mandati tagħhom, jistgħu jwettqu investigazzjonijiet, li fir-rigward tal-OLAF jistgħu jinkludu wkoll verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxu jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ għotja jew kuntratt iffinanzjat mill-Aġenzija, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (34).

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi minn 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, arranġamenti ta’ ħidma u ftehimiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi msemmija fl-Artikoli 53 u 54, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotjiet u d-deċiżjonijiet ta’ għotjiet tal-Aġenzija għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa espressament lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu l-awditi u investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 49

Il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata u ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata

1.   L-Aġenzija għandha tadotta regoli ta’ sigurtà ekwivalenti għar-regoli ta’ sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ Informazzjoni Klassifikata tal-UE (IKUE) u ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/443 u (UE, Euratom) 2015/444. Ir-regoli tas-sigurtà tal-Aġenzija għandhom ikopru, inter alia, dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ tali informazzjoni.

2.   L-Aġenzija tista’ tiskambja biss informazzjoni klassifikata mal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jew tikkondividi IKUE ma’ korpi, uffiċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni fil-qafas tal-arranġamenti amministrattivi. L-Arranġamenti amministrattivi għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Fin-nuqqas ta’ arranġament amministrattiv, kwalunkwe rilaxx ad hoc eċċezzjonali ta’ IKUE lil korpi, uffiċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni għandu jkun soġġett għal deċiżjoni mid-Direttur Eżekuttiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

Artikolu 50

Responsabbiltà

1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni biex tagħti sentenza skont kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li tkun tinsab f’kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

3.   Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, f’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat mid-dipartimenti jew mill-persunal tagħha fil-qadi ta’ dmirijiethom.

4.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni f’tilwimiet fuq kumpens għad-danni msemmija fil-paragrafu 3.

5.   Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tagħha lejn l-Aġenzija għandha tkun regolata mir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 51

Evalwazzjoni u rieżami

1.   Sat-3 ta’ Lulju 2029, u kull ħames snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija b’rabta mal-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha u l-post fejn tinsab f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni. Tali evalwazzjonijiet għandhom, b’mod partikolari, jindirizzaw l-ħtieġa possibbli li jiġu mmodifikati l-mandat tal-Aġenzija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din. Fl-ewwel evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-bidliet fil-mandat u l-kompiti tal-Aġenzija introdotti b’dan ir-Regolament.

2.   Fl-okkażjoni ta’ kull tieni evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tevalwa ukoll ir-riżultati miksuba mill-Aġenzija b’kont meħud tal-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha, inkluż jekk il-kontinwazzjoni tal-Aġenzija tkunx ġustifikata fir-rigward ta’ dawn l-objettivi, il-mandat u l-kompiti.

3.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija dwar is-sejbiet tal-evalwazzjonijiet taħt dan l-Artikolu. Is-sejbiet tal-evalwazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi.

Artikolu 52

Inkjesti amministrattivi

L-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom ikunu soġġetti għall-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew f’konformità mal-Artikolu 228 TFUE.

Artikolu 53

Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u korpi oħrajn

1.   L-Aġenzija għandha tfittex b’mod attiv li tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ma’ korpi oħrajn, b’mod partikolari, korpi tal-Unjoni, dawk governattivi u mhux governattivi, u ma’ korpi tekniċi kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, fil-qafas tal-arranġamenti ta’ ħidma konklużi ma’ tali korpi, f’konformità mat-TFUE u mad-dispożizzjonijiet dwar il-kompetenza ta’ tali korpi. Tali arranġamenti ta’ ħidma ma għandhomx ikopru l-iskambju ta’ informazzjoni kklassifikata.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta arranġamenti ta’ ħidma kif imsemmi fil-paragrafu 1 abbażi ta’ abbozzi sottomessi mid-Direttur Eżekuttiv u wara l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Meta l-Kummissjoni tesprimi n-nuqqas ta’ qbil tagħha ma’ dawk l-arranġamenti ta’ ħidma, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadottahom b’maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-membri bid-dritt tal-vot.

3.   Emendi jew bidliet fl-arranġamenti ta’ ħidma eżistenti, li huma limitati fl-ambitu u li ma jbiddlux l-ambitu u l-intenzjoni ġenerali tal-arranġamenti ta’ ħidma, jew fl-arranġamenti ta’ ħidma tekniċi ma’ korpi tekniċi oħrajn, għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija abbażi ta’ abbozz sottomess mid-Direttur Eżekuttiv u wara informazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni.

4.   L-Aġenzija għandha tippubblika l-arranġamenti ta’ ħidma li jkunu saru skont dan l-Artikolu fuq is-sit web tagħha.

Artikolu 54

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

1.   L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni fil-ħidma tagħha ta’ pajjiżi terzi li jkunu daħlu fi ftehimiet mal-Unjoni għal dak il-għan.

2.   Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jiġu żviluppati arranġamenti li jispeċifikaw, b’mod partikolari, in-natura, il-firxa u l-mod kif il-pajjiżi terzi kkonċernati għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-Aġenzija, inkluż dispożizzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni fl-inizjattivi mwettqa mill-Aġenzija, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal.

Fir-rigward ta’ kwistjonijiet tal-persunal, l-arranġamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jkunu konformi mar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 55

Kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

1.   L-Aġenzija għandha żżomm kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali għal skopijiet ta’ konsultazzjoni, skambju ta’ informazzjoni u kondiviżjoni tal-għarfien permezz tal-involviment ta’ dawk l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha taħtar punt uniku ta’ kuntatt taħt l-awtorità tad-Direttur Eżekuttiv biex tiżgura l-għoti regolari ta’ informazzjoni lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar l-attivitajiet tagħha, inkluż billi jistabbilixxi paġna web iddedikata jew mezzi rilevanti oħra. L-Aġenzija għandha tippermetti lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jippreżentaw data u informazzjoni rilevanti għall-attivitajiet tagħha.

2.   Meta tikkunsidra suġġetti speċifiċi, l-Aġenzija għandha twettaq, fejn rilevanti, skambji ddedikati ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bi kwalifiki u esperjenzi rilevanti dwar is-suġġett ikkonċernat.

3.   L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu rreġistrati fir-Reġistru ta’ Trasparenza, stabbilit permezz tal-Ftehim Interinstituzzjonali tal-20 ta’ Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar Reġistru Obbligatorju ta’ Trasparenza (35). L-Aġenzija għandha tagħmel il-lista ta’ dawk l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili pubblika.

Artikolu 56

Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u l-kondizzjonijiet tal-operat

1.   L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-Aġenzija fl-Istat Membru li fih l-Aġenzija jkollha s-sede tagħha, l-faċilitajiet li għandhom isiru disponibbli minn dak l-Istat Membru u r-regoli speċifiċi applikabbli f’dak l-Istat Membru għall-membri tal-Bord tat-Tmexxija, għall-persunal tal-Aġenzija inkluż id-Direttur Eżekuttiv, u għall-membri tal-familji tagħhom, għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Aġenzija u dak l-Istat Membru.

2.   L-Istat Membru li fih l-Aġenzija jkollha s-sede tagħha għandu jipprovdi l-aqwa kondizzjonijiet possibbli biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel u effiċjenti tal-Aġenzija, inkluż l-edukazzjoni skolastika multilingwi u b’orjentazzjoni Ewropea u l-konnessjonijiet tat-trasport xierqa.

Artikolu 57

Suċċessjoni legali

1.   L-Aġenzija għandha tkun is-suċċessur legali fir-rigward tal-kuntratti kollha konklużi mill-EMCDDA, l-obbligazzjonijiet li jaqgħu fuqu, u l-proprjetajiet akkwistati mill-EMCDDA.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-forza legali tal-ftehimiet u l-arranġamenti konklużi mill-EMCDDA qabel it-2 ta’ Lulju 2024.

Artikolu 58

Arranġamenti tranżizzjonali li jikkonċernaw lill-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-Bord tat-Tmexxija tal-EMCDDA għandu jkompli l-ħidma u l-funzjonament tiegħu abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 u tar-regoli stabbiliti fih sakemm jinħatru r-rappreżentanti kollha tal-Bord tat-Tmexxija f’konformità mal-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Sal-1 ta’ April 2024, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet tal-persuni li huma jkunu ħatru bħala membri u membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija f’konformità mal-Artikolu 23.

3.   Il-Bord tat-Tmexxija stabbilit f’konformità mal-Artikolu 23 għandu jorganizza l-ewwel sat-3 ta’ Awwissu 2024. F’dik l-okkażjoni, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 59

Arranġamenti tranżizzjonali li jikkonċernaw lid-Direttur Eżekuttiv

1.   Id-Direttur tal-EMCDDA maħtur abbażi tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 għandu, għall-perjodu li jifdal tal-mandat tagħha jew tiegħu, jiġi assenjat ir-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv kif previst fl-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament. Il-kondizzjonijiet l-oħrajn tal-kuntratt tiegħu għandhom jibqgħu l-istess.

Jekk il-mandat tad-Direttur tal-EMCDDA jintemm bejn l-1 ta’ Lulju 2023 u t-2 ta’ Lulju 2024, u jekk dak it-terminu ma jkunx diġà ġie estiż skont ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006, huwa għandu jiġi estiż awtomatikament sat-3 ta’ Lulju 2025.

2.   Fejn id-Direttur maħtur abbażi tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 ma jkunx lest jew ma jkunx jista’ jaġixxi f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar Direttur Eżekuttiv interim biex jeżerċita d-dmirijiet assenjati lid-Direttur Eżekuttiv għal perjodu ta’ mhux aktar minn 18-il xahar, sakemm issir il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv f’konformità mal-Artikolu 29(2).

Artikolu 60

Arranġamenti tranżizzjonali li jikkonċernaw il-punti fokali nazzjonali

Sal-1 ta’ Ġunju 2024, il-membri tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bl-isem tal-istituzzjoni li tkun ġiet innominata bħala punt fokali nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 33(1), u bl-isem tal-kap tal-punt fokali nazzjonali. Għal dak il-għan, il-membri tal-Bord tat-Tmexxija jistgħu jibgħatu email li tikkonferma l-istatus quo attwali.

Artikolu 61

Dispożizzjonijiet baġitarji tranżizzjonali

Il-proċedura ta’ kwittanza fir-rigward tal-baġits approvati abbażi tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 għandha titwettaq f’konformità mar-regoli stabbiliti mill-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 62

Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 huwa mħassar b’effett mit-2 ta’ Lulju 2024. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness.

2.   Ir-regoli u l-miżuri interni adottati mill-Bord tat-Tmexxija abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 għandhom jibqgħu fis-seħħ wara t-2 ta’ Lulju 2024, sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Bord tat-Tmexxija fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 63

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-2 ta’ Lulju 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  ĠU C 323, 26.8.2022, p. 88.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Ġunju 2023 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2023.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 tat-8 ta’ Frar 1993 dwar it-twaqqif ta’ Ċentru Ewropew għal Sorveljar dwar Droga u l-Vizzju tad-Droga (ĠU L 36, 12.2.1993, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal- Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(8)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

(11)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta’ Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta’ atti kriminali u ta’ pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta’ drogi (ĠU L 335, 11.11.2004, p. 8).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 i jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi (ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).

(15)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).

(18)  Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1).

(19)  Ir-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74).

(20)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(21)  Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).

(22)  Id-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw għall-implimentazzjoni ta’ prattika korretta ta’ klinika fit-twettiq ta’ provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 121, 1.5.2001, p. 34).

(23)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(24)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(25)  Ir-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (ĠU L 314, 6.12.2022, p. 26).

(26)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2021 li tistabbilixxi l-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa 2021/C 393 I/02 (ĠU C 393 I, 29.9.2021, p. 3).

(27)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(28)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tat-28 ta’ April 1999 li twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 20).

(29)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(30)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).

(31)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r- Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(32)  Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385).

(33)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(34)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(35)  ĠU L 207, 11.6.2021, p. 1.


ANNESS

Tabella ta’ korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1

Artikolu 8

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 1(2)

Artikolu 4

Artikolu 2

Artikolu 5

Artikolu 1(3) u (5), Artikolu 2, il-punti (a), (b) u (c)

Artikolu 6

Anness I

Artikolu 7

Artikoli 5a sa 5d

Artikolu 8 sa 11

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 2(d)

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 9(1)

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 9(2)

Artikolu 25

Artikolu 9(3)

Artikolu 26

Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 27

Artikolu 10

Artikolu 28

Artikolu 11

Artikolu 29 u 30

Artikolu 13

Artikolu 31

Artikolu 5(1)

Artikolu 32

Artikolu 5(3)

Artikolu 33

Artikolu 5(2)

Artikolu 34

Artikolu 35

Artikolu 9(4), (5) u (6)

Artikolu 36

Artikolu 14(1) sa (4)

Artikolu 37

Artikolu 38

Artikolu 14(5) sa (9)

Artikolu 39

Artikolu 15(1)

Artikolu 40

Artikolu 15(2) sa (9)

Artikolu 41

Artikolu 42

Artikolu 18

Artikolu 43

Artikolu 18, il-ħames paragrafu

Artikolu 44

Artikolu 17

Artikolu 45

Artikolu 46

Artikoli 6 u 7

Artikolu 47

Artikolu 16

Artikolu 48

Artikolu 49

Artikolu 19

Artikolu 50

Artikolu 23

Artikolu 51

Artikolu 52

Artikolu 20

Artikolu 53

Artikolu 21

Artikolu 54

Artikolu 55

Artikolu 56

Artikolu 57

Artikolu 58

Artikolu 59

Artikolu 60

Artikolu 61

Artikolu 24

Artikolu 62

Artikolu 25

Artikolu 63


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1323

tas-27 ta’ Ġunju 2023

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Mejju 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim ta’ kummerċ ħieles ma’ New Zealand.

(2)

Fit-30 ta’ Ġunju 2022, in-negozjati għall-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (“il-Ftehim”) ġew konklużi b’suċċess.

(3)

Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (“il-Ftehim”) huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppublikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/50


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/1324

tad-29 ta’ Ġunju 2023

li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u r-Regolament (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 (1) jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) u l-miżuri marbuta mat-TACs b’mod funzjonali, stabbiliti bir-Regolament (UE) 2023/194 jenħtieġ li jiġu emendati biex titqies il-pubblikazzjoni tal-parir xjentifiku kif ukoll l-eżiti tal-konsultazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2023/194 jistabbilixxi għal żero t-TAC għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżoni 9 u 10 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tal-Kumitat għas-Sajd fl-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024, sakemm l-ICES jippubblika l-parir xjentifiku tiegħu għal dak l-istokk għal dak il-perjodu. Sabiex is-sajd ikun jista’ jkompli sakemm tiġi stabbilita t-TAC definittiva għal dak l-istokk abbażi ta’ dak il-parir xjentifiku, jenħtieġ li t-TAC proviżorja tiġi stabbilita fil-livell ta’ 4 564 tunnellata għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Settembru 2023. Dak il-livell jikkorrispondi għall-qabdiet ta’ dak l-istokk fit-tielet trimestru tal-2022.

(3)

Fit-12 ta’ Mejju 2023, l-Unjoni, ir-Renju Unit u n-Norveġja kellhom konsultazzjonijiet dwaril-livell tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fis-subżona 4 u d-diviżjoni 3a tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024, kif ukoll dwar il-livell tat-TACs għal-laċċa kaħla għal dak il-perjodu fl-ilmijiet tal-Unjoni u tar-Renju Unit tas-subżona 4 u tad-diviżjoni 2a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi tad-diviżjoni 3a tal-ICES. Dawk il-konsultazzjonijiet saru abbażi tal-pożizzjoni tal-Unjoni approvata mill-Kunsill fl-4 ta’ Mejju 2023. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawk it-TACs rilevanti jiġu stabbiliti fil-livelli miftiehma mar-Renju Unit u n-Norveġja.

(4)

Fl-4 ta’ Mejju 2023, l-Unjoni u r-Renju Unit kellhom konsultazzjonijiet dwar il-livell tat-TAC għal-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-Unjoni u tar-Renju Unit tad-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024. Dawk il-konsultazzjonijiet twettqu skont l-Artikolu 498(2), (4) u (6) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (2) u abbażi tal-pożizzjoni tal-Unjoni approvata mill-Kunsill fis-27 ta’ April 2023. L-eżitu ta’ dawk il-konsultazzjonijiet ġie ddokumentat f’Rekord bil-Miktub. Għaldaqstant, jenħtieġ li dik it-TAC tiġi stabbilita fil-livell miftiehem mar-Renju Unit.

(5)

Minħabba li, fir-rigward ta’ diversi stokkijiet, jew il-bijomassa tagħhom hija taħt il-limitu tal-punt ta’ referenza tal-bijomassa (“Blim”) inkella l-ICES ma jiddefinixxix punti ta’ referenza għall-konservazzjoni iżda jirrakkomanda qabdiet żero jew li jiġi sospiż is-sajd fil-mira, jenħtieġ li fl-2023 tiġi pprojbita l-flessibbiltà minn sena għal sena skont l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (3).

(6)

Il-kodiċijiet għal diversi kondizzjonijiet rigward il-kwoti Norveġiżi taħt it-TACs inklużi fil-Parti B tal-Anness IA tar-Regolament (UE) 2023/194, li jistabbilixxu f’liema żoni n-Norveġja tista’ tistad il-kwantitajiet disponibbli għaliha, huma neqsin jew mhumiex korretti. L-Anness IA għal dak ir-Regolament għaldaqstant jenħtieġ li jiġu emendati.

(7)

L-Artikoli 15 u 17 tar-Regolament (UE) 2022/2056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jipprojbixxu li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jew jinħażen fuq bastiment tas-sajd jew li jinħatt l-art kwalunkwe kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus) jew kwalunkwe tawru seta (Carcharhinus falciformis) kemm bħala partijiet ta’ karkassa kif ukoll bħala karkassa sħiħa, fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Immaniġġar ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Migratorju fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC). Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-istess suġġett, huwa xieraq li jitħassar l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2023/194.

(8)

Skont diversi rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), l-Unjoni tista’, fuq talba, tittrasferixxi perċentwal tal-kwota mhux użata tagħha tal-istokkijiet fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT mis-sena ta’ qabel tal-aħħar jew mill-aħħar sena qabel sena partikolari, skont ir-regoli għal kull stokk tal-ICCAT kif stipulati mill-ICCAT. Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 (5) u r-Regolament (UE) 2023/194 jistabbilixxu l-kwoti tal-Unjoni għall-istokkijiet tal-ICCAT għall-2022 u għall-2023 rispettivament skont l-eżitu tal-laqgħa annwali tal-ICCAT fis-sena preċedenti, u dawn iqisu t-trasferimenti tal-kwoti tal-Unjoni mhux użati, fejn applikabbli. Jenħtieġ li ma jkunx possibbli li dawk ir-riporti jiġu kkombinati mat-trasferimenti tal-kwoti skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u għalhekk jenħtieġ li l-użu ta’ tali trasferimenti jkun ipprojbit għal dak il-perjodu.

(9)

Ħames Stati Membri bagħtu l-modifiki fil-pjan ta’ ġestjoni tat-trobbija tagħhom lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Abbażi ta’ dawk il-modifiki, il-Kummissjoni bagħtet il-pjan ta’ ġestjoni tat-trobbija tal-Unjoni modifikat għall-2023 lis-Segretarjat tal-ICCAT fid-9 ta’ Mejju 2023 u l-ICCAT ippubblikat dawk il-modifiki għall-pjan tal-Unjoni fil-11 ta’ Mejju 2023. L-input u l-kapaċità massimi tat-trobbija tal-Unjoni jenħtieġ li għaldaqstant jiġu emendati f’konformità ma’ dawk il-modifiki.

(10)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2023/194 u (UE) 2022/109 jiġu emendati skont dan.

(11)

Sabiex is-sajd ikun jista’ jkompli fl-1 ta’ Lulju 2023 u lil hinn, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien.

(12)

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jemendaw ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2023/194 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2023, bi qbil mal-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet emendati. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova, il-gamblu tat-Tramuntana u l-laċċa kaħla u t-tħassir tal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2023/194 jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2023. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-ICCAT u li jemendaw ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2022/109 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2022, bi qbil mal-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet emendati. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, peress li jew l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati jiżdiedu b’dawk l-emendi inkella l-kwantitajiet rilevanti għadhom ma ġewx ittrasferiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194

Ir-Regolament (UE) 2023/194 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-Artikolu 45 jitħassar;

(b)

l-Annessi IA u ID huma emendati f’konformità mal-Anness I għal dan ir-Regolament;

(c)

l-Anness VI huwa emendat f’konformità mal-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109

L-Anness ID tar-Regolament (UE) 2022/109 huwa emendat f’konformità mal-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023. Madanakollu:

(a)

l-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022;

(b)

l-Artikolu 1, il-punt (a), għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2023;

(c)

fl-Anness I, il-punt 1 u l-punt 2, is-subpunti (a) u (b) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1).

(2)  Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2022/2056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni applikabbli fiż-Żona tal-Konvenzjoni dwar is-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007 (ĠU L 276, 26.10.2022, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 1).


ANNESS I

L-Annessi tar-Regolament (UE) 2023/194 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness IA:

(a)

fil-Parti A, it-tabella għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 hija sostitwita b’dan li ġej:

Speċi:

Inċova

Engraulis encrasicolus

Żona:

9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

(ANE/9/3411)

“Spanja

2 183

(1)

TAC prekawzjonarja

Portugall

2 381

(1)

Unjoni

4 564

(1)

 

 

 

TAC

4 564

(1)

(1)

Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Settembru 2023.”

(b)

fil-Parti B, it-tabelli għall-istokkijiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti b’dan li ġej::

(i)

it-tabella għal-laċċa kaħla u qabdiet aċċessorji assoċjati (Sprattus sprattus) fid-diviżjoni 3a tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

Speċi:

Laċċa kaħla u qabdiet aċċessorji assoċjati

Sprattus sprattus

Żona:

3a

(SPR/03A.)

“Danimarka

17 608

(1)(2)(3)

TAC analitika

Ġermanja

37

(1)(2)(3)

Żvezja

6 662

(1)(2)(3)

Unjoni

24 307

(1)(2)(3)

 

 

 

TAC

26 278

(2)

(1)

Sa 5 % tal-kwota tista’ tikkonsisti minn qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-merluzz tal-linja sewda (OTH/*03A.). Flimkien, il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-merluzz tal-linja sewda li jinqatgħu mill-kwota skont din id-dispożizzjoni, u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet li jinqatgħu mill-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ma għandhomx jaqbżu 9 % tal-kwota.

(2)

Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024.

(3)

Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota lejn l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4. Madankollu, il-Kummissjoni u r-Renju Unit għandhom ikunu mgħarrfa minn qabel dwar tali trasferimenti.”

(ii)

it-tabella għal-laċċa kaħla u qabdiet aċċessorji assoċjati (Sprattus sprattus) fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES u fl-ilmijiet tar-Renju Unit fid-diviżjoni 2a tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

Speċi:

Laċċa kaħla u qabdiet aċċessorji assoċjati

Sprattus sprattus

Żona:

l-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4; l-ibħra tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a

(SPR/2AC4-C)

“Belġju

 

1 221

(1)(2)

TAC analitika

Danimarka

 

96 624

(1)(2)

Ġermanja

 

1 221

(1)(2)

Franza

 

1 221

(1)(2)

Netherlands

 

1 221

(1)(2)

Żvezja

 

1 330

(1)(2)(3)

Unjoni

 

102 838

(1)(2)

Norveġja

 

10 000

(1)

Gżejjer Faeroe

 

0

(1)(4)

Renju Unit

 

4 482

(1)

 

 

 

 

TAC

 

117 320

(1)

(1)

Il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024.

(2)

Sa 2 % tal-kwota tista’ tikkonsisti minn qabdiet aċċessorji tal-merlangu (OTH/*2AC4C). Flimkien, il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu li jinqatgħu mill-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet li jinqatgħu mill-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jaqbżu 9 % tal-kwota.

(3)

Inkluż iċ-ċiċċirell.

(4)

Din jista’ jkun fiha sa 4 % ta’ qabdiet aċċessorji tal-aringa.”“;

(iii)

it-tabella għal-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fid-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

Speċi:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona:

7d u 7e

(SPR/7DE.)

“Belġju

 

5

(1)

TAC analitika

Danimarka

 

341

(1)

Ġermanja

 

5

(1)

Franza

 

73

(1)

Netherlands

 

73

(1)

Unjoni

 

497

(1)

Renju Unit

 

1 940

(1)

 

 

 

 

TAC

 

2 437

(1)

(1)

Il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024.”

(c)

fil-Partijiet B u F, f(i) it-tabelli għall-aringa (Clupea harengus) fid-diviżjonijiet 7a tal-ICES fin-nofsinhar ta’ 52°30’N, 7g, 7h, 7j u 7k; (ii) għall-merlangu (Merlangius merlangus) fid-diviżjonijiet tal-ICES 7b, 7c, 7d, 7e, 7f, 7g, 7h, 7j u 7k; (iii) għal-linarda (Molva dypterygia) fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżona 12 tal-ICES; (iv) għal-linarda fl-ilmijiet tar-Renju Unit u fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżona 2 tal-ICES u fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES; (v) għal-linarda fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 3a tal-ICES; għall-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES u fl-ilmijiet tar-Renju Unit u fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżona 2a tal-ICES; u (vii) għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fis-subżoni 6 7 u 8 tal-ICES, jiddaħħal dan li ġej:

“Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.”;

(d)

fil-Parti B:

(i)

fin-nota 2 f’qiegħ il-paġna tat-tabella għall-aringa (Clupea harengus) fl-ilmijiet tal-Unjoni, tar-Renju Unit u dawk Norveġiżi tas-subżona 4 tal-ICES fit-Tramuntana ta’ 53°30’ N, il-kodiċi huwa sostitwit b’dan li ġej:

“HER/*04B-C”;

(ii)

fin-nota 2 f’qiegħ il-paġna tat-tabella għall-bakkaljaw (Gadus morhua) fis-subżona 4 tal-ICES; l-ilmijiet tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a tal-ICES, il-parti tad-diviżjoni 3a li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat, fl-aħħar tal-ewwel sentenza, jiddaħħal il-kodiċi li ġej:

“(COD/*3AX4-EU)”;

(iii)

fin-nota 2 f’qiegħ il-paġna tat-tabella għall-merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) fis-subżona 4 tal-ICES, l-ilmijiet tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a tal-ICES, fi tmiem l-ewwel sentenza, jiddaħħal il-kodiċi li ġej:

“(HAD/* 04-UE)”;

(iv)

fin-nota 1 f’qiegħ il-paġna tat-tabella għall-merlangu (Merlangius merlangus) fis-subżona 4 tal-ICES, l-ilmijiet tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a tal-ICES, fi tmiem l-ewwel sentenza, jiddaħħal il-kodiċi li ġej:

“(WHG/*04-EU)”;

(v)

fin-nota 4 f’qiegħ il-paġna tat-tabella għall-istokkafixx (Micromesistius poutassou) fl-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 tal-ICES, “2a,” jitħassar u, fl-aħħar tas-sentenza, jiddaħħal il-kodiċi li ġej:

“(WHB/*46AB7-EU)”;

(vi)

fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna tat-tabella għall-istokkafixx (Micromesistius poutassou) fl-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 tal-ICES, “2a,” titħassar u, wara “12°W”, jiddaħħal il-kodiċi li ġej:

“(WHB/*46AB7)”;

(vii)

fin-nota 1 f’qiegħ il-paġna tat-tabella għall-barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa) fis-subżona 4 tal-ICES; l-ilmijiet tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a tal-ICES; il-parti tad-diviżjoni 3a li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat, fl-aħħar tal-ewwel sentenza, jiddaħħal il-kodiċi li ġej:

“(PLE/*3AX4-EU)”.

(2)

fl-Anness ID, fit-tabelli għal: (i) alonga tat-Tramuntana (Thunnus alalunga) fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N; (ii) alonga tan-Nofsinhar fl-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ta’ 5° N; (iii) tonn obeż (Thunnus obesus) fl-Oċean Atlantiku; (iv) pixxispad (Xiphias gladius) fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N; u (v) pixxispad fl-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ta’ 5° N, jiddaħħal dan li ġej:

“Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.”.


ANNESS II

Fl-Anness VI għar-Regolament (UE) 2023/194, il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.

Il-kapaċità massima tat-trobbija u tat-tismin tat-tonn għal kull Stat Membru u l-input massimu tat-tonn maqbud fis-selvaġġ li kull Stat Membru jista’ jalloka lill-farms tiegħu fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran

Tabella A

Kapaċità massima tat-trobbija u tat-tismin tat-tonn

 

Għadd ta’ farms

Kapaċità (f’tunnellati)

Greċja

2

2 100,00

Spanja

4

11 852,00

Kroazja

4

7 880,00

Italja

2

9 370,00

Ċipru

0

0

Malta

6

16 579,65

Portugall

2

500,00

Tabella B

Ammont massimu ta’ tonn maqbud fis-selvaġġ (f’tunnellati)

Greċja

649,00

Spanja

8 237,93

Kroazja

2 947,00

Italja

1 100,00

Ċipru

0

Malta

11 842,61

Portugall

350,00 ”


ANNESS III

Fl-Anness ID tar-Regolament (UE) 2022/109, fit-tabelli għal: (i) alonga tat-Tramuntana (Thunnus alalunga) fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N; (ii) alonga tan-Nofsinhar fl-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ta’ 5° N; (iii) tonn obeż (Thunnus obesus) fl-Oċean Atlantiku; (iv) pixxispad (Xiphias gladius) fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N; u (v) pixxispad fl-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ta’ 5° N, jiddaħħal dan li ġej:

“Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.”.


30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/58


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1325

tat-23 ta’ Ġunju 2023

li japprova emenda fl-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“Extremadura” (PGI))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Extremadura” li bagħtet Spanja f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiġu approvati skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Extremadura” (IĠP) hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 40, 2.2.2023, p. 8.


30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/60


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1326

tat-23 ta’ Ġunju 2023

li japprova emenda fl-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“Balaton/Balatoni” (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Balaton/Balatoni” li ntbagħtitilha mill-Ungerija f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiġu approvati skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Balaton/Balatoni” (DOP) hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 114, 29.3.2023, p. 12


30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/62


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1327

tat-23 ta’ Ġunju 2023

li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem “Canelli” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem “Canelli” li ntbagħtitilha mill-Italja u ppubblikatha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-isem “Canelli” jenħtieġ li jkun protett u li jidħol fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Canelli” (DOP) b’dan huwa protett.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 43, 6.2.2023, p. 5.


30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/63


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1328

tat-28 ta’ Ġunju 2023

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stabbilixxa r-regoli għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ dazji addizzjonali tal-importazzjoni u ffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontroll regolari tad-data, li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li jenħtieġ li jiġu emendati l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti filwaqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1484/95 jiġi emendat skont dan.

(4)

Biex ikun żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista’ jkun malajr wara li d-data aġġornata ssir disponibbli, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Wolfgang BURTSCHER

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ dazji addizzjonali tal-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u biex iħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Prezz rappreżentattiv

(f’EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(f’EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 14 10

Qatgħat mingħajr għadam tat-tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, iffriżati

243,3

17

BR


(1)  Nomenklatura stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1470 tat-12 ta’ Ottubru 2020 dwar in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika Ewropea dwar il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija u dwar it-tqassim ġeografiku għal statistika oħra tan-negozju (ĠU L 334, 13.10.2020, p. 2).


30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/66


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1329

tad-29 ta’ Ġunju 2023

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-gliċerol (E 422), għall-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) u għall-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati biex jintużaw fl-ikel u l-kondizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(3)

Il-listi tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel u l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom jistgħu jiġu aġġornati f’konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, b’inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li tkun saret applikazzjoni.

(4)

Il-gliċerol (E 422), l-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) u l-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) huma sustanzi awtorizzati f’konformità mal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(5)

Fil-15 ta’ Marzu 2017, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ħarġet opinjoni xjentifika dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-gliċerol (E 422) bħala addittiv tal-ikel (4), fejn ikkonkludiet li ma kienx hemm bżonn ta’ konsum aċċettabbli ta’ kuljum numeriku, u li ma kien hemm l-ebda tħassib dwar is-sikurezza tal-addittiv tal-ikel għall-użi rrapportati. L-Awtorità rrakkomandat xi modifiki fl-ispeċifikazzjonijiet għall-E 422 stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 u li tingħatalha aktar informazzjoni dwar l-użi u l-livelli tal-użu.

(6)

Fit-23 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni nediet sejħa pubblika għal data teknika dwar l-addittiv tal-ikel ġliċerol (E 422), u speċifikat id-data meħtieġa identifikata mill-Awtorità.

(7)

Wara l-preżentazzjoni tad-data mill-operaturi kummerċjali interessati, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tipprovdi opinjoni xjentifika biex tikkonferma li d-data teknika pprovduta mill-operaturi kummerċjali interessati kienet suffiċjenti biex tappoġġa emenda fl-ispeċifikazzjonijiet għall-addittiv tal-ikel, il-gliċerol (E 422), biex jinġiebu f’konformità mal-istandards attwali, kif kienet irrakkomandat l-Awtorità.

(8)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha adottata fit-18 ta’ Mejju 2022 (5), l-Awtorità kkonkludiet li l-ispeċifikazzjonijiet attwali għall-gliċerol (E 422) kellhom jiġu adattati b’mod partikolari billi jitbaxxew il-limiti massimi għall-elementi tossiċi (arseniku, ċomb, merkurju u kadmju), billi jitħassar il-metodu ta’ identifikazzjoni bbażat fuq il-formazzjoni tal-akroleina mat-tisħin, billi jitħassar it-test għall-preżenza tal-akroleina, billi jiġi inkluż limitu massimu għall-akroleina u billi tiġi mmodifikata d-definizzjoni tal-gliċerol (E 422).

(9)

Għalhekk jixraq li jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet għall-gliċerol (E 422). Jenħtieġ li d-definizzjoni tal-addittiv tal-ikel tiġi emendata biex tkun ristretta għall-proċessi tal-manifattura li dwarhom kienet ivvalutat id-data l-Awtorità. Jenħtieġ li jitbaxxew il-limiti massimi attwali għall-elementi tossiċi f’konformità mal-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, filwaqt li jitqiesu l-livelli li jistgħu jinkisbu fil-preżent billi tintuża prattiki tajba ta’ manifattura. Jenħtieġ li jitħassar il-metodu ta’ identifikazzjoni għall-gliċerol ibbażat fuq il-formazzjoni tal-akroleina mat-tisħin, meta wieħed iqis li l-kontenut tal-gliċerol fl-E 422 għandu jiġi ddeterminat b’metodu analitiku xieraq. Jenħtieġ li jitħassar it-test għall-preżenza tal-akroleina u li jiġi inkluż limitu numeriku massimu għall-akroleina bi qbil mal-opinjoni xjentifika tal-Awtorità u filwaqt li jitqies il-livell li bħalissa jista’ jinkiseb bl-applikazzjoni ta’ prattiki tajba ta’ manifattura.

(10)

Meta jitqies li l-Awtorità ma identifikatx tħassib immedjat dwar is-saħħa marbut mal-preżenza ta’ elementi tossiċi u l-akroleina, huwa xieraq li matul perjodu tranżizzjonali jiġi permess l-użu tal-addittiv tal-ikel, il-gliċerol (E 422), imqiegħed fis-suq legalment qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(11)

Għall-istess raġunijiet, huwa xieraq li l-ikel li jkun fih l-addittiv tal-ikel, il-gliċerol (E 422), li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ikun jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq għal perjodu tranżizzjonali u jibqa’ fis-suq sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew “id-data sa meta jista’ jintuża l-aħħar”.

(12)

Fl-20 ta’ Diċembru 2017, l-Awtorità ħarġet opinjoni xjentifika dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) bħala addittiv tal-ikel (6), li kkonkludiet li ma kienx hemm bżonn ta’ konsum aċċettabbli ta’ kuljum numeriku u li l-addittiv tal-ikel ma kien ta’ ebda tħassib għas-sikurezza bl-użi u bil-livelli tal-użu rrapportati. L-Awtorità rrakkomandat xi modifiki fl-ispeċifikazzjonijiet għall-E 475 stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 231/2012.

(13)

Fit-23 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni nediet sejħa pubblika għal data teknika dwar l-addittiv tal-ikel l-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475), li kellha fil-mira d-data meħtieġa identifikata mill-Awtorità.

(14)

Wara l-preżentazzjoni tad-data mill-operaturi kummerċjali interessati, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tipprovdi opinjoni xjentifika biex tikkonferma li d-data teknika pprovduta mill-operaturi kummerċjali interessati kienet suffiċjenti biex tappoġġa emenda fl-ispeċifikazzjonijiet għall-addittiv tal-ikel esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) biex jinġiebu f’konformità mal-istandards attwali, kif irrakkomandat mill-Awtorità.

(15)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, adottata fl-1 ta’ April 2022 (7), l-Awtorità kkonkludiet li l-ispeċifikazzjonijiet attwali għall-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) kellhom jiġu adattati b’mod partikolari billi jitnaqqsu l-limiti massimi għall-elementi tossiċi, billi jiġu inklużi l-limiti massimi għall-impuritajiet u l-kostitwenti li huma ta’ tħassib għas-sikurezza u billi tiġi mmodifikata d-definizzjoni tal-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475).

(16)

Għalhekk huwa xieraq li jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet għall-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475). Id-definizzjoni tal-addittiv tal-ikel jenħtieġ li tiġi emendata sabiex l-użu tal-gliċerol għall-produzzjoni tal-addittiv tal-ikel jiġi ristrett għall-gliċerol li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet għall-addittiv tal-ikel (E 422). Il-limiti massimi attwali għall-elementi tossiċi jenħtieġ li jitnaqqsu u l-limiti massimi għat-total ta’ 3-monokloropropandiol (3-MCPD) u ta’ esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin (espressi bħala 3-MCPD), għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) u għall-aċidu eruċiku jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’konformità mal-opinjoni xjentifika tal-Awtorità u filwaqt li jitqies il-livell li bħalissa jista’ jinkiseb bl-applikazzjoni ta’ prattiki tajba ta’ manifattura.

(17)

Minħabba li qegħdin jiġu implimentati tekniki ġodda ta’ manifattura li jirriżultaw fil-produzzjoni tal-addittiv tal-ikel l-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) b’livelli aktar baxxi ta’ esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol), huwa xieraq li l-manifatturi tal-addittivi tal-ikel jingħataw perjodu tranżizzjonali biex jilħqu livell massimu ta’ 5 mg/kg għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) fl-addittiv tal-ikel (E 475). Madankollu, minħabba li l-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin huma ġenotossiċi u karċinoġeniċi, jenħtieġ li japplika livell massimu intermedju ta’ 10 mg/kg għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(18)

Meta jitqies li l-Awtorità ma identifikatx tħassib immedjat dwar is-saħħa relatat mal-preżenza tal-elementi tossiċi, 3-monokloropropandiol (3-MCPD), l-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin, l-aċidu eruċiku u l-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin, huwa xieraq li jiġi permess għal perjodu tranżizzjonali l-użu tal-addittiv tal-ikel l-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) li tqiegħed fis-suq legalment qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li jkun permess li l-ikel li jkun fih dan l-addittiv, ikompli jitqiegħed fis-suq għall-istess perjodu tranżizzjonali u jibqa’ fis-suq sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew “id-data sa meta jista’ jintuża l-aħħar”.

(19)

Għall-istess raġunijiet u meta jitqies il-kontenut imnaqqas fih ta’ esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin, l-addittiv tal-ikel l-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) imqiegħed legalment fis-suq wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li jikkonforma mal-livell massimu intermedju mnaqqas għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) jenħtieġ li jitħalla jintuża sakemm jispiċċaw l-istokkijiet, u l-ikel li jkun fih dan l-addittiv tal-ikel jenħtieġ li jitħalla jitqiegħed fis-suq u jibqa’ fis-suq sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew “id-data sa meta jista’ jintuża l-aħħar”.

(20)

Fl-24 ta’ Marzu 2017, l-Awtorità ħarġet opinjoni xjentifika dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) bħala addittiv tal-ikel (8). L-Awtorità kkonkludiet li s-sett ta’ data ta raġuni biex jiżdied il-konsum aċċettabbli ta’ kuljum għal 25 mg/kg bw kuljum. L-Awtorità rrakkomandat xi modifiki għall-ispeċifikazzjonijiet tal E 476 stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 231/2012.

(21)

Fit-23 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni nediet sejħa pubblika għal data teknika dwar l-addittiv tal-ikel poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476), li kellha fil-mira d-data identifikata bħala meħtieġa mill-Awtorità.

(22)

Fit-18 ta’ Marzu 2020, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) bħala emulsjonant fis-silġ li jittiekel għall-emulsjoni tax-xaħam u taż-żejt tat-tip ilma fiż-żejt u z-zlazi emulsifikati b’kontenut ta’ xaħam ta’ aktar minn 20 %. Sussegwentement, il-Kummissjoni qegħdet l-applikazzjoni għad-disponibbiltà tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(23)

Il-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) huwa kapaċi jipproduċi emulsjonijiet stabbli ta’ ilma fiż-żejt bi qtar ta’ daqsijiet iżgħar li jistgħu jiġu ffriżati biex jipproduċu silġ artab, kremuż u li jittiekel li jeħtieġ inqas enerġija fil-proċess tal-manifattura u li jkollu aktar stabbiltà fil-katina tal-provvista tal-oġġetti ffriżati. Dan jippermetti l-użu ta’ xaħmijiet u żjut b’saturazzjoni baxxa u b’inqas zokkor fis-silġ li jittiekel. Il-livell tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) meħtieġ biex tinkiseb il-funzjoni teknoloġika maħsuba huwa 4 000 mg/kg.

(24)

Il-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) jippermetti wkoll li jitnaqqas iż-żejt fiz-zlazi emulsifikati (eż. fil-mayonnaise jew fit-taħlitiet għal fuq l-insalata) mingħajr effett negattiv fuq is-sensazzjoni fil-ħalq. Il-livell massimu awtorizzat attwalment ta’ 4 000 mg/kg mhuwiex biżżejjed għal prodotti b’kontenut ta’ xaħam ta’ aktar minn 20 %. Il-livell ta’ użu tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) meħtieġ biex tinkiseb il-funzjoni teknoloġika maħsuba fi prodotti b’kontenut ta’ xaħam ta’ aktar minn 20 % huwa ta’ 8 000 mg/kg.

(25)

Wara l-preżentazzjoni tad-data mill-operaturi kummerċjali interessati b’rispons għas-sejħa pubblika għad-data teknika u l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni dwar l-estensjoni tal-użu tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476), il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tipprovdi opinjoni xjentifika biex tikkonferma li d-data teknika pprovduta mill-operaturi kummerċjali interessati kienet tappoġġa b’mod adegwat emenda fl-ispeċifikazzjonijiet għall-addittiv tal-ikel, il-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476), biex jinġiebu f’konformità mal-istandards attwali, kif irrakkomandat mill-Awtorità.

(26)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha adottata fit-30 ta’ Marzu 2022 (9), l-Awtorità kkonkludiet li l-estensjoni tal-użu proposta ma twassalx għal tħassib dwar is-sikurezza. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-ispeċifikazzjonijiet attwali għall-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) kellhom jiġu adattati b’mod partikolari billi jitbaxxew il-limiti massimi għall-elementi tossiċi, billi jiġu inklużi l-limiti massimi għall-impuritajiet li huma ta’ tħassib għas-sikurezza u billi tiġi mmodifikata d-definizzjoni tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476).

(27)

Għalhekk jixraq li l-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) jiġi awtorizzat fil-kategorija tal-ikel 03 “Silġ li jittiekel” b’livell massimu ta’ 4 000 mg/kg, jiżdied il-livell massimu awtorizzat fil-kategorija tal-ikel 12.6 “Żlazi” għal 8 000 mg/kg għaz-zlazi emulsifikati b’kontenut ta’ xaħam ta’ 20 % jew aktar u jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu fid-dawl tal-opinjoni xjentifika tal-Awtorità. Id-definizzjoni tal-addittiv tal-ikel jenħtieġ li tiġi emendata sabiex l-użu tal-gliċerol għall-produzzjoni tal-addittiv tal-ikel jiġi ristrett għall-gliċerol li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet għall-addittiv tal-ikel (E 422). Jenħtieġ li jitbaxxew il-limiti massimi attwali għall-elementi tossiċi u jenħtieġ li l-limiti massimi għat-total ta’ 3-monokloropropandiol (3-MCPD) u ta’ esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin (espressi bħala 3-MCPD) u ta’ esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) jiġu stabbiliti f’konformità mal-opinjoni xjentifika tal-Awtorità u filwaqt li jitqies il-livell li bħalissa jista’ jinkiseb bl-applikazzjoni ta’ prattiki tajba ta’ manifattura.

(28)

Meta jitqies li l-Awtorità ma identifikatx tħassib immedjat dwar is-saħħa relatat mal-preżenza tal-elementi tossiċi, 3-monokloropropandiol (3-MCPD), l-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin u esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin, jixraq li jiġi permess għal perjodu tranżizzjonali l-użu tal-addittiv tal-ikel il-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) li tqiegħed fis-suq legalment qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(29)

Għall-istess raġunijiet, jixraq li l-ikel li jkun fih l-addittiv tal-ikel poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ikun jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq għal perjodu tranżizzjonali u jibqa’ fis-suq sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew “id-data sa meta jista’ jintuża l-aħħar”.

(30)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 jiġu emendati skont dan.

(31)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-addittiv tal-ikel il-gliċerol (E 422) li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel l-20 ta’ Lulju 2023 u li ma jikkonformax mal-limiti massimi għall-arseniku, għaċ-ċomb, għall-merkurju, għall-kadmju jew għall-akroleina applikabbli mill-20 ta’ Lulju 2023 jista’ jiżdied mal-ikel f’konformità mal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 sal-20 ta’ Jannar 2024.

L-ikel li fih l-addittiv tal-ikel il-gliċerol (E 422) li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel l-20 ta’ Lulju 2023 u li ma jikkonformax mal-limiti massimi għall-arseniku, għaċ-ċomb, għall-merkurju, għall-kadmju jew għall-akroleina applikabbli mill-20 ta’ Lulju 2023 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sal-20 ta’ Jannar 2024 u jista’ jkompli jiġi kkummerċjaizzat sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew “id-data sa meta jista’ jintuża l-aħħar”.

L-addittiv tal-ikel l-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel l-20 ta’ Lulju 2023 u li ma jikkonformax mal-limiti massimi għall-arseniku, għaċ-ċomb, għall-merkurju, għall-kadmju, għat-total ta’ 3-monokloropropandiol (3-MCPD) u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin (espressi bħala 3-MCPD), għall-aċidu eruċiku jew għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) applikabbli mill-20 ta’ Lulju 2023 jista’ jiżdied mal-ikel f’konformità mal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 sal-20 ta’ Jannar 2024.

L-ikel li fih l-addittiv tal-ikel l-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel l-20 ta’ Lulju 2023 u li ma jikkonformax mal-limiti massimi għall-arseniku, għaċ-ċomb, għall-merkurju, għall-kadmju, għat-total ta’ 3-monokloropropandiol (3-MCPD) u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin (espressi bħala 3-MCPD), għall-aċidu eruċiku jew għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) applikabbli minn l-20 ta’ Lulju 2023 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sal-20 ta’ Jannar 2024 u jista’ jkompli jiġi kkummerċjaizzat sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew “id-data sa meta jista’ jintuża l-aħħar”.

L-addittiv tal-ikel l-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) li jkun tqiegħed fis-suq legalment wara l-20 ta’ Lulju 2023 u sal-20 ta’ Jannar 2024 u li ma jikkonformax mal-limiti massimi għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) applikabbli mill-20 ta’ Jannar 2024 jista’ jiżdied mal-ikel f’konformità mal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

L-ikel li fih l-addittiv tal-ikel l-esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin (E 475) li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel l-20 ta’ Lulju 2023 u sal-20 ta’ Jannar 2024 u li ma jikkonformax mal-limiti massimi għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) applikabbli mill-20 ta’ Jannar 2024 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq u jkompli jiġi kkummerċjalizzat sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew “id-data sa meta jista’ jintuża l-aħħar”.

L-addittiv tal-ikel il-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel l-20 ta’ Lulju 2023 u li ma jikkonformax mal-limiti massimi għall-arseniku, għaċ-ċomb, għall-merkurju, għall-kadmju, għat-total ta’ 3-monokloropropandiol (3-MCPD) u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin (espressi bħala 3-MCPD), jew tal-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) applikabbli minn l-20 ta’ Lulju 2023 jista’ jiżdied mal-ikel f’konformità mal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 sal-20 ta’ Jannar 2024.

L-ikel li fih l-addittiv tal-ikel il-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel l-20 ta’ Lulju 2023 u li ma jikkonformax mal-limiti massimi għall-arseniku, għaċ-ċomb, għall-merkurju, għall-kadmju, għat-total ta’ 3-monokloropropandiol (3-MCPD) u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin (espressi bħala 3-MCPD) jew tal-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol) applikabbli minn l-20 ta’ Lulju 2023 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sal-20 ta’ Jannar 2024 u jista’ jkompli jiġi kkummerċjaizzat sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew “id-data sa meta jista’ jintuża l-aħħar”.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(4)  EFSA Journal 2017;15(3):4720.

(5)  EFSA Journal 2022;20(6):7353.

(6)  EFSA Journal 2017;15(12):5089.

(7)  EFSA Journal 2022;20(5):7308.

(8)  EFSA Journal 2017;15(3):4743.

(9)  EFSA Journal 2022;20(5):7294.


ANNESS I

Il-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 hija emendata kif ġej:

(1)

fil-Kategorija 03 (Silġ li jittiekel), tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata tal-E 473-474:

 

“E 476

Poliriċinoleat tal-poligliċerol

4 000

 

ħlief is-sorbets”

(2)

fil-Kategorija 12.6 (Zlazi), l-entrata tal-E 476 (Poliriċinoleat tal-poligliċerol) hija sostitwita b’din li ġejja:

 

“E 476

Poliriċinoleat tal-poligliċerol

4 000

 

zlazi emulsifikati b’konenut ta’ xaħam inqas minn 20 % biss

 

E 476

Poliriċinoleat tal-poligliċerol

8 000

 

zlazi emulsifikati b’konenut ta’ xaħam inqas minn 20 % jew aktar, biss”


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 422 Gliċerol hija sostitwita b’din li ġejja:

E 422 GLIĊEROL

Sinonimi

Gliċerin; Gliċerina

Definizzjoni

Il-gliċerol jinkiseb biss miż-żjut u x-xaħmijiet veġetali, direttament jew mill-gliċerol grezz li jinkiseb bħala prodott sekondarju mill-produzzjoni tal-bijodiżil u jsirulu proċessi ta’ purifikazzjoni li jinvolvu d-distillazzhjoni u passi oħra ta’ tindif biex jinkiseb il-gliċerol irfinut.

Einecs

200-289-5

Isem kimiku

1,2,3-propantriol; Gliċerol; Triidrossipropan

Formola kimika

C3H8NO3

Piż molekulari

92,10

Assaġġ

Kontenut ta’ gliċerol mhux inqas minn 98 % fuq il-bażi anidra

Deskrizzjoni

Likwidu b’konsistenza ta’ ġulepp igroskopiku trasparenti, bla kulur, b’riħa karatteristika ħafifa li mhijiex ħarxa jew oġġezzjonabbli

Identifikazzjoni

 

Densità relattiva (25 C/25 C)

Mhux inqas minn 1,257

Indiċi rifrattiv

[n]D 20 bejn 1,471 u 1,474

Purità

 

Kontenut ta’ ilma

Mhux iktar minn 5 % (il-metodu Karl Fischer)

Irmied sulfatat

Mhux iktar minn 0,01 % ddeterminat fi 800 ± 25 °C

Butanetrioli

Mhux iktar minn 0,2 %

Akrolein

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Aċidi xaħmin u esteri

Mhux aktar minn 0,1 % ikkalkulat bħala aċidu butiriku

Komposti klorinati

Mhux aktar minn 30 mg/kg (bħala koru)

3-Monokloropropan-1,2-diol (3-MCPD)

Mhux aktar minn 0,1 mg/kg

Arseniku

Mhux aktar minn 0,1 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 0,1 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 0,1 mg/kg

Kadmju

Mhux aktar minn 0,1 mg/kg”

(2)

l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 475 Esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin hija sostitwita b’din li ġejja:

E 475 ESTERI TAL-POLIGLIĊEROL TAL-AĊIDI XAĦMIN

Sinonimi

Esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmija; Aċidu xaħmi tal-esteri tal-poligliċerin

Definizzjoni

L-esteri tal-poligliċerol xaħmin jiġu prodotti permezz tal-esterifikazzjoni tal-poligliċerol ma’ xaħmijiet u żjut tal-ikel jew mal-aċidi xaħmin li jinsabu fix-xaħmiiet u fiż-żjut tal-ikel. Is-sehem tal-poligliċerol huwa b’mod predominanti di-, tri- u tetragliċerol u ma fihx aktar minn 10 % ta’ poligliċeroli ugwali għall-eptagliċerol jew iżjed.

Il-poligliċerol huwa prodott minn gliċerol li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet għall-E 422.

Einecs

 

Isem kimiku

 

Formola kimika

 

Piż molekulari

 

Assaġġ

Kontenut ta’ esteri tal-aċidi xaħmin mhux inqas minn 90 %

Deskrizzjoni

Likwidi żejtnin sa viskużi ħafna li jvarjaw fil-kulur bejn isfar ċar u ambra; plastiks jew solidi li jvarjaw fil-kulur minn kulur il-ġlud ikkonsati ħafif sa kannella medju; u solidi xemgħin ibsin kannella

Identifikazzjoni

 

Test għall-gliċerol

Jgħaddi mit-test

Test għall-poligliċeroli

Jgħaddi mit-test

Test għall-aċidi xaħmin

Jgħaddi mit-test

Solubbiltà

L-esteri jvarjaw minn idrofiliċi ħafna sa lipofiliċi ħafna, iżda bħala klassi għandhom tendenza li jkunu dispersibbli fl-ilma u solubbli fis-solventi u fiż-żjut organiċi

Purità

 

Irmied sulfatat

Mhux iktar minn 0,5 % (800 ± 25 °C)

Aċidi li mhumiex aċidi xaħmin

Inqas minn 1 %

Aċidi xaħmin ħielsa

Mhux aktar minn 6 % ikkalkulat bħala aċidu olejku

Total ta’ gliċerol u poligliċerol

Mhux inqas minn 18 % iżda mhux iktar minn 60 %

Gliċerol u poligliċerol ħielsa

Mhux iktar minn 7 %

Arseniku

Mhux aktar minn 0,1 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 0,3 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 0,1 mg/kg

Kadmju

Mhux aktar minn 0,1 mg/kg

Somma ta’ 3-monokloropropandiol (3-MCPD) u 3-MCPD esteri tal-aċidi xaħmin, espressi bħala 3-MCPD

Mhux aktar minn 2,5 mg/kg

Esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin, espressi bħala gliċidol

Mhux aktar minn 10 mg/kg Dan japplika mill-20 ta’ Lulju 2023 sal-20 ta’ Jannar 2024.

Mhux aktar minn 5 mg/kg Dan japplika mill-20 ta’ Jannar 2024.

Aċidu eruċiku

Mhux iktar minn 2 %

Il-kriterji tal-purità japplikaw għall-addittiv ħieles mill-imlieħ tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju tal-aċidi xaħmin, iżda dawn is-sustanzi jistgħu jkunu preżenti sa livell massimu ta’ 6 % (espressi bħala oleat tas-sodju).”;

(3)

l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 476 Poliriċinoleat tal-poligliċerol hija sostitwita b’din li ġejja:

E 476 POLIRIĊINOLEAT TAL-POLIGLIĊEROL

Sinonimi

Esteri tal-gliċerol tal-aċidi xaħmin taż-żejt ir-riġnu kkondensat; Esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin polikondensati taż-żejt ir-riġnu; Poliriċinoleat tal-poligliċerol; PGPR

Definizzjoni

Il-poliriċinoleat tal-poligliċerol jiġi ppreparat permezz tal-esterifikazzjoni tal-poligliċerol ma’ aċidi xaħmin taż-żejt ir-riġnu kkondensat. Iż-żejt ir-riġnu li jintuża għall-produzzjoni tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol huwa ħieles mir-riċin.

Il-poligliċerol huwa prodott minn gliċerol li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet għall-E 422.

Einecs

 

Isem kimiku

 

Formola kimika

 

Piż molekulari

 

Assaġġ

 

Deskrizzjoni

Likwidu trasparenti viskuż ħafna

Identifikazzjoni

 

Solubbiltà

Mhuwiex solubbli fl-ilma u fl-etanol; huwa solubbli fl-etere, fl-idrokarburi u fl-idrokarburi aloġenati

Test għall-gliċerol

Jgħaddi mit-test

Test għall-poligliċeroli

Jgħaddi mit-test

Test għall-aċidu riċinoleiku

Jgħaddi mit-test

Indiċi rifrattiv

[n]D 65 bejn 1,4630 u 1,4665

Purità

 

Poligliċeroli

Is-sehem tal-poligliċerol għandu jkun magħmul minn mhux inqas minn 75 % di-, tri- u tetragliċeroli u għandu jkun fih mhux aktar minn 10 % poligliċeroli ugwali għall-eptagliċerol jew iżjed.

Valur tal-idrossil

Mhux inqas minn 80 u mhux iktar minn 100

Valur tal-aċidu

Mhux iktar minn 6

Arseniku

Mhux aktar minn 0,1 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 0,1 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 0,1 mg/kg

Kadmju

Mhux aktar minn 0,1 mg/kg

Is-somma ta’ 3-monokloropropandiol (3-MCPD) u 3-MCPD esteri tal-aċidi xaħmin (espressi bħala 3-MCPD)

Mhux aktar minn 2,5 mg/kg

Esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol)

Mhux aktar minn 1 mg/kg”


30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/76


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1330

tad-29 ta’ Ġunju 2023

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/763 (2), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. Il-miżuri ħadu l-forma ta’ rati fissi tad-dazju fil-livell ta’ EUR 104,46 għal kull tunnellata netta, kemm għall-uniku grupp esportatur li kkoopera kif ukoll għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

(2)

Is-sentenzi fil-Kawżi T-383/17 (3) u C-260/20 P (4) kienu jinvolvu l-annullament tal-miżuri għall-uniku grupp esportatur li kkoopera. Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/593 (5), il-Kummissjoni Ewropea imponiet mill-ġdid id-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea fil-livell rivedut ta’ EUR 103,16 għal kull tunnellata netta, kemm għall-uniku grupp esportatur li kkoopera kif ukoll għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(3)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (6), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(4)

It-talba għal rieżami tressqet fl-1 ta’ Frar 2022 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karta Termali (“l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċerta karta termali ħafifa skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(5)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fit-3 ta’ Mejju 2022, bdiet rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea (“il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Din ippubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

1.4.   Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u kkunsidrat

(6)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.5.   Partijiet interessati

(7)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lill-applikant, lill-produttur magħruf fir-Repubblika tal-Korea u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Korea, lill-importaturi, lill-utenti u lill-kummerċjanti magħrufa dwar il-bidu tal-iskadenza u stednithom jipparteċipaw.

(8)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.6.   Kummenti dwar il-bidu

(9)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar il-bidu minn Hansol Paper Co. Ltd. (“Hansol Paper”). Din il-parti ddikjarat li d-data fit-talba ma turix li l-industrija tal-Unjoni qiegħda ġġarrab dannu materjali.

(10)

Il-Kummissjoni fakkret li Hansol Paper kienet wettqet eżami tat-talba f’konformità mal-Artikolu 11(2) u ma’ paragrafi rilevanti oħrajn tal-Artikolu 11 tar-Regolament bażiku, u waslet għall-konklużjoni li r-rekwiżiti għall-bidu ta’ investigazzjoni ġew issodisfati, jiġifieri, li l-adegwatezza u l-akkuratezza tal-evidenza ppreżentata mill-applikanti kienu evidenza suffiċjenti li għandha t-tendenza li turi l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping dannuż.

(11)

F’dan ir-rigward, din fakkret ukoll li fl-istadju tat-talba ma huwiex meħtieġ li l-Kummissjoni jkollha quddiemha l-istess evidenza ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu ta’ kwantità u kwalità li jkunu meħtieġa għall-estensjoni tal-miżuri. Investigazzjoni tal-anti-dumping hija proċess fejn iċ-ċertezza dwar l-eżistenza tal-elementi meħtieġa biex tiġi adottata jew imtawla miżura jew biex jintemm proċediment tintlaħaq gradwalment hekk kif l-investigazzjoni tavvanza. Barra minn hekk, ma huwiex eskluż li ċerti żbalji jew ineżattezzi jistgħu jeżistu fl-applikazzjoni. Madankollu, l-eżistenza tagħhom mhux neċessarjament ikollha impatt fuq il-konklużjoni ġenerali li t-talba fiha biżżejjed evidenza ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping dannuż, u li l-fajl jistħoqqlu investigazzjoni.

(12)

Barra minn hekk, l-istandard legali ta’ evidenza meħtieġ għal talba (biżżejjed evidenza) jagħmilha ċara li l-kwantità u l-kwalità tal-informazzjoni fit-talba ma humiex l-istess bħal ta’ dik disponibbli fi tmiem investigazzjoni. Ma huwiex eskluż li jsiru bidliet bejn l-istadju tat-talba u l-konklużjoni tal-investigazzjoni. Madankollu, tali bidliet mhux neċessarjament għandhom impatt fuq il-konklużjoni ġenerali li l-fajl jistħoqqlu investigazzjoni peress li hemm biżżejjed evidenza tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping dannuż.

(13)

Fir-rigward tal-pretensjoni li d-data fit-talba ma turix li l-industrija tal-Unjoni qiegħda ġġarrab dannu materjali, Hansol Paper issottomettiet li l-indikaturi ekonomiċi pprovduti fit-talba juru li l-importazzjonijiet mill-Korea huma f’livelli mhux dannużi, is-sehem mis-suq tal-Korea huwa negliġibbli u l-industrija tal-Unjoni qiegħda taħdem tajjeb f’termini ta’ volum ta’ bejgħ, sehem mis-suq, investimenti u effiċjenza operattiva. Skont Hansol Paper, it-talba rrikonoxxiet li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni naqsu matul il-perjodu kkunsidrat iżda ssottomettiet li dan huwa dovut għal fatturi oħrajn fis-suq kollu li ma għandhom xejn x’jaqsmu mal-importazzjonijiet mill-Korea.

(14)

Il-Kummissjoni ċċarat li fit-talba, l-applikant allega l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu mill-pajjiż ikkonċernat. Il-Kummissjoni tabilħaqq ikkunsidrat li, fit-talba, l-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li turi li, wara perjodu inizjali ta’ rkupru, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu meta l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu bejn l-1 ta’ Ottubru 2020 u t-30 ta’ Settembru 2021. F’dan ir-rigward, hija fakkret li sejba ta’ dannu materjali tirrikjedi eżami, fost l-oħrajn, tal-fatturi rilevanti kif deskritti fl-Artikolu 5(2)(d) tar-Regolament bażiku. Fil-fatt, il-formulazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku tiddikjara li l-ilment għandu jkun fih informazzjoni dwar il-bidliet fil-volum ta’ importazzjonijiet li allegatament kienu oġġett ta’ dumping, l-effett ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, kif muri minn fatturi u indiċijiet rilevanti (mhux neċessarjament kollha) li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni, bħal dawk elenkati fl-Artikoli 3(3) u 3(5). Dan huwa applikabbli mutatis mutandis għall-analiżi tal-probabbiltà f’rieżami ta’ skadenza. Bl-istess mod, mhux il-fatturi kollha jridu juru deterjorament sabiex jiġi stabbilit dannu materjali (u għalhekk, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tiegħu). Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ fatturi oħrajn li jista’ jkollhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ma timplikax neċessarjament li l-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq din l-industrija ma huwiex materjali (għal darb’oħra, dan huwa applikabbli b’mod simili għall-analiżi tal-probabbiltà). Dan huwa aktar minnu fil-każ ta’ rieżami ta’ skadenza fejn l-enfasi tkun fuq x’jiġri jekk il-miżuri jiġu revokati. Barra minn hekk, fil-każ ta’ rieżamijiet ta’ skadenza, il-miżuri anti-dumping jista’ jkollhom ċertu effett pożittiv anke jekk id-dannu jkompli b’mod ġenerali. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnotat ukoll li t-talba kien fiha biżżejjed evidenza dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu. B’mod partikolari, din uriet li s-suq tal-Korea huwa kkaratterizzat minn kapaċità żejda sinifikanti fil-produzzjoni. Is-suq domestiku tal-Korea ma huwiex kapaċi jassorbi din il-produzzjoni żejda. Għalhekk, is-suq tal-Unjoni, li huwa globalment l-akbar suq tal-karta termali huwa attraenti għall-esportaturi Koreani f’termini tad-daqs. Barra minn hekk, swieq oħrajn tal-esportazzjoni huma diffiċli biex jiġu aċċessati għal diversi raġunijiet (8). Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kienet intitolata tibda l-investigazzjoni.

(15)

Fir-rigward tal-allegazzjonijiet ta’ Hansol Paper dwar l-iżvilupp pożittiv ta’ xi indikaturi tad-dannu fit-talba, eż., is-sehem mis-suq u l-volum ta’ bejgħ, il-Kummissjoni nnotat li l-miżuri anti-dumping spiss ikollhom effett pożittiv fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni — fattur li naturalment tqies fl-analiżi tal-Kummissjoni.

(16)

Fir-rigward tal-kumment dwar l-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda obbligu legali li teżamina l-interess tal-Unjoni fl-istadju tal-bidu.

1.7.   Kampjunar

(17)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.7.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(18)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet kampjun tal-produtturi tal-Unjoni b’mod provviżorju. Il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet produtturi tal-Unjoni. Il-kriterji użati għall-għażla tal-kampjun kienu l-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ u produzzjoni tal-prodott simili fl-UE bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Diċembru 2021. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 86 % tal-volum totali stmat ta’ produzzjoni u bejgħ fl-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Wasal kumment wieħed mill-assoċjazzjoni tal-Unjoni li appoġġat il-kampjun provviżorju. Il-kampjun ġie kkonfermat fit-12 ta’ Mejju 2022. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

1.7.2.   Kampjunar tal-importaturi

(19)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Ma kien hemm l-ebda importatur mhux relatat li ssottometta l-informazzjoni mitluba. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

1.8.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(20)

Il-Kummissjoni stiednet lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lill-produttur esportatur ewlieni magħruf fil-Korea biex jimlew il-kwestjonarji rilevanti li saru disponibbli online (9) fil-jum tal-bidu.

(21)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-produttur esportatur ewlieni magħruf, Hansol Paper, u l-importaturi relatati tiegħu Hansol Europe B.V. u Hansol America Inc. Barra minn hekk, l-applikant ipprovda tweġiba għall-kwestjonarju bil-makrodata.

1.9.   Verifika

(22)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

Produtturi tal-Unjoni

Koehler Paper SE, Oberkirch, il-Ġermanja

Mitsubishi HiTec Paper Europe GmbH, Bielefeld, il-Ġermanja.

Jujo Thermal Oy, Kauttua, il-Finlandja.

Produttur esportatur fir-Repubblika tal-Korea

Hansol Paper Co. Ltd, Seoul and Seocheon-gun, Chungcheongnam-do, ir-Repubblika tal-Korea (“Hansol Paper”)

Importaturi relatati

Hansol Europe B.V., Hoofddorp, in-Netherlands (“Hansol Europe”)

Hansol America Inc., Fort Lee, l-Istati Uniti tal-Amerka (“Hansol America”)

1.10.   Proċedura sussegwenti

(23)

Fis-27 ta’ April 2023, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien biħsiebha żżomm fis-seħħ id-dazji anti-dumping. Fl-10 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni bagħtet aġġornament tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz lil Hansol Paper biss. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. Waslu kummenti mingħand l-applikanti u mingħand Hansol Paper.

(24)

Il-kummenti li għamlu l-partijiet interessati ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u ttieħdu inkunsiderazzjoni, fejn xieraq. L-ebda parti ma talbet seduta ta’ smigħ.

1.11.   Preżentazzjoni tad-data

(25)

Minħabba l-għadd limitat ta’ partijiet li ssottomettew id-data, uħud miċ-ċifri ppreżentati hawn taħt kellhom ikunu fil-forma ta’ meded sabiex jiġi evitat ksur tal-kunfidenzjalità. Id-data mill-uniku produttur esportatur li kkoopera qiegħda tingħata f’meded peress li huwa l-unika kumpanija li kkooperat.

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt rieżami

(26)

Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri ċerta karta termali ħafifa li tiżen 65 g/m2 jew inqas; f’rombli ta’ wisa’ 20 cm jew aktar, piż tar-romblu (inkluża l-karta) ta’ 50 kg jew aktar u dijametru tar-romblu (inkluża l-karta) ta’ 40 cm jew aktar (“rombli jumbo”); b’kisja ta’ taħt fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat jew mingħajrha; miksija b’sustanza termosensittiva fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat; u b’kisja ta’ fuq jew mingħajrha (“il-prodott taħt rieżami”), li attwalment taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 4809 90 00, ex 4811 90 00, ex 4816 90 00 u ex 4823 90 85 (il-kodiċijiet TARIC: 4809900010, 4811900010, 4816900010, 4823908520).

(27)

Il-karta termali ħafifa hija karta ta’ speċjalità. Għandha kisja attiva termali li tirreaġixxi biex tifforma immaġni meta s-sħana tiġi applikata minn stampaturi b’printheads termali. Il-karta termali ħafifa tintuża għal applikazzjonijiet fil-punt ta’ bejgħ bħall-irċevuti maħruġa mill-bejgħ bl-imnut, iżda wkoll għal tikketti awtoadeżivi għall-imballaġġ, il-biljetti u t-tikketti tal-kummerċ elettroniku.

(28)

Il-karta termali ħafifa tista’ tiġi prodotta b’diversi tipi ta’ żviluppaturi kimiċi. Din l-investigazzjoni tikkonċerna t-tipi kollha.

2.2.   Prodott ikkonċernat

(29)

Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.3.   Prodott simili

(30)

Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

il-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tar-Repubblika tal-Korea; u

l-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(31)

Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.4.   Pretensjonijiet rigward id-definizzjoni tal-prodott

(32)

F’sottomissjoni tal-1 ta’ Lulju 2022, il-produttur esportatur talab kjarifika dwar jekk tipi ta’ prodotti ġodda prodotti mill-industrija tal-Unjoni jiġux inklużi jew esklużi mill-ambitu tar-rieżami ta’ skadenza. Dawn it-tipi ġodda ta’ prodotti ma jużaw l-ebda żviluppatur kimiku u l-immaġni tiġi rilaxxata abbażi tal-fiżika minflok proċess kimiku. Nota għall-fajl datata d-19 ta’ Settembru 2022 iċċarat l-ambitu tal-investigazzjoni fis-sens li l-karta termali ħafifa bi żviluppatur kimiku biss hija koperta mill-proċediment.

3.   DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(33)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-karta termali ħafifa mir-Repubblika tal-Korea komplew, għalkemm f’livelli aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015). Skont it-tabella 2 ta’ hawn taħt, l-importazzjonijiet ta’ karta termali ħafifa mir-Repubblika tal-Korea ammontaw għal 2,7 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla ma’ 13,6 % tas-sehem mis-suq matul l-investigazzjoni oriġinali.

(34)

Hansol Paper ikkooperat fl-investigazzjoni. Dan kien jirrappreżenta (qrib) l-importazzjonijiet kollha tal-prodott taħt rieżami mir-Repubblika tal-Korea. L-ebda produttur esportatur ieħor ma ppreżenta ruħu. Is-sejbiet fir-rigward tal-kontinwazzjoni tad-dumping huma bbażati fuq id-data vverifikata ta’ Hansol Paper.

3.2.   Kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

3.2.1.   Valur normali

(35)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku tal-produttur esportatur li kkoopera kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum ta’ bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ għall-esportazzjoni tiegħu tal-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Abbażi ta’ dan, il-bejgħ totali mill-produttur esportatur tal-prodott simili fis-suq domestiku, kien rappreżentattiv.

(36)

Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħin fuq livell domestiku li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi ta’ prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produttur esportatur b’bejgħ domestiku rappreżentattiv.

(37)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku mill-produttur esportatur fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ b’esportazzjoni tat-tip tal-prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet li, għal xi tipi ta’ prodotti li ġew esportati lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku u għalhekk ma kienx rappreżentattiv.

(38)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon ta’ bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku effettiv għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(39)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:

(a)

il-volum ta’ bejgħ tat-tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz ta’ bejgħ nett li huwa daqs jew ogħla mill-kost tal-input ikkalkolat, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dan it-tip ta’ prodott; u

(b)

l-prezz ta’ bejgħ medju ponderat ta’ dak it-tip ta’ prodott ikun daqs jew ogħla mill-kost tal-unità tal-produzzjoni.

(40)

F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet ta’ bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(41)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott ta’ bejgħ domestiku bi profitt tat-tipi ta’ prodotti biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jekk:

(a)

il-volum ta’ bejgħ profittabbli tat-tip ta’ prodott jirrappreżenta 80 % jew inqas mill-volum totali ta’ bejgħ ta’ dan it-tip: jew

(b)

il-prezz medju ponderat ta’ dan it-tip ta’ prodott ikun anqas mill-kost tal-unità tal-produzzjoni.

(42)

L-analiżi ta’ bejgħ domestiku wriet li, skont it-tip ta’ prodott, bejn 32 % u 100 % tal-bejgħ domestiku kollu ħalla profitt u li l-prezz ta’ bejgħ medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, skont it-tip ta’ prodott, il-valur normali ġie kkalkolat bħala medja ponderata tal-prezz tal-bejgħ domestiku kollu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew medja ponderata ta’ bejgħ bi profitt biss.

(43)

Meta tip ta’ prodott ma nbiegħx fis-suq domestiku, u fin-nuqqas ta’ prezz ta’ bejgħ domestiku ta’ tali tip ta’ prodott minn kwalunkwe produttur esportatur ieħor, il-Kummissjoni bniet il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(44)

Il-valur normali nħadem billi ngħadd dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produttur esportatur li kkoopera matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami:

(a)

l-ispejjeż ta’ bejgħ medji ponderati, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) imġarrbin mill-produttur esportatur li kkoopera għall-bejgħ domestiku tal-prodott simili, matul il-perkors normali tan-negozju, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami; u

(b)

l-profitt medju ponderat magħmul mill-prodottur esportatur li kkoopera għall-bejgħ domestiku tal-prodott simili, matul il-perkors normali tan-negozju, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

3.2.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(45)

Hansol Paper esportat il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz tal-kumpanija relatata tagħha Hansol Europe.

(46)

Għall-bejgħ tal-produttur esportatur direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li attwalment tħallas jew dak pagabbli għall-prodott taħt rieżami meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(47)

Għall-bejgħ tal-prodottur esportatur lejn l-Unjoni permezz ta’ Hansol Europe li taġixxi bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lill-klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, saru aġġustamenti fil-prezz għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż SG&A, u għall-profitti akkumulati.

(48)

Fir-rigward tal-marġini tal-profitt użat, f’konformità mal-każistika stabbilita tal-qrati tal-Unjoni, (10) il-Kummissjoni ma użatx il-marġini tal-profitt tal-kumpanija relatata minħabba li dan ma huwiex ikkunsidrat affidabbli. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, din irrikorriet għall-marġni ta’ profitt ta’ 4,5 % li kien intuża wkoll fl-investigazzjoni oriġinali (11).

3.2.3.   Tqabbil

(49)

Għal kull tip ta’ prodott, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

(50)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. L-aġġustamenti għall-kostijiet tat-trasport, għall-kostijiet tal-immaniġġar u tat-tagħbija, għall-imposti bankarji, għad-dazji doganali tal-UE, għar-ribassi fi tmiem is-sena, għall-kummissjonijiet u għar-rifużjoni tad-dazju tnaqqsu mill-prezzijiet ta’ bejgħ domestiku u/jew tal-esportazzjoni, fejn dawn ġew irrapportati u nstabu li huma ġġustifikati. Il-Kummissjoni sabet li l-pretensjonijiet għal aġġustamenti relatati mal-kostijiet tal-ippakkjar u mal-kostijiet tal-kreditu ma humiex iġġustifikati.

(51)

L-ippakkjar għall-esportazzjoni u għall-bejgħ domestiku kien bażikament identiku, għalhekk ma kien hemm l-ebda raġuni biex tingħata l-pretensjoni ta’ aġġustament.

(52)

L-Artikolu 2(10)(g) tar-Regolament bażiku jipprevedi li meta l-kreditu jkun fattur meqjus fid-determinazzjoni tal-prezzijiet mitluba, aġġustament jista’ jkun iġġustifikat. Il-Kummissjoni ċaħdet l-aġġustament tal-kost ta’ kreditu abbażi tar-raġunament li, minħabba n-natura sensittiva tiegħu, ġie żvelat biss lill-produttur esportatur. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kost tal-kreditu mogħti ma kienx fattur meqjus mill-parti fid-determinazzjoni tal-prezzijiet mitluba.

3.2.4.   Marġni tad-dumping

(53)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott taħt rieżami, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(54)

Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping medju ponderat espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ 29 % għal Hansol Paper. Għalhekk ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(55)

Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol Paper innotat li l-biċċa l-kbira tad-dumping idderivat minn karta termali għat-tikketti u indikat id-differenza f’termini ta’ taħlita tal-prodott bejn il-bejgħ tagħha fl-Unjoni fl-investigazzjoni oriġinali u l-investigazzjoni ta’ rieżami. Il-Kummissjoni tfakkar li l-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu għal kull tip ta’ prodott, kif deskritt fit-taqsimiet ta’ hawn fuq, u li, fl-aħħar mill-aħħar, kellu jiġi stabbilit marġni tad-dumping wieħed biss għall-bejgħ tal-prodotti kollha koperti mill-miżuri fis-seħħ. Għalhekk, id-differenza fit-taħlita tal-prodott bejn l-investigazzjoni oriġinali u r-rieżami tqieset meta ġie stabbilit il-marġni tad-dumping.

3.3.   Il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping jekk il-miżuri jiġu revokati

(56)

Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping jekk il-miżuri jiġu revokati. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Repubblika tal-Korea u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni kontra swieq oħrajn.

3.3.1.   Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-Repubblika tal-Korea

(57)

Skont l-intelliġenza tas-suq, Hansol Paper kienet bil-bosta l-akbar produttur tal-prodott taħt rieżami fir-Repubblika tal-Korea. Il-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu varjat skont is-sors. Ir-Rapport ta’ Hansol tal-2019 dwar is-Sostenibbiltà tal-Karta stabbilixxa li dan kien ta’ 355 000 tunnellata fis-sena għad-diviżjoni inkluża l-karta termali ħafifa (12). Matul l-investigazzjoni, filwaqt li ammettiet li dik iċ-ċifra kienet il-kapaċità maħsuba ta’ kisi termali, Hansol Paper issottomettiet ċifri tal-kapaċità tal-produzzjoni fil-medda ta’ 250 000 – 300 000 tunnellata fis-sena. Matul il-verifika fuq il-post, il-kumpanija sostniet li ċ-ċifra kkwotata fir-Rapport tal-2019 ma kinitx akkurata. Il-kumpanija qieset li ċ-ċifri tal-kapaċità fl-Istudju tal-2019-2024 dwar is-Suq Dinji tal-Karta ta’ Laves Chemie Consulting kienu aktar akkurati. Dak l-istudju pprovda stima tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-karta termali ta’ Hansol Paper għal 260 000 tunnellata fis-sena (13).

(58)

Skont l-istudju msemmi hawn fuq minn Laves Chemie Consulting, sa dan l-aħħar kien ikun hemm tliet produtturi oħrajn tal-karta termali fir-Repubblika tal-Korea b’kapaċità ta’ produzzjoni totali ta’ 45 000 tunnellata (14). Madankollu, għadu ma huwiex ċar sa liema punt din il-kapaċità tista’ tiġi attivata għal karta termali ħafifa jekk iċ-ċirkostanzi tas-suq jagħtu raġuni għal dan. Skont il-produtturi tal-Unjoni, l-uniku produttur addizzjonali tal-Korea li għadu qiegħed jimmanifattura l-karta termali huwa Donghwa Ind co. Ltd, b’kapaċità ta’ produzzjoni ta’ 15 000 tunnellata fis-sena (15).

(59)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, filwaqt li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkwantifika l-kapaċità ta’ riżerva fil-Korea b’mod ġenerali, setgħet tistabbilixxi li l-kapaċità ta’ produzzjoni hija sinifikanti, li hija madwar 10 darbiet akbar mill-konsum domestiku fil-Korea u li tirrappreżenta kważi d-doppju tal-konsum tal-Unjoni. Barra minn hekk, Hansol Paper ħabbret ripetutament l-intenzjoni tagħha li tespandi n-negozju tagħha tal-karta termali, kif muri fir-rapport finanzjarju tagħha għall-ewwel nofs tal-2021 (16) u fir-rapporti finanzjarji sussegwenti (ukoll fl-2022 (17)). Tali espansjoni tkun tirrappreżenta żieda mal-kapaċità tal-produzzjoni tal-karta termali tal-Korea fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li diġà kienet ogħla b’mod sinifikanti mill-konsum tal-karta termali ħafifa fl-Unjoni (ara t-Tabella 1).

(60)

Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol Paper iddikjarat li s-sejbiet tal-Kummissjoni dwar il-kapaċità fil-Korea kienu skorretti u ma kinux sostanzjati, jiġifieri minħabba li: (i) Hansol Paper kienet l-uniku produttur tal-prodott taħt rieżami fil-Korea, (ii) il-Kummissjoni kienet interpretat ħażin l-avviżi ta’ espansjoni ta’ Hansol Paper u (iii) il-Kummissjoni kienet eżaġerat meta stabbiliet li l-kapaċità tal-produzzjoni ta’ Hansol Paper kienet flessibbli b’mod sinifikanti.

(61)

Il-Kummissjoni ma qablitx. Fir-rigward ta’ Hansol Paper li allegatament hija l-uniku produttur tal-prodott taħt rieżami fil-Korea, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni li dan kien ikkontestat minn informazzjoni oħra fil-fajl inklużi dikjarazzjonijiet magħmula minn Hansol Paper innifisha matul l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza (18). Filwaqt li l-Kummissjoni sostniet b’mod konsistenti li Hansol Paper kienet l-uniku produttur esportatur li kkoopera f’din l-investigazzjoni ta’ rieżami, il-Kummissjoni ma kinitx ikkonkludiet li Hansol Paper kienet l-uniku produttur ta’ karta termali ħafifa fir-Repubblika tal-Korea. Għall-kuntrarju, kif spjegat fil-premessa (58) hawn fuq, l-evidenza fil-fajl issuġġeriet li mill-inqas produttur wieħed ieħor tal-karta termali ħafifa fir-Repubblika tal-Korea, jiġifieri Donghwa Ind co. Ltd, jista’ jkun li qed jipproduċi l-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni nnotat li s-sit web ta’ Donghwa Ind (19) kien jinkludi referenzi għall-produzzjoni tal-karta termali b’mod ġenerali u stampi ta’ prodotti bħal irċevuti fil-punt tal-bejgħ tipikament magħmula minn karta termali ħafifa. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza kuntrarja, Hansol Paper naqset milli tippreżenta evidenza biex tissostanzja l-pretensjoni tagħha li hija l-uniku produttur ta’ karta termali ħafifa fir-Repubblika tal-Korea. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(62)

Il-Kummissjoni ma qablitx li, kif iddikjarat minn Hansol, il-kapaċità żejda fil-Korea kienet żero. Pereżempju, Hansol Paper ipprovdiet ċifri tal-kapaċità tant baxxi li l-użu tal-kapaċità rrappurtat tagħha kien jaqbeż il-100 % f’xi snin tal-perjodu kkunsidrat.

(63)

F’dak kollu li jirrigwarda l-allegata interpretazzjoni żbaljata tal-avviżi ta’ espansjoni ta’ Hansol Paper u l-kwistjoni tal-kapaċità ta’ produzzjoni flessibbli, il-Kummissjoni ma qablitx. Hansol Paper innifisha kienet ripetutament ħabbret pubblikament fir-rapporti finanzjarji tagħha l-intenzjoni tagħha li tespandi n-negozju tal-karta termali tagħha (20). Il-fatt li l-pjanijiet ta’ investiment disponibbli fiż-żmien taż-żjara ta’ verifika ma kinux jinkludu investimenti mmirati lejn iż-żieda fil-kapaċità ma jipprekludix lil Hansol Paper milli ssegwi l-avviżi tagħha fi stadju aktar tard. Fi kwalunkwe każ, il-mezzi għal Hansol Paper biex tespandi n-negozju tal-karta termali tagħha huma diversi, inklużi l-kapaċitajiet ta’ bdil. Kif innotat mill-parti nnifisha fir-Rapport tal-2022 ta’ Sostenibbiltà ta’ Hansol Paper (21), mingħajr dubju, Hansol Paper għandha faċilitajiet ta’ produzzjoni flessibbli. Anki jekk il-kwantifikazzjoni tal-flessibbiltà ma kinitx disponibbli b’mod ċar, il-fatt li dehret fir-rapport jissuġġerixxi li l-flessibbiltà ma kinitx minuri u, għalhekk, ta’ min iħabbarha pubblikament. It-taħlita tal-prodott fil-pjan ta’ produzzjoni ta’ Hansol Paper għall-2023 ma waqqfitx lill-parti milli taqleb ammont mhux negliġibbli ta’ kapaċitajiet għall-prodott taħt rieżami meta meħtieġ.

3.3.2.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni meta mqabbla ma’ swieq oħrajn

(64)

Is-suq domestiku tar-Repubblika tal-Korea huwa żgħir, b’konsum annwali li jvarja minn 20 000 sa 37 200 tunnellata (22). Il-produzzjoni annwali ta’ Hansol Paper waħedha hija bejn erba’ u disa’ darbiet akbar mill-konsum tal-prodott taħt rieżami fis-suq domestiku tiegħu. L-investigazzjoni stabbiliet li, f’termini ta’ volum, il-konsum domestiku qiegħed jonqos billi l-bejgħ domestiku tal-karta termali ħafifa ta’ Hansol Paper, il-produttur dominanti tal-pajjiż, naqas b’29 % matul il-perjodu kkunsidrat (23). Għalhekk, l-industrija tal-karta termali ħafifa tal-Korea hija orjentata lejn l-esportazzjoni. Fir-rigward tal-profittabbiltà ta’ bejgħ domestiku ta’ Hansol Paper, ara t-taqsima 3.2.1 hawn fuq.

(65)

Abbażi tad-data vverifikata ta’ Hansol Paper, il-Kummissjoni stabbiliet li l-volum tal-esportazzjonijiet Koreani lejn destinazzjonijiet għajr l-Unjoni żdied matul il-perjodu taħt rieżami (24). Din stabbiliet ukoll li l-esportazzjonijiet Koreani, b’mod partikolari lejn l-Istati Uniti, kienu sinifikanti (25). Madankollu, il-prezzijiet ta’ bejgħ tal-esportazzjonijiet Koreani lejn destinazzjonijiet għajr l-Unjoni naqsu matul il-perjodu taħt rieżami. Dan jidher b’mod ċar fis-suq tal-Istati Uniti (26). Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti imponew miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ karta termali li toriġina, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea fis-27 ta’ Settembru 2021 (27). Għal dawk ir-raġunijiet, f’termini ta’ prezzijiet, is-suq tal-Istati Uniti sar inqas attraenti għall-esportazzjonijiet Koreani.

(66)

Is-suq tal-Unjoni huwa l-akbar suq għall-karta termali ħafifa fid-dinja, li jammonta għal madwar 25 % tal-konsum globali, u għandu potenzjal għoli ta’ tkabbir f’termini assoluti (28). L-investigazzjoni stabbiliet li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti f’termini ta’ prezzijiet meta mqabbel ma’ swieq oħrajn. Wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fl-2017, l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea naqsu b’mod sinifikanti u kienu jammontaw għal 1 000–2 500 tunnellata biss fl-2020. Madankollu, minn dak iż-żmien, u minkejja d-dazji anti-dumping fis-seħħ, il-bejgħ mill-Korea lejn l-Unjoni reġa’ żdied (29) u kien jammonta għal 4 500–6 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jirrappreżenta sehem mis-suq ta’ 2,7 %.

(67)

Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol Paper talbet lill-Kummissjoni tikkalkula marġni ta’ dumping għall-bejgħ ta’ Hansol Paper lil swieq ta’ pajjiżi terzi fuq il-bażi li tali kalkolu kien prattika konsistenti fir-rieżamijiet ta’ skadenza mwettqa mill-Kummissjoni u li l-Kummissjoni ma kinitx ivvalutat jekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ Hansol Paper lejn swieq mhux tal-UE kinux jindikaw dumping. Il-Kummissjoni ċċarat li, l-għan ta’ rieżami ta’ skadenza kien li jiġi stabbilit jekk l-iskadenza tal-miżuri kinitx x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu. Minħabba s-sejba ta’ dumping sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għall-bejgħ lejn l-Unjoni u l-konklużjoni sussegwenti dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping, il-Kummissjoni ma kinitx meħtieġa twettaq xi determinazzjoni ulterjuri ta’ dumping fl-investigazzjoni preżenti. Fir-rigward tal-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ Hansol Paper lejn swieq mhux tal-UE, dawn ġew analizzati fil-premessa (65) hawn fuq. Dawn huma analizzati aktar fil-premessi ta’ hawn taħt.

(68)

Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol Paper allegat li l-Kummissjoni kien messha sabet li s-suq tal-karta termali ħafifa tal-Unjoni ma kienx għadu attraenti fid-dawl tal-informazzjoni diġà sottomessa minn Hansol paper (u, li allegatament, ma kienx indirizzat biżżejjed mill-Kummissjoni) u, b’mod partikolari, il-pretensjonijiet li Hansol Paper ma tibqax tikkonċentra fuq is-suq tal-Unjoni, l-importanza tas-suq tal-Istati Uniti għal Hansol Paper, il-livell tal-miżuri anti-dumping tal-Istati Uniti fuq il-karta termali u li l-Kummissjoni ma ddeskrivietx f’dan ir-Regolament l-attivitajiet ta’ Hansol Paper fi swieq terzi oħra.

(69)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-allegat nuqqas ta’ attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Koreani. Il-fatti li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ma kienx is-suq ewlieni ta’ Hansol Paper f’termini ta’ volum u li Hansol Paper kellha bejgħ sinifikanti lejn l-Istati Uniti ma jdgħajfux l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sostniet li s-sempliċi eżistenza ta’ miżuri anti-dumping fl-Istati Uniti tagħmel is-suq tal-Istati Uniti inqas attraenti minn qabel ma ġiet imposta kwalunkwe miżura, anki jekk il-livell tal-miżuri ma jkunx projbittiv. Fir-rigward tal-bejgħ ta’ Hansol Paper fi swieq oħra, il-Kummissjoni ma setgħetx tiżvela l-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet tagħha fi swieq oħra għal kull pajjiż f’dan ir-Regolament sal-punt li tali informazzjoni kienet tqieset bħala sensittiva mill-parti (jiġifieri l-uniku sors tad-data inkwistjoni). Madankollu, il-Kummissjoni qieset l-istrateġija tal-bejgħ u tal-prezzijiet ta’ Hansol Paper fi swieq oħra, kif kondiviż mal-parti permezz tar-rapporti ta’ verifika. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sabet li, madwar id-dinja, hemm produzzjoni termali tal-karta f’għadd żgħir ta’ pajjiżi, kif muri fid-Dokument Termali 2019-2024 fl-Istudju tas-Suq Dinji ta’ Laves Chemie. Għalhekk, il-produtturi tal-prodott taħt rieżami jiffaċċjaw kompetizzjoni mill-produtturi lokali fi ftit żoni tad-dinja biss. L-Amerka t’Isfel u l-Amerka Ċentrali, l-Afrika, l-Awstralja u l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Asjatiċi kienu għalhekk importaturi netti ta’ karta termali (30), prinċipalment mill-Korea. Anki jekk, fil-prinċipju, is-swieq mingħajr produzzjoni domestika (sinifikanti) jidhru aktar attraenti mal-ewwel daqqa t’għajn, il-Kummissjoni sabet li, f’termini wiesgħa, il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ Hansol Paper tal-prodott taħt rieżami lil swieq tal-esportazzjoni mhux tal-UE, inklużi l-Istati Uniti, naqsu matul il-perjodu kkunsidrat b’livell simili bħall-prezzijiet lejn l-Unjoni. Tqabbil tal-prezzijiet tal-bejgħ ta’ Hansol Paper għas-swieq kollha tal-esportazzjoni mhux tal-UE u l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ Hansol Paper lejn l-Unjoni żvela li, matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-UE kienu ġeneralment ogħla b’mod konsistenti mill-prezzijiet tal-bejgħ ta’ Hansol Paper lill-bqija tad-dinja. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat li s-suq tal-Unjoni, l-akbar suq tal-karta termali ħafifa fid-dinja u suq b’potenzjal għoli ta’ tkabbir f’termini assoluti, kien suq attraenti għall-esportazzjonijiet Koreani f’termini ta’ volum u prezz, irrispettivament mill-bidliet fin-netwerk tal-bejgħ ta’ Hansol Paper mill-investigazzjoni oriġinali.

3.3.3.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping

(70)

Fid-dawl tas-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kif stabbilit fil-premessa (54), l-eżistenza ta’ kapaċità ta’ produzzjoni flessibbli sinifikanti fir-Repubblika tal-Korea, l-interess tal-Korea li reġa’ beda jikber fis-suq kbir tal-Unjoni bi prezzijiet attraenti u l-miżuri anti-dumping imposti dan l-aħħar fis-suq tal-esportazzjoni ewlieni attwali tiegħu (31), tista’ tkun mistennija żieda ulterjuri fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat jekk il-miżuri jitneħħew. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping.

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(71)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn ħames produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(72)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal madwar 360 727 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħat-tweġiba għall-kwestjonarju sottomessa mill-applikant, kontroverifikata mat-tweġibiet għall-kwestjonarju individwali tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Kif indikat fil-premessa (18), fil-kampjun intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 86 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(73)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi: (a) id-data tal-applikant dwar il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili, kontroverifikata parzjalment mal-volumi ta’ bejgħ irrapportati mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (32); u (b) l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi terzi kollha kif irrapportati fil-Eurostat u l-analiżi tad-data dwar l-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera.

(74)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2018

2019

2020

PIR

Konsum totali tal-Unjoni

179 500 – 184 000

170 000 – 174 500

165 500 – 170 000

177 000 – 181 500

Indiċi

100

94

92

98

Sors:Eurostat, Tweġibiet għall-kwestjonarju u Talba.

(75)

Il-konsum tal-Unjoni naqas bi 8 % mill-2018 sal-2020. Il-konsum tal-Unjoni ġie affettwat fl-2020 minħabba l-pandemija globali tal-COVID, madankollu, il-konsum tal-Unjoni reġa’ lura matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u hemm tnaqqis ġenerali ta’ 2 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(76)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju ppreżentata mill-produttur esportatur li kkoopera u mill-istatistika tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kien stabbilit fuq il-bażi tal-konsum tal-Unjoni.

(77)

L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u sehem mis-suq

 

2018

2019

2020

PIR

Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż (tunnellati)

2 500 – 4 000

1 500 – 3 000

1 000 – 2 500

4 500 – 6 000

Indiċi

100

64

48

165

Sehem mis-suq

1,6 %

1,1  %

0,9  %

2,7  %

Indiċi

100

68

53

167

Sors:Kwestjonarju dwar id-dumping u Eurostat.

(78)

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat naqas mill-2018 sal-2020. Madankollu, il-volum żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u huwa 65 % ogħla miċ-ċifra tal-2018. Is-sehem mis-suq żdied matul il-perjodu kkunsidrat u żdied minn 1,6 % fl-2018 għal 2,7 % fIl-PIR.

(79)

Sabiex jiġu stabbiliti l-volumi u l-valuri tal-importazzjoni fil-perjodu kkunsidrat, il-Kummissjoni analizzat id-data dwar l-esportazzjoni rrapportata minn Hansol Paper, l-uniku produttur esportatur li koopera fil-pajjiż ikkonċernat, fid-dawl tal-istatistika dwar l-importazzjoni rreġistrata fil-Eurostat. Il-Kummissjoni sabet diskrepanzi bejn l-esportazzjonijiet irrapportati ta’ Hansol Paper lejn id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja u l-Litwanja u l-importazzjonijiet f’dawk l-Istati Membri rreġistrati fil-Eurostat. Abbażi tal-informazzjoni sottomessa mill-kumpanija, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prodott taħt rieżami esportat minn Hansol Paper lejn id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja u parzjalment ukoll lejn il-Litwanja, ma ddaħħalx fit-territorju doganali tal-Unjoni. Dak il-bejgħ x’aktarx baqa’ fi tranżitu u/jew kien destinat għal pajjiżi barra mill-Unjoni. Għalhekk, fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-erba’ Stati Membri msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni bbażat fuq l-istatistika rreġistrata fil-Eurostat.

4.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(80)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju sottomessa mill-produttur esportatur u l-istatistika tal-Eurostat.

(81)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2018

2019

2020

PIR

Prezz medju tal-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea

1 800 – 2 000

1 550 – 1 750

1 450 – 1 650

1 450 – 1 650

Indiċi

100

91

82

81

Sors:Kwestjonarju dwar id-dumping u Eurostat.

(82)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat naqas bi 19 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(83)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun miġbura mingħand klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati fuq livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika; u

l-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-prodottur li kkoopera lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbilit fuq il-bażi ta’ Kost, assigurazzjoni, nol (CIF), b’aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

(84)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament dovut meta kien meħtieġ, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku (il-kwantitajiet esportati tal-produttur esportatur ivvalutati bil-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni) għal kull mudell ta’ kull produttur esportatur fejn instab PCN identiku għall-industrija tal-Unjoni.

(85)

Dan wera marġni ta’ tnaqqis medju ponderat ta’ 13,7 % mill-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Instab li madwar 83 % tal-volumi tal-importazzjoni kienu qegħdin iraħħsu l-prezz.

(86)

Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol Paper sostniet li l-maġġoranza tat-twaqqigħ tal-prezz ikkonċernat karta termali għat-tikketti li ma tirrigwardax il-prodotti koperti mill-investigazzjoni oriġinali. Il-Kummissjoni kkalkulat il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz fuq it-tqabbil tat-tip ta’ prodott bħal fl-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

4.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-Repubblika tal-Korea.

(87)

L-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa minn pajjiżi terzi għajr ir-Repubblika tal-Korea kienu prinċipalment mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Istati Uniti tal-Amerka.

(88)

Il-volum tal-importazzjonijiet kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2018

2019

2020

PIR

RPĊ

Volum (tunnellati)

6 000 -7 500

4 500 -6 000

3 500 -5 000

3 500 -5 000

 

Indiċi

100

80

62

48

 

Sehem mis-suq

3,5 %

3,0 %

2,4 %

1,7 %

 

Indiċi

100

85

67

49

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 500 -1 650

1 600 -1 750

1 500 -1 650

1 500 -1 650

 

Indiċi

100

104

96

96

L-Istati Uniti tal-Amerka

Volum (tunnellati)

2 850 -3 000

2 350 -2 500

2 850 -3 000

3 000 -3 150

 

Indiċi

100

84

100

105

 

Sehem mis-suq

1,6 %

1,4 %

1,7 %

1,7 %

 

Indiċi

100

89

109

107

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 400 -2 550

2 950 -3 100

2 950 -3 100

2 800 -2 950

 

Indiċi

100

122

120

115

Total tal-pajjiżi terzi kollha minbarra l-pajjiż ikkonċernat

Volum (tunnellati)

10 000 -11 500

9 500 - 11 000

9 000 - 10 500

9 000 -10 500

 

Indiċi

100

93

87

90

 

Sehem mis-suq

5,8 %

5,7 %

5,5 %

5,3 %

 

Indiċi

100

98

95

91

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 950 – 2 150

2 250 –2 450

2 250 –2 450

2 450 – 2 650

 

Indiċi

100

115

118

126

Sors:Eurostat.

(89)

L-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu b’aktar minn 50 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti żdiedu b’5 %. Is-sehem mis-suq ta’ pajjiżi terzi oħrajn naqas b’mod stabbli minn 5,8 % fl-2018 għal 5,3 % fIl-PIR.

4.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.5.1.   Rimarki ġenerali

(90)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(91)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-applikant, kontroverifikata kif xieraq mal-informazzjoni fit-talba u mal-istatistika tal-Eurostat. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi ta’ data inkluża fit-tweġiba tal-kwestjonarju sottomessi mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(92)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(93)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(94)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 5

Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2018

2019

2020

PIR

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

399 607

392 619

348 216

360 727

Indiċi

100

98

87

90

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

563 021

581 338

640 533

633 474

Indiċi

100

103

114

113

Użu tal-kapaċità

71 %

68 %

54 %

57 %

Indiċi

100

95

77

80

Sors:Kwestjonarju dwar id-dannu u Talba.

(95)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’10 %. Kien hemm tnaqqis ta’ 13 % fil-volum tal-produzzjoni fl-2020 fir-rigward tal-2018, minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19.

(96)

Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat u baqgħet relattivament stabbli matul l-2020 u l-PIR.

(97)

Ir-rata tal-użu tal-kapaċità naqset bi 23 % bejn l-2018 u l-2020. Kien hemm żieda żgħira fir-rata ta’ utilizzazzjoni bi tliet punti perċentwali bejn l-2020 u l-PIR.

4.5.2.2.   Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq

(98)

Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq

 

2018

2019

2020

PIR

Volum ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

168 151

159 905

156 357

164 118

Indiċi

100

95

93

98

Sehem mis-suq

92,6 %

93,2 %

93,7 %

92,0 %

Indiċi

100

101

101

99

Sors:Kwestjonarju dwar id-dannu, Talba u Eurostat.

(99)

Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għal darba oħra, kien hemm tnaqqis sinifikanti fil-bejgħ fl-2020, marbut mal-kriżi tal-COVID. Kien hemm żieda fil-bejgħ fIl-PIR li hija simili għax-xejra għall-konsum murija fit-Tabella 1.

(100)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, bi 92 % fil-PIR.

4.5.2.3.   Tkabbir

(101)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 2 %. Fl-istess ħin, kien hemm tnaqqis simili fil-bejgħ tal-industrija fis-suq tal-UE. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas biss bi ftit, minn 92,6 % għal 92 %.

4.5.2.4.   Impjiegi u produttività

(102)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Impjiegi u produttività

 

2018

2019

2020

PIR

Għadd ta’ impjegati

1 080

1 057

951

870

Indiċi

100

98

88

81

Produttività (tunnellati/impjegat)

370

371

366

415

Indiċi

100

100

99

112

Sors:Kwestjonarju dwar id-dannu u Talba.

(103)

Matul il-perjodu kkunsidrat, kien hemm tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta’ impjegati, impjegati mill-industrija tal-Unjoni, li naqas bi 19-il punt perċentwali b’mod ġenerali.

(104)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni kienet stabbli matul il-perjodu mill-2018 sal-2020 u żdiedet bi 13 % mill-2020.

4.5.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(105)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-marġni tad-dumping individwali li nstab għall-produttur esportatur li kkoopera kien għadu sostanzjali (ara l-premessa (54) hawn fuq).

(106)

Madankollu, minkejja l-fatt li kien għad hemm dumping mill-pajjiż ikkonċernat, l-analiżi tal-indikaturi tad-dannu turi li l-miżuri fis-seħħ kellhom impatt pożittiv fuq l-industrija tal-Unjoni.

4.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(107)

Il-prezzijiet medji ponderati ta’ bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Prezzijiet ta’ bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

 

2018

2019

2020

PIR

Prezz medju ta’ bejgħ ta’ unità fl-Unjoni fis-suq totali

1 721

1 729

1 525

1 518

Indiċi

100

100

89

88

Kost unitarju tal-produzzjoni

1 557

1 504

1 377

1 453

Indiċi

100

97

88

93

Sors:Kwestjonarju dwar id-dannu.

(108)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz medju ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 12 %. Il-kost tal-produzzjoni naqas bejn l-2018 u l-PIR b’7 %. L-ewwel naqas bi 12 % bejn l-2018 u l-2020, iżda mbagħad żdied b’5,5 % bejn l-2020 u l-PIR. Dan kien dovut għal żieda fil-kost tal-materja prima, b’mod partikolari l-kost tal-polpa tal-injam, u l-kostijiet tal-enerġija.

4.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(109)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2018

2019

2020

PIR

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

61 576

68 809

74 604

75 027

Indiċi

100

112

121

122

Sors:Kwestjonarju dwar id-dannu.

(110)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kostijiet lavorattivi żdiedu bi 22 %. Fl-istess ħin kien hemm tnaqqis fl-għadd ta’ impjegati. Din iż-żieda fil-kostijiet lavorattivi kienet ferm ogħla minn dik taż-żieda ġenerali fil-kostijiet għall-industrija tal-Unjoni minħabba l-inflazzjoni.

4.5.3.3.   Inventarji

(111)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Inventarji

 

2018

2019

2020

PIR

Stokks tal-għeluq (tunnellati)

17 878

18 452

15 810

16 082

Indiċi

100

103

88

90

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

5,3 %

5,5 %

5,2 %

5,0 %

Indiċi

100

105

100

96

Sors:Kwestjonarju dwar id-dannu.

(112)

L-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni juru bażi stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami normalment issir skont l-ordni u għalhekk l-istokks tal-għeluq għandhom it-tendenza li jkunu stabbli. Madankollu, il-livell tal-istokk tal-għeluq naqas b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat, li jikkoinċidi ma’ tnaqqis fil-produzzjoni matul l-istess perjodu.

4.5.3.4.   Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(113)

Il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2018

2019

2020

PIR

Profittabilità ta’ bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

11,3 %

14,8 %

12,2 %

6,6 %

Indiċi

100

131

108

59

Fluss ta’ flus (EUR)

87 661 559

87 198 733

67 116 931

41 474 900

Indiċi

100

99

77

47

Investimenti (EUR)

34 123 041

58 784 540

61 376 912

6 839 111

Indiċi

100

172

180

20

Redditu fuq l-investimenti

104 %

50 %

25 %

24 %

Indiċi

100

49

24

24

Sors:Kwestjonarju dwar id-dannu.

(114)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa ta’ bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(115)

Il-profittabbiltà kienet pożittiva matul il-perjodu kkunsidrat kollu. Madankollu, wara żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni, il-profittabbiltà naqset matul l-PIR, u naqset għal 6,6 %, ferm taħt il-profitt fil-mira ta’ 11,5 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Dan it-tnaqqis fil-profittabbiltà huwa parzjalment dovut għaż-żieda fil-kostijiet bejn l-2020 u l-PIR iddokumentata fil-premessa (108), u t-tnaqqis jikkoinċidi maż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fl-istess perjodu.

(116)

Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss ta’ flus nett żviluppat ’l isfel matul il-perjodu kkunsidrat bi tnaqqis ta’ 53 %. Din hija simili għas-sitwazzjoni li seħħet fl-investigazzjoni oriġinali.

(117)

L-industrija tal-Unjoni kompliet l-investiment matul il-perjodu mill-2018 sal-2020. Madankollu, dan l-investiment naqas b’mod drammatiku matul l-PIR.

(118)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa f’xejra ’l isfel matul il-perjodu kkunsidrat bi tnaqqis ta’ 76 %. Dan it-tnaqqis fir-redditu fuq l-investimenti huwa f’konformità at-tnaqqis fil-profittabbiltà.

(119)

Il-kapaċità li jiżdied il-kapital mill-industrija tal-Unjoni ġiet affettwata mit-tnaqqis fil-profittabbiltà, kif jista’ jitqies mit-tnaqqis sinifikanti fl-investiment matul l-PIR.

4.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

(120)

Matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ għoli u stabbli, bi 92 % jew aktar. Il-volumi ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni naqsu bi ftit, b’mod parallel ma’ tnaqqis simili fil-konsum.

(121)

F’termini ta’ indikaturi finanzjarji, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet pożittiva matul il-perjodu kkunsidrat, u aktar jew madwar il-profitt fil-mira ta’ 11,5 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali għall-biċċa l-kbira tal-perjodu kkunsidrat. B’mod partikolari, l-industrija tal-Unjoni għamlet profitti ta’ aktar minn 11,3 %, 14,8 % u 12,2 % fis-snin 2018, 2019, u 2020 rispettivament. Madankollu, il-kostijiet żdiedu b’5,5 % mill-2020 għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, filwaqt li l-prezzijiet baqgħu stabbli, u dan wassal biex il-profittabbiltà tonqos għal 6,6 %. Dan ikkoinċida wkoll ma’ żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, minn sehem mis-suq ta’ 0,9 % fl-2020 għal sehem mis-suq ta’ 2,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(122)

L-indikaturi eżaminati juru li l-miżuri anti-dumping kienu kisbu r-riżultat maħsub tagħhom li jneħħu d-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. Fil-fatt, l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali fl-2017 ippermettiet lill-industrija tal-Unjoni tirkupra, u żżomm, ishma tas-suq għoljin fl-Unjoni u tagħmel profitti matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset taħt il-profitt fil-mira fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li impedixxew lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-prezzijiet tagħha f’konformità maż-żieda fil-kost tal-produzzjoni tagħha.

(123)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni vverifikata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet dannuża. Irrispettivament minn jekk dak id-dannu kienx diġà jikkwalifika bħala materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ddeċidiet li tanalizza l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu.

(124)

Wara d-divulgazzjoni, Hansol Paper sostniet li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx dannuża matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(125)

Kif iddikjarat fil-premessa (83), il-Kummissjoni stabbiliet marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 13,7 %. Il-Kummissjoni nnotat ukoll fil-premessa (114) li kien hemm tnaqqis drammatiku fl-investiment għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, bi tnaqqis ta’ 80 %. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet ferm inqas minn dik tal-profitt fil-mira ta’ 11,5 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Dawn il-kwistjonijiet kollha juru sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

5.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

(126)

Il-Kummissjoni vvalutat ulterjorament, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-Repubblika tal-Korea, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(127)

F’dan ir-rigward, ġew analizzati l-elementi li ġejjin mill-Kummissjoni: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiż ikkonċernat, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-impatt tal-volum potenzjali tal-importazzjoni u l-prezzijiet tal-importazzjoni fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(128)

Kif deskritt fil-premessi (57) sa (59), il-produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat għandu l-kapaċità li jżid l-allokazzjoni tiegħu tal-kapaċità tal-produzzjoni biex jibbenefika l-produzzjoni ta’ karta termali ħafifa. Tabilħaqq, ir-rapport dwar is-sostenibbiltà ta’ Hansol Paper innota l-possibbiltà ta’ kapaċitajiet varjanti li jippermettu l-produzzjoni ta’ tipi differenti ta’ karta skont is-sitwazzjoni tas-suq. Barra minn hekk, kif innotat fil-premessa (59), il-kapaċità tal-produzzjoni fil-Korea hija sinifikanti, u hija madwar 10 darbiet akbar mill-konsum domestiku fil-pajjiż u kważi d-doppju tal-konsum tal-Unjoni.

(129)

It-tieni, kif deskritt fil-premessa (66), is-suq tal-Unjoni huwa l-akbar suq għall-karta termali ħafifa fid-dinja, li jammonta għal madwar 25 % tal-konsum globali. Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessa (65), l-awtoritajiet tal-Istati Uniti dan l-aħħar imponew miżuri anti-dumping fuq il-prodott ikkonċernat, u dan is-suq ewlieni sar inqas attraenti għall-esportazzjonijiet Koreani. Barra minn hekk, dawn l-esportazzjonijiet, f’ċerti perjodi tul il-perjodu kkunsidrat, inbigħu bi prezzijiet ogħla fis-suq tal-Unjoni meta mqabbla mas-suq tal-Istati Uniti. Dan jagħmel lis-suq tal-Unjoni attraenti kemm f’termini ta’ prezz kif ukoll ta’ aċċessibbiltà u hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping tirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(130)

It-tielet, kif muri fit-tabelli 2 u 3, matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu. Dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni huma aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, kif deskritt fil-premessi minn (83) sa (85), l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz imwettqa mill-Kummissjoni wriet marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz mingħajr dazji ta’ 13,7 % fil-PIR. Dan juri li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-esportaturi Koreani jkollhom inċentiv li jesportaw lejn l-Unjoni f’livelli ta’ prezzijiet dannużi. Dan jikkawża pressjoni fuq il-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni li mbagħad titlef il-volumi ta’ bejgħ u/jew tkun obbligata tnaqqas il-livelli tal-prezzijiet tagħha, bl-impatt konsegwenti fuq il-profittabbiltà.

(131)

Abbażi ta’ dan, huwa konkluż li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-Repubblika tal-Koroea u li x’aktarx jerġa’ jseħħ dannu materjali.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

(132)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

(133)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(134)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u ta’ rikorrenza tad-dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

6.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(135)

L-industrija tal-Unjoni tikkonsisti f’ħames produtturi li jinsabu fi tliet Stati Membri (il-Ġermanja, Spanja u l-Finlandja). Il-ħames produtturi kollha kienu favur ir-rieżami ta’ skadenza.

(136)

Kif konkluż fil-premessa (123), is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet dannuża. Madankollu, kif ġie konkluż fil-premessa (130) l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tlaħħaq mat-tneħħija tal-miżuri, billi dan x’aktarx jirriżulta f’żieda qawwija fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Għalhekk, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-vijabbiltà finanzjarja fit-tul tal-industrija titqiegħed f’periklu.

(137)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri għalhekk hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.2.   Interess ta’ importaturi u ta’ utenti mhux relatati

(138)

L-importaturi u l-utenti magħrufa kollha mhux relatati ġew infurmati dwar il-bidu tar-rieżami. Madankollu, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kooperazzjoni minn importaturi u utenti mhux relatati.

(139)

Għalhekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-utenti u/jew l-importaturi li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri.

6.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(140)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea.

7.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(141)

Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping fuq ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea jenħtieġ li jinżammu.

(142)

Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Il-partijiet kollha ngħataw ukoll perjodu sabiex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar u sabiex jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ttieħdu inkunsiderazzjoni kif xieraq.

(143)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(144)

Il-miżuri previsti f’dan ir-regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li tiżen 65 g/m2 jew inqas; f’rombli ta’ wisa’ 20 cm jew aktar, piż tar-romblu (inkluża l-karta) ta’ 50 kg jew aktar u dijametru tar-romblu (inkluża l-karta) ta’ 40 cm jew aktar (“rombli jumbo”); b’kisja ta’ taħt fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat jew mingħajrha; miksija b’sustanza termosensittiva fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat; u b’kisja ta’ fuq jew mingħajrha, li attwalment taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 4809 90 00, ex 4811 90 00, ex 4816 90 00 u ex 4823 90 85 (Kodiċijiet TARIC: 4809900010, 4811900010, 4816900010, 4823908520), li toriġina mir-Repubblika tal-Korea.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandha tkun ammont fiss ta’ EUR 103,16 għal kull tunnellata netta.

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/763 tat-2 ta’ Mejju 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 114, 3.5.2017, p. 3).

(3)  ECLI:EU:T:2020:139.

(4)  ECLI:EU:C:2022:370.

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/593 tas-16 ta’ Marzu 2023 li jimponi mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea fir-rigward tal-Grupp Hansol u li jemenda d-dazju residwu (ĠU L 79, 17.3.2023, p. 54).

(6)  ĠU C 314, 6.8.2021, p. 9.

(7)  In-Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea (ĠU C 180, 3.5.2022, p. 4).

(8)  Talba t-taqsima 10.3, paġni 26-28.

(9)  https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2596

(10)  Ara pereżempju l-punt 68 tas-Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tieni Awla),17 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-466/12, RFA International, LP vs Il-Kummissjoni Ewropea.

(11)  Għad-dettalji, ara l-premessa (40) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2005 tas-16 ta’ Novembru 2016 li jimponi dazju proviżorju antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 310, 17.11.2016, p. 1)

(12)  Talba, il-paragrafi 99 sa 101 (paġni 23-24).

(13)  Laves Chemie Consulting: Studju tal-2019-2024 dwar is-Suq Dinji tal-Karta Termali, l-Anness 6 tat-talba (t22.002094).

(14)  Laves Chemie Consulting: Studju tal-2019-2024 dwar is-Suq Dinji tal-Karta Termali, l-Anness 6 tat-talba, paġna 19.

(15)  Verżjoni miftuħa tat-tweġibiet għall-kwestjonarju f’t22.003621 (Koehler), t22.003615 (Jujo) u t22.003616 (Mitshubishi).

(16)  Għal silta, ara, fost l-oħrajn, il-paġna 24 tat-talba.

(17)  Għar-rapport finanzjarju ta’ Hansol Paper li jkopri l-ewwel tliet trimestri tal-2022, ara https://dart.fss.or.kr/dsaf001/main.do?rcpNo=20221111000618 (bil-Korean).

(18)  Fl-10 ta’ Mejju 2022 (t22.002756) Hansol Paper irreferiet għaliha nnifisha bħala “il-produttur esportatur ewlieni tal-karta termali ħafifa fil-Korea”.

(19)  Sit web tal-kumpanija: http://www.donghwaind.co.kr

(20)  Ara n-noti 16 u 17 f’qiegħ il-paġna.

(21)  Ir-Rapport tal-2022 ta’ Sostenibbiltà ta’ Hansol Paper huwa disponibbli fuq https://www.hansolpaper.co.kr/m/eng/management/data. Il-paġna 10 tar-rapport taqra: “Janghang Mill... għandha sistema ta’ faċilità flessibbli li tista’ tħawwad karta ta’ materjal speċjali bħal karta tal-istampar ta’ kwalità għolja, karta termali u karta tat-tikketta skont il-kundizzjonijiet tas-suq... Shintanjin Mill... għandha sistema ta’ faċilitajiet flessibbli biex tipproduċi karta tal-istampar u karta termali...”.

(22)  Laves Chemie Consulting: L-Istudju tal-2019-2024 dwar is-Suq Dinji tal-Karta Termali, l-Anness 6 tat-talba, it-tabella “Bilanċ tal-Provvista u d-Domanda f’Tunnellati Metriċi”, il-paġna 22, stabbilixxa li l-konsum tal-karta termali fil-Korea kien jammonta għal 60 000 tunnellata fl-2019. Il-verżjoni miftuħa tat-tweġibiet għall-kwestjonarju f’t22.003621 (Koehler), t22.003615 (Jujo) u t22.003616 (Mitshubishi) stmat il-konsum annwali tal-karta termali ħafifa fil-Korea għal 37 200 tunnellata.

(23)  It-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ Hansol Paper (t22.003569), it-tabella C.2 (kwantità ta’ bejgħ).

(24)  Ibid.

(25)  Talba, l-Anness 6, il-paġna 21 (“il-Korea tesporta 78 % tal-produzzjoni lejn l-Amerka ta’ Fuq u dik Ċentrali u t’Isfel, kif ukoll lejn pajjiżi Asjatiċi oħrajn. …”).

(26)  It-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ Hansol Paper (t22.003569), it-tabelli K.3 tal-fajl “R768 Tables K-L-M (HAI) - OPEN.pdf”, li fid-dawl tagħhom, matul il-perjodu taħt rieżami, il-fatturat tal-prodott taħt rieżami ta’ Hansol America naqas bi 13 % filwaqt li l-volum ta’ bejgħ żdied bi 2 %. Ta’ min jinnota li, skont l-Uffiċċju taċ-Ċensiment tal-Istati Uniti, il-prezzijiet tal-karta termali Koreana fl-2018 naqsu minn USD 2 223/tunnellata għal USD 1 645/tunnellata fl-2020 (ara l-“istatistika dwar l-importazzjoni” fis-sit web li ġej tal-Amministrazzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Istati Uniti: https://www.trade.gov/faq/final-determinations-antidumping-duty-investigations-thermal-paper-germany-japan-south-korea).

(27)  Ara s-sit web uffiċjali tal-Amministrazzjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, jiġifieri https://www.trade.gov/faq/final-determinations-antidumping-duty-investigations-thermal-paper-germany-japan-south-korea.

(28)  Talba, l-Anness 6, tabelli “Konsum skont il-Grad u ż-Żona Ġeografika 2020”, “Konsum skont iż-Żona Ġeografika f’Tunnellati Metriċi 2022-2024” u “Konsum skont il-Grad u ż-Żona Ġeografika 2024”.

(29)  It-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ Hansol Paper (t22.003569), it-tabelli K.3 tal-fajl “R768 Tables K-L-M (HEB) - OPEN.pdf”.

(30)  Talba, l-Anness 6, il-paġna 21 (“il-Korea tesporta 78 % tal-produzzjoni l-aktar lejn l-Amerka ta’ Fuq u dik Ċentrali u t’Isfel, kif ukoll lejn pajjiżi Ażjatiċi oħrajn. (...) L-esportazzjonijiet tal-Amerka Ċentrali u t’Isfel huma insinifikanti. L-importazzjonijiet (lejn l-Amerka Ċentrali u t’Isfel) huma 50 % tal-konsum prinċipalment mill-Ewropa, mill-Amerka ta’ Fuq, miċ-Ċina u mill-Korea. Il-pajjiżi konsekuttivi f’dan il-kuntest jinkludu l-Ażja (għajr iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Korea), l-Afrika, u l-Awstralja. L-esportazzjonijiet (mill-pajjiżi ROW) huma insinifikanti iżda l-pajjiżi ROW jimportaw 80 % tal-konsum prinċipalment mill-Korea, miċ-Ċina u mill-Ewropa...”).

(31)  Fid-dawl tal-Uffiċċju taċ-Ċensiment tal-Istati Uniti, l-importazzjonijiet tal-karta termali mill-Korea kienu jammontaw għal 54 337 tunnellata fl-2020 (ara “statistika dwar l-importazzjoni” fis-sit web li ġej tal-Amministrazzjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti: https://www.trade.gov/faq/final-determinations-antidumping-duty-investigations-thermal-paper-germany-japan-south-korea).

(32)  Sors: it-tweġiba għall-kwestjonarju sottomessa mill-applikant u t-tweġibiet għall-kwestjonarju individwali vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(33)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/98


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1331

tad-29 ta’ Ġunju 2023

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

1.   SFOND

(1)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 (3) l-Unjoni tapplika miżura ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar. Il-miżura tieħu l-forma ta’ kwota tariffarja (tariff-rate quota, “TRQ”), b’importazzjonijiet permessi mingħajr dazju fi kwota bbażata fuq flussi kummerċjali storiċi. Il-kwota mingħajr dazju hija applikabbli għall-importazzjonijiet fit-territorju tal-Unjoni. Dazju ta’ salvagwardja ta’ 25 % japplika għall-importazzjonijiet li jsiru lil hinn mill-kwota applikabbli.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2023/1321 (4) emenda r-Regolament (UE) 2020/2170 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) dwar l-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni.

(3)

B’riżultat ta’ din l-emenda, il-kategoriji tal-azzar 7 (Pjanċi Kwarto Mhux Illigati u Oħrajn Illigati (6)) u 17 (Angoli, Forom u Qatgħat tal-Ħadid jew tal-Azzar Mhux Illigat (7)) fil-miżura ta’ salvagwardja, elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2020/2170, li joriġinaw mir-Renju Unit u miġjuba fl-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ trasport dirett minn partijiet oħra tar-Renju Unit għandhom ikunu eliġibbli għal trattament skont il-kwoti tariffarji rilevanti tal-Unjoni jekk dawk il-prodotti jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq.

2.   PROĊEDURA

(4)

Fit-30 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni ppubblikat Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jispjega li, wara l-emenda tar-Regolament (UE) 2020/2170 kien meħtieġ li l-Kummissjoni temenda r-regolament tal-UE ta’ salvagwardja billi toħloq TRQ ġdida limitata għal trasferimenti lejn l-Irlanda ta’ Fuq tal-kategoriji ta’ prodotti inklużi fl-Anness tar-Regolament (UE) 2023/1321 li joriġinaw mir-Renju Unit u kkonsenjati direttament minn partijiet oħra tar-Renju Unit. B’dan il-mod, it-trasferimenti ta’ ta’ prodotti li huma f’dawn il-kategoriji ta’ prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit u kkonsenjati direttament minn partijiet oħra tar-Renju Unit setgħu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq mingħajr dazju sakemm tiġi eżawrita l-kwota allokata. Minn tali kwota, japplika dazju ta’ salvagwardja ta’ 25 %. Il-partijiet interessati ngħataw il-possibbiltà li jikkummentaw dwar il-kontenut tan-Notifika.

(5)

Biex tikkalkula l-volum adegwat ta’ TRQs li jiżguraw, kif previst fir-Regolament (UE) 2023/1321, il-vijabbiltà ekonomika ta’ dawn it-trasferimenti diretti lejn l-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit, fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi fl-Irlanda ta’ Fuq, il-Kummissjoni analizzat l-istatistika disponibbli (8) biex tikkalkula l-volum ta’ trasferimenti lejn l-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit.

(6)

It-TRQs li nħolqu minn dan ir-Regolament għandhom jintużaw esklużivament minn prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit, kif elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2023/1321, u li jinġiebu fl-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ trasport dirett minn partijiet oħra tar-Renju Unit u jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq. Għalhekk, dawn it-TRQs ġodda ma jaffettwawx l-allokazzjoni jew il-volumi tat-TRQs eżistenti għal pajjiżi terzi fit-territorju tal-Unjoni.

Kummenti mill-partijiet interessati

(7)

In-Notifika ta’ Bidu tat il-possibbiltà lill-partijiet interessati jippreżentaw il-kummenti fi skadenza stipulata. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand l-ebda parti interessata.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2015/755 rispettivament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-Tabella “IV.1 — Volumi ta’ kwoti tariffarji” tal-Anness IV mar-Regolament (UE) 2019/159, il-partijiet 7 u 17 huma emendati u għandhom jaqraw kif ġej:

Numru tal-Prodott

Kategorija tal-prodott

Kodiċijiet NM

Allokazzjoni skont il-pajjiż (Meta Applikabbli)

Sena 5

Sena 6

Rata tad-dazju addizzjonali

Numri tal-ordni

Mill-1.7.2022 sat-30.9.2022

Mill-1.10.2022 sal-31.12.2022

Mill-1.1.2023 sal-31.3.2023

Mill-1.4.2023 sat-30.6.2023

Mill-1.7.2023 sat-30.9.2023

Mill-1.10.2023 sal-31.12.2023

Mill-1.1.2024 sal-31.3.2024

Mill-1.4.2024 sat-30.6.2024

Volum tal-kwota tariffarja (tunnellati netti)

Volum tal-kwota tariffarja (tunnellati netti)

“7

Pjanċi Kwarto Mhux Illigati u Oħrajn Illigati

7208 51 20 , 7208 51 91 , 7208 51 98 , 7208 52 91 , 7208 90 20 , 7208 90 80 , 7210 90 30 , 7225 40 12 , 7225 40 40 , 7225 40 60 , 7225 99 00

L-Ukrajna

270 017,57

270 017,57

264 147,62

267 082,59

280 051,01

280 051,01

277 006,97

277 006,97

25  %

09.8836

Pajjiżi oħra

554 571,27

554 571,27

542 515,37

548 543,32

575 178,29

575 178,29

568 926,35

568 926,35

25  %

(9)

Ir-Renju Unit (għall-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit)

-

-

-

-

5 231,58

5 231,58

5 174,72

5 174,72

25  %

09.8498”

“17

Angoli, Forom u Qatgħat tal-Ħadid jew tal-Azzar Mhux Illigat

7216 31 10 , 7216 31 90 , 7216 32 11 , 7216 32 19 , 7216 32 91 , 7216 32 99 , 7216 33 10 , 7216 33 90

L-Ukrajna

30 113,25

30 113,25

29 458,61

29 785,93

31 232,21

31 232,21

30 892,73

30 892,73

25  %

09.8891

Pajjiżi oħra

64 947,85

64 947,85

63 535,94

64 241,90

67 361,21

67 361,21

66 629,03

66 629,03

25  %

(18)

Ir-Renju Unit (għall-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit)

-

-

-

-

14 061,23

14 061,23

13 908,39

13 908,39

25  %

09.8499”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  Ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16) (“ir-Regolament tal-UE ta’ salvagwardja”).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżura definittiva ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2023/1321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2170 fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni għal ċerti prodotti tal-azzar ittrasferiti lejn l-Irlanda ta’ Fuq (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2020/2170 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni (ĠU L 432, 21.12.2020, p. 1).

(6)  Kodiċijiet NM (għall-informazzjoni biss): 7208 51 20, 7208 51 91, 7208 51 98, 7208 52 91, 7208 90 20, 7208 90 80, 7210 90 30, 7225 40 12, 7225 40 40, 7225 40 60, 7225 99 00.

(7)  Kodiċijiet NM (għall-informazzjoni biss): 7216 31 10, 7216 31 90, 7216 32 11, 7216 32 19, 7216 32 91, 7216 32 99, 7216 33 10, 7216 33 90.

(8)  Data disponibbli mis-sistema elettronika stabbilita fuq il-bażi tal-Artikoli 55 u 56 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/102


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1332

tad-29 ta’ Ġunju 2023

dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mit-Trichoderma reesei CBS 114044 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir u għall-qżieqeż miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni: Roal Oy), u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 902/2009

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali, kif ukoll ir-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

Ġie awtorizzat preparat enzimatiku ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mit-Trichoderma reesei CBS 114044 għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-qżieqeż miftuma, għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għad-dundjani tas-simna u għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 902/2009 (2).

(3)

F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mit-Trichoderma reesei CBS 114044 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir u għall-qżieqeż miftuma fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”. Il-preparat huwa disponibbli f’formulazzjonijiet solidi u likwidi. Ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tal-4 ta’ Ottubru 2019 (3) u tas-27 ta’ Jannar 2021 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparat għadu sikur għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir u għall-qżieqeż miftuma, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Sabet li l-preparat mhuwiex irritanti għall-għajnejn, u li l-għamla likwida ttestjata la hija irritanti għall-għajnejn u lanqas sensitizzatur dermali. Hija ddikjarat ukoll li jenħtieġ li l-addittiv jenħtieġ li jitqies bħala sensitizzatur respiratorju potenzjali fl-għamliet kollha. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li hemm għalfejn jiġu stipulati rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparat turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ dan l-addittiv jenħtieġ li tiġġedded kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv.

(6)

B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparat bħala addittiv tal-għalf, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 902/2009.

(7)

Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-preparat mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta’ sikurezza, huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni tal-preparat speċifikat fl-Anness, tal-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u tal-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija mġedda soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   Il-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mit-Trichoderma reesei CBS 114044 u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom minnu, li jkunu prodotti u ttikkettati qabel l-20 ta’ Jannar 2024 f’konformità mar-regoli li kienu japplikaw qabel l-20 ta’ Lulju 2023 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

2.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom il-preparat imsemmi fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-20 ta’ Lulju 2024 f’konformità mar-regoli li kienu japplikaw qabel l-20 ta’ Lulju 2023 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

Artikolu 3

Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 902/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 902/2009 jitħassar.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 902/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enzimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (CBS 114044) bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma, tiġieġ għas-simna, tiġieġ imkabbra biex ibidu, dundjani għas-simna u dundjani mkabbra biex ibidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy) (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 23).

(3)  EFSA Journal 2019;17(11):5880.

(4)  EFSA Journal 2021;19(3):6458.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà.

4a8i

Roal Oy

Endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mit-Trichoderma reesei CBS 114044 li jkollu attività minima ta’:

għamla solida: 160 000 BXU (1)/g

għamla likwida: 160 000 BXU/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodott mit-Trichoderma reesei CBS 114044

Metodu analitiku  (2)

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva fl-addittiv u fit-taħlita lesta minn qabel: assaġġ taz-zokkor riduċenti għall-endo-1,4-beta-ksilanażi b’reazzjoni kolorimetrika ta’ reaġent tal-aċidu dinitrosaliċiliku fuq rendiment taz-zokkor riduċenti b’pH ta’ 5,3 u f’temperatura ta’ 50 °C;

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva fl-għalf kompost: metodu kolorimetriku li jkejjel il-kolorant solubbli fl-ilma rilaxxat mill-enzima minn sottostrat tal-arabinoksilan tal-qamħ retikolat mal-ażurina.

Tiġieġ tas-simna u tiġieġ imrobbija għall-bajd

-

8 000 BXU

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali, inkluż protezzjoni għan-nifs, għall-ġilda u għall-għajnejn għall-forom solidi, u protezzjoni għan-nifs għall-forom likwidi.

L-20 ta’ Lulju 2033]

Dundjani għas-simna u dundjani mrobbija għat-tgħammir

16 000 BXU

Qżieqeż (miftuma)

24 000 BXU


(1)  1 BXU huwa l-ammont ta’ enzima li tillibera 1 nmol ta’ zokkrijiet riduċenti bħala ksilożju mill-ksilan tal-betula kull sekonda b’pH ta’ 5,3 u f’temperatura ta’ 50 °C.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/106


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1333

tad-29 ta’ Ġunju 2023

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott mill-Aspergillus fijiensis CBS 589.94 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għall-qżieqeż miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni: DSM Nutritional Products Ltd, irrappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o.), li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1811/2005 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1259/2004

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-preparat ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott mill-Aspergillus fijiensis CBS 589.94 (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Aspergillus aculeatus) kien awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġa tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1259/2004 (3) u għall-qżieqeż (miftuma) bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 (4). Sussegwentement dak il-preparat iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott mill-Aspergillus fijiensis CBS 589.94 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għall-qżieqeż miftuma. L-applikant talab biex l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”. Ma’ din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-23 ta’ Novembru 2022 (5) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparat ma għandux effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi u fuq l-ambjent. Fir-rigward tas-sikurezza għall-utenti meta jimmaniġġjaw il-preparat, minħabba n-nuqqas ta’ data dwar il-formulazzjonijiet finali, l-Awtorità ma setgħetx tikkonkludi dwar il-potenzjal tal-addittiv li jkun irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn jew dwar il-potenzjal tiegħu bħala sensitizzatur tal-ġilda, iżda qieset li l-addittiv huwa sensitizzatur respiratorju minħabba n-natura proteinaċja tas-sustanza attiva. L-Awtorità kkonkludiet li l-addittiv huwa effikaċi bħala addittiv żootekniku fit-tiġieġ tas-simna u fil-qżieqeż miftuma fil-livell minimu rrakkomandat ta’ 10 FBG/kg għalf. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-addittiv turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ dak l-addittiv jenħtieġ li jiġi awtorizzat. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv.

(6)

Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-preparat ikkonċernat, jixraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(7)

Bħala konsegwenza tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott mill-Aspergillus fijiensis CBS 589.94 bħala addittiv tal-għalf, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1811/2005 jiġi emendat u r-Regolament (KE) Nru 1259/2004 jitħassar.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparat speċifikat fl-Anness, tal-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u tal-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà” hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1811/2005

L-Artikolu 1 u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1811/2005 jitħassru.

Artikolu 3

Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1259/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 1259/2004 jitħassar.

Artikolu 4

Miżuri tranżizzjonali

1.   Il-preparat speċifikat fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dak il-preparat, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel l-20 ta’ Jannar 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-20 ta’ Lulju 2023 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

2.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li jkun fihom il-preparat imsemmi fl-Anness, li jkunu prodotti u ttikkettati qabel l-20 ta’ Lulju 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-20 ta’ Lulju 2023 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1259/2004 tat-8 ta’ Lulju 2004 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi diġà awtorizzati fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 239, 9.7.2004, p. 8).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 tal-4 ta’ Novembru 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet proviżorji u permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta’ addittiv li diġà huwa awtorizzat fl-għalf (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 12).

(5)  EFSA Journal 2023;21(1):7703.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà

4a1603

DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o.

Endo-1,3(4)-beta-glukanażi (EC 3.2.1.6)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi (EC 3.2.1.6) prodott mill-Aspergillus fijiensis CBS 589.94 b’attività minima ta’:

Għamla miksija: 50 FBG (1) /g.

Għamla likwida: 120 FBG/mL

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott mill-Aspergillus fijiensis CBS 589.94

Metodu analitiku  (2)

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-1,3(4)-beta-glukanażi fl-addittiv tal-għalf: metodu kolorimetriku li jkejjel il-kompost ikkulurit prodott mill-aċidu saliċiliku dinitro (DNSA) ibbażat fuq l-idroliżi enzimatika tal-beta-glukan f’pH ta’ 5,0 u f’temperatura ta’ 50 °C.

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-1,3(4)-beta-glukanażi fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf kompost: metodu kolorimetriku li jkejjel il-frammenti miżbugħa li jinħallu fl-ilma bbażat fuq l-idroliżi enzimatika tal-azo-xgħir-glukan retikolat f’pH ta’ 4,5 u f’temperatura ta’ 50 °C.

Tiġieġ tas-simna

Qżieqeż miftuma

10 FBG

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda.

l-20 ta’ Lulju 2033


(1)  Unità waħda ta’ glukanażi (FBG) tikkorrispondi għall-ammont ta’ enzima li f’kundizzjonijiet standard (pH 5,0 u 30 °C) jillibera l-glukożju jew karboidrati riduċenti oħra b’rata li tikkorrispondi għal 1 μmol ta’ glukożju fil-minuta.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en


30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/111


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1334

tad-29 ta’ Ġunju 2023

dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metijonina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 349/2010

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

Il-preparat tal-kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metijonina ġie awtorizzat għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2010 (2).

(3)

Tressqet applikazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metijonina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “komposti ta’ mikroelementi”. L-applikazzjoni inkludiet proposta biex jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni attwali, li tikkonsisti fit-tneħħija taż-żejt minerali mill-addittiv, li għalhekk għandu jitqies bħala sustanza u mhux preparat. Barra minn hekk, il-kontenut minimu tar-ram fl-addittiv ġie kemxejn modifikat. Ma’ din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-5 ta’ Mejju 2021 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikant ipprovda evidenza li l-addittiv, fil-kompożizzjoni l-ġdida tiegħu, għadu sikur għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, għall-konsumaturi u għall-ambjent skont il-kundizzjonijiet tal-użu awtorizzati bħalissa. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa meqjus bħala irritant tal-ġilda u tal-għajnejn u sensitizzatur tal-ġilda, filwaqt li r-riskju ta’ sensitizzazzjoni respiratorja huwa meqjus baxx. L-Awtorità ddikjarat li l-modifika proposta tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni oriġinali ma għandhiex impatt fuq l-effikaċja tal-addittiv. Fl-aħħar nett, ma qisitx li hemm ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (c), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (4), il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa fil-valutazzjoni preċedenti huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali.

(6)

Il-valutazzjoni tal-kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metijonina turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dak l-addittiv tiġġedded. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv.

(7)

B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metijonina bħala addittiv tal-għalf, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament (UE) Nru 349/2010.

(8)

Billi r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metijonina, jixraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni, fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-addittiv, li issa huwa magħmul minn sustanza, u l-modifika derivata tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni tas-sustanza speċifikata fl-Anness, li taqa’ fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “komposti ta’ mikroelementi”, hija mġedda, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 349/2010 jitħassar.

Artikolu 3

Miżuri tranżizzjonali

1.   L-addittiv speċifikat fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dak l-addittiv, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel l-20 ta’ Jannar 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-20 ta’ Lulju 2023 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-20 ta’ Lulju 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-20 ta’ Lulju 2023 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-20 ta’ Lulju 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-20 ta’ Lulju 2023 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2010 tat-23 ta’ April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 104, 24.4.2010, p. 31).

(3)  EFSA Journal 2021;19(5):6618.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Kontenut tal-element (Cu) f’mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta’ mikroelementi

3b410i

Kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metijonina

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metijonina li fih minimu ta’ 16 % ram u minimu ta’ 78 % aċidu (2-idrossi-4-metiltijo) butanojku

Kontenut massimu ta’ nikil: 20 ppm.

Għamla solida

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

Bovini:

Bovini qabel ma jibdew jixtarru: (total ta’) 15;

Bovini oħrajn: (total ta’) 30.

Ovini: (total ta’) 15.

Kaprini: (total ta’) 35

Qżieqeż:

Mhux miftumin, u miftumin sa 4 ġimgħat wara l-ftama: (total ta’) 150;

Mill-ħames ġimgħa wara l-ftim sa 8 ġimgħat wara l-ftim: (total ta’) 100.

Krustaċji: (total ta’) 50.

Annimali oħrajn: (total ta’) 25.

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda.

3.

Il-kliem li ġej għandu jiddaħħal fit-tikketta:

għall-għalf tan-nagħaġ jekk il-livell tar-ram fl-għalf jaqbeż l-10 mg/kg: “L-ammont tar-ram f’dan l-għalf jista’ jikkaġuna l-avvelenament f’xi razez ta’ nagħaġ.”

għall-għalf tal-bovini wara li jibdew jixtarru, jekk il-livell tar-ram fl-għalf ikun inqas minn 20 mg/kg: “L-ammont tar-ram f’dan l-għalf jista’ jikkaġuna defiċjenzi ta’ ram fil-baqar li jirgħu f’mergħat li fihom ħafna molibdenu jew kubrit.”

l-20 ta’ Lulju 2033

Karatterizzazzjoni tas-sustanzi attivi

Formula kimika: bis(-2-idrossi-4-metiltijo)butanoat tar-ram:

Cu(CH3S(CH2)2-CH(OH)-COO)2

CAS: 292140-30-8

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut ta’ analogu idrossilat tal-metijonina fl-addittiv tal-għalf: trimetrija, titrazzjoni potenzjometrika wara r-reazzjoni tal-ossidoriduzzjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total tar-ram fl-addittiv tal-għalf:

Spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament, ICP-AES (EN 15510 jew EN 15621) jew

Spettrometrija tal-assorbiment atomiku, AAS (ISO 6869)

Għall-kwantifikazzjoni tat-total tar-ram fit-taħlitiet lesti minn qabel:

Spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament, ICP-AES (EN 15510 jew EN 15621) jew

Spettrometrija tal-assorbiment atomiku, AAS (ISO 6869) jew

Spettrometrija tal-massa bi plażma akkoppjata induttivament, ICP-MS (EN 17053).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total tar-ram fl-għalf kompost:

Spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament, ICP-AES (EN 15510 jew EN 15621) jew

Spettrometrija tal-assorbiment atomiku, AAS (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness IV-C) jew ISO 6869) jew

Spettrometrija tal-massa bi plażma akkoppjata induttivament, ICP-MS (EN 17053).


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


DEĊIŻJONIJIET

30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/116


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1335

tas-27 ta’ Ġunju 2023

li taħtar il-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1696 tat-13 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli ta’ ħidma tal-bord tal-għażla previsti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (2),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/133 tas-17 ta’ Jannar 2023 li taħtar il-membri tal-bord tal-għażla previst fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 (3),

Wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati u l-klassifikazzjoni tal-kandidati mħejjija mill-bord tal-għażla,

Billi:

(1)

L-UPPE ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2017/1939.

(2)

Il-Prosekuturi Ewropej jissorveljaw l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1939.

(3)

Il-mandati ta’ tmien Prosekuturi Ewropej maħtura għal perjodu ta’ tliet snin li ma jiġġeddidx bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1117 (4) jiskadu fit-28 ta’ Lulju 2023. Biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonament tal-Kulleġġ tal-UPPE, li jikkonsisti mill-Kap Prosekutur Ewropew u Prosekutur Ewropew wieħed għal kull Stat Membru parteċipanti, jeħtieġ li l-Kunsill jaħtar tmien Prosekuturi Ewropej għal dawk il-pożizzjonijiet li mid-29 ta’ Lulju 2023 ser ikunu vakanti.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1696 tistabbilixxi r-regoli ta’ ħidma tal-bord tal-għażla previsti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 (“ir-regoli ta’ ħidma tal-bord tal-għażla”).

(5)

Skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2017/1939, kull Stat Membru parteċipant irid jinnomina tliet kandidati għall-pożizzjoni ta’ Prosekutur Ewropew minn fost kandidati li huma membri attivi tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jew tal-ġudikatura tal-Istat Membru rilevanti, li l-indipendenza tagħhom tkun mingħajr dubju u li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa biex jinħatru f’kariga għolja ta’ prosekuzzjoni jew ġudizzjarja fl-Istati Membri rispettivi tagħhom, u li jkollhom esperjenza prattika rilevanti tas-sistemi legali nazzjonali, ta’ investigazzjonijiet finanzjarji u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali f’materji kriminali.

(6)

Il-Greċja, l-Italja, Ċipru, l-Litwanja u l-Awstrija, nnominaw il-kandidati għall-pożizzjonijiet li ser isiru vakanti mid-29 ta’ Lulju 2023.

(7)

Il-bord tal-għażla ħejja l-opinjonijiet motivati u l-klassifikazzjoni għal kull wieħed mill-kandidati nominati minn dawk l-Istati Membri li ssodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2017/1939 u ppreżentahom lill-Kunsill, li rċevihom fit-2 ta’ Mejju 2023.

(8)

Skont ir-raba’ paragrafu tar-Regola VII.2 tar-regoli ta’ ħidma tal-bord tal-għażla, il-bord tal-għażla kklassifika lill-kandidati skont il-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom. Il-klassifikazzjoni tindika l-ordni ta’ preferenza tal-bord tal-għażla iżda mhijiex vinkolanti fuq il-Kunsill.

(9)

F’konformità mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939, wara li jkun irċieva l-opinjonijiet motivati tal-bord tal-għażla, il-Kunsill jagħżel u jaħtar wieħed mill-kandidati biex ikun il-Prosekutur Ewropew tal-Istat Membru parteċipanti inkwistjoni.

(10)

F’konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi, jagħżel u jaħtar il-Prosekuturi Ewropej għal perjodu ta’ 6 snin li ma jiġġeddidx.

(11)

Il-Kunsill ivvaluta l-merti rispettivi tal-kandidati b’kont meħud tal-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-bord tal-għażla.

(12)

Fir-rigward tal-opinjoni motivata li tikkonċerna l-kandidati nnominati minn Ċipru, ir-raġunijiet li tressqu mill-bord tal-għażla jistabbilixxu b’mod suffiċjenti li minħabba fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali f’dak l-Istat Membru, huwa oġġettivament impossibbli għal dak l-Istat Membru li jsib aktar kandidati eliġibbli f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, minkejja l-fatt li dak l-Istat Membru għamel l-isforzi kollha meħtieġa biex jagħmel dan. Għalhekk, il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tielet paragrafu tar-Regola VII.2. tar-regoli ta’ ħidma tal-bord tal-għażla huma ssodisfati. Fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija aktar ’il fuq, il-Kunsill ikkunsidra li l-opinjoni motivata ppreżentata fir-rigward tal-kandidati nnominati minn Ċipru offrietlu għażla suffiċjenti ta’ kandidati adatti u, billi kwalunkwe dewmien ulterjuri fil-ħatra tal-Prosekuturi Ewropej ikollu konsegwenzi ħżiena serji fuq l-effettività tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, iddeċieda li jipproċedi fuq dik il-bażi.

(13)

Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni tal-merti rispettivi tal-kandidati, il-Kunsill segwa l-ordni ta’ preferenza mhux vinkolanti indikata mill-bord tal-għażla għall-kandidati nnominati mill-Greċja, Ċipru, l-Litwanja u l-Awstrija.

(14)

Fir-rigward tal-kandidati nnominati mill-Italja, abbażi ta’ valutazzjoni tal-merti rispettivi ta’ dawk il-kandidati, li twettqet fil-korpi preparatorji rilevanti tal-Kunsill, u b’kont meħud tal-opinjoni motivata ppreżentata mill-bord tal-għażla, informazzjoni komplementari u dokumenti rilevanti ppreżentati mill-Italja, il-Kunsill ma segwiex l-ordni ta’ preferenza mhux vinkolanti tal-bord tal-għażla,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura Prosekuturi Ewropej tal-UPPE għal perjodu ta’ sitt snin li ma jiġġeddidx mid-29 ta’ Lulju 2023:

 

Is-Sur Nikolaos PASCHALIS (5),

 

Is-Sur Andrea VENEGONI (6),

 

Is-Sa Anne PANTAZI LAMPROU (7),

 

Is-Sur Gedgaudas NORKŪNAS (8),

 

Is-Sa Ursula SCHMUDERMAYER (9).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.

(2)  ĠU L 282, 12.11.2018, p. 8.

(3)  ĠU L 17, 19.1.2023, p. 90.

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1117 tas-27 ta’ Lulju 2020 li taħtar il-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU L 244, 29.7.2020, p. 18).

(5)  Nominat mill-Greċja.

(6)  Nominat mill-Italja.

(7)  Nominata minn Ċipru.

(8)  Nominat mil-Litwanja.

(9)  Nominata mill-Awstrija.


30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/119


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1336

tas-16 ta’ Ġunju 2023

dwar miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu mill-Belġju u mil-Lussemburgu rigward ċerti miri ta’ prestazzjoni għat-tielet perjodu ta’ referenza f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2023) 3852)

(It-testi bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (1) (ir-Regolament qafas) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 11(3), il-punt (c), it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

(1)

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, l-Istati Membri jridu jfasslu, fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali (“FABs”), miri ta’ prestazzjoni vinkolanti għal kull perjodu ta’ referenza tal-iskema ta’ prestazzjoni għas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-network. Dawk il-miri ta’ prestazzjoni jridu jkunu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha adottati mill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ referenza kkonċernat.

(2)

Bi tweġiba għall-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1627 stabbilixxa miżuri ta’ deroga eċċezzjonali mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 għat-tielet perjodu ta’ referenza (“RP3”) (3). Abbażi ta’ dawn, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/891 (4) stabbiliet miri ta’ prestazzjoni riveduti għall-Unjoni kollha għat-tielet perjodu ta’ referenza (“RP3”).

(3)

Il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu u n-Netherlands adottaw b’mod konġunt fil-livell tal-Blokk tal-Ispazju tal-Ajru Funzjonali tal-Ewropa Ċentrali (“FABEC”) abbozz ta’ pjan ta’ prestazzjoni għall-RP3 (“l-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni”) li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni f’Ottubru 2021. Wara valutazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/728 (5) li l-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għaż-żona tal-imposti en route ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu (“iż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu”) li hemm f’dak l-abbozz ta’ pjan ta’ prestazzjoni kienu inkonsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha u stabbiliet rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta’ dawk il-miri ta’ prestazzjoni lokali. L-Iżvizzera hija wkoll membru tal-FABEC u kienet parti mill-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC. Bħala Pajjiż Terz soġġett għall-iskema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti skont il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-Iżvizzera, l-Iżvizzera ġiet innotifikata separatament, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/780 (6) tat-13 ta’ April 2022, bl-inkonsistenza tal-miri lokali tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza tal-Belġju u tal-Lussemburgu li jinsabu fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC.

(4)

Fit-13 ta’ Lulju 2022, il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu u n-Netherlands ippreżentaw abbozz rivedut ta’ pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC (“l-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni”) għall-RP3 lill-Kummissjoni.

(5)

Fl-24 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni (UE) 2022/2255 (7) tagħha bdiet l-eżami dettaljat imsemmi fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 (“l-eżami dettaljat”) fir-rigward tal-miri riveduti tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza proposti għaż-żona tal-imposti bejn il-Belġju u l-Lussemburgu, inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni.

(6)

Franza, il-Ġermanja u n-Netherlands informaw lill-Kummissjoni, fit-28 ta’ Ottubru 2022, fit-3 ta’ Novembru 2022 u fl-4 ta’ Novembru 2022 rispettivament, li kienu rtiraw mill-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni stabbilit b’mod konġunt fil-livell tal-FABEC. Fl-istess ħin, dawk l-Istati Membri ppreżentaw lill-Kummissjoni abbozzi ta’ pjanijiet ta’ prestazzjoni nazzjonali riveduti individwali għall-RP3.

(7)

Wara valutazzjoni ġdida, il-Kummissjoni sabet li l-miri nazzjonali ta’ prestazzjoni riveduti rispettivi kienu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha u nnotifikat lil Franza, lill-Ġermanja u lin-Netherlands dwar dan permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE) 2023/176 (8), (UE) 2023/177 (9) u (UE) 2023/179 (10) rispettivament. L-Iżvizzera informat ukoll lill-Kummissjoni dwar l-irtirar tagħha mill-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni u fl-istess ħin ippreżentat abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali fl-4 ta’ Novembru 2022. Il-Kummissjoni sabet li l-miri ta’ prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan nazzjonali ta’ prestazzjoni tal-Iżvizzera huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha u nnotifikat lill-Iżvizzera dwar dan bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/178 tal-14 ta’ Diċembru 2022.

(8)

Il-Belġju u l-Lussemburgu ma nnotifikaw l-ebda pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali separat. B’riżultat ta’ dan, l-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni stabbilit qabel fil-livell tal-FAB, u soġġett għall-eżami dettaljat tal-Kummissjoni li nbeda bid-Deċiżjoni (UE) 2022/2255 tagħha, għadu jikkostitwixxi l-bażi għall-valutazzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni tal-Belġju u tal-Lussemburgu.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tiġi indirizzata lill-Belġju u lil-Lussemburgu biss minħabba li Franza, il-Ġermanja u n-Netherlands irtiraw mill-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni preżentat mill-FABEC u ppreżentaw pjanijiet ta’ prestazzjoni nazzjonali separati. Dawk il-pjanijiet instab li kienu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha (ara d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmija fil-premessa (7)).

(10)

Fis-27 ta’ Ottubru 2022, is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu l-ewwel talba għal informazzjoni lill-Belġju dwar l-elementi koperti mill-eżami dettaljat. L-ittra tas-servizzi tal-Kummissjoni lill-Belġju tas-27 ta’ Ottubru 2022 intbagħtet ukoll simultanjament lil-Lussemburgu, għall-informazzjoni biss. Bi tweġiba għal dik it-talba, l-awtoritajiet Belġjani bagħtu lis-servizzi tal-Kummissjoni, fis-6 ta’ Novembru 2022 u fid-9 ta’ Novembru 2022, informazzjoni li waslet mingħand il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (“ANSPs”).

(11)

Fid-9 ta’ Novembru 2022, is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom laqgħa mal-awtoritajiet Belġjani.

(12)

Fil-11 ta’ Novembru 2022, is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu t-tieni talba għall-informazzjoni lill-Belġju u rċevew dokumenti addizzjonali mill-awtoritajiet Belġjani fit-28 ta’ Novembru 2022. L-ittra tas-servizzi tal-Kummissjoni lill-Belġju tal-11 ta’ Novembru 2022 intbagħtet ukoll simultanjament lil-Lussemburgu, għall-informazzjoni biss.

(13)

Fid-29 ta’ Novembru 2022, is-servizzi tal-Kummissjoni talbu aktar informazzjoni mingħand il-Belġju. L-awtoritajiet Belġjani wieġbu għal dik it-talba fit-8 ta’ Diċembru 2022 u kkomplementaw ukoll id-data u l-informazzjoni li kienu ppreżentaw fit-28 ta’ Novembru 2022. L-ittra tas-servizzi tal-Kummissjoni lill-Belġju tad-29 ta’ Novembru 2022 intbagħtet ukoll simultanjament lil-Lussemburgu, għall-informazzjoni biss.

(14)

Fit-8 ta’ Diċembru 2022 u fil-15 ta’ Diċembru 2022, is-servizzi tal-Kummissjoni ltaqgħu mal-awtoritajiet Belġjani.

(15)

Fl-20 ta’ Diċembru 2022, is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu talba finali għall-informazzjoni lill-Belġju. Fit-12 ta’ Jannar 2023 l-awtoritajiet Belġjani pprovdew informazzjoni addizzjonali bi tweġiba għal dik it-talba. L-ittra tas-servizzi tal-Kummissjoni lill-Belġju tal-20 ta’ Diċembru 2022 intbagħtet ukoll simultanjament lil-Lussemburgu, għall-informazzjoni biss.

(16)

Fit-3 ta’ Frar 2023, is-servizzi tal-Kummissjoni stiednu lil-Lussemburgu jippreżenta kwalunkwe osservazzjoni jew kumment komplementari rilevanti għall-materjali provduti mill-Belġju bi tweġiba għat-talbiet għall-informazzjoni msemmija fil-premessi (10), (12), (13) u (15). L-awtoritajiet tal-Lussemburgu ma ppreżentaw l-ebda informazzjoni bi tweġiba għat-talba tas-servizzi tal-Kummissjoni.

(17)

Fit-2 ta’ Marzu 2023, is-servizzi tal-Kummissjoni ltaqgħu mal-awtoritajiet tal-Belġju u tal-Lussemburgu.

VALUTAZZJONI TAL-MIRI TA’ PRESTAZZJONI RIVEDUTI MATUL L-EŻAMI DETTALJAT

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżami dettaljat

(18)

Il-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni (“PRB”), li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, ippreżenta rapporti lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tal-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni u dwar l-eżami dettaljat tal-miri riveduti tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza proposti għaż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu.

(19)

Il-Kummissjoni tinnota li l-miri ta’ prestazzjoni tas-sikurezza, tal-kapaċità u tal-ambjent stabbiliti fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni baqgħu l-istess. Il-Kummissjoni ma qajmet l-ebda sejba dwar dawk il-miri ta’ prestazzjoni fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/758 tagħha u fid-Deċiżjoni (UE) 2022/2255 tagħha. Għalhekk, f’din id-Deċiżjoni ma hemm l-ebda osservazzjoni oħra dwar il-valutazzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni tas-sikurezza, tal-kapaċità u tal-ambjent.

(20)

L-eżami dettaljat ippermetta lill-Kummissjoni tanalizza ulterjorment il-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza proposti mill-Belġju u mil-Lussemburgu (kif preżentati fit-tabella ta’ hawn taħt), minħabba d-dubji stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2022/2255 dwar il-konsistenza tagħhom mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha.

Żona tal-imposti en route ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu

Valur ta’ referenza tal-2014

Valur ta’ referenza tal-2019

2020-2021

2022

2023

2024

Miri riveduti tal-kosteffiċjenza en route fuq il-kost unitarju determinat, espressi f’termini reali fil-prezzijiet tal-2017 (“EUR 2017”)

EUR 81,78

EUR 83,26

EUR 189,52

EUR 104,47

EUR 94,18

EUR 89,87

(21)

L-eżami dettaljat kopra l-elementi stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2255 u ffoka fuq is-servizzi relatati mal-ispazju tal-ajru tal-Belġju. Għal dik ir-raġuni, it-talbiet għall-informazzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni (ara l-premessi (10) sa (15)) ġew indirizzati lill-awtoritajiet Belġjani, filwaqt li l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-Lussemburgu rċevew dawk it-talbiet għall-informazzjoni biss.

Valutazzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni riveduti abbażi tal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fil-punti 1.4(a), (b) u (c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/317

(22)

Il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri riveduti tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza preżentati fil-premessa (18) mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha f’konformità mal-kriterji ta’ valutazzjoni li jinsabu fil-punti 1.4(a), (b) u (c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/317 filwaqt li qieset is-sejbiet tal-eżami dettaljat li huma stabbiliti fil-premessi (26) sa (67) hawn taħt.

(23)

Fir-rigward tal-kriterji stabbiliti fil-punti 1.4(a) u 1.4(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għaż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu għandhom prestazzjoni ħażina kemm fix-xejra tad-DUC għall-Unjoni kollha matul l-RP3 kif ukoll fix-xejra tad-DUC għall-Unjoni kollha fit-tul fuq l-RP2 u l-RP3 flimkien. Tabilħaqq, ix-xejra tad-DUC għall-RP3 ta’ +1,9 % tal-Belġju u tal-Lussemburgu tonqos milli tissodisfa x-xejra għall-Unjoni kollha ta’ +1,0 % matul l-istess perjodu, filwaqt li x-xejra tad-DUC fit-tul tagħhom ta’ +1,1 % hija ogħla b’mod sinifikanti mil-livell tax-xejra korrispondenti għall-Unjoni kollha, jiġifieri -1,3 %.

(24)

Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni sabet li l-valur ta’ referenza għad-DUC ta’ EUR 83,26 tal-Belġju u tal-Lussemburgu f’EUR 2017 huwa 13,2 % ogħla mill-valur ta’ referenza medju ta’ 73,53 f’EUR 2017 tal-grupp komparatur rilevanti.

(25)

Bħala parti mill-eżami dettaljat, il-Kummissjoni ssostanzjat ulterjorment il-valutazzjoni tagħha tal-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza bejn il-Belġju u l-Lussemburgu abbażi tal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fil-punti 1.4(a), (b) u (c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/317 billi analizzat l-elementi li ġejjin:

il-kostijiet determinati għaż-żona tal-imposti, imqassma skont il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (“ANSP”);

il-kumplessità tal-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fiż-żona tal-imposti;

l-arranġamenti ta’ forniment ta’ servizzi transfruntiera ma’ pajjiżi ġirien, u l-impatt operazzjonali u finanzjarju tagħhom; kif ukoll

l-allokazzjoni tal-kostijiet bejn is-servizzi en route u tat-terminal.

Sejbiet dwar il-kostijiet determinati għaż-żona tal-imposti, imqassma għal kull ANSP

(26)

Il-Kummissjoni tosserva li l-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni jirriżulta f’kost unitarju determinat (“DUC”) ta’ EUR 89,87 (f’EUR 2017) għas-sena 2024 għaż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu, kif ippreżentat fil-premessa (18). Dan huwa l-ogħla livell ta’ DUC għall-2024 taż-żoni tal-imposti en route kollha inklużi fl-ambitu tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti.

(27)

Tliet ANSPs, jiġifieri skeyes, iċ-Ċentru ta’ Kontroll taż-Żona ta’ Fuq ta’ Maastricht (“MUAC”) u l-Amministrazzjoni tan-Navigazzjoni bl-Ajru tal-Lussemburgu (“ANA Lussemburgu”), qed iservu ż-żona tal-imposti li qed tiġi eżaminata. Barra minn hekk, il-kostijiet determinati jiġġarrbu fir-rigward tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali (“ASN”) tal-Belġju u tal-Lussemburgu rispettivament.

(28)

It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta kif il-bażi tal-kost taż-żona tal-imposti tinqasam għal kull entità u kif il-kostijiet rispettivi ta’ dawk l-entitajiet evolvew maż-żmien.

Żona tal-imposti en route ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu

Valur ta’ referenza tal-2014

(EUR 2017)

Valur ta’ referenza tal-2019

(EUR 2017)

Kostijiet determinati tal-2024

(EUR 2017)

Varjazzjoni  (11) fis-sena bejn l-2014 u l-2024

Varjazzjoni  (12) fis-sena bejn l-2019 u l-2024

skeyes

EUR 114 -il M

EUR 131 M

EUR 135 M

+1,8  %

+0,7  %

MUAC

EUR 54 M

EUR 61 M

EUR 75 M

+3,7  %

+5,5  %

ANA Lussemburgu

EUR 6 M

EUR 6 M

EUR 6 M

+0,7  %

-0,9  %

ASN tal-Belġju u tal-Lussemburgu  (13)

EUR 13 -il M

EUR 13 -il M

EUR 12 -il M

-0,5  %

-1,9  %

Total

EUR 187 M

EUR 211 -il M

EUR 228 M

+2,2  %

+2,0  %

(29)

Fir-rigward tal-kostijiet determinati għall-2024, il-Kummissjoni tinnota li 59 % tal-kostijiet determinati taż-żona tal-imposti huma mġarrba minn skeyes, filwaqt li l-MUAC jammonta għal 33 % tal-bażi tal-kost. Is-sehem kombinat ta’ ANA Lussemburgu u tal-ASN tal-Belġju u tal-Lussemburgu jirrappreżenta 8 % tal-kostijiet determinati.

(30)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni jnaqqas il-kostijiet determinati totali għaż-żona tal-imposti b’EUR 19,3-il M (f’EUR 2017) għas-sena 2024 meta mqabbel mal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni. Il-Kummissjoni tosserva li skeyes tikkontribwixxi l-aktar għal dak it-tnaqqis bi tnaqqis fil-kost ta’ EUR 16-il M (f’EUR 2017). Skont il-Belġju, skeyes kisbet dak it-tnaqqis fil-kostijiet permezz ta’:

titjib fil-produttività (EUR -5,5 M f’EUR 2017);

ir-reviżjoni tal-pjan ta’ investiment tagħha u spejjeż operazzjonali oħrajn (EUR -4,2 M f’EUR 2017); kif ukoll

tnaqqis eċċezzjonali fil-kostijiet iffinanzjat permezz tas-surplus li jirriżulta mid-differenza bejn il-kostijiet determinati stabbiliti fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni għas-sena 2021 u l-kostijiet attwali reġistrati għal dik is-sena (EUR -6,5 M f’EUR 2017).

(31)

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tinnota li l-kostijiet tal-MUAC allokati għaż-żona tal-imposti baqgħu kważi l-istess fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni rivedut, peress li ġie applikat biss tnaqqis żgħir fil-kostijiet li jammonta għal EUR 0,3 M (f’EUR 2017).

(32)

Abbażi tal-evalwazzjoni li saret mill-PRB, il-Kummissjoni tinnota li kemm skeyes kif ukoll l-MUAC żiedu sostanzjalment il-kostijiet tagħhom f’termini reali matul l-RP2 u li dawk il-kostijiet komplew jiżdiedu matul l-RP3, l-aktar xprunati minn kostijiet ogħla tal-persunal u kostijiet operatorji oħrajn. Fl-2024, il-kostijiet tal-persunal ta’ skeyes huma pjanati li jkunu ogħla b’6,9 % mil-livell tagħhom tal-2019, li jammontaw għal differenza ta’ EUR 6,5 M (f’EUR 2017). Għall-MUAC, iż-żieda fil-kostijiet tal-persunal imġarrba fiż-żona tal-imposti, meta mqabbla mas-sitwazzjoni fl-2019, hija saħansitra aktar sinifikanti, peress li dawk il-kostijiet huma pjanati li jkunu 30 % ogħla fl-2024 milli fl-2019, li tikkostitwixxi żieda ta’ EUR 15,0-il M (f’EUR 2017).

(33)

Il-kostijiet determinati stabbiliti fir-rigward ta’ ANA Lussemburgu u tal-ASN tal-Belġju u tal-Lussemburgu ma jagħtu lok għall-ebda tħassib.

Osservazzjonijiet speċifiċi dwar skeyes

(34)

Fir-rigward ta’ skeyes, li għandha l-akbar proporzjon ta’ kostijiet determinati fiż-żona tal-imposti, il-Kummissjoni rċeviet analiżi komparattiva addizzjonali mill-PRB. Dik l-analiżi turi li l-prestazzjoni relattiva tal-kosteffiċjenza ta’ skeyes marret għall-agħar meta mqabbla mal-LVNL (14), li għandha ambjent operazzjonali simili ħafna u li hija inkluża fl-istess grupp komparatur għall-fini tal-valutazzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza (15). Fl-aħħar tal-RP2, il-kost unitarju ta’ skeyes għall-2019 kien 2,2 % ogħla mill-kost unitarju tal-LVNL (16). Sa tmiem l-RP3, fl-2024, wara l-aġġustament tal-kost unitarju ta’ skeyes għat-tnaqqis tal-kost ta’ darba ta’ EUR 6,5 M (f’EUR 2017) imsemmi fil-premessa (30), il-kost unitarju ta’ skeyes huwa mistenni li jkun ogħla b’9,4 % mill-kost unitarju tal-LVNL.

(35)

Abbażi tal-evalwazzjoni tal-PRB, din id-differenza fil-kosteffiċjenza bejn skeyes u l-LVNL hija kkawżata prinċipalment mill-kostijiet tal-persunal. Abbażi tal-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni, skeyes tippjana li fl-2024 tonfoq 23 % aktar fuq il-kostijiet tal-persunal għal kull unità ta’ servizz en route mil-LVNL. Espressa f’termini monetarji u aġġustata għall-bażi tal-kost annwali ta’ skeyes, dik id-diskrepanza tirrappreżenta ħlas addizzjonali lill-utenti tal-ispazju tal-ajru ta’ EUR 18,7-il M (f’EUR 2017) għal dik is-sena.

(36)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-kosteffiċjenza ta’ skeyes hija affettwata b’mod sinifikanti mill-kostijiet li jirriżultaw minn skema ta’ rtirar bikri msejħa “reġim ta’ disponibbiltà funzjonali tad-DISPO” (“skema DISPO” jew “DISPO”) li, f’konformità mal-liġi Belġjana (17), tippermetti lill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru (“ATCOs”) li jaħdmu ma’ skeyes jirtiraw mill-kariga ħames snin qabel id-data tal-irtirar legali tagħhom. Matul dawk il-ħames snin, huma jirċievu benefiċċju li jammonta għal bejn 75 % u 85 % tal-aħħar salarju tagħhom. Skont l-informazzjoni pprovduta fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni, l-ATCOs bħalissa jitqiegħdu taħt id-DISPO fl-età ta’ 56 sena u dan il-limitu ta’ età se jiżdied għal 57 sena mill-2025 ’il quddiem.

(37)

Il-Kummissjoni tinnota li l-kostijiet tal-iskema DISPO jitħallsu kompletament minn skeyes, li tgħaddi dawk il-kostijiet lill-utenti tal-ispazju tal-ajru permezz tal-bażijiet tal-kostijiet en route u tat-terminal tagħha. Abbażi tad-data tal-kostijiet storiċi u l-istimi tal-kostijiet futuri dettaljati għall-RP3 provduti mill-Belġju, il-kostijiet en route li jirriżultaw mid-DISPO jammontaw għal total ta’ EUR 29 M (f’EUR 2017) matul l-RP3 u kważi rduppjaw meta mqabbla mal-RP2. Fir-rigward tas-sena 2024, il-kostijiet determinati en route li jirriżultaw mill-iskema DISPO huma rrapportati mill-Belġju li jammontaw għal EUR 8,7 M (f’EUR 2017).

(38)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-kost dejjem akbar tad-DISPO maż-żmien huwa kkawżat mill-għadd ogħla ta’ ATCOs li jibbenefikaw minn dik l-iskema. Fil-fatt, filwaqt li l-Belġju rrapporta għal skeyes kollha kemm hi b’total ta’ 43 FTEs skont id-DISPO fl-2022, dak in-numru huwa mistenni jilħaq 71 FTEs fl-2024. Żieda gradwali u kostanti fl-għadd ta’ FTEs skont id-DISPO hija mistennija mill-Belġju, anke wara l-RP3, mill-anqas sal-2030.

(39)

Il-Kummissjoni tinnota li matul it-tqegħid tagħhom taħt l-iskema DISPO, l-ATCOs ikkonċernati jibqgħu għad-dispożizzjoni ta’ skeyes u jistgħu jissejħu lura għas-servizz minn skeyes fi kwalunkwe ħin, b’remunerazzjoni sħiħa, sabiex iwettqu kompiti minbarra dawk ta’ ATCO operazzjonali. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta mill-Belġju tindika li għadd limitat ħafna ta’ ATCOs imqiegħda taħt id-DISPO biss fil-fatt ġew imsejħa lura minn skeyes. Mill-2015, ġew imsejħa lura 17-il ATCO, xi wħud minnhom diversi drabi għal funzjonijiet differenti. Wara li kkunsidraw l-istimi provduti mill-PRB, dawk l-ATCOs imsejħa lura provdew kontribut ta’ madwar 4 FTEs fl-2022 għal attivitajiet relatati mal-forniment ta’ servizzi en route. Dawk l-4 FTEs jirrappreżentaw biss wieħed minn għaxra tal-grupp totali ta’ FTEs li setgħu kienu disponibbli taħt id-DISPO. Dan jindika li skeyes tagħmel użu limitat ħafna mill-persunal disponibbli taħt id-DISPO.

(40)

Il-Belġju ma propona l-ebda miżura ta’ mitigazzjoni fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni biex jillimita dan l-impatt finanzjarju dejjem jikber tal-iskema DISPO fuq il-bażi tal-kost tal-RP3.

Osservazzjonijiet speċifiċi dwar l-MUAC

(41)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll kif l-Istati Membri li jappartjenu għall-Ftehim tal-MUAC (18), jiġifieri l-Belġju, il-Ġermanja, il-Lussemburgu u n-Netherlands (“l-Istati tal-MUAC”) jallokaw il-kostijiet determinati totali mġarrba mill-MUAC għaż-żoni tal-imposti rispettivi tagħhom.

(42)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-kostijiet determinati tal-MUAC jitqassmu bejn l-Istati tal-MUAC abbażi ta’ kriterju wieħed, jiġifieri l-għadd ta’ ATCOs kwalifikati fis-servizz jew pjanati li jkunu fis-servizz fit-tliet gruppi settorjali (19) tal-MUAC fil-1 ta’ Jannar ta’ kull sena. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li 92 % tal-kostijiet tal-grupp tas-settur ta’ Brussell (“is-settur ta’ Brussell”) huma allokati għaż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu. Iż-żewġ gruppi tas-settur l-oħrajn tal-MUAC, jiġifieri “il-grupp tas-settur tad-DECO” u l-“grupp tas-settur ta’ Hannover”, jinsabu barra mill-ambitu ġeografiku taż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu u għalhekk ma jiġġenerawx kostijiet allokati għal dik iż-żona tal-imposti.

(43)

Il-Kummissjoni tifhem li l-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet ġiet stabbilita fil-Ftehim tal-MUAC u hija sostnuta mis-suppożizzjoni li l-għadd ta’ ATCOs f’kull settur jirrifletti l-ammont ta’ xogħol għall-forniment tas-servizzi u, għalhekk, il-kostijiet tas-servizzi u l-kumplessità ta’ kull settur.

(44)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li matul dawn l-aħħar ftit snin il-Belġju esprima t-tħassib tiegħu dwar l-effetti ta’ din il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet fuq iż-żona tal-imposti tiegħu. B’mod partikolari, il-Belġju jsostni li l-kontribuzzjoni tiegħu għall-kostijiet totali tal-MUAC, ikkalkolati abbażi tal-għadd ta’ ATCOs allokati lis-settur ta’ Brussell, huwa sproporzjonalment għoli meta jitqies il-fatt li s-settur ta’ Brussell jiġġenera għadd komparattivament aktar baxx ta’ unitajiet ta’ servizzi u dħul relatat miż-żewġ setturi tal-MUAC l-oħrajn. Il-Belġju jindika wkoll li l-kumplessità ogħla tal-ispazju tal-ajru tiegħu, li twassal għal ammont ta’ xogħol addizzjonali għall-ATCOs, tispjega l-kost ogħla għal kull unità ta’ servizz tas-settur ta’ Brussell tal-MUAC meta mqabbel maż-żewġ setturi tal-MUAC l-oħrajn.

(45)

Abbażi tal-evalwazzjoni tal-PRB, il-Kummissjoni tinnota li s-sehem tal-kostijiet totali tal-MUAC allokati lill-Belġju u lil-Lussemburgu fil-fatt żdied maż-żmien, peress li l-għadd ta’ ATCOs assenjati lis-settur ta’ Brussell żdied. Konsegwentement, filwaqt li l-Belġju u l-Lussemburgu kkontribwew għal 32 % tal-kostijiet tal-MUAC fl-2014, dak is-sehem żdied għal 34 % fl-RP3. L-effett ta’ dik il-bidla fuq il-bażi tal-kost taż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu huwa aggravat ulterjorment biż-żieda ġenerali tal-kostijiet totali tal-MUAC. Il-Kummissjoni tinnota li l-kostijiet determinati tal-MUAC għaż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu huma stabbiliti 39 % ogħla f’termini reali għall-2024 milli fl-2014 (20), filwaqt li l-unitajiet tas-servizzi għaż-żona tal-imposti fl-2024 huma previsti li huma biss 11 % ogħla mil-livell tagħhom tal-2014.

(46)

Il-Kummissjoni tieħu nota tad-dikjarazzjoni magħmula mill-Belġju matul l-eżami dettaljat li jindika li l-metodoloġija għall-finanzjament tal-kostijiet tal-MUAC stabbilita fl-1986 “hija bbażata fuq sistema ta’ rkupru tal-kostijiet” u “ma tikkonformax mar-regolament ekonomiku impost mill-iskema ta’ prestazzjoni”. Skont l-osservazzjonijiet relatati mqajma mill-PRB, il-MUAC jibbenefika, de facto, minn dik li tissejjaħ sistema ta’ rkupru tal-kostijiet sħaħ. Għalhekk, minkejja li huwa fornitur ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li jaqa’ fl-ambitu tal-iskema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti f’konformità mal-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-MUAC ma jġorrx ir-riskji finanzjarji jew japplika l-inċentivi finanzjarji li jirriżultaw mill-mekkaniżmu tal-kondiviżjoni tar-riskju tat-traffiku stabbilit fl-Artikolu 27 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tar-riskju tal-kostijiet stabbilit fl-Artikolu 28 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/317 u l-inċentivi għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità stabbiliti fl-Artikolu 11(3) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(47)

Il-Kummissjoni tinnota li l-informazzjoni miksuba għall-ewwel darba matul l-eżami dettaljat dwar l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti fir-rigward tal-MUAC tqajjem tħassib f’termini ta’ konformità mar-rekwiżiti legali rilevanti. Din il-konklużjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċediment ta’ ksur, li l-Kummissjoni tista’ twettaq fir-rigward ta’ dik il-kwistjoni.

Kostijiet relatati mal-investimenti tal-RP2 posposti jew kanċellati

(48)

Il-Kummissjoni tinnota li, matul l-RP2, kemm skeyes kif ukoll il-MUAC ipposponew jew ikkanċellaw diversi investimenti pjanati f’assi fissi, li kienu parti mill-pjan ta’ prestazzjoni tal-RP2. L-utenti tal-ispazju tal-ajru ġew imposti parzjalment għal dawk l-investimenti bħala parti mill-bażi tal-kost għaż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu minkejja l-fatt li dawk l-investimenti ma kinux kompluti u għalhekk ma pprovdewx il-benefiċċji operazzjonali mistennija. Skont il-kalkoli magħmula mill-PRB, li ġġenera, f’termini nominali u għall-RP2 kollu kemm hu, qligħ ta’ EUR 7,8 M fir-rigward ta’ skeyes u qligħ ta’ EUR 2,1 M fir-rigward tal-MUAC. Il-Belġju jindika li mhux qed jippjana li jirrimborża lill-utenti tal-ispazju tal-ajru kwalunkwe ammont mitlub fl-RP2 għall-investimenti pjanati u mhux kompluti f’assi fissi peress li jqis li ma hemm l-ebda rekwiżit legali li jsir dan fir-rigward tal-RP2.

(49)

F’każ li xi wħud minn dawk l-investimenti tal-RP2 jiġu finalizzati fi stadju aktar tard, f’konformità mal-Artikolu 22(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, jenħtieġ li l-ASN tal-Belġju u tal-Lussemburgu jiżguraw li kwalunkwe ammont relatat, li diġà ġie rkuprat fl-RP2, ma jiġix impost għat-tieni darba lill-utenti tal-ispazju tal-ajru fl-RP3 jew f’perjodi ta’ referenza sussegwenti.

Sejbiet dwar il-kumplessità tal-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fiż-żona tal-imposti, u l-evoluzzjoni tagħha maż-żmien

(50)

Il-Belġju u l-Lussemburgu jargumentaw li l-kumplessità tal-ispazju tal-ajru hija fattur ewlieni wara d-devjazzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza proposti tagħhom mix-xejriet tad-DUC għall-Unjoni kollha. Il-Belġju u l-Lussemburgu jispjegaw b’mod partikolari li l-kumplessità tal-ispazju tal-ajru ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu żżid l-ammont ta’ xogħol relattiv tal-ATCOs u b’hekk tikkostitwixxi piż negattiv fuq il-produttività tal-ATCO u fuq il-bażi tal-kost en route.

(51)

Wara li qieset is-sejbiet li saru mill-PRB, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-ispazju tal-ajru fiż-żona tal-imposti tal-Belġju u tal-Lussemburgu huwa kumpless ħafna minħabba l-għadd kbir ta’ titjiriet u t-taħlita ta’ trajettorji tat-titjiriet. Għalhekk, skeyes u l-MUAC qed jiffaċċjaw kundizzjonijiet operatorji kumplessi.

(52)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-Belġju u l-Lussemburgu ma provdew l-ebda evidenza li turi li l-operazzjonijiet fl-RP3 saru aktar kumplessi milli fl-RP2, jew li fix-xhur li jifdal tal-RP3, il-kumplessità tkompli tiżdied.

(53)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li ġiet analizzata ulterjorment mill-PRB, il-kumplessità baqgħet relattivament stabbli matul l-RP2 fir-rigward kemm ta’ skeyes kif ukoll tal-MUAC. Fir-rigward tal-2020 u l-2021, ma tista’ tinħareġ l-ebda konklużjoni sinifikanti dwar il-kumplessità tal-operazzjonijiet minħabba l-livelli eċċezzjonalment baxxi ta’ traffiku, li rriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19. Fir-rigward tal-bqija tal-RP3, ma hemm l-ebda evidenza biex wieħed jassumi li l-kumplessità se tvarja b’mod sinifikanti mis-sitwazzjoni osservata matul l-RP2.

(54)

Minħabba li l-kumplessità relattivament għolja tal-operazzjonijiet fiż-żona tal-imposti tal-Belġju u tal-Lussemburgu kienet kostanti maż-żmien taħt kundizzjonijiet normali tat-traffiku, kif spjegat fil-premessi (52) u (53), il-Kummissjoni tqis li din il-kumplessità ma tistax tiġi invokata bħala ġustifikazzjoni għaż-żidiet fil-kostijiet fl-RP3. Għalhekk, is-sejbiet fil-premessa (23) fir-rigward tal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fil-punti 1.4(a) u (b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 se jinżammu.

(55)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li l-kumplessità tal-operazzjonijiet diġà tqieset waqt li ġew definiti l-gruppi komparaturi tal-ANSPs, li jintużaw għall-finijiet tal-kriterju ta’ valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Il-gruppi komparaturi stabbiliti bħalissa huma magħmula minn ANSPs b’kundizzjonijiet operazzjonali u ekonomiċi simili u l-grupp komparatur tal-Belġju u tal-Lussemburgu jinkludi l-Awstrija, l-Iżvizzera u n-Netherlands, li kollha jiffaċċjaw ambjent operazzjonali relattivament kumpless. Għalhekk, tinżamm is-sejba fil-premessa (24) fir-rigward tal-kriterju ta’ valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV.

Sejbiet dwar l-arranġamenti ta’ forniment ta’ servizzi transfruntiera ma’ pajjiżi ġirien, u l-impatt operazzjonali u finanzjarju tagħhom

(56)

Fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni rivedut, il-Belġju u l-Lussemburgu jispjegaw li s-settur ta’ Brussell tal-MUAC jinkludi l-forniment ta’ servizzi transfruntiera fl-ispazju tal-ajru ta’ Franza u tal-Ġermanja. Il-Belġju u l-Lussemburgu jispeċifikaw ukoll li l-unitajiet tas-servizz en route għat-titjiriet kontrollati mill-MUAC f’dawk iż-żoni transfruntiera huma rreġistrati fiż-żoni tal-imposti ta’ dawk l-Istati Membri, filwaqt li l-kostijiet għal dawk is-servizzi provduti huma imposti fuq l-utenti li jtiru fiż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu. Il-Belġju u l-Lussemburgu jindikaw li din is-sitwazzjoni twassal għal żieda fil-kost unitarju determinat fiż-żona tal-imposti tagħhom.

(57)

Matul l-eżami dettaljat, il-Kummissjoni analizzat l-arranġamenti transfruntiera għall-forniment ta’ servizzi relatati maż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu. Il-Kummissjoni sabet li l-MUAC jipprovdi servizzi fi tliet żoni transfruntiera li jinsabu fi Franza u fil-Ġermanja, li huma ta’ sinifikat f’termini ta’ volum ta’ xogħol u li għalihom il-MUAC ma jirċievi l-ebda kumpens finanzjarju mill-Istati Membri li ddelegaw il-forniment tas-servizz. L-istess osservazzjoni tista’ ssir fir-rigward ta’ żewġ żoni transfruntiera li jinsabu fl-ispazju tal-ajru tan-Netherlands li fihom il-forniment ta’ servizzi huwa delegat lil skeyes.

(58)

Abbażi ta’ analiżi ulterjuri mwettqa mill-PRB, il-Kummissjoni tistma li s-servizzi provduti mill-MUAC u skeyes fiż-żoni transfruntiera msemmija fil-premessa (57) kienu jirrappreżentaw kost totali ta’ madwar EUR 12,2-il M (f’EUR 2017) fl-2019, li minnhom is-sehem tal-MUAC jammonta għal EUR 6,8 M (f’EUR 2017) u s-sehem ta’ skeyes għal EUR 5,4 M (f’EUR 2017).

(59)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-Belġju ma rrapporta l-ebda bidla fil-forniment ta’ servizzi minn skeyes u l-MUAC f’żoni transfruntiera matul l-RP2 jew l-RP3. Dawk l-attivitajiet ma espandewx f’termini ta’ ambitu u ma ġġenerawx ammont ta’ xogħol addizzjonali għall-ANSPs matul l-RP2 u l-RP3. Għalhekk, peress li l-kostijiet assoċjati baqgħu stabbli b’mod proporzjonali bħala sehem mill-bażi tal-kost totali taż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu, is-servizzi provduti minn skeyes u l-MUAC f’żoni transfruntiera ma għandhomx impatt notevoli fuq il-kalkolu tax-xejriet tal-kosteffiċjenza. Għalhekk, is-sejbiet fil-premessa (23) fir-rigward tal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fil-punti 1.4(a) u (b) tal-Anness IV jinżammu.

(60)

Fl-aħħar, filwaqt li l-arranġamenti għall-forniment ta’ servizzi transfruntiera eżaminati jġibu benefiċċji notevoli billi jnaqqsu l-kumplessità tal-operazzjonijiet u jtejbu l-effiċjenza tas-servizzi, il-prinċipju “l-utent iħallas” stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 550/2004 jinvolvi li “l-utenti tal-ispazju tal-ajru għandhom iħallsu għall-ispejjeż li joħolqu fil-punt tal-użu jew kemm jista’ jkun possibbli qrib tiegħu” (21). Għaldaqstant, l-Artikolu 21(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 jirrikjedi li ż-żoni tal-imposti jkunu“konsistenti mal-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru” u jistipula li “jistgħu jinkludu servizzi fornuti minn fornitur ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru stabbilit fi Stat Membru ieħor fir-rigward tal-ispazju tal-ajru transfruntier”. L-Artikolu 22(1) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jispeċifika wkoll li l-bażi tal-kost għal żona tal-imposti “għandha tikkonsisti fil-kostijiet iddeterminati relatati mal-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fiż-żona tal-imposti kkonċernata”.

(61)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal fil-premessa (60), il-Kummissjoni tqis li l-arranġamenti ta’ finanzjament fis-seħħ għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fiż-żoni transfruntiera msemmija fil-premessa (57), ma humiex konformi mar-rekwiżiti legali li fuqhom hija bbażata l-iskema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti. Din il-konklużjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċediment ta’ ksur, li l-Kummissjoni tista’ twettaq fir-rigward ta’ din il-kwistjoni.

(62)

Minħabba li l-finanzjament tas-servizzi provduti f’żoni transfruntiera ma huwiex konformi mad-dispożizzjonijiet legali msemmija fil-premessa (60), ma jistax jintuża biex jiġġustifika kwalunkwe aġġustament tal-valur ta’ referenza għall-2019 għall-fini tal-kriterju ta’ valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Barra minn hekk, wara tqiesu s-sejbiet li saru mill-PRB, anke li kieku l-valur ta’ referenza għall-2019 taż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu ġie aġġustat għas-servizzi pprovduti f’żoni transfruntiera, xorta waħda kien jirriżulta f’differenza ta’ +5,9 % għaż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu meta mqabbel mal-valur ta’ referenza medju tal-grupp komparatur. Għalhekk, tinżamm is-sejba fil-premessa (24) fir-rigward tal-kriterju ta’ valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV.

Sejbiet dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet bejn is-servizzi en route u tat-terminal

(63)

Fl-RP3, il-Belġju introduċa metodoloġija riveduta ta’ allokazzjoni tal-kostijiet għat-tqassim tal-kostijiet determinati bejn is-servizzi en route u tat-terminal għall-RP3. Il-bidliet proposti jikkonċernaw l-allokazzjoni tal-kostijiet tas-servizzi ta’ kontroll tal-avviċinament (“kostijiet tal-avviċinament”) imġarrba minn skeyes u l-allokazzjoni tal-kostijiet imġarrba mill-ASN Belġjana. Il-Kummissjoni tinnota li l-Belġju ddeċieda li jalloka l-kostijiet tal-approċċ tiegħu kważi kompletament għas-servizzi en route, li jwassal għat-trasferiment ta’ kostijiet determinati addizzjonali għaż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu fl-RP3.

(64)

Il-Kummissjoni tosserva li l-Belġju u l-Lussemburgu aġġustaw il-valuri ta’ referenza għall-2014 u għall-2019 fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni sabiex iqisu l-bidliet fl-allokazzjoni tal-kostijiet bejn is-servizzi en route u tat-terminal. Għalhekk, dawk il-bidliet ma jaffettwawx direttament il-valutazzjoni tal-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

(65)

Madankollu, wara li qieset l-evalwazzjoni li saret mill-PRB, il-Kummissjoni tinnota li l-Belġju żied il-valur ta’ referenza għall-2019 għaż-żona tal-imposti en route b’EUR 14,3-il M (f’EUR 2017) filwaqt li fl-istess ħin naqqas il-valur ta’ referenza għaż-żona tal-imposti tat-terminal tiegħu, li tinkludi l-ajruport ta’ Brussell (EBBR), b’EUR 4,4 M (f’EUR 2017). Il-Kummissjoni hija konxja li skeyes iġġarrab ukoll kostijiet fir-rigward tas-servizzi ta’ avviċinament ipprovduti f’ajruporti reġjonali, li huma barra mill-ambitu tal-pjan ta’ prestazzjoni fl-RP3. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-Belġju naqas milli jispjega u jiġġustifika b’mod adegwat id-diskrepanza kbira bejn l-aġġustamenti applikati għall-valuri ta’ referenza en route u tat-terminal, peress li l-kostijiet tal-avviċinament riallokati relatati mal-ajruporti reġjonali barra mill-ambitu tal-pjan ta’ prestazzjoni jidhru sproporzjonati.

(66)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssib li, bl-inklużjoni tal-kostijiet tal-avviċinament tagħha kważi kompletament fil-bażi tal-kost en route, il-Belġju ma assenjax dawk il-kostijiet b’mod proporzjonali bejn is-servizzi en route u s-servizzi tat-terminal abbażi ta’ metodoloġija trasparenti. Il-Kummissjoni tqis li din l-allokazzjoni tal-kostijiet tal-avviċinament ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(2), il-punt (e), tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 u fl-Artikolu 22(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

(67)

Għalhekk, fid-dawl tal-osservazzjonijiet fil-premessi (63) sa (66), din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċediment ta’ ksur, li l-Kummissjoni tista’ twettaq fir-rigward tal-bidliet fil-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet applikata fl-RP3 mill-Belġju.

Konklużjoni dwar il-valutazzjoni abbażi tal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fil-punti 1.4(a), (b) u (c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/317

(68)

Fid-dawl tal-osservazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għaż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu ma jissodisfaw l-ebda wieħed mill-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fil-punti 1.4(a), (b) u (c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

Valutazzjoni tal-miżuri invokati mill-Belġju u mil-Lussemburgu biex jiġġustifikaw id-devjazzjonijiet osservati mix-xejriet tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha

(69)

Barra minn hekk, skont il-punt 1.4(d) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni trid teżamina jekk id-devjazzjonijiet mill-kriterji stabbiliti fil-punti 1.4(a), 1.4(b) u 1.4(c) ta’ dak l-Anness humiex meħtieġa u proporzjonati sabiex jippermettu l-ilħuq tal-miri ta’ prestazzjoni fiż-żona ewlenija ta’ kapaċità ta’ prestazzjoni jew biex jimplimentaw miżuri ta’ ristrutturar skont it-tifsira tal-Artikolu 2(18) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. B’mod partikolari, il-Kummissjoni vverifikat jekk id-devjazzjonijiet osservati mix-xejra tad-DUC għall-Unjoni kollha u mix-xejra tad-DUC fit-tul għall-Unjoni kollha humiex esklużivament dovuti għal kostijiet determinati addizzjonali għal miżuri relatati mal-kapaċità.

(70)

Wara li kkunsidrat il-kalkoli magħmula mill-PRB, il-Kummissjoni tinnota li d-differenza stmata bejn il-kostijiet determinati en route taż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu tal-RP3 għas-sena 2024 u l-kostijiet determinati li jkunu meħtieġa biex tiġi ssodisfata x-xejra tad-DUC għall-Unjoni kollha tal-RP3 hija ta’ madwar EUR 8,2 M f’EUR 2017, filwaqt li hija osservata differenza korrispondenti ta’ madwar EUR 43,7 M f’EUR 2017 fir-rigward tax-xejra tad-DUC fit-tul għall-Unjoni kollha.

(71)

Il-Kummissjoni tinnota li l-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni fih seba’ miżuri għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità (“miżuri relatati mal-kapaċità”), li huma meqjusa mill-Belġju u mil-Lussemburgu bħala meħtieġa għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità u li skont il-Belġju u l-Lussemburgu jiġġustifikaw id-devjazzjonijiet tal-miri tal-prestazzjoni tagħhom tal-kosteffiċjenza mill-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha.

(72)

Wara s-sejbiet stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2022/2255 fir-rigward ta’ dawk il-miżuri relatati mal-kapaċità, il-Kummissjoni analizzat ulterjorment dawk il-miżuri.

Miżura 1

(73)

L-ewwel miżura relatata mal-kapaċità (“Miżura 1”) tinkludi r-reklutaġġ u t-taħriġ tal-ATCOs minn skeyes sabiex jinżammu livelli adegwati ta’ persunal tal-ATCO fl-RP3 u fir-raba’ perjodu ta’ referenza (“RP4”). Il-Belġju u l-Lussemburgu jispjegaw li l-Miżura 1 hija essenzjali sabiex jiġi indirizzat it-tixjiħ tal-forza tax-xogħol tal-ATCO u l-għadd kbir konsegwenti ta’ rtirar mistenni matul l-RP3 u l-RP4. Dak l-irtirar jirriżulta b’mod partikolari mill-applikazzjoni tal-iskema DISPO msemmija fil-premessa (36).

(74)

Il-Belġju enfasizza wkoll, matul l-eżami dettaljat, li l-għadd ta’ ATCOs f’operazzjonijiet fi skeyes jonqos bi 15 % sal-aħħar tal-RP3 mingħajr l-attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ reklutaġġ previsti fil-Miżura 1. Skont il-Belġju, dan iwassal għal tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità.

(75)

Fid-dawl tal-informazzjoni provduta mill-Belġju, il-Kummissjoni taqbel li t-taħriġ u r-reklutaġġ tal-ATCOs minn skeyes huma meħtieġa sabiex jinżammu u jittejbu l-livelli ta’ persunal tal-ATCO u sabiex jiġi żgurat li l-għadd ta’ ATCOs ikun adegwat fid-dawl tal-evoluzzjoni prevista tat-traffiku fil-futur. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-ħtieġa għal taħriġ estensiv bħal dan ta’ ATCOs ġodda tirriżulta fil-biċċa l-kbira mill-irtirar bikri li jirriżulta mill-iskema DISPO.

(76)

Il-kostijiet totali tal-Miżura 1 żdiedu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni u jammontaw għal madwar EUR 27 M (f’EUR 2017) matul l-RP3. Meta mqabbla mal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni, il-kostijiet tal-Miżura 1 huma ogħla, f’termini nominali, b’22,4 % għall-2022, b’49,0 % għall-2023 u b’36,8 % għall-2024.

(77)

Il-Belġju jargumenta li ż-żieda fil-kostijiet tal-Miżura 1 hija ġustifikata mill-impatt ta’ inflazzjoni ogħla u minn stima aktar akkurata tal-kostijiet attwali ta’ reklutaġġ ġdid, minħabba rkupru aktar mgħaġġel tat-traffiku u rata ogħla minn dik mistennija ta’ falliment tal-istudenti tal-ATCO fiċ-ċikli ta’ taħriġ li diġà tlestew matul l-RP3. B’mod speċifiku, il-Belġju jispjega li skeyes aġġornat il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tagħha qabel is-sottomissjoni tal-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni u issa qed jippjana li tirrekluta ATCOs addizzjonali bil-kapaċità massima ta’ taħriġ tagħha matul is-snin mill-2022 sal-2024.

(78)

Il-Kummissjoni tinnota li, b’mod parallel, skont l-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni, l-għadd ta’ ATCOs pjanati li jkunu f’operazzjonijiet fl-2024 huwa 6 % anqas milli fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni. Il-Kummissjoni tassumi li din is-sitwazzjoni tirriżulta mir-rata ogħla minn dik antiċipata ta’ falliment tal-istudenti tal-ATCO fit-taħriġ fi skeyes, imsemmija fil-premessa (77).

(79)

Il-Kummissjoni tosserva li ż-żidiet fil-kostijiet li jikkonċernaw il-Miżura 1, imsemmija fil-premessa (76), huma ferm ogħla mill-bidliet fl-indiċi tal-inflazzjoni riflessi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li l-kostijiet inizjalment ippreżentati fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-Miżura 1 kienu limitati għat-taħriġ tal-kontrolluri għall-finijiet tas-servizzi en route provduti minn skeyes fl-ambitu taż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu. Madankollu, abbażi tal-informazzjoni li waslet mill-Belġju matul l-eżami dettaljat, iż-żieda fil-kostijiet tal-Miżura 1 inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tkopri wkoll it-taħriġ tal-kontrolluri minn skeyes għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal. Il-kostijiet relatati maż-żona tal-imposti tat-terminal jenħtieġ li ma jiġux inklużi fil-Miżura 1.

(80)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-Belġju ma spjegax b’mod adegwat, minkejja li ntalab jagħmel dan, kif l-attivitajiet ippjanati ta’ taħriġ tal-ATCO u l-konsum ippjanat tal-istudenti tal-ATCO ta’ skeyes fir-rigward tas-servizzi en route ġew adattati bejn l-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni u l-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni. Barra minn hekk, il-Belġju ma ssostanzjax, fir-rigward tas-servizzi en route, il-kostijiet stmati mġarrba minn skeyes għal kull student tal-ATCO u ma pprovdiex spjegazzjonijiet għall-varjabbiltà għolja ta’ dawk il-kostijiet minn sena għal oħra. Fid-dawl ta’ dawk il-kunsiderazzjonijiet, ma kienx possibbli għall-Kummissjoni li tikkwantifika kif iż-żieda ppjanata fl-għadd ta’ studenti tal-ATCO fi skeyes, imsemmija fil-premessa (77), tikkontribwixxi għall-bidla fil-kostijiet tal-Miżura 1 osservata fil-premessa (76) fir-rigward tas-servizzi en route.

(81)

Anke jekk wieħed jassumi li skeyes tabilħaqq ikollha kostijiet ta’ taħriġ ogħla mġarrba fir-rigward tas-servizzi en route u minħabba għadd akbar ta’ studenti tal-ATCO mill-2022 sal-2024, il-Kummissjoni tqis li dawk il-kostijiet ogħla tat-taħriġ jiġu mitigati, mill-anqas sa punt sinifikanti, mill-kostijiet imnaqqsa tal-persunal li jirriżultaw mill-għadd aktar baxx ta’ ATCOs pjanati f’operazzjonijiet matul l-istess perjodu ta’ żmien, kif osservat fil-premessa (78).

(82)

Il-Kummissjoni tinnota li l-kostijiet imġarrba għall-Miżura 1 de facto jirriżultaw b’mod sinifikanti mill-iskema DISPO li l-Belġju nnifsu għażel li jadotta u japplika fir-rigward tal-ATCOs li jaħdmu fi skeyes. Huwa ċar li l-iskema DISPO twassal, matul l-RP3, għal għadd kbir ta’ rtirar bikri ta’ ATCOs, li s-sostituzzjoni simultanja tagħhom minn ATCOs ġodda tikkostitwixxi piż operazzjonali u finanzjarju konsiderevoli għal skeyes. Madankollu, wara li kkunsidrat l-evalwazzjoni li saret mill-PRB u l-ħtieġa imperattiva għal skeyes biex tiżgura l-forniment sikur u kontinwu tal-kapaċità meħtieġa fl-RP3, il-Kummissjoni tqis, fuq bilanċ, li l-Miżura 1 hija meħtieġa biex jintlaħqu l-miri lokali tal-prestazzjoni tal-kapaċità. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-Belġju naqas milli jiġġustifika li ż-żieda sinifikanti fil-kostijiet ippreżentati fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni għall-Miżura 1, meta mqabbla mal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni, hija ġġustifikata u proporzjonata, ħlief fir-rigward tal-effett tal-inflazzjoni ogħla mbassra fuq dawk il-kostijiet. Għalhekk, fir-rigward tal-kostijiet addizzjonali meqjusa meħtieġa u proporzjonati għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kostijiet li għandhom jitqiesu fir-rigward tal-Miżura 1 huma dawk ippreżentati fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni, kif ikkonvertiti f’termini reali.

Miżura 2

(83)

It-tieni miżura relatata mal-kapaċità (“Miżura 2”) tikkonsisti fis-sostituzzjoni minn skeyes tas-sistema ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (“ATM”) tagħha b’sistema ta’ ġestjoni tal-ispazju tal-ajru unika, integrata u armonizzata li għandha tiġi żviluppata mal-MUAC u mad-Difiża Belġjana bħala parti mill-proġett “Sistema tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru Kondiviżi 3” (“Proġett SAS 3”). Madankollu, dik is-sistema ġdida tal-ATM ta’ skeyes hija pjanata biss li tibda topera wara tmiem l-RP3, possibbilment mhux qabel l-2030, u għalhekk huma ppjanati biss attivitajiet preparatorji għall-RP3.

(84)

Il-Miżura 2 tinkludi wkoll l-aġġornament ta’ nofs il-ħajja tas-sistema kurrenti tal-ATM ta’ skeyes, li jenħtieġ li ssir operazzjonali matul fażi tranżizzjonali qabel l-introduzzjoni tas-sistema l-ġdida tal-ATM li tirriżulta mill-proġett SAS 3. Il-Belġju ċċara, matul l-eżami dettaljat, li l-aġġornament ta’ nofs il-ħajja jinkludi kemm titjib tekniku kif ukoll titjib funzjonali, li huwa mistenni li jippermetti kapaċità addizzjonali fl-RP4.

(85)

Il-kostijiet totali tal-Miżura 2 tnaqqsu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni u jammontaw għal madwar EUR 7,4 M (f’EUR 2017) matul l-RP3. Meta mqabbla mal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni, il-kostijiet tal-Miżura 2 huma aktar baxxi, f’termini nominali, b’1,9 % għall-2022, b’9,5 % għall-2023 u b’11,9 % għall-2024. Il-Belġju ċċara li dawk il-bidliet jirriflettu aħjar il-valur attwali tal-kuntratt iffirmat minn skeyes f’Diċembru 2021 għall-aġġornament ta’ nofs il-ħajja tas-sistema tal-ATM kurrenti tiegħu.

(86)

Il-Belġju ċċara matul l-eżami dettaljat li ma huwa se jiġġarrab l-ebda kost ta’ deprezzament fl-RP3 fir-rigward tas-sistema l-ġdida tal-ATM li tirriżulta mill-proġett SAS 3. Madankollu, mill-informazzjoni provduta mill-Belġju huwa ċar li diġà huwa ppjanat li l-kost tal-kapital għal “sistema ġdida tal-ATM” jiġi impost fl-RP3, minkejja l-fatt li l-varar ta’ dik is-sistema se jsir biss diversi snin wara t-tmiem tal-RP3.

(87)

Il-Kummissjoni tqis li l-aġġornament pjanat u s-sostituzzjoni sussegwenti tas-sistema tal-ATM kurrenti ta’ skeyes huma bħala tali ġġustifikati mil-lat operazzjonali u jistgħu jitqiesu meħtieġa għall-finijiet tal-ilħuq tal-miri tal-kapaċità.

(88)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li hemm dubji serji dwar l-implimentazzjoni f’waqtha tal-Miżura 2. Fil-fatt, matul l-eżami dettaljat, il-Kummissjoni ġiet informata minn partijiet terzi li skeyes kienet qed tikkunsidra li tirtira mill-proġett SAS 3, li huwa l-bażi tal-iżvilupp pjanat tas-sistema l-ġdida tal-ATM. L-awtoritajiet Belġjani ma kkontestawx din l-informazzjoni, iżda enfasizzaw li d-diskussjonijiet kienu għadhom għaddejjin bejn il-partijiet involuti dwar il-futur tal-proġett. Fid-dawl ta’ dawk l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni tqis li l-Belġju ma pprovdiex assigurazzjoni adegwata dwar l-implimentazzjoni tal-proġett SAS 3 jew dwar kwalunkwe soluzzjoni alternattiva li għandha tiġi stabbilita f’każ li l-proġett ma jimmaterjalizzax.

(89)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-kostijiet tal-Miżura 2 jinkludu sehem kbir ta’ kostijiet operatorji oħrajn, b’mod partikolari l-kostijiet tal-proġett relatati mat-tħejjija tal-aġġornament ta’ nofs il-ħajja tas-sistema tal-ATM eżistenti u fir-rigward tas-sistema l-ġdida. Il-Kummissjoni tqis li dawn il-kostijiet operatorji huma relatati mal-operat normali ta’ ANSP u, għall-kuntrarju tas-sistemi tal-ATM infushom u l-komponenti tagħhom, ma jistgħux jitqiesu bħala direttament imġarrba għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità.

(90)

Għalhekk, fir-rigward tal-kostijiet addizzjonali meqjusa meħtieġa u proporzjonati għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kostijiet li għandhom jitqiesu fir-rigward tal-Miżura 2 jenħtieġ li jkunu limitati għall-kostijiet ta’ deprezzament u l-kost tal-kapital imġarrab għat-titjib ta’ nofs il-ħajja tas-sistema tal-ATM ta’ skeyes.

Miżura 3

(91)

It-tielet miżura relatata mal-kapaċità (“Miżura 3”) hija relatata mal-emenda tal-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Impjiegi applikabbli għall-ATCOs li jaħdmu fil-MUAC (“il-pakkett GCE”), wara ftehim kollettiv konkluż fl-2019 qabel it-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19. Il-Miżura 3 tikkonsisti f’żieda fir-remunerazzjoni tal-ATCOs li jaħdmu fil-MUAC b’10,75 %, bi skambju għal organizzazzjoni tax-xogħol aktar flessibbli.

(92)

Abbażi tal-informazzjoni li tinsab fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà introdotti bħala parti mill-Miżura 3 jinkludu żieda fil-ħin tax-xogħol annwali għall-persunal tal-ATCO li għadu kif ġie reklutat, regoli ġodda dwar l-organizzazzjoni tax-xifts, il-possibbiltà li jiġu kuntrattati jiem tax-xogħol addizzjonali mill-ATCOs, ippjanar annwali aktar flessibbli tal-ħin tax-xogħol u tal-liv, kif ukoll il-possibbiltà li jintlaħaq qbil mal-ATCOs diġà impjegati dwar estensjoni possibbli tal-età tal-irtirar għal 60 sena.

(93)

Il-Kummissjoni tinnota li l-għan tal-Miżura 3 huwa, essenzjalment, li tiżdied id-disponibbiltà tal-ATCOs u l-flessibbiltà tas-sistema tar-roster sabiex tiġi akkomodata d-domanda għat-traffiku. Il-Belġju enfasizza li l-Miżura 3 kienet mistennija, fil-kundizzjonijiet tat-traffiku ta’ qabel il-COVID, li tnaqqas id-dewmien fil-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru u b’hekk tevita l-kostijiet li jirriżultaw għall-utenti tal-ispazju tal-ajru. Il-Belġju kompla jiċċara li l-Miżura 3 ġiet inizjalment stmata li tippermetti lill-MUAC jistabbilixxi xifts addizzjonali għall-ATCOs, b’żieda ta’ 1 050 xift addizzjonali fl-2019 u 3 150 xift addizzjonali fl-2024.

(94)

Fl-analiżi tiegħu provduta lill-Kummissjoni, il-PRB ikkonkluda li l-Miżura 3 tabilħaqq tippermetti lill-MUAC joffri kapaċità addizzjonali lill-utenti tal-ispazju tal-ajru matul is-snin kalendarji 2023 u 2024, u b’hekk jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità fl-RP3 f’ċirkostanzi fejn il-volumi tat-traffiku jkunu komparabbli mal-livell tagħhom ta’ qabel il-pandemija.

(95)

Il-kostijiet totali tal-Miżura 3 żdiedu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni u jammontaw għal madwar EUR 13,2-il M (f’EUR 2017) matul l-RP3. Meta mqabbla mal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni, il-kostijiet tal-Miżura 3 huma ogħla, f’termini nominali, b’7,4 % għall-2022, b’9,0 % għall-2023 u b’9,2 % għall-2024. Skont l-informazzjoni provduta mill-Belġju matul l-eżami dettaljat, dawk iż-żidiet fil-kostijiet huma dovuti għall-inflazzjoni ogħla milli mistennija, li twassal għall-indiċjar tas-salarji tal-ATCOs li jaħdmu fil-MUAC.

(96)

Il-Belġju jindika li, fiż-żmien tal-approvazzjoni tagħha, il-kostijiet tal-Miżura 3 ġew stmati li huma ekwivalenti għar-reklutaġġ ta’ ATCOs addizzjonali sabiex jiġu indirizzati l-iskarsezzi tal-persunal tal-ATCO esperjenzat mill-MUAC. Madankollu, dik l-affermazzjoni ma ġiet appoġġata minn ebda ċifra jew evidenza dwar l-impatt ġenerali tal-Miżura 3 fuq il-bażi tal-kost tal-RP3. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika li l-kost tal-Miżura 3 fl-RP3 ikun ekwivalenti għall-kost li l-MUAC kien iġarrab biex jimpjega ATCOs addizzjonali sabiex iwassal l-istess benefiċċji tal-kapaċità.

(97)

Il-Kummissjoni tinnota li l-PRB sab li l-kostijiet preżentati mill-Belġju u mil-Lussemburgu skont il-Miżura 3 huma ġustifikati u proporzjonati mal-benefiċċji li jirriżultaw għall-utenti tal-ispazju tal-ajru, inkluż l-evitar tad-dewmien tal-AFTM u tal-impatti operazzjonali u finanzjarji negattivi li jirriżultaw għall-utenti tal-ispazju tal-ajru inklużi l-passiġġieri u l-ambjent.

(98)

B’mod partikolari, il-PRB jindika li hemm evidenza li l-pakkett tal-GCE inkluż fl-ambitu tal-Miżura 3 ippermetta lill-MUAC iwassal prestazzjoni tal-kapaċità mtejba b’mod sinifikanti fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tagħha, jiġifieri l-2019, li evitat madwar EUR 30 M ta’ kostijiet indiretti mid-dewmien tal-ATM għall-utenti tal-ispazju tal-ajru. Il-PRB jinnota wkoll li, fl-2020 u fl-2021, it-tnaqqis qawwi fit-traffiku minħabba l-pandemija tal-COVID-19 ħoloq ċirkostanzi eċċezzjonali li fihom id-dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà addizzjonali stabbiliti fl-ambitu tal-Miżura 3 ma kinux meħtieġa. Madankollu, il-PRB iqis li l-MUAC immitiga b’mod adegwat l-impatt tal-Miżura 3 fir-rigward tal-2020 u l-2021, minħabba li l-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni jispeċifika li “xi wħud mix-xifts żejda mill-2020 u mill-ewwel kwart tal-2021” ġew differiti sabiex jintużaw fil-bqija tal-RP3 mingħajr ebda kost addizzjonali. Il-PRB jikkonkludi li l-Miżura 3 hija ġustifikata b’mod ġenerali għal raġunijiet ta’ kapaċità fl-RP3, peress li twassal għal disponibbiltà mtejba ta’ riżorsi u għal massimizzazzjoni tal-kapaċità magħmula disponibbli fi żminijiet ta’ domanda għolja għat-traffiku.

(99)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura 3 hija meħtieġa għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità u l-kostijiet tagħha huma proporzjonati fid-dawl tal-impatt operazzjonali ta’ benefiċċju tagħhom fuq il-forniment tal-kapaċità.

Miżura 4

(100)

Ir-raba’ miżura relatata mal-kapaċità (“Miżura 4”) tikkonsisti fi proċess ta’ analiżi mtejjeb ta’ wara l-operazzjonijiet li għandu jiġi stabbilit mill-MUAC bl-appoġġ ta’ għodod rilevanti u “faċilitajiet ta’ intelligence tan-negozju”. Il-Belġju u l-Lussemburgu jindikaw li l-iskop tal-Miżura 4, imsemmija fil-pjan ta’ prestazzjoni rivedut bħala l-“proġett PABI”, huwa li jippermetti l-ottimizzazzjoni ulterjuri tal-ippjanar tal-operazzjonijiet ta’ kuljum tal-MUAC.

(101)

Abbażi tal-informazzjoni li tinsab fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni, il-Miżura 4 jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-akkomodazzjoni tad-domanda futura għat-traffiku u għall-evitar ta’ restrizzjonijiet operazzjonali mhux meħtieġa għall-utenti tal-ispazju tal-ajru (imsejħa “regolamentazzjoni żejda”), li jwasslu għal dewmien fl-AFTM. Il-Kummissjoni tinnota li l-Miżura 4 ġiet indikata mill-Belġju biex issir operazzjonali fl-2022, għalkemm dik l-informazzjoni ma ġietx ikkonfermata b’mod espliċitu mill-Belġju matul l-eżami dettaljat.

(102)

Wara li kkunsidrat l-evalwazzjoni magħmula mill-PRB, il-Kummissjoni taqbel li l-kapaċitajiet analitiċi operazzjonali ppreżentati fl-ambitu tal-Miżura 4 jikkontribwixxu biex isir l-aħjar użu mir-riżorsi disponibbli bil-għan li tiġi massimizzata l-kapaċità magħmula disponibbli għall-utenti tal-ispazju tal-ajru, speċjalment fi żminijiet ta’ domanda għolja għat-traffiku.

(103)

Il-kostijiet totali tal-Miżura 4 jammontaw għal madwar EUR 0,9 M (f’EUR 2017) matul l-RP3 u jibqgħu l-istess mill-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni preżentat fl-2021. Il-Kummissjoni tinnota li l-PRB irrieżamina l-kostijiet tal-Miżura 4 u jqishom bħala ġustifikati.

(104)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura 4 hija meħtieġa għall-appoġġ tal-ilħuq kontinwu tal-miri tal-kapaċità u tqis li l-kostijiet tal-Miżura 4 huma proporzjonati fid-dawl tal-kisbiet strutturali u operazzjonali li huma stmati li jilħqu.

Miżura 5

(105)

Il-ħames miżura relatata mal-kapaċità (“Miżura 5”) tikkonċerna t-taħriġ ab initio ta’ ATCOs ġodda għas-settur tal-MUAC ta’ Brussell. Skont l-abbozz rivedut ta’ prestazzjoni, l-attivitajiet ta’ taħriġ tal-ATCO inklużi fl-ambitu tal-Miżura 5 ġew esternalizzati lil organizzazzjoni esterna tat-taħriġ ibbażata fi Franza.

(106)

Il-Belġju jispjega li r-reklutaġġ kontinwu tal-ATCO u t-taħriġ ab initio mill-MUAC huma meħtieġa sabiex jiġu evitati restrizzjonijiet tal-kapaċità fl-RP3 u f’perjodi ta’ referenza futuri. Fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-Belġju, il-Kummissjoni taqbel li t-taħriġ ta’ ATCOs ġodda mill-MUAC huwa meħtieġ sabiex jinżammu u jittejbu l-livelli ta’ persunal tal-ATCO u sabiex jiġi żgurat li l-għadd ta’ ATCOs ikun adegwat fid-dawl tal-evoluzzjoni tat-traffiku futur imbassra.

(107)

Il-kostijiet totali tal-Miżura 5 jammontaw għal madwar EUR 14,2-il M (f’EUR 2017) matul l-RP3. Matul l-eżami dettaljat, il-Belġju pprovda diżaggregazzjoni tal-kostijiet tal-Miżura 5 taħt tliet kategoriji, jiġifieri l-kostijiet tal-persunal tal-istudenti tal-ATCO, il-kostijiet għall-bdoti tas-simulatur, u l-kostijiet imposti mill-organizzazzjoni tat-taħriġ. Il-Kummissjoni tinnota li l-PRB irrieżamina l-kostijiet tal-Miżura 5 u tqis li dawn huma ġustifikati.

(108)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura 5 hija meħtieġa għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità u li l-kostijiet tagħha huma proporzjonati fid-dawl tal-impatt operazzjonali tagħhom fuq il-forniment tal-kapaċità.

Miżura 6

(109)

Is-sitt miżura relatata mal-kapaċità (“Miżura 6”) tinkludi l-impjieg ta’ ATCOs addizzjonali għas-settur tal-MUAC ta’ Brussell sabiex tiġi akkomodata d-domanda għat-traffiku fl-RP3 u fis-snin sussegwenti.

(110)

Skont l-informazzjoni li tinsab fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni, l-għadd ta’ dawk l-ATCOs huwa pjanat li jiżdied b’mod sostanzjali minn 106 għal 119-il ATCO matul l-RP3. Il-Belġju jindika li l-persunal tal-ATCO addizzjonali se jippermetti żieda fil-ħinijiet tal-ftuħ tas-settur u flessibbiltà operazzjonali akbar. Fid-dawl tal-informazzjoni provduta mill-Belġju, il-Kummissjoni taqbel li r-reklutaġġ ta’ ATCOs addizzjonali mill-MUAC huwa meħtieġ sabiex jappoġġa l-ilħuq tal-miri tal-kapaċità.

(111)

Il-kostijiet totali tal-Miżura 6 jammontaw għal madwar EUR 4,4 M (f’EUR 2017) matul l-RP3. Dawk il-kostijiet huma relatati mar-remunerazzjoni tal-ATCOs addizzjonali li jidħlu fis-servizz matul l-RP3. Il-Kummissjoni tinnota li l-PRB irrieżamina l-kostijiet tal-Miżura 6 u tqis li dawn huma ġustifikati.

(112)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-Miżura 6 hija meħtieġa għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità u li l-kostijiet tagħha huma proporzjonati fid-dawl tal-impatt operazzjonali tagħhom fuq il-forniment tal-kapaċità.

Miżura 7

(113)

Is-seba’ miżura relatata mal-kapaċità (“Miżura 7”) tkopri l-iżvilupp ta’ sistema ġdida għall-ippjanar tal-ħaddiema mill-MUAC għall-fini li tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti operazzjonali ġodda. Il-Miżura 7 tinkludi l-iżvilupp ta’ qafas ġdid għall-ippjanar tal-ħaddiema, għodda tas-sistema tar-roster modernizzata u għodod oħrajn għall-ippjanar tal-ħaddiema meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti operazzjonali ġodda.

(114)

Wara li kkunsidrat l-evalwazzjoni li saret mill-PRB, il-Kummissjoni taqbel li l-kisbiet fl-effiċjenza permessi mis-sistema l-ġdida għall-ippjanar tal-ħaddiema se jikkontribwixxu għal prestazzjoni operazzjonali mtejba u għal twassil aktar effiċjenti ta’ servizzi.

(115)

Il-kostijiet totali tal-Miżura 7 jammontaw għal madwar EUR 0,8 M (f’EUR 2017) matul l-RP3. Il-Kummissjoni tinnota li l-PRB irrieżamina l-kostijiet tal-Miżura 7 u tqis li dawn huma ġustifikati.

(116)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-Miżura 7 hija meħtieġa għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità u l-kostijiet tagħha huma proporzjonati fid-dawl tal-impatt operazzjonali tagħhom fuq il-forniment tal-kapaċità.

Impatt kombinat tal-miżuri relatati mal-kapaċità preżentati mill-Belġju u mil-Lussemburgu

(117)

Il-Kummissjoni analizzat ukoll is-seba’ miżuri relatati mal-kapaċità ppreżentati mill-Belġju u mil-Lussemburgu fir-rigward tal-impatt ġenerali tagħhom u sabiex tevalwa jekk l-implimentazzjoni simultanja ta’ dawk il-miżuri kollha hijiex meħtieġa għall-ilħuq tal-miri lokali tal-prestazzjoni tal-kapaċità.

(118)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tieħu nota tas-sejbiet tal-PRB li skonthom dawk is-seba’ miżuri relatati mal-kapaċità, meqjusin flimkien, huma xierqa u ġustifikati fid-dawl tal-eżitu operazzjonali mistenni ġenerali tagħhom u l-impatt kombinat li jirriżulta fuq il-forniment tal-kapaċità. Skont l-analiżi tal-PRB, l-implimentazzjoni kombinata ta’ dawk il-miżuri tippermetti li skeyes u l-MUAC jimmaniġġaw b’mod effettiv il-livelli tat-traffiku mbassra fi żminijiet ta’ domanda massima għat-traffiku, filwaqt li jsaħħu l-flessibbiltà u r-reżiljenza tal-forniment tas-servizz fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux previsti jew volatili. Il-PRB jikkonferma wkoll li l-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri relatati mal-kapaċità meħuda flimkien ma twassalx għal kapaċità żejda fir-rigward tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru provduti fl-ispazju tal-ajru tal-Belġju u tal-Lussemburgu fix-xhur li jifdal tal-RP3 (22). Fl-aħħar, il-PRB jindika li l-miżuri ppreżentati fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni fir-rigward tat-taħriġ u tal-impjieg ta’ kontrolluri addizzjonali tat-traffiku tal-ajru huma komplementari mal-miżuri organizzazzjonali u tekniċi li jippermettu forniment aħjar tal-kapaċità.

Konklużjonijiet dwar il-miżuri invokati mill-Belġju u mil-Lussemburgu biex jiġġustifikaw id-devjazzjonijiet osservati mix-xejriet tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha

(119)

Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(i) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tikkonkludi abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (71) sa (118) li l-kostijiet ippreżentati mill-Belġju u mil-Lussemburgu għall-Miżuri 1 u 2 huma parzjalment meħtieġa u proporzjonati għall-ilħuq tal-miri ta’ prestazzjoni tal-kapaċità, filwaqt li fir-rigward tal-Miżuri 3 sa 7, il-kostijiet preżentati huma kompletament meħtieġa u proporzjonati għall-ilħuq ta’ dawk il-miri.

(120)

It-tabella ta’ hawn taħt turi l-kontribut li jirriżulta tal-miżuri relatati mal-kapaċità għad-diskrepanzi fix-xejriet tad-DUC għall-Unjoni kollha osservati fil-premessa (70) fir-rigward tas-sena rilevanti, jiġifieri l-2024.

Miżuri relatati mal-kapaċità ppreżentati mill-Belġju u mil-Lussemburgu

Kontribut għad-distakk max-xejriet tad-DUC għall-Unjoni kollha għaż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu, espress f’EUR 2017, filwaqt li jitqiesu l-kostijiet meqjusa mill-Kummissjoni bħala meħtieġa u proporzjonati għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità

Miżura 1

EUR 7,7 M (23)

Miżura 2

EUR 0,3 M (24)

Miżura 3

EUR 4,4 M

Miżura 4

EUR 0,3 M

Miżura 5

EUR 4,7 M

Miżura 6

EUR 1,5 M

Miżura 7

EUR 0,3 M

Total

EUR 19,2 -il M

(121)

Kif ippreżentat fit-tabella stabbilita fil-premessa (120), il-miżuri relatati mal-kapaċità jiġġustifikaw eċċess ta’ EUR 19,2-il M (f’EUR 2017) fl-isfond tax-xejriet tad-DUC għall-Unjoni kollha. Dak l-eċċess huwa akbar mid-devjazzjoni stmata mix-xejra tad-DUC għall-Unjoni kollha tal-RP3, li tammonta għal EUR 8,2 M (f’EUR 2017), iżda huwa iżgħar mid-devjazzjoni stmata ta’ EUR 43,7 M (f’EUR 2017) mix-xejra tad-DUC fit-tul għall-Unjoni kollha. Għalhekk, il-Belġju u l-Lussemburgu għad għandhom diskrepanza mhux ġustifikata ta’ EUR 24,5 M (f’EUR 2017) fl-isfond tax-xejra tad-DUC fit-tul għall-Unjoni kollha.

(122)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(i) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 ma huwiex issodisfat fir-rigward tal-Belġju u tal-Lussemburgu.

(123)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-Belġju u l-Lussemburgu ma ppreżentaw l-ebda miżura ta’ ristrutturar fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni li tiġġustifika devjazzjoni mix-xejra tad-DUC għall-Unjoni kollha jew mix-xejra tad-DUC fit-tul għall-Unjoni kollha skont il-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(ii) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

Konklużjoni dwar il-valutazzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni riveduti

(124)

Fid-dawl tal-valutazzjoni stabbilita fil-premessi (22) sa (123), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għaż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu huma inkonsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha.

IS-SEJBIET MIR-RIEŻAMI TAL-MIRI TA’ PRESTAZZJONI RIVEDUTI MWETTAQ F’KONFORMITÀ MAL-PUNT 2 TAL-ANNESS IV TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2019/317

Miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza tat-terminal riveduti — il-punt 2.1(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317

(125)

Fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/728, il-Kummissjoni qajmet tħassib dwar il-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza tat-terminal proposti mill-Belġju fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni. Dawk il-miri tal-kosteffiċjenza japplikaw biss fir-rigward tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal provduti fl-ajruport ta’ Brussell. F’dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-Belġju jenħtieġ li kellu jiġġustifika aktar dawk il-miri jew jirrevedihom ’l isfel.

(126)

Il-Kummissjoni tinnota li l-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni fih miri ta’ prestazzjoni mtejba tal-kosteffiċjenza tat-terminal għall-Belġju fir-rigward tas-snin kalendarji mill-2022 sal-2024, inkluż tnaqqis tal-kostijiet determinati f’termini reali għal dawk is-snin kalendarji. Il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC tat-terminal ta’ +4,5 % matul l-RP3 għadha ogħla mix-xejra tad-DUC en route ta’ +1,9 % matul l-RP3 u ogħla mix-xejra attwali tad-DUC tat-terminal ta’ +0,5 % osservata matul l-RP2. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li d-DUC għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal fl-ajruport ta’ Brussell għadu ogħla, b’marġni sinifikanti stmat ta’ 55 %, mid-DUC tat-terminal medjan tal-grupp komparatur rilevanti ta’ ajruporti tiegħu.

(127)

Fid-dawl tal-valutazzjoni stabbilita fil-premessi (125) u (126), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miri riveduti tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza tat-terminal proposti mill-Belġju għadhom jagħtu lok għal tħassib. Għalhekk, il-Kummissjoni ttenni l-fehma tagħha, kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/728, li l-Belġju jenħtieġ li jipprovdi ġustifikazzjonijiet adegwati għal dawk il-miri jew jirrevedihom ’l isfel.

Skemi ta’ inċentivi għall-ilħuq tal-miri ta’ prestazzjoni tal-kapaċità — il-punt 2.1(f) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317

(128)

Fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/728, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Belġju u l-Lussemburgu kellhom jirrevedu l-iskemi ta’ inċentivi tagħhom biex jintlaħqu miri tal-kapaċità en route u tat-terminal b’tali mod li l-iżvantaġġ finanzjarju massimu li jirriżulta minn dawk l-iskemi ta’ inċentivi jiġi stabbilit f’livell li jkollu impatt materjali fuq id-dħul f’riskju. Il-Kummissjoni tinnota li l-Belġju u l-Lussemburgu ma għamlu l-ebda tibdil f’dawk l-iskemi ta’ inċentivi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni.

(129)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskemi ta’ inċentivi stabbiliti mill-Belġju u mil-Lussemburgu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni jkomplu jagħtu lok għal tħassib. Għalhekk, il-Kummissjoni ttenni l-fehma tagħha li l-Belġju u l-Lussemburgu jenħtieġ li jirrevedu l-iskemi ta’ inċentivi tagħhom għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità en route u tat-terminal sabiex l-iżvantaġġi finanzjarji massimi li jirriżultaw minn dawk l-iskemi ta’ inċentivi jiġu stabbiliti f’livell li jkollu impatt materjali fuq id-dħul f’riskju, kif meħtieġ mill-Artikolu 11(3), il-punt (a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-iskema riveduta ta’ inċentivi jenħtieġ li twassal għal żvantaġġ finanzjarju massimu daqs jew ogħla minn 1 % tal-kostijiet determinati.

KONKLUŻJONIJIET

(130)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Belġju u l-Lussemburgu jenħtieġ li jieħdu miżuri korrettivi skont it-tifsira tal-Artikolu 11(3), il-punt (c), it-tielet paragrafu, tar-Regolament (UE) Nru 549/2004. Dawk il-miżuri korrettivi jenħtieġ li jippermettu lill-Belġju u lil-Lussemburgu jiksbu konsistenza mal-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha għall-RP3 li jikkorrispondu, abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni stabbilita f’din id-Deċiżjoni, għal tnaqqis tal-kostijiet determinati għaż-żona tal-imposti en route tal-Belġju u tal-Lussemburgu b’EUR 24,5 M, espressi f’termini reali fil-prezzijiet tal-2017.

(131)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Belġju beħsiebu jwettaq rieżami tal-konformità tal-prestazzjoni ta’ skeyes u tal-MUAC, li fih stieden lis-servizzi tal-Kummissjoni biex jieħdu sehem bħala osservaturi. Il-Kummissjoni tifhem li r-rieżami tal-konformità se jappoġġa t-tħejjija mill-Belġju ta’ abbozz ta’ pjan ta’ prestazzjoni finali, li jenħtieġ li jqis il-miżuri korrettivi. Jekk dan ir-rieżami tal-konformità jipproduċi evidenza ġdida, il-Kummissjoni beħsiebha tqis dik l-evidenza l-ġdida.

(132)

Ċerti miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu mill-Belġju u mil-Lussemburgu f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni jistgħu ma jwasslux għall-effetti sħaħ tagħhom fl-RP3, minħabba n-natura tagħhom. Madankollu, il-Belġju u l-Lussemburgu xorta jenħtieġ li jibdew jimplimentawhom fl-RP3, abbażi ta’ impenji vinkolanti li għandhom jiġu stabbiliti bħala parti mill-abbozz tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni finali tagħhom, anke jekk dawk il-miżuri jiġġeneraw titjib fil-kosteffiċjenza fil-perjodu ta’ referenza li jmiss.

(133)

Il-miżuri korrettivi jenħtieġ li jiġu stabbiliti bħala parti mill-abbozz tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni finali li għandu jiġi preżentat lill-Kummissjoni fi żmien 3 xhur mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, f’konformità mal-Artikolu 15(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Dawk l-abbozzi ta’ pjanijiet ta’ prestazzjoni finali jenħtieġ li jiġu adottati individwalment, fil-livell nazzjonali, mill-Belġju u mil-Lussemburgu, minħabba li l-attivitajiet tal-iffissar tal-miri ta’ prestazzjoni fil-livell tal-FABEC ma tkomplewx bħala riżultat tal-irtirar ta’ Franza, tal-Ġermanja u tan-Netherlands mill-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC, kif spjegat fil-premessa (6).

(134)

Fid-dawl tas-sejbiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, il-Belġju u l-Lussemburgu jenħtieġ li, b’mod partikolari, jindirizzaw b’mod xieraq il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

Applikazzjoni skorretta tad-dispożizzjonijiet legali rispettivi li jirregolaw il-kondiviżjoni tar-riskju tat-traffiku, il-kondiviżjoni tar-riskju tal-kostijiet u l-iskemi ta’ inċentivi fir-rigward tal-MUAC, imsemmija fil-premessi (46) u (47);

(b)

Verifika mitluba mill-ASN li l-kostijiet mitluba fl-RP2 għall-investimenti kanċellati u mdewma f’assi fissi ma humiex debitati darbtejn lill-utenti tal-ispazju tal-ajru f’każ li dawk l-investimenti jimmaterjalizzaw fi stadju aktar tard, kif imsemmi fil-premessi (48) u (49);

(c)

Arranġamenti ta’ finanzjament mhux korretti għall-kostijiet imġarrba għal servizzi provduti f’żoni transfruntiera, imsemmija fil-premessi (56) sa (62);

(d)

Allokazzjoni skorretta tal-kostijiet tal-approċċ bejn is-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u tat-terminal fir-rigward ta’ skeyes, imsemmija fil-premessi (63) sa (67);

(e)

In-nuqqas ta’ ġustifikazzjonijiet adegwati għall-miri eċċessivi tal-kosteffiċjenza tat-terminal tal-Belġju, imsemmija fil-premessi (125), (126) u (127);

(f)

Livell skorrett tal-iżvantaġġi finanzjarji massimi fl-iskemi ta’ inċentivi tal-Belġju u tal-Lussemburgu li jappoġġaw l-ilħuq ta’ miri tal-kapaċità en route u tat-terminal, imsemmija fil-premessi (128) u (129).

(135)

Il-Kumitat dwar l-Ajru Uniku ma tax opinjoni. Att ta’ implimentazzjoni tqies bħala neċessarju u l-president issottometta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni lill-kumitat tal-appell għal aktar deliberazzjoni. Il-kumitat tal-appell ma tax opinjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

(1)   Il-Belġju u l-Lussemburgu għandhom jiddefinixxu u jikkomunikaw lill-Kummissjoni miżuri korrettivi mfassla biex tinkiseb il-konsistenza tal-miri nazzjonali tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza mal-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha għat-tielet perjodu ta’ referenza fi żmien 3 xhur mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(2)   Il-Belġju u l-Lussemburgu għandhom jibdew japplikaw dawk il-miżuri korrettivi fir-rigward ta’ skeyes u ċ-Ċentru ta’ Kontroll taż-Żona ta’ Fuq ta’ Maastricht (“MUAC”) fl-RP3. Dawk il-miżuri għandhom jirriżultaw fit-tnaqqis tal-kostijiet determinati għaż-żona tal-imposti en route ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu b’ammont li jwassal għall-konsistenza tal-miri nazzjonali ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza mal-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha. Dak l-ammont se jiġi determinat b’mod aktar preċiż mill-Belġju u mil-Lussemburgu abbażi tar-riżultati tar-rieżami tal-konformità msemmi fil-premessa (131) ta’ din id-Deċiżjoni u rieżaminat mill-Kummissjoni bħala parti mill-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 15(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317, filwaqt li titqies l-evidenza li tirriżulta minn dak ir-rieżami tal-konformità. Il-miżuri korrettivi għandhom iwasslu għat-tnaqqis tal-kostijiet operatorji kemm ta’ skeyes kif ukoll tal-MUAC.

(3)   Fid-definizzjoni tal-miżuri korrettivi, il-Belġju u l-Lussemburgu jistgħu jqisu wkoll il-miżuri addizzjonali proposti stabbiliti fl-Anness.

(4)   Il-Belġju u l-Lussemburgu għandhom jinkludu informazzjoni fil-pjanijiet ta’ prestazzjoni rispettivi tagħhom li turi li skeyes u l-MUAC se jimplimentaw b’mod effettiv il-miżuri korrettivi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju u lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Adina-Ioana VĂLEAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1627 tat-3 ta’ Novembru 2020 dwar miżuri eċċezzjonali għat-tielet perjodu ta’ referenza (2020-2024) tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti tal-ajru uniku Ewropew minħabba l-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 366, 4.11.2020, p. 7).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/891 tat-2 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni riveduti għall-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu referenzjarju (2020-2024) u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/903 (ĠU L 195, 3.6.2021, p. 3).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/728 tat-13 ta’ April 2022 dwar l-inkonsistenza ta’ ċerti miri tal-prestazzjoni li jinsabu fl-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni tal-blokok ta’ spazju tal-ajru nazzjonali u funzjonali preżentati mill-Belġju, mill-Ġermanja, mill-Greċja, minn Franza, minn Ċipru, mil-Latvja, mil-Lussemburgu, minn Malta, min-Netherlands, mir-Rumanija, u mill-Iżvezja skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju u li tistabbilixxi rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta’ dawk il-miri (ĠU L 135, 12.5.2022, p. 4).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/780 tat-13 ta’ April 2022 dwar l-inkonsistenza ta’ ċerti miri tal-prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz ta’ pjan tal-prestazzjoni ta’ blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali sottomess mill-Iżvizzera skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni tal-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju u li tistabbilixxi rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta’ dawk il-miri (ĠU L 139, 18.5.2022, p. 218).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2255 tal-24 ta’ Ottubru 2022 dwar il-bidu tal-eżami dettaljat ta’ ċerti miri ta’ prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni għat-tielet perjodu ta’ referenza sottomess fil-livell tal-blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali mill-Belġju, mill-Ġermanja, minn Franza, mil-Lussemburgu, u min-Netherlands skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 297, 17.11.2022, p. 71).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/176 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni preżentat minn Franza skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju (ĠU L 25, 27.1.2023, p. 70).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/177 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni preżentat mill-Ġermanja skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju (ĠU L 25, 27.1.2023, p. 79).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/179 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni preżentat min-Netherlands skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju (ĠU L 25, 27.1.2023, p. 95).

(11)  Rata komposta ta’ tkabbir annwali (CAGR).

(12)  Rata komposta ta’ tkabbir annwali (CAGR).

(13)  Il-kostijiet imġarrba mill-Belġju u mil-Lussemburgu fir-rigward tal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Eurocontrol dwar il-kooperazzjoni għas-sikurezza tan-navigazzjoni bl-ajru tat-13 ta’ Diċembru 1960 (kif emendata l-aħħar) huma inklużi fil-kostijiet tal-ASN.

(14)  “Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru fin-Netherlands” (LVNL).

(15)  Kif stabbilit fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/891.

(16)  Il-kostijiet unitarji ta’ skeyes u tal-LVNL it-tnejn jeskludu l-unitajiet tas-servizzi attribwibbli għall-MUAC fiż-żoni tal-imposti rispettivi tagħhom. Il-kostijiet unitarji għal skeyes u l-LVNL ikopru s-servizzi kollha tan-navigazzjoni bl-ajru en route, inklużi s-servizzi meteoroloġiċi (MET) li fin-Netherlands huma provduti minn fornitur tal-MET separat mil-LVNL.

(17)  Id-Digriet Irjali tat-23 ta’ April 2017.

(18)  Ftehim relatat mal-Forniment u l-Operat ta’ Servizzi u Faċilitajiet tat-Traffiku tal-Ajru mill-EUROCONTROL fiċ-Ċentru ta’ Kontroll taż-Żona ta’ Maastricht, iffirmat fil-25 ta’ Novembru 1986.

(19)  L-operazzjonijiet tal-MUAC huma maqsuma fi tliet gruppi settorjali, jiġifieri l-“grupp tas-settur ta’ Brussell”, il-“grupp tas-settur tad-DECO” u l-“grupp tas-settur ta’ Hannover”.

(20)  Ikkalkolat abbażi tal-valur ta’ referenza tal-2014.

(21)  Il-premessa 22 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10).

(22)  Abbażi tas-suppożizzjonijiet tat-traffiku li jinsabu fit-tbassir bażi tat-traffiku ta’ STATFOR tal-Eurocontrol ta’ Ottubru 2021.

(23)  Ammont li jirrifletti s-sehem tal-kostijiet tal-Miżura 1 li nstab mill-Kummissjoni li kien meħtieġ u proporzjonat għall-ilħuq tal-miri lokali tal-prestazzjoni tal-kapaċità, f’konformità mas-sejbiet stabbiliti fil-premessa (82).

(24)  Ammont li jirrifletti s-sehem tal-kostijiet tal-Miżura 2 li nstab mill-Kummissjoni li kien meħtieġ u proporzjonat għall-ilħuq tal-miri lokali tal-prestazzjoni tal-kapaċità, f’konformità mas-sejbiet stabbiliti fil-premessa (90).


ANNESS

MIŻURI ADDIZZJONALI PROPOSTI

Il-Belġju u l-Lussemburgu jistgħu jieħdu l-miżuri li ġejjin sabiex jirrimedjaw l-inkonsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għaż-żona tal-imposti bejn il-Belġju u l-Lussemburgu mal-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza mal-Unjoni kollha:

(1)

jemendaw ir-reġim ta’ disponibbiltà funzjonali tad-DISPO applikat fil-Belġju, bil-ħsieb li jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq il-bażi tal-kost taż-żona tal-imposti bejn il-Belġju u l-Lussemburgu;

(2)

jirrinunzjaw ir-redditu fuq l-ekwità ta’ skeyes li huwa ppjanat li jiġi impost bħala parti mill-kost tal-kapital;

(3)

jirrimborżaw lill-utenti tal-ispazju tal-ajru, permezz ta’ tnaqqis eċċezzjonali fil-kostijiet, kwalunkwe surplus mis-sena 2022 li jirriżulta mill-mekkaniżmu tal-kondiviżjoni tar-riskju tat-traffiku jew mid-differenza bejn il-kostijiet iddeterminati u reali.


30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/139


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1337

tat-22 ta’ Ġunju 2023

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2023) 4335)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

L-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli (HPAI) hija marda virali infettiva tal-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u tfixkil fl-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji, li mbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi hija theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-istabbilimenti fejn jinżamm il-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex fi stabbilimenti oħra fejn jinżamm il-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li huwa trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. F’dak ir-Regolament, l-HPAI tidħol fid-definizzjoni ta’ marda elenkata, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż il-miżuri għall-kontroll tal-mard tal-HPAI.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 (3) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429, u tistabbilixxi l-miżuri ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni b’rabta mat-tifqigħat tal-HPAI.

(4)

B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn stabbiliti mill-Istati Membri wara t-tifqigħat tal-HPAI, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, għandhom jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(5)

Dan l-aħħar, l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 ġie emendat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1175 (4) wara t-tifqigħat tal-HPAI fil-pollam jew fl-għasafar miżmuma fil-magħluq fi Franza li kienu jeħtieġu li jiġu riflessi f’dak l-Anness.

(6)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1175, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI fi stabbiliment li kien iżomm l-għasafar miżmuma fil-magħluq, li jinsab fir-reġjun amministrattiv ta’ Occitanie.

(7)

L-awtorità kompetenti ta’ Franza ħadet il-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fosthom l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar din it-tifqigħa.

(8)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri għall-kontroll tal-mard li ttieħdu minn Franza b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru, u tinsab sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fi Franza stabbiliti mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbilimenti fejn ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-HPAI.

(9)

Biex ikun evitat kwalunkwe tfixkil għall-kummerċ bla bżonn fl-Unjoni u tkun evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ issir deskrizzjoni mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni ma’ Franza, taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dak l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(10)

Għaldaqstant jenħtieġ li jiġu emendati ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza elenkati għal Franza fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641.

(11)

Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni ħalli jitqiesu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti kif xieraq minn Franza, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u d-durata tal-miżuri applikabbli fihom.

(12)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 tiġi emendata skont dan.

(13)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni rigward it-tixrid tal-HPAI, huwa importanti li l-emendi li għandhom isiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 b’din id-Deċiżjoni, isiru effettivi kemm jista’ jkun malajr.

(14)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 tas-16 ta’ April 2021 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 134, 20.4.2021, p. 166).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1175 tat-12 ta’ Ġunju 2023 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 155, 16.6.2023, p. 36).


ANNESS

“ANNESS

Parti A

Iż-żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikoli 1 u 2:

Stat Membru: Franza

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Dipartiment: Gers (32)

FR-HPAI(P)-2023-00065

FR-HPAI(P)-2023-00068

FR-HPAI(P)-2023-00069

FR-HPAI(P)-2023-00070

FR-HPAI(P)-2023-00066

FR-HPAI(P)-2023-00071

FR-HPAI(P)-2023-00072

FR-HPAI(P)-2023-00073

FR-HPAI(P)-2023-00074

FR-HPAI(P)-2023-00075

FR-HPAI(P)-2023-00076

FR-HPAI(P)-2023-00077

FR-HPAI(P)-2023-00078

FR-HPAI(P)-2023-00079

FR-HPAI(P)-2023-00080

FR-HPAI(P)-2023-00081

FR-HPAI(P)-2023-00085

FR-HPAI(P)-2023-00088

FR-HPAI(P)-2023-00090

FR-HPAI(P)-2023-00092

FR-HPAI(P)-2023-00093

FR-HPAI(P)-2023-00094

FR-HPAI(P)-2023-00095

FR-HPAI(P)-2023-00096

FR-HPAI(P)-2023-00100

FR-HPAI(P)-2023-00101

FR-HPAI(P)-2023-00102

FR-HPAI(P)-2023-00103

FR-HPAI(P)-2023-00104

FR-HPAI(P)-2023-00105

FR-HPAI(P)-2023-00106

FR-HPAI(P)-2023-00107

FR-HPAI(P)-2023-00108

FR-HPAI(P)-2023-00109

FR-HPAI(P)-2023-00110

FR-HPAI(P)-2023-00111

FR-HPAI(P)-2023-00112

FR-HPAI(P)-2023-00113

FR-HPAI(P)-2023-00114

FR-HPAI(P)-2023-00115

FR-HPAI(P)-2023-00116

FR-HPAI(P)-2023-00122

FR-HPAI(P)-2023-00123

FR-HPAI(P)-2023-00124

FR-HPAI(P)-2023-00127

FR-HPAI(P)-2023-00128

FR-HPAI(P)-2023-00130

FR-HPAI(P)-2023-00132

FR-HPAI(P)-2023-00133

FR-HPAI(P)-2023-00134

FR-HPAI(P)-2023-00139

FR-HPAI(P)-2023-00141

FR-HPAI(P)-2023-00140

FR-HPAI(P)-2023-00144

FR-HPAI(P)-2023-00145

FR-HPAI(P)-2023-00146

FR-HPAI(P)-2023-00149

FR-HPAI(NON-P)-2023-00376

AIGNAN

ARBLADE-LE-BAS

ARBLADE-LE-HAUT

AURENSAN

AVERON-BERGELLE

AYZIEU

BARCELONNE-DU-GERS

BASCOUS

BEAUMARCHES

BELMONT

BERNEDE

BETOUS

BOURROUILLAN

BOUZON-GELLENAVE

CAHUZAC-SUR-ADOUR

CAMPAGNE-D’ARMAGNAC

CASTELNAU-D’ANGLES

CASTELNAVET

CASTILLON-DEBATS

CAUMONT

CAUPENNE-D’ARMAGNAC

CAZAUBON

CORNEILLAN

COULOUME-MONDEBAT

COURTIES

CRAVENCERES

DEMU

EAUZE

ESCLASSAN-LABASTIDE

ESPAS

ESTANG

FUSTEROUAU

GEE-RIVIERE

IZOTGES

JUILLAC

LABARTHE

LABARTHETE

LADEVEZE-RIVIERE

LAGARDE-HACHAN

LANNE-SOUBIRAN

LANNUX

LAREE

LASSERADE

LAUJUZAN

LE HOUGA

LELIN-LAPUJOLLE

LIAS-D’ARMAGNAC

LOUBEDAT

LOURTIES-MONBRUN

LOUSSOUS-DEBAT

LUPIAC

LUPPE-VIOLLES

MAGNAN

MANCIET

MARGOUET-MEYMES

MARGUESTAU

MASSEUBE

MAULEON-D’ARMAGNAC

MAULICHERES

MAUPAS

MONCLAR

MONLEZUN-D’ARMAGNAC

MONTAUT

MONTESQUIOU

MORMES

NOGARO

PANJAS

PERCHEDE

PEYRUSSE-GRANDE

PEYRUSSE-VIEILLE

POUY-LOUBRIN

POUYDRAGUIN

PRENERON

REANS

RIGUEPEU

RISCLE

SABAZAN

SAINT-ARAILLES

SAINT-ARROMAN

SAINT-AUNIX-LENGROS

SAINT-ELIX-THEUX

SAINT-GERME

SAINT-GRIEDE

SAINT-MARTIN-D’ARMAGNAC

SAINT-MICHEL

SAINT-MONT

SAINT-OST

SAINT-PIERRE-D’AUBEZIES

SAINTE-AURENCE-CAZAUX

SAINTE-CHRISTIE-D’ARMAGNAC

SALLES-D’ARMAGNAC

SARRAGACHIES

SAUVIAC

SEAILLES

SEGOS

SION

SORBETS

TARSAC

TASQUE

TERMES-D’ARMAGNAC

TOUJOUSE

TOURDUN

URGOSSE

VERGOIGNAN

VERLUS

VIC-FEZENSAC

VIELLA

VIOZAN

“AUJAN-MOURNEDE

ZP à l’ouest de route entre “ Le Rentier ” et “ Le Sage ”

ZS à l’est de cette même route”

5.7.2023

Dipartiment: Landes (40)

FR-HPAI(P)-2023-00067

FR-HPAI(P)-2023-00082

FR-HPAI(P)-2023-00083

FR-HPAI(P)-2023-00084

FR-HPAI(P)-2023-00089

FR-HPAI(P)-2023-00091

FR-HPAI(P)-2023-00097

FR-HPAI(P)-2023-00098

FR-HPAI(P)-2023-00099

FR-HPAI(P)-2023-00117

FR-HPAI(P)-2023-00118

FR-HPAI(P)-2023-00119

FR-HPAI(P)-2023-00120

FR-HPAI(P)-2023-00121

FR-HPAI(P)-2023-00125

FR-HPAI(P)-2023-00126

FR-HPAI(P)-2023-00129

FR-HPAI(P)-2023-00131

FR-HPAI(P)-2023-00136

FR-HPAI(P)-2023-00137

FR-HPAI(P)-2023-00138

FR-HPAI(P)-2023-00142

FR-HPAI(P)-2023-00143

FR-HPAI(P)-2023-00148

Aire-sur-l’Adour

Arboucave

Artassenx

Bahus-Soubiran

Bascons

Bats

Benquet

Bordères-et-Lamensans

Bourdalat

Bretagne-de-Marsan

Buanes

Castandet

Castelnau-Tursan

Cazères-sur-l’Adour

Classun

Clèdes

Duhort-Bachen

Eugénie-les-Bains

Fargues

Geaune

Grenade-sur-l’Adour

Hontanx

Labastide-d’Armagnac

Lacajunte

Lagrange

Larrivière-Saint-Savin

Latrille

Lussagnet

Mauries

Maurrin

Mauvezin-d’Armagnac

Miramont-Sensacq

Montgaillard

Montsoué

Payros-Cazautets

Pécorade

Philondenx

Pimbo

Puyol-Cazalet

Renung

Saint-Agnet

Saint-Gein

Saint-Loubouer

Saint-Maurice-sur-Adour

Saint-Sever (Est D933.S)

Samadet

Sarron

Sorbets

Urgons

Vielle-Tursan

Le Vignau

22.6.2023

Dipartiment: Hautes-Pyrénées (65)

FR-HPAI(P)-2023-00147

ARIES-ESPENAN

BETBEZE

DEVEZE

LALANNE

MONLEON-MAGNOAC

POUY

SARIAC-MAGNOAC

THERMES-MAGNOAC

VILLEMUR

22.6.2023

Parti B

Żoni tas-sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikoli 1 u 3:

Stat Membru: Il-Ġermanja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

BAYERN

DE-HPAI (P)-2023-00026

Landkreis Regensburg

Betroffen sind folgende Gemeinden bzw. Teile der

Gemeinden:

Gemeinde Bernhardswald, Ortsteile Adlmannstein, Bernhardswald, Darmannsdorf, Dingstetten, Elendbaumgarten, Erlbach, Gerstenhof, Hackenberg, Hauzendorf, Hinterappendorf, Högelstein, Kreuth, Kürn, Lehen, Lohhof, Oberharm, Oberhohenroith, Oberlipplgütl, Ödenhof, Pettenreuth, Pillmannsberg, Plitting, Rothenhofstatt, Schneckenreuth, Seibersdorf, Thalhof, Thonseigen, Unterbraunstuben, Unterlipplgütl, Weg, Wolfersdorf

Gemeinde Holzheim, Ortsteile Trischlberg, Traidenloh, Haslach, Ödenholz, Bubach

Gemeinde Lappersdorf, Ortsteile Baiern, Benhof, Einhausen, Geiersberg, Hainsacker, Kaulhausen, Lorenzen, Pielmühle, Schwaighausen, Unterkaulhausen

Markt Regenstauf, Ortsteile Asing, Birkenzant, Breitwies, Brennthal, Buchenlohe, Danersdorf, Drackenstein, Edlhausen, Eitlbrunn, Ellmau, Ferneichlberg, Forstberg, Gfangen, Glapfenberg, Grafenwinn, Grub, Hirschling, Irlbründl, Kerm, Kirchberg, Kleeberg, Kürnberg, Lindach, Mettenbach, Neuried, Oberhaslach, Oberhub, Preßgrund, Regenstauf, Reiterberg, Richterskeller, Schönleiten, Steinsberg

Gemeinde Wenzenbach, Ortsteile Abbachhof, Birkenhof, Birkenhof, Brunnhöfl, Fußenberg, Gonnersdorf, Grafenhofen, Grünthal, Irlbach, Jägerberg, Lehen, Probstberg, Roith, Schnaitterhof, Thanhausen, Zeitlhof, Ziegenhof

Gemeinde Zeitlarn, Ortsteile Laub, Neuhof, Ödenthal, Pentlhof, Regendorf, Zeitlarn

29.6.2023

Landkreis Regensburg

Markt Regenstauf, Ortsteile Wöhrhof, Diesenbach, Karlstein, Kleinramspau, Steinsberg, Fidelhof, Fronau, Hagenau, Schneitweg, Medersbach, Regenstauf, Stadel, Ramspau, Münchsried, Kleeberg

21.6.2023 - 29.6.2023

Landkreis Schwandorf

Stadt Nittenau

Ortsteile: Berglarn, Dürrmaul, Geiseck, Gunt, Hadriwa, Hammerhäng, Harthöfl, Hengersbach, Hinterberg, Hof A. Regen, Hofer Mühle, Kaaghof, Ödgarten (bei Stefling), Roneck, Rumelsölden, Schönberg (bei Sankt Martin), Steinhof (bei Sankt Martin), Untermainsbach, Vorderkohlstetten, Weinting, Wetzlgütl, Wetzlhof, Dobl, Eckartsreuth, Elendhof bei Pettenreuth, Eschlbach bei Grafenwinn, Höflarn, Knollenhof, Sankt Martin, Schwarzenberg, Steinmühl, Straßhof, Überfuhr am Regen, Weißenhof, Stefling, Hinterkohlstetten

Stadt Burglengenfeld

Ortsteile: Augustenhof, Burglengenfeld, Greinhof, Karlsberg, Wölland.

Stadt Maxhütte-Haidhof

Ortsteil: Almenhöhe, Berghof, Binkenhof, Birkenhöhe, Birkenzell, Blattenhof, Brunnheim, Deglhof, Eichelberg, Engelbrunn, Harberhof, Haugshöhe, Ibenthann, Katzheim, Kreilnberg, Lehenhaus, Lintermühle, Meßnerskreith, Neukappl, Pfaltermühle, Pirkensee, Rappenbügl, Roßbach, Stadlhof, Steinhof, Strieglhof, Verau, Winkerling, Ziegelhütte, Rohrhof, Almenhof, Fürsthof, Haidhof, Kappl, Leonberg, Ponholz, Roding, Schwarzhof, Roßbergeröd, Maxhütte

Stadt Teublitz

Ortsteile: Kuntsdorf, Saltendorf, Teublitz

29.6.2023

Landkreis Schwandorf

3 km Radius um den Ausbruchsbetrieb (Koordinaten UTM 32: 32728906/5447575).

Betroffen sind:

Stadt Maxhütte-Haidhof

Ortsteile: Waldgebiete

21.6.2023 - 29.6.2023

Stadt Regensburg

Betroffen ist die Stadt Regensburg mit den Ortsteilen Haslbach, Ödenthal sowie Teile von Sallern-Gallingkofen und Wutzelhofen.

Beginnend bei Schnittstelle B16 Richtung Cham mit östlichem Regenufer- Dem südl. Rand der B16 folgend bis zur Unterführung „Am Mühlberg“- Der Straße „Am Mühlberg“ Richtung Süden folgend bis zur Kreuzung mit „Chamer Str.“- Chamer Str. folgend Richtung Osten bis auf Höhe Grundstück „Wutzlhofen 4“- Abkickend der Straße „Wutzelhofen“ in süd-östl. Richtung folgend bis Bahndamm- Dem Bahndamm in südl- Richtung folgend bis auf Höhe nördl..Kante Sportplatz „BSC Regensburg“- Dem am nördl. Sportplatzrand verlaufenden Feldweg folgend bis zum östl. Waldrand des „Schwarzholz“- Dem Weg weiter Richtung Norden folgend bis zur Stadtgrenze- Von hier der Stadtgrenze entgegen des Uhrzeigersinnes folgend bis zur Schnittstelle B16 und Regen.

29.6.2023

Stat Membru: Franza

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Département: Gers (32)

FR-HPAI(P)-2023-00065

FR-HPAI(P)-2023-00068

FR-HPAI(P)-2023-00069

FR-HPAI(P)-2023-00070

FR-HPAI(P)-2023-00066

FR-HPAI(P)-2023-00071

FR-HPAI(P)-2023-00072

FR-HPAI(P)-2023-00073

FR-HPAI(P)-2023-00074

FR-HPAI(P)-2023-00075

FR-HPAI(P)-2023-00076

FR-HPAI(P)-2023-00077

FR-HPAI(P)-2023-00078

FR-HPAI(P)-2023-00079

FR-HPAI(P)-2023-00080

FR-HPAI(P)-2023-00081

FR-HPAI(P)-2023-00085

FR-HPAI(P)-2023-00088

FR-HPAI(P)-2023-00090

FR-HPAI(P)-2023-00092

FR-HPAI(P)-2023-00093

FR-HPAI(P)-2023-00094

FR-HPAI(P)-2023-00095

FR-HPAI(P)-2023-00096

FR-HPAI(P)-2023-00100

FR-HPAI(P)-2023-00101

FR-HPAI(P)-2023-00102

FR-HPAI(P)-2023-00103

FR-HPAI(P)-2023-00104

FR-HPAI(P)-2023-00105

FR-HPAI(P)-2023-00106

FR-HPAI(P)-2023-00107

FR-HPAI(P)-2023-00108

FR-HPAI(P)-2023-00109

FR-HPAI(P)-2023-00110

FR-HPAI(P)-2023-00111

FR-HPAI(P)-2023-00112

FR-HPAI(P)-2023-00113

FR-HPAI(P)-2023-00114

FR-HPAI(P)-2023-00115

FR-HPAI(P)-2023-00116

FR-HPAI(P)-2023-00122

FR-HPAI(P)-2023-00123

FR-HPAI(P)-2023-00124

FR-HPAI(P)-2023-00127

FR-HPAI(P)-2023-00128

FR-HPAI(P)-2023-00130

FR-HPAI(P)-2023-00132

FR-HPAI(P)-2023-00133

FR-HPAI(P)-2023-00134

FR-HPAI(P)-2023-00139

FR-HPAI(P)-2023-00141

FR-HPAI(P)-2023-00140

FR-HPAI(P)-2023-00144

FR-HPAI(P)-2023-00145

FR-HPAI(P)-2023-00146

FR-HPAI(P)-2023-00149

FR-HPAI(NON-P)-2023-00376

“AUJAN-MOURNEDE

ZP à l’ouest de route entre “ Le Rentier ” et “ Le Sage ”

ZS à l’est de cette même route”

“SAINT-BLANCARD

ZS à l’Ouest des routes D 139 et D576

ZRS à l’Est”

ARMENTIEUX

ARMOUS-ET-CAU

ARROUEDE

AUSSOS

BARCUGNAN

BARRAN

BARS

BASSOUES

BAZIAN

BAZUGUES

BELLEGARDE

BELLOC-SAINT-CLAMENS

BERDOUES

BETCAVE-AGUIN

BEZOLLES

BEZUES-BAJON

BIRAN

BRETAGNE-D’ARMAGNAC

CABAS-LOUMASSES

CAILLAVET

CALLIAN

CANNET

CASTELNAU D’AUZAN LABARRÈRE

CASTEX-D’ARMAGNAC

CAZAUX-D’ANGLES

CAZENEUVE

CHELAN

CLERMONT-POUYGUILLES

COURRENSAN

CUELAS

DUFFORT

DURBAN

ESTIPOUY

GALIAX

GAZAX-ET-BACCARISSE

GONDRIN

GOUX

IDRAC-RESPAILLES

JU-BELLOC

JUSTIAN

L’ISLE-DE-NOE

LABEJAN

LADEVEZE-VILLE

LAGRAULET-DU-GERS

LALANNE-ARQUE

LAMAGUERE

LANNEMAIGNAN

LANNEPAX

LAVERAET

LE BROUILH-MONBERT

LOUBERSAN

LOUSLITGES

MANAS-BASTANOUS

MANENT-MONTANE

MARAMBAT

MARCIAC

MASCARAS

MAUMUSSON-LAGUIAN

MEILHAN

MIRANDE

MIRANNES

MONCASSIN

MONCLAR-SUR-LOSSE

MONCORNEIL-GRAZAN

MONFERRAN-PLAVES

MONGUILHEM

MONLAUR-BERNET

MONLEZUN

MONT-D’ASTARAC

MONT-DE-MARRAST

MONTIES

MOUCHES

MOUREDE

NOULENS

ORNEZAN

PANASSAC

PLAISANCE

PONSAMPERE

PONSAN-SOUBIRAN

POUYLEBON

PRECHAC-SUR-ADOUR

PROJAN

RAMOUZENS

RICOURT

ROQUEBRUNE

ROQUES

ROZES

SADEILLAN

SAINT-CHRISTAUD

SAINT-JEAN-POUTGE

SAINT-JUSTIN

SAINT-MARTIN

SAINT-MEDARD

SAINT-PAUL-DE-BAISE

SAINTE-DODE

SAMARAN

SARRAGUZAN

SCIEURAC-ET-FLOURES

SEISSAN

SERE

TACHOIRES

TIESTE-URAGNOUX

TUDELLE

21.7.2023

AIGNAN

ARBLADE-LE-BAS

ARBLADE-LE-HAUT

AURENSAN

AVERON-BERGELLE

AYZIEU

BARCELONNE-DU-GERS

BASCOUS

BEAUMARCHES

BELMONT

BERNEDE

BETOUS

BOURROUILLAN

BOUZON-GELLENAVE

CAHUZAC-SUR-ADOUR

CAMPAGNE-D’ARMAGNAC

CASTELNAU-D’ANGLES

CASTELNAVET

CASTILLON-DEBATS

CAUMONT

CAUPENNE-D’ARMAGNAC

CAZAUBON

CORNEILLAN

COULOUME-MONDEBAT

COURTIES

CRAVENCERES

DEMU

EAUZE

ESCLASSAN-LABASTIDE

ESPAS

ESTANG

FUSTEROUAU

GEE-RIVIERE

IZOTGES

JUILLAC

LABARTHE

LABARTHETE

LADEVEZE-RIVIERE

LAGARDE-HACHAN

LANNE-SOUBIRAN

LANNUX

LAREE

LASSERADE

LAUJUZAN

LE HOUGA

LELIN-LAPUJOLLE

LIAS-D’ARMAGNAC

LOUBEDAT

LOURTIES-MONBRUN

LOUSSOUS-DEBAT

LUPIAC

LUPPE-VIOLLES

MAGNAN

MANCIET

MARGOUET-MEYMES

MARGUESTAU

MASSEUBE

MAULEON-D’ARMAGNAC

MAULICHERES

MAUPAS

MONCLAR

MONLEZUN-D’ARMAGNAC

MONTAUT

MONTESQUIOU

MORMES

NOGARO

PANJAS

PERCHEDE

PEYRUSSE-GRANDE

PEYRUSSE-VIEILLE

POUY-LOUBRIN

POUYDRAGUIN

PRENERON

REANS

RIGUEPEU

RISCLE

SABAZAN

SAINT-ARAILLES

SAINT-ARROMAN

SAINT-AUNIX-LENGROS

SAINT-ELIX-THEUX

SAINT-GERME

SAINT-GRIEDE

SAINT-MARTIN-D’ARMAGNAC

SAINT-MICHEL

SAINT-MONT

SAINT-OST

SAINT-PIERRE-D’AUBEZIES

SAINTE-AURENCE-CAZAUX

SAINTE-CHRISTIE-D’ARMAGNAC

SALLES-D’ARMAGNAC

SARRAGACHIES

SAUVIAC

SEAILLES

SEGOS

SION

SORBETS

TARSAC

TASQUE

TERMES-D’ARMAGNAC

TOUJOUSE

TOURDUN

URGOSSE

VERGOIGNAN

VERLUS

VIC-FEZENSAC

VIELLA

VIOZAN

“AUJAN-MOURNEDE

ZP à l’ouest de route entre “ Le Rentier ” et “ Le Sage ”

ZS à l’est de cette même route”

6.7.2023 - 21.7.2023

Département: Landes (40)

FR-HPAI(P)-2023-00067

FR-HPAI(P)-2023-00082

FR-HPAI(P)-2023-00083

FR-HPAI(P)-2023-00084

FR-HPAI(P)-2023-00089

FR-HPAI(P)-2023-00091

FR-HPAI(P)-2023-00097

FR-HPAI(P)-2023-00098

FR-HPAI(P)-2023-00099

FR-HPAI(P)-2023-00117

FR-HPAI(P)-2023-00118

FR-HPAI(P)-2023-00119

FR-HPAI(P)-2023-00120

FR-HPAI(P)-2023-00121

FR-HPAI(P)-2023-00125

FR-HPAI(P)-2023-00126

FR-HPAI(P)-2023-00129

FR-HPAI(P)-2023-00131

FR-HPAI(P)-2023-00136

FR-HPAI(P)-2023-00137

FR-HPAI(P)-2023-00138

FR-HPAI(P)-2023-00142

FR-HPAI(P)-2023-00143

FR-HPAI(P)-2023-00148

Amou

Arsague

Arthez-d’Armagnac

Aubagnan

Audignon

Aurice

Banos

Bas-Mauco

Betbezer-d’Armagnac

Beyries

Bonnegarde

Bougue

Brassempouy

Castaignos-Souslens

Castel-Sarrazin

Cauna

Coudures

Créon-d’Armagnac

Dumes

Escalans

Estigarde

Eyres-Moncube

Le Frêche

Gabarret

Gaujacq

Hagetmau

Haut-Mauco

Herré

Horsarrieu

Laglorieuse

Lamothe

Lauret

Mant

Marpaps

Mazerolles

Monget

Monségur

Mont-de-Marsan

Montégut

Mouscardès

Nassiet

Ossages

Parleboscq

Perquie

Pomarez

Pujo-le-Plan

Sainte-Colombe

Saint-Cricq-Villeneuve

Saint-Julien-d’Armagnac

Saint-Justin

Saint-Perdon

Saint-Pierre-du-Mont

Saint-Sever (Ouest D933.S)

Sarraziet

Serres-Gaston

Tilh

Villeneuve-de-Marsan

8.7.2023

Aire-sur-l’Adour

Arboucave

Artassenx

Bahus-Soubiran

Bascons

Bats

Benquet

Bordères-et-Lamensans

Bourdalat

Bretagne-de-Marsan

Buanes

Castandet

Castelnau-Tursan

Cazères-sur-l’Adour

Classun

Clèdes

Duhort-Bachen

Eugénie-les-Bains

Fargues

Geaune

Grenade-sur-l’Adour

Hontanx

Labastide-d’Armagnac

Lacajunte

Lagrange

Larrivière-Saint-Savin

Latrille

Lussagnet

Mauries

Maurrin

Mauvezin-d’Armagnac

Miramont-Sensacq

Montgaillard

Montsoué

Payros-Cazautets

Pécorade

Philondenx

Pimbo

Puyol-Cazalet

Renung

Saint-Agnet

Saint-Gein

Saint-Loubouer

Saint-Maurice-sur-Adour

Saint-Sever (Est D933.S)

Samadet

Sarron

Sorbets

Urgons

Vielle-Tursan

Le Vignau

23.6.2023 - 8.7.2023

Dipartiment: Lot-et-Garonne (47)

FR-HPAI(P)-2023-00104

SAINTE MAURE DE PEYRIAC

SAINT PE SAINT SIMON

21.6.2023

Dipartiment: Pyrénées-Atlantiques (64)

FR-HPAI(P)-2023-00135

BAIGTS-DE-BEARN

BALANSUN

BERENX

BIRON

CASTETIS

LAA-MONDRANS

LACADEE

LANNEPLAA

MESPLEDE

“ORTHEZ

Au sud de la route de Dax (D947)

et au sud de la route de Bonnut (D56)”

PUYOO

RAMOUS

“SAINT-BOES

A l’ouest de la route de Dax (D947)”

SAINT-GIRONS-EN-BEARN

SALLES-MONGISCARD

SARPOURENX

SAULT-DE-NAVAILLES

23.6.2023

BONNUT

“ORTHEZ

Au nord de la route de Dax (D947)

et au nord de la route de Bonnut (D56)”

“SAINT-BOES

A l’est de la route de Dax (D947)”

SALLESPISSE

15.6.2023 - 23.6.2023

Dipartiment: Hautes-Pyrénées (65)

FR-HPAI(P)-2023-00141

FR-HPAI(P)-2023-00147

ARNE

AURIEBAT

BARTHE

BAZORDAN

BETPOUY

CASTELNAU-MAGNOAC

CASTELNAU-RIVIERE-BASSE

CASTERETS

CAUBOUS

CAUSSADE-RIVIERE

CIZOS

ESTIRAC

FONTRAILLES

GAUSSAN

GUIZERIX

HACHAN

HERES

LABATUT-RIVIERE

LARAN

LARROQUE

LASSALES

MADIRAN

MAUBOURGUET

MONLONG

ORGAN

PEYRET-SAINT-ANDRE

PUNTOUS

SABARROS

SADOURNIN

SAINT-LANNE

SAUVETERRE

TRIE-SUR-BAISE

VIEUZOS

1.7.2023

ARIES-ESPENAN

BETBEZE

DEVEZE

LALANNE

MONLEON-MAGNOAC

POUY

SARIAC-MAGNOAC

THERMES-MAGNOAC

VILLEMUR

23.6.2023 –

1.7.2023

Stat Membru: Il-Polonja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

PL-HPAI(P)-2023-00068

W województwie warmińsko – mazurskim:

1.

W gminie Kętrzyn: Bałtrucie, Godzikowo, Jurki, Karolewo, Kruszewiec, Kwiedzina, Martiany, Nowa Różanka, Nowa Wieś Kętrzyńska, Nowa Wieś Mała, Pożarki, Salpik, Stara Różanka, Wajsznory, Wilamowo, Wopławki, Wymiarki, Bałowo na północ od linii poprowadzonej przez miejscowości Skop i Zalesie Kętrzyńskie, Czerniki na zachód od linii poprowadzonej po wschodnim brzegu jeziora Mój do miejscowości Pożarki, Mażany na północ od linii poprowadzonej przez miejscowości Czerniki i Dłużec, Nakomiady na północ od linii poprowadzonej przez miejscowości Grabno i Knis, Osewo na południe od linii poprowadzonej przez miejscowości Kwiedziny i Kronowo, Poganowo na wschód od linii poprowadzonej przez miejscowości Sławkowo i Koczarki, Sławkowo na wschód od linii poprowadzonej przez miejscowości Marszewo i Koczarki,

2.

W gminie Srokowo: Kąty, Siniec, Solanka, Chojnica na południe od linii poprowadzonej przez miejscowości Skierki i Młynowo, Silec na południe od linii poprowadzonej przez miejscowości Niedziałki i Tarławki,

3.

W gminie Barciany: Staniszewo, Skierki na wschód od linii poprowadzonej przez miejscowości Bałtrucie i Niedziałki, Winda na południe od linii poprowadzonej przez miejscowości Skierki i Szczeciniak,

4.

Miasto Kętrzyn

w powiecie kętrzyńskim.

1.

w gminie Giżycko: Bogacko, Guty, Antonowo na zachód od linii poprowadzonej przez miejscowości Guty i Kietlice, Kamionki na wschód od linii poprowadzonej przez miejscowości Pilwa i Kronowo, Sterławki Małe na północ od linii poprowadzonej przez miejscowości Knis i Kalinowo, Wrony na zachód od linii poprowadzonej przez miejscowości Guty i Sterławki Małe,

2.

W gminie Ryn: Kronowo na południowy wschód od linii poprowadzonej przez miejscowości Doba i Martiany, Orło na północ od linii poprowadzonej przez miejscowości Koczarki i Sterławki Małe, Sterławki Wielkie na północ od linii poprowadzonej przez miejscowość Koczarki i skrzyżowania linii kolejowej Kętrzyn - Giżycko z drogą nr 59 w miejscowości Wilkasy,

w powiecie giżyckim.

1.

W gminie Węgorzewo: Łabapa, Radzieje, Róże, Dłużec na północny wschód od linii poprowadzonej przez miejscowości Pilwa i Kąty, Pilwa na północny wschód od linii poprowadzonej przez miejscowości Dłużec i Doba, Sztynort Mały na południowy zachód od linii poprowadzonej przez miejscowości Stawiska i Gajewo, Tarławki na południe od linii poprowadzonej przez miejscowości Silec i Kamionek Wielki

w powiecie węgorzewskim.

25.6.2023

W województwie warmińsko – mazurskim:

1.

W gminie Kętrzyn: Parcz, Czerniki na wschód od linii poprowadzonej po wschodnim brzegu jeziora Mój do miejscowości Pożarki, Osewo na północ od linii poprowadzonej przez miejscowości Kwiedzina i Kronowo, Mażany na południe od linii poprowadzonej przez miejscowości Czerniki i Dłużec

w powiecie kętrzyńskim.

1.

W gminie Giżycko: Kamionki na zachód od linii poprowadzonej przez miejscowości Pilwa i Kronowo,

2.

W gminie Ryn: Kronowo na północny zachód od linii poprowadzonej przez miejscowości Doba i Martiany

w powiecie giżyckim.

1.

W gminie Węgorzewo: Dłużec na południowy zachód od linii poprowadzonej przez miejscowości Pilwa i Kąty, Pilwa na południowy zachód od linii poprowadzonej przez miejscowości Dłużec i Doba

w powiecie węgorzewskim.

17.6.2023 - 25.6.2023

Parti C

Żoni ritretti oħra fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikoli 1 u 3a:

Stat Membru: Franza

Żona li tinkludi:

Data sa meta għandhom japplikaw il-miżuri f’konformità mal-Artikolu 3a

Les communes suivantes dans le département: Cher (18)

GENOUILLY

GRACAY

SAINT-OUTRILLE

21.6.2023

Les communes suivantes dans le département: Gers (32)

ANTRAS

AUCH

AUTERIVE

AUX-AUSSAT

AYGUETINTE

BEAUCAIRE

BEAUMONT

BECCAS

BETPLAN

BLOUSSON-SERIAN

BONAS

BOUCAGNERES

BOULAUR

CASSAIGNE

CASTELNAU-BARBARENS

CASTERA-VERDUZAN

CASTEX

CASTIN

CAZAUX-VILLECOMTAL

DURAN

ESTAMPES

FAGET-ABBATIAL

FOURCES

GAUJAC

GAUJAN

HAGET

HAULIES

JEGUN

LAAS

LAGARDERE

LAGUIAN-MAZOUS

LAMAZERE

LARROQUE-SAINT-SERNIN

LARTIGUE

LASSERAN

LASSEUBE-PROPRE

LAURAET

MAIGNAUT-TAUZIA

MALABAT

MANSENCOME

MARSEILLAN

MIELAN

MIRAMONT-D’ASTARAC

MONBARDON

MONGAUSY

MONPARDIAC

MONTEGUT-ARROS

MONTREAL

MOUCHAN

ORBESSAN

ORDAN-LARROQUE

PALLANNE

PAVIE

PELLEFIGUE

PESSAN

SABAILLAN

SAINT-ELIX

SAINT-JEAN-LE-COMTAL

SAINT-LARY

SAINT-MAUR

SAINT-PUY

SANSAN

SARAMON

SARCOS

SEMBOUES

SEMEZIES-CACHAN

SIMORRE

TILLAC

TOURNAN

TRAVERSERES

TRONCENS

VALENCE-SUR-BAISE

VILLECOMTAL-SUR-ARROS

VILLEFRANCHE

“SAINT-BLANCARD

ZS à l’Ouest des routes D 139 et D576

ZRS à l’Est”

SADEILLAN

SAINT-ARAILLES

SAINT-BLANCARD

21.7.2023

Les communes suivantes dans le département: Landes (40)

Argelos

Baigts

Bassercles

Bastennes

Baudignan

Bergouey

Bostens

Campagne

Campet-et-Lamolère

Castelnau-Chalosse

Castelner

Caupenne

Cazalis

Clermont

Doazit

Donzacq

Estibeaux

Gaillères

Garrey

Gibret

Gouts

Habas

Hauriet

Labastide-Chalosse

Labatut

Lacquy

Lacrabe

Lahosse

Larbey

Le Leuy

Losse

Lubbon

Lucbardez et Bargues

Maylis

Meilhan

Mimbaste

Misson

Momuy

Montaut

Montfort-en-Chalosse

Morganx

Mugron

Nerbis

Nousse

Ozourt

Peyre

Poudenx

Pouillon

Pouydesseaux

Poyartin

Rimbez-et-Baudiets

Roquefort

Saint-Aubin

Saint-Avit

Saint-Cricq-Chalosse

Saint-Cricq-du-Gave

Sainte-Foy

Saint-Gor

Saint-Martin-d’Oney

Sarbazan

Serreslous-et-Arribans

Sorde-l’Abbaye

Sort-en-Chalosse

Souprosse

Toulouzette

Uchacq-et-Parentis

Vielle-Soubiran

8.7.2023

Les communes suivantes dans le département: Lot-et-Garonne (47)

SAINTE MAURE DE PEYRIAC

SAINT PE SAINT SIMON

21.6.2023

Les communes suivantes dans le département: Pyrénées-Atlantiques(64)

ANDREIN

ARGAGNON

ARGET

AUDAUX

BARRAUTE-CAMU

BELLOCQ

BUGNEIN

BURGARONNE

CARRESSE-CASSABER

CASTAGNEDE

CASTEIDE-CANDAU

CASTETBON

CASTETNER

HAGETAUBIN

L’HOPITAL-D’ORION

LAAS

LABEYRIE

LAGOR

LAHONTAN

LOUBIENG

MASLACQ

MONT

NARP

ORAAS

ORION

ORRIULE

OSSENX

OZENX-MONTESTRUCQ

SAINT-MEDARD

SALIES-DE-BEARN

SAUVELADE

SAUVETERRE-DE-BEARN

23.6.2023

Les communes suivantes dans le département: Hautes-Pyrénées (65)

ANSOST

ARNE

ARTAGNAN

AURIEBAT

BARBACHEN

BARTHE

BAZORDAN

BETPOUY

BUZON

CAIXON

CASTELNAU-MAGNOAC

CASTELNAU-RIVIERE-BASSE

CASTERETS

CAUBOUS

CAUSSADE-RIVIERE

CIZOS

ESCAUNETS

ESTIRAC

FONTRAILLES

GARDERES

GAUSSAN

GENSAC

GUIZERIX

HACHAN

HAGEDET

HERES

LABATUT-RIVIERE

LAFITOLE

LAHITTE-TOUPIERE

LARAN

LARREULE

LARROQUE

LASCAZERES

LASSALES

LIAC

LUQUET

MADIRAN

MAUBOURGUET

MONFAUCON

MONLONG

NOUILHAN

ORGAN

OROIX

PEYRET-SAINT-ANDRE

PUNTOUS

RABASTENS-DE-BIGORRE

SABARROS

SADOURNIN

SAINT-LANNE

SARRIAC-BIGORRE

SAUVETERRE

SEGALAS

SERON

SOMBRUN

SOUBLECAUSE

TRIE-SUR-BAISE

VIC-EN-BIGORRE

VIDOUZE

VIEUZOS

VILLEFRANQUE

VILLENAVE-PRES-BEARN

1.7.2023

*

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/162


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1338

tat-28 ta’ Ġunju 2023

dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal ċerti prodotti tat-tfal u prodotti relatati skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2001/95/KE tapplika għall-prodotti kollha kif definiti fl-Artikolu 2(a) tagħha sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet speċifiċi bl-istess objettiv fir-regoli tal-liġi tal-Unjoni li jirregolaw is-sikurezza tal-prodotti kkonċernati.

(2)

Il-prodotti li jikkonformaw mal-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej imfassla skont id-Direttiva 2001/95/KE u li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ sikurezza.

(3)

Bl-Aġenda tal-Konsumatur 2020 il-ġdida (2), il-Kummissjoni timpenja ruħha li ssaħħaħ is-sikurezza tal-prodotti tat-tfal, minħabba l-vulnerabbiltà partikolari ta’ din il-kategorija ta’ konsumaturi, billi tadotta rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal dawk il-prodotti. Mill-prodotti kollha nnotifikati bħala perikolużi fl-2020 u fl-2021 bl-użu tas-sistema ta’ twissija rapida tal-Unjoni “Safety Gate”, li qabel kienet magħrufa bħala s-Sistema ta’ Skambju Rapidu ta’ Informazzjoni “RAPEX”, aktar minn 20 % kienu prodotti għat-tfal. Barra minn hekk, bil-komunikazzjoni tagħha dwar l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-sostenibbiltà lejn ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi (3), il-Kummissjoni għandha l-għan b’mod partikolari li ttejjeb is-sikurezza tat-tfal minn sustanzi kimiċi perikolużi fil-prodotti għall-konsumatur maħsuba għalihom.

(4)

Il-Kummissjoni diġà adottat id-Deċiżjoni 2010/9/UE (4) dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jintlaħqu mill-istandards Ewropej għal sedili tal-banju, għajnuniet għall-banjijiet u banjijiet u stands għat-trabi u t-tfal żgħar, id-Deċiżjoni 2010/376/UE (5) dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jintlaħqu mill-istandards Ewropej għal ċerti prodotti fl-ambjent tal-irqad tat-tfal u d-Deċiżjoni 2013/121/UE (6) dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jintlaħqu mill-istandards Ewropej għal ċerti sedili għat-tfal. Madankollu, minbarra dawk id-deċiżjonijiet, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal grupp usa’ ta’ prodotti tat-tfal u prodotti relatati.

(5)

Ir-regoli dwar is-sikurezza tal-ġugarelli huma stipulati fid-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Madankollu, id-Direttiva 2001/95/KE tapplika għall-aspetti u r-riskji jew il-kategoriji ta’ riskji mhux koperti mid-Direttiva 2009/48/KE. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni għalhekk tinkludi rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mill-istandards Ewropej għall-prodotti tat-tfal u prodotti relatati sakemm ir-riskji jew il-kategoriji tar-riskji ma jkunux koperti mid-Direttiva 2009/48/KE.

(6)

Ir-rekwiżiti tas-sikurezza huma meħtieġa għall-finijiet tat-tfassil u l-aġġornament tal-istandards Ewropej għal ċerti prodotti tat-tfal u prodotti relatati. Dawk ir-rekwiżiti jeħtieġ li jiżguraw li l-prodotti li jikkonformaw ma’ dawk l-istandards jissodisfaw ir-rekwiżit ġenerali tas-sikurezza stabbilit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/95/KE.

(7)

Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti ta’ sikurezza jirriflettu l-għarfien xjentifiku u tekniku ġdid u l-evoluzzjoni tas-suq. L-użu ta’ approċċ ibbażat fuq il-periklu jippermetti valutazzjoni komprensiva tar-riskji li t-tfal jistgħu jiġu esposti għalihom waqt l-użu ta’ prodotti maħsuba għalihom. Barra minn hekk, dan l-approċċ jgħin biex jiġu rikonoxxuti u indirizzati l-inċertezzi ta’ prodotti ġodda futuri. Barra minn hekk, il-format ibbażat fuq il-periklu jagħmel it-tqabbil ta’ dawn ir-rekwiżiti u l-kontenut tal-istandards aktar faċli biex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-istandards mar-rekwiżiti. Huwa għalhekk meħtieġ li jintuża approċċ ibbażat fuq il-periklu meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għall-prodotti tat-tfal u prodotti relatati.

(8)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ambitu

Din id-Deċiżjoni tapplika għall-istandards Ewropej imsemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/95/KE għall-prodotti li ġejjin:

(a)

prodotti tat-tfal maħsuba biex jintlibsu mit-tfal;

(b)

prodotti tat-tfal maħsuba biex jiffaċilitaw jew jipproteġu l-funzjoni ta’ bilqiegħda, il-funzjoni tal-irqad, il-funzjoni tal-għawm, il-kura tal-ġisem, ir-rilassament, it-trasport u t-tagħlim bikri;

(c)

prodotti tat-tfal maħsuba biex jiffaċilitaw it-tmigħ, ix-xorb jew l-irdim tat-tfal;

(d)

prodotti tat-tfal li joffru funzjoni waħda jew aktar minn dawk elenkati fil-punti (a), (b) u (c) u funzjoni waħda jew aktar;

(e)

prodotti relatati mal-prodotti tat-tfal, inklużi l-prodotti li ġejjin:

(i)

prodotti u aċċessorji ddisinjati speċifikament għall-użu mal-prodotti tat-tfal imsemmija fil-punti (a) sa (d) jew flimkien ma’ dawk il-prodotti;

(ii)

prodotti li għandhom jintużaw u jiġu mmuntati jew installati minn adulti li huma aċċessibbli għat-tfal jew li joffru funzjoni protettiva lit-tfal.

Artikolu 2

Rekwiżiti ta’ sikurezza

Ir-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/95/KE għal ċerti prodotti tat-tfal u prodotti relatati msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Aġenda tal-Konsumatur ġdida – Insaħħu r-reżiljenza tal-konsumatur għall-irkupru sostenibbli, COM(2020) 696 final, 13.11.2020.

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità COM(2020) 667 final tal-14.10.2020.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/9/UE tas-6 ta’ Jannar 2010 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal sedili tal-banju, strumenti awżiljari tal-banju u banjijiet u saqajn tagħhom għat-trabi u t-tfal iż-żgħar skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 3, 7.1.2010, p. 23).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/376/UE tat-2 ta’ Lulju 2010 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal ċerti prodotti fl-ambjent tal-irqad għat-tfal skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 170, 6.7.2010, p. 39).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/121/UE tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej dwar ċerti sits għat-tfal skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti (ĠU L 65, 8.3.2013, p. 23).

(7)  Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1).


ANNESS

REKWIŻITI TA’ SIKUREZZA LI GĦANDHOM JIĠU SSODISFATI MILL-ISTANDARDS EWROPEJ GĦAL PRODOTTI TA’ ĊERTI PRODOTTI TAT-TFAL U PRODOTTI RELATATI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

1.

Perikli kimiċi 166

2.

Perikli termiċi 167

3.

Perikli ta’ fjammabbiltà 167

4.

Perikli ta’ qbid 168

5.

Perikli minn partijiet li jiċċaqalqu – inklużi perikli ta’ tiċrit, qtugħ ta’ tifrik. 168

6.

Perikli mill-prodotti tat-tfal iddisinjati biex jingħalqu għall-ħżin u t-trasport 169

7.

Perikli minn prodotti tat-tfal iddisinjati biex jiżżarmaw għall-ħżin u t-trasport 169

8.

Perikli relatati ma’ mekkaniżmi ta’ twaħħil u sistemi ta’ ftuħ u għeluq 169

9.

Perikli assoċjati ma’ prodotti bir-roti 170

10.

Perikli ta’ tħabbil 170

11.

Perikli ta’ fgar 170

12.

Perikli ta’ soffokazzjoni 171

12.1.

Perikli marbuta man-nifs 171

13.

Perikli ta’ inġestjoni 171

14.

Perikli ta’ inserzjoni u aspirazzjoni 171

15.

Punti, truf u sporġenzi perikolużi 171

16.

Perikli tal-integrità strutturali 172

17.

Perikli assoċjati ma’ funzjonijiet protettivi 172

18.

Perikli assoċjati mas-sistemi ta’ trażżin 173

19.

Perikli assoċjati mal-istabbiltà 173

20.

Perikli li jaqgħu 173

21.

Perikli ta’ għarqa 174

22.

Perikli elettriċi 174

23.

Perikli bijometriċi 174

24.

Perikli akustiċi 174

25.

Perikli ta’ radjazzjoni 174

26.

Perikli radjuattivi 175

27.

Perikli ta’ iġjene 175

28.

Perikli assoċjati mal-informazzjoni pprovduta mal-prodott 175

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għall-prodotti tat-tfal u l-prodotti relatati msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni. Dawk ir-rekwiżiti għandhom l-intenzjoni li jiżguraw li l-prodotti li jikkonformaw ma’ dawk l-istandards jissodisfaw ir-rekwiżit ġenerali tas-sikurezza stabbilit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/95/KE.

Il-prodotti tat-tfal ma għandhomx jipperikolaw is-sikurezza jew is-saħħa tat-tfal u tal-persuni li jindukraw meta jintużaw f’kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, filwaqt li jitqiesu l-imġiba, il-kapaċitajiet jew il-vulnerabbiltà tat-tfal u tal-persuni li jindukraw.

Kull meta jkun possibbli, għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċjali tal-utenti b’diżabilità - kemm dawk li jindukraw kif ukoll it-tfal, biex tiġi żgurata s-sikurezza tagħhom.

Is-sikurezza fid-disinn għandha dejjem tingħata prijorità.

Informazzjoni xierqa biex tinġibed l-attenzjoni tal-ġenituri u tal-persuni li jindukraw għandha titqiegħed fuq il-prodotti tat-tfal – u/jew fuq l-imballaġġ – li tindika l-perikli inerenti involuti fl-użu tal-prodotti u l-metodi biex jiġu evitati. Dan għandu jinkludi twissijiet (pittogrammi u/jew test) u struzzjonijiet dwar l-użu u/jew il-manutenzjoni.

Il-prodotti tat-tfal għandhom iżommu s-sikurezza tagħhom u l-karatteristiċi tas-sikurezza tagħhom matul il-ħajja prevedibbli tagħhom. Dawn għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li kwalunkwe periklu assoċjat ma’ użu kontinwu matul il-perjodu ta’ żmien prevedibbli jkun limitat kemm jista’ jkun.

Il-prodotti tat-tfal maħsuba biex jintużaw matul servizz għandhom jissodisfaw rekwiżiti speċifiċi biex jitqiesu li jintużaw aktar ta’ spiss, għal perjodu ta’ żmien itwal u jistgħu jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet ogħla.

L-istandards abbozzati b’segwitu għat-talbiet ta’ standardizzazzjoni tal-Kummissjoni bbażati fuq dawn ir-rekwiżiti ta’ sikurezza jridu jqisu l-aħħar data antropometrika, ir-riċerka medika, pariri magħrufa dwar is-saħħa li huma relatati speċifikament mas-sikurezza tat-tfal (eż. prattiki ta’ rqad sikuri), u għarfien xjentifiku u tekniku tal-ogħla livell dwar is-sikurezza u/jew is-saħħa tat-tfal.

Id-disinjaturi u l-manifatturi jridu jiftakru li l-perikli bil-prodott għat-tfal mhumiex limitati għal dawk imsemmija f’dan id-dokument. Barra minn hekk, irid ikun hemm konformità ma’ regoli oħra tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti, bħal dawk dwar is-sikurezza kimika.

Iridu jitqiesu perikli addizzjonali, li huma relatati mal-użu sikur u l-funzjoni tal-prodotti (inklużi dawk assoċjati mal-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, il-konnettività tal-Internet, is-sigurtà u l-privatezza).

Kwalunkwe periklu relatat mal-komunikazzjoni mill-bogħod, l-osservazzjoni u l-kontroll tat-tfal mill-indokratur għandu jiġi kkunsidrat.

It-tfal jiżviluppaw fiżikament, mentalment, emozzjonalment b’rati differenti. Kull standard żviluppat biex jissodisfa dawn ir-rekwiżiti tas-sikurezza għandu jispeċifika b’mod ċar fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu l-istadju tal-iżvilupp (bħall-grupp tal-età, il-piż u l-għoli) u jwassal ir-rekwiżiti tas-sikurezza tal-prodott skont dan.

Fejn dan l-approċċ ma jiġix segwit, għandu jkun hemm ġustifikazzjoni mqiegħda fl-anness informattiv tal-istandard.

Jenħtieġ li l-użu jitqies fl-istandards tal-prodotti tat-tfal – b’mod partikolari d-disinn tal-prodott tat-tfal għandu jippermetti lil utent adult wieħed jinstalla, jimmanipula u juża l-prodott.

Oġġetti ddisinjati biex jintużaw mal-prodotti tat-tfal iżda li huma soġġetti għal standards oħra, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żewġ standards.

1.   PERIKLI KIMIĊI

Il-prodotti tat-tfal għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem għat-tfal jew għal partijiet terzi (tfal u adulti) minħabba l-esponiment għal sustanzi jew taħlitiet kimiċi li minnhom huma magħmula l-prodotti tat-tfal jew li jkun fihom, meta l-prodotti tat-tfal jintużaw kif maħsub jew f’kundizzjoni ta’ użu prevedibbli b’mod raġonevoli, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu l-imġiba tat-tfal, l-użu partikolari ta’ prodott u l-kundizzjonijiet ta’ esponiment li jirriżultaw.

Il-prodotti tat-tfal – u l-imballaġġ tagħhom – għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-Unjoni relatata ma’ ċerti kategoriji ta’ prodotti jew ma’ restrizzjonijiet għal ċerti sustanzi jew taħlitiet.

L-istandards għandhom jirriflettu l-aħħar linji gwida kimiċi u jirrelataw speċifikament mal-għarfien dwar is-sikurezza u s-saħħa tat-tfal (fir-rigward tal-ħalq, l-inalazzjoni u l-assorbiment).

Kull meta jintużaw materjali riċiklati, dawn għandhom jissodisfaw dawn l-istess rekwiżiti bħall-materjali indiġeni.

Meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għas-sigurtà kimika tal-prodotti tat-tfal, pereżempju billi jiġi ddeterminat il-valur limitu xieraq għas-sustanzi kimiċi, għandhom jitqiesu l-linji gwida, id-dispożizzjonijiet regolatorji u l-aħħar sejbiet xjentifiċi rilevanti kollha għal prodotti simili. Jenħtieġ li l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku attwali dwar il-metodi ta’ ttestjar jiġi applikat għall-valutazzjoni.

Minħabba kundizzjonijiet speċifiċi ta’ użu (eż.: jenħtieġ li d-durata tal-esponiment, l-użu partikolari ta’ prodott) jiġu adattati wkoll biex jissodisfaw l-użu prevedibbli tal-prodott.

2.   PERIKLI TERMIĊI

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli termali jkunu limitati kemm jista’ jkun. L-imġiba tat-tfal u d-data disponibbli dwar it-temperaturi tal-wiċċ relatati mal-ħruq għandhom jiġu kkunsidrati. Kwalunkwe periklu residwu għandu jkun kopert minn twissijiet xierqa. Il-perikli termali jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Kuntatt ma’ uċuħ sħan jew kesħin.

(b)

Inġestjoni ta’ ikel sħun jew likwidi.

(c)

Smit.

(d)

Tisħin żejjed (ipertermija).

(e)

Tkessiħ iżżejjed (ipotermja).

3.   PERIKLI TA’ FJAMMABBILTÀ

Il-prodotti tat-tfal għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati b’tali mod li l-perikli tal-fjammabbiltà jkunu limitati kemm jista’ jkun.

Il-perikli ta’ fjammabbiltà jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Perikli minħabba l-effett ta’ flash.

(b)

Perikli minħabba l-propagazzjoni tal-fjamma.

(c)

Perikli mill-imġiba tat-tidwib tal-materjali.

(d)

Perikli minn kuntatt ma’ fjammi.

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu magħmula minn materjali li jissodisfaw waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet (mhux eżawrjenti) li ġejjin:

(a)

Ma jaqbdux malajr u jintefħu waħedhom.

(b)

Jekk jieħdu n-nar, jaqbdu bil-mod u jkollhom rata baxxa fit-tifrix tal-fjamma.

(c)

Irrispettivament mill-kompożizzjoni kimika tagħhom, jiġu ddisinjati sabiex b’mod mekkaniku l-proċess ta’ kombustjoni jiġi rritardjat.

Sustanzi magħrufa bħala li jirrilaxxaw dħaħen tossiċi ħafna f’każ ta’ kombustjoni ma għandhomx jintużaw fil-prodotti tat-tfal. Materjali kombustibbli ma għandhomx jikkostitwixxu riskju li jqabbad materjal ieħor użat fil-ġugarell.

Is-sustanzi u l-materjali li huma rikonoxxuti bħala ta’ periklu serju għas-saħħa ma għandhomx jemigraw jew jiġu rilaxxati f’konċentrazzjonijiet li jistgħu jikkawżaw periklu għall-utenti tal-prodott.

Jenħtieġ li l-istandards jiddikjaraw li s-sustanzi kimiċi li jirritardjaw il-fjammi għandhom jintużaw biss meta ma tkun possibbli l-ebda għażla oħra. Jekk jintużaw sustanzi kimiċi li jirritardjaw il-fjammi, it-tossiċità u r-rimi fi tmiem il-ħajja tagħhom ma għandhomx jipperikolaw is-saħħa tal-utenti, tal-persuni li jindukraw u tal-ambjent.

4.   PERIKLI TA’ QBID

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli ta’ qbid ta’ partijiet tal-ġisem tat-tfal ikunu limitati kemm jista’ jkun. Il-prodotti għandhom jipprevjenu l-qbid tar-ras, l-għonq, it-torso, id-dirgħajn, l-idejn, is-swaba’, is-saqajn, is-saqajn u s-saqajn tat-tfal.

Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ qbid għandhom jinkludu perikli ta’ qbid minn, iżda mhumiex limitati għal, riġidi u mhux riġidi:

(a)

Fetħiet marbutin kompletament.

(b)

Fetħiet parzjalment marbuta.

(c)

Fetħiet f’forma ta’ V.

(d)

Fetħiet b’forma irregolari.

(e)

Fetħiet dinamiċi.

(f)

Qfieli.

(g)

Toqob.

(h)

Spazji.

(i)

Pressjoni mill-materjal tal-madwar.

Il-prodotti kollha li jiffurmaw spazju magħluq li fih it-tfal jistgħu jidħlu u jinqabdu għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli mill-għeluq jiġu minimizzati.

L-istandards għandhom jiddikjaraw b’mod ċar id-dimensjonijiet sikuri fir-rigward tal-perikli ta’ qbid. Dan il-kejl għandu dejjem jirrifletti l-aħħar data antropometrika tat-tfal li x’aktarx jużaw u jinteraġixxu mal-prodott u jirrelataw speċifikament mal-għarfien dwar is-sikurezza tat-tfal.

Il-periklu ta’ qbid maħluq mill-moviment għandu jkun limitat kemm jista’ jkun mid-disinn. Il-perikli residwi għandhom ikunu koperti minn twissijiet u struzzjonijiet.

Il-perikli assoċjati mal-moviment jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Qbid maħluq mill-piż ta’ prodott tipping.

(b)

Qbid maħluq minn spazji u fetħiet assoċjati mal-użu prevedibbli tal-prodott (inklużi dawk maħluqa minn tifel li jkun qed jiċċaqlaq).

(c)

Qbid maħluq minn spazji u fetħiet aċċessibbli mit-tfal iżda maġenb il-prodott.

(d)

Qbid meta t-tfal ipoġġu l-għonq/il-gerżuma tagħhom fuq xifer artab jew iebes.

(e)

Qbid ikkawżat mill-prodott, iżda relatat ma’ tfal li mhumiex l-utent ewlieni tal-prodott.

5.   PERIKLI MINN PARTIJIET LI JIĊĊAQALQU – INKLUŻI PERIKLI TA’ TIĊRIT, QTUGĦ TA’ TIFRIK.

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli minn partijiet li jiċċaqilqu jkunu limitati kemm jista’ jkun. Il-prodotti għandhom jipprevjenu t-tqattigħ, it-tiċrit (meta l-komponenti jiċċaqalqu relattivament għal xulxin u jkollhom azzjoni ta’ mqass), it-tgħaffiġ (meta l-komponenti jiċċaqalqu relattivament għal xulxin u jkollhom azzjoni ta’ kompressjoni), il-qtugħ jew il-qtugħ ta’ ġisem sħiħ, ir-riġlejn, is-swaba’ u s-swaba’ tas-saqajn.

Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli minn partijiet li jiċċaqilqu għandhom jiġu inklużi għall-perikli li ġejjin (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Moviment tal-prodott innifsu.

(b)

Moviment tal-piż tal-ġisem tat-tifel/tifla.

(c)

Applikazzjoni/rilaxx ta’ forza esterna.

Id-disinjaturi u l-manifatturi jridu jqisu li l-perikli jistgħu jinbidlu skont l-aċċessibbiltà tal-partijiet li jiċċaqilqu; flessibbiltà tal-materjal (inkluż id-drapp); l-effett tal-forzi u l-pożizzjonijiet tal-forza; mezzi ta’ tħaddim tal-partijiet li jiċċaqalqu; forma/materjal tal-partijiet; il-kapaċità tat-tfal; eċċ.

6.   PERIKLI MILL-PRODOTTI TAT-TFAL IDDISINJATI BIEX JINGĦALQU GĦALL-ĦŻIN U T-TRASPORT

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-prodotti ddisinjati biex jintwew għall-ħżin jew għat-trasport ikunu limitati kemm jista’ jkun. Il-prodotti għandhom jipprevjenu t-tgħaffiġ, it-tqattigħ, il-qbid u s-soffokazzjoni milli jintwew b’mod mhux intenzjonat.

Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli mit-tfal prodotti ddisinjati biex jingħalqu għall-ħżin jew għat-trasport għandhom jiġu inklużi għal dawn li ġejjin (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Għandhom jintużaw apparati tal-illokkjar biex jiġi evitat tħaddim mhux komplut/aċċidentali.

(b)

Il-pożizzjoni tal-illokkjar/illokkjata għandha tkun ovvja għall-ġenitur/persuna li tindokra.

(c)

M’għandux iseħħ rilaxx mhux intenzjonat tal-mekkaniżmi tal-illokkjar.

(d)

L-użu tal-prodott li jippermetti t-tħaddim minn adult wieħed.

(e)

Ma għandux ikun possibbli li jintużaw dawn il-prodotti mingħajr ma jiġu attivati l-mekkaniżmu/i tal-illokkjar.

7.   PERIKLI MINN PRODOTTI TAT-TFAL IDDISINJATI BIEX JIŻŻARMAW GĦALL-ĦŻIN U T-TRASPORT

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati maż-żarmar tal-prodotti għall-ħżin/trasport u mbagħad l-assemblaġġ mill-ġdid għall-użu jkunu limitati kemm jista’ jkun.

Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati maż-żarmar u l-assemblaġġ mill-ġdid għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

 

Għandhom jiġu inklużi struzzjonijiet li huma miktuba b’mod ċar u li jinftiehmu faċilment u li jistgħu jinftiehmu mill-konsumatur medju mhux professjonali.

(a)

Għandha tingħata informazzjoni dwar kif il-prodott jista’ jiżżarma u jiġi armat mill-ġdid filwaqt li tiġi żgurata s-sikurezza kontinwa tiegħu fl-użu.

(b)

Jenħtieġ li l-pittogrammi u l-illustrazzjonijiet jiġu inklużi għall-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza.

(c)

Jenħtieġ li t-twissijiet durabbli jiġu mmarkati fuq il-prodotti tat-tfal biex tiġi enfasizzata informazzjoni partikolarment importanti dwar is-sikurezza.

(d)

Jenħtieġ li kwalunkwe għodda speċjali meħtieġa għall-assemblaġġ u l-installazzjoni tiġi pprovduta mal-prodott.

(e)

It-tagħmir kollu tal-assemblaġġ għandu jkun jista’ jiġi ssikkat sew.

(f)

Għandhom jintużaw apparati tal-illokkjar biex jiġi evitat żarmar mhux intenzjonat.

(g)

Il-pożizzjoni tal-illokkjar/illokkjata għandha tkun ovvja għall-ġenitur/persuna li tindokra.

(h)

Viti Parker m’għandhomx jintużaw ħlief għal partijiet li mhumiex maħsuba biex jiġu żarmati.

8.   PERIKLI RELATATI MA’ MEKKANIŻMI TA’ TWAĦĦIL U SISTEMI TA’ FTUĦ U GĦELUQ

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-mekkaniżmi tat-twaħħil tagħhom u/jew is-sistemi tal-ftuħ u l-għeluq tagħhom ikunu limitati kemm jista’ jkun. Il-prodotti għandhom jipprevjenu t-tgħaffiġ, it-tqaxxir, il-qtugħ, it-tqattigħ, il-qbid, il-waqgħa u s-soffokazzjoni minħabba rilaxx mhux intenzjonat.

Rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati ma’ mekkaniżmi ta’ twaħħil u sistemi ta’ ftuħ u għeluq għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Jekk il-prodott jista’ jintuża f’diversi pożizzjonijiet, il-pożizzjoni magħżula għandha tinżamm meta l-prodott ikun soġġett għal forzi tipiċi tal-azzjonijiet u l-movimenti tat-tfal.

(b)

Is-sistemi tal-ftuħ u tal-għeluq għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati sabiex jiġi evitat it-tħaddim mhux intenzjonat.

9.   PERIKLI ASSOĊJATI MA’ PRODOTTI BIR-ROTI

Il-prodotti tat-tfal bir-roti jew bil-castors (għat-trasport jew moviment ieħor) għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mar-roti jew il-castors u l-moviment mhux intenzjonat ikunu limitati kemm jista’ jkun.

Rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati ma’ roti/castors u moviment mhux intenzjonat għandhom jiġu inklużi għal dawn li ġejjin (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Il-prodotti bir-roti kollha għandhom ikunu mgħammra b’apparat/i tal-illokkjar xieraq, li jiggarantixxi l-istabbiltà meta jkun meħtieġ.

(b)

L-apparati kollha tal-illokkjar għandhom ikunu sikuri fl-użu.

(c)

Il-prodotti tat-tfal bir-roti għandu jkollhom funzjoni ta’ parkeġġ li tippermettilhom li jiġu mmobilizzati b’mod stabbli, irrispettivament mill-wiċċ.

10.   PERIKLI TA’ TĦABBIL

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli tat-tħabbil ikunu limitati kemm jista’ jkun.

Għandhom jiġu inklużi rekwiżiti għall-perikli li ġejjin (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Perikli ta’ qbid jew qris.

(b)

Qbid jew qris ta’ prodotti tessili bħal komponenti tal-ħwejjeġ (qfil, buttuni, dekorazzjonijiet, ħjata jew oħrajn simili li jirriżultaw f’toqob, spazji u fetħiet jew partijiet li jisporġu’ l barra fid-disinn).

(c)

Perikli ta’ tgħalliq minħabba ħbula, żigarelli, irbit, kejbils jew ċirkwiti.

(d)

Perikli minħabba ħajt monofilament.

(e)

Perikli minħabba mankijiet.

L-istandards għandhom jiddikjaraw b’mod ċar id-dimensjonijiet sikuri u r-rekwiżiti tal-ittestjar fir-rigward tal-ħbula, iż-żigarelli, l-irbit, il-kejbils, iċ-ċirkwiti u perikli oħra tat-tħabbil. Dan il-kejl għandu dejjem jirrifletti l-aħħar data antropometrika u jkun relatat speċifikament mal-għarfien dwar is-sikurezza tat-tfal. Il-boroż għall-ħżin tal-prodotti għandhom ikunu sikuri wkoll.

11.   PERIKLI TA’ FGAR

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli li jifggħu jiġu eliminati.

Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati ma’ fgar għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

L-ebda parti li tista’ tinqala’ bil-forza li t-tfal jistgħu japplikaw ma għandha tkun żgħira biżżejjed biex tippreżenta periklu li jifggħu.

(b)

L-ebda parti ma għandha tinkiser, titqatta’ jew tiġi separata fl-użu (eż. meta titwaqqa’) li tkun żgħira biżżejjed biex tippreżenta periklu li jifggħu.

(c)

Kwalunkwe komponent li jista’ jitneħħa mingħajr l-użu ta’ għodda ma għandux jippreżenta periklu li jifggħu.

(d)

Kwalunkwe komponent li tant huwa twil li r-rifless gag jista’ jiġi skattat jekk it-tfal ipoġġu l-prodott f’ħalqhom, jenħtieġ li ma jitħalliex f’idejn tfal li huma żgħar wisq biex joqogħdu bilqiegħda mingħajr għajnuna minħabba periklu li jifggħu.

(e)

Materjali tal-mili li jikkostitwixxu riskju li jifggħu ma għandux ikun possibbli li jaċċessawhom it-tfal meta jagħfsu fihom.

(f)

Dawn ma għandhomx ikunu ta’ periklu addizzjonali li jifggħu minħabba d-daqs tal-elementi li jkun fihom jew minħabba li dawn l-elementi isiru biżżejjed żgħar jew aċċessibbli meta t-tfal joqogħdu jagħfsu fihom.

(g)

Id-daqs u l-forma totali tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati, u għandhom jiġu applikati soluzzjonijiet tekniċi/mekkaniċi fejn meħtieġ (eż. toqob tal-arja fi prodotti fejn il-periklu li jifggħu ikun preżenti fl-użu normali u prevedibbli).

L-istandards għandhom jiddikjaraw b’mod ċar id-dimensjonijiet sikuri u r-rekwiżiti tat-test fir-rigward tal-perikli li jifggħu. Dan il-kejl għandu dejjem jirrifletti l-aħħar data antropometrika u jkun relatat speċifikament mal-għarfien dwar is-sikurezza tat-tfal.

12.   PERIKLI TA’ SOFFOKAZZJONI

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli ta’ soffokazzjoni assoċjati mal-prodotti u l-imballaġġ tagħhom ikunu limitati kemm jista’ jkun. Perikli bħal dawn iseħħu meta l-imnieħer u l-ħalq jiġu mblukkati simultanjament.

Għandhom jiġu inklużi rekwiżiti għall-perikli li ġejjin (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Soffokazzjoni minn materjali rqaq/rotob li jistgħu jiffurmaw lilhom infushom biex jgħattu wiċċ it-tifel/tifla (inklużi decals).

(b)

Soffokazzjoni minn boroż tal-plastik irqaq li għandhom perimetru li jinfetaħ li huwa akbar miċ-ċirkonferenza ta’ ras it-tfal.

(c)

Soffokazzjoni minn imballaġġ li jeħel waħdu (eż. cling film).

(d)

Soffokazzjoni minn prodotti ffurmati li jistgħu jitqiegħdu fuq wiċċ it-tifel/tifla u jikkawżaw siġill li ma jgħaddix arja minnu.

(e)

Soffokazzjoni minn passaġġi tal-arja li jkunu mgħottija jew li jintlibsu f’materjali rotob, ħfief u duttili speċjalment fl-ambjent tal-irqad tat-tfal (l-iżgħar tfal).

Il-materjali perikolużi tal-imballaġġ għandhom jiġu evitati fejn possibbli, iżda meta jkun meħtieġ għandhom ikunu sikuri mid-disinn (jiġifieri: perforazzjoni jew taħt il-ħxuna minima). Barra minn hekk, jenħtieġ li l-konsumaturi ikunu konxji dwar il-perikli tal-imballaġġ (jiġifieri: periklu ta’ soffokazzjoni esterna).

12.1.   Perikli marbuta man-nifs

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli ta’ soffokazzjoni assoċjati ma’ nuqqas ta’ permeabbiltà tal-arja jkunu limitati kemm jista’ jkun.

Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati mal-permeabbiltà tal-arja għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

L-imnieħer u l-ħalq tat-tifel ma għandhomx jitgħattew fl-istess ħin.

(b)

Is-saqqijiet, il-friex u prodotti simili oħra ma għandhomx jimirdu huma stess biex jgħattu wiċċ it-tifel/tifla.

(c)

Saqqijiet jew friex addizzjonali ma għandhomx jirriżultaw f’perikli addizzjonali ta’ soffokazzjoni.

13.   PERIKLI TA’ INĠESTJONI

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-inġestjoni jkunu limitati kemm jista’ jkun.

Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati mal-inġestjoni għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Il-komponenti mwaħħla għandhom jibqgħu mwaħħla, u mhux jinkisru f’biċċiet jekk ikunu ħielsa.

(b)

Oġġetti u komponenti żgħar għandhom ikunu ta’ daqs u kostruzzjoni tali li ma jgħaddux mill-ħalq u l-griżmejn sal-istonku.

(c)

Il-kalamiti, il-batteriji u komponenti simili oħra huma partikolarment perikolużi, u ma għandux ikun possibbli għat-tfal li jaċċessaw u lanqas li jibilgħu tali partijiet.

14.   PERIKLI TA’ INSERZJONI U ASPIRAZZJONI

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli ta’ inserzjoni u aspirazzjoni minħabba partijiet żgħar li jistgħu jiddaħħlu fil-widnejn jew fl-imnieħer ikunu limitati kemm jista’ jkun.

15.   PUNTI, TRUF U SPORĠENZI PERIKOLUŻI

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-qtugħ u perikli simili assoċjati ma’ punti li jaqtgħu, truf jew sporġenzi jkunu limitati kemm jista’ jkun.

Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati ma’ punti li jaqtgħu, truf jew sporġenzi għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Jenħtieġ li s-superfiċji jkunu lixxi – ħlief meta s-superfiċje tkun speċifikament iddisinjata mod ieħor biex tgħin fil-funzjonament sikur tal-prodott tat-tfal.

(b)

Truf, kantunieri, wajers u ponot li jaqtgħu għandhom jiġu eliminati.

(c)

Ma għandu jkun hemm l-ebda partijiet li jisporġu ’l barra li jirriżultaw f’korriment.

(d)

Il-partijiet li jisporġu ’l barra tal-prodotti ma għandhomx jirriżultaw f’korriment sinifikanti.

(e)

Il-materjal għandu jkun ħieles minn skaldi.

(f)

Uċuħ tal-metall u partijiet metalliċi oħra għandhom ikunu reżistenti għall-korrużjoni u l-laqx.

(g)

Ma għandux jintuża ħġieġ tal-folji.

(h)

Suf tal-ħġieġ u minerali simili oħra ma għandhom jippreżentaw l-ebda riskju ta’ tgħalliq jew asfissija.

(i)

Il-materjali għall-ikkuttunar/mili ma għandux ikun fihom oġġetti ibsin jew li jaqtgħu.

16.   PERIKLI TAL-INTEGRITÀ STRUTTURALI

Il-prodotti tat-tfal għandu jkollhom saħħa adegwata u integrità strutturali biex idumu tul ħajjithom. Dawn għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-użu kontinwu fuq perjodu ta’ żmien prevedibbli jkunu limitati kemm jista’ jkun.

Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati mal-integrità strutturali għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Jenħtieġ li l-prodotti jkollhom saħħa u durabbiltà adegwati li jdumu tul il-ħajja kollha tal-prodott.

(b)

Il-prodotti u l-materjali (inklużi d-drappijiet u l-ħjata) għandhom ikunu biżżejjed biex jifilħu għall-użi u l-kundizzjonijiet kollha previsti, u ma jiddegradawx jew isiru perikolużi permezz tal-użu matul iż-żmien u fil-bidliet fit-temperatura, l-umdità u l-esponiment għad-dawl UV eċċ.

(c)

Prodotti li jeħtieġu assemblaġġ u/jew installazzjoni għandhom, wara li jkunu ġew immuntati/imwaħħla skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, ikollhom l-istess integrità strutturali bħall-prodotti mmuntati/imwaħħla mill-manifattur u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha ta’ sikurezza li japplikaw għal dawn il-prodotti.

(d)

Prodotti li jistgħu jiġu aġġustati hekk kif it-tfal jikbru m’għandhomx jinbidlu fis-saħħa bħala riżultat ta’ stress mekkaniku.

(e)

Apparati ta’ rbit iddisinjati biex iwaħħlu l-prodott b’mod sikur ma’ oġġetti, prodotti jew apparati oħra għandhom iżommu l-effettività tagħhom tul il-ħajja tal-prodott.

17.   PERIKLI ASSOĊJATI MA’ FUNZJONIJIET PROTETTIVI

Il-prodotti tat-tfal li jipprovdu funzjoni protettiva għandhom jirrestrinġu b’mod sikur l-aċċess tat-tfal għall-perikli. Prodotti li fihom tifel/tifla f’ambjent speċifiku (eż.: barrieri), jew li jipproteġu lit-tfal minn perikli assoċjati mat-temp u/jew insetti, jew jillimitaw il-moviment tat-tfal u/jew jirrestrinġu l-aċċess tat-tfal għall-perikli (eż. protetturi tal-kantunieri) għandhom jipprovdu b’mod sikur il-funzjoni protettiva maħsuba.

Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati ma’ funzjonijiet protettivi għandhom jiġu inklużi għal dawn li ġejjin (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Il-funzjoni protettiva għandha tkun adattata għall-età u l-kapaċità tat-tfal, la għandha tintroduċi u lanqas tippermetti aċċess għal perikli addizzjonali u ma għandux ikollha l-funzjoni u l-effettività tagħhom imnaqqsa matul l-użu tagħha.

(b)

L-ilqugħ għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li t-tfal ma jkunux jistgħu jitilgħu fuqhom, jgħaddu taħthom, jgħaddu minnhom jew ineħħuhom.

(c)

L-għoli tal-barrieri għandu dejjem ikun sikur u jirrifletti kemm l-istadju tal-iżvilupp tat-tfal kif ukoll l-aħħar data antropometrika.

(d)

Il-prodotti li jipprovdu funzjoni protettiva lit-tfal ma għandhomx jikkawżaw perikli ta’ qbid.

(e)

Kwalunkwe mekkaniżmu ta’ llokkjar/qfil m’għandux jiġi diżattivat jew spostat mit-tifel jew b’mod involontarju mill-indokratur.

(f)

Prodotti kontra t-tarf (pereżempju prodotti li jipprevjenu l-għamara, għamara għall-ħażna, skrins tat-televiżjoni milli jaqgħu fuq it-tfal) jeħtieġ li jkunu ddisinjati b’aċċessorji u materjali xierqa li jifilħu għal forzi li huma previsti li jkunu esposti għalihom, inkluż it-tiqdim, id-dawl UV eċċ.

(g)

Il-mekkaniżmi kontra l-ftuħ (pereżempju prodotti li jipprevjenu l-bibien — it-twieqi milli jinfetħu mit-tfal) jeħtieġ li jkunu ddisinjati b’apparat tal-illokkjar xieraq u b’forzi li jipprevjenu l-perikli li jaqgħu.

18.   PERIKLI ASSOĊJATI MAS-SISTEMI TA’ TRAŻŻIN

Il-prodotti tat-tfal li joffru sistema ta’ trażżin għandhom jirrestrinġu b’mod sikur l-aċċess tat-tfal għall-perikli u ma jirriżultawx f’perikli addizzjonali mit-trażżin infushom.

Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati mas-sistemi ta’ trażżin għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Is-sistemi ta’ trażżin għandhom jitwaħħlu sew u ma għandhomx jikkawżaw perikli huma stess.

(b)

Is-sistemi tat-trażżin għandhom ikunu kapaċi jaġġustaw għad-daqs tat-tfal.

(c)

Is-sistemi ta’ trażżin għandhom ikunu effettivi f’kull ħin u f’kull sitwazzjoni ta’ użu.

(d)

Is-sistemi ta’ trażżin għandhom iqisu l-movimenti u l-forzi potenzjali kollha li t-tfal jistgħu japplikaw.

(e)

Il-prodotti għandhom ikunu sikuri fl-użu u jipprovdu l-funzjoni ta’ trażżin maħsuba. It-tfal għandhom ikunu jistgħu jitneħħew faċilment f’sitwazzjoni ta’ emerġenza.

19.   PERIKLI ASSOĊJATI MAL-ISTABBILTÀ

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-istabbiltà tal-prodott (inkluż il-waqgħa jew it-tarf) ikunu limitati kemm jista’ jkun.

Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati mal-istabbiltà għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Il-prodotti għandhom jevitaw kwalunkwe periklu li jinqala’ li jista’ jikkawża l-waqgħa tat-tfal (eż. is-siġġu għoli bil-ponta billi jiġu mbuttati s-saqajn kontra l-mejda).

(b)

Il-prodotti għandhom jibqgħu stabbli u sikuri meta jkun involut il-moviment (tat-tifel/tifla jew tal-prodott).

(c)

L-aċċessorji għall-prodott jew partijiet iddisinjati biex ikunu jistgħu jitneħħew ma għandhomx ibiddlu s-sikurezza u l-istabbiltà tal-prodotti (eż. iż-żieda ta’ mejda għat-trej mas-siġġu għoli).

20.   PERIKLI LI JAQGĦU

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-waqgħa jkunu limitati kemm jista’ jkun.

Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati ma’ perikli li jaqgħu għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Prodotti b’mankijiet li jġorru magħhom għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-mankijiet ma jinqalgħux mill-oġġett meta t-tfal ikunu qed jinġarru.

(b)

Kwalunkwe manku għandu jitwaħħal b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda periklu assoċjat mat-tfal li jaqgħu barra mill-prodott.

(c)

Il-prodotti li jitbandlu ma għandhomx jintroduċu perikli li jaqgħu.

(d)

Il-prodotti għandhom ikunu għoljin biżżejjed (serħan tad-dahar, serħan mid-driegħ, funzjoni ta’ lqugħ, eċċ.) u saħħa (inklużi prodotti magħmula mid-drapp) biex ikun żgurat li t-tfal jinżammu b’mod sikur.

(e)

Prodotti b’funzjoni ta’ trażżin biex jipprevjenu l-waqgħa għandhom ikunu sikuri fl-użu u ma jirriżultawx f’perikli addizzjonali mit-trażżin infushom.

(f)

Il-prodotti fejn it-tfal ikunu f’pożizzjoni għolja ma għandhomx joħolqu periklu li jaqgħu (eż. siġġijiet għoljin u t-toqob tas-saqajn tagħhom, gradi ta’ sikurezza, eċċ.).

21.   PERIKLI TA’ GĦARQA

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-għarqa jkunu limitati kemm jista’ jkun.

Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati mal-għarqa għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Kwalunkwe apparat ta’ rbit għandu jkun sikur fl-użu u ma għandux jikkawża perikli addizzjonali huma stess.

(b)

It-tfal għandhom ikunu jistgħu jitneħħew faċilment f’sitwazzjoni ta’ emerġenza.

(c)

It-tifel ma għandux ikun kapaċi jiżloq b’mod mhux intenzjonat minn prodott bħal sedil li jżomm f’wiċċ l-ilma.

(d)

Il-prodotti li jżommu f’wiċċ l-ilma għandhom iżommu f’wiċċ l-ilma; ma għandhomx jitilfu l-pressjoni tal-arja malajr; fil-każ ta’ tnixxija, huma għandhom iżommu l-kapaċità li jżommu f’wiċċ l-ilma.

(e)

Il-prodotti li jżommu f’wiċċ l-ilma għandhom iżommu stabbiltà sikura u ma jkunux suxxettibbli għall-forzi tar-riħ u tal-kurrent tal-ilma jekk ikunu previsti li jintużaw f’ilma miftuħ.

(f)

It-twissijiet xierqa kollha bħat-tfal qatt ma għandhom jitħallew waħedhom, l-għarqa tista’ sseħħ fi żmien qasir u f’ilma baxx ħafna, għandhom jiġu ddikjarati b’mod ċar.

22.   PERIKLI ELETTRIĊI

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-użu ta’ prodotti elettriċi (inkluż xokk elettriku) ikunu limitati kemm jista’ jkun.

Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati ma’ perikli elettriċi għandhom jiġu inklużi għal dawn li ġejjin (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Meta tintuża l-enerġija maħżuna (eż. minn batterija), il-kurrent użat u d-disinn tal-prodott tat-tfal ma għandhom joħolqu l-ebda riskju għat-tfal.

(b)

Il-batteriji u l-partijiet li fihom il-kurrent ma għandhomx ikunu aċċessibbli għat-tfal.

(c)

Il-wajers tal-prodotti elettriċi ma għandhomx jintroduċu perikli addizzjonali.

23.   PERIKLI BIJOMETRIĊI

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-użu tal-parametri bijometriċi jkunu limitati kemm jista’ jkun.

Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati ma’ perikli bijometriċi għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Meta jintużaw parametri bijometriċi, il-prodott tat-tfal ma għandu joħloq l-ebda riskju għat-tfal.

(b)

Jenħtieġ li dejjem ikun hemm sistema mekkanika ta’ riżerva sabiex persuna li l-karatteristiċi tagħha ma jkunux ġew ipprogrammati fl-apparat tkun tista’ toperah speċjalment f’emerġenza jew jekk il-batterija tfalli.

24.   PERIKLI AKUSTIĊI

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-ħsejjes ikunu limitati kemm jista’ jkun.

Il-prodotti ddisinjati biex jarmu ħoss ma għandhomx jarmu ħsejjes għoljin ħafna u/jew ħsejjes kontinwi qawwija li jistgħu jippreżentaw riskju ta’ ħsara għas-smigħ tat-tfal.

25.   PERIKLI TA’ RADJAZZJONI

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli għas-saħħa jew ir-riskju ta’ korriment tal-għajnejn jew tal-ġilda relatati mar-radjazzjoni artifiċjali u naturali jkunu limitati kemm jista’ jkun.

Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati mar-radjazzjoni minn sorsi artifiċjali għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Kwalunkwe dawl mormi mill-prodott għandu jkun sikur u ma jfixkilx ir-ritmu naturali tal-irqad.

(b)

Id-dawl ta’ intensità għolja u d-dawl ikkonċentrat ma għandhomx jintużaw.

(c)

Perikli ta’ radjazzjoni mhux viżibbli għandhom ikunu limitati kemm jista’ jkun (inklużi kampi elettriċi, manjetiċi, elettromanjetiċi u tipi oħra ta’ radjazzjoni).

(d)

Għandhom jiġu inklużi rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati mar-radjazzjoni minn sorsi naturali, pereżempju ħruq mix-xemx.

26.   PERIKLI RADJUATTIVI

Il-prodotti tat-tfal għandhom jevitaw l-użu ta’ kwalunkwe materjal li jista’ jżid il-perikli radjuattivi.

27.   PERIKLI TA’ IĠJENE

Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-iġjene jkunu limitati kemm jista’ jkun.

Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati mal-perikli tal-iġjene għandhom jiġu inklużi għal dawn li ġejjin (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Il-prodotti għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jevitaw ir-riskju ta’ infezzjoni jew kontaminazzjoni.

(b)

Prodotti ma għandhomx jippreżentaw perikli mikrobijoloġiċi minħabba nuqqas ta’ iġjene tal-materjal tal-mili ta’ oriġini mill-annimali (eż. rix).

(c)

Il-prodotti għandhom ikunu jistgħu jitnaddfu u r-rekwiżiti kollha tas-sikurezza għandhom jibqgħu jiġu ssodisfati wara.

(d)

Il-prodotti magħmula minn materjali riċiklati għandhom ukoll jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti.

(e)

Il-manifattur għandu jipprovdi struzzjonijiet ta’ tindif bir-reqqa.

(f)

Jenħtieġ li l-materjal ikun ħieles minn kontaminazzjoni bijoloġika u minn organiżmi ta’ ħsara.

28.   PERIKLI ASSOĊJATI MAL-INFORMAZZJONI PPROVDUTA MAL-PRODOTT

Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar is-sikurezza u speċjalment biex jiġu evitati perikli li ma jistgħux jiġu evitati bid-disinn tal-prodott innifsu. L-informazzjoni fornuta fuq jew mal-prodott għandha tingħata b’tali mod li l-perikli jkunu limitati kemm jista’ jkun.

Ir-rekwiżiti għall-informazzjoni dwar is-sikurezza għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej, iżda mhumiex limitati għal:

(a)

L-informazzjoni dwar is-sikurezza għandha tiġi pprovduta b’mod ċar u li jidher sew, li tinkludi informazzjoni dwar ix-xiri, struzzjonijiet dwar l-użu, marki u twissijiet.

(b)

Jenħtieġ li jintużaw pittogrammi u illustrazzjonijiet ċari u li jinftiehmu meta jkun possibbli minflok jew flimkien ma’ test għal informazzjoni relatata mas-sikurezza.

(c)

L-informazzjoni għandha tkun fil-lingwa/i tal-pajjiż li fih il-prodott jitqiegħed fis-suq.

(d)

Il-marki fuq il-prodott għandhom jibqgħu jidhru b’mod ċar u jinqraw faċilment matul il-ħajja tal-prodott.

(e)

Il-konsumatur għandu jkun jista’ jara b’mod ċar u faċli l-informazzjoni kollha dwar ix-xiri fil-punt tal-bejgħ (inkluż il-bejgħ online).

(f)

Għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet għal sikurezza, installazzjoni, assemblaġġ, użu u manutenzjoni.

(g)

Il-limitazzjonijiet tal-użu sikur għandhom jiġu ddikjarati b’mod ċar.

(h)

Għandhom jiġu ddikjarati l-età minima/massima/il-piż/l-għoli tal-użu (fejn rilevanti biex jiġi żgurat l-użu sikur tal-prodott).

(i)

Fejn prodott jista’ jkun soġġett għal maturazzjoni, għandha tingħata informazzjoni dwar kif għandu jiġi vverifikat li l-prodott għadu sikur fl-użu,

(j)

Għandha tingħata informazzjoni dwar meta u kif il-prodott għandu jintrema/jiġi riċiklat meta dan jista’ jirrappreżenta kwistjoni ta’ sikurezza.

(k)

Għandhom jingħataw struzzjonijiet biex il-prodott jiġi ċċekkjat qabel l-użu, flimkien ma’ gwida biex jitwaqqaf l-użu minnufih jekk il-prodott issirlu ħsara b’xi mod.

(l)

It-tikketti fuq prodotti jew fuq l-imballaġġ tagħhom u l-istruzzjonijiet għall-użu li jakkumpanjawhom għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-persuni li jindukraw għall-perikli inerenti, ir-riskji ta’ dannu jew l-effetti sekondarji involuti fl-użu tal-oġġetti u għall-modi kif dawn jistgħu jiġu evitati.

(m)

L-immarkar u l-istampi fuq it-tikketti jew l-imballaġġ ma għandhomx iqarrqu dwar xi rekwiżit ta’ sikurezza fl-istandard.

(n)

L-immarkar li jippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tiegħu permezz tal-katina tad-distribuzzjoni għandu jikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

(o)

Il-prodotti tat-tfal iddisinjati biex jitwaħħlu ma’ prodotti oħra għandu jkollhom twissijiet li jindikaw il-perikli u r-riskji ta’ twaħħil ma’ prodotti mhux adattati.

(p)

Il-prodotti tat-tfal iddisinjati biex jitwaħħlu ma’ prodotti oħra għandu jkollhom informazzjoni dwar ix-xiri li tindika t-tip u l-firxa ta’ prodotti li għalihom l-oġġett huwa adattat.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/177


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1339

tas-27 ta’ Ġunju 2023

dwar is-sħubija fin-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u dwar arranġamenti temporanji biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar internazzjonali fid-dawl tal-iskadenza tar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 168(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Iċ-ċertifikat COVID Diġitali tal-UE introdott bir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien qasir sar standard globali għaċ-ċertifikati tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan u għandu 51 pajjiż terz u territorju konnessi mas-sistema lil hinn mill-Istati Membri kollha. Permezz tad-dimensjoni esterna tiegħu, iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE wera wkoll li huwa l-aktar soluzzjoni u għodda użata b’mod wiesa’ għall-promozzjoni tal-ivvjaġġar internazzjonali sikur u tal-irkupru fuq livell globali. Barra mill-użu tiegħu fil-qasam tal-ivvjaġġar, l-użu taċ-ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ppromwova l-kontinwità tat-tilqim transfruntier.

(2)

Iċ-ċertifikat COVID Diġitali tal-UE kien ta’ importanza kbira fis-salvagwardja tal-moviment liberu u tal-ivvjaġġar u t-teknoloġija sottostanti tiegħu tista’ tkompli sservi bħala għodda, utli biex inkunu mħejjija aħjar għal kriżijiet tas-saħħa futuri possibbli, li tippermetti liċ-ċittadini u lin-negozji jtaffu l-impatt tal-mard komunikabbli u jiżguraw livell adegwat ta’ tħejjija xierqa għall-kriżijiet tas-saħħa. Dan huwa wkoll konformi mar-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 01/2023 bit-titolu “Għodod li ffaċilitaw l-ivvjaġġar ġewwa l-UE matul il-pandemija tal-COVID-19 – Inizjattivi rilevanti b’impatt li jvarja bejn suċċess u użu limitat”.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 għandu jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2023. Għalhekk, jenħtieġ li mill-1 ta’ Lulju 2023, il-ħruġ u l-aċċettazzjoni possibbli taċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan isiru abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti bil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri u f’konformità magħhom. Barra minn hekk, ir-referenzi f’din ir-rakkomandazzjoni għall-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont ir-Regolament (UE) 2021/953 qed isiru biss għall-faċilità ta’ referenza, u ma għandhomx jinftiehmu bħala li jżommu fis-seħħ dawn l-atti ta’ implimentazzjoni jew is-setgħat tal-Kummissjoni li tadotta u temenda atti ta’ implimentazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/953. Kwalunkwe referenza għall-atti ta’ implimentazzjoni adottati qabel skont ir-Regolament (UE) 2021/953 għandha tinftiehem bħala referenzi statiċi għall-atti msemmija, fil-verżjoni tagħhom applikabbli fit-30 ta’ Ġunju 2023.

(4)

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ser tistabbilixxi network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali. In-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali huwa mekkaniżmu li jappoġġa l-verifika taċ-ċertifikati li jinħarġu mill-parteċipanti fin-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali. Inizjalment, dawn iċ-ċertifikati ser jikkonċernaw liċ-ċertifikati tal-COVID-19 u jistgħu, fi stadju aktar tard, jinkludu wkoll iċ-ċertifikazzjoni ta’ dokumenti oħra, bħal rekords ta’ immunizzazzjoni ta’ rutina u ċ-Ċertifikat Internazzjonali tat-Tilqim jew Profilassi stipulati fl-Anness 6 tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005), għall-finijiet tal-ivvjaġġar internazzjonali u l-kontinwità tal-kura.

(5)

Jenħtieġ li l-istabbiliment ta’ sistemi biex jittaffa l-impatt tal-kriżijiet tas-saħħa globali fuq l-ivvjaġġar għaċ-ċittadini u n-negozji jitqies bħala pilastru ewlieni tal-aġenda ta’ tħejjija tal-kriżi globali tas-saħħa tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni fin-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO tikkontribwixxi għall-allinjament globali tal-istandards taċ-ċertifikati tas-saħħa u għall-istabbiliment ta’ sistema għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tas-saħħa diġitali għall-ivvjaġġar internazzjonali u l-kontinwità tal-kura.

(6)

In-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali li qed jiġi żviluppat mid-WHO jadotta l-qafas ta’ fiduċja, il-prinċipji u t-teknoloġiji miftuħa taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE fl-ambitu tal-istruttura tiegħu stess. Il-Kummissjoni beħsiebha tikkoopera mill-qrib mad-WHO bil-ħsieb li tiżgura li n-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali jkun koerenti mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti qabel fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1073 (2). Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jikkonnettjaw man-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023. Għal tranżizzjoni bla xkiel mis-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għan-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mistiedna joħorġu ċertifikati tal-firem tad-dokumenti ġodda li jintużaw għall-ħruġ taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE qabel l-iskadenza tar-Regolament (UE) 2021/953 biex jiżguraw il-validità teknika massima tagħhom u jirreġistrawhom fil-gateway tal-interoperabbiltà tal-qafas ta’ fiduċja stabbilit skont dak ir-Regolament (il-“Gateway tal-UE”).

(7)

Il-Kummissjoni beħsiebha tiżgura tranżizzjoni bla xkiel għall-Istati Membri biex jissieħbu fin-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO, billi żżomm il-Gateway tal-UE sal-31 ta’ Diċembru 2023 b’mod li jappoġġa l-objettivi ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni beħsiebha tiffinanzja l-Gateway tal-UE permezz tal-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dan għandu jagħti biżżejjed żmien lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi konnessi mal-Gateway tal-UE biex jadottaw il-proċeduri meħtieġa biex jissieħbu man-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO.

(8)

Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-Unjoni li jivvjaġġaw barra mill-Unjoni jenħtieġ li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom mezzi biex jagħtu prova tal-istatus tagħhom fir-rigward tal-COVID-19, kull meta dan jintalab speċifikament għall-ivvjaġġar barra mill-Unjoni. Għalhekk, ladarba jkunu konnessi man-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mistiedna wkoll joħorġu, fuq talba, ċertifikati kompatibbli mal-format stabbilit min-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO, abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti qabel fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1073, għall-finijiet tal-faċilitazzjoni tal-ivvjaġġar internazzjonali lejn pajjiżi terzi li jirrikjedu tali ċertifikati, b’mod partikolari f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali. Minbarra li jiffaċilita l-ivvjaġġar internazzjonali, dan il-ħruġ ta’ ċertifikati jista’ jikkontribwixxi għall-allinjament globali tal-istandards taċ-ċertifikati tas-saħħa u għall-iżvilupp ta’ sistema għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tas-saħħa diġitali biex tiġi ffaċilitata l-kontinwità tal-kura.

(9)

Jenħtieġ li l-Istati Membri joħorġu tali ċertifikati f’format diġitali jew stampat, jew fit-tnejn li huma. Jenħtieġ li d-detenturi prospettivi jkollhom id-dritt li jirċievu ċ-ċertifikati fil-format tal-għażla tagħhom. Jenħtieġ li l-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikati tintwera wkoll f’forma li tinqara mill-bniedem u li tkun ipprovduta, tal-anqas, bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru emittenti u bl-Ingliż.

(10)

Jenħtieġ li l-adozzjoni taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE min-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO tippermetti lill-pajjiżi terzi li għad għandhom fis-seħħ rekwiżiti relatati mal-COVID-19 bħala kundizzjonijiet għad-dħul fit-territorji tagħhom, u li huma konnessi mal-“Gateway tal-UE”, jaċċettaw u jivverifikaw ċertifikati maħruġa kemm qabel kif ukoll ċertifikati maħruġa wara l-1 ta’ Lulju 2023.

(11)

Mill-perspettiva tal-vjaġġaturi lejn l-Unjoni, ladarba jkunu konnessi man-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO, sabiex jiġi żgurat li t-tħassib dwar is-saħħa pubblika relatat mal-pandemija tal-COVID-19 ikun jista’ jiġi indirizzat b’mod adegwat, l-Istati Membri jingħataw il-parir li jżommu l-kapaċità li jaċċettaw u jivverifikaw iċ-ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi skont in-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO li jkomplu jissodisfaw l-istandards għoljin, li ġew stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2021/953. Meta l-Istati Membri jirrikjedu prova tat-tilqim, tat-testijiet jew tal-irkupru mill-COVID-19 sabiex ineħħu r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar lejn l-Unjoni, jenħtieġ li jaċċettaw ċertifikati tal-COVID-19 li jkunu konformi teknikament man-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO.

(12)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-9 ta’ Diċembru 2022, dwar it-tilqim bħala waħda mill-aktar għodod effettivi għall-prevenzjoni tal-mard u t-titjib tas-saħħa pubblika, il-Kunsill appella lill-Kummissjoni biex “tesplora l-valur miżjud ta’ verżjoni diġitali taċ-ċertifikati tat-tilqim, filwaqt li tqis l-esperjenzi ta’ infrastrutturi diġitali Ewropej u għodod eżistenti oħra, bħaċ-Ċertifikat Internazzjonali tat-Tilqim jew Profilassi”. Żviluppi simili huma ppjanati mid-WHO billi biħsiebha tkompli tiżviluppa n-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tagħha, sabiex, pereżempju, tappoġġa d-diġitalizzazzjoni taċ-Ċertifikat Internazzjonali tat-Tilqim u Profilassi, jew taċ-ċertifikati tat-tilqim għall-immunizzazzjoni ta’ rutina. Għalhekk, l-Istati Membri huma mistiedna jipparteċipaw b’mod attiv fl-isforz biex in-network jiġi żviluppat aktar, kif ukoll joħorġu, jaċċettaw u jivverifikaw tipi oħra ta’ ċertifikati tat-tilqim jew data dwar is-saħħa, skont ma jkun rilevanti.

(13)

Matul perjodu tranżitzzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2023, u sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għan-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO, l-Istati Membri li għadhom ma kkonnettjawx man-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO huma mħeġġa biex, fuq talba, b’mod partikolari f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika ddikjarata ta’ tħassib internazzjonali, joħorġu, f’konformità mad-dritt nazzjonali, ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan fil-format kompatibbli mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti qabel fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1073, dment li bażi legali għall-ħruġ ta’ tali ċertifikati tkun stabbilita fid-dritt nazzjonali tagħhom. Barra minn hekk, matul dan il-perjodu tranżizzjonali, meta l-Istati Membri jirrikjedu prova taċ-ċertifikati COVID-19 sabiex ir-restrizzjonijiet ma jiġux applikati fuq l-ivvjaġġar lejn l-Unjoni, huma mħeġġa jaċċettaw provi tat-tilqim, tal-fejqan jew tal-ittestjar fir-rigward tal-COVID-19 li qabel kienu koperti minn att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 3(10) jew l-Artikolu 8(2) tar-Regolamenti (UE) 2021/953, f’konformità mal-approċċ stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2548 (4).

(14)

Matul l-istess perjodu, l-Istati Membri li għadhom ma kkonnettjawx man-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO huma wkoll imħeġġa li jibqgħu konnessi wkoll mal-Gateway tal-UE, sakemm tali gateway ikun qed jinżamm mill-Kummissjoni. Il-parir għal dawk l-Istati Membri li diġà kkonnettjaw man-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO huwa li jissinkronizzaw l-informazzjoni li jtellgħu fin-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO mal-Gateway tal-UE.

(15)

L-Istati Membri huma mħeġġa jagħtu effett lil din ir-Rakkomandazzjoni mill-1 ta’ Lulju 2023, li huwa l-jum wara l-iskadenza tar-Regolament (UE) 2021/953, sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil possibbli, speċjalment fir-rigward tal-ivvjaġġar internazzjonali lejn pajjiżi terzi li għadhom jeħtieġu ċertifikati tal-COVID. B’mod speċifiku fir-rigward tal-ħruġ ta’ ċertifikat tal-firem tad-dokumenti ġdid t, l-Istati Membri jistgħu joħorġu tali ċertifikat biss waqt li r-Regolament (UE) 2021/953 ikun għadu fis-seħħ. Għalhekk huma mistiedna jagħtu lil dan iċ-ċertifikat il-validità teknika massima possibbli u jirreġistrawh fil-Gateway tal-UE qabel l-iskadenza tar-Regolament (UE) 2021/953 fit-30 ta’ Ġunju 2023.

(16)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) japplika għall-ipproċessar tad-data personali mwettaq fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw f’kull ħin li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni dwar id-data personali u b’mod partikolari li jkun hemm konformità mal-prinċipju tal-legalità stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679.

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Konnessjoni man-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO

1.

Il-Kunsill jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkoopera mill-qrib mad-WHO fl-iżvilupp tan-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali, li jippermetti lid-WHO tadotta l-qafas ta’ fiduċja, il-prinċipji u t-teknoloġiji miftuħa taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE fl-istruttura tagħha stess, abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti qabel fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1073.

2.

L-Istati Membri huma mħeġġa jikkonnettjaw man-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali li qed jiġi stabbilit mid-WHO, dment li bażi legali xierqa tkun stabbilita fid-dritt nazzjonali tagħhom, mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023.

3.

Kull Stat Membru li jixtieq jingħaqad man-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO huwa mħeġġeġ joħroġ ċertifikat tal-firem tad-dokumenti ġdid bil-validità teknika massima possibbli u jirreġistrah fil-Gateway tal-UE qabel l-iskadenza tar-Regolament (UE) 2021/953.

4.

Il-Kunsill jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiffaċilita tranżizzjoni bla xkiel mis-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għan-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO. Madankollu, huwa f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk jikkonnettjawx man-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali jekk iridux jagħmlu dan bit-teknoloġija eżistenti jew li jfittxu konnessjoni fi stadju aktar tard.

Il-ħruġ u l-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati skont in-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO

5.

Ladarba jkunu konnessi man-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO, l-Istati Membri huma mħeġġa jwettqu, kif xieraq, il-kompiti preskritti mid-WHO b’rabta mat-tħaddim tan-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO bl-aktar mod effiċjenti possibbli, dment li bażi legali xierqa tkun stabbilita fid-dritt tal-Unjoni jew f’dak nazzjonali, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, b’mod partikolari:

(a)

joħorġu, kif xieraq, b’mod partikolari, f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika ddikjarata ta’ tħassib internazzjonali ċertifikati COVID-19 fil-format kompatibbli man-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO li jridu jkunu bbażati fuq speċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti qabel fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1073;

(b)

joħorġu ċ-ċertifikati msemmija fl-inċiż (a) ta’ dan il-punt f’format diġitali jew stampat, jew it-tnejn li huma, u jiffaċilitaw kif xieraq il-proċess għad-detenturi prospettivi li jirċievu ċ-ċertifikati fil-format tal-għażla tagħhom. Huwa rakkomandat li l-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikati tintwera wkoll f’forma li tinqara mill-bniedem u li tiġi pprovduta, tal-anqas, bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru emittenti u bl-Ingliż;

(c)

meta jirrikjedu prova tat-tilqim, tat-testijiet jew tal-fejqan fir-rigward tal-COVID-19 sabiex ineħħu r-restrizzjonijiet, jaċċettaw iċ-ċertifikati tal-COVID-19 li jkunu konformi man-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO.

L-evoluzzjoni ulterjuri tan-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO

6.

L-Istati Membri huma mħeġġa jipparteċipaw b’mod attiv fl-isforz biex in-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO jiġi żviluppat aktar, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi dwar l-aġġornar tar-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa, u li jeżaminaw il-benefiċċji, l-isfidi u r-rekwiżiti legali potenzjali taċ-ċertifikati diġitali tad-WHO, inkluż l-esplorazzjoni – inter alia – tal-użu taċ-ċertifikati diġitali għal mard ieħor u l-awtentikazzjoni ta’ data oħra dwar is-saħħa.

Perjodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2023

7.

Il-Kunsill jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li żżomm il-Gateway tal-UE għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE b’mod li jappoġġa l-objettivi ta’ din ir-Rakkomandazzjonisal-31 ta’ Diċembru 2023, sabiex jiġu faċilitati l-miżuri li għandhom jittieħdu biex issir konnessjoni man-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali li qed jiġi stabbilit mid-WHO, u li tkompli biex dan ikun disponibbli għal pajjiżi u territorji terzi li huma diġà konnessi mal-Gateway tal-UE, dment li -ċ-ċertifikati rilevanti ta’ dawk il-pajjiżi u t-territorji terzi jibqgħu jinħarġu abbażi ta’ standards u sistemi teknoloġiċi li jkunu interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja tal-Gateway tal-UE u li jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, il-validità u l-integrità tagħhom..

8.

Sakemm l-Istati Membri jkunu konnessi man-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO msemmi fil-punt 1, u matul il-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2023, dawn huma mħeġġa li jibqgħu konnessi mal-Gateway tal-UE, sakemm tali gateway ikun qed jinżamm mill-Kummissjoni u dment li bażi legali xierqa tkun stabbilita fid-dritt nazzjonali tagħhom, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, sabiex:

(a)

joħorġu, kif xieraq, b’mod partikolari f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika ddikjarata ta’ tħassib internazzjonali ċertifikati COVID-19 fil-format ibbażat fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti preċedentement fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1073;

(b)

joħorġu ċ-ċertifikati msemmija fl-inċiż (a) ta’ dan il-punt f’format diġitali jew stampat, jew it-tnejn li huma, u li jiġi ffaċilitat kif xieraq il-proċess għad-detenturi prospettivi li jirċievu ċ-ċertifikati fil-format tal-għażla tagħhom. Huwa rakkomandat li l-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikati tintwera wkoll f’forma li tinqara mill-bniedem u li tkun ipprovduta, tal-anqas, bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru emittenti u bl-Ingliż;

(c)

meta jirrikjedu prova tat-tilqim, tat-testijiet jew tal-fejqan fir-rigward tal-COVID-19, b’mod partikolari f’każ ta’ emerġenza għas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali, biex jaċċettaw provi tat-tilqim, tal-fejqan jew tal-ittestjar fir-rigward tal-COVID-19 li qabel kienu koperti minn att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 3(10) jew l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953;

9.

L-Istati Membri konnessi man-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO mħeġġa wkoll jiżguraw, sal-31 ta’ Diċembru 2023, is-sinkronizzazzjoni tal-informazzjoni li jtellgħu fil-Gateway tal-UE u fin-network globali taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa diġitali tad-WHO.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  Ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1073 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ fiduċja għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 230, 30.6.2021, p. 32).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1).

(4)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2548 tal-13 ta’ Diċembru 2022 dwar approċċ ikkoordinat għall-ivvjaġġar lejn l-Unjoni matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 (ĠU L 328, 22.12.2022, p. 146).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).