ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 156

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
19 ta' Ġunju 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1176 tal-14 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mapep indikattivi tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport ( 1 )

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1177 tal-5 ta’ April 2023 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista predeterminata ta’ okkupazzjonijiet għall-finijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża

6

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1178 tal-11 ta’ April 2023 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/47 li jawtorizza l-użu ta’ xbieki tat-tkarkir T90 alternattivi għas-sajd fil-Baħar Baltiku, b’deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005

31

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1179 tat-12 ta’ Ġunju 2023 li jirreġistra isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Bohusläns blåmusslor (DOP))

32

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1180 tat-8 ta’ Ġunju 2023 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' ċerti riżoluzzjonijiet li għandu jittieħed vot dwarhom fil-21 Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid, li ser issir fid-9 ta’ Ġunju 2023

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1181 tas-16 ta' Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1694 b’appoġġ għall-universalizzazzjoni, l-implimentazzjoni u t-tisħiħ tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjonijiet u r-Restrizzjonijiet fuq l-Użu ta’ Ċerti Armi Konvenzjonali Li Jistgħu Jitqiesu li Huma Ta’ Ħsara Eċċessiva jew li Għandhom Effetti Indiskriminati (CCW)

37

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1176

tal-14 ta’ Lulju 2022

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mapep indikattivi tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 49(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jipprevedi l-possibilità li l-mapep indikattivi tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) ta’ pajjiżi ġirien speċifiċi jiġu adattati jew li jiżdiedu l-ġodda abbażi ta’ ftehimiet ta’ livell għoli dwar in-netwerks tal-infrastruttura tat-trasport bejn l-Unjoni u l-pajjiżi ġirien ikkonċernati.

(2)

Ġie ffirmat ftehim ta’ livell għoli kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 bejn l-Unjoni u l-Ukrajna fid-29 ta’ Ġunju 2022. Il-ftehim dwar il-bidliet fil-mapep indikattivi tat-TEN-T jikkonċerna l-linji ferrovjarji, it-toroq, u l-inklużjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni. Jenħtieġ li l-bidliet fil-mapep indikattivi jippermettu lill-Unjoni tindirizza aħjar il-kooperazzjoni tagħha mal-Ukrajna.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-mapep 16.7 u 16.8 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

Image 1

Image 2

(2)

tiżdied il-mappa 16.9 li ġejja:

Image 3


19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/6


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1177

tal-5 ta’ April 2023

li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista predeterminata ta’ okkupazzjonijiet għall-finijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir, viżi għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza (ir-Regolament VIS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9, it-tielet paragrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 jistabbilixxi s-Sistema tal-informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u jiddefinixxi l-għan u l-funzjonalitajiet tas-sistema u r-responsabbiltajiet għaliha. Dan ir-Regolament jistabbilixxi kundizzjonijiet u proċeduri għall-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir, viżi għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza.

(2)

Bħala parti mill-formola tal-applikazzjoni għal viżi għal perjodu qasir li għandha timtela minn kull applikant, l-applikanti għandhom jipprovdu data personali relatata mal-okkupazzjoni attwali tagħhom. Meta tiddaħħal id-data fil-fajl tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-okkupazzjoni trid tiddaħħal billi tintgħażel l-okkupazzjoni minn lista predeterminata ta’ okkupazzjonijiet (grupp ta’ impjieg).

(3)

Għalhekk jenħtieġ li tiġi stabbilita lista predeterminata ta’ gruppi ta’ impjiegi għall-finijiet tal-VIS. Il-lista jenħtieġ li tuża l-Klassifikazzjoni Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO) adottata mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol. Sabiex jiġi żgurat li d-data dwar l-okkupazzjonijiet tal-applikanti tkun speċifika biżżejjed, l-awtorità tal-viża jenħtieġ li tintalab tagħżel gruppi ta’ impjieg għal mill-inqas il-livell 2 (grupp submaġġuri) tal-Istandard, iżda wkoll għal-livelli 3 (grupp minuri) jew 4 (grupp ta’ unitajiet), fejn disponibbli.

(4)

Il-kamp tad-data dwar l-okkupazzjoni attwali tal-applikant fil-fajl tal-applikazzjoni tal-VIS jenħtieġ li jiżgura li jintwerew biss l-għażliet rilevanti u jassisti b’mod attiv lill-awtorità tal-viża biex issib il-grupp ta’ impjieg billi tiffiltra l-għażliet abbażi tal-għażliet preċedenti li jkunu saru.

(5)

Dispożizzjonijiet speċifiċi japplikaw għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal rekwiżit ta’ viża, li jkunu membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jgawdu d-dritt ta’ moviment ħieles ekwivalenti għal dak taċ-ċittadini tal-Unjoni permezz ta’ ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra, u li ma għandhomx karta ta’ residenza skont id-Direttiva 2004/38/KE. Bl-istess mod, il-lista predeterminata ta’ okkupazzjonijiet attwali (gruppi ta’ impjiegi) jenħtieġ li ma tapplikax għall-membri tal-familja ta’ ċittadini tar-Renju Unit li huma stess huma benefiċjarji tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit fl-Istat ospitanti li għalih issir l-applikazzjoni għal viża.

(6)

Minħabba li r-Regolament (UE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, innotifikat l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1134 fid-dritt nazzjonali tagħha. Għalhekk id-Danimarka hija marbuta b’dan ir-Regolament.

(7)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda ma tiħux sehem fihom (4). għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(8)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6).

(9)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8).

(10)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (9), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artiklu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10).

(11)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li b’xi mod ieħor huwa relatat miegħu, fis-sens, rispettivament, tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005.

(12)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u ta opinjoni fit-2 ta’ Diċembru 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Okkupazzjoni attwali

1.   Skont l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (4)(l) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 għat-tlestija tal-qasam tad-data tal-okkupazzjoni attwali fil-fajl tal-applikazzjoni, l-awtorità tal-viża għandha tagħżel waħda mill-għażliet li ġejjin:

(a)

impjegat;

(b)

ħaddiem għal rasek;

(c)

qiegħed/mhux impjegat;

(d)

irtirat;

(e)

student

2.   Fejn l-awtorità tal-viża tagħżel il-paragrafu 1, il punt (a) jew il-punt (b), l-awtorità tal-viża għandha tagħżel l-okkupazzjoni attwali tal-applikant mil-lista predeterminata ta’ gruppi ta’ impjiegi stabbilita fl-Anness.

3.   Fejn l-awtorità tal-viża tagħżel il-paragrafu 1, il-punt (c), (d) jew (e), l-awtorità tal-viża ma għandha tagħżel l-ebda okkupazzjoni mil-lista predeterminata ta’ gruppi ta’ impjiegi stabbilita fl-Anness.

4.   Meta l-applikant ikun minorenni, l-għażliet fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b), (c) jew (e) biss għandhom ikunu viżibbli u disponibbli għall-għażla.

5.   Il-kamp tad-data dwar l-okkupazzjoni attwali tal-applikant fil-fajl tal-applikazzjoni tal-VIS għandu jgħin lill-awtorità tal-viża biex issib il-grupp ta’ impjieg rilevanti billi jiffiltra l-għażliet abbażi tal-għażliet preċedenti magħżula.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mid-data tal-bidu tal-operazzjonijiet tal-VIS skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1134.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ April 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 218 13.8.2008, p. 60.

(2)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L 248, 13.7.2021, p. 11).

(4)  Dan ir-Regolament jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(7)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(9)   ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Lista predeterminata ta’ okkupazzjonijiet

L-awtorità tal-viża, meta ddaħħal id-data f’fajl tal-applikazzjoni, trid iddaħħal l-okkupazzjoni attwali meħuda mill-formola tal-applikazzjoni billi tagħżel grupp ta’ impjieg wieħed mil-lista predeterminata ta’ okkupazzjonijiet (gruppi ta’ impjiegi) elenkati hawn taħt.

Il-lista hija bbażata fuq il-gruppi ewlenin, il-gruppi submaġġuri, il-gruppi minuri u l-gruppi ta’ unitajiet tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali Standard tal-Impjiegi 2008 (ISCO-08):

Livell 1: Gruppi ewlenin

Livell 2: Gruppi submaġġuri

Livell 3: Gruppi minuri

Livell 4: Gruppi ta’ unitajiet

1.   Maniġers

1.1.

Kap eżekuttiv, uffiċjal anzjan jew leġiżlatur

1.1.1.

Leġiżlatur jew uffiċjal anzjan

1.1.1.1.

Leġiżlatur

1.1.1.2.

Uffiċjal anzjan tal-gvern

1.1.1.3.

Kapijiet tradizzjonali jew kapijiet tal-irħula

1.1.1.4.

Uffiċjal anzjan ta’ organizzazzjonijiet ta’ interess speċjali

1.1.2.

Direttur maniġerjali jew kap eżekuttiv

1.2.

Maniġer amministrattiv jew kummerċjali

1.2.1.

Maniġer tas-servizzi tan-negozju jew tal-amministrazzjoni

1.2.1.1.

Maniġer tal-finanzi

1.2.1.2.

Maniġer tar-riżorsi umani

1.2.1.3.

Maniġer tal-politika jew tal-ippjanar

1.2.1.4.

Maniġer tas-servizzi kummerċjali jew tal-amministrazzjoni mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

1.2.2.

Maniġer tal-bejgħ, tal-kummerċjalizzazzjoni jew tal-iżvilupp

1.2.2.1.

Maniġer tal-bejgħ jew tal-kummerċjalizzazzjoni

1.2.2.2.

Maniġer tar-reklamar jew tar-relazzjonijiet pubbliċi

1.2.2.3.

Maniġer tar-riċerka u tal-iżvilupp

1.3.

Maniġer tal-produzzjoni jew tas-servizzi speċjalizzati

1.3.1.

Maniġer tal-produzzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija jew is-sajd

1.3.1.1.

Maniġer tal-produzzjoni tal-agrikoltura jew tal-forestrija

1.3.1.2.

Maniġer tal-produzzjoni tal-akkwakultura jew tas-sajd

1.3.2.

Maniġer tal-manifattura, tal-estrazzjoni, tal-kostruzzjoni jew tad-distribuzzjoni

1.3.2.1.

Maniġer tal-manifattura

1.3.2.2.

Maniġer tal-estrazzjoni

1.3.2.3.

Maniġer tal-kostruzzjoni

1.3.2.4.

Maniġer tal-provvista, tad-distribuzzjoni jew maniġer relatat

1.3.3.

Maniġer tas-servizzi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

1.3.4.

Maniġer tas-servizzi professjonali

1.3.4.1.

Maniġer tas-servizzi għall-indukrar tat-tfal

1.3.4.2.

Maniġer tas-servizzi tas-saħħa

1.3.4.3.

Maniġer tas-servizzi għall-indukrar tal-persuni mdaħħla fiż-żmien

1.3.4.4.

Maniġer tal-protezzjoni soċjali

1.3.4.5.

Maniġer tal-edukazzjoni

1.3.4.6.

Maniġer ta’ fergħat tas-servizzi finanzjarji jew tal-assigurazzjoni

1.3.4.7.

Maniġer tas-servizzi professjonali mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

1.4.

Maniġer tas-servizzi tal-ospitalità, dawk fil-livell tal-konsumatur jew ta’ servizzi oħra

1.4.1.

Maniġer tal-lukandi jew tar-ristoranti

1.4.1.1.

Maniġer tal-lukandi

1.4.1.2.

Maniġer tar-ristoranti

1.4.2.

Maniġer tan-negozju fil-livell tal-konsumatur jew bl-ingrossa

1.4.3.

Maniġer ta’ servizzi oħra

1.4.3.1.

Maniġer ta’ ċentri sportivi, ta’ rikreazzjoni jew kulturali

1.4.3.2.

Maniġer tas-servizzi mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

2.   Professjonisti

2.1.

Professjonist tax-xjenza jew tal-inġinerija

2.1.1.

Professjonist tax-xjenza fiżika jew tad-dinja

2.1.1.1.

Fiżiċista jew astronomu

2.1.1.2.

Meteorologu

2.1.1.3.

Spiżjar

2.1.1.4.

Ġeoloġist jew ġeofiżiku

2.1.2.

Matematiku, attwarju jew statistiku

2.1.3.

Professjonist tax-xjenza dwar il-ħajja

2.1.3.1.

Bijoloġist, botanist, żooloġist jew professjonist relatat

2.1.3.2.

Konsulent tal-biedja, tal-forestrija jew tas-sajd

2.1.3.3.

Professjonist tal-ħarsien tal-ambjent

2.1.4.

Professjonist tal-inġinerija (eskluża l-elettroteknoloġija)

2.1.4.1.

Inġinier industrijali jew tal-produzzjoni

2.1.4.2.

Inġinier ċivili

2.1.4.3.

Inġinier ambjentali

2.1.4.4.

Inġinier mekkaniku

2.1.4.5.

Inġinier kimiku

2.1.4.6.

Inġinier tal-estrazzjoni, metallurġist jew professjonist relatat

2.1.4.7.

Professjonist tal-inġinerija mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

2.1.5.

Inġinier tal-elettroteknoloġija

2.1.5.1.

Inġinier elettriku

2.1.5.2.

Inġinier tal-elettronika

2.1.5.3.

Inġinier tat-telekomunikazzjoni

2.1.6.

Perit, pjanatur, surveyor jew disinjatur

2.1.6.1.

Perit tal-bini

2.1.6.2.

Pajsaġġist

2.1.6.3.

Disinjatur tal-prodotti jew tal-ilbies

2.1.6.4.

Pjanatur tal-bliet jew tat-traffiku

2.1.6.5.

Kartografu jew surveyor

2.1.6.6.

Disinjatur grafiku jew tal-multimedia

2.2.

Professjonist tas-saħħa

2.2.1.

Tabib

2.2.1.1.

Prattikant mediku ġenerali

2.2.1.2.

Prattikant mediku speċjalist

2.2.2.

Professjonist tal-infermerija jew tal-qwiebel

2.2.2.1.

Professjonist tal-infermerija

2.2.2.2.

Professjonist tal-qwiebel

2.2.3.

Professjonist tal-mediċina tradizzjonali jew komplimentari

2.2.3.1.

Professjonist tal-mediċina tradizzjonali jew komplimentari

2.2.3.2.

Prattikant paramediku

2.2.4.

Veterinarju

2.2.5.

Professjonist tas-saħħa ieħor

2.2.5.1.

Dentist

2.2.5.2.

Spiżjar

2.2.5.3.

Professjonist tas-saħħa tal-ambjent jew tal-impjiegi tas-sanità

2.2.5.4.

Fiżjoterapista

2.2.5.5.

Espert tad-dieta jew nutrizzjonista

2.2.5.6.

Awdjologu jew terapista tat-taħdit

2.2.5.7.

Optometrista jew ottiku oftalmiku

2.2.5.8.

Professjonist tas-saħħa mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

2.3.

Professjonist tat-tagħlim

2.3.1.

Għalliem universitarju jew tal-edukazzjoni għolja

2.3.2.

Għalliem tal-edukazzjoni vokazzjonali

2.3.3.

Għalliem tal-edukazzjoni sekondarja

2.3.4.

Għalliem tal-iskola primarja jew tat-tfulija bikrija

2.3.4.1.

Għalliem tal-iskola primarja

2.3.4.2.

Edukatur tat-tfulija bikrija

2.3.5.

Professjonist ieħor tat-tagħlim

2.3.5.1.

Speċjalista tal-metodi tal-edukazzjoni

2.3.5.2.

Għalliem tal-bżonnijiet speċjali

2.3.5.3.

Għalliem ieħor tal-lingwi

2.3.5.4.

Għalliem ieħor tal-mużika

2.3.5.5.

Għalliem ieħor tal-arti

2.3.5.6.

Ħarrieġ tat-teknoloġija tal-informazzjoni

2.3.5.7.

Professjonist tat-tagħlim mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

2.4.

Professjonist tan-negozju jew tal-amministrazzjoni

2.4.1.

Professjonist tal-finanzi

2.4.1.1.

Kontabilist

2.4.1.2.

Konsulent finanzjarju jew tal-investiment

2.4.1.3.

Analist finanzjarju

2.4.2.

Professjonist tal-amministrazzjoni

2.4.2.1.

Analist tal-immaniġġjar jew tal-organizzazzjoni

2.4.2.2.

Professjonist tal-amministrazzjoni tal-politika

2.4.2.3.

Professjonist tal-persunal jew tal-karrieri

2.4.2.4.

Professjonist tat-taħriġ jew tal-iżvilupp tal-persunal

2.4.3.

Professjonist tal-bejgħ, tal-kummerċjalizzazzjoni jew tar-relazzjonijiet pubbliċi

2.4.3.1.

Professjonist tar-reklamar jew tal-kummerċjalizzazzjoni

2.4.3.2.

Professjonist tar-relazzjonijiet pubbliċi

2.4.3.3.

Professjonist tal-bejgħ tekniku u mediku (esklużi l-ICT)

2.4.3.4.

Professjonist tal-bejgħ tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni

2.5.

Professjonist tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjonijiet

2.5.1.

Żviluppatur jew analist tas-software jew tal-applikazzjonijiet

2.5.1.1.

Analist tas-sistemi

2.5.1.2.

Żviluppatur tas-software

2.5.1.3.

Żviluppatur tal-web jew tal-multimedia

2.5.1.4.

Programmatur tal-applikazzjonijiet

2.5.1.5.

Żviluppatur jew analist tas-software jew tal-applikazzjonijiet li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

2.5.2.

Professjonist tal-bażi tad-data jew tan-network

2.5.2.1.

Disinjatur jew amministratur tal-bażi tad-data

2.5.2.2.

Amministratur tas-sistemi

2.5.2.3.

Professjonist tan-networks tal-kompjuters

2.5.2.4.

Professjonist tal-bażi tad-data jew tan-networks mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

2.6.

Professjonist legali, soċjali jew kulturali

2.6.1.

Professjonist legali

2.6.1.1.

Avukat

2.6.1.2.

Imħallef

2.6.1.3.

Professjonist legali mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

2.6.2.

Librara, arkivisti jew kuratur

2.6.2.1.

Arkivisti jew kuratur

2.6.2.2.

Librara jew professjonist tal-informazzjoni relatat

2.6.3.

Professjonist soċjali jew reliġjuż

2.6.3.1.

Ekonomist

2.6.3.2.

Soċjologu, antropoloġu jew professjonist relatat

2.6.3.3.

Filosfu, storiku jew xjentist politiku

2.6.3.4.

Psikologu

2.6.3.5.

Professjonist tal-ħidma soċjali jew tal-konsulenza

2.6.3.6.

Professjonist reliġjuż

2.6.4.

Awtur, ġurnalisti jew lingwist

2.6.4.1.

Awtur jew kittieb relatat

2.6.4.2.

Ġurnalist

2.6.4.3.

Traduttur, interpretu jew lingwist ieħor

2.6.5.

Artist kreattiv jew tal-ispettaklu

2.6.5.1.

Artist viżiv

2.6.5.2.

Mużiċista, kantant jew kompożitur

2.6.5.3.

Żeffien jew koreografu

2.6.5.4.

Direttur jew produttur ta’ films, tal-palk jew relatat

2.6.5.5.

Attur

2.6.5.6.

Preżentatur tar-radju, tat-televiżjoni jew ta’ media oħra

2.6.5.7.

Artist kreattiv jew tal-ispettaklu li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

3.   Tekniku jew professjonist assoċjat

3.1.

Professjonist assoċjat tax-xjenza jew tal-inġinerija

3.1.1.

Tekniku tax-xjenza fiżika jew tal-inġinerija

3.1.1.1.

Tekniku tax-xjenza kimika jew fiżika

3.1.1.2.

Tekniku tal-inġinerija ċivili

3.1.1.3.

Tekniku tal-inġinerija elettrika

3.1.1.4.

Tekniku tal-inġinerija elettronika

3.1.1.5.

Tekniku tal-inġinerija mekkanika

3.1.1.6.

Tekniku tal-inġinerija kimika

3.1.1.7.

Tekniku tal-estrazzjoni jew tal-metallurġija

3.1.1.8.

Disinjatur tekniku

3.1.1.9.

Tekniku tax-xjenza fiżika jew tal-inġinerija mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

3.1.2.

Superviżur tal-estrazzjoni, tal-manifattura jew tal-kostruzzjoni

3.1.2.1.

Superviżur tal-estrazzjoni

3.1.2.2.

Superviżur tal-manifattura

3.1.2.3.

Superviżur tal-kostruzzjoni

3.1.3.

Tekniku tal-kontroll tal-ipproċessar

3.1.3.1.

Operatur tal-impjanti tal-produzzjoni tal-enerġija

3.1.3.2.

Operatur tal-impjanti tal-inċinerazzjoni jew tat-trattament tal-ilma

3.1.3.3.

Kontrollur tal-impjanti tal-ipproċessar kimiku

3.1.3.4.

Operatur tal-impjanti tar-raffinar taż-żejt jew tal-gass naturali

3.1.3.5.

Kontrollur tal-proċess tal-produzzjoni tal-metall

3.1.3.6.

Tekniku tal-kontroll tal-ipproċessar mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

3.1.4.

Tekniku tax-xjenza tal-ħajja jew professjonist assoċjat relatat

3.1.4.1.

Tekniku tax-xjenza tal-ħajja (eskluż dak mediku)

3.1.4.2.

Tekniku tal-agrikultura

3.1.4.3.

Tekniku tal-forestrija

3.1.5.

Kontrollur jew tekniku tal-vapur jew tal-inġenji tal-ajru

3.1.5.1.

Inġinier tal-vapuri

3.1.5.2.

Uffiċjal jew bdot tal-gverta tal-vapuri

3.1.5.3.

Bdot tal-inġenji tal-ajru jew professjonist assoċjat relatat

3.1.5.4.

Kontrollur tat-traffiku tal-ajru

3.1.5.5.

Tekniku tal-elettronika tas-sikurezza tat-traffiku tal-ajru

3.2.

Professjonist assoċjat tas-saħħa

3.2.1.

Tekniku mediku jew farmaċewtiku

3.2.1.1.

Tekniku tat-tagħmir terapewtiku jew tal-immaġnijiet mediċi

3.2.1.2.

Tekniku tal-laboratorju mediku jew tal-patoloġija

3.2.1.3.

Tekniku jew assistent farmaċewtiku

3.2.1.4.

Tekniku prostetiku mediku jew dentali

3.2.2.

Professjonist assoċjat tal-infermerija jew fix-xogħol tal-qwiebel

3.2.2.1.

Professjonist assoċjat tal-infermerija

3.2.2.2.

Professjonist assoċjat fix-xogħol tal-qwiebel

3.2.3.

Professjonist assoċjat tal-mediċina tradizzjonali jew komplimentari

3.2.3.1.

Professjonist assoċjat tal-mediċina tradizzjonali jew komplimentari

3.2.4.

Tekniku jew assistent veterinarju

3.2.4.1.

Tekniku jew assistent veterinarju

3.2.5.

Professjonist ieħor assoċjat tas-saħħa

3.2.5.1.

Assistent jew terapista dentali

3.2.5.2.

Tekniku tar-rekords mediċi jew tal-informazzjoni dwar is-saħħa

3.2.5.3.

Ħaddiem tas-saħħa tal-komunità

3.2.5.4.

Ottiku

3.2.5.5.

Tekniku jew assistent tal-fiżjoterapija

3.2.5.6.

Assistent mediku

3.2.5.7.

Spettur jew assoċjat tas-saħħa ambjentali jew okkupazzjonali

3.2.5.8.

Ħaddiem tal-ambulanza

3.2.5.9.

Professjonist assoċjat tas-saħħa mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

3.3.

Professjonist assoċjat tan-negozju jew tal-amministrazzjoni

3.3.1.

Professjonist assoċjat tal-finanzi jew tal-matematika

3.3.1.1.

Negozjant jew sensar tat-titoli jew tal-finanzi

3.3.1.2.

Uffiċjal tal-kreditu jew tas-self

3.3.1.3.

Professjonist assoċjat tal-kontabilità

3.3.1.4.

Professjonist assoċjat statistiku, matematiku jew relatat

3.3.1.5.

Valwatur jew valwatur tat-telf

3.3.2.

Aġent jew sensar tal-bejgħ jew tax-xiri

3.3.2.1.

Rappreżentant tal-assigurazzjoni

3.3.2.2.

Rappreżentant tal-bejgħ kummerċjali

3.3.2.3.

Xerrej

3.3.2.4.

Sensar kummerċjali

3.3.3.

Aġent tas-servizzi tan-negozju

3.3.3.1.

Aġent tal-ikklirjar jew spedizjonier

3.3.3.2.

Pjanatur tal-konferenzi jew tal-avvenimenti

3.3.3.3.

Aġent jew kuntrattur tal-impjieg

3.3.3.4.

Aġent tal-proprjetà immobbli jew maniġer tal-proprjetà

3.3.3.5.

Aġent tas-servizzi tan-negozju li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

3.3.4.

Segretarju amministrattiv jew speċjalizzat

3.3.4.1.

Superviżur tal-uffiċċju

3.3.4.2.

Segretarju legali

3.3.4.3.

Segretarju amministrattiv jew eżekuttiv

3.3.4.4.

Segretarju mediku

3.3.5.

Professjonist assoċjat regolatorju tal-gvern

3.3.5.1.

Spettur tad-dwana jew tal-fruntieri

3.3.5.2.

Uffiċjal tat-taxxa jew tas-sisa tal-gvern

3.3.5.3.

Uffiċjal tal-benefiċċji soċjali tal-gvern

3.3.5.4.

Uffiċjal tal-ħruġ tal-liċenzji tal-governanza

3.3.5.5.

Spettur tal-pulizija jew detective

3.3.5.6.

Professjonist regolatorju assoċjat tal-gvern mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

3.4.

Professjonist assoċjat legali, soċjali, kulturali jew relatat

3.4.1.

Professjonist assoċjat legali, soċjali jew reliġjuż

3.4.1.1.

Professjonist assoċjat legali jew relatat

3.4.1.2.

Professjonist assoċjat tal-ħidma soċjali

3.4.1.3.

Professjonist assoċjat reliġjuż

3.4.2.

Ħaddiem tal-isport jew tal-fitness

3.4.2.1.

Atleta jew player sportiv

3.4.2.2.

Kowċ, għalliem jew uffiċjal sportiv

3.4.2.3.

Għalliem jew mexxej tal-programm tal-fitness jew tar-rikreazzjoni

3.4.3.

Professjonist assoċjat tal-arti, tal-kultura jew tal-kċina

3.4.3.1.

Fotografu

3.4.3.2.

Disinjatur jew dekoratur interjuri

3.4.3.3.

Tekniku tal-gallerija, tal-mużewijiet jew tal-librerija

3.4.3.4.

Kok

3.4.3.5.

Professjonist assoċjat artistiku jew kulturali ieħor

3.5.

Tekniku tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni

3.5.1.

Tekniku tal-operazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni jew tal-appoġġ tal-utent

3.5.1.1.

Tekniku tal-operazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni

3.5.1.2.

Tekniku tal-appoġġ tal-utenti tat-teknoloġija tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni

3.5.1.3.

Tekniku tan-network jew tas-sistemi tal-kompjuter

3.5.1.4.

Tekniku tal-web

3.5.2.

Tekniku tat-telekomunikazzjoni jew tax-xandir

3.5.2.1.

Tekniku tax-xandir jew tal-media awdjoviżiva

3.5.2.2.

Tekniku tal-inġinerija tat-telekomunikazzjoni

4.   Ħaddiem ta’ appoġġ klerikali

4.1.

Skrivan ġenerali jew tat-tastiera

4.1.1.

Skrivan ġenerali tal-uffiċċju

4.1.1.1.

Skrivan ġenerali tal-uffiċċju

4.1.2.

Segretarju (ġenerali)

4.1.2.1.

Segretarju (ġenerali)

4.1.3.

Operatur tat-tastiera

4.1.3.1.

Tajpista jew operatur tal-ipproċessar tal-word

4.1.3.2.

Diġitatur

4.2.

Skrivan tas-servizzi tal-klijenti

4.2.1.

Skrivan tal-għadd, tal-ġbir tal-flus jew relatat

4.2.1.1.

Kaxxier tal-bank jew skrivan relatat

4.2.1.2.

Bookmaker, krupier jew ħaddiem tal-logħob relatat

4.2.1.3.

Sensar tar-rahan jew mutwant tal-flus

4.2.1.4.

Kollettur tad-dejn jew ħaddiem relatat

4.2.2.

Ħaddiem tal-informazzjoni tal-klijent

4.2.2.1.

Konsulent jew skrivan tal-ivvjaġġar

4.2.2.2.

Skrivan tal-informazzjoni taċ-ċentru tal-kuntatt

4.2.2.3.

Operatur tas-swiċċbord tat-telefon

4.2.2.4.

Receptionist ta’ lukanda

4.2.2.5.

Skrivan għall-mistoqsijiet

4.2.2.6.

Receptionist (ġenerali)

4.2.2.7.

Intervistatur tal-istħarriġ jew tar-riċerka tas-suq

4.2.2.8.

Ħaddiem tal-informazzjoni tal-klijent li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

4.3.

Skrivan tar-reġistrar numeriku jew tal-materjali

4.3.1.

Skrivan numeriku

4.3.1.1.

Skrivan tal-kontabilità jew taż-żamma tal-kotba

4.3.1.2.

Skrivan tal-istatistika, tal-finanzi jew tal-assigurazzjoni

4.3.1.3.

Skrivan tal-pagi

4.3.2.

Skrivan tar-reġistrar tal-materjali jew tat-trasport

4.3.2.1.

Skrivan tal-istokkijiet

4.3.2.2.

Skrivan tal-produzzjoni

4.3.2.3.

Skrivan tat-trasport

4.4.

Ħaddiem ta’ appoġġ klerikali ieħor

4.4.1.

Ħaddiem ta’ appoġġ klerikali ieħor

4.4.1.1.

Skrivan tal-librerija

4.4.1.2.

Trasportatur tal-posta jew skrivan tal-issortjar

4.4.1.3.

Skrivan tal-kodifikazzjoni, tal-qari tal-provi jew relatat

4.4.1.4.

Skribi jew ħaddiem relatat

4.4.1.5.

Arkivista jew skrivan tal-ikkuppjar

4.4.1.6.

Skrivan tal-persunal

4.4.1.7.

Ħaddiem ta’ appoġġ klerikali li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

5.   Ħaddiem tas-servizz jew tal-bejgħ

5.1.

Ħaddiem tas-servizz personali

5.1.1.

Assistent tal-ivvjaġġar, konduttur jew gwida

5.1.1.1.

Assistent tal-ivvjaġġar jew steward tal-ivvjaġġar

5.1.1.2.

Konduttur tat-trasport

5.1.1.3.

Gwida tal-ivvjaġġar

5.1.2.

Kok

5.1.3.

Waiter jew barista

5.1.3.1.

Waiter

5.1.3.2.

Barista

5.1.4.

Hairdresser, beautician jew ħaddiem relatat

5.1.4.1.

Hairdresser

5.1.4.2.

Beautician jew ħaddiem relatat

5.1.5.

Superviżur tal-bini jew tat-tindif intern

5.1.5.1.

Superviżur tat-tindif jew tat-tindif intern fl-uffiċċji, fil-lukandi jew fi stabbilimenti oħra

5.1.5.2.

Persuna li tieħu ħsieb id-dar domestika

5.1.5.3.

Persuna li tieħu ħsieb il-bini

5.1.6.

Ħaddiem ieħor tas-servizzi personali

5.1.6.1.

Astrologu, qarrejja tax-xorti jew ħaddiem relatat

5.1.6.2.

Akkumpanjatur jew valet

5.1.6.3.

Deffien jew keffien

5.1.6.4.

Groomer tal-annimali domestiċi jew ħaddiem tal-kura tal-annimali

5.1.6.5.

Għalliem tas-sewqan

5.1.6.6.

Ħaddiem tas-servizzi personali li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

5.2.

Ħaddiem tal-bejgħ

5.2.1.

Bejjiegħ tat-triq jew tas-suq

5.2.1.1.

Bejjiegħ tal-gabbani jew tas-suq

5.2.1.2.

Bejjiegħ tal-ikel tat-triq

5.2.2.

Bejjiegħ fil-ħwienet

5.2.2.1.

Persuna li tieħu ħsieb il-ħanut

5.2.2.2.

Superviżur tal-ħanut

5.2.2.3.

Assistent tal-bejgħ fil-ħanut

5.2.3.

Kaxxier jew skrivan tal-biljetti

5.2.3.1.

Kaxxier jew skrivan tal-biljetti

5.2.4.

Ħaddiem tal-bejgħ ieħor

5.2.4.1.

Mudell tal-moda jew ta’ affarijiet oħra

5.2.4.2.

Dimostratur tal-bejgħ

5.2.4.3.

Bejjiegħ bieb bieb

5.2.4.4.

Bejjiegħ taċ-ċentru ta’ kuntatt

5.2.4.5.

Assistent tal-istazzjonijiet tas-servizz

5.2.4.6.

Assistent tal-bank tas-servizz tal-ikel

5.2.4.7.

Ħaddiem tal-bejgħ li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

5.3.

Ħaddiem tal-kura personali

5.3.1.

Ħaddiem tal-kura tat-tfal jew assistent għall-għalliema

5.3.1.1.

Ħaddiem tal-kura tat-tfal

5.3.1.2.

Assistent għall-għalliema

5.3.2.

Ħaddiem tal-kura personali fis-servizzi tas-saħħa

5.3.2.1.

Assistent tal-kura tas-saħħa

5.3.2.2.

Ħaddiem tal-kura personali bbażat id-dar

5.3.2.3.

Ħaddiem tal-kura personali fis-servizzi tas-saħħa li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

5.4.

Ħaddiem tas-servizzi ta’ protezzjoni

5.4.1.

Ħaddiem tas-servizzi ta’ protezzjoni

5.4.1.1.

Ħaddiem tat-tifi tan-nar

5.4.1.2.

Uffiċjal tal-pulizija

5.4.1.3.

Gwardjan tal-ħabs

5.4.1.4.

Gwardjan tas-sigurtà

5.4.1.5.

Ħaddiem tas-servizzi ta’ protezzjoni li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

6.   Ħaddiem tas-sengħa fl-agrikoltura, fil-forestrija jew fis-sajd

6.1.

Ħaddiem tas-sengħa fl-agrikoltura orjentat lejn is-suq

6.1.1.

Ġardinar tas-suq jew kultivatur tal-għelejjel

6.1.1.1.

Kultivatur tal-għelejjel jew tal-ħxejjex

6.1.1.2.

Kultivatur tal-għelejjel tas-siġar jew tal-arbuxxelli

6.1.1.3.

Ġardinar, ortikulturist jew kultivatur tal-mixtliet

6.1.1.4.

Kultivatur tal-għelejjel imħallta

6.1.2.

Produttur tal-annimali

6.1.2.1.

Produttur tal-bhejjem jew tal-ħalib

6.1.2.2.

Kultivatur tal-pollam

6.1.2.3.

Naħħal jew serkulturist

6.1.2.4.

Kultivatur tal-annimali li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

6.1.3.

Produttur tal-għelejjel imħallta jew tal-annimali

6.2.

Ħaddiem tas-sengħa tal-forestrija, tas-sajd jew tal-kaċċa orjentat lejn is-suq

6.2.1.

Ħaddiem tal-forestrija jew relatat

6.2.2.

Ħaddiem tas-sajd, kaċċatur jew nassab

6.2.2.1.

Ħaddiem tal-akkwakultura

6.2.2.2.

Ħaddiem tas-sajd fl-ilmijiet interni jew kostali

6.2.2.3.

Ħaddiem tas-sajd fil-baħar fondi

6.2.2.4.

Kaċċatur jew nassab

6.3.

Bidwi, sajjied, kaċċatur jew ġemmiegħi tas-sussistenza

6.3.1.

Bidwi tal-għelejjel tas-sussistenza

6.3.2.

Bidwi tal-bhejjem tas-sussistenza

6.3.3.

Bidwi tal-għelejjel imħallta tas-sussistenza jew tal-bhejjem

6.3.4.

Sajjied, kaċċatur, nassab jew ġemmiegħi tas-sussistenza

7.   Ħaddiem tal-artiġjanat jew tas-snajja’ relatati

7.1.

Bennej jew ħaddiem tas-snajja’ relatati, esklużi l-elettriċisti

7.1.1.

Bennej tal-oqfsa tad-djar jew ħaddiem tas-snajja’ relatati

7.1.1.1.

Bennej tad-djar

7.1.1.2.

Bennej jew ħaddiem relatat

7.1.1.3.

Ħaddiem li jifforma, jaqta’, jofroq jew jonqox il-ġebel

7.1.1.4.

Ħaddiem li jqiegħed jew ilesti l-konkrit jew ħaddiem relatat

7.1.1.5.

Mastrudaxxa jew dak li jgħaqqad l-għamara

7.1.1.6.

Bennej tal-oqfsa tal-bini jew tas-snajja’ relatati mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

7.1.2.

Irfinatur tal-bini jew ħaddiem tas-snajja’ relatati

7.1.2.1.

Saqqaf

7.1.2.2.

Ħaddiem li jwitti l-art jew tal-madum

7.1.2.3.

Kaħħal

7.1.2.4.

Ħaddiem tal-iżolazzjoni

7.1.2.5.

Ħaddiem li jwaħħal il-ħġieġ tal-aperturi

7.1.2.6.

Plumber jew fitter tal-pajpijiet

7.1.2.7.

Mekkanik tas-sistema tal-arja kundizzjonata jew tar-refriġeranti

7.1.3.

Bajjad, ħaddiem tat-tindif tal-istrutturi tal-bini jew tas-snajja’ relatati

7.1.3.1.

Bajjad jew ħaddiem relatat

7.1.3.2.

Bajjad bl-isprej jew varnitur

7.1.3.3.

Ħaddiem tat-tindif tal-istrutturi tal-bini

7.2.

Ħaddiem tal-metall, tal-makkinarju jew tas-snajja’ relatati

7.2.1.

Ħaddiem tal-folji tal-metall jew tal-metall strutturali, mudellatur jew welder, jew ħaddiem relatat

7.2.1.1.

Ħaddiem li jifforma l-metall jew li jagħmel il-qalba tal-metall

7.2.1.2.

Welder jew flamecutter

7.2.1.3.

Ħaddiem tal-folji tal-metall

7.2.1.4.

Preparatur jew erettur tal-metalli strutturali

7.2.1.5.

Attrezzatur jew splicer tal-kejbil

7.2.2.

Ħaddied, ħaddiem li jagħmel l-għodda jew tas-snajja’ relatati

7.2.2.1.

Ħaddied, ħaddied tal-martell jew ħaddiem tal-morsa tal-ifformar

7.2.2.2.

Ħaddiem li jagħmel l-għodda jew ħaddiem relatat

7.2.2.3.

Setter tal-għodda jew operatur tal-magni li jaħdmu l-metall

7.2.2.4.

Lustratur tal-metall, grinder tar-rota jew senniena tal-għodda

7.2.3.

Mekkanik jew sewwej tal-makkinarju

7.2.3.1.

Mekkanik jew sewwej tal-vetturi bil-mutur

7.2.3.2.

Mekkanik jew sewwej tal-magni tal-inġenji tal-ajru

7.2.3.3.

Mekkanik jew sewwej tal-makkinarju agrikolu jew industrijali

7.2.3.4.

Sewwej tar-roti jew sewwej relatat

7.3.

Ħaddiem tal-artiġjanat jew tal-istampar

7.3.1.

Ħaddiem tal-artiġjanat

7.3.1.1.

Produttur jew sewwej tal-istrumenti ta’ preċiżjoni

7.3.1.2.

Produttur jew ħaddiem li jikkorda l-istrumenti mużikali

7.3.1.3.

Ħaddiem tal-ġojjellerija jew tal-metall prezzjuż

7.3.1.4.

Fuħħar jew ħaddiem relatat

7.3.1.5.

Ħaddiem li jipproduċi, jaqta’, jitħan jew jagħmel il-finitura tal-ħġieġ

7.3.1.6.

Kittieb tas-sinjali, pittur dekorattiv, naqqax jew inċiżur

7.3.1.7.

Ħaddiem tal-artiġjanat tal-injam, tal-qfief jew ta’ materjal relatat

7.3.1.8.

Ħaddiem tal-artiġjanat tat-tessut, tal-ġilda jew ta’ materjal relatat

7.3.1.9.

Ħaddiem tal-artiġjanat li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

7.3.2.

Ħaddiem tas-snajja’ tal-istampar

7.3.2.1.

Tekniku ta’ qabel l-istampar

7.3.2.2.

Stampatur

7.3.2.3.

Ħaddiem tal-finitura jew tal-legatura tal-istampa

7.4.

Ħaddiem tas-snajja’ elettriċi jew elettroniċi

7.4.1.

Installatur jew sewwej tat-tagħmir elettriku

7.4.1.1.

Elettriċista tal-bini jew elettriċista relatat

7.4.1.2.

Mekkanik jew fitter elettriku

7.4.1.3.

Installatur jew sewwej tal-linja elettrika

7.4.2.

Installatur jew sewwej tal-elettronika jew tat-telekomunikazzjoni

7.4.2.1.

Mekkanik jew servicer tal-elettronika

7.4.2.2.

Installatur jew servicer tat-teknoloġija tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni

7.5.

Ħaddiem tal-ipproċessar tal-ikel, tax-xogħol tal-injam, tal-ilbies jew ta’ artiġjanat ieħor jew tas-snajja’ relatati

7.5.1.

Ħaddiem tal-ipproċessar tal-ikel jew tas-snajja’ relatati

7.5.1.1.

Bejjiegħ tal-laħam, tal-ħut jew preparatur relatat tal-ikel

7.5.1.2.

Furnar, kok tal-pastiċċerija jew dulċier

7.5.1.3.

Produttur tal-prodotti tal-ħalib

7.5.1.4.

Preservatur tal-frott, tal-ħaxix jew preservatur relatat

7.5.1.5.

Ħaddiem li jduq jew jiggrada l-ikel jew ix-xorb

7.5.1.6.

Preparatur tat-tabakk jew produttur tal-prodotti tat-tabakk

7.5.2.

Ħaddiem li jittratta l-injam, li jaħdem l-għamara jew ħaddiem ta’ snajja’ relatata

7.5.2.1.

Ħaddiem li jittratta l-injam

7.5.2.2.

Ħaddiem li jagħmel l-għamara jew ħaddiem relatat

7.5.2.3.

Setter jew operatur tal-għodda tal-magni tal-mastrudaxxa

7.5.3.

Ħaddiem tal-ħwejjeġ jew ħaddiem tas-snajja’ relatati

7.5.3.1.

Fassal, ħajjat, ħaddiem tal-fer jew ħaddiem li jagħmel il-kpiepel

7.5.3.2.

Ħaddiem li jagħmel il-forom jew jaqta’ d-drapp tal-ħwejjeġ jew ta’ affarijiet relatati

7.5.3.3.

Ħaddiem li jħit, li jirrakkma jew ħaddiem relatat

7.5.3.4.

Ħaddiem tat-tapizzerija jew ħaddiem relatat

7.5.3.5.

Ħaddiem li jlibbes, jikkunza jew jinnegozja l-ġlud

7.5.3.6.

Skarpan jew ħaddiem relatat

7.5.4.

Ħaddiem tal-artiġjanat ieħor jew ħaddiem relatat

7.5.4.1.

Bugħaddas

7.5.4.2.

Estrattur b’tiri jew bi splużjonijiet

7.5.4.3.

Ħaddiem li jiggrada jew jittestja l-prodotti (minbarra l-ikel jew ix-xorb)

7.5.4.4.

Fumigatur jew kontrollur ieħor tal-pesti jew tal-ħaxix ħażin

7.5.4.5.

Ħaddiem tal-artiġjanat jew ħaddiem relatat mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

8.   Operatur ta’ impjant jew makkinarju, jew assemblatur

8.1.

Operatur ta’ impjant jew makkinarju stazzjonarju

8.1.1.

Operatur tal-impjanti tal-ipproċessar tal-estrazzjoni jew tal-minerali

8.1.1.1.

Estrattur jew ħaddiem tal-barriera

8.1.1.2.

Operatur tal-impjanti tal-ipproċessar tal-minerali jew tal-ġebel

8.1.1.3.

Ħaddiem li jħaffer il-bjar jew il-ħofor għall-estrazzjoni tal-ilma jew ħaddiem relatat

8.1.1.4.

Operatur tal-magni tas-siment, tal-ġebel jew ta’ prodotti minerali oħrajn

8.1.2.

Operatur tal-impjanti tal-ipproċessar jew tal-irfinar tal-metall

8.1.2.1.

Operatur tal-impjanti tal-ipproċessar tal-metall

8.1.2.2.

Operatur tal-magni tat-tlestija, tal-pjastrament jew tal-kisi tal-metall

8.1.3.

Operatur tal-impjanti jew tal-magni tal-prodotti kimiċi jew fotografiċi

8.1.3.1.

Operatur tal-impjanti jew tal-magni tal-prodotti kimiċi

8.1.3.2.

Operatur tal-magni tal-prodotti fotografiċi

8.1.4.

Operatur tal-magni tal-prodotti tal-lasktu, tal-plastik jew tal-karta

8.1.4.1.

Operatur tal-magni tal-prodotti tal-lasktu

8.1.4.2.

Operatur tal-magni tal-prodotti tal-plastik

8.1.4.3.

Operatur tal-magni tal-prodotti tal-karta

8.1.5.

Operatur tal-magni tal-prodotti tat-tessut, tal-fer jew tal-ġilda

8.1.5.1.

Operatur tal-magni tat-tħejjija, tal-għażil jew tat-tkebbib tal-fibra

8.1.5.2.

Operatur tal-magni tal-insiġ jew tal-innittjar

8.1.5.3.

Operatur tal-magni tal-ħjata

8.1.5.4.

Operatur tal-magni tal-ibbliċjar, tal-għoti tal-kulur jew tat-tindif tad-drapp

8.1.5.5.

Operatur tal-magni tal-preparazzjoni tal-fer jew tal-ġilda

8.1.5.6.

Operatur tal-magni tal-iskarpan jew ta’ magni relatati

8.1.5.7.

Operatur tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ

8.1.5.8.

Operatur tal-magni tal-prodotti tat-tessut, tal-fer jew tal-ġilda mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

8.1.6.

Operatur tal-magni tal-prodotti tal-ikel jew ta’ prodotti relatati

8.1.6.1.

Operatur tal-magni tal-prodotti tal-ikel jew ta’ prodotti relatati

8.1.7.

Operatur tal-impjanti tal-ipproċessar tal-injam jew tal-manifattura tal-karta

8.1.7.1.

Operatur tal-impjanti tal-manifattura tal-polpa jew tal-karta

8.1.7.2.

Operatur tal-impjanti tal-ipproċessar tal-injam

8.1.8.

Operatur ta’ impjant jew makkinarju stazzjonarju ieħor

8.1.8.1.

Operatur tal-impjanti tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika

8.1.8.2.

Operatur tal-magni tal-fwar jew tal-bojler

8.1.8.3.

Operatur tal-magni tal-ippakkjar, tal-ibbottiljar jew tat-tikkettar

8.1.8.4.

Operatur ta’ impjant jew makkinarju stazzjonarju mhux klassifikat xi mkien ieħor

8.2.

Assemblatur

8.2.1.

Assemblatur

8.2.1.1.

Assemblatur ta’ makkinarju mekkaniku

8.2.1.2.

Assemblatur tat-tagħmir elettriku jew elettroniku

8.2.1.3.

Assemblatur mhux klassifikat xi mkien ieħor

8.3.

Sewwieq jew operatur tal-impjanti mobbli

8.3.1.

Sewwieq tal-magni lokomottivi jew ħaddiem relatat

8.3.1.1.

Sewwieq tal-magni lokomottivi

8.3.1.2.

Operatur ta’brejkijiet, ta’ sinjali u ta’ swiċċijiet ferrovjarji

8.3.2.

Sewwieq tal-karozzi, tal-vannijiet jew tal-muturi

8.3.2.1.

Sewwieq tal-muturi

8.3.2.2.

Sewwieq tal-karozzi, tat-taxi jew tal-vannijiet

8.3.3.

Sewwieq tat-trakkijiet tqal jew tal-karozzi tal-linja

8.3.3.1.

Sewwieq tal-karozzi tal-linja jew tat-tramm

8.3.3.2.

Sewwieq tat-trakkijiet tqal jew tat-trakkijiet

8.3.4.

Operatur tal-impjanti mobbli

8.3.4.1.

Operatur tal-farms mobbli jew tal-impjanti tal-forestrija

8.3.4.2.

Operatur tal-impjanti taċ-ċaqliq tat-terrapien jew ta’ impjant relatat

8.3.4.3.

Operatur tal-impjanti tal-krejnijiet, tal-parank jew ta’ impjant relatat

8.3.4.4.

Operatur tat-trakkijiet tal-irfigħ

8.3.5.

Ekwipaġġ abbord vapuri jew ħaddiem relatat

9.   Okkupazzjoni elementari

9.1.

Ħaddiem tat-tindif jew dak li jagħti servizz ta’ għajnuna

9.1.1.

Ħaddiem tat-tindif jew dak li jagħti servizz ta’ għajnuna fid-djar, fil-lukandi jew fl-uffiċini

9.1.1.1.

Ħaddiem tat-tindif jew dak li jagħti servizz ta’ għajnuna fid-djar

9.1.1.2.

Ħaddiem tat-tindif jew dak li jagħti servizz ta’ għajnuna fl-uffiċini, fil-lukandi jew fi stabbilimenti oħra

9.1.2.

Ħaddiem tat-tindif tal-vetturi, tat-twieqi, tal-ħwejjeġ jew ħaddiem ieħor tat-tindif bl-idejn

9.1.2.1.

Ħaddiem li jaħsel jew jgħaddi bl-idejn

9.1.2.2.

Ħaddiem tat-tindif tal-vetturi

9.1.2.3.

Ħaddiem tat-tindif tat-twieqi

9.1.2.4.

Ħaddiem ieħor tat-tindif

9.2.

Ħaddiem fl-agrikoltura, fil-forestrija jew fis-sajd

9.2.1.

Ħaddiem fl-agrikoltura, fil-forestrija jew fis-sajd

9.2.1.1.

Ħaddiem tal-farms tal-għelejjel

9.2.1.2.

Ħaddiem tal-farms tal-bhejjem

9.2.1.3.

Ħaddiem tal-farms tal-għelejjel imħallta jew tal-bhejjem

9.2.1.4.

Ħaddiem tal-ġonna jew ortikulturali

9.2.1.5.

Ħaddiem tal-forestrija

9.2.1.6.

Ħaddiem tas-sajd jew tal-akkwakultura

9.3.

Ħaddiem fl-estrazzjoni, fil-kostruzzjoni, fil-manifattura jew fit-trasport

9.3.1.

Ħaddiem tal-estrazzjoni jew tal-kostruzzjoni

9.3.1.1.

Ħaddiem fl-estrazzjoni jew fil-barrieri

9.3.1.2.

Ħaddiem tal-inġinerija ċivili

9.3.1.3.

Ħaddiem tal-kostruzzjoni tal-bini

9.3.2.

Ħaddiem tal-manifattura

9.3.2.1.

Ħaddiem tal-ippakkjar bl-idejn

9.3.2.2.

Ħaddiem tal-manifattura li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

9.3.3.

Ħaddiem tat-trasport jew tal-ħżin

9.3.3.1.

Sewwieq tal-vetturi bl-idejn jew bil-pedali

9.3.3.2.

Sewwieq ta’ vetturi jew makkinarju miġbud mill-annimali

9.3.3.3.

Maniġer tal-merkanzija

9.3.3.4.

Ħaddiem tal-mili tal-ixkafef

9.4.

Assistent tat-tħejjija tal-ikel

9.4.1.

Assistent tat-tħejjija tal-ikel

9.4.1.1.

Preparatur tal-fast food

9.4.1.2.

Assistent tal-kċina

9.5.

Ħaddiem tal-bejgħ jew tas-servizz fit-triq jew ħaddiem relatat

9.5.1.

Ħaddiem tas-servizzi fit-triq jew ħaddiem relatat

9.5.2.

Bejjiegħ tat-triq (eskluż l-ikel)

9.6.

Ħaddiem li jiġbor l-iskart jew ħaddiem elementari ieħor

9.6.1.

Ħaddiem li jiġbor l-iskart

9.6.1.1.

Kollettur li jiġbor iż-żibel jew materjal għar-riċiklaġġ

9.6.1.2.

Ħaddiem li jifred l-iskart

9.6.1.3.

Kennies jew ħaddiem relatat

9.6.2.

Ħaddiem elementari ieħor

9.6.2.1.

Messaġġier, konsenjatur tal-pakketti, jew porter tal-bagalji

9.6.2.2.

Persuna b’impjieg okkażjonali

9.6.2.3.

Qarrej tal-meter jew kollettur tal-magni tal-bejgħ awtomatiċi

9.6.2.4.

Kollettur tal-ilma jew tal-injam għan-nar

9.6.2.5.

Ħaddiem elementari li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

10.   Okkupazzjoni fil-forzi armati

10.1.

Uffiċjal kkummissjonat tal-forzi armati

10.2.

Uffiċjal mhux kkummissjonat tal-forzi armati

10.3.

Okkupazzjoni fil-forzi armati, grad ieħor

19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/31


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1178

tal-11 ta’ April 2023

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/47 li jawtorizza l-użu ta’ xbieki tat-tkarkir T90 alternattivi għas-sajd fil-Baħar Baltiku, b’deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet bil-lingwa Finlandiża, Griega, Kroata, Latvjana u Żvediża tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/47 (2) fihom l-iżbalji fl-Artikolu 4(1), il-punt (b) fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ xbieki tat-tkarkir T90 li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-għadd ta’ malji li għandu jkun ta’ 80 malja tonda fi kwalunkwe ċirkonferenza fil-manka sensu strictu u fil-biċċa tal-estensjoni, esklużi dawk fil-ġuntura u fiċ-ċmus. Dawk l-iżbalji jaffettwaw is-sustanza ta’ dik id-dispożizzjoni.

(2)

Għalhekk, il-verżjonijiet bil-lingwa Finlandiża, Griega, Kroata, Latvjana u Żvediża tar-Regolament Delegat (UE) 2018/47 jenħtieġ li jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/47 tat-30 ta’ Ottubru 2017 li jawtorizza l-użu ta’ xbieki tat-tkarkir T90 alternattivi għas-sajd fil-Baħar Baltiku, b’deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 7, 12.1.2018, p. 21).


19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1179

tat-12 ta’ Ġunju 2023

li jirreġistra isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Bohusläns blåmusslor” (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni tal-Iżvezja biex jiddaħħal fir-reġistru l-isem “Bohusläns blåmusslor” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Bohusläns blåmusslor” jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Bohusläns blåmusslor” (DOP) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel subparagrafu jidentifika prodott tal-Klassi 1.7. Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 60, 17.2.2023, p. 62.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


DEĊIŻJONIJIET

19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1180

tat-8 ta’ Ġunju 2023

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' ċerti riżoluzzjonijiet li għandu jittieħed vot dwarhom fil-21 Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid, li ser issir fid-9 ta’ Ġunju 2023

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) ser teżamina u possibbilment tadotta riżoluzzjonijiet (“abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet tal-OIV”) fl-Assemblea Ġenerali li jmiss tagħha fid-9 ta’ Ġunju 2023. Dawk ir-riżoluzzjonijiet ser ikollhom effetti legali għall-finijiet tal-Artikolu 218(9) tat-Trattat.

(2)

L-Unjoni mhijiex membru tal-OIV. Madankollu, fl-20 ta' Ottubru 2017, l-OIV tat lill-Unjoni l-istatus partikolari previst fl-Artikolu 4 tar-Regoli ta' Proċedura tal-OIV.

(3)

20 Stat Membru huma membri tal-OIV. Dawk l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jipproponu emendi għall-abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet tal-OIV u ser jintalbu jadottaw dawk ir-riżoluzzjonijiet fl-Assemblea Ġenerali li jmiss tal-OIV skedata għad-9 ta' Ġunju 2023.

(4)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni waqt il-laqgħat tal-OIV fir-rigward tal-abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet tal-OIV b'rabta mal-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħha. Dik il-pożizzjoni jenħtieġ li tiġi espressa fil-laqgħat tal-OIV mill-Istati Membri li huma membri tal-OIV, filwaqt li jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.

(5)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 (2), ċerti riżoluzzjonijiet adottati u ppubblikati mill-OIV ser ikollhom effetti legali.

(6)

L-Artikolu 80(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li, meta tawtorizza l-prattiki enoloġiċi, il-Kummissjoni trid tqis il-prattiki enoloġiċi u l-metodi ta' analiżi rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV.

(7)

L-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li meta tistabbilixxi l-metodi ta' analiżi sabiex tiġi ddeterminata l-kompożizzjoni tal-prodotti tas-settur tal-inbid, il-Kummissjoni għandha tibbaża dawk il-metodi fuq xi metodu rilevanti rrakkomandat u ppubblikat mill-OIV, sakemm dawn il-metodi jkunu ineffikaċi jew mhux xierqa fid-dawl tal-objettiv fil-mira tal-Unjoni.

(8)

L-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li l-prodotti tas-settur tal-inbid importati fl-Unjoni għandhom ikunu magħmulin f'konformità mal-prattiki enoloġiċi awtorizzati mill-Unjoni skont dak ir-Regolament jew, qabel dik l-awtorizzazzjoni, prodotti f'konformità mal-prattiki enoloġiċi rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV.

(9)

L-abbozz tar-Riżoluzzjoni OENO-SCMA 20-666 jistabbilixxi metodu ta' analiżi ġdid għall-inbejjed. L-abbozz tar-Riżoluzzjoni OENO-SCMA 21-687 jemenda l-metodu ta' analiżi użat għad-determinazzjoni tal-kontenut ta' aċidu sorbiku, benżojku u saliċiliku fl-inbid bl-użu tal-kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja. F'konformità mal-Artikolu 80(3)(a) u mal-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dawk ir-Riżoluzzjonijiet ser ikollhom effetti legali.

(10)

L-abbozz tar-Riżoluzzjoni OENO-TECHNO 19-657 jissostitwixxi prattika enoloġika eżistenti u l-abbozz tar-Riżoluzzjoni OENO-TECHNO 19-658 jistabbilixxi prattika enoloġika ġdida fil-ħall tal-inbid. F'konformità mal-Artikolu 80(3)(a) u mal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dawk ir-Riżoluzzjonijiet ser ikollhom effetti legali.

(11)

Dawk l-abbozzi tar-riżoluzzjonijiet tal-OIV ġew diskussi estensivament mal-esperti xjentifiċi u tekniċi tas-settur tal-inbid. Huma jikkontribwixxu għall-armonizzazzjoni internazzjonali tal-istandards tal-inbid u ser jistabbilixxu qafas li ser jiżgura kompetizzjoni ġusta fin-negozjar tal-prodotti tas-settur tal-inbid. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu appoġġati.

(12)

Sabiex ikun hemm il-flessibbiltà meħtieġa matul in-negozjati qabel l-Assemblea Ġenerali tal-OIV fid-9 ta' Ġunju 2023, jenħtieġ li l-Istati Membri li huma membri tal-OIV ikunu awtorizzati li jaqblu mal-bidliet f'dawk l-abbozzi tar-riżoluzzjonijiet tal-OIV sakemm tali il-bidliet ma jbiddlux is-sustanza tagħhom,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fl-Assemblea Ġenerali tal-OIV skedata għad-9 ta' Ġunju 2023 hija stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi espressa mill-Istati Membri li huma Membri tal-OIV, filwaqt li jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.

Artikolu 3

1.   Meta jkun hemm il-probabbiltà li l-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 tiġi affettwata b'informazzjoni xjentifika jew teknika ġdida li tkun ippreżentata qabel jew waqt il-laqgħat tal-OIV, l-Istati Membri li huma Membri tal-OIV għandhom jitolbu biex il-votazzjoni fl-Assemblea Ġenerali tal-OIV tiġi posposta sakemm il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni tkun stabbilita abbażi tal-informazzjoni l-ġdida.

2.   Wara laqgħat ta’ koordinazzjoni u mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni, l-Istati Membri li huma Membri tal-OIV, filwaqt li jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni, jistgħu jaqblu ma' bidliet tekniċi fl-abbozzi tar’ riżoluzzjonijiet tal-OIV imsemmija fl-Anness għal din id-Deċiżjoni li ma jbiddlux is-sustanza tagħhom.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MALMER STENERGARD


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 tat-12 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda ż-żoni ta' vitikultura li fihom tista' tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV (ĠU L 149, 7.6.2019, p. 1).


ANNESS

L-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) li jaġixxu b'mod konġunt f'isem l-Unjoni għandhom jappoġġaw l-abbozzi tar-riżoluzzjonijiet li ġejjin fl-istadju 7 tul l-Assemblea Ġenerali tal-OIV skedata għad-9 ta' Ġunju 2023:

OENO-SCMA 20-666: Analiżi multi elementali fl-inbid bl-użu tal-Ispettrometrija tal-Massa bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-MS)

OENO-SCMA 21-687: Validazzjoni tal-metodu ta' assaġġ tal-aċidu sorbiku fl-inbejjed bl-użu tal-kromatografija likwida (OIV-OENO 06-2006)

OENO-TECHNO 19-657: Trattament tal-inbid bl-użu ta' teknoloġija tal-membrana akkoppjata b'adsorbiment fuq il-karbonju attivat jew polimeri oħra għall-użu enoloġiku biex jitnaqqsu l-fenoli volatili żejda

OENO-TECHNO 19-658: Ħall tal-inbid - Tneħħija tal-metalli mill-ħall permezz ta' kelazzjoni tar-reżini


19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1181

tas-16 ta' Ġunju 2023

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1694 b’appoġġ għall-universalizzazzjoni, l-implimentazzjoni u t-tisħiħ tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjonijiet u r-Restrizzjonijiet fuq l-Użu ta’ Ċerti Armi Konvenzjonali Li Jistgħu Jitqiesu li Huma Ta’ Ħsara Eċċessiva jew li Għandhom Effetti Indiskriminati (CCW)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Settembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1694 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1694 tiskadi 24 xahar wara l-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3) tiegħu, jiġifieri fit-8 ta’ Ottubru 2023.

(3)

Fit-23 ta’ Jannar 2023, l-aġenzija ta’ implimentazzjoni, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta’ Diżarm (UNODA), talbet estensjoni mingħajr spejjeż tal-perjodu ta’ implimentazzjoni għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1694 (“il-proġetti”) sat-8 ta’ Mejju 2024. Tali estensjoni tippermetti lill-UNODA jlesti l-proġetti, li l-implimentazzjoni tagħhom ġiet affettwata b’mod negattiv mid-dewmien fir-reklutaġġ.

(4)

L-estensjoni tal-perjodu ta’ implimentazzjoni għall-proġetti sat-8 ta’ Mejju 2024 ma għandha l-ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1694 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1694, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-8 ta’ Mejju 2024.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-16 ta' Ġunju 2023,

Għall-Kunsill

Il-President

E. SVANTESSON


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1694 tal-21 ta’ Settembru 2021 b’appoġġ għall-universalizzazzjoni, l-implimentazzjoni u t-tisħiħ tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjonijiet u r-Restrizzjonijiet fuq l-Użu ta’ Ċerti Armi Konvenzjonali Li Jistgħu Jitqiesu li Huma Ta’ Ħsara Eċċessiva jew li Għandhom Effetti Indiskriminati (CCW) (ĠU L 334, 22.9.2021, p. 14).