ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 151I |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
12.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 151/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1147
tat-12 ta’ Ġunju 2023
li jimplimenta l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 tas-26 ta’ April 2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta’ April 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 356/2010. |
(2) |
Fis-26 ta’ Mejju 2023, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) tal-KSNU żied persuna mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 356/2010 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PEHRSON
ANNESS
Il-persuna elenkata hawn taħt hija miżjuda mal-lista ta’ persuni u entitajiet li tinsab fit-taqsima “I. Persuni” fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2020:
I. Persuni
“22. |
Abdullahi Osman Mohamed Caddow (magħruf ukoll bħala: a) Cabdullahi Cusman Maxamed Caddow b) Dhagacade c) Faracade d) Injineer Ismaaciil e) Eng. Ismail). Data tat-Twelid: 1983 Nazzjonalità: Somalja Indirizz: Somalja Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 26 ta’ Mejju 2023 Sess: raġel Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals. Abdullahi Osman Mohamed Caddow, magħruf ukoll bħala “Eng. Ismail” huwa espert anzjan dwar l-isplussivi ta’ al-Shabaab responsabbli mit-tmexxija ġenerali tal-operazzjonijiet u l-manifattura tal-grupp fil-qasam tal-isplussivi. B’hekk, kien involut f’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja. Huwa ngħaqad mal-fergħa tal-media ta’ Al-Shabaab, Al-Kataib fl-2008 f’Mogadishu u aktar tard fl-2014 sar membru tal-unità tal-manifattura tal-isplussivi fil-grupp li topera f’bosta ċentri ta’ preparazzjoni tal-isplussivi fl-ibliet ta’ Jilib, Bu’aale, Saakoow, Salagle, Kuunyo-Barrow, u Arabow. Jikkmanda tim ta’ 68 operatur ta’ Al-Shabaab u jdaħħal b’kuntrabandu madwar USD 6 miljun ta’ materjal għall-manifattura tal-isplussivi kull sena.” |
DEĊIŻJONIJIET
12.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 151/4 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1148
tat-12 ta’ Ġunju 2023
li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta’ April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK. |
(2) |
Fis-26 ta’ Mejju 2023, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) tal-KSNU żied persuna mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/231/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PEHRSON
ANNESS
Il-persuna elenkata hawn taħt għandha tiżdied mal-lista ta’ persuni u entitajiet li tinsab fit-taqsima “I. Persuni” fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK:
I. Persuni
“22. |
Abdullahi Osman Mohamed Caddow (magħruf ukoll bħala: a) Cabdullahi Cusman Maxamed Caddow b) Dhagacade c) Faracade d) Injineer Ismaaciil e) Eng. Ismail).
Data tat-Twelid: 1983 Nazzjonalità: Somalja Indirizz:Somalja Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 26 ta’ Mejju 2023 Sess: raġel Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals. Abdullahi Osman Mohamed Caddow, magħruf ukoll bħala “Eng. Ismail” huwa espert anzjan dwar l-isplussivi ta’ al-Shabaab responsabbli mit-tmexxija ġenerali tal-operazzjonijiet u l-manifattura tal-grupp fil-qasam tal-isplussivi. B’hekk, kien involut f’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja. Huwa ngħaqad mal-fergħa tal-media ta’ Al-Shabaab, Al-Kataib fl-2008 f’Mogadishu u aktar tard fl-2014 sar membru tal-unità tal-manifattura tal-isplussivi fil-grupp li topera f’bosta ċentri ta’ preparazzjoni tal-isplussivi fl-ibliet ta’ Jilib, Bu’aale, Saakoow, Salagle, Kuunyo-Barrow, u Arabow. Jikkmanda tim ta’ 68 operatur ta’ Al-Shabaab u jdaħħal b’kuntrabandu madwar USD 6 miljun ta’ materjal għall-manifattura tal-isplussivi kull sena.” |