ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 151

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
12 ta' Ġunju 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1141 tal-1 ta’ Ġunju 2023 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1142 tad-9 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 fir-rigward tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu importati skont ċerti kwoti tariffarji wara l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1143 tad-9 ta’ Ġunju 2023 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku Chemisept IPA-N f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1144 tad-9 ta’ Ġunju 2023 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku Bacticid IPA-N f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1145 tas-7 ta’ Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fi Spanja (notifikata bid-dokument C(2023) 3806) (It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

28

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka tas-26 ta’ Mejju 2023 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-konformità għal apparat marittimu li temenda l-Annessi I, II u III [2023/1146]

33

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1141

tal-1 ta’ Ġunju 2023

li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jsiru fuq il-prodotti tal-ikel huma pprojbiti sakemm ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni f’konformità ma’ dak ir-Regolament u inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jipprevedi wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jistgħu jintbagħtu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtorità kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tgħaddi l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(3)

Wara li tirċievi l-applikazzjoni, l-Awtorità għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, u tagħti opinjoni fuq l-indikazzjoni dwar is-saħħa kkonċernata.

(4)

Il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-indikazzjoni dwar is-saħħa filwaqt li tikkunsidra l-opinjoni tal-Awtorità.

(5)

Wara applikazzjoni mingħand Nestlé S.A., imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità kellha tagħti opinjoni dwar is-sostanzjar xjentifiku ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta mal-betaglukani akkwistati mill-ħafur u/jew mix-xgħir fiċ-ċereali tal-kolazzjon lesti biex jittieklu manifatturati permezz tat-tisjir bil-pressjoni u mat-tnaqqis fiż-żieda tal-glukożju fid-demm wara l-konsum (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2020-000447). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet kif ġej: “Il-konsum tal-betaglukani mill-ħafur u/jew mix-xgħir fiċ-ċereali tal-kolazzjon lesti biex jittieklu jikkontribwixxi għal tnaqqis fiż-żieda tal-glukożju fid-demm wara dik l-ikla”.

(6)

Fit-8 ta’ April 2021, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika (2) dwar dik l-indikazzjoni mill-Awtorità, fejn ġie konkluż li, abbażi tad-data ppreżentata, l-effett tal-betaglukani fit-tnaqqis tar-reazzjoni tal-glukożju fid-demm ta’ wara l-ikel huwa stabbilit sew. Madankollu, l-evidenza pprovduta ma kinitx biżżejjed biex tistabbilixxi effett fuq it-tnaqqis tar-reazzjonijiet gliċemiċi ta’ wara l-ikel b’dożi ta’ 1,3 g ta’ betaglukani għal kull 25 g ta’ karboidrati disponibbli inkorporati fiċ-ċereali tal-kolazzjon lesti biex jittieklu manifatturati permezz tat-tisjir bil-pressjoni (jiġifieri t-tisjir f’lottijiet jew l-estrużjoni), kif mitlub mill-applikant. Għaldaqstant, billi l-indikazzjoni dwar is-saħħa mhijiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi, jenħtieġ li ma tiġix awtorizzata.

(7)

Wara applikazzjoni mingħand Pharmactive Biotech Products, S.L., imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità kellha tagħti opinjoni dwar is-sostanzjar xjentifiku ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta ma’ Affron® u l-kontribut tiegħu għaż-żamma ta’ burdata sana (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2020-00617). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet kif ġej: “Affron® jikkontribwixxi għaż-żamma ta’ burdata sana billi jnaqqas il-karatteristiċi negattivi tas-sentimenti ta’ dipressjoni u ansjetà”.

(8)

Fis-6 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika (3) dwar dik l-indikazzjoni mill-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-data mressqa, l-evidenza pprovduta ma kinitx biżżejjed biex tistabbilixxi relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum ta’ Affron® u żieda fil-burdata tajba. Għaldaqstant, billi l-indikazzjoni dwar is-saħħa mhijiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi, jenħtieġ li ma tiġix awtorizzata.

(9)

Wara applikazzjoni mingħand Praline i Cokolada j.d.o.o., imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità kellha tagħti opinjoni dwar is-sostanzjar xjentifiku ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta mal-estratt taż-żerriegħa tal-għeneb MegaNatural®-BP u ż-żamma ta’ pressjoni normali tad-demm (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2020-00718). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet kif ġej: “MegaNatural®-BP jgħin biex tinżamm pressjoni sana tad-demm”.

(10)

Fid-9 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika (4) dwar dik l-indikazzjoni mill-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-data mressqa, l-evidenza pprovduta ma kinitx biżżejjed biex tistabbilixxi relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum ta’ MegaNatural®-BP, estratt taż-żerriegħa tal-għeneb standardizzat għall-kontenut totali tal-komposti fenoliċi, l-aċidu galliku u s-somma tal-katekina u tal-epikatekina, u ż-żamma ta’ pressjoni normali tad-demm. Għaldaqstant, billi l-indikazzjoni dwar is-saħħa mhijiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi, jenħtieġ li ma tiġix awtorizzata.

(11)

Wara applikazzjoni mingħand Sensus B.V. (Royal Cosun), imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità kellha tagħti opinjoni dwar is-sostanzjar xjentifiku ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta ma’ Frutalose® u ż-żamma tal-ippurgar normali (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2020-00631). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet kif ġej: “L-oligofruttożju taċ-ċikwejra Frutalose® jikkontribwixxi għall-funzjonament regolari tal-musrana, billi jżid il-frekwenza tal-ippurgar”. L-applikant ipprovda wkoll tliet formulazzjonijiet alternattivi għall-indikazzjoni.

(12)

Fit-12 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika (5) dwar dik l-indikazzjoni mill-Awtorità, li kkonkludiet li abbażi tad-data mressqa, l-evidenza pprovduta ma kinitx biżżejjed biex tistabbilixxi relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum ta’ Frutalose® u ż-żamma tal-ippurgar normali skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti. Għaldaqstant, billi l-indikazzjoni dwar is-saħħa mhijiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi, jenħtieġ li ma tiġix awtorizzata.

(13)

Il-kummenti mingħand Nestlé S.A. dwar l-opinjoni tal-Awtorità fir-rigward tal-indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta mal-betaglukani akkwistati mill-ħafur u/jew mix-xgħir fiċ-ċereali tal-kolazzjon lesti biex jittieklu manifatturati permezz tat-tisjir bil-pressjoni u mat-tnaqqis fiż-żieda tal-glukożju fid-demm wara l-konsum (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2020-000447), li rċeviet il-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, tqiesu fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(14)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-indikazzjonijiet dwar is-saħħa elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi kif previst fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  EFSA Journal 2021;19(4):6493.

(3)  EFSA Journal 2021;19(7):6669.

(4)  EFSA Journal 2021;19(8):6776.

(5)  EFSA Journal 2021;19(8):6775.


ANNESS

Indikazzjonijiet dwar is-saħħa miċħuda

Applikazzjoni – Dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija tal-ikel

Indikazzjoni

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

Indikazzjoni dwar is-saħħa tal-Artikolu 13(5) bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata ġdida u/jew li tinkludi rikjesta għall-protezzjoni tad-data proprjetarja

Il-betaglukani akkwistati mill-ħafur u/jew mix-xgħir, inkorporati fiċ-ċereali tal-kolazzjon lesti biex jittieklu manifatturati permezz tat-tisjir bil-pressjoni (jiġifieri jew bit-tisjir f’lottijiet jew bl-estrużjoni), u li jkunu preżenti f’livell ta’ mill-inqas 1,3 g għal kull 25 g tal-karboidrati disponibbli fiċ-ċereali lesti biex jittieklu

Il-konsum tal-betaglukani mill-ħafur u/jew mix-xgħir fiċ-ċereali tal-kolazzjon lesti biex jittieklu jikkontribwixxi għal tnaqqis fiż-żieda tal-glukożju fid-demm wara dik l-ikla

Q-2020-000447

Indikazzjoni dwar is-saħħa tal-Artikolu 13(5) bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata ġdida u/jew li tinkludi rikjesta għall-protezzjoni tad-data proprjetarja

Affron®, estratt milwiem taż-żagħfran, b’konċentrazzjoni > 3,5 % tas-somma tal-kroċini u taż-żagħfran u d-destrina bħala trasportatur inerti

Affron® jikkontribwixxi għaż-żamma ta’ burdata sana billi jnaqqas il-karatteristiċi negattivi tas-sentimenti ta’ dipressjoni u ansjetà

Q-2020-00617

Indikazzjoni dwar is-saħħa tal-Artikolu 13(5) bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata ġdida u/jew li tinkludi rikjesta għall-protezzjoni tad-data proprjetarja

L-estratt taż-żerriegħa tal-għeneb MegaNatural®-BP magħmul kompletament mill-għeneb imkabbar f’California li fih kostitwenti bijoloġikament attivi: komposti fenoliċi totali (90–93 %), aċidu galliku (≥ 2 %) u katekina u epikatekina (≥ 5 %). Id-distribuzzjoni tal-komposti fenoliċi fil-MegaNatural®-BP hija bħala medja 9 % monomeri, 69 % oligomeri u 22 % polimeri

MegaNatural®-BP jgħin biex tinżamm pressjoni tad-demm sana

Q-2020-00718

Indikazzjoni dwar is-saħħa tal-Artikolu 13(5) bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata ġdida u/jew li tinkludi rikjesta għall-protezzjoni tad-data proprjetarja

L-oligofruttożju taċ-ċikwejra Frutalose®

L-oligofruttożju taċ-ċikwejra Frutalose® jikkontribwixxi għall-funzjonament regolari tal-musrana billi jżid il-frekwenza tal-ippurgar

(U tliet formulazzjonijiet alternattivi oħra)

Q-2020-00631


12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1142

tad-9 ta’ Ġunju 2023

li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 fir-rigward tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu importati skont ċerti kwoti tariffarji wara l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni u jipprevedi regoli speċifiċi.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1988 (3) jistabbilixxi r-regoli għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni mfassla biex jintużaw skont l-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali (il-prinċipju “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”).

(3)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994, dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fuq ir-rati tal-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, konkluż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/912 (4), jemenda l-kwantitajiet ta’ prodotti li għandhom jiġu importati taħt xi kwoti tariffarji miftuħa favur l-Istati Uniti u xi kwoti tariffarji miftuħa għall-pajjiżi l-oħra kollha. Huma kkonċernati l-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni li ġejjin: 09.0035, 09.0040, 09.0041, 09.0055, 09.0056, 09.0059, 09.0070, 09.0073, 09.0083, 09.0089, 09.0093, 09.0094, 09.0123, 09.0147, 09.4002, 09.4038, 09.4116, 09.4123, 09.4127 u 09.4170.

(4)

Jenħtieġ li l-emendi li saru minn dak il-Ftehim jiġu riflessi fl-Annessi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 jiġu emendati skont dan.

(6)

Huma meħtieġa dispożizzjonijiet tranżizzjonali biex jiġi ċċarat kif għandhom jiġu ttrattati s-sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu bħala riżultat tal-emendi tal-kwantitajiet ta’ prodotti li għandhom jiġu importati taħt il-kwoti tariffarji kkonċernati. Dan jikkonċerna l-kwoti tariffarji li huma ġestiti f’perjodi maqsuma f’subperjodi. Dan jikkonċerna wkoll il-kwoti tariffarji li huma ġestiti f’konformità mal-prinċipju ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, meta l-emenda tal-kwantitajiet twassal għal żieda fil-kwantità ta’ kwota tariffarja li tkun ġiet eżawrita jew għal tnaqqis tal-kwantità disponibbli ta’ kwota tariffarja għall-prodotti li diġà ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761

l-Annessi II, III, VIII, u X huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Fir-rigward tal-emendi introdotti mill-Artikolu 1, meta l-perjodu tal-kwota tariffarja ta’ kwota tariffarja partikolari jkun diġà beda fil-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, id-differenza bejn il-kwantità l-ġdida u l-kwantità diġà allokata għandha tkun disponibbli:

(a)

mill-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jekk il-perjodu tal-kwota tariffarja ma jkunx maqsum f’subperjodi;

(b)

skont ir-regoli speċifiċi applikabbli għal kull kwota tariffarja, jekk il-kwota tariffarja jkollha perjodu maqsum f’subperjodi.

Jekk subperjodu wieħed jew aktar ikunu diġà skadew fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, id-differenza bejn il-kwantità l-ġdida disponibbli fis-subperjodi li tkun skadiet qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u l-kwantità effettivament allokata għandha tkun disponibbli mill-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fir-rigward tal-emendi introdotti mill-Artikolu 2, id-differenza bejn il-kwantità l-ġdida u l-kwantità diġà rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandha tkun disponibbli mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

F’każ ta’ żieda fil-kwantità stabbilita fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988, jekk fil-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament il-perjodu rilevanti tal-kwota tariffarja jkun diġà beda u l-kwantità li kienet disponibbli qabel tkun ġiet eżawrita, id-differenza bejn il-kwantità l-ġdida u l-kwantità preċedenti għandha tiġi allokata lill-operaturi skont l-ordni kronoloġika tad-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. L-operaturi li importaw il-merkanzija tagħhom barra mill-kwota qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u li se jibbenefikaw mill-allokazzjoni tal-kwantità addizzjonali, għandhom jiġu rimborżati d-differenza bejn id-dazju diġà mħallas u d-dazju fil-kwota.

F’każ ta’ tnaqqis fil-kwantità stabbilita fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988, jekk fil-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament il-perjodu rilevanti tal-kwota tariffarja jkun diġà beda u tkun diġà ġiet rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera kwantità ogħla mill-kwantità l-ġdida tkun diġà ġiet rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-operaturi ma għandhomx jintalbu jħallsu xi dazju addizzjonali għall-kwantitajiet fil-kwota importati li jaqbżu l-volumi l-ġodda disponibbli.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika għall-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni għal liċenzja li jibda wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji bil-liċenzji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 24).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1988 tal-11 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni f’konformità mal-prinċipju “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel” (ĠU L 422, 14.12.2020, p. 4).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/912tal-25 ta’ April 2023 dwar l-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tar-rati tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 119, 5.5.2023, p. 1).


ANNESS I

L-Annessi I, II, III, VIII, u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, ir-ringiela li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4170 titħassar;

(2)

fl-Anness II, fit-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4123, ir-ringiela “Kwantità f’kg”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità f’kg

572 000 000  kg”

(3)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4116, ir-ringiela “Kwantità f’kg”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità f’kg

1 910 000  kg, diviżi kif ġej:

1 910 000  kg għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju

Trasferiment minn subperjodi preċedenti, għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu

Trasferiment minn subperjodi preċedenti, għas-subperjodu mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru”

(b)

fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4127, ir-ringiela “Kwantità f’kg”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità f’kg

25 772 000  kg, diviżi kif ġej:

7 153 000  kg għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

11 466 000  kg għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

7 153 000  kg għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu

Trasferiment minn subperjodi preċedenti, għas-subperjodu mill-1 ta’ Settembru sat-30 ta’ Settembru”

(4)

fl-Anness VIII, fit-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4002, ir-ringiela “Kwantità f’kg”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità f’kg

10 500 000  kg tal-piż tal-prodott, diviż kif ġej: il-kwantità disponibbli għal kull subperjodu għandha tikkorrispondi ma’ wieħed minn tnax tal-kwantità totali”

(5)

L-Anness X huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4038, ir-ringiela “Kwantità f’kg”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità f’kg

5 720 000  kg tal-piż tal-prodott, diviż kif ġej: 25 % għal kull subperjodu”

(b)

it-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4170 titħassar.


ANNESS II

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-taqsima taħt l-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur taċ-ċereali” hija emendata kif ġej:

(a)

fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0073, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità

2 800 000  kg piż nett”

(b)

fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0089, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità

1 732 000  kg piż nett”

(c)

fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0070, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità

2 700 000  kg piż nett”

(2)

fit-taqsima taħt l-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur tar-ross”, fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0083, fir-ringiela “Kwantità”, il-kwantità hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità

7 000 kg”

(3)

it-taqsima taħt l-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur tal-frott u l-ħxejjex” hija emendata kif ġej:

(a)

fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0094, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità

472 000 kg”

(b)

fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0056, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità

1 244 000  kg”

(c)

fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0059, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità

647 000 kg”

(d)

fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0035, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità

9 770 000  kg”

(e)

fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0040, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità

151 000 kg”

(f)

fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0041, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità

86 223 000  kg”

(4)

fit-taqsima taħt l-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati”, fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0093, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità

6 551 000  kg”

(5)

fit-taqsima taħt l-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib”, fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0147, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità

62 917 000  kg”

(6)

fit-taqsima taħt l-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tal-majjal”, fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0123, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità

4 786 000  kg”

(7)

fit-taqsima taħt l-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur ta’ prodotti oħra elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti XXIV tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013”, fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0055, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità

4 295 000  kg”


12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1143

tad-9 ta’ Ġunju 2023

li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Chemisept IPA-N” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ April 2019, AS Chemi-Pharm issottomettiet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 (2) għall-awtorizzazzjoni tal-istess prodott bijoċidali uniku, kif imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, imsemmi “Chemisept IPA-N”, tat-tip ta’ prodott 1, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-UU051173-14 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali (“ir-Reġistru”). L-applikazzjoni indikat ukoll in-numru tal-applikazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Knieler & Team Propanol Family”, irreġistrata fir-Reġistru bin-numru tal-każ BC-AQ050985-22.

(2)

L-istess prodott bijoċidali uniku “Chemisept IPA-N” fih il-propan-1-ol u l-propan-2-ol bħala s-sustanzi attivi, li huma inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tip ta’ prodott 1.

(3)

Fit-8 ta’ Diċembru 2021, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, l-Aġenzija ssottomettiet lill-Kummissjoni opinjoni (3) u l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (“SPC”) ta’ “Chemisept IPA-N”.

(4)

L-opinjoni tikkonkludi li d-differenzi proposti bejn l-istess prodott bijoċidali uniku u l-prodott bijoċidali ta’ referenza relatat huma limitati għall-informazzjoni li tista’ tkun soġġetta għal bidla amministrattiva f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 (4), u li abbażi tal-valutazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Knieler & Team Propanol Family” u soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, l-istess prodott bijoċidali uniku jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(5)

Fl-24 ta’ Ottubru 2022, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni l-abbozz tal-SPC fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(6)

Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk tqis li jixraq li tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-istess prodott bijoċidali uniku “Chemisept IPA-N”.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0027678-0000 lil AS Chemi-Pharm biex tqiegħed fis-suq u tuża l-istess prodott bijoċidali uniku “Chemisept IPA-N” f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbilit fl-Anness.

L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mit-2 ta’ Lulju 2023 sal-31 ta’ Lulju 2032.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 tas-6 ta’ Mejju 2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti bijoċidali li huma l-istess skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 4).

(3)  L-opinjoni tal-ECHA għal ‘Chemisept IPA-N’, it-8 ta’ Diċembru 2021, https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4).


ANNESS

Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal prodott bijoċidali

Chemisept IPA-N

Prodott tip 1 — Iġjene umana (Diżinfettanti)

Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0027678-0000

Numru tal-ass R4BP: EU-0027678-0000

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.   Isem (ismijiet) kummerċjali tal-prodott

Isem kummerċjali

Chemisept IPA-N

1.2.   Detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni

Isem

Chemi-Pharm AS

Indirizz

Tänassilma tee 11, 76406 Tänassilma küla, Saku vald Estonja

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0027678-0000

Numru tal-ass R4BP

EU-0027678-0000

Data tal-awtorizzazzjoni

2.7.2023

Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni

31.7.2032

1.3.   Manifattur(i) tal-prodott

L-isem tal-manifattur

AS Chemi-Pharm

L-indirizz tal-manifattur

Tänassilma tee 11, 76406 Tänassilma küla, Saku vald, Harju maakond Estonja

Post ta’ siti ta’ manifattura

AS Chemi-Pharm, Tänassilma tee 11, 76406 Tänassilma küla, Saku vald, Harju maakond Estonja

1.4.   Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)

Sustanza attiva

Propan-1-ol

L-isem tal-manifattur

OQ Chemicals GmbH (formerly Oxea GmbH)

L-indirizz tal-manifattur

Rheinpromenade 4a, 40789 Monheim am Rhein Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

OQ Chemicals Corperation (formerly Oxea Coperation), 2001 FM 3057 TX, 77414 Bay City Istati Uniti


Sustanza attiva

Propan-1-ol

L-isem tal-manifattur

BASF SE

L-indirizz tal-manifattur

Carl-Bosch-Str. 38, 67056 Ludwigshafen Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67056 Ludwigshafen Ġermanja


Sustanza attiva

Propan-1-ol

L-isem tal-manifattur

SASOL Chemie GmbH & Co. KG

L-indirizz tal-manifattur

Secunda Chemical Operations, Sasol Place, 50 Katherine Street, 2090 Sandton Afrika t’Isfel

Post ta’ siti ta’ manifattura

Secunda Chemical Operations, PDP Kruger Street, 2302 Secunda Afrika t’Isfel


Sustanza attiva

Propan-2-ol

L-isem tal-manifattur

INEOS Solvent Germany GmbH

L-indirizz tal-manifattur

Römerstrasse 733, 47443 Moers Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

INEOS Solvent Germany GmbH, Römerstrasse 733, 47443 Moers Ġermanja

INEOS Solvent Germany GmbH, Shamrockstrasse 88, 44623 Herne Ġermanja

2.   KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva fuq il-kompożizzjoni tal-prodott

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Propan-1-ol

 

Sustanza attiva

71-23-8

200-746-9

30,0

Propan-2-ol

 

Sustanza attiva

67-63-0

200-661-7

45,0

2.2.   Tip ta’ formulazzjoni

AL - Kwalunkwe likwidu ieħor

3.   DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U PREKAWZJONI

Dikjarazzjonijiet dwar Periklu

Likwidu u fwar li jaqbdu.

Jagħmel ħsara serja lill-għajnejn.

Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament.

Espożizzjoni ripetuta tista’ tikkaġuna nixfa jew qsim tal-ġilda.

Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni

Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. – Tpejjipx.

Żomm il-kontenitur magħluq sew.

Evita li tibla’ bin-nifs fwar.

Uża biss barra jew f’post ventilat sew.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS:Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

Sejjaħ minnufih ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.

Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba.Żomm frisk.

Aħżen f’post imsakkar.

Armi il-kontenitur fi punt tal-ġbir tal-iskart awtorizzat..

4.   UŻU(IJIET) AWTORIZZATI

4.1.   Deskrizzjoni użu

Tabella 1

Uża # 1 — għal diżinfezzjoni iġjenika tal-idejn, likwidu

Tip ta’ Prodott

TP 01 - Iġjene tal-bniedem

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

Mhux rilevanti.

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Batterji

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Mycobacteria

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Ħmira

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: vajruses b’involukru

istadju iżvilupp: ebda data

Qasam tal-użu

Indoor

sptarijiet u istituzzjonijiet oħra tal-kura tas-saħħa bħal f’ ambulanzi, kliniċi fejn it-tabib jara l-pazjenti, djar tal-kura (inkluż kura fid-djar għall-pazjenti)

canteens tal-isptar, kċejjen kbar, industriji tal-farmaċewtika, siti tal-produzzjoni u laboratorji: diżinfezzjoni iġjenika tal-idejn fug idejn viżibbilment nodfa u xotti.

Għal użu professjonali biss.

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Metodu: applikazzjoni manwali

Deskrizzjoni dettaljata:

għorik

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ Applikazzjoni: Dożaġġ: Mill-inqas 3 ml (uża d-dispensaturi: pereżempju issettja għal 1,5 ml għal kull moviment bl-id, 2 movimenti bl-id għal kull 3 ml) Ħin ta’ kuntatt: 30 s

Dilwizzjoni (%): Prodott lest għall-użu

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

M’hemm l-ebda restrizzjoni fin-numru ta’ applikazzjonijiet jew fil-ħin meta jsiru. M’hemm għalfejn jiġu kkunsidrati l-ebda intervalli ta’ sigurtà bejn il-fażijiet ta’ applikazzjoni.

Il-prodott jista’ jintuża fi kwalunkwe ħin u ta’ spiss skont kif meħtieġ.

Kategorija(i) tal-utenti

industrijali

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

100, 125, 500, 1 000  ml fi flixkien tal-polietilena ta’ densità għolja (HDPE) trasparenti/bojod b’tappijiet flip top tal-polypropilena (PP).

Reċipjent ċilindriku ta’ 5 000  ml tal-HDPE trasparenti/abjad b’tapp bil-kamin tal-HDPE.

4.1.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

Dawn il-prodotti jistgħu jiġu applikati direttament jew il-prodotti jistgħu jintużaw f’dispensatur jew b’pompa.

Għal għorik tal-idejn iġjeniku uża 3 ml tal-prodott u żomm l-idejn imxarrba għal 30 sekonda.

Timlax mill-ġdid.

4.1.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.2.   deskrizzjoni użu

Tabella 2

Uża # 2 – għad-diżinfezzjoni kirurġika tal-idejn, likwidu

Tip ta’ Prodott

TP 01 - Iġjene tal-bniedem

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

Mhux rilevanti.

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Batterji

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Mycobacteria

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Ħmira

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: vajruses b’involukru

istadju iżvilupp: ebda data

Qasam tal-użu

Indoor

Il-prodott jista’ jiġi applikat għal diżinfezzjoni kirurġika tal-idejn fi sptarijiet u istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa oħrajn: diżinfezzjoni kirurġika tal-idejn fuq idejn viżibbilment nodfa u xotti u l-parti t’isfel tad-driegħ.

Għal użu professjonali biss.

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Metodu: applikazzjoni manwali

Deskrizzjoni dettaljata:

għorik

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ Applikazzjoni: Dożaġġ: Għorok ammont suffiċjenti f’porzjonijiet ta’ 3 ml (uża d-dispensaturi: pereżempju issettja għal 1,5 ml għal kull moviment bl-id, 2 movimenti bl-id għal kull 3 ml). Ħin ta’ kuntatt: 90 s

Dilwizzjoni (%): Prodott lest għall-użu

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

M’hemm l-ebda restrizzjoni fin-numru ta’ applikazzjonijiet jew fil-ħin meta jsiru. M’hemm għalfejn jiġu kkunsidrati l-ebda intervalli ta’ sigurtà bejn il-fażijiet ta’ applikazzjoni.

Il-prodott jista’ jintuża fi kwalunkwe ħin u ta’ spiss skont kif meħtieġ.

Kategorija(i) tal-utenti

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

100, 125, 500, 1 000  ml fi flixkien tal-polietilena ta’ densità għolja (HDPE) trasparenti/bojod b’tappijiet flip top tal-polypropilena (PP).

Reċipjent ċilindriku ta’ 5 000  ml tal-HDPE trasparenti/abjad b’tapp bil-kamin tal-HDPE.

4.2.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

Dawn il-prodotti jistgħu jiġu applikati direttament jew il-prodotti jistgħu jintużaw f’dispensatur jew b’pompa.

Għal għorik tal-idejn kirurġiku uża kemm hemm bżonn porzjonijiet ta’ 3 ml biex iżżomm l-idejn imxarrba għal 90 sekonda.

Timlax mill-ġdid.

4.2.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.2.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.2.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.2.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

5.   DIREZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)

5.1.   Istruzzjonijiet għall-użu

Għal użu professjonali biss.

5.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju

Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal.

Evita l-kuntatt mal-għajnejn.

5.3.   Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Miżuri tal-ewwel għajnuna ġenerali: Ċaqlaq il-persuna affettwata miż-żona kontaminata u ħudha post ieħor. Ikseb parir/attenzjoni medika jekk tħossok ma tiflaħx. Jekk possibbli uri din il-folja.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Ħu l-persuna f’post fejn hemm arja friska u żommha mistrieħa f’pożizzjoni komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. Ċempel ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.

F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Aħsel il-ġilda b’ħafna ilma immedjatament. Imbagħad neħħi l-ħwejjeġ kontaminati kollha u aħsilhom qabel terġa’ tilbishom. Kompli aħsel il-ġilda bl-ilma għal 15-il minuta. Ċempel ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ immedjatament bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal mill-inqas 15-il minuta.

Ċempel 112/ambulanza għal assistenza medika.

Informazzjoni għall-istaff tal-kura tas-saħħa/tabib: L-għajnejn iridu wkoll jiġu mlaħalħa ripetutament sakemm tkunu fit-triq għat-tabib jekk ikun hemm esponiment tal-għajn għal kimiċi alkalini (pH > 11), amini u aċidi bħal aċidu aċetiku, aċidu formiku jew aċidu propjoniku.

JEKK JINBELA’: Laħlaħ il-ħalq immedjatament. Agħti xi ħaġa x’tixrob, jekk il-persuna esposta ma tkunx tista’ tibla’. TIPPROVOKAX ir-remettar. Ċempel 112/ambulanza għal assistenza medika.

Miżuri f’każ ta’ ħruġ aċċidentali:

Waqqaf it-tnixxija jekk ma jkunx hemm periklu. Neħħi sorsi ta’ tqabbid ta’ nar. Oqgħod attent ħafna biex tevita ċarġis ta’ elettriku statiku. Ara li ma jkun hemm l-ebda fjammi mikxufin. M’hemmx tipjip.

Tħallix il-prodott jidħol fis-sistema tad-drenaġġ u sistemi pubbliċi tal-ilma.

Imsaħ b’materjal assorbenti (pereżempju biċċa għall-imsiħ). Assorbi t-tixrib b’solidi inerti, bħal tafal jew trab tad-diatomi kemm jista’ jkun malajr. Iġbor b’mod mekkaniku (billi tiknes, tiġbor b’pala). Armi f’konformità mar-regolamenti lokali rilevanti.

5.4.   Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ir-rimi jrid isir skont ir-regolamenti uffiċjali. Tbattalx ġo drejns. Tarmix mal-iskart domestiku. Armi l-kontenut/kontenitur billi tieħdu f’post awtorizzat għall-ġbir tal-iskart. Battal l-ippakkjar kompletament qabel ir-rimi. Meta jkunu totalment vojta, il-kontenituri jistgħu jiġu riċiklati bħal kwalunkwe ppakkjar ieħor.

5.5.   Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Żmien kemm idum tajjeb il-prodott fuq l-ixkaffa: 24 xahar

Aħżen f’post xott, frisk u b’ventilazzjoni tajba. Żomm il-kontenitur magħluq sewwa. Żomm ’il bogħod mid-dawl tax-xemx dirett.

Temperatura rakkomandata tal-ħżin: 0-30 °C

Taħżinx f’temperaturi taħt 0 °C

Taħżinx viċin ikel, xorb u għalf tal-annimali. Żomm ’il bogħod minn materjal kombustibbli.

6.   INFORMAZZJONI OĦRA


(1)  L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħrajn għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.


12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1144

tad-9 ta’ Ġunju 2023

li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Bacticid IPA-N” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ April 2019, Chemi-Pharm AS issottomettiet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 (2) għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-istess prodott bijoċidali uniku, kif imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, imsemmi “Bacticid IPA-N”, tat-tipi ta’ prodott 2 u 4, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-SM051156-28 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali (“ir-Reġistru”). L-applikazzjoni indikat ukoll in-numru tal-applikazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Knieler & Team Propanol Family”, irreġistrata fir-Reġistru bin-numru tal-każ BC-AQ050985-22.

(2)

L-istess prodott bijoċidali uniku “Bacticid IPA-N” fih il-propan-1-ol u l-propan-2-ol bħala s-sustanzi attivi, li huma inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tipi ta’ prodott 2 u 4.

(3)

Fit-8 ta’ Diċembru 2021, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, l-Aġenzija ssottomettiet lill-Kummissjoni opinjoni (3) u l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (“SPC”) ta’ “Bacticid IPA-N”.

(4)

L-opinjoni tikkonkludi li d-differenzi proposti bejn l-istess prodott bijoċidali uniku u l-prodott bijoċidali ta’ referenza relatat huma limitati għall-informazzjoni li tista’ tkun soġġetta għal bidla amministrattiva f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 (4), u li abbażi tal-valutazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Knieler & Team Propanol Family” u soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, l-istess prodott bijoċidali uniku jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(5)

Fl-24 ta’ Ottubru 2022, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni l-abbozz tal-SPC fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(6)

Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk hija tal-fehma li jixraq li tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-istess prodott bijoċidali uniku “Bacticid IPA-N”.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qed tingħata l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0027679-0000 lil Chemi-Pharm AS għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-istess prodott bijoċidali uniku “Bacticid IPA-N”, f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali stabbilit fl-Anness.

L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mit-2 ta’ Lulju 2023 sal-31 ta’ Lulju 2032.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 tas-6 ta’ Mejju 2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti bijoċidali li huma l-istess skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 4).

(3)  L-opinjoni tal-ECHA dwar “Bacticid IPA-N”, it-8 ta’ Diċembru 2021, https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4).


ANNESS

Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal prodott bijoċidali

Bacticid IPA-N

Prodott tip 2 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-applikazzjoni diretta fuq il-bnedmin jew fuq l-annimali (Diżinfettanti)

Prodott tip 4 - Qasam tal-ikel u tal-għalf (Diżinfettanti)

Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0027679-0000

Numru tal-ass R4BP: EU-0027679-0000

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.   Isem (ismijiet) kummerċjali tal-prodott

Isem kummerċjali

Bacticid IPA-N

1.2.   Detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni

Isem

Chemi-Pharm AS

Indirizz

Tänassilma tee 11, 76406 Tänassilma küla, Saku vald Estonja

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0027679-0000

Numru tal-ass R4BP

EU-0027679-0000

Data tal-awtorizzazzjoni

2.7.2023

Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni

31.7.2032

1.3.   Manifattur(i) tal-prodott

L-isem tal-manifattur

AS Chemi-Pharm

L-indirizz tal-manifattur

Tänassilma tee 11, 76406 Tänassilma küla, Saku vald, Harju maakond Estonja

Post ta’ siti ta’ manifattura

AS Chemi-Pharm, Tänassilma tee 11, 76406 Tänassilma küla, Saku vald, Harju maakond Estonja

1.4.   Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)

Sustanza attiva

Propan-1-ol

L-isem tal-manifattur

OQ Chemicals GmbH (formerly Oxea GmbH)

L-indirizz tal-manifattur

Rheinpromenade 4a, 40789 Monheim am Rhein Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

OQ Chemicals Corperation (formerly Oxea Coperation), 2001 FM 3057 TX, 77414 Bay City Istati Uniti


Sustanza attiva

Propan-1-ol

L-isem tal-manifattur

BASF SE

L-indirizz tal-manifattur

Carl-Bosch-Str. 38, 67056 Ludwigshafen Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67056 Ludwigshafen Ġermanja


Sustanza attiva

Propan-1-ol

L-isem tal-manifattur

SASOL Chemie GmbH & Co. KG

L-indirizz tal-manifattur

Secunda Chemical Operations, Sasol Place, 50 Katherine Street, 2090 Sandton Afrika t’Isfel

Post ta’ siti ta’ manifattura

Secunda Chemical Operations, PDP Kruger Street, 2302 Secunda Afrika t’Isfel


Sustanza attiva

Propan-2-ol

L-isem tal-manifattur

INEOS Solvent Germany GmbH

L-indirizz tal-manifattur

Römerstrasse 733, 47443 Moers Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

INEOS Solvent Germany GmbH, Römerstrasse 733, 47443 Moers Ġermanja

INEOS Solvent Germany GmbH, Shamrockstrasse 88, 44623 Herne Ġermanja

2.   KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva fuq il-kompożizzjoni tal-prodott

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Propan-1-ol

 

Sustanza attiva

71-23-8

200-746-9

35,0

Propan-2-ol

 

Sustanza attiva

67-63-0

200-661-7

35,0

2.2.   Tip ta’ formulazzjoni

AL - Kwalunkwe likwidu ieħor

3.   DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U PREKAWZJONI

Dikjarazzjonijiet dwar Periklu

Likwidu u fwar li jaqbdu.

Jagħmel ħsara serja lill-għajnejn.

Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament.

Espożizzjoni ripetuta tista’ tikkaġuna nixfa jew qsim tal-ġilda.

Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni

Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. – Tpejjipx.

Żomm il-kontenitur magħluq sew.

Evita li tibla’ bin-nifs fwar.

Uża biss barra jew f’post ventilat sew.

Ilbes protezzjoni għall-għajnejn.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS:Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

Sejjaħ minnufih ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.

Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba.Żomm frisk.

Aħżen f’post imsakkar.

Armi il-kontenitur fi punt tal-ġbir tal-iskart awtorizzat.

4.   UŻU(IJIET) AWTORIZZATI

4.1.   Deskrizzjoni użu

Tabella 1

Uża # 1 – Diżinfezzjoni RTU ta’ uċuħ żgħar iebsa u mhux porużi, likwidu

Tip ta’ Prodott

TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

Mhux rilevanti.

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Batterji

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Ħmira

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: vajruses (attività viruċidali tal-ispettru limitata)

istadju iżvilupp: ebda data

Qasam tal-użu

Indoor

faċilitajiet tal-kura tas-saħħa u industrija tal-farmaċewtika u l-kożmetika, ambjenti viċin il-pazjenti, żoni tax-xogħol/skrivaniji, tagħmir ġenerali (minbarra uċuħ li jiġu f’kuntatt mal-ikel):

diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar iebsa/mhux porużi.

Għal użu professjonali biss.

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Metodu: applikazzjoni manwali

Deskrizzjoni dettaljata:

Diżinfettant tal-uċuħ lest biex jintuża f’temperatura tal-kamra (20 ± 2 °C).

Il-wiċċ sħiħ li jrid jiġi diżinfettat jiġi mxarrab billi tferra jew tisprejja minn ftit distanza ’l bogħod u mbagħad timsħu sew b’biċċa. L-ammont tal-prodott għandu jkun biżżejjed (massimu 50 ml/m2) biex iżżomm il-wiċċ imxarrab matul il-ħin ta’ kuntatt.

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ Applikazzjoni: Ħin minimu tal-esponiment: • għall-kontroll tal-batterji, fungi uniċellulari u vajruses b’involukru: 60 sek • għall-kontroll tal-vajruses (attività viruċidali tal-ispettru limitata): 5 min

Dilwizzjoni (%): Prodott lest għall-użu

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Frekwenza raġonevoli ta’ diżinfezzjoni f’kamra ta’ pazjent hija 1-2 kuljum. In-numru ta’ applikazzjonijiet massimi huwa 6 kuljum. M’hemm għalfejn jiġu kkunsidrati l-ebda intervalli ta’ sigurtà bejn il-fażijiet ta’ applikazzjoni.

Kategorija(i) tal-utenti

industrijali

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Flixkun ta’ 100, 500, 750, u 1 000  ml tal-polietilena ta’ densità għolja (HDPE) trasparenti/abjad b’tappijiet flip top tal-polypropilena (PP) (aċċessorju: tapp bil-kamin tal-PP b’ras għall-isprejjar);

Reċipjent ċilindriku ta’ 5 000  ml tal-HDPE trasparenti/abjad b’tapp bil-kamin tal-HDPE.

4.1.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

L-uċuħ iridu jkunu dejjem viżibbilment nodfa qabel id-diżinfezzjoni. In-numru ta’ applikazzjonijiet massimi huwa 6 kuljum.

4.1.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.2.   Deskrizzjoni użu

Tabella 2

Uża # 2 – Diżinfezzjoni RTU ta’ uċuħ żgħar iebsa u mhux porużi, likwidu

Tip ta’ Prodott

TP 04 - Żoni tal-ikel u tal-għalf

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

Mhux rilevanti.

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Batterji

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Ħmira

istadju iżvilupp: ebda data

Qasam tal-użu

Indoor

faċilitajiet tal-kura tas-saħħa u fl-industrija tal-ikel, preparazzjoni u mmaniġġjar tal-ikel fi kċejjen/ristoranti: ddiżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar iebsa/mhux porużi.

Għal użu professjonali biss.

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Metodu: applikazzjoni manwali

Deskrizzjoni dettaljata:

Diżinfettant tal-uċuħ lest biex jintuża f’temperatura tal-kamra (20 ± 2 °C).

Il-wiċċ sħiħ li jrid jiġi diżinfettat jiġi mxarrab billi tferra jew tisprejja minn ftit distanza ’l bogħod u mbagħad timsħu sew b’biċċa. L-ammont tal-prodott għandu jkun biżżejjed (massimu 50 ml/m2) biex iżżomm il-wiċċ imxarrab matul il-ħin ta’ kuntatt.

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ Applikazzjoni: Ħin minimu tal-esponiment: għall-kontroll tal-batterji u fungi uniċellulari f’temperatura ta’ 20 °C: 60 sek

Dilwizzjoni (%): Prodott lest għall-użu

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Il-prodotti jistgħu jintużaw kemm-il darba jkun meħtieġ. Frekwenza raġonevoli fil-kċejjen hija 1-2 kuljum. M’hemm għalfejn jiġu kkunsidrati l-ebda intervalli ta’ sigurtà bejn il-fażijiet ta’ applikazzjoni.

Kategorija(i) tal-utenti

industrijali

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Flixkun ta’ 100, 500, 750, u 1 000  ml tal-polietilena ta’ densità għolja (HDPE) trasparenti/abjad b’tappijiet flip top tal-polypropilena (PP) (aċċessorju: tapp bil-kamin tal-PP b’ras għall-isprejjar);

Reċipjent ċilindriku ta’ 5 000  ml tal-HDPE trasparenti/abjad b’tapp bil-kamin tal-HDPE.

4.2.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

L-uċuħ iridu jkunu dejjem viżibbilment nodfa qabel id-diżinfezzjoni.

4.2.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.2.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.2.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.2.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

5.   DIREZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)

5.1.   Istruzzjonijiet għall-użu

Għal użu professjonali biss.

5.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju

L-użu ta’ protezzjoni għall-għajnejn matul l-immaniġġjar tal-prodott huwa mandatorju..

Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal

5.3.   Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Miżuri tal-ewwel għajnuna ġenerali: Ċaqlaq il-persuna affettwata miż-żona kontaminata u ħudha post ieħor. Ikseb parir/attenzjoni medika jekk tħossok ma tiflaħx. Jekk possibbli uri din il-folja.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Ħu l-persuna f’post fejn hemm arja friska u żommha mistrieħa f’pożizzjoni komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. Ċempel ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.

F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Aħsel il-ġilda b’ħafna ilma immedjatament. Imbagħad neħħi l-ħwejjeġ kontaminati kollha u aħsilhom qabel terġa’ tilbishom. Kompli aħsel il-ġilda bl-ilma għal 15-il minuta. Ċempel ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ immedjatament bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal mill-inqas 15-il minuta. Ċempel 112/ambulanza għal assistenza medika.

Informazzjoni għall-istaff tal-kura tas-saħħa/tabib:

L-għajnejn iridu wkoll jiġu mlaħalħa ripetutament sakemm tkunu fit-triq għat-tabib jekk ikun hemm esponiment tal-għajn għal kimiċi alkalini (pH > 11), amini u aċidi bħal aċidu aċetiku, aċidu formiku jew aċidu propjoniku.

JEKK JINBELA’: Laħlaħ il-ħalq immedjatament. Agħti xi ħaġa x’tixrob, jekk il-persuna esposta ma tkunx tista’ tibla’. TIPPROVOKAX ir-remettar. Ċempel 112/ambulanza għal assistenza medika.

Miżuri f’każ ta’ ħruġ aċċidentali: Waqqaf it-tnixxija jekk ma jkunx hemm periklu. Neħħi sorsi ta’ tqabbid ta’ nar. Oqgħod attent ħafna biex tevita ċarġis ta’ elettriku statiku. Ara li ma jkun hemm l-ebda fjammi mikxufin. M’hemmx tipjip. Tħallix il-prodott jidħol fis-sistema tad-drenaġġ u sistemi pubbliċi tal-ilma. Imsaħ b’materjal assorbenti (pereżempju biċċa għall-imsiħ). Assorbi t-tixrib b’solidi inerti, bħal tafal jew trab tad-diatomi kemm jista’ jkun malajr. Iġbor b’mod mekkaniku (billi tiknes, tiġbor b’pala). Armi f’konformità mar-regolamenti lokali rilevanti.

5.4.   Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ir-rimi jrid isir skont ir-regolamenti uffiċjali. Tbattalx ġo drejns. Tarmix mal-iskart domestiku. Armi l-kontenut/kontenitur billi tieħdu f’post awtorizzat għall-ġbir tal-iskart. Battal l-ippakkjar kompletament qabel ir-rimi. Meta jkunu totalment vojta, il-kontenituri jistgħu jiġu riċiklati bħal kwalunkwe ppakkjar ieħor.

5.5.   Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Żmien kemm idum tajjeb il-prodott fuq l-ixkaffa: 24 xahar

Aħżen f’post xott, frisk u b’ventilazzjoni tajba. Żomm il-kontenitur magħluq sewwa. Żomm ’il bogħod mid-dawl tax-xemx dirett.

Temperatura rakkomandata tal-ħżin: 0-30 °C

Taħżinx f’temperaturi taħt 0 °C

Taħżinx viċin ikel, xorb u għalf tal-annimali. Żomm ’il bogħod minn materjal kombustibbli.

6.   INFORMAZZJONI OĦRA


(1)  L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħrajn għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.


DEĊIŻJONIJIET

12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/28


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1145

tas-7 ta’ Ġunju 2023

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fi Spanja

(notifikata bid-dokument C(2023) 3806)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2333 (2) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429, u tistabbilixxi l-miżuri ta’ emerġenza relatati mat-tifqigħat tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi Spanja, li nstabu fir-reġjuni ta’ Andalusia u Castilla-La Mancha, fejn jiffurmaw żewġ clusters distinti, wieħed f’kull reġjun. Dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tapplika sal-31 ta’ Ottubru 2023.

(2)

B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri, li jridu jiġu stabbiliti minn Spanja wara t-tifqigħat tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (3), iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(3)

Minbarra ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, ġiet stabbilita żona ristretta ulterjuri, f’konformità mal-Artikolu 21(1), il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fir-reġjun ta’ Andalusia u fir-reġjun ta’ Castilla-La Mancha, fejn Spanja jeħtieġ tapplika ċerti miżuri rigward ir-restrizzjonijiet fil-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż barra minn dik iż-żona ristretta ulterjuri, ħalli tevita t-tixrid tal-ġidri tan-nagħaġ u ġidri tal-mogħoż fil-bqija tat-territorju tagħha u fil-bqija tal-Unjoni.

(4)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333, Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni b’għadd ta’ tifqigħat addizzjonali tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu n-nagħaġ u/jew il-mogħoż. Minħabba f’hekk, ġew emendati sussegwentement iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll żoni ristretti ulterjuri fi Spanja, fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333. L-aħħar emenda ta’ dak l-Anness saret bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/872 (4).

(5)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/872 sal-lum, Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa oħra tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu n-nagħaġ u/jew il-mogħoż, fir-reġjun ta’ Castilla-La Mancha, b’mod aktar speċifiku fil-Provinċja ta’ Cuenca, fiż-żona ta’ sorveljanza diġà stabbilita f’dak ir-reġjun.

(6)

L-awtorità kompetenti ta’ Spanja ħadet il-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fosthom bl-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar it-tifqigħa l-ġdida. Spanja żammet ukoll iż-żoni ristretti stabbiliti qabel, madwar it-tifqigħat preċedenti, irreġistrati sa mill-bidu tal-2023 f’Castilla-La Mancha, fil-Provinċja ta’ Ciudad Real.

(7)

Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri għal Spanja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333, jenħtieġ li jiġu emendati, fl-ispazju u fil-ħin, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u ġidri tal-mogħoż fir-reġjun ta’ Castilla-La Mancha.

(8)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni rigward it-tixrid tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, hu importanti li l-emendi li jridu jsiru fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 b’din id-Deċiżjoni jsiru effettivi kemm jista’ jkun malajr.

(9)

Barra minn hekk, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni rigward il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, il-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 jenħtieġ li jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2023.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2023.”

;

2.

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2333 tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fi Spanja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1913 (ĠU L 308, 29.11.2022, p. 22).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/872 tal-20 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fi Spanja (ĠU L 113, 28.4.2023, p. 49).


ANNESS

“ANNESS

A.   Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati

Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żoni ristretti fi Spanja kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Ir-reġjun ta’ Castilla–La Mancha

ES-CAPRIPOX-2023-00003

ES-CAPRIPOX-2023-00004

ES-CAPRIPOX-2023-00005

ES-CARPIPOX-2023-00006

ES-CARPIPOX-2023-00007

Żona ta’ protezzjoni:

Żona ta’ protezzjoni li tinkludi ż-żoni li ġejjin:

Fil-provinċja ta’ Ciudad Real, il-muniċipalitajiet ta’:

Alcázar de San Juan

Campo de Criptana

Pedro Muñoz

Fil-provinċja ta’ Albacete, il-muniċipalità ta’:

Minaya

Fil-provinċja ta’ Cuenca, il-muniċipalitajiet ta’:

Sisante

Casas de Fernando Alonso

Casas de Haro

Casas de los Pinos

El Pedernoso

El Provencio

Las Mesas

Las Pedroñeras

Mota del Cuervo

Pozoamargo

San Clemente

Santa María de los Llanos

Vara de Rey

20.7.2023

Żona ta’ sorveljanza:

Żona ta’ sorveljanza li tinkludi ż-żoni li ġejjin:

Fil-provinċja ta’ Ciudad Real, il-muniċipalitajiet ta’:

Villarta de San Juan

Villarrubia de los Ojos

Tomelloso

Socuéllamos

Puerto Lápice

Manzanares

Llanos de Caudillo

Las Labores

Herencia

Daimiel

Argamasilla de Alba

Arenas de San Juan

Arenales de San Gregorio

Fil-provinċja ta’ Toledo, il-muniċipalitajiet ta’:

Villafranca de los Caballeros

Villacañas

Quintanar de la Orden

Quero

Miguel Esteban

Madridejos

La Villa de Don Fabrique

La Puebla de Almoradiel

El Toboso

Camuñas

Fil-provinċja ta’ Cuenca, il-muniċipalitajiet ta’:

Atalaya del Cañavate

Cañada Juncosa

El Cañavate

Honrubia

Pinarejo

Alarcón

Casas de Benítez

Casas de Guijarro

Casasimarro

El Picazo

Pozorrubielos de la Mancha

Quintanar del Rey

Tébar

Valhermoso de la Fuente

Villanueva de la Jara

Belmonte

Carrascosa de Haro

La Alberca de Záncara

Los Hinojosos

Monreal del Llano

Rada de Haro

Santa María del Campo Rus

Villaescusa de Haro (only the exclave of Dehesa de Alcahozo)

Fil-provinċja ta’ Albacete, il-muniċipalitajiet ta’:

Fuensanta

La Roda

Munera

Tarazona de la Mancha

Villalgordo del Júcar

Villarrobledo

7.8.2023

Żona ta’ sorveljanza:

Żona ta’ sorveljanza li tinkludi ż-żoni li ġejjin:

Fil-provinċja ta’ Ciudad Real, il-muniċipalitajiet ta’:

Alcázar de San Juan

Campo de Criptana

Pedro Muñoz

Fil-provinċja ta’ Albacete, il-muniċipalità ta’:

Minaya

Fil-provinċja ta’ Cuenca, il-muniċipalitajiet ta’:

Sisante

Casas de Fernando Alonso

Casas de Haro

Casas de los Pinos

El Pedernoso

El Provencio

Las Mesas

Las Pedroñeras

Mota del Cuervo

Pozoamargo

San Clemente

Santa María de los Llanos

Vara de Rey

21.7.2023–7.8.2023

B.   Żoni ristretti ulterjuri

Reġjun

Żoni stabbiliti bħala żoni ristretti ulterjuri, parti miż-żoni ristretti fi Spanja kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Ir-reġjun ta’ Castilla-La Mancha

Żona ristretta ulterjuri li tinkludi l-provinċji li ġejjin:

Albacete

Ciudad Real

Cuenca

Toledo

25.9.2023


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/33


DEĊIŻJONI Nru 1/2023 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT MILL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

tas-26 ta’ Mejju 2023

dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-konformità għal apparat marittimu li temenda l-Annessi I, II u III [2023/1146]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-konformità għal apparat marittimu, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu;

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(3)(d) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-konformità għal apparat marittimu (“il-Ftehim”), il-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 7(1) tal-Ftehim jista’ jemenda l-Annessi li jiġu miegħu.

(2)

Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni kif suppost tal-leġiżlazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim, huwa importanti li jiġu inklużi interpretazzjonijiet żviluppati mill-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp notifikat stabbilit skont id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) kif ukoll gwida ta’ strateġija politika maħruġa mill-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti fil-lista ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi elenkati fl-Anness I.

(3)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 7(3)(a) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli għall-iżvilupp u ż-żamma tal-lista fl-Anness II ta’ prodotti u dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi assoċjati li l-Partijiet ikunu ddeterminaw li huma ekwivalenti.

(5)

Filwaqt li kkunsidraw il-progress tekniku u l-bidliet fl-istrumenti internazzjonali rilevanti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka qablu dwar il-modifika tal-kopertura tal-prodotti għar-rikonoxximent reċiproku.

(6)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-lista tal-awtoritajiet regolatorji u l-indirizzi tagħhom jenħtieġ li tiġi aġġornata u l-awtorità regolatorja tar-Renju Unit jenħtieġ li titneħħa.

(8)

Għalhekk, l-Anness III tal-Ftehim jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

L-Annessi I, II u III tal-Ftehim huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati jaġixxu f’isem il-Partijiet għall-finijiet tal-emendar tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva minn dakinhar li ssir l-aħħar waħda minn dawn il-firem.

F’isem l-Istati Uniti tal-Amerka

Sushan DEMIRJIAN

Iffirmata fi Brussell, fis-26 ta’ Mejju 2023

F’isem l-Unjoni Ewropea

Lucian CERNAT

Iffirmata fi Brussell, fis-26 ta’ Mejju 2023


(1)  Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).


ANNESS

“ANNESS I

LEĠIŻLAZZJONI, REGOLAMENTI U DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

Leġiżlazzjoni, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-UE:

Id-Direttiva 2014/90/UE (minn hawn ’il quddiem imsejħa “MED”) u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-Artikoli 35(2) u (3) ta’ dik id-Direttiva, li huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli fuq https://portal.med.emsa.europa.eu/.

Linji gwida għall-implimentazzjoni, b’mod partikolari, ta’ proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jaqgħu taħt il-MED, huma previsti minn:

Il-“Gwida Blu” dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-prodotti tal-UE għall-2022; u

Interpretazzjonijiet żviluppati mill-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp notifikat stabbilit skont id-Direttiva 2014/90/UE (MarED), approvati mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2099/2002 (COSS) u disponibbli għall-pubbliku fuq https://portal.med.emsa.europa.eu/.

Leġiżlazzjoni, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Uniti:

It-Titolu 46 tal-Kodiċi tal-Istati Uniti (46 U.S.C. 3306), jipprovdi awtorità statutorja lill-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti (permezz ta’ delega mis-Segretarju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Interna) biex toħroġ regolamenti għall-approvazzjoni tal-apparat marittimu.

Il-Kodiċi tar-Regolamenti Federali tal-Istati Uniti (United States Code of Federal Regulations)

It-Titolu 46, is-Sottoparti 2.75 u l-Parti 159, b’rabta mal-awtoritajiet u l-proċeduri għall-approvazzjoni ta’ apparat marittimu mill-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti;

it-Titolu 46, il-Partijiet 160 sa 164, għat-tagħmir tas-salvataġġ, it-tagħmir elettriku, is-sistemi tal-inġinerija;

it-Titolu 47, il-Parti 80 għat-tagħmir tar-radju. Tagħmir li jinkludi radjutrażmettitur huwa rregolat mill-Kummissjoni Federali għall-Komunikazzjoni (FCC, Federal Communications Commission) tal-Istati Uniti u jirrikjedi ċertifikazzjoni tat-tip FCC qabel ma tali tagħmir jiġi kkummerċjalizzat, mibjugħ jew użat fl-Istati Uniti Dawn l-elementi huma identifikati permezz ta’ ‡ fl-Anness II.

Gwida ta’ strateġija politika maħruġa mill-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti

Navigation and Vessel Inspection Circular (NVIC) 02-19 li tirrigwarda l-approvazzjonijiet maħruġa mill-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti skont il-Ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku;

NVIC 08-01, għall-approvazzjoni tat-tagħmir tan-navigazzjoni;

Gwida addizzjonali tinsab fuq: https://www.dco.uscg.mil/CG-ENG-4/Equipment/.

“ANNESS II

KOPERTURA TA’ PRODOTTI GĦAR-RIKONOXXIMENT REĊIPROKU

Apparat tas-salvataġġ

Identifikazzjoni tal-element tal-prodott

In-numru tal-element tal-UE

L-element tal-Istati Uniti

Dwal li jindika l-pożizzjoni tal-apparat ta’ salvataġġ:

għall-opri tal-baħar tas-sopravivenza u d-dgħajjes tas-salvataġġ

MED/1.2a

161.101

Dwal li jindika l-pożizzjoni tal-apparat ta’ salvataġġ:

għall-bagi tas-salvataġġ

MED/1.2b

161.110

Dwal li jindika l-pożizzjoni tal-apparat ta’ salvataġġ:

għall-ġkieket tas-salvataġġ

MED/1.2c

161.112

Sinjali bid-duħħan li jattivaw lilhom infushom għal fuq il-bagi tas-salvataġġ

Nota: Id-data ta’ skadenza ma għandhiex taqbeż 48 xahar wara x-xahar tal-manifattura.

MED/1.3

160.157

Flares tal-paraxut li jittellgħu bir-rokit (pirotekniċi)

Nota: Id-data ta’ skadenza ma għandhiex taqbeż 48 xahar wara x-xahar tal-manifattura.

MED/1.8

160.136

Flares tal-idejn (pirotekniċi)

Nota: Id-data ta’ skadenza ma għandhiex taqbeż 48 xahar wara x-xahar tal-manifattura.

MED/1.9

160.121

Sinjali tad-duħħan li jżommu f’wiċċ l-ilma (pirotekniċi)

Nota: Id-data ta’ skadenza ma għandhiex taqbeż 48 xahar wara x-xahar tal-manifattura.

MED/1.10

160.122

Apparat għat-tfigħ tal-ħbula

Nota: Id-data ta’ skadenza ma għandhiex taqbeż 48 xahar wara x-xahar tal-manifattura.

MED/1.11

160.040

Ċattri tas-salvataġġ riġidi

Nota: Il-pakkett ta’ emerġenza mhuwiex kopert mill-Ftehim

MED/1.13

160.118

Ċattri tas-salvataġġ li jiddrittaw waħedhom (ċattri tas-salvataġġ riġidi biss/ċattri tas-salvataġġ li jintnefħu mhumiex koperti)

Nota: Il-pakkett ta’ emerġenza mhuwiex kopert mill-Ftehim

MED/1.14b

160.118

Ċattri tas-salvataġġ, riversibbli bit-tinda (ċattri tas-salvataġġ riġidi biss/ċattri tas-salvataġġ li jintnefħu mhumiex koperti)

Nota: Il-pakkett ta’ emerġenza mhuwiex kopert mill-Ftehim

MED/1.15

160.118

Apparat li jippermetti ċ-ċattri tas-salvataġġ jiggalleġġaw liberament (unitajiet ta’ rilaxx idrostatiku)

MED/1.16

160.162

Mekkaniżmu ta’ żganċ għal:

Dgħajjes tas-sopravivenza u dgħajjes tas-salvataġġ

(varati bil-ħabel jew bil-ħbula tal-parank)

Limitat għall-ganċ ta’ attivazzjoni awtomatika taċ-ċattri tas-salvataġġ li jitniżżlu fl-ilma permezz ta’ gruwa

MED/1.26a

160.170

Mekkaniżmu ta’ żganċ għal:

Ċattri tas-salvataġġ (varati bil-ħabel jew bil-ħbula tal-parank)

Limitat għall-ganċ ta’ attivazzjoni awtomatika taċ-ċattri tas-salvataġġ li jitniżżlu fl-ilma permezz ta’ gruwa

MED/1.26b

160.170

Sistemi ta’ evakwazzjoni fuq il-baħar

MED/1.27

160.175

Slielem għall-Imbarkazzjoni

MED/1.29

160.117

Materjali retroriflettivi

MED/1.30

164.018


Protezzjoni kontra n-nirien

Identifikazzjoni tal-element tal-prodott

In-numru tal-element tal-UE

In-numru tal-element tal-Istati Uniti

Il-koperturi primarji tal-gverta

MED/3.1

164.106

Integrità kontra n-nar ta’ diviżjonijiet tal-Klassi “A” u “B”:

Diviżjonijiet tal-klassi “A”: assemblaġġi tal-gverta A-60

MED/3.11a

164.105

Integrità kontra n-nar ta’ diviżjonijiet tal-Klassi “A” u “B”:

Diviżjonijiet tal-klassi “A”: iżolazzjoni strutturali A-60

MED/3.11a

164.107

Integrità kontra n-nar ta’ diviżjonijiet tal-Klassi “A” u “B”:

Diviżjonijiet tal-klassi “B”. - paratiji.

MED/3.11b

164.108

Integrità kontra n-nar ta’ diviżjonijiet tal-Klassi “A” u “B”:

Diviżjonijiet tal-klassi “B”. - soqfa.

MED/3.11b

164.110

Materjali mhux kombustibbli

MED/3.13

164.109

Bibien kontra n-nar

Limitat għal bibien kontra n-nar mingħajr twieqi jew b’erja totali ta’ twieqi mhux aktar minn 645 cm2 f’kull qoxra tal-bieb, sakemm it-testijiet tal-isparar tal-ilma bil-pajp, tal-fluss termiku u/jew taż-żidiet fit-temperatura ma jsirux skont il-gwida ta’ approvazzjoni USCG.

Approvazzjoni limitata għad-daqs massimu ta’ bieb ittestjat.

Il-bibien iridu jintużaw b’disinn ta’ qafas ittestjat għan-nar.

MED/3.16

164.136

Komponenti tas-sistemi ta’ kontroll għall-bibien kontra n-nar

MED/3.17

164.146

Materjali tas-superfiċe u kisjiet tal-art b’karatteristiċi li jrażżnu t-tixrid tal-fjammi:

fuljetti dekorattivi.

MED/3.18a

164.112

Materjali tas-superfiċe u kisjiet tal-art b’karatteristiċi li jrażżnu t-tixrid tal-fjammi:

sistemi ta’ żebgħa.

MED/3.18b

164.112

Materjali tas-superfiċe u kisjiet tal-art b’karatteristiċi li jrażżnu t-tixrid tal-fjammi:

kisjiet tal-art.

MED/3.18c

164.117

Materjali tas-superfiċe u kisjiet tal-art b’karatteristiċi li jrażżnu t-tixrid tal-fjammi:

membrana tal-kanali kombustibbli.

MED/3.18f

164.112

Drapperiji, purtieri u materjali tessili oħrajn imdendlin

MED/3.19

164.111

Għamara bit-tapizzerija:

Materjal tal-kisi għal materjal tal-mili ritardant tal-fjammi

MED/3.20b

164.144

Għamara bit-tapizzerija:

Materjal tal-kisi għal materjal tal-mili ritardant tal-fjammi

(ittestjat f’kombinament speċifiku kif maħsub għal applikazzjoni ulterjuri).

MED/3.20c

164.144

Komponenti tal-marqad

MED/3.21

164.142

Smorzaturi tan-nar

MED/3.22

164.139

Penetrazzjonijiet li jgħaddu minn diviżjonijiet tal-Klassi “A” li minnhom jgħaddu

tranżiti għall-kejbils tal-elettriku.

MED/3.26a

164.138

Penetrazzjonijiet li jgħaddu minn diviżjonijiet tal-Klassi “A” li minnhom jgħaddu

pajpijiet, kanali, trunkijiet, eċċ.

MED/3.26b

164.138

Materjali li jirrestrinġu n-nar (għajr għamara) għal inġenji ta’ veloċità għolja

MED/3.32

164.201

Materjali li jirrestrinġu n-nar għall-għamara ta’ inġenji b'veloċità għolja

MED/3.33

164.201

Diviżjonijiet reżistenti għan-nar għall-inġenji ta’ veloċità għolja

MED/3.34

164.207

Diviżjonijiet tal-klassi “C”

MED/3.64

164.109


Tagħmir tan-navigazzjoni

Identifikazzjoni tal-element tal-prodott

L-element tal-UE

In-numru tal-element tal-Istati Uniti

Boxxla manjetika

Klassi A għall-vapuri

MED/4.1

165.101

Apparat li jittrażmetti r-rotta THD (metodu manjetiku)

MED/4.2

165.102

Tagħmir għall-kejl tad-distanzi permezz tal-eku

MED/4.6

165.107

Tagħmir għall-kejl tal-veloċità u tad-distanza (SDME)

MED/4.7

165.105

Indikatur tar-rata tad-dawran

MED/4.9

165.106

Sistema għall-kontroll tar-rotta (HCS)

MED/4.16

165.110

Indikatur tal-angolu tat-tmun

MED/4.20

165.167

Indikatur tar-revoluzzjonijiet tal-iskrun

MED/4.21

165.168

Indikatur tal-pass tal-iskrun

MED/4.22

165.169

Reġistratur tad-data dwar il-vjaġġ (VDR)

MED/4.29

165.150

Sistema għall-wiri tal-mapep elettroniċi u tal-informazzjoni (ECDIS) bil-backup, u sistema għall-wiri tar-raster charts (RCDS)

MED/4.30

165.123

165.124

Tagħmir universali tas-sistema ta’ identifikazzjoni awtomatika (AIS)

MED/4.32

165.155

Sistema ta’ kontroll tar-rotta

(taħdem fil-veloċità tal-vapur mill-veloċità minima tal-manuvrar sa 30 knot)

MED/4.33

165.112

Riflettur tar-radar tat-tip passiv

MED/4.39

165.160

Sistema għall-kontroll tar-rotta għal inġenji ta’ veloċità għolja

MED/4.40

165.210

Apparat li jittrażmetti r-rotta THD (metodu GNSS)

MED/4.41

165.102

Fanal tat-tiftix għall-inġenji ta’ veloċità għolja

MED/4.42

165.252

Tagħmir għall-viżjoni fid-dlam għall-inġenji ta’ veloċità għolja

MED/4.43

165.251

Apparat li jittrażmetti r-rotta THD (metodu ġiroskopiku)

MED/4.46

165.102

Reġistratur simplifikat tad-data dwar il-vjaġġ (S- VDR)

MED/4.47

165.151

Sellum għall-pilota

MED/4.49

163.003

Lampa tas-sinjalar binhar

MED/4.52

165.166

Sistema ta’ Allarm għall-Għassa Navigazzjonali fuq il-Pont (BNWAS)

MED/4.57

165.142

Sistema ta’ riċetturi akustiċi

MED/4.58

165.165

Sistema tan-navigazzjoni integrata

MED/4.59

165.141

Tagħmir GPS

MED/4.63

165.130

Tagħmir GLONASS

MED/4.63

165.131

Tagħmir DGPS

MED/4.63

165.132

Tagħmir DGLONASS

MED/4.63

165.133

Tagħmir tar-radar CAT 1

(It-tagħmir tar-radar użat mal-ARPA jrid ikollu ċertifikazzjonijiet separati tal-UE u tal-Istati Uniti)

MED/4.64

165.115

Tagħmir tar-radar CAT 2

(It-tagħmir tar-radar użat mal-ATA jrid ikollu ċertifikazzjonijiet separati tal-UE u tal-Istati Uniti)

MED/4.64

165.116

Tagħmir tar-radar CAT 3

(It-tagħmir tar-radar użat mal-EPA jrid ikollu ċertifikazzjonijiet separati tal-UE u tal-Istati Uniti)

MED/4.64

165.117

Tagħmir tar-radar għall-applikazzjonijiet fuq inġenji ta’ veloċità għolja (CAT 1H)

MED/4.64

165.216

Tagħmir tar-radar għall-applikazzjonijiet fuq inġenji ta’ veloċità għolja (CAT 2H)

MED/4.64

165.217

Boxxla ġiroskopika

MED/4.65

165.103

Boxxla ġiroskopika għall-inġenji ta’ veloċità għolja

MED/4.65

165.203

“ANNESS III

AWTORITAJIET REGOLATORJI

L-UNJONI EWROPEA

Il-Belġju

SPF Mobilité (SPF għall-Mobbiltà)

Rue du Progrès 56

1210 Bruxelles

FOD Mobiliteit (SPF għall-Mobbiltà)

Vooruitgangstraat 56

1210 Brussel

Il-Bulgarija

Министерство на транспорта, информационните технологии и съобщенията

ул. “Дякон Игнатий” № 9

София 1000,

Ministry of Transport, Information Technology and Communications

9, Dyakon Ignatiy str.

Sofia 1000

Ir-Repubblika Ċeka

Ministerstvo dopravy (Il-Ministeru għat-Trasport)

P.O. Box 9

Nábřeží Ludvíka Svobody 12

110 15 Praha 1

Id-Danimarka

Erhvervsministeriet

(Il-Ministeru għall-Industrija, in-Negozju u l-Affarijiet Finanzjarji)

Slotsholmsgade 10-12

DK-1216 Copenhagen K

Il-Ġermanja

Bundesministerium für Verkehr und digitale Infrastruktur (Il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura Diġitali)

Invalidenstr. 44,

10115 Berlin

L-Estonja

Majandus- ja Kommunikat- siooniministeerium (Il-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Infrastruttura)

Suur- Ameerika 1

10122 Tallinn

L-Irlanda

Department of Transport

Leeson Lane

Dublin D02 TR60

An Roinn Iompair

Lána Liosáin

Baile Átha Cliath D02 TR60

Il-Greċja

Υπουργείο Ναυτιλίας & Νησιωτικής Πολιτικής

Ακτή Βασιλειάδη, Πύλη Ε 1 - Ε 2,

Τ.Κ. 185 10, Πειραιάς

Ministry of Shipping and Island Policy

Akti Vassiliadi, Gates E1- E2

18510 Piraeus

Spanja

Ministerio de Fomento (Il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi)

Paseo de la Castellana, 67

28071 Madrid

Franza

Ministère de la transition écologique et solidaire

246, Boulevard St. Germain

75007 Paris

Il-Kroazja

Ministarstvo mora, prometa i infrastructure (Il-Ministeru għall-Baħar, it-Trasport u l-Infrastruttura)

Prisavlje 14,

10 000 Zagreb

L-Italja

Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti (Il-Ministeru għall-Infrastruttura u t-Trasport)

Piazzale di Porta Pia 1

00198 Roma

Ċipru

Υπουργείο Μεταφορών, Επικοινωνιών και Έργω

Αχαιών 28,

1424 Λευκωσία

Ministry of Transport, Communications and Works

Axaion 28

1424 Nicosia

Il-Latvja

Satiksmes ministrija (Il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni)

Gogola iela 3,

Riga 1743

Il-Litwanja

Susisiekimo ministeriją (Il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni)

Gedimino av. 17

01505 Vilnius

Il-Lussemburgu

Ministère du Développement durable et des Infrastructures

4, Place de l'Europe

1499 Luxembourg

L-Ungerija

Nemzeti Fejlesztési Minisztérium (Il-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali)

Fő u. 44- 50.

1011 Budapest

Malta

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali/ Ministry for Transport, Infrastructure and Capital Projects

Triq Francesco Buonamici

Floriana FRN1700

In-Netherlands

Ministerie van Infrastructuur en Waterstaat

(Il-Ministeru għall-Infrastruttura u l-Ġestjoni tal-Ilma)

Rijnstraat 8, 2515 XP ‘s Gravenhage

Postbus 20901

2500 EX's Gravenhage

L-Awstrija

Bundesministerium für Verkehr, Innovation und Technologie (Il-Ministeru għat-Trasport, l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija)

Radetzkystraße 2

1030 Wien

Il-Polonja

Ministerstwo Infrastruktury (Il-Ministeru għall-Infrastruttura u l-Kostruzzjoni)

ul. Chałubińskiego 4/6

00928 Warszawa

Il-Portugall

Direção-Geral de Recursos Naturais, Segurança e Serviços Marítimos (Id-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Naturali, is-Sikurezza u s-Servizzi Marittimi)

Av. Brasília

1449- 030 Lisboa

Ir-Rumanija

Ministerul Transporturilor (Il-Ministeru għat-Trasport)

38, Blvd. Dinicu Golescu

Sector 1 – Bucureşti

Is-Slovenja

Ministrstvo za infrastrukturo (Il-Ministeru għall-Infrastruttura)

Langusova 4

SI –1535 Ljubljana

Is-Slovakkja

Ministerstvo dopravy a výstavby (Il-Ministeru għat-Trasport u l-Kostruzzjoni)

Námestie slobody 6

810 05 Bratislava

Il-Finlandja

Liikenne- ja viestintäministeriö (Il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni)

Eteläesplanadi 16, Helsinki

P.O. Box 31

00023 Government

Kommunikationsministeriet (Il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni)

Södra esplanaden 16, Helsingfors

PB 31,

00023 Statsrådet

L-Iżvezja

Närings-departementet (Il-Ministeru għall-Intrapriża u l-Innovazzjoni)

Mäster Samuelsgatan 70, Stockholm

103 33 Stockholm

 

 

Il-Kummissjoni Ewropea

Directorate General Mobility and Transport (DG MOVE)

Maritime Safety Unit

200, rue de la Loi

1049 Brussels, Belgium

L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

United States Coast Guard

Office of Design and Engineering Standards (CG- ENG)

2703 Martin Luther King Jr Ave SE

STOP 7509

Washington DC 20593-7509