ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 150

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
9 ta' Ġunju 2023


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849 ( 1 )

1

 

*

Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 ( 1 )

40

 

*

Regolament (UE) 2023/1115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 995/2010  ( 1 )

206

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/1


REGOLAMENT (UE) 2023/1113 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-31 ta’ Mejju 2023

dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849

(riformulazzjoni)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ġie emendat b’mod sostanzjali (5). Billi għandhom isiru iżjed emendi, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2015/847 ġie adottat biex jiżgura li r-rekwiżiti tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF) fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ trasferiment telegrafiku, u b’mod partikolari l-obbligu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jakkumpanjaw it-trasferimenti ta’ fondi b’informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju, ikunu ġew applikati b’mod uniformi madwar l-Unjoni. L-aħħar bidliet li ddaħħlu f’Ġunju 2019 fl-istandards tal-FATF dwar teknoloġiji ġodda, li għandhom l-għan li jirregolaw l-assi virtwali u l-fornituri ta’ servizzi tal-assi virtwali, ipprovdew obbligi ġodda u simili għall-fornituri ta’ servizzi tal-assi virtwali, bl-iskop li tiġi ffaċilitata t-traċċabilità tat-trasferimenti tal-assi virtwali. Minbarra dawk il-bidliet, il-fornituri ta’ servizzi tal-assi virtwali jridu jakkumpanjaw it-trasferimenti tal-assi virtwali b’informazzjoni dwar l-oriġinaturi u l-benefiċjarji ta’ dawk it-trasferimenti. Il-fornituri ta’ servizzi tal-assi virtwali huma wkoll obbligati jiksbu, iżommu u jikkondividu dik l-informazzjoni mal-kontroparti tagħhom fuq in-naħa l-oħra tat-trasferiment tal-assi virtwali u jagħmluha disponibbli, jekk jitolbuha, għall-awtoritajiet kompetenti.

(3)

Billi r-Regolament (UE) 2015/847 attwalment japplika biss għat-trasferimenti ta’ fondi, jiġifieri għal karti tal-flus u muniti, flus skritturali, u flus elettroniċi kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 2, tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), huwa xieraq li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/847 jiġi estiż sabiex ikopri wkoll it-trasferimenti ta’ assi virtwali.

(4)

Il-flussi ta’ flus illeċiti permezz ta’ trasferimenti ta’ fondi u ta’ assi virtwali jistgħu jagħmlu ħsara lill-integrità, l-istabbiltà u r-reputazzjoni tas-settur finanzjarju, u jheddu s-suq intern tal-Unjoni, kif ukoll l-iżvilupp internazzjonali. Il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata jibqgħu problemi sinifikanti li għandhom jiġu indirizzati fil-livell tal-Unjoni. Is-saħħa, l-integrità u l-istabbiltà tas-sistema ta’ trasferimenti ta’ fondi u ta’ assi virtwali, u l-fiduċja fis-sistema finanzjarja, mill-aspett globali tagħha, jistgħu jiġu pperikolati serjament bl-isforzi tal-kriminali u s-soċji tagħhom li jgħattu l-oriġini ta’ rikavati kriminali jew li jittrasferixxu fondi jew assi virtwali għal attivitajiet kriminali jew għal skopijiet terroristiċi.

(5)

Sabiex jiffaċilitaw l-attivitajiet kriminali tagħhom, dawk li jwettqu l-ħasil tal-flus u dawk li jiffinanzjaw it-terroriżmu x’aktarx jieħdu vantaġġ mil-libertà tal-movimenti tal-kapital fiż-żona finanzjarja integrata tal-Unjoni, sakemm ma jiġux adottati ċerti miżuri ta’ koordinament fil-livell tal-Unjoni. Il-kooperazzjoni internazzjonali fil-qafas tal-FATF u l-implimentazzjoni globali tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu għandhom l-għan li jevitaw il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu meta jsiru t-trasferimenti ta’ fondi jew ta’ assi virtwali.

(6)

Minħabba d-daqs tal-azzjoni li trid tittieħed, jenħtieġ li l-Unjoni tiżgura li l-Istandards Internazzjonali dwar il-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u l-Proliferazzjoni adottati mill-FATF fis-16 ta’ Frar 2012 u mbagħad riveduti fil-21 ta’ Ġunju 2019 (ir-“Rakkomandazzjonijiet riveduti tal-FATF”), u b’mod partikolari r-Rakkomandazzjoni 15 tal-FATF dwar teknoloġiji ġodda, ir-Rakkomandazzjoni 16 tal-FATF dwar it-trasferimenti telegrafiċi u n-noti interpretattivi riveduti dwar dawk ir-rakkomandazzjonijiet, ikunu applikati b’mod uniformi fl-Unjoni kollha u li, b’mod partikolari, ma jkunx hemm diskriminazzjoni jew diskrepanza bejn, minn naħa waħda, il-pagamenti jew it-trasferimenti nazzjonali ta’ assi virtwali fi Stat Membru u, min-naħa l-oħra, il-pagamenti jew it-trasferimenti transfruntiera ta’ assi virtwali bejn l-Istati Membri. Azzjoni mhux koordinata mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom fil-qasam tat-trasferimenti transfruntiera ta’ fondi u ta’ assi virtwali jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq il-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ pagament u s-servizzi ta’ assi virtwali fil-livell tal-Unjoni u b’hekk tista’ tagħmel ħsara lis-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.

(7)

Sabiex jitrawwem approċċ koerenti fil-kuntest internazzjonali u sabiex tiżdied l-effettività tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, jenħtieġ li azzjoni ulterjuri mill-Unjoni tqis l-iżviluppi fil-livell internazzjonali, b’mod partikolari r-Rakkomandazzjonijiet riveduti tal-FATF.

(8)

Il-firxa globali tagħhom, il-ħeffa li biha jistgħu jitwettqu t-tranżazzjonijiet u l-anonimità possibbli offruta mit-trasferiment tagħhom irendu l-assi virtwali partikolarment suxxettibbli għall-użu ħażin kriminali, inkluż f’sitwazzjonijiet transfruntiera. Sabiex tindirizza b’mod effettiv ir-riskji minħabba l-użu ħażin tal-assi virtwali għall-ħasil tal-flus u għal finijiet ta’ finanzjament tat-terroriżmu, l-Unjoni jenħtieġ li tippromwovi l-applikazzjoni fil-livell globali tal-istandards implimentati minn dan ir-Regolament u l-iżvilupp tad-dimensjoni internazzjonali u transġuriżdizzjonali tal-qafas regolatorju u superviżorju għat-trasferimenti ta’ assi virtwali fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

(9)

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), bħala riżultat tal-emenda tagħha bid-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) introduċiet definizzjoni tal-muniti virtwali u rrikonoxxiet lill-fornituri involuti f’servizzi ta’ skambju bejn muniti virtwali u muniti ta’ kors legali, kif ukoll fornituri tal-kartieri ta’ kustodja, fost l-entitajiet soġġetti għar-rekwiżiti tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont id-dritt tal-Unjoni. L-aħħar żviluppi internazzjonali, partikolarment fil-qafas tal-FATF, issa jimplikaw il-ħtieġa li jiġu rregolati kategoriji addizzjonali ta’ fornituri ta’ servizzi tal-assi virtwali li għadhom mhumiex koperti u li titwessa’ d-definizzjoni attwali ta’ munita virtwali.

(10)

Id-definizzjoni ta’ kriptoassi fir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) tikkorrispondi għad-definizzjoni ta’ assi virtwali mniżżla fir-Rakkomandazzjonijiet riveduti tal-FATF, u l-lista tas-servizzi tal-kriptoassi u tal-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi koperta f’dak ir-Regolament tinkludi wkoll il-fornituri ta’ servizzi ta’ assi virtwali identifikati bħala tali mill-FATF u meqjusa li x’aktarx iqajmu tħassib dwar il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tad-dritt tal-Unjoni f’dak il-qasam, jenħtieġ li dan ir-Regolament juża l-istess definizzjonijiet ta’ kriptoassi, ta’ servizzi tal-kriptoassi u ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi bħal dawk użati fir-Regolament (UE) 2023/1114.

(11)

L-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament jirrappreżentaw mezzi rilevanti u effettivi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

(12)

Dan ir-Regolament mhuwiex maħsub biex jimponi piżijiet jew spejjeż mhux neċessarji fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jew persuni li jużaw is-servizzi tagħhom. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-approċċ preventiv ikun immirat u proporzjonat u jenħtieġ li jikkonforma bis-sħiħ mal-moviment liberu tal-kapital, li huwa ggarantit fl-Unjoni kollha.

(13)

L-Istrateġija Riveduta tal-Unjoni dwar il-Finanzjament tat-Terroriżmu tas-17 ta’ Lulju 2008 (l-“Istrateġija Riveduta”) tiddikjara li jridu jinżammu l-isforzi għall-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu u għall-kontroll tal-użu minn persuni suspettati b’terroriżmu tar-riżorsi finanzjarji tagħhom stess. Hija tirrikonoxxi li l-FATF qed tfittex kontinwament li ttejjeb ir-rakkomandazzjonijiet tagħha u qed taħdem lejn fehim komuni ta’ kif jenħtieġ li dawk jiġu implimentati. L-Istrateġija Riveduta tinnota li l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet riveduti tal-FATF mill-membri kollha tal-FATF u mill-membri tal-korpi reġjonali mmudellati fuq il-FATF hija evalwata fuq bażi regolari u li approċċ komuni għall-implimentazzjoni mill-Istati Membri huwa għalhekk importanti.

(14)

Barra minn hekk, fil-komunikazzjoni tagħha tas-7 ta’ Mejju 2020 dwar Pjan ta’ Azzjoni għal politika komprensiva tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, il-Kummissjoni identifikat sitt oqsma ta’ prijorità għal azzjoni urġenti biex jittejjeb ir-reġim tal-Unjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż l-istabbiliment ta’ qafas regolatorju koerenti għal dak ir-reġim fl-Unjoni biex jinkisbu regoli aktar dettaljati u armonizzati, partikolarment biex jiġu indirizzati l-implikazzjonijiet tal-innovazzjoni teknoloġika u l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali u biex tiġi evitata implimentazzjoni diverġenti tar-regoli eżistenti. Il-ħidma fil-livell internazzjonali tissuġġerixxi ħtieġa li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tas-setturi jew tal-entitajiet koperti minn dak ir-reġim u li jiġi vvalutat kif jenħtieġ li dan japplika għall-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi li sa issa ma kinux koperti.

(15)

Sabiex jiġi prevenut il-finanzjament tat-terroriżmu, ittieħdu miżuri bl-għan li jkunu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni, gruppi u entitajiet, inkluż ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (10), (KE) Nru 881/2002 (11) u (UE) Nru 356/2010 (12). Għal dak l-istess għan, ittieħdu wkoll miżuri bl-għan li tiġi protetta s-sistema finanzjarja kontra l-inkanalar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għall-finijiet tat-terroriżmu. Id-Direttiva (UE) 2015/849 fiha għadd ta’ miżuri bħal dawn. Madankollu dawk il-miżuri ma jimpedux kompletament lit-terroristi jew kriminali oħra milli jkollhom aċċess għal sistemi ta’ pagament għat-trasferiment tal-fondi tagħhom.

(16)

It-traċċabbiltà tat-trasferimenti tal-fondi u tal-kriptoassi tista’ tkun għodda partikolarment importanti u valida fil-prevenzjoni, fl-individwazzjoni u fl-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll fl-implimentazzjoni ta’ miżuri restrittivi, b’mod partikolari dawk imposti bir-Regolamenti (KE) Nru 2580/2001, (KE) Nru 881/2002 u (UE) Nru 356/2010. Għalhekk huwa xieraq, sabiex tkun żgurata t-trażmissjoni tal-informazzjoni tul il-katina kollha ta’ pagament jew il-katina tat-trasferiment tal-kriptoassi, li tiġi prevista sistema li timponi l-obbligu fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jakkumpanjaw it-trasferimenti ta’ fondi b’informazzjoni dwar il-pagatur u l-prenditur u l-obbligu fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi li jakkumpanjaw it-trasferimenti ta’ kriptoassi, b’informazzjoni dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju.

(17)

Ċerti trasferimenti ta’ kriptoassi jinvolvu fatturi speċifiċi ta’ riskju għoli ta’ ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu u attivitajiet kriminali oħra, b’mod partikolari trasferimenti relatati ma’ prodotti, tranżazzjonijiet jew teknoloġiji mfassla biex itejbu l-anonimità, inkluż kartieri ta’ privatezza, mixers jew tumblers. Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà ta’ tali trasferimenti, jenħtieġ li l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) (EBA), tiċċara, b’mod partikolari, kif il-fatturi ta’ riskju elenkati fl-Anness III għad-Direttiva (UE) 2015/849 għandhom jitqiesu mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi, inkluż meta jwettqu tranżazzjonijiet ma’ entitajiet mhux tal-Unjoni li mhumiex regolati, irreġistrati jew liċenzjati fi kwalunkwe pajjiż terz, jew ma’ indirizzi awtoospitati. Meta jiġu identifikati sitwazzjonijiet ta’ riskju ogħla, jenħtieġ li l-EBA toħroġ linji gwida li jispeċifikaw il-miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa li l-entitajiet marbuta bl-obbligu jenħtieġ li jikkunsidraw li japplikaw biex jimmitigaw tali riskji, inkluż l-adozzjoni ta’ proċeduri xierqa bħall-użu ta’ għodod analitiċi tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit (DLT), biex jiġu identifikati l-oriġini jew id-destinazzjoni tal-kriptoassi.

(18)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għall-miżuri restrittivi nazzjonali u l-miżuri restrittivi tal-Unjoni imposti minn regolamenti bbażati fuq l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, bħar-Regolamenti (KE) Nru 2580/2001, (KE) Nru 881/2002 u (UE) Nru 356/2010 u r-Regolamenti tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (14), (UE) 2016/1686 (15) u (UE) 2017/1509 (16), li jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagaturi u tal-prendituri, il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi tal-oriġinaturi u tal-benefiċjarji, il-fornituri intermedjarji ta’ servizzi ta’ pagament, kif ukoll il-fornituri intermedjarji ta’ servizzi tal-kriptoassi, jieħdu azzjoni adatta biex jiffriżaw ċerti fondi u kriptoassi jew li jikkonformaw ma’ restrizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw ċerti trasferimenti ta’ fondi jew ta’ kriptoassi. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ politiki, proċeduri u kontrolli interni biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri restrittivi, inkluż miżuri ta’ skrinjar mal-listi tal-Unjoni u dawk nazzjonali ta’ persuni deżinjati. Jenħtieġ li l-EBA toħroġ linji gwida li jispeċifikaw dawk il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni. Huwa maħsub li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament dwar politiki, proċeduri u kontrolli interni relatati ma’ miżuri restrittivi fil-futur qrib ser jiġu sostitwiti minn Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

(19)

L-ipproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jseħħ f’konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). L-ipproċessar ulterjuri ta’ data personali għal skopijiet kummerċjali jenħtieġ li jkun strettament ipprojbit. Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu hija rikonoxxuta bħala raġuni ta’ interess pubbliku importanti mill-Istati Membri kollha. Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, it-trasferiment ta’ data personali lil pajjiż terz huwa meħtieġ li jsir f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679. Huwa importanti li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi li joperaw f’ġuriżdizzjonijiet multipli b’fergħat jew sussidjarji li jinsabu barra l-Unjoni ma għandhomx jitwaqqfu milli jittrasferixxu data dwar tranżazzjonijiet suspettużi fi ħdan l-istess organizzazzjoni, bil-kondizzjoni li japplikaw salvagwardji adegwati. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi tal-oriġinatur u tal-benefiċjarju, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur u tal-prenditur u l-fornituri intermedjarji ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri intermedjarji ta’ servizzi tal-kriptoassi jkollhom fis-seħħ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jipproteġu d-data personali kontra telf aċċidentali, tibdil jew divulgazzjoni jew aċċess mhux awtorizzati.

(20)

Persuni li sempliċiment jikkonvertu dokumenti stampati f’data elettronika u li jkunu qed jaġixxu taħt kuntratt ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, u persuni li jipprovdu lil fornituri ta’ servizzi ta’ pagament biss b’sistemi ta’ messaġġi jew sistemi oħra ta’ appoġġ għat-trażmissjoni ta’ fondi jew b’sistemi ta’ kklerjar u ta’ saldu jenħtieġ li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(21)

Persuni li jipprovdu biss infrastruttura anċillari, bħal fornituri ta’ servizzi ta’ network u infrastruttura tal-Internet, fornituri ta’ servizzi tal-cloud jew żviluppaturi ta’ software, li tippermetti lil entità oħra tipprovdi servizzi ta’ trasferiment tal-kriptoassi jenħtieġ li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sakemm ma jwettqux trasferimenti ta’ kriptoassi.

(22)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għal trasferimenti ta’ kriptoassi minn persuna għal oħra mwettqa mingħajr l-involviment ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, jew f’każijiet fejn kemm l-oriġinatur kif ukoll il-benefiċjarju jkunu fornituri ta’ servizzi ta’ trasferiment tal-kriptoassi li jaġixxu f’isimhom stess.

(23)

It-trasferimenti ta’ fondi li jikkorrispondu għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 3, il-punti (a) sa (m) u l-punt (o), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Huwa xieraq li jiġu esklużi wkoll mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament trasferimenti ta’ fondi u ta’ tokens tal-flus elettroniċi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2023/1114 li jirrappreżentaw riskju baxx ta’ ħasil ta’ flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Jenħtieġ li tali esklużjonijiet ikopru kards tal-ħlas, strumenti ta’ ħlas elettroniku, telefons ċellulari jew apparat diġitali jew ta’ teknoloġija tal-informatika (IT) ieħor imħallas minn qabel jew li jitħallas wara b’karatteristiċi simili, fejn ikunu użati esklużivament għax-xiri ta’ prodotti jew servizzi u n-numru tal-kard, strument jew apparat jakkumpanja t-trasferimenti kollha. Madankollu, l-użu ta’ kard tal-ħlas, strument ta’ flus elettroniċi, telefon ċellulari jew kwalunkwe apparat diġitali jew apparat tal-IT ieħor b’karatteristiċi simili li jkun imħallas minn qabel jew li jitħallas wara sabiex isir trasferiment ta’ fondi jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi bejn persuni fiżiċi li jaġixxu ta’ konsumaturi għal skopijiet oħra għajr l-attivitajiet ta’ kummerċ, negozju jew dawk professjonali, jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-irtirar ta’ flus minn kaxxiera awtomatiċi, pagamenti ta’ taxxi, multi jew imposti oħra, trasferimenti ta’ fondi li jsiru permezz ta’ skambji elettroniċi ta’ immaġni diġitali ta’ ċekkijiet, inklużi ċekkijiet tronkati, jew kambjali, u trasferimenti ta’ fondi fejn kemm il-pagatur kif ukoll il-prenditur ikunu l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jaġixxu f’isimhom stess jenħtieġ li jkunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(24)

Kriptoassi li huma uniċi u mhux funġibbli mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament sakemm ma jkunux ikklassifikati bħala kriptoassi jew fondi skont ir-Regolament (UE) 2023/1114.

(25)

Il-kaxxiera awtomatiċi tal-kriptoassi (“l-ATMs tal-kripto”) jistgħu jippermettu li l-utenti jwettqu trasferimenti ta’ kriptoassi lejn indirizz tal-kriptoassi billi jiddepożitaw flus kontanti, ta’ spiss mingħajr ebda forma ta’ identifikazzjoni u verifika tal-klijenti. L-ATMs tal-kripto huma esposti b’mod partikolari għar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu minħabba l-anonimità li jipprovdu, u minħabba l-possibbiltà li joperaw bi flus kontanti ta’ oriġini mhux magħrufa, li jagħmluhom mezz ideali għal attivitajiet illeċiti. Minħabba r-rwol tal-ATMs tal-kripto fil-forniment jew fl-iffaċilitar b’mod attiv ta’ trasferimenti tal-kriptoassi, it-trasferimenti tal-kriptoassi marbuta ma’ ATMs tal-kripto jenħtieġ li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(26)

Sabiex ikunu riflessi l-karatteristiċi speċjali tas-sistemi nazzjonali ta’ pagament, u bil-kondizzjoni li dejjem ikun possibbli li jiġi ttraċċat it-trasferiment ta’ fondi lura sal-pagatur, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeżentaw mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ċerti trasferimenti domestiċi ta’ fondi ta’ valur baxx, inkluż pagamenti elettroniċi giro, użati għax-xiri ta’ prodotti jew servizzi.

(27)

Minħabba n-natura mingħajr fruntieri inerenti u l-firxa globali tat-trasferimenti tal-kriptoassi u l-forniment tas-servizzi ta’ kriptoassi, ma hemm l-ebda raġuni oġġettiva sabiex issir distinzjoni bejn it-trattament tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u dak tal-finanzjament tat-terroriżmu ta’ trasferimenti nazzjonali minn dak ta’ trasferimenti transfruntieri. Sabiex jiġu riflessi dawk il-karatteristiċi speċifiċi, jenħtieġ li ma tingħata l-ebda eżenzjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lit-trasferimenti domestiċi ta’ valur baxx tal-kriptoassi, f’konformità mar-rekwiżit tal-FATF li t-trasferimenti kollha tal-kriptoassi jiġu ttrattati bħala transfruntiera.

(28)

Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-prenditur jew dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju ma tkunx nieqsa jew mhux kompleta.

(29)

Sabiex ma jkunx hemm xkiel għall-effiċjenza tas-sistemi ta’ pagament u sabiex ikunu bbilanċjati r-riskji li t-tranżazzjonijiet jibdew isiru bil-moħbi b’riżultat ta’ rekwiżiti eċċessivament stretti ta’ identifikazzjoni kontra t-theddida terroristika potenzjali ppreżentata minn trasferimenti żgħar ta’ fondi, jenħtieġ li l-obbligu ta’ kontroll jekk l-informazzjoni dwar il-pagatur jew il-prenditur hijiex eżatta fil-każ ta’ trasferimenti ta’ fondi fejn il-verifika tkun għadha ma saritx, jiġi impost biss fir-rigward ta’ trasferimenti ta’ fondi individwali li jaqbżu EUR 1 000, ħlief jekk it-trasferiment jidher li huwa marbut ma’ trasferimenti oħra ta’ fondi li flimkien ikunu jaqbżu l-EUR 1 000, fejn il-fondi jkunu riċevuti jew imħallsa fi flus kontanti jew fi flus elettroniċi anonimi, jew fejn ikun hemm bażi raġonevoli għal suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

(30)

Meta mqabbla mat-trasferimenti ta’ fondi, it-trasferimenti ta’ kriptoassi jistgħu jitwettqu f’diversi ġuriżdizzjonijiet fuq skala akbar u b’veloċità akbar minħabba l-firxa globali u l-karatteristiċi teknoloġiċi tagħhom. Minbarra l-psewdoanonimità tal-kriptoassi, dawk il-karatteristiċi tat-trasferimenti tal-kriptoassi joffru lill-kriminali l-opportunità li jwettqu trasferimenti illeċiti kbar b’veloċità għolja filwaqt li jevitaw l-obbligi ta’ traċċabbiltà u jevitaw l-individwazzjoni, billi jistrutturaw tranżazzjoni kbira f’ammonti iżgħar, bl-użu ta’ diversi indirizzi ta’ DLT apparentement mhux relatati, inkluż indirizzi ta’ DLT ta’ darba, u bl-użu ta’ proċessi awtomatizzati. Il-biċċa l-kbira tal-kriptoassi huma wkoll volatili ħafna u l-valur tagħhom jista’ jvarja b’mod sinifikanti f’perjodu ta’ żmien qasir ħafna li jagħmel il-kalkolu tat-tranżazzjonijiet marbuta aktar inċert. Sabiex jiġu riflessi dawk il-karatteristiċi speċifiċi, jenħtieġ li t-trasferimenti tal-kriptoassi jiġu soġġetti għall-istess rekwiżiti irrispettivament mill-ammont tagħhom u minn jekk humiex trasferimenti domestiċi jew transfruntiera.

(31)

Għal trasferimenti ta’ fondi jew għal trasferimenti ta’ kriptoassi fejn il-verifika titqies li tkun saret, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi ma jkunux meħtieġa li jivverifikaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni dwar il-pagatur jew il-prenditur li tkun takkumpanja kull trasferiment ta’ fondi, jew dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju li takkumpanja kull trasferiment ta’ kriptoassi, dment li l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/849 ikunu ssodisfati.

(32)

Fid-dawl tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni fir-rigward tas-servizzi ta’ pagament, jiġifieri r-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), id-Direttiva (UE) 2015/2366 u r-Regolament (UE) 2021/1230 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), jenħtieġ li jkun biżżejjed li jiġi previst li l-informazzjoni simplifikata biss takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi fl-Unjoni, bħan-numru tal-kont ta’ pagament jew identifikatur uniku tat-tranżazzjoni.

(33)

Sabiex l-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu f’pajjiżi terzi jkunu jistgħu jittraċċaw is-sors ta’ fondi jew ta’ kriptoassi użati għal dawk l-għanijiet, jenħtieġ li t-trasferimenti ta’ fondi jew it-trasferimenti ta’ kriptoassi mill-Unjoni ’l barra mill-Unjoni jkollhom informazzjoni kompleta dwar il-pagatur u l-prenditur, fir-rigward tat-trasferimenti tal-fondi, u dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju, fir-rigward tat-trasferimenti ta’ kriptoassi. Jenħtieġ li l-informazzjoni kompleta dwar il-pagatur u l-prenditur tinkludi l-identifikatur ta’ entità ġuridika (LEI), jew kwalunkwe identifikatur uffiċjali ekwivalenti, meta dak l-identifikatur jiġi pprovdut mill-pagatur lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu, billi dan jippermetti identifikazzjoni aħjar tal-partijiet involuti fi trasferiment ta’ fondi u jista’ jiġi inkluż faċilment f’formati eżistenti ta’ messaġġi tal-pagamenti, bħal dak żviluppat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni għall-iskambju elettroniku ta’ data bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji. Jenħtieġ li l-awtoritajiet responsabbli għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu f’pajjiżi terzi jingħataw aċċess għal informazzjoni kompleta dwar il-pagatur u l-prenditur jew dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju, skont kif applikabbli, għall-finijiet biss tal-prevenzjoni, l-individwazzjoni u l-investigazzjoni ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu.

(34)

Il-kriptoassi jeżistu f’realtà virtwali mingħajr fruntieri u jistgħu jiġu trasferiti lil kwalunkwe fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, irrispettivament minn jekk dak il-fornitur huwiex irreġistrat jew le f’ġuriżdizzjoni. Bosta ġuriżdizzjonijiet mhux tal-Unjoni għandhom fis-seħħ regoli relatati mal-protezzjoni tad-data u l-infurzar li huma differenti minn dawk fl-Unjoni. Meta jiġu ttrasferiti kriptoassi f’isem klijent lil fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li ma jkunx irreġistrat fl-Unjoni, jenħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur jivvaluta l-kapaċità tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju li jirċievi u jżomm l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, bl-użu, fejn xieraq, tal-opzjonijiet disponibbli fil-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679. Jenħtieġ li l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, wara li jikkonsulta lill-EBA, joħroġ linji gwida dwar l-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data għat-trasferimenti ta’ data personali lejn pajjiżi terzi fil-kuntest ta’ trasferimenti ta’ kriptoassi. Jistgħu jseħħu sitwazzjonijiet fejn id-data personali ma tkunx tista’ tintbagħat minħabba li r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679 ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati. Jenħtieġ li l-EBA toħroġ linji gwida dwar proċeduri xierqa biex jiġi ddeterminat jekk f’tali każijiet it-trasferiment tal-kriptoassi jenħtieġx li jiġi eżegwit, miċħud jew sospiż.

(35)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u l-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi rilevanti fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni, jintensifikaw il-kooperazzjoni bejniethom u mal-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi, inkluż dawk fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, sabiex jissaħħu aktar it-trasparenza u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki.

(36)

Jenħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur jiżgura li t-trasferimenti tal-kriptoassi jkunu akkumpanjati mill-isem tal-oriġinatur, l-indirizz tar-reġistru distribwit tal-oriġinatur, f’każijiet meta trasferiment tal-kriptoassi jkun irreġistrat fuq network bl-użu ta’ teknoloġija tad-DLT jew teknoloġija simili, in-numru tal-kont tal-kriptoassi tal-oriġinatur, f’każijiet meta tali kont ikun jeżisti u jintuża biex tiġi pproċessata t-tranżazzjoni, l-indirizz tal-oriġinatur inkluż l-isem tal-pajjiż, in-numru tad-dokument personali uffiċjali u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-klijent, jew, inkella, id-data u l-post tat-twelid tal-oriġinatur, u, soġġett għall-eżistenza tal-kamp tad-data meħtieġ fil-format tal-messaġġ rilevanti u meta pprovdut mill-oriġinatur lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tiegħu, il-LEI attwali jew, fin-nuqqas tiegħu, kwalunkwe identifikatur uffiċjali ekwivalenti ieħor disponibbli tal-oriġinatur. Jenħtieġ li l-informazzjoni tiġi ppreżentata b’mod sigur u qabel it-trasferiment tal-kriptoassi, jew simultanjament jew fl-istess ħin miegħu.

(37)

Jenħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur jiżgura wkoll li t-trasferimenti tal-kriptoassi jkunu akkumpanjati mill-isem tal-benefiċjarju, l-indirizz tar-reġistru distribwit tal-benefiċjarju, f’każijiet meta trasferiment ta’ kriptoassi jkun irreġistrat fuq network bl-użu ta’ teknoloġija tad-DLT jew teknoloġija simili, in-numru tal-kont tal-benefiċjarju, f’każijiet meta tali kont ikun jeżisti u jintuża biex tiġi pproċessata t-tranżazzjoni, u, soġġett għall-eżistenza tal-kamp tad-data meħtieġ fil-format tal-messaġġ rilevanti u meta pprovdut mill-oriġinatur lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tiegħu, il-LEI attwali jew, fin-nuqqas ta’ dan, kwalunkwe identifikatur uffiċjali ekwivalenti ieħor disponibbli tal-benefiċjarju. Jenħtieġ li l-informazzjoni tiġi ppreżentata b’mod sigur u qabel it-trasferiment tal-kriptoassi, jew simultanjament jew fl-istess ħin miegħu.

(38)

Fir-rigward tat-trasferimenti ta’ kriptoassi, jenħtieġ li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament japplikaw għat-trasferimenti kollha inkluż trasferimenti ta’ kriptoassi lejn jew minn indirizz awtoospitat, dment li jkun hemm fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi involut.

(39)

Fil-każ ta’ trasferiment lejn jew minn indirizz awtoospitat, jenħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jiġbor l-informazzjoni kemm dwar l-oriġinatur kif ukoll dwar il-benefiċjarju, normalment mingħand il-klijent tiegħu. Fil-prinċipju, jenħtieġ li fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ma jkollux għalfejn jivverifika l-informazzjoni dwar l-utent tal-indirizz awtoospitat. Madankollu, fil-każ ta’ trasferiment ta’ ammont li jaqbeż l-EUR 1 000 li jintbagħat jew jiġi riċevut f’isem klijent ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi lil jew minn indirizz awtoospitat, jenħtieġ li dak il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jivverifika jekk dak l-indirizz awtoospitat ikunx effettivament proprjetà ta’ dak il-klijent jew ikkontrollata minnu.

(40)

Fir-rigward ta’ trasferimenti ta’ fondi minn pagatur uniku lil diversi prendituri li għandhom jintbagħtu fi trasferiment f’lottijiet li jinkludu trasferimenti individwali mill-Unjoni ’l barra mill-Unjoni, jenħtieġ li jkun previst li tali trasferimenti individwali jkollhom biss in-numru tal-kont tal-pagament tal-pagatur jew l-identifikatur uniku tat-tranżazzjoni, kif ukoll l-informazzjoni kompleta dwar il-prenditur, dment li l-lott ikun fih informazzjoni kompleta dwar il-pagatur li tiġi vverifikata għall-eżattezza u informazzjoni kompleta dwar il-prenditur li tkun kompletament traċċabbli.

(41)

Fir-rigward ta’ trasferimenti f’lottijiet tal-kriptoassi, jenħtieġ li l-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju f’lottijiet tiġi aċċettata, sakemm dik il-preżentazzjoni sseħħ immedjatament u b’mod sigur. Jenħtieġ li ma jkunx permess li tiġi ppreżentata l-informazzjoni rikjesta wara t-trasferiment, billi l-preżentazzjoni trid issir qabel jew fil-mument li titlesta t-tranżazzjoni, u jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jew entitajiet oħrajn marbuta b’obbligu jippreżentaw l-informazzjoni rikjesta simultanjament mat-trasferiment f’lottijiet tal-kriptoassi.

(42)

Sabiex jiġi kkontrollat jekk l-informazzjoni rikjesta dwar il-pagatur u l-prenditur takkumpanjax it-trasferimenti tal-fondi, u sabiex tingħata għajnuna fl-identifikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, jenħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur u l-fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament ikollhom proċeduri effettivi stabbiliti biex jindividwaw jekk l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-prenditur hijiex nieqsa jew mhux kompleta. Jenħtieġ li dawk il-proċeduri jinkludu monitoraġġ wara jew waqt it-trasferimenti fejn ikun fattibbli. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jinkludu l-informazzjoni meħtieġa dwar it-tranżazzjoni mat-trasferiment telegrafiku jew messaġġ relatat tul il-katina kollha ta’ pagament.

(43)

Fir-rigward ta’ trasferimenti tal-kriptoassi, jenħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal- benefiċjarju jimplimenta proċeduri effettivi biex jindividwa jekk l-informazzjoni dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju hijiex nieqsa jew mhux kompleta. Jenħtieġ li dawk il-proċeduri jinkludu, fejn ikun xieraq, monitoraġġ wara jew waqt it-trasferimenti. Jenħtieġ li ma jkunx rekwiżit li l-informazzjoni tkun mehmuża direttament mat-trasferiment tal-kriptoassi nnifsu, sakemm din tiġi ppreżentata qabel it-trasferiment tal-kriptoassi, jew simultanjament jew fl-istess ħin miegħu, u tkun disponibbli fuq talba għall-awtoritajiet xierqa.

(44)

Fid-dawl tat-theddida potenzjali ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu li t-trasferimenti anonimi jippreżentaw, huwa xieraq li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ikunu meħtieġa jitolbu informazzjoni dwar il-pagatur u l-prenditur u li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi ikunu meħtieġa jitolbu informazzjoni dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju. Konformement mal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju żviluppat mill-FATF, huwa xieraq li jiġu identifikati oqsma ta’ riskju ogħla u aktar baxx, bil-ħsieb li jiġu immirati aħjar ir-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur, il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur intermedjarju ta’ servizzi tal-kriptoassi jkollhom proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju li japplikaw fejn trasferiment ta’ fondi ma jkollux l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur jew il-prenditur, jew fejn trasferiment ta’ kriptoassi ma jkollux l-informazzjoni meħtieġa dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju, li tippermetti lil dak il-fornitur ta’ servizzi jiddeċiedi jekk iwettaqx, jirrifjutax jew jissospendix dak it-trasferiment u li jiddetermina azzjoni ta’ segwitu adatta li għandu jieħu.

(45)

Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi, bħall-entitajiet kollha marbutin b’obbligu, jivvalutaw u jimmonitorjaw ir-riskju relatat mal-klijenti, il-prodotti u l-kanali ta’ konsenja tagħhom. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jivvalutaw ukoll ir-riskju relatat mat-tranżazzjonijiet tagħhom, inkluż meta jwettqu trasferimenti lejn indirizzi awtoospitati jew minnhom. Fil-każ li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun konxju jew isir konxju li l-informazzjoni dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju li juża l-indirizz awtoospitat mhijiex preċiża, jew jekk il-fornitur ta’ servizz tal-kriptoassi jiltaqa’ ma’ xejriet mhux tas-soltu jew suspettużi ta’ tranżazzjonijiet jew sitwazzjonijiet ta’ riskji ogħla ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu assoċjati ma’ trasferimenti li jinvolvu indirizzi awtoospitati, jenħtieġ li dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi jimplimenta, fejn xieraq, miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa biex jimmaniġġa u jimmitiga r-riskji b’mod xieraq. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi jenħtieġ li jqis dawk iċ-ċirkostanzi meta jivvaluta jekk trasferiment ta’ kriptoassi, jew kwalunkwe tranżazzjoni relatata, huwiex anormali u jekk għandux jiġi rrappurtat lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849.

(46)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi rieżaminat fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu u li jħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 u Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, (UE) Nru 1095/2010, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mad-dispożizzjonijiet rilevanti.

(47)

Fil-valutazzjoni tar-riskji, jenħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur, il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju jew il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi tal-kriptoassi jeżerċitaw viġilanza speċjali meta jsir konxju li l-informazzjoni dwar il-pagatur jew il-prenditur jew dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju, kif applikabbli, tkun nieqsa jew mhux kompleta, jew meta trasferiment tal-kriptoassi jkun jeħtieġ li jiġi kkunsidrat suspettuż abbażi tal-oriġini jew id-destinazzjoni tal-kriptoassi kkonċernati, u jenħtieġ li jirrapporta tranżazzjonijiet suspettużi lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-obbligi ta’ rappurtar stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/849.

(48)

B’mod simili għat-trasferimenti ta’ fondi bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, it-trasferimenti ta’ kriptoassi li jinvolvu fornituri intermedjarji ta’ servizzi tal-kriptoassi jistgħu jiffaċilitaw it-trasferimenti bħala element intermedju f’katina ta’ trasferimenti tal-kriptoassi. F’konformità mal-istandards internazzjonali, jenħtieġ li tali fornituri intermedjarji jkunu soġġetti wkoll għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, bl-istess mod bħall-obbligi eżistenti fuq il-fornituri intermedjarji ta’ servizzi ta’ pagament.

(49)

Id-dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti ta’ fondi u t-trasferimenti tal-kriptoassi li fir-rigward tagħhom informazzjoni dwar il-pagatur jew il-prenditur jew l-oriġinatur jew il-benefiċjarju tkun nieqsa jew ma tkunx kompleta u li fir-rigward tagħhom huwa meħtieġ li t-trasferimenti tal-kriptoassi jitqiesu bħala suspettużi abbażi tal-oriġini jew id-destinazzjoni tal-kriptoassi kkonċernati, japplikaw mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, tal-fornituri intermedjarji ta’ servizzi ta’ pagament, tal-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi u tal-fornituri intermedjarji ta’ servizzi tal-kriptoassi li jirrifjutaw jew jissospendu trasferimenti ta’ fondi u trasferimenti ta’ kriptoassi li jiksru dispożizzjoni ta’ dritt ċivili, amministrattiv jew kriminali.

(50)

Sabiex tiġi żgurata n-newtralità teknoloġika, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jobbligax l-użu ta’ teknoloġija partikolari għat-trasferiment ta’ informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tar-rekwiżiti applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi skont dan ir-Regolament, l-inizjattivi li jistabbilixxu l-istandards li jinvolvu jew li jitmexxew mill-industrija tal-kriptoassi ser ikunu kritiċi. Jenħtieġ li s-soluzzjonijiet li jirriżultaw ikunu interoperabbli permezz tal-użu ta’ standards internazzjonali jew għall-Unjoni kollha sabiex ikun jista’ jsir skambju rapidu ta’ informazzjoni.

(51)

Bil-għan li jassistu lill-fornituri ta’ servizzi tal-pagament u lill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi biex jistabbilixxu proċeduri effettivi għall-individwazzjoni ta’ każijiet fejn jirċievu trasferimenti ta’ fondi jew trasferimenti ta’ kriptoassi b’informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta dwar il-pagatur, il-prenditur, l-oriġinatur jew il-benefiċjarju u biex tittieħed azzjoni ta’ segwitu effettiva, jenħtieġ li l-EBA toħroġ linji gwida.

(52)

Sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni immedjata fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jirrispondu immedjatament għal talbiet għal informazzjoni dwar il-pagatur u l-prenditur jew dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju mill-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti dawk il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jew fejn ikollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom dawk il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi.

(53)

L-għadd ta’ ġranet ta’ xogħol li jkunu għaddew fl-Istat Membru tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jiddetermina l-għadd ta’ ġranet li fihom għandha tingħata tweġiba għal talbiet għal informazzjoni dwar il-pagatur.

(54)

Ladarba jista’ jagħti l-każ li f’investigazzjonijiet kriminali ma jkunx possibbli li tiġi identifikata d-data meħtieġa jew l-individwi involuti fi tranżazzjoni għal ħafna xhur, jew anke snin, wara t-trasferiment oriġinali tal-fondi jew it-trasferiment tal-kriptoassi, u sabiex ikun jista’ jkun hemm aċċess għal evidenza essenzjali fil-kuntest tal-investigazzjonijiet, huwa xieraq li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jew il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jkunu meħtieġa jżommu rekords ta’ informazzjoni dwar il-pagatur u l-prenditur jew l-oriġinatur u l-benefiċjarju għal perjodu ta’ żmien għall-finijiet ta’ prevenzjoni, individwazzjoni u investigazzjoni ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu. Jenħtieġ li dak il-perjodu jkun limitat għal ħames snin u fi tmiemhom jenħtieġ li d-data personali kollha titħassar sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali. Jekk ikun meħtieġ għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-individwazzjoni u l-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu, u wara li jwettqu valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tal-miżura, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jippermettu jew jirrikjedu ż-żamma ta’ rekords għal perjodu ulterjuri ta’ mhux aktar minn ħames snin, mingħajr preġudizzju għal-liġi kriminali nazzjonali dwar l-evidenza applikabbli għal investigazzjonijiet kriminali u proċedimenti legali li jkunu għaddejjin u f’konformità sħiħa mad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21). Dawk il-miżuri jistgħu jiġu rieżaminati fid-dawl tal-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

(55)

Sabiex titjieb il-konformità ma’ dan ir-Regolament, u f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2010 intitolata “Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji”, jenħtieġ li jissaħħu s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti li jadottaw miżuri superviżorji u s-setgħat tagħhom ta’ sanzjonar. Jenħtieġ li sanzjonijiet u miżuri amministrattivi jkunu previsti u, minħabba l-importanza tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu sanzjonijiet u miżuri li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni, u lill-kumitat intern permanenti dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu msemmi fl-Artikolu 9a(7) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 b’dan.

(56)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22).

(57)

Għadd ta’ pajjiżi u territorji li ma jiffurmawx parti mit-territorju tal-Unjoni jikkondividu unjoni monetarja ma’ Stat Membru, jiffurmaw parti miż-żona monetarja ta’ Stat Membru jew iffirmaw konvenzjoni monetarja mal-Unjoni rappreżentati minn Stat Membru, u għandhom fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jipparteċipaw direttament jew indirettament fis-sistemi ta’ pagament u ta’ saldu ta’ dak l-Istat Membru. Sabiex tkun evitata l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal trasferimenti ta’ fondi bejn l-Istati Membri kkonċernati u dawk il-pajjiżi jew territorji li jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq l-ekonomiji ta’ dawk il-pajjiżi jew territorji, hu xieraq li jsir provvediment għall-possibbiltà li tali trasferimenti ta’ fondi jkunu trattati bħala trasferimenti ta’ fondi fl-Istati Membri kkonċernati.

(58)

Minħabba r-riskji għoljin potenzjali assoċjati ma’, u l-kumplessità teknoloġika u regolatorja maħluqa minn, indirizzi awtoospitati, inkluż fir-rigward tal-verifika tal-informazzjoni dwar is-sjieda, sal-1 ta’ Lulju 2026, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa għal miżuri speċifiċi addizzjonali biex timmitiga r-riskji ppreżentati minn trasferimenti minn jew lejn indirizzi awtoospitati jew entitajiet mhux stabbiliti fl-Unjoni, inkluż l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet possibbli, u jenħtieġ li tivvaluta l-effettività u l-proporzjonalità tal-mekkaniżmi użati biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda ta’ indirizzi awtoospitati.

(59)

Fil-preżent, id-Direttiva (UE) 2015/849 tapplika biss għal żewġ kategoriji ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi, jiġifieri, fornituri tal-kartieri ta’ kustodja u fornituri involuti f’servizzi ta’ skambju bejn muniti virtwali u muniti ta’ kors legali. Sabiex jingħalqu l-lakuni eżistenti fil-qafas kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u sabiex id-dritt tal-Unjoni jkun allinjat mar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali, jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2015/849 tiġi emendata biex tinkludi l-kategoriji kollha tal-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi kif definiti fir-Regolament (UE) 2023/1114, li jkopri firxa usa’ ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi. B’mod partikolari, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jkunu soġġetti għall-istess rekwiżiti u livell ta’ superviżjoni bħal istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjament, huwa xieraq li tiġi aġġornata l-lista tal-entitajiet obbligati billi l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jiġu inklużi fil-kategorija ta’ istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849. Barra minn hekk, filwaqt li jitqies li l-istituzzjonijiet finanzjarji tradizzjonali jaqgħu wkoll fid-definizzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi meta joffru tali servizzi, l-identifikazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi bħala istituzzjonijiet finanzjarji tippermetti sett konsistenti wieħed ta’ regoli li japplikaw għall-entitajiet li jipprovdu kemm servizzi finanzjarji tradizzjonali kif ukoll servizzi tal-kriptoassi. Jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2015/849 tiġi emendata wkoll sabiex jiġi żgurat li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jkunu jistgħu jimmitigaw b’mod xieraq ir-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li għalihom ikunu esposti.

(60)

Ir-relazzjonijiet stabbiliti bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi u l-entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi għall-fini tal-eżekuzzjoni ta’ trasferimenti tal-kriptoassi jew il-forniment ta’ servizzi simili tal-kriptoassi jippreżentaw similaritajiet għal relazzjonijiet bankarji korrispondenti stabbiliti ma’ istituzzjoni rispondenti ta’ pajjiż terz. Peress li dawk ir-relazzjonijiet huma kkaratterizzati minn natura kontinwa u ripetittiva, jenħtieġ li dawn jitqiesu bħala tip ta’ relazzjoni korrispondenti u jkunu soġġetti għal miżuri speċifiċi ta’ diliġenza dovuta msaħħa simili fil-prinċipju għal dawk applikati fil-kuntest tas-servizzi bankarji u finanzjarji. B’mod partikolari, l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi, meta jistabbilixxu relazzjoni korrispondenti ġdida ma’ entità rispondenti, jeħtieġ li japplikaw miżuri speċifiċi ta’ diliġenza dovuta msaħħa sabiex jidentifikaw u jivvalutaw l-iskopertura għar-riskju ta’ dak ir-rispondent, abbażi tar-reputazzjoni tiegħu, il-kwalità tas-superviżjoni u l-kontrolli li għandu għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT). Abbażi tal-informazzjoni miġbura, jenħtieġ li l-fornituri korrispondenti ta’ servizzi tal-kriptoassi jimplimentaw miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskju, li jenħtieġ li jqisu b’mod partikolari r-riskju ogħla potenzjali ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu ppreżentat minn entitajiet mhux irreġistrati u mhux liċenzjati. Dak huwa partikolarment rilevanti sakemm l-implimentazzjoni tal-istandards tal-FATF relatati mal-kriptoassi fil-livell globali jibqa’ rregolari, u dan joħloq riskji u sfidi addizzjonali. Jenħtieġ li l-EBA tipprovdi gwida dwar kif il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom iwettqu d-diliġenza dovuta msaħħa u jenħtieġ li tispeċifika l-miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskju, inkluż l-azzjoni minima li għandha tittieħed, meta jinteraġixxu ma’ entitajiet li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi.

(61)

Ir-Regolament (UE) 2023/1114 stabbilixxa qafas regolatorju komprensiv għall-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi, li jarmonizza r-regoli li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni u l-operat tal-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi madwar l-Unjoni. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-rekwiżiti, jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2015/849 tiġi emendata biex tneħħi r-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-kategoriji ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi li ser isiru soġġetti għal reġim uniku ta’ liċenzjar skont ir-Regolament (UE) 2023/1114.

(62)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż bl-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali u billi tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ informazzjoni bażika dwar il-pagaturi u l-prendituri tat-trasferiment ta’ fondi, u dwar l-oriġinaturi u l-benefiċjarji ta’ trasferimenti tal-kriptoassi, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(63)

Dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679 u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23). Huwa jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7), id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8), id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali (l-Artikolu 47) u l-prinċipju ta’ ne bis in idem.

(64)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament (UE) 2023/1114, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mid-data tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Sa dik id-data, l-Istati Membri jenħtieġ li jittrasponu wkoll l-emendi għad-Direttiva (UE) 2015/849.

(65)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fit-22 ta’ Settembru 2021 (24),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-informazzjoni dwar pagaturi u prendituri li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi, fi kwalunkwe munita, u dwar l-informazzjoni dwar oriġinaturi u benefiċjarji li takkumpanja t-trasferimenti ta’ kriptoassi, għall-finijiet tal-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, fejn tal-inqas wieħed mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jew mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi involuti fit-trasferiment ta’ fondi jew fit-trasferiment tal-kriptoassi jkun stabbilit jew ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu, kif applikabbli, fl-Unjoni. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar politiki, proċeduri u kontrolli interni biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ miżuri restrittivi fejn mill-inqas wieħed mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jew mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi involuti fit-trasferiment ta’ fondi jew fit-trasferiment ta’ kriptoassi jkun stabbilit jew ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu, kif applikabbli, fl-Unjoni.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal trasferimenti ta’ fondi, fi kwalunkwe munita, li jintbagħtu jew li jiġu riċevuti minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew fornitur intermedjarju ta’-servizzi ta’ pagament stabbilit fl-Unjoni. Għandu japplika wkoll għal trasferimenti ta’ kriptoassi, inkluż trasferimenti ta’ kriptoassi eżegwiti permezz ta’ ATMs tal-kripto, fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi, jew il-fornitur intermedjarju ta’ kriptoassi, jew tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-Unjoni.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għas-servizzi elenkati fl-Artikolu 3, il-punti (a) sa (m) u l-punt (o), tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal trasferimenti ta’ fondi jew għal trasferimenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2023/1114, li jsiru permezz ta’ kard tal-ħlas, strument ta’ ħlas elettroniku, telefon ċellulari jew kwalunkwe apparat diġitali jew apparat tal-IT ieħor b’karatteristiċi simili li huwa mħallas minn qabel jew li jitħallas wara, dment li jkunu ġew ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dik il-kard, l-istrument jew l-apparat jintuża esklużivament biex jitħallsu prodotti jew servizzi; u

(b)

in-numru ta’ dik il-kard, l-istrument jew l-apparat jakkumpanja t-trasferimenti kollha li joħorġu mit-tranżazzjoni.

Madankollu, dan ir-Regolament għandu japplika fejn kard tal-ħlas, strument ta’ ħlas elettroniku, telefon ċellulari jew kwalunkwe apparat diġitali jew apparat tal-IT ieħor b’karatteristiċi simili li huwa mħallas minn qabel jew li jitħallas wara jintuża sabiex jiġi effettwat trasferiment ta’ fondi jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi bejn persuni fiżiċi li jaġixxu ta’ konsumaturi għal skopijiet oħra għajr kummerċ, negozju jew attività professjonali.

4.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal persuni li ma għandhom ebda attività għajr li jaqilbu dokumenti stampati f’data elettronika u li jagħmlu dan bis-saħħa ta’ kuntratt ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, jew għal persuni li ma għandhom ebda attività għajr li jipprovdu lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament messaġġi jew sistemi oħra ta’ appoġġ għat-trażmissjoni ta’ fondi jew sistemi ta’ kklerjar u ta’ saldu.

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal trasferiment ta’ fondi fejn tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tinvolvi lill-pagatur li jiġbed flus mill-kont tal-pagamenti tal-pagatur stess;

(b)

tikkostitwixxi trasferiment ta’ fondi lil awtorità pubblika bħala pagament għal taxxi, multi jew imposti oħra fi Stat Membru;

(c)

kemm il-pagatur kif ukoll il-prenditur ikunu fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jaġixxu f’isimhom stess;

(d)

isir permezz ta’ skambji elettroniċi ta’ immaġni diġitali ta’ ċekkijiet, inkluż ċekkijiet tronkati.

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal trasferiment tal-kriptoassi fejn tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kemm l-oriġinatur kif ukoll il-benefiċjarju jkunu fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi li jaġixxu f’isimhom stess;

(b)

it-trasferiment jikkostitwixxi trasferiment minn persuna għal oħra ta’ kriptoassi mwettqa mingħajr l-involviment ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi.

Tokens tal-flus elettroniċi, kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2023/1114, għandhom jiġu trattati bħala kriptoassi skont dan ir-Regolament.

5.   Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax dan ir-Regolament għal trasferimenti ta’ fondi fit-territorju tiegħu f’kont tal-pagamenti ta’ prenditur li jippermetti pagament esklużivament għall-provvista ta’ prodotti jew servizzi fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur jkun soġġett għad-Direttiva (UE) 2015/849;

(b)

il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur ikun jista’ jittraċċa lura, permezz tal-prenditur, bl-użu ta’ identifikatur uniku tat-tranżazzjoni, it-trasferiment ta’ fondi mill-persuna li jkollha ftehim mal-prenditur għall-forniment ta’ prodotti jew servizzi;

(c)

l-ammont tat-trasferiment ta’ fondi ma jaqbiżx EUR 1 000.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“finanzjament tat-terroriżmu” tfisser finanzjament tat-terroriżmu kif definit fl-Artikolu 1(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849;

(2)

“ħasil tal-flus” tfisser l-attivitajiet ta’ ħasil tal-flus kif imsemmija fl-Artikolu 1(3) u (4) tad-Direttiva (UE) 2015/849;

(3)

“pagatur” tfisser persuna li jkollha kont tal-pagamenti u tippermetti trasferiment ta’ fondi minn dak il-kont tal-pagamenti jew, fejn ma jkun hemm ebda kont tal-pagamenti, li tagħti ordni għat-trasferiment ta’ fondi;

(4)

“prenditur” tfisser persuna li tkun ir-riċevitur previst tat-trasferiment ta’ fondi;

(5)

“fornitur ta’ servizzi ta’ pagament” tfisser il-kategoriji ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jibbenefikaw minn eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 32 tagħha u persuni ġuridiċi li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/110/KE, li jipprovdu servizzi għat-trasferiment ta’ fondi;

(6)

“fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, li ma jkunx il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew tal-prenditur u li jirċievi u jittrażmetti trasferiment ta’ fondi f’isem il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew tal-prenditur jew ta’ fornitur intermedjarju tas-servizzi ta’ pagament ieħor;

(7)

“kont tal-pagamenti” tfisser kont ta’ pagamenti kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (12), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(8)

“fondi” tfisser fondi kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(9)

“trasferiment ta’ fondi” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li tal-inqas parzjalment issir b’mezzi elettroniċi f’isem pagatur permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, bil-għan li l-fondi jkunu disponibbli għal prenditur permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, irrispettivament minn jekk il-pagatur u l-prenditur humiex l-istess persuna u irrispettivament minn jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur u dak tal-prenditur humiex l-istess, inklużi:

(a)

trasferiment ta’ kreditu kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (24), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(b)

debitu dirett kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (23), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(c)

rimessa ta’ flus kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (22), tad-Direttiva (UE) 2015/2366, kemm nazzjonali jew transfruntiera;

(d)

trasferiment li jsir bl-użu ta’ kard tal-ħlas, strument ta’ ħlas elettroniku, telefon ċellulari jew kwalunkwe apparat diġitali jew apparat tal-IT ieħor b’karatteristiċi simili mħallas minn qabel jew li jitħallas wara;

(10)

“trasferiment ta’ kriptoassi” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li jkollha l-għan li tittrasferixxi kriptoassi minn indirizz tar-reġistru distribwit, kont tal-kriptoassi jew apparat partikolari ieħor li jippermetti l-ħażna ta’ kriptoassi għal ieħor, imwettqa minn mill-inqas fornitur wieħed ta’ servizzi tal-kriptoassi li jaġixxi f’isem oriġinatur jew benefiċjarju, irrispettivament minn jekk l-oriġinatur u l-benefiċjarju humiex l-istess persuna u irrispettivament minn jekk il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur u dak tal-benefiċjarju humiex l-istess;

(11)

“trasferiment f’lottijiet” tfisser pakkett ta’ diversi trasferimenti individwali ta’ fondi jew trasferimenti ta’ kriptoassi li nġabru flimkien għal trażmissjoni;

(12)

“identifikatur uniku tat-tranżazzjoni” tfisser kumbinazzjoni ta’ ittri, numri jew simboli stabbiliti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, f’konformità mal-protokolli tas-sistemi ta’ pagament u saldu jew sistemi ta’ messaġġi użati għat-trasferiment ta’ fondi, jew determinati minn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, li tippermetti t-traċċabbiltà tat-tranżazzjoni sal-pagatur u l-prenditur jew it-traċċabbiltà tal-kriptoassi tat-trasferiment sal-oriġinatur u l-benefiċjarju;

(13)

“trasferiment ta’ kriptoassi minn persuna għal oħra” tfisser trasferiment ta’ kriptoassi mingħajr l-involviment ta’ ebda fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(14)

“kriptoassi” tfisser kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2023/1114, ħlief meta jaqgħu taħt il-kategoriji elenkati fl-Artikolu 2(2), (3) u (4) ta’ dak ir-Regolament jew li b’xi mod ieħor jikkwalifikaw bħala fondi;

(15)

“fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi” tfisser fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (15), tar-Regolament (UE) 2023/1114, meta jwettaq servizz tal-kriptoassi wieħed jew aktar kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), ta’ dak ir-Regolament;

(16)

“fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi, li ma jkunx il-fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju u li jirċievi u jittrażmetti trasferiment ta’ kriptoassi f’isem il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju, jew ta’ fornitur intermedjarju ta’ servizzi tal-kriptoassi ieħor;

(17)

“kaxxiera awtomatiċi tal-kriptoassi” jew “ATMs tal-kripto” tfisser terminals elettroniċi fiżiċi jew online li jippermettu li fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jwettaq, b’mod partikolari, l-attività tas-servizzi ta’ trasferiment għall-kriptoassi, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (16)(j), tar-Regolament (UE) 2023/1114;

(18)

“indirizz tar-reġistru distribwit” tfisser kodiċi alfanumeriku li jidentifika indirizz fuq network li juża teknoloġija ta’ reġistru distribwit (DLT) jew teknoloġija simili fejn il-kriptoassi jistgħu jintbagħtu jew jiġu riċevuti;

(19)

“kont tal-kriptoassi ” tfisser kont miżmum minn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi f’isem persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar u li jista’ jintuża għall-eżekuzzjoni ta’ trasferimenti ta’ kriptoassi;

(20)

“indirizz awtoospitat” tfisser indirizz tar-reġistru distribwit li ma jkun konness mal-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(b)

entità mhux stabbilita fl-Unjoni u li tipprovdi servizzi simili għal dawk ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(21)

“oriġinatur” tfisser persuna li jkollha kont tal-kriptoassi ma’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, indirizz tar-reġistru distribwit jew apparat li jippermetti l-ħażna ta’ kriptoassi, u li tippermetti trasferiment ta’ kriptoassi minn dak il-kont, indirizz tar-reġistru distribwit, jew apparat, jew, fejn ma jkun hemm ebda kont bħal dan, indirizz tar-reġistru distribwit, jew apparat, persuna li tordna jew tibda trasferiment ta’ kriptoassi;

(22)

“benefiċjarju” tfisser persuna li tkun ir-riċevitur previst tat-trasferiment tal-kriptoassi;

(23)

“identifikatur ta’ entità ġuridika” jew “LEI” tfisser kodiċi uniku ta’ referenza alfanumeriku skont l-istandard ISO 17442 mogħti lil entità ġuridika;

(24)

“teknoloġija ta’ reġistru distribwit” jew “DLT” tfisser teknoloġija ta’ reġistru distribwit kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2023/1114.

KAPITOLU II

Obbligi tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament

Taqsima 1

Obbligi tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur

Artikolu 4

Informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi

1.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jiżgura li t-trasferimenti ta’ fondi jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur:

(a)

l-isem tal-pagatur;

(b)

in-numru tal-kont tal-pagamenti tal-pagatur;

(c)

l-indirizz tal-pagatur inkluż l-isem tal-pajjiż, in-numru tad-dokument personali uffiċjali u n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu bħala klijent, jew, alternattivament, id-data u l-post tat-twelid tal-pagatur; u

(d)

soġġett għall-eżistenza tal-qasam meħtieġ fil-format rilevanti tal-messaġġi tal-pagamenti, u meta pprovdut mill-pagatur lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu, l-LEI attwali tal-pagatur jew, fin-nuqqas tiegħu, kwalunkwe identifikatur uffiċjali ekwivalenti disponibbli.

2.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jiżgura li t-trasferimenti ta’ fondi jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni li ġejja dwar il-prenditur:

(a)

l-isem tal-prenditur;

(b)

in-numru tal-kont tal-pagamenti tal-prenditur; u

(c)

soġġett għall-eżistenza tal-qasam meħtieġ fil-format rilevanti tal-messaġġi tal-pagamenti, u meta pprovdut mill-prenditur lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu, l-LEI attwali tal-pagatur jew, fin-nuqqas tiegħu, kwalunkwe identifikatur uffiċjali ekwivalenti disponibbli.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (b), u mill-paragrafu 2, il-punt (b), fil-każ ta’ trasferiment mhux magħmul lil jew minn kont tal-pagamenti, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jiżgura li t-trasferiment ta’ fondi jkun akkumpanjat minn identifikatur uniku tat-tranżazzjoni minflok in-numru tal-kont tal-pagament.

4.   Qabel jittrasferixxi l-fondi, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u, meta applikabbli, fil-paragrafu 3, abbażi tad-dokumenti, tad-data u tal-informazzjoni miksuba minn sors affidabbli u indipendenti.

5.   Il-verifika kif imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandha titqies li tkun saret meta japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-identità tal-pagatur tkun ġiet ivverifikata f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/849 u l-informazzjoni miksuba bis-saħħa ta’ dik il-verifika tkun inżammet f’konformità mal-Artikolu 40 ta’ dik id-Direttiva;

(b)

l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 ikun japplika għall-pagatur.

6.   Mingħajr preġudizzju għad-derogi previsti fl-Artikoli 5 u 6, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ma għandu jeżegwixxi l-ebda trasferiment ta’ fondi qabel ma jiżgura konformità sħiħa ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 5

Trasferimenti ta’ fondi fl-Unjoni

1.   B’deroga mill-Artikolu 4(1) u (2), fejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kollha involuti fil-katina tal-pagamenti huma stabbiliti fl-Unjoni, it-trasferimenti ta’ fondi għandhom ikunu akkumpanjati tal-inqas min-numru tal-kont tal-pagamenti kemm tal-pagatur kif ukoll tal-prenditur jew, fejn ikun japplika l-Artikolu 4(3), mill-identifikatur uniku tat-tranżazzjoni, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-informazzjoni stipulati fir-Regolament (UE) Nru 260/2012 fejn applikabbli.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu, fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol minn meta jirċievi talba għall-informazzjoni mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur jew mill-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta’ pagament, jagħmel disponibbli dawn li ġejjin:

(a)

għal trasferimenti ta’ fondi li jaqbżu l-EUR 1 000, kemm jekk tali trasferimenti jsiru fi tranżazzjoni waħda kif ukoll jekk isiru f’diversi tranżazzjonijiet li jkunu jidhru marbutin, l-informazzjoni dwar il-pagatur jew il-prenditur f’konformità mal-Artikolu 4;

(b)

għal trasferimenti ta’ fondi li ma jaqbżux l-EUR 1 000 u li ma jidhrux li huma marbuta ma’ trasferimenti oħra ta’ fondi li, flimkien mat-trasferiment inkwistjoni, jaqbżu l-EUR 1 000, tal-inqas:

(i)

l-isem tal-pagatur u l-isem tal-prenditur; u

(ii)

in-numri tal-kont tal-pagamenti kemm tal-pagatur kif ukoll tal-prenditur jew, fejn ikun japplika l-Artikolu 4(3), l-identifikatur uniku tat-tranżazzjoni.

3.   B’deroga mill-Artikolu 4(4), fil-każ ta’ trasferimenti ta’ fondi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur mhuwiex meħtieġ li jivverifika l-informazzjoni dwar il-pagatur sakemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur:

(a)

ma jkunx irċieva l-fondi li għandhom jiġu trasferiti fi flus jew fi flus elettroniċi anonimi; jew

(b)

ma jkollux raġunijiet raġonevoli għal suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 6

Trasferimenti ta’ fondi barra mill-Unjoni

1.   Fil-każ ta’ trasferiment f’lottijiet minn pagatur uniku fejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-prendituri jinsabu barra l-Unjoni, l-Artikolu 4(1) ma għandux japplika għat-trasferimenti individwali miġbura flimkien fih, sakemm il-lott ikun fih l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), (2) u (3), dik l-informazzjoni tkun ġiet ivverifikata f’konformità mal-Artikolu 4(4) u (5), u sakemm it-trasferimenti individwali jkollhom in-numru tal-kont tal-pagamenti tal-pagatur jew, fejn ikun japplika l-Artikolu 4(3), l-identifikatur uniku tat-tranżazzjoni.

2.   B’deroga mill-Artikolu 4(1), u, fejn applikabbli, mingħajr preġudizzju għall-informazzjoni meħtieġa f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 260/2012, fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur jkun stabbilit barra l-Unjoni, it-trasferimenti ta’ fondi li ma jaqbżux l-EUR 1 000 li ma jidhrux li huma marbuta ma’ trasferimenti oħra ta’ fondi li, flimkien mat-trasferiment inkwistjoni, jaqbżu l-EUR 1 000, għandhom ikunu akkumpanjati minn tal-anqas:

(a)

l-isem tal-pagatur u l-isem tal-prenditur; u

(b)

in-numri tal-kont tal-pagamenti kemm tal-pagatur kif ukoll tal-prenditur jew, fejn ikun japplika l-Artikolu 4(3), l-identifikatur uniku tat-tranżazzjoni.

B’deroga mill-Artikolu 4(4), mhuwiex meħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jivverifika l-informazzjoni dwar il-pagatur imsemmija f’dan il-paragrafu, sakemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur:

(a)

ma jkunx irċieva l-fondi li għandhom jiġu trasferiti fi flus jew fi flus elettroniċi anonimi; jew

(b)

ma jkollux raġunijiet raġonevoli għal suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

Taqsima 2

Obbligi tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur

Artikolu 7

Individwazzjoni ta’ informazzjoni nieqsa dwar il-pagatur jew il-prenditur

1.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu jimplimenta proċeduri effettivi biex jindividwa jekk is-segmenti li jirrigwardaw l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-prenditur fis-sistema ta’ messaġġi jew ta’ pagamenti u saldu li tintuża sabiex isir it-trasferiment ta’ fondi jkunux imtlew bl-użu tal-karattri jew inputs ammissibbli skont il-prattika ta’ dik is-sistema.

2.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu jimplimenta proċeduri effettivi, inkluż, fejn xieraq, monitoraġġ wara jew waqt it-trasferimenti, sabiex jindividwa jekk l-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur jew il-prenditur tkunx nieqsa:

(a)

għal trasferimenti ta’ fondi fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun stabbilit fl-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5;

(b)

għal trasferimenti ta’ fondi fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun stabbilit barra l-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b) u (c), u l-Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b);

(c)

għal trasferimenti f’lottijiet fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun stabbilit barra l-Unjoni l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b) u (c), u l-Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b) fir-rigward ta’ dak it-trasferiment f’lottijiet.

3.   Fil-każ ta’ trasferimenti ta’ fondi li jaqbżu l-EUR 1 000, kemm jekk dawk it-trasferimenti jsiru fi tranżazzjoni waħda kif ukoll jekk isiru f’diversi tranżazzjonijiet li jidhru marbutin, qabel ma jikkredita l-kont tal-pagamenti tal-prenditur jew jagħmel il-fondi disponibbli għall-prenditur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni dwar il-prenditur imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu abbażi ta’ dokumenti, data jew informazzjoni miksuba minn sors affidabbli u indipendenti, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 83 u 84 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

4.   Fil-każ ta’ trasferimenti ta’ fondi li ma jaqbżux l-EUR 1 000 li ma jidhrux li huma marbuta ma’ trasferimenti oħra ta’ fondi li, flimkien mat-trasferiment inkwistjoni, jaqbżu l-EUR 1 000, mhuwiex meħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni dwar il-prenditur, sakemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur:

(a)

ma jħallasx il-fondi fi flus kontanti jew fi flus elettroniċi anonimi; jew

(b)

ma jkollux raġunijiet raġonevoli għal suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

5.   Il-verifika kif imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandha titqies li tkun saret meta japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-identità tal-prenditur tkun ġiet ivverifikata f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/849 u l-informazzjoni miksuba bis-saħħa ta’ dik il-verifika tkun inżammet f’konformità mal-Artikolu 40 ta’ dik id-Direttiva;

(b)

l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 ikun japplika għall-prenditur.

Artikolu 8

Trasferimenti ta’ fondi b’informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta dwar il-pagatur jew il-prenditur

1.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu jimplimenta proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju, inkluż proċeduri bbażati fuq bażi ta’ sensittività għar-riskji msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/849 biex jiġi determinat jekk għandux jiġi eżegwit, irrifjutat jew sospiż trasferiment ta’ fondi li ma jkollux l-informazzjoni kompleta meħtieġa dwar il-pagatur u l-prenditur u biex tittieħed l-azzjoni ta’ segwitu adatta.

Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur isir konxju, meta jirċievi trasferiment ta’ fondi, li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b) u (c), l-Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b), l-Artikolu 5(1), jew l-Artikolu 6, hija nieqsa, mhux kompleta jew ma mtlietx bl-użu tal-karattri jew l-inputs ammissibbli skont il-prattika tas-sistema ta’ messaġġi jew ta’ pagamenti u saldu kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu, abbażi tal-bażi ta’ sensittività għar-riskji:

(a)

jirrifjuta t-trasferiment; jew

(b)

jitlob l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur u l-prenditur, qabel jew wara li jikkredita l-kont tal-pagamenti tal-prenditur jew jagħmel disponibbli l-fondi lill-prenditur.

2.   Fejn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jonqos ripetutament milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur jew il-prenditur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu:

(a)

jieħu passi, li jistgħu jinkludu inizjalment l-għoti ta’ twissijiet u l-istipular ta’ skadenzi, qabel ma jipproċedi għal rifjut, restrizzjoni jew terminazzjoni f’konformità mal-punt (b) jekk l-informazzjoni meħtieġa tkun għada ma ġietx ipprovduta; jew

(b)

jirrifjuta direttament kwalunkwe trasferiment futur ta’ fondi mingħand dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, jew jirrestrinġi jew itemm ir-relazzjoni ta’ negozju tiegħu ma’ dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu jirrapporta dak in-nuqqas, u l-passi meħudin, lill-awtorità kompetenti responsabbli mill-monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 9

Valutazzjoni u rapportar

Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu jikkunsidra informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta dwar il-pagatur jew il-prenditur bħala fattur fil-valutazzjoni ta’ jekk it-trasferiment ta’ fondi, jew kwalunkwe tranżazzjoni relatata, hijiex suspettuża u jekk għandhiex tiġi rappurtata lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849.

Taqsima 3

L-obbligi ta’ fornituri intermedjarji tas-servizzi ta’ pagament

Artikolu 10

Żamma ta’ informazzjoni dwar il-pagatur u l-prenditur li takkumpanja t-trasferiment

Il-fornituri intermedjarji ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha li jirċievu dwar il-pagatur u l-prenditur li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi tinżamm mat-trasferiment.

Artikolu 11

Individwazzjoni ta’ informazzjoni nieqsa dwar il-pagatur jew il-prenditur

1.   Il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament għandu jimplimenta proċeduri effettivi biex jindividwa jekk is-segmenti li jirrigwardaw l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-prenditur fis-sistema ta’ messaġġi jew fis-sistema ta’ pagament u saldu li tintuża sabiex isir it-trasferiment ta’ fondi jkunux imtlew bl-użu tal-karattri jew inputs ammissibbli skont il-prattika ta’ dik is-sistema.

2.   Il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament għandu jimplimenta proċeduri effettivi, inkluż, fejn adatt, monitoraġġ wara jew waqt it-trasferimenti, sabiex jindividwa jekk l-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur jew il-prenditur tkunx nieqsa:

(a)

għal trasferimenti ta’ fondi fejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur u tal-prenditur ikunu stabbiliti fl-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5;

(b)

għal trasferimenti ta’ fondi fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew tal-prenditur ikun stabbilit barra l-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b) u (c), u l-Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b);

(c)

għal trasferimenti f’lottijiet fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew tal-prenditur ikun stabbilit barra l-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b) u (c), u l-Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b), fir-rigward ta’ dak it-trasferiment f’lottijiet.

Artikolu 12

Trasferimenti ta’ fondi b’informazzjoni nieqsa dwar il-pagatur jew il-prenditur

1.   Il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament għandu jistabbilixxi proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju li jiddeterminaw jekk jiġix eżegwit, irrifjutat jew sospiż trasferiment ta’ fondi minħabba nuqqas ta’ informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur u l-prenditur u biex tittieħed l-azzjoni ta’ segwitu adatta.

Fejn il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament iisir konxju, meta jirċievi trasferiment ta’ fondi, li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b) u (c), l-Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b), l-Artikolu 5(1), jew l-Artikolu 6, tkun nieqsa jew ma mtlietx bl-użu tal-karattri jew l-inputs ammissibbli skont il-prattika tas-sistema ta’ messaġġi jew ta’ pagamenti u saldu, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), li fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament għandu, abbażi tal-bażi ta’ sensittività għar-riskji:

(a)

jirrifjuta t-trasferiment; jew

(b)

jitlob l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur u l-prenditur qabel jew wara t-trażmissjoni tat-trasferiment tal-fondi.

2.   Fejn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jonqos ripetutament milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur jew il-prenditur, il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament għandu:

(a)

jieħu passi, li għall-ewwel jistgħu jinkludu l-għoti ta’ twissijiet u l-istipular ta’ skadenzi, qabel ma jipproċedi għal rifjut, restrizzjoni jew terminazzjoni f’konformità mal-punt (b) jekk l-informazzjoni meħtieġa tkun għada ma ġietx ipprovduta; jew

(b)

jirrifjuta direttament kwalunkwe trasferiment futur ta’ fondi mingħand dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew jirrestrinġi jew itemm ir-relazzjoni ta’ negozju tiegħu ma’ dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

Il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament għandu jirrapporta dak in-nuqqas u l-passi meħudin, lill-awtorità kompetenti responsabbli mill-monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 13

Valutazzjoni u rapportar

Il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament għandu jikkunsidra informazzjoni nieqsa dwar il-pagatur jew il-prenditur bħala fattur meta jivvaluta jekk it-trasferiment ta’ fondi, jew kwalunkwe tranżazzjoni relatata, huwiex suspettuż, u jekk dan għandux jiġi rappurtat lill-UIF f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849.

KAPITOLU III

Obbligi tal-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi

Taqsima 1

Obbligi tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur

Artikolu 14

Informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti tal-kriptoassi

1.   Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur għandu jiżgura li t-trasferimenti tal-kriptoassi jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni li ġejja dwar l-oriġinatur:

(a)

l-isem tal-oriġinatur;

(b)

l-indirizz tar-reġistru distribwit tal-oriġinatur, f’każijiet fejn it-trasferiment tal-kriptoassi jiġi rreġistrat fuq network li juża d-DLT jew teknoloġija simili, u n-numru tal-kont tal-kriptoassi tal-oriġinatur, meta dan il-kont ikun jeżisti u jkun jintuża biex tiġi pproċessata t-tranżazzjoni;

(c)

in-numru tal-kont tal-kriptoassi tal-oriġinatur, f’każijiet fejn trasferiment tal-kriptoassi ma jiġix irreġistrat fuq network li juża d-DLT jew teknoloġija simili;

(d)

l-indirizz tal-oriġinatur, inkluż l-isem tal-pajjiż, in-numru tad-dokument personali uffiċjali u n-numru ta’ identifikazzjoni bħala klijent, jew, alternattivament, id-data u l-post tat-twelid tal-oriġinatur; u

(e)

soġġett għall-eżistenza tal-qasam meħtieġ fil-format rilevanti tal-messaġġi, u meta pprovdut mill-oriġinatur lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tiegħu, l-LEI attwali jew, fl-assenza tiegħu, kwalunkwe identifikatur uffiċjali ekwivalenti disponibbli ieħor tal-oriġinatur.

2.   Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur għandu jiżgura li t-trasferimenti tal-kriptoassi jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni li ġejja dwar il-benefiċjarju:

(a)

l-isem tal-benefiċjarju;

(b)

l-indirizz tal-reġistru distribwit tal-benefiċjarju, f’każijiet fejn trasferiment tal-kriptoassi jiġi rreġistrat fuq network li juża d-DLT jew teknoloġija simili, u n-numru tal-kont tal-kriptoassi tal-benefiċjarju, meta dan il-kont ikun jeżisti u jkun jintuża biex tiġi pproċessata t-tranżazzjoni;

(c)

in-numru tal-kont tal-kriptoassi tal-benefiċjarju, f’każijiet fejn trasferiment tal-kriptoassi ma jiġix irreġistrat fuq network li juża d-DLT jew teknoloġija simili; u

(d)

soġġett għall-eżistenza tal-qasam meħtieġ fil-format rilevanti tal-messaġġi, u meta pprovdut mill-oriġinatur lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tiegħu, il-LEI attwali jew, fl-assenza tiegħu, kwalunkwe identifikatur tal-benefiċjarju uffiċjali ekwivalenti disponibbli ieħor.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (c), u l-paragrafu 2, il-punt (c), fil-każ ta’ trasferiment tal-kriptoassi li ma jiġix irreġistrat fuq network li juża d-DLT jew teknoloġija simili u li ma jsirx lejn jew minn kont tal-kriptoassi, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur għandu jiżgura li t-trasferiment tal-kriptoassi jkun akkumpanjat minn identifikatur uniku tat-tranżazzjoni.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi sottomessa qabel it-trasferiment tal-kriptoassi, jew simultanjament jew fl-istess ħin miegħu, u b’mod sigur u f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex ikun meħtieġ tkun mehmuża direttament mat-trasferiment tal-kriptoassi, jew inkluża fih.

5.   Fil-każ ta’ trasferiment tal-kriptoassi magħmul għal indirizz awtoospitat, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur għandu jikseb u jżomm l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u għandu jiżgura li t-trasferiment tal-kriptoassi jkun jista’ jiġi identifikat individwalment.

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri speċifiċi għall-mitigazzjoni tar-riskju meħuda f’konformità mal-Artikolu 19b tad-Direttiva (UE) 2015/849, fil-każ ta’ trasferiment ta’ ammont li jaqbeż EUR 1 000 għal indirizz awtoospitat, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur għandu jieħu miżuri adegwati biex jivvaluta jekk dan l-indirizz ikunx proprjetà tal-oriġinatur jew ikkontrollat minnu.

6.   Qabel jittrasferixxi kriptoassi, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur għandu jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 abbażi tad-dokumenti, tad-data u tal-informazzjoni miksuba minn sors affidabbli u indipendenti.

7.   Il-verifika kif imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandha titqies li tkun saret meta japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-identità tal-oriġinatur tkun ġiet ivverifikata f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/849 u l-informazzjoni miksuba skont dik il-verifika tkun inżammet f’konformità mal-Artikolu 40 ta’ dik id-Direttiva;

(b)

l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 japplika għall-oriġinatur.

8.   Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur ma għandu jippermetti l-bidu ta’ ebda trasferiment tal-kriptoassi jew l-eżekuzzjoni tiegħu qabel ma jiżgura konformità sħiħa ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 15

Trasferimenti f’lottijiet tal-kriptoassi

Fil-każ ta’ trasferiment f’lottijiet ta’ kriptoassi minn oriġinatur uniku, l-Artikolu 14(1) ma għandux japplika għat-trasferimenti individwali miġbura flimkien fih, sakemm il-lott ikun fih l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1), (2) u (3), dik l-informazzjoni tkun ġiet ivverifikata f’konformità mal-Artikolu 14(6) u (7), u sakemm it-trasferimenti individwali jkollhom l-indirizz tar-reġistru distribwit tal-oriġinatur, fejn ikun japplika l-Artikolu 14(2), il-punt (b), in-numru tal-kont tal-kriptoassi tal-oriġinatur, fejn japplika l-Artikolu 14(2), il-punt (c), jew l-identifikatur uniku tat-tranżazzjoni, fejn ikun japplika l-Artikolu 14(3).

Taqsima 2

Obbligi tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju

Artikolu 16

Individwazzjoni ta’ informazzjoni nieqsa dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju

1.   Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju għandu jimplimenta proċeduri effettivi, inkluż, meta xieraq, monitoraġġ wara jew waqt it-trasferimenti, sabiex jindividwa jekk l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju hijiex inkluża fit-trasferiment jew fit-trasferiment f’lottijiet tal-kriptoassi, jew issegwihx.

2.   Fil-każ ta’ trasferiment tal-kriptoassi magħmul minn indirizz awtoospitat, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju għandu jikseb u jżomm l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) u għandu jiżgura li t-trasferiment tal-kriptoassi jkun jista’ jiġi identifikat individwalment.

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri speċifiċi għall-mitigazzjoni tar-riskju meħuda f’konformità mal-Artikolu 19b tad-Direttiva (UE) 2015/849, fil-każ ta’ trasferiment ta’ ammont li jaqbeż EUR 1 000 minn indirizz awtoospitat, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju għandu jieħu miżuri adegwati biex jivvaluta jekk dak l-indirizz ikunx proprjetà tal-benefiċjarju jew ikkontrollat minnu.

3.   Qabel jagħmel il-kriptoassi disponibbli għall-benefiċjarju, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju għandu jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni dwar il-benefiċjarju msemmija fl-Artikolu 14(2) abbażi ta’ dokumenti, data jew informazzjoni miksuba minn sors affidabbli u indipendenti.

4.   Il-verifika kif imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandha titqies li tkun saret meta japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-identità tal-benefiċjarju tkun ġiet ivverifikata f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/849 u l-informazzjoni miksuba skont dik il-verifika tkun inżammet f’konformità mal-Artikolu 40 ta’ dik id-Direttiva;

(b)

l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 japplika għall-benefiċjarju.

Artikolu 17

Trasferimenti ta’ kriptoassi b’informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju

1.   Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju għandu jimplimenta proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju, inkluż proċeduri bbażati fuq il-bażi ta’ sensittività għar-riskji msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/849, biex jiġi determinat jekk għandux jiġi eżegwit, irrifjutat, irritornat jew sospiż trasferiment ta’ kriptoassi li ma jkollux l-informazzjoni kompleta meħtieġa dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju u biex tittieħed l-azzjoni ta’ segwitu adatta.

Meta l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju jsir konxju li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1) jew (2), jew fl-Artikolu 15, tkun nieqsa jew mhux kompleta, dak il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu, fuq bażi ta’ sensittività għar-riskji u mingħajr dewmien żejjed:

(a)

jirrifjuta t-trasferiment jew jirritorna l-kriptoassi ttrasferiti fil-kont tal-kriptoassi tal-oriġinatur; jew

(b)

jitlob l-informazzjoni meħtieġa dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju qabel ma jagħmel il-kriptoassi disponibbli għall-benefiċjarju.

2.   Meta fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jonqos ripetutament milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju għandu:

(a)

jieħu passi, li jistgħu jinkludu inizjalment l-għoti ta’ twissijiet u l-istipular ta’ skadenzi, qabel ma jipproċedi għal rifjut, restrizzjoni jew terminazzjoni f’konformità mal-punt (b) jekk l-informazzjoni meħtieġa tkun għada ma ġietx ipprovduta; jew

(b)

jirrifjuta direttament kwalunkwe trasferiment futur ta’ kriptoassi lejn jew minn, jew jirrestrinġi jew itemm ir-relazzjoni ta’ negozju tiegħu ma’, dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi.

Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju għandu jirrapporta dak in-nuqqas, u l-passi meħudin, lill-awtorità kompetenti responsabbli mill-monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 18

Valutazzjoni u rapportar

Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju għandu jikkunsidra informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju bħala fattur fil-valutazzjoni ta’ jekk it-trasferiment ta’ kriptoassi, jew kwalunkwe tranżazzjoni relatata, huwiex suspettuż, u jekk għandux jiġi rappurtat lill-UIF f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849.

Taqsima 3

Obbligi fuq il-fornituri intermedjarji ta’ servizzi tal-kriptoassi

Artikolu 19

Żamma ta’ informazzjoni dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju li takkumpanja t-trasferiment

Il-fornituri intermedjarji ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha riċevuta dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju li takkumpanja trasferiment tal-kriptoassi tintbagħat mat-trasferiment u li r-rekords ta’ din l-informazzjoni jinżammu u jiġu magħmula disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti meta tintalab.

Artikolu 20

Individwazzjoni ta’ informazzjoni nieqsa dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju

Il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jimplimenta proċeduri effettivi, inkluż, fejn xieraq, monitoraġġ wara jew waqt it-trasferimenti, sabiex jidentifika jekk l-informazzjoni dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju msemmija fl-Artikolu 14(1), il-punti (a), (b) u (c), u fl-Artikolu 14(2), il-punti (a), (b) u (c), tkunx ġiet sottomessa qabel, simultanjament jew fl-istess ħin mat-trasferiment jew it-trasferiment f’lottijiet tal-kriptoassi, inkluż fejn it-trasferiment ikun sar minn jew lejn indirizz awtoospitat.

Artikolu 21

Trasferimenti ta’ kriptoassi b’informazzjoni nieqsa dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju

1.   Il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jistabbilixxi proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju, inkluż proċeduri bbażati fuq il-bażi ta’ sensittività għar-riskji msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/849, biex jiġi determinat jekk għandux jiġi eżegwit, irrifjutat, irritornat jew sospiż trasferiment ta’ kriptoassi li ma jkollux l-informazzjoni meħtieġa dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju u biex tittieħed l-azzjoni ta’ segwitu adatta.

Meta l-fornitur intermedjarju ta’ servizzi tal-kriptoassi jsir konxju, meta jirċievi trasferiment ta’ kriptoassi, li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1), il-punti (a), (b) u (c), u fl-Artikolu 14(2), il-punti (a), (b) u (c), jew fl-Artikolu 15(1), tkun nieqsa jew mhux kompleta, dak il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu, fuq bażi ta’ sensittività għar-riskji u mingħajr dewmien żejjed:

(a)

jirrifjuta t-trasferiment jew jirritorna l-kriptoassi ttrasferiti; jew

(b)

jitlob l-informazzjoni meħtieġa dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju qabel ma jagħmel it-trażmissjoni tat-trasferiment tal-kriptoassi.

2.   Meta l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jonqos ripetutament milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju, il-fornitur intermedjarju tas-servizzi tal-kriptoassi għandu:

(a)

jieħu passi, li jistgħu jinkludu inizjalment l-għoti ta’ twissijiet u l-istipular ta’ skadenzi, qabel ma jipproċedi għal rifjut, restrizzjoni jew terminazzjoni f’konformità mal-punt (b) jekk l-informazzjoni meħtieġa tkunu għada ma ġietx ipprovduta; jew

(b)

jirrifjuta direttament kwalunkwe trasferiment futur ta’ kriptoassi għal jew minn, jew jirrestrinġi jew itemm ir-relazzjoni ta’ negozju tiegħu ma’ dak il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi.

Il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jirrapporta dak in-nuqqas, u l-passi meħudin, lill-awtorità kompetenti responsabbli mill-monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 22

Valutazzjoni u rappurtar

Il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jikkunsidra informazzjoni nieqsa dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju bħala fattur fil-valutazzjoni ta’ jekk it-trasferiment ta’ kriptoassi, jew kwalunkwe tranżazzjoni relatata, huwiex suspettuż, u jekk għandux jiġi rappurtat lill-UIF f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849.

KAPITOLU IV

Miżuri komuni applikabbli mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi

Artikolu 23

Politiki, proċeduri u kontrolli interni biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ miżuri restrittivi

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandu jkollhom fis-seħħ politiki, proċeduri u kontrolli interni biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni u nazzjonali meta jwettqu trasferimenti ta’ fondi u kriptoassi skont dan ir-Regolament.

L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għandha toħroġ linji gwida sat-30 ta’ Diċembru 2024 li jispeċifikaw il-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu.

KAPITOLU V

Informazzjoni, protezzjoni tad-data u żamma tar-rekords

Artikolu 24

Għoti ta’ informazzjoni

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom jirrispondu b’mod sħiħ u mingħajr dewmien, inkluż permezz ta’ punt ta’ kuntatt ċentrali f’konformità mal-Artikolu 45(9) tad-Direttiva (UE) 2015/849, fejn ikun inħatar punt ta’ kuntatt, u f’konformità mar-rekwiżiti proċedurali stipulati fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih ikunu jinsabu jew ikollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom, kif applikabbli, esklużivament għall-mistoqsijiet mill-awtoritajiet responsabbli għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu ta’ dak l-Istat Membru dwar l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament.

Artikolu 25

Protezzjoni tad-data

1.   L-ipproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679. Id-data personali li tiġi pproċessata skont dan ir-Regolament mill-Kummissjoni jew mill-EBA hija soġġetta għar-Regolament (UE) 2018/1725.

2.   Id-data personali għandha tiġi pproċessata mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi abbażi ta’ dan ir-Regolament għall-finijiet biss tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u ma għandhiex tiġi pproċessata ulterjorment b’mod li huwa inkompatibbli ma’ dawk il-finijiet. L-ipproċessar tad-data personali abbażi ta’ dan ir-Regolament għal finijiet kummerċjali għandu jkun ipprojbit.

3.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom jipprovdu lill-klijenti l-ġodda bl-informazzjoni rikjesta skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679 qabel ma jistabbilixxu relazzjoni ta’ negozju jew iwettqu tranżazzjoni okkażjonali. Dik l-informazzjoni għandha tingħata f’forma konċiża, trasparenti, intelliġibbli u faċilment aċċessibbli f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/679 u għandha, b’mod partikolari, tinkludi avviż ġenerali dwar l-obbligi legali tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u tal-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi skont dan ir-Regolament meta jipproċessaw id-data personali għall-finijiet tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

4.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom jiżguraw f’kull ħin li t-trażmissjoni ta’ kwalunkwe data personali dwar il-partijiet involuti fi trasferiment ta’ fondi jew trasferiment ta’ kriptoassi titwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu, wara konsultazzjoni mal-EBA, joħroġ linji gwida dwar l-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data għat-trasferimenti ta’ data personali lejn pajjiżi terzi fil-kuntest ta’ trasferimenti ta’ kriptoassi. L-EBA għandha toħroġ linji gwida dwar proċeduri xierqa għad-determinazzjoni ta’ jekk jiġix eżegwit, irrifjutat, irritornat jew sospiż trasferiment ta’ kriptoassi f’sitwazzjonijiet fejn il-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data għat-trasferiment ta’ data personali lejn pajjiżi terzi ma tkunx tista’ tiġi żgurata.

Artikolu 26

Żamma ta’ rekords

1.   L-informazzjoni dwar il-pagatur u l-prenditur jew dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju ma għandhiex tinżamm għal aktar milli strettament meħtieġ. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur u tal-prenditur għandhom iżommu rekords tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 4 sa 7, u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi tal-oriġinatur u tal-benefiċjarju għandhom iżommu rekords tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 14 sa 16, għal perjodu ta’ ħames snin.

2.   Mal-iskadenza tal-perjodu ta’ żamma msemmi fil-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom jiżguraw li d-data personali titħassar, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali li tiddetermina f’liema ċirkostanzi l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jistgħu jew għandhom iżommu tali data ulterjorment. L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jeħtieġu żamma ulterjuri biss wara li jkunu wettqu valutazzjoni bir-reqqa tan-neċessità u l-proporzjonalità ta’ din iż-żamma ulterjuri, u meta jqisu li din tkun ġustifikata bħala neċessarja għall-prevenzjoni, l-individwazzjoni jew l-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. Dak il-perjodu ta’ żamma ulterjuri ma għandux jaqbeż il-ħames snin.

3.   Fejn, fil-25 ta’ Ġunju 2015, il-proċedimenti legali marbuta mal-prevenzjoni, l-individwazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ suspett ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu jkunu pendenti fi Stat Membru, u fornitur ta’ servizzi ta’ pagament iżomm informazzjoni jew dokumenti marbutin ma’ dawk il-proċedimenti pendenti, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jżomm dik l-informazzjoni jew dawk id-dokumenti f’konformità mal-liġi nazzjonali għal perjodu ta’ ħames snin mill-25 ta’ Ġunju 2015. L-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għal-liġi kriminali nazzjonali dwar l-evidenza applikabbli għall-investigazzjonijiet kriminali u għall-proċedimenti legali li jkunu għaddejjin, jippermettu jew jirrikjedu ż-żamma ta’ tali informazzjoni jew dokumenti għal perjodu ulterjuri ta’ ħames snin, fejn in-neċessità u l-proporzjonalità ta’ din iż-żamma ulterjuri jkunu ġew stabbiliti għall-prevenzjoni, l-individwazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 27

Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti

L-iskambju ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti u ma’ awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi skont dan ir-Regolament għandu jkunu soġġett għad-Direttiva (UE) 2015/849.

KAPITOLU VI

Sanzjonijiet u monitoraġġ

Artikolu 28

Sanzjonijiet u miżuri amministrattivi

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt li jiġu previsti u imposti sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet u miżuri amministrattivi applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet u miżuri previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom ikunu konsistenti ma’ dawk stabbiliti f’konformità mal-Kapitolu VI, Taqsima 4, tad-Direttiva (UE) 2015/849.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistipulawx regoli dwar sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jkunu soġġetti għal sanzjonijiet kriminali taħt il-liġi nazzjonali tagħhom. F’tali każ, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi kriminali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-obbligi japplikaw għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi, fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet jew miżuri, soġġetti għal-liġi nazzjonali, għall-membri tal-korp maniġerjali tal-fornitur tas-servizzi rilevanti u għal kwalunkwe persuna fiżika oħra li, skont il-liġi nazzjonali, tkun responsabbli għall-ksur.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni u lill-kumitat intern permanenti dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu msemmi fl-Artikolu 9a(7) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lil dak il- kumitat intern permanenti mingħajr dewmien bla bżonn dwar kwalunkwe emendi sussegwenti għalihom.

4.   F’konformità mal-Artikolu 58(4) tad-Direttiva (UE) 2015/849, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li dawk is-sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom meta jittrattaw każijiet transfruntiera.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 29 imwettqa għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna li taġixxi jew individwalment jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika abbażi ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

is-setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika;

(b)

awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika;

(c)

awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli fejn in-nuqqas ta’ sorveljanza jew ta’ kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu jkun għamel possibbli t-twettiq ta’ xi ksur imsemmi fl-Artikolu 29 għall-benefiċċju ta’ dik il-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tagħha.

7.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi f’konformità ma’ dan ir-Regolament, fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

(a)

direttament;

(b)

f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn;

(c)

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil tali awtoritajiet oħrajn;

(d)

b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li dawk il-miżuri jew is-sanzjonijiet amministrattivi jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom meta jittrattaw każijiet transfruntiera.

Artikolu 29

Dispożizzjonijiet speċifiċi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi tagħhom jinkludu tal-anqas dawk stipulati fl-Artikolu 59(2) u (3)tad-Direttiva (UE) 2015/849 fil-każ tal-ksur li ġej ta’ dan ir-Regolament:

(a)

nuqqas ripetut jew sistematiku minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jakkumpanja t-trasferiment ta’ fondi bl-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur jew il-prenditur, bi ksur tal-Artikolu 4, 5 jew 6, jew minn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jakkumpanja t-trasferiment ta’ kriptoassi bl-informazzjoni meħtieġa dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju, bi ksur tal-Artikolu 14 jew 15;

(b)

nuqqas ripetut, sistematiku jew serju minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jżommu rekords, bi ksur tal-Artikolu 26;

(c)

nuqqas minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jimplimenta proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju, bi ksur tal-Artikolu 8 jew 12, jew minn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jimplimenta proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju, bi ksur tal-Artikolu 17;

(d)

nuqqas serju minn fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament li jikkonforma mal-Artikolu 11 jew 12 jew minn fornitur intermedjarju tas-servizzi tal-kriptoassi li jikkonforma mal-Artikolu 19, 20 jew 21.

Artikolu 30

Pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet u miżuri

F’konformità mal-Artikolu 60(1), (2) u (3) tad-Direttiva (UE) 2015/849, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw sanzjonijiet u miżuri amministrattivi imposti fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 28 u 29 ta’ dan ir-Regolament mingħajr dewmien żejjed, inkluż informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli għalih, jekk meħtieġ u proporzjonat wara valutazzjoni każ b’każ.

Artikolu 31

Applikazzjoni ta’ sanzjonijiet u miżuri mill-awtoritajiet kompetenti

1.   Meta jiddeterminaw it-tip ta’ sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi u l-livell ta’ sanzjonijiet amministrattivi pekunjarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż dawk elenkati fl-Artikolu 60(4) tad-Direttiva (UE) 2015/849.

2.   Fir-rigward ta’ sanzjonijiet u miżuri amministrattivi imposti f’konformità ma’ dan ir-Regolament, għandu japplika l-Artikolu 62 tad-Direttiva (UE) 2015/849.

Artikolu 32

Rappurtar ta’ ksur

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi sabiex jinkoraġġixxu r-rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament.

Dawk il-mekkaniżmi għandhom jinkludu tal-anqas dawk imsemmija fl-Artikolu 6 1(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, għandhom jistabbilixxu proċeduri interni adatti għall-impjegati tagħhom jew persuni f’pożizzjoni komparabbli, biex jirrappurtaw ksur internament permezz ta’ mezz sigur, indipendenti, speċifiku u anonimu, proporzjonati għan-natura u d-daqs tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi kkonċernat.

Artikolu 33

Monitoraġġ

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw b’mod effettiv, u jieħdu l-miżuri meħtieġa bil-għan li tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament u, permezz ta’ mekkaniżmi effettivi, jinkoraġġixxu r-rappurtar ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament lill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2026, u kull tliet snin minn dak iż-żmien ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Kapitolu VI, b’attenzjoni partikolari għal każijiet transfruntieri.

KAPITOLU VII

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Artikolu 34

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u tal-Finanzjament tat-Terroriżmu. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU VIII

Derogi

Artikolu 35

Ftehimiet ma’ pajjiżi u territorji li ma jifformawx parti mit-territorju tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru biex jikkonkludi ftehim ma’ pajjiż terz jew ma’ territorju li jinsab barra mill-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) kif imsemmi fl-Artikolu 355 TFUE (il-“pajjiż jew territorju kkonċernat”), li jinkludu derogi minn dan ir-Regolament, sabiex jippermettu li t-trasferimenti ta’ fondi bejn dak il-pajjiż jew it-territorju u l-Istat Membru konċernat ikunu meqjusa bħala trasferimenti ta’ fondi f’dak l-Istat Membru.

Tali ftehimiet jistgħu jkunu awtorizzati biss fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-pajjiż jew it-territorju konċernat jikkondividi unjoni monetarja mal-Istat Membru konċernat jew jifforma parti miż-żona monetarja ta’ dak l-Istat Membru jew ikun iffirma konvenzjoni monetarja mal-Unjoni rappreżentata minn Stat Membru;

(b)

il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament fil-pajjiż jew it-territorju konċernat jipparteċipaw direttament jew indirettament fis-sistemi ta’ pagament u ta’ saldu f’dak l-Istat Membru;

(c)

il-pajjiż jew territorju konċernat jirrikjedi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu japplikaw l-istess regoli bħal dawk stabbiliti taħt dan ir-Regolament.

2.   Stat Membru li jixtieq jikkonkludi xi ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jippreżenta talba lill-Kummissjoni u jagħtiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tat-talba.

3.   Hekk kif il-Kummissjoni tirċievi tali talba, it-trasferimenti ta’ fondi bejn dak l-Istat Membru u l-pajjiż jew it-territorju konċernat għandhom ikunu proviżorjament trattati bħala trasferimenti ta’ fondi f’dak l-Istat Membru, sakemm tittieħed deċiżjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

4.   Jekk, fi żmien xahrejn minn meta tirċievi t-talba, il-Kummissjoni tikkunsidra li ma għandhiex l-informazzjoni kollha neċessarja għall-evalwazzjoni tat-talba, hija għandha tikkuntattja lill-Istat Membru konċernat u tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

5.   Fi żmien xahar mir-riċezzjoni tal-informazzjoni kollha li tikkunsidra meħtieġa għall-valutazzjoni tat-talba, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru kif meħtieġ u tittrażmetti kopji tat-talba lill-Istati Membri l-oħra.

6.   Fi żmien tliet xhur min-notifika msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 34(2) jekk tawtorizzax lill-Istat Membru konċernat sabiex jikkonkludi l-ftehim li jkun is-suġġett tat-talba.

Il-Kummissjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tadotta deċiżjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fi żmien 18-il xahar mir-riċezzjoni tat-talba.

KAPITOLU IX

Dispożizzjonijiet oħra

Artikolu 36

Linji Gwida

L-EBA għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu f’konformità ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 7, 8, 11 u 12 ta’ dan ir-Regolament. Sat-30 ta’ Ġunju 2024, l-EBA għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 14 sa 17 u l-Artikoli 19 sa 22 ta’ dan ir-Regolament.

L-EBA għandha toħroġ linji gwida li jispeċifikaw aspetti tekniċi tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal debiti diretti kif ukoll il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (18), tad-Direttiva (UE) 2015/2366, skont dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies ir-rwol limitat tagħhom fit-tranżazzjonijiet ta’ pagament.

L-EBA għandha toħroġ linji gwida, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti, dwar il-karatteristiċi ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju għas-superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi u l-passi li għandhom jittieħdu meta titwettaq it-tali superviżjoni.

L-EBA għandha tiżgura djalogu regolari mal-partijiet ikkonċernati dwar l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tekniċi interoperabbli bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 37

Rieżami

1.   Sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ Regolament dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament u għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi emendi sabiex tiżgura approċċ u allinjament konsistenti mar-Regolament dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

2.   Sal-1 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-EBA, għandha toħroġ rapport li jivvaluta r-riskji maħluqa mit-trasferimenti minn jew lejn indirizzi awtoospitati jew entitajiet mhux stabbiliti fl-Unjoni, kif ukoll il-ħtieġa ta’ miżuri speċifiċi biex jittaffew dawk ir-riskji, u tipproponi, jekk xieraq, emendi għal dan ir-Regolament.

3.   Sat-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

valutazzjoni tal-effettività tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament u ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi;

(b)

valutazzjoni tas-soluzzjonijiet teknoloġiċi għall-konformità mal-obbligi imposti fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi skont dan ir-Regolament, inkluż tal-aħħar żvilupp f’soluzzjonijiet teknoloġikament tajbin u interoperabbli għall-konformità ma’ dan ir-Regolament u tal-użu ta’ għodod analitiċi tad-DLT għall-identifikazzjoni tal-oriġini u d-destinazzjoni tat-trasferimenti tal-kriptoassi u għat-twettiq ta’ valutazzjoni tal-“għarfien tat-tranżazzjonijiet tiegħek” (KYT);

(c)

valutazzjoni tal-effettività u l-adegwatezza tal-limiti de minimis relatati mat-trasferimenti ta’ fondi, b’mod partikolari fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u s-sett ta’ informazzjoni li jakkumpanja t-trasferimenti, u valutazzjoni tal-ħtieġa li jitnaqqsu jew jitneħħew dawn il-limiti;

(d)

valutazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-introduzzjoni ta’ limiti de minimis relatati mas-sett ta’ informazzjoni li jakkumpanja t-trasferimenti ta’ kriptoassi, inkluż valutazzjoni tar-riskji relatati mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(e)

analiżi tax-xejriet fl-użu ta’ indirizzi awtoospitati biex isiru trasferimenti mingħajr l-ebda involviment ta’ parti terza, flimkien ma’ valutazzjoni tar-riskji relatati mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u evalwazzjoni tal-ħtieġa, l-effettività u l-eżegwibbiltà ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni addizzjonali, bħall-obbligi speċifiċi għall-fornituri ta’ kartieri ta’ hardware u software u limitazzjoni, kontroll jew projbizzjoni ta’ trasferimenti li jinvolvu indirizzi awtoospitati.

Dak ir-rapport għandu jqis żviluppi ġodda fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll evalwazzjonijiet, valutazzjonijiet u rapporti rilevanti f’dak il-qasam imfassla minn organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi li jistabbilixxu l-istandards, awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u aġenziji tal-intelligence, fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jew sorsi affidabbli oħra.

KAPITOLU X

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 38

Emendi għad-Direttiva (UE) 2015/849

Id-Direttiva (UE) 2015/849 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2(1), fil-punt (3), il-punti (g) u (h) jitħassru;

(2)

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (2), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(g)

fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi;”;

(b)

il-punt (8) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(8)

‘relazzjoni ta’ korrispondenza’ tfisser:

(a)

il-forniment ta’ servizzi bankarji minn bank wieħed bħala l-korrispondent lil bank ieħor bħala r-rispondenti, inkluż il-provvista ta’ kont kurrenti jew kont ta’ responsabbiltà ieħor u servizzi relatati, bħal ġestjoni ta’ flus kontanti, trasferimenti ta’ fondi internazzjonali, ikklerjar ta’ ċekkijiet, pagamenti permezz ta’ trasferimenti minn kontijiet u servizzi ta’ kambju;

(b)

ir-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż fejn jiġu fornuti servizzi simili minn istituzzjoni korrispondenti lil istituzzjoni rispondenti, u inkluż relazzjonijiet stabbiliti għal tranżazzjonijiet ta’ titoli jew trasferimenti ta’ fondi jew relazzjonijiet stabbiliti għal tranżazzjonijiet fil-kriptoassi jew trasferimenti ta’ kriptoassi;”;

(c)

il-punti 18 u 19 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(18)

‘kriptoassi’ tfisser kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), ħlief meta jaqgħu taħt il-kategoriji elenkati fl-Artikolu 2(2), (3)u (4) ta’ dak ir-Regolament jew li b’xi mod ieħor jikkwalifikaw bħala fondi;

(19)

‘fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi’ tfisser fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (15), tar-Regolament (UE) 2023/1114 fejn it-twettiq ta’ servizz wieħed jew aktar tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), ta’ dak ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-forniment ta’ pariri dwar il-kriptoassi kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (16)(h) ta’ dak ir-Regolament;

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ 31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40).”;"

(d)

jiżdied il-punt li ġej:

“(20)

‘indirizz awtoospitat’ tfisser indirizz awtoospitat kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (20), tar-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2).

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ 31 ta’ Mejju 2023 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 1).”;"

(3)

fl-Artikolu 18, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“5.   Sat-30 ta’ Diċembru 2024, l-EBA għandha toħroġ linji gwida dwar il-fatturi varjabbli ta’ riskju u l-fatturi ta’ riskju li għandhom jitqiesu mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi meta jidħlu f’relazzjonijiet ta’ negozju jew iwettqu tranżazzjonijiet fi kriptoassi.

6.   L-EBA għandha tiċċara, b’mod partikolari, kif il-fatturi ta’ riskju elenkati fl-Anness III għandhom jitqiesu mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi inkluż meta jwettqu tranżazzjonijiet ma’ persuni u entitajiet li mhumiex koperti minn din id-Direttiva. Għal dak il-għan, l-EBA għandha tagħti attenzjoni partikolari lil prodotti, tranżazzjonijiet u teknoloġiji li jkollhom il-potenzjal li jiffaċilitaw l-anonimità, bħal kartieri ta’ privatezza, mixers jew tumblers.

Meta jiġu identifikati sitwazzjonijiet ta’ riskju ogħla, il-linji gwida msemmija fil-paragrafu 5 għandhom jinkludu miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa li l-entitajiet marbuta b’obbligu għandhom jikkunsidraw li japplikaw biex jimmitigaw dawn ir-riskji, inkluż l-adozzjoni ta’ proċeduri xierqa biex jiġu identifikati l-oriġini jew id-destinazzjoni tal-kriptoassi.”

;

(4)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 19a

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskju ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu assoċjat ma’ trasferimenti ta’ kriptoassi diretti lejn jew li joriġinaw minn indirizz awtoospitat. Għal dak il-għan, il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandu jkollhom fis-seħħ politiki, proċeduri u kontrolli interni. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi japplikaw miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati mar-riskji identifikati. Dawk il-miżuri ta’ mitigazzjoni għandhom jinkludu miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

jittieħdu miżuri bbażati fuq ir-riskju biex jiġi identifikat u tiġi vverifikata l-identità tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju ta’ trasferiment li jkun sar minn jew lejn indirizz awtoospitat jew is-sid benefiċjarju tat-tali oriġinatur jew benefiċjarju, inkluż permezz ta’ dipendenza fuq partijiet terzi;

(b)

tintalab informazzjoni addizzjonali dwar l-oriġini u d-destinazzjoni tal-kriptoassi trasferiti;

(c)

jitwettaq monitoraġġ kontinwu msaħħaħ ta’ dawk it-tranżazzjonijiet;

(d)

kwalunkwe miżura oħra għall-mitigazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll ir-riskju ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati u sanzjonijiet finanzjarji mmirati relatati mal-finanzjament tal-proliferazzjoni.

2.   Sat-30 ta’ Diċembru 2024, l-EBA għandha toħroġ linji gwida biex tispeċifika l-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu, inkluż il-kriterji u l-mezzi għall-identifikazzjoni u l-verifika tal-identità tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju ta’ trasferiment li jkun sar lejn jew minn indirizz awtoospitat, b’mod partikolari permezz ta’ dipendenza fuq partijiet terzi, b’kont meħud tal-aħħar żviluppi teknoloġiċi.

Artikolu 19b

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 19, fir-rigward ta’ relazzjonijiet korrispondenti transfruntiera li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ servizzi tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2023/1114, ħlief għall-punt (h) ta’ dak il-punt, ma’ fornitur rispondenti mhux stabbilit fl-Unjoni u li jipprovdi servizzi simili, inkluż trasferimenti ta’ kriptoassi, l-Istati Membri għandhom, minbarra l-miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva, jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi, meta jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju ma’ tali entità:

(a)

jiddeterminaw jekk l-entità rispondenti hijiex liċenzjata jew irreġistrata;

(b)

jiġbru biżżejjed informazzjoni dwar l-entità rispondenti sabiex jifhmu b’mod sħiħ in-natura tan-negozju tar-rispondenti u sabiex jiddeterminaw ir-reputazzjoni tal-entità u l-kwalità tas-superviżjoni minn informazzjoni pubblikament disponibbli;

(c)

jivvalutaw il-kontrolli tal-AML/CFT tal-entità rispondenti;

(d)

jiksbu approvazzjoni mill-maniġment superjuri qabel ma jistabbilixxu relazzjonijiet korrispondenti ġodda;

(e)

jiddokumentaw ir-responsabbiltajiet rispettivi ta’ kull parti għar-relazzjoni korrispondenti;

(f)

fir-rigward ta’ pagamenti permezz ta’ trasferimenti minn kontijiet tal-kriptoassi, ikunu sodisfatti li l-entità rispondenti tkun ivverifikat l-identità tal-klijenti u pprattikat id-diliġenza dovuta kontinwata tal-klijenti li jkollhom aċċess dirett għall-kontijiet tal-entità korrispondenti, u li tkun kapaċi tipprovdi data rilevanti għall-finijiet tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti fuq talba tal-entità korrispondenti.

Meta l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jiddeċiedu li jtemmu relazzjonijiet korrispondenti għal raġunijiet relatati mal-politika kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, huma għandhom jiddokumentaw u jirreġistraw id-deċiżjoni tagħhom.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom jaġġornaw l-informazzjoni dwar id-diliġenza dovuta għar-relazzjoni korrispondenti fuq bażi regolari jew meta jitfaċċaw riskji ġodda fir-rigward tal-entità rispondenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jqisu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jiddeterminaw, fuq bażi ta’ sensittività għar-riskji, il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu biex jittaffew ir-riskji assoċjati mal-entità rispondenti.

3.   Sat-30 ta’ Ġunju 2024, l-EBA għandha toħroġ linji gwida biex tispeċifika l-kriterji u l-elementi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom iqisu meta titwettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 2, inkluż l-azzjoni minima li għandha tittieħed mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi fejn l-entità rispondenti ma tkunx irreġistrata jew liċenzjata.”

;

(5)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 24a

Sal-1 ta’ Jannar 2024, l-EBA għandha toħroġ linji gwida li jispeċifikaw kif japplikaw il-miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti msaħħa f’din it-Taqsima meta l-entitajiet marbutin b’obbligu jwettqu servizzi tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), tar-Regolament(UE) 2023/1114, ħlief għall-punt (h) ta’ dak il-punt, kif ukoll trasferimenti ta’ kriptoassi kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (10), tar-Regolament (UE) 2023/1113. B’mod partikolari, l-EBA għandha tispeċifika kif u meta dawk l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiksbu informazzjoni addizzjonali dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju.”

;

(6)

fl-Artikolu 45, il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-emittenti ta’ flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (3), tad-Direttiva 2009/110/KE, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4 il-punt (11), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi stabbiliti fit-territorju tagħhom f’forom oħra li mhumiex fergħa, u li l-uffiċċju ewlieni tagħhom ikun jinstab fi Stat Membru ieħor, jaħtru punt ta’ kuntatt ċentrali fit-territorju tagħhom. Dak il-punt ta’ kuntatt ċentrali għandu jiżgura, f’isem l-entità li topera fuq bażi transfruntiera, il-konformità mar-regoli tal-AML/CFT u għandu jiffaċilita s-superviżjoni mis-superviżuri, inkluż billi jipprovdi dokumenti u informazzjoni lis-superviżuri meta jintalbu.”

;

(7)

fl-Artikolu 47, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċċji tal-kambju u l-uffiċċji li jsarrfu ċ-ċekkijiet, u l-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji jew għall-kumpaniji jkollhom liċenzja jew ikunu rreġistrati, u li l-fornituri tas-servizzi tal-logħob tal-azzard ikunu regolati.”

;

(8)

fl-Artikolu 67, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-30 ta’ Diċembru 2024, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 2(1), il-punt (3), l-Artikolu 3, il-punt (2)(g), l-Artikolu 3, il-punti (8), (18), (19) u (20), l-Artikolu 19a(1), l-Artikolu 19b(1) u (2), l-Artikolu 45(9) u l-Artikolu 47(1). Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Għandhom japplikaw dawn il-miżuri mit-30 ta’ Diċembru 2024.”.

Artikolu 39

Tħassir

Ir-Regolament (UE) 2015/847 jitħassar b’effett mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 40

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-30 ta’ Diċembru 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2023.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

P. KULLGREN


(1)  ĠU C 68, 9.2.2022, p. 2.

(2)  ĠU C 152, 6.4.2022, p. 89.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ April 2023 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Mejju 2023.

(4)  Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).

(5)  Ara l-Anness I.

(6)  Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

(7)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(8)  Id-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 ta’ … dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70).

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida (ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9).

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 tas-26 ta’ April 2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja (ĠU L 105, 27.4.2010, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tas-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1).

(15)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1).

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta’ Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(18)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

(19)  Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).

(20)  Ir-Regolament (UE) 2021/1230 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 2021 dwar il-ħlas transkonfinali fl-Unjoni (ĠU L 274, 30.7.2021, p. 20).

(21)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(22)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(23)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(24)  ĠU C 524, 29.12.2021, p. 10.


ANNESS I

REGOLAMENT IMĦASSAR BL-EMENDA GĦALIH

Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1)

 

Ir-Regolament (UE) 2019/2175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 334, 27.12.2019, p. 1)

(L-Artikolu 6 biss)


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (UE) 2015/847

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1), (2) u (3)

Artikolu 2(1), (2) u (3)

Artikolu 2(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 2(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 2(4), it-tielet u r-raba’ subparagrafi

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(5)

Artikolu 3, il-kliem introduttorju

Artikolu 3, il-kliem introduttorju

Artikolu 3, il-punti 1 sa 9

Artikolu 3, il-punti 1 sa 9

Artikolu 3, il-punt 10

Artikolu 3, il-punt 10

Artikolu 3, il-punt 11

Artikolu 3, il-punt 11

Artikolu 3, il-punt 12

Artikolu 3, il-punt 12

Artikolu 3, il-punti 13 sa 24

Artikolu 4(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 4(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 4 (1), il-punti (a), (b) u (c)

Artikolu 4 (1), il-punti (a), (b) u (c)

Artikolu 4(1) il-punt (d)

Artikolu 4(2), il-kliem introduttorju

Artikolu 4(2), il-kliem introduttorju

Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b)

Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b)

Artikolu 4(2), il-punt (c)

Artikolu 4(3) sa (6)

Artikolu 4(3) sa (6)

Artikoli 5 sa 13

Artikoli 5 sa 13

Artikoli 14 sa 23

Artikolu 14

Artikolu 24

Artikolu 15(1), (2) u (3)

Artikolu 25(1), (2) u (3)

Artikolu 15(4), l-uniku subparagrafu

Artikolu 25(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 25(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 16

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 17

Artikolu 28

Artikolu 18

Artikolu 29

Artikolu 19

Artikolu 30

Artikolu 20

Artikolu 31

Artikolu 21

Artikolu 32

Artikolu 22

Artikolu 33

Artikolu 23

Artikolu 34

Artikolu 24(1) sa (6)

Artikolu 35(1) sa (6)

Artikolu 24(7)

-

Artikolu 25, l-uniku subparagrafu

Artikolu 36, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 36, it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafu

Artikolu 37

Artikolu 38

Artikolu 26

Artikolu 39

Artikolu 27

Artikolu 40

Anness

Anness I

Anness II


9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/40


REGOLAMENT (UE) 2023/1114 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-31 ta’ Mejju 2023

dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji jkunu adatti għall-era diġitali u jikkontribwixxu għal ekonomija għas-servizz tan-nies li tibqa’ valida fil-futur, inkluż billi tippermetti l-użu ta’ teknoloġiji innovattivi. L-Unjoni għandha interess ta’ politika li tiżviluppa u tippromwovi l-adozzjoni ta’ teknoloġiji trasformattivi fis-settur finanzjarju, inkluża l-adozzjoni tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit (“DLT”). Huwa mistenni li ħafna mill-applikazzjonijiet tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit, inkluża t-teknoloġija blockchain, li għadhom ma ġewx studjati bis-sħiħ se jkomplu jirriżultaw f’tipi ġodda ta’ attività kummerċjali u mudelli ta’ negozju li, flimkien mas-settur tal-kriptoassi nnifsu, se jwasslu għal tkabbir ekonomiku u opportunitajiet ġodda ta’ impjieg għaċ-ċittadini tal-Unjoni.

(2)

Il-kriptoassi huma waħda mill-applikazzjonijiet ewlenin tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit. Il-kriptoassi huma rappreżentazzjonijiet diġitali ta’ valur jew ta’ drittijiet li għandhom il-potenzjal li jġibu benefiċċji sinifikanti għall-parteċipanti fis-suq, inklużi d-detenturi fil-livell tal-konsumatur ta’ kriptoassi. Ir-rappreżentazzjonijiet tal-valur jinkludu l-valur estern u nonintrinsiku attribwit lil kriptoassi mill-partijiet ikkonċernati jew mill-parteċipanti fis-suq, u dan ifisser li l-valur huwa soġġettiv u bbażat biss fuq l-interess tax-xerrej tal-kriptoassi. Permezz tas-simplifikazzjoni tal-proċessi ta’ ġenerazzjoni ta’ kapital u t-titjib tal-kompetizzjoni, l-offerti ta’ kriptoassi jistgħu jagħtu lok għal mod ta’ finanzjament innovattiv u inklużiv, inkluż għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Meta jintużaw bħala mezz ta’ pagament, il-kriptoassi jistgħu jippreżentaw opportunitajiet f’termini ta’ pagamenti orħos, aktar rapidi u aktar effiċjenti, b’mod partikolari fuq bażi transfruntiera, billi jillimitaw in-numru ta’ intermedjarji.

(3)

Xi kriptoassi, b’mod partikolari dawk li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti leġiżlattivi eżistenti tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Għalhekk, sett sħiħ ta’ regoli tal-Unjoni diġà japplika għall-emittenti ta’ tali kriptoassi u għad-ditti li jwettqu attivitajiet relatati ma’ tali kriptoassi.

(4)

Madankollu, kriptoassi oħra jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Fil-preżent, ma hemm l-ebda regola, għajr dawk fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, għall-forniment ta’ servizzi relatati ma’ tali kriptoassi mhux regolati, inkluż għall-operat ta’ pjattaformi ta’ negozjar għall-kriptoassi, l-iskambju ta’ kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn, u l-forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti. L-assenza ta’ tali regoli tħalli lid-detenturi ta’ dawk il-kriptoassi esposti għar-riskji, b’mod partikolari f’oqsma mhux koperti mir-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. L-assenza ta’ tali regoli tista’ tirriżulta wkoll f’riskji sostanzjali għall-integrità tas-suq, inkluż f’termini ta’ abbuż tas-suq kif ukoll f’termini ta’ kriminalità finanzjarja. Biex jindirizzaw dawk ir-riskji, xi Stati Membri stabbilew regoli speċifiċi għat-totalità, jew għal subsett, tal-kriptoassi li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, u Stati Membri oħra qed jikkunsidraw jekk jilleġiżlawx fil-qasam tal-kriptoassi.

(5)

L-assenza ta’ qafas ġenerali tal-Unjoni għas-swieq fil-kriptoassi jista’ jwassal għal nuqqas ta’ fiduċja tal-utent f’dawk l-assi, li jista’ jxekkel b’mod sinifikanti l-iżvilupp ta’ suq f’dawk l-assi u jwassal għal opportunitajiet mitlufa f’termini ta’ servizzi diġitali innovattivi, strumenti ta’ pagament alternattivi jew sorsi ta’ finanzjament ġodda għall-kumpaniji tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-kumpaniji li jużaw il-kriptoassi ma jkollhom l-ebda ċertezza legali dwar kif il-kriptoassi tagħhom jiġu ttrattati fl-Istati Membri differenti, u dan idgħajjef l-isforzi tagħhom biex jużaw il-kriptoassi għall-innovazzjoni diġitali. In-nuqqas ta’ qafas ġenerali tal-Unjoni għas-swieq fil-kriptoassi jista’ jwassal ukoll għal frammentazzjoni regolatorja, li tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq intern, tagħmilha aktar diffiċli għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi biex ikabbru l-attivitajiet tagħhom fuq bażi transfruntiera u twassal għal arbitraġġ regolatorju. Is-swieq fil-kriptoassi għadhom modesti fid-daqs u fil-preżent ma humiex ta’ theddida għall-istabbiltà finanzjarja. Madankollu, huwa possibbli li tipi ta’ kriptoassi li għandhom l-għan li jistabbilizzaw il-prezz tagħhom fir-rigward ta’ assi speċifiku jew basket ta’ assi jistgħu fil-futur jiġu adottati b’mod wiesa’ mid-detenturi fil-livell tal-konsumatur, u tali żvilupp jista’ joħloq sfidi addizzjonali f’termini tal-istabbiltà finanzjarja, il-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, it-trażmissjoni tal-politika monetarja jew is-sovranità monetarja.

(6)

Għalhekk, huwa meħtieġ qafas iddedikat u armonizzat fil-livell tal-Unjoni għas-swieq fil-kriptoassi sabiex jipprovdi regoli speċifiċi għall-kriptoassi u għas-servizzi u għall-attivitajiet relatati li għadhom ma humiex koperti mill-atti leġiżlattivi tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Jenħtieġ li tali qafas jappoġġja l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni ġusta, filwaqt li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tad-detenturi fil-livell tal-konsumatur u l-integrità tas-swieq fil-kriptoassi. Qafas ċar jenħtieġ li jippermetti lill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkabbru n-negozji tagħhom fuq bażi transfruntiera u jiffaċilitalhom l-aċċess għas-servizzi bankarji biex jippermettilhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom bla xkiel. Jenħtieġ li qafas tal-Unjoni għas-swieq fil-kriptoassi jipprevedi t-trattament proporzjonat tal-emittenti tal-kriptoassi u tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, u b’hekk jagħti lok għal opportunitajiet indaqs fir-rigward tad-dħul fis-suq u l-iżvilupp attwali u futur tas-swieq fil-kriptoassi. Jenħtieġ li jippromwovi wkoll l-istabbiltà finanzjarja u l-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, u jindirizza r-riskji għall-politika monetarja li jistgħu jirriżultaw minn kriptoassi li jkollhom l-għan li jistabbilizzaw il-prezz tagħhom fir-rigward ta’ assi speċifiku jew ta’ basket ta’ assi. Regolamentazzjoni xierqa żżomm il-kompetittività tal-Istati Membri fis-swieq finanzjarji u teknoloġiċi internazzjonali u tipprovdi lill-klijenti benefiċċji sinifikanti f’termini ta’ aċċess għal servizzi finanzjarji u mmaniġġjar tal-assi orħos, aktar rapidi u aktar sikuri. Jenħtieġ li qafas tal-Unjoni għas-swieq fil-kriptoassi ma jirregolax it-teknoloġija sottostanti. Jenħtieġ li l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni jevitaw li jimponu piż regolatorju mhux meħtieġ u sproporzjonat fuq l-użu tat-teknoloġija, peress li l-Unjoni u l-Istati Membri jfittxu li jżommu l-kompetittività f’suq globali.

(7)

Il-mekkaniżmi ta’ kunsens użati għall-validazzjoni tat-tranżazzjonijiet fil-kriptoassi jista’ jkollhom impatti negattivi prinċipali fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent. Għalhekk, jenħtieġ li tali mekkaniżmi ta’ kunsens jużaw soluzzjonijiet aktar ekoloġiċi u jiżguraw li kwalunkwe impatt negattiv prinċipali li jista’ jkollhom fuq il-klima, u kwalunkwe impatt negattiv ieħor relatat mal-ambjent, jiġi identifikat u żvelat b’mod adegwat mill-emittenti tal-kriptoassi u mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi. Meta jiġi ddeterminat jekk l-impatti negattivi humiex prinċipali, jenħtieġ li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità u d-daqs u l-volum tal-kriptoassi maħruġ. L-awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), f’kooperazzjoni mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), għalhekk jenħtieġ li tingħata l-mandat li tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tal-indikaturi tas-sostenibbiltà fir-rigward tal-impatti negattivi relatati mal-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent, u biex tiddeskrivi l-indikaturi ewlenin tal-enerġija. Jenħtieġ li l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jiżgura wkoll il-koerenza tal-iżvelar mill-emittenti tal-kriptoassi u minn fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi. Meta tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, jenħtieġ li l-ESMA tqis id-diversi tipi ta’ mekkaniżmi ta’ kunsens użati għall-validazzjoni tat-tranżazzjonijiet fil-kriptoassi, il-karatteristiċi tagħhom u d-differenzi bejniethom. L-ESMA jenħtieġ li tqis ukoll ir-rekwiżiti eżistenti ta’ żvelar, tiżgura l-komplementarjetà u l-konsistenza, u tevita li żżid il-piż fuq il-kumpaniji.

(8)

Is-swieq fil-kriptoassi huma globali u għalhekk intrinsikament transfruntiera. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tappoġġja l-isforzi internazzjonali biex tippromwovi l-konverġenza fit-trattament tal-kriptoassi u tas-servizzi tal-kriptoassi permezz ta’ organizzazzjonijiet jew korpi internazzjonali bħall-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja u t-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja.

(9)

Jenħtieġ li l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji jkunu ggwidati mill-prinċipji ta’ “l-istess attivitajiet, l-istess riskji, l-istess regoli” u tan-newtralità teknoloġika. Għalhekk, il-kriptoassi li jaqgħu taħt l-atti leġiżlattivi eżistenti tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji jenħtieġ li jibqgħu regolati skont il-qafas regolatorju eżistenti, irrispettivament mit-teknoloġija użata għall-ħruġ jew it-trasferiment tagħhom, pjuttost milli minn dan ir-Regolament. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jeskludi espressament mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu l-kriptoassi li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE, dawk li jikkwalifikaw bħala depożiti kif definiti fid-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), inklużi depożiti strutturati kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE, dawk li jikkwalifikaw bħala fondi kif definiti fid-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), ħlief jekk jikkwalifikaw bħala tokens tal-flus elettroniċi (“tokens tal-flus elettroniċi”), dawk li jikkwalifikaw bħala pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kif definiti fir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), u dawk li jikkwalifikaw bħala kuntratti tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja jew tal-ħajja, prodotti jew skemi tal-pensjoni u skemi tas-sigurtà soċjali. Wara li jiġi kkunsidrat il-fatt li l-flus elettroniċi u l-fondi riċevuti bi skambju għal flus elettroniċi jenħtieġ li ma jiġux trattati bħala depożiti f’konformità mad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), it-tokens tal-flus elettroniċi ma jistgħux jiġu trattati bħala depożiti li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(10)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għal kriptoassi li huma uniċi u mhux funġibbli ma’ kriptoassi oħrajn, inkluż l-arti diġitali u l-oġġetti ta’ kollezzjoni. Il-valur ta’ tali kriptoassi uniċi u mhux funġibbli huwa attribwibbli għall-karatteristiċi uniċi ta’ kull kriptoassi u l-utilità li jagħti lid-detentur tat-token. Lanqas ma jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għal kriptoassi li jirrappreżentaw servizzi jew assi fiżiċi li huma uniċi u mhux funġibbli, bħal garanziji tal-prodotti jew proprjetà immobbli. Filwaqt li kriptoassi uniċi u mhux funġibbli jistgħu jiġu nnegozjati fuq is-suq u jiġu akkumulati b’mod spekulattiv, ma humiex faċilment interkambjabbli u l-valur relattiv ta’ tali kriptoassi meta mqabbel ma’ ieħor, kull wieħed minnhom uniku, ma jistax jiġi aċċertat permezz ta’ tqabbil ma’ suq eżistenti jew assi ekwivalenti. Tali karatteristiċi jillimitaw il-punt sa fejn dawk il-kriptoassi jista’ jkollhom użu finanzjarju, u b’hekk jillimitaw ir-riskji għad-detenturi u għas-sistema finanzjarja u jiġġustifikaw l-esklużjoni tagħhom mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(11)

Il-partijiet frazzjonali ta’ kriptoassi uniku u mhux funġibbli jenħtieġ li ma jitqisux uniċi u mhux funġibbli. Il-ħruġ ta’ kriptoassi bħala tokens mhux funġibbli f’serje kbira jew ġabra jenħtieġ li jitqies bħala indikatur tal-funġibbiltà tagħhom. Is-sempliċi attribuzzjoni ta’ identifikatur uniku għal kriptoassi ma hijiex fiha nnifisha biżżejjed biex tikklassifikah bħala uniku u mhux funġibbli. L-assi jew id-drittijiet rappreżentati jenħtieġ li jkunu wkoll uniċi u mhux funġibbli sabiex il-kriptoassi jitqies uniku u mhux funġibbli. L-esklużjoni ta’ kriptoassi li huma uniċi u mhux funġibbli mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament hija mingħajr preġudizzju għall-kwalifika ta’ tali kriptoassi bħala strumenti finanzjarji. Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll għall-kriptoassi li jidhru li huma uniċi u mhux funġibbli, iżda li l-karatteristiċi de facto tagħhom jew li l-karatteristiċi tagħhom li huma marbuta mal-użi de facto tagħhom, jagħmluhom funġibbli jew mhux uniċi. F’dak ir-rigward, meta jivvalutaw u jikklassifikaw il-kriptoassi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jadottaw approċċ ta’ sustanza fuq il-forma meta l-karatteristiċi tal-kriptoassi in kwistjoni jiddeterminaw il-klassifikazzjoni u mhux id-deżinjazzjoni tiegħu mill-emittent.

(12)

Huwa xieraq li ċerti tranżazzjonijiet intragrupp u xi entitajiet pubbliċi jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament peress li dawn ma joħolqux riskji għall-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq, l-istabbiltà finanzjarja, il-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, it-trażmissjoni tal-politika monetarja jew is-sovranità monetarja. L-organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi li huma eżentati jinkludu l-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali.

(13)

L-assi diġitali maħruġa minn banek ċentrali li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ awtorità monetarja, inklużi flus tal-bank ċentrali f’forma diġitali, jew kriptoassi maħruġa minn awtoritajiet pubbliċi oħra, inklużi amministrazzjonijiet ċentrali, reġjonali u lokali, jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-qafas tal-Unjoni għas-swieq fil-kriptoassi. Lanqas ma jenħtieġ li servizzi relatati pprovduti minn tali banek ċentrali meta jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ awtorità monetarja jew awtoritajiet pubbliċi oħra jkunu soġġetti għal dak il-qafas tal-Unjoni.

(14)

Għall-finijiet li tiġi żgurata delineazzjoni ċara bejn, min-naħa waħda, il-kriptoassi koperti minn dan ir-Regolament u, min-naħa l-oħra, l-istrumenti finanzjarji, jenħtieġ li l-ESMA tingħata l-mandat li toħroġ linji gwida dwar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-kwalifika tal-kriptoassi bħala strumenti finanzjarji. Jenħtieġ li dawk il-linji gwida jippermettu wkoll fehim aħjar tal-każijiet meta kriptoassi li altrimenti jitqiesu uniċi u mhux funġibbli ma’ kriptoassi oħra jistgħu jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji. Sabiex jippromwovu approċċ komuni għall-klassifikazzjoni tal-kriptoassi, EBA, ESMA u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) (l-“Awtoritajiet Superviżjorji Ewropej” jew l-“ASE”) jenħtieġ li jippromwovu diskussjonijiet dwar tali klassifikazzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jitolbu opinjonijiet mill-ASE dwar il-klassifikazzjoni tal-kriptoassi, inklużi klassifikazzjonijiet proposti minn offerenti jew persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar. L-offerenti jew il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar huma primarjament responsabbli għall-klassifikazzjoni korretta ta’ kriptoassi, li tista’ tiġi kkontestata mill-awtoritajiet kompetenti, kemm qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-offerta kif ukoll fi kwalunkwe ħin wara. Meta l-klassifikazzjoni ta’ kriptoassi tidher li hija inkonsistenti ma’ dan ir-Regolament jew mal-atti leġiżlattivi rilevanti oħra tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, l-ASE jenħtieġ li jagħmlu użu mis-setgħat tagħhom skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 sabiex ikun żgurat approċċ konsistenti u koerenti għal tali klassifikazzjoni.

(15)

Skont l-Artikolu 127(2), ir-raba’ inċiż, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), wieħed mill-kompiti bażiċi li għandu jitwettaq permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) huwa l-promozzjoni tal-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas. Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jista’, skont l-Artikolu 22 tal-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew mehmuż mat-Trattati, jagħmel regolamenti biex jiżgura li s-sistemi ta’ kklirjar u ta’ pagament fi ħdan l-Unjoni u ma’ pajjiżi oħra jkunu sodi u effiċjenti. Għal dak l-għan, il-BĊE adotta regolamenti dwar rekwiżiti għal sistemi ta’ pagament sistemikament importanti. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali fis-SEBĊ biex jiżgura li s-sistemi ta’ kklirjar u ta’ pagament fi ħdan l-Unjoni u ma’ pajjiżi oħra jkunu sodi u effiċjenti. Konsegwentement, u sabiex jiġi evitat il-ħolqien possibbli ta’ settijiet ta’ regoli paralleli, l-EBA, l-ESMA u l-BĊE jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib meta jħejju l-abbozz tal-istandards tekniċi rilevanti skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, huwa kruċjali li l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jkollhom aċċess għall-informazzjoni meta jwettqu l-kompiti tagħhom relatati mas-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagament, inkluż l-ikklerjar tal-pagamenti. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (12) u jenħtieġ li jiġi interpretat b’tali mod li ma jkunx f’kunflitt ma’ dak ir-Regolament.

(16)

Kwalunkwe att leġiżlattiv adottat fil-qasam tal-kriptoassi jenħtieġ li jkun speċifiku, jibqa’ validu fil-futur u jkun kapaċi jżomm il-pass mal-iżviluppi fl-innovazzjoni u fit-teknoloġija u jkun imsejjes fuq approċċ ibbażat fuq l-inċentivi. Għalhekk, jenħtieġ li t-termini “kriptoassi” u “teknoloġija ta’ reġistru distribwit” jiġu ddefiniti bl-usa’ mod possibbli sabiex ikopru t-tipi kollha ta’ kriptoassi li bħalissa jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Jenħtieġ li kwalunkwe att leġiżlattiv adottat fil-qasam tal-kriptoassi ta’ dan it-tip jikkontribwixxi wkoll għall-objettiv tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Għal dik ir-raġuni, l-entitajiet li joffru servizzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonformaw ukoll mar-regoli applikabbli tal-Unjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, li jintegraw l-istandards internazzjonali.

(17)

Assi diġitali li ma jistgħux jiġu ttrasferiti lil detenturi oħra ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ kriptoassi. Għalhekk, assi diġitali li huma aċċettati biss mill-emittent jew mill-offerent u li huma teknikament impossibbli li jiġu ttrasferiti direttament lil detenturi oħra jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Eżempju ta’ tali assi diġitali jinkludi skemi ta’ lealtà meta l-punti ta’ lealtà jistgħu jiġu skambjati biss għal benefiċċji mal-emittent jew l-offerent ta’ dawk il-punti.

(18)

Dan ir-Regolament jikkwalifika il-kriptoassi fi tliet tipi li jenħtieġ li jiġu distinti minn xulxin u jkunu soġġetti għal rekwiżiti differenti skont ir-riskji li jinvolvu. Il-klassifikazzjoni hija bbażata fuq jekk il-kriptoassi jfittxux li jistabbilizzaw il-valur tagħhom b’referenza għal assi oħra. L-ewwel tip jikkonsisti minn kriptoassi li għandhom l-għan li jistabbilizzaw il-valur tagħhom billi jirreferenzjaw munita uffiċjali waħda biss. Il-funzjoni ta’ dawn il-kriptoassi hija simili ħafna għall-funzjoni tal-flus elettroniċi kif definita fid-Direttiva 2009/110/KE. Bħall-flus elettroniċi, tali kriptoassi huma sostituti elettroniċi għall-muniti u għall-karti tal-flus u x’aktarx li jintużaw sabiex isiru l-pagamenti. Jenħtieġ li dawk il-kriptoassi jiġu definiti f’dan ir-Regolament bħala “tokens tal-flus elettroniċi”. It-tieni tip ta’ kriptoassi jikkonċerna “tokens irreferenzjati ma’ assi”, li għandhom l-għan li jistabbilizzaw il-valur tagħhom billi jirreferenzjaw valur jew dritt ieħor, jew taħlita tagħhom, inkluż munita uffiċjali waħda jew aktar. Dak it-tieni tip jkopri l-kriptoassi l-oħra kollha, għajr it-tokens tal-flus elettroniċi, li l-valur tagħhom huwa appoġġjat minn assi, sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni u sabiex dan ir-Regolament jibqa’ validu fil-futur. Fl-aħħar nett, it-tielet tip jikkonsisti minn kriptoassi għajr it-tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, u tkopri varjetà wiesgħa ta’ kriptoassi, inkluż tokens ta’ utilità.

(19)

Fil-preżent, minkejja s-similaritajiet tagħhom, il-flus elettroniċi u l-kriptoassi li jirreferenzjaw munita uffiċjali jvarjaw f’xi aspetti importanti. Id-detenturi ta’ flus elettroniċi kif definiti fid-Direttiva 2009/110/KE huma dejjem ipprovduti bi pretensjoni kontra l-emittenti tal-flus elettroniċi u għandhom dritt kuntrattwali li jifdu l-flus elettroniċi tagħhom, f’kull ħin u bil-parità kontabbli, il-valur monetarju tal-flus elettroniċi miżmuma.. B’kuntrast ma’ dan, xi wħud mill-kriptoassi li jirreferenzjaw munita uffiċjali ma jipprovdux lid-detenturi tagħhom b’tali pretensjoni kontra l-emittenti ta’ tali kriptoassi u jistgħu jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/110/KE. Kriptoassi oħra li jirreferenzjaw munita uffiċjali ma jipprovdux pretensjoni b’parità mal-munita li jkunu qed jirreferenzjaw jew jillimitaw il-perjodu ta’ fidi. Il-fatt li d-detenturi ta’ tali kriptoassi ma jkollhomx pretensjoni kontra l-emittenti ta’ tali kriptoassi, jew li tali pretensjoni ma tkunx f’parità mal-munita li magħha jkunu qed jirreferenzjaw dawk il-kriptoassi, jista’ jdgħajjef il-fiduċja tad-detenturi ta’ dawk il-kriptoassi. Għaldaqstant, sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2009/110/KE, jenħtieġ li kwalunkwe definizzjoni ta’ tokens tal-flus elettroniċi tkun wiesgħa kemm jista’ jkun possibbli biex tkopri t-tipi kollha ta’ kriptoassi li jirreferenzjaw munita uffiċjali unika. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet stretti dwar il-ħruġ ta’ tokens tal-flus elettroniċi, inkluż obbligu li tokens tal-flus elettroniċi jinħarġu jew minn istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), jew minn istituzzjoni tal-flus elettroniċi awtorizzata skont id-Direttiva 2009/110/KE. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi jiżguraw li d-detenturi ta’ dawn it-tokens jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jifdu t-tokens tagħhom fi kwalunkwe ħin u b’parità mal-munita li tirreferenzja dawk it-tokens. Peress li t-tokens tal-flus elettroniċi huma kriptoassi u jistgħu joħolqu sfidi ġodda f’termini ta’ protezzjoni tad-detenturi fil-livell tal-konsumatur u ta’ integrità tas-suq li huma speċifiċi għall-kriptoassi, jenħtieġ li dawn ikunu soġġetti wkoll għar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament biex jindirizzaw dawk l-isfidi.

(20)

Minħabba r-riskji u l-opportunitajiet differenti li jirriżultaw mill-kriptoassi, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għall-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr it-tokens irreferenzjati ma’ assi u t-tokens tal-flus elettroniċi, kif ukoll għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u t-tokens tal-flus elettroniċi. Emittenti tal-kriptoassi huma entitajiet li għandhom kontroll fuq il-ħolqien ta’ kriptoassi.

(21)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-entitajiet li jipprovdu servizzi relatati mal-kriptoassi. L-ewwel kategorija ta’ tali servizzi tikkonsisti mill-iżgurar tal-operat ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi, fl-iskambju ta’ kriptoassi ma’ fondi jew kriptoassi oħra, fil-forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti, u fil-forniment ta’ servizzi ta’ trasferiment għal kriptoassi f’isem il-klijenti. It-tieni kategorija ta’ tali servizzi tikkonsisti mit-tqegħid tal-kriptoassi, fir-riċeviment jew it-trażmissjoni ta’ ordnijiet għall-kriptoassi f’isem il-klijenti, fl-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti, fil-forniment ta’ pariri dwar il-kriptoassi u fil-forniment ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi. Kwalunkwe persuna li tfornii servizzi tal-kriptoassi fuq bażi professjonali f’konformità ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li titqies bħala “fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi”.

(22)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għal persuni fiżiċi u ġuridiċi u ċerti impriżi oħra u s-servizzi u l-attivitajiet tal-kriptoassi mwettqa, fornuti jew ikkontrollati direttament jew indirettament minnhom, inkluż meta parti minn tali attivitajiet jew servizzi titwettaq b’mod deċentralizzat. Meta s-servizzi tal-kriptoassi jiġu pprovduti b’mod kompletament deċentralizzat mingħajr kwalunkwe intermedjarju, jenħtieġ li dawn ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament ikopri d-drittijiet u l-obbligi tal-emittenti tal-kriptoassi, l-offerenti, persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi u fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi. Meta l-kriptoassi ma jkollhom l-ebda emittent identifikabbli, jenħtieġ li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu II, III jew IV ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu servizzi fir-rigward ta’ tali kriptoassi jkunu koperti minn dan ir-Regolament.

(23)

Sabiex jiġi żgurat li l-offerti kollha lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr it-tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, li jista’ potenzjalment ikollhom użu finanzjarju, jew l-ammissjonijiet kollha ta’ kriptoassi għan-negozjar fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi (“l-ammissjoni għan-negozjar”), fl-Unjoni, huma mmonitorjati u ssorveljati sew mill-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li l-offerenti jew il-persuni kollha li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jkunu persuni ġuridiċi.

(24)

Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tagħhom, id-detenturi fil-livell tal-konsumatur prospettivi tal-kriptoassi jenħtieġ li jiġu informati dwar il-karatteristiċi, il-funzjonijiet u r-riskji tal-kriptoassi li huma jkunu biħsiebhom jixtru. Meta jagħmlu offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi jew meta jfittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ tali kriptoassi fl-Unjoni, jenħtieġ li l-offerenti jew il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jabbozzaw, jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom u jippubblikaw dokument ta’ informazzjoni li jkun fih żvelar obbligatorju (“white paper dwar il-kriptoassi”). Jenħtieġ li l-white paper dwar il-kriptoassi jkun fiha informazzjoni ġenerali, dwar l-emittent, l-offerent jew il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, dwar il-proġett li jrid jitwettaq bil-kapital iġġenerat, dwar l-offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi jew dwar l-ammissjoni tagħhom għan-negozjar, dwar id-drittijiet u l-obbligi marbuta mal-kriptoassi, dwar it-teknoloġija sottostanti użata għal tali kriptoassi u dwar ir-riskji relatati. Madankollu, jenħtieġ li l-white paper dwar il-kriptoassi ma jkunx fiha deskrizzjoni tar-riskji li ma jkunux prevedibbli u li x’aktarx ma jimmaterjalizzawx. L-informazzjoni li hemm fil-white paper dwar il-kriptoassi kif ukoll fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni rilevanti, bħalma huma messaġġi ta’ reklamar u materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni, u inkluż permezz ta’ kanali ġodda bħal pjattaformi tal-media soċjali, jenħtieġ li tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa. Il-messaġġi ta’ reklamar u l-materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-informazzjoni pprovduta fil-white paper dwar il-kriptoassi.

(25)

White papers dwar il-kriptoassi, inkluż is-sommarji tagħhom, u r-regoli tal-operat tal-pjattaformi ta’ negozjar għall-kriptoassi jenħtieġ li jitfasslu f’mill-anqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru domiċiljari u ta’ kwalunkwe Stat Membru ospitanti jew alternattivament, b’lingwa abitwali fil-qasam tal-finanzi internazzjonali. Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-lingwa Ingliża hija l-lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali iżda jista’ jkun li dan jevolvi fil-futur.

(26)

Sabiex jiġi żgurat approċċ proporzjonat, jenħtieġ li l-ebda rekwiżit ta’ dan ir-Regolament ma japplika għall-offerti ta’ kriptoassi lill-pubbliku, għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, li huma offruti b’xejn jew li jinħolqu awtomatikament bħala premju għaż-żamma ta’ reġistru distribwit jew il-validazzjoni tat-tranżazzjonijiet fil-kuntest ta’ mekkaniżmu ta’ kunsens. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ebda rekwiżit ma japplika għal offerti ta’ tokens ta’ utilità li jipprovdu aċċess għal prodott jew servizz eżistenti, li jippermetti lid-detentur jiġbor il-prodott jew juża s-servizz, jew meta d-detentur tal-kriptoassi jkollu d-dritt li jużahom biss bi skambju għal prodotti u servizzi f’network limitat ta’ negozjanti b’arranġamenti kuntrattwali mal-offerent. Jenħtieġ li tali eċċezzjonijiet ma jinkludux kriptoassi li jirrappreżentaw prodotti maħżuna li ma humiex maħsuba li jinġabru mix-xerrej wara x-xiri. Lanqas ma jenħtieġ li l-eżenzjoni limitata tan-network tapplika għall-kriptoassi li tipikament ikunu mfassla għal network ta’ fornituri ta’ servizzi li qed jikber kontinwament. L-eżenzjoni limitata tan-network jenħtieġ li tiġi evalwata mill-awtorità kompetenti kull darba li offerta, jew il-valur aggregat ta’ aktar minn offerta waħda, taqbeż ċertu livell limitu, li jfisser li offerta ġdida ma jenħtieġx li awtomatikament tibbenefika minn eżenzjoni ta’ offerta preċedenti. Jenħtieġ li dawk l-eżenzjonijiet jieqfu japplikaw meta l-offerent, jew persuna oħra li taġixxi f’isem l-offerent, tikkomunika l-intenzjoni tal-offerent li jkun qed ifittex l-ammissjoni għan-negozjar jew il-kriptoassi eżentati jiġu ammessi għan-negozjar.

(27)

Sabiex jiġi żgurat approċċ proporzjonat, jenħtieġ li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għat-tfassil u għall-pubblikazzjoni ta’ white paper dwar il-kriptoassi ma japplikawx għall-offerti ta’ kriptoassi għajr għat-tokens irreferenzjati ma’ assi jew għat-tokens tal-flus elettroniċi li huma offruti lil anqas minn 150 persuna għal kull Stat Membru, jew li jiġu indirizzati biss lil investituri kwalifikati fejn il-kriptoassi jistgħu jinżammu biss minn tali investituri kwalifikati. Jenħtieġ li l-SMEs u n-negozji ġodda ma jkunux soġġetti għal piżijiet amministrattivi eċċessivi u sproporzjonati. Għaldaqstant, jenħtieġ li offerti lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi fl-Unjoni li l-korrispettiv totali tagħhom ma jaqbiżx EUR 1 000 000 fuq perjodu ta’ 12-il xahar jiġu eżentati mill-obbligu li jfasslu white paper dwar il-kriptoassi.

(28)

Jenħtieġ li s-sempliċi ammissjoni għan-negozjar jew il-pubblikazzjoni tal-prezzijiet tat-talba u tal-offerta ma jitqisux, fihom infushom, bħala offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi. Jenħtieġ li tali ammissjoni jew pubblikazzjoni tikkostitwixxi offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi biss meta tkun tinkludi komunikazzjoni li tikkostitwixxi offerta lill-pubbliku skont dan ir-Regolament.

(29)

Anke jekk xi offerti ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi huma eżentati minn diversi obbligi ta’ dan ir-Regolament, l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni li jiżguraw il-protezzjoni tal-konsumatur, bħad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) jew id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (15), inkluż kwalunkwe obbligu ta’ informazzjoni li jkun fihom, jibqgħu applikabbli għal offerti lill-pubbliku ta’ kriptoassi li jkunu jikkonċernaw relazzjonijiet min-negozju għall-konsumatur.

(30)

Meta offerta lill-pubbliku tkun tikkonċerna tokens ta’ utilità għal prodotti li għadhom ma jeżistux jew servizzi li għadhom mhux qed joperaw, jenħtieġ li d-durata tal-offerta lill-pubbliku kif deskritta fil-white paper dwar il-kriptoassi ma taqbiżx 12-il xahar. Dik il-limitazzjoni fuq id-durata tal-offerta lill-pubbliku ma hijiex relatata mal-mument meta l-prodotti jew is-servizzi jibdew jeżistu jew isiru operazzjonali u jkunu jistgħu jintużaw mid-detentur ta’ token ta’ utilità wara l-iskadenza tal-offerta lill-pubbliku.

(31)

Sabiex tkun tista’ ssir is-superviżjoni, jenħtieġ li l-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi qabel jagħmlu kwalunkwe offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi fl-Unjoni jew qabel ma dawk il-kriptoassi jiġu ammessi għan-negozjar, jinnotifikaw il-white paper dwar il-kriptoassi tagħhom u, fuq talba tal-awtorita’ kompetenti, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollhom l-uffiċċju reġistrat jew jekk ma jkollhom ebda uffiċċju rreġistrat fl-Unjoni, tal-Istat Membru fejn ikollhom fergħa. Jenħtieġ li l-offerenti li jkunu stabbiliti f’pajjiż terz jinnotifikaw il-white paper dwar il-kriptoassi tagħhom u, fuq talba tal-awtorita’ kompetenti, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun beħsiebhom joffru l-kriptoassi.

(32)

L-operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar jenħtieġ li jkun responsabbli għall-konformità mar-rekwiżiti tat-Titolu II ta’ dan ir-Regolament meta l-kriptoassi jiġu ammessi għan-negozjar fuq inizjattiva tiegħu stess u l-white paper dwar il-kriptoassi ma tkunx diġà ġiet ippubblikata fil-każijiet previsti minn dan ir-Regolament. L-operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar jenħtieġ li jkun responsabbli wkoll għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fejn ikun ġie konkluż ftehim bil-miktub għal dak l-għan mal-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar. Il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jenħtieġ li tibqa’ responsabbli meta tipprovdi informazzjoni qarrieqa lill-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar. Il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jenħtieġ li tibqa’ responsabbli wkoll għal kwistjonijiet mhux iddelegati lill-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar.

(33)

Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti ma jintalbux japprovaw white paper dwar il-kriptoassi qabel il-pubblikazzjoni tagħha. Madankollu, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jitolbu emendi fil-white paper dwar il-kriptoassi u għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u, meta meħtieġ, li jitolbu l-inklużjoni ta’ informazzjoni addizzjonali fil-white paper dwar il-kriptoassi.

(34)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jissospendu jew jipprojbixxu offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, jew l-ammissjoni ta’ tali kriptoassi għan-negozjar, meta tali offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar ma tkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament, inkluż meta l-white paper dwar il-kriptoassi jew il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jkunux ġusti, ċari jew ikunu qarrieqa. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom ukoll is-setgħa li jippubblikaw twissija li l-offerent jew il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar tkun naqset milli tissodisfa dawk ir-rekwiżiti, jew fuq is-sit web tagħha jew permezz ta’ stqarrija għall-istampa.

(35)

Jenħtieġ li l-white papers dwar il-kriptoassi li jkunu ġew debitament innotifikati lil awtorità kompetenti u l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jiġu ppubblikati. Wara tali pubblikazzjoni, jenħtieġ li l-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi jitħallew joffru dawk il-kriptoassi fl-Unjoni kollha u jfittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ tali kriptoassi fl-Unjoni.

(36)

L-offerenti ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, jenħtieġ li jkollhom arranġamenti effettivi fis-seħħ sabiex jimmonitorjaw u jissalvagwardjaw il-fondi, jew kriptoassi oħra ġġenerati matul l-offerta lill-pubbliku tagħhom. Jenħtieġ li dawk l-arranġamenti jiżguraw ukoll li kwalunkwe fond jew kriptoassi ieħor miġbur mid-detenturi jew mid-detenturi prospettivi jiġi rritornat kif xieraq mill-aktar fis possibbli meta offerta lill-pubbliku tiġi kkanċellata għal kwalunkwe raġuni. Jenħtieġ li l-offerent jiżgura li l-fondi jew kriptoassi oħrajn miġbura matul l-offerta lill-pubbliku jinżammu f’kustodja minn parti terza.

(37)

Sabiex tiġi żgurata aktar il-protezzjoni tad-detenturi fil-livell tal-konsumatur ta’ kriptoassi, jenħtieġ li d-detenturi fil-livell tal-konsumatur li jkunu qed jakkwistaw kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, direttament mingħand l-offerent, jew fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jqiegħed l-kriptoassi f’isem l-offerent, jiġu pprovduti dritt ta’ rtirar matul perjodu ta’ 14-il jum wara l-akkwiżizzjoni tagħhom. Sabiex tiġi żgurata t-tlestija bla xkiel ta’ offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi limitata fiż-żmien, jenħtieġ li dan id-dritt ta’ rtirar ma jiġix eżerċitat mid-detenturi fil-livell tal-konsumatur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ abbonament. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-dritt ta’ rtirar ma japplikax meta kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, ikunu ammessi għan-negozjar qabel ma jsir ix-xiri mid-detentur fil-livell tal-konsumatur, billi, f’tali każ, il-prezz ta’ tali kriptoassi jiddependi fuq il-fluttwazzjonijiet tas-swieq fil-kriptoassi. Meta d-detentur fil-livell tal-konsumatur ikollu dritt ta’ rtirar skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li d-dritt ta’ rtirar skont id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) ma japplikax.

(38)

Jenħtieġ li l-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali, jenħtieġ li jikkomunikaw mad-detenturi u d-detenturi prospettivi ta’ kriptoassi b’mod ġust, ċar u mhux qarrieqi, jenħtieġ li jidentifikaw, jipprevjenu, jimmaniġġjaw u jiżvelaw il-kunflitti ta’ interess u jenħtieġ li jkollhom arranġamenti amministrattivi effettivi biex jiżguraw li s-sistemi u l-protokolli tas-sigurtà tagħhom jissodisfaw l-istandards tal-Unjoni. Sabiex tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-kompiti superviżorji tagħhom, l-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, jenħtieġ li tingħata l-mandat li toħroġ linji gwida dwar dawk is-sistemi u l-protokolli ta’ sigurtà sabiex tispeċifika aktar dawn l-istandards tal-Unjoni.

(39)

Sabiex jiġu protetti aktar id-detenturi tal-kriptoassi, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-responsabbiltà ċivili japplikaw għall-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar u għall-membri tal-korp maniġerjali tagħhom għall-informazzjoni pprovduta lill-pubbliku fil-white paper dwar il-kriptoassi.

(40)

It-tokens irreferenzjati ma’ assi jistgħu jiġu adottati b’mod wiesa’ mid-detenturi sabiex jittrasferixxu l-valur jew bħala mezz ta’ skambju u, b’hekk, joħolqu riskji akbar f’termini ta’ protezzjoni tad-detenturi ta’ kriptoassi, b’mod partikolari tad-detenturi fil-livell tal-konsumatur, u f’termini ta’ integrità tas-suq meta mqabbla ma’ kriptoassi oħrajn. Għalhekk, jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jkunu soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti minn emittenti ta’ kriptoassi oħrajn.

(41)

Fejn kriptoassi jaqa’ fid-definizzjoni ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi, jenħtieġ li japplika t-Titolu III jew IV ta’ dan ir-Regolament, irrispettivament minn kif l-emittent ikun biħsiebu jfassal il-kriptoassi, inkluż il-mekkaniżmu għaż-żamma ta’ valur stabbli tal-kriptoassi. L-istess japplika għall-hekk imsejħa “stablecoins” algoritmiċi li għandhom l-għan li jżommu valur stabbli fir-rigward ta’ munita uffiċjali jew fir-rigward ta’ assi wieħed jew aktar, permezz ta’ protokolli, li jipprevedu ż-żieda jew it-tnaqqis fil-provvista ta’ tali kriptoassi b’rispons għal bidliet fid-domanda. L-offerenti jew il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi algoritmiċi li ma jkollhomx l-għan li jistabbilizzaw il-valur tal-kriptoassi billi jirreferenzjaw assi wieħed jew aktar jenħtieġ li fi kwalunkwe każ jikkonformaw mat-Titolu II ta’ dan ir-Regolament.

(42)

Sabiex jiġu żgurati s-superviżjoni u l-monitoraġġ xierqa tal-offerti lill-pubbliku ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jkollhom uffiċċju reġistrat fl-Unjoni.

(43)

L-offerti lill-pubbliku ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi fl-Unjoni jew li jfittxu l-ammissjoni ta’ tali kriptoassi għan-negozjar jenħtieġ li jkunu permessi biss meta l-awtorità kompetenti tkun awtorizzat lill-emittent ta’ tali kriptoassi jagħmel dan u tkun approvat il-white paper dwar il-kriptoassi rilevanti. Madankollu, jenħtieġ li r-rekwiżit tal-awtorizzazzjoni ma japplikax meta t-tokens irreferenzjati ma’ assi jiġu indirizzati unikament lil investituri kwalifikati, jew meta l-offerta lill-pubbliku tat-tokens irreferenzjati ma’ assi tkun anqas minn EUR 5 000 000. F’dawk il-każijiet, jenħtieġ li l-emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi xorta jkun mitlub jabbozza white paper dwar il-kriptoassi biex jinforma lix-xerrejja dwar il-karatteristiċi u r-riskji tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u jenħtieġ ukoll li jkun mitlub jinnotifika l-white paper dwar il-kriptoassi lill-awtorità kompetenti qabel il-pubblikazzjoni tagħha.

(44)

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE ma jkollhomx bżonn ta’ awtorizzazzjoni oħra skont dan ir-Regolament sabiex joffru jew ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi. Jenħtieġ li japplikaw il-proċeduri nazzjonali stabbiliti skont dik id-Direttiva iżda jenħtieġ li jiġu kkomplementati minn rekwiżit li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari iddeżinjata skont dan ir-Regolament tiġi nnotifikata bl-elementi li jippermettu lil dik l-awtorità tivverifika l-kapaċità tal-emittent li joffri jew ifittex l-ammissjoni għan-negozjar ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joffru jew li jfittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jkunu soġġetti għar-rekwiżiti kollha li japplikaw għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni, ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji u l-proċedura ta’ approvazzjoni fir-rigward tal-azzjonisti kwalifikanti, peress li dawk il-kwistjonijiet huma koperti mid-Direttiva 2013/36/UE u mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). Jenħtieġ li white paper dwar il-kriptoassi abbozzata minn tali istituzzjoni ta’ kreditu tiġi approvata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari qabel il-pubblikazzjoni. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2013/36/UE u li joffru jew ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jenħtieġ li jkunu soġġetti għas-setgħat amministrattivi stabbiliti skont dik id-Direttiva kif ukoll dawk skont dan ir-Regolament, inklużi restrizzjoni jew limitazzjoni tan-negozju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u sospensjoni jew projbizzjoni ta’ offerta lill-pubbliku ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi. Meta l-obbligi li japplikaw għal tali istituzzjonijiet ta’ kreditu skont dan ir-Regolament jikkoinċidu ma’ dawk tad-Direttiva 2013/36/UE, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jenħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti aktar speċifiċi jew aktar stretti, u b’hekk jiżguraw il-konformità maż-żewġ settijiet ta’ regoli. Il-proċedura ta’ notifika għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li biħsiebhom joffru jew ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2013/36/UE u jistabbilixxu proċeduri għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu sabiex jipprovdu s-servizzi elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(45)

Jenħtieġ li awtorità kompetenti tiċħad l-awtorizzazzjoni għal raġunijiet oġġettivi u dimostrabbli, inkluż meta l-mudell kummerċjali tal-emittent li japplika ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jista’ jkun ta’ theddida serja għall-integrità tas-suq, għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tikkonsulta lill-EBA, lill-ESMA u lill-BĊE u, meta l-emittent ikun stabbilit fi Stat Membru li l-munita uffiċjali tiegħu ma hijiex l-euro jew meta munita uffiċjali ta’ Stat Membru li ma hijiex l-euro tkun referenzjata mit-token irreferenzjat ma’ assi, il-bank ċentrali ta’ dak l-Istat Membru, qabel ma tagħti awtorizzazzjoni jew tirrifjuta awtorizzazzjoni. Jenħtieġ li l-opinjonijiet mhux vinkolanti tal-EBA u tal-ESMA jindirizzaw il-klassifikazzjoni tal-kriptoassi, filwaqt li l-BĊE u, meta applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċentrat jenħtieġ li jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’opinjoni dwar ir-riskji għall-istabbiltà finanzjarja, il-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, it-trażmissjoni tal-politika monetarja jew is-sovranità monetarja. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiċħdu l-awtorizzazzjoni f’każijiet meta l-BĊE jew il-bank ċentrali ta’ Stat Membru jagħti opinjoni negattiva abbażi ta’ raġunijiet ta’ riskju għall-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, trażmissjoni tal-politika monetarja, jew sovranità monetarja. Meta tingħata awtorizzazzjoni lil emittent li japplika ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, jenħtieġ li l-white paper dwar il-kriptoassi abbozzata minn dak l-emittent titqies ukoll bħala approvata. Jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tkun valida fl-Unjoni kollha u jenħtieġ li tippermetti lill-emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi joffri dawk il-kriptoassi fuq is-suq intern u jfittex l-ammissjoni għan-negozjar. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-white paper dwar il-kriptoassi tkun valida wkoll għall-Unjoni kollha, mingħajr ebda possibbiltà li l-Istati Membri jimponu rekwiżiti addizzjonali.

(46)

F’diversi każijiet meta l-BĊE jiġi kkonsultat skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-opinjoni tiegħu tkun vinkolanti sa fejn tobbliga lil awtorità kompetenti tirrifjuta, tirtira jew tillimita awtorizzazzjoni ta’ emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew li timponi miżuri speċifiċi fuq l-emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi. L-Artikolu 263, l-ewwel paragrafu, tat-TFUE jipprevedi li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti tal-Ġustizzja”) jenħtieġ li teżamina l-legalità tal-atti tal-BĊE għajr rakkomandazzjonijiet jew opinjonijiet. Madankollu, jenħtieġ li jitfakkar li hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tinterpreta din id-dispożizzjoni fid-dawl tas-sustanza u tal-effetti ta’ opinjoni tal-BĊE.

(47)

Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-detenturi fil-livell tal-konsumatur, jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi dejjem jipprovdu lid-detenturi tat-tali tokens b’informazzjoni kompluta, ġusta, ċara u mhux qarrieqa. White papers dwar il-kriptoassi għat-tokens irreferenzjati ma’ assi jenħtieġ li jinkludu informazzjoni dwar il-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni, dwar il-politika ta’ investiment tal-assi ta’ riżerva, dwar l-arranġamenti ta’ kustodja għall-assi ta’ riżerva u dwar id-drittijiet ipprovduti lid-detenturi.

(48)

Minbarra l-informazzjoni mogħtija fil-white paper dwar il-kriptoassi, jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jipprovdu wkoll lid-detenturi ta’ tali tokens b’informazzjoni fuq bażi li għadha għaddejja. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiżvelaw fuq is-sit web tagħhom l-ammont ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi fiċ-ċirkolazzjoni u l-valur u l-kompożizzjoni tal-assi ta’ riżerva. Jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jiżvelaw ukoll kwalunkwe avveniment li jkollu jew x’aktarx li jkollu impatt sinifikanti fuq il-valur tat-tokens irreferenzjati ma’ assi jew fuq l-assi ta’ riżerva, irrispettivament minn jekk dawn il-kriptoassi humiex ammessi għan-negozjar.

(49)

Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-detenturi fil-livell tal-konsumatur, jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi dejjem jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali u fl-aħjar interessi tad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi. L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jenħtieġ li jistabbilixxu wkoll proċedura ċara ta’ trattament tal-ilmenti li jaslu mingħand detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi.

(50)

L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jenħtieġ li jistabbilixxu politika għall-identifikazzjoni, għall-prevenzjoni, għall-immaniġġjar u għall-iżvelar ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw mir-relazzjonijiet tagħhom mal-azzjonisti jew membri tagħhom, jew ma’ kwalunkwe azzjonist jew membru, kemm jekk dirett jew indirett, li jkollu parteċipazzjoni kwalifikanti fl-emittenti, jew mal-membri tal-korp maniġerjali tagħhom, mal-impjegati tagħhom, mad-detenturi tat-tokens irreferenzjati ma’ assi jew ma’ fornituri ta’ servizzi terzi tagħhom..

(51)

L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jenħtieġ li jkollhom arranġamenti ta’ governanza robusti, inkluża struttura organizzazzjonali ċara b’linji ta’ responsabbiltà ddefiniti sew, trasparenti u konsistenti u proċessi effettivi biex jidentifikaw, jimmaniġġjaw, jimmonitorjaw u jirrapportaw ir-riskji li għalihom ikunu jew jistgħu jkunu skoperti. Il-membri tal-korp maniġerjali ta’ tali emittenti jenħtieġ li jkunu kompetenti u idonei u b’mod partikolari, jenħtieġ li ma jkunux instabu ħatja ta’ reati relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu jew ta’ kwalunkwe reat ieħor li jaffettwa r-reputazzjoni tajba tagħhom. L-azzjonisti jew il-membri, kemm jekk diretti jew indiretti, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti f’tali emittenti, jenħtieġ li jkollhom reputazzjoni tajba biżżejjed u, b’mod partikolari, jenħtieġ li ma jkunux instabu ħatja ta’ reati relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu jew ta’ kwalunkwe reat ieħor li jaffettwa r-reputazzjoni tajba tagħhom. L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jenħtieġ li jużaw ukoll riżorsi proporzjonati għall-iskala tal-attivitajiet tagħhom u jenħtieġ li dejjem jiżguraw il-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jistabbilixxu politika tal-kontinwità tal-operat li għandha l-għan li tiżgura, fil-każ ta’ interruzzjoni tas-sistemi u tal-proċeduri tagħhom, it-twettiq tal-attivitajiet prinċipali tagħhom relatati ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi. Jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jkollhom ukoll mekkaniżmi ta’ kontroll intern b’saħħithom u proċeduri effettivi għall-immaniġġjar tar-riskju, kif ukoll sistema li tiggarantixxi l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni riċevuta. Dawk l-obbligi jimmiraw li jiżguraw il-protezzjoni tad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, b’mod partikolari d-detenturi fil-livell tal-konsumatur, filwaqt li ma joħolqux ostakli bla bżonn.

(52)

L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi normalment ikunu fiċ-ċentru ta’ network ta’ entitajiet li jiżguraw il-ħruġ ta’ tali kriptoassi, it-trasferiment tagħhom u d-distribuzzjoni tagħhom lid-detenturi. Għalhekk, jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jkollhom l-obbligu li jistabbilixxu u jżommu arranġamenti kuntrattwali xierqa ma’ entitajiet terzi għal-iżgurar tal-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni u tal-investiment tal-assi ta’ riżerva li jiggarantixxu l-valur tat-tokens, tal-kustodja ta’ dawn l-assi ta’ riżerva u, meta applikabbli, tad-distribuzzjoni tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għall-pubbliku.

(53)

Sabiex jiġu indirizzati r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tas-sistema finanzjarja usa’, l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ fondi proprji. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jkunu proporzjonati għad-daqs tal-ħruġ tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u, għalhekk, jiġu kkalkolati bħala perċentwali tar-riżerva ta’ assi li jiggarantixxu l-valur tat-tokens irreferenzjati ma’ assi. Madankollu, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jżidu l-ammont ta’ fondi proprji meħtieġa abbażi, fost l-oħrajn, tal-evalwazzjoni tal-proċess ta’ mmaniġġjar tar-riskju u tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tal-emittent, tal-kwalità u tal-volatilità tal-assi ta’ riżerva li jiggarantixxu t-tokens irreferenzjati ma’ assi jew il-valur aggregat u tan-numru ta’ tranżazzjonijiet saldati f’tokens irreferenzjati ma’ assi.

(54)

Sabiex ikopru r-responsabbiltà kontra d-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi tagħhom, l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jenħtieġ li jikkostitwixxu u jżommu riżerva ta’ assi li tirrikonċilja r-riskji riflessi f’tali responsabbiltà. Jenħtieġ li r-riżerva ta’ assi tintuża għall-benefiċċju tad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi meta l-emittent ma jkunx jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu lejn id-detenturi, bħal fil-każ ta’ insolvenza. Ir-riżerva ta’ assi jenħtieġ li tkun komposta u mmaniġġjata b’tali mod li r-riskji tas-suq u tal-munita jkunu koperti. Jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jiżguraw l-immaniġġjar prudenti tar- riżerva ta’ assi u jenħtieġ li, b’mod partikolari jiżguraw li l-valur tar-riżerva jammonta tal-anqas għall-valur korrispondenti tat-tokens fiċ-ċirkolazzjoni u li l-bidliet fir-riżerva jkunu mmaniġġati b’mod adegwat sabiex jiġu evitati impatti negattivi fuq is-swieq tal-assi ta’ riżerva. Għalhekk, jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi ikollhom politiki ċari u dettaljati li jiddeskrivu, fost l-oħrajn, il-kompożizzjoni tar-riżerva ta’ assi, l-allokazzjoni ta’ assi inklużi fiha, il-valutazzjoni komprensiva tar-riskji li jirriżultaw mill-assi ta’ riżerva, il-proċedura għall-ħruġ u l-fidi tat-tokens irreferenzjati ma’ assi, il-proċedura biex jiżdiedu u jitnaqqsu l-assi ta’ riżerva u, meta l-assi ta’ riżerva jkunu investiti, il-politika ta’ investiment li hija segwita mill-emittenti. Jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi li jiġu kkummerċjalizzati kemm fl-Unjoni kif ukoll f’pajjiżi terzi jiżguraw li r-riżerva ta’ assi tagħhom tkun disponibbli biex tkopri r-responsabbiltà tal-emittenti lejn id-detenturi tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li r-rekwiżit li tinżamm ir-riżerva ta’ assi ma’ ditti soġġetti għal-liġi tal-Unjoni japplika b’mod proporzjonat għas-sehem tat-tokens irreferenzjati ma’ assi li huwa mistenni li jiġi kkummerċjalizzat fl-Unjoni.

(55)

Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ telf għal tokens irreferenzjati ma’ assi u sabiex jiġi ppreservat il-valur ta’ dawk l-assi, jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jkollhom politika ta’ kustodja adegwata għall-assi ta’ riżerva tagħhom. Jenħtieġ li dik il-politika tiżgura li l-assi ta’ riżerva jkunu segregati kompletament mill-assi proprji tal-emittent f’kull ħin, li l-assi ta’ riżerva ma jkunux gravati jew mirhuna bħala kollateral, u li l-emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jkollu aċċess fil-pront għal dawk l-assi ta’ riżerva. Jenħtieġ li l-assi ta’ riżerva, skont in-natura tagħhom, jinżammu f’kustodja minn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, minn istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew minn ditta ta’ investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2014/65/UE. Jenħtieġ li dan ma jeskludix il-possibbiltà li tiġi ddelegata ż-żamma tal-assi fiżiċi lil entità oħra. Jenħtieġ li fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti ta’ investiment li jaġixxu bħala kustodji tal-assi ta’ riżerva jkunu responsabbli għat-telf ta’ tali assi ta’ riżerva fir-rigward tal-emittent jew tad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, sakemm ma jkunux taw prova li tali telf ikun inħoloq b’riżultat ta’ avveniment estern lil hinn mill-kontroll raġonevoli tagħhom. Jenħtieġ li jiġu evitati l-konċentrazzjonijiet tal-kustodji tal-assi ta’ riżerva. Madankollu, f’ċerti sitwazzjonijiet, dak jista’ ma jkunx possibbli minħabba nuqqas ta’ alternattivi xierqa. F’tali każijiet, jenħtieġ li konċentrazzjoni temporanja titqies aċċettabbli.

(56)

Sabiex jiġu protetti d-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi kontra tnaqqis fil-valur tal-assi li jiggarantixxu l-valur tat-tokens, jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jinvestu biss l-assi ta’ riżerva f’assi siguri, b’riskju baxx u b’riskji ta’ suq, ta’ konċentrazzjoni u ta’ kreditu minimi. Peress li t-tokens irreferenzjati ma’ assi jistgħu jintużaw bħala mezz ta’ skambju, il-profitti jew it-telf kollu li jirriżulta mill-investiment tal-assi ta’ riżerva jenħtieġ li jitħallas mill-emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi.

(57)

Jenħtieġ li detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jkollhom dritt permanenti ta’ fidi b’tali mod li l-emittent ikollu l-obbligu li jifdi t-tokens irreferenzjati ma’ assi fi kwalunkwe ħin, fuq talba mid-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi. L-emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jenħtieġ li jifdi jew billi jħallas ammont f’fondi, għajr flus elettroniċi, ekwivalenti għall-valur tas-suq tal-assi rreferenzjati mit-tokens irreferenzjati ma’ assi, jew billi jikkonsenja l-assi referenzjati mit-tokens. Jenħtieġ li l-emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi dejjem jipprovdi lid-detentur bl-għażla li jifdi t-tokens irreferenzjati ma’ assi f’fondi għajr flus elettroniċi denominati fl-istess munita uffiċjali li l-emittent ikun aċċetta meta jbigħ it-tokens. Jenħtieġ li l-emittent jipprovdi informazzjoni dettaljata biżżejjed u li tinftiehem faċilment dwar il-forom differenti ta’ fidi disponibbli.

(58)

Sabiex jitnaqqsu r-riskji li t-tokens irreferenzjati ma’ assi jintużaw bħala ħażna ta’ valur, jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi ma jagħtux interess, meta jipprovdu servizzi tal-kriptoassi relatati ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi, lid-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi relatat mat-tul ta’ żmien li matulu tali detenturi jkunu qed iżommu dawk it-tokens irreferenzjati ma’ assi.

(59)

Jenħtieġ li t-tokens irreferenzjati ma’ assi u t-tokens tal-flus elettroniċi jitqiesu sinifikanti meta jissodisfaw, jew x’aktarx li jissodisfaw, ċerti kriterji, inkluż bażi kbira ta’ klijenti, kapitalizzazzjoni għolja tas-suq, jew għadd kbir ta’ tranżazzjonijiet. Bħala tali, dawn jistgħu jintużaw minn għadd kbir ta’ detenturi u l-użu tagħhom jista’ joħloq sfidi speċifiċi f’termini ta’ stabbiltà finanzjarja, trażmissjoni tal-politika monetarja jew sovranità monetarja. Għalhekk, jenħtieġ li dawk it-tokens irreferenzjati ma’ assi u t-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti jkunu soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti minn tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi li ma jitqiesx li huma sinifikanti. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ kapital ogħla, minn rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u jenħtieġ li jistabbilixxu politika ta’ mmaniġġjar tal-likwidità. L-adegwatezza tal-livelli limitu biex token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jiġu kklassifikati bħala sinifikanti jenħtieġ li tiġi rieżaminata mill-Kummissjoni bħala parti mir-rieżami tagħha tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Meta jkun xieraq, jenħtieġ li r-rieżami jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

(60)

Monitoraġġ komprensiv fuq l-ekosistema kollha tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi huwa importanti sabiex jiġu ddeterminati d-daqs veru u l-impatt ta’ tali tokens. Sabiex jiġu koperti t-tranżazzjonijiet kollha li jitwettqu fir-rigward ta’ kwalunkwe token irreferenzjat ma’ assi partikolari, il-monitoraġġ ta’ tali tokens għalhekk jinkludi l-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet kollha li jiġu saldati, kemm jekk jiġu saldati fir-reġistru distribwit (“on-chain”) kif ukoll jekk barra mir-reġistru distribwit (“off-chain”), u inklużi tranżazzjonijiet bejn klijenti tal-istess fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi.

(61)

Huwa partikolarment importanti li jiġu stmati tranżazzjonijiet saldati ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi assoċjati mal-użi bħala mezz ta’ skambju fi ħdan żona ta’ munita unika, jiġifieri dawk assoċjati ma’ pagamenti ta’ djun inkluż dawk fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet man-negozjanti. Jenħtieġ li dawk it-tranżazzjonijiet ma jinkludux tranżazzjonijiet assoċjati ma’ funzjonijiet u servizzi ta’ investiment, bħal mezz ta’ skambju ma’ fondi jew kriptoassi oħra, sakemm ma jkunx hemm evidenza li t-token irreferenzjat ma’ assi jintuża għas-saldu ta’ tranżazzjonijiet fi kriptoassi oħra. Użu għas-saldu ta’ tranżazzjonijiet fi kriptoassi oħra jkun preżenti f’każijiet meta tranżazzjoni li tinvolvi żewġ komponenti ta’ kriptoassi, li jkunu differenti mit-tokens irreferenzjati ma’ assi, tiġi saldata fit-tokens irreferenzjati ma’ assi. Barra minn hekk, meta t-tokens irreferenzjati ma’ assi jintużaw b’mod wiesa’ bħala mezz ta’ skambju f’żona ta’ munita unika, jenħtieġ li l-emittenti jkollhom l-obbligu li jnaqqsu l-livell ta’ attività. Jenħtieġ li token irreferenzjat ma’ assi jitqies sabiex jintuża b’mod wiesa’ bħala mezz ta’ skambju meta n-numru medju u l-valur aggregat medju tat-tranżazzjonijiet kuljum assoċjati mal-użi bħala mezz ta’ skambju f’żona ta’ munita unika jkunu ogħla minn miljun tranżazzjoni u EUR 200 000 000 rispettivament.

(62)

Meta t-tokens irreferenzjati ma’ assi jkunu ta’ theddida serja għall-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, it-trażmissjoni tal-politika monetarja jew is-sovranità monetarja, jenħtieġ li l-banek ċentrali jkunu jistgħu jitolbu lill-awtorità kompetenti tirtira l-awtorizzazzjoni tal-emittent ta’ dawk it-tokens irreferenzjati ma’ assi. Meta t-tokens irreferenzjati ma’ assi jkunu ta’ theddida għall-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, għat-trażmissjoni tal-politika monetarja jew għas-sovranità monetarja, jenħtieġ li l-banek ċentrali jkunu jistgħu jitolbu lill-awtorità kompetenti biex tillimita l-ammont ta’ dawk it-tokens irreferenzjati ma’ assi li għandhom jinħarġu, jew li jimponui ammont b’denominazzjoni minima.

(63)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali li tirregola l-użu ta’ muniti domestiċi u barranin f’operazzjonijiet bejn residenti, adottati minn Stati Membri li ma humiex fiż-żona tal-euro fl-eżerċizzju tal-prerogattiva tagħhom ta’ sovranità monetarja.

(64)

Jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jħejju pjan ta’ rkupru li jipprevedi miżuri li għandhom jittieħdu mill-emittent biex jerġa’ jiġi konformi mar-rekwiżiti applikabbli għar-riżerva ta’ assi, inkluż fir-rigward ta’ każijiet meta l-issodisfar ta’ talbiet ta’ fidi joħloq żbilanċi temporanji fir-riżerva ta’ assi. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti jkollha s-setgħa li tissospendi temporanjament il-fidi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sabiex tipproteġi l-interessi tad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u l-istabbiltà finanzjarja.

(65)

Jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jkollhom pjan għall-fidi ordnat tat-tokens sabiex jiżguraw li d-drittijiet tad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jkunu protetti meta l-emittenti ma jkunux jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom, inkluż fil-każ ta’ waqfien tal-ħruġ tat-tokens irreferenzjati ma’ assi. Meta l-emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jkun istituzzjoni ta’ kreditu jew entità li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tikkonsulta lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni responsabbli. Dik l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li titħalla teżamina l-pjan ta’ fidi bl-għan li tidentifika kwalunkwe element fih li jista’ jaffettwa b’mod negattiv ir-riżolvibbiltà tal-emittent, l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal-emittent, jew kwalunkwe azzjoni prevista fil-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-emittent, u tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti fir-rigward ta’ dawk il-kwistjonijiet. Meta tagħmel dan, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ ukoll li titħalla tikkunsidra jekk humiex meħtieġa xi bidliet fil-pjan ta’ riżoluzzjoni jew fl-istrateġija ta’ riżoluzzjoni, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), kif applikabbli. Jenħtieġ li tali eżami mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma jaffettwax is-setgħat tal-awtorità superviżorja prudenzjali jew tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, kif applikabbli, biex jittieħdu miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżijiet jew miżuri ta’ mmaniġġjar ta’ kriżijiet.

(66)

Jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi jkunu awtorizzati jew bħala istituzzjoni ta’ kreditu skont id-Direttiva 2013/36/UE jew bħala istituzzjoni tal-flus elettroniċi skont id-Direttiva 2009/110/KE. Jenħtieġ li t-tokens tal-flus elettroniċi jitqiesu bħala “flus elettroniċi” peress li dak it-terminu huwa definit fid-Direttiva 2009/110/KE u jenħtieġ li l-emittenti tagħhom, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fid-Direttiva 2009/110/KE għall-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u r-rekwiżiti dwar il-ħruġ u t-tifdija tat-tokens tal-flus elettroniċi. L-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi jenħtieġ li jabbozzawwhite paper dwar il-kriptoassi u jinnotifikawha lill-awtorità kompetenti tagħhom. Eżenzjonijiet fir-rigward ta’ networks limitati, fir-rigward ta’ ċerti tranżazzjonijiet minn fornituri ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u fir-rigward ta’ istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li joħorġu biss ammont massimu limitat ta’ flus elettroniċi, abbażi tal-eżenzjonijiet fakultattivi speċifikati fid-Direttiva 2009/110/KE, jenħtieġ li japplikaw ukoll għat-tokens tal-flus elettroniċi. Madankollu, l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi jenħtieġ li xorta jkollhom l-obbligu li jabbozzaw white paper dwar il-kriptoassi sabiex tinforma lix-xerrejja dwar il-karatteristiċi u r-riskji tat-tokens tal-flus elettroniċi u jenħtieġ li jkollhom ukoll l-obbligu li jinnotifikaw il-white paper dwar il-kriptoassi lill-awtorità kompetenti qabel il-pubblikazzjoni tagħha.

(67)

Jenħtieġ li d-detenturi ta’ tokens tal-flus elettroniċi jingħataw pretensjoni kontra l-emittent ta’ tokens tal-flus elettroniċi. Jenħtieġ li d-detenturi ta’ tokens tal-flus elettroniċi dejjem jingħataw dritt ta’ fidi b’parità għall-fondi ddenominati fil-munita uffiċjali li t-token tal-flus elettroniċi jkun qed jirreferenzja. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/110/KE dwar il-possibbiltà li tiġi imposta tariffa fir-rigward tal-fidi ma humiex rilevanti fil-kuntest ta’ tokens tal-flus elettroniċi.

(68)

Sabiex jitnaqqas ir-riskju li t-tokens tal-flus elettroniċi jintużaw bħala ħażna tal-valur, l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi u l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi meta jipprovdu servizzi tal-kriptoassi relatati mat-tokens tal-flus elettroniċi, jenħtieġ li ma jagħtux imgħax lid-detenturi tat-tokens tal-flus elettroniċi, inkluż imgħax li ma huwiex relatat mat-tul ta’ żmien li t-tali detenturi jżommu dawk it-tokens tal-flus elettroniċi.

(69)

Il-white paper dwar il-kriptoassi abbozzata minn emittent ta’ tokens tal-flus elettroniċi jenħtieġ li jkun fiha l-informazzjoni kollha dwar dak l-emittent u l-offerta ta’ tokens tal-flus elettroniċi jew l-ammissjoni tagħhom għan-negozjar li tkun meħtieġa sabiex ix-xerrejja prospettivi jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni informata dwar ix-xiri u jifhmu r-riskji relatati mal-offerta tat-tokens tal-flus elettroniċi. Jenħtieġ li l-white paper dwar il-kriptoassi tirreferi wkoll espressament għad-dritt tad-detenturi tat-tokens tal-flus elettroniċi li jifdu t-tokens tal-flus elettroniċi tagħhom għal fondi denominati fil-munita uffiċjali li t-tokens tal-flus elettroniċi jirreferu b’parità u fi kwalunkwe ħin.

(70)

Meta emittent ta’ tokens tal-flus elettroniċi jinvesti l-fondi rċevuti bi skambju għal tokens tal-flus elettroniċi, jenħtieġ li dawn il-fondi jiġu investiti f’assi denominati fl-istess munita uffiċjali bħal dik li t-token tal-flus elettroniċi tkun qed tirreferenzja sabiex jiġu evitati riskji bejn il-muniti.

(71)

Tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti jistgħu joħolqu riskji akbar għall-istabbiltà finanzjarja minn tokens tal-flus elettroniċi li ma humiex sinifikanti u minn flus elettroniċi tradizzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti li huma istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jkunu soġġetti għal rekwiżiti addizzjonali. B’mod partikolari, jenħtieġ li tali emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ kapital ogħla minn emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi oħra, jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u jistabbilixxu politika ta’ immaniġġjar tal-likwidità. Jenħtieġ li jikkonformaw ukoll ma’ wħud mill-istess rekwiżiti li japplikaw għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi fir-rigward tar-riżerva ta’ assi, bħal pereżempju dawk fuq il-kustodja u l-investiment tar-riżerva ta’ assi. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti għall-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti japplikaw minflok l-Artikoli 5 u 7 tad-Direttiva 2009/110/KE. Peress li dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/110/KE ma japplikawx għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu meta joħorġu flus elettroniċi, jenħtieġ li lanqas ir-rekwiżiti addizzjonali għal tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti skont dan ir-Regolament ma japplikaw.

(72)

Jenħtieġ li l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi jkollhom fis-seħħ pjanijiet għall-irkupru u l-fidi biex jiżguraw li d-drittijiet tad-detenturi tat-tokens tal-flus elettroniċi jkunu protetti meta l-emittenti ma jkunux jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom.

(73)

Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, il-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi għadu ma huwiex irregolat minkejja r-riskji potenzjali li dawn joħolqu għall-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq u l-istabbiltà finanzjarja. Sabiex jiġu indirizzati tali riskji, dan ir-Regolament jipprovdi rekwiżiti operazzjonali, organizzazzjonali u prudenzjali fil-livell tal-Unjoni applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi.

(74)

Sabiex tkun tista’ ssir superviżjoni effettiva u tiġi eliminata l-possibbiltà li tiġi evitata jew ċirkumventata s-superviżjoni, jenħtieġ li s-servizzi tal-kriptoassi jiġu pprovduti biss minn persuni ġuridiċi li jkollhom uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru li fih iwettqu attivitajiet ta’ negozju sostantivi, inkluż il-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi. Impriżi li ma humiex persuni ġuridiċi, bħal sħubijiet kummerċjali, jenħtieġ li taħt ċerti kundizzjonijiet jingħataw il-permess ukoll li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi. Huwa essenzjali li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jżommu mmaniġġjar effettiv tal-attivitajiet tagħhom fl-Unjoni sabiex jevitaw li jdgħajfu s-superviżjoni prudenzjali effettiva u biex jiżguraw l-infurzar tar-rekwiżiti taħt dan ir-Regolament intiżi li jiżguraw protezzjoni tal-investitur, integrita’ tas-suq u stabbilta’ finanzjarja. Jenħtieġ li l-kuntatt dirett mill-qrib regolari bejn is-superviżuri u l-immaniġġjar responsabbli tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun element essenzjali ta’ tali superviżjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkollhom il-post ta’ mmaniġġjar effettiv tagħhom fl-Unjoni, u mill-anqas wieħed mid-diretturi jenħtieġ li jkun residenti fl-Unjoni. Il-post ta’ mmaniġġjar effettiv ifisser il-post fejn d-deċiżjonijiet maniġerjali u kummerċjali ewlenin, li huma neċessarji biex jitwettaq in-negozju jittieħdu.

(75)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax il-possibbiltà li persuni stabbiliti fl-Unjoni jirċievu servizzi tal-kriptoassi minn ditta ta’ pajjiż terz fuq inizjattiva proprja. Meta ditta ta’ pajjiż terz tipprovdi servizzi tal-kriptoassi fuq inizjattiva proprja ta’ persuna stabbilita fl-Unjoni, jenħtieġ li s-servizzi tal-kriptoassi ma jkunux meqjusa bħala li huma pprovduti fl-Unjoni. Meta ditta ta’ pajjiż terz tissolleċita klijenti jew klijenti prospettivi fl-Unjoni jew tippromwovi jew tirreklama servizzi jew attivitajiet tal-kriptoassi fl-Unjoni, jenħtieġ li s-servizzi ma jitqisux bħala li huma servizzi tal-kriptoassi pprovduti fuq inizjattiva proprja tal-klijent. F’tali każ, jenħtieġ li d-ditta ta’ pajjiż terz tkun awtorizzata bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi.

(76)

Minħabba l-iskala relattivament żgħira sal-lum tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, is-setgħa li jawtorizzaw u jissorveljaw tali fornituri ta’ servizzi jenħtieġ li tingħata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jenħtieġ li tingħata, tiġi miċħuda jew irtirata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-entità jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha. Meta tingħata awtorizzazzjoni, din jenħtieġ li tindika s-servizzi tal-kriptoassi li għalihom ikun awtorizzat il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u jenħtieġ li tkun valida għall-Unjoni kollha.

(77)

Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni kontinwa tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kontra r-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jwettqu aktar kontrolli fuq l-operazzjonijiet finanzjarji li jinvolvu klijenti u istituzzjonijiet finanzjarji minn pajjiżi terzi elenkati bħala pajjiżi terzi b’riskju għoli għaliex huma ġurisdizzjonijiet li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim nazzjonali tagħhom tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li jikkostitwixxu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kif imsemmi fid-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20).

(78)

Ċerti ditti soġġetti għall-atti leġiżlattivi tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji jenħtieġ li jitħallew jipprovdu s-servizzi kollha tal-kriptoassi jew xi wħud minnhom mingħajr ma jkollhom l-obbligu li jiksbu awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi skont dan ir-Regolament jekk jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom b’ċerta informazzjoni qabel ma jipprovdu dawk is-servizzi għall-ewwel darba. F’tali każijiet, jenħtieġ li dawk id-ditti jitqiesu bħala fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u jenħtieġ li s-setgħat amministrattivi rilevanti previsti f’dan ir-Regolament, inkluża s-setgħa li jissospendu jew jipprojbixxu ċerti servizzi tal-kriptoassi, japplikaw fir-rigward tagħhom. Jenħtieġ li dawk id-ditti jkunu soġġetti għar-rekwiżiti kollha applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi skont dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni, ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji u l-proċedura ta’ approvazzjoni rigward l-azzjonisti u membri li għandhom partiċipazzjonijiet kwalifikanti, peress li dawk il-kwistjonijiet huma koperti mill-atti leġiżlattivi rispettivi tal-Unjoni li taħthom kienu awtorizzati. Il-proċedura ta’ notifika għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li biħsiebhom jipprovdu servizzi tal-kriptoassi skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2013/36/UE li jistabbilixxu proċeduri għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu sabiex jipprovdu s-servizzi elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(79)

Sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni tal-konsumatur, l-integrità tas-suq u l-istabbiltà finanzjarja, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi dejjem jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali u fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom. Jenħtieġ li s-servizzi tal-kriptoassi jitqiesu bħala “servizzi finanzjarji” kif definiti fid-Direttiva 2002/65/KE, f’każijiet meta jikkonformaw mal-kriterji ta’ dik id-Direttiva. Meta jiġu kkummerċjalizzati mill-bogħod, jenħtieġ li l-kuntratti bejn il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-konsumaturi jkunu soġġetti għad-Direttiva 2002/65/KE ukoll, sakemm ma jkunx espressament stipulat mod ieħor f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jipprovdu lill-klijenti tagħhom b’informazzjoni li hija kompluta, ġusta, ċara u mhux qarrieqa u jwissuhom dwar ir-riskji assoċjati mal-kriptoassi. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jagħmlu l-politiki tal-ipprezzar tagħhom pubbliċi, jenħtieġ li jistabbilixxu proċedura ta’ trattament tal-ilmenti u jenħtieġ li jkollhom politika robusta sabiex jidentifikaw, jipprevjenu, jimmaniġġjaw u jiżvelaw il-kunflitti ta’ interess.

(80)

Biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi skont dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ ċertu rekwiżiti prudenzjali. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jiġu stabbiliti bħala ammont fiss jew fi proporzjon mal-ispejjeż ġenerali fissi tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi tas-sena ta’ qabel, skont it-tipi ta’ servizzi li jipprovdu.

(81)

Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkunu soġġetti għal rekwiżiti organizzazzjonali b’saħħithom. Jenħtieġ li l-membri tal-korp maniġerjali ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkunu kompetenti u idonei u b’mod partikolari, jenħtieġ li, ma jkunux instabu ħatja ta’ kwalunkwe reat fil-qasam tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu jew ta’ kwalunkwe reat ieħor li jaffettwa r-reputazzjoni tajba tagħhom. L-azzjonisti jew il-membri, kemm jekk diretti jew indiretti, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti f’fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jenħtieġ li jkunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u, b’mod partikolari, jenħtieġ li ma jkunux instabu ħatja ta’ reati relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu jew ta’ kwalunkwe reat ieħor li jaffettwa r-reputazzjoni tajba tagħhom. Barra minn hekk, meta l-influwenza eżerċitata minn azzjonisti u membri li għandhom partiċipazzjonijiet kwalifikanti f’fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi x’aktarx li tkun ta’ preġudizzju għall-immaniġġjar sod u prudenti tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, l-attivitajiet preċedenti tagħhom, ir-riskju li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet illeċiti, jew l-influwenza jew il-kontroll minn gvern ta’ pajjiż terz, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jindirizzaw dawk ir-riskji. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jimpjegaw maniġment u persunal b’għarfien, b’ħiliet u b’għarfien espert adegwati u jenħtieġ li dawn jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex iwettqu dmirijiethom, inkluż permezz tat-tħejjija ta’ pjan għall-kontinwità tal-operat. Jenħtieġ li jkollhom mekkaniżmi sodi ta’ kontroll intern u ta’ valutazzjoni tar-riskju kif ukoll sistemi u proċeduri adegwati sabiex jiżguraw l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni riċevuta. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jenħtieġ li jkollhom arranġamenti xierqa sabiex iżommu rekords tat-tranżazzjonijiet, tal-ordnijiet u tas-servizzi kollha relatati mas-servizzi tal-kriptoassi li huma jipprovdu. Jenħtieġ li jkollhom ukoll sistemi fis-seħħ sabiex jindividwaw abbuż potenzjali tas-suq imwettaq mill-klijenti.

(82)

Sabiex jiggarantixxu l-protezzjoni tal-klijenti tagħhom, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkollhom arranġamenti adegwati sabiex jissalvagwardjaw id-drittijiet tas-sjieda tal-klijenti fir-rigward tal-kriptoassi li huma għandhom fil-pussess tagħhom. Meta l-mudell tan-negozju tagħhom jirrikjedilhom li jkollhom fondi kif definiti fid-Direttiva (UE) 2015/2366 fil-forma ta’ karti tal-flus, muniti, flus skritturali jew flus elettroniċi li jappartjenu għall-klijenti tagħhom, jenħtieġ li fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jqiegħdu tali fondi ma’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ma’ bank ċentrali, meta jkun hemm kont disponibbli mal-bank ċentrali. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkunu awtorizzati jagħmlu tranżazzjonijiet ta’ pagament b’rabta mas-servizzi tal-kriptoassi li joffru, iżda biss meta jkunu awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta’ pagament f’konformità ma’ dik id-Direttiva.

(83)

Skont is-servizzi li jipprovdu u minħabba r-riskji speċifiċi li jirriżultaw minn kull tip ta’ servizz, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkunu soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi għal dawk is-servizzi. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu kustodja u amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti jilħqu ftehim mal-klijenti tagħhom b’ċerti dispożizzjonijiet obbligatorji u jenħtieġ li jistabbilixxu u jimplimentaw politika ta’ kustodja, li jenħtieġ li tkun disponibbli għall-klijenti fuq it-talba tagħhom f’format elettroniku. Jenħtieġ li tali ftehim jispeċifika, fost l-oħrajn, in-natura tas-servizz ipprovdut, li jista’ jinkludi ż-żamma ta’ kriptoassi li jappartjenu għall-klijenti jew il-mezzi ta’ aċċess għal tali kriptoassi, f’liema każ il-klijent jista’ jżomm il-kontroll tal-kriptoassi f’kustodja. Alternattivament, il-kriptoassi jew il-mezzi ta’ aċċess għalihom jistgħu jiġu ttrasferiti għall-kontroll sħiħ tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jżommu kriptoassi li jappartjenu għall-klijenti, jew il-mezzi ta’ aċċess għal tali kriptoassi, jenħtieġ li jiżguraw li dawk il-kriptoassi ma jintużawx għan-nom proprju. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jiżguraw li l-kriptoassi kollha miżmuma dejjem ma jkunux gravati. Dawk il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jenħtieġ li jinżammu responsabbli wkoll għal kwalunkwe telf li jirriżulta minn inċident relatat mat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (“ICT”), inkluż inċident li jirriżulta minn attakk ċibernetiku, serq jew kwalunkwe ħsara. Il-fornituri ta’ hardware jew software ta’ kartieri mhux ta’ kustodja jenħtieġ li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(84)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament ordnat tas-swieq fil-kriptoassi, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jkollhom regoli operazzjonali dettaljati, jenħtieġ li jiżguraw li s-sistemi u l-proċeduri tagħhom ikunu reżiljenti biżżejjed, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar u ta’ wara n-negozjar adattati għas-swieq fil-kriptoassi, u jenħtieġ li jistabbilixxu regoli trasparenti u mhux diskriminatorji, ibbażati fuq kriterji oġġettivi, li jirregolaw l-aċċess għall-pjattaforma tagħhom. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jenħtieġ li jkollhom ukoll struttura ta’ tariffi trasparenti għas-servizzi pprovduti sabiex jiġi evitat it-tqegħid ta’ ordnijiet li jistgħu jikkontribwixxu għal abbuż tas-suq jew għal kundizzjonijiet ta’ negozjar diżordinati. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jkunu jistgħu jsaldaw it-tranżazzjonijiet eżegwiti fuq pjattaformi ta’ negozjar on-chain u off-chain u jenħtieġ li jiżguraw saldu f’waqtu. Is-saldu tat-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jinbeda fi żmien 24 siegħa minn meta tranżazzjoni tiġi eżegwita fuq il-pjattaforma ta’ negozjar. Fil-każ ta’ saldu off-chain, is-saldu jenħtieġ li jinbeda fl-istess jum ta’ negozju filwaqt li fil-każ ta’ saldu on-chain, is-saldu jista’ jieħu aktar fit-tul peress li ma huwiex ikkontrollat mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jopera l-pjattaforma ta’ negozjar.

(85)

Biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jiskambjaw l-kriptoassi għal fondi jew kriptoassi oħra bl-użu tal-kapital tagħhom stess jfasslu politika kummerċjali mhux diskriminatorja. Jenħtieġ li jippubblikaw il-kwotazzjonijiet vinkolanti jew il-metodoloġija li jkunu qed jużaw biex jiddeterminaw il-prezz tal-kriptoassi li jixtiequ jpartu, u jenħtieġ li jippubblikaw kwalunkwe limitu li jixtiequ jistabbilixxu fuq l-ammont li għandu jiġi skambjat. Jenħtieġ li jkunu soġġetti wkoll għal rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar.

(86)

Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti jfasslu politika ta’ eżekuzzjoni u jenħtieġ li dejjem jimmiraw li jiksbu l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti tagħhom, inkluż meta jaġixxu bħala l-kontroparti tal-klijenti. Jenħtieġ li jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jevitaw li l-impjegati tagħhom jagħmlu użu ħażin mill-informazzjoni relatata mal-ordnijiet tal-klijenti. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jirċievu ordnijiet u jittrażmettu dawk l-ordnijiet lil fornituri oħra ta’ servizzi tal-kriptoassi jenħtieġ li jimplimentaw proċeduri biex dawk l-ordnijiet jintbagħtu minnufih u kif suppost. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi ma jirċivux benefiċċji monetarji jew mhux monetarji għat-trażmissjoni ta’ dawk l-ordnijiet lil kwalunkwe pjattaforma ta’ negozjar partikolari għall-kriptoassi jew lil kwalunkwe fornituri ieħor ta’ servizzi tal-kriptoassi. Jenħtieġ li jimmonitorjaw l-effettività tal-arranġamenti ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet tagħhom u tal-politika ta’ eżekuzzjoni tagħhom, filwaqt li jivvalutaw jekk iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni inklużi fil-politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet jipprevedux l-aħjar riżultat possibbli għall-klijent jew jekk għandhomx bżonn jagħmlu bidliet fl-arranġamenti ta’ eżekuzzjoni tagħhom, u jenħtieġ li jinnotifikaw lill-klijenti li magħhom għandhom relazzjoni li għadha għaddejja dwar kwalunkwe bidla materjali fl-arranġamenti ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet jew fil-politika ta’ eżekuzzjoni tagħhom.

(87)

Meta fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxi ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti jkun il-kontroparti tal-klijent, jista’ jkun hemm similaritajiet mas-servizzi ta’ skambji ta’ kriptoassi għal fondi jew kriptoassi oħra. Madankollu, fi skambji ta’ kriptoassi għal fondi jew kriptoassi oħra, il-prezz għal tali skambji jiġi ddeterminat liberament mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi bħala skambju tal-munita. Madankollu fl-eżekuzzjoni tal-ordnijiet għall-kriptoassi f’isem il-klijenti, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jenħtieġ li dejjem jiżgura li jikseb l-aħjar riżultat possibbli għall-klijent tiegħu, inkluż meta jaġixxi bħala kontroparti tal-klijent, f’konformità mal-politika tiegħu dwar l-aħjar eżekuzzjoni. Jenħtieġ li l-iskambju ta’ kriptoassi għal fondi jew kriptoassi oħra meta jsir mill-emittent jew mill-offerent ma jkunx servizz tal-kriptoassi.

(88)

Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jqegħdu l-kriptoassi għal detenturi potenzjali jenħtieġ li, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt, jikkomunikaw lil dawk il-persuni informazzjoni dwar kif biħsiebhom iwettqu s-servizz tagħhom. Sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-klijenti tagħhom, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li huma awtorizzati li jqiegħdu l-kriptoassi jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ proċeduri speċifiċi u adegwati biex jipprevjenu, jimmonitorjaw, jimmaniġġjaw u jiżvelaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jinħoloq mit-tqegħid ta’ kriptoassi mal-klijenti tagħhom stess u meta l-prezz propost għat-tqegħid tal-kriptoassi jkun ġie sopravalutat jew sottovalutat. Jenħtieġ li t-tqegħid ta’ kriptoassi f’isem offerent ma jiġix meqjus bħala offerta separata.

(89)

Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi, jew fuq talba ta’ klijent jew fuq inizjattiva tagħhom stess, jew li jfornu l-immaniġġjar tal-portafolli tal-kriptoassi, jenħtieġ li jagħmlu valutazzjoni dwar jekk dawk is-servizzi tal-kriptoassi jew il-kriptoassi humiex xierqa għall-klijenti, filwaqt li jqisu l-esperjenza, l-għarfien u l-objettivi tal-klijenti tagħhom, u l-kapaċità tal-klijenti tagħhom li jġarrbu t-telf. Meta l-klijenti ma jipprovdux informazzjoni lill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi dwar l-esperjenza, l-għarfien u l-objettivi tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jġarrbu telf, jew ikun ċar li l-kriptoassi ma jkunux adattati għall-klijenti, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi ma jirrakkomandawx tali servizzi tal-kriptoassi jew kriptoassi lil dawk il-klijenti, u lanqas ma jibdew il-forniment ta’ mmaniġġjar tal-portafolli tal-kriptoassi. Meta jfornu pariri dwar il-kriptoassi, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jipprovdu lill-klijenti b’rapport, li jenħtieġ li jinkludi l-valutazzjoni tal-adegwatezza li tispeċifika l-parir mogħti u kif din tissodisfa l-preferenzi u l-objettivi tal-klijenti. Meta jfornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jipprovdu dikjarazzjonijiet perjodiċi lill-klijenti tagħhom, li jenħtieġ li jinkludu rieżami tal-attivitajiet tagħhom u tal-prestazzjoni tal-portafoll kif ukoll dikjarazzjoni aġġornata dwar il-valutazzjoni tal-adegwatezza.

(90)

Xi servizzi tal-kriptoassi, b’mod partikolari l-forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti, it-tqegħid tal-kriptoassi, u s-servizzi ta’ trasferiment ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti, jistgħu jikkoinċidu mas-servizzi ta’ pagament kif definit fid-Direttiva (UE) 2015/2366.

(91)

L-għodod ipprovduti mill-emittenti tal-flus elettroniċi lill-klijenti tagħhom biex jimmaniġġjaw token tal-flus elettroniċi jistgħu ma jkunux distinti mill-attivita ta’ forniment tas-servizzi ta’ kustodja u amministrazzjoni kif irregolati minn dan ir-Regolament. Għalhekk jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jkunu jistgħu jipprovdu servizzi ta’ kustodja mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel skont dan ir-Regolament biex jipprovdu servizzi tal-kriptoassi, biss fir-rigward tat-tokens tal-flus elettroniċi maħruġa minnhom.

(92)

L-attività tad-distributuri tradizzjonali tal-flus elettroniċi, jiġifieri, dik tad-distribuzzjoni tal-flus elettroniċi f’isem l-emittenti, tammonta għall-attività tat-tqegħid ta’ kriptoassi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom il-permess jiddistribwixxu flus elettroniċi skont id-Direttiva 2009/110/KE jkunu jistgħu wkoll jiddistribwixxu tokens tal-flus elettroniċi f’isem l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi mingħajr ma jkollhom l-obbligu li jiksbu awtorizzazzjoni minn qabel skont dan ir-Regolament sabiex jipprovdu servizzi tal-kriptoassi. Għalhekk, jenħtieġ li tali distributuri jkunu eżentati mir-rekwiżit li jfittxu awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għall-attività tat-tqegħid tal-kriptoassi.

(93)

Fornitur ta’ servizzi ta’ trasferiment għal kriptoassi jenħtieġ li tkun entità li tipprovdi għat-trasferiment f’isem klijent, ta’ kriptoassi minn indirizz jew kont ta’ reġistru distribwit għall-ieħor. Tali servizz ta’ trasferiment jenħtieġ li ma jinkludix il-validaturi, in-nodi jew il-minaturi li jistgħu jkunu parti mill-konferma ta’ tranżazzjoni u l-aġġornament tal-istat tar-reġistru distribwit sottostanti. Ħafna fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi joffru wkoll xi tip ta’ servizz ta’ trasferiment għal kriptoassi, bħala parti minn, pereżempju, s-servizz ta’ forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti, l-iskambju ta’ kriptoassi għal fondi jew kriptoassi oħra, jew l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti. Skont il-karatteristiċi preċiżi tas-servizzi assoċjati mat-trasferiment ta’ tokens tal-flus elettroniċi, tali servizzi jistgħu jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ servizzi ta’ pagament tad-Direttiva (UE) 2015/2366. F’tali każ, jenħtieġ li dawk it-trasferimenti jiġu pprovduti minn entità awtorizzata li tforni tali servizzi ta’ pagament f’konformità ma’ dik id-Direttiva.

(94)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jindirizzax l-għoti u t-teħid b’self fil-kriptoassi, inkluż tokens tal-flus elettroniċi, u għalhekk jenħtieġ li ma jippreġudikax il-liġi nazzjonali applikabbli. Jenħtieġ li jiġu vvalutati aktar il-fattibbiltà u n-neċessità li jiġu rregolati tali attivitajiet.

(95)

Huwa importanti li tiġi żgurata fiduċja fis-swieq fil-kriptoassi u l-integrità ta’ dawk is-swieq. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jiskoraġġixxu l-abbuż tas-suq għall-kriptoassi li jkunu ammessi għan-negozjar. Madankollu, peress li l-emittenti tal-kriptoassi u l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi spiss ikunu SMEs, ikun sproporzjonat li jiġu applikati għalihom id-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21). Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi li jipprojbixxu ċerta mġiba li x’aktarx iddgħajjef il-fiduċja tal-utenti fis-swieq fil-kriptoassi u l-integrità ta’ dawk is-swieq, inklużi l-abbużi minn informazzjoni privileġġjata, l-iżvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġjata u l-manipulazzjoni tas-suq relatati mal-kriptoassi. Dawk ir-regoli personalizzati dwar l-abbuż tas-suq imwettaq fir-rigward tal-kriptoassi jenħtieġ li jiġu applikati wkoll f’każijiet meta l-kriptoassi jiġu ammessi għan-negozjar.

(96)

Jenħtieġ li ċ-ċertezza legali għall-parteċipanti għas-swieq fil-kriptoassi tissaħħaħ permezz ta’ karatterizzazzjoni ta’ żewġ elementi essenzjali għall-ispeċifikazzjoni ta’ informazzjoni privileġġjata, jiġifieri n-natura preċiża ta’ dik l-informazzjoni u s-sinifikat tal-effett potenzjali tagħha fuq il-prezzijiet tal-kriptoassi. Jenħtieġ li dawk l-elementi jiġu kkunsidrati wkoll għall-prevenzjoni tal-abbuż tas-suq fil-kuntest tas-swieq fil-kriptoassi u l-funzjonament tagħhom, filwaqt li jitqies, pereżempju, l-użu tal-media soċjali, l-użu ta’ kuntratti intelliġenti għall-eżekuzzjonijiet tal-ordnijiet u l-konċentrazzjoni ta’ aggregazzjoniiet tal-estrazzjoni.

(97)

Derivattivi li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE, u li l-assi sottostanti tagħhom ikun kriptoassi, huma soġġetti għar-Regolament (UE) Nru 596/2014 meta jiġu nnegozjati fuq suq irregolat, f’faċilità multilaterali tan-negozjar jew f’faċilità organizzata tan-negozjar. Il-kriptoassi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li huma l-assi sottostanti ta’ dawk id-derivattivi, jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar l-abbuż tas-suq ta’ dan ir-Regolament.

(98)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw biżżejjed setgħat biex jissorveljaw il-ħruġ, l-offerta lill-pubbliku u l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi, inklużi tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, kif ukoll biex jissorveljaw il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jinkludu s-setgħa li jissospendu jew jipprojbixxu offerta lill-pubbliku jew ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi jew il-forniment ta’ servizz tal-kriptoassi, u biex jinvestigaw il-ksur tar-regoli dwar l-abbuż tas-suq. L-emittenti ta’ kriptoassi għajr it-tokens irreferenzjati ma’ assi jew it-tokens tal-flus elettroniċi jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal superviżjoni skont dan ir-Regolament meta l-emmittent ma jkunx offerent jew persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar.

(99)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom ukoll is-setgħa li jimponu penali fuq l-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi, inklużi tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi u fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi. Meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi l-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur u jekk dan twettaqx intenzjonalment.

(100)

Minħabba n-natura transfruntiera tas-swieq fil-kriptoassi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw ma’ xulxin biex jindividwaw u jiskoraġġixxu kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament.

(101)

Biex tiġi ffaċilitata t-trasparenza rigward il-kriptoassi u l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, jenħtieġ li l-ESMA tistabbilixxi reġistru ta’ white papers dwar il-kriptoassi, l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi u l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi.

(102)

Tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jistgħu jintużaw bħala mezz ta’ skambju u sabiex isiru volumi kbar ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament. Minħabba li volumi daqstant kbar jistgħu jippreżentaw riskji speċifiċi għall-kanali ta’ trażmissjoni monetarja u għas-sovranità monetarja, huwa xieraq li l-EBA tiġi assenjata l-kompitu li tissorvelja lill-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, ladarba tali tokens ikunu ġew ikklassifikati bħala sinifikanti. Jenħtieġ li tali inkarigu jindirizza n-natura speċifika ħafna tar-riskji ppreżentati mit-tokens irreferenzjati ma’ assi, u jenħtieġ li ma jistabbilixxi l-ebda preċedent għal kwalunkwe att leġiżlattiv ieħor tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji.

(103)

L-awtoritajiet kompetenti inkarigati mis-superviżjoni skont id-Direttiva 2009/110/KE jenħtieġ li jissorveljaw l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi. Madankollu, minħabba l-użu potenzjali mifrux ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti bħala mezzi ta’ pagament u r-riskji li jistgħu joħolqu għall-istabbiltà finanzjarja, hija meħtieġa superviżjoni doppja kemm mill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll mill-EBA tal-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti. Jenħtieġ li EBA tissorvelja l-konformità mill-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti mar-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament għal tali tokens. Peress li r-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi jenħtieġ li japplikaw biss għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li joħorġu tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, li għalihom ma japplikawx tali rekwiżiti, jibqgħu taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom. Is-superviżjoni doppja jenħtieġ li tindirizza n-natura speċifika ħafna tar-riskji maħluqa mit-tokens tal-flus elettroniċi, u jenħtieġ li ma tistabbilixxix preċedent għal kwalunkwe att leġiżlattiv ieħor tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji.

(104)

Tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti denominati f’munita uffiċjali ta’ Stat Membru għajr l-euro, li jintużaw bħala mezz ta’ skambju u sabiex jiġu saldati volumi kbar ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament jistgħu, għalkemm x’aktarx ma jseħħux, joħolqu riskji speċifiċi għas-sovranità monetarja tal-Istat Membru li fil-munita uffiċjali tiegħu huma denominati. Meta mill-anqas 80 % tal-għadd ta’ detenturi u tal-volum tat-tranżazzjonijiet ta’ dawk it-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti jkunu kkonċentrati fl-Istat Membru domiċiljari, jenħtieġ li r-responsabbiltajiet superviżorji ma jiġux ittrasferiti lill-EBA.

(105)

Jenħtieġ li l-EBA tistabbilixxi kulleġġ ta’ superviżuri għal kull emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti. Peress li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti normalment ikunu fiċ-ċentru ta’ network ta’ entitajiet li jiżguraw il-ħruġ, it-trasferiment u d-distribuzzjoni ta’ tali kriptoassi, jenħtieġ li l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għal kull emittent jinkludu, fost l-oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti tal-pjattaformi ta’ negozjar l-aktar rilevanti għall-kriptoassi, f’każijiet meta t-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew it-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti jiġu ammessi għan-negozjar, u l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet u l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi l-aktar rilevanti li jiżguraw il-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti f’isem id-detenturi. Jenħtieġ li l-kulleġġ tas-superviżuri għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni fost il-membri tiegħu u jenħtieġ li joħroġ opinjonijiet mhux vinkolanti dwar, fost l-oħrajn, tibdiliet fl-awtorizzazzjoni jew fil-miżuri superviżorji rigward tali emittenti.

(106)

Sabiex tissorvelja emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, jenħtieġ li l-EBA jkollha s-setgħat, fost l-oħrajn, li twettaq spezzjonijiet fuq il-post, tieħu miżuri superviżorji u timponi multi.

(107)

Jenħtieġ li l-EBA timponi tariffi fuq l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti biex tkopri l-ispejjeż tagħha, inkluż għall-ispejjeż ġenerali. Għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti, jenħtieġ li t-tariffa tkun proporzjonata għad-daqs tar-riżerva ta’ assi tagħhom. Għall-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, jenħtieġ li t-tariffa tkun proporzjonata għall-ammont ta’ fondi riċevuti bi skambju għal tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti.

(108)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-elementi tekniċi tad-definizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament sabiex jiġu aġġustati għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, filwaqt li jiġu speċifikati aktar ċerti kriterji biex jiġi ddeterminat jekk token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jenħtieġx li jiġi kklassifikat bħala sinifikanti, li jiddetermina meta jkun hemm tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investituri jew theddida għall-funzjonament xieraq u l-integrità tas-swieq fil-kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew parti minnha, tispeċifika aktar ir-regoli ta’ proċedura għall-eżerċizzju tas-setgħa tal-EBA li timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, dispożizzjonijiet temporali, u l-ġbir ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, u l-perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali, u tispeċifika aktar it-tip u l-ammont ta’ tariffi superviżorji li l-EBA tista’ timponi fuq l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (22). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(109)

Sabiex tiġi promossa l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament, madwar l-Unjoni, inkluża l-protezzjoni adegwata ta’ detenturi ta’ kriptoassi u tal-klijenti ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, b’mod partikolari meta jkunu konsumaturi, jenħtieġ li jiġu żviluppati standards tekniċi. Huwa effiċjenti u xieraq li EBA u ESMA jiġu fdati, bħala korpi b’għarfien espert speċjalizzat ħafna, bl-iżvilupp ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li ma jinvolvux għażliet ta’ politika, biex jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni.

(110)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-EBA u mill-ESMA fir-rigward ta’: il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni f’white paper dwar il-kriptoassi dwar l-impatti negattivi prinċipali fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent tal-mekkaniżmu ta’ kunsens użat biex jinħareġ il-kriptoassi; il-proċedura għall-approvazzjoni ta’ white papers dwar il-kriptoassi sottomessi mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu meta joħorġu tokens irreferenzjati ma’ assi; l-informazzjoni li jenħtieġ li jkun fiha applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi; il-metodoloġija biex jiġu stmati l-għadd medju trimestrali u l-valur aggregat medju tat-tranżazzjonijiet għal kull jum assoċjati mal-użi tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi denominati f’munita li ma tkunx munita uffiċjali ta’ Stat Membru bħala mezz ta’ skambju f’kull żona tal-munita unika; ir-rekwiżiti, il-mudelli u l-proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti tad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u tal-klijenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi; ir-rekwiżiti għall-politiki u l-proċeduri għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, l-immaniġġjar u l-iżvelar tal-kunflitti ta’ interess tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u d-dettalji u l-metodoloġija għall-kontenut ta’ dak l-iżvelar; il-proċedura u l-iskeda ta’ żmien għal emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti sabiex jaġġusta għal rekwiżiti ogħla ta’ fondi proprji, il-kriterji għall-ħtieġa ta’ fondi proprji ogħla, ir-rekwiżiti minimi għat-tfassil ta’ programmi ta’ ttestjar tal-istress; ir-rekwiżit ta’ likwidità għar-riżerva ta’ assi; l-istrumenti finanzjarji li fihom tista’ tiġi investita r-riżerva ta’ assi; il-kontenut dettaljat ta’ informazzjoni meħtieġa biex titwettaq il-valutazzjoni tal-akkwiżizzjoni proposta tal-parteċipazzjoni kwalifikanti f’emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi; ir-rekwiżiti għall-obbligi addizzjonali għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti; l-informazzjoni li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-depożitorji ċentrali tat-titoli, id-ditti ta’ investiment, l-operaturi tas-suq, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, il-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS u l-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi li beħsiebhom jipprovdu servizzi tal-kriptoassi jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti; l-informazzjoni li jkun fiha applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi; il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jagħmel disponibbli għall-pubbliku u li hija relatata mal-impatti negattivi prinċipali fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent tal-mekkaniżmu ta’ kunsens użat biex jinħareġ kull kriptoassi li fir-rigward tiegħu jipprovdu servizzi; miżuri li jiżguraw il-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tas-servizzi tal-kriptoassi u r-rekords li jridu jinżammu tas-servizzi, l-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet kollha tal-kriptoassi li jwettqu; ir-rekwiżiti għall-politiki għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, l-immaniġġjar u l-iżvelar ta’ kunflitti ta’ interess tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u d-dettalji u l-metodoloġija għall-kontenut ta’ dak l-iżvelar; il-mod li bih għandha tiġi offruta d-data ta’ trasparenza tal-operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar u l-kontenut u l-format tar-rekords tal-ktieb tal-ordnijiet rigward il-pjattaforma ta’ negozjar; il-kontenut dettaljat tal-informazzjoni meħtieġa biex titwettaq il-valutazzjoni tal-akkwiżizzjoni proposta tal-parteċipazzjoni kwalifikanti f’fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi; l-arranġamenti, is-sistemi u proċeduri xierqa għall-monitoraġġ u l-individwazzjoni tal-abbuż tas-suq; il-mudell ta’ notifika għar-rappurtar ta’ suspetti ta’ abbuż tas-suq u proċeduri ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għall-individwazzjoni ta’ abbuż tas-suq; l-informazzjoni li trid tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti; mudell ta’ dokument għall-arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi; id-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni tal-white papers dwar il-kriptoassi fir-reġistru tal-ESMA u l-arranġamenti prattiċi biex jiġi żgurat li tali data tkun tista’ tinqara minn magna; il-kundizzjonijiet li skonthom ċerti membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u għall-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti għandhom jitqiesu l-aktar rilevanti fil-kategorija tagħhom; u l-kundizzjonijiet li skonthom jitqies li tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi jintużaw fuq skala kbira għall-finijiet tal-kwalifikazzjoni ta’ ċerti membri ta’ dak il-kulleġġ u d-dettalji tal-arranġamenti prattiċi għall-funzjonament ta’ dak il-kulleġġ. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u ta’ (UE) Nru 1095/2010, rispettivament.

(111)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill-EBA u mill-ESMA, fir-rigward ta’: l-istabbiliment ta’ formoli, formati u mudelli standard għall-white papers dwar il-kriptoassi; l-istabbiliment ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi; l-istabbiliment ta’ formoli, formati u mudelli standard għall-finijiet tar-rapportar dwar tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi denominati f’munita li ma tkunx munita uffiċjali ta’ Stat Membru li jinħarġu b’valur għola minn EUR 100 000 000; l-istabbiliment ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard għan-notifika ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, depożitorji ċentrali tat-titoli, ditti ta’ investiment, operaturi tas-suq, istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, kumpaniji maniġerjali tal-UCITS u maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi li beħsiebhom jipprovdu servizzi tal-kriptoassi; l-istabbiliment ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi; id-determinazzjoni tal-mezzi tekniċi għall-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġjata u għall-ittardjar tal-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġjata; u l-istabbiliment tal-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u bejn l-awtoritajiet kompetenti, EBA u ESMA. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 291 TFUE u f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(112)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jindirizza l-frammentazzjoni tal-qafas ġuridiku li japplika għall-offerenti jew għall-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi, għajr tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi, għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi u għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, u li jiżgura l-funzjonament xieraq tas-swieq fil-kriptoassi filwaqt li jiżgura l-protezzjoni tad-detenturi tal-kriptoassi u l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, b’mod partikolari d-detenturi fil-livell tal-konsumatur, kif ukoll il-protezzjoni tal-integrità tas-suq u l-istabbiltà finanzjarja, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, pjuttost, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni billi jinħoloq qafas li fih jista’ jiżviluppa suq transfruntier akbar għall-kriptoassi u għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(113)

Sabiex jiġi evitat tfixkil tal-parteċipanti fis-suq li jipprovdu servizzi u attivitajiet fir-rigward ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi li nħarġu qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-emittenti ta’ tali kriptoassi jenħtieġ li jiġu eżentati mill-obbligu li jippubblikaw white paper dwar il-kriptoassi u minn rekwiżiti oħra ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li ċerti obbligi japplikaw meta tali kriptoassi jkunu ġew ammessi għan-negozjar qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Sabiex jiġi evitat tfixkil għall-parteċipanti eżistenti fis-suq, huma meħtieġa dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati mal-assi li kienu joperaw fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(114)

Peress li l-oqfsa regolatorji nazzjonali applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ivarjaw fost l-Istati Membri, huwa essenzjali li dawk l-Istati Membri li, fil-preżent, ma jkollhomx fis-seħħ rekwiżiti prudenzjali b’saħħithom għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li attwalment joperaw taħt l-oqfsa regolatorji tagħhom ikollhom il-possibbiltà li jirrikjedu li tali fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkunu soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti minn dawk taħt l-oqfsa regolatorji nazzjonali. F’tali każijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew ma japplikawx, jew inaqqsu, il-perjodu tranżitorju ta’ 18-il xahar li f’każijiet oħra jippermetti lill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jipprovdu servizzi abbażi tal-qafas regolatorju nazzjonali eżistenti tagħhom. Tali għażla għall-Istati Membri jenħtieġ li ma tistabbilixxix preċedent għal kwalunkwe att leġiżlattiv ieħor tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji.

(115)

L-informaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġbdu l-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti dwar informazzjoni ġdida li tassistihom fl-identifikazzjoni ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament u fl-impożizzjoni ta’ penali. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti adegwati li jippermettu li l-informaturi jkunu jistgħu jwissu lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur attwali jew potenzjali ta’ dan ir-Regolament u li jipproteġuhom minn ritaljazzjoni. Jenħtieġ li dak isir billi tiġi emendata d-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) sabiex issir applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament.

(116)

Minħabba li jenħtieġ li EBA tingħata mandat bis-superviżjoni diretta tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, u jenħtieġ li ESMA tingħata l-mandat li tagħmel użu mis-setgħat tagħha fir-rigward tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li EBA u ESMA jkunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat u l-kompiti kollha tagħhom sabiex jissodisfaw l-objettivi tagħhom li jipproteġu l-interess pubbliku billi jikkontribwixxu għall-istabbiltà u l-effettività fuq terminu qasir, medju u twil tas-sistema finanzjarja għall-ekonomija tal-Unjoni, iċ-ċittadini u n-negozji tagħha u biex jiġi żgurat li l-emittenti tal-kriptoassi u l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkunu koperti mir-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010. Għalhekk dawk ir-Regolamenti jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(117)

Il-ħruġ, l-offerta jew it-tfittxija tal-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi u l-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi jistgħu jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25).

(118)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fl-24 ta’ Ġunju 2021 (26).

(119)

Jenħtieġ li d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi differita sabiex jilħqu jiġu adottati l-istandards tekniċi regolatorji, l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni u l-atti delegati li huma meħtieġa biex jiġu speċifikati aktar ċerti elementi ta’ dan ir-Regolament,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti uniformi għall-offerta lill-pubbliku u l-ammissjoni għan-negozjar fuq pjattaforma ta’ negozjar ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi, ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u ta’ tokens tal-flus elettroniċi, kif ukoll rekwiżiti għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi.

2.   B’mod partikolari, dan ir-Regolament jistabbilixxi dan li ġej:

(a)

rekwiżiti ta’ trasparenza u ta’ żvelar għall-ħruġ, l-offerta lill-pubbliku u l-ammissjoni ta’ kriptoassi għan-negozjar fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi (“l-ammissjoni għan-negozjar”);

(b)

rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi, kif ukoll għall-operat, l-organizzazzjoni u l-governanza tagħhom;

(c)

rekwiżiti għall-protezzjoni tad-detenturi ta’ kriptoassi fil-ħruġ, fl-offerta lill-pubbliku u fl-ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi;

(d)

rekwiżiti għall-protezzjoni tal-klijenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(e)

miżuri għall-prevenzjoni tal-abbuż minn informazzjoni privileġġjata, l-iżvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġjata u l-manipulazzjoni tas-suq relatati mal-kriptoassi, sabiex tiġi żgurata l-integrità tas-swieq fil-kriptoassi.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għal persuni fiżiċi u ġuridiċi u ċerti impriżi oħra li jkunu involuti fil-ħruġ, fl-offerta lill-pubbliku u fl-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi jew li jfornu servizzi relatati mal-kriptoassi fl-Unjoni.

2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a)

persuni li jfornu servizzi tal-kriptoassi b’mod esklużiv għall-kumpaniji omm tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom stess jew għal sussidjarji oħra tal-kumpaniji omm tagħhom;

(b)

likwidatur jew amministratur li jaġixxi matul proċedura ta’ insolvenza, għajr għall-finijiet tal-Artikolu 47;

(c)

il-BĊE, il-banek ċentrali tal-Istati Membri meta jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji jew awtoritajiet pubbliċi oħra tal-Istati Membri;

(d)

il-Bank Ewropew tal-Investiment u s-sussidjarji tiegħu;

(e)

il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà;

(f)

organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi.

3.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal kriptoassi li huma uniċi u mhux funġibbli ma’ kriptoassi oħrajn.

4.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal kriptoassi li jikkwalifikaw bħala wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

strumenti finanzjarji;

(b)

depożiti, inklużi d-depożiti strutturati;

(c)

fondi ħlief jekk jikkwalifikaw bħala tokens tal-flus elettroniċi;

(d)

pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fil-kuntest ta’ titolizzazzjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(e)

prodotti tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja jew tal-ħajja li jaqgħu fil-klassijiet tal-assigurazzjoni elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) jew kuntratti ta’ riassigurazzjoni u retroċessjoni msemmija f’dik id-Direttiva;

(f)

prodotti tal-pensjoni li, skont il-liġi nazzjonali, ikunu rikonoxxuti li għandhom l-għan ewlieni li jipprovdu lill-investitur bi dħul wara li jirtira, u li jintitolaw lill-investitur għal ċerti benefiċċji;

(g)

skemi għal pensjoni okkupazzjonali rikonoxxuti uffiċjalment li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) jew tad-Direttiva 2009/138/KE;

(h)

prodotti tal-pensjoni individwali li għalihom il-liġi nazzjonali tirrikjedi kontribuzzjoni finanzjarja minn min iħaddem u li għalihom min iħaddem jew l-impjegat ma jkollux għażla fir-rigward tal-prodott jew il-fornitur tal-pensjoni;

(i)

prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29);

(j)

sistemi ta’ sigurtà soċjali koperti bir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 (30) u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31).

5.   Sat-30 ta’ Diċembru 2024, l-ESMA għandha, għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 dwar il-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-kwalifika tal-kriptoassi bħala strumenti finanzjarji.

6.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“teknoloġija ta’ reġistru distribwit” jew “DLT” tfisser teknoloġija li tippermetti l-operat u l-użu ta’ reġistri distribwiti;

(2)

“reġistru distribwit” tfisser repożitorju ta’ informazzjoni li jżomm rekords tat-tranżazzjonijiet u li jkun kondiviż ma’ sett sħiħ ta’ nodi ta’ network ta’ DLT, u sinkronizzat bejniethom, bl-użu ta’ mekkaniżmu ta’ kunsens;

(3)

“mekkaniżmu ta’ kunsens” tfisser ir-regoli u l-proċeduri li permezz tagħhom jintlaħaq ftehim, bejn in-nodi ta’ network ta’ DLT, li tranżazzjoni tkun ġiet ivvalidata;

(4)

“nodu ta’ network ta’ DLT” tfisser apparat jew proċess li jkun parti minn network u li jżomm replika sħiħa jew parzjali tar-rekords tat-tranżazzjonijiet kollha fuq reġistru distribwit;

(5)

“kriptoassi” tfisser rappreżentazzjoni diġitali ta’ valur jew ta’ dritt li jistgħu jiġu ttrasferiti u maħżuna elettronikament bl-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit jew teknoloġija simili;

(6)

“token irreferenzjat ma’ assi” tfisser tip ta’ kriptoassi li ma jkunx token tal-flus elettroniċi u li jkollu l-għan li jżomm valur stabbli billi jagħmel referenza għal valur jew dritt ieħor jew kombinazzjoni tagħhom, inklużi munita uffiċjali waħda jew aktar;

(7)

“token tal-flus elettroniċi” tfisser tip ta’ kriptoassi li jkollu l-għan li jżomm valur stabbli billi jagħmel referenza għall-valur ta’ munita uffiċjali waħda;

(8)

“munita uffiċjali” tfisser munita uffiċjali ta’ pajjiż li tkun maħruġa minn bank ċentrali jew awtorità monetarja oħra;

(9)

“token ta’ utilità” tfisser tip ta’ kriptoassi li huwa maħsub biss biex jipprovdi aċċess għal prodott jew għal servizz fornit mill-emittent tiegħu;

(10)

“emittent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew impriża oħra, li toħroġ kriptoassi;

(11)

“emittent li japplika” tfisser emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi li japplika għal awtorizzazzjoni biex joffri lill-pubbliku jew ifittex l-ammissjoni għan-negozjar ta’ dawk il-kriptoassi;

(12)

“offerta lill-pubbliku” tfisser komunikazzjoni lil persuni fi kwalunkwe forma, u bi kwalunkwe mezz, li tippreżenta biżżejjed informazzjoni dwar it-termini tal-offerta u l-kriptoassi li jkunu se jiġu offruti sabiex id-detenturi prospettivi jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk jixtrux dawk il-kriptoassi;

(13)

“offerent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew impriża oħra, jew l-emittent, li joffri kriptoassi lill-pubbliku;

(14)

“fondi” tfisser fondi kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(15)

“fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi” tfisser persuna ġuridika jew impriża oħra li l-okkupazzjoni jew in-negozju tagħha jkunu l-forniment ta’ servizz wieħed jew aktar tal-kriptoassi lill-klijenti fuq bażi professjonali, u li jkollha l-permess tipprovdi servizzi tal-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 59;

(16)

“servizz tal-kriptoassi” tfisser kwalunkwe servizz u attività minn dawn li ġejjin relatati ma’ kwalunkwe kriptoassi:

(a)

il-forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti;

(b)

l-operat ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi;

(c)

l-iskambju ta’ kriptoassi ma’ fondi;

(d)

l-iskambju ta’ kriptoassi ma’ kriptoassi oħrajn;

(e)

l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti;

(f)

it-tqegħid tal-kriptoassi;

(g)

ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti;

(h)

il-forniment ta’ pariri dwar il-kriptoassi;

(i)

il-forniment ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi;

(j)

il-forniment ta’ servizzi ta’ trasferiment għal kriptoassi f’isem il-klijenti;

(17)

“il-forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti” tfisser is-salvagwardja jew il-kontroll, f’isem il-klijenti, ta’ kriptoassi jew tal-mezzi ta’ aċċess għal tali kriptoassi, meta applikabbli fil-forma ta’ kjavijiet kriptografiċi privati;

(18)

“l-operat ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi” tfisser l-immaniġġjar ta’ sistema multilaterali waħda jew aktar, li jlaqqgħu jew jiffaċilitaw it-tlaqqigħ ta’ interessi multipli ta’ xiri u ta’ bejgħ minn partijiet terzi fil-kriptoassi, fis-sistema u f’konformità mar-regoli tagħha, b’mod li jirriżulta f’kuntratt, jew billi jsir skambju ta’ kriptoassi ma’ fondi, inkella billi jsir skambju ta’ kriptoassi ma’ kriptoassi oħrajn;

(19)

“l-iskambju ta’ kriptoassi ma’ fondi” tfisser il-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ xiri jew ta’ bejgħ li jikkonċernaw il-kriptoassi mal-klijenti għal fondi bl-użu ta’ kapital proprjetarju;

(20)

“l-iskambju ta’ kriptoassi ma’ kriptoassi oħrajn” tfisser il-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ xiri jew ta’ bejgħ li jikkonċernaw il-kriptoassi mal-klijenti għal kriptoassi oħrajn bl-użu ta’ kapital proprjetarju;

(21)

“l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti” tfisser il-konklużjoni ta’ ftehimiet, f’isem il-klijenti, għax-xiri jew għall-bejgħ ta’ kriptoassi wieħed jew aktar jew l-abbonament f’isem il-klijenti għal kriptoassi wieħed jew aktar, u tinkludi l-konklużjoni ta’ kuntratti għall-bejgħ ta’ kriptoassi fil-mument li fih jiġu offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar;

(22)

“it-tqegħid tal-kriptoassi” tfisser il-kummerċjalizzazzjoni, f’isem l-offerent jew parti relatata mal-offerent jew akkont tagħhom, ta’ kriptoassi lix-xerrejja;

(23)

“ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti” tfisser ir-riċeviment minn persuna ta’ ordni għax-xiri jew għall-bejgħ ta’ kriptoassi wieħed jew aktar jew biex tabbona għal kriptoassi wieħed jew aktar u t-trażmissjoni ta’ dik l-ordni lill-parti terza għall-eżekuzzjoni;

(24)

“il-forniment ta’ pariri dwar il-kriptoassi” tfisser l-offerta, l-għoti jew il-qbil għall-għoti ta’ rakkomandazzjonijiet personalizzati lil klijent, jew fuq talba tal-klijent inkella fuq l-inizjattiva tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jipprovdi l-parir, fir-rigward ta’ tranżazzjoni waħda jew aktar relatati mal-kriptoassi, jew l-użu ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(25)

“il-forniment ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi” tfisser l-immaniġġjar ta’ portafolli f’konformità mal-mandati mogħtija mill-klijenti fuq bażi diskrezzjonali u ta’ klijent bi klijent meta tali portafolli jinkludu kriptoassi wieħed jew iktar;

(26)

“il-forniment ta’ servizzi ta’ trasferiment għal kriptoassi f’isem il-klijenti” tfisser il-forniment ta’ servizzi ta’ trasferiment, f’isem persuna fiżika jew ġuridika, ta’ kriptoassi minn indirizz jew kont ta’ reġistru distribwit għall-ieħor;

(27)

“korp maniġerjali” tfisser il-korp jew il-korpi ta’ emittent, offerent jew persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, jew ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, li jkunu nħatru f’konformità mal-liġi nazzjonali, li jingħataw is-setgħa jistabbilixxu l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-entità, u li jissorveljaw u jimmonitorjaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali fl-entità u tinkludi l-persuni li jmexxu b’mod effettiv in-negozju tal-entità;

(28)

“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE;

(29)

“ditta ta’ investiment” tfisser ditta ta’ investiment kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u awtorizzata skont id-Direttiva 2014/65/UE;

(30)

“investituri kwalifikati” tfisser persuni jew entitajiet li huma elenkati fit-Taqsima I, il-punti (1) sa (4), tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE;

(31)

“rabtiet mill-qrib” tfisser rabtiet mill-qrib kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (35), tad-Direttiva 2014/65/UE;

(32)

“riżerva ta’ assi” tfisser il-basket ta’ assi ta’ riżerva li jiggarantixxu l-pretensjoni kontra l-emittent;

(33)

“Stat Membru domiċiljari” tfisser:

(a)

meta l-offerent jew il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi għajr it-tokens irreferenzjati ma’ assi jew it-tokens tal-flus elettroniċi, ikollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fl-Unjoni, l-Istat Membru fejn l-offerent jew il-persuna jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom;

(b)

meta l-offerent jew il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi għajr it-tokens irreferenzjati ma’ assi jew it-tokens tal-flus elettroniċi ma jkollhomx uffiċċju reġistrat fl-Unjoni iżda jkollhom fergħa waħda jew aktar fl-Unjoni, l-Istat Membru magħżul minn dak l-offerent jew minn dik il-persuna minn fost dawk l-Istati Membri fejn ikollhom il-fergħat tagħhom;

(c)

meta l-offerent jew il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi għajr it-tokens irreferenzjati ma’ assi jew it-tokens tal-flus elettroniċi ikunu stabbiliti f’pajjiż terz u ma jkollhomx fergħa fl-Unjoni, jew l-Istat Membru fejn ikun maħsub li l-kriptoassi ser jiġu offruti lill-pubbliku għall-ewwel darba inkella, skont l-għażla tal-offerent jew tal-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, l-Istat Membru fejn issir l-ewwel applikazzjoni għall-ammissjoni għan-negozjar ta’ dawk il-kriptoassi;

(d)

fil-każ ta’ emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, l-Istat Membru fejn l-emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;

(e)

fil-każ ta’ emittent ta’ tokens tal-flus elettroniċi, l-Istat Membru fejn l-emittent ta’ tokens tal-flus elettroniċi jkun awtorizzat bħala istituzzjoni ta’ kreditu skont id-Direttiva 2013/36/UE jew bħala istituzzjoni tal-flus elettroniċi skont id-Direttiva 2009/110/KE;

(f)

fil-każ ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;

(34)

“Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru fejn offerent jew persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar ikunu għamlu offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi jew ikunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar, jew fejn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jipprovdi servizzi tal-kriptoassi, meta jkun differenti mill-Istat Membru domiċiljari;

(35)

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità waħda jew aktar:

(a)

iddeżinjata minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 93 dwar offerenti, persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr it-tokens irreferenzjati ma’ assi jew it-tokens tal-flus elettroniċi, emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, jew fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(b)

iddeżinjata minn kull Stat Membru għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/110/KE dwar emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi;

(36)

“parteċipazzjoni kwalifikanti” tfisser kwalunkwe parteċipazzjoni diretta jew indiretta f’emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew f’fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li tkun tirrappreżenta tal-anqas 10 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot, kif stabbilit fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32), rispettivament, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet għall-aggregazzjoni tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva, jew li tippermetti li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq l-immaniġġjar tal-emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew l-immaniġġjar tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li fihom teżisti dik il-parteċipazzjoni;

(37)

“detentur fil-livell tal-konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li tkun qed taġixxi għal finijiet li jkunu esterni għall-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;

(38)

“interfaċċa online” tfisser kwalunkwe software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, li jkun operat minn jew f’isem offerent jew fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, u li jservi biex jagħti lid-detenturi tal-kriptoassi aċċess għall-kriptoassi tagħhom u li jagħti lill-klijenti aċċess lis-servizzi tal-kriptoassi;

(39)

“klijent” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jipprovdilha servizzi tal-kriptoassi;

(40)

“negozjar matched principal” tfisser negozjar matched principal kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (38), tad-Direttiva 2014/65/UE;

(41)

“servizzi ta’ pagament” tfisser servizzi ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (3), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(42)

“fornitur ta’ servizzi ta’ pagament” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ pagament kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (11), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(43)

“istituzzjoni tal-flus elettroniċi” tfisser istituzzjoni tal-flus elettroniċi kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE;

(44)

“flus elettroniċi” tfisser flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva 2009/110/KE;

(45)

“data personali” tfisser data personali kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679;

(46)

“istituzzjoni ta’ pagament” tfisser istituzzjoni ta’ pagament kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(47)

“kumpanija tal-maniġment ta’ UCITS” tfisser kumpanija tal-maniġment kif definita fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33);

(48)

“maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi” tfisser AIFM kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34);

(49)

“strument finanzjarju” tfisser strumenti finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (15), tad-Direttiva 2014/65/UE;

(50)

“depożitu” tfisser depożitu kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (3), tad-Direttiva 2014/49/UE;

(51)

“depożitu strutturat” tfisser depożitu strutturat kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (43), tad-Direttiva 2014/65/UE.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 139 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar l-elementi tekniċi tad-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u biex taġġusta dawk id-definizzjonijiet skont l-iżviluppi tas-suq u l-iżviluppi teknoloġiċi.

TITOLU II

KRIPTOASSI GĦAJR TOKENS IRREFERENZJATI MA’ ASSI JEW TOKENS TAL-FLUS ELETTRONIĊI

Artikolu 4

Offerti lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi

1.   Persuna ma għandhiex tagħmel offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi fl-Unjoni sakemm dik il-persuna ma tkunx:

(a)

persuna ġuridika;

(b)

abbozzat white paper dwar il-kriptoassi fir-rigward ta’ dak il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 6;

(c)

innotifikat il-white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 8;

(d)

ippubblikat il-white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 9;

(e)

abbozzat il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, jekk ikun hemm, fir-rigward ta’ dawk il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 7;

(f)

ippubblikat il-kommunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, jekk ikun hemm, fir-rigward ta’ dawk il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 9;

(g)

ikkonformat mar-rekwiżiti għall-offerenti stabbiliti fl-Artikolu 14.

2.   Il-paragrafu 1, il-punti (b), (c), (d), u (f), ma għandhomx japplikaw għal kwalunkwe wieħed mill-offerti li ġejjin lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi:

(a)

offerta ta’ anqas minn 150 persuna fiżika jew ġuridika għal kull Stat Membru meta tali persuni jkunu qed jaġixxu għan-nom proprju;

(b)

fuq perjodu ta’ 12-il xahar, li jibda mill-bidu tal-offerta, il-korrispettiv totali ta’ offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi fl-Unjoni ma jaqbiżx EUR 1 000 000, jew l-ammont ekwivalenti f’munita uffiċjali oħra jew fi kriptoassi;

(c)

offerta ta’ kriptoassi li tkun indirizzata biss lil investituri kwalifikati meta l-kriptoassi jkunu jistgħu jinżammu biss minn tali investituri kwalifikati.

3.   Dan it-Titolu ma għandux japplika għal offerti lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi meta japplikaw kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-kriptoassi jiġu offruti b’xejn;

(b)

il-kriptoassi jinħolqu awtomatikament bħala premju għaż-żamma tar-reġistru distribwit jew għall-validazzjoni tat-tranżazzjonijiet;

(c)

l-offerta tikkonċerna token ta’ utilità li jipprovdi aċċess għal prodott jew servizz li jeżisti jew li qed jopera;

(d)

id-detentur tal-kriptoassi jkollu d-dritt li jużahom biss bi skambju ma’ prodotti u servizzi f’network limitat ta’ negozjanti b’arranġamenti kuntrattwali mal-offerent.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-kriptoassi ma għandhomx jitqiesu bħala offruti b’xejn meta x-xerrejja jkollhom l-obbligu li jipprovdu jew jimpenjaw ruħhom li jipprovdu data personali lill-offerent bi skambju ma’ dawk il-kriptoassi, jew fejn l-offerent ta’ kriptoassi jirċievi mingħand id-detenturi prospettivi ta’ dawk il-kriptoassi kwalunkwe tariffa, kummissjoni, jew benefiċċju monetarju jew benefiċċju mhux monetarju bi skambju ma’ dawk il-kriptoassi.

Meta, għal kull perjodu ta’ 12-il xahar, li jibda mill-bidu tal-offerta inizjali lill-pubbliku, il-korrispettiv totali ta’ offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), fl-Unjoni jaqbeż EUR 1 000 000, l-offerent għandu jibgħat notifika lill-awtorità kompetenti li jkun fiha deskrizzjoni tal-offerta u jispjega għaliex l-offerta hija eżentata minn dan it-Titolu skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (d).

Abbażi tan-notifika msemmija fit-tielet subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni ġustifikata kif mistħoqq meta tqis li l-attività ma tikkwalifikax għal eżenzjoni bħala network limitat skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), u għandha tinforma lill-offerent b’dan.

4.   L-eżenzjonijiet elenkati fil-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw meta l-offerent, jew persuna oħra li taġixxi f’isem l-offerent, jgħarraf fi kwalunkwe komunikazzjoni l-intenzjoni tiegħu li jfittex l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi.

5.   L-awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi skont l-Artikolu 59 ma hijiex meħtieġa għall-forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti jew għall-forniment ta’ servizzi ta’ trasferiment għall-kriptoassi fir-rigward tal-kriptoassi li l-offerti tagħhom lill-pubbliku jkunu eżentati skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm:

(a)

ma tkunx teżisti xi offerta oħra lill-pubbliku tal-istess kriptoassi u dik l-offerta ma tibbenefikax mill-eżenzjoni; jew

(b)

il-kriptoassi offert ma jkunx ammess fuq pjattaforma ta’ negozjar.

6.   Meta l-offerta lill-pubbliku tal-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi tkun tikkonċerna token ta’ utilità li tipprovdi aċċess għal prodotti u servizzi li għadhom ma’ jeżistux jew li mhux qed joperaw, it-tul tal-offerta lill-pubbliku kif deskritta fil-white paper dwar il-kriptoassi ma għandux jaqbeż 12-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi.

7.   Kwalunkwe offerta sussegwenti lill-pubbliku tal-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi għandha titqies bħala offerta separata lill-pubbliku li għaliha japplikaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-paragrafu 2 jew 3 għall-offerta sussegwenti lill-pubbliku.

Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda white paper addizzjonali dwar il-kriptoassi għal kwalunkwe offerta sussegwenti lill-pubbliku tal-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi sakemm tkun ġiet ippubblikata white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Artikoli 9 u 12, u l-persuna responsabbli għat-tfassil ta’ tali white paper tagħti l-kunsens tagħha għall-użu tagħha bil-miktub.

8.   Meta offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi tkun eżentata mill-obbligu li tiġi ppubblikata white paper dwar il-kriptoassi skont il-paragrafu 2 jew 3, iżda madankollu titfassal white paper b’mod volontarju, għandu japplika dan it-Titolu.

Artikolu 5

Ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi

1.   Persuna ma għandhiex tfittex l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi fi ħdan l-Unjoni sakemm dik il-persuna ma tkunx:

(a)

persuna ġuridika;

(b)

abbozzat white paper dwar il-kriptoassi fir-rigward ta’ dawk il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 6;

(c)

innotifikat il-white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 8;

(d)

ippubblikat il-white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 9;

(e)

abbozzat il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, jekk ikun hemm, dwar dawk il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 7;

(f)

ippubblikat il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, jekk ikun hemm, dwar dawk il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 9;

(g)

ikkonformat mar-rekwiżiti għal persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar previsti fl-Artikolu 14.

2.   Meta l-kriptoassi jiġu ammessi għan-negozjar fuq l-inizjattiva tal-operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar u ma tkunx ġiet ippubblikata white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 9 fil-każijiet previsti minn dan ir-Regolament, l-operatur ta’ dik il-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi u l-operatur rispettiv tal-pjattaforma ta’ negozjar jistgħu jaqblu bil-miktub li għandu jkun l-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar li jkollu l-obbligu li jikkonforma mar-rekwiżiti kollha msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (b) sa (g), jew ma’ parti minnhom.

Il-ftehim bil-miktub imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiddikjara b’mod ċar li l-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar għandha l-obbligu li tipprovdi lill-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex dak l-operatur ikun jista’ jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (b) sa (g), kif applikabbli.

4.   Il-paragrafu 1, il-punti (b), (c) u (d), ma għandhomx japplikaw meta:

(a)

il-kriptoassi jkunu diġà ammessi għan-negozjar fuq pjattaforma ta’ negozjar oħra għall-kriptoassi fl-Unjoni; u

(b)

l-white paper dwar il-kriptoassi tkun imfassla f’konformità mal-Artikolu 6, aġġornata f’konformità mal-Artikolu 12, u l-persuna responsabbli għat-tfassil ta’ tali white paper tagħti l-kunsens tagħha għall-użu tagħha bil-miktub.

Artikolu 6

Kontenut u forma tal-white paper dwar il-kriptoassi

1.   White paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja, kif speċifikat aktar fl-Anness I:

(a)

informazzjoni dwar l-offerent jew il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar;

(b)

informazzjoni dwar l-emittent, jekk dan ikun differenti mill-offerent jew mill-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar;

(c)

informazzjoni dwar l-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar f’każijiet meta jfassal il-white paper dwar il-kriptoassi;

(d)

informazzjoni dwar il-proġett tal-kriptoassi;

(e)

informazzjoni dwar l-offerta lill-pubbliku tal-kriptoassi jew dwar l-ammissjoni għan-negozjar tagħhom;

(f)

informazzjoni dwar il-kriptoassi;

(g)

informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi marbuta mal-kriptoassi;

(h)

informazzjoni dwar it-teknoloġija sottostanti;

(i)

informazzjoni dwar ir-riskji;

(j)

informazzjoni dwar l-impatti negattivi prinċipali fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent tal-mekkaniżmu ta’ kunsens użat biex jinħarġu l-kriptoassi.

F’każijiet meta l-white paper dwar il-kriptoassi ma titfassalx mill-persuni kif msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), il-white paper dwar il-kriptoassi għandha tinkludi wkoll l-identità tal-persuna li tkun fasslet il-white paper dwar il-kriptoassi u r-raġuni għaliex dik il-persuna partikolari fasslitha.

2.   L-informazzjoni kollha elenkata fil-paragrafu 1 għandha tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa. Il-white paper dwar il-kriptoassi ma għandux ikun fiha omissjonijiet materjali u għandha tiġi ppreżentata f’forma konċiża u li tinftiehem.

3.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha d-dikjarazzjoni ċara u prominenti li ġejja fl-ewwel paġna:

“Din il-white paper dwar il-kriptoassi ma ġiet approvata mill-ebda awtorità kompetenti fi kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. L-offerent tal-kriptoassi huwa unikament responsabbli għall-kontenut ta’ din il-white paper dwar il-kriptoassi.”.

Meta l-white paper dwar il-kriptoassi titfassal mill-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew minn operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar, f’dak il-każ, minflok “offerent”, għandha tiġi inkluża referenza għal “persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar” jew “operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar” fid-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

4.   Il-white paper dwar il-kriptoassi ma għandu jkun fiha l-ebda stipulazzjoni fir-rigward tal-valur futur tal-kriptoassi, għajr id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.

5.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha dikjarazzjoni ċara u mhux ambigwa li:

(a)

il-kriptoassi jistgħu jitilfu l-valur tagħhom parzjalment jew kompletament;

(b)

il-kriptoassi mhux dejjem jistgħu jkunu trasferibbli;

(c)

il-kriptoassi jistgħu ma jkunux likwidi;

(d)

meta l-offerta lill-pubbliku tkun tikkonċerna token ta’ utilità, li t-token ta’ utilità jista’ ma jkunx skambjabbli mal-prodott jew mas-servizz imwiegħed fil-white paper dwar il-kriptoassi, speċjalment fil-każ ta’ falliment jew waqfien tal-proġett tal-kriptoassi;

(e)

il-kriptoassi ma humiex koperti mill-iskemi ta’ kumpens għall-investituri skont id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35);

(f)

il-kriptoassi ma humiex koperti mill-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 2014/49/UE.

6.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha dikjarazzjoni mill-korp maniġerjali tal-offerent, tal-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew tal-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar. Dik id-dikjarazzjoni, li għandha tiddaħħal wara d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, għandha tikkonferma li l-white paper dwar il-kriptoassi tikkonforma ma’ dan it-Titolu u li, sa fejn ikun jaf il-korp maniġerjali, l-informazzjoni ppreżentata fil-white paper dwar il-kriptoassi tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa u li l-white paper dwar il-kriptoassi ma tagħmel l-ebda ommissjoni li x’aktarx taffettwa l-importazzjoni tagħha.

7.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha sommarju, imdaħħal wara d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, li għandu fil-qosor u b’lingwaġġ mhux tekniku jipprovdi informazzjoni ta’ importanza ewlenija dwar l-offerta lill-pubbliku tal-kriptoassi jew l-ammissjoni maħsuba għan-negozjar. Is-sommarju għandu jinftiehem faċilment u jiġi ppreżentat u stabbilit f’format ċar u komprensiv, bl-użu ta’ karattri ta’ daqs li jinqara. Is-sommarju tal-white paper dwar il-kriptoassi għandu jipprovdi informazzjoni xierqa dwar il-karatteristiċi tal-kriptoassi kkonċernati sabiex jgħin lid-detenturi prospettivi tal-kriptoassi jieħdu deċiżjoni informata.

Is-sommarju għandu jkun fih ukoll twissija li:

(a)

dan jenħtieġ li jinqara bħala introduzzjoni għall-white paper dwar il-kriptoassi;

(b)

id-detentur prospettiv għandu jibbaża kwalunkwe deċiżjoni għax-xiri tal-kriptoassi fuq il-kontenut tal-white paper dwar il-kriptoassi sħiħa u mhux fuq is-sommarju biss;

(c)

l-offerta lill-pubbliku tal-kriptoassi ma tikkostitwix offerta jew solleċitazzjoni għax-xiri ta’ strumenti finanzjarji u li kwalunkwe tali offerta jew solleċitazzjoni tista’ ssir biss permezz ta’ prospett jew permezz ta’ dokumenti oħra ta’ offerta skont il-liġi nazzjonali applikabbli;

(d)

il-white paper dwar il-kriptoassi ma tikkostitwix prospett kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36) jew kwalunkwe dokument ieħor tal-offerta skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

8.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha d-data tan-notifika tagħha u t-tabella tal-werrej.

9.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandha titfassal b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru domiċiljari, jew b’lingwa abitwali fil-qasam tal-finanzi internazzjonali.

Meta l-kriptoassi jiġu offruti wkoll fi Stat Membru għajr l-Istat Membru domiċiljari, il-white paper dwar il-kriptoassi għandha titfassal ukoll b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti, jew b’lingwa abitwali fil-qasam tal-finanzi internazzjonali.

10.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandha tkun disponibbli f’format li jinqara mill-magni.

11.   ESMA, f’kooperazzjoni ma’ EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-formoli, il-formats u l-mudelli standard għall-finijiet tal-paragrafu 10.

ESMA għandha tissottometti abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

12.   ESMA, f’kooperazzjoni ma’ EBA, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (j), fir-rigward tal-indikaturi tas-sostenibbiltà b’rabta mal-impatti negattivi fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent.

Meta tiżviluppa l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, ESMA għandha tikkunsidra t-tipi varji ta’ mekkaniżmi ta’ kunsens użati biex jiġu vvalidati t-tranżazzjonijiet fil-kriptoassi, l-istrutturi ta’ inċentivi tagħhom u l-użu tal-enerġija, tal-enerġija rinnovabbli u tar-riżorsi naturali, il-produzzjoni tal-iskart u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. ESMA għandha taġġorna dawk l-istandards tekniċi regolatorji fid-dawl ta’ żviluppi regolatorji u teknoloġiċi.

ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 7

Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

1.   Kwalunkwe komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni relatata ma’ offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi, jew mal-ammissjoni għan-negozjar ta’ tali kriptoassi, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu identifikati biċ-ċar bħala tali;

(b)

l-informazzjoni fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa;

(c)

l-informazzjoni fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tkun konsistenti mal-informazzjoni fil-white paper dwar il-kriptoassi, meta tali white paper dwar il-kriptoassi tkun meħtieġa skont l-Artikolu 4 jew 5;

(d)

il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jiddikjaraw b’mod ċar li ġiet ippubblikata white paper dwar il-kriptoassi u jindikaw b’mod ċar l-indirizz tas-sit web tal-offerent, tal-persuna li qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, jew l-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi kkonċernat, kif ukoll numru tat-telefown u indirizz tal-email biex tkun tista’ tiġi kkuntattjata dik il-persuna;

(e)

il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jkun fihom b’mod ċara u prominenti d-dikjarazzjoni li ġejja:

“Din il-komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni dwar il-kriptoassi ma ġiet rieżaminata jew approvata minn ebda awtorità kompetenti fi kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. L-offerent tal-kriptoassi huwa unikament responsabbli għall-kontenut ta’ din il-komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni dwar il-kriptoassi.”.

Meta l-komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni titħejja mill-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew mill-operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar, f’dak il-każ, minflok “offerent”, għandha tiġi inkluża referenza għal “persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar” jew “operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar” fid-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (e).

2.   Meta tkun meħtieġa white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 4 jew 5, l-ebda komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni ma għandha tiġi disseminata qabel il-pubblikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi. L-abbiltà tal-offerent, tal-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew tal-operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar, li jwettaq sondaġġi tas-suq ma għandhiex tiġi affettwata.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jiġu disseminati l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandu jkollha s-setgħa li tivvaluta l-konformità mal-paragrafu 1 fir-rigward ta’ dawk il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni.

Fejn ikun meħtieġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tassisti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jiġu disseminati l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konsistenza tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-informazzjoni fil-white paper dwar il-kriptoassi.

4.   L-użu ta’ kwalunkwe waħda mis-setgħat superviżorji u investigattivi stabbiliti fl-Artikolu 94 fir-rigward tal-infurzar ta’ dan l-Artikolu mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti għandu jiġi nnotifikat mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-offerent, lill-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew l-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi.

Artikolu 8

In-notifika tal-white paper dwar il-kriptoassi u tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

1.   L-offerenti, il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jew l-operaturi ta’ pjattaformi ta’ negozjar għall-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, għandhom jinnotifikaw il-white paper tagħhom dwar il-kriptoassi, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom.

2.   Il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom, fuq talba, jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, meta jindirizzaw lid-detenturi prospettivi ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi f’dawk l-Istati Membri.

3.   L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jeħtieġu approvazzjoni minn qabel ta’ white papers dwar il-kriptoassi, u lanqas ta’ kwalunkwe komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni relatata magħhom, qabel il-pubblikazzjoni rispettiva tagħhom.

4.   In-notifika tal-white paper dwar il-kriptoassi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni tar-raġuni għaliex il-kriptoassi deskritt fil-white paper dwar il-kriptoassi ma għandux jitqies bħala:

(a)

kriptoassi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 2(4);

(b)

token tal-flus elettroniċi;jew

(c)

token irreferenzjat ma’ assi.

5.   L-elementi msemmija fil-paragrafi 1 u 4 għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari mill-anqas 20 jum tax-xogħol qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi.

6.   L-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, għandhom, flimkien man-notifika msemmija fil-paragrafi 1, jipprovdu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom b’lista tal-Istati Membri ospitanti, jekk ikun hemm, meta jkollhom l-intenzjoni li joffru l-kriptoassi tagħhom lill-pubbliku jew ikollhom l-intenzjoni li jfittxu l-ammissjoni għan-negozjar. Huma għandhom jinformaw ukoll lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom dwar id-data tal-bidu tal-offerta maħsuba lill-pubbliku jew tal-ammissjoni għan-negozjar maħsuba u bi kwalunkwe bidla għal dik id-data.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tinnotifika lill-punt uniku ta’ kuntatt tal-Istati Membri ospitanti bl-offerta maħsuba lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar maħsuba u tikkomunika lil dak il-punt uniku ta’ kuntatt, il-white paper korrispondenti dwar il-kriptoassi fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li tirċievi l-lista tal-Istati Membri ospitanti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

7.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkomunika lill-ESMA l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 kif ukoll id-data tal-bidu tal-offerta maħsuba lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar maħsuba u kwalunkwe bidla għal dik id-data. Hija għandha tikkomunika tali informazzjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li tirċieviha mingħand l-offerent jew il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar.

L-ESMA għandha tqiegħed il-white paper dwar il-kriptoassigħad-disponibbiltà fir-reġistru, skont l-Artikolu 109(2), sad-data tal-bidu tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar.

Artikolu 9

Pubblikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi, u tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

1.   L-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi għandhom jippubblikaw il-white papers tagħhom dwar il-kriptoassi u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom, fuq is-sit web tagħhom, li għandu jkun pubblikament aċċessibbli, fi żmien raġonevoli qabel, u fi kwalunkwe każ qabel id-data tal-bidu tal-offerta lill-pubbliku ta’ dawk il-kriptoassi jew tal-ammissjoni ta’ dawk il-kriptoassi għan-negozjar. Il-white papers dwar il-kriptoassi u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, għandhom jibqgħu disponibbli fuq is-sit web tal-offerenti jew tal-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar sakemm il-kriptoassi jibqgħu miżmuma mill-pubbliku.

2.   Il-white papers dwar il-kriptoassi ppubblikati u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, għandhom ikunu identiċi għall-verżjoni nnotifikata lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 8 jew, meta applikabbli, mal-verżjoni mmodifikata f’konformità mal-Artikolu 12.

Artikolu 10

Riżultat tal-offerta lill-pubbliku u arranġamenti ta’ salvagwardja

1.   L-offerenti ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, li jiffissaw limitu ta’ żmien fuq l-offerta tagħhom lill-pubbliku ta’ dawk il-kriptoassi għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom ir-riżultat tal-offerta lill-pubbliku fi żmien 20 jum tax-xogħol minn tmiem il-perjodu tal-abbonament.

2.   L-offerenti ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, li ma jiffissawx limitu ta’ żmien fuq l-offerta tagħhom lill-pubbliku ta’ dawk il-kriptoassi għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom fuq bażi kontinwa, mill-anqas darba fix-xahar, l-għadd ta’ unitajiet tal-kriptoassi fiċ-ċirkolazzjoni.

3.   L-offerenti ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, li jistabbilixxu limitu ta’ żmien fuq l-offerta tagħhom lill-pubbliku ta’ kriptoassi għandu jkollhom arranġamenti effettivi fis-seħħ sabiex jimmonitorjaw u jissalvagwardjaw il-fondi, jew kriptoassi oħrajn, iġġenerati matul l-offerta lill-pubbliku. Għal dak l-għan, dawk l-offerenti għandhom jiżguraw li l-fondi jew il-kriptoassi miġbura matul l-offerta lill-pubbliku jinżammu f’kustodja minn waħda minn dawn li ġejjin jew mit-tnejn li huma:

(a)

istituzzjoni ta’ kreditu, fejn jiġu ġġenerati fondi matul l-offerta lill-pubbliku;

(b)

fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jforni kustodja u amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti.

4.   Meta l-offerta lill-pubbliku ma jkollha l-ebda limitu ta’ żmien, l-offerent għandu jikkonforma mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu sakemm id-dritt ta’ rtirar tad-detentur fil-livell tal-konsumatur skont l-Artikolu 13 ikun skada.

Artikolu 11

Drittijiet tal-offerenti u tal-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi

1.   Wara l-pubblikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 9, u, meta applikabbli, mal-white paper dwar il-kriptoassi mmodifikata skont l-Artikolu 12, l-offerenti jistgħu joffru kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, fl-Unjoni kollha u tali kriptoassi jistgħu jiġu ammessi għan-negozjar fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi fl-Unjoni.

2.   L-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, li ppubblikaw white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Artikoli 9, u meta applikabbli, white paper immodifikata skont l-Artikolu 12, ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe rekwiżit ta’ informazzjoni ulterjuri, fir-rigward tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar ta’ dawk il-kriptoassi.

Artikolu 12

Modifika ta’ white papers dwar il-kriptoassi ppubblikati u tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ppubblikati

1.   L-offerenti, il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jew l-operaturi ta’ pjattaformi ta’ negozjar għall-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, għandhom jimmodifikaw il-white papers dwar il-kriptoassi ppubblikati tagħhom, u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ppubblikati tagħhom, kull meta jkun hemm fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali li tista’ taffettwa l-valutazzjoni tal-kriptoassi. Dak ir-rekwiżit għandu japplika għad-durata tal-offerta lill-pubbliku jew sakemm il-kriptoassi jkunu ammessi għan-negozjar.

2.   L-offerenti, il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jew l-operaturi ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, għandhom jinnotifikaw il-white papers dwar il-kriptoassi modifikati tagħhom, u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikati, u d-data tal-pubblikazzjoni maħsuba, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom, inklużi r-raġunijiet għal tali modifika, tal-anqas sebat ijiem tax-xogħol qabel il-pubblikazzjoni tagħhom.

3.   Fid-data tal-pubblikazzjoni, jew aktar kmieni jekk mitlub mill-awtorità kompetenti, l-offerent, il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew l-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar għandhom jinformaw minnufih lill-pubbliku fuq is-sit web tagħhom dwar in-notifika ta’ white paper dwar il-kriptoassi modifikata mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom u għandhom jipprovdu sommarju tar-raġunijiet li għalihom ikunu nnotifikaw white paper dwar il-kriptoassi modifikata.

4.   L-ordni tal-informazzjoni f’white paper dwar il-kriptoassi modifikata, u, meta applikabbli, f’komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikati, għandha tkun konsistenti ma’ dik tal-white paper dwar il-kriptoassi jew mal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ppubblikati f’konformità mal-Artikolu 9.

5.   Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tasal il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata, u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikati, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tinnotifika l-white paper dwar il-kriptoassi modifikata u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikati lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri ospitanti msemmija fl-Artikolu 8(6) u tikkomunika n-notifika u d-data tal-pubblikazzjoni lil ESMA.

ESMA għandha tagħmel il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata disponibbli fir-reġistru, skont l-Artikolu 109(2), mal-pubblikazzjoni.

6.   L-offerenti, il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jew l-operaturi ta’ pjattaformi ta’ negozjar għall-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, għandhom jippubblikaw il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata, u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikati, inklużi r-raġunijiet għal tali modifika, fuq is-sit web tagħhom f’konformità mal-Artikolu 9.

7.   Il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata, u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikati, għandhom ikunu ttimbrati bi kronogramma. Il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata l-aktar riċenti, u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikati, għandhom ikunu mmarkati bħala l-verżjoni applikabbli. Il-white papers dwar il-kriptoassi modifikati kollha, u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikati għandhom jibqgħu disponibbli sakemm il-kriptoassi jinżammu mill-pubbliku.

8.   Meta l-offerta lill-pubbliku tkun tikkonċerna token ta’ utilità li jipprovdi aċċess għal prodotti u servizzi li għadhom ma jeżistux jew li għadhom mhux qed joperaw, tibdiliet magħmula fil-white paper dwar il-kriptoassi modifikata u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikati, ma għandhomx jestendu l-limitu ta’ żmien ta’ 12-il xahar imsemmi fl-Artikolu 4(6).

9.   Il-verżjonijiet antiki tal-white paper dwar il-kriptoassi u tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom jibqgħu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-offerenti, tal-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar, jew tal-operaturi ta’ pjattaformi ta’ negozjar, għal mill-anqas 10 snin wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dawk il-verżjonijiet antiki, bi twissija prominenti li tiddikjara li ma għadhomx validi u b’hyperlink għat-taqsima ddedikata fuq is-sit web fejn tiġi ppubblikata l-aktar verżjoni reċenti ta’ dawk id-dokumenti.

Artikolu 13

Dritt ta’ rtirar

1.   Id-detenturi fil-livell tal-konsumatur li jixtru kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi kemm direttament mingħand offerent jew mingħand fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jqiegħed kriptoassi f’isem dak l-offerent għandu jkollhom dritt ta’ rtirar.

Id-detenturi fil-livell tal-konsumatur għandu jkollhom perjodu ta’ 14-il jum kalendarju li fih jistgħu jirtiraw mill-ftehim tagħhom li jixtru kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi mingħajr ma jġarrbu xi tariffa jew spejjeż u mingħajr ma jkunu mitluba jagħtu raġunijiet. Il-perjodu tal-irtirar għandu jibda mid-data tal-ftehim tad-detentur fil-livell tal-konsumatur li jixtri dawk il-kriptoassi.

2.   Il-pagamenti kollha riċevuti mingħand detentur fil-livell tal-konsumatur, inkluż, jekk applikabbli, kwalunkwe imposta, għandhom jiġu rimborżati mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 14-il jum mid-data li fiha l-offerent jew il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jqiegħed l-kriptoassi f’isem dak l-offerent jiġi informat bid-deċiżjoni tad-detentur fil-livell tal-konsumatur li jirtira mill-ftehim ta’ xiri ta’ dawk il-kriptoassi.

Tali rimborż għandu jsir billi jintużaw l-istess mezzi ta’ pagament bħal dawk użati mid-detentur fil-livell tal-konsumatur għat-tranżazzjoni tal-bidu, sakemm id-detentur fil-livell tal-konsumatur ma jkunx espressament qabel mod ieħor u sakemm id-detentur fil-livell tal-konsumatur ma jġarrab l-ebda tariff jew spejjeż bħala riżultat ta’ tali rimborż.

3.   L-offerenti ta’ kriptoassi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar id-dritt ta’ rtirar imsemmi fil-paragrafu 1 fil-white paper tagħhom dwar il-kriptoassi.

4.   Id-dritt ta’ rtirar imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-kriptoassi jkunu ġew ammessi għan-negozjar qabel ix-xiri tagħhom mid-detentur fil-livell tal-konsumatur.

5.   Meta offerenti jkunu stabbilixxew limitu ta’ żmien fuq l-offerta tagħhom lill-pubbliku ta’ tali kriptoassi skont l-Artikolu 10, id-dritt ta’ rtirar ma għandux jiġi eżerċitat wara t-tmiem tal-perjodu ta’ abbonament.

Artikolu 14

Obbligi tal-offerenti u tal-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi

1.   L-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, għandhom:

(a)

jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali;

(b)

jikkomunikaw mad-detenturi u d-detenturi prospettivi ta’ kriptoassi b’mod ġust, ċar u mhux qarrieqi;

(c)

jidentifikaw, jipprevjenu, jimmaniġġjaw u jiżvelaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jista’ jinqala’;

(d)

iżommu s-sistemi u l-protokolli ta’ aċċess għas-sigurtà kollha tagħhom f’konformità mal-istandards xierqa tal-Unjoni.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA, b’kooperazzjoni mal-EBA, għandha sat-30 ta’ Diċembru 2024 toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sabiex tispeċifika dawk l-istandards tal-Unjoni.

2.   L-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi għandhom jaġixxu fl-aħjar interessi tad-detenturi ta’ dawn il-kriptoassi u għandhom jittrattawhom b’mod ugwali, sakemm ma jiġix żvelat xi trattament preferenzjali ta’ detenturi speċifiċi u r-raġunijiet għal dak it-trattament preferenzjali, fil-white paper dwar il-kriptoassi u, meta applikabbli, fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni.

3.   Meta offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi tiġi kkanċellata, l-offerenti ta’ tali kriptoassi għandhom jiżguraw li kwalunkwe fondi miġbura mid-detenturi jew mid-detenturi prospettivi jiġu rritornati kif xieraq lilhom, sa mhux aktar tard minn 25 jum kalendarju wara d-data tal-kanċellazzjoni.

Artikolu 15

Responsabbiltà għall-informazzjoni mogħtija f’white paper dwar il-kriptoassi

1.   Meta offerent, persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar, ikunu kisru l-Artikolu 6 billi jipprovdu fil-white paper dwar il-kriptoassi tagħhom jew f’white paper dwar il-kriptoassi modifikata informazzjoni li ma tkunx kompluta, ġusta jew ċara jew li tkun qarrieqa, dak l-offerent, dik il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew dak l-operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar u l-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tagħhom għandhom ikunu responsabbli fir-rigward tad-detentur tal-kriptoassi għal kwalunkwe telf imġarrab minħabba dak il-ksur.

2.   Kwalunkwe esklużjoni jew limitazzjoni kuntrattwali tar-responsabbiltà ċivili kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun imċaħħda minn effett legali.

3.   Meta l-white paper dwar il-kriptoassi u l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jitħejjew mill-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar f’konformità mal-Artikolu 5(3), il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar għandha tkun responsabbli wkoll meta tipprovdi informazzjoni li ma tkunx kompluta, ġusta jew ċara, jew li tkun qarrieqa għall-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar.

4.   Għandha tkun ir-responsabbiltà tad-detentur ta’ kriptoassi li jippreżenta evidenza li tindika li l-offerent, il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, jew l-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, ikunu kisru l-Artikolu 6 billi provdew informazzjoni li ma kinitx kompluta, ġusta jew ċara, jew li kienet qarrieqa u li dipendenza fuq tali informazzjoni kellha impatt fuq id-deċiżjoni tad-detentur li jixtri, ibigħ jew jiskambja dawk il-kriptoassi.

5.   L-offerent, il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, jew l-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar u l-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tiegħu ma għandhomx ikunu responsabbli lejn id-detentur ta’ kriptoassi għat-telf imġarrab minħabba d-dipendenza fuq l-informazzjoni pprovduta f’sommarju kif imsemmi fl-Artikolu 6(7), inkluża kwalunkwe traduzzjoni tagħha, ħlief meta s-sommarju:

(a)

ikun qarrieqi, impreċiż jew inkonsistenti meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-white paper dwar il-kriptoassi; jew

(b)

ma jkunx jipprovdi, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-white paper dwar il-kriptoassi, informazzjoni ta’ importanza ewlenija sabiex jgħin lil detenturi prospettivi tal-kriptoassi meta jkunu qed jikkunsidraw jekk jixtrux tali kriptoassi.

6.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe responsabbiltà ċivili oħra skont il-liġi nazzjonali.

TITOLU III

TOKENS IRREFERENZJATI MA’ ASSI

KAPITOLU 1

L-awtorizzazzjoni tal-offerta ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi lill-pubbliku u tat-talba għall-ammissjoni tagħhom għan-negozjar

Artikolu 16

Awtorizzazzjoni

1.   Persuna ma għandhiex tagħmel offerta lill-pubbliku jew tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, ta’ token irreferenzjat ma’ assi, fl-Unjoni, sakemm dik il-persuna ma tkunx l-emittent ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi u ma tkunx:

(a)

persuna ġuridika jew impriża oħra li tkun stabbilita fl-Unjoni u li tkun ġiet awtorizzata tagħmel dan skont l-Artikolu 21 mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħha; jew

(b)

istituzzjoni ta’ kreditu li tikkonforma mal-Artikolu 17.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, bil-kunsens bil-miktub tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi, persuni oħra jistgħu joffru lill-pubbliku jew ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi. Dawk il-persuni għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 27, 29 u 40.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, impriżi oħra jistgħu joħorġu tokens irreferenzjati ma’ assi biss jekk l-istatus legali tagħhom jiżgura livell ta’ protezzjoni għall-interessi ta’ partijiet terzi ekwivalenti għal dak mogħti minn persuni ġuridiċi u jekk ikunu soġġetti għal superviżjoni prudenzjali ekwivalenti xierqa għall-forma legali tagħhom.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta:

(a)

fuq perjodu ta’ 12-il xahar, ikkalkolat fi tmiem kull jum kalendarju, il-valur medju pendenti tat-token irreferenzjat ma’ assi maħruġ minn emittent qatt ma jkun jaqbeż il-EUR 5 000 000, jew l-ammont ekwivalenti f’munita uffiċjali oħra, u l-emittent ma jkunx marbut ma’ network ta’ emittenti eżenti oħrajn; jew

(b)

l-offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi tkun indirizzata biss lil investituri kwalifikati u t-token irreferenzjat ma’ assi jkun jista’ jinżamm biss minn tali investituri kwalifikati.

Meta japplika dan il-paragrafu, l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jabbozzaw white paper dwar il-kriptoassi kif imsemmi fl-Artikolu 19 u jinnotifikaw dik il-white paper dwar il-kriptoassi, u, fuq talba, kwalunkwe komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom.

3.   L-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti lil persuna msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha tkun valida għall-Unjoni kollha u għandha tippermetti lil emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi joffri lill-pubbliku, fl-Unjoni kollha, it-token irreferenzjat ma’ assi li għalih ikun ġie awtorizzat, jew ifittex ammissjoni għan-negozjar ta’ tali token irreferenzjat ma’ assi.

4.   L-approvazzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti tal-white paper dwar il-kriptoassi ta’ emittent skont l-Artikolu 17(1) jew l-Artikolu 21(1) jew tal-white paper dwar il-kriptoassi modifikata skont l-Artikolu 25 għandha tkun valida għall-Unjoni kollha.

Artikolu 17

Rekwiżiti għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu

1.   Token irreferenzjat ma’ assi maħruġ minn istituzzjoni ta’ kreditu jista’ jiġi offrut lill-pubbliku jew ammess għan-negozjar, jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu:

(a)

tabbozza white paper dwar il-kriptoassi kif imsemmi fl-Artikolu 19 għat-token irreferenzjat ma’ assi, tippreżenta dik il-white paper dwar il-kriptoassi għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħha f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, u jkollha l-white paper dwar il-kriptoassi approvata mill-awtorità kompetenti;

(b)

tinnotifika lill-awtorità kompetenti rispettiva, mill-anqas 90 jum tax-xogħol qabel ma jinħareġ it-token irreferenzjat ma’ assi għall-ewwel darba, billi tingħata lilha l-informazzjoni li ġejja:

(i)

programm tal-operazzjonijiet, li jistabbilixxi l-mudell tan-negozju li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun biħsiebha ssegwi;

(ii)

opinjoni legali li t-token irreferenzjat ma’ assi ma jikkwalifikax bħala wieħed minn dawn li ġejjin:

kriptoassi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2(4);

token tal-flus elettroniċi;

(iii)

deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti ta’ governanza msemmija fl-Artikolu 34(1);

(iv)

il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu;

(v)

deskrizzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali mal-entitajiet terzi kif imsemmija fl-Artikolu 34(5), it-tieni subparagrafu;

(vi)

deskrizzjoni tal-politika tal-kontinwità tal-operat imsemmija fl-Artikolu 34(9);

(vii)

deskrizzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern u l-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju msemmija fl-Artikolu 34(10);

(viii)

deskrizzjoni tas-sistemi u tal-proċeduri stabbiliti għas-salvagwardja tad-disponibbiltà, tal-awtentiċità, tal-integrità u tal-kunfidenzjalità tad-data msemmija fl-Artikolu 34(11);

2.   Istituzzjoni ta’ kreditu li tkun innotifikat qabel lill-awtorita’ kompetenti f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b), meta toħroġ token irreferenzjat ma’ assi ieħor, ma għandhiex tkun meħtieġa tissottometti kwalunkwe informazzjoni li qabel kienet sottomessa minnha lill-awtorità kompetenti meta tali informazzjoni tkun identika. Meta tissottometti l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1, il-punt (b), l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tikkonferma espressament li kwalunkwe informazzjoni mhux sottomessa mill-ġdid tkun għadha aġġornata.

3.   L-awtorita’ kompetenti li tirċievi notifika msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandhom, fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu l-informazzjoni elenkata fih, jivvalutaw jekk tkunx ġiet ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa skont dan il-punt. Meta l-awtorita’ kompetenti tikkonkludi li notifika ma tkunx kompluta minħabba li l-informazzjoni tkun nieqsa, hija għandha tinforma minnufih b’dan lill-istituzzjoni ta’ kreditu li tinnotifika u tistabbilixxi skadenza sa meta dik l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha l-obbligu li tipprovdi l-informazzjoni nieqsa.

L-iskadenza biex tiġi pprovduta kwalunkwe informazzjoni nieqsa ma għandhiex taqbeż l-20 jum tax-xogħol mid-data tat-talba. Sakemm tiskadi dik l-iskadenza, il-perjodu stabbilit mill-paragrafu 1, il-punt (b), għandu jiġi sospiż. Kwalunkwe talba ulterjuri mill-awtorita’ kompetenti għall-ikkompletar tal-informazzjoni jew għal kjarifika dwarha għandha tkun skont id-diskrezzjoni tagħha iżda ma għandhiex tirriżulta f’sospensjoni tal-perjodu stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (b).

L-istituzzjoni ta’ kreditu ma għandhiex tagħmel offerta lill-pubbliku jew tfittex l-ammissjoni għan-negozjar tat-token irreferenzjat ma’ assi dment li n-notifika tkun għadha inkompluta.

4.   Istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ tokens irreferenzjati ma’ assi, inklużi tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti, ma għandhiex tkun soġġetta għall-Artikoli 16, 18, 20, 21, 24, 35, 41 u 42.

5.   L-awtorita’ kompetenti għandha tikkomunika lill-BĊE mingħajr dewmien l-informazzjoni kompluta riċevuta skont il-paragrafu 1 u, meta l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun stabbilita fi Stat Membru li l-munita uffiċjali tiegħu ma hijiex l-euro jew meta munita uffiċjali ta’ Stat Membru li ma hijiex l-euro tkun referenzjata mit-token irreferenzjat ma’ assi, għandha tikkomunikaha wkoll lill-bank ċentrali ta’ dak l-Istat Membru.

Il-BĊE u, meta applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat Membru kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, għandhom, fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu l-informazzjoni kompluta, joħorġu opinjoni dwar dik l-informazzjoni u jittrażmettu dik l-opinjoni lill-awtorità kompetenti.

L-awtorità kompetenti għandha tirrikjedi lill-istituzzjoni ta’ kreditu ma toffrix lill-pubbliku t-token irreferenzjat ma’ assi jew ma tfittixx l-ammissjoni għan-negozjar f’każijiet fejn il-BĊE jew, meta applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat Membru kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, jagħtu opinjoni negattiva fuq il-bażi ta’ riskju kreat għall-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, it-trażmissjoni tal-politika monetarja jew is-sovranità monetarja.

6.   L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lill-ESMA l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 109(3) wara li tivverifika l-kompletezza tal-informazzjoni riċevuta fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha tagħmel tali informazzjoni disponibbli fir-reġistru, skont l-Artikolu 109(3), mid-data tal-bidu tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar.

7.   L-awtorità kompetenti rilevanti għandha, fi żmien jumejn ta’ xogħol minn meta tirtira l-awtorizzazzjoni, tikkomunika lill-ESMA l-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ tokens irreferenzjati ma’ assi. L-ESMA għandha tagħmel l-informazzjoni dwar tali irtirar disponibbli fir-reġistru, skont l-Artikolu 109(3), mingħajr dewmien bla bżonn.

8.   L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-BĊE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika b’mod ulterjuri l-proċedura għall-approvazzjoni ta’ white paper dwar il-kriptoassi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a).

L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 18

Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni

1.   Il-persuni ġuridiċi jew impriżi oħra li jkunu biħsiebhom joffru lill-pubbliku tokens irreferenzjati ma’ assi jew ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom.

2.   L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

l-indirizz tal-emittent li japplika;

(b)

l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent li japplika;

(c)

l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-emittent li japplika, meta applikabbli;

(d)

programm tal-operazzjonijiet, li jistabbilixxi l-mudell tan-negozju li l-emittent li japplika jkun biħsiebu jsegwi;

(e)

opinjoni legali li t-token irreferenzjat ma’ assi ma jikkwalifikax bħala wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

kriptoassi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2(4); jew

(ii)

token tal-flus elettroniċi;

(f)

deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti ta’ governanza tal-emittent li japplika kif imsemmija fl-Artikolu 34(1);

(g)

meta jeżistu arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ fornituri ta’ servizzi speċifiċi tal-kriptoassi, deskrizzjoni tal-mekkaniżmi u l-proċeduri ta’ kontroll intern tagħhom biex tiġi żgurata konformità mal-obbligi fir-rigward tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva (UE) 2015/849;

(h)

l-identità tal-membri tal-korp maniġerjali tal-emittent li japplika;

(i)

prova li l-persuni msemmija fil-punt (h) jkollhom reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza xierqa sabiex jimmaniġġjaw lill-emittent li japplika;

(j)

prova li kwalunkwe azzjonist jew membru, kemm jekk dirett kemm jekk indirett, li jkollu parteċipazzjoni kwalifikanti fl-emittent li japplika jkollu reputazzjoni tajba biżżejjed;

(k)

white paper dwar il-kriptoassi kif imsemmi fl-Artikolu 19;

(l)

il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu;

(m)

deskrizzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali mal-entitajiet terzi kif msemmija fl-Artikolu 34(5), it-tieni subparagrafu;

(n)

deskrizzjoni tal-politika tal-kontinwità tal-operat tal-emittent li japplika msemmija fl-Artikolu 34(9);

(o)

deskrizzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern u l-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju msemmija fl-Artikolu 34(10);

(p)

deskrizzjoni tas-sistemi u tal-proċeduri stabbiliti għas-salvagwardja tad -disponibbiltà, tal-awtentiċità, tal-integrità u tal-kunfidenzjalità tad-data kif imsemmija fl-Artikolu 34(11);

(q)

deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti tal-emittent li japplika kif imsemmi fl-Artikolu 31;

(r)

meta applikabbli, lista ta’ Stati Membri ospitanti fejn l-emittent li japplika jkun biħsiebu joffri t-token irreferenzjat ma’ assi lill-pubbliku jew ikun biħsiebu jfittex ammissjoni għan-negozjar tat-token irreferenzjat ma’ assi.

3.   Emittenti li diġa’ ġew awtorizzati fir-rigward ta’ token irreferenzjat ma’ assi wieħed ma għandu jkollhom l-obbligu li jissottomettu, għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni fir-rigward ta’ token irreferenzjat ma’ assi ieħor, kwalunkwe informazzjoni li tkun preċedentement ġiet sottomessa minnhom lill-awtorità kompetenti meta tali informazzjoni tkun identika. Meta jissottometti l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2, l-emittent għandu jikkonferma espressament li kwalunkwe informazzjoni mhux sottomessa mill-ġdid tkun għadha aġġornata.

4.   L-awtorita’ kompetenti għandha minnufih, u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta tirċievi applikazzjoni skont il-paragrafu 1, tikkonferma bil-miktub li tkun irċevietha lill-emittent li japplika.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punti (i) u (j), l-emittent li japplika ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu jipprovdi prova ta’ dan kollu li ġej:

(a)

għall-membri kollha tal-korp maniġerjali, l-assenza ta’ fedina penali fir-rigward ta’ kundanni jew l-assenza ta’ penali imposti skont il-liġi kummerċjali applikabbli, il-liġi dwar l-insolvenza u l-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, jew fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, tal-frodi jew tar-responsabbiltà professjonali;

(b)

li l-membri tal-korp maniġerjali tal-emittent li japplika, tat-token irreferenzjat ma’ assi, b’mod kollettiv ikollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza xierqa sabiex jimmaniġġjaw l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi u li dawk il-persuni jkollhom l-obbligu li jallokaw biżżejjed ħin sabiex iwettqu l-impenji tagħhom;

(c)

għall-azzjonisti u l-membri, kemm jekk diretti kemm jekk indiretti kollha li għandhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti fl-emittent li japplika, l-assenza ta’ fedina penali fir-rigward ta’ kundanni u l-assenza ta’ penali imposti skont il-liġi kummerċjali applikabbli, il-liġi dwar l-insolvenza u l-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, jew fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, tal-frodi jew tar-responsabbiltà professjonali;

6.   L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-BĊE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.   L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard biex l-informazzjoni tiġi inkluża fl-applikazzjoni sabiex tiżgura l-uniformità fl-Unjoni kollha.

L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 19

Il-kontenut u l-forma tal-white paper dwar il-kriptoassi għal tokens irreferenzjati ma’ assi

1.   White paper dwar il-kriptoassi għal token irreferenzjat ma’ assi għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja, kif speċifikat aktar fl-Anness II:

(a)

informazzjoni dwar l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi;

(b)

informazzjoni dwar it-token irreferenzjat ma’ assi;

(c)

informazzjoni dwar l-offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi jew l-ammissjoni għan-negozjar tiegħu;

(d)

informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi marbuta mat-token irreferenzjat ma’ assi;

(e)

informazzjoni dwar it-teknoloġija sottostanti;

(f)

informazzjoni dwar ir-riskji;

(g)

informazzjoni dwar ir-riżerva ta’ assi;

(h)

informazzjoni dwar l-impatti negattivi prinċipali fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent tal-mekkaniżmu ta’ kunsens użat biex jinħareġ it-token irreferenzjat ma’ assi.

Il-white paper dwar il-kriptoassi għandha tinkludi wkoll l-identità tal-persuna għajr l-emittent li joffri lill-pubbliku jew ifittex ammissjoni għan-negozjar skont l-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu, u r-raġuni għaliex dik il-persuna partikolari toffri dak it-token irreferenzjat ma’ assi jew tfittex l-ammissjoni għan-negozjar tiegħu. F’każijiet fejn il-white paper dwar il-kriptoassi ma titfassalx mill-emittent, il-white paper dwar il-kriptoassi għandha tinkludi wkoll l-identità tal-persuna li fasslet il-white paper dwar il-kriptoassi u r-raġuni għaliex dik il-persuna partikolari fasslitha.

2.   L-informazzjoni kollha elenkata fil-paragrafu 1 għandha tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa. Il-white paper dwar il-kriptoassi ma għandux ikun fiha omissjonijiet materjali u għandha tiġi ppreżentata f’forma konċiża u li tinftiehem.

3.   Il-white paper dwar il-kriptoassi ma għandu jkun fiha l-ebda stipulazzjoni rigward il-valur futur tal-kriptoassi għajr id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

4.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha dikjarazzjoni ċara u mhux ambigwa li:

(a)

it-token irreferenzjat ma’ assi jista’ jitilef il-valur tiegħu parzjalment jew kompletament;

(b)

it-token irreferenzjat ma’ assi mhux dejjem jista’ jkun trasferibbli;

(c)

it-token irreferenzjat ma’ assi jista’ ma jkunx likwidu;

(d)

it-token irreferenzjat ma’ assi ma huwiex kopert mill-iskemi ta’ kumpens għall-investituri skont id-Direttiva 97/9/KE;

(e)

it-token irreferenzjat ma’ assi ma huwiex kopert mill-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 2014/49/UE.

5.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha dikjarazzjoni mill-korp maniġerjali tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi. Dik id-dikjarazzjoni għandha tikkonferma li l-white paper dwar il-kriptoassi tikkonforma ma’ dan it-Titolu u li, sa fejn ikun jaf il-korp maniġerjali, l-informazzjoni ppreżentata fil-white paper dwar il-kriptoassi tkun ġusta, ċara u ma tkunx qarrieqa u li l-white paper dwar il-kriptoassi ma tagħmel l-ebda ommissjoni li x’aktarx taffettwa l-importazzjoni tagħha.

6.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha sommarju, imdaħħal wara d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, li għandu fil-qosor u b’lingwaġġ mhux tekniku jipprovdi informazzjoni ta’ importanza ewlenija dwar l-offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi jew l-ammissjoni għan-negozjar maħsuba tat-token irreferenzjat ma’ assi. Is-sommarju għandu jinftiehem faċilment u jiġi ppreżentat u stabbilit f’format ċar u komprensiv, bl-użu ta’ karattri ta’ daqs li jinqara. Is-sommarju tal-white paper dwar il-kriptoassi għandu jipprovdi informazzjoni xierqa dwar il-karatteristiċi tat-token irreferenzjat ma’ assi kkonċernat sabiex jgħin lid-detenturi prospettivi ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi jieħdu deċiżjoni informata.

Is-sommarju għandu jkun fih twissija li:

(a)

huwa għandu jinqara bħala introduzzjoni għall-white paper dwar il-kriptoassi;

(b)

id-detentur prospettiv għandu jibbaża kwalunkwe deċiżjoni għax-xiri tat-token irreferenzjat ma’ assi fuq il-kontenut tal-white paper dwar il-kriptoassi sħiħa u mhux fuq is-sommarju biss;

(c)

l-offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi ma tikkostitwix offerta jew solleċitazzjoni għax-xiri ta’ strumenti finanzjarji u li kwalunkwe tali offerta jew solleċitazzjoni tista’ ssir biss permezz ta’ prospett jew permezz ta’ dokumenti oħra ta’ offerta skont il-liġi nazzjonali applikabbli;

(d)

il-white paper dwar il-kriptoassi ma tikkostitwix prospett kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2017/1129 jew kwalunkwe dokument ieħor tal-offerta skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

Is-sommarju għandu jiddikjara li d-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom dritt ta’ fidi fi kwalunkwe ħin, u l-kundizzjonijiet għal tali fidi.

7.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha d-data tan-notifika tagħha u t-tabella tal-werrej.

8.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandha titfassal b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru domiċiljari, jew b’lingwa abitwali fil-qasam tal-finanzi internazzjonali.

Meta t-token irreferenzjat ma’ assi jiġi offrut ukoll fi Stat Membru għajr l-Istat Membru domiċiljari tal-emittent, il-white paper dwar il-kriptoassi għandha titfassal ukoll b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti, jew b’lingwa abitwali fil-qasam tal-finanzi internazzjonali.

9.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandha tkun disponibbli f’format li jinqara mill-magni.

10.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-formoli, il-formats u l-mudelli standard għall-finijiet tal-paragrafu 9.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

11.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (h), fir-rigward tal-indikaturi tas-sostenibbiltà b’rabta mal-impatti negattivi fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent.

Meta tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tikkunsidra t-tipi varji ta’ mekkaniżmi ta’ kunsens użati biex jiġu vvalidati t-tranżazzjonijiet fil-kriptoassi, l-istrutturi ta’ inċentivi tagħhom u l-użu tal-enerġija, tal-enerġija rinnovabbli u tar-riżorsi naturali, il-produzzjoni tal-iskart u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-ESMA għandha taġġorna l-istandards tekniċi regolatorji fid-dawl ta’ żviluppi regolatorji u teknoloġiċi.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 20

Valutazzjoni tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu applikazzjoni għal awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 18 għandhom, fi żmien 25 jum tax-xogħol minn meta jirċievu tali applikazzjoni, jivvalutaw jekk dik l-applikazzjoni, inkluża l-white paper dwar il-kriptoassi msemmija fl-Artikolu 19, ikunx fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa. Huma għandhom jinnotifikaw minnufih lill-emittent li japplika dwar jekk l-applikazzjoni, inkluża l-white paper dwar il-kriptoassi, jonqoshiex xi informazzjoni meħtieġa. Fejn l-applikazzjoni, inkluża l-white paper dwar il-kriptoassi, ma tkunx kompluta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu skadenza sa meta l-emittent li japplika għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni nieqsa.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien 60 jum tax-xogħol minn meta jirċievu applikazzjoni kompluta, jivvalutaw jekk l-emittent li japplika jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan it-Titolu u jieħdu abbozz ta’ deċiżjoni motivata b’mod sħiħ dwar jekk jagħtux jew jiċħdux l-awtorizzazzjoni. Fi żmien dawk is-60 jum tax-xogħol, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-emittent li japplika kwalunkwe informazzjoni dwar l-applikazzjoni, inkluż fuq il-white paper dwar il-kriptoassi msemmija fl-Artikolu 19.

Matul il-proċess ta’ valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, mal-unitajiet tal-intelligence finanzjarja jew ma’ korpi pubbliċi oħra.

3.   Il-perjodu ta’ valutazzjoni skont il-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi sospiż għall-perjodu bejn id-data tat-talba għal informazzjoni nieqsa mill-awtoritajiet kompetenti u meta jirċievu tweġiba għaliha mingħand l-emittent li japplika. Is-sospensjoni ma għandhiex taqbeż l-20 jum tax-xogħol.Kwalunkwe talba ulterjuri mill-awtoritajiet kompetenti għall-ikkompletar tal-informazzjoni jew għal kjarifika dwarha għandha tkun skont id-diskrezzjoni tagħhom iżda ma għandhiex tirriżulta f’sospensjoni tal-perjodu ta’ valutazzjoni skont il-paragrafi 1 u 2.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, wara l-perjodu tas-60 jum tax-xogħol imsemmi fil-paragrafu 2, jittrażmettu l-abbozz tad-deċiżjoni tagħhom u l-applikazzjoni lill-EBA, lill-ESMA u lill-BĊE. Meta l-emittent li japplika jkun stabbilit fi Stat Membru li l-munita uffiċjali tiegħu ma tkunx l-euro, jew meta munita uffiċjali ta’ Stat Membru li ma hijiex l-euro tkun referenzjata mit-token irreferenzjat ma’ assi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu wkoll l-abbozz tad-deċiżjoni tagħhom u l-applikazzjoni lill-bank ċentrali ta’ dak l-Istat Membru.

5.   L-EBA u l-ESMA għandhom, fuq talba tal-awtorità kompetenti, u fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu l-abbozz ta’ deċiżjoni u l-applikazzjoni, joħorġu opinjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tagħhom tal-opinjoni legali msemmija fl-Artikolu 18(2), il-punt (e), u jibagħtu l-opinjonijiet rispettivi tagħhom lill-awtorità kompetenti kkonċernata.

Il-BĊE jew, meta applikabbli, il-bank ċentrali msemmi fil-paragrafu 4 għandu, fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jkun irċieva l-abbozz tad-deċiżjoni u l-applikazzjoni, joħroġ opinjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tiegħu tar-riskji li l-ħruġ ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi jista’ joħloq għall-istabbiltà finanzjarja, il-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, it-trażmissjoni tal-politika monetarja u s-sovranità monetarja, u jibgħat l-opinjoni tiegħu lill-awtorità kompetenti kkonċernata.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(4), l-opinjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx ikunu vinkolanti.

L-awtorità kompetenti għandha, madankollu, tikkunsidra kif xieraq l-opinjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 21

L-għoti jew iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti, fi żmien 25 jum tax-xogħol minn meta jkunu rċivew l-opinjonijiet imsemmija fl-Artikolu 20(5), għandhom jieħdu deċiżjoni motivata bis-sħiħ li tagħti jew tiċħad l-awtorizzazzjoni lill-emittent li japplika u, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tittieħed dik id-deċiżjoni, jinnotifikawha lill-emittent li japplika. Meta emittent li japplika jiġi awtorizzat, il-white paper tiegħu dwar il-kriptoassi għandha titqies bħala approvata.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċħdu l-awtorizzazzjoni meta jkun hemm raġunijiet oġġettivi u dimostrabbli li:

(a)

il-korp maniġerjali tal-emittent li japplika jista’ jkun ta’ theddida għall-immaniġġjar effettiv, sod u prudenti u għall-kontinwità tal-operat tiegħu u għall-kunsiderazzjoni adegwata tal-interess tal-klijenti tiegħu u għall-integrità tas-suq;

(b)

il-membri tal-korp maniġerjali ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 34(2);

(c)

azzjonisti u membri, kemm jekk diretti kemm jekk indiretti, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti ma jissodisfawx il-kriterji ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed stabbiliti fl-Artikolu 34(4);

(d)

l-emittent li japplika jonqos milli jissodisfa jew x’aktarx li jkun se jonqos milli jissodisfa kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta’ dan it-Titolu;

(e)

il-mudell tan-negozju tal-emittent li japplika jista’ jkun ta’ theddida serja għall-integrità tas-suq, l-istabbiltà finanzjarja, il-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ħlas, jew jesponi lill-emittent jew lis-settur għal riskji serji ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu.

3.   EBA u ESMA għandhom, sat-30 ta’ Ġunju 2024, b’mod konġunt joħorġu linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, rispettivament, dwar il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-membri tal-korp maniġerjali tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u tal-azzjonisti u membri, kemm jekk diretti kemm jekk indiretti, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti fl-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċħdu wkoll l-awtorizzazzjoni jekk il-BĊE jew, meta applikabbli, il-bank ċentrali jagħti opinjoni negattiva skont l-Artikolu 20(5) għal raġunijiet ta’ riskju għall-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, trażmissjoni tal-politika monetarja, jew sovranità monetarja.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta jagħtu l-awtorizzazzjoni, jikkomunikaw lill-punt uniku ta’ kuntatt tal-Istati Membri ospitanti, lill-ESMA, lill-EBA, lill-BĊE u, fejn applikabbli, lill-bank ċentrali msemmija fl-Artikolu 20(4), l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 109(3).

L-ESMA għandha tagħmel tali informazzjoni disponibbli fir-reġistru, skont l-Artikolu 109(3), mid-data tal-bidu tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar.

6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-EBA, lill-ESMA, lill-BĊE, u meta applikabbli, lill-bank ċentrali msemmija fl-Artikolu 20(4), bit-talbiet kollha għal awtorizzazzjonijiet miċħuda, u jipprovdu r-raġunament sottostanti għad-deċiżjoni u, meta applikabbli, spjegazzjoni għal kwalunkwe devjazzjoni mill-opinjonijiet imsemmija fl-Artikolu 20(5).

Artikolu 22

Rapportar dwar tokens irreferenzjati ma’ assi

1.   Għal kull token irreferenzjat ma’ assi b’valur tal-ħruġ li jkun ogħla minn EUR 100 000 000, l-emittent għandu jirrapporta fuq bażi trimestrali lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru ta’ detenturi;

(b)

il-valur tat-token irreferenzjat ma’ assi maħruġ u d-daqs tar-riżerva ta’ assi;

(c)

il-medja tan-numru u l-valur aggregat medju tat-tranżazzjonijiet kuljum matul it-trimestru rilevanti;

(d)

stima tal-medja tan-numru u l-valur aggregat medju tat- tranżazzjonijiet kuljum matul it-trimestru rilevanti li huma assoċjati mal-użi tagħha bħala mezz ta’ skambju f’żona ta’ munita unika.

Għall-finijiet tal-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu, “tranżazzjoni” għandha tfisser kwalunkwe bidla tal-persuna fiżika jew ġuridika intitolata għat-token irreferenzjat ma’ assi bħala riżultat tat-trasferiment tat-token irreferenzjat ma’ assi minn indirizz jew kont ta’ reġistru distribwit wieħed għal ieħor.

Tranżazzjonijiet li huma assoċjati mal-iskambju għal fondi jew kriptoassi oħra mal-emittent jew ma’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ma għandhomx jitqiesu bħala assoċjati ma’ użi tat-token irreferenzjat ma’ assi bħala mezz ta’ skambju, sakemm ma jkunx hemm evidenza li t-token irreferenzjat ma’ assi huwa użat għas-saldu ta’ tranżazzjonijiet fi kriptoassi oħra.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tirrikjedi lill-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jikkonformaw mal-obbligu ta’ rapportar imsemmi fil-paragrafu 1 fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi maħruġa b’valur ta’ anqas minn EUR 100 000 000.

3.   Fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, li jfornu servizzi relatati ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi, għandhom jipprovdu lill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi bl-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, inkluż billi jirrapportaw tranżazzjonijiet barra mir-reġistru distribwit.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tikkondividi l-informazzjoni riċevuta mal-BĊE u, meta applikabbli, mal-bank ċentrali msemmi fl-Artikolu 20(4) u mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti.

5.   Il-BĊE u, meta applikabbli, il-bank ċentrali msemmi fl-Artikolu 20(4) jistgħu jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-istimi tagħhom stess tal-medja trimestrali tan-numru u l-valur aggregat medju ta’ tranżazzjonijiet kuljum li huma assoċjati ma’ użi tat-token irreferenzjati ma’ assi bħala mezz ta’ skambju f’żona ta’ munita unika.

6.   L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-metodoloġija biex tiġi stmata l-medja trimestrali tan-numru u l-valur aggregate medju tat-tranżazzjonijiet kuljum li huma assoċjati ma’ użi tat-token irreferenzjati ma’ assi bħala mezz ta’ skambju f’żona ta’ munita unika.

L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-formoli, il-formats u l-mudelli standard għall-finijiet tar-rapportar imsemmi fil-paragrafu 1 u tad-dispożizzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 23

Restrizzjonijiet fuq il-ħruġ ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi wżati b’mod wiesa’ bħala mezz ta’ skambju

1.   Meta, għal token irreferenzjat ma’ assi, il-medja trimestrali stmata tan-numru u l-valur aggregat medju ta’ tranżazzjonijiet kuljum assoċjati ma’ użi tagħha bħala mezz ta’ skambju, f’żona ta’ munita unika, hija ogħla minn 1 miljun tranżazzjoni u EUR 200 000 000, rispettivament, l-emittent għandu:

(a)

jieqaf joħroġ dak it-token irreferenzjat ma’ assi; kif ukoll

(b)

fi żmien 40 jum tax-xogħol minn meta jintlaħaq dak il-livell limitu, jissottometti pjan lill-awtorità kompetenti biex tiżgura li medja trimestrali stmata tan-numru u l-valur aggregat medju ta’ dawk it-tranżazzjonijiet kuljum jinżammu taħt 1 miljun tranżazzjoni u EUR 200 000 000 rispettivament.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tuża l-informazzjoni pprovduta mill-emittent, l-istimi tagħha stess, jew l-istimi pprovduti mill-BĊE jew, meta applikabbli, mill-bank ċentrali msemmi fl-Artikolu 20(4), skont liema jkun ogħla, sabiex tivvaluta jekk intlaħaqx il-livell limitu msemmi fil-paragrafu 1.

3.   Meta diversi emittenti joħorġu l-istess token irreferenzjat ma’ assi, il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati mill-awtorità kompetenti wara li tiġi aggregata d-data mill-emittenti kollha.

4.   L-emittent għandu jissottometti l-pjan imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti. Meta jkun meħtieġ, l-awtorità kompetenti għandha tirrikjedi modifiki, pereżempju l-impożizzjoni ta’ ammont ta’ denominazzjoni minima, sabiex tiżgura tnaqqis f’waqtu tal-użu bħala mezz ta’ skambju tat-token irreferenzjat ma’ assi.

5.   L-awtorità kompetenti għandha tippermetti lill-emittent joħroġ mill-ġdid it-token irreferenzjat ma’ assi biss meta jkollha evidenza li l-medja trimestrali stmata tan-numru u l-valur aggregat medju tat-tranżazzjonijiet kuljum assoċjati ma’ użi tiegħu bħala mezz ta’ skambju, f’żona ta’ munita unika, tkun iktar baxxa minn 1 miljun tranżazzjoni u EUR 200 000 000 rispettivament.

Artikolu 24

Irtirar tal-awtorizzazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni ta’ emittenti ta’ token irreferenzjati ma’ assi fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-emittent ikun waqaf milli jinvolvi ruħu f’negozju għal sitt xhur konsekuttivi, jew ma jkunx uża l-awtorizzazzjoni tiegħu għal 12-il xahar konsekuttiv;

(b)

l-emittent ikun kiseb l-awtorizzazzjoni tiegħu b’mezzi irregolari, pereżempju billi jagħmel dikjarazzjonijiet foloz fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 18 jew fi kwalunkwe white paper dwar il-kriptoassi modifikata f’konformità mal-Artikolu 25;

(c)

l-emittent ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;

(d)

l-emittent ikun kiser serjament id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu;

(e)

l-emittent ikun soġġett għal pjan ta’ fidi;

(f)

l-emittent ikun irrinunzja espressament għall-awtorizzazzjoni tiegħu jew ikun iddeċieda li jwaqqaf l-operazzjonijiet tiegħu;

(g)

l-attività tal-emittent toħloq theddida serja għall-integrità tas-suq, l-istabbiltà finanzjarja, il-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas jew tesponi lill-emittent jew lis-settur għal riskji serji ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu.

L-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tiegħu bi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (e) u (f).

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw ukoll l-awtorizzazzjoni ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi meta l-BĊE jew, meta applikabbli, il-bank ċentrali kif imsemmi fl-Artikolu 20(4), joħroġ opinjoni li t-token irreferenzjat ma’ assi jkun ta’ theddida serja għall-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, it-trażmissjoni tal-politika monetarja jew is-sovranità monetarja.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jillimitaw l-ammont ta’ token irreferenzjati ma’ assi li għandu jinħareġ jew jimponu ammont ta’ denominazzjoni minima fir-rigward tat-token irreferenzjati ma’ assi meta l-BĊE jew, meta applikabbli, il-bank ċentrali kif imsemmi fl-Artikolu 20(4), joħroġ opinjoni li t-token irreferenzjat ma’ assi jkunu ta’ theddida għall-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, it-trażmissjoni tal-politika monetarja jew is-sovranità monetarja, u jispeċifika l-limitu applikabbli jew l-ammont ta’ denominazzjoni minima.

4.   L-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti dwar emittent ta’ token irreferenzjati ma’ assi b’dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

entità terza kif imsemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h), ta’ dan ir-Regolament tkun tilfet l-awtorizzazzjoni tagħha bħala istituzzjoni ta’ kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE, bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi kif imsemmi fl-Artikolu 59 ta’ dan ir-Regolament, bħala istituzzjoni ta’ pagament, jew bħala istituzzjoni tal-flus elettroniċi;

(b)

il-membri tal-korp maniġerjali tal-emittent jew l-azzjonisti jew l-membri, kemm diretti kif ukoll indiretti, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti fl-emittent ikunu kisru d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi meta jkunu tal-fehma li s-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jkunu jaffettwaw ir-reputazzjoni tajba tal-membri tal-korp maniġerjali ta’ dak l-emittent jew ir-reputazzjoni tajba ta’ kwalunkwe azzjonist jew membru, kemm diretti kif ukoll indiretti, li jkollu parteċipazzjonijiet kwalifikanti fl-emittent, jew jekk ikun hemm indikazzjoni ta’ nuqqas fl-arranġamenti tal-governanza jew fil-mekkaniżmi ta’ kontroll intern kif imsemmi fl-Artikolu 34.

Meta tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni, l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi għandu jimplimenta l-proċedura skont l-Artikolu 47.

6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien jumejn tax-xogħol mill-irtirar tal-awtorizzazzjoni, jikkomunikaw lill-ESMA l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi. L-ESMA għandha tagħmel l-informazzjoni dwar dan l-irtirar disponibbli fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 109 mingħajr dewmien bla bżonn.

Artikolu 25

Modifika tal-white papers dwar il-kriptoassi ppubblikati għat-tokens irreferenzjati ma’ assi

1.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom dwar kwalunkwe tibdil maħsub fil-mudell tan-negozju tagħhom li x’aktarx ikollu influwenza sinifikanti fuq id-deċiżjoni ta’ xiri ta’ kwalunkwe detentur jew detentur prospettiv ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, li jseħħ wara l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 21 jew wara l-approvazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 17, kif ukoll fil-kuntest tal-Artikolu 23. Tali tibdiliet jinkludu, fost l-oħrajn, kwalunkwe modifika materjali f’dawn:

(a)

l-arranġamenti ta’ governanza, inklużi l-linji ta’ rapportar lill-korp maniġerjali u l-qafas tal-immaniġġjar tar-riskju;

(b)

l-assi ta’ riżerva u l-kustodja tal-assi ta’ riżerva;

(c)

id-drittijiet mogħtija lid-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi;

(d)

il-mekkaniżmu li permezz tiegħu jinħareġ u jinfeda t-token irreferenzjat ma’ assi;

(e)

il-protokolli għall-validazzjoni tat-tranżazzjonijiet f’tokens irreferenzjati ma’ assi;

(f)

il-funzjonament tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit proprjetarja tal-emittent, meta t-tokens irreferenzjati ma’ assi jinħarġu, jiġu ttrasferiti u jinħażnu bl-użu ta’ tali teknoloġija ta’ reġistru distribwit;

(g)

il-mekkaniżmi li jiżguraw il-likwidità ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, inklużi l-politika u l-proċeduri ta’ mmaniġġjar tal-likwidità għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti msemmija fl-Artikolu 45;

(h)

l-arranġamenti ma’ entitajiet terzi, inkluż għall-immaniġġjar tal-assi ta’ riżerva u għall-investiment tar-riżerva, għall-kustodja tal-assi ta’ riżerva, u, meta applikabbli, għad-distribuzzjoni tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għall-pubbliku;

(i)

il-proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti;

(j)

il-valutazzjoni tar-riskju tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-politiki u l-proċeduri ġenerali relatati magħhom.

L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom mill-inqas 30 jum tax-xogħol qabel ma jidħlu fis-seħħ il-bidliet maħsuba.

2.   Fejn kwalunkwe tibdil maħsub kif imsemmi fil-paragrafu 1 ikun ġie nnotifikat lill-awtorità kompetenti, l-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu jabbozza abbozz ta’ white paper dwar il-kriptoassi modifikata u għandu jiżgura li l-ordni tal-informazzjoni li tidher fih ikun konsistenti ma’ dak tal-white paper dwar il-kriptoassi oriġinali.

L-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi għandu jinnotifika l-abbozz tal-white paper dwar il-kriptoassi modifikata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari.

L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma elettronikament li tkun irċiviet l-abbozz tal-white paper dwar il-kriptoassi modifikata mill-aktar fis possibbli, u l-aktar tard fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċevih.

L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-approvazzjoni tagħha għall-abbozz tal-white paper dwar il-kriptoassi modifikata, jew tiċħad li tapprovah, fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tikkonferma li tkun irċivietu. Matul l-eżami tal-abbozz tal-white paper dwar il-kriptoassi modifikata, l-awtorità kompetenti tista’ titlob kwalunkwe informazzjoni, spjegazzjoni jew ġustifikazzjoni addizzjonali rigward l-abbozz tal-white paper dwar il-kriptoassi modifikata. Meta l-awtorità kompetenti tagħmel tali talba, il-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum tax-xogħol għandu jibda biss minn meta l-awtorità kompetenti tkun irċiviet l-informazzjoni addizzjonali mitluba.

3.   Meta l-awtorità kompetenti tqis li l-modifiki għal white paper dwar il-kriptoassi jkunu potenzjalment rilevanti għall-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, it-trażmissjoni tal-politika monetarja u s-sovranità monetarja, hija għandha tikkonsulta lill-BĊE u, meta applikabbli, lill-bank ċentrali msemmi fl-Artikolu 20(4). L-awtorità kompetenti tista’ tikkonsulta wkoll lill-EBA u lill-ESMA f’tali każijiet.

Il-BĊE jew il-bank ċentrali rilevanti u, meta applikabbli, l-EBA u l-ESMA, għandhom jipprovdu opinjoni fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu l-konsultazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

4.   Meta l-awtorità kompetenti tapprova l-white paper dwar il-kriptoassi modifikata, hija tista’ tirrikjedi lill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi:

(a)

jistabbilixxi mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni tad-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi, meta modifika potenzjali tal-operazzjonijiet tal-emittent jista’ jkollha effett materjali fuq il-valur, fuq l-istabbiltà jew fuq ir-riskji tat-token irreferenzjat ma’ assi jew tal-assi ta’ riżerva;

(b)

jieħu kwalunkwe miżura korrettiva xierqa biex jindirizza t-tħassib relatat mal-integrità tas-suq, l-istabbiltà finanzjarja jew il-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas.

L-awtorità kompetenti għandha tirrikjedi lill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi jieħu kwalunkwe miżura korrettiva xierqa biex jindirizza tħassib relatat mal- ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, it-trażmissjoni tal-politika monetarja, jew is-sovranità monetarja, jekk tali miżuri korrettivi jkunu proposti mill-BĊE jew, meta applikabbli, minn bank ċentrali kif imsemmi fl-Artikolu 20(4) f’konsultazzjonijiet skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Meta l-BĊE jew il-bank ċentrali msemmi fl-Artikolu 20(4) ikun ippropona miżuri differenti minn dawk li tirrikjedi l-awtorità kompetenti, il-miżuri proposti għandhom jiġu kkombinati jew, jekk ma jkunx possibbli, għandha tkun meħtieġa l-aktar miżura stretta.

5.   L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika l-white paper dwar il-kriptoassi modifikata lill-ESMA, lill-punti uniċi ta’ kuntatt tal-Istati Membri ospitanti, lill-EBA, lill-BĊE u, fejn applikabbli, lill-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat fi żmien jumejn tax-xogħol mill-għoti tal-approvazzjoni.

L-ESMA għandha tagħmel il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata disponibbli fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 109 mingħajr dewmien bla bżonn.

Artikolu 26

Responsabbiltà tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għall-informazzjoni mogħtija f’white paper dwar il-kriptoassi

1.   Meta emittent ikun kiser l-Artikolu 19 billi jipprovdi, fil-white paper dwar il-kriptoassi tiegħu jew f’white paper dwar il-kriptoassi modifikata, informazzjoni li ma tkunx kompluta, ġusta jew ċara jew li tkun qarrieqa, dak l-emittent u l-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tiegħu għandhom ikunu responsabbli fir-rigward tad-detentur ta’ tali token irreferenzjat ma’ assi għal kwalunkwe telf imġarrab minħabba dak il-ksur.

2.   Kwalunkwe esklużjoni jew limitazzjoni kuntrattwali tar-responsabbiltà ċivili kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun imċaħħda minn effett legali.

3.   Għandha tkun ir-responsabbiltà tad-detentur tat-token irreferenzjat ma’ assi li jippreżenta evidenza li tindika li l-emittent ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi jkun kiser l-Artikolu 19 billi provda fil-white paper dwar il-kriptoassi tiegħu jew f’white paper dwar il-kriptoassi modifikata informazzjoni li ma tkunx kompluta, ġusta, jew ċara jew li tkun qarrieqa u li d-dipendenza fuq tali informazzjoni kellha impatt fuq id-deċiżjoni tad-detentur li jixtri, ibigħ jew jiskambja dak it-token irreferenzjat ma’ assi.

4.   L-emittent u l-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tiegħu ma għandhomx ikunu responsabbli għat-telf imġarrab minħabba d-dipendenza fuq l-informazzjoni pprovduta f’sommarju skont l-Artikolu 19, inkluża kwalunkwe traduzzjoni tagħha, ħlief meta s-sommarju:

(a)

ikun qarrieqi, impreċiż jew inkonsistenti meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-white paper dwar il-kriptoassi; jew

(b)

ma jkunx jipprovdi, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-white paper dwar il-kriptoassi, informazzjoni ta’ importanza ewlenija sabiex tgħin lid-detenturi prospettivi meta jkunu qed jikkunsidraw jekk jixtrux it-token irreferenzjat ma’ assi.

5.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe responsabbiltà ċivili oħra skont il-liġi nazzjonali.

KAPITOLU 2

L-obbligi tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi

Artikolu 27

Obbligu li jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali fl-aħjar interess tad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi

1.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali u għandhom jikkomunikaw mad-detenturi u mad-detenturi prospettivi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi b’mod ġust, ċar u mhux qarrieqi.

2.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, għandhom jaġixxu fl-aħjar interessi tad-detenturi ta’ tali tokens u għandhom jittrattawhom b’mod ugwali, sakemm ma jiġix żvelat xi trattament preferenzjali fil-white paper dwar il-kriptoassi, u, meta applikabbli, fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni.

Artikolu 28

Il-pubblikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi

L-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu l-white paper dwar il-kriptoassi approvata msemmija fl-Artikolu 17(1) jew l-Artikolu 21(1) u, meta applikabbli, il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata msemmija fl-Artikolu 25. Il-white paper dwar il-kriptoassi approvata għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku mad-data tal-bidu tal-offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi jew tal-ammissjoni għan-negozjar ta’ dak it-tokens. Il-white paper dwar il-kriptoassi approvata, u, meta applikabbli, il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata għandhom jibqgħu disponibbli fuq is-sit web tal-emittent sakemm it-token irreferenzjat ma’ assi jibqa’ miżmum mill-pubbliku.

Artikolu 29

Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

1.   Kwalunkwe komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni relatata ma’ offerta lill-pubbliku ta’ token irreferenzjat ma’ assi, jew mal-ammissjoni għan-negozjar ta’ tali token irreferenzjat ma’ assi, għandha tikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar bħala tali;

(b)

l-informazzjoni fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa;

(c)

l-informazzjoni fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tkun konsistenti mal-informazzjoni fil-white paper dwar il-kriptoassi;

(d)

il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jiddikjaraw b’mod ċar li ġiet ippubblikata white paper dwar il-kriptoassi u jindikaw b’mod ċar l-indirizz tas-sit web tal-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi, kif ukoll numru tat-telefown u indirizz tal-email biex jkun jista’ jiġi kkuntattjat l-emittent.

2.   Il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandu jkun fihom dikjarazzjoni ċara u mhux ambigwa li d-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom dritt ta’ fidi fil-konfront tal-emittent fi kwalunkwe ħin.

3.   Il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u kwalunkwe modifika tagħhom għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-emittent.

4.   L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jirrikjedu approvazzjoni minn qabel tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni qabel ma jiġu ppubblikati.

5.   Il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

6.   L-ebda komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni ma għandha tiġi disseminata qabel il-pubblikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi. Tali restrizzjoni ma taffettwax il-kapaċità tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi li jwettaq sondaġġi tas-suq.

Artikolu 30

Informazzjoni kontinwa għad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi

1.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jiżvelaw b’mod ċar, preċiż u trasparenti, f’post pubblikament u faċilment aċċessibbli fuq is-sit web tagħhom, l-ammont ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi fiċ-ċirkolazzjoni, u l-valur u l-kompożizzjoni tar-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36. Tali informazzjoni għandha tiġi aġġornata tal-anqas kull xahar.

2.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jippubblikaw mill-aktar fis possibbli, u b’mod ċar, preċiż u trasparenti, f’post pubblikament u faċilment aċċessibbli fuq is-sit web tagħhom, sommarju tar-rapport tal-awditjar, kif ukoll ir-rapport tal-awditjar sħiħ u mhux redatt, fir-rigward tar-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 88, l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom mill-aktar fis possibbli u b’mod ċar, preċiż u trasparenti jiżvelaw, f’post pubblikament u faċilment aċċessibbli, fuq is-sit web tagħhom kwalunkwe avveniment li jkollu jew li x’aktarx ikollu effett sinifikanti fuq il-valur tat-token irreferenzjat ma’ assi, jew fuq ir-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36.

Artikolu 31

Proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti

1.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jistabbilixxu u jżommu proċeduri effettivi u trasparenti għat-trattament f’waqtu, ġust u konsistenti tal-ilmenti riċevuti mingħand id-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u partijiet oħra kkonċernati, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi li jirrappreżentaw detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, u għandhom jippubblikaw deskrizzjonijiet ta’ dawk il-proċeduri. Meta t-tokens irreferenzjati ma’ assi jiġu distribwiti, totalment jew parzjalment, minn entitajiet terzi kif imsemmi fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h), l-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jistabbilixxu proċeduri sabiex jiffaċilitaw ukoll it-trattament ta’ tali lmenti bejn detenturi tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u tali entitajiet terzi.

2.   Id-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom ikunu jistgħu jressqu lmenti bla ħlas lill-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi tagħhom jew, meta applikabbli, lill-entitajiet terzi kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u, meta applikabbli, l-entitajiet terzi kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jiżviluppaw u jagħmlu disponibbli għad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi mudell għat-tressiq tal-ilmenti u għandhom iżommu rekord tal-ilmenti kollha riċevuti u ta’ kwalunkwe miżura meħuda b’reazzjoni għalihom.

4.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jinvestigaw l-ilmenti kollha b’mod puntwali u ġust u jikkomunikaw l-eżitu ta’ tali investigazzjonijiet lid-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi tagħhom f’perjodu raġonevoli.

5.   L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar ir-rekwiżiti, il-mudelli u l-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti.

L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 32

L-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, l-immaniġġjar u l-iżvelar tal-kunflitti ta’ interess

1.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jimplimentaw u jżommu politiki u proċeduri effettivi sabiex jidentifikaw, jipprevjenu, jimmaniġġjaw u jiżvelaw kunflitti ta’ interess bejnhom u bejn:

(a)

l-azzjonisti jew membri tagħhom;

(b)

kwalunkwe azzjonist jew membru, kemm jekk dirett kif ukoll indirett, li jkollu partiċipazzjoni kwalifikanti fl-emittenti;

(c)

il-membri tal-korp maniġerjali tagħhom;

(d)

l-impjegati tagħhom;

(e)

id-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi; jew

(f)

kwalunkwe parti terza li tipprovdi waħda mill-funzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h).

2.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom, b’mod partikolari, jieħdu l-passi xierqa kollha sabiex jidentifikaw, jipprevjenu, jimmaniġġjaw u jiżvelaw kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mill-immaniġġjar u mill-investiment tar-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36.

3.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom, f’post prominenti fuq is-sit web tagħhom, jiżvelaw mad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi tagħhom in-natura ġenerali u s-sorsi tal-kunflitti ta’ interess imsemmija fil-paragrafu 1 u l-passi meħuda għall-mitigazzjoni tagħhom.

4.   L-iżvelar imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun preċiż biżżejjed sabiex jippermetti lid-detenturi prospettivi tat-tokens irreferenzjati ma’ assi tagħhom jieħdu deċiżjoni informata dwar ix-xiri rigward it-tokens irreferenzjati ma’ assi.

5.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika ulterjorment:

(a)

ir-rekwiżiti għall-politiki u għall-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

id-dettalji u l-metodoloġija għall-kontenut tal-iżvelar imsemmija fil-paragrafu 3.

L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 33

Notifika ta’ tibdil fil-korp maniġerjali

L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jinnotifikaw minnufih lill-awtorità kompetenti tagħhom bi kwalunkwe tibdil fil-korp maniġerjali tagħhom, u għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti tagħhom bl-informazzjoni meħtieġa kollha sabiex tiġi vvalutata l-konformità mal-Artikolu 34(2).

Artikolu 34

Arranġamenti ta’ governanza

1.   L-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għandu jkollhom arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludu struttura organizzazzjonali ċara b’linji ta’ responsabbiltà ddefiniti sew, trasparenti u konsistenti, bi proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, għall-immaniġġar, għall-monitoraġġ u għar-rapportar tar-riskji li għalihom ikunu jew jistgħu jkunu skoperti, u b’mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern, inklużi proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi.

2.   Il-membri tal-korp maniġerjali tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandu jkollhom reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza xierqa, kemm individwalment kif ukoll kollettivament, sabiex iwettqu dmirijiethom. B’mod partikolari, ma għandhomx ikunu nstabu ħatja ta’ reati relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu jew ta’ kwalunwke reat ieħor li jaffettwa r-reputazzjoni tajba tagħhom. Huma għandhom juru wkoll li huma kapaċi jiddedikaw biżżejjed ħin biex iwettqu dmirijiethom b’mod effettiv.

3.   Il-korp maniġerjali tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandu jivvaluta u jirrieżamina perjodikament l-effettività tal-arranġamenti u tal-proċeduri ta’ politika stabbiliti għall-konformità mal-Kapitoli 2, 3, 5 u 6 ta’ dan it-Titolu u jieħu l-miżuri xierqa biex jindirizza kwalunkwe nuqqas f’dak ir-rigward.

4.   L-azzjonisti jew membri, kemm jekk diretti kif ukoll indiretti, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti f’tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u, b’mod partikolari, ma għandhomx ikunu nstabu ħatja ta’ reati relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu jew ta’ kwalunkwe reat ieħor li jaffettwa r-reputazzjoni tajba tagħhom.

5.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jadottaw politiki u proċeduri li jkunu effettivi biżżejjed sabiex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament. L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jistabbilixxu, iżommu u jimplimentaw, b’mod partikolari, politiki u proċeduri dwar:

(a)

ir-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36;

(b)

il-kustodja tal-assi ta’ riżerva, inkluża s-segregazzjoni tal-assi, kif speċifikata fl-Artikolu 37;

(c)

id-drittijiet mogħtija lid-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, kif speċifikati fl-Artikolu 39;

(d)

il-mekkaniżmu li permezz tiegħu jinħarġu u jinfdew it-tokens irreferenzjati ma’ assi;

(e)

il-protokolli għall-validazzjoni tat-tranżazzjonijiet f’tokens irreferenzjati ma’ assi;

(f)

il-funzjonament tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit proprjetarja tal-emittenti, meta t-tokens irreferenzjati ma’ assi jinħarġu, jiġu ttrasferiti u jinħażnu bl-użu ta’ tali teknoloġija ta’ reġistru distribwit jew f’teknoloġija simili li tkun operata mill-emittenti jew minn parti terza li taġixxi f’isimhom;

(g)

il-mekkaniżmi li jiżguraw il-likwidità ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, inklużi l-politika u l-proċeduri ta’ mmaniġġjar tal-likwidità għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti msemmija fl-Artikolu 45;

(h)

l-arranġamenti ma’ entitajiet terzi għall-operat tar-riżerva ta’ assi, u għall-investiment tal-assi ta’ riżerva, għall-kustodja tal-assi ta’ riżerva, u, meta applikabbli, għad-distribuzzjoni tat-tokens irreferenzjati ma’ assi lill-pubbliku;

(i)

il-kunsens bil-miktub tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi mogħti lil persuni oħra li jistgħu joffru jew jfittxu l-ammissjoni għan-negozjar tat-tokens irreferenzjati ma’ assi;

(j)

it-trattament tal-ilmenti, kif speċifikat fl-Artikolu 31;

(k)

il-kunflitti ta’ interess, kif speċifikat fl-Artikolu 32.

Meta l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jidħlu f’arranġamenti kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (h), dawk l-arranġamenti għandhom jiġu stabbiliti f’kuntratt mal-entitajiet terzi. Dawk l-arranġamenti kuntrattwali għandhom jistabbilixxu r-rwoli, ir-responsabbiltajiet, id-drittijiet u l-obbligi kemm tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi kif ukoll tal-entitajiet terzi. Kwalunkwe arranġament kuntrattwali b’implikazzjonijiet transġuriżdizzjonali għandu jipprevedi b’mod mhux ambigwu l-għażla tal-liġi applikabbli.

6.   Sakemm ma jkunux nedew pjan ta’ fidi msemmi fl-Artikolu 47, l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jużaw sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonati sabiex jiżguraw it-tkomplija u r-regolarità tat-twettiq tas-servizzi u tal-attivitajiet tagħhom. Għal dak l-għan, l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom iżommu s-sistemi u l-protokolli ta’ aċċess għas-sigurtà kollha tagħhom f’konformità mal-istandards xierqa tal-Unjoni.

7.   Jekk l-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jiddeċiedi li jwaqqaf il-forniment tas-servizzi u attivitajiet tiegħu, inkluż billi jwaqqaf il-ħruġ ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi, huwa għandu jissottometti pjan lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni ta’ tali waqfien.

8.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jidentifikaw is-sorsi tar-riskju operazzjonali u jimminimizzaw dawk ir-riskji permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi, ta’ kontrolli u ta’ proċeduri xierqa.

9.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jistabbilixxu politika u pjanijiet tal-kontinwità tal-operat sabiex jiżguraw, fil-każ ta’ interuzzjoni fis-sistemi u fil-proċeduri tal-ICT tagħhom, il-preservazzjoni tad-data u tal-funzjonijiet essenzjali u ż-żamma tal-attivitajiet tagħhom, jew, meta dak ma jkunx possibbli, l-irkupru f’waqtu ta’ tali data u funzjonijiet u l-issoktar puntwali tal-attivitajiet tagħhom.

10.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandu jkollhom fis-seħħ mekkaniżmi ta’ kontroll intern u proċeduri effettivi għall-immaniġġjar tar-riskju, inklużi arranġamenti effettivi ta’ kontroll u ta’ salvagwardja għall-immaniġġjar tas-sistemi tal-ICT kif jirrikjedi r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37). Il-proċeduri għandhom jipprevedu valutazzjoni komprensiva relatata mad-dipendenza fuq entitajiet terzi kif imsemmi fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (h), ta’ dan l-Artikolu. L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw fuq bażi regolari l-adegwatezza u l-effettività tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern u l-proċeduri għall-valutazzjoni tar-riskju u jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas f’dak ir-rigward.

11.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandu jkollhom sistemi u proċeduri fis-seħħ li jkunu adegwati sabiex jissalvagwardjaw id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrita’ u l-kunfidenzjalità tad-data kif jirrikjedi r-Regolament (UE) 2022/2554 u bi qbil mar-Regolament (UE) 2016/679. Dawk is-sistemi għandhom jirreġistraw u jissalvagwardjaw id-data u l-informazzjoni rilevanti miġbura u prodotta matul l-attivitajiet tal-emittenti.

12.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jiżguraw li jiġu awditjati b’mod regolari minn awdituri indipendenti. Ir-riżultati ta’ dawk l-awditi għandhom jiġu kkomunikati lill-korp maniġerjali tal-emittent ikkonċernat u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti.

13.   Sat-30 ta’ Ġunju 2024, l-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-BĊE, għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jispeċifikaw il-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ governanza dwar:

(a)

l-għodod ta’ monitoraġġ għar-riskji msemmija fil-paragrafu 8;

(b)

il-pjan tal-kontinwità tal-operat imsemmi fil-paragrafu 9;

(c)

il-mekkaniżmu ta’ kontroll intern imsemmi fil-paragrafu 10;

(d)

l-awditi msemmija fil-paragrafu 12, inkluża d-dokumentazzjoni minima li għandha tintuża fl-awditu.

Meta toħroġ il-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-EBA għandha tqis id-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti ta’ governanza f’atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, inkluża d-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 35

Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji

1.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandu jkollhom, fi kwalunkwe ħin, fondi proprji ugwali għal ammont ta’ mill-anqas l-ogħla wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

EUR 350 000;

(b)

2 % tal-ammont medju tar-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36;

(c)

kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-ammont medju tar-riżerva ta’ assi għandu jfisser l-ammont medju tal-assi ta’ riżerva fl-aħħar ta’ kull jum kalendarju, ikkalkolat matul is-sitt xhur ta’ qabel.

Meta emittent joffri aktar minn token irreferenzjat ma’ assi wieħed, l-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jkun is-somma tal-ammont medju tal-assi ta’ riżerva li jiggarantixxu kull token irreferenzjat ma’ assi.

L-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), għandu jiġi rivedut annwalment u kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 67(3).

2.   Il-fondi proprji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkonsistu mill-entrati u mill-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità komuni msemmija fl-Artikoli 26 sa 30 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 wara t-tnaqqis bis-sħiħ, skont l-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament, mingħajr l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet ta’ livell limitu msemmija fl-Artikolu 46(4) u l-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament.

3.   L-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru domiċiljarju tista’ tirrikjedi lil emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jżomm ammont ta’ fondi proprji li jkun sa 20 % ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), meta valutazzjoni ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin tkun tindika livell ta’ riskju ogħla:

(a)

l-evalwazzjoni tal-proċessi ta’ mmaniġġjar tar-riskju u tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi kif imsemmi fl-Artikolu 34(1), (8) u (10);

(b)

il-kwalità u l-volatilità tar-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36;

(c)

it-tipi ta’ drittijiet mogħtija mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi lid-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi f’konformità mal-Artikolu 39;

(d)

meta r-riżerva ta’ assi tinkludi investimenti, ir-riskji ppreżentati mill-politika ta’ investiment fuq ir-riżerva ta’ assi;

(e)

il-valur aggregat u n-numru ta’ tranżazzjonijiet saldati fit-token irreferenzjat ma’ assi;

(f)

l-importanza tas-swieq li fihom jiġu offruti u kkummerċjalizzati t-token irreferenzjat ma’ assi;

(g)

meta applikabbli, il-kapitalizzazzjoni tas-suq tat-token irreferenzjat ma’ assi.

4.   L-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru domiċiljarju tista’ tirrikjedi lil emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi li mhuhiex sinifikanti jikkonforma ma’ kwalunkwe rekwiżit stipulat fl-Artikolu 45, meta meħtieġ biex tindirizza l-livell ogħla ta’ riskji identifikati f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, jew kwalunkwe riskju ieħor li l-Artikolu 45 ikollu l-għan li jindirizza, pereżempju r-riskji ta’ likwidità.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, fuq bażi regolari, għandhom jagħmlu ttestjar tal-istress li jqis xenarji ta’ stress finanzjarju ħorox iżda plawżibbli, pereżempju xokkijiet fir-rata tal-imgħax, u xenarji ta’ stress mhux finanzjarju, pereżempju r-riskju operazzjonali. Abbażi tal-eżitu ta’ tali ttestjar tal-istress, l-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru domiċiljarju għandha tirrikjedi lill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi jkollu ammont ta’ fondi proprji li jkun bejn 20 % u 40 % ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), f’ċerti ċirkostanzi meta jitqiesu l-prospetti tar-riskju u r-riżultati tal-ittestjar tal-istress.

6.   L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-BĊE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika ulterjorment:

(a)

il-proċedura u l-iskeda ta’ żmien għal emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sabiex jaġġusta għar-rekwiżiti ogħla ta’ fondi proprji kif stabbilit fil-paragrafu 3;

(b)

il-kriterji għall-ħtieġa ta’ ammont ta’ fondi proprji ogħla kif stabbilit fil-paragrafu 3;

(c)

ir-rekwiżiti minimi għat-tfassil ta’ programmi ta’ ttestjar tal-istress, filwaqt li jitqiesu d-daqs, il-kumplessità u n-natura tat-token irreferenzjat ma’ assi, inklużi iżda mhux biss:

(i)

it-tipi ta’ ttestjar tal-istress u l-objettivi u l-applikazzjonijiet ewlenin tagħhom;

(ii)

il-frekwenza tal-eżerċizzji differenti tal-ittestjar tal-istress;

(iii)

l-arranġamenti ta’ governanza interna;

(iv)

l-infrastruttura tad-data rilevanti;

(v)

il-metodoloġija u l-plawżibbiltà tas-suppożizzjonijiet;

(vi)

l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-rekwiżiti minimi kollha, kemm kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi; u

(vii)

il-perjodiċità minima tat-testijiet tal-istress u l-parametri ta’ referenza komuni tax-xenarji tat-test tal-istress.

L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

KAPITOLU 3

Riżerva ta’ assi

Artikolu 36

L-obbligu li jkun hemm riżerva ta’ assi, u l-kompożizzjoni u l-immaniġġjar ta’ din ir-riżerva ta’ assi

1.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jikkostitwixxu u jżommu f’kull ħin riżerva ta’ assi.

Ir-riżerva ta’ assi għandha tkun komposta u amministrata b’tali mod li:

(a)

ir-riskji assoċjati mal-assi referenzjati mit-tokens irreferenzjati ma’ assi jkunu koperti; u

(b)

ir-riskji tal-likwidità assoċjati mad-drittijiet permanenti ta’ fidi tad-detenturi huma indirizzati.

2.   Ir-riżerva ta’ assi għandha tkun legalment segregata mill-patrimonju tal-emittenti, kif ukoll mir-riżerva ta’ assi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi oħra, fl-interessi tad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi f’konformità mal-liġi applikabbli, b’mod li l-kredituri tal-emittenti ma jkollhom l-ebda rikors fuq ir-riżerva ta’ assi, b’mod partikolari fil-każ ta’ insolvenza.

3.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jiżguraw li r-riżerva ta’ assi tkun segregata operazzjonalment mill-patrimonju tagħhom, kif ukoll mir-riżerva ta’ assi ta’ tokens oħra.

4.   L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-BĊE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika ulterjorment ir-rekwiżiti ta’ likwidità, filwaqt li jitqiesu d-daqs, il-kumplessità u n-natura tar-riżerva ta’ assi u tat-token irreferenzjat ma’ assi nnifsu.

L-istandards tekniċi regolatorji għandhom jistabbilixxu b’mod partikolari:

(a)

il-perċentwal rilevanti tar-riżerva ta’ assi skont il-maturitajiet ta’ kuljum, inkluż il-perċentwal ta’ ftehimiet ta’ retroriakkwist li jistgħu jiġu tterminati billi jingħata avviż minn qabel ta’ jum tax-xogħol, jew il-perċentwal ta’ flus kontanti li jistgħu jinġibdu billi jingħata avviż minn qabel ta’ jum tax-xogħol;

(b)

il-perċentwal rilevanti tar-riżerva ta’ assi skont il-maturitajiet ta’ kull ġimgħa, inkluż il-perċentwal ta’ ftehimiet ta’ retroriakkwist li jistgħu jiġu tterminati billi jingħata avviż minn qabel ta’ ħamest ijiem tax-xogħol, jew il-perċentwal ta’ flus kontanti li jistgħu jinġibdu billi jingħata avviż minn qabel ta’ ħamest ijiem tax-xogħol;

(c)

maturitajiet rilevanti oħra, u tekniki ġenerali għall-immaniġġjar tal-likwidità;

(d)

l-ammonti minimi f’kull munita uffiċjali referenzjati li għandhom jinżammu bħala depożiti f’istituzzjonijiet ta’ kreditu, li ma jistgħux ikunu anqas minn 30 % tal-ammont irreferenzjat f’kull munita uffiċjali.

Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu, l-EBA għandha tqis, fost l-oħrajn, il-livelli limitu rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 52 tad-Direttiva 2009/65/KE.

L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.   L-emittenti li joffru lill-pubbliku żewġ jew aktar ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom joperaw u jżommu gruppi segregati ta’ riżervi ta’ assi għal kull token irreferenzjat ma’ assi. Kull wieħed minn dawk il-gruppi ta’ riżervi ta’ assi għandu jiġi ġestit b’mod separat.

Fejn emittenti differenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi joffru l-istess token irreferenzjat ma’ assi lill-pubbliku, dawk l-emittenti għandhom joperaw u jżommu biss riżerva ta’ assi waħda għal dak it-token irreferenzjat ma’ assi.

6.   Il-korpi maniġerjali ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jiżguraw l-immaniġġjar effettiv u prudenti tar-riżerva ta’ assi. L-emittenti għandhom jiżguraw li l-ħruġ u l-fidi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi dejjem ikunu akkumpanjati minn żieda jew tnaqqis korrispondenti fir-riżerva ta’ assi.

7.   L-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu jiddetermina l-valur aggregat tar-riżerva ta’ assi billi juża l-prezzijiet tas-suq. Il-valur aggregat tagħha għandu jkun mill-anqas daqs il-valur aggregat tal-pretensjonijiet kontra l-emittent mid-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi fiċ-ċirkolazzjoni.

8.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandu jkollhom politika ċara u dettaljata li tiddeskrivi l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni ta’ tali tokens. Dik il-politika għandha b’mod partikolari:

(a)

telenka l-assi rreferenzjati mit-tokens irreferenzjati ma’ assi, u l-kompożizzjoni ta’ dawk l-assi;

(b)

tiddeskrivi t-tip ta’ assi u l-allokazzjoni preċiża tal-assi li jkunu inklużi fir-riżerva ta’ assi;

(c)

ikun fiha valutazzjoni dettaljata tar-riskji, inklużi r-riskju ta’ kreditu, ir-riskju tas-suq, ir-riskju ta’ konċentrazzjoni u r-riskju tal-likwidità li jirriżultaw mir-riżerva ta’ assi;

(d)

tiddeskrivi l-proċedura li biha jinħarġu u jinfdew it-tokens irreferenzjati ma’ assi, u l-proċedura li biha tali ħruġ u fidi jirriżultaw f’żieda u tnaqqis korrispondenti fir-riżerva ta’ assi;

(e)

issemmi jekk parti mir-riżerva ta’ assi hijiex investita kif previst fl-Artikolu 38;

(f)

meta l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jinvestu parti mir-riżerva ta’ assi kif previst fl-Artikolu 38, tiddeskrivi f’dettall il-politika ta’ investiment u jkun fiha valutazzjoni ta’ kif dik il-politika ta’ investiment tista’ taffettwa l-valur tar-riżerva ta’ assi;

(g)

tiddeskrivi l-proċedura għax-xiri ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u għall-fidi ta’ tali tokens kontra r-riżerva ta’ assi, u telenka l-persuni jew il-kategoriji ta’ persuni li jkunu intitolati li jagħmlu dan.

9.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(12), l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jagħtu mandat għal awditu indipendenti tar-riżerva ta’ assi kull sitt xhur, li jivvaluta l-konformità mar-regoli ta’ dan il-Kapitolu, mid-data tal-awtorizzazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 21 jew mid-data tal-approvazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 17.

10.   L-emittent għandu jinnotifika r-riżultati tal-awditu msemmi fil-paragrafu 9 lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien, u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mid-data ta’ referenza tal-valutazzjoni. L-emittent għandu jippubblika r-riżultat tal-awditu fi żmien ġimagħtejn mid-data tan-notifika lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti tista’ tagħti struzzjonijiet lil emittent biex idewwem il-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-awditu fil-każ li:

(a)

l-emittent ikun intalab jimplimenta arranġament jew miżuri ta’ rkupru f’konformità mal-Artikolu 46(3);

(b)

l-emittent ikun intalab jimplimenta pjan ta’ fidi f’konformità mal-Artikolu 47;

(c)

jitqies neċessarju biex jiġu protetti l-interessi ekonomiċi tad-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi;

(d)

jitqies neċessarju biex jiġi evitat effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja tal-Istat Membru domiċiljari jew ta’ Stat Membru ieħor.

11.   Il-valutazzjoni bil-prezzijiet tas-suq imsemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu għandha ssir bl-użu ta’ valwazzjoni skont is-suq, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38) kull meta jkun possibbli.

Meta tintuża valwazzjoni skont is-suq, l-assi ta’ riżerva għandu jiġi vvalutat min-naħa l-aktar prudenti tat-talba u tal-offerta sakemm l-assi ta’ riżerva ma jkunx jista’ jingħalaq f’nofs is-suq. Għandha tintuża biss data tas-suq ta’ kwalità tajba, u tali data għandha tiġi vvalutata abbażi tal-fatturi kollha li ġejjin:

(a)

in-numru u l-kwalità tal-kontropartijiet;

(b)

il-volum u l-fatturat tal-assi ta’ riżerva fis-suq;

(c)

id-daqs tar-riżerva ta’ assi.

12.   Meta l-użu tal-valwazzjoni skont is-suq kif imsemmi fil-paragrafu 11 ta’ dan l-Artikolu ma jkunx possibbli jew id-data tas-suq ma tkunx ta’ kwalità tajba biżżejjed, l-assi ta’ riżerva għandu jiġi vvalutat b’mod konservattiv billi tintuża valwazzjoni skont mudell, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament (UE) 2017/1131.

Il-mudell għandu jistma b’mod preċiż il-valur intrinsiku tal-assi ta’ riżerva, fuq il-bażi tal-fatturi ewlenin aġġornati kollha li ġejjin:

(a)

il-volum u l-fatturat fis-suq ta’ dak l-assi ta’ riżerva;

(b)

id-daqs tar-riżerva ta’ assi;

(c)

ir-riskju tas-suq, ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u r-riskju ta’ kreditu marbuta mal-assi ta’ riżerva.

Meta tintuża valwazzjoni skont mudell, ma għandux jintuża l-metodu ta’ kost amortizzat, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (10), tar-Regolament (UE) 2017/1131.

Artikolu 37

Kustodja tal-assi ta’ riżerva

1.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jistabbilixxu, iżommu u jimplimentaw politiki, proċeduri u arranġamenti kuntrattwali ta’ kustodja li jiżguraw f’kull ħin li:

(a)

l-assi ta’ riżerva ma jkunux gravati u lanqas ma jkunu mirhuna bħala “arranġament kollaterali finanzjarju” kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39);

(b)

l-assi ta’ riżerva jkunu miżmuma f’kustodja f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu;

(c)

l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jkollhom aċċess fil-pront għall-assi ta’ riżerva sabiex jissodisfaw kwalunkwe talba ta’ fidi mid-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi;

(d)

jiġu evitati l-konċentrazzjonijiet tal-kustodji ta’ assi ta’ riżerva;

(e)

jiġi evitat ir-riskju ta’ konċentrazzjoni ta’ assi ta’ riżerva.

2.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi li joħorġu żewġ jew aktar tokens irreferenzjati ma’ assi fl-Unjoni għandu jkollhom politika ta’ kustodja fis-seħħ għal kull grupp ta’ riżerva ta’ assi. Emittenti differenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi li jkunu ħarġu l-istess token irreferenzjat ma’ assi għandhom joperaw u jżommu politika unika ta’ kustodja.

3.   L-assi ta’ riżerva għandhom jinżammu f’kustodja sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara d-data tal-ħruġ tat-token irreferenzjat ma’ assi minn wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jforni l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti, meta l-assi ta’ riżerva jieħdu l-forma ta’ kriptoassi;

(b)

istituzzjoni ta’ kreditu, għat-tipi kollha ta’ assi ta’ riżerva;

(c)

ditta ta’ investiment li tipprovdi s-servizz anċillari ta’ salvagwardja u amministrazzjoni ta’ strumenti finanzjarji għall-kont tal-klijenti kif imsemmi fl-Anness I, it-Taqsima B, il-punt (1), tad-Direttiva 2014/65/UE, meta l-assi ta’ riżerva jieħdu l-forma ta’ strumenti finanzjarji.

4.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jeżerċitaw il-ħila, l-attenzjoni u d-diliġenza dovuti kollha fl-għażla, fil-ħatra u fir-rieżami tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti ta’ investiment maħtura bħala kustodji tal-assi ta’ riżerva kif imsemmi fil-paragrafu 3. Il-kustodju għandu jkun persuna ġuridika differenti mill-emittent.

L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta’ investiment maħtura bħala kustodji tal-assi ta’ riżerva kif imsemmi fil-paragrafu 3 jkollhom l-għarfien espert u r-reputazzjoni tas-suq meħtieġa sabiex jaġixxu bħala kustodji ta’ tali assi ta’ riżerva, filwaqt li jqisu l-prattiki kontabilistiċi, il-proċeduri ta’ salvagwardja u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern ta’ dawk il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta’ investiment. L-arranġamenti kuntrattwali bejn l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u l-kustodji għandhom jiżguraw li l-assi ta’ riżerva miżmuma f’kustodja jkunu protetti kontra pretensjonijiet tal-kredituri tal-kustodji.

5.   Il-politiki u l-proċeduri tal-kustodja msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-kriterji tal-għażla għall-ħatra tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew id-ditti ta’ investiment bħala kustodji tal-assi ta’ riżerva u l-proċedura biex tkun rieżaminata tali ħatra.

L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jirrieżaminaw il-ħatra tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew id-ditti ta’ investiment bħala kustodji tal-assi ta’ riżerva fuq bażi regolari. Għall-fini ta’ dak ir-rieżami, l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jevalwaw l-iskoperturi tagħhom għal tali kustodji, filwaqt li jqisu l-ambitu sħiħ tar-relazzjoni tagħhom magħhom, u jimmonitorjaw il-kundizzjonijiet finanzjarji ta’ tali kustodji fuq bażi kontinwa.

6.   Il-kustodji tal-assi ta’ riżerva kif imsemmi fil-paragrafu 4 għandhom jiżguraw li l-kustodja ta’ dawk l-assi ta’ riżerva titwettaq bil-mod li ġej:

(a)

l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iżommu f’kustodja fondi f’kont miftuħ fil-kotba tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(b)

għall-istrumenti finanzjarji li jistgħu jinżammu f’kustodja, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew id-ditti ta’ investiment għandhom iżommu f’kustodja l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu rreġistrati f’kont ta’ strumenti finanzjarji miftuħ fil-kotba tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew tad-ditti ta’ investiment u l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu fiżikament ikkonsenjati lil tali istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti ta’ investiment;

(c)

għall-kriptoassi li jistgħu jinżammu f’kustodja, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom iżommu f’kustodja l-kriptoassi inklużi fl-assi ta’ riżerva jew il-mezzi ta’ aċċess għal tali kriptoassi, meta applikabbli, fil-forma ta’ ċwievet kriptografiċi privati;

(d)

għal assi oħrajn, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jivverifikaw is-sjieda tal-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u għandhom iżommu rekord ta’ dawk l-assi ta’ riżerva li għalihom ikunu sodisfatti li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jkunu s-sidien ta’ dawk l-assi ta’ riżerva.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżguraw li l-fondi jkunu rreġistrati fil-kotba tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’kont segregat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE (40). Dak il-kont għandu jinfetaħ f’isem l-emittent tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għall-fini tal-immaniġġjar tal-assi ta’ riżerva ta’ kull token irreferenzjat ma’ assi, sabiex il-fondi miżmuma f’kustodja jkunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar bħala li jappartjenu għal kull riżerva ta’ assi.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta’ investiment għandhom jiżguraw li l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu rreġistrati f’kont tal-istrumenti finanzjarji miftuħ fil-kotba tal-istituzzjoni ta’ kreditu u fil-kotba tad-ditti ta’ investiment jkunu rreġistrati fil-kotba tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti ta’ investiment f’kontijiet segregati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/73/KE. Il-kont tal-istrumenti finanzjarji għandu jinfetaħ f’isem l-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għall-finijiet tal-immaniġġjar tal-assi ta’ riżerva għal kull token irreferenzjat ma’ assi, sabiex l-istrumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja jkunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar bħala li jappartjenu għal kull riżerva ta’ assi.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jiftħu reġistru ta’ pożizzjonijiet f’isem l-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għall-finijiet tal-immaniġġjar tal-assi ta’ riżerva ta’ kull token irreferenzjat ma’ assi, sabiex il-kriptoassi miżmuma f’kustodja jkunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar bħala li jappartjenu għal kull riżerva ta’ assi.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, il-valutazzjoni ta’ jekk l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi humiex is-sidien tal-assi ta’ riżerva għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni jew fuq dokumenti pprovduti mill-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u, meta disponibbli, fuq evidenza esterna.

7.   Il-ħatra tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew id-ditti ta’ investiment bħala kustodji tal-assi ta’ riżerva kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandha tintwera permezz ta’ arranġament kuntrattwali kif imsemmi fl-Artikolu 34(5), it-tieni subparagrafu. Dawk l-arranġamenti kuntrattwali għandhom, fost l-oħrajn, jirregolaw il-fluss ta’ informazzjoni meħtieġa biex l-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta’ investiment ikunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom bħala kustodji.

8.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta’ investiment maħtura bħala kustodji f’konformità mal-paragrafu 4 għandhom jaġixxu b’mod onest, ġust, professjonali, indipendenti u fl-interess tal-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u tad-detenturi ta’ tali tokens.

9.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta’ investiment maħtura bħala kustodji f’konformità mal-paragrafu 4 ma għandhomx iwettqu attivitajiet fir-rigward tal-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi li jistgħu joħolqu kunflitti ta’ interess bejn dawk l-emittenti, id-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, u huma stess sakemm ma jkunux ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew id-ditti ta’ investiment ikunu sseparaw funzjonalment u ġerarkikament it-twettiq tal-kompiti ta’ kustodja tagħhom mill-kompiti potenzjalment konfliġġenti tagħhom;

(b)

il-kunflitti ta’ interess potenzjali jkunu ġew identifikati, immonitorjati, immaniġġjati u żvelati b’mod xieraq mill-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi lid-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, f’konformità mal-Artikolu 32.

10.   Fil-każ ta’ telf ta’ strument finanzjarju jew ta’ kriptoassi miżmum f’kustodja skont il-paragrafu 6, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjoni ta’ kreditu jew id-ditta ta’ investiment li jkunu tilfu dak l-istrument finanzjarju jew il-kriptoassi għandhom jikkumpensaw, jew jirrestitwixxu, lill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi, strument finanzjarju jew kriptoassi ta’ tip identiku jew il-valur korrispondenti mingħajr dewmien żejjed. Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjoni ta’ kreditu jew id-ditta ta’ investiment ikkonċernati ma għandhomx ikunu responsabbli għal kumpens jew restituzzjoni meta jkunu jistgħu juru bil-provi li t-telf ikun seħħ b’riżultat ta’ avveniment estern lil hinn mill-kontroll raġonevoli tagħhom, li l-konsegwenzi tiegħu kienu inevitabbli minkejja l-isforzi raġonevoli kollha għall-kuntrarju.

Artikolu 38

Investiment tar-riżerva ta’ assi

1.   L-emittenti tat- tokens irreferenzjati ma’ assi li jinvestu parti mir-riżerva ta’ assi għandhom jinvestu dawk l-assi biss fi strumenti finanzjarji likwidi ħafna b’riskju tas-suq, riskju ta’ kreditu u riskju ta’ konċentrazzjoni minimi. L-investimenti għandhom ikunu kapaċi jiġu llikwidati malajr b’effett negattiv minimu fuq il-prezz.

2.   L-unitajiet f’impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) għandhom jitqiesu bħala assi b’riskju minimu tas-suq, ta’ kreditu u tal-konċentrazzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta dik l-UCITS tinvesti biss f’assi kif speċifikat aktar mill-EBA f’konformità mal-paragrafu 5 u meta l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi jiżgura li r-riżerva ta’ assi tiġi investita b’tali mod li r-riskju tal-konċentrazzjoni jiġi minimizzat.

3.   L-istrumenti finanzjarji li fihom tiġi investita r-riżerva ta’ assi għandhom jinżammu f’kustodja f’konformità mal-Artikolu 37.

4.   Il-profitti jew it-telf kollha, inklużi l-fluttwazzjonijiet fil-valur tal-istrumenti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1, u kwalunkwe riskju tal-kontroparti jew operazzjonali li jirriżulta mill-investiment tar-riżerva ta’ assi, għandhom jiġġarrbu mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi.

5.   L-EBA, f’kooperazzjoni mal-ESMA u l-BĊE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jitqiesu bħala likwidi ħafna u li jkollhom riskju tas-suq, riskju ta’ kreditu u riskju tal-konċentrazzjoni minimi kif imsemmi fil-paragrafu 1. Meta tispeċifika dawk l-istrumenti finanzjarji, l-EBA għandha tqis:

(a)

id-diversi tipi ta’ assi li jistgħu jiġu rreferenzjati b’token irreferenzjat ma’ assi;

(b)

il-korrelazzjoni bejn l-assi rreferenzjati mit-token irreferenzjat ma’ assi u l-istrumenti finanzjarji likwidi ħafna li l-emittent jista’ jinvesti fihom;

(c)

ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità kif imsemmi fl-Artikolu 412 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kif aktar speċifikat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (41);

(d)

ir-restrizzjonijiet fuq il-konċentrazzjoni li jipprevjenu lill-emittent milli:

(i)

jinvesti aktar minn ċertu perċentwal ta’ assi ta’ riżerva fi strumenti finanzjarji likwidi għolja b’riskju tas-suq, riskju ta’ kreditu u riskju ta’ konċentrazzjoni minimi maħruġa minn entità waħda;

(ii)

jżomm f’kustodja aktar minn ċertu perċentwal ta’ kriptoassi jew assi ma’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jew istituzzjonijiet ta’ kreditu li jappartjenu għall-istess grupp, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42), jew ditti ta’ investiment.

Għall-finijiettal-punt (d)(i) tal-ewwel subparagrafu, l-EBA għandha tfassal limiti xierqa biex tiddetermina r-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni. Dawk il-limiti għandhom iqisu, fost l-oħrajn, il-livelli limitu rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 52 tad-Direttiva 2009/65/KE.

L-EBA għandha tissotometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sa 30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 39

Dritt ta’ fidi

1.   Id-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandu jkollhom dritt ta’ fidi f’kull ħin kontra l-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi, u fir-rigward tal-assi ta’ riżerva meta l-emittenti ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom kif imsemmi fil-Kapitolu 6 ta’ dan it-Titolu. L-emittenti għandhom jistabbilixxu, iżommu u jimplimentaw politiki u proċeduri ċari u dettaljati fir-rigward ta’ tali dritt permanenti ta’ fidi.

2.   Fuq talba minn detentur ta’ token irreferenzjat ma’ assi, emittent ta’ tali token għandu jifdi jew billi jħallas ammont f’fondi, għajr flus elettroniċi, ekwivalenti għall-valur tas-suq tal-assi rreferenzjati mit-token irreferenzjati ma’ assi miżmuma jew billi jikkonsenja l-assi referenzjati mit-token. L-emittenti għandhom jistabbilixxu politika dwar tali dritt permanenti ta’ fidi li tistabbilixxi:

(a)

il-kundizzjonijiet, inklużi l-livelli limitu, il-perjodi u l-iskedi ta’ żmien, għad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sabiex jeżerċitaw tali dritt ta’ fidi;

(b)

il-mekkaniżmi u l-proċeduri biex jiġi żgurat il-fidi tat-tokens irreferenzjati ma’ assi, inkluż f’ċirkostanzi tas-suq taħt stress, kif ukoll fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru stabbilit fl-Artikolu 46, jew fil-każ ta’ fidi ordnat ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi skont l-Artikolu 47;

(c)

il-valutazzjoni, jew il-prinċipji ta’ valutazzjoni, tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u tal-assi ta’ riżerva meta d-dritt ta’ fidi jiġi eżerċitat mid-detentur ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, inkluż bl-użu tal-metodoloġija tal-valutazzjoni stabbilita fl-Artikolu 36(11);

(d)

il-kundizzjonijiet għas-saldu tal-fidi; u

(e)

il-miżuri li jieħdu l-emittenti biex jimmaniġġjaw b’mod adegwat iż-żidiet jew it-tnaqqis fir-riżerva ta’ assi sabiex jevitaw kwalunkwe impatt negattiv fuq is-suq tal-assi ta’ riżerva.

Jekk l-emittenti, meta jbigħu token irreferenzjat ma’ assi, jaċċettaw pagament f’fondi għajr flus elettroniċi, iddenominati f’munita uffiċjali, huma għandhom dejjem jipprovdu l-għażla li jifdu t-token f’fondi għajr flus elettroniċi, iddenominati fl-istess munita uffiċjali.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46, il-fidi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi ma għandux ikun soġġett għal tariffa.

Artikolu 40

Projbizzjoni tal-għoti ta’ mgħaxijiet

1.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi ma għandhomx jagħtu imgħax fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi ma għandhomx jagħtu imgħax meta jipprovdu servizzi tal-kriptoassi relatati ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, kwalunkwe rimunerazzjoni jew kwalunkwe benefiċċju ieħor relatati mat-tul ta’ żmien li matulu detentur ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jżomm tali tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jitqiesu bħala interessi. Dak jinkludi kumpens nett jew skonti, b’effett ekwivalenti għal dak ta’ interessi riċevuti mid-detentur ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, direttament mill-emittent jew minn partijiet terzi, u direttament assoċjati mat-tokens irreferenzjati ma’ assi jew mir-rimunerazzjoni jew l-ipprezzar ta’ prodotti oħra.

KAPITOLU 4

L-akkwiżizzjonijiet tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi

Artikolu 41

Valutazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet proposti tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi

1.   Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew tali persuni li jaġixxu flimkien u li jkun biħsiebhom jakkwistaw, direttament jew indirettament (“l-akkwirent propost”), parteċipazzjoni kwalifikanti f’emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew li jżidu, direttament jew indirettament, tali parteċipazzjoni kwalifikanti sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum ikun jilħaq jew jeċċedi l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew sabiex l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi jsir is-sussidjarju tagħhom, għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-emittent dwar dan bil-miktub, filwaqt li jindikaw id-daqs tal-parteċipazzjoni maħsuba u l-informazzjoni li jirrikjedu l-istandards tekniċi regolatorji adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 42(4).

2.   Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni kwalifikanti f’emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandha, qabel ma tiddisponi minn dik il-parteċipazzjoni, tinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-miktub dwar id-deċiżjoni tagħha u tindika d-daqs ta’ tali parteċipazzjoni. Dik il-persuna għandha wkoll tinnotifika lill-awtorità kompetenti meta tkun ħadet deċiżjoni li tnaqqas parteċipazzjoni kwalifikanti sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jaqa’ taħt l-10 %, l-20 %, it-30 % jew il-50 %, jew sabiex l-emittent tat- token irreferenzjat ma’ assi ma jibqax ikun sussidjarju ta’ dik il-persuna.

3.   L-awtorita’ kompetenti għandha minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta tirċievi n-notifika skont il-paragrafu 1 tikkonferma li tkun irċevietha bil-miktub.

4.   L-awtorita’ kompetenti għandha tivvaluta l-akkwiżizzjoni proposta msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-informazzjoni li jirrikjedu l-istandards tekniċi regolatorji adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 42(4), fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-data tal-konferma bil-miktub tar-riċevuta msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Meta tikkonferma r-riċevuta tan-notifika, l-awtorita’ kompetenti għandha tinforma lill-akkwirent propost dwar id-data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ valutazzjoni.

5.   Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorita’ kompetenti tista’ titlob mill-akkwirent propost kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa sabiex titlesta dik il-valutazzjoni. Tali talba għandha ssir qabel ma tiġi ffinalizzata l-valutazzjoni, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-50 jum tax-xogħol mid-data tal-konferma bil-miktub tar-riċevuta msemmija fil-paragrafu 3. Tali talbiet għandhom isiru bil-miktub u għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

L-awtorita’ kompetenti għandha tissospendi l-perjodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 4, sakemm tkun irċeviet l-informazzjoni addizzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Is-sospensjoni ma għandhiex taqbeż 20 jum tax-xogħol. Kwalunkwe talba oħra mill-awtorita’ kompetenti għal informazzjoni addizzjonali jew għal kjarifika tal-informazzjoni riċevuta ma għandhiex tirriżulta f’sospensjoni addizzjonali tal-perjodu ta’ valutazzjoni.

L-awtorita’ kompetenti tistgħu testendi s-sospensjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sa 30 jum tax-xogħol jekk l-akkwirent propost ikun jinsab barra mill-Unjoni jew ikun irregolat skont il-liġi ta’ pajjiż terz.

6.   L-awtorita’ kompetenti li, mat-tlestija tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 tiddeċiedi li topponi l-akkwiżizzjoni proposta msemmija fil-paragrafu 1, għandha tinnotifika lill-akkwirent propost dwar dan fi żmien jumejn tax-xogħol, u fi kwalunkwe każ qabel id-data msemmija fil-paragrafu 4, estiża, meta applikabbli, f’konformità mal-paragrafu 5, it-tieni u t-tielet subparagrafi. In-notifika għandha tipprovdi r-raġunijiet għal tali deċiżjoni.

7.   Meta l-awtorita’ kompetenti ma topponix l-akkwiżizzjoni proposta msemmija fil-paragrafu 1 qabel id-data msemmija fil-paragrafu 4, estiża, meta applikabbli, f’konformità mal-paragrafu 5, it-tieni u t-tielet subparagrafi, l-akkwiżizzjoni proposta għandha titqies bħala approvata.

8.   L-awtorita’ kompetenti tista’ tistabbilixxi perjodu massimu għall-konklużjoni tal-akkwiżizzjoni proposta msemmija fil-paragrafu 1, u testendi dak il-perjodu massimu meta xieraq.

Artikolu 42

Kontenut tal-valutazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet proposti tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi

1.   Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 41(4), l-awtorita’ kompetenti għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-akkwirent propost u s-solidità finanzjarja tal-akkwiżizzjoni proposta msemmija fl-Artikolu 41(1) skont il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

ir-reputazzjoni tal-akkwirent propost;

(b)

ir-reputazzjoni, l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza ta’ kwalunkwe persuna li se tmexxi n-negozju tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi bħala riżultat tal-akkwiżizzjoni proposta;

(c)

is-solidità finanzjarja tal-akkwirent propost, b’mod partikolari fir-rigward tat-tip ta’ negozju previst u mfittex fir-rigward tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi li għalih tkun proposta l-akkwiżizzjoni;

(d)

jekk l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi hux se jkun kapaċi jikkonforma u jkompli jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu;

(e)

jekk ikunx hemm motivi raġonevoli sabiex wieħed jissuspetta li, f’rabta mal-akkwiżizzjoni proposta, twettaqx jew sarx tentattiv sabiex jitwettaq ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) u (5) rispettivament tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew jekk l-akkwiżizzjoni proposta tistax iżżid ir-riskju ta’ dan.

2.   L-awtorita’ kompetenti tista’ topponi l-akkwiżizzjoni proposta biss meta jkun hemm motivi raġonevoli għalxiex tagħmel dan abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew meta l-informazzjoni pprovduta f’konformità mal-Artikolu 41(4) ma tkunx kompluta jew tkun falza.

3.   L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda kundizzjoni minn qabel fir-rigward tal-livell ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti li huwa meħtieġ biex tiġi akkwistata skont dan ir-Regolament u lanqas ma għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jeżaminaw l-akkwiżizzjoni proposta f’termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.

4.   L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika l-kontenut dettaljat tal-informazzjoni li hija meħtieġa sabiex titwettaq il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 41(4), l-ewwel subparagrafu. L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun rilevanti għal valutazzjoni prudenzjali, tkun proporzjonata u adattata għan-natura tal-akkwirent propost u għall-akkwiżizzjoni proposta msemmija fl-Artikolu 41(1).

L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

KAPITOLU 5

Tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti

Artikolu 43

Klassifikazzjoni ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi bħala tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti

1.   Il-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi bħala tokens rreferenzjati ma’ assi sinifikanti għandhom ikunu dawn li ġejjin, kif speċifikat aktar mill-atti delegati adottati skont il-paragrafu 11:

(a)

in-numru ta’ detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi jkun akbar minn 10 miljun;

(b)

il-valur tat-token irreferenzjat ma’ assi maħruġ, il-kapitalizzazzjoni tas-suq tiegħu jew id-daqs tar-riżerva ta’ assi tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi jkunu ogħla minn EUR 5 000 000 000;

(c)

in-numru medju u l-valur aggregat medju tat-tranżazzjonijiet f’dak it-token irreferenzjat ma’ assi kuljum matul il-perjodu rilevanti, ikunu ogħla minn 2,5 miljun tranżazzjoni u EUR 500 000 000 rispettivament;

(d)

l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi huwa fornitur ta’ servizzi tal-pjattaforma ewlenin ddeżinjat bħala gwardjan f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (43);

(e)

is-sinifikat tal-attivitajiet tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi fuq skala internazzjonali, inkluż l-użu tat-token irreferenzjat ma’ assi għall-pagamenti u għar-rimessi;

(f)

l-interkonnettività tat-token irreferenzjat ma’ assi jew tal-emittenti tiegħu mas-sistema finanzjarja;

(g)

il-fatt li l-istess emittent joħroġ mill-anqas token wieħed rreferenzjat ma’ assi addizzjonali jew token tal-flus elettroniċi, u jipprovdi mill-anqas servizz wieħed tal-kriptoassi.

2.   L-EBA għandha tikklassifika tokens irreferenzjati ma’ assi bħala tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti meta mill-inqas tlieta mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jiġu ssodisfatti:

(a)

matul il-perjodu kopert mil-ewwel rapport ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, wara l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 21 jew wara l-approvazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 17; jew

(b)

matul il-perjodu kopert minn tal-inqas żewġrapporti konsekuttivi ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Meta diversi emittenti joħorġu l-istess token irreferenzjat ma’ assi, it-twettiq tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati wara li tiġi aggregata d-data minn dawk l-emittenti.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent għandhom jirrapportaw lill-EBA u lill-BĊE informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tat-twettiq tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluża, jekk applikabbli, l-informazzjoni rċevuta skont l-Artikolu 22, tal-anqas darbtejn fis-sena.

Meta l-emittent ikun stabbilit fi Stat Membru li l-munita uffiċjali tiegħu ma tkunx l-euro, jew meta munita uffiċjali ta’ Stat Membru li ma hijiex l-euro tkun referenzjata mit-token irreferenzjat ma’ assi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu wkoll l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-bank ċentrali ta’ dak l-Istat Membru.

5.   Meta l-EBA tikkonkludi li token irreferenzjat ma’ assi jissodisfa l-kriterjistabbiliti fil-paragrafu 1 skont il-paragrafu 2, l-EBA għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni sabiex tikklassifika t-token irreferenzjat ma’ assi bħala token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittent ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent, lill-BĊE u fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, lill-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat.

Emittenti ta’ tali tokens irreferenzjati ma’ assi, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, l-BĊE u, fejn applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat għandhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika tal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-EBA biex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra debitament dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti qabel ma tadotta deċiżjoni finali.

6.   L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha dwar jekk tikklassifikax token irreferenzjat ma’ assi bħala token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 5 u tinnotifika minnufih dik id-deċiżjoni lill-emittent ta’ tali token irreferenzjat ma’ assi u lill-awtorità kompetenti tiegħu.

7.   Meta token irreferenzjat ma’ assi jkun ġie kklassifikat bħala sinifikanti skont deċiżjoni tal-EBA meħuda f’konformità mal-paragrafu 6, ir-responsabbiltajiet superviżorji fir-rigward tal-emittent ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti għandhom jiġu ttrasferiti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent lill-EBA fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dik id-deċiżjoni.

L-EBA u l-awtorità kompetenti għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw it-tranżizzjoni bla xkiel tal-kompetenzi superviżorji.

8.   L-EBA għandha, annwalment, tivvaluta mill-ġdid il-klassifikazzjoni tat-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluż mir-rapporti msemmija fil-paragrafu 4 jew l-informazzjoni rċevuta skont l-Artikolu 22.

Meta l-EBA tikkonkludi li ċerti tokens irreferenzjati ma’ assi ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 f’konformita’ mal-paragrafu 2, l-EBA għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni sabiex ma tibqax tikklassifika t-tokens irreferenzjati ma’ assi bħala sinifikanti u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittenti ta’ dawk it-tokens irreferenzjati ma’ assi u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom, lill-BĊE u fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, lill-bank ċentrali tal-Istat Membrukkonċernat.

Emittenti ta’ tali tokens irreferenzjati ma’ assi, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, l-BĊE u l-bank ċentrali msemmi fil-paragrafu 4 għandhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni biex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra debitament dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti qabel ma tadotta deċiżjoni finali.

9.   L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha dwar jekk ma tibqax tikklassifika token irreferenzjat ma’ assi ’ bħala sinifikanti fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 8 u tinnotifika minnufih dik id-deċiżjoni lill-emittent ta’ tali tokens irreferenzjati ma’ assi u lill-awtorità kompetenti tiegħu.

10.   Meta token irreferenzjat ma’ assi ma jibqax jiġi kklassifikat bħala sinifikanti skont deċiżjoni tal-EBA meħuda f’konformità mal-paragrafu 9, ir-responsabbiltajiet superviżorji fir-rigward tal-emittent ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi għandhom jiġu ttrasferiti mill-EBA lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittenti fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dik id-deċiżjoni.

L-EBA u l-awtorità kompetenti għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw it-tranżizzjoni bla xkiel tal-kompetenzi superviżorji.

11.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 139 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika ulterjorment il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 sabiex token irreferenzjat ma’ assi jkun kklassifikat bħala sinifikanti u jiġu ddeterminati:

(a)

iċ-ċirkostanzi li fihom l-attivitajiet tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi jitqiesu sinifikanti fuq skala internazzjonali barra mill-Unjoni;

(b)

iċ-ċirkostanzi li fihom tokens irreferenzjati ma’ assi u l-emittenti tagħhom għandhom jitqiesu bħala interkonnessi mas-sistema finanzjarja;

(c)

il-kontenut u l-format tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti lill-EBA u lil-BĊE skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 56(3).

Artikolu 44

Klassifikazzjoni volontarja ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi bħala tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti

1.   L-emittenti li japplikaw ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jistgħu jindikaw fl-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 18, jew fin-notifika tagħhom skont l-Artikolu 17, li jixtiequ li t-tokens irreferenzjati ma’ assi tagħhom jiġu kklassifikati bħala tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika minnufih tali talba mill-emittent li japplika lill-EBA, lill-BĊE u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 43(4), lill-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat.

Sabiex token irreferenzjat ma’ assi jiġu kklassifikati bħala sinifikanti skont dan l-Artikolu, l-emittent li japplika tat-token irreferenzjat ma’ assi għandu juri, permezz ta’ programm iddettaljat ta’ operazzjonijiet imsemmi fl-Artikolu 17(1), il-punt (b)(i), u l-Artikolu 18(2), il-punt (d), li x’aktarx jissodisfa tal-anqas tlieta mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1).

2.   L-EBA għandha, fi żmien 20 jum tax-xogħol tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tħejji abbozz ta’ deċiżjoni li jkun fih l-opinjoni tagħha abbażi tal-programm ta’ operazzjonijiet jekk it-token irreferenzjat ma’ assi jissodisfax, jew x’aktarx jissodisfa tal-inqas tlieta mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1) u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent li japplika, lill-BĊE u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 43(4), it-tieni subparagrafu, lill-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat.

L-awtoritajiet kompetenti tal-emittenti ta’ tali tokens irreferenzjati ma’ assi, l-BĊE u, fejn applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat, għandhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni biex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra debitament dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti qabel ma tadotta deċiżjoni finali.

3.   L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha dwar jekk tikklassifikax token irreferenzjat ma’ assi bħala token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti fi żmien 60 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fil-paragrafu 1 u tinnotifika minnufih dik id-deċiżjoni lill-emittent li japplika ta’ tali token irreferenzjat ma’ assi u lill-awtorità kompetenti tiegħu.

4.   Meta t-tokens irreferenzjati ma’ assi jkunu ġew ikklassifikati bħala sinifikanti skont deċiżjoni tal-EBA meħuda f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, ir-responsabbiltajiet superviżorji fir-rigward tal-emittenti ta’ dawk it-tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jiġu ttrasferiti mill-awtorità kompetenti lill-EBA fid-data tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tagħti l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(1) jew fid-data tal-approvazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 17.

Artikolu 45

Obbligi addizzjonali speċifiċi għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti

1.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti għandhom jadottaw, jimplimentaw u jżommu politika ta’ rimunerazzjoni li tippromwovi l-immaniġġjar tar-riskju solidu u effettiv ta’ tali emittenti u li ma toħloqx inċentivi għar-rilassament tal-istandards tar-riskju.

2.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti għandhom jiżguraw li tali tokens ikunu jistgħu jinżammu f’kustodja minn fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi differenti awtorizzati għal forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti, inkluż minn fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li ma jappartjenux għall-istess grupp, kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (11), tad-Direttiva 2013/34/UE, fuq bażi ġusta, raġonevoli u mhux diskriminatorja.

3.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti għandhom jivvalutaw u jimmonitorjaw il-ħtiġijiet ta’ likwidità sabiex jissodisfaw it-talbiet ta’ fidi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi mid-detenturi tagħhom. Għal dak l-għan, l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti għandhom jistabbilixxu, iżommu u jimplimentaw politika u proċeduri ta’ mmaniġġjar tal-likwidità. Dik il-politika u dawk il-proċeduri għandhom jiżguraw li l-assi ta’ riżerva jkollhom profil ta’ likwidità reżiljenti li jippermetti lill-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jkomplu joperaw normalment, inkluż taħt xenarji tal-istress ta’ likwidità.

4.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti għandhom, fuq bażi regolari, iwettqu ttestjar tal-istress ta’ likwidità. Skont l-eżitu ta’ tali testijiet, l-EBA tista’ tiddeċiedi li ssaħħaħ ir-rekwiżiti tal-likwidità msemmija fil-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 36(6).

Meta emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti joffru żewġ jew aktar tokens irreferenzjati ma’ assi jew jipprovdi servizzi tal-kriptoassi, dawk it-testijiet tal-istress għandhom ikopru dawk l-attivitajiet kollha b’mod komprensiv u olistiku.

5.   Il-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 35(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandu jiġi stabbilit għal 3 % tal-ammont medju tal-assi ta’ riżerva għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti.

6.   Meta diversi emittenti joffru l-istess token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti, il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw għal kull emittent.

Meta emittent joffri żewġ jew aktar tokens irreferenzjati ma’ assi fl-Unjoni, u tal-inqas wieħed minn dawk it-tokens irreferenzjati ma’ assi jkun ikklassifikat bħala sinifikanti, il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw għal dak l-emittent.

7.   L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika:

(a)

il-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ governanza dwar il-politika ta’ rimunerazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

il-kontenut minimu tal-politika u l-proċeduri tal-immaniġġjar tal-likwidità kif stabbiliti fil-paragrafu 3, u r-rekwiżiti tal-likwidità, inkluż billi jiġi speċifikat l-ammont minimu ta’ depożiti f’kull munita uffiċjali rreferenzjata, li ma jistax ikun anqas minn 60 % tal-ammont irreferenzjat f’kull munita uffiċjali;

(c)

il-proċedura u l-iskeda ta’ żmien għal emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti sabiex jaġġusta l-ammont ta’ fondi proprji tiegħu kif meħtieġ mill-paragrafu 5.

Fil-każ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-EBA għandha tikkalibra l-istandards tekniċi filwaqt li tqis kwalunkwe interazzjoni possibbli bejn ir-rekwiżiti regolatorji stabbiliti minn dan ir-Regolament u r-rekwiżiti regolatorji stabbiliti minn atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni.

L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

8.   L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-BĊE, għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 bil-ħsieb li tistabbilixxi l-parametri ta’ referenza komuni tax-xenarji tal-ittestjar tal-istress li għandhom jiġu inklużi fit-testijiet tal-istress msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu aġġornati perjodikament filwaqt li jqisu l-aħħar żviluppi tas-suq.

KAPITOLU 6

Pjanijiet għall-irkupru u l-fidi

Artikolu 46

Pjan ta’ rkupru

1.   Emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu iifassal u jżomm pjan ta’ rkupru li jipprevedi miżuri li għandhom jittieħdu mill-emittent biex jerġa’ jiġi f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għar-riżerva ta’ assi f’każijiet fejn l-emittent jonqos milli jikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Il-pjan ta’ rkupru għandu jinkludi wkoll il-preservazzjoni tas-servizzi tal-emittent relatati mat-token irreferenzjat ma’ assi, l-irkupru f’waqtu tal-operazzjonijiet u t-twettiq tal-obbligi tal-emittent fil-każ ta’ avvenimenti li joħolqu riskju sinifikanti li jkunu ta’ xkiel għall-operazzjonijiet.

Il-pjan ta’ rkupru għandu jinkludi kundizzjonijiet u proċeduri xierqa li jiżguraw l-implimentazzjoni f’waqtha tal-azzjonijiet ta’ rkupru kif ukoll firxa wiesgħa ta’ għażliet ta’ rkupru, inkluż:

(a)

it-tariffi ta’ likwidità fuq il-fidi;

(b)

il-limiti għall-ammont tat-token irreferenzjat ma’ assi li għandhom jinfdew fi kwalunkwe jum tax-xogħol;

(c)

is-sospensjoni ta’ fidi.

2.   L-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi għandu jinnotifika l-pjan ta’ rkupru lill-awtorità kompetenti fi żmien sitt xhur mid-data tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 21 jew fi żmien sitt xhur mid-data tal-approvazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 17. L-awtorità kompetenti għandha tirrikjedi emendi għall-pjan ta’ rkupru meta meħtieġ biex tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tiegħu u għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha li titlob dawk l-emendi lill-emittent fi żmien 40 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dak il-pjan. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi implimentata mill-emittent fi żmien 40 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dik id-deċiżjoni. L-emittent għandu jirrieżamina u jaġġorna regolarment il-pjan ta’ rkupru.

Meta applikabbli, l-emittent għandu jinnotifika wkoll il-pjan ta’ rkupru lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u superviżorji prudenzjali tiegħu b’mod parallel mal-awtorità kompetenti.

3.   Meta l-emittent jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għar-riżerva ta’ assi kif imsemmi fil-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu jew, minħabba kundizzjoni finanzjarja li qed tiddeterjora rapidament, x’aktarx li fil-futur qarib ma jikkonformax ma’ dawk ir-rekwiżiti, l-awtorità kompetenti, sabiex tiżgura li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti applikabbli, għandu jkollha s-setgħa li tirrikjedi lill-emittent jimplimenta wieħed jew aktar mill-arranġamenti jew mill-miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru jew jaġġorna tali pjan ta’ rkupru meta ċ-ċirkostanzi jkunu differenti mis-suppożizzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru inizjali u jimplimenta wieħed jew aktar mill-arranġamenti jew mill-miżuri stabbiliti fil-pjan aġġornat f’perijodu ta’ żmien speċifiku..

4.   Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li tissospendi temporanjament il-fidi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, dment li s-sospensjoni tkun ġustifikata, filwaqt li jitqiesu l-interessi tad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u tal-istabbiltà finanzjarja.

5.   Meta applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u superviżorji prudenzjali tal-emittent bi kwalunkwe miżura meħuda skont il-paragrafi 3 u 4.

6.   L-EBA, wara konsultazzjoni ma’ ESMA, għandha toħroġ linji gwida f’konformita’ mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tispeċifika l-format tal-pjan ta’ rkupru u l-informazzjoni li għandha tkun fornita fil-pjan ta’ rkupru.

Artikolu 47

Pjan ta’ fidi

1.   L-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu jfassal u jżomm pjan operazzjonali sabiex jappoġġja l-fidi ordnat ta’ kull token irreferenzjat ma’ assi, li għandu jiġi implimentat fuq deċiżjoni mill-awtorità kompetenti li l-emittent ma jkunx jista’ jew x’aktarx ma jkunx jista’ jwettaq l-obbligi tiegħu, inkluż fil-każ ta’ insolvenza jew, meta applikabbli, ta’ riżoluzzjoni jew fil-każ tal-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-emittent, mingħajr preġudizzju għall-bidu ta’ miżura ta’ prevenzjoni ta’ kriżi jew miżura ta’ mmaniġġjar ta’ kriżi kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punti (101) u (102), rispettivament, tad-Direttiva 2014/59/UE jew azzjoni ta’ riżoluzzjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (44).

2.   Il-pjan ta’ fidi għandu juri l-kapaċità tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi li jwettaq il-fidi ta’ token irreferenzjati ma’ assi pendenti maħruġa mingħajr ma jikkawża ħsara ekonomika bla bżonn lid-detenturi tiegħu jew lill-istabbiltà tas-swieq tal-assi ta’ riżerva.

Il-pjan ta’ fidi għandu jinkludi arranġamenti kuntrattwali, proċeduri u sistemi, inkluża d-deżinjazzjoni ta’ amministratur temporanju f’konformità mal-liġi applikabbli, li jiżguraw it-trattament ekwu bejn id-detenturi kollha ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u jiżguraw li d-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jitħallsu fil-ħin mir-rikavat tal-bejgħ tal-assi ta’ riżerva li jifdal.

Il-pjan ta’ fidi għandu jiżgura l-kontinwità ta’ kwalunkwe attività kritika li hija meħtieġa għall-fidi ordnat u li hija mwettqa mill-emittenti jew minn kwalunkwe entità terza.

3.   L-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi għandu jinnotifika l-pjan ta’ fidi lill-awtorità kompetenti fi żmien sitt xhur mid-data tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 21 jew fi żmien sitt xhur mid-data tal-approvazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 17. L-awtorità kompetenti għandha tirrikjedi emendi għall-pjan ta’ fidi meta meħtieġ biex tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tiegħu u għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha li titlob dawk l-emendi lill-emittent fi żmien 40 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dak il-pjan. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi implimentata mill-emittent fi żmien 40 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dik id-deċiżjoni. L-emittent għandu jirrieżamina u jaġġorna regolarment il-pjan ta’ fidi.

4.   Fejn applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika l-pjan ta’ fidi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità ta’ superviżjoni prudenzjali tal-emittent.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżamina l-pjan ta’ fidi bil-ħsieb li tidentifika kwalunkwe azzjoni fil-pjan ta’ fidi li jista’ jkollha impatt negattiv fuq ir-riżolvibbiltà tal-emittent, u tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti fir-rigward ta’ dan.

5.   L-EBA għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 sabiex tispeċifika:

(a)

il-kontenut tal-pjan ta’ fidi u l-perjodiċità għar-reviżjoni, filwaqt li jitqiesu d-daqs, il-kumplessità, u n-natura tat-token irreferenzjat ma’ assi u l-mudell tan-negozju tal-emittent; u

(b)

l-iskattaturi għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ fidi.

TITOLU IV

TOKENS TAL-FLUS ELETTRONIĊI

KAPITOLU 1

Rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-emittenti kollha tat-tokens tal-flus elettroniċi

Artikolu 48

Rekwiżiti għall-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar ta’ tokens tal-flus elettroniċi

1.   Persuna ma għandhiex tagħmel offerta lill-pubbliku jew tfittex l-ammissjoni għan-negozjar ta’ token tal-flus elettroniċi, fl-Unjoni, sakemm dik il-persuna ma tkunx l-emittent ta’ tali token tal-flus elettroniċi u ma tkunx:

(a)

awtorizzata bħala istituzzjoni ta’ kreditu jew bħala istituzzjoni tal-flus elettroniċi; u

(b)

innotifikat white paper dwar il-kriptoassi lill-awtorità kompetenti u ppubblikat dik il-white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 51.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, fuq kunsens bil-miktub tal-emittent, persuni oħra jistgħu joffru lill-pubbliku jew ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar tat-token tal-flus elettroniċi. Dawk il-persuni għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 50 u 53.

2.   Tokens tal-flus elettroniċi għandhom jitqiesu bħala flus elettroniċi.

Token tal-flus elettroniċi li jirreferenzja munita uffiċjali ta’ Stat Membru għandu jitqies li jkun offrut lill-pubbliku fl-Unjoni.

3.   It-Titoli II u III tad-Direttiva 2009/110/KE għandhom japplikaw fir-rigward tat-tokens tal-flus elettroniċi sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor f’dan it-Titolu.

4.   Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi eżentati f’konformità mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/110/KE.

5.   Dan ir-Titolu, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 51, ma għandux japplika fir-rigward tat-tokens tal-flus elettroniċi eżentati skont l-Artikolu 1(4) u (5) tad-Direttiva 2009/110/KE.

6.   L-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi għandhom, mill-inqas 40 jum tax-xogħol qabel id-data li fiha jkunu biħsiebhom joffru lill-pubbliku dawk it-tokens tal-flus elettroniċi jew ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar tagħhom, jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom dwar dik l-intenzjoni.

7.   Meta japplika l-paragrafu 4 jew 5, l-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi għandhom jabbozzaw white paper dwar il-kriptoassi u jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar tali white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 51.

Artikolu 49

Ħruġ u rimborżabbiltà tat-tokens tal-flus elettroniċi

1.   B’deroga mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2009/110/KE, fir-rigward tal-ħruġ u r-rimborżabbiltà tat-tokens tal-flus elettroniċi huma biss ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu li għandhom japplikaw għall-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi.

2.   Id-detenturi tat-tokens tal-flus elettroniċi għandu jkollhom pretensjoni kontra l-emittenti ta’ dawk it-tokens tal-flus elettroniċi.

3.   L-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi għandhom joħorġu tokens tal-flus elettroniċi b’parità u malli jiġu rċevuti l-fondi.

4.   Fuq talba tad-detentur ta’ token tal-flus elettroniċi, l-emittent ta’ dak it-token tal-flus elettroniċi għandu jifdih, f’kull ħin u b’parità, billi jħallas b’fondi, minbarra l-flus elettroniċi, il-valur monetarju tat-token tal-flus elettroniċi miżmum għad-detentur tat-token tal-flus elettroniċi.

5.   L-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi għandhom jiddikjaraw b’mod prominenti l-kundizzjonijiet għall-fidi fil-white paper dwar il-kriptoassi kif msemmi fl-Artikolu 51(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d).

6.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46, il-fidi ta’ tokens tal-flus elettroniċi ma għandux ikun soġġett għal tariffa.

Artikolu 50

Projbizzjoni tal-għoti tal-imgħax

1.   Minkejja l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/110/KE, l-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi ma għandhomx jagħtu mgħax fir-rigward tat-tokens tal-flus elettroniċi.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi ma għandhomx jagħtu mgħax meta jipprovdu servizzi tal-kriptoassi relatati ma’ tokens tal-flus elettroniċi.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, kwalunkwe rimunerazzjoni jew kwalunkwe benefiċċju ieħor relatati mat-tul ta’ żmien li matulu detentur ta’ token tal-flus elettroniċi jżomm tali token tal-flus elettroniċi għandhom jitqiesu bħala mgħax. Dak jinkludi kumpens nett jew skonti, b’effett ekwivalenti għal dak ta’ mgħax riċevut mid-detentur tat-token tal-flus elettroniċi, direttament mill-emittent jew minn partijiet terzi, u direttament assoċjat mat-token tal-flus elettroniċi jew mir-rimunerazzjoni jew l-ipprezzar ta’ prodotti oħra.

Artikolu 51

Il-kontenut u l-forma tal-white paper dwar il-kriptoassi għat-tokens tal-flus elettroniċi

1.   White paper dwar il-kriptoassi għal token tal-flus elettroniċi għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja, kif speċifikat aktar fl-Anness III:

(a)

informazzjoni dwar l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi;

(b)

informazzjoni dwar it-token tal-flus elettroniċi;

(c)

informazzjoni dwar l-offerta lill-pubbliku tat-token tal-flus elettroniċi jew l-ammissjoni tiegħu għan-negozjar;

(d)

informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi marbuta mat-token tal-flus elettroniċi;

(e)

informazzjoni dwar it-teknoloġija sottostanti;

(f)

informazzjoni dwar ir-riskji;

(g)

informazzjoni dwar l-impatti negattivi prinċipali fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent tal-mekkaniżmu ta’ kunsens użat biex jinħareġ it-token tal-flus.

Il-white paper dwar il-kriptoassi għandha tinkludi wkoll l-identità tal-persuna għajr l-emittent li joffri t-token tal-flus elettroniċi lill-pubbliku jew ifittex l-ammissjoni għan-negozjar tiegħu skont l-Artikolu 48(1), it-tieni subparagrafu, u r-raġuni għaliex dik il-persuna partikolari toffri dak it-token tal-flus elettroniċi jew tfittex l-ammissjoni għan-negozjar tiegħu.

2.   L-informazzjoni kollha elenkata fil-paragrafu 1 għandha tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa. Il-white paper dwar il-kriptoassi ma għandux ikun fiha omissjonijiet materjali u għandha tiġi ppreżentata f’forma konċiża u li tinftiehem.

3.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha d-dikjarazzjoni ċara u prominenti li ġejja fl-ewwel paġna:

“Din il-white paper dwar il-kriptoassi ma ġiet approvata mill-ebda awtorità kompetenti fl-ebda Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. L-emittent tal-kriptoassi huwa unikament responsabbli għall-kontenut ta’ din il-white paper dwar il-kriptoassi.”

4.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha twissija ċara li:

(a)

it-token tal-flus elettroniċi mhijiex koperta mill-iskemi ta’ kumpens għall-investituri skont id-Direttiva 97/9/KE;

(b)

it-token tal-flus elettroniċi mhijiex koperta mill-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 2014/49/UE.

5.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha dikjarazzjoni mill-korp maniġerjali tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi. Dik id-dikjarazzjoni, li għandha tiddaħħal wara d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, għandha tikkonferma li l-white paper dwar il-kriptoassi tikkonforma ma’ dan it-Titolu u li, sa fejn ikun jaf il-korp maniġerjali, l-informazzjoni ppreżentata fil-white paper dwar il-kriptoassi tkun kompluta, ġusta, ċara u ma tkunx qarrieqa u li l-white paper dwar il-kriptoassi ma tagħmel l-ebda ommissjoni li x’aktarx taffettwa l-importazzjoni tagħha.

6.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha sommarju, imdaħħal wara d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, li għandu, fil-qosor u b’lingwaġġ mhux tekniku, jipprovdi informazzjoni ta’ importanza ewlenija dwar l-offerta lill-pubbliku tat-token tal-flus elettroniċi jew l-ammissjoni għan-negozjar maħsuba ta’ tali token tal-flus elettroniċi. Is-sommarju għandu jinftiehem faċilment u jiġi ppreżentat u stabbilit f’format ċar u komprensiv, bl-użu ta’ karattri ta’ daqs li jinqara. Is-sommarju tal-white paper dwar il-kriptoassi għandu jipprovdi informazzjoni xierqa dwar il-karatteristiċi tal-kriptoassi kkonċernati sabiex jgħin lid-detenturi prospettivi tal-kriptoassi jieħdu deċiżjoni informata.

Is-sommarju għandu jkun fih twissija li:

(a)

huwa għandu jinqara bħala introduzzjoni għall-white paper dwar il-kriptoassi;

(b)

id-detentur prospettiv għandu jibbaża kwalunkwe deċiżjoni għax-xiri tat-token tal-flus elettroniċi fuq il-kontenut tal-white paper dwar il-kriptoassi sħiħa u mhux fuq is-sommarju biss;

(c)

l-offerta lill-pubbliku tat-token tal-flus elettroniċi ma tikkostitwix offerta jew solleċitazzjoni għax-xiri ta’ strumenti finanzjarji u li kwalunkwe tali offerta jew solleċitazzjoni tista’ ssir biss permezz ta’ prospett jew permezz ta’ dokumenti oħra ta’ offerta skont il-liġi nazzjonali applikabbli;

(d)

il-white paper dwar il-kriptoassi ma tikkostitwix prospett kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2017/1129 jew kwalunkwe dokument ieħor tal-offerta skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

Is-sommarju għandu jiddikjara li detenturi tat-token tal-flus elettroniċi għandhom dritt ta’ fidi fi kwalunkwe ħin u b’parità kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-fidi.

7.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha d-data tan-notifika tagħha u tabella tal-werrej.

8.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandha titfassal b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru domiċiljari, jew b’lingwa abitwali fil-qasam tal-finanzi internazzjonali.

Meta t-token tal-flus elettroniċi tiġi offerta wkoll fi Stat Membru għajr l-Istat Membru domiċiljari, il-white paper dwar il-kriptoassi għandha titfassal ukoll b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti, jew b’lingwa abitwali fil-qasam tal-finanzi internazzjonali.

9.   Il-white paper dwar il-kriptoassi għandha tkun disponibbli f’format li jinqara mill-magni.

10.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-formoli, il-formats u l-mudelli standard għall-finijiet tal-paragrafu 9.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

11.   L-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi għandhom jinnotifikaw il-white paper dwar il-kriptoassi tagħhom lill-awtorità kompetenti tagħhom tal-anqas 20 jum tax-xogħol qabel id-data tal-pubblikazzjoni tagħhom.

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jirrikjedu l-approvazzjoni minn qabel tal-white papers dwar il-kriptoassi qabel ma jiġu ppubblikati.

12.   Kwalunkwe fattur ġdid sinifikanti, kwalunkwe żball materjali jew kwalunkwe ineżattezza materjali li kapaċi jaffettwaw il-valutazzjoni tat-token tal-flus elettroniċi għandhom jiġu deskritti f’white paper dwar il-kriptoassi modifikata mfassla mill-emittenti, nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti u ppublikata fuq is-siti web tal-emittenti.

13.   Qabel ma joffri token tal-flus elettroniċi lill-pubbliku fl-Unjoni jew ifittex ammissjoni għan-negozjar tat-token tal-flus elettroniċi, l-emittent ta’ tali token tal-flus elettroniċi għandu jippubblika white paper dwar il-kriptoassi fuq is-sit web tiegħu.

14.   L-emittent tat-token tal-flus elettroniċi għandu, flimkien man-notifika tal-white paper dwar il-kriptoassi skont il-paragrafu 11 ta’ dan l-Artikolu, jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 109(4). L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lill-ESMA, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi l-informazzjoni mingħand l-emittent, l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 109(4).

L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika wkoll lill-ESMA kwalunkwe white paper dwar il-kriptoassi modifikata u kwalunkwe rtirar tal-awtorizzazzjoni tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi.

L-ESMA għandha tagħmel tali informazzjoni disponibbli fir-reġistru skont l-Artikolu 109(4) sad-data tal-bidu tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar jew, fil-każ ta’ white paper dwar il-kriptoassi modifikata, jew rtirar tal-awtorizazzjoni, mingħajr dewmien bla bżonn.

15.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (g), fir-rigward tal-indikaturi tas-sostenibbiltà b’rabta mal-impatti negattivi fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent.

Meta tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tikkunsidra t-tipi varji ta’ mekkaniżmi ta’ kunsens użati biex jiġu vvalidati t-tranżazzjonijiet fil-kriptoassi, l-istrutturi ta’ inċentivi tagħhom u l-użu tal-enerġija, tal-enerġija rinnovabbli u tar-riżorsi naturali, il-produzzjoni tal-iskart u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-ESMA għandha taġġorna l-istandards tekniċi regolatorji fid-dawl ta’ żviluppi regolatorji u teknoloġiċi.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 52

Ir-responsabbiltà tal-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi għall-informazzjoni mogħtija f’white paper dwar il-kriptoassi

1.   Meta emittent ta’ token tal-flus elettroniċi jkun kiser l-Artikolu 51 billi fil-white paper dwar il-kriptoassi tiegħu jew f’white paper dwar il-kriptoassi modifikata jipprovdi informazzjoni li ma tkunx kompluta, ġusta, jew ċara jew li tkun qarrieqa, dak l-emittent u l-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tiegħu għandhom ikunu responsabbli fir-rigward tad-detentur ta’ tali token tal-flus elettroniċi għal kwalunkwe telf imġarrab minħabba dak il-ksur.

2.   Kwalunkwe esklużjoni jew limitazzjoni kuntrattwali tar-responsabbiltà ċivili kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun imċaħħda minn effett legali.

3.   Għandha tkun ir-responsabbiltà tad-detentur tat-token tal-flus elettroniċi li jippreżenta evidenza li tindika li l-emittent ta’ dak it-token tal-flus elettroniċi jkun kiser l-Artikolu 51 billi provda fil-white paper dwar il-kriptoassi tiegħu jew f’white paper dwar il-kriptoassi modifikata informazzjoni li ma tkunx kompluta, ġusta, jew ċara jew li tkun qarrieqa u li dipendenza fuq tali informazzjoni kellha impatt fuq id-deċiżjoni tad-detentur li jixtri, ibigħ jew jiskambja dak it-token tal-flus elettroniċi.

4.   L-emittent u l-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tiegħu ma għandhomx ikunu responsabbli għat-telf imġarrab minħabba d-dipendenza fuq l-informazzjoni pprovduta f’sommarju skont l-Artikolu 51(6), inkluża kwalunkwe traduzzjoni tagħha, ħlief meta s-sommarju:

(a)

ikun qarrieqi, impreċiż jew inkonsistenti meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-white paper dwar il-kriptoassi; jew

(b)

ma jkunx jipprovdi, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-white paper dwar il-kriptoassi, informazzjoni ta’ importanza ewlenija sabiex tgħin lil detenturi prospettivi meta jikkunsidraw jekk jixtrux tali tokens tal-flus elettroniċi.

5.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe responsabbiltà ċivili oħra skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 53

Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

1.   Komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni relatata ma’ offerta lill-pubbliku ta’ token tal-flus elettroniċi, jew mal-ammissjoni għan-negozjar ta’ tali token tal-flus elettroniċi, għandha tikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar bħala tali;

(b)

l-informazzjoni fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa;

(c)

l-informazzjoni fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tkun konsistenti mal-informazzjoni fil-white paper dwar il-kriptoassi;

(d)

il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jiddikjaraw b’mod ċar li ġiet ippubblikata white paper dwar il-kriptoassi u jindikaw b’mod ċar l-indirizz tas-sit web tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi, kif ukoll numru tat-telefown u indirizz tal-email biex ikun jista’ jiġi kkuntattjat l-emittent.

2.   Il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandu jkun fihom dikjarazzjoni ċara u mhux ambigwa li d-detenturi tat-token tal-flus elettroniċi għandhom dritt ta’ fidi kontra l-emittent fi kwalunkwe ħin u b’parità.

3.   Il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u kwalunkwe modifika tagħhom għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-emittent.

4.   L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jirrikjedu approvazzjoni minn qabel tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni qabel ma jiġu ppubblikati.

5.   Il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

6.   L-ebda komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni ma għandha tiġi disseminata qabel il-pubblikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi. Tali restrizzjoni ma taffettwax il-kapaċità tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi li jwettaq sondaġġi tas-suq.

Artikolu 54

Investiment ta’ fondi riċevuti bi skambju ma’ tokens tal-flus elettroniċi

Fondi riċevuti mill-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi bi skambju ma’ tokens tal-flus elettroniċi u salvagwardati f’konformità mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2009/110/KE għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej:

(a)

mill-anqas 30 % tal-fondi rċevuti huwa dejjem iddepożitat f’kontijiet separat f’istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(b)

il-fondi rċevuti li jifdal jiġu investiti f’assi siguri u b’riskju baxx li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji likwidi ħafna b’riskju tas-suq, riskju ta’ kreditu u riskju ta’ konċentrazzjoni minimi, f’konformità mal-Artikolu 38(1) ta’ dan ir-Regolament u jkunu denominati fl-istess munita uffiċjali bħal dik referenzjata mit-token tal-flus elettroniċi;

Artikolu 55

Pjanijiet għall-irkupru u l-fidi

It-Titolu III, il-Kapitolu 6, għandu japplika mutatis mutandis għall-emittent tat-tokens tal-flus elettroniċi.

B’deroga mill-Artikolu 46(2), id-data sa meta l-pjan ta’ rkupru għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti għandha, fir-rigward ta’ emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi, tkun fi żmien sitt xhur mid-data tal-offerta lill-pubbliku jew ammissjoni għan-negozjar.

B’deroga mill-Artikolu 47(3), id-data sa meta l-pjan ta’ fidi għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti għandha, fir-rigward ta’ emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi, tkun fi żmien sitt xhur mid-data tal-offerta lill-pubbliku jew ammissjoni għan-negozjar.

KAPITOLU 2

Tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti

Artikolu 56

Klassifikazzjoni tat-tokens tal-flus elettroniċi bħala tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti

1.   L-EBA għandha tikklassifika t-tokens tal-flus elettroniċi bħala tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti meta mill-inqas tlieta mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1) huma ssodisfatti:

(a)

matul il-perjodu kopert mill-ewwel rapport ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, wara l-offerta lill-pubbliku jew it-tfittxija għall-ammissjoni għan-negozjar ta’ dawk it-tokens; jew

(b)

matul il-perjodu kopert f’minn tal-anqas żewġ rapporti konsekuttivi ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Meta diversi emittenti joħorġu l-istess token tal-flus elettroniċi, it-twettiq tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1) għandu jiġi vvalutat wara li tiġi aggregata d-data minn dawk l-emittenti.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent għandhom jirrapportaw lill-EBA u lill-BĊE informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tat-twettiq tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1), inkluża, jekk applikabbli, l-informazzjoni riċevuta taħt l-Artikolu 22, tal-anqas darbtejn fis-sena.

Meta l-emittent ikun stabbilit fi Stat Membru li l-munita uffiċjali tiegħu ma tkunx l-euro, jew meta munita uffiċjali ta’ Stat Membru li ma tkunx l-euro tkun irreferenzjata mit-token tal-flus elettroniċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu wkoll l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-bank ċentrali ta’ dak l-Istat Membru.

4.   Meta l-EBA tikkonkludi li token tal-flus elettroniċi jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1) f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-EBA għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni sabiex tikklassifika t-token tal-flus elettroniċi bħala token tal-flus elettroniċi sinifikanti u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent, lill-BĊE u, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, lill-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat.

Emittenti ta’ tali tokens tal-flus elettroniċi, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, l-BĊE u, fejn applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat għandu jkollhom 20 jum tax-xogħol mid-data ta’ notifika ta’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni biex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra debitament dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti qabel ma tadotta deċiżjoni finali.

5.   L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha dwar jekk tikklassifikax token tal-flus elettroniċi bħala token tal-flus elettroniċi sinifikanti f’60 jum tax-xogħol mid-data ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 4 u tinnotifika minnufih lill-emittent ta’ tali token tal-flus elettroniċi u lill-awtorità kompetenti tiegħu dwar dik id-deċiżjoni.

6.   Meta token tal-flus elettroniċi jkun ġie kklassifikat bħala sinifikanti skont deċiżjoni tal-EBA meħuda f’konformità mal-paragrafu 5, ir-responsabbiltajiet superviżorji fir-rigward tal-emittent ta’ dak it-token tal-flus elettroniċi għandhom jiġu ttrasferiti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent lill-EBA f’konformità mal-Artikolu 117(4) fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data ta’ notifika ta’ dik id-deċiżjoni.

L-EBA u l-awtorità kompetenti għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw it-tranżizzjoni bla xkiel tal-kompetenzi superviżorji.

7.   Bħala deroga mill-paragrafu 6, ir-responsabbiltajiet superviżorji fir-rigward tal-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti denominati f’munita uffiċjali ta’ Stat Membru għajr l-euro, fejn mill-anqas 80 % tan-numru ta’ detenturi u tal-volum ta’ tranżazzjonijiet ta’ dawk it-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti jkunu kkonċentrati fl-Istat Membru domiċiljari, ma għandhomx jiġu ttrasferiti lill-EBA.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent għandha tipprovdi informazzjoni lill-EBA, annwalment, dwar kwalunkwe każ fejn tiġi applikata d-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, tranżazzjoni għandha titqies li sseħħ fl-Istat Membru domiċiljari meta min iħallas jew min qed jitħallas ikun stabbilit f’dak l-Istat Membru.

8.   L-EBA għandha tivvaluta mill-ġdid, annwalment, il-klassifikazzjoni tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluż mir-rapporti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew tal-informazzjoni rċevuta skont l-Artikolu 22.

Meta l-EBA tikkonkludi li ċerti tokens tal-flus elettroniċi ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1) f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-EBA għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni sabiex ma tibqax tikklassifika t-token tal-flus elettroniċi bħala sinifikanti u tinnotifika dwar dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittenti ta’ dawk it-tokens tal-flus elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom, lill-BĊE, u, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, lill-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat.

Emittenti ta’ tali tokens tal-flus elettroniċi, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, l-BĊE u l-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat għandu jkollhom 20 jum tax-xogħol mid-data ta’ notifika ta’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni biex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra debitament dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti qabel ma tadotta deċiżjoni finali.

9.   L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha dwar jekk ma tibqax tikklassifika token tal-flus elettroniċi bħala sinifikanti fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 8 u tinnotifika minnufih lill-emittent ta’ dak it-token tal-flus elettroniċi u lill-awtorità kompetenti tiegħu dwar dik id-deċiżjoni.

10.   Meta token tal-flus elettroniċi ma jibqax jikklassifika bħala sinifikanti skont deċiżjoni tal-EBA meħuda f’konformità mal-paragrafu 9, ir-responsabbiltajiet superviżorji fir-rigward tal-emittent ta’ dak it-token tal-flus elettroniċi għandhom jiġu ttrasferiti mill-EBA lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data ta’ notifika ta’ dik id-deċiżjoni.

L-EBA u l-awtorità kompetenti għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw it-tranżizzjoni bla xkiel tal-kompetenzi superviżorji.

Artikolu 57

Klassifikazzjoni volontarja tat-tokens tal-flus elettroniċi bħala tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti

1.   Emittent ta’ token tal-flus elettroniċi, awtorizzat bħala istituzzjoni ta’ kreditu jew bħala istituzzjoni tal-flus elettroniċi jew li jkunu qed japplikaw għal tali awtorizzazzjoni, jista’ jindika li jixtieq li t-token tal-flus elettroniċi tiegħu jiġi kklassifikat bħala token tal-flus elettroniċi sinifikanti. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika minnufih tali talba tal-emittent lill-EBA, lill-BĊE u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 56(3), it-tieni subparagrafu, lill-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat.

Sabiex it-token tal-flus elettroniċi jiġi kklassifikat bħala sinifikanti skont dan l-Artikolu, l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi għandu juri, permezz ta’ programm iddettaljat ta’ operazzjonijiet, li x’aktarx jissodisfa tal-anqas tlieta mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1).

2.   L-EBA għandha, fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tħejji abbozz ta’ deċiżjoni li jkun fih l-opinjoni tagħha abbażi tal-programm ta’ operazzjonijiet tal-emittent jekk it-token tal-flus elettroniċi jissodisfax jew x’aktarx jissodisfa tal-inqas tlieta mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1) u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent, lill-BĊE u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 56(3), it-tieni subparagrafu, lill-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat.

L-awtoritajiet kompetenti tal-emittenti ta’ tali tokens tal-flus elettroniċi, l-BĊE u, fejn applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat għandu jkollhom 20 jum tax-xogħol mid-data ta’ notifika ta’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni biex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra debitament dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti qabel ma tadotta deċiżjoni finali.

3.   L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha dwar jekk tikklassifikax token tal-flus elettroniċi bħala token tal-flus elettroniċi sinifikanti f’fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-data ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 1 u tinnotifika minnufih lill-emittent ta’ tali token tal-flus elettroniċi u lill-awtorità kompetenti tiegħu dwar dik id-deċiżjoni.

4.   Meta token tal-flus elettroniċi jkun ġie kklassifikat bħala sinifikanti skont deċiżjoni tal-EBA meħuda f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, ir-responsabbiltajiet superviżorji fir-rigward tal-emittenti ta’ dawk it-tokens tal-flus elettroniċi għandhom jiġu ttrasferiti mill-awtorità kompetenti lill-EBA f’konformità mal-Artikolu 117(4) fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data ta’ notifika ta’ dik id-deċiżjoni.

L-EBA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw it-tranżizzjoni bla xkiel tal-kompetenzi superviżorji.

5.   Bħala deroga mill-paragrafu 4, ir-responsabbiltajiet superviżorji fir-rigward tal-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti denominati f’munita uffiċjali ta’ Stat Membru għajr l-euro ma għandhomx jiġu ttrasferiti lill-EBA, fejn mill-anqas 80 % tan-numru ta’ detenturi u tal-volum ta’ tranżazzjonijiet ta’ dawk it-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti huma jew huma mistennija li jkunu kkonċentrati fl-Istat Membru domiċiljari.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent għandha tipprovdi informazzjoni lill-EBA, annwalment, dwar l-applikazzjoni tad-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, tranżazzjoni għandha titqies li sseħħ fl-Istat Membru domiċiljari meta min iħallas jew min qed jitħallas ikunu stabbiliti f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 58

Obbligi addizzjonali speċifiċi għall-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi

1.   L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li joħorġu tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti għandhom ikunu soġġetti:

(a)

għar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 36, 37, 38 u l-Artikolu 45(1) sa (4) ta’ dan ir-Regolament, minflok l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/110/KE;

(b)

għar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 35(2), (3) u (5) u l-Artikolu 45(5) ta’ dan ir-Regolament, minflok l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/110/KE.

B’deroga mill-Artikolu 36(9), l-awditu indipendenti għandu, fir-rigward ta’ emittenti ta’ tokens ta’ flus elettroniċi sinifikanti, tingħata mandat kull sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni li t-tokens ta’ flus elettroniċi jiġu kklassifikati bħala sinifikanti skont l-Artikolu 56 jew 57, kif applikabbli.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li joħorġu tokens tal-flus elettroniċi li ma jkunux sinifikanti jikkonformaw ma’ kwalunkwe rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 meta meħtieġ biex jindirizzaw ir-riskji li dawk id-dispożizzjonijiet ikollhom l-għan li jindirizzaw, pereżempju riskji ta’ likwidità, riskji operazzjonali, jew riskji li jirriżultaw minn nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għall-immaniġġjar tar-riżerva ta’ assi.

3.   L-Artikoli 22, 23 u 24(3) għandhom japplikaw għal tokens tal-flus elettroniċi denominati f’munita li ma tkunx munita uffiċjali ta’ Stat Membru.

TITOLU V

IL-KUNDIZZJONIJIET TA’ AWTORIZZAZZJONI U TA’ OPERAT GĦALL-FORNITURI TA’ SERVIZZI TAL-KRIPTOASSI

KAPITOLU 1

L-awtorizzazzjonita’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi

Artikolu 59

Awtorizzazzjoni

1.   Persuna ma għandhiex tipprovdi servizzi tal-kriptoassi, fl-Unjoni, sakemm dik il-persuna ma tkunx:

(a)

persuna ġuridika jew impriża oħra li tkun ġiet awtorizzata bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 63; jew

(b)

istituzzjoni ta’ kreditu, depożitorju ċentrali tat-titoli, ditta ta’ investiment, operatur tas-suq, istituzzjoni tal-flus elettroniċi, kumpanija tal-maniġment ta’ UCITS, jew maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv li huwa permess jipprovdi servizzi tal-kriptoassi skont l-Artikolu 60.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 63 għandu jkollhom uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru fejn iwettqu mill-anqas parti mis-servizzi tal-kriptoassi tagħhom. Għandu jkollhom il-post ta’ ġestjoni effettiva tagħhom ‘fl-Unjoni u mill-anqas wieħed mid-diretturi għandu jkun residenti fl-Unjoni.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), impriżi oħra li ma humiex persuni ġuridiċi għandhom jipprovdu biss servizzi tal-kriptoassi jekk il-forma legali tagħhom tiżgura livell ta’ protezzjoni għall-interessi ta’ partijiet terzi ekwivalenti għal dak mogħti minn persuni ġuridiċi u jekk ikunu soġġetti għal superviżjoni prudenzjali ekwivalenti xierqa għall-forma legali tagħhom.

4.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 63 għandhom dejjem jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħhom.

5.   Persuna li ma tkunx fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ma għandhiex tuża isem, jew isem korporattiv, jew toħroġ komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jew twettaq kwalunkwe proċess ieħor li jissuġġerixxu li hija fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jew li x’aktarx joħolqu konfużjoni f’dak ir-rigward.

6.   L-awtoritajiet kompetenti li jagħtu awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 63 għandhom jiżguraw li tali awtorizzazzjonijiet jispeċifikaw is-servizzi tal-kriptoassi li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkunu awtorizzati jipprovdu.

7.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom ikunu permessi jipprovdu servizzi tal-kriptoassi madwar l-Unjoni, jew permezz tad-dritt ta’ stabbiliment, inkluż permezz ta’ fergħa, jew permezz tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu servizzi tal-kriptoassi fuq bażi transfruntiera ma għandux ikollhom l-obbligu li jkollhom preżenza fiżika fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti.

8.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfittxu li jżidu servizzi tal-kriptoassi mal-awtorizzazzjoni tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 63 għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw l-awtorizzazzjoni inizjali tagħhom estensjoni tal-awtorizzazzjoni tagħhom billi jikkomplementaw u jaġġornaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 62. It-talba għal estensjoni għandha tiġi pproċessata f’konformità mal-Artikolu 63.

Artikolu 60

Forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi minn ċerti entitajiet finanzjarji

1.   Istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tipprovdi servizzi tal-kriptoassi jekk tinnotifika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħha mill-anqas 40 jum tax-xogħol qabel ma tipprovdi dawk is-servizzi għall-ewwel darba.

2.   Depożitorju ċentrali tat-titoli awtorizzat skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (45) għandu biss iforni l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti jekk jinnotifika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, mill-anqas 40 jum tax-xogħol qabel ma jipprovdi dak is-servizz għall-ewwel darba.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti jitqies ekwivalenti għall-forniment, iż-żamma jew l-operat tal-kontijiet tat-titoli fir-rigward tas-servizz tas-saldu msemmi fit-Taqsima B, il-punt (3), tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 909/2014.

3.   Ditta ta’ investiment tista’ tipprovdi servizzi tal-kriptoassi fl-Unjoni ekwivalenti għas-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment li għalihom hija speċifikament awtorizzata skont id-Direttiva 2014/65/UE jekk tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu mill-anqas 40 jum tax-xogħol qabel ma tipprovdi dawk is-servizzi għall-ewwel darba.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu:

(a)

il-forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti jitqiesu ekwivalenti għas-servizz anċillari msemmi fit-Taqsima B, il-punt (1), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(b)

l-operat ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jitqies ekwivalenti għall-operat ta’ faċilità multilaterali tan-negozjar u għall-operat ta’ faċilità organizzata tan-negozjar imsemmija fit-Taqsima A, il-punti (8) u (9) rispettivament, tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(c)

l-iskambju ta’ kriptoassi ma’ fondi u kriptoassi oħra jitqies ekwivalenti għan-negozjar f’isimhom stessmsemmi fit-Taqsima A, il-punt (3), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(d)

l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti titqies ekwivalenti għall-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet f’isem il-klijenti msemmija fit-Taqsima A, il-punt (2), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(e)

it-tqegħid tal-kriptoassi jitqies ekwivalenti għas-sottoskrizzjoni jew it-tqegħid ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod u t-tqegħid ta’ strumenti finanzjarji mingħajr bażi ta’ impenn sod imsemmi fit-Taqsima A, il-punti (6) u (7) rispettivament, tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(f)

ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti jitqiesu ekwivalenti għar-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet fir-rigward ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar imsemmi fit-Taqsima A, il-punt (1), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(g)

il-forniment ta’ pariri dwar il-kriptoassi jitqies ekwivalenti għal pariri dwar l-investiment imsemmija fit-Taqsima A, il-punt (5), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(h)

il-forniment ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi jitqies ekwivalenti għall-immaniġġjar ta’ portafolli msemmi fit-Taqsima A, il-punt (4), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE.

4.   Istituzzjoni tal-flus elettroniċi awtorizzata skont id-Direttiva 2009/110/KE għandha biss tforni l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti u tittrasferixxi servizzi tal-kriptoassi f’isem il-klijenti fir-rigward tat-tokens tal-flus elettroniċi li toħroġ, jekk tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu mill-anqas 40 jum tax-xogħol qabel ma tipprovdi dawk is-servizzi għall-ewwel darba.

5.   Kumpanija tal-maniġment ta’ UCITS jew maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi jistgħu jipprovdu servizzi tal-kriptoassi ekwivalenti għall-immaniġġjar ta’ portafolli ta’ investiment u servizzi mhux prinċipali li għalihom ikunu awtorizzati skont id-Direttiva 2009/65/KE jew id-Direttiva 2011/61/UE jekk jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu mill-anqas 40 jum tax-xogħol qabel ma tipprovdi dawk is-servizzi għall-ewwel darba.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu:

(a)

ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti jitqiesu ekwivalenti għar-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 6(4), il-punt (b)(iii), tad-Direttiva 2011/61/UE;

(b)

il-forniment ta’ pariri dwar il-kriptoassi jitqies ekwivalenti għal pariri dwar l-investiment imsemmija fl-Artikolu 6(4), il-punt (b)(i), tad-Direttiva 2011/61/UE u l-Artikolu 6(3), il-punt (b)(i), tad-Direttiva 2009/65/KE;

(c)

il-forniment ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi jitqies ekwivalenti għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(4), il-punt (a), tad-Direttiva 2011/61/UE u l-Artikolu 6(3), il-punt (a), tad-Direttiva 2009/65/KE.

6.   Operatur tas-suq awtorizzat skont id-Direttiva 2014/65/UE jista’ jopera pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jekk jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu mill-anqas 40 jum tax-xogħol qabel ma tipprovdi dawk is-servizzi għall-ewwel darba.

7.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 6, għandha tiġi notifikata l-informazzjoni li ġejja:

(a)

programm tal-operazzjonijiet li jistabbilixxi t-tipi ta’ servizzi tal-kriptoassi li l-applikant ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun biħsiebu jipprovdi, inkluż fejn u kif dawk is-servizzi għandhom jiġu kkummerċjalizzati;

(b)

deskrizzjoni ta’:

(i)

il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern, il-politiki u l-proċeduri biex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2015/849;

(ii)

il-qafas tal-valutazzjoni tar-riskju għall-immaniġġjar tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; u

(iii)

il-pjan tal-kontinwità tan-negozju;

(c)

id-dokumentazzjoni teknika tas-sistemi tal-ICT u l-arranġamenti tas-sigurtà, u deskrizzjoni tagħhom b’lingwaġġ mhux tekniku;

(d)

deskrizzjoni tal-proċedura għas-segregazzjoni tal-kriptoassi u tal-fondi tal-klijenti;

(e)

deskrizzjoni tal-politika tal-kustodja u tal-amministrazzjoni, meta huwa intiż li tiġi fornuta l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti;

(f)

deskrizzjoni tar-regoli operattivi tal-pjattaforma ta’ negozjar u tal-proċeduri u tas-sistema biex jiġi individwat abbuż tas-suq, meta huwa intiż li tiġi operata pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi;

(g)

deskrizzjoni tal-politika kummerċjali mhux diskriminatorja li tirregola r-relazzjoni mal-klijenti kif ukoll deskrizzjoni tal-metodoloġija biex jiġi ddeterminat il-prezz tal-kriptoassi li jipproponu għal skambju ma’ fondi jew kriptoassi oħra, meta huwa intiż li jiġu skambjati kriptoassi għal fondi jew kriptoassi oħra;

(h)

deskrizzjoni tal-politika ta’ eżekuzzjoni, meta huwa intiż li jiġu eżegwiti ordnijiet għall-kriptoassi f’isem il-klijenti;

(i)

evidenza li l-persuni fiżiċi li jagħtu pariri f’isem il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jew lijimmaniġġjaw il-portafolli f’isem il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkollhom l-għarfien u l-kompetenza esperta meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom, meta huwa intiż li jiġi pprovdut parir dwar il-kriptoassi jew jiġi pprovdut immaniġġjar tal-portafolli dwar il-kriptoassi;

(j)

jekk is-servizz tal-kriptoassi jkunx relatat ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi, tokens tal-flus elettroniċi jew kriptoassi oħra.

(k)

informazzjoni dwar il-mod li bih se jiġu pprovduti tali servizzi ta’ trasferiment, meta tkun maħsuba biex tipprovdi servizzi ta’ trasferiment għall-kriptoassi f’isem il-klijenti.

8.   Awtorita’ kompetenti li tirċievi notifika kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 6 għandha, fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta tirċievi tali notifika, tivvaluta jekk tkunx ġiet ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa kollha. Meta l-awtorita’ kompetenti tikkonkludi li notifika ma tkunx kompluta, hija għandha tinforma minnufih lill-entità li tinnotifika dwar dan u tistabbilixxi skadenza sa meta dik l-entità jkollha l-obbligu li tipprovdi l-informazzjoni nieqsa.

L-iskadenza biex tiġi pprovduta kwalunkwe informazzjoni nieqsa ma għandhiex taqbeż l-20 jum tax-xogħol mid-data tat-talba. Sakemm tiskadi dik l-iskadenza, kull perjodu kif inhu stabbilit fil-paragrafi 1 sa 6 għandu jiġi sospiż. Kwalunkwe talba ulterjuri mill-awtorita’ kompetenti għall-ikkompletar tal-informazzjoni jew għal kjarifika dwarha għandha tkun skont id-diskrezzjoni tagħha iżda ma għandha tirriżulta f’sospensjoni ta’ ebda perjodu stabbilit fil-paragrafu 1 sa 6.

Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ma għandux jibda jipprovdi s-servizzi tal-kriptoassi sakemm in-notifika ma tkunx kompluta.

9.   L-entitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 6 ma għandu jkollhom l-obbligu li jissottomettu l-ebda informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 li tkun preċedentement ġiet sottomessa minnhom lill-awtorità kompetenti meta tali informazzjoni tkun identika. Meta jissottomettu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7, l-entitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 6 għandhom jiddikjaraw espressament li kwalunkwe informazzjoni li ġiet sottomessa qabel tkun għadha aġġornata.

10.   Fejn l-entitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu jfornu servizzi tal-kriptoassi, huma ma għandhomx ikunu soġġetti għall-Artikoli 62, 63, 64, 67, 83 u 84.

11.   Id-dritt li jiġu pprovduti servizzi tal-kriptoassi msemmija fil-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi revokat mal-irtirar tal-awtorizzazzjoni rilevanti li tkun ippermettiet lill-entità rispettiva tipprovdi s-servizzi tal-kriptoassi mingħajr ma jkollha l-obbligu li tikseb awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 59.

12.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 109(5) lill-ESMA, wara li jivverifikaw il-kompletezza tal-informazzjoni mesmmija fil-paragrafu 7.

L-ESMA għandha tagħmel tali informazzjoni disponibbli fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 109 mid-data tal-bidu tal-forniment intiż ta’ servizzi tal-kriptoassi.

13.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

14.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għan-notifika skont il-paragrafu 7.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 61

Forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi fuq l-inizjattiva esklużiva tal-klijent

1.   Meta klijent stabbilit jew li jinsab fl-Unjoni jibda, fuq l-inizjattiva esklużiva tiegħu nnifsu, il-forniment ta’ servizz jew attività tal-kriptoassi minn ditta ta’ pajjiż terz, ir-rekwiżit għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 59 ma għandux japplika għall-forniment ta’ dak is-servizz jew attività tal-kriptoassi mid-ditta ta’ pajjiż terz lil dak il-klijent, inkluż relazzjoni marbuta speċifikament mal-forniment ta’ dak is-servizz jew dik l-attività tal-kriptoassi.

Mingħajr preġudizzju għar-relazzjonijiet intragrupp, meta ditta ta’ pajjiż terz, inkluż permezz ta’ entità li taġixxi f’isimha jew li jkollha rabtiet mill-qrib ma’ din id-ditta ta’ pajjiż terz jew kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f’isem tali entità, tissolleċita klijenti jew klijenti prospettivi fl-Unjoni, irrispettivament mill-mezzi ta’ komunikazzjoni użati għas-solleċitazzjoni, għall-promozzjoni jew għar-reklamar fl-Unjoni, dan ma għandux jitqies li huwa servizz ipprovdut fuq l-inizjattiva esklużiva tal-klijent innifsu.

It-tieni subparagrafu għandu japplika minkejja kwalunkwe klawżola kuntrattwali jew ċaħda ta’ responsabbiltà li tkun intenzjonata tiddikjara mod ieħor, inkluża kwalunkwe klawżola jew ċaħda ta’ responsabbiltà li l-forniment tas-servizzi minn ditta ta’ pajjiż terz jitqies li huwa servizz ipprovdut fuq l-inizjattiva esklużiva tal-klijent innifsu.

2.   Inizjattiva esklużiva mill-klijent innifsu kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tintitola lid-ditta ta’ pajjiż terz tikkummerċjalizza tipi ta’ kriptoassi jew ta’ servizzi tal-kriptoassi lil dak il-klijent.

3.   L-ESMA għandha sat-30 ta’ Diċembru 2024 toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tispeċifika s-sitwazzjonijiet li fihom ditta ta’ pajjiż terz titqies li qed tissolleċita klijenti stabbiliti jew li jinsabu fl-Unjoni.

Sabiex titrawwem il-konverġenza u tiġi promossa superviżjoni konsistenti fir-rigward tar-riskju ta’ abbuż ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha toħroġ ukoll linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 dwar il-prattiki ta’ superviżjoni biex tiġi individwata u evitata ċ-ċirkomvenzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 62

Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi

1.   Il-persuni ġuridiċi jew impriżi oħra li jkun biħsiebhom jipprovdu servizzi tal-kriptoassi għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom.

2.   L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

l-isem, inklużi l-isem ġuridiku u kwalunkwe isem kummerċjali ieħor li jintuża, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika, is-sit web operat minn dak il-fornitur, indirizz tal-email ta’ kuntatt, numru tat-telefown ta’ kuntatt u l-indirizz fiżiku tiegħu;

(b)

il-forma ġuridika tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika;

(c)

l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika, meta applikabbli;

(d)

programm tal-operazzjonijiet, li jistabbilixxi t-tipi ta’ servizzi tal-kriptoassi li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun biħsiebu jipprovdi, inkluż fejn u kif dawk is-servizzi għandhom jiġu kkummerċjalizzati;

(e)

prova li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jissodisfa r-rekwiżiti għas-salvagwardji prudenzjali stabbiliti fl-Artikolu 67;

(f)

deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika;

(g)

prova li l-membri tal-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika huma ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u għandhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza xierqa biex jimmaniġġjaw dak il-fornitur;

(h)

l-identità ta’ kwalunkwe azzjonist u membru, kemm dirett kif ukoll indirett, li jkollu parteċipazzjonijiet kwalifikanti fil-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika u l-ammonti ta’ dawk il-parteċipazzjonijiet, kif ukoll prova li dawk il-persuni jkunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed;

(i)

deskrizzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern, tal-politiki u tal-proċeduri tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika biex jidentifika, jivvaluta u jimmaniġġja r-riskji, inklużi r-riskji ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, u pjan tal-kontinwità tal-operat;

(j)

id-dokumentazzjoni teknika tas-sistemi tal-ICT u l-arranġamenti tas-sigurtà, u deskrizzjoni tagħhom b’lingwaġġ mhux tekniku;

(k)

deskrizzjoni tal-proċedura għas-segregazzjoni tal-kriptoassi u tal-fondi tal-klijenti;

(l)

deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika;

(m)

fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun biħsiebu jforni l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti, deskrizzjoni tal-politika ta’ kustodja u ta’ amministrazzjoni;

(n)

fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun biħsiebu jopera pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi, deskrizzjoni tar-regoli operazzjonali tal-pjattaforma ta’ negozjar u tal-proċedura u s-sistema biex jiġi individwat l-abbuż tas-suq;

(o)

fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun biħsiebu jiskambja l-kriptoassi ma’ fondi jew kriptoassi oħrajn, deskrizzjoni tal-politika kummerċjali, li ma għandhiex tkun diskriminatorja, li tirregola r-relazzjoni mal-klijenti kif ukoll deskrizzjoni tal-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-prezz tal-kriptoassi li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jipproponi għal skambju ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn;

(p)

fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun biħsiebu jeżegwixxi ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti, deskrizzjoni tal-politika ta’ eżekuzzjoni;

(q)

fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun biħsiebu jforni pariri dwar il-kriptoassi jew immaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi, prova li l-persuni fiżiċi li jagħtu parir f’isem il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jew li jimmaniġġjaw il-portafolli f’isem il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkollhom l-għarfien u l-għarfien espert meħtieġa sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom;

(r)

fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun biħsiebu jipprovdi servizzi ta’ trasferiment għall-kriptoassi f’isem il-klijenti, informazzjoni dwar il-mod li bih se jiġu pprovduti tali servizzi ta’ trasferiment;

(s)

it-tip ta’ kriptoassi li miegħu se jkun relatat is-servizz tal-kriptoassi.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punti (g) u (h), il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika għandu jipprovdi prova ta’ dan kollu li ġej:

(a)

għall-membri kollha tal-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika, l-assenza ta’ rekord kriminali fir-rigward ta’ kundanni u l-assenza ta’ penali imposti skont il-liġi kummerċjali applikabbli, il-liġi dwar l-insolvenza u l-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, jew fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, u tal-finanzjament kontra t-terroriżmu, tal-frodi jew tar-responsabbiltà professjonali;

(b)

li l-membri tal-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika b’mod kollettiv ikollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza xierqa sabiex jimmaniġġjaw il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u li dawk il-persuni jkollhom l-obbligu li jallokaw biżżejjed ħin sabiex iwettqu dmirijiethom;

(c)

għall-azzjonisti u l-membri kollha, kemm diretti kif ukoll indiretti, li għandhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti fil-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika, l-assenza ta’ rekord kriminali fir-rigward ta’ kundanni jew l-assenza ta’ penali imposti skont il-liġi kummerċjali applikabbli, il-liġi dwar l-insolvenza u l-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, jew fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, tal-frodi jew tar-responsabbiltà professjonali.

4.   L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jirrikjedu li fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jipprovdi kwalunkwe informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu li jkunu diġà rċevew skont il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni rispettivi f’konformità mad-Direttiva 2009/110/KE, 2014/65/UE jew (UE) 2015/2366, jew skont il-liġi nazzjonali applikabbli għal servizzi tal-kriptoassi qabel id-29 ta’ Ġunju 2023, dment li tali informazzjoni jew dokumenti sottomessi qabel ikunu għadhom aġġornati.

5.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 63

Valutazzjoni tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u l-għoti jew iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom minnufih, u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu applikazzjoni skont l-Artikolu 62(1), jikkonfermaw bil-miktub li rċevew l-applikazzjoni lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien 25 jum tax-xogħol minn meta jirċievu applikazzjoni skont l-Artikolu 62(1), jivvalutaw jekk dik l-applikazzjoni hijiex kompluta billi jivverifikaw li tkun ġiet sottomessa l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 62(2).

Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu skadenza sa meta l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jeħtieġ jipprovdi kwalunkwe informazzjoni nieqsa.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw li jirrieżaminaw applikazzjonijiet meta tali applikazzjonijiet jibqgħu inkompluti wara li tkun għaddiet l-iskadenza stabbilita minnhom f’konformità mal-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu.

4.   Ladarba applikazzjoni tkun kompluta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom minnufih jinnotifikaw lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika dwar dan.

5.   Qabel ma jagħtu jew jiċħdu awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor meta l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jinsab f’wieħed mill-pożizzjonijiet li ġejjin fir-rigward ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, depożitorju ċentrali tat-titoli, ditta ta’ investiment, operatur tas-suq, kumpanija tal-maniġment ta’ UCITS, maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi, istituzzjoni ta’ pagament, impriża tal-assigurazzjoni, istituzzjoni tal-flus elettroniċi jew istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali, awtorizzati f’dak l-Istat Membru l-ieħor:

(a)

huwa s-sussidjarju tiegħu;

(b)

huwa sussidjarju tal-impriża omm ta’ dik l-entita’; jew

(c)

huwa kkontrollat mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw dik l-entita’.

6.   Qabel ma jagħtu jew jirrifjutaw awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-awtoritajiet kompetenti:

(a)

jistgħu jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u lill-unitajiet tal-intelligence finanzjarja, sabiex jivverifikaw li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika ma kienx is-suġġett ta’ investigazzjoni dwar imġiba relatata mal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)

għandhom jiżguraw li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika li jopera stabbilimenti jew li jiddependi fuq partijiet terzi stabbiliti f’pajjiżi terzi b’riskju għoli identifikati skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 26(2), l-Artikolu 45(3) u l-Artikolu 45(5) ta’ dik id-Direttiva;

(c)

għandhom, meta xieraq, jiżguraw li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun stabbilixxa proċeduri xierqa biex jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 18a(1) u (3) tad-Direttiva (UE) 2015/849.

7.   Meta jkunu jeżistu rabtiet mill-qrib bejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet ma jipprevjenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom.

8.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċħdu l-awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar li magħhom il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkollu rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet marbuta mal-infurzar tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom.

9.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien 40 jum tax-xogħol mid-data li fiha jirċievu applikazzjoni kompluta, jivvalutaw jekk il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jikkonformax ma’ dan it-Titolu u għandhom jadottaw deċiżjoni motivata bis-sħiħ li biha jagħtu jew jiċħdu awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant bid-deċiżjoni tagħhom fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data ta’ dik id-deċiżjoni. Dik il-valutazzjoni għandha tqis in-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi tal-kriptoassi li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun biħsiebu jipprovdi.

10.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċħdu awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi meta jkun hemm raġunijiet oġġettivi u dimostrabbli li:

(a)

il-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun ta’ theddida għall-immaniġġjar effettiv, sod u prudenti kif ukoll għall-kontinwità tal-operat tiegħu, u għall-kunsiderazzjoni adegwata tal-interess tal-klijenti tiegħu u tal-integrità tas-suq, jew jesponi lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika għal riskju serju ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu;

(b)

il-membri tal-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 68(1);

(c)

l-azzjonisti jew il-membri, kemm diretti kif ukoll indiretti, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti fil-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika ma jissodisfawx il-kriterji ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed stabbiliti fl-Artikolu 68(2);

(d)

il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jonqos milli jissodisfa jew x’aktarx li jkun se jonqos milli jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ta’ dan it-Titolu.

11.   L-ESMA u l-EBA għandhom b’mod konġunt joħorġu linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, rispettivament, dwar il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-membri tal-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika u tal-azzjonisti jew il-membri, kemm diretti kif ukoll indiretti, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti fil-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika.

L-ESMA u l-EBA għandhom joħorġu l-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu sal-31 ta’ Ġunju 2024.

12.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, matul il-perjodu ta’ valutazzjoni previst fil-paragrafu 9, u mhux aktar tard mill-20 jum tax-xogħol ta’ dak il-perjodu, jitolbu kwalunkwe informazzjoni ulterjuri li tkun meħtieġa biex jikkompletaw il-valutazzjoni. Tali talba għandha ssir bil-miktub lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Il-perjodu ta’ valutazzjoni skont il-paragrafu 9 għandu jiġi sospiż għall-perjodu bejn id-data tat-talba għall-informazzjoni nieqsa mill-awtoritajiet kompetenti u d-data meta jirċievu reazzjoni għaliha mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika. Is-sospensjoni ma għandhiex taqbeż 20 jum tax-xogħol. Kwalunkwe talba ulterjuri mill-awtoritajiet kompetenti għall-ikkompletar tal-informazzjoni jew għal kjarifika dwarha għandha tkun skont id-diskrezzjoni tagħhom iżda ma għandhiex tirriżulta f’sospensjoni tal-perjodu ta’ valutazzjoni skont il-paragrafu 9.

13.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom fi żmien jumejn tax-xogħol mill-għoti tal-awtorizzazzjoni, jikkomunikaw lill-ESMA l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 109(5). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw ukoll lill-ESMA bi kwalunkwe rifjut ta’ awtorizzazzjoni. L-ESMA għandha tagħmel l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 109(5) disponibbli fir-reġistru msemmi f’dak l-Artikolu sad-data tal-bidu tal-forniment ta’ servizzi ta’ kriptoassi.

Artikolu 64

Irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jekk il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ma jkunx uża l-awtorizzazzjoni tiegħu fi żmien 12-il xahar mid-data tal-awtorizzazzjoni;

(b)

ikun irrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni tiegħu;

(c)

ma jkunx ipprovda servizzi tal-kriptoassi għal disa’ xhur konsekuttivi;

(d)

ikun kiseb l-awtorizzazzjoni tiegħu b’mod irregolari, bħala billi jagħmel dikjarazzjonijiet foloz fl-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni;

(e)

ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni u ma jkunx ħa l-azzjoni ta’ rimedju mitluba mill-awtorità kompetenti fi ħdan il-limitu ta’ żmien speċifikat;

(f)

jonqos milli jistabbilixxi sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi għall-individwazzjoni u għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849;

(g)

ikun kiser serjament dan ir-Regolament, inklużi d-dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-detenturi ta’ kriptoassi jew tal-klijenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, jew mal-integrità tas-suq.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi fi kwalunkwe sitwazzjoni minn dawn li ġejjin:

(a)

il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun kiser id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849;

(b)

il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun tilef l-awtorizzazzjoni tiegħu bħala istituzzjoni ta’ pagament jew l-awtorizzazzjoni tiegħu bħala istituzzjoni tal-flus elettroniċi, u dak il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun naqas milli jirrimedja s-sitwazzjoni fi żmien 40 jum kalendarju.

3.   Meta awtorità kompetenti tirtira awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, din għandha tinnotifika lill-ESMA u lill-punti uniċi ta’ kuntatt tal-Istati Membri ospitanti mingħajr dewmien żejjed. L-ESMA għandha tagħmel tali informazzjoni disponibbli fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 109.

4.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni għal servizz partikolari tal-kriptoassi.

5.   Qabel ma jirtiraw awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi kkonċernat ikun:

(a)

sussidjarju ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzat f’dak l-Istat Membru l-ieħor;

(b)

sussidjarju tal-impriża omm ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzata f’dak l-Istat Membru l-ieħor;

(c)

ikkontrollat mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzat f’dak l-Istat Membru l-ieħor.

6.   Qabel ma jirtiraw awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonsultaw lill-awtorità kompetenti għas-superviżjoni tal-konformità tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi mar-regoli dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

7.   L-EBA, l-ESMA u kwalunkwe awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jistgħu fi kwalunkwe ħin jitolbu li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jeżamina jekk il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għadux jikkonforma mal-kundizzjonijiet li skonthom ingħatat l-awtorizzazzjoni, meta jkun hemm bażi ta’ suspett li dan ma jkunx għadu l-każ.

8.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu proċeduri adegwati li jiżguraw it-trasferiment f’waqtuu ordnat tal-kriptoassi u tal-fondi tal-klijenti tagħhom lil fornitur ieħor ta’ servizzi tal-kriptoassi meta tiġi rtirata awtorizzazzjoni.

Artikolu 65

Il-forniment transfruntier ta’ servizzi tal-kriptoassi

1.   Fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jkun biħsiebu jipprovdi servizzi tal-kriptoassi f’aktar minn Stat Membru wieħed għandu jissottometti l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari:

(a)

lista tal-Istati Membri li fihom il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun biħsiebu jipprovdi servizzi tal-kriptoassi;

(b)

is-servizzi tal-kriptoassi li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun biħsiebu jipprovdi fuq bażi transfruntiera;

(c)

id-data tal-bidu tal-forniment maħsub tas-servizzi tal-kriptoassi;

(d)

lista tal-attivitajiet l-oħra kollha pprovduti mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha, fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, tikkomunika dik l-informazzjoni lill-punti uniċi ta’ kuntatt tal-Istati Membri ospitanti, lill-ESMA u lill-EBA.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun ta l-awtorizzazzjoni għandha tinforma lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi kkonċernat dwar il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 mingħajr dewmien.

4.   Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jista’ jibda jipprovdi servizzi tal-kriptoassi fi Stat Membru għajr fl-Istat Membru domiċiljari tiegħu mid-data meta jirċievi l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 jew mhux aktar tard mill-15-il jum kalendarju wara li jkun ssottometta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

KAPITOLU 2

Obbligi għall-fornituri kollha ta’ servizzi tal-kriptoassi

Artikolu 66

Obbligu li jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali fl-aħjar interessi tal-klijenti

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali f’konformità mal-aħjar interessi tal-klijenti u tal-klijenti prospettivi tagħhom.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom informazzjoni ġusta, ċara u mhux qarrieqa, inkluż fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, li għandhom ikunu identifikati bħala tali. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi ma għandhomx, b’mod deliberat jew negliġenti, iqarrqu bi klijent fir-rigward tal-vantaġġi reali jew perċepiti ta’ kwalunkwe kriptoassi.

3.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom iwissu lill-klijenti dwar ir-riskji assoċjati ma’ tranżazzjonijiet fil-kriptoassi.

Meta joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi, jiskambjaw kriptoassi ma’ fondi jew kriptoassi oħra, jfornu pariri dwar il-kriptoassi jew ifornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom iperlinks għal kwalunkwe white paper dwar il-kriptoassi għall-kriptoassi li fir-rigward tagħhom ikunu qed jipprovdu dawk is-servizzi.

4.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jagħmlu l-politiki tal-ipprezzar, tal-ispejjeż u tat-tariffi tagħhom disponibbli għall-pubbliku, f’post prominenti fuq is-sit web tagħhom.

5.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f’post prominenti fuq is-sit web tagħhom, informazzjoni relatata mal-impatti negattivi prinċipali fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent tal-mekkaniżmu ta’ kunsens użat biex jinħareġ kull kriptoassi li fir-rigward tiegħu jipprovdu servizzi. Dik l-informazzjoni tista’ tinkiseb mill-white papers dwar il-kriptoassi.

6.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 fir-rigward tal-indikaturi tas-sostenibbiltà b’rabta mal-impatti negattivi fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent.

Meta tiżviluppa l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tikkunsidra t-tipi varji ta’ mekkaniżmi ta’ kunsens użati biex jiġu vvalidati t-tranżazzjonijiet tal-kriptoassi, l-istrutturi ta’ inċentivi tagħhom u l-użu tal-enerġija, tal-enerġija rinnovabbli u tar-riżorsi naturali, il-produzzjoni tal-iskart u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-ESMA għandha taġġorna l-istandards tekniċi regolatorji fid-dawl ta’ żviluppi regolatorji u teknoloġiċi.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 67

Rekwiżiti prudenzjali

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jkollhom fis-seħħ, f’kull ħin, salvagwardji prudenzjali ta’ ammont tal-anqas ugwali għall-ogħla wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-ammont ta’ rekwiżiti kapitali minimi permanenti indikati fl-Anness IV, skont it-tip tas-servizzi tal-kriptoassi pprovduti;

(b)

kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti, rieżaminati kull sena.

2.   Fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li ma jkunx ilhom joperaw sena mid-data li fiha jkunu bdew jfornu s-servizzi għandhom jużaw, għall-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), l-ispejjeż ġenerali fissi projettati inklużi fil-projezzjonijiet tagħhom għall-forniment tas-servizzi fl-ewwel 12-il xahar, kif sottomessi mal-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b), il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jikkalkolaw l-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom tas-sena preċedenti, billi jużaw iċ-ċifri li jirriżultaw mill-qafas kontabilistiku applikabbli, billi jnaqqsu l-elementi li ġejjin mill-ispejjeż totali wara d-distribuzzjoni tal-profitti lill-azzjonisti jew membri fir-rapporti finanzjarji annwali awditjati l-aktar reċenti tagħhom jew, meta ma jkunux disponibbli rapporti awditjati, fir-rapporti finanzjarji annwali vvalidati mis-superviżuri nazzjonali:

(a)

il-bonusijiet tal-persunal u rimunerazzjoni oħra, sal-punt li dawk il-bonusijiet u dik ir-rimunerazzjoni jiddependu fuq profitt nett tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi fis-sena rilevanti;

(b)

l-ishma tal-impjegati, tad-diretturi u tas-sħab fil-profitti;

(c)

approprjazzjonijiet oħra ta’ profitti u rimunerazzjoni varjabbli oħra, sal-punt li jkunu kompletament diskrezzjonali;

(d)

l-ispejjeż mhux rikorrenti minn attivitajiet mhux ordinarji.

4.   Is-salvagwardji prudenzjali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ta’ kwalunkwe forma minn fost dawn li ġejjin jew kombinazzjoni tagħhom:

(a)

fondi proprji, li jikkonsistu mill-elementi u strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 msemmija fl-Artikoli 26 sa 30 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 wara t-tnaqqis sħiħ, skont l-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament, mingħajr l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet b’rabta mal-livell limitu skont l-Artikoli 46 u 48 ta’ dak ir-Regolament;

(b)

polza tal-assigurazzjoni li tkopri t-territorji tal-Unjoni fejn is-servizzi tal-kriptoassi jew garanzija komparabbli jkunu pprovduti.

5.   Il-polza tal-assigurazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (b), għandha tkun żvelata lill-pubbliku fuq is-sit web tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u għandu jkollha tal-anqas il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

ikollha terminu inizjali ta’ mhux anqas minn sena;

(b)

il-perjodu ta’ notifika għall-kanċellazzjoni tagħha jkun tal-anqas 90 jum;

(c)

tkun ittieħdet minn impriża awtorizzata li tipprovdi assigurazzjoni, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali;

(d)

tkun ipprovduta minn entità terza.

6.   Il-polza tal-assigurazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (b), għandha tinkludi kopertura kontra r-riskju ta’ dawn kollha li ġejjin:

(a)

telf ta’ dokumenti;

(b)

dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet qarrieqa li jkunu saru;

(c)

atti, żbalji jew ommissjonijiet li jirriżultaw fi ksur ta’:

(i)

obbligi ġuridiċi u regolatorji;

(ii)

obbligu ta’ aġir b’mod onest, ġust u professjonali fir-rigward tal-klijenti;

(iii)

obbligi ta’ kunfidenzjalità;

(d)

in-nuqqas ta’ stabbiliment, ta’ implimentazzjoni u ta’ żamma ta’ proċeduri xierqa għall-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess;

(e)

telf li jirriżulta minn tfixkil fin-negozju jew fallimenti fis-sistemi;

(f)

meta applikabbli għall-mudell tan-negozju, negliġenza gravi fis-salvagwardja tal-kriptoassi u tal-fondi tal-klijenti;

(g)

responsabbiltà tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi fil-konfront tal-klijenti skont l-Artikolu 75(8).

Artikolu 68

Arranġamenti ta’ governanza

1.   Il-membri tal-korp maniġerjali ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza xierqa, kemm individwalment kif ukoll kollettivament, biex iwettqu dmirijiethom. B’mod partikolari, il-membri tal-korp maniġerjali ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi ma għandhomx ikunu nstabu ħatja ta’ reati relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu jew ta’ kwalunkwe reat ieħor li jaffettwa r-reputazzjoni tajba tagħhom. Huma għandhom juru wkoll li huma kapaċi jiddedikaw biżżejjed ħin biex iwettqu dmirijiethom b’mod effettiv.

2.   Azzjonisti u membri, kemm diretti kif ukoll indiretti, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti f’fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u, b’mod partikolari, ma għandhomx ikunu nstabu ħatja ta’ reati relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu jew ta’ kwalunkwe reat ieħor li jaffettwa r-reputazzjoni tajba tagħhom.

3.   Meta l-influwenza eżerċitata mill-azzjonisti jew membri, kemm diretti kif ukoll indiretti, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti f’fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi x’aktarx li tkun ta’ preġudizzju għall-immaniġġjar sod u prudenti ta’ dak il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jindirizzaw dawk ir-riskji.

Tali miżuri jistgħu jinkludu applikazzjonijiet għal ordnijiet ġudizzjarji jew l-impożizzjoni ta’ penali kontra d-diretturi u dawk responsabbli mill-immaniġġjar, jew is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma minn azzjonisti jew membri, kemm diretti kif ukoll indiretti, li jkollhom il-parteċipazzjonijiet kwalifikanti.

4.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jadottaw politiki u proċeduri li jkunu effettivi biżżejjed biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

5.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jimpjegaw persunal bl-għarfien, bil-ħiliet u bl-għarfien espert meħtieġa għat-twettiq tar-responsabbiltajiet allokati lilhom, filwaqt li jitqiesu l-iskala, in-natura u l-firxa ta’ servizzi tal-kriptoassi pprovduti.

6.   Il-korp maniġerjali ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jivvaluta u jirrieżamina perjodikament l-effettività tal-arranġamenti u tal-proċeduri ta’ politika stabbiliti għall-konformità mal-Kapitoli 2 u 3 ta’ dan it-Titolu u jieħu l-miżuri xierqa biex jindirizza kwalunkwe nuqqas f’dak ir-rigward.

7.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw il-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tas-servizzi tal-kriptoassi tagħhom. Għal dak il-għan, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jużaw riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonati, inklużi sistemi tal-ICT reżiljenti u siguri kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2022/2554.

Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jistabbilixxu politika tal-kontinwità tal-operat, li għandha tinkludi pjanijiet tal-kontinwità tal-operat tal-ICT kif ukoll pjanijiet ta’ rispons u ta’ rkupru tal-ICT stabbiliti skont l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (UE) 2022/2554 li jkollhom l-għan li jiżguraw, f’każ ta’ interruzzjoni tas-sistemi u tal-proċeduri tal-ICT tagħhom, il-preservazzjoni tad-data u tal-funzjonijiet essenzjali, u l-manutenzjoni tas-servizzi tal-kriptoassi jew, meta dawn ma jkunux possibbli, l-irkupru f’waqtu ta’ tali data u funzjonijiet u t-tkomplija f’waqtutas-servizzi tal-kriptoassi.

8.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jkollhom stabbiliti mekkaniżmi, sistemi u proċeduri kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2022/2554, kif ukoll proċeduri u arranġamenti effettivi għall-valutazzjoni tar-riskju, biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849. Għandhom jimmonitorjaw u, fuq bażi regolari, jevalwaw l-adegwatezza u l-effettività ta’ dawk il-mekkaniżmi, is-sistemi u l-proċeduri, filwaqt li jqisu l-iskala, in-natura u l-firxa tas-servizzi tal-kriptoassi pprovduti, u għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas f’dak ir-rigward.

Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jkollhom sistemi u proċeduri biex jissalvagwardjaw id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data skont tir-Regolament (UE) 2022/2554.

9.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jaraw li jinżammu rekords tas-servizzi, tal-attivitajiet, tal-ordnijiet, u tat-tranżazzjonijiet tal-kriptoassi kollha mwettqa minnhom. Dawk ir-rekords għandhom ikunu biżżejjed biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kompiti superviżorji tagħhom u jieħdu l-miżuri ta’ infurzar, u b’mod partikolari biex jaċċertaw jekk il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ikunux ikkonformaw mal-obbligi kollha inklużi dawk fir-rigward tal-klijenti jew tal-klijenti prospettivi u tal-integrità tas-suq.

Ir-rekords miżmuma skont l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu pprovduti lill-klijenti meta jitolbuhom u għandhom jinżammu għal perjodu ta’ ħames snin u, meta jintalbu mill-awtorità kompetenti qabel ma jkunu għaddew il-ħames snin, għal perjodu massimu ta’ seba’ snin.

10.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment:

(a)

il-miżuri li jiżguraw il-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tas-servizzi tal-kriptoassi msemmija fil-paragrafu 7;

(b)

ir-rekords li għandhom jinżammu tas-servizzi, tal-attivitajiet, tal-ordnijiet u tat-tranżazzjonijiet tal-kriptoassi kollha mwettqa msemmija fil-paragrafu 9.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 69

Informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti

Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fil-korp maniġerjali tagħhom, qabel l-eżerċizzju tal-attivitajiet minn kwalunkwe membru ġdid, u għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti tagħhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità mal-Artikolu 68.

Artikolu 70

Is-salvagwardja tal-kriptoassi u tal-fondi tal-klijenti

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jżommu kriptoassi li jappartjenu għall-klijenti jew il-mezzi ta’ aċċess għal tali kriptoassi għandhom jagħmlu arranġamenti adegwati biex jissalvagwardjaw id-drittijiet ta’ sjieda tal-klijenti, speċjalment fil-każ tal-insolvenza tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, u biex jiġi evitat l-użu tal-kriptoassi tal-klijenti għan-nom proprju tagħhom.

2.   Meta l-mudelli tan-negozju jew is-servizzi tal-kriptoassi tagħhom jirrikjedu ż-żamma ta’ fondi tal-klijenti għajr tokens tal-flus elettroniċi, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jkollhom arranġamenti adegwati fis-seħħ biex jissalvagwardjaw id-drittijiet ta’ sjieda tal-klijenti u jiġi evitat l-użu tal-fondi tal-klijenti għan-nom proprju tagħhom.

3.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom, sa tmiem il-jum ta’ negozju ta’ wara dak il-jum meta jkunu rċevew il-fondi tal-klijenti għajr tokens tal-flus elettroniċi, iqiegħdu dawk il-fondi ma’ istituzzjoni ta’ kreditu jew bank ċentrali.

Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-fondi tal-klijenti għajr tokens tal-flus elettroniċi miżmuma ma’ istituzzjoni ta’ kreditu jew bank ċentrali jinżammu f’kont li jkun identifikabbli separatament minn kwalunkwe kont li jintuża biex jinżammu fondi li jappartjenu għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi.

4.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jistgħu huma stess, jew permezz ta’ parti terza, jfornu servizzi ta’ pagament relatati mas-servizz tal-kriptoassi li joffru, dment li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi nnifsu, jew il-parti terza, ikunu awtorizzati jipprovdu dawk is-servizzi skont id-Direttiva (UE) 2015/2366.

Meta jiġu fornuti servizzi ta’ pagament, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jinformaw lill-klijenti tagħhom dwar dan kollu li ġej:

(a)

in-natura u t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dawk is-servizzi, inklużi r-referenzi għal-liġi nazzjonali applikabbli u għad-drittijiet tal-klijenti;

(b)

jekk dawk is-servizzi jiġux pprovduti minnhom direttament jew minn parti terza.

5.   Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jkunu istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, istituzzjonijiet ta’ pagament jew istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Artikolu 71

Proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jistabbilixxu u jżommu proċeduri effettivi u trasparenti għat-trattament f’waqtu, ġust u konsistenti tal-ilmenti riċevuti mingħand klijenti u għandhom jippubblikaw id-deskrizzjonijiet ta’ dawk il-proċeduri.

2.   Il-klijenti għandhom ikunu jistgħu jressqu ilmenti lill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi mingħajr ħlas.

3.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jinformaw lill-klijenti bil-possibbiltà li jressqu lment. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jagħmlu disponibbli għall-klijenti mudell għat-tressiq tal-ilmenti u għandhom iżommu rekord tal-ilmenti kollha riċevuti u ta’ kwalunkwe miżura li tittieħed b’reazzjoni għalihom.

4.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jinvestigaw l-ilmenti kollha fil-ħin u b’mod ġust u jikkomunikaw l-eżitu ta’ tali investigazzjonijiet lill-klijenti tagħhom f’perjodu raġonevoli.

5.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment ir-rekwiżiti, il-mudelli u l-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 72

L-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, l-immaniġġjar u l-iżvelar tal-kunflitti ta’ interess

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jimplimentaw u jżommu politiki u proċeduri effettivi, filwaqt li jqisu l-iskala, in-natura u l-firxa tas-servizzi tal-kriptoassi pprovduti, biex jidentifikaw, jipprevjenu, jimmaniġġjaw u jiżvelaw kunflitti ta’ interess:

(a)

bejniethom u:

(i)

l-azzjonisti jew il-membri tagħhom;

(ii)

kwalunkwe persuna marbuta direttament jew indirettament mal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jew l-azzjonisti jew membri tagħhom b’kontroll;

(iii)

membri tal-korp tal-maniġers tagħhom;

(iv)

l-impjegati tagħhom; jew

(v)

il-klijenti tagħhom; jew

(b)

żewġ klijenti jew aktar li l-interessi reċiproċi tagħhom ikunu f’kunflitt.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom, f’post prominenti fuq is-sit web tagħhom, jiżvelaw lill-klijenti u lill-klijenti prospettivi tagħhom in-natura ġenerali u s-sorsi tal-kunflitti ta’ interess imsemmija fil-paragrafu 1 u l-passi meħuda biex jimmitigawhom.

3.   L-iżvelar imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jsir f’format elettroniku u għandu jinkludi biżżejjed dettall, filwaqt li jqis in-natura ta’ kull klijent, sabiex jippermetti lil kull klijent jieħu deċiżjoni informata dwar is-servizz tal-kriptoassi li fil-kuntest tiegħu jinħolqu kunflitti ta’ interess.

4.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jivvalutaw u, tal-anqas darba fis-sena, jirrieżaminaw il-politika tagħhom dwar il-kunflitti ta’ interess u jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas f’dak ir-rigward.

5.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment:

(a)

ir-rekwiżiti għall-politiki u għall-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jitqiesu l-iskala, in-natura u l-firxa tas-servizzi tal-kriptoassi pprovduti;

(b)

id-dettalji u l-metodoloġija għall-kontenut tal-iżvelar imsemmi fil-paragrafu 2.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 73

Esternalizzazzjoni

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jesternalizzaw servizzi jew attivitajiet lil partijiet terzi għat-twettiq ta’ funzjonijiet operazzjonali għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli sabiex jevitaw riskju operazzjonali addizzjonali. Huma għandhom jibqgħu kompletament responsabbli għat-twettiq tal-obbligi kollha tagħhom skont dan it-Titolu u għandhom jiżguraw f’kull ħin li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-esternalizzazzjoni ma tirriżultax fid-delega tar-responsabbiltà tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(b)

l-esternalizzazzjoni ma tbiddilx ir-relazzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-klijenti tagħhom, u lanqas l-obbligi tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi fir-rigward tal-klijenti tagħhom;

(c)

l-esternalizzazzjoni ma tbiddilx il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(d)

partijiet terzi involuti fl-esternalizzazzjoni jikkooperaw mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-esternalizzazzjoni ma tipprevjenix l-eżerċizzju tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-aċċess fuq il-post biex tinkiseb kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa sabiex jitwettqu dawk il-funzjonijiet;

(e)

il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jżommu l-għarfien espert u r-riżorsi meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kwalità tas-servizzi pprovduti, għas-superviżjoni effettiva tas-servizzi esternalizzati u għall-immaniġġjar tar-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni fuq bażi kontinwa;

(f)

il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkollhom aċċess dirett għall-informazzjoni rilevanti tas-servizzi esternalizzati;

(g)

il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jiżguraw li partijiet terzi involuti fl-esternalizzazzjoni jissodisfaw l-istandards dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni.

Għall-finijiet tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi huma responsabbli biex jiżguraw li l-istandards dwar il-protezzjoni tad-data jkunu stabbiliti fil-ftehimiet bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 3.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jkollhom politika dwar l-esternalizzazzjoni tagħhom, inkluż dwar pjanijiet ta’ kontinġenza u strateġiji ta’ ħruġ, filwaqt li jqisu l-iskala, in-natura u l-firxa tas-servizzi tal-kriptoassi pprovduti.

3.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jiddefinixxu fi ftehim bil-miktub id-drittijiet u l-obbligi tagħhom u dawk tal-partijiet terzi li lilhom ikunu qed jesternalizzaw is-servizzi jew l-attivitajiet. Dawk il-ftehimiet dwar l-esternalizzazzjoni għandhom jagħtu lill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi d-dritt li jtemmu dawk il-ftehimiet.

4.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-partijiet terzi għandhom, fuq talba, jagħmlu disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti u lil awtoritajiet rilevanti oħra l-informazzjoni kollha meħtieġa biex dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jivvalutaw il-konformità tal-attivitajiet esternalizzati mar-rekwiżiti ta’ dan it-Titolu.

Artikolu 74

Stralċ ordnat tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi

Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu s-servizzi msemmija fl-Artikoli 75 sa 79 għandu jkollhom stabbilit pjan li jkun xieraq biex jappoġġja stralċ ordnat tal-attivitajiet tagħhom skont il-liġi nazzjonali applikabbli, inklużi l-kontinwità jew l-irkupru ta’ kwalunkwe attività kritika mwettqa minn dawk il-fornituri ta’ servizzi. Dak il-pjan għandu juri l-kapaċità tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jwettqu stralċ ordnat mingħajr ma jikkawżaw ħsara ekonomika żejda lill-klijenti tagħhom.

KAPITOLU 3

Obbligi fir-rigward ta’ servizzi tal-kriptoassi speċifiċi

Artikolu 75

Il-forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jikkonkludu ftehim mal-klijenti tagħhom biex jispeċifikaw id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom. Tali ftehim għandu jinkludi tal-anqas dawn li ġejjin:

(a)

l-identità tal-partijiet għall-ftehim;

(b)

in-natura tas-servizz tal-kriptoassi pprovdut u deskrizzjoni ta’ dak is-servizz;

(c)

il-politika ta’ kustodja;

(d)

il-mezzi ta’ komunikazzjoni bejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-klijent, inkluża s-sistema ta’ awtentikazzjoni tal-klijent;

(e)

deskrizzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà użati mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(f)

it-tariffi, l-ispejjeż u l-imposti applikati mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(g)

il-liġi applikabbli.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom iżommu reġistru tal-pożizzjonijiet, miftuħa f’isem kull klijent, li jikkorrispondi għad-drittijiet ta’ kull klijent għall-kriptoassi. Meta rilevanti, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jirreġistraw mill-aktar fis possibbli f’dak ir-reġistru kwalunkwe moviment billi jsegwu l-istruzzjonijiet mingħand il-klijenti tagħhom. F’tali każijiet, il-proċeduri interni tagħhom għandhom jiżguraw li kwalunkwe moviment li jaffettwa r-reġistrazzjoni tal-kriptoassi jintwera bi tranżazzjoni reġistrata regolarment fir-reġistru tal-pożizzjonijiet tal-klijent.

3.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jistabbilixxu politika ta’ kustodja b’regoli u bi proċeduri interni biex jiżguraw is-salvagwardja jew il-kontroll ta’ tali kriptoassi, jew il-mezzi ta’ aċċess għall-kriptoassi.

Il-politika ta’ kustodja msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha timminimizza r-riskju ta’ telf tal-kriptoassi tal-klijenti jew id-drittijiet relatati ma’ dawk il-kriptoassi jew il-mezzi ta’ aċċess għall-kriptoassi minħabba frodi, theddidiet ċibernetiċi jew negliġenza.

Sommarju tal-politika ta’ kustodja għandu jkun disponibbli għall-klijenti fuq talba tagħhom f’format elettroniku.

4.   Meta applikabbli, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet marbuta mal-kriptoassi. Kwalunkwe avveniment li jista’ joħloq jew jimmodifika d-drittijiet ta’ klijent għandu minnufih jiġi rreġistrat fir-reġistru tal-pożizzjonijiet tal-klijent.

Meta jkun hemm bidliet fit-teknoloġija ta’ reġistru distribwit sottostanti jew kwalunkwe avveniment ieħor li x’aktarx joħloq jew jimmodifika d-drittijiet tal-klijent, il-klijent għandu jkun intitolat għal kwalunkwe kriptoassi jew kwalunkwe dritt maħluq ġdid abbażi u sal-livell tal-pożizzjonijiet tal-klijent fil-mument meta sseħħ dik il-bidla jew dak l-avveniment, ħlief meta ftehim validu iffirmat mal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jkun qed jipprovdi l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti skont il-paragrafu 1 qabel dik il-bidla jew dak l-avveniment ma jkunx jipprevedi espressament mod’ieħor.

5.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom, tal-anqas darba kull tliet xhur u fuq it-talba tal-klijent ikkonċernat, dikjarazzjoni tal-pożizzjoni tal-kriptoassi rreġistrati f’isem dawk il-klijenti. Dik id-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni għandha ssir f’format elettroniku. Id-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni għandha tidentifika l-kriptoassi kkonċernati, il-bilanċ tagħhom, il-valur tagħhom u t-trasferiment tal-kriptoassi li jkun sar matul il-perjodu kkonċernat.

Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom mill-aktar fis possibbli kwalunkwe informazzjoni dwar l-operazzjonijiet fuq il-kriptoassi li jirrikjedu reazzjoni mingħand dawk il-klijenti.

6.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jiżguraw li l-proċeduri meħtieġa jkunu fis-seħħ biex, mill-aktar fis possibbli, il-kriptoassi miżmuma f’isem il-klijenti tagħhom, jew il-mezzi ta’ aċċess, jiġu rritornati lil dawk il-klijenti.

7.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jissegregaw il-parteċipazzjonijiet tal-kriptoassi f’isem il-klijenti tagħhom mill-parteċipazzjonijiet tagħhom stess u jiżguraw li l-mezzi ta’ aċċess għall-kriptoassi tal-klijenti tagħhom ikunu identifikati b’mod ċar bħala tali. Huma għandhom jiżguraw li, fuq ir-reġistru distribwit, il-kriptoassi tal-klijenti tagħhom jinżammu b’mod separat mill-kriptoassi tagħhom stess.

Il-kriptoassi miżmuma f’kustodja għandhomikunu legalment segregati mill-patrimonju tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi fl-interess tal-klijenti tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi f’konformità mal-liġi applikabbli, sabiex il-kredituri tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ma jkollhom l-ebda rikors għal kriptoassi miżmuma f’kustodja mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, b’mod partikolari fil-każ ta’ insolvenza.

Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jiżgura li l-kriptoassi miżmuma f’kustodja jiġu ssegregati b’mod operazzjonali mill-patrimonju tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi.

8.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom ikunu responsabbli fil-konfront tal-klijenti tagħhom għat-telf ta’ kwalunkwe kriptoassi jew tal-mezzi ta’ aċċess għall-kriptoassi b’riżultat ta’ inċident li jkun attribwibbli għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi. Ir-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandha tiġi limitata sal-valur tas-suq tal-kriptoassi li jkun intilef, fil-mument meta jkun seħħ it-telf.

Inċidenti mhux attribwibbli għall-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jinkludu kwalunkwe avveniment li fir-rigward tiegħu l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi juri li jkun seħħ indipendentement mill-forniment tas-servizz rilevanti, jew indipendentement mill-operazzjonijiet tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, bħal problema inerenti fl-operat tar-reġistru distribwit li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ma jikkontrollax.

9.   Jekk il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti jagħmlu użu minn fornituri oħra ta’ servizzi tal-kriptoassi ta’ dak is-servizz, huma għandhom jużaw biss fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 59.

Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti u li jużaw fornituri oħra ta’ servizzi tal-kriptoassi ta’ dak is-servizz għandhom jinformaw lill-klijenti tagħhom dwar dan.

Artikolu 76

L-operat ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jistabbilixxu, iżommu u jimplimentaw regoli operazzjonali ċari u trasparenti għall-pjattaforma ta’ negozjar. Dawk ir-regoli operazzjonali għandhom tal-anqas:

(a)

jistabbilixxu l-proċessi tal-approvazzjoni, inklużi r-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti proporzjonati għar-riskju ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu ppreżentat mill-applikant f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849, li jiġu applikati qabel l-ammissjoni tal-kriptoassi għall-pjattaforma ta’ negozjar;

(b)

jiddefinixxu l-kategoriji ta’ esklużjoni, jekk ikun hemm, tat-tipi ta’ kriptoassi li ma jiġux ammessi għan-negozjar;

(c)

jistabbilixxu l-politiki, il-proċeduri u l-livell tat-tariffi, jekk ikun hemm, għall-ammissjoni għan-negozjar;

(d)

jistabbilixxu regoli oġġettivi, mhux diskriminatorji u kriterji proporzjonati għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ negozjar, li jippromwovu aċċess ġust u miftuħ għall-pjattaforma ta’ negozjar għal klijenti li jixtiequ jinnegozjaw;

(e)

jistabbilixxu regoli u proċeduri mhux diskriminatorji biex jiġi żgurat negozjar ġust u ordnat u kriterji oġġettivi għal eżekuzzjoni effiċjenti tal-ordnijiet;

(f)

jistabbilixxu kundizzjonijiet sabiex il-kriptoassi jibqgħu aċċessibbli għan-negozjar, inklużi livelli limitu ta’ likwidità u rekwiżiti ta’ żvelar perjodiku;

(g)

jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom in-negozjar tal-kriptoassi jista’ jiġi sospiż;

(h)

jistabbilixxu proċeduri sabiex jiġi żgurat saldu effiċjenti kemm għall-kriptoassi kif ukoll għall-fondi.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, ir-regoli operazzjonali għandhom jiddikjaraw b’mod ċar li kriptoassi ma għandux jiġi ammess għan-negozjar meta ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda white paper dwar il-kriptoassi korrispondenti fil-każijiet li jirrikjedi dan ir-Regolament.

2.   Qabel ma kriptoassi jiġi ammess għan-negozjar, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jiżguraw li l-kriptoassi jikkonforma mar-regoli operazzjonali tal-pjattaforma ta’ negozjar u għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-kriptoassi kkonċernat. Meta jkunu qed jivvalutaw l-adegwatezza ta’ kriptoassi, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għandhom jevalwaw, b’mod partikolari, l-affidabbiltà tas-soluzzjonijiet tekniċi li jintużaw u l-assoċjazzjoni potenzjali ma’ attivitajiet illeċiti jew frawdolenti, filwaqt li jqisu l-esperjenza, ir-rekord u r-reputazzjoni tal-emittent ta’ dawk il-kriptoassi u tat-tim ta’ żvilupp tiegħu. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għandhom jivvalutaw ukoll l-adegwatezza tal-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi msemmija fl-Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d).

3.   Ir-regoli operazzjonali tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jipprevjenu l-ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi li jkollhom funzjoni ta’ anonimizzazzjoni integrata sakemm id-detenturi ta’ dawk il-kriptoassi u l-istorja tat-tranżazzjonijiet tagħhom ma jkunux jistgħu jiġu identifikati mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi.

4.   Ir-regoli operazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membri domiċiljari, jew f’lingwa abitwali fil-qasam tal-finanzi internazzjonali.

Jekk l-operat ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jiġi pprovdut fi Stat Membru ieħor, ir-regoli operazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti, jew f’lingwa abitwali fil-qasam tal-finanzi internazzjonali.

5.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi ma għandhomx jinnegozjaw għan-nom proprju fuq il-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi li joperaw, inkluż meta jipprovdu l-iskambju ta’ kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn.

6.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jitħallew jinvolvu ruħhom f’negozjar matched principal biss meta l-klijent ikun ta l-kunsens tiegħu għal dak il-proċess. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti informazzjoni li tispjega l-użu tagħhom ta’ negozjar matched principal. L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja l-involviment tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi f’negozjar matched principal, u tiżgura li l-involviment tagħhom f’negozjar matched principal ikompli jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ tali negozjar u ma jagħtix lok għal kunflitti ta’ interess bejn il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-klijenti tagħhom.

7.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandu jkollhom stabbiliti sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi biex jiżguraw li s-sistemi ta’ negozjar tagħhom:

(a)

ikunu reżiljenti;

(b)

ikollhom biżżejjed kapaċità biex jittrattaw il-volumi ta’ ordnijiet u ta’ messaġġi meta jkunu fl-aqwa tagħhom;

(c)

ikunu kapaċi jiżguraw negozjar ordnat f’kundizzjonijiet ta’ stress qawwi fis-suq;

(d)

ikunu kapaċi jirrifjutaw ordnijiet li jaqbżu l-livelli limitu ta’ volumi u prezzijiet iddeterminati minn qabel jew li jkunu żbaljati b’mod ċar;

(e)

ikunu ttestjati kompletament biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet fil-punti (a) sa (d) jiġu ssodisfati;

(f)

ikunu soġġetti għal arranġamenti effettivi ta’ kontinwità tal-operat biex jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi tagħhom jekk ikun hemm xi ħsara fis-sistema ta’ negozjar;

(g)

ikunu kapaċi jipprevjenu jew jindividwaw l-abbuż tas-suq;

(h)

ikunu robusti biżżejjed biex jipprevjenu l-abbuż tagħhom għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu.

8.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti tagħhom meta jidentifikaw każijiet ta’ abbuż tas-suq jew tentattiv ta’ abbuż tas-suq li jseħħu fis-sistemi tagħhom jew permezz tas-sistemi tagħhom.

9.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jippubblikaw kwalunkwe prezzijiet ta’ talba u offerta u l-profondità tal-interessi ta’ negozjar b’dawk il-prezzijiet li jkunu rreklamati għall-kriptoassi permezz tal-pjattaformi ta’ negozjar tagħhom. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi kkonċernati għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq bażi kontinwa matul is-sigħat tan-negozjar.

10.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jippubblikaw il-prezz, il-volum u l-ħin tat-tranżazzjonijiet eżegwiti fir-rigward tal-kriptoassi nnegozjati fuq il-pjattaformi ta’ negozjar tagħhom. Huma għandhom jagħmlu dawk id-dettalji għat-tranżazzjonijiet kollha ta’ dan it-tip pubbliċi f’ħin li fid-dawl ta’ dak li hu teknikament possibbli jkun kemm jista’ jkun qrib il-ħin reali.

11.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jagħmlu l-informazzjoni ppubblikata f’konformità mal-paragrafi 9 u 10 disponibbli għall-pubbliku fuq bażi kummerċjali raġonevoli u jiżguraw aċċess mhux diskriminatorju għal dik l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli mingħajr ħlas 15-il minuta wara li tiġi ppubblikata f’format li jinqara mill-magni u għandha tibqa’ ppubblikata għal tal-anqas sentejn.

12.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jagħtu bidu għas-saldu finali ta’ tranżazzjoni tal-kriptoassi fuq ir-reġistru distribwit fi żmien 24 siegħa minn meta tkun ġiet eżegwita t-tranżazzjoni fuq il-pjattaforma ta’ negozjar jew, fil-każ ta’ tranżazzjonijiet issaldati barra r-reġistru distribwit, sa mhux aktar tard mill-għeluq tal-ġurnata.

13.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jiżguraw li l-istrutturi tat-tariffi tagħhom ikunu trasparenti, ġusti u mhux diskriminatorji u li ma joħolqux inċentivi sabiex isiru, jiġu mmodifikati jew ikkanċellati ordnijiet jew jiġu eżegwiti tranżazzjonijiet b’mod li jikkontribwixxi għal kundizzjonijiet diżordinati ta’ negozjar jew abbuż tas-suq kif imsemmi fit-Titolu VI.

14.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom iżommu r-riżorsi u jkollhom faċilitajiet ta’ riżerva fis-seħħ biex ikunu jistgħu jirrapportaw lill-awtorità kompetenti tagħhom f’kull ħin.

15.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, għal tal-anqas ħames snin, id-data rilevanti relatata mal-ordnijiet kollha fil-kriptoassi li jiġu rreklamati permezz tas-sistemi tagħhom, jew jagħtu lill-awtorità kompetenti aċċess għall-ktieb tal-ordnijiet sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ timmonitorja l-attivita’ ta’ negozjar. Dik id-data rilevanti għandu jkun fiha l-karatteristiċi tal-ordni, inklużi dawk li jorbtu ordni mat-tranżazzjonijiet eżegwiti li jirriżultaw minn dik l-ordni.

16.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment:

(a)

il-mod li bih id-data dwar it-trasparenza, inkluż il-livell ta’ diżaggregazzjoni tad-data li għandha ssir disponibbli għall-pubbliku kif imsemmi fil-paragrafi 1, 9 u 10, għandha tiġi ppreżentata;

(b)

il-kontenut u l-format tar-rekords tal-ktieb tal-ordnijiet li jeħtieġ li jinżammu kif speċifikat fil-paragrafu 15.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 77

L-iskambju ta’ kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jiskambjaw kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn għandhom jistabbilixxu politika kummerċjali mhux diskriminatorja li tindika, b’mod partikolari, it-tip ta’ klijenti li jaqblu li jagħmlu tranżazzjonijiet magħhom u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn tali klijenti.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jiskambjaw kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn għandhom jippubblikaw prezz kostanti tal-kriptoassi jew metodu għad-determinazzjoni tal-prezz tal-kriptoassi li jipproponu għall-iskambju ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn, u kwalunkwe limitu applikabbli ddeterminat minn dak il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi fuq l-ammont li se jiġi skambjat.

3.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jiskambjaw kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn għandhom jeżegwixxu l-ordnijiet tal-klijenti bil-prezzijiet murija fil-ħin meta l-ordni għall-iskambju tkun finali. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jinformaw lill-klijenti tagħhom bil-kundizzjonijiet sabiex l-ordni tagħhom titqies bħala finali.

4.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jiskambjaw kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet konklużi minnhom, bħall-volumi u l-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet.

Artikolu 78

L-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiksbu, filwaqt li jeżegwixxu l-ordnijiet, l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti tagħhom filwaqt li jqisu fatturi ta’ prezz, spejjeż, veloċità, probabbiltà tal-eżekuzzjoni u tas-saldu, id-daqs, in-natura, il-kundizzjonijiet tal-kustodja tal-kriptoassi jew kwalunkwe kunsiderazzjoni oħra rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-ordni.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti ma għandux ikollhom l-obbligu li jieħdu l-passi meħtieġa msemmija fl-ewwel subparagrafu f’każijiet fejn jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi wara li jingħataw struzzjonijiet speċifiċi mingħand il-klijenti tagħhom.

2.   Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw arranġamenti ta’ eżekuzzjoni effettivi. B’mod partikolari, għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mal-paragrafu 1. Il-politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet għandha, fost l-affarijiet l-oħra, tipprevedi l-eżekuzzjoni fil-pront, ġusta u rapida tal-ordnijiet tal-klijenti u tipprevjeni l-użu ħażin mill-impjegati tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi ta’ kwalunkwe informazzjoni relatata mal-ordnijiet tal-klijenti.

3.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jipprovdu informazzjoni xierqa u ċara lill-klijenti tagħhom dwar il-politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 2 u kwalunkwe bidla sinifikanti għaliha. Dik l-informazzjoni għandha tispjega b’mod ċar, b’mod iddettaljat biżżejjed u b’mod li jista’ jinftiehem faċilment mill-klijenti, kif il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi se jeżegwixxu l-ordnijiet għall-klijenti. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jiksbu l-kunsens minn qabel mingħand kull klijent fir-rigward tal-politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet.

4.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom ikunu jistgħu juru lill-klijenti tagħhom, fuq talba tagħhom, li l-ordnijiet tagħhom ġew eżegwiti minnhom f’konformità mal-politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet tagħhom u għandhom ikunu jistgħu juru lill-awtorità kompetenti, fuq talba ta’ din tal-aħħar, il-konformità tagħhom ma’ dan l-Artikolu.

5.   Meta l-politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet tipprevedi l-possibbiltà li l-ordnijiet tal-klijenti jistgħu jiġu eżegwiti barra minn pjattaforma ta’ negozjar, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jinformaw lill-klijenti tagħhom dwar dik il-possibbiltà u għandhom jiksbu l-kunsens espliċitu minn qabel tal-klijenti tagħhom qabel ma jipproċedu bl-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tagħhom barra minn pjattaforma ta’ negozjar, jew fil-forma ta’ ftehim ġenerali inkella fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet individwali.

6.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jimmonitorjaw l-effettività tal-arranġamenti ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet u tal-politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet tagħhom sabiex jidentifikaw u, meta xieraq, jikkoreġu kwalunkwe nuqqas f’dak ir-rigward. B’mod partikolari, huma għandhom jivvalutaw, fuq bażi regolari, jekk il-postijiet ta’ eżekuzzjoni inklużi fil-politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet jipprovdux l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti jew jekk ikunx meħtieġ li jagħmlu bidliet fl-arranġamenti ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet tagħhom. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jinnotifikaw lill-klijenti li magħhom ikollhom relazzjoni kontinwadwar kwalunkwe bidla materjali fl-arranġamenti ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet jew fil-politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet tagħhom.

Artikolu 79

It-tqegħid tal-kriptoassi

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jqiegħdu l-kriptoassi għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-offerent, lill-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, jew lil kwalunkwe parti terza li taġixxi f’isimhom, qabel ma jidħlu fi ftehim magħhom:

(a)

it-tip ta’ tqegħid li jkun qed jiġi kkunsidrat inkluż jekk ammont minimu ta’ xiri huwiex iggarantit jew le;

(b)

indikazzjoni tal-ammont tat-tariffi tat-tranżazzjonijiet assoċjati mat-tqegħidpropost;

(c)

meta x’aktarx li sseħħ l-operazzjoni proposta, kif ukoll il-proċess u l-prezz probabbli għaliha;

(d)

informazzjoni dwar ix-xerrejja fil-mira.

Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jqiegħdu l-kriptoassi għandhom, qabel ma jqiegħdu dawk il-kriptoassi, jiksbu l-qbil tal-emittenti ta’ dawk il-kriptoassi jew ta’ kwalunkwe parti terza li taġixxi f’isimhom fir-rigward tal-informazzjoni elenkata fl-ewwel subparagrafu.

2.   Ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi msemmija fl-Artikolu 72(1) għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri speċifiċi u adegwati għall-identifikazzjoni, għall-prevenzjoni, għall-immaniġġjar u għall-iżvelar ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jirriżulta mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jqiegħdu l-kriptoassi mal-klijenti tagħhom stess;

(b)

il-prezz propost għat-tqegħid tal-kriptoassi ġie sovravalutat jew sottovalutat;

(c)

inċentivi, inklużi inċentivi mhux monetarji, huma mħallsa jew mogħtija mill-offerent lill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi.

Artikolu 80

Ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jirċievu u jittrażmettu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw proċeduri u arranġamenti li jipprevedu t-trażmissjoni fil-pront u xierqa tal-ordnijiet tal-klijenti għall-eżekuzzjoni fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jew lil fornitur ieħor ta’ servizzi tal-kriptoassi.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jirċievu u jittrażmettu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti ma għandhom jirċievu l-ebda rimunerazzjoni, skont jew benefiċċju mhux monetarju talli jgħaddu l-ordnijiet riċevuti mingħand il-klijenti lil pjattaforma partikolari ta’ negozjar għall-kriptoassi jew lil fornitur ieħor ta’ servizzi tal-kriptoassi.

3.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jirċievu u jittrażmettu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti ma għandhomx jużaw ħażin l-informazzjoni relatata ma’ ordnijiet pendenti tal-klijenti, u għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli sabiex jipprevjenu l-użu ħażin ta’ tali informazzjoni minn kwalunkwe impjegat tagħhom.

Artikolu 81

Il-forniment ta’ pariri dwar il-kriptoassi u l-forniment ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi jew li jfornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi għandhom jivvalutaw jekk is-servizzi tal-kriptoassi jew il-kriptoassi humiex adegwati għall-klijenti jew għall-klijenti prospettivi tagħhom, filwaqt li jqisu l-għarfien u l-esperjenza tagħhom b’rabta ma’ investimenti fil-kriptoassi, l-objettivi tal-investiment tagħhom, inklużi t-tolleranza tar-riskju, u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom inkluża l-kapaċità tagħhom li jġarrbu t-telf.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi għandhom, fi żmien raġonevoli qabel ma jfornu pariri dwar il-kriptoassi, jinformaw lill-klijenti prospettivi dwar jekk il-pariri humiex:

(a)

ipprovduti fuq bażi indipendenti;

(b)

ibbażati fuq analiżi wiesgħa jew fuq waħda aktar ristretta ta’ kriptoassi differenti, inkluż jekk il-pariri humiex limitati għal kriptoassi maħruġa jew offruti minn entitajiet b’rabtiet mill-qrib mal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jew kwalunkwe relazzjoni legali jew ekonomika oħra, bħal relazzjonijiet kuntrattwali, li jirriskjaw li jfixklu l-indipendenza tal-pariri pprovduti.

3.   Meta fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornipariri dwar il-kriptoassi jinforma lill-klijent prospettiv li l-pariri qed jiġu pprovduti fuq bażi indipendenti, huwa:

(a)

għandu jivvaluta firxa suffiċjenti ta’ kriptoassi disponibbli fis-suq li trid tkun varjata biżżejjed biex tiżgura li l-objettivi ta’ investiment tal-klijent ikunu jistgħu jintlaħqu b’mod xieraq u li ma jridux ikunu limitati għal kriptoassi maħruġa jew ipprovduti minn:

(i)

dak l-istess fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(ii)

entitajiet li għandhom rabtiet mill-qrib ma’ dak l-istess fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi; jew

(iii)

entitajiet oħra li magħhom dak l-istess fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu rabtiet legali jew ekonomiċi tant mill-qrib, bħal relazzjonijiet kuntrattwali, li jista’ jinħoloq riskju li tiġi mfixkla l-bażi indipendenti tal-pariri pprovduti;

(b)

ma għandux jaċċetta u jżomm tariffi, kummissjonijiet jew kwalunkwe benefiċċju monetarju jew mhux monetarju mħallsa jew ipprovduti minn kwalunkwe parti terza jew persuna li taġixxi f’isem parti terza b’rabta mal-forniment tas-servizz lill-klijenti.

Minkejja il-punt (b), tal-ewwel subparagrafu, benefiċċji mhux monetarji minuri li kapaċi jtejbu l-kwalità tas-servizzi tal-kriptoassi pprovduti lil klijent u li jkunu ta’ skala u natura tali li ma jfixklux il-konformità mal-obbligu ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jaġixxi fl-aħjar interessi tal-klijent tiegħu għandhom ikunu permessi f’każijiet fejn jiġu żvelati b’mod ċar lill-klijent.

4.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi għandhom jipprovdu wkoll lill-klijenti prospettivi informazzjoni dwar l-ispejjeżu l-imposti kollha relatati, inkluż il-kost tal-pariri, meta applikabbli, kif ukoll il-kost tal-kriptoassi rakkomandati jew kummerċjalizzati lill-klijent u kif il-klijent jista’ jħallas għall-kriptoassi, bl-inklużjoni wkoll ta’ kwalunkwe pagament lil partijiet terzi.

5.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi ma għandhomx jaċċettaw jew iżommu tariffi, kummissjonijiet jew kwalunkwe benefiċċju monetarju jew mhux monetarju mħallas jew ipprovdut minn emittent, offerent, persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, jew minn kwalunkwe parti terza, jew persuna li taġixxi f’isem parti terza, b’rabta mal-forniment ta’ immaniġġjar ta’ portfolli tal-kriptoassi lill-klijenti tagħhom.

6.   Meta fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jinforma lil klijent prospettiv li l-pariri tiegħu huwa pprovdut fuq bażi mhux indipendenti, dak il-fornitur jista’ jirċievi inċentivi soġġetti għall-kundizzjonijiet li l-pagament jew il-benefiċċju:

(a)

ikun maħsub biex itejjeb il-kwalità tas-servizz rilevanti lill-klijent; u

(b)

ma jfixkilx il-konformità mal-obbligu tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jaġixxi b’mod onest, ġust u professjonali f’konformità mal-aħjar interessi tal-klijenti tiegħu.

L-eżistenza, in-natura u l-ammont tal-pagament jew tal-benefiċċju msemmi fil-paragrafu 4, jew, meta l-ammont ma jkunx jista’ jiġi aċċertat, il-metodu tal-kalkolu ta’ dak l-ammont, għandu jiġu żvelat b’mod ċar lill-klijent, u b’mod li jkun komprensiv, preċiż u li jkun jinftiehem, qabel ma jiġi pprovdut is-servizz tal-kriptoassi rilevanti.

7.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi li jkunu qed jagħtu pariri jew informazzjoni dwar il-kriptoassi, jew servizz tal-kriptoassi, f’isimhom, ikollhom l-għarfien u l-kompetenza meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-kriterji li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni ta’ tali għarfien u kompetenza.

8.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-adegwatezza msemmija fil-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi jew li jfornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi għandhom jiksbu mingħand il-klijenti jew il-klijenti prospettivi tagħhom l-informazzjoni meħtieġa rigward l-għarfien, u l-esperjenza, tagħhom dwar l-investiment b’rabta mal-kriptoassi, l-objettivi tal-investiment tagħhom, inkluża t-tolleranza tar-riskju, is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom inkluża l-kapaċità tagħhom li jġarrbu telf, u l-fehim bażiku tagħhom tar-riskji involuti fix-xiri tal-kriptoassi, sabiex il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkunu jistgħu jirrakkomandaw lill-klijenti jew lil klijenti prospettivi dwar jekk il-kriptoassi humiex adegwati għalihom u, b’mod partikolari, humiex f’konformità mat-tolleranza tagħhom tar-riskju u l-kapaċità tagħhom li jġarrbu telf.

9.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi jew li jfornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi għandhom iwissu lill-klijenti jew lill-klijenti prospettivi li:

(a)

il-valur tal-kriptoassi jista’ ivarja;

(b)

il-kriptoassi jistgħu ikunu soġġetti għal telf totali jew parzjali;

(c)

il-kriptoassi jistgħu ma jkunux likwidi;

(d)

meta applikabbli, li l-kriptoassi mhumiex koperti mill-iskemi ta’ kumpens għall-investituri skont id-Direttiva 97/9/KE;

(e)

il-kriptoassi mhumiex koperti mill-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 2014/49/UE.

10.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi jew li jfornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi għandhom jistabbilixxu, iżommu u jimplimentaw politiki u proċeduri biex ikunu jistgħu jiġbru u jivvalutaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal kull klijent. Għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jiżguraw li l-informazzjoni miġbura dwar il-klijenti jew il-klijenti prospettivi tagħhom tkun affidabbli.

11.   Meta l-klijenti ma jipprovdux l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 8, jew meta fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi jew li jfornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi jikkunsidraw li s-servizzi tal-kriptoassi jew il-kriptoassi mhumiex adattati għall-klijenti tagħhom, huma ma għandhomx jirrakkomandaw tali servizzi tal-kriptoassi jew kriptoassi, u lanqas ma jagħtu bidu għal forniment ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli ta’ tali kriptoassi.

12.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi jew li jfornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi għandhom jirrieżaminaw regolarment għal kull klijent il-valutazzjoni tal-adegwatezza msemmija fil-paragrafu 1 tal-anqas kull sentejn wara l-valutazzjoni inizjali li tkun saret f’konformità ma’ dak il-paragrafu.

13.   Meta l-valutazzjoni tal-adegwatezza msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rieżami tagħha msemmi taħt il-paragrafu 12 ikunu twettqu, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi għandhom jipprovdu lill-klijenti rapport dwar l-adegwatezza li jispeċifika l-pariri mogħtija u kif dawk il-pariri jissodisfaw il-preferenzi, l-objettivi u karatteristiċi oħra tal-klijenti. Dak ir-rapport għandu jsir u jiġi kkomunikat lill-klijenti f’format elettroniku. Dak ir-rapport għandu, bħala minimu:

(a)

jinkludi informazzjoni aġġornata dwar il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1; u

(b)

jipprovdi deskrizzjoni qasira tal-pariri mogħtija.

Ir-rapport dwar l-adegwatezza msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jagħmilha ċara li l-pariri huma bbażati fuq l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent b’rabta ma’ investimenti fil-kriptoassi, l-objettivi tal-investiment, it-tolleranza tar-riskju, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-kapaċità li jġarrab it-telf tal-klijent.

14.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi għandhom jipprovdu dikjarazzjonijiet perjodiċi lill-klijenti tagħhom, f’format elettroniku, tal-attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli mwettqa f’isimhom. Dawk id-dikjarazzjonijiet perjodiċi għandu jkun fihom rieżami ġust u bilanċjat tal-attivitajiet imwettqa u tal-prestazzjoni tal-portafoll matul il-perjodu tar-rapportar, dikjarazzjoni aġġornata ta’ kif l-attivitajiet imwettqa jissodisfaw il-preferenzi, l-objettivi u karatteristiċi oħra tal-klijent, kif ukoll informazzjoni aġġornata dwar il-valutazzjoni tal-adegwatezza msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rieżami tagħha taħt il-paragrafu 12.

Id-dikjarazzjoni perjodika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi pprovduta kull tliet xhur, ħlief f’każijiet meta klijent ikollu aċċess għal sistema online fejn ikun possibbli l-aċċess għall-valutazzjonijiet aġġornati tal-portafoll tal-klijent u għall-informazzjoni aġġornata dwar il-valutazzjoni tal-adegwatezza msemmija fil-paragrafu 1, u l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkollu evidenza li l-klijent kien aċċessa valutazzjoni tal-anqas darba matul it-trimestru rilevanti. Tali sistema online għandha titqies bħala format elettroniku.

15.   L-ESMA għandha, sat-30 ta’ Diċembru 2024, toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jispeċifikaw:

(a)

il-kriterji għall-valutazzjoni tal-għarfien u tal-kompetenza tal-klijent f’konformità mal-paragrafu 2;

(b)

l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 8; u

(c)

il-format tad-dikjarazzjoni perjodika msemmija fil-paragrafu 14.

Artikolu 82

Il-forniment ta’ servizzi ta’ trasferiment għal kriptoassi f’isem il-klijenti

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu servizzi ta’ trasferiment għal kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jikkonkludu ftehim mal-klijenti tagħhom biex jispeċifikaw id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom. Tali ftehim għandu jinkludi tal-anqas dawn li ġejjin:

(a)

l-identità tal-partijiet għall-ftehim;

(b)

deskrizzjoni tal-modalitajiet tas-servizz ta’ trasferiment ipprovdut;

(c)

deskrizzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà użati mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(d)

it-tariffi applikati mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(e)

il-liġi applikabbli.

2.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu servizzi ta’ trasferiment għal kriptoassi f’isem il-klijenti fir-rigward tal-proċeduri u l-politiki, inklużi d-drittijiet tal-klijenti, fil-kuntest tas-servizzi ta’ trasferiment għal kriptoassi.

KAPITOLU 4

L-akkwiżizzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi

Artikolu 83

Valutazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet proposti ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi

1.   Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew tali persuni li jaġixxu flimkien li jkunu ħadu deċiżjoni li jew jakkwistaw, direttament jew indirettament (“l-akkwirent propost”) parteċipazzjoni kwalifikanti f’fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jew li jżidu, direttament jew indirettament, tali parteċipazzjoni kwalifikanti sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż 20 %, 30 % jew 50 % jew sabiex dak il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jsir is-sussidjarju tagħhom, għandhom jinnotifikaw bil-miktub lill-awtorità kompetenti ta’ dak il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi dwar din id-deċiżjoni, filwaqt li jindikaw id-daqs tal-parteċipazzjoni maħsuba u l-informazzjoni li jirrikjedu l-istandards tekniċi regolatorji adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 84(4).

2.   Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni kwalifikanti f’fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandha, qabel ma tiddisponi minn dik il-parteċipazzjoni, tinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-miktub dwar id-deċiżjoni tagħha u tindika d-daqs ta’ tali parteċipazzjoni. Dik il-persuna għandha tinnotifika wkoll lill-awtorità kompetenti meta tkun ħadet deċiżjoni li tnaqqas parteċipazzjoni kwalifikanti sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jaqa’ taħt 10 %, 20 %, 30 % jew 50 % jew sabiex il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ma jibqax is-sussidjarju ta’ dik il-persuna.

3.   L-awtorita’ kompetenti għandha, minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta tirċievu notifika skont il-paragrafu 1, tikkonferma bil-miktub li tkun rċevietha.

4.   L-awtorita’ kompetenti għandha tivvaluta l-akkwiżizzjoni proposta msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-informazzjoni li jirrikjedu l-istandards tekniċi regolatorji adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 84(4) fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-data meta tkun ikkonfermat bil-miktub li rċeviet in-notifika msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Meta tikkonferma li rċeviet in-notifika, l-awtorita’ kompetenti għandha tinforma lill-akkwirent propost bid-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ valutazzjoni.

5.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorita’ kompetenti tista’ tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u lill-unitajiet tal-intelligence finanzjarja u għandha tikkunsidra kif xieraq il-fehmiet tagħhom.

6.   Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorita’ kompetenti tista’ titlob lill-akkwirent propost kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa sabiex titlesta dik il-valutazzjoni. Tali talba għandha ssir qabel ma tiġi ffinalizzata l-valutazzjoni, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-50 jum tax-xogħol mid-data meta tkun ikkonfermaw bil-miktub li rċeviet in-notifika msemmija fil-paragrafu 3. Tali talbiet għandhom isiru bil-miktub u għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

L-awtorita’ kompetenti għandha tissospendi l-perjodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 4, sa ma tkunu rċeviet l-informazzjoni addizzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Is-sospensjoni ma għandhiex taqbeż 20 jum tax-xogħol. Kwalunkwe talba oħra mill-awtorita’ kompetenti għal informazzjoni addizzjonali jew għal kjarifika tal-informazzjoni riċevuta ma għandhiex tirriżulta f’sospensjoni addizzjonali tal-perjodu ta’ valutazzjoni.

L-awtorita’ kompetenti tista’ testendi s-sospensjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sa 30 jum tax-xogħol jekk l-akkwirent propost ikun jinsab barra mill-Unjoni jew irregolat bil-liġi ta’ pajjiż terz.

7.   L-awtorita’ kompetenti li, mat-tlestija tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 tiddeċiedi li topponi l-akkwiżizzjoni proposta msemmija fil-paragrafu 1, għandha tinnotifika lill-akkwirent propost dwar dan fi żmien jumejn tax-xogħol u fi kwalunkwe każ qabel id-data msemmija fil-paragrafu 4 estiża, meta applikabbli, f’konformità mal-paragrafu 6, it-tieni u t-tielet subparagrafu. In-notifika għandha tipprovdi r-raġunijiet għal tali deċiżjoni.

8.   Meta l-awtorita’ kompetenti ma topponix l-akkwiżizzjoni proposta msemmija fil-paragrafu 1 qabel id-data msemmija fil-paragrafu 4 estiża, meta applikabbli, f’konformità mal-paragrafu 6, it-tieni u t-tielet subparagrafu, l-akkwiżizzjoni proposta għandha titqies approvata.

9.   L-awtorita’ kompetenti tista’ tistabbilixxi perjodu massimu għall-konklużjoni tal-akkwiżizzjoni proposta msemmija fil-paragrafu 1, u testendi dak il-perjodu massimu meta xieraq.

Artikolu 84

Il-kontenut tal-valutazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet proposta ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi

1.   Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 83(4), l-awtorita’ kompetenti għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-akkwirent propost u s-solidità finanzjarja tal-akkwiżizzjoni proposta msemmija fl-Artikolu 83(1) skont il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

ir-reputazzjoni tal-akkwirent propost;

(b)

ir-reputazzjoni, l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza ta’ kwalunkwe persuna li se tmexxi n-negozju tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi bħala riżultat tal-akkwiżizzjoni proposta;

(c)

is-solidità finanzjarja tal-akkwirent propost, b’mod partikolari b’rabta mat-tip ta’ negozju previst u mfittex fir-rigward tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li fih tkun proposta li ssir l-akkwiżizzjoni;

(d)

jekk il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi hux se jkun jista’ jikkonforma u jkompli jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu;

(e)

jekk ikunx hemm motivi raġonevoli sabiex wieħed jissuspetta li, b’rabta mal-akkwiżizzjoni proposta, qiegħed jitwettaq, twettaq jew qed isir jew sar tentattiv biex jitwettaq ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu skont it-tifsira, rispettivament, tal-Artikolu 1(3) u (5) tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew li l-akkwiżizzjoni proposta tista’ żżid ir-riskju ta’ dan.

2.   L-awtorita’ kompetenti tista’ topponi l-akkwiżizzjoni proposta biss meta jkun hemm motivi raġonevoli għalxiex jagħmlu dan fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew meta l-informazzjoni pprovduta f’konformità mal-Artikolu 83(4) ma tkunx kompluta jew tkun falza.

3.   L-Istati Membri ma għandhomx jimponu kundizzjonijiet minn qabel fir-rigward tal-livell ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti li jeħtieġ li tiġi akkwistata skont dan ir-Regolament u lanqas ma għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jeżaminaw l-akkwiżizzjoni proposta f’termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.

4.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji fejn tispeċifika l-kontenut dettaljat tal-informazzjoni li hija meħtieġa biex titwettaq il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 83(4), l-ewwel subparagrafu. L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun rilevanti għal valutazzjoni prudenzjali, proporzjonata u adattata għan-natura tal-akkwirent propost u għall-akkwiżizzjoni proposta msemmija fl-Artikolu 83(1).

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU 5

Fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti

Artikolu 85

L-identifikazzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti

1.   Fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jitqies sinifikanti jekk fl-Unjoni jkollu tal-anqas 15-il miljun utent attiv, bħala medja, f’sena kalendarja waħda, fejn il-medja tiġi kkalkolata bħala l-medja tan-numru ta’ utenti attivi kuljum matul is-sena kalendarja preċedenti.

2.   Fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fi żmien xahrejn minn meta jilħqu n-numru ta’ utenti attivi kif stabbilit fil-paragrafu 1. Meta l-awtorità kompetenti taqbel li l-livell limitu stabbilit fil-paragrafu 1 ikun intlaħaq, għandha tinnotifika lill-ESMA b’dan.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari għandhom jipprovdu lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA b’aġġornamenti annwali dwar l-iżviluppi superviżorji li ġejjin b’rabta mal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti:

(a)

awtorizzazzjonijiet li għadhom għaddejjin jew li ġew konklużi kif imsemmi fl-Artikolu 59;

(b)

proċessi li għadhom għaddejjin jew li ġew konklużi ta’ rtirar tal-awtorizzazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 64;

(c)

l-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji stabbilit fl-Artikolu 94(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b), (c), (e), (f), (g), (y) u (aa).

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tista’ tipprovdi lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA b’aġġornamenti aktar frekwenti, jew tinnotifikah qabel kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), (b) jew (c).

4.   L-aġġornament imsemmi fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, jista’ jkun segwit minn skambju ta’ fehmiet fil-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA.

5.   Meta xieraq, l-ESMA tista’ tagħmel użu mis-setgħat tagħha skont l-Artikoli 29, 30, 31 u 31b tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

TITOLU VI

IL-PREVENZJONI U L-PROJBIZZJONI TA’ ABBUŻ TAS-SUQ LI JINVOLVI L-KRIPTOASSI

Artikolu 86

Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-abbuż tas-suq

1.   Dan it-Titolu għandu japplika għal atti mwettqa minn kwalunkwe persuna u li jikkonċernaw il-kriptoassi li jiġu ammessi għan-negozjar jew li fir-rigward tagħhom tkun saret talba għall-ammissjoni għan-negozjar.

2.   Dan it-Titolu għandu japplika wkoll għal kwalunkwe tranżazzjoni, ordni jew imġiba li tikkonċerna l-kriptoassi kif imsemmi fil-paragrafu 1, irrispettivament minn jekk tali tranżazzjoni, ordni jew imġiba seħħitx fuq pjattaforma ta’ negozjar.

3.   Dan it-Titolu għandu japplika għal azzjonijiet u ommissjonijiet, fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi, li jikkonċernaw il-kriptoassi kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 87

Informazzjoni privileġġjata

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, informazzjoni privileġġjata għandha tinkludi t-tipi ta’ informazzjoni li ġejjin:

(a)

informazzjoni ta’ natura preċiża, li ma saritx pubblika, relatata, direttament jew indirettament, ma’ emittent jew offerent wieħed jew aktar jew persuna waħda jew aktar li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jew ma’ kriptoassi wieħed jew aktar, u li, jekk kellha ssir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawk il-kriptoassi jew fuq il-prezz ta’ kriptoassi relatat;

(b)

għall-persuni inkarigati bl-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti, tfisser ukoll informazzjoni ta’ natura preċiża kkomunikata minn klijent u relatata mal-ordnijiet pendenti tal-klijent fil-kriptoassi, relatata, direttament jew indirettament, ma’ emittent jew offerent wieħed jew aktar, jew persuna waħda jew aktar li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jew ma’ kriptoassi wieħed jew aktar, u li, jekk kellha ssir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawk il-kriptoassi jew fuq il-prezz ta’ kriptoassi relatat.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-informazzjoni għandha titqies li hija ta’ natura preċiża jekk tindika sett ta’ ċirkostanzi li jeżisti jew li jista’, b’mod raġonevoli, ikun mistenni li jibda jeżisti, jew avveniment li jkun seħħ jew li jista’, b’mod raġonevoli, ikun mistenni li jseħħ, meta tkun speċifika biżżejjed biex tippermetti li tintlaħaq konklużjoni fir-rigward tal-effett possibbli ta’ dak is-sett ta’ ċirkostanzi jew ta’ dak l-avveniment fuq il-prezzijiet tal-kriptoassi. F’dak ir-rigward, fil-każ ta’ proċess li jdum li jkun maħsub biex jagħti lok għal ċirkostanzi partikolari jew avveniment partikolari jew jirriżulta f’tali ċirkostanzi jew f’tali avveniment, dawk iċ-ċirkostanzi futuri jew dak l-avveniment futur, u wkoll il-passi intermedji ta’ dak il-proċess li jkunu konnessi mal-fatt li jseħħu dawk iċ-ċirkostanzi futuri jew dak l-avveniment futur jew li jirriżultaw fihom, jistgħu jitqiesu li jkunu informazzjoni preċiża.

3.   Pass intermedju fi proċess li jdum għandu jitqies bħala informazzjoni privileġġjata jekk, fih u minnu nnifsu, jissodisfa l-kriterji ta’ informazzjoni privileġġjata kif imsemmija fil-paragrafu 2.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, informazzjoni li, kieku kellha ssir pubblika, x’aktarx ikollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-kriptoassi għandha tfisser informazzjoni li detentur raġonevoli ta’ kriptoassi x’aktarx li juża bħala parti mill-bażi tad-deċiżjonijiet ta’ investiment tad-detentur.

Artikolu 88

L-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġjata

1.   L-emittenti, l-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar għandhom jinformaw lill-pubbliku malajr kemm jista’ jkun dwar l-informazzjoni privileġġjata msemmija fl-Artikolu 87 li tikkonċernahom direttament, b’mod li jippermetti aċċess rapidu għall-informazzjoni kif ukoll valutazzjoni kompluta, korretta u fil-ħin tagħha mill-pubbliku. L-emittenti, l-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ma għandhomx jikkombinaw l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġjata lill-pubbliku mal-kummerċjalizzazzjoni tal-attivitajiet tagħhom. L-emittenti, l-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar għandhom iqiegħdu u jżommu fuq is-sit web tagħhom, għal perjodu ta’ tal-anqas ħames snin, l-informazzjoni privileġġjata kollha li huma jkollhom l-obbligu li jiżvelaw pubblikament.

2.   L-emittenti, l-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jistgħu, taħt ir-responsabbiltà proprja tagħhom, idewmu l-iżvelar lill-pubbliku ta’ informazzjoni privileġġjata msemmija fl-Artikolu 87 dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-iżvelar immedjat x’aktarx li jippreġudika l-interessi leġittimi tal-emittenti, tal-offerenti jew tal-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar;

(b)

dewmien fl-iżvelar mhux probabbli li jqarrqu bil-pubbliku;

(c)

l-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ikunu jistgħu jiżguraw il-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni.

3.   Meta emittent, offerent jew persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar ikunu dewmu l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġjata f’konformità mal-paragrafu 2, għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti li l-iżvelar tal-informazzjoni ddewmet u għandhom jipprovdu spjegazzjoni bil-miktub dwar kif ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, minnufih wara li l-informazzjoni tiġi żvelata lill-pubbliku. Alternattivament, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li rekord ta’ tali spjegazzjoni għandu jiġi pprovdut biss fuq talba tal-awtorità kompetenti.

4.   Sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina l-mezzi tekniċi għal:

(a)

żvelar pubbliku xieraq ta’ informazzjoni privileġġjata kif imsemmi fil-paragrafu 1; u

(b)

id-dewmien tal-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġjata kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 89

Il-projbizzjoni ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġjata

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-abbuż minn informazzjoni privileġġjata għandu jitqies li jkun seħħ meta persuna jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni privileġġjata u tuża dik l-informazzjoni billi takkwista jew tiddisponi minn, għan-nom proprju jew għan-nom ta’ parti terza, direttament jew indirettament, kriptoassi li dik l-informazzjoni tkun relatata magħhom. L-użu ta’ informazzjoni privileġġjata bil-kanċellazzjoni jew bl-emenda ta’ ordni li tikkonċerna kriptoassi li l-informazzjoni tkun relatata magħha meta l-ordni tkun saret qabel ma l-persuna kkonċernata kellha fil-pussess tagħha l-informazzjoni privileġġjata, għandu jitqies wkoll bħala abbuż minn informazzjoni privileġġjata. L-użu ta’ informazzjoni privileġġjata għandu jinkludi wkoll is-sottomissjoni, il-modifika jew l-irtirar ta’ offerta minn persuna għan-nom proprju jew għan-nom ta’ parti terza.

2.   L-ebda persuna ma għandha tinvolvi ruħha jew tipprova tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew tuża informazzjoni privileġġjata dwar il-kriptoassi biex takkwista dawk il-kriptoassi, jew tiddisponi minnhom, direttament jew indirettament, kemm jekk għan-nom proprju kif ukoll għan-nom ta’ parti terza. L-ebda persuna ma għandha tirrakkomanda li persuna oħra tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew tinċentiva lil persuna oħra tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġjata.

3.   L-ebda persuna li jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni privileġġjata dwar il-kriptoassi ma għandha, abbażi ta’ dik l-informazzjoni privileġġjata, tirrakkomanda jew tinċentiva persuna oħra:

(a)

biex takkwista jew tiddisponi minn dawk il-kriptoassi; jew

(b)

biex tikkanċella jew temenda ordni li tikkonċerna dawk il-kriptoassi.

4.   L-użu ta’ rakkomandazzjoni jew inċentiv kif imsemmi fil-paragrafu 3 jammonta għal abbuż minn informazzjoni privileġġjata skont it-tifsira ta’ dan l-Artikolu meta l-persuna li tuża dik ir-rakkomandazzjoni jew dak l-inċentiv tkun taf jew imissha taf li huma bbażati fuq informazzjoni privileġġjata.

5.   Dan l-Artikolu japplika għal kwalunkwe persuna li jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni privileġġjata peress li:

(a)

tkun membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-emittent, tal-offerent, jew tal-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar;

(b)

ikollha sehem fil-kapital tal-emittent, tal-offerent, jew tal-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar;

(c)

ikollha aċċess għall-informazzjoni permezz tal-eżerċizzju ta’ impjieg, professjoni jew dmirijiet jew b’rabta mar-rwol tagħha fit-teknoloġija ta’ reġistru distribwit jew teknoloġija simili; jew

(d)

tkun involuta f’attivitajiet kriminali.

Dan l-Artikolu japplika wkoll għal kwalunkwe persuna li jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni privileġġjata taħt ċirkostanzi differenti minn dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu meta dik il-persuna tkun taf, jew imissha taf, li dik hija informazzjoni privileġġjata.

6.   Meta l-persuna kif imsemmi fil-paragrafu 1 tkun persuna ġuridika, dan l-Artikolu għandu japplika, f’konformità mal-liġi nazzjonali għall-persuni fiżiċi li jipparteċipaw fid-deċiżjoni li jitwettqu l-akkwiżizzjoni, il-kanċellazzjoni jew l-emenda ta’ ordni għan-nom tal-persuna ġuridika kkonċernata.

Artikolu 90

Il-projbizzjoni ta’ żvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġjata

1.   L-ebda persuna li jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni privileġġjata ma għandha b’mod illegali tiżvela dik l-informazzjoni privileġġjata lil kwalunkwe persuna oħra, ħlief meta tali żvelar isir fl-eżerċizzju normali ta’ impjieg, professjoni jew dmirijiet.

2.   L-iżvelar sussegwenti ta’ rakkomandazzjonijiet jew inċentivi msemmija fl-Artikolu 89(4) jammonta għal żvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġjata meta l-persuna li tiżvela r-rakkomandazzjoni jew l-inċentiv tkun taf jew imissha taf li huma bbażati fuq informazzjoni privileġġjata.

Artikolu 91

Il-projbizzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq

1.   L-ebda persuna ma għandha tinvolvi ruħha jew tipprova tinvolvi ruħha f’manipulazzjoni tas-suq.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-manipulazzjoni tas-suq għandha tinkludi kwalunkwe attività minn dawn li ġejjin:

(a)

dment li ma tkunx twettqet għal raġunijiet leġittimi, id-dħul fi tranżazzjoni, it-tqegħid ta’ ordni għan-negozjar jew l-involviment fi kwalunkwe mġiba oħra li:

(i)

tagħti, jew li x’aktarx tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa rigward il-provvista ta’ kriptoassi, id-domanda għalih jew il-prezz tiegħu;

(ii)

tiżgura, jew x’aktarx li tiżgura, il-prezz ta’ kriptoassi wieħed jew aktar f’livell anormali jew artifiċjali;

(b)

id-dħul fi tranżazzjoni, it-tqegħid ta’ ordni għan-negozjar jew kwalunkwe attività jew imġiba oħra li taffettwa jew li x’aktarx taffettwa l-prezz ta’ kriptoassi wieħed jew aktar, filwaqt li jkun qed jintuża tagħmir fittizju jew kwalunkwe forma oħra ta’ qerq jew strataġemma;

(c)

it-tixrid ta’ informazzjoni permezz tal-media, inkluż bl-Internet, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, li tagħti, jew li x’aktarx tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa fir-rigward tal-provvista ta’ kriptoassi wieħed jew aktar, kif ukoll fir-rigward tad-domanda għalihom jew tal-prezz tagħhom, jew li tiżgura jew x’aktarx li tiżgura, il-prezz ta’ kriptoassi wieħed jew aktar, f’livell anormali jew artifiċjali, inkluż it-tixrid ta’ għajdut, meta l-persuna li tkun involviet ruħha fit-tixrid tal-informazzjoni kienet taf, jew imissha kienet taf, li l-informazzjoni kienet falza jew qarrieqa.

3.   L-imġiba li ġejja għandha, fost l-oħrajn, titqies bħala manipulazzjoni tas-suq:

(a)

l-iżgurar ta’ pożizzjoni dominanti fuq il-provvista ta’ kriptoassi, jew fuq id-domanda għalih, li jkollu, jew li x’aktarx ikollu, l-effett li jiffissa, direttament jew indirettament, il-prezzijiet ta’ xiri jew ta’ bejgħ jew joħloq, jew x’aktarx li joħloq, kundizzjonijiet inġusti oħra ta’ negozjar;

(b)

it-tqegħid ta’ ordnijiet lil pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi, inkluż kwalunkwe kanċellazzjoni jew modifika tagħhom, bi kwalunkwe mezz ta’ negozjar disponibbli, li jkollu wieħed mill-effetti msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), billi:

(i)

ifixkel jew iddewwem il-funzjonament tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jew l-involviment fi kwalunkwe attività li x’aktarx ikollha dak l-effett;

(ii)

jagħmilha aktar diffiċli għal persuni oħra biex jidentifikaw ordnijiet ġenwini fuq il-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jew biex jinvolvu ruħhom fi kwalunkwe attività li x’aktarx ikollha dak l-effett, inkluż billi jiddaħħlu ordnijiet li jirriżultaw fid-destabbilizzazzjoni tal-funzjonament normali tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi;

(iii)

joħloq sinjal falz jew qarrieqi dwar il-provvista ta’ kriptoassi, jew id-domanda għalihom, jew il-prezz tagħhom, b’mod partikolari billi jiddaħħlu ordnijiet biex jingħata bidu għal xejra jew biex xejra tiġi aggravata, jew billi titwettaq kwalunkwe attività li x’aktarx ikollha dak l-effett;

(c)

li jittieħed vantaġġ minn aċċess okkażjonali jew regolari għall-media tradizzjonali jew elettronika billi tiġi espressa opinjoni dwar kriptoassi, filwaqt li preċedentement ikunu ttieħdu pożizzjonijiet dwar dak il-kriptoassi, u sussegwentement isir gwadann mill-impatt tal-opinjonijiet espressi dwar il-prezz ta’ dak il-kriptoassi, mingħajr ma fl-istess ħin ma jkun ġie żvelat dak il-kunflitt ta’ interess lill-pubbliku b’mod xieraq u effettiv.

Artikolu 92

Il-prevenzjoni u l-individwazzjoni ta’ abbuż tas-suq

1.   Kwalunkwe persuna li professjonalment tirranġa jew teżegwixxi tranżazzjonijiet fil-kriptoassi għandu jkollha fis-seħħ arranġamenti, sistemi u proċeduri effettivi biex tipprevjeni u tindividwa l-abbuż tas-suq. Dik il-persuna għandha tkun soġġetta għar-regoli ta’ notifika tal-Istat Membru fejn tkun irreġistrata jew fejn ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha jew, fil-każ ta’ fergħa, l-Istat Membru fejn tkun tinsab il-fergħa, u għandha mingħajr dewmien tirrapporta lill-awtorita’ kompetenti ta’ dak l-Istat Membru kwalunkwe suspett raġonevoli rigward ordni jew tranżazzjoni, inkluża kwalunkwe kanċellazzjoni jew modifika tagħhom, u aspetti oħra tal-funzjonament tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit bħall-mekkaniżmu ta’ kunsens, fejn jistgħu jeżistu ċirkostanzi li jindikaw li jkun twettaq, qed jitwettaq jew x’aktarx li jitwettaq abbuż tas-suq.

L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu rapport ta’ ordnijiet jew tranżazzjonijiet suspettużi għandhom jittrażmettu tali informazzjoni minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-pjattaformi ta’ negozjar ikkonċernati.

2.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment:

(a)

arranġamenti, sistemi u proċeduri xierqa biex il-persuni jikkonformaw mal-paragrafu 1;

(b)

il-mudell li l-persuni għandhom jużaw biex jikkonformaw mal-paragrafu 1;

(c)

għal sitwazzjonijiet ta’ abbuż tas-suq transfruntier, proċeduri ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għall-individwazzjoni u s-sanzjonar tal-abbuż tas-suq.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Diċembru 2024.

3.   Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-prattiki superviżorji taħt dan l-Artikolu, l-ESMA għandha sat-30 ta’ Ġunju 2025 toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 dwar il-prattiki superviżorji fost l-awtoritajiet kompetenti biex tipprevjeni u tindividwa l-abbuż tas-suq, jekk ma jkunux diġà koperti mill-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 2.

TITOLU VII

L-AWTORITAJIET KOMPETENTI, L-EBA U L-ESMA

KAPITOLU 1

Is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-EBA u l-ESMA

Artikolu 93

L-awtoritajiet kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet previsti f’dan ir-Regolament L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-EBA u lill-ESMA dwar dawk l-awtoritajiet kompetenti.

2.   Meta l-Istati Membri jiddeżinjaw aktar minn awtorità kompetenti waħda skont il-paragrafu 1, huma għandhom jiddeterminaw il-kompiti rispettivi tagħhom u jiddeżinjaw awtorità kompetenti waħda bħala l-punt uniku ta’ kuntatt għall-kooperazzjoni amministrattiva transfruntiera bejn l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll mal-EBA u mal-ESMA. L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw punt uniku ta’ kuntatt differenti għal kull wieħed minn dawk it-tipi ta’ kooperazzjoni amministrattiva.

3.   L-ESMA għandha tippubblika lista tal-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 fuq is-sit web tagħha.

Artikolu 94

Is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Sabiex jaqdu dmirijiethom skont it-Titoli II sa VI ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, tal-anqas is-setgħat superviżorji u investigattivi li ġejjin:

(a)

li jirrikjedu li kwalunkwe persuna tipprovdi informazzjoni u dokumenti li l-awtoritajiet kompetenti jqisu li jistgħu jkunu rilevanti għat-twettiq ta’ dmirijiethom;

(b)

li jissospendu, jew jirrikjedu li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jissospendi, l-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi għal massimu ta’ 30 jum tax-xogħol konsekuttivi f’kull okkażjoni meta jkun hemm motivi raġonevoli ta’ suspett ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament;

(c)

li jipprojbixxu l-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi meta jsibu li jkun inkiser dan ir-Regolament;

(d)

li jiżvelaw, jew li jirrikjedu li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jiżvela, kull informazzjoni materjali li jista’ ikollha effett fuq il-provvista tas-servizzi tal-kriptoassi kkonċernati, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi tal-klijenti, b’mod partikolari d-detenturi fil-livell tal-konsumatur, jew il-ħidma bla ostakoli tas-suq;

(e)

li jippubblikaw il-fatt li fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun naqasmilli jwettaq l-obbligi tiegħu;

(f)

li jissospendu, jew li jirrikjedu li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jissospendi, il-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi meta l-awtoritajiet kompetenti jqisu li s-sitwazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tkun tali li l-forniment tas-servizz tal-kriptoassi jkun ta’ detriment għall-interessi tal-klijenti, b’mod partikolari d-detenturi fil-livell tal-konsumatur;

(g)

li jirrikjedu t-trasferiment ta’ kuntratti eżistenti lil fornitur ieħor ta’ servizzi tal-kriptoassi meta l-awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tiġi rtirata f’konformità mal-Artikolu 64, soġġett għall-qbil tal-klijenti u tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li lilu jkunu se jiġu ttrasferiti l-kuntratti;

(h)

meta jkun hemm raġuni biex jassumu li persuna tkun qed tipprovdi servizzi tal-kriptoassi mingħajr awtorizzazzjoni, li jitolbu t-twaqqif immedjat tal-attività mingħajr avviż minn qabel jew l-impożizzjoni ta’ skadenza;

(i)

li jirrikjedu li l-offerenti, il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi, jew l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi jemendaw il-white paper tagħhom dwar il-kriptoassi jew jimmodifikawha ulterjorment, meta jsibu li l-white paper dwar il-kriptoassi jew il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata ma jkunx fiha l-informazzjoni li jirrikjedu l-Artikolu 6, 19 jew 51;

(j)

li jirrikjedu li l-offerenti, il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi, jew emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, biex jemendaw il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom, meta jsibu li l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7, 29 jew 53 ta’ dan ir-Regolament;

(k)

li jirrikjedu li l-offerenti, il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi, jew emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, jinkludu informazzjoni addizzjonali fil-white papers tagħhom dwar il-kriptoassi, meta din tkun meħtieġa għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-protezzjoni tal-interessi tad-detenturi ta’ kriptoassi, b’mod partikolari d-detenturi fil-livell tal-konsumatur;

(l)

li jissospendu offerta lill-pubbliku jew ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għal massimu ta’ 30 jum tax-xogħol konsekuttivi f’kull okkażjoni meta jkun hemm motivi raġonevoli ta’ suspett ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament;

(m)

li jipprojbixxu offerta lill-pubbliku jew ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi meta jsibu li nkiser dan ir-Regolament jew meta jkun hemm motivi raġonevoli sabiex jissuspettaw li jkun se jinkiser;

(n)

li jissospendu, jew jirrikjedu li fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jopera pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jissospendi, in-negozjar tal-kriptoassi għal massimu ta’ 30 jum tax-xogħol konsekuttivi f’kull okkażjoni meta jkun hemm motivi raġonevoli ta’ suspett ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament;

(o)

li jipprojbixxu n-negozjar ta’ kriptoassi fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi meta jsibu li jkun inkiser dan ir-Regolament jew meta jkun hemm motivi raġonevoli sabiex jissuspettaw li jkun se jinkiser;

(p)

li jissospendu jew jipprojbixxu komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni meta jkun hemm motivi raġonevoli ta’ suspett ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament;

(q)

li jirrikjedu li l-offerenti, il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi, l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi jew il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rilevanti jwaqqfu jew jissospendu komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għal massimu ta’ 30 jum tax-xogħol konsekuttivi f’kull okkażjoni meta jkun hemm motivi raġonevoli ta’ suspett ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament;

(r)

li jippubblikaw il-fatt li offerent, persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi jew emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jkunu naqsu milli jwettqu l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament;

(s)

li jiżvelaw, jew li jirrikjedu li l-offerent, il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi jew l-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew ta’ token tal-flus elettroniċi, jiżvelaw l-informazzjoni materjali kollha li jista’ jkollha effett fuq il-valutazzjoni tal-kriptoassi offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi tad-detenturi ta’ kriptoassi, b’mod partikolari d-detenturi fil-livell tal-konsumatur, jew il-ħidma bla ostakoli tas-suq;

(t)

li jissospendu, jew jirrikjedu li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jopera pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi, jissospendi l-kriptoassi min-negozjar meta jqisu li s-sitwazzjoni tal-offerent, tal-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi jew tal-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi tkun tali li n-negozjar ikun ta’ detriment għall-interessi tad-detenturi ta’ kriptoassi, b’mod partikolari d-detenturi ta’ kriptoassi fil-livell tal-konsumatur;

(u)

meta jkun hemm raġuni biex jassumu li persuna tkun qed toħroġ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi mingħajr awtorizzazzjoni jew persuna tkun qed toffri jew tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi mingħajr white paper dwar il-kriptoassi nnotifikata f’konformità mal-Artikolu 8, li jordnaw il-waqfien immedjat tal-attività mingħajr twissija minn qabel jew l-impożizzjoni ta’ skadenza;

(v)

li jieħdu kwalunkwe tip ta’ miżura biex jiżguraw li offerent jew persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi, emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament inkluż li jirrikjedu l-waqfien ta’ kwalunkwe prattika jew imġiba li l-awtoritajiet kompetenti jqisu li tmur kontra dan ir-Regolament;

(w)

li jwettqu spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post f’siti għajr dawk tar-residenzi privati ta’ persuni fiżiċi, u għal dak il-għan li jidħlu fil-proprjetà sabiex jaċċessaw dokumenti u data oħra fi kwalunkwe forma;

(x)

li jesternalizzaw verifiki jew investigazzjonijiet lill-awdituri jew l-esperti;

(y)

li jirrikjedu t-tneħħija ta’ persuna fiżika mill-korp maniġerjali ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(z)

li jitolbu lil kwalunkwe persuna tieħu passi biex tnaqqas id-daqs tal-pożizzjoni tagħha jew tal-esponiment tagħha għall-kriptoassi;

(aa)

meta ma hemmx disponibbli mezzi effettivi oħra li jagħtu lok għall-waqfien tal-ksur ta’ dan ir-Regolament u sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ ħsara serja għall-interessi tal-klijenti jew tad-detenturi ta’ kriptoassi li jieħdu l-miżuri kollha neċessarji, inkluż billi parti terza jew awtorità pubblika tintalab timplimenta tali miżuri, biex:

(i)

ineħħu l-kontenut jew jirrestrinġu l-aċċess għal interfaċċa online jew jordnaw il-wiri espliċitu ta’ twissija għall-klijenti u għad-detenturi ta’ kriptoassi meta jaċċessaw interfaċċa online;

(ii)

jordnaw lil fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ineħħi, jiddiżattiva jew jirrestrinġi l-aċċess għal interfaċċa online; jew

(iii)

jordnaw lir-reġistri jew lir-reġistraturi tad-dominji jħassru isem dominju kompletament ikkwalifikat u jagħtu permess lill-awtorità kompetenti kkonċernata tirreġistrah;

(ab)

li jirrikjedu lil emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi, f’konformità mal-Artikolu 23(4), 24(3) jew 58(3), jintroduċi ammont ta’ denominazzjoni minima jew jillimita l-ammont maħruġ.

2.   Is-setgħat superviżorji u investigattivi eżerċitati fir-rigward tal-offerenti, tal-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar, tal-emittenti u tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija lill-istess awtoritajiet superviżorji jew awtoritajiet superviżorji oħrajn fir-rigward ta’ dawk l-entitajiet, inklużi s-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2009/110/KE u s-setgħat superviżorji prudenzjali mogħtija lill-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

3.   Sabiex jaqdu dmirijiethom skont it-Titolu VI, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, tal-anqas is-setgħat superviżorji u investigattivi li ġejjin minbarra s-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1:

(a)

li jaċċessaw kwalunkwe dokument jew data fi kwalunkwe forma, jew li jirċievu jew li jagħmlu kopja tagħhom;

(b)

li jirrikjedu jew jeżiġu informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna, inklużi dawk li jkunu involuti suċċessivament fit-trażmissjoni ta’ ordnijiet jew fit-twettiq tal-operazzjonijiet ikkonċernati, kif ukoll il-prinċipali tagħhom, u, jekk meħtieġ, li jsejħu u jinterrogaw lil kwalunkwe persuna tali bl-għan li jiksbu informazzjoni;

(c)

li jidħlu fil-bini ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi sabiex jissekwestraw dokumenti u data fi kwalunkwe forma meta jkun jeżisti suspett raġonevoli li dokumenti u data relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni jew tal-investigazzjoni jistgħu jkunu rilevanti bħala prova ta’ każ ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew ta’ manipulazzjoni tas-suq;

(d)

li jirreferu kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali;

(e)

li jirrikjedu, sa fejn ikun permess mil-liġi nazzjonali, rekords eżistenti tat-traffiku tad-data miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjoni, meta jkun jeżisti suspett raġonevoli ta’ ksur u meta tali rekords jistgħu jkunu rilevanti għall-investigazzjoni ta’ ksur tal-Artikoli 88 sa 91;

(f)

li jitolbu l-iffriżar jew is-sekwestru tal-assi, jew it-tnejn li huma;

(g)

li jimponu projbizzjoni temporanja fuq l-eżerċizzju tal-attività professjonali;

(h)

li jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li l-pubbliku jkun informat b’mod korrett, fost l-oħrajn, billi jikkoreġu informazzjoni żvelata li tkun falza jew qarrieqa, inkluż billi jirrikjedu li offerent, persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew emittent jew persuna oħra li tkun ippubblikat jew xerrdet informazzjoni falza jew qarrieqa jippubblikaw dikjarazzjoni korrettiva.

4.   Meta meħtieġ skont il-liġi nazzjonali, l-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-qorti rilevanti biex tiddeċiedi dwar l-użu tas-setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 fi kwalunkwe mod minn dawn li ġejjin:

(a)

direttament;

(b)

f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn, inklużi awtoritajiet kompetenti għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(c)

taħt ir-responsabbiltà tagħhom, b’delega lill-awtoritajiet imsemmija fil-punt (b);

(d)

b’applikazzjoni lill-qrati kompetenti.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti miżuri xierqa biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigattivi li jkunu neċessarji biex iwettqu dmirijiethom.

7.   Persuna li tagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-awtorità kompetenti f’konformità ma’ dan ir-Regolament ma għandhiex titqies li tikser xi restrizzjoni fuq l-iżvelar ta’ informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva, u ma għandha tkun soġġetta għall-ebda tip ta’ responsabbiltà relatata ma’ tali notifika.

Artikolu 95

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassistu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn, kif ukoll lill-ESMA u lill-EBA. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed u jikkooperaw fl-attivitajiet ta’ investigazzjoni, superviżjoni u infurzar.

Meta l-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 111(1), it-tieni subparagrafu, ikunu stabbilixxu penali kriminali għall-ksur ta’ dan ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 111(1), l-ewwel subparagrafu, huma għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jikkomunikaw mal-awtoritajiet ġudizzjarji, tal-prosekuzzjoni jew tal-ġustizzja kriminali fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom sabiex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet jew ma’ proċedimenti kriminali mibdija minħabba ksur ta’ dan ir-Regolament u biex jipprovdu l-istess informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti oħrajn kif ukoll lill-EBA u lill-ESMA, sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jikkooperaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi b’rabta ma’ talba għal informazzjoni jew talba biex tikkoopera ma’ investigazzjoni fil-każijiet li ġejjin biss:

(a)

il-komunikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti tista’ taffettwa b’mod negattiv is-sigurtà tal-Istat Membru indirizzat, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati serji oħrajn;

(b)

meta l-konformità mat-talba x’aktarx li taffettwa b’mod negattiv l-investigazzjoni, l-attivitajiet ta’ infurzar jew, meta applikabbli, investigazzjoni kriminali tagħha stess;

(c)

meta l-proċedimenti jkunu diġà nbdew fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi quddiem il-qrati tal-Istat Membru indirizzat;

(d)

meta diġà tkun inqatgħet sentenza finali fir-rigward tal-istess azzjoni u kontra l-istess persuna fiżika jew ġuridika fl-Istat Membru indirizzat.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba, jipprovdu mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

4.   Awtorità kompetenti tista’ titlob assistenza mingħand l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward ta’ spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post.

Awtorità kompetenti rikjedenti għandha tinforma lill-EBA u lill-ESMA bi kwalunkwe talba li tkun saret skont l-ewwel subparagrafu. Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post, hija tista’:

(a)

twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hi stess;

(b)

tagħti permess lill-awtorità kompetenti li tkun bagħtet it-talba tipparteċipa fi spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post;

(c)

tagħti permess lill-awtorità kompetenti li tkun bagħtet it-talba twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hija stess;

(d)

tikkondividi kompiti speċifiċi relatati ma’ attivitajiet superviżorji mal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn.

5.   Fil-każ ta’ spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post imsemmija fil-paragrafu 4, l-ESMA għandha tikkoordina l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni, meta tintalab tagħmel dan minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti.

Meta l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post imsemmija fil-paragrafu 4 tikkonċerna emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew tikkonċerna servizzi tal-kriptoassi relatati ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, l-EBA għandha, meta tintalab tagħmel dan minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti, tikkoordina l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni.

6.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġbdu l-attenzjoni tal-ESMA dwar il-kwistjoni f’sitwazzjonijiet meta talba għall-kooperazzjoni, b’mod partikolari għall-iskambju ta’ informazzjoni, tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni fuqha fi żmien raġonevoli.L-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandu japplika f’tali sitwazzjonijiet mutatis mutandis.

7.   B’deroga mill-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġbdu l-attenzjoni -tal-EBA dwar il-kwistjoni f’sitwazzjonijiet meta talba għall-kooperazzjoni, b’mod partikolari għal informazzjoni, li tikkonċerna emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew li tikkonċerna servizzi tal-kriptoassi relatati ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni fuqha fi żmien raġonevoli. L-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għandu japplika f’tali sitwazzjonijiet mutatis mutandis.

8.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw mill-qrib is-superviżjoni tagħhom biex jidentifikaw u jirrimedjaw ksur ta’ dan ir-Regolament, jiżviluppaw u jippromwovu l-aħjar prattiki, jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni, irawmu l-konsistenza fl-interpretazzjoni, u jipprovdu valutazzjonijiet transġuriżdizzjonali f’każ ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ qbil.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-EBA u l-ESMA għandhom iwettqu rwol ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u fost il-kulleġġi superviżorji kif imsemmi fl-Artikolu 119 bl-għan li jiżviluppaw kultura superviżorja komuni u prattiki superviżorji konsistenti u jiżguraw proċeduri uniformi u approċċi konsistenti.

9.   Meta awtorità kompetenti ssib li kwalunkwe rekwiżit mir-rekwiżiti skont dan ir-Regolament ma jkunx intlaħaq jew għandha raġun taħseb li tali huwa l-każ, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-entità jew tal-entitajiet issuspettati b’tali ksur bis-sejbiet tagħha b’mod dettaljat biżżejjed.

10.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

11.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 96

Kooperazzjoni mal-EBA u mal-ESMA

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-ESMA f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u mal-EBA f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Għandhom jiskambjaw l-informazzjoni sabiex iwettqu dmirijiethom skont dan il-Kapitolu u l-Kapitoli 2 u 3 ta’ dan it-Titolu.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-EBA u lill-ESMA l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex iwettqu dmirijiethom, f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

3.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-EBA u l-ESMA.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 97

Promozzjoni tal-konverġenza dwar il-klassifikazzjoni tal-kriptoassi

1.   Sat-30 ta’ Diċembru 2024, l-ASE għandhom joħorġu b’mod konġunt linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex jispeċifikaw il-kontenut u l-forma tal-ispjegazzjoni li takkumpanja l-white paper dwar il-kriptoassi msemmija fl-Artikolu 8(4) u tal-opinjonijiet legali dwar il-kwalifika ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi msemmija fl-Artikolu 17(1), il-punt (b)(ii), u l-Artikolu 18(2), il-punt (e). Il-linji gwida għandhom jinkludu mudell għall-ispjegazzjoni u għall-opinjoni u test standardizzat għall-klassifikazzjoni tal-kriptoassi.

2.   L-ASE għandhom, f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, rispettivament, jippromwovu diskussjoni fost l-awtoritajiet kompetenti dwar il-klassifikazzjoni tal-kriptoassi inkluż dwar il-klassifikazzjoni ta’ dawk il-kriptoassi li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2(3). L-ASE għandhom jidentifikaw ukoll is-sorsi ta’ diverġenzi potenzjali fl-approċċi tal-awtoritajiet kompetenti rigward il-klassifikazzjoni ta’ dawk il-kriptoassi u għandhom, sa fejn possibbli, jippromwovu approċċ komuni għalihom.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari jew ospitanti jistgħu jitolbu lill-ESMA, lill-EIOPA jew lill-EBA, kif xieraq, għal opinjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-kriptoassi, inklużi dawk li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2(3). L-ESMA, l-EIOPA jew l-EBA, kif applikabbli, għandhom jipprovdu tali opinjoni f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, kif applikabbli, u l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievu t-talba mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

4.   L-ASE għandhom ifasslu b’mod konġunt rapport annwali bbażat fuq l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 109 u dwar ir-riżultati tal-ħidma tagħhom imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, ta’ dan l-Artikolu, li jidentifika d-diffikultajiet fil-klassifikazzjoni tal-kriptoassi u d-diverġenzi fl-approċċi tal-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 98

Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra

Meta offerent, persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jinvolvu ruħhom f’attivitajiet għajr dawk koperti minn dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni jew għas-sorveljanza ta’ tali attivitajiet oħrajn skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, inklużi l-awtoritajiet tat-taxxa u awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi.

Artikolu 99

Id-dmir ta’ notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw dan it-Titolu, inkluża kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tal-liġi kriminali, lill-Kummissjoni, lill-EBA u lill-ESMA sat-30 ta’ Ġunju 2025. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-EBA u lill-ESMA mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

Artikolu 100

Segretezza professjonali

1.   L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament li tikkonċerna il-kundizzjonijiet tan-negozju jew dawk operazzjonali u kwistjonijiet oħra ekonomiċi jew personali għandha titqies kunfidenzjali u għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali, ħlief meta l-awtorità kompetenti tiddikjara fil-ħin tal-komunikazzjoni li tali informazzjoni tista’ tiġi żvelata jew li tali żvelar huwa meħtieġ għall-proċedimenti legali jew għal każijiet koperti bil-liġi nazzjonali tat-taxxa jew dik kriminali.

2.   L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha li jaħdmu jew ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti. L-informazzjoni koperta bis-segretezza professjonali ma tistax tiġi żvelata lil xi persuna fiżika jew persuna ġuridika jew awtorità oħra ħlief bis-saħħa ta’ tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni jew nazzjonali.

Artikolu 101

Protezzjoni tad-data

Fir-rigward il-proċessar ta’ data personali fi ħdan il-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

Il-proċessar ta’ data personali mill-EBA u mill-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandu jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 102

Miżuri kawtelatorji

1.   Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jkollha raġunijiet ċari u dimostrabbli biex tissuspetta li hemm irregolaritajiet fl-attivitajiet ta’ offerent jew persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar fil-kriptoassi, emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi, jew fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u lill-ESMA dwar dan.

Meta l-irregolaritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu jikkonċernaw emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew ta’ token tal-flus elettroniċi, jew servizz tal-kriptoassi relatat ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tinnotifika ukoll lill-EBA.

2.   Meta, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, l-irregolaritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jippersistu, u jammontaw għal ksur ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, lill-ESMA u, meta xieraq, lill-EBA, għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tipproteġi lill-klijenti ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u lid-detenturi ta’ kriptoassi, b’mod partikolari lid-detenturi fil-livell tal-konsumatur. Tali miżuri jinkludu li l-offerent, il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, l-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ma jitħallewx iwettqu aktar attivitajiet fl-Istat Membru ospitanti. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ESMA u, meta xieraq, lill-EBA dwar dan, mingħajr dewmien żejjed. L-ESMA, u, meta tkun involuta, l-EBA, għandhom jinformaw lill-Kummissjoni skont dan mingħajr dewmien żejjed.

3.   Meta awtorità kompetenti ta’ Stat Membru domiċiljari ma taqbilx ma’ ebda waħda mill-miżuri li tkun ittieħdet minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, hija tista’ tiġbed l-attenzjoni tal-ESMA dwar il-kwistjoni. L-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għandu japplika f’tali sitwazzjonijiet mutatis mutandis.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jikkonċernaw emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi, jew servizz tal-kriptoassi relatat ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’ tiġbed l-attenzjoni tal-EBA dwar il-kwistjoni. L-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandu japplika f’tali sitwazzjonijiet mutatis mutandis.

Artikolu 103

Setgħat ta’ intervent temporanju tal-ESMA

1.   F’konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA tista’, meta l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu jiġu ssodisfati, temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi:

(a)

il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi jew kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew

(b)

tip ta’ attività jew prattika relatata mal-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi.

Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċerti ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-ESMA.

2.   L-ESMA għandha tieħu miżura skont il-paragrafu 1 biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni proposta tindirizza tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq fil-kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha fl-Unjoni jew ta’ parti minnha;

(b)

ir-rekwiżiti regolatorji skont il-liġi tal-Unjoni li huma applikabbli għall-kriptoassi u għas-servizzi tal-kriptoassi rilevanti ma jindirizzawx it-theddida in kwistjoni;

(c)

awtorità kompetenti rilevanti ma tkunx ħadet azzjoni biex tindirizza t-theddida in kwistjoni jew l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu ma jindirizzawx dik it-theddida b’mod adegwat.

3.   Meta tieħu miżura skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżgura li l-miżura:

(a)

ma jkollhiex effett detrimentali fuq l-effiċjenza tas-swieq fil-kriptoassi jew fuq id-detenturi ta’ kriptoassi jew il-klijenti li jirċievu servizzi tal-kriptoassi li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-miżura; u

(b)

ma toħloqx riskju ta’ arbitraġġ regolatorju.

Meta awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont l-Artikolu 105, l-ESMA tista’ tieħu kwalunkwe miżura minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mingħajr ma toħroġ opinjoni prevista skont l-Artikolu 106(2).

4.   Qabel ma tiddeċiedi li tieħu miżura skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar il-miżura li biħsiebha tieħu.

5.   L-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha notifika ta’ deċiżjoni biex tittieħed miżura skont il-paragrafu 1. Dik in-notifika għandha tispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni imposta u tispeċifika żmien wara l-pubblikazzjoni tan-notifika minn meta se jidħlu fis-seħħ il-miżuri. Projbizzjoni jew restrizzjoni għandha tapplika biss għal attivitajiet wara li l-miżura tkun daħlet fis-seħħ.

6.   L-ESMA għandha tirrieżamina projbizzjoni jew restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 f’intervalli xierqa, u tal-anqas kull sitt xhur. Wara li tal-anqas tiġġedded darbtejn wara xulxin u abbażi ta’ analiżi xierqa li tivvaluta l-impatt fuq il-konsumaturi, l-ESMA tista’ tiddeċiedi dwar it-tiġdid annwali tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni.

7.   Il-miżuri meħuda mill-ESMA skont dan l-Artikolu għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe miżura preċedenti meħuda mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar l-istess kwistjoni.

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 139 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji u l-fatturi li għandhom jitqiesu mill-ESMA biex tiddetermina jekk hemmx tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq fil-kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew ta’ parti minnha għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 104

Setgħat ta’ intervent temporanju tal-EBA

1.   F’konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA tista’, meta l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu jiġu ssodisfati, temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi:

(a)

il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi jew tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew

(b)

tip ta’ attività jew prattika relatata ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi.

Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċerti ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-EBA.

2.   Il-EBA għandha tieħu miżura skont il-paragrafu 1 biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni proposta tindirizza tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq fil-kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha fl-Unjoni jew ta’ parti minnha;

(b)

ir-rekwiżiti regolatorji skont il-liġi tal-Unjoni li huma applikabbli għat-tokens irreferenzjati ma’ assi rilevanti, għat-tokens tal-flus elettroniċi rilevanti jew għas-servizzi tal-kriptoassi relatati magħhom ma jindirizzawx it-theddida in kwistjoni;

(c)

awtorità kompetenti rilevanti ma tkunx ħadet azzjoni biex tindirizza t-theddida inkwistjoni jew l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu ma jindirizzawx dik it-theddida b’mod adegwat.

3.   Meta tieħu miżura skont il-paragrafu 1, l-EBA għandha tiżgura li l-miżura:

(a)

ma jkollhiex effett detrimentali fuq l-effiċjenza tas-swieq fil-kriptoassi jew fuq id-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi jew klijenti li jirċievu servizzi ta’ kriptoassi li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-miżura; u

(b)

ma toħloqx riskju ta’ arbitraġġ regolatorju.

Meta awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont l-Artikolu 105, l-EBA tista’ tieħu kwalunkwe miżura minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mingħajr ma toħroġ opinjoni skont l-Artikolu 106(2).

4.   Qabel ma tiddeċiedi li tieħu miżura skont il-paragrafu 1, l-EBA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar il-miżura li biħsiebha tieħu.

5.   L-EBA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha notifika ta’ deċiżjoni biex tittieħed miżura skont il-paragrafu 1. Dik in-notifika għandha tispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni imposta u tispeċifika żmien wara l-pubblikazzjoni tan-notifika minn meta se jidħlu fis-seħħ il-miżuri. Projbizzjoni jew restrizzjoni għandha tapplika biss għall-attivitajiet wara li l-miżura tkun daħlet fis-seħħ.

6.   L-EBA għandha tirrieżamina projbizzjoni jew restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 f’intervalli xierqa, u tal-anqas kull sitt xhur. Wara li tal-anqas tiġġedded darbtejn wara xulxin u abbażi ta’ analiżi xierqa li tivvaluta l-impatt fuq il-konsumaturi, l-EBA tista’ tiddeċiedi dwar it-tiġdid annwali tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni.

7.   Il-miżuri meħuda mill-EBA skont dan l-Artikolu għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe miżura preċedenti meħuda mill-awtorità kompetenti rilevanti dwar l-istess kwistjoni.

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 139 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji u l-fatturi li għandhom jitqiesu mill-EBA biex tiddetermina jekk hemmx tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq fil-kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew ta’ parti minnha għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 105

Intervent fuq il-prodott mill-awtoritajiet kompetenti

1.   Awtorità kompetenti tista’ tipprojbixxi jew tirrestrinġi dawn li ġejjin fl-Istat Membru tagħha jew mill-Istat Membru tagħha:

(a)

il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti kriptoassi jew kriptoassi b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew

(b)

tip ta’ attività jew prattika relatata mal-kriptoassi.

2.   Awtorità kompetenti għandha tieħu miżura biss skont il-paragrafu 1 jekk tkun sodisfatta abbażi ta’ motivi raġonevoli li:

(a)

kriptoassi jagħti lok għal tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew ikun ta’ theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq fil-kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha, jew ta’ parti minnha, tal-anqas fi Stat Membru wieħed;

(b)

rekwiżiti regolatorji eżistenti skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-kriptoassi jew għas-servizz tal-kriptoassi kkonċernati ma jindirizzawx biżżejjed ir-riskji msemmija fil-punt (a) u l-kwistjoni ma tkunx indirizzata aħjar permezz ta’ superviżjoni jew infurzar imtejba ta’ rekwiżiti eżistenti;

(c)

il-miżura tkun proporzjonata, meta titqies in-natura tar-riskji identifikati, il-livell ta’ sofistikazzjoni tal-investituri jew tal-parteċipanti tas-suq ikkonċernati u l-effett probabbli tal-miżura fuq l-investituri u l-parteċipanti tas-suq li jista’ jżommu jew jużaw il-kriptoassi jew is-servizz tal-kriptoassi kkonċernati jew li jibbenefikaw minnhom;

(d)

l-awtorità kompetenti tkun ikkonsultat kif xieraq lill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħrajn li jistgħu jkunu affettwati b’mod sinifikanti mill-miżura; u

(e)

il-miżura ma għandhiex effett diskriminatorju fuq is-servizzi jew l-attivitajiet pprovduti minn Stat Membru ieħor.

Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jiġu ssodisfati, l-awtorità kompetenti tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma kriptoassi jkun ġie kkummerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti.

L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tapplika l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 biss f’ċerti ċirkostanzi jew li tagħmilha soġġetta għal eċċezzjonijiet.

3.   L-awtorità kompetenti ma għandhiex timponi projbizzjoni jew restrizzjoni skont dan l-Artikolu sakemm, sa mhux anqas minn xahar qabel ma l-miżura tkun maħsuba biex tidħol fis-seħħ, ma tkunx innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn kollha u lill-ESMA, jew lill-EBA, għal tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi, bil-miktub jew permezz ta’ mezz ieħor maqbul bejn l-awtoritajiet, bid-dettalji li ġejjin:

(a)

il-kriptoassi jew l-attività jew il-prattika li magħhom hija marbuta l-miżura proposta;

(b)

in-natura preċiża tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni proposta u meta huwa maħsub li tidħol fis-seħħ; u

(c)

l-evidenza li fuqha bbażat id-deċiżjoni tagħha u li permezz tagħha tkun sodisfatta li kull waħda mill-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, ġew issodisfati.

4.   F’każijiet eċċezzjonali meta l-awtorità kompetenti tqis li jkun neċessarju sabiex jiġu evitati effetti detrimentali li jirriżultaw mill-kriptoassi jew minn attività jew prattika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu miżura urġenti fuq bażi proviżorja b’notifika bil-miktub sa mhux anqas minn 24 siegħa qabel ma l-miżura tkun maħsuba biex tidħol fis-seħħ lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha u lill-ESMA, dment li l-kriterji kollha elenkati f’dan l-Artikolu jiġu ssodisfati u, barra minn hekk, li jiġi stabbilit b’mod ċar li perjodu ta’ notifika ta’ xahar ma jkunx jindirizza t-tħassib jew it-theddida speċifiċi b’mod adegwat. It-tul ta’ żmien tal-miżuri meħuda fuq bażi proviżorja ma għandux jaqbeż tliet xhur.

5.   L-awtorità kompetenti għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha notifika ta’ deċiżjoni biex timponi projbizzjoni jew restrizzjoni kif msemmi fil-paragrafu 1. Dik in-notifika għandha tispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni imposta u tispeċifika żmien wara l-pubblikazzjoni tan-notifika minn meta se jidħlu fis-seħħ il-miżuri u l-evidenza li fuqha l-awtorità kompetenti tkun ibbażat id-deċiżjoni tagħha, u tkun sodisfatta li kull waħda mill-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, ġiet issodisfata. Il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni għandha tapplika biss għal attivitajiet wara li l-miżuri jkunu daħlu fis-seħħ.

6.   L-awtorità kompetenti għandha tirrevoka projbizzjoni jew restrizzjoni jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2 ma jibqgħux japplikaw.

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 139 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji u l-fatturi li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti biex jiddeterminaw jekk hemmx tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq fil-kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-anqas fi Stat Membru wieħed skont il-finijiet tal-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a).

Artikolu 106

Koordinazzjoni mal-ESMA jew mal-EBA

1.   L-ESMA jew, għal tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi, l-EBA, għandha twettaq rwol ta’ faċilitazzjoni u ta’ koordinazzjoni fir-rigward tal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 105. L-ESMA jew, għal tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi, l-EBA, għandha tiżgura li l-miżuri meħuda minn awtorità kompetenti jkunu ġustifikati u proporzjonati u li jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti, meta xieraq.

2.   Wara li tirċievi notifika f’konformità mal-Artikolu 105(3) ta’ kwalunkwe miżura li għandha tittieħed skont dak l-Artikolu, l-ESMA jew, għal tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi, l-EBA, għandha toħroġ opinjoni dwar jekk il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni hijiex ġustifikata u proporzjonata. Jekk l-ESMA jew, għal tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi, l-EBA, tqis li t-teħid ta’ miżura minn awtoritajiet kompetenti oħrajn huwa neċessarju biex jiġi indirizzat ir-riskju, dan għandha tiddikjarah fl-opinjoni tagħha. L-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-ESMA jew, għal tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi, tal-EBA.

3.   Meta awtorità kompetenti tipproponi li tieħu, jew tieħu jew tirrifjuta li tieħu miżuri li jmorru kontra opinjoni maħruġa mill-ESMA jew mill-EBA skont il-paragrafu 2, hija għandha tippubblika immedjatament fuq is-sit web tagħha notifika li tispjega bis-sħiħ ir-raġunijiet relatati.

Artikolu 107

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, meta meħtieġ, għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ dawk l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi u l-infurzar ta’ obbligi skont dan ir-Regolament f’dawk il-pajjiżi terzi. Dawn l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jiżguraw mill-anqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.

Awtorità kompetenti għandha tinforma l-EBA, l-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra meta jkun biħsiebha tikkonkludi tali arranġament.

2.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ EBA, għandha, meta possibbli, tiffaċilita u tikkoordina l-iżvilupp ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi.

3.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxi dokument mudell għall-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 biex jintuża mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta possibbli.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ EBA, għandha tiffaċilita u tikkoordina wkoll, kull meta possibbli, l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi li tista’ tkun rilevanti għat-teħid ta’ miżuri skont il-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta’ sigriet professjonali li jkunu mill-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 100. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun maħsub biss għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.

Artikolu 108

Trattament tal-ilmenti mill-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri li jippermettu lill-klijenti u lil partijiet interessati oħra, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, iressqulhom ilmenti fir-rigward ta’ ksur allegat ta’ dan ir-Regolament minn offerenti, persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar, emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, jew minn fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi. L-ilmenti għandhom jiġu aċċettati bil-miktub, inkluż f’forma elettronika u f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li fih jiġi ppreżentat l-ilment jew f’lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.

2.   L-informazzjoni dwar il-proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun disponibbli fuq is-sit web ta’ kull awtorità kompetenti u kkomunikata lill-EBA u lill-ESMA. L-ESMA għandha tippubblika l-iperlinks għat-taqsimiet tas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti li huma relatati mal-proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti fir-reġistru tal-kriptoassi tagħha msemmi fl-Artikolu 109.

KAPITOLU 2

Reġistru tal-ESMA

Artikolu 109

Reġistru tal-white papers dwar il-kriptoassi, tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u ta’ tokens tal-flus elettroniċi, u tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi

1.   L-ESMA għandha tistabbilixxi reġistru ta’:

(a)

white papers dwar il-kriptoassi għal kriptoassigħajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi;

(b)

emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi;

(c)

emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi; u

(d)

fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi.

Ir-reġistru tal-ESMA għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha u għandu jiġi aġġornat regolarment. Sabiex jiġi ffaċilitat dan l-aġġornament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-ESMA kwalunkwe tibdil innotifikat lilhom fir-rigward tal-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi 2 sa 5.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA bid-data neċessarja għall-klassifikazzjoni tal-white papers dwar il-kriptoassi fir-reġistru, kif speċifikat skont il-paragrafu 8.

2.   Fir-rigward tal-white papers dwar il-kriptoassi għal kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, ir-reġistru għandu jkun fih il-white papers dwar il-kriptoassi u kwalunkwe white paper dwar il-kriptoassi modifikata. Kwalunkwe verżjoni skaduta tal-white papers dwar il-kriptoassi għandha tinżamm f’arkivju separat u tkun immarkata b’mod ċar bħala verżjoni skaduta.

3.   Fir-rigward tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, ir-reġistru għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, il-forma ġuridika u l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent;

(b)

l-isem kummerċjali, l-indirizz fiżiku, in-numru tat-telefown, l-indirizz tal-email u s-sit web tal-emittent;

(c)

il-white papers dwar il-kriptoassi u kwalunkwe white paper dwar il-kriptoassi modifikata, bil-verżjonijiet skaduti tal-white paper dwar il-kriptoassi miżmuma f’arkivju separat u mmarkati b’mod ċar bħala skaduti;

(d)

il-lista tal-Istati Membri ospitanti fejn l-emittent li japplika għandu intenzjoni li joffri token irreferenzjat ma’ assi lill-pubbliku jew għandu l-intenzjoni li jfittex ammissjoni għan-negozjar tat-tokens irreferenzjati ma’ assi;

(e)

id-data tal-bidu, jew jekk mhux disponibbli fil-ħin tan-notifika mill-awtorita’ kompetenti, id-data tal-bidu maħsuba, tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar;

(f)

kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut mill-emittent li ma huwiex kopert minn dan ir-Regolament, b’referenza għal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali applikabbli;

(g)

id-data tal-awtorizzazzjoni biex jiġi offrut lill-pubbliku jew biex ifittex l-ammissjoni għan-negozjar ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew ta’ awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu u, meta applikabbli, tal-irtirar ta’ kwalunkwe waħda mill-awtorizzazzjoni.

4.   Fir-rigward tal-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi, ir-reġistru għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, il-forma ġuridika u l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent;

(b)

l-isem kummerċjali, l-indirizz fiżiku, in-numru tat-telefown, l-indirizz elettroniku u s-sit web tal-emittent;

(c)

il-white papers dwar il-kriptoassi u kwalunkwe white paper modifikata dwar il-kriptoassi, bil-verżjonijiet skaduti tal-white paper dwar il-kriptoassi miżmuma f’arkivju separat u mmarkati b’mod ċar bħala skaduti;

(d)

id-data tal-bidu, jew jekk mhux disponibbli fil-ħin tan-notifika mill-awtorita’ kompetenti, id-data tal-bidu maħsuba, tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar;

(e)

kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut mill-emittent li ma huwiex kopert minn dan ir-Regolament, b’referenza għal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali applikabbli;

(f)

id-data tal-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu jew bħala istituzzjoni tal-flus elettroniċi u, meta applikabbli, tal-irtirar ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

5.   Fir-rigward ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, ir-reġistru għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, il-forma ġuridika u l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u meta applikabbli, tal-fergħat tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(b)

l-isem kummerċjali, l-indirizz fiżiku, in-numru tat-telefown, l-indirizz elettroniku u s-sit web tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u, meta applikabbli, tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi operata mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(c)

l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti li tat l-awtorizzazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tagħha;

(d)

il-lista ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-fornituri tas-servizz tal-kriptoassi;

(e)

il-lista tal-Istati Membri ospitanti fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu l-intenzjoni li jipprovdi servizzi ta’ kriptoassi;

(f)

id-data tal-bidu, jew jekk mhux disponibbli fil-ħin tan-notifika mill-awtorita’ kompetenti, id-data tal-bidu maħsuba, tal-forniment tas-servizz tal-kriptoassi;

(g)

kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li ma huwiex kopert minn dan ir-Regolament b’referenza għal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali applikabbli;

(h)

id-data tal-awtorizzazzjoni u, meta applikabbli, tal-irtirar ta’ awtorizzazzjoni.

6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA mingħajr dewmien bil-miżuri elenkati fl-Artikolu 94(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b), (c), (f), (l), (m), (n), (o) jew (t), u dwar kwalunkwe miżura kawtelatorja pubblika meħuda skont l-Artikolu 102 li taffettwa l-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi jew il-ħruġ, l-offerta lill-pubbliku jew l-użu ta’ kriptoassi. L-ESMA għandha tinkludi tali informazzjoni fir-reġistru.

7.   Kwalunkwe rtirar ta’ awtorizzazzjoni ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi, ta’ emittent ta’ token tal-flus elettroniċi, jew ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, u kwalunkwe miżura nnotifikata f’konformità mal-paragrafu 6, għandhom jibqgħu ppubblikati fir-reġistru għal ħames snin.

8.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment id-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni, bit-tip ta’ kriptoassi, tal-white papers dwar il-kriptoassi, inkluż l-identifikatur ta’ entità ġuridika, fir-reġistru u tispeċifika l-arranġamenti prattiċi biex jiġi żgurat li tali data tkun tista’ tinqara minn magna.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 110

Reġistru ta’ entitajiet mhux konformi li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi

1.   L-ESMA għandha tistabbilixxi reġistru mhux eżawrjenti tal-entitajiet li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi bi ksur tal-Artikolu 59 jew 61.

2.   Ir-reġistru għandu jkun fih mill-anqas l-isem kummerċjali jew is-sit web ta’ entità mhux konformi u l-isem tal-awtorità kompetenti li ssottomettiet l-informazzjoni.

3.   Ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web ta’ ESMA f’format li jinqara minn magna u għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari biex iqis kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi jew kwalunkwe informazzjoni li tiġi kkomunikata lil ESMA dwar l-entitajiet mhux konformi rreġistrati. Ir-reġistru għandu jippermetti aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri jew pajjiżi terzi, kif ukoll mill-EBA.

4.   L-ESMA għandha taġġorna r-reġistru biex jinkludi informazzjoni dwar kwalunkwe każ ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament identifikat fuq inizjattiva proprja f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li fih tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 6 ta’ dak l-Artikolu indirizzata lil entità mhux konformi li tipprovdi servizzi tal-kriptoassi, jew kwalunkwe informazzjoni fuq entitajiet li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi mingħajr l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni meħtieġa ppreżentata mill-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi.

5.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tapplika s-setgħat superviżorji u investigattivi rilevanti tal-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 94(1) għal entitajiet mhux konformi li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi.

KAPITOLU 3

Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra tal-awtoritajiet kompetenti

Artikolu 111

Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe penali kriminali u mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji u investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Artikolu 94, l-Istati Membri, f’konformità mal-liġi nazzjonali, għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu penali amministrattivi xierqa u jieħdu miżuri amministrattivi oħrajn fir-rigward ta’ mill-anqas il-ksur li ġej:

(a)

il-ksur tal-Artikoli 4 sa 14;

(b)

il-ksur tal-Artikoli 16, 17, 19, 22, 23, 25, l-Artikoli 27 sa 41, l-Artikoli 46 u 47;

(c)

il-ksur tal-Artikoli 48 sa 51, tal-Artikoli 53, 54 u 55;

(d)

il-ksur tal-Artikoli 59, 60, 64 u tal-Artikoli 65 sa 83;

(e)

il-ksur tal-Artikoli 88 sa 92;

(f)

nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità ma’ investigazzjoni jew ma’ spezzjoni jew talba kif imsemmi fl-Artikolu 94(3).

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal penali amministrattivi meta l-ksur imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b), (c), (d) jew (e), huwa diġà soġġett għal sanzjonijiet kriminali fil-liġi nazzjonali tagħhom sat-30 ta’ Ġunju 2024. Meta jiddeċiedu hekk, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-EBA, fid-dettall, il-partijiet rilevanti tal-liġi kriminali tagħhom.

Sat-30 ta’ Ġunju 2024, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-EBA u lill-ESMA, fid-dettall, ir-regoli msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi. Huma għandhom ukoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-EBA mingħajr dewmien rigward kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

2.   L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu tal-anqas dawn il-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi oħra li ġejjin fir-rigward tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d):

(a)

dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur u n-natura tal-ksur;

(b)

ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba li tikkostitwixxi ksur u ma tirrepetix dik l-imġiba;

(c)

multi amministrattivi massimi ta’ mill-anqas id-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur meta dawk il-profitti jew it-telf evitat jkunu jistgħu jiġu ddeterminati, anki jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi stabbiliti fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu, fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, jew fil-paragrafu 3 fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi;

(d)

fil-każ ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi massimi ta’ mill-anqas EUR 700 000, jew, fi Stati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom mhix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita uffiċjali fid-29 ta’ Ġunju 2023.

3.   L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu, fir-rigward ta’ ksur imwettaq minn persuni ġuridiċi, multi amministrattivi massimi ta’ mill-anqas:

(a)

EUR 5 000 000, jew, fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom ma hijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita uffiċjali fid-29 ta’ Ġunju 2023, għall-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d);

(b)

3 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar rapporti finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, għall-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a);

(c)

5 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar rapporti finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, għall-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d);

(d)

12,5 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar rapporti finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, għall-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c).

Meta l-persuna ġuridika msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d), tkun impriża omm jew sussidjarju ta’ impriża omm li jkollha l-obbligu li tipprepara dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża omm apikali.

4.   Minbarra l-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra kif ukoll il-multi amministrattivi msemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu, fil-każ tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), projbizzjoni temporanja li tipprevjeni lil kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli jeżerċitaw funzjonijiet maniġerjali f’fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi.

5.   L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali taghom, jiżguraw li, fil-każ tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu tal-anqas il-penali amministrattivi li ġejjin u jieħdu tal-anqas il-miżuri amministrattivi li ġejjin:

(a)

dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur u n-natura tal-ksur;

(b)

ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur u ma tirrepetix dik l-imġiba;

(c)

il-kostrinġiment tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(d)

irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(e)

projbizzjoni temporanja ta’ kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, jew ta’ kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli jeżerċitaw funzjonijiet maniġerjali fil-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(f)

fil-każ ta’ ksur ripetut tal-Artikolu 89, 90, 91 jew 92, projbizzjoni ta’ mill-anqas 10 snin ta’ kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, jew ta’ kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli jeżerċita funzjonijiet maniġerjali fil-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(g)

projbizzjoni temporanja ta’ kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jew ta’ kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli tinnegozja f’isimha stess;

(h)

multi amministrattivi massimi li tal-anqas jilħqu t-tripplu tal-ammont ta’ profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, meta dawk ikunu jistgħu jiġu ddeterminati, anki jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi stabbiliti fil-punt (i) jew (j), kif applikabbli;

(i)

fir-rigward ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi massimi ta’ mill-anqas EUR 1 000 000 għall-ksur tal-Artikolu 88 u EUR 5 000 000 għall-ksur tal-Artikoli 89 sa 92 jew, fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita uffiċjali fid-29 ta’ Ġunju 2023;

(j)

fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, multi amministrattivi massimi ta’ mill-anqas EUR 2 500 000 għall-ksur tal-Artikolu 88 u EUR 15 000 000 għall-ksur tal-Artikoli 89 sa 92, jew 2 % għall-ksur tal-Artikolu 88 u 15 % għall-ksur tal-Artikoli 89 sa 92 tal-fatturat annwali totali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali jew, fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita uffiċjali fid-29 ta’ Ġunju 2023.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (j), meta l-persuna ġuridika tkun impriża omm jew sussidjarja ta’ impriża omm li jkollha l-obbligu li tipprepara r-rapporti finanzjarji konsolidati f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża omm apikali.

6.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti ikollhom setgħat oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 2 sa 5 u jistgħu jipprevedu livelli ogħla ta’ penali minbarra dawk stabbiliti f’dawk il-paragrafi, fir-rigward kemm tal-persuni fiżiċi kif ukoll ta’ dawk ġuridiċi responsabbli għall-ksur.

Artikolu 112

Eżerċitar tas-setgħat superviżorji u tas-setgħat li jiġu imposti sanzjonijiet

1.   Meta jistabbilixxu t-tip u l-livell ta’ penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra li għandhom jiġu imposti f’konformità mal-Artikolu 111, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi, fejn xieraq:

(a)

il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b)

jekk il-ksur ikunx twettaq intenzjonalment jew b’negliġenza;

(c)

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;

(d)

is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mid-dħul annwali u mill-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(e)

l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(f)

it-telf għall-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sakemm dak ikun jista’ jiġi determinat;

(g)

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi żgurat il-kostrinġiment tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(h)

ksur preċedenti ta’ dan ir-Regolament mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;

(i)

il-miżuri meħuda mill-persuna responsabbli għall-ksur sabiex jiġi evitat li dan jerġa’ jseħħ;

(j)

l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tad-detenturi ta’ kriptoassi u l-klijenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, b’mod partikolari d-detenturi fil-livell ta’ konsumatur.

2.   Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra skont l-Artikolu 111, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li l-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u l-penali u miżuri amministrattivi oħra li jimponu jkunu effettivi u xierqa. Huma għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom sabiex jevitaw id-duplikazzjoni u s-sovrappożizzjoni meta jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u meta jimponu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra f’każijiet transfruntiera.

Artikolu 113

Dritt ta’ appell

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament ikunu motivati kif xieraq u soġġetti għad-dritt ta’ appell quddiem qorti. Id-dritt ta’ appell quddiem qorti għandu japplika wkoll meta, fir-rigward ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa, ma tittieħed l-ebda deċiżjoni fi żmien sitt xhur minn meta tiġi ppreżentata.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li wieħed jew aktar mill-korpi li ġejjin, kif determinat mil-liġi nazzjonali, ikunu jistgħu, fl-interessi tal-konsumaturi u f’konformità mal-liġi nazzjonali, jieħdu azzjoni quddiem il-qrati jew il-korpi amministrattivi kompetenti biex jiżguraw li dan ir-Regolament jiġi applikat:

(a)

il-korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(b)

l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu d-detenturi ta’ kriptoassi;

(c)

l-organizzazzjonijiet professjonali li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu lill-membri tagħhom.

Artikolu 114

Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet

1.   Deċiżjoni li timponi penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra għal ksur ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 111 għandha tkun ippubblikata mill-awtoritajiet kompetenti fuq is-siti web uffiċjali tagħhom mingħajr dewmien żejjed wara li l-persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għal dik id-deċiżjoni tkun ġiet informata b’dik id-deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi tal-anqas l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli. M’hemmx bżonn li jiġu ppubblikati deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta’ natura investigattiva.

2.   Meta l-pubblikazzjoni tal-identità tal-entitajiet legali jew l-identità jew id-data personali ta’ persuni fiżiċi, titqies sproporzjonata mill-awtorità kompetenti wara valutazzjoni ta’ kull każ individwali mwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali data, jew meta tali pubblikazzjoni tkun tipperikola l-investigazzjoni li tkun għaddejja f’dak il-mument, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

jiddiferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra sal-mument meta r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu;

(b)

jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra fuq bażi anonima b’mod li jkun konformi mal-liġi nazzjonali, fejn tali pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata;

(c)

ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra fil-każ li l-għażliet previsti fil-punti (a) u (b) jitqiesu insuffiċjenti sabiex jiżguraw:

(i)

li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tiġix ipperikolata;

(ii)

il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali deċiżjoni fir-rigward ta’ miżuri li jkunu meqjusa bħala ta’ natura minuri.

Fil-każ ta’ deċiżjoni li tippubblika penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra fuq bażi anonima, kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi differita għal perjodu raġonevoli ta’ żmien fejn huwa previst li f’dak il-perjodu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima mhux se jibqgħu jeżistu.

3.   Meta d-deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra tiġi appellata quddiem il-qrati jew il-korpi amministrattivi rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw, minnufih, it-tali informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar l-eżitu ta’ tali appell fuq is-sit web uffiċjali tagħhom. Barra minn dan, għandha tiġi ppubblikata wkoll kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni preċedenti li timponi penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu tibqa’ fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal perjodu ta’ mill-anqas ħames snin wara li tiġi ppubblikata. Id-data personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm biss fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti għall-perjodu li jkun meħtieġ f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 115

Rapportar ta’ penali amministrattivi u ta’ miżuri amministrattivi oħra lill-ESMA u lill-EBA

1.   L-awtorità kompetenti għandha, fuq bażi annwali, tipprovdi lill-ESMA u lill-EBA bl-informazzjoni aggregata rigward il-penali amministrattivi kollha u miżuri amministrattivi oħra imposti f’konformità mal-Artikolu 111. L-ESMA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’rapport annwali.

Meta l-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 111(1), it-tieni subparagrafu, jistabbilixxu penali kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija fih, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jipprovdu lill-EBA u lill-ESMA kull sena b’informazzjoni anonimizzata u aggregata dwar l-investigazzjonijiet kriminali rilevanti kollha mwettqa u l-penali kriminali imposti. L-ESMA għandha tippubblika d-data dwar il-penali kriminali imposti f’rapport annwali.

2.   Meta l-awtorità kompetenti tkun żvelat lill-pubbliku penali amministrattivi, miżuri amministrattivi oħra jew penali kriminali, hija għandha fl-istess ħin tirrappurtahom lill-ESMA.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-EBA u lill-ESMA dwar il-penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra kollha imposti iżda mhux ippubblikati, inklużi kwalunkwe appell relatat magħhom u l-eżitu ta’ dan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu informazzjoni u s-sentenza finali b’rabta ma’ kwalunkwe penali kriminali imposta u jissottomettuha lill-EBA u lill-ESMA. L-ESMA għandha żżomm bażi ta’ data ċentrali tal-penali u miżuri amministrattivi kkomunikati lilha unikament għall-finijiet tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dik il-bażi ta’ data għandha tkun aċċessibbli biss għall-EBA, għall-ESMA u għall-awtoritajiet kompetenti, u għandha tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 116

Rappurtar ta’ ksur u protezzjoni tal-persuni li jirrappurtaw

Id-Direttiva (UE) 2019/1937 għandha tapplika għar-rapportar ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament u għall-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw tali ksur.

KAPITOLU 4

Ir-responsabbiltajiet superviżorji tal-EBA fir-rigward tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti u l-kulleġġi tas-superviżuri

Artikolu 117

Ir-responsabbiltajiet superviżorji tal-EBA fir-rigward tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti

1.   Meta token irreferenzjat ma’ assi jkun ġie kklassifikat bħala sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 43 jew mal-Artikolu 44, l-emittent ta’ tali token irreferenzjat ma’ assi għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu taħt is-superviżjoni tal-EBA.

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-EBA għandha teżerċita s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti mogħtija mill-Artikoli 22 sa 25, 29, 33, l-Artikolu 34(7) u (12), l-Artikolu 35(3) u (5), l-Artikolu 36(10) u l-Artikoli 41, 42, 46 u 47 fir-rigward tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti.

2.   Meta emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jipprovdi wkoll servizzi tal-kriptoassi jew joħroġ kriptoassi li ma jkunux tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti, dawk is-servizzi u l-attivitajiet għandhom jibqgħu taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju.

3.   Meta token irreferenzjat ma’ assi jkun ġie kklassifikat bħala sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 43, l-EBA għandha twettaq rivalutazzjoni superviżorja sabiex tiżgura li l-emittent jikkonforma mat-Titolu III.

4.   Meta token tal-flus elettroniċi maħruġ minn istituzzjoni tal-flus elettroniċi jkun ġie kklassifikat bħala sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 56 jew 57, l-EBA għandha twettaq is-superviżjoni tal-konformità tal-emittent ta’ tali token tal-flus elettroniċi sinifikanti mal-Artikoli 55 u 58.

Għall-finijiet tas-superviżjoni tal-konformità mal-Artikoli 55 u 58, l-EBA għandha teżerċita s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti mogħtija lilhom mill-Artikoli 22 u 23, l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 35(3) u (5), l-Artikolu 36(10) u l-Artikoli 46 u 47, fir-rigward tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li joħorġu tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti.

5.   L-EBA għandha teżerċita s-setgħat superviżorji tagħha kif previsti fil-paragrafi 1 sa 4 f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra responsabbli għas-superviżjoni tal-emittent, b’mod partikolari:

(a)

l-awtorità superviżorja prudenzjali, inkluż, fejn applikabbli, il-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont il-liġijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2009/110/KE, fejn applikabbli;

(c)

l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 20(1).

Artikolu 118

Il-kumitat tal-kriptoassi tal-EBA

1.   L-EBA għandha toħloq kumitat intern permanenti skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għall-finijiet tat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-EBA li għandhom jittieħdu f’konformità mal-Artikolu 44 tiegħu, inklużi deċiżjonijiet relatati mal-kompiti superviżorji li ngħataw lill-EBA permezz ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-kumitat tal-kriptoassi jista’ jħejji wkoll deċiżjonijiet fir-rigward ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni relatati mal-kompiti superviżorji li jkunu ngħataw lill-EBA permezz ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-EBA għandha tiżgura li l-kumitat tal-kriptoassi jwettaq biss l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u kwalunkwe kompitu ieħor meħtieġ għat-twettiq tal-attivitajiet tiegħu relatati mal-kriptoassi.

Artikolu 119

Kulleġġi għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti

1.   Fi żmien 30 jum kalendarju minn deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew ta’ token tal-flus elettroniċi bħala sinifikanti skont l-Artikolu 43, 44, 56 jew 57, kif applikabbli, l-EBA għandha tistabbilixxi, timmaniġġja u tippresjedi kulleġġ superviżorju konsultattiv għal kull emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti, sabiex tiffaċilita l-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji u taġixxi bħala veikolu għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji previsti f’dan ir-Regolament.

2.   Kulleġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun kompost minn:

(a)

l-EBA;

(b)

l-ESMA;

(c)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju fejn ikun stabbilit l-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(d)

l-awtoritajiet kompetenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew tad-ditti ta’ investiment l-aktar rilevanti li jiżguraw il-kustodja tal-assi ta’ riżerva f’konformità mal-Artikolu 37 jew tal-fondi riċevuti bi skambju għat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(e)

fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-pjattaformi ta’ negozjar l-aktar rilevanti għall-kriptoassi fejn it-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew it-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti jkunu ammessi għan-negozjar;

(f)

l-awtoritajiet kompetenti tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament l-aktar rilevanti li jfornu servizzi ta’ pagament fir-rigward tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(g)

fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet li jiżguraw il-funzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h);

(h)

fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi l-aktar rilevanti li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti fir-rigward tat-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(i)

il-BĊE;

(j)

meta l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jkun stabbilit fi Stat Membru li l-munita uffiċjali tiegħu ma tkunx l-euro, jew meta munita uffiċjali li ma tkunx l-euro tkun irreferenzjata mit-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti, il-bank ċentrali nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru;

(k)

meta l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jkun stabbilit fi Stat Membru li l-munita uffiċjali tiegħu ma tkunx l-euro, jew meta munita uffiċjali li ma tkunx l-euro tkun irreferenzjata mit-token tal-flus elettroniċi sinifikanti, il-bank ċentrali nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru;

(l)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn jintuża fuq skala kbira t-token irreferenzjat ma’ assi jew it-token ta’ flus elettroniċi, fuq talba tagħhom;

(m)

l-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi li magħhom l-EBA tkun ikkonkludiet ftehimiet ta’ amministrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 126.

3.   L-EBA tista’ tistieden lil awtoritajiet oħra biex ikunu membri tal-kulleġġ imsemmi fil-pargrafu 1 meta l-entitajiet li huma jissorveljaw ikunu rilevanti għall-ħidma tal-kulleġġ.

4.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li mhux membru tal-kulleġġ tista’ titlob mill-kulleġġ kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-qadi tad-dmirijiet superviżorji tagħha previsti f’dan ir-Regolament.

5.   Kulleġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Arikolu għandu, mingħajr preġudizzju għar-responsabilitajiet tal-awtoritajiet kompetenti previsti f’dan ir-Regolament, jiżgura:

(a)

il-preparazzjoni tal-opinjoni mhux vinkolanti msemmija fl-Artikolu 120;

(b)

l-iskambju ta’ informazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

(c)

ftehim dwar l-inkarigu volontarju tal-kompiti fost il-membri tiegħu.

Sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-kompiti assenjati lill-kulleġġi skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-membri tal-kulleġġ imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu intitolati li jikkontribwixxu għall-iffissar tal-aġenda tal-laqgħat tal-kulleġġ, b’mod partikolari billi jżidu punti fl-aġenda ta’ laqgħa.

6.   It-twaqqif u l-funzjonament tal-kulleġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ibbażat fuq ftehim bil-miktub bejn il-membri kollha tiegħu.

Il-ftehim imsemmi fl-ewwel subpargarfu għandu jiddetermina l-arranġamenti prattiċi għall-funzjonament tal-kulleġġ, inklużi regoli dettaljati dwar:

(a)

il-proċeduri tal-votazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 120(3);

(b)

il-proċeduri għall-iffissar tal-aġenda tal-laqgħat tal-kulleġġ;

(c)

il-frekwenza tal-laqgħat tal-kulleġġ;

(d)

il-perjodi ta’ żmien minimi xierqa għall-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni rilevanti mill-membri tal-kulleġġ;

(e)

il-modalitajiet ta’ komunikazzjoni bejn il-membri tal-kulleġġ;

(f)

il-ħolqien ta’ diversi kulleġġi, wieħed għal kull kriptoassi jew grupp ta’ kriptoassi speċifiku.

Il-ftehim jista’ jiddetermina wkoll il-kompiti fdati lill-EBA jew lil membru ieħor tal-kulleġġ.

7.   Bħala president ta’ kull kulleġġ, l-EBA għandha:

(a)

tistabbilixxi arranġamenti u proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ, wara konsultazzjoni mal-membri l-oħra tal-kulleġġ;

(b)

tikkoordina l-attivitajiet kollha tal-kulleġġ;

(c)

tikkonvoka u tippresjedi l-laqgħat kollha tagħha u żżomm lill-membri tal-kulleġġ informati bis-sħiħ u bil-quddiem dwar l-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-kulleġġ, dwar it-temi prinċipali li se jiġu diskussi u dwar l-elementi li se jiġu kkunsidrati;

(d)

tinnotifika lill-membri tal-kulleġġ bi kwalunkwe laqgħa ppjanata sabiex ikunu jistgħu jitolbu li jipparteċipaw;

(e)

iżżomm lill-membri tal-kulleġġ informati, fil-ħin, dwar id-deċiżjonijiet u l-eżiti ta’ dawk il-laqgħat.

8.   Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi, l-EBA, f’kooperazzjoni mal-ESMA u mal-BĊE, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards regolatorji li jispeċifikaw:

(a)

il-kundizzjonijiet li fihom l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punti (d), (e), (f) u (h), għandhom jitqiesu l-aktar rilevanti;

(b)

il-kundizzjonijiet li fihom it-tokens irreferenzjati ma’ assi jew it-tokens tal-flus elettroniċi jitqiesu li jintużaw fuq skala kbira, kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (l); u

(c)

id-dettalji tal-arranġamenti prattiċi msemmija fil-paragrafu 6.

L-EBA għandha tissottometti l-abbozzi ta’ standards regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissumplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 120

Opinjonijiet mhux vinkolanti tal-kulleġġi għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti

1.   Kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 119(1) jista’ joħroġ opinjoni mhux vinkolanti dwar dawn li ġejjin:

(a)

ir-rivalutazzjoni superviżorja kif imsemmi fl-Artikolu 117(3);

(b)

kwalunkwe deċiżjoni li tirrikjedi lil emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti jżomm ammont ogħla ta’ fondi proprji f’konformità mal-Artikolu 35(2), (3) u (5), l-Artikolu 45(5) u l-Artikolu 58(1), kif applikabbli;

(c)

kwalunkwe aġġornament tal-pjan ta’ rkupru u tal-pjan ta’ fidi ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti skont l-Artikoli 46, 47 u 55, kif applikabbli;

(d)

kwalunkwe tibdil fil-mudell tan-negozju ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti skont l-Artikolu 25(1);

(e)

abbozz ta’ white paper modifikata dwar il-kriptoassi mfassal f’konformità mal-Artikolu 25(2);

(f)

kwalunkwe miżura korrettiva xierqa prevista skont l-Artikolu 25(4);

(g)

kwalunkwe miżura superviżorja prevista skont l-Artikolu 130;

(h)

kwalunkwe ftehim amministrattiv previst dwar skambju ta’ informazzjoni ma’ awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 126;

(i)

kwalunkwe delega ta’ kompiti superviżorji mill-EBA lil awtorità kompetenti skont l-Artikolu 138;

(j)

kwalunkwe tibdil previst fl-awtorizzazzjoni ta’, jew kwalunkwe miżura superviżorja prevista dwar, il-membri tal-kulleġġ imsemmija fl-Artikolu 119(2), il-punti (d) sa (h);

(k)

abbozz ta’ white paper dwar il-kriptoassi modifikata mfassal f’konformità mal-Artikolu 51(12).

2.   Meta l-kulleġġ joħroġ opinjoni f’konformità mal-paragrafu 1, fuq it-talba ta’ kwalunkwe membru tal-kulleġġ u wara adozzjoni mill-maġġoranza tal-kulleġġ f’konformità mal-paragrafu 3, l-opinjoni tista’ tinkludi kwalunkwe rakkomandazzjoni mmirata lejn l-indirizzar tan-nuqqasijiet tal-miżura prevista mill-EBA jew mill-awtoritajiet kompetenti.

3.   Opinjoni tal-kulleġġ għandha tkun adottata abbażi ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

Meta jkun hemm diversi membri tal-kulleġġ għal kull Stat Membru, wieħed biss minn dawk il-membri għandu jkollu vot.

Meta l-BĊE jkun membru tal-kulleġġ f’diversi kapaċitajiet, inklużi l-kapaċitajiet superviżorji, huwa għandu jkollu vot wieħed biss.

L-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 119(2), il-punt (m), ma għandu jkollhom l-ebda dritt tal-vot fuq l-opinjoni tal-kulleġġ.

4.   L-EBA jew l-awtoritajiet kompetenti, kif applikabbli, għandhom debitament jikkunsidraw l-opinjoni mhux vinkolanti tal-kulleġġ miksuba f’konformità mal-paragrafu 3, inkluża kwalunkwe rakkomandazzjoni mmirata lejn l-indirizzar tan-nuqqasijiet tal-miżura superviżorja prevista fir-rigward ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti, emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti, entità jew fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi msemmija fl-Artikolu 119(2), il-punti (d) sa (h). Meta l-EBA jew awtorità kompetenti ma taqbilx ma’ opinjoni tal-kulleġġ, inkluża kwalunkwe rakkomandazzjoni mmirata sabiex jiġu indirizzati nuqqasijiet tal-miżura superviżorja prevista, id-deċiżjoni tagħha għandha tinkludi r-raġunijiet kollha u spjegazzjoni ta’ kull devjazzjoni sinifikanti minn dik l-opinjoni jew minn dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

KAPITOLU 5

Is-setgħat u l-kompetenzi tal-EBA fir-rigward tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u tal-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti

Artikolu 121

Privileġġ legali

Is-setgħat mogħtija lill-EBA mill-Artikoli 122 sa 125, jew lil kwalunkwe uffiċjal jew persuna oħra awtorizzata mill-EBA, ma għandhomx jintużaw sabiex jitolbu l-iżvelar ta’ informazzjoni li tkun soġġetta għal privileġġ legali.

Artikolu 122

Talba għal informazzjoni

1.   Sabiex twettaq r-responsabbilitajiet superviżorji tagħha previsti fl-Artikolu 117, l-EBA tista’, permezz ta’ talba sempliċi jew deċiżjoni, tesiġi li l-persuni li ġejjin jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha bl-għan li l-EBA tkun tista’ taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament:

(a)

emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew persuna li tikkontrolla jew li tkun ikkontrollata direttament jew indirettament minn emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti;

(b)

parti terza kif imsemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h), li magħha emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jkollhom arranġament kuntrattwali;

(c)

fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment li jiżguraw il-kustodja tal-assi ta’ riżerva f’konformità mal-Artikolu 37;

(d)

emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti jew persuna li tikkontrolla jew li tkun ikkontrollata direttament jew indirettament minn emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(e)

fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jforni servizzi ta’ pagament fir-rigward ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(f)

persuna fiżika jew ġuridika inkarigata mid-distribuzzjoni ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti f’isem emittent ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(g)

fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jforni servizzi tal-kustodja u l- amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(h)

operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi li tkun ammettiet għan-negozjar token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(i)

il-korp maniġerjali tal-persuni msemmija fil-punti (a) sa (h).

2.   Talba sempliċi għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:

(a)

tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta’ dik it-talba;

(b)

tiddikjara l-iskop tat-talba;

(c)

tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa;

(d)

tinkludi limitu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni;

(e)

tinforma lill-persuna li minnha tkun intalbet l-informazzjoni li mhijiex obbligata tipprovdi l-informazzjoni iżda li, f’każ ta’ tweġiba volontarja għat-talba, l-informazzjoni pprovduta jeħtieġ tkun korretta u ma tkunx qarrieqa; u

(f)

tindika l-multa prevista fl-Artikolu 131, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa.

3.   Meta tkun teħtieġ l-għoti ta’ informazzjoni b’deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-EBA għandha:

(a)

tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta’ dik it-talba;

(b)

tiddikjara l-iskop tat-talba;

(c)

tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa;

(d)

tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni;

(e)

tindika l-pagamenti perjodiċi tal-penali previsti fl-Artikolu 132 meta tkun meħtieġa l-produzzjoni tal-informazzjoni;

(f)

tindika l-multa prevista fl-Artikolu 131, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa;

(g)

tindika d-dritt ta’ appell tad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell tal-EBA u d-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja f’konformità mal-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

4.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi jew ta’ assoċjazzjonijiet li ma jkollhomx personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati jirrappreżentawhom bil-liġi, għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba.

5.   L-EBA għandha tibgħat mingħajr dewmien kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma ddomiċiljati jew stabbiliti l-persuni kkonċernati mit-talba għall-informazzjoni.

Artikolu 123

Setgħat investigattivi ġenerali

1.   Sabiex twettaq r-responsabbilitajiet superviżorji tagħha previsti fl-Artikolu 117, l-EBA tista’ twettaq investigazzjonijiet dwar l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u fuq l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti. Għal dak l-għan, l-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-EBA għandu jkollhom is-setgħa li:

(a)

jeżaminaw kwalunkwe rekord, data, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħha irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna;

(b)

jieħdu jew jiksbu kopji ċċertifikati ta’ tali rekords, data, proċeduri u materjal ieħor, jew siltiet minnhom;

(c)

isejħu u jitolbu lil kwalunkwe emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti, jew lill-korp maniġerjali jew lill-persunal tagħhom, għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub ta’ fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u mal-iskop tal-investigazzjoni u jżommu rekord tat-tweġibiet;

(d)

jintervistaw lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens sabiex tiġi intervistata għall-finijiet tal-ġbir ta’ informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni;

(e)

jitolbu rekords tat-traffiku tat-telefown u tad-data.

Kulleġġ kif imsemmi fl-Artikolu 119(1) għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe sejba li tista’ tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

2.   L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-EBA għall-finijiet tal-investigazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-pagamenti perjodiċi tal-penali previsti fl-Artikolu 132 meta r-rekords, tad-data u tal-proċeduri meħtieġa jew ta’ kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet magħmula lill-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew lill-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti ma jiġux ipprovduti jew ma jkunux kompluti, kif ukoll il-multi previsti fl-Artikolu 131, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet magħmula lill-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew lill-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti jkunu skorretti jew qarrieqa.

3.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti għandhom l-obbligu li jissottomettu ruħhom għal investigazzjonijiet imnedija abbażi ta’ deċiżjoni tal-EBA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-pagamenti perjodiċi tal-penali previsti fl-Artikolu 132, ir-rimedji legali disponibbli previsti fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.

4.   F’perjodu raġonevoli qabel investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-EBA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih trid titwettaq l-investigazzjoni dwar l-iżvolġiment tal-investigazzjoni u l-identità tal-persuni awtorizzati. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata għandhom, fuq talba tal-EBA, jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fil-qadi ta’ dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata jistgħu, fuq talba, jattendu wkoll l-investigazzjonijiet.

5.   Jekk talba għal rekords tat-traffiku tat-telefown jew tad-data msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), teħtieġ awtorizzazzjoni minn qorti skont il-liġi nazzjonali applikabbli, l-EBA għandha tapplika għal tali awtorizzazzjoni. Tista’ tapplika għal din l-awtorizzazzjoni wkoll bħala miżura ta’ prekawzjoni.

6.   Meta qorti fi Stat Membru tirċievi applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ talba għal rekords tat-traffiku tat-telefown jew tad-data msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), dik il-qorti għandha tivverifika jekk:

(a)

id-deċiżjoni tal-EBA msemmija fil-paragrafu 3 hijiex awtentika;

(b)

kwalunkwe miżura li trid tittieħed hijiex proporzjonata u mhux arbitrarja jew eċċessiva.

7.   Għall-finijiet tal-paragrafu 6, il-punt (b), il-qorti tista’ titlob lill-EBA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-EBA li tissuspetta li seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament, is-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Il-qorti ma għandhiex, madankollu, tirrieżamina l-ħtieġa għall-investigazzjoni jew titlob li għandha tiġi pprovduta bl-informazzjoni dwar il-fajl tal-EBA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-EBA għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 124

Spezzjonijiet fuq il-post

1.   Sabiex twettaq ir-responsabbiltajiet superviżorji tagħha previsti fil-Artikolu 117, l-EBA tista’ twettaq l-ispezzjonijiet fuq il-post meħtieġa kollha fi kwalunkwe bini kummerċjali tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u tal-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti.

Il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 119 għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe sejba li tista’ tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

2.   L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-EBA sabiex iwettqu spezzjoni fuq il-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini kummerċjali tal-persuni soġġetti għal deċiżjoni ta’ investigazzjoni adottata mill-EBA u għandu jkollhom is-setgħat kollha previsti fl-Artikolu 123(1). Huma għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini kummerċjali u ktieb jew reġistru ta’ negozju għall-perjodu tal-ispezzjoni u sa fejn meħtieġ għall-ispezzjoni.

3.   Fi żmien debitu qabel l-ispezzjoni, l-EBA għandha tagħti avviż dwar l-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun trid titwettaq l-ispezzjoni. Meta t-twettiq u l-effiċjenza xierqa tal-ispezzjoni jkunu jirrikjedu dan, l-EBA tista’, wara li tinforma lil dik l-awtorità kompetenti, twettaq l-ispezzjoni fuq il-post mingħajr ma tagħti avviż minn qabel lill-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew lill-emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti.

4.   L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-EBA sabiex iwettqu spezzjoni fuq il-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 132 meta l-persuni kkonċernati ma jissottomettux irwieħhom għall-ispezzjoni.

5.   L-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew l-emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti għandu jissottometti ruħu għal spezzjonijiet fuq il-post ordnati b’deċiżjoni tal-EBA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, tagħżel id-data meta din għandha tibda u tindika l-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 132, ir-rimedji legali disponibbli previsti fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.

6.   L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn trid titwettaq l-ispezzjoni, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, għandhom, fuq talba tal-EBA, jassistu b’mod attiv lill-uffiċjali u lil persuni oħrajn awtorizzati mill-EBA. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jattendu wkoll l-ispezzjonijiet fuq il-post.

7.   L-EBA tista’ tesiġi wkoll li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu f’isimha kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fuq il-post kif previst f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 123(1).

8.   Meta l-uffiċjali tal-EBA u persuni oħrajn li jakkumpanjawhom awtorizzati minnha jsibu li persuna topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħtihom l-assistenza meħtieġa, filwaqt li titlob, fejn xieraq, l-assistenza tal-pulizija jew ta’ awtorità tal-infurzar ekwivalenti, sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fuq il-post.

9.   Jekk l-ispezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew jekk l-assistenza prevista fil-paragrafu 7 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn qorti skont il-liġi nazzjonali, l-EBA għandha tapplika għal tali awtorizzazzjoni. Tista’ tapplika għal din l-awtorizzazzjoni wkoll bħala miżura ta’ prekawzjoni.

10.   Meta qorti fi Stat Membru tirċievi applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ spezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew l-assistenza prevista fil-paragrafu 7, dik il-qorti għandha tivverifika jekk:

(a)

id-deċiżjoni adottata mill-EBA msemmija fil-paragrafu 4 hijiex awtentika;

(b)

kwalunkwe miżura li trid tittieħed hijiex proporzjonata u mhux arbitrarja jew eċċessiva.

11.   Għall-finijiet tal-paragrafu 10, il-punt (b), il-qorti tista’ titlob lill-EBA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-EBA li tissuspetta li seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament, is-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Il-qorti ma għandhiex, madankollu, tirrieżamina l-ħtieġa għall-investigazzjoni jew titlob li għandha tiġi pprovduta bl-informazzjoni dwar il-fajl tal-EBA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-EBA għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 125

Skambju ta’ informazzjoni

1.   Sabiex twettaq ir-responsabbiltajiet superviżorji tal-EBA previsti fl-Artikolu 117 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 96, l-EBA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-qadi ta’ dmirijiethom skont dan ir-Regolament. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet kompetenti u l-EBA għandhom jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni relatata ma’:

(a)

emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew persuna li tikkontrolla jew li direttament jew indirettament tkun ikkontrollata minn emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti;

(b)

parti terza kif imsemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h), li magħha emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jkollu arranġament kuntrattwali;

(c)

fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment li jiżguraw il-kustodja tal-assi ta’ riżerva f’konformità mal-Artikolu 37;

(d)

emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti jew persuna li tikkontrolla jew li tkun ikkontrollata direttament jew indirettament minn emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(e)

fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jforni servizzi ta’ pagament fir-rigward ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(f)

persuna fiżika jew ġuridika inkarigata mid-distribuzzjoni ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti f’isem emittent ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(g)

fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jforni l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(h)

pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi li fiha ġie ammess għan-negozjar token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew token tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(i)

il-korp maniġerjali tal-persuni msemmija fil-punti (a) sa (h).

2.   Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi fuq talba għall-iskambju ta’ informazzjoni kif previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew talba għal kooperazzjoni fit-twettiq ta’ investigazzjoni jew spezzjoni fuq il-post kif previst fl-Artikoli 123 u 124, rispettivament, biss meta:

(a)

il-konformità mat-talba x’aktarx li taffettwa fin-negattiv l-investigazzjoni, l-attivitajiet ta’ infurzar jew, meta applikabbli, l-investigazzjoni kriminali tagħha stess;

(b)

il-proċedimenti ġudizzjarji jkunu diġà nbdew fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi quddiem il-qrati tal-Istat Membru indirizzat;

(c)

diġà tkun inqatgħet sentenza finali fir-rigward ta’ tali persuna fiżika jew ġuridika għall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru indirizzat.

Artikolu 126

Ftehimiet amministrattivi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-EBA u pajjiżi terzi

1.   Sabiex twettaq ir-responsabbilitajiet superviżorji tagħha previsti fl-Artikolu 117, l-EBA tista’ tikkonkludi ftehimiet amministrattivi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 129.

2.   L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun maħsub biss għat-twettiq tal-kompiti tal-EBA jew tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Fir-rigward tat-trasferimenti ta’ data personali lil pajjiż terz, l-EBA għandha tapplika r-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 127

Żvelar ta’ informazzjoni minn pajjiżi terzi

1.   L-EBA tista’ tiżvela informazzjoni riċevuta mingħand awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-EBA jew l-awtorità kompetenti li provdiet l-informazzjoni lill-EBA tkun kisbet il-qbil espliċitu tal-awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz li tkun bagħtet l-informazzjoni u, meta applikabbli, l-informazzjoni tkun żvelata biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorità superviżorja tkun tat il-qbil tagħha jew meta tali żvelar ikun meħtieġ għal proċedimenti ġuridiċi.

2.   Ir-rekwiżit għal ftehim espliċitu kif imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-awtoritajiet superviżorji oħra tal-Unjoni meta l-informazzjoni mitluba minnhom tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom u ma għandhiex tapplika għall-qrati meta l-informazzjoni mitluba minnhom tkun meħtieġa għal investigazzjonijiet jew proċedimenti fir-rigward ta’ ksur soġġett għal penali kriminali.

Artikolu 128

Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra

Meta emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti jkun involut f’attivitajiet oħra għajr dawk koperti minn dan ir-Regolament, l-EBA għandha tikkoopera mal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tat-tali attivitajiet oħra kif previst fil-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali, inklużi l-awtoritajiet tat-taxxa u l-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi li ma humiex membri tal-kulleġġ kif imsemmi fl-Artikolu 119(2), il-punt (m).

Artikolu 129

Segretezza professjonali

L-obbligu ta’ segretezza professjonali għandu japplika għall-EBA, għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-EBA, kif ukoll għal kwalunkwe persuna oħra li lilha l-EBA tkun iddelegat kompiti, inklużi awdituri u esperti kkuntrattatimill-EBA.

Artikolu 130

Miżuri superviżorji mill-EBA

1.   Meta l-EBA ssib li emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jkun wettaq ksur kif elenkat fl-Anness V, hija tista’ tieħu waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

(a)

tadotta deċiżjoni li titlob li l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jwaqqaf l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur;

(b)

tadotta deċiżjoni li timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali skont l-Artikoli 131 u 132;

(c)

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jibgħat informazzjoni supplimentari, meta meħtieġ għall-protezzjoni tad-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi, b’mod partikolari detenturi fil-livell ta’ konsumatur;

(d)

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jissospendi offerta lill-pubbliku tal-kriptoassi għal perjodu massimu ta’ tletin jum tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe singola okkażjoni meta jkollha motivi raġonevoli biex tissuspetta li jkun inkiser dan ir-Regolament;

(e)

tadotta deċiżjoni li tipprojbixxi offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti meta tikkonstata li nkiser dan ir-Regolament jew meta jkollha motivi raġonevoli sabiex tissuspetta li jkun se jseħħ ksur tiegħu;

(f)

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jopera pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi li tkun ammetiet għan-negozjar it-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jissospendi n-negozjar ta’ tali kriptoassi għal massimu ta’ tletin jum tax-xogħol konsekuttiv fi kwalunkwe singola okkażjoni meta jkollha motivi raġonevoli biex tissuspetta li nkiser dan ir-Regolament;

(g)

tadotta deċiżjoni li tipprojbixxi n-negozjar tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi meta tikkonstata ksur ta’ dan ir-Regolament;

(h)

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jemenda l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tiegħu, meta tikkonstata li l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jikkonformawx mal-Artikolu 29;

(i)

tadotta deċiżjoni li tissospendu jew tipprojbixxi komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni meta jkun hemm motivi raġonevoli biex tissuspetta ksur ta’ dan ir-Regolament;

(j)

tadotta deċiżjoni li teħtieġ li l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jiżvela l-informazzjoni materjali kollha li jista’ jkollha effett fuq il-valutazzjoni tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur jew l-operat mingħajr xkiel tas-suq;

(k)

toħroġ twissijiet li emittent tat-token irreferenzjati ma’ assi sinifikanti mhux qed jwettaq l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament;

(l)

tirtira l-awtorizzazzjoni tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti.

(m)

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi t-tneħħija ta’ persuna fiżika mill-korp maniġerjali tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti;

(n)

tirrikjedi li l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti taħt is-superviżjoni tagħha jintroduċi ammont ta’ denominazzjoni minima fir-rigward ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew jillimita l-ammont tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti maħruġa, f’konformità mal-Artikolu 23(4) u l-Artikolu 24(3).

2.   Meta l-EBA tikkonstata li emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti jkun wettaq ksur kif elenkat fl-Anness VI, hija tista’ tieħu waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

(a)

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jtemm l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur;

(b)

tadotta deċiżjoni li timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali fis-sens tal-Artikoli 131 u 132;

(c)

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jibgħat informazzjoni supplimentari, meta meħtieġ, għall-protezzjoni tad-detenturi tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti, b’mod partikolari detenturi fil-livell ta’ konsumatur;

(d)

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jissospendi offerta lill-pubbliku tal-kriptoassi għal perjodu massimu ta’ tletin jum tax-xogħol konsekuttiv fi kwalunkwe singola okkażjoni meta jkollha motivi raġonevoli sabiex tissuspetta li jkun inkiser dan ir-Regolament;

(e)

tadotta deċiżjoni li tipprojbixxi offerta lill-pubbliku tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti meta tikkonstata li nkiser dan ir-Regolament jew meta jkollha motivi raġonevoli sabiex tissuspetta li jkun se jseħħ ksur tiegħu;

(f)

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rilevanti li jopera pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi li jkun ammettagħan-negozjar tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti jissospendi n-negozjar ta’ tali kriptoassi għal massimu ta’ tletin jum tax-xogħol konsekuttiv fi kwalunkwe singola okkażjoni meta jkollha motivi raġonevoli biex tissuspetta li nkiser dan ir-Regolament;

(g)

tadotta deċiżjoni li tipprojbixxi n-negozjar ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi meta tikkonstata li jkun inkiser dan ir-Regolament;

(h)

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jiżvela l-informazzjoni materjali kollha li jista’ jkollha effett fuq il-valutazzjoni tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur jew l-operat mingħajr xkiel tas-suq;

(i)

toħroġ twissijiet li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti mhux qed jwettaql-obbligi tiegħu skontdan ir-Regolament.

(j)

tirrikjedi li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti taħt is-superviżjoni tagħha jintroduċi ammont ta’ denominazzjoni minima fir-rigward ta’ dak it-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jew jillimita l-ammont tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti maħruġa, b’konsegwenza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 58(3).

3.   Meta tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 jew 2, l-EBA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis:

(a)

it-tul ta’ żmien u l-frekwenza tal-ksur;

(b)

jekk reat finanzjarju ġiex ikkawżat, iffaċilitat jew huwiex attribwibbli b’mod ieħor għall-ksur;

(c)

jekk il-ksur ikunx żvela dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri, fil-politiki u fil-miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskju tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(d)

jekk il-ksur ikunx twettaq intenzjonalment jew b’negliġenza;

(e)

il-grad ta’ responsabbiltà tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur;

(f)

is-saħħa finanzjarja tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti, jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti, responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mid-dħul annwali u mill-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(g)

l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(h)

l-importanza tal-profitti miksuba, tat-telf evitat mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur jew tat-telf għall-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(i)

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur mal-EBA, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi żgurat il-kostrinġiment tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(j)

il-ksur preċedenti mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew mill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi responsabbli għall-ksur;

(k)

il-miżuri meħuda mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew mill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti wara l-ksur għall-prevenzjoni tar-ripetizzjoni ta’ tali ksur.

4.   Qabel ma tieħu kwalunkwe miżura kif imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (d) sa (g), u l-punt (j), l-EBA għandha tinforma lill-ESMA u, meta t-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jkunu qed jirreferenzjaw l-euro jew munita uffiċjali ta’ Stat Membru li ma tkunx l-euro, il-BĊE jew il-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat li joħroġ dik il-munita uffiċjali, rispettivament.

5.   Qabel ma tieħu kwalunkwe miżura kif imsemmija fil-paragrafu 2, l-EBA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti u lill-bank ċentrali tal-Istat membru li l-munita uffiċjali tiegħu tkun dik li t-token tal-flus elettroniċi sinifikanti qed jirreferenzja.

6.   L-EBA għandha tinnotifika mingħajr dewmien kwalunkwe miżura meħuda skont il-paragrafi 1 jew 2 lill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew lill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur u għandha tikkomunika dik il-miżura lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kif ukoll lill-Kummissjoni. L-EBA għandha tiżvela pubblikament kwalunkwe tali deċiżjoni fuq is-sit web tagħha fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tal-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, sakemm tali żvelar ma jkunx jipperikola b’mod serju l-istabbiltà finanzjarja jew ma jkunx jikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti. Tali żvelar ma għandux jinkludi data personali.

7.   L-iżvelar lill-pubbliku msemmi fil-paragrafu 6 għandu jinkludi id-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

(a)

dikjarazzjoni li tafferma d-dritt tal-persuna responsabbli għall-ksur li tappella d-deċiżjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

(b)

meta rilevanti, dikjarazzjoni li tafferma li ġie ppreżentat appell u li tispeċifika li tali appell ma għandux effett sospensiv;

(c)

dikjarazzjoni li tasserixxi li huwa possibbli għall-Bord tal-Appell tal-EBA li jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f’konformità mal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 131

Multi

1.   L-EBA għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa f’konformità mal-paragrafu 3 jew 4 ta’ dan l-Artikolu meta, f’konformità mal-Artikolu 134(8), tikkonstata li:

(a)

emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew membru tal-korp maniġerjali tiegħu jkun wettaq, intenzjonalment jew b’negliġenza, ksur elenkat fl-Anness V;

(b)

emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti jew membru tal-korp maniġerjali tiegħu jkun wettaq, intenzjonalment jew b’negliġenza, ksur elenkat fl-Anness VI;

Ksur għandu jitqies bħala li twettaq intenzjonalment jekk l-EBA tikonstata fatturi oġġettivi li juru li tali emittent jew membru tal-korp maniġerjali tiegħu jkun aġixxa deliberatament sabiex iwettaq il-ksur.

2.   Meta tadotta deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-EBA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis:

(a)

it-tul ta’ żmien u l-frekwenza tal-ksur;

(b)

jekk reat finanzjarju ġiex ikkawżat, iffaċilitat jew huwiex attribwibbli b’mod ieħor għall-ksur;

(c)

jekk il-ksur ikunx żvela dgħjufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri, fil-politiki u fil-miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskju tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(d)

jekk il-ksur ikunx twettaq intenzjonalment jew b’negliġenza;

(e)

il-grad ta’ responsabbiltà tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur;

(f)

is-saħħa finanzjarja tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti, jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti, responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mid-dħul annwali u mill-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(g)

l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(h)

l-importanza tal-profitti miksuba, tat-telf evitat mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur jew tat-telf għall-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(i)

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti, jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur mal-EBA, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi żgurat il-kostrinġiment tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(j)

il-ksur preċedenti mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew mill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur;

(k)

il-miżuri meħuda mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew mill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti wara l-ksur għall-prevenzjoni tar-ripetizzjoni ta’ tali ksur.

3.   Għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti, l-ammont massimu tal-multa msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun sa 12,5 % tal-fatturat annwali tagħhom fis-sena kontabilistika preċedenti, jew id-doppju tal-ammont jew tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minħabba l-ksur meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati.

4.   Għall-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, l-ammont massimu tal-multa msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun sa 10 % tal-fatturat annwali tagħhom fis-sena kontabilistika preċedenti, jew id-doppju tal-ammont jew tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minħabba l-ksur meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati.

Artikolu 132

Pagamenti perjodiċi ta’ penali

1.   L-EBA għandha tadotta deċiżjoni li timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali sabiex iġġiegħel:

(a)

persuna twaqqaf l-imġiba li jikkostitwixxi ksur f’konformità ma’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 130;

(b)

persuna msemmija fl-Artikolu 122(1):

(i)

tipprovdi informazzjoni kompluta li tkun intalbet permezz ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 122;

(ii)

tissottometti ruħha għal investigazzjoni u, b’mod partikolari, tipproduċi rekords, data u proċeduri kompluti jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ u timla u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f’investigazzjoni mnedija minn deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 123;

(iii)

tissottometti ruħha għal spezzjoni fuq il-post ordnata permezz ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 124.

2.   Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jkun effettiv u proporzjonat. Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal kull ġurnata ta’ dewmien.

3.   Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali għandu jkun 3 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena kontabilistika preċedenti, jew, fil-każ ta’ persuni fiżiċi, 2 % tal-introjtu medju ta’ kuljum fis-sena kalendarja preċedenti. Għandu jiġi kkalkolat mid-data stabbilita fid-deċiżjoni tal-EBA li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali.

4.   Pagament perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal perjodu massimu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-EBA. Mat-tmiem ta’ dak il-perjodu, l-EBA għandha tirrieżamina l-miżura.

Artikolu 133

L-iżvelar, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali

1.   L-EBA għandha tiżvela lill-pubbliku kull multa u pagament perjodiku ta’ penali li jkun ġie impost skont l-Artikoli 131 u 132, sakemm tali żvelar lill-pubbliku ma jkunx jippreġudika b’mod serju l-istabbiltà finanzjarja jew jikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti. Tali żvelar ma għandux jinkludi data personali.

2.   Multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti fis-sens tal-Artikoli 131 u 132 għandhom ikunu ta’ natura amministrattiva.

3.   Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti fis-sens tal-Artikoli 131 u 132 għandhom ikunu infurzabbli f’konformità mar-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat li fit-territorju tiegħu l-multa jew il-pagament perjodiku ta’ penali jiġu nfurzati.

4.   L-ammonti tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

5.   Meta, minkejja l-Artikoli 131 u 132, l-EBA tiddeċiedi li ma timponix multi jew pagamenti ta’ penali, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 134

Regoli ta’ proċedura sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi

1.   Meta, fit-twettiq tar-responsabbiltajiet superviżorji tagħha previsti fl-Artikolu 117, ikun hemm motivi ċari u dimostrabbli biex wieħed jissuspetta li kien hemm jew li se jkun hemm ksur kif elenkat fl-Anness V jew VI, l-EBA għandha taħtar uffiċjal indipendenti tal-investigazzjoni fi ħdan l-EBA biex jinvestiga l-kwistjoni. L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux ikun involut jew ikun ġie involut direttament jew indirettament fis-superviżjoni tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew tal-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti kkonċernati u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-EBA.

2.   L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinvestiga l-ksur allegat, filwaqt li jqis kwalunkwe kumment ippreżentat mill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u għandu jissottometti fajl komplut bil-konklużjonijiet tiegħu lill-EBA.

3.   Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni jista’ jeżerċità s-setgħa li jitlob informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 122 u s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 123 u 124. Meta juża dawk is-setgħat, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jikkonforma mal-Artikolu 121.

4.   Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u għall-informazzjoni kollha miġbura mill-EBA fl-attivitajiet superviżorji tagħha.

5.   Meta jlesti l-investigazzjoni tiegħu u qabel ma jissottometti l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-EBA, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jagħti lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjoni l-opportunità li jinstemgħu dwar il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati. L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jibbaża s-sejbiet tiegħu biss fuq fatti li l-persuni kkonċernati kellhom l-opportunità li jikkummentaw.

6.   Matul l-investigazzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu, id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ.

7.   Meta jissottometti l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-EBA, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinnotifika lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjoni b’dan. Il-persuni soġġetti għall-investigazzjoni għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali li taffettwa lil partijiet terzi jew għad-dokumenti preparatorji interni tal-EBA.

8.   Abbażi tal-fajl li jkun fih is-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni u, meta tintalab mill-persuni soġġetti għall-investigazzjoni, wara li tkun semgħet lil dawk il-persuni f’konformità mal-Artikolu 135, l-EBA għandha tiddeċiedi jekk ksur elenkat fl-Anness V jew VI ikunx twettaq mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew mill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti soġġett għall-investigazzjoni u, f’dan il-każ, għandha tieħu miżura superviżorja f’konformità mal-Artikolu 130 jew timponi multa f’konformità mal-Artikolu 131.

9.   L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet tal-EBA jew jintervjeni bi kwalunkwe mod ieħor fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-EBA.

10.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 139 sat-30 ta’ Ġunju 2024 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika ulterjorment ir-regoli ta’ proċedura għall-eżerċitar tas-setgħa li jiġu imposti multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, dispożizzjonijiet temporali, il-ġbir tal-multi jew tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali u l-perjodi ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni u għall-infurzar tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali.

11.   L-EBA għandha ġġib għall-attenzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti kwistjonijiet biex jinvestigawhom u, meta xieraq, biex iressqu proċedimenti kriminali b’rabta magħhom meta, fit-twettiq ta’ dmirijietha skont dan ir-Regolament, hija tikkonstata li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali. Barra minn hekk, l-EBA għandha żżomm lura milli timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali meta tkun konxja li liberazzjoni jew kundanna preċedenti li rriżultat minn fatt jew minn fatti identiċi li jkunu sostanzjalment l-istess tkun diġà saret res judicata bħala riżultat ta’ proċedimenti kriminali ta’ liġi nazzjonali.

Artikolu 135

Smigħ tal-persuni kkonċernati

1.   Qabel ma tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikoli 130, 131 jew 132, l-EBA għandha tagħti lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni l-opportunità li jinstemgħu dwar is-sejbiet tagħha. L-EBA għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq tali sejbiet li dwarhom il-persuni soġġetti għal tali investigazzjoni kellhom l-opportunità li jikkummentaw.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti sabiex ma titħalliex li ssir ħsara sinifikanti u imminenti lill-istabbiltà finanzjarja jew lid-detenturi ta’ kriptoassi, b’mod partikolari detenturi fuq il-livell ta’ konsumatur. F’tali każ, l-EBA tista’ tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista’ jkun wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.

3.   Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għal investigazzjoni għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ. Dawk il-persuni għandhom ikunu intitolati għal aċċess għall-fajl tal-EBA, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl tal-EBA ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew għad-dokumenti preparatorji interni tal-EBA.

Artikolu 136

Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni bla limitu sabiex tirrieżamina d-deċiżjonijiet li permezz tagħhom l-EBA tkun imponiet multa, pagament perjodiku ta’ penali jew kwalunkwe penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagament perjodiku ta’ penali imposti.

Artikolu 137

Tariffi superviżorji

1.   L-EBA għandha timponi tariffi fuq l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u fuq l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti. Dawk it-tariffi għandhom ikopru n-nefqa tal-EBA għall-eżekuzzjoni tal-kompiti superviżorji tagħha fir-rigward tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti f’konformità mal-Artikoli 117 u 119, kif ukoll ir-rimborż tal-ispejjeż li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu fit-twettiq tax-xogħol skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega tal-kompiti f’konformità mal-Artikolu 138.

2.   L-ammont tat-tariffa imposta fuq emittent individwali ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti għandu jkun proporzjonat għad-daqs tal-assi ta’ riżerva tiegħu u għandu jkopri l-ispejjeżkollha mġarrba mill-EBA għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħha previsti f’dan ir-Regolament.

L-ammont tat-tariffa imposta fuq emittent individwali ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti għandu jkun proporzjonat għad-daqs tal-ħruġ tat-token tal-flus elettroniċi bħala skambju ma’ fondi u għandu jkopri l-ispejjeż kollha derivati mill-eżekuzzjoni tal-kompiti superviżorji tal-EBA previsti f’dan ir-Regolament, inkluż ir-rimborż ta’ kwalunkwe kost imġarrab bħala riżultat tat-twettiq ta’ dawk il-kompiti.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 139 sa 30 ta’ Ġunju 2024 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika b’mod ulterjuri t-tip ta’ tariffi, il-kwisjonijiet li għalihom huma dovuti t-tariffi, l-ammont tat-tariffi u l-mod li bih għandhom jitħallsu u l-metodoloġija sabiex jiġi kkalkolat l-ammont massimu għal kull entità imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jista’ jintalab mill-EBA.

Artikolu 138

Delega ta’ kompiti mill-EBA lill-awtoritajiet kompetenti

1.   Meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq xieraq ta’ kompitu superviżorju fir-rigward ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, l-EBA tista’ tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi lil awtorità kompetenti. Tali kompiti superviżorji speċifiċi jistgħu jinkludu s-setgħa li jitwettqu talbiet għal informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 122 u li jitwettqu investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikolu 123 jew 124.

2.   Qabel ma tiddelega kompitu kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-EBA għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar:

(a)

l-ambitu tal-kompitu li għandu jiġi ddelegat;

(b)

l-iskeda ta’ żmien għat-twettiq tal-kompitu; u

(c)

it-trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa mill-EBA u lilha.

3.   F’konformità mal-att delegat dwar it-tariffi adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 137(3) u l-Artikolu 139, l-EBA għandha trodd lura lil awtorità kompetenti l-ispejjeż imġarrbin fit-twettiq tal-kompiti ddelegati.

4.   L-EBA għandha tirrieżamina d-delega tal-kompiti f’intervalli xierqa. Tali delega tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin.

TITOLU VIII

ATTI DELEGATI

Artikolu 139

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2), 43(11), 103(8), 104(8), 105(7), 134(10) u 137(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 36 xahar mid-29 ta’ Ġunju 2023. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 36 xahar. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 3(2), 43(11), 103(8), 104(8), 105(7), 134(10) u 137(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 3(2), 43(11), 103(8), 104(8), 105(7), 134(10) u 137(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

TITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 140

Rapporti dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament

1.   Sat-30 ta’ Ġunju 2027, wara li tkun ikkonsultat lill-EBA u lill-ESMA, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jkun akkumpanjat, meta meħtieġ, minn proposta leġiżlattiva. Għandu jiġi ppreżentat rapport interim sat-30 ta’ Ġunju 2025, akkumpanjat, meta xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

2.   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fihom dan li ġej:

(a)

in-numru ta’ ħarġiet ta’ kriptoassi fl-Unjoni, in-numru ta’ white papers dwar il-kriptoassi ppreżentati jew innotifikati lill-awtoritajiet kompetenti, it-tip ta’ kriptoassi maħruġa u l-kapitalizzazzjoni tas-suq tagħhom u n-numru ta’ kriptoassi ammessi għan-negozjar;

(b)

deskrizzjoni tal-esperjenza bil-klassifikazzjoni tal-kriptoassi inklużi diverġenzi possibbli fl-approċċi mill-awtoritajiet kompetenti;

(c)

valutazzjoni tal-ħtieġa tal-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ approvazzjoni għall-white papers dwar il-kriptoassi għal kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi;

(d)

stima tan-numru ta’ residenti tal-Unjoni li jużaw jew jinvestu fi kriptoassi maħruġa fl-Unjoni;

(e)

meta possibbli, stima tan-numru tar-residenti tal-Unjoni li jużaw jew jinvestu fi kriptoassi maħruġa barra mill-Unjoni u spjegazzjoni tad-disponibbiltà tad-data f’dak ir-rigward;

(f)

in-numru u l-valur ta’ frodi, ta’ scams, ta’ hacks, tal-użu ta’ kriptoassi għal pagamenti relatati ma’ attakki ta’ ransomware, attakki ċibernetiċi, serq jew telf ta’ kriptoassi rrapportati fl-Unjoni, it-tipi ta’ mġiba frodulenti, in-numru ta’ lmenti riċevuti mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u minn emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, in-numru ta’ lmenti riċevuti mill-awtoritajiet kompetenti u s-suġġetti tal-ilmenti riċevuti;

(g)

in-numru ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u analiżi tal-kategoriji ta’ assi ta’ riżerva, id-daqs tar-riżervi ta’ assi u l-volum ta’ pagamenti li saru f’tokens irreferenzjati ma’ assi;

(h)

in-numru ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti, u analiżi tal-kategoriji ta’ assi ta’ riżerva, id-daqs tar-riżervi tal-assi u l-volum ta’ pagamenti li saru f’tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti;

(i)

in-numru ta’ emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi u analiżi tal-muniti uffiċċjali rreferenzjati mit-tokens tal-flus elettroniċi, il-kompożizzjoni u d-daqs tal-fondi ddepożitati jew investiti skont l-Artikolu 54 u l-volum tal-pagamenti magħmula fit-tokens tal-flus elettroniċi;

(j)

in-numru ta’ emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti u analiżi tal-muniti uffiċċjali rreferenzjati mit-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, u, għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li joħorġu tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, analiżi tal-kategoriji tal-assi ta’ riżerva, id-daqs tar-riżervi ta’ assi u l-volum tal-pagamenti li saru f’tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(k)

in-numru ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti;

(l)

valutazzjoni tal-funzjonament tas-swieq fil-kriptoassi fl-Unjoni, inkluż tal-iżvilupp u tax-xejriet tas-suq, filwaqt li titqies l-esperjenza tal-awtoritajiet superviżorji, in-numru ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati u s-sehem mis-suq medju rispettiv tagħhom;

(m)

valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni tad-detenturi tal-kriptoassi u l-klijenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, b’mod partikolari d-detenturi fil-livell tal-konsumatur;

(n)

valutazzjoni ta’ komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni frodulenti u scams li jinvolvu l-kriptoassi li jseħħu permezz tan-networks tal-midja soċjali;

(o)

valutazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli għall-emittenti ta’ kriptoassi u fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-impatt tagħhom fuq ir-reżiljenza operazzjonali, l-integrità tas-suq, l-istabbiltà finanzjarja u l-protezzjoni tal-klijenti u tad-detenturi ta’ kriptoassi;

(p)

evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Artikolu 81 u tal-possibbiltà li jiġu introdotti testijiet ta’ adegwatezza fl-Artikoli 78, 79 u 80 sabiex jiġu protetti aħjar il-klijenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, speċjalment id-detenturi fil-livell tal-konsumatur;

(q)

valutazzjoni dwar jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi tal-kriptoassi koperti b’dan ir-Regolament huwiex xieraq u jekk huwiex meħtieġ kwalunkwe aġġustament fid-definizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, kif ukoll jekk huwiex meħtieġ li tiġi inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kwalunkwe forma addizzjonali ta’ kriptoassi innovattiva;

(r)

valutazzjoni ta’ jekk ir-rekwiżiti prudenzjali għal fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi humiex xierqa u jekk għandhomx jiġu allinjati mar-rekwiżiti għall-kapital inizjali u l-fondi proprji applikabbli għad-ditti ta’ investiment skont ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46) u d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (47);

(s)

valutazzjoni tal-adegwatezza tal-livelli limitu biex jiġu kklassifikati tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi bħala sinifikanti kif stabbilit fl-Artikolu 43(1), il-punti (a), (b) u (c), u valutazzjoni dwar jekk għandhomx jiġu valutati perjodikament il-livelli limitu;

(t)

valutazzjoni tal-iżvilupp tal-finanzi deċentralizzati fis-swieq tal-kriptoassi u tat-trattament regolatorju xieraq tas-sistemi deċentralizzati tal-kriptoassi;

(u)

valutazzjoni tal-adegwatezza tal-livelli limitu biex il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jitqiesu bħala sinifikanti skont l-Artikolu 85, u valutazzjoni ta’ jekk il-livelli limitu għandhomx jiġu evalwati perjodikament;

(v)

valutazzjoni dwar jekk jenħtieġx li jiġi stabbilit fis-sens ta’ dan ir-Regolament reġim ta’ ekwivalenza għall-entitajiet li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi, għall-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi jew għall-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi minn pajjiżi terzi;

(w)

valutazzjoni dwar jekk l-eżenzjonijiet skont l-Artikoli 4 u 16 humiex xierqa;

(x)

valutazzjoni tal-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern għal dak li jikkkonċerna l-kriptoassi, inkluż kwalunkwe impatt fuq l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs u fuq l-iżvilupp ta’ mezzi ġodda ta’ pagament, inklużi strumenti ta’ pagament;

(y)

deskrizzjoni tal-iżviluppi fil-mudelli tan-negozju u t-teknoloġiji fis-swieq fil-kriptoassi b’enfasi partikolari fuq l-impatt ambjentali u dak relatat mal-klima ta’ teknoloġiji ġodda, kif ukoll valutazzjoni tal-għażliet ta’ politika u meta meħtieġ kwalunkwe miżura addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa biex jittaffew l-impatti negattivi fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent tat-teknoloġiji użati fis-swieq tal-kriptoassi u, b’mod partikolari, tal-mekkaniżmi ta’ kunsens użati biex jiġu vvalidati t-tranżazzjonijiet tal-kriptoassi;

(z)

valutazzjoni dwar jekk huwiex meħtieġ xi tibdil fil-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni tal-klijenti u d-detenturi tal-kriptoassi, l-integrità tas-suq u l-istabbiltà finanzjarja;

(aa)

l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi u ta’ miżuri amministrattivi oħra;

(ab)

evalwazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-EBA, l-ESMA, il-banek ċentrali, kif ukoll awtoritajiet rilevanti oħra, inkluż fir-rigward tal-interazzjoni bejn ir-responsabbiltajiet jew il-kompiti tagħhom, u valutazzjoni tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-EBA, rispettivament, li jkunu responsabbli għas-superviżjoni skont dan ir-Regolament;

(ac)

evalwazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA rigward is-superviżjoni ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti, u valutazzjoni tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tal-ESMA, rispettivament, li jkunu responsabbli għas-superviżjoni ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti skont dan ir-Regolament;

(ad)

l-ispejjeż għall-emittenti tal-kriptoassi għajr it-tokens irreferenzjati ma’ assi u t-tokens tal-flus elettroniċi, sabiex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, espressi f’perċentwal tal-ammont miġbur mill-ħruġ ta’ kriptoassi;

(ae)

l-ispejjeż għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u tal-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sabiex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, espressi f’perċentwal tal-ispejjeż operazzjonali tagħhom;

(af)

l-ispejjeż għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sabiex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament espressi f’perċentwal tal-ispejjeż operazzjonali tagħhom;

(ag)

in-numru u l-ammont ta’ multi amministrattivi u ta’ penali kriminali imposti għal ksur ta’ dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti u mill-EBA.

3.   Meta applikabbli, ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jagħtu segwitu wkoll għas-suġġetti indirizzati fir-rapporti msemmija fl-Artikoli 141 u 142.

Artikolu 141

Rapport annwali tal-ESMA dwar l-iżviluppi tas-suq

Sal-31 ta’ Diċembru 2025 u kull sena wara dan, l-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-iżviluppi fis-swieq fil-kriptoassi. Ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Ir-rapport għandu jkun fih dan li ġej:

(a)

in-numru ta’ ħarġiet ta’ kriptoassi fl-Unjoni, in-numru ta’ white papers dwar il-kriptoassi ppreżentati jew innotifikati lill-awtoritajiet kompetenti, it-tip ta’ kriptoassi maħruġa u l-kapitalizzazzjoni tas-suq tagħhom, u n-numru ta’ kriptoassi ammessi għan-negozjar;

(b)

in-numru ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, u analiżi tal-kategoriji ta’ assi ta’ riżerva, id-daqs tar-riżervi tal-assi u l-volum ta’ tranżazzjonijiet f’tokens irreferenzjati ma’ assi;

(c)

in-numru ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti, u analiżi tal-kategoriji ta’ assi ta’ riżerva, id-daqs tar-riżervi tal-assi u l-volum ta’ tranżazzjonijiet f’tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti;

(d)

in-numru ta’ emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi, u analiżi tal-muniti uffiċċjali rreferenzjati mit-tokens tal-flus elettroniċi, il-kompożizzjoni u d-daqs tal-fondi ddepożitati jew investiti skont l-Artikolu 54, u l-volum ta’ pagamenti li saru f’tokens tal-flus elettroniċi;

(e)

in-numru ta’ emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, u analiżi tal-muniti uffiċċjali rreferenzjati mit-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, u, għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li joħorġu tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, analiżi tal-kategoriji tal-assi ta’ riżerva, id-daqs tar-riżervi ta’ assi, u l-volum tal-pagamenti li saru f’tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(f)

in-numru tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, u n-numru ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti;

(g)

stima tan-numru ta’ residenti tal-Unjoni li jużaw jew jinvestu fi kriptoassi maħruġa fl-Unjoni;

(h)

fejn possibbli, stima tan-numru tar-residenti tal-Unjoni li jużaw jew jinvestu fi kriptoassi maħruġa barra mill-Unjoni u spjegazzjoni tad-disponibbiltà tad-data f’dak ir-rigward;

(i)

immappjar tal-lokalizzazzjoni ġeografika u l-livell ta’ kun af lill-klijent tiegħek u proċeduri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti ta’ skambji mhux awtorizzati li jipprovdu servizzi fil-kriptoassi għar-residenti tal-Unjoni, inkluż in-numru ta’ skambji mingħajr domiċiljazzjoni ċara u n-numru ta’ skambji li jinsabu f’ġuriżdizzjonijiet inklużi fil-lista ta’ pajjiżi terzi ta’ riskju għoli għall-finijiet tar-regoli tal-Unjoni relatati mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jew fil-lista ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa, ikklassifikati skont il-livell ta’ konformità ma’ proċeduri adegwati fil-qasam ta’ kun af lill-klijent tiegħek;

(j)

il-proporzjon ta’ tranżazzjonijiet fil-kriptoassi li jseħħu permezz ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jew fornitur ta’ servizz mhux awtorizzat jew bejn il-pari, u l-volum ta’ tranżazzjoni tagħhom;

(k)

in-numru u l-valur ta’ frodi, ta’ scams, ta’ hacks, tal-użu ta’ kriptoassi f’pagamenti relatati ma’ attakki ta’ ransomware, attakki ċibernetiċi, serq jew telf ta’ kriptoassi rrapportati fl-Unjoni, it-tipi ta’ mġiba frodulenti, in-numru ta’ lmenti riċevuti mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u minn emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, in-numru ta’ lmenti riċevuti mill-awtoritajiet kompetenti u s-suġġetti tal-ilmenti riċevuti;

(l)

in-numru ta’ lmenti riċevuti minn fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, emittenti u awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ informazzjoni falza u qarrieqa li tinsab fil-white papers dwar il-kriptoassi jew fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, anki permezz ta’ pjattaformi tal-media soċjali;

(m)

approċċi u għażliet possibbli, ibbażati fuq l-aħjar prattiki u rapporti minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, biex jitnaqqas ir-riskju taċ-ċirkomvenzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi minn atturi ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni mingħajr awtorizzazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport. Għall-finijiet tar-rapport, l-ESMA tista’ titlob informazzjoni mingħand l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi.

Artikolu 142

Rapport dwar l-aħħar żviluppi fil-qasam tal-kriptoassi

1.   Sat-30 ta’ Diċembru 2024, u wara li tikkonsulta lill-EBA u lill-ESMA, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-aħħar żviluppi fir-rigward tal-kriptoassi, b’mod partikolari fuq kwistjonijiet li ma ġewx indirizzati f’dan ir-Regolament, li jkun akkumpanjat, meta xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

2.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih minn tal-anqas dan li ġej:

(a)

valutazzjoni tal-iżvilupp ta’ finanzi deċentralizzati fis-swieq tal-kriptoassi u tat-trattament regolatorju xieraq tas-sistemi deċentralizzati tal-kriptoassi mingħajr emittent jew fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, inkluża valutazzjoni tal-ħtieġa u l-fattibbiltà tar-regolamentazzjoni tal-finanzji deċentralizzati;

(b)

valutazzjoni tal-ħtieġa u l-fattibbiltà tar-regolamentazzjoni tal-għoti u t-teħid b’self ta’ kriptoassi;

(c)

valutazzjoni tat-trattament tas-servizzi assoċjati mat-trasferiment ta’ tokens tal-flus elettroniċi, meta mhux indirizzati fil-kuntest tar-rieżami tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(d)

valutazzjoni tal-iżvilupp tas-swieq fi kriptoassi uniċi u mhux funġibbli u tat-trattament regolatorju xieraq ta’ tali kriptoassi, inkluża valutazzjoni tal-ħtieġa u l-fattibbiltà tar-regolamentazzjoni tal-offerenti ta’ kriptoassi uniċi u mhux funġibbli kif ukoll fornituri ta’ servizzi relatati ma’ tali kriptoassi.

Artikolu 143

Miżuri tranżizzjonali

1.   L-Artikoli 4 sa 15 ma għandhomx japplikaw għall-offerti lill-pubbliku ta’ kriptoassi li jkunu ntemmu qabel it-30 ta’ Diċembru 2024.

2.   B’deroga mit-Titolu II, għandhom japplikaw biss ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi li kienu ammessi għan-negozjar qabel it-30 ta’ Diċembru 2024:

(a)

L-Artikoli 7 u 9 għandhom japplikaw għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ppubblikati wara it-30 ta’ Diċembru 2024;

(b)

l-operaturi tal-pjattaformi ta’ negozjar għandhom jiżguraw sat-30 ta’ Diċembru 2027 li white paper dwar il-kriptoassi, fil-każijiet meħtieġa minn dan ir-Regolament, titfassal, tiġi nnotifikata u ppubblikata f’konformità mal-Artikoli 6, 8 u 9 u tiġi aġġornata f’konformità mal-Artikolu 12.

3.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li pprovdew is-servizzi tagħhom f’konformità mal-liġi applikabbli qabel it-30 ta’ Diċembru 2024, jistgħu jkomplu jagħmlu dan sal-1 ta’ Lulju 2026 jew sakemm jingħataw jew jiġu rrifjutati awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 63, skont liema data tiġi l-ewwel.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx ir-reġim tranżittorju għall-fornituri tas-servizzi tal-kriptoassi prevista fl-ewwel subparagrafu jew li jnaqqsu d-durata tagħha meta jqisu li l-qafas regolatorju nazzjonali tagħhom applikabbli qabel it-30 ta’ Diċembru 2024 huwa inqas strett minn dan ir-Regolament.

Sat-30 ta’ Ġunju 2024, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA jekk eżerċitawx l-għażla prevista fit-tieni subparagrafu u d-durata tar-reġim tranżittorju.

4.   L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, għajr l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ħarġu tokens irreferenzjati ma’ assi f’konformità mal-liġi applikabbli qabel it-30 ta’ Ġunju 2024, jistgħu jkomplu jagħmlu dan sakemm jingħataw awtorizzazzjoni sakemm ma jingħataw jew jiġu rrifjutati awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 21, dment li jkunu applikaw għal awtorizzazzjoni sa qabel it-30 ta’ Lulju 2024.

5.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu ħarġu tokens irreferenzjati ma’ assi f’konformità mal-liġi applikabbli qabel it-30 ta’ Ġunju 2024, jistgħu jkomplu jagħmlu dan sakemm il-white paper dwar il-kriptoassi tkun ġiet approvata jew tkun naqset milli tiġi approvata skont l-Artikolu 17 dment li jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom skont il-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu qabel it-30 ta’ Lulju 2024.

6.   B’deroga mill-Artikoli 62 u 63, l-Istati Membri jistgħu japplikaw proċedura simplifikata għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni li jiġu sottomessi bejn it-30 ta’ Diċembru 2024 u l-1 ta’ Lulju 2026 minn entitajiet li fit-30 ta’ Diċembru 2024, kienu awtorizzati skont il-liġi nazzjonali sabiex jipprovdu servizzi tal-kriptoassi. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mal-Kapitoli 2 u 3 tat-Titolu V qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni skont tali proċeduri simplifikati.

7.   L-EBA għandha teżerċita r-responsabbiltajiet superviżorji tagħha skont l-Artikolu 117 mid-data tal-applikazzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 43(11).

Artikolu 144

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Awtorità għandha taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha b’dan ir-Regolament u fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, tad-Direttiva 2008/48/KE (*1), tad-Direttiva 2009/110/KE, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (*2), tad-Direttiva 2013/36/UE (*3), tad-Direttiva 2014/49/UE (*4), tad-Direttiva 2014/92/UE (*5), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 (*6), tar-Regolament (UE) 2023/1114 (*7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u, sa fejn dawk l-atti japplikaw għall-istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom, fil-limiti tal-partijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/65/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta’ kwalunkwe att legalment vinkolanti ieħor tal-Unjoni li jikkonferixxi kompiti lill-Awtorità. L-Awtorità għandha taġixxi wkoll f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (*8).

Artikolu 145

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1095/2010

Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej b’dan li ġej:

“L-Awtorità għandha taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha b’dan ir-Regolament u fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 97/9/KE, 98/26/KE, 2001/34/KE, 2002/47/KE, 2004/109/KE, 2009/65/KE, id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9), ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10), ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11), ir-Regolament 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*12) u sa fejn dawk l-atti japplikaw għal ditti li jipprovdu servizzi ta’ investiment jew għal impriżi ta’ investiment kollettiv li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet jew l-ishma tagħhom, emittenti jew offerenti ta’ kriptoassi, il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jew il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom, fil-limiti tal-partijiet rilevanti tad-Direttivi 2002/87/KE u 2002/65/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta’ kwalunkwe att legalment vinkolanti ieħor tal-Unjoni li jikkonferixxi kompiti lill-Awtorità.

Artikolu 146

Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE

Fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, il-punt 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“15.

Il-ħruġ ta’ flus elettroniċi inkluż tokens tal-flus elettroniċi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*13).

16.

Il-ħruġ ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (6), tar-Regolament (EU) 2023/1114.

17.

Servizzi tal-kriptoassi fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2023/1114.

Artikolu 147

Emenda għad-Direttiva (UE) 2019/1937

Fil-Parti I.B tal-Anness għad-Direttiva (UE) 2019/1937, jiżdied il-punt li ġej:

“(xxii)

Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq tal-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40)”

Artikolu 148

Traspożizzjoni tal-emendi għad-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-30 ta’ Diċembru 2024, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 146 u 147.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, lill-EBA u lill-ESMA t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert mill-Artikolu 116.

Artikolu 149

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika mit-30 ta’ Diċembru 2024.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, it-Titoli III u IV għandhom japplikaw mit-30 ta’ Ġunju 2024.

4.   B’deroga mill-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 2(5), 3(2), 6(11) u (12), l-Artikolu 14(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikoli 17(8), 18(6) u (7), 19(10) u (11), 21(3), 22(6) u (7), 31(5), 32(5), 34(13), 35(6), 36(4), 38(5), 42(4), 43(11), 45(7) u (8), 46(6), 47(5), 51(10) u (15), 60(13) u (14), 61(3), 62(5) u (6), 63(11), 66(6), 68(10), 71(5), 72(5), 76(16), 81(15), 82(2), 84(4), 88(4), 92(2) u (3), 95(10) u (11), 96(3), 97(1), 103(8), 104(8), 105(7), 107(3) u (4), 109(8) u 119(8), 134(10), 137(3) u l-Artikolu 139 għandhom japplikaw mid-29 ta’ Ġunju 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2023.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

P. KULLGREN


(1)  ĠU C 152, 29.4.2021, p. 1.

(2)  ĠU C 155, 30.4.2021, p. 31.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ April 2023 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Mejju 2023.

(4)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(7)  Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).

(8)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE, 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).

(10)  Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(13)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(14)  Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

(15)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).

(16)  Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(18)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(19)  Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

(20)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(22)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(23)  Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).

(24)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(25)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(26)  ĠU C 337, 23.8.2021, p. 4.

(27)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(28)  Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).

(29)  Ir-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP) (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 1).

(30)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).

(31)  Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).

(32)  Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).

(33)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(34)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(35)  Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22).

(36)  Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

(37)  Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1).

(38)  Ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).

(39)  Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43).

(40)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta’ Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta’ ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26).

(41)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).

(42)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(43)  Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1).

(44)  Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1).

(45)  Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).

(46)  Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).

(47)  Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).


ANNESS I

ELEMENTI TA’ ŻVELAR GĦALL-WHITE PAPER TAL-KRIPTOASSI GĦAL KRIPTOASSI GĦAJR TOKENS IRREFERENZJATI MA’ ASSI JEW TOKENS TAL-FLUS ELETTRONIĊI

Parti A: Informazzjoni dwar l-offerent jew il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar

1.

L-isem;

2.

Il-forma ġuridika:

3.

L-indirizz reġistrat u l-uffiċċju prinċipali, meta jkunu differenti;

4.

Id-data tar-reġistrazzjoni;

5.

Identifikatur ta’ entita’ ġuridika jew identifikatur ieħor meħtieġ skont il-liġi nazzjonali applikabbli;

6.

Numru ta’ kuntatt bit-telefown u indirizz tal-email tal-offerent jew il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, u l-perjodu ta’ jiem li fihom investitur li jikkuntattja lill-offerent jew il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar permezz ta’ dak in-numru tat-telefown jew l-indirizz tal-email jirċievi tweġiba;

7.

Meta applikabbli, l-isem tal-impriża omm;

8.

L-identità, l-indirizzi tan-negozju u l-funzjonijiet tal-persuni li huma membri tal-korp maniġerjali tal-offerent jew il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar;

9.

L-attività kummerċjali jew professjonali tal-offerent jew il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar u, meta applikabbli, tal-impriża omm tagħhom;

10.

Il-kundizzjoni finanzjarja tal-offerent jew tal-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar matul l-aħħar tliet snin jew meta l-offerent jew il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar ma jkunux ġew stabbiliti għall-aħħar tliet snin, il-kundizzjoni finanzjarja tagħhom mid-data tar-reġistrazzjoni tagħhom.

Il-kundizzjoni finanzjarja għandha tiġi vvalutata abbażi ta’ rieżami ġust tal-iżvilupp u l-prestazzjoni tan-negozju tal-offerent jew tal-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar u tal-pożizzjoni tagħhom għal kull sena u perjodu interim li għalih hija meħtieġa informazzjoni finanzjarja storika, inkluż il-kawżi tal-bidliet materjali.

Ir-rieżami għandu jkun analiżi bbilanċjata u komprensiva tal-iżvilupp u l-prestazzjoni tan-negozju tal-offerent jew tal-persuna li tkun qed tfittex ammissjoni għan-negozjar u tal-pożizzjoni tagħhom, bi proporzjon mad-daqs u l-kumplessità tan-negozju.

Parti B: Informazzjoni dwar l-emittent, jekk dan ikun differenti mill-offerent jew mill-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar

1.

L-isem;

2.

Il-forma ġuridika:

3.

L-indirizz reġistrat u l-uffiċċju prinċipali, meta jkunu differenti;

4.

Id-data tar-reġistrazzjoni;

5.

Identifikatur ta’ entita’ ġuridika jew identifikatur ieħor meħtieġ skont il-liġi nazzjonali applikabbli;

6.

Meta applikabbli, l-isem tal-impriża omm;

7.

L-identità, l-indirizzi tan-negozju u l-funzjonijiet tal-persuni li huma membri tal-korp maniġerjali tal-emittent;

8.

L-attività kummerċjali jew professjonali tal-emittent u, meta applikabbli, tal-impriża omm tiegħu.

Parti C: Informazzjoni dwar l-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar f’każijiet meta jfassal il-white paper dwar il-kriptoassi

1.

L-isem;

2.

Il-forma ġuridika:

3.

L-indirizz reġistrat u l-uffiċċju prinċipali, meta jkunu differenti;

4.

Id-data tar-reġistrazzjoni;

5.

Identifikatur ta’ entita’ ġuridika jew identifikatur ieħor meħtieġ skont il-liġi nazzjonali applikabbli;

6.

Meta applikabbli, l-isem tal-impriża omm;

7.

Ir-raġuni għaliex dak l-operatur fassal il-white paper dwar il-kriptoassi;

8.

L-identità, l-indirizzi tan-negozju u l-funzjonijiet tal-persuni li huma membri tal-korp maniġerjali tal-operatur;

9.

L-attività kummerċjali jew professjonali tal-operatur u, meta applikabbli, tal-impriża omm tiegħu.

Parti D: Informazzjoni dwar il-proġett tal-kriptoassi

1.

L-isem tal-proġett tal-kriptoassi u tal-kriptoassi, jekk differenti mill-isem tal-offerent jew tal-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar u l-abbrevjazzjoni jew ticker handler;

2.

Deskrizzjoni qasira tal-proġett tal-kriptoassi;

3.

Id-dettalji tal-persuni fiżiċi jew tal-persuni ġuridiċi kollha (inklużi l-indirizzi tan-negozji jew id-domiċilju tal-impriża) involuti fl-implimentazzjoni tal-proġett tal-kriptoassi, bħall-konsulenti, it-tim tal-iżvilupp u l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi;

4.

Meta l-proġett tal-kriptoassi jikkonċerna tokens ta’ utilità, il-karatteristiċi ewlenin tal-prodotti jew tas-servizzi li se jiġu żviluppati;

5.

Informazzjoni dwar il-proġett tal-kriptoassi, b’mod partikolari l-istadji importanti passati u futuri tal-proġett u, meta applikabbli, ir-riżorsi diġà allokati għall-proġett;

6.

Meta applikabbli, l-użu pjanat ta’ kwalunkwe fond jew kriptoassi ieħor miġbur.

Parti E: Informazzjoni dwar l-offerta ta’ kriptoassi lill-pubbliku jew l-ammissjoni tagħhom għan-negozjar

1.

Indikazzjoni dwar jekk il-white paper dwar il-kriptoassi tikkonċernax l-offerta ta’ kriptoassi lill-pubbliku jew l-ammissjoni tagħhom għan-negozjar;

2.

Ir-raġunijiet għall-offerta lill-pubbliku jew għall-ammissjoni għan-negozjar;

3.

Meta applikabbli, l-ammont li l-offerta lill-pubbliku għandha l-intenzjoni tiġġenera f’fondi jew fi kwalunkwe kriptoassi ieħor, inkluż, meta applikabbli, kwalunkwe għan ta’ sottoskrizzjoni fil-mira minimu u massimu stabbilit għall-offerta lill-pubbliku tal-kriptoassi, u jekk humiex aċċettati sottoskrizzjonijiet żejda u kif jiġu allokati;

4.

Il-prezz tal-ħruġ tal-kriptoassi offrut lill-pubbliku (f’munita uffiċjali jew fi kwalunkwe kriptoassi ieħor), kwalunkwe tariffa tas-sottoskrizzjoni applikabbli jew il-metodu li bih se jiġi ddeterminat il-prezz tal-offerta;

5.

Meta applikabbli, in-numru totali ta’ kriptoassi li se jiġu offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar;

6.

Indikazzjoni tad-detenturi prospettivi li l-offerta ta’ kriptoassi lill-pubbliku jew l-ammissjoni ta’ tali kriptoassi għan-negozjar timmira lejhom, inkluża kwalunkwe restrizzjoni rigward it-tip ta’ detenturi ta’ tali kriptoassi;

7.

Avviż speċifiku li x-xerrejja li jipparteċipaw fl-offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi se jkunu jistgħu jiġu rimborżati jekk ma tintlaħaqx il-mira minima ta’ sottoskrizzjoni fi tmiem l-offerta lill-pubbliku, jekk jeżerċitaw id-dritt ta’ rtirar previst fl-Artikolu 13 jew jekk l-offerta tiġi kkanċellata u deskrizzjoni dettaljata tal-mekkaniżmu ta’ rifużjoni, inkluż l-iskeda ta’ żmien mistennija ta’ meta se jitlestew dawn ir-rifużjonijiet;

8.

Informazzjoni dwar id-diversi stadji tal-offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi, inkluża informazzjoni dwar il-prezz tax-xiri skontat għal xerrejja bikrija ta’ kriptoassi (bejgħ prepubbliku); fil-każ ta’ prezz tax-xiri skontat għal xi xerrejja, spjegazzjoni għaliex il-prezzijiet tax-xiri jistgħu jkunu differenti, u deskrizzjoni tal-impatt fuq l-investituri l-oħra;

9.

Għal offerti b’limitu ta’ żmien, il-perjodu ta’ abbonament li matulu l-offerta lill-pubbliku tkun miftuħa;

10.

L-arranġamenti għas-salvagwardja tal-fondi jew kriptoassi oħra kif imsemmi fl-Artikolu 10 matul l-offerta b’limitu ta’ żmien lill-pubbliku jew matul il-perjodu ta’ rtirar;

11.

Metodi ta’ ħlas għax-xiri tal-kriptoassi offruti u l-metodi ta’ trasferiment tal-valur lix-xerrejja meta jkunu intitolati li jiġu rimborzati;

12.

Fil-każ ta’ offerti lill-pubbliku, informazzjoni dwar id-dritt tal-irtirar kif imsemmi fl-Artikolu 13;

13.

Informazzjoni dwar il-mod u l-iskeda taż-żmien tat-trasferiment tal-kriptoassi mixtrija lid-detenturi;

14.

Informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tekniċi li x-xerrej huwa rikjest li jissodisfa biex iżomm il-kriptoassi;

15.

Meta applikabbli, l-isem tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi inkarigat mit-tqegħid tal-kriptoassi u l-forma ta’ tali tqegħid (b’bażi ta’ impenn sod jew mingħajru);

16.

Meta applikabbli, l-isem tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi fejn tintalab l-ammissjoni għan-negozjar, u informazzjoni dwar il-mod kif l-investituri jistgħu jaċċessaw tali pjattaformi ta’ negozjar u dwar l-ispejjeż involuti;

17.

Spejjeż relatati mal-offerta ta’ kriptoassi lill-pubbliku;

18.

Kunflitti ta’ interess potenzjali tal-persuni involuti fl-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar, li jirriżultaw b’rabta mal-offerta jew l-ammissjoni għan-negozjar;

19.

Il-liġi applikabbli għall-offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi, kif ukoll il-qorti kompetenti.

Parti F: Informazzjoni dwar il-kriptoassi

1.

It-tip ta’ kriptoassi li se jkun offrut lill-pubbliku jew li tkun qed tintalab ammissjoni għan-negozjar għalih;

2.

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi, inkluża d-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 109, kif speċifikat f’konformità mal-paragrafu 8 ta’ dak l-Artikolu, u l-funzjonalità tal-kriptoassi li qed jiġu offruti jew ammessi għan-negozjar, inkluża informazzjoni dwar meta huma ppjanati li jibdew japplikaw l-funzjonalitajiet.

Parti G: Informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi marbuta mal-kriptoassi

1.

Deskrizzjoni tad-drittijiet u tal-obbligi, jekk hemm, tax-xerrej, u l-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet;

2.

Deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet li bihom id-drittijiet u l-obbligi jistgħu jiġu modifikati;

3.

Meta applikabbli, informazzjoni dwar l-offerti futuri lill-pubbliku ta’ kriptoassi mill-emittent u n-numru ta’ kriptoassi miżmuma mill-emittent innifsu;

4.

Meta l-offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi jew l-ammissjoni tagħhom għan-negozjar tikkonċerna tokens ta’ utilità, informazzjoni dwar il-kwalità u l-kwantità ta’ prodotti jew servizzi li t-tokens ta’ utilità jagħtu aċċess għalihom;

5.

Meta l-offerti ta’ kriptoassi lill-pubbliku jew l-ammissjoni tagħhom għan-negozjar jikkonċernaw tokens ta’ utilità, informazzjoni dwar kif tokens ta’ utilità jistgħu jinfdew għal prodotti jew servizzi li huma relatati magħhom;

6.

Meta ma tintalabx ammissjoni għan-negozjar, informazzjoni dwar kif u fejn il-kriptoassi jistgħu jinxtraw jew jinbiegħu wara l-offerta lill-pubbliku;

7.

Restrizzjonijiet fuq it-trasferibbiltà tal-kriptoassi li qed jiġu offruti jew ammessi għan-negozjar;

8.

Meta l-kriptoassi jkollhom protokolli għaż-żieda jew it-tnaqqis tal-provvista tagħhom b’reazzjoni għal bidliet fid-domanda, deskrizzjoni tal-funzjonament ta’ tali protokolli;

9.

Meta applikabbli, deskrizzjoni ta’ skemi ta’ protezzjoni li jipproteġu l-valur tal-kriptoassi u skemi ta’ kumpens;

10.

Il-liġi applikabbli għall-kriptoassi, kif ukoll il-qorti kompetenti.

Parti H: Informazzjoni dwar it-teknoloġija sottostanti

1.

Informazzjoni dwar it-teknoloġija użata, inkluża t-teknoloġija ta’ reġistru distribwit, il-protokolli u l-istandards tekniċi użati;

2.

Il-mekkaniżmu tal-kunsens, meta applikabbli;

3.

Mekkaniżmi ta’ inċentivi biex jiġu żgurati t-tranżazzjonijiet u kwalunkwe tariffa applikabbli;

4.

Meta l-kriptoassi jinħarġu, jiġu ttrasferiti u jinħażnu bl-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit li tiġi operata mill-emittent, mill-offerent jew minn parti terza li taġixxi f’isimhom, deskrizzjoni dettaljata tal-funzjonament ta’ tali teknoloġija ta’ reġistru distribwit;

5.

Informazzjoni dwar ir-riżultat tal-awditu tat-teknoloġija użata, jekk tali awditu twettaq;

Parti I: Informazzjoni dwar ir-riskji

1.

Deskrizzjoni tar-riskji assoċjati mal-offerta lill-pubbliku tal-kriptoassi u l-ammissjoni tagħhom għan-negozjar;

2.

Deskrizzjoni tar-riskji assoċjati mal-emittent, jekk ikun differenti mill-offerent jew mill-persuna li tkun qed tfittex ammissjoni għan-negozjar;

3.

Deskrizzjoni tar-riskji assoċjati mal-kriptoassi;

4.

Deskrizzjoni tar-riskji assoċjati mal-implimentazzjoni tal-proġett;

5.

Deskrizzjoni tar-riskji assoċjati mat-teknoloġija użata kif ukoll tal-miżuri ta’ mitigazzjoni, jekk ikun hemm.


ANNESS II

ELEMENTI TA’ ŻVELAR GĦALL-WHITE PAPER TAL-KRIPTOASSI GĦAL TOKEN IRREFERENZJAT MA’ ASSI

Parti A: Informazzjoni dwar l-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi

1.

L-isem;

2.

Il-forma ġuridika:

3.

L-indirizz reġistrat u l-uffiċċju prinċipali, meta jkunu differenti;

4.

Id-data tar-reġistrazzjoni;

5.

Identifikatur ta’ entita’ ġuridika jew identifikatur ieħor meħtieġ skont il-liġi nazzjonali applikabbli;

6.

Meta applikabbli, l-identità tal-impriża omm;

7.

L-identità, l-indirizzi tan-negozju u l-funzjonijiet tal-persuni li huma membri tal-korp maniġerjali tal-emittent;

8.

L-attività kummerċjali jew professjonali tal-emittent u, meta applikabbli, tal-impriża omm tiegħu;

9.

Il-qagħda finanzjarja tal-emittent matul l-aħħar tliet snin jew meta l-emittent ma jkunx ilu stabbilit fit-tliet snin preċedenti, il-qagħda finanzjarja tiegħu mid-data tar-reġistrazzjoni tiegħu.

Il-kundizzjoni finanzjarja għandha tiġi vvalutata abbażi ta’ rieżami ġust tal-iżvilupp u l-prestazzjoni tan-negozju tal-emittent u tal-pożizzjoni tiegħu għal kull sena u perjodu interim li għalih hija meħtieġa informazzjoni finanzjarja storika, inkluż il-kawżi tal-bidliet materjali.

Ir-rieżami għandu jkun analiżi bbilanċjata u komprensiva tal-iżvilupp u l-prestazzjoni tan-negozju tal-emittent u tal-pożizzjoni tiegħu, bi proporzjon mad-daqs u l-kumplessità tan-negozju.

10.

Deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti ta’ governanza tal-emittent;

11.

Ħlief għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi li huma eżentati mill-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 17, dettalji dwar l-awtorizzazzjoni bħala emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi u l-isem tal-awtorità kompetenti li tat tali awtorizzazzjoni.

Għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-isem tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju.

12.

F’każ li l-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jkun ħareġ ukoll kriptoassi oħrajn jew ikollu wkoll attivitajiet oħra relatati mal-kriptoassi, dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar; l-emittent għandu jiddikjara wkoll jekk hemmx xi konnessjoni bejn l-emittent u l-entità li tmexxi t-teknoloġija ta’ reġistru distribwit użata biex jinħareġ il-kriptoassi, inkluż jekk il-protokolli humiex immexxija jew ikkontrollati minn persuna konnessa mill-qrib mal-parteċipanti tal-proġett.

Parti B: Informazzjoni dwar it-token irreferenzjat ma’ assi

1.

L-isem u l-abbrevjazzjoni jew it-ticker handler tat-token irreferenzjat ma’ assi;

2.

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi tat-token irreferenzjat ma’ assi, inkluża d-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 109, kif speċifikat f’konformità mal-paragrafu 8 ta’ dak l-Artikolu;

3.

Id-dettalji tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha (inklużi l-indirizzi tan-negozju jew id-domiċilju tal-kumpanija) involuti fl-operazzjonalizzazzjoni tat-token irreferenzjat ma’ assi, bħall-konsulenti, it-tim tal-iżvilupp u l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi;

4.

Deskrizzjoni tar-rwol, tar-responsabbiltajiet u tal-akkontabilità ta’ kwalunkwe entità terza msemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h);

5.

Informazzjoni dwar il-pjanijiet għat-tokens irreferenzjati ma’ assi, inkluż id-deskrizzjoni tal-istadji importanti passati u futuri tal-proġett u, meta applikabbli, ir-riżorsi diġà allokati.

Parti C: Informazzjoni dwar l-offerta tat-token irreferenzjat ma’ assi lill-pubbliku jew dwar l-ammissjoni tiegħu għan-negozjar

1.

Indikazzjoni dwar jekk il-white paper dwar il-kriptoassi tikkonċernax offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi jew l-ammissjoni għan-negozjar tiegħu;

2.

Meta applikabbli, l-ammont li l-offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi għandha l-intenzjoni tiġġenera f’fondi jew fi kwalunkwe kriptoassi ieħor, inkluż, meta applikabbli, kwalunkwe għan ta’ sottoskrizzjoni fil-mira minimu u massimu stabbilit għall-offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi, u jekk humiex aċċettati sottoskrizzjonijiet żejda u kif jiġu allokati;

3.

Meta applikabbli, in-numru totali tal-unitajiet tat-token irreferenzjat ma’ assi li se jiġu offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar;

4.

Indikazzjoni tad-detenturi prospettivi li l-offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi jew l-ammissjoni ta’ tali token irreferenzjat ma’ assi għan-negozjar għandha fil-mira, inkluż kwalunkwe restrizzjoni rigward it-tip ta’ detenturi għal tali token irreferenzjat ma’ assi;

5.

Avviż speċifiku li x-xerrejja li jipparteċipaw fl-offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi se jkunu jistgħu jiġu rimborżati jekk ma tintlaħaqx il-mira minima ta’ sottoskrizzjoni sal-aħħar tal-offerta lill-pubbliku, inkluż l-iskeda ta’ żmien mistennija ta’ meta se jitlestew dawn ir-rimborżi; il-konsegwenzi tal-qbiż ta’ mira massima ta’ sottoskrizzjoni għandhom ikunu espliċiti;

6.

Informazzjoni dwar id-diversi fażijiet tal-offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi, inkluża informazzjoni dwar il-prezz tax-xiri skontat għal xerrejja bikrija tat-token irreferenzjat ma’ assi (bejgħ prepubbliku) u, fil-każ ta’ prezz tax-xiri skontat għal xi xerrejja, spjegazzjoni dwar il-għala l-prezzijiet tax-xiri jistgħu jkunu differenti, u deskrizzjoni tal-impatt fuq l-investituri l-oħra;

7.

Għal offerti b’limitu ta’ żmien, il-perjodu ta’ abbonament li matulu l-offerta lill-pubbliku tkun miftuħa;

8.

Il-metodi ta’ ħlas għax-xiri tat-token irreferenzjat ma’ assi offruti u biex dawn jinfdew;

9.

Informazzjoni dwar il-metodu u l-iskeda taż-żmien tat-trasferiment tat-token irreferenzjat ma’ assi mixtrija lid-detenturi;

10.

Informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tekniċi li x-xerrej huwa rikjest li jissodisfa biex iżomm it-token irreferenzjat ma’ assi;

11.

Meta applikabbli, l-isem tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi inkarigat mit-tqegħid tat-tokens irreferenzjat ma’ assi u l-forma ta’ tali tqegħid (b’bażi soda ta’ impenn jew mingħajrha);

12.

Meta applikabbli, l-isem tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi fejn tintalab l-ammissjoni għan-negozjar, u informazzjoni dwar il-mod kif l-investituri jistgħu jaċċessaw tali pjattaformi ta’ negozjar u dwar l-ispejjeż involuti;

13.

Spejjeż relatati mal-offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi;

14.

Kunflitti ta’ interess potenzjali tal-persuni involuti fl-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar, li jirriżultaw b’rabta mal-offerta jew l-ammissjoni għan-negozjar;

15.

Il-liġi applikabbli għall-offerta tat-token irreferenzjat ma’ assi lill-pubbliku, kif ukoll il-qorti kompetenti.

Parti D: Informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi marbuta mat-token irreferenzjat ma’ assi

1.

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi u l-funzjonalità tat-token irreferenzjat ma’ assi li qed jiġu offruti jew ammessi għan-negozjar, inkluża informazzjoni dwar meta huma ppjanati li jibdew japplikaw l-funzjonalitajiet;

2.

Deskrizzjoni tad-drittijiet u tal-obbligi, jekk ikun hemm, tax-xerrej, u l-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet;

3.

Deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet li bihom id-drittijiet u l-obbligi jistgħu jiġu modifikati;

4.

Meta applikabbli, informazzjoni dwar l-offerti futuri lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi mill-emittent u n-numru ta’ unitajiet tat-token irreferenzjat ma’ assi miżmuma mill-emittent innifsu;

5.

Meta ma tintalabx ammissjoni għan-negozjar, informazzjoni dwar kif u fejn it-token irreferenzjat ma’ assi jista’ jinxtara jew jinbiegħ wara l-offerta lill-pubbliku;

6.

Kwalunkwe restrizzjoni fuq it-trasferibbiltà tat-token irreferenzjat ma’ assi li qed jiġi offrut jew ammess għan-negozjar;

7.

Meta t-token irreferenzjat ma’ assi jkollu protokolli għaż-żieda jew it-tnaqqis tal-provvista tiegħu b’reazzjoni għal bidliet fid-domanda, deskrizzjoni tal-funzjonament ta’ tali protokolli;

8.

Meta applikabbli, deskrizzjoni ta’ skemi ta’ protezzjoni li jipproteġu l-valur tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u skemi ta’ kumpens;

9.

Informazzjoni dwar in-natura u l-infurzabbiltà tad-drittijiet, inklużi drittijiet permanenti ta’ fidi u kwalunkwe pretensjoni li d-detenturi u kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika kif imsemmi fl-Artikolu 39(2), jista’ jkollhom kontra l-emittent, inkluża informazzjoni dwar kif tali drittijiet se jiġu ttrattati fil-każ ta’ proċeduri ta’ insolvenza, informazzjoni dwar jekk drittijiet differenti humiex allokati lil detenturi differenti u r-raġunijiet nondiskriminatorji għal tali trattament differenti;

10.

Deskrizzjoni dettaljata tal-pretensjoni li t-token irreferenzjat ma’ assi jirrappreżenta għad-detenturi, inklużi:

(a)

id-deskrizzjoni ta’ kull assi referenzjat u l-proporzjonijiet speċifikati ta’ kull wieħed minn dawk l-assi;

(b)

ir-relazzjoni bejn il-valur tal-assi referenzjati u l-ammont tal-pretensjoni u r-riżerva ta’ assi; u

(c)

deskrizzjoni ta’ kif issir valutazzjoni ġusta u trasparenti tal-komponenti tal-pretensjoni, li tidentifika, meta rilevanti, il-partijiet indipendenti;

11.

Meta applikabbli, informazzjoni dwar l-arranġamenti stabbiliti mill-emittent biex tiġi żgurata l-likwidità tat-token irreferenzjat ma’ assi, inkluż l-isem tal-entitajiet inkarigati mill-iżgurar ta’ tali likwidità;

12.

Id-dettalji ta’ kuntatt biex jiġu sottomessi lmenti u deskrizzjoni tal-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti u kwalunkwe mekkaniżmu ta’ soluzzjoni tat-tilwim jew proċedura ta’ rimedju stabbilita mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi;

13.

Deskrizzjoni tad-drittijiet tad-detenturi meta l-emittent ma jkunx jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu, inkluż f’insolvenza;

14.

Deskrizzjoni tad-drittijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru;

15.

Deskrizzjoni tad-drittijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ fidi;

16.

Informazzjoni dettaljata dwar kif it-token irreferenzjat ma’ assi huwa mifdi, inkluż jekk id-detentur hux se jkun jista’ jagħżel il-forma tal-fidi, il-forma tat-trasferiment jew il-munita uffiċjali tal-fidi;

17.

Il-liġi applikabbli għat-token irreferenzjat ma’ assi, kif ukoll il-qorti kompetenti.

Parti E: Informazzjoni dwar it-teknoloġija sottostanti

1.

Informazzjoni dwar it-teknoloġija użata, inkluża t-teknoloġija ta’ reġistru distribwit, kif ukoll il-protokolli u l-istandards tekniċi użati, li jippermettu ż-żamma, il-ħżin u t-trasferiment ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi;

2.

Il-mekkaniżmu tal-kunsens, meta applikabbli;

3.

Mekkaniżmi ta’ inċentivi biex jiġu żgurati t-tranżazzjonijiet u kwalunkwe tariffa applikabbli;

4.

Meta t-tokens irreferenzjati ma’ assi jinħarġu, jiġu ttrasferiti u jinħażnu bl-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit operat mill-emittent jew minn parti terza li taġixxi f’isem l-emittent, deskrizzjoni dettaljata tal-funzjonament ta’ tali teknoloġija ta’ reġistru distribwit;

5.

Informazzjoni dwar ir-riżultat tal-awditu tat-teknoloġija użata, jekk tali awditu twettaq.

Parti F: Informazzjoni dwar ir-riskji

1.

Ir-riskji relatati mar-riżerva ta’ assi, meta l-emittent ma jkunx jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu;

2.

Deskrizzjoni tar-riskji assoċjati mal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi;

3.

Deskrizzjoni tar-riskji assoċjati mal-offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi u l-ammissjoni tiegħu għan-negozjar;

4.

Deskrizzjoni tar-riskji assoċjati mat-token irreferenzjat ma’ assi, b’mod partikolari fir-rigward tal-assi referenzjati;

5.

Deskrizzjoni tar-riskji assoċjati mal-operazzjonalizzazzjoni tal-proġett ta’ token irreferenzjat ma’ assi;

6.

Deskrizzjoni tar-riskji assoċjati mat-teknoloġija użata kif ukoll tal-miżuri ta’ mitigazzjoni, jekk ikun hemm.

Parti G: Informazzjoni dwar ir-riżerva ta’ assi

1.

Deskrizzjoni dettaljata tal-mekkaniżmu li għandu l-għan li jallinja l-valur tar-riżerva ta’ assi mal-pretensjoni assoċjata mat-token irreferenzjat ma’ assi, inkluż l-aspetti legali u tekniċi;

2.

Deskrizzjoni dettaljata tar-riżerva ta’ assi u l-kompożizzjoni tagħhom;

3.

Deskrizzjoni tal-mekkaniżmi li permezz tagħhom jinħarġu u jinfdew it-tokens irreferenzjati ma’ assi;

4.

Informazzjoni dwar jekk parti mill-assi ta’ riżerva hijiex investita u, meta applikabbli, deskrizzjoni tal-politika ta’ investiment għal dawk l-assi ta’ riżerva;

5.

Deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ kustodja għall-assi ta’ riżerva, inkluża s-segregazzjoni tagħhom, u l-isem tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti, tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew tad-ditti tal-investiment maħtura bħala kustodji tal-assi ta’ riżerva.


ANNESS III

ELEMENTI TA’ ŻVELAR GĦALL-WHITE PAPER DWAR IL-KRIPTOASSI GĦAL TOKEN TAL-FLUS ELETTRONIĊI

Parti A: Informazzjoni dwar l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi

1.

L-isem;

2.

Il-forma ġuridika:

3.

L-indirizz reġistrat u l-uffiċċju prinċipali, meta jkunu differenti;

4.

Id-data tar-reġistrazzjoni;

5.

Identifikatur ta’ entita’ ġuridika, jekk disponibbli, jew identifikatur ieħor meħtieġ skont il-liġi nazzjonali applikabbli;

6.

Numru ta’ kuntatt bit-telefown u indirizz tal-email tal-emittent, u l-perjodu ta’ jiem li fihom investitur li jikkuntattja lill-emittent permezz ta’ dak in-numru tat-telefown jew l-indirizz tal-email jirċievi tweġiba;

7.

Meta applikabbli, l-identità tal-impriża omm;

8.

L-identità, l-indirizz tan-negozju u l-funzjonijiet tal-persuni li huma membri tal-korp maniġerjali tal-emittent;

9.

L-attività kummerċjali jew professjonali tal-emittent u, meta applikabbli, tal-impriża omm tiegħu;

10.

Kunflitti ta’ interess potenzjali;

11.

F’każ li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi jkun ħareġ ukoll kriptoassi oħrajn jew ikollu wkoll attivitajiet oħra relatati mal-kriptoassi, dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar. l-emittent għandu jiddikjara wkoll jekk hemmx xi konnessjoni bejn l-emittent u l-entità li tmexxi t-teknoloġija ta’ reġistru distribwit użata biex jinħareġ il-kriptoassi, inkluż jekk il-protokolli humiex immexxija jew ikkontrollati minn persuna konnessa mill-qrib mal-parteċipanti tal-proġett;

12.

Il-kundizzjoni finanzjarja tal-emittent matul l-aħħar tliet snin jew, meta l-emittent ma jkunx ġie stabbilit għall-aħħar tliet snin, il-kundizzjoni finanzjarja tal-emittent mid-data tar-reġistrazzjoni tiegħu.

Il-kundizzjoni finanzjarja għandha tiġi vvalutata abbażi ta’ rieżami ġust tal-iżvilupp u l-prestazzjoni tan-negozju tal-emittent u tal-pożizzjoni tiegħu għal kull sena u perjodu interim li għalih hija meħtieġa informazzjoni finanzjarja storika, inkluż il-kawżi tal-bidliet materjali.

Ir-rieżami għandu jkun analiżi bbilanċjata u komprensiva tal-iżvilupp u l-prestazzjoni tan-negozju tal-emittent u tal-pożizzjoni tiegħu, bi proporzjon mad-daqs u l-kumplessità tan-negozju;

13.

Ħlief għall-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi li huma eżentati mill-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 48(4) u (5), dettalji dwar l-awtorizzazzjoni bħala emittent ta’ token tal-flus elettroniċi u l-isem tal-awtorità kompetenti li tat l-awtorizzazzjoni.

Parti B: Informazzjoni dwar it-token tal-flus elettroniċi

1.

L-isem u l-abbrevjazzjoni;

2.

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi tat-token tal-flus elettroniċi, inkluż id-data neċessarja għall-klassifikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 109, kif speċifikat skont il-paragrafu 8 ta’ dak l-Artikolu;

3.

Id-dettalji tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha (inkluż l-indirizzi tan-negozju u/jew id-domiċilju tal-kumpanija) involuti fid-disinn u fl-iżvilupp, bħall-konsulenti, it-tim tal-iżvilupp u l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi.

Parti C: Informazzjoni dwar l-offerta tat-token tal-flus elettroniċi lill-pubbliku jew dwar l-ammissjoni tiegħu għan-negozju

1.

Indikazzjoni dwar jekk il-white paper dwar il-kriptoassi tikkonċernax offerta lill-pubbliku tat-token tal-flus elettroniċi jew l-ammissjoni għan-negozjar tiegħu;

2.

Meta applikabbli, in-numru totali ta’ unitajiet tat-token tal-flus elettroniċi li se jiġu offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar;

3.

Meta applikabbli, l-isem tal-pjattaformi ta’ negozjar għall-kriptoassi fejn tkun qed tintalab l-ammissjoni għan-negozjar tat-token tal-flus elettroniċi;

4.

Il-liġi applikabbli għall-offerta tat-token tal-flus elettroniċi lill-pubbliku, kif ukoll il-qorti kompetenti.

Parti D: Informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi marbuta mat-tokens tal-flus elettroniċi

1.

Deskrizzjoni dettaljata tad-drittijiet u tal-obbligi, jekk ikun hemm, li d-detentur ta’ token tal-flus elettroniċi għandu, inkluż id-dritt ta’ fidi b’parità kif ukoll il-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet;

2.

Deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet li bihom id-drittijiet u l-obbligi jistgħu jiġu modifikati;

3.

Deskrizzjoni tad-drittijiet tad-detenturi meta l-emittent ma jkunx jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu, inkluż f’insolvenza;

4.

Deskrizzjoni tad-drittijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru;

5.

Deskrizzjoni tad-drittijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ fidi;

6.

Id-dettalji ta’ kuntatt biex jiġu sottomessi lmenti u deskrizzjoni tal-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti u kwalunkwe mekkaniżmu ta’ soluzzjoni tat-tilwim jew proċedura ta’ rimedju stabbilita mill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi;

7.

Meta applikabbli, deskrizzjoni ta’ skemi ta’ protezzjoni li jipproteġu l-valur tal-kriptoassi u skemi ta’ kumpens;

8.

Il-liġi applikabbli għat-token tal-flus elettroniċi, kif ukoll il-qorti kompetenti.

Parti E: Informazzjoni dwar it-teknoloġija sottostanti

1.

Informazzjoni dwar it-teknoloġija użata, inkluża t-teknoloġija ta’ reġistru distribwit, kif ukoll il-protokolli u l-istandards tekniċi użati, li jippermettu ż-żamma, il-ħżin u t-trasferiment ta’ tokens ta’ flus elettroniċi;

2.

Informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tekniċi li x-xerrej irid jissodisfa biex jikseb kontroll fuq it-token tal-flus elettroniċi;

3.

Il-mekkaniżmu tal-kunsens, meta applikabbli;

4.

Mekkaniżmi ta’ inċentivi biex jiġu żgurati t-tranżazzjonijiet u kwalunkwe tariffa applikabbli;

5.

Meta t-token tal-flus elettroniċi jinħareġ, jiġi ttrasferit u jinħażen bl-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit li jiġi operat mill-emittent jew minn parti terza li taġixxi f’ismu, deskrizzjoni dettaljata tal-funzjonament ta’ tali teknoloġija ta’ reġistru distribwit;

6.

Informazzjoni dwar ir-riżultat tal-awditu tat-teknoloġija użata, jekk tali awditu twettaq.

Parti F: Informazzjoni dwar ir-riskji

1.

Deskrizzjoni tar-riskji assoċjati mal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi;

2.

Deskrizzjoni tar-riskji assoċjati mat-token tal-flus elettroniċi;

3.

Deskrizzjoni tar-riskji assoċjati mat-teknoloġija użata kif ukoll tal-miżuri ta’ mitigazzjoni, jekk ikun hemm.


ANNESS IV

REKWIŻITI KAPITALI MINIMI GĦALL-FORNITURI TA’ SERVIZZI TAL-KRIPTOASSI

Fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi

Tip ta’ servizzi tal-kriptoassi

Rekwiżiti kapitali minimi skont l-Artikolu 67(1), il -punt (a)

Klassi 1

Fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzat għas-servizzi tal-kriptoassi li ġejjin:

l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet f’isem il-klijenti;

it-tqegħid ta’ kriptoassi;

il-forniment ta’ servizzi ta’ trasferiment għall-kriptoassi f’isem il-klijenti;

ir-riċevuta u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet għall-kriptoassi f’isem il-klijenti;

il-forniment ta’ pariri dwar il-kriptoassi; u/jew

il-forniment ta’ mmaniġġjar tal-portafolli dwar il-kriptoassi.

EUR 50 000

Klassi 2

Fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzat għal kwalunkwe servizz tal-kriptoassi fil-Klassi 1 u:

il-forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti;

l-iskambju ta’ kriptoassi ma’ fondi; u/jew

l-iskambju ta’ kriptoassi ma’ kriptoassi oħrajn.

EUR 125 000

Klassi 3

Fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzat għal kwalunkwe servizz tal-kriptoassi fil-Klassi 2 u:

l-operat ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi.

EUR 150 000


ANNESS V

LISTA TA’ KSUR IMSEMMI FIT-TITOLI III U VI GĦALL-EMITTENTI TA’ TOKENS IRREFERENZJATI MA’ ASSI SINIFIKANTI

1.

L-emittent jikser l-Artikolu 22(1) jekk ma jirrapportax, għal kull token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti b’valur ta’ ħruġ li jkun ogħla minn EUR 100 000 000, fuq bażi trimestrali lill-EBA l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d), ta’ dak il-paragrafu.

2.

L-emittent jikser l-Artikolu 23(1) jekk ma jwaqqafx il-ħruġ ta’ token irreferenzjati ma’ assi sinifikanti malli jilħaq il-livelli limitu previsti f’dak il-paragrafu jew jekk ma jissottomettix pjan lill-EBA fi żmien 40 jum tax-xogħol minn meta jilħaq dawk il-livelli limitu biex jiżgura li l-għadd medju stmat trimestrali u l-valur aggregat medju tat-tranżazzjonijiet ta’ kuljum jinżammu taħt dawk il-livelli limitu.

3.

L-emittent jikser l-Artikolu 23(4) jekk ma jikkonformax mal-modifiki tal-pjan imsemmi fil-paragrafu 1, punt (b), ta’ dak l-Artikolu kif tirrikjedi l-EBA.

4.

L-emittent jikser l-Artikolu 25 jekk ma jinnotifikax lill-EBA bi kwalunkwe bidla fil-mudell tan-negozju tiegħu li x’aktarx ikollha influwenza sinifikanti fuq id-deċiżjoni dwar ix-xiri ta’ kwalunkwe detentur jew detentur prospettiv ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti, jew jekk ma jiddeskrivix tali bidla f’white paper dwar il-kriptoassi.

5.

L-emittent jikser l-Artikolu 25 jekk ma jikkonformax ma’ miżura mitluba mill-EBA f’konformità mal-Artikolu 25(4).

6.

L-emittent jikser l-Artikolu 27(1) jekk ma jaġixxix b’mod onest, ġust u professjonali.

7.

L-emittent jikser l-Artikolu 27(1) jekk ma jikkomunikax ma’ detenturi u detenturi prospettivi tat-token irreferenzjati ma’ assi sinifikanti b’mod ġust, ċar u mhux qarrieqi.

8.

L-emittent jikser l-Artikolu 27(2) jekk ma jaġixxix fl-aħjar interessi tad-detenturi tat-token irreferenzjati ma’ assi sinifikanti, jew jekk jagħti trattament preferenzjali lil detenturi speċifiċi, liema trattament ma jiġix żvelat fil-white paper dwar il-kriptoassi tal-emittent jew, meta applikabbli, fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni.

9.

L-emittent jikser l-Artikolu 28, jekk fuq is-sit web tiegħu ma jippubblikax il-white paper dwar il-kriptoassi approvata kif imsemmi fl-Artikolu 21(1) u, meta applikabbli, il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata kif imsemmija fl-Artikolu 25.

10.

L-emittent jikser l-Artikolu 28 jekk ma jagħmilx il-white paper dwar il-kriptoassi aċċessibbli għall-pubbliku sad-data ta’ bidu tal-offerta tat-token irreferenzjat ma’ assi sinfikanti lill-pubbliku jew tal-ammissjoni ta’ dak it-token għan-negozjar.

11.

L-emittent jikser l-Artikolu 28 jekk ma jiżgurax li l-white paper dwar il-kriptoassi u, meta applikabbli, il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata, tibqa’ disponibbli fuq is-sit web tiegħu tul iż-żmien kollu li t-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jkun miżmum mill-pubbliku.

12.

L-emittent jikser l-Artikolu 29(1) u (2) jekk jippubblika komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, relatati ma’ offerta ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti lill-pubbliku, jew mal-ammissjoni ta’ tali token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti għan-negozjar, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (d), u l-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu;

13.

L-emittent jikser l-Artikolu 29(3) jekk ma jippubblikax komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u kwalunkwe modifika tagħhom fuq is-sit web tiegħu.

14.

L-emittent jikser l-Artikolu 29(5) jekk ma jinnotifikax lill-EBA bil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, fuq talba.

15.

L-emittent jikser l-Artikolu 29(6) jekk ixxerred il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni qabel il-pubblikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi.

16.

L-emittent jikser l-Artikolu 30(1) jekk ma jiżvelax b’mod ċar, preċiż u trasparenti f’post pubbliku u faċilment aċċessibbli fuq is-sit web tiegħu l-ammont tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti fiċ-ċirkolazzjoni u l-valur u l-kompożizzjoni tar-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36, u jekk ma jaġġornax l-informazzjoni rikjesta tal-anqas darba fix-xahar.

17.

L-emittent jikser l-Artikolu 30(2) jekk ma jippubblikax mill-aktar fis possibbli f’post pubbliku u faċilment aċċessibbli fuq is-sit web tiegħu, sommarju fil-qosor, ċar, preċiż u trasparenti tar-rapport tal-awditu, kif ukoll ir-rapport tal-awditu sħiħ u mhux redatt, fir-rigward tar-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36.

18.

L-emittent jikser l-Artikolu 30(3) jekk ma jiżvelax f’post pubbliku u li huwa aċċessibbli faċilment fis-sit web tiegħu b’mod ċar, preċiż u trasparenti malajr kemm jista’ jkun kwalunkwe avveniment li jkollu jew li x’aktarx ikollu effett sinifikanti fuq il-valur tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew fuq ir-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36.

19.

L-emittent jikser l-Artikolu 31(1) jekk ma jistabbilix u ma jżommx proċeduri effettivi u trasparenti għat-trattament immedjat, ġust u konsistenti tal-ilmenti rċevuti minn detenturi tat-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u partijiet interessati oħra, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur li jirrappeżentaw detenturi ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti, u jekk ma jippubblikax deskrizzjoni ta’ dawk il-proċeduri, jew meta t-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jitqassam, totalment jew parzjalment, minn entitajiet terzi, jekk ma jistabbilix proċeduri li jiffaċilitaw ukoll it-trattament tal-ilmenti bejn id-detenturi u l-entitajiet terzi kif imsemmi fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h).

20.

L-emittent jikser l-Artikolu 31(2), jekk ma jippermettix lid-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jressqu ilmenti mingħajr ħlas.

21.

L-emittent jikser l-Artikolu 31(3), jekk ma jiżviluppax u ma jagħmilx disponibbli għad-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti formula biex iressqu l-ilmenti u jekk ma jżommx rekord tal-ilmenti kollha li jaslu u ta’ kwalunkwe miżura meħuda b’reazzjoni għall-dawk l-ilmenti.

22.

L-emittent jikser l-Artikolu 31(4), jekk ma jinvestigax l-ilmenti kollha fil-ħin u b’mod ġust jew jekk ma jikkomunikax ir-riżultat ta’ tali investigazzjonijiet lid-detenturi ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti tiegħu f’perjodu raġonevoli.

23.

L-emittent jikser l-Artikolu 32(1) jekk ma jimplimentax u ma jżommx politiki u proċeduri effettivi biex jidentifikaw, jipprevjenu, jimmaniġġaw u jiżvelaw il-kunflitti ta’ interess bejn l-emittent innifsu u l-azzjonisti jew il-membri tiegħu, huwa stess u kwalunkwe azzjonist jew membru, kemm jekk dirett jew indirett, li għandu parteċipazzjoni kwalifikanti fih, huwa stess u l-membri tal-korp maniġerjali tiegħu, huwa stess u l-impjegati tiegħu, huwa stess u d-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew hu stess u kwalunkwe parti terza li tipprovdi waħda mill-funzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel suparagrafu, il-punt (h).

24.

L-emittent jikser l-Artikolu 32(2) jekk ma jkunx ħa l-passi kollha xierqa biex jidentifika, jipprevjeni, jimmaniġġja u jiżvela l-kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mill-ġestjoni u mill-investiment tar-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36.

25.

L-emittent jikser l-Artikolu 32(3) u (4) jekk ma jiżvelax, f’post prominenti fuq is-sit web tiegħu, lid-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi sinfikanti n-natura ġenerali u s-sorsi tal-kunflitti ta’ interess u l-passi meħuda biex jiġu mitigati dawk ir-riskji, jew jekk ma jkunx preċiż biżżejjed fl-iżvelar biex jippermetti lid-detenturi prospettivi tat-token irreferenzjat ma’ assi sinfikanti jieħdu deċiżjoni infurmata dwar ix-xiri ta’ tali token.

26.

L-emittent jikser l-Artikolu 33, jekk ma jinnotifikax minnufihlill-EBA bi kwalunkwe bidla fil-korp maniġerjali tiegħu jew jekk ma jipprovdix lill-EBA bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex tivvaluta l-konformità mal-Artikolu 34(2).

27.

L-emittent jikser l-Artikolu 34(1) jekk ma jkollux arranġamenti ta’ governanza robusti, inklużi struttura organizzazzjonali ċara b’linji ta’ responsabilità ddefiniti sew, trasparenti u konsistenti, proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, l-immaniġġjar, il-monitoraġġ u r-rapportar tar-riskji li għalihom ikun jew jista’ jkun espost, u mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern, inklużi proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi tajba;

28.

L-emittent jikser l-Artikolu 34(2) jekk ikollu membri tal-korp maniġerjali tiegħu li ma jkollhomx reputazzjoni tajba biżżejjed jew ma jkollhomx l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza, kemm individwalment kif ukoll kollettivament, xierqa biex iwettqu dmirijiethom jew ma jurux li huma kapaċi jiddedikaw biżżejjed żmien biex iwettqu dmirijiethom b’mod effettiv.

29.

L-emittent jikser l-Artikolu 34(3) jekk ma jkollux lill-korp maniġerjali tiegħu jivvaluta u jirrieżamina perjodikament l-effettività tal-arranġamenti u tal-proċeduri ta’ politika stabbiliti għall-konformità mal-Kapitoli 2, 3, 5 u 6 tat-Titolu III jew jekk ma jiħux il-miżuri xierqa biex jindirizza kwalunkwe nuqqas f’dak ir-rigward.

30.

L-emittent jikser l-Artikolu 34(4) jekk ikollu azzjonisti jew membri, kemm jekk dirett jew indirett, b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti li ma għandhomx reputazzjoni tajba biżżejjed.

31.

L-emittent jikser l-Artikolu 34(5) jekk ma jadottax politiki u proċeduri li jkunu effettivi biżżejjed biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari jekk ma jistabbilix, ma jżommx u ma jimplimentax xi waħda mill-politiki u mill-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (k), ta’ dak il-paragrafu.

32.

L-emittent jikser l-Artikolu 34(5) jekk ma jidħolx f’arranġamenti kuntrattwali ma’ entitajiet terzi kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (h), ta’ dak il-paragrafu li jistabbilixxu r-rwoli, ir-responsabbiltajiet, id-drittijiet u l-obbligi kemm tal-emittent u kemm tal-entità terza kkonċernata, jew jekk ma jipprovdix għażla mhux ambigwa tal-liġi applikabbli.

33.

L-emittent jikser l-Artikolu 34(6), sakemm ma jkunx beda pjan kif imsemmi fl-Artikolu 47, jekk ma jużax sistemi, riżorsi jew proċeduri xierqa u proporzjonati biex jiżgura l-prestazzjoni kontinwa u regolari tas-servizzi u tal-attivitajiet tiegħu, u jekk ma jżommx is-sistemi u l-protokolli ta’ aċċess ta’ sigurtà kollha tiegħu skont l-istandards xierqa tal-Unjoni.

34.

L-emittent jikser l-Artikolu 34(7) jekk ma jissottomettix pjan għall-waqfien tal-forniment ta’ servizzi u attivitajiet lill-EBA, għall-approvazzjoni ta’ tali waqfien.

35.

L-emittent jikser l-Artikolu 34(8) jekk ma jidentifikax is-sorsi ta’ riskji operazzjonali u jekk ma jimminimizzax dawk ir-riskji permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi, kontrolli u proċeduri xierqa.

36.

L-emittent jikser l-Artikolu 34(9) jekk ma jistabbilixxix politika ta’ kontinwità tan-negozju u pjanijiet sabiex jiżgura, f’każ ta’ interruzzjoni tas-sistemi u tal-proċeduri tal-ICT tiegħu, il-preservazzjoni tad-data u tal-funzjonijiet essenzjali u ż-żamma tal-attivitajiet tiegħu, jew meta dan ma jkunx possibbli, l-irkupru f’waqtu ta’ tali data u funzjonijiet u l-issoktar f’waqtu tal-attivitajiet tiegħu.

37.

L-emittent jikser l-Artikolu 34(10) jekk ma jkollux fis-seħħ mekkaniżmi ta’ kontroll intern u proċeduri effettivi għall-immaniġġjar tar-riskju, inklużi arranġamenti effettivi ta’ kontroll u ta’ salvagwardja għall-immaniġġjar tas-sistemi tal-ICT kif jirrikjedi r-Regolament (UE) 2022/2554.

38.

L-emittent jikser l-Artikolu 34(11) jekk ma jkollux fis-seħħ sistemi u proċeduri li jkunu adegwati sabiex jissalvagwardjaw id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data kif jirrikjedi r-Regolament (UE) 2022/2554u bi qbil mar-Regolament (UE) 2016/679.

39.

L-emittent jikser l-Artikolu 34(12) jekk ma jiżgurax li l-emittent jiġi awditjat regolarment minn awdituri indipendenti.

40.

L-emittent jikser l-Artikolu 35(1) jekk ma jkollux, f’kull ħin, fondi proprji ugwali għal ammonti ta’ mill-anqas l-ogħla minn dak stabbilit fil-punt (a) jew (c) ta’ dak il-paragrafu jew fl-Artikolu 45(5).

41.

L-emittent jikser l-Artikolu 35(2) ta’ dan ir-Regolament meta l-fondi proprji tiegħu ma jkunux jikkonsistu mill-entrati u mill-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni msemmija fl-Artikoli 26 sa 30 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 wara t-tnaqqis sħiħ, skont l-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament, mingħajr l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet tal-livell limitu msemmija fl-Artikolu 46(4) u l-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament.

42.

L-emittent jikser l-Artikolu 35(3) jekk ma jikkonformax mar-rekwiżit tal-EBA li jżomm ammont ogħla ta’ fondi proprji, wara l-valutazzjoni magħmula f’konformità mal-punti (a) sa (g) ta’ dak il-paragrafu.

43.

L-emittent jikser l-Artikolu 35(5) jekk ma jwettaqx, fuq bażi regolari, testjar tal-istress li jqis xenarji ta’ stress finanzjarju ħorox iżda plawżibbli, bħal xokkijiet fir-rata tal-imgħax u xenarji ta’ stress mhux finanzjarju bħar-riskju operazzjonali.

44.

L-emittent jikser l-Artikolu 35(5) jekk ma jikkonformax mar-rekwiżit tal-EBA li jżomm ammont ogħla ta’ fondi proprji abbażi tal-eżitu tat-testjar tal-istress.

45.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(1) jekk ma jikkostitwix u, f’kull ħin, ma jżommx riżerva ta’ assi.

46.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(1) jekk ma jiżgurax li r-riżerva ta’ assi tkun komposta u ġestita b’tali mod li r-riskji assoċjati mal-assi referenzjati mit-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jkunu koperti.

47.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(1) jekk ma jiżgurax li r-riżerva ta’ assi hija komposta u ġestita b’tali mod li r-riskji tal-likwidità assoċjati mad-drittijiet permanenti tal-fidi tad-detenturi jiġu indirizzati.

48.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(3) jekk ma jiżgurawx li r-riżerva ta’ assi tkun segregata operazzjonalment mill-patrimonju tal-emittent, kif ukoll mir-riżerva ta’ assi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi oħra.

49.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(6) meta l-korp maniġerjali tiegħu ma jiżgurax ġestjoni effettiva u prudenti tar-riżerva ta’ assi.

50.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(6) jekk ma jiżgurax li l-ħruġ u l-fidi tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jkunu dejjem akkumpanjati minn żieda jew tnaqqis korrispondenti fir-riżerva ta’ assi.

51.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(7) jekk ma jiddeterminax il-valur aggregat tar-riżerva ta’ assi billi juża l-prezzijiet tas-suq, u jekk ma jkollux f’kull ħin il-valur aggregat tiegħu mill-anqas ugwali għall-valur aggregat tal-pretensjonijiet kontra l-emittent minn detenturi tat-tokens irreferenzjat ma’ assi sinifikanti fiċ-ċirkolazzjoni.

52.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(8), jekk ma jkollux politika ċara u dettaljata li tiddeskrivi l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni tat-token irreferenzjati ma’ assi sinifikanti li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (g) ta’ dak il-paragrafu.

53.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(9), jekk ma jordnax awditu indipendenti tar-riżerva ta’ assi kull sitt xhur, mid-data tal-awtorizzazzjoni tiegħu jew mid-data tal-approvazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 17.

54.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(10) jekk ma jinnotifikax lill-EBA bir-riżultat tal-awditu f’konformità ma’ dak il-paragrafu jew jekk ma jippubblikax ir-riżultat tal-awditu fi żmien ġimagħtejn mid-data tan-notifika lill-EBA.

55.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(1) jekk ma jistabbilix, ma jżommx jew ma jimplimentax politiki, proċeduri u arranġamenti kuntrattwali fil-qasam tal-kustodja li jiżguraw li l-kundizzjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (e), ta’ dak il-paragrafu ikunu ssodisfati il-ħin kollu.

56.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(2) jekk ma jkollux, meta joħroġ żewġ jew aktar tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti, politika ta’ kustodja stabbilita għal kull grupp ta’ riżerva ta’ assi.

57.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(3) jekk ma jiżgurax li l-assi ta’ riżerva jinżammu f’kustodja minn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jforni servizzi tal- kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti; istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara d-data tal-ħruġ tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti.

58.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(4) jekk ma jeżerċitax il-ħila, il-kura u d-diliġenza kollha dovuti fl-għażla, fil-ħatra u fir-rieżami tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment maħturin bħala kustodji tal-assi ta’ riżerva, jew jekk ma jiżgurax li l-kustodju jkun persuna ġuridika differenti mill-emittent.

59.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(4) jekk ma jiżgurax li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta’ investiment maħturin bħala kustodji tal-assi ta’ riżerva jkollhom l-għarfien espert u r-reputazzjoni tas-suq meħtieġa biex jaġixxu bħala kustodji ta’ tali assi ta’ riżerva.

60.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(4) jekk ma jiżgurax fl-arranġamenti kuntrattwali mal-kustodji li l-assi ta’ riżerva miżmuma f’kustodja jkunu protetti mill-pretensjonijiet tal-kredituri tal-kustodji.

61.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(5) jekk ma jistabbilix fil-politiki u proċeduri ta’ kustodja l-kriterji tal-għażla għall-ħatra tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew tad-ditti ta’ investiment bħala kustodji tal-assi ta’ riżerva jew jekk ma jistabbilixxix il-proċedura għar-rieżami ta’ dawn il-ħatriet.

62.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(5) jekk ma jirrieżaminax il-ħatra ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ta’ ditti ta’ investiment bħala kustodji tal-assi ta’ riżerva fuq bażi regolari, jekk ma jevalwax l-iskoperturi tiegħu għal tali kustodji jew jekk ma jimmonitorjax il-kundizzjonijiet finanzjarji ta’ tali kustodji fuq bażi kontinwa.

63.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(6) jekk ma jiżgurax li l-kustodja tal-assi ta’ riżerva titwettaq f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d), ta’ dak il-paragrafu.

64.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(7) jekk il-ħatra ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment bħala kustodju tal-assi ta’ riżerva ma tkunx evidenzjata minn arranġament kuntrattwali, jew jekk ma jirregolax, permezz ta’ tali arranġament kuntrattwali, il-fluss tal-informazzjoni meħtieġ biex tippermetti l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjoni ta’ kreditu u d-ditta tal-investiment iwettqu l-funzjonijiet tagħhom bħala kustodji.

65.

L-emittent jikser l-Artikolu 38(1) jekk jinvesti r-riżerva ta’ assi fi kwalunkwe prodott li ma huwiex strument finanzjarju likwidu ħafna b’riskju tas-suq, riskju ta’ kreditu u riskji ta’ konċentrazzjoni minimi jew meta tali investiment ma jkunx jista’ jiġi likwidat rapidament b’effett negattiv minimu fuq il-prezz.

66.

L-emittent jikser l-Artikolu 38(3) jekk ma jżommx f’kustodja f’konformità mal-Artikolu 37 l-istrumenti finanzjarji li fihom tiġi investita r-riżerva ta’ assi.

67.

L-emittent jikser l-Artikolu 38(4) jekk ma jġorrx il-profitti u t-telf kollha u kwalunkwe riskju ta’ kontraparti jew operazzjonali li jirriżultaw mill-investiment tar-riżerva ta’ assi.

68.

L-emittent jikser l-Artikolu 39(1) jekk ma jistabbilix, ma jżommx u ma jimplimentax politiki u proċeduri ċari u dettaljati fir-rigward tad-drittijiet permanenti ta’ fidi tad-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti.

69.

L-emittent jikser l-Artikolu 39(1) u (2) jekk ma jiżgurax li d-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jkollhom drittijiet permanenti ta’ fidi f’konformità ma’ dawk il-paragrafi, u jekk ma jistabbilix politika dwar tali drittijiet permanenti ta’ fidi li tissodisfa l-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 39(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (e).

70.

L-emittent jikser l-Artikolu 39(3) jekk japplika tariffi fil-każ tal-fidi tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti.

71.

L-emittent jikser l-Artikolu 40 jekk jagħti interessi fir-rigward tat-token irreferenzjati ma’ assi sinifikanti.

72.

L-emittent jikser l-Artikolu 45(1) jekk ma jadottax, ma jimplimentax jew ma jżommx fis-seħħ politika tar-remunerazzjoni li tippromwovi l-ġestjoni tar-riskju soda u effettiva ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u li ma toħloqx inċentivi biex jirrilassaw l-istandards tar-riskji.

73.

L-emittent jikser l-Artikolu 45(2) jekk ma jiżgurax li t-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti tiegħu jkun jista’ jinżamm f’kustodja minn fornituri differenti ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati biex ifornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti, fuq bażi ġusta, raġonevoli u nondiskriminatorja.

74.

L-emittent jikser l-Artikolu 45(3) jekk ma jivvalutax jew ma jimmonitorjax il-ħtiġijiet ta’ likwidità biex jissodisfa t-talbiet għal fidi tad-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti.

75.

L-emittent jikser l-Artikolu 45(3) jekk ma jistabbilix, ma jżommx jew ma jimplimentax politika u proċeduri ta’ ġestjoni tal-likwidità jew jekk ma jiżgurax, b’dik il-politika u proċeduri, li l-assi ta’ riżerva jkollhom profil ta’ likwidità reżiljenti li jippermetti lill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jkompli jopera b’mod normali, inkluż f’xenarji ta’ stress ta’ likwidità.

76.

L-emittent jikser l-Artikolu 45(4) jekk ma jwettaqx, fuq bażi regolari, testjar tal-istress tal-likwidità jew jekk ma jsaħħaħx ir-rekwiżiti tal-likwidità meta mitlub mill-EBA abbażi tal-eżitu ta’ dawn it-testijiet.

77.

L-emittent jikser l-Artikolu 46(1) jekk ma jabozzax u ma jżommx pjan ta’ rkupru li jipprevedi miżuri li għandhom jittieħdu mill-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti biex jirrestawra l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli għar-riżerva ta’ assi f’każijiet meta l-emittent jonqos milli jikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti, inkluż il-preservazzjoni tas-servizzi tiegħu relatati mat-token irreferenzjat mal-assi sinifikanti, l-irkupru f’waqtu tal-operazzjonijiet u t-twettiq tal-obbligi tal-emittent fil-każ ta’ avvenimenti li joħolqu riskju sinifikanti ta’ tfixkil tal-operazzjonijiet.

78.

L-emittent jikser l-Artikolu 46(1) jekk ma jabozzax u ma jżommx pjan ta’ rkupru li jinkludi kundizzjonijiet u proċeduri xierqa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni f’waqtha tal-azzjonijiet ta’ rkupru kif ukoll firxa wiesgħa ta’ possibiltajiet ta’ rkupru, kif elenkati fit-tielet subparagrafu ta’ dak il-paragrafu.

79.

L-emittent jikser l-Artikolu 46(2) jekk ma jinnotifikax l-pjan ta’ rkupru lill-EBA u, meta applikabbli, lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u superviżorji prudenzjali tiegħu, fi żmien sitt xhur mid-data tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 21 jew mid-data tal-approvazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 17.

80.

L-emittent jikser l-Artikolu 46(2) jekk ma jirrieżaminax jew ma jaġġornax b’mod regolari il-pjan ta’ rkupru.

81.

L-emittent jikser l-Artikolu 47(1) jekk ma jfassalx u ma jżommx pjan operazzjonali biex jappoġġja il-fidi ordnat ta’ kull token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti tiegħu.

82.

L-emittent jikser l-Artikolu 47(2) jekk ma jkollux pjan ta’ fidi li juri l-kapaċità tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti li jwettaq il-fidi tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti pendenti maħruġ mingħajr ma jikkawża ħsara ekonomika indebita lid-detenturi tiegħu jew lill-istabbiltà tas-swieq tal-assi ta’ riżerva.

83.

L-emittent jikser l-Artikolu 47(2) jekk ma jkollux pjan ta’ fidi li jinkludi arranġamenti kuntrattwali, proċeduri jew sistemi, inkluż in-nomina ta’ amministratur temporanju, biex jiġi żgurat it-trattament ekwu tad-detenturi kollha tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti u biex jiġi żgurat li d-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jitħallsu fil-ħin mir-rikavat mill-bejgħ tal-assi ta’ riżerva li jifdal.

84.

L-emittent jikser l-Artikolu 47(2) jekk ma jkollux pjan ta’ fidi li jiżgura l-kontinwità ta’ kwalunkwe attività kritika li tkun meħtieġa għall-fidi ordnat u li tkun imwettqa mill-emittent jew minn kwalunkwe entità terza.

85.

L-emittent jikser l-Artikolu 47(3) jekk ma jinnotifikax il-pjan ta’ fidi lill-EBA fi żmien sitt xhur mid-data tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 21 jew mid-data tal-approvazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 17.

86.

L-emittent jikser l-Artikolu 47(3) jekk ma jirrieżaminax jew ma jaġġornax b’mod regolari il-pjan ta’ fidi.

87.

L-emittent jikser l-Artikolu 88(1), ħlief jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 88(2) ikunu ssodisfati, jekk ma jinfurmax lill-pubbliku mill-aktar fis possibbli b’informazzjoni privileġġata kif imsemmija fl-Artikolu 87, li tikkonċerna direttament dak l-emittent, b’mod li jippermetti aċċess rapidu kif ukoll valutazzjoni kompluta, korretta u fil-ħin tal-informazzjoni mill-pubbliku.

ANNESS VI

LISTA TAL-KSUR TAD-DISPOŻIZZJONIJIET IMSEMMIJA FIT-TITOLU IV FLIMKIEN MAT-TITOLU III GĦALL-EMITTENTI TA’ TOKENS TAL-FLUS ELETTRONIĊI SINIFIKANTI

1.

L-emittent jikser l-Artikolu 22(1) jekk ma jirrapportax, għal kull token tal-flus elettroniċi sinifikanti denominat f’munita li mhijiex munita uffiċjali ta’ Stat Membru b’valur ta’ ħruġ li jkun ogħla minn EUR 100 000 000, fuq bażi trimestrali lill-EBA l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d), ta’ dak il-paragrafu.

2.

L-emittent jikser l-Artikolu 23(1) jekk ma jwaqqafx il-ħruġ ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti denominat f’munita li mhijiex munita uffiċjali ta’ Stat Membru malli jilħaq il-livelli limitu previsti f’dak il-paragrafu jew jekk ma jissottomettix pjan lill-EBA fi żmien 40 jum tax-xogħol minn meta jilħaq dawk il-livelli limitu biex jiżgura li l-għadd trimestrali smat u l-valur aggregat medju tat-tranżazzjonijiet ta’ kuljum jinżammu taħt dawk il-livelli limitu.

3.

L-emittent jikser l-Artikolu 23(4) jekk ma jikkonformax mal-modifiki tal-pjan imsemmi fil-paragrafu 1, punt (b), ta’ dak l-Artikolu kif tirrikjedi l-EBA.

4.

L-emittent jikser l-Artikolu 35(2) ta’ dan ir-Regolament meta l-fondi proprji tiegħu ma jkunux jikkonsistu mill-entrati u mill-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni msemmija fl-Artikoli 26 sa 30 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 wara t-tnaqqis sħiħ, skont l-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament, mingħajr l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet tal-livell limitu msemmija fl-Artikolu 46(4) u l-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament.

5.

L-emittent jikser l-Artikolu 35(3) jekk ma jikkonformax mar-rekwiżit tal-EBA li jżomm ammont ogħla ta’ fondi proprji, wara l-valutazzjoni magħmula f’konformità mal-punti (a) sa (g) ta’ dak il-paragrafu.

6.

L-emittent jikser l-Artikolu 35(5) jekk ma jwettaqx, fuq bażi regolari, testjar tal-istress li jqis xenarji ta’ stress finanzjarju ħorox iżda plawżibbli, bħal xokkijiet fir-rata tal-imgħax u xenarji ta’ stress mhux finanzjarju, bħar-riskju operazzjonali.

7.

L-emittent jikser l-Artikolu 35(5) jekk ma jikkonformax mar-rekwiżit tal-EBA li jżomm ammont ogħla ta’ fondi proprji abbażi tal-eżitu tat-testjar tal-istress.

8.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(1) jekk ma jistabbilix u, f’kull ħin, ma jżommx riżerva ta’ assi.

9.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(1) jekk ma jiżgurax li r-riżerva ta’ assi tkun komposta u ġestita b’tali mod li r-riskji assoċjati mal-munita uffiċjali referenzjata mit-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jkunu koperti.

10.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(1) jekk ma jiżgurax li r-riżerva ta’ assi tkun komposta u ġestita b’tali mod li r-riskji tal-likwidità assoċjati mad-drittijiet permanenti tal-fidi tad-detenturi jiġu indirizzati.

11.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(3) jekk ma’ jiżgurax li r-riżerva ta’ assi tkun segregata operazzjonalment mill-patrimonju tal-emittent, kif ukoll mir-riżerva ta’ assi ta’ tokens ta’ flus elettroniċi oħra.

12.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(6) meta l-korp maniġerjali tiegħu ma jiżgurax ġestjoni effettiva u prudenti tar-riżerva ta’ assi.

13.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(6) jekk ma jiżgurax li l-ħruġ u l-fidi tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jkunu dejjem akkumpanjati minn żieda jew tnaqqis korrispondenti fir-riżerva ta’ assi.

14.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(7) jekk ma jiddeterminax il-valur aggregat tar-riżerva ta’ assi billi juża l-prezzijiet tas-suq, u jekk ma jkollux il-valur aggregat tiegħu dejjem tal-anqas ugwali għall-valur aggregat tal-pretensjonijiet kontra l-emittent minn detenturi tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti fiċ-ċirkolazzjoni.

15.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(8), jekk ma jkollux politika ċara u dettaljata li tiddeskrivi l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (g) ta’ dak il-paragrafu.

16.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(9), jekk ma jordnax awditu indipendenti tar-riżerva ta’ assi kull sitt xhur mid-data tal-offerta lill-pubbliku jew mill-ammissjoni għan-negozjar.

17.

L-emittent jikser l-Artikolu 36(10) jekk ma jinnotifikax lill-EBA bir-riżultat tal-awditu f’konformità ma’ dak il-paragrafu jew jekk ma jippubblikax ir-riżultat tal-awditu fi żmien ġimagħtejn mid-data tan-notifika lill-EBA.

18.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(1) jekk ma jistabbilix, ma jżommx jew ma jimplimentax politiki, proċeduri u arranġamenti kuntrattwali fil-qasam tal-kustodja li jiżguraw li l-kundizzjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (e), ta’ dak il-paragrafu ikunu ssodisfati il-ħin kollu.

19.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(2) jekk ma jkollux, meta joħroġ żewġ jew aktar ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, politika ta’ kustodja stabbilita għal kull grupp ta’ riżerva ta’ assi.

20.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(3) jekk ma jiżgurax li l-assi ta’ riżerva jinżammu f’kustodja minn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jforni servizzi tal- kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti; istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara d-data tal-ħruġ tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti.

21.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(4) jekk ma jeżerċitax il-ħila, il-kura u d-diliġenza kollha dovuti fl-għażla, fil-ħatra u fir-rieżami tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment maħturin bħala kustodji tal-assi ta’ riżerva, jew jekk ma jiżgurax li l-kustodju jkun persuna ġuridika differenti mill-emittent.

22.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(4) jekk ma jiżgurax li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta’ investiment maħturin bħala kustodji tal-assi ta’ riżerva jkollhom l-għarfien espert u r-reputazzjoni tas-suq meħtieġa biex jaġixxu bħala kustodji ta’ tali assi ta’ riżerva.

23.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(4) jekk ma jiżgurax fl-arranġamenti kuntrattwali mal-kustodji li l-assi ta’ riżerva miżmuma f’kustodja jkunu protetti mill-pretensjonijiet tal-kredituri tal-kustodji.

24.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(5) jekk ma jistabbilix fil-politiki u proċeduri ta’ kustodja l-kriterji tal-għażla għall-ħatra tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew tad-ditti ta’ investiment bħala kustodji tal-assi ta’ riżerva jew jekk ma jistabbilixxix il-proċedura għar-rieżami ta’ tali ħatra.

25.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(5) jekk ma jirrieżaminax il-ħatra ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ta’ ditti ta’ investiment bħala kustodji tal-assi ta’ riżerva fuq bażi regolari, u jekk ma jevalwax l-iskoperturi tiegħu għal tali kustodji, jew billi ma jimmonitorjax il-kundizzjonijiet finanzjarji ta’ tali kustodji fuq bażi kontinwa.

26.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(6) jekk ma jiżgurax li l-kustodja tal-assi ta’ riżerva titwettaq f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d), ta’ dak il-paragrafu.

27.

L-emittent jikser l-Artikolu 37(7) jekk il-ħatra ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment bħala kustodju tal-assi ta’ riżerva ma tkunx evidenzjata minn arranġament kuntrattwali, jew jekk ma jirregolax, permezz ta’ tali arranġament kuntrattwali, il-fluss tal-informazzjoni meħtieġa biex tippermetti l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditta tal-investiment iwettqu l-funzjonijiet tagħhom bħala kustodji.

28.

L-emittent jikser l-Artikolu 38(1) jekk jinvesti r-riżerva ta’ assi fi kwalunkwe prodott li ma huwiex strument finanzjarju likwidu ħafna b’riskju tas-suq, riskju ta’ kreditu u riskji ta’ konċentrazzjoni minimi jew meta tali investiment ma jkunx jista’ jiġi likwidat rapidament b’effett negattiv minimu fuq il-prezz.

29.

L-emittent jikser l-Artikolu 38(3) jekk ma jżommx f’kustodja f’konformità mal-Artikolu 37 l-istrumenti finanzjarji li fihom tiġi investita r-riżerva ta’ assi.

30.

L-emittent jikser l-Artikolu 38(4) jekk ma jġorrx il-profitti u t-telf kollha u kwalunkwe riskju ta’ kontraparti jew operazzjonali li jirriżultaw mill-investiment tar-riżerva ta’ assi.

31.

L-emittent jikser l-Artikolu 45(1) jekk ma jadottax, ma jimplimentax jew ma jżommx fis-seħħ politika tar-remunerazzjoni li tippromwovi l-ġestjoni tar-riskju soda u effettiva ta’ emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti u li ma toħloqx inċentivi biex jirrilissaw l-istandards tar-riskji.

32.

L-emittent jikser l-Artikolu 45(2) jekk ma jiżgurax li t-token tal-flus elettroniċi sinifikanti tiegħu jkun jista’ jinżamm f’kustodja minn fornituri differenti ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati biex ifornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti, fuq bażi ġusta, raġonevoli u nondiskriminatorja.

33.

L-emittent jikser l-Artikolu 45(3) jekk ma jivvalutax jew ma jimmonitorjax il-ħtiġijiet ta’ likwidità biex jissodisfa t-talbiet għal fidi tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti mid-detenturi tiegħu.

34.

L-emittent jikser l-Artikolu 45(3) jekk ma jistabbilix, ma jżommx jew ma jimplimentax politika u proċeduri ta’ ġestjoni tal-likwidità jew jekk ma jiżgurax, b’dik il-politika u proċeduri, li l-assi ta’ riżerva jkollhom profil ta’ likwidità reżiljenti li jippermetti lill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jkompli jopera b’mod normali, inkluż f’xenarji ta’ stress ta’ likwidità.

35.

L-emittent jikser l-Artikolu 45(4) jekk ma jwettaqx, fuq bażi regolari, testjar tal-istress tal-likwidità jew billi ma jsaħħaħx ir-rekwiżiti tal-likwidità meta mitlub mill-EBA abbażi tal-eżitu ta’ dawn it-testijiet.

36.

L-emittent jikser l-Artikolu 45(5) jekk ma jikkonformax, f’kull ħin, mar-rekwiżit ta’ fondi proprji.

37.

L-emittent jikser l-Artikolu 46(1) jekk ma jabozzax u ma jżommx pjan ta’ rkupru li jipprevedi miżuri li għandhom jittieħdu mill-emittent tal-flus elettroniċi sinifikanti biex jirrestawra l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli għar-riżerva ta’ assi f’każijiet meta l-emittent jonqos milli jikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti, inkluż il-preservazzjoni tas-servizzi tiegħu relatati mat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti, l-irkupru f’waqtu tal-operazzjonijiet u t-twettiq tal-obbligi tal-emittent fil-każ ta’ avvenimenti li joħolqu riskju sinifikanti ta’ tfixkil tal-operazzjonijiet.

38.

L-emittent jikser l-Artikolu 46(1) jekk ma jfassalx u jżommx pjan ta’ rkupru li jinkludi kundizzjonijiet u proċeduri xierqa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni f’waqtha tal-azzjonijiet ta’ rkupru kif ukoll firxa wiesgħa ta’ possibiltajiet ta’ rkupru, kif elenkati fit-tielet subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), ta’ dak il-paragrafu.

39.

L-emittent jikser l-Artikolu 46(2) jekk ma jinnotifikax l-pjan ta’ rkupru lill-EBA u, meta applikabbli, lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u superviżorji prudenzjali tiegħu, fi żmien sitt xhur mid-data tal-offerta lill-pubbliku jew mill-ammissjoni għan-negozjar.

40.

L-emittent jikser l-Artikolu 46(2) jekk ma jirrieżaminax jew ma jaġġornax b’mod regolari il-pjan ta’ rkupru.

41.

L-emittent jikser l-Artikolu 47(1) jekk ma jfassalx u ma jżommx pjan operazzjonali li jappoġġa l-fidi ordnat ta’ kull token tal-flus elettroniċi sinifikanti.

42.

L-emittent jikser l-Artikolu 47(2) jekk ma jkollux pjan ta’ fidi li juri l-kapaċità tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti li jwettaq il-fidi tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti pendenti maħruġ mingħajr ma jikkawża ħsara ekonomika indebita lid-detenturi tiegħu jew lill-istabbiltà tas-swieq tal-assi ta’ riżerva.

43.

L-emittent jikser l-Artikolu 47(2) jekk ma jkollux pjan ta’ fidi li jinkludi arranġamenti kuntrattwali, proċeduri jew sistemi, inkluż in-nomina ta’ amministratur temporanju, biex jiġi żgurat it-trattament ekwu tad-detenturi kollha tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti u biex jiġi żgurat li d-detenturi tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jitħallsu fil-ħin mir-rikavat mill-bejgħ tal-assi ta’ riżerva li jifdal.

44.

L-emittent jikser l-Artikolu 47(2) jekk ma jkollux pjan ta’ fidi li jiżgura l-kontinwità ta’ kwalunkwe attività kritika li tkun meħtieġa għall-fidi ordnat u li tkun imwettqa mill-emittent jew minn kwalunkwe entità terza.

45.

L-emittent jikser l-Artikolu 47(3) jekk ma jinnotifikax l-pjan ta’ fidi lill-EBA fi żmien sitt xhur mid-data tal-offerta lill-pubbliku jew mill-ammissjoni għan-negozjar.

46.

L-emittent jikser l-Artikolu 47(3) jekk ma jirrieżaminax jew ma jaġġornax b’mod regolari il-pjan ta’ fidi.

9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/206


REGOLAMENT (UE) 2023/1115 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-31 ta’ Mejju 2023

dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 995/2010

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-foresti jipprovdu varjetà wiesgħa ta’ benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u soċjali, inkluż prodotti tal-injam u tal-foresti li ma humiex injam u servizzi ambjentali essenzjali għall-umanità, peress li fihom tinsab il-biċċa l-kbira tal-bijodiversità terrestri tad-dinja. Dawn isostnu l-funzjonijiet ta’ ekosistema, jgħinu fil-protezzjoni tas-sistema klimatika, jipprovdu arja nadifa u għandhom rwol vitali għall-purifikazzjoni tal-ilmijiet u tal-ħamrija kif ukoll għaż-żamma tal-ilma u għall-irriċarġjar. Żoni kbar tal-foresti jaġixxu bħala sors ta’ umdità u jgħinu fil-prevenzjoni tad-deżertifikazzjoni tar-reġjuni kontinentali. Barra minn hekk, il-foresti jipprovdu sussistenza u introjtu għal madwar terz tal-popolazzjoni tad-dinja u l-qerda tal-foresti għandha konsegwenzi serji għall-għajxien tal-persuni l-aktar vulnerabbli, inkluż il-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali li jiddependu ħafna mill-ekosistemi tal-foresti. Barra minn hekk, id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti jnaqqsu l-bjar tal-karbonju essenzjali. Id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti jżidu wkoll il-probabbiltà ta’ kuntatt bejn l-annimali selvaġġi, l-annimali mrobbija fl-irziezet u l-bnedmin, u b’hekk jiżdied ir-riskju ta’ firxiet ta’ mard ġdid u r-riskji ta’ epidemiji u pandemiji ġodda.

(2)

Id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti qegħdin iseħħu b’rata allarmanti. L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) tistima li 420 miljun ettaru ta’ foresta — madwar 10 % tal-foresti li fadal fid-dinja, daqs żona akbar mill-Unjoni Ewropea — intilfu madwar id-dinja bejn l-1990 u l-2020. Id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti huma, min-naħa tagħhom, xprunaturi importanti tat-tisħin globali u tat-telfien tal-bijodiversità — l-aktar żewġ sfidi ambjentali importanti ta’ żminijietna. Madankollu, kull sena d-dinja tkompli titlef 10 miljun ettaru ta’ foresti. Il-foresti huma affettwati ħafna wkoll mit-tibdil fil-klima u jenħtieġ li jiġu indirizzati ħafna sfidi biex jiġu żgurati l-adattabbiltà u r-reżiljenza tal-foresti fid-deċennji li ġejjin.

(3)

Id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti jikkontribwixxu għall-kriżi klimatika globali b’diversi modi. Tassew importanti, dawn iżidu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra permezz ta’ nirien fil-foresti assoċjati, filwaqt li jneħħu permanentement il-kapaċitajiet tal-bjar tal-karbonju, inaqqsu r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima taż-żona affettwata u jnaqqsu sostanzjalment il-bijodiversità tagħha u r-reżiljenza għal mard u pesti. Id-Deforestazzjoni waħedha tammonta għal 11 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra kif intqal fir-rapport speċjali tal-2019 tal-Intergovernmental Panel on Climate Change (IPCC) dwar it-tibdil fil-klima u l-art.

(4)

Id-deterjorament tal-klima jwassal għat-telfien tal-bijodiversità fuq livell globali u t-telfien tal-bijodiversità jaggrava t-tibdil fil-klima, li huma b’hekk marbuta inseparabbilment, kif ikkonfermaw studji reċenti. Il-bijodiversità u l-ekosistemi b’saħħithom huma fundamentali għall-iżvilupp reżiljenti għat-tibdil fil-klima. L-insetti, l-għasafar u l-mammiferi jaġixxu bħala dakkara u jxerrdu ż-żrieragħ u jistgħu jgħinu sabiex il-karbonju jinħażen b’mod aktar effiċjenti, direttament jew indirettament. Il-foresti jiżguraw ukoll ir-rikostituzzjoni kontinwa tar-riżorsi tal-ilma u l-prevenzjoni tan-nixfiet u l-effetti dannużi tagħhom fuq il-komunitajiet lokali, inkluż il-popli indiġeni. It-tnaqqis drastiku tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti u r-restawr sistemiku tal-foresti u ta’ ekosistemi oħra huwa l-akbar opportunità unika bbażata fuq in-natura għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

(5)

Il-bijodiversità hija essenzjali għar-reżiljenza tal-ekosistemi u tas-servizzi tagħhom kemm fil-livell lokali kif ukoll f’dak globali. Aktar minn nofs il-prodott domestiku gross globali jiddependi min-natura u mis-servizzi li tipprovdi. Tliet setturi ekonomiċi ewlenin — il-kostruzzjoni, l-agrikoltura, u l-ikel u x-xorb — kollha jiddependu ħafna min-natura. It-telfien tal-bijodiversità jhedded ċikli tal-ilma sostenibbli u s-sistemi tal-ikel, u jqiegħed is-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni f’riskju. Aktar minn 75 % tat-tipi tal-għelejjel tal-ikel madwar id-dinja jiddependu mid-dakkir mill-annimali. Barra minn hekk, diversi setturi industrijali jiddependu mid-diversità ġenetika u s-servizzi tal-ekosistema bħala inputs kritiċi għall-produzzjoni, b’mod partikolari għall-mediċini, inkluż l-antimikrobiċi.

(6)

It-tibdil fil-klima, it-telfien tal-bijodiversità u d-deforestazzjoni huma preokkupazzjonijiet tal-ogħla importanza globali, li jaffettwaw is-sopravivenza tal-umanità u l-kundizzjonijiet tal-għajxien sostnuti fid-Dinja. L-aċċellerazzjoni tat-tibdil fil-klima, it-telfien tal-bijodiversità u d-degradazzjoni ambjentali, flimkien ma’ eżempji tanġibbli tal-effetti devastanti tagħhom fuq in-natura, il-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-bniedem u l-ekonomiji lokali, wasslu għar-rikonoxximent tat-tranżizzjoni ekoloġika bħala l-objettiv fundamentali ta’ żminijietna u kwistjoni ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri u ta’ ekwità interġenerazzjonali.

(7)

Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-qasam ambjentali, li jistinkaw biex jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem relatati mal-ambjent, inkluż l-aċċess għal ilma nadif, arja nadifa u art nadifa huma ta’ spiss il-mira ta’ persekuzzjoni u attakki letali. Dawk l-attakki jaffettwaw b’mod sproporzjonat lill-popli indiġeni. Skont ir-rapporti tal-2020, aktar minn żewġ terzi tal-vittmi ta’ dawk l-attakki kienu qed jaħdmu biex jiddefendu l-foresti tad-dinja mid-deforestazzjoni u l-iżvilupp industrijali.

(8)

Il-konsum tal-Unjoni huwa xprunatur konsiderevoli tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti fuq skala globali. Il-valutazzjoni tal-impatt ta’ dan ir-Regolament stmat li mingħajr intervent regolatorju xieraq, il-konsum u l-produzzjoni tal-Unjoni tas-sitt komoditajiet (bhejjem tal-ifrat, kawkaw, kafè, żejt tal-palm, sojja u njam,) waħedhom jiżdiedu għal madwar 248 000 ettaru ta’ deforestazzjoni kull sena sal-2030.

(9)

Fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-foresti fl-Unjoni, ir-rapport dwar l-Istat tal-Foresti tal-Ewropa għall-2020 jiddikjara li, bejn l-1990 u l-2020, iż-żona tal-foresti fl-Ewropa żdiedet b’9 %, il-karbonju maħżun fil-bijomassa kiber b’50 % u l-provvista tal-injam żdiedet b’40 %. Il-foresti primarji u l-foresti li jirriġeneraw b’mod naturali jinsabu f’riskju, inter alia, minħabba l-ġestjoni intensiva, u l-bijodiversità unika u l-karatteristiċi strutturali tagħhom jinsabu fil-periklu. Barra minn hekk, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent innotat li inqas minn 5 % taż-żoni forestali Ewropej huma meqjusa issa bħala mhux disturbati jew naturali, filwaqt li 10 % taż-żoni forestali Ewropej ġew ikklassifikati bħala ġestiti b’mod intensiv. L-ekosistemi tal-foresti jridu jlaħħqu ma’ pressjonijiet multipli kkawżati mit-tibdil fil-klima, li jvarjaw minn xejriet estremi tat-temp għal pesti, u ma’ attivitajiet relatati mal-bniedem li jaffettwaw b’mod negattiv l-ekosistemi u l-ħabitats. B’mod partikolari, il-foresti b’età ugwali ġestiti b’mod intensiv permezz ta’ tqaċċit totali tas-siġar u tneħħija ta’ injam mejjet jista’ jkollhom impatt sever fuq ħabitats sħaħ.

(10)

Fl-2019, il-Kummissjoni adottat diversi inizjattivi sabiex tindirizza l-kriżijiet ambjentali globali, inkluż azzjonijiet speċifiċi dwar id-deforestazzjoni. Fil-komunikazzjoni tagħha tat-23 ta’ Lulju 2019 dwar “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja” (“il-Komunikazzjoni dwar It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja”), il-Kummissjoni identifikat bħala prijorità t-tnaqqis tal-impronta tal-konsum tal-Unjoni fuq l-art u inkoraġġiment il-konsum ta’ prodotti mill-ktajjen tal-provvista mingħajr deforestazzjoni fl-Unjoni. Fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, il-Kummissjoni stabbiliet strateġija ġdida għat-tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, mibnija fuq kummerċ ħieles sostenibbli u bbażat fuq ir-regoli, fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti tal-gassijiet serra fl-2050, u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi u l-ebda persuna jew post ma jitħalla lura. Din għandha l-għan li tipproteġi, tikkonserva u ssaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u tipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini u tal-ġenerazzjonijiet futuri minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Barra minn hekk, il-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu l-għan li jipprovdi liċ-ċittadini u lill-ġenerazzjonijiet futuri, inter alia, arja friska, ilma nadif, ħamrija tajba u bijodiversità. Għal dak il-għan, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna (l-“Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030”), il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 dwar Strateġija mill-Għalqa sal-Platt għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent (l-Istrateġija “mill-Għalqa sal-Platt”), il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2021 dwar Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2021 dwar il-Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” u strateġiji rilevanti oħra, bħall-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2021 dwar Viżjoni fit-tul għaż-Żoni Rurali tal-UE — Lejn żoni rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperi sal-2040, żviluppati skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew, ikomplu jenfasizzaw l-importanza tal-azzjoni fuq il-protezzjoni u r-reżiljenza tal-foresti. B’mod partikolari, l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 għandha l-għan li tipproteġi n-natura u treġġa’ lura d-degradazzjoni tal-ekosistemi. Fl-aħħar nett, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ottubru 2018 dwar Bijoekonomija sostenibbli għall-Ewropa: Tisħiħ tal-konnessjoni bejn l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent ittejjeb il-protezzjoni tal-ambjent u tal-ekosistemi filwaqt li tindirizza d-domanda dejjem akbar għall-ikel, l-għalf, l-enerġija, il-materjali u l-prodotti billi tfittex modi ġodda għall-produzzjoni u l-konsum.

(11)

L-Istati Membri ripetutament esprimew it-tħassib tagħhom dwar id-deforestazzjoni persistenti u d-degradazzjoni tal-foresti. Huma enfasizzaw li peress li l-politiki u l-azzjoni attwali fil-livell globali dwar il-konservazzjoni, ir-restawr u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti ma humiex biżżejjed sabiex iwaqqfu d-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti u t-telfien tal-bijodiversità, hija meħtieġa azzjoni msaħħa tal-Unjoni sabiex tikkontribwixxi b’mod aktar effettiv għall-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), skont l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, li ġiet adottata mill-Istati Membri kollha tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) fl-2015. Il-Kunsill appoġġa speċifikament it-tħabbira tal-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tiegħu dwar it-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja li ser tivvaluta miżuri regolatorji u mhux regolatorji addizzjonali u li ser tippreżenta proposti għaż-żewġ tipi ta’ miżuri. L-Unjoni u l-Istati Membri approvaw ukoll id-Deċennju ta’ Azzjoni tan-NU għall-SDGs, id-Deċennju tan-NU dwar ir-Restawr tal-Ekosistemi u d-Deċennju tal-Biedja mill-Familja tan-NU.

(12)

Il-Parlament Ewropew enfasizza li l-qerda kontinwa, id-degradazzjoni u l-konverżjoni tal-foresti tad-dinja u l-ekosistemi naturali, kif ukoll il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, huma marbuta, fil-biċċa l-kbira tagħhom, mal-espansjoni tal-produzzjoni agrikola — b’mod partikolari billi l-foresti jiġu kkonvertiti f’art agrikola ddedikata għall-produzzjoni ta’ għadd ta’ komoditajiet u prodotti li hemm domanda kbira għalihom. Fit-22 ta’ Ottubru 2020, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni, f’konformità mal-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li titlob lill-Kummissjoni tippreżenta, abbażi tal-Artikolu 192(1) TFUE, proposta għal “qafas legali tal-“UE biex titwaqqaf u titreġġa’ lura d-deforestazzjoni” globali li l-UE hija responsabbli għaliha” abbażi ta’ diliġenza dovuta obbligatorja.

(13)

Il-ġlieda kontra d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti tikkostitwixxi parti importanti mill-pakkett ta’ miżuri meħtieġa sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u sabiex ikun hemm konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew kif ukoll mal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (3) (il-“Ftehim ta’ Pariġi”), it-Tibdil fil-Klima, u t-Tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali adottat bid-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u mal-impenn legalment vinkolanti skont ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) sabiex tinkiseb in-newtralità klimatika l-aktar tard sal-2050 u jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mill-anqas 55 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990 sal-2030.

(14)

Il-ġlieda kontra d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti tikkostitwixxi wkoll parti importanti mill-pakkett ta’ miżuri meħtieġa biex jiġi miġġieled it-telf tal-bijodiversità u biex ikun hemm konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB) (6), il-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 u l-miri tal-Unjoni għar-restawr tan-natura.

(15)

Il-foresti primarji huma uniċi u insostitwibbli. Il-foresti tal-pjantaġġuni u l-foresti mħawla għandhom kompożizzjoni tal-bijodiversità differenti u jipprovdu servizzi ta’ ekosistemi differenti meta mqabbla mal-foresti primarji u dawk li jirriġeneraw b’mod naturali.

(16)

L-espansjoni agrikola tixpruna kważi 90 % tad-deforestazzjoni globali, b’aktar minn nofs it-telf tal-foresti dovut għall-konverżjoni tal-foresti f’raba’, filwaqt li r-ragħa tal-bhejjem huwa responsabbli għal kważi 40 % tat-telf tal-foresti.

(17)

Il-produzzjoni tal-għalf għall-bhejjem tista’ tikkontribwixxi għad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti. Il-promozzjoni ta’ prattiki agrikoli alternattivi u sostenibbli tista’ tindirizza l-isfidi ambjentali u klimatiċi, u tipprevjeni d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti madwar id-dinja. L-inċentivi biex jiġu adottati dieti aktar bilanċjati, aktar tajbin għas-saħħa u aktar nutrittivi u stil ta’ ħajja aktar sostenibbli jistgħu jnaqqsu l-pressjoni fuq l-art u r-riżorsi.

(18)

Bejn l-1990 u l-2008, l-Unjoni importat u kkonsmat terz tal-prodotti agrikoli nnegozjati globalment assoċjati mad-deforestazzjoni. Matul dak il-perjodu, il-konsum tal-Unjoni kien responsabbli għal 10 % tad-deforestazzjoni madwar id-dinja assoċjata mal-produzzjoni ta’ oġġetti jew il-forniment ta’ servizzi. Anke jekk is-sehem relattiv tal-konsum tal-Unjoni qiegħed jonqos, il-konsum tal-Unjoni huwa xprunatur sproporzjonalment kbir tad-deforestazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tieħu azzjoni sabiex timminimizza d-deforestazzjoni globali u d-degradazzjoni tal-foresti xprunata mill-konsum tagħha ta’ ċerti komoditajiet u prodotti u b’hekk tfittex li tnaqqas il-kontribut tagħha għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-telfien globali tal-bijodiversità kif ukoll tippromwovi xejriet sostenibbli ta’ produzzjoni u konsum fl-Unjoni u globalment. Sabiex ikun hemm l-akbar impatt, jenħtieġ li l-politika tal-Unjoni jkollha l-għan li tinfluwenza s-suq globali, mhux biss il-ktajjen tal-provvista lejn l-Unjoni. Is-sħubijiet u l-kooperazzjoni internazzjonali effiċjenti, inkluż il-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles, mal-pajjiżi produtturi u l-pajjiżi konsumaturi huma fundamentali f’dak ir-rigward.

(19)

L-Unjoni hija impenjata li tippromwovi u timplimenta politiki ambizzjużi dwar l-ambjent u l-klima madwar id-dinja, f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 37 tagħha li jipprevedi li livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent iridu jiġu integrati fil-politiki tal-Unjoni u żgurati f’konformità mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli. Bħala parti mid-dimensjoni esterna tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-azzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tqis l-importanza ta’ ftehimiet, impenji u oqfsa globali eżistenti li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti bħall-Pjan Strateġiku tan-NU dwar il-Foresti 2017-2030 u l-Għanijiet Globali tiegħu dwar il-Foresti, il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Ftehim ta’ Pariġi, il-KDB u l-Qafas Globali tal-Bijodiversità għal Wara l-2020 tagħha, il-Pjan Strateġiku Globali għall-Bijodiversità 2011-2020 u l-Miri tal-Bijodiversità ta’ Aichi tiegħu, u l-Konvenzjoni tan-NU għall-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni; kif ukoll il-qafas multilaterali b’appoġġ għall-indirizzar tal-kawżi fundamentali tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, bħall- SDGs u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni.

(20)

It-twaqqif tad-deforestazzjoni u r-restawr ta’ foresti degradati huma parti essenzjali mill-SDGs. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkontribwixxi partikolarment sabiex jintlaħqu l-għanijiet rigward il-ħajja fuq l-art (SDG 15), l-azzjoni klimatika (SDG 13), il-konsum u l-produzzjoni responsabbli (SDG 12), inxejnu l-ġuħ (SDG 2) u saħħa tajba u benesseri (SDG 3). Il-mira rilevanti 15.2 sabiex titwaqqaf id-deforestazzjoni sal-2020 ma ntlaħqitx, u dan jenfasizza l-urġenza ta’ azzjoni ambizzjuża u effettiva.

(21)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jirrispondi wkoll għad-Dikjarazzjoni ta’ New York dwar il-Foresti, dikjarazzjoni politika mhux legalment vinkolanti li tapprova skeda ta’ żmien globali sabiex jitnaqqas bin-nofs it-telf ta’ foresti naturali sal-2020 u biex tistinka sabiex dan jintemm sal-2030. Id-Dikjarazzjoni ġiet approvata minn għexieren ta’ gvernijiet, minn ħafna mill-akbar kumpaniji tad-dinja u minn organizzazzjonijiet influwenti tas-soċjetà ċivili u l-popli indiġeni. Din talbet ukoll lis-settur privat sabiex jilħaq l-għan li d-deforestazzjoni tiġi eliminata mill-produzzjoni ta’ komoditajiet agrikoli bħaż-żejt tal-palm, is-sojja, il-karta u l-prodotti taċ-ċanga sa mhux aktar tard mill-2020, għan li ma ntlaħaqx. Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-Pjan Strateġiku tan-NU għall-Foresti, mill-2017 sal-2030, li l-Għan Globali dwar il-Foresti 1 tiegħu huwa li jreġġa’ lura t-telf tal-kopertura tal-foresti madwar id-dinja permezz ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti, inkluż il-protezzjoni, ir-restawr, l-afforestazzjoni u r-riforestazzjoni, u jżid l-isforzi sabiex tiġi evitata d-degradazzjoni tal-foresti u jikkontribwixxi għall-isforz globali biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima.

(22)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jirrispondi wkoll għad-Dikjarazzjoni ta’ Glasgow tal-Mexxejja dwar il-Foresti u l-Użu tal-Art li ħarġet mill-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima ta’ Novembru 2021, li tirrikonoxxi li “biex nilħqu l-għanijiet tagħna relatati mal-użu tal-art, il-klima, il-bijodiversità u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, kemm fuq livell globali kif ukoll fuq livell nazzjonali, nirrikjedu azzjoni trasformattiva ulterjuri fiż-żoni interkonnessi ta’ produzzjoni u konsum sostenibbli; l-iżvilupp tal-infrastruttura; il-kummerċ, il-finanzi u l-investiment; u l-appoġġ għal bdiewa b’azjenda agrikola żgħira, popli indiġeni, u komunitajiet lokali”. Il-firmatarji impenjaw ruħhom li jaħdmu flimkien biex iwaqqfu u jreġġgħu lura t-telf tal-foresti u d-degradazzjoni tal-art sal-2030 u enfasizzaw li jsaħħu l-isforzi kondiviżi tagħhom sabiex jiffaċilitaw il-politiki tal-kummerċ u tal-iżvilupp, fuq livell internazzjonali u domestiku, li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli u l-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-komoditajiet, u li jaħdmu għall-benefiċċju reċiproku tal-pajjiżi.

(23)

Bħala membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), l-Unjoni hija impenjata li tippromwovi sistema kummerċjali multilaterali universali, ibbażata fuq ir-regoli, miftuħa, trasparenti, prevedibbli, inklużiva, mhux diskriminatorja u ekwitabbli skont id-WTO, kif ukoll politika kummerċjali miftuħa, sostenibbli u assertiva. Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludi komoditajiet u prodotti li jkunu ġew prodotti fl-Unjoni kif ukoll komoditajiet u prodotti importati lejn l-Unjoni.

(24)

L-isfidi li qed tiffaċċa d-dinja fir-rigward tat-tibdil fil-klima u t-telfien tal-bijodiversità jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta’ azzjoni fuq livell globali. Jenħtieġ li -Unjoni tkun attur globali b’saħħtu, filwaqt li tmexxi kemm bl-eżempju kif ukoll billi tkun minn ta’ quddiem fil-kooperazzjoni internazzjonali biex toħloq sistema multilaterali miftuħa u ġusta fejn il-kummerċ sostenibbli jaġixxi bħala faċilitatur ewlieni tat-tranżizzjoni ekoloġika għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u biex jitreġġa’ lura t-telfien tal-bijodiversità.

(25)

Dan ir-Regolament isegwi wkoll il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2022 dwar is-saħħa tas-sħubiji tal-kummerċ: flimkien għal tkabbir ekonomiku ekoloġiku u ġust” u tat-18 ta’ Frar 2021 dwar “Rieżami tal-Politika Kummerċjali — Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva”, li ddikjaraw li bi sfidi interni u esterni ġodda u aktar partikolarment b’mudell ta’ tkabbir ġdid u aktar sostenibbli kif definit mill-Patt Ekoloġiku Ewropew u mill-Istrateġija Diġitali Ewropea, li tinsab fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Frar 2020 dwar it-Tiswir tal-futur diġitali tal-Ewropa, l-Unjoni teħtieġ strateġija ġdida ta’ politika kummerċjali — waħda li ser tappoġġa l-ilħuq tal-objettivi ta’ politika domestika u esterna tagħha u tippromwovi sostenibbiltà akbar f’konformità mal-impenn tagħha biex l-SDGs jiġu implimenti bis-sħiħ. Il-politika kummerċjali jrid ikollha rwol sħiħ fl-għajnuna għal-irkupru tal-Unjoni mill-pandemija tal-COVID-19 u fit-trasformazzjonijiet ekoloġiċi u diġitali tal-ekonomija u lejn il-bini ta’ Unjoni aktar reżiljenti fid-dinja.

(26)

F’konformità mal-komunikazzjoni tagħha tat-22 ta’ Ġunju 2022 dwar “is-saħħa tas-sħubiji tal-kummerċ: flimkien għal tkabbir ekonomiku ekoloġiku u ġust”, il-Kummissjoni qed tintensifika l-impenn mas-sħab kummerċjali biex trawwem konformità ma standards internazzjonali tax-xogħol u tal-ambjent. Il-komunikazzjoni tipprevedi kapitoli robusti dwar l-iżvilupp sostenibbli, li jkun fihom klawżoli dwar id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti. L-iżgurar tal-infurzar ta’ ftehimiet kummerċjali attwali u l-konklużjoni ta’ ftehimiet kummerċjali ġodda b’tali kapitoli ser jikkomplementa l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

(27)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun komplementari għal miżuri oħra proposti fil-komunikazzjoni dwar “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja”, b’mod partikolari l-ħidma fi sħubija mal-pajjiżi produtturi, sabiex dawn jiġu appoġġati fl-indirizzar tal-kawżi ewlenin tad-deforestazzjoni, bħall-governanza dgħajfa, l-infurzar tal-liġi ineffettiv u l-korruzzjoni, u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali ma’ pajjiżi konsumaturi ewlenin billi, inter alia, jiġi mħeġġeġ il-kummerċ fi prodotti li ma jinvolvux id-deforestazzjoni u bl-adozzjoni ta’ miżuri simili, sabiex jiġi evitat li fis-swieq tagħhom jiġu introdotti prodotti li ġejjin minn ktajjen tal-provvista assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti.

(28)

Dan ir-Regolament għandu jqis il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u jservi biex jippromwovi u jiffaċilita l-kooperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari mal-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs), fost l-oħrajn permezz tal-għoti ta’ assistenza teknika u finanzjarja, fejn possibbli u rilevanti.

(29)

F’koordinazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tkompli taħdem fi sħubija mal-pajjiżi produtturi, u b’mod aktar ġenerali f’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali kif ukoll mal-partijiet ikkonċernati rilevanti attivi fuq il-post permezz ta’ djalogi bejn diversi partijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni ssaħħaħ aktar l-appoġġ u l-inċentivi tagħha fir-rigward tal-protezzjoni tal-foresti u t-tranżizzjoni lejn produzzjoni mingħajr deforestazzjoni, ir-rikonoxximent u t-tisħiħ tar-rwol u d-drittijiet tal-popli indiġeni, il-komunitajiet lokali, il-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira u intrapriżi mikro, żgħar jew ta’ daqs medju (SMEs), it-titjib tal-governanza u l-pussess tal-art, iż-żieda fl-infurzar tal-liġi u l-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, b’enfasi fuq prattiki tal-forestrija eqreb għan-natura, ibbażati fuq indikaturi u limiti bbażati fuq ix-xjenza, l-ekoturiżmu, l-agrikoltura reżiljenti għall-klima, id-diversifikazzjoni, l-agroekoloġija u l-agroforestrija. Meta tagħmel dan, l-Kummissjoni jenħtieġ li tirrikonoxxi bis-sħiħ ir-rwol u d-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali fil-protezzjoni tal-foresti, filwaqt li tqis il-prinċipju ta’ kunsens liberu, minn qabel u infurmat (FPIC). Filwaqt li jibnu fuq l-esperjenza u t-tagħlimiet miksuba fil-kuntest tal-inizjattivi diġà eżistenti, jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jaħdmu għal sħubiji ma’ pajjiżi produtturi, fuq talba tagħhom, u jindirizzaw l-isfidi globali filwaqt li jissodisfaw il-ħtiġijiet lokali u jagħtu attenzjoni lill-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira, f’konformità mal-komunikazzjoni dwar It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja. L-approċċ ta’ sħubija għandu jgħin lill-pajjiżi produtturi u partijiet minnhom fil-protezzjoni, ir-restawr u l-użu sostenibbli tal-foresti, u b’hekk jikkontribwixxi għall-objettiv ta’ dan ir-Regolament li jitnaqqsu d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, inkluż permezz tal-użu ta’ teknoloġiji diġitali, informazzjoni ġeospazjali u l-bini tal-kapaċità.

(30)

L-operaturi u n-negozjanti jenħtieġ li jkunu marbuta bl-obbligi skont dan ir-Regolament irrispettivament minn jekk it-tqegħid fis-suq isseħħx permezz ta’ mezzi tradizzjonali jew online. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li f’kull katina tal-provvista jkun hemm operatur skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament li jkun stabbilit fl-Unjoni u li jkun jista’ jinżamm responsabbli fil-każ fejn l-obbligi skont dan ir-Regolament ma jiġux issodisfati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jidentifikaw jekk l-iżviluppi diġitali u teknoloġiċi jeħtiġux aktar speċifikazzjonijiet jew inizjattivi, kif xieraq, fil-futur.

(31)

Azzjoni importanti oħra mħabbra fil-komunikazzjoni dwar It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja hija l-istabbiliment tal-Osservatorju tal-UE dwar id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti, il-bidliet fil-kopertura tal-foresti tad-dinja u l-fatturi assoċjati (“Osservatorju tal-UE”) li tnieda mill-Kummissjoni sabiex jiġu mmonitorjati aħjar il-bidliet fil-kopertura tal-foresti tad-dinja u l-fatturi relatati. Filwaqt li jibni fuq għodod ta’ monitoraġġ eżistenti, inkluż il-prodotti ta’ Copernicus u sorsi oħra disponibbli pubblikament jew privatament, jenħtieġ li l-Osservatorju tal-UE jiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-ktajjen tal-provvista għall-entitajiet pubbliċi, għall-konsumaturi u għan-negozji, jipprovdi data u informazzjoni li jinftiehmu faċilment u li jorbtu d-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti u l-bidliet fil-kopertura tal-foresti tad-dinja għad-domanda tal-Unjoni għal komoditajiet u prodotti u l-kummerċ tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-Osservatorju tal-UE jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament billi jipprovdi evidenza xjentifika fir-rigward tad-deforestazzjoni globali u d-degradazzjoni tal-foresti u l-kummerċ relatat. Jenħtieġ li l-Osservatorju tal-UE jipprovdi mapep tal-kopertura tal-art, inkluż b’serje ta’ żmien mid-data ta’ skadenza definita f’dan ir-Regolament, u firxa ta’ klassijiet li jippermettu li l-kompożizzjoni tal-pajsaġġ tiġi eżaminata. Jenħtieġ li l-Osservatorju tal-UE jipparteċipa fl-iżvilupp ta’ sistema ta’ twissija bikrija li tikkombina r-riċerka u l-kapaċità ta’ monitoraġġ. Fir-rigward ta’ dan ir-Regolament, meta teknikament fattibbli, jenħtieġ li l-objettiv tas-sistema ta’ twissija bikrija jkun li jagħmel parti minn pjattaforma li tista’ tassisti lill-awtoritajiet kompetenti, lill-operaturi, lin-negozjanti u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra u li tista’ tipprovdi monitoraġġ kontinwu u notifika bikrija ta’ attivitajiet possibbli ta’ deforestazzjoni jew degradazzjoni tal-foresti. Dik il-pjattaforma jenħtieġ li tkun operattiva malajr kemm jista’ jkun. Jenħtieġ li l-Osservatorju tal-UE jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti, l-organizzazzjonijiet u l-korpi internazzjonali rilevanti, l-istituti tar-riċerka, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-operaturi, in-negozjanti, il-pajjiżi terzi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.

(32)

Il-qafas legali eżistenti tal-Unjoni jiffoka fuq l-indirizzar tal-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u l-kummerċ assoċjat u ma jindirizzax id-deforestazzjoni direttament. Dan jikkonsisti mir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 (8). Iż-żewġ Regolamenti ġew evalwati f’Kontroll tal-Idoneità li ddetermina li, filwaqt li l-leġiżlazzjoni kellha impatt pożittiv fuq il-governanza tal-foresti, l-objettivi taż-żewġ Regolamenti — jiġifieri li jitnaqqas il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u l-kummerċ relatat, u li jitnaqqas il-konsum ta’ injam maħsud illegalment fl-Unjoni — ma ntlaħqux u ġie konkluż li l-enfasi biss fuq il-legalità tal-injam ma kinitx biżżejjed sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti.

(33)

Ir-rapporti disponibbli jikkonfermaw li parti kbira mid-deforestazzjoni li għaddejja hija legali f’konformità mal-liġijiet tal-pajjiż tal-produzzjoni. Rapport mill-Forest Policy Trade and Finance Initiative ippubblikat f’Mejju 2021 jistma li bejn l-2013 u l-2019, madwar 30 % tad-deforestazzjoni destinata għall-agrikoltura kummerċjali fil-pajjiżi tropikali kienet legali. Id-data disponibbli għandha t-tendenza li tiffoka fuq pajjiżi b’governanza dgħajfa — is-sehem globali tad-deforestazzjoni li hija illegali jista’ jkun aktar baxx, iżda diġà jipprovdi data ċara li turi li t-tneħħija tad-deforestazzjoni legali fil-pajjiż tal-produzzjoni jimmina l-effettività tal-miżuri ta’ politika.

(34)

Il-valutazzjoni tal-impatt ta’ miżuri ta’ politika possibbli sabiex jiġu indirizzati d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti mmexxija mill-Unjoni, il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2019 u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Ottubru 2020 jidentifikaw b’mod ċar il-ħtieġa li jiġu stabbiliti d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti bħala l-kriterji gwida għal miżuri futuri tal-Unjoni. L-iffukar biss fuq il-legalità jista’ potenzjalment jinvolvi riskju ta’ tnaqqis fl-istandards ambjentali bil-għan li jinkiseb aċċess għas-suq. Għalhekk, il-qafas legali l-ġdid tal-Unjoni jenħtieġ li jindirizza kemm il-legalità kif ukoll jekk il-produzzjoni ta’ komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti hijiex mingħajr deforestazzjoni.

(35)

Jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ “mingħajr deforestazzjoni” tkun wiesgħa biżżejjed sabiex tkopri d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, jenħtieġ li tipprovdi ċarezza legali, u jenħtieġ li din tkun tista’ titkejjel abbażi ta’ data kwantitattiva, oġġettiva u rikonoxxuta internazzjonalment.

(36)

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-użu agrikolu jiġi definit bħala l-użu tal-art għall-fini tal-agrikoltura. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida sabiex tiċċara l-interpretazzjoni ta’ din id-definizzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-konverżjoni ta’ foresti għal art li l-iskop tagħha mhuwiex użu agrikolu.

(37)

F’konformità mad-definizzjonijiet tal-FAO, is-sistemi agroforestali, inkluż fejn l-għelejjel jitkabbru taħt il-kopertura tas-siġar, kif ukoll is-sistemi agrisilvikulturali, silvopastorali u agrosilvipastorali, jenħtieġ li ma jitqisux bħala foresti, iżda bħala li jikkostitwixxu użu agrikolu.

(38)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikopri l-komoditajiet li l-konsum tagħhom mill-Unjoni huwa l-aktar rilevanti f’termini ta’ dak li qed iwassal għad-deforestazzjoni globali u d-degradazzjoni tal-foresti u li għalihom intervent ta’ politika tal-Unjoni jista’ jġib l-ogħla benefiċċji għal kull valur unitarju tal-kummerċ. Sar rieżami estensiv tal-letteratura xjentifika rilevanti, jiġifieri tas-sorsi primarji li jistmaw l-impatt tal-konsum tal-Unjoni fuq id-deforestazzjoni globali u li jorbtu dik l-impronta ambjentali ma’ komoditajiet speċifiċi, bħala parti mill-istudju li jappoġġa l-valutazzjoni tal-impatt għal dan ir-Regolament u kontroverifikat permezz ta’ konsultazzjoni estensiva mal-partijiet ikkonċernati. Dak il-proċess wassal għall-ewwel lista ta’ tmien komoditajiet. L-injam ġie inkluż direttament fil-kamp ta’ applikazzjoni peress li kien diġà kopert mir-Regolament (UE) Nru 995/2010.. Skont dokument ta’ riċerka reċenti (9) użat għall-analiżi tal-effiċjenza, seba’ komoditajiet jirrappreżentaw l-akbar sehem tad-deforestazzjoni xprunata mill-Unjoni mit-tmien komoditajiet analizzati f’dak id-dokument ta’ riċerka: żejt tal-palm (34,0 %), sojja (32,8 %), injam (8,6 %), kawkaw (7,5 %), kafè (7,0 %), bhejjem tal-ifrat (5,0 %) u lastku (3,4 %).

(39)

Sabiex jiġi żgurat li dan ir-Regolament jilħaq l-objettivi tiegħu, huwa importanti li jiġi żgurat li l-għalf użat għall-bhejjem li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma jwassalx għad-deforestazzjoni. Għalhekk, l-operaturi li jqiegħdu fis-suq jew li jesportaw prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu tal-bhejjem tal-ifrat li ġew mitmugħa prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu ta’ komoditajiet rilevanti jew prodotti rilevanti oħra, jenħtieġ li jiżguraw, bħala parti mis-sistema ta’ diliġenza dovuta tagħhom, li l-għalf huwa mingħajr deforestazzjoni. F’dak il-każ, jenħtieġ li r-rekwiżiti ta’ ġeolokalizzazzjoni skont dan ir-Regolament ikunu limitati għal referenza għall-post ġeografiku ta’ kull wieħed mill-istabbilimenti fejn trabbew il-bhejjem tal-ifrat, u jenħtieġ li ma tintalab l-ebda informazzjoni dwar il-ġeolokalizzazzjoni għall-għalf innifsu. Jekk l-awtorità kompetenti tikseb informazzjoni rilevanti jew issir konxja tagħha, inkluż informazzjoni abbażi ta’ tħassib sostanzjat imressaq minn partijiet terzi, li hemm riskju li l-għalf ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti titlob minnufih informazzjoni dettaljata dwar dan l-għalf. Jekk l-għalf ikun diġà ġie soġġett għal diliġenza dovuta fi stadju preċedenti tal-katina tal-provvista, jenħtieġ li l-operaturi jużaw bħala evidenza l-fatturi rilevanti, in-numri ta’ referenza tad-dikjarazzjonijiet tad-diliġenza dovuta rilevanti jew kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti oħra li tindika li l-għalf ma jwassal għal ebda deforestazzjoni u huma jistgħu jkunu meħtieġa li jagħmlu dik l-evidenza disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba. Jenħtieġ li l-evidenza tkopri l-ħajja tal-annimali, sa massimu ta’ ħames snin.

(40)

Meta wieħed jiftakar li l-użu ta’ komoditajiet riċiklati rilevanti u prodotti riċiklati rilevanti jenħtieġ li jiġi imħeġġeġ, u li l-inklużjoni ta’ tali komoditajiet u prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tpoġġi piż sproporzjonat fuq l-operaturi, il-komoditajiet u l-prodotti użati li jkunu temmew iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, u li altrimenti jintremew bħala skart, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1), tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, dan ma għandux japplika għal ċerti prodotti sekondarji tal-proċess tal-manifattura.

(41)

Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi obbligi l-obbligi li jikkonċernaw il-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti sabiex jiġu miġġielda b’mod effettiv id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, u sabiex jiġu promossi ktajjen tal-provvista mingħajr deforestazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u d-drittijiet tal-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali, kemm fl-Unjoni kif ukoll f’pajjiżi terzi.

(42)

Meta jiġi vvalutat ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq jew li jiġu esportati, jenħtieġ li jitqies il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li huwa assoċjat mad-deforestazzjoni jew mad-degradazzjoni tal-foresti, inkluż id-drittijiet tal-popli indiġeni, tal-komunitajiet lokali u tad-detenturi tad-drittijiet konswetudinarji għall-pussess tal-art.

(43)

Bosta organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali, bħall-FAO, l-IPCC, il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, u l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura, ilhom attivi, u ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta’ Pariġi u l-CBD, ġew konklużi fil-qasam tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, u d-definizzjonijiet f’dan ir-Regolament jibnu fuq dik il-ħidma.

(44)

Huwa essenzjali li dan ir-Regolament jindirizza wkoll il-kwistjoni tad-degradazzjoni tal-foresti. Jenħtieġ li d-definizzjoni tad-degradazzjoni tal-foresti tkun ibbażata fuq kunċetti maqbula internazzjonalment, u tiżgura li l-obbligi assoċjati jistgħu jiġu ssodisfati faċilment mill-operaturi u mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li dawk l-obbligi jkunu jistgħu jitkejlu u jiġu vverifikati b’mod operazzjonali, kif ukoll ikunu ċari u mhux ambigwi biex jipprovdu ċertezza legali. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiffoka fuq elementi ewlenin tad-degradazzjoni tal-foresti li jistgħu jitkejlu u jiġu vverifikati, u li huma partikolarment rilevanti biex jiġu evitati l-impatti ambjentali, abbażi tal-aktar data xjentifika aġġornata. Għal dak l-għan, id-definizzjoni tad-degradazzjoni tal-foresti għandha tibni fuq kunċetti maqbula internazzjonalment li huma definiti mill-FAO. Jenħtieġ li d-definizzjoni tad-degradazzjoni tal-foresti tiġi riveduta, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, biex jiġi vvalutat jekk għandhiex tiġi estiża biex tkopri kamp ta’ applikazzjoni usa’ tal-muturi tad-degradazzjoni tal-foresti u tal-ekosistemi tal-foresti madwar id-dinja biex jiġu appoġġati aktar l-objettivi ambjentali ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies il-progress li sar fid-diskussjonijiet internazzjonali dwar il-kwistjoni, kif ukoll id-diversità tal-ekosistemi u l-prattiki tal-foresti madwar id-dinja. Jenħtieġ li r-rieżami jitwettaq abbażi ta’ analiżi fil-fond, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, u f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, l-organizzazzjonijiet u l-korpi internazzjonali u l-komunità xjentifika.

(45)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura bilanċ xieraq bejn il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tal-operaturi u n-negozjanti li jqiegħdu l-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti fuq is-suq, jew li jesportawhom, filwaqt li jimminimizza t-tfixkil f’daqqa fil-ktajjen tal-provvista, u d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tal-ambjent kif stabbilit fl-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għal dan l-għan, jenħtieġ li tiġi stabbilita data ta’ skadenza sabiex tipprovdi bażi għall-evalwazzjoni ta’ jekk l-art ikkonċernata kinitx soġġetta għal deforestazzjoni jew degradazzjoni tal-foresti, li jfisser li l-ebda komodità jew prodott li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma jista’ jitqiegħed fis-suq jew jiġi esportat, jekk ġew prodott fuq art soġġetta għad-deforestazzjoni jew għad-degradazzjoni tal-foresti wara dik id-data.

(46)

Jenħtieġ li d-data ta’ skadenza li tikkorrispondi mal-impenji internazzjonali eżistenti stabbiliti fl-SDGs u fid-Dikjarazzjoni ta’ New York dwar il-Foresti, li jsegwu l-ambizzjoni li titwaqqaf id-deforestazzjoni, jiġu rrestawrati l-foresti degradati u jiżdiedu b’mod sostanzjali l-afforestazzjoni u r-riforestazzjoni globalment sal-2020, u b’hekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti għall-31 ta’ Diċembru 2020. Dik id-data hija konsistenti wkoll mat-tħabbira mill-Kummissjoni tal-intenzjoni tagħha li tiġġieled kontra d-deforestazzjoni fil-komunikazzjoni dwar it-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja, il-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 kif ukoll fl-istrteġija Mill-Għalqa sal-Platt. F’konformità mal-prinċipju ta’ prekawzjoni, id-data limitu indikata fil-proposta tal-Kummissjoni għal dan ir-Regolament tippreċedi d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Id-data limitu ġiet magħżula sabiex tiġi evitata aċċellerazzjoni antiċipata tal-attivitajiet li jwasslu għad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti bejn it-tħabbira fil-proposta tal-Kummissjoni u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jirrikonoxxi l-objettiv ambjentali segwit u jikkonferma d-data ta’ skadenza proposta biex jiġi żgurat li l-produtturi u l-operaturi li kkawżaw id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti matul il-perjodu ta’ negozjati ta’ dan ir-Regolament ma jitħallewx iqiegħdu l-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti kkonċernati fis-suq jew li jesportawhom.

(47)

Il-limitazzjonijiet fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tal-operaturi u n-negozjanti li jirriżultaw mill-għażla tad-data ta’ skadenza jenħtieġ li jkunu proporzjonati, u strettament meħtieġa, biex jintlaħaq l-objettiv ta’ interess ġenerali tal-protezzjoni ambjentali. Sabiex jikkontribwixxi għal dak l-objettiv, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għal komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti li ġew prodotti qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu ta’ dan ir-Regolament. L-applikazzjoni differita tad- dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jirregolaw l-obbligi għall-operaturi u għan-negozjanti li beħsiebhom iqiegħdu komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti fis-suq, jew li jesportawhom, tipprovdilhom ukoll perjodu ta’ żmien raġonevoli biex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda ta’ dan ir-Regolament.

(48)

Sabiex jissaħħaħ il-kontribut tal-Unjoni biex jitwaqqfu d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, u sabiex jiġi żgurat li l-prodotti rilevanti mill-ktajjen tal-provvista relatati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti ma jiġux introdotti fis-suq jew jiġu esportati, jenħtieġ li l-prodotti rilevanti ma jiġux introdotti jew jitqiegħdu fis-suq jew jiġu esportati sakemm ma jkunux mingħajr deforestazzjoni u jkunu ġew prodotti f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni. Sabiex jiġi kkonfermat li dan huwa l-każ, jenħtieġ li dawn dejjem ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta.

(49)

Abbażi ta’ approċċ sistemiku, jenħtieġ li l-operaturi jieħdu l-passi xierqa sabiex jiżguraw li l-prodotti rilevanti li jkunu beħsiebhom jintroduċu fis-suq jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ mingħajr deforestazzjoni u tal-legalità ta’ dan ir-Regolament. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-operaturi jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi ta’ diliġenza dovuta. Jenħtieġ li dawk is-sistemi ta’ diliġenza dovuta jinkludu tliet elementi, jiġifieri rekwiżiti ta’ informazzjoni, valutazzjoni tar-riskju u miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, ikkomplementati minn obbligi ta’ rapportar. Jenħtieġ li s-sistemi ta’ diliġenza dovuta jitfasslu sabiex jipprovdu aċċess għal informazzjoni dwar is-sorsi u l-fornituri tal-komoditajiet u tal-prodotti li jiġu introdotti fis-suq, inkluż informazzjoni li turi li l-assenza ta’ deforestazzjoni u ta’ degradazzjoni tal-foresti u ta’ rekwiżiti ta’ legalità huma ssodisfati, fost l-oħrajn billi jiġu identifikati l-pajjiż u ż-żona tal-produzzjoni jew partijiet minnhom u inkluż il-koordinati tal-ġeolokalizzazzjoni tal-biċċiet ta’ art rilevanti. Dawk il-koordinati tal-ġeolokalizzazzjoni li jiddependu mill-ħin, il-pożizzjonament u/jew l-osservazzjoni tad-Dinja jistgħu jagħmlu użu mid-data u mis-servizzi spazjali pprovduti skont il-programm Spazjali tal-Unjoni (EGNOS/Galileo u Copernicus). Fuq il-bażi ta’ dik l-informazzjoni, jenħtieġ li l-operaturi jwettqu valutazzjoni tar-riskju. Meta jiġi identifikat riskju, jenħtieġ li l-operaturi jimmitigaw dak ir-riskju sabiex jiksbu sitwazzjoni ta’ ebda riskju jew ta’ riskju negliġibbli biss. L-operatur jenħtieġ li jitħalla biss li jqiegħed prodotti fis-suq jew jesportahom jekk l-operatur jikkonkludi wara li jkun eżerċita d-diliġenza dovuta li ma jeżisti l-ebda riskju jew li jeżisti riskju negliġibbli biss li l-prodotti rilevanti ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament.

(50)

Meta jiġu akkwistati l-prodotti, jenħtieġ li jsiru sforzi raġonevoli biex jiġi żgurat li jitħallas prezz ġust lill-produtturi, b’mod partikolari lill-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira, sabiex ikun possibbli introjtu li jiggarantixxi l-għajxien u jiġi indirizzat b’mod effettiv il-faqar bħala l-kawża ewlenija tad-deforestazzjoni.

(51)

Jenħtieġ li l-operaturi formalment jassumu r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodotti rilevanti li jkunu beħsiebhom jintroduċu fis-suq jew li jesportaw billi jagħmlu disponibbli d-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi mudell għal tali dikjarazzjonijiet. Tali dikjarazzjonijiet tad-diliġenza dovuta huma mistennija li jiffaċilitaw l-infurzar ta’ dan ir-Regolament mill-awtoritajiet u l-qrati kompetenti kif ukoll iżidu l-konformità mill-operaturi.

(52)

Sabiex jiġu rikonoxxuti l-prattiki tajbin, fil-proċedura tal-valutazzjoni tar-riskju jistgħu jintużaw skemi ta’ ċertifikazzjoni jew skemi oħra verifikati minn partijiet terzi, Madanakollu jenħtieġ li huma ma jissostitwixxux ir-responsabbiltà tal-operatur fir-rigward tad-diliġenza dovuta.

(53)

Jenħtieġ li n-negozjanti jkunu responsabbli għall-ġbir u għaż-żamma ta’ informazzjoni li tiżgura t-trasparenza tal-katina tal-provvista tal-prodotti rilevanti li jqiegħdu fis-suq. Negozjanti mhux SME għandhom influwenza sinifikanti fuq il-ktajjen tal-provvista u għandhom rwol importanti fl-iżgurar li dawn il-ktajjen tal-provvista jkunu mingħajr deforestazzjoni. Għalhekk jenħtieġ li jkollhom l-istess obbligi bħall-operaturi, jieħdu r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodotti rilevanti ma’ dan ir-Regolament, u jiżguraw, qabel ma jqiegħdu fis-suq il-prodotti rilevanti, li jkunu eżerċitaw id-diliġenza dovuta f’konformità ma’ dan ir-Regolament u li jkunu kkonkludew li ma jeżisti l-ebda riskju jew li jeżisti riskju negliġibbli biss li l-prodotti rilevanti ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament.

(54)

Sabiex titrawwem it-trasparenza u jiġi ffaċilitat l-infurzar, jenħtieġ li l-operaturi li ma jaqgħux fil-kategorija ta’ SMEs, inkluż mikrointrapriżi jew persuni fiżiċi, fuq bażi annwali, jirrapportaw pubblikament dwar is-sistema ta’ diliġenza dovuta tagħhom, inkluż dwar il-passi meħuda biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom.

(55)

Jenħtieġ li l-operaturi jkunu jistgħu jirċievu tħassib sostanzjat mill-partijiet interessati, inkluż b’mezzi elettroniċi, u jenħtieġ li jinvestigaw bir-reqqa t-tħassib sostanzjat kollu riċevut.

(56)

Atti legali oħra tal-Unjoni li jipprevedu rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta fil-katina tal-valur fir-rigward ta’ impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem jew fuq l-ambjent jenħtieġ li japplikaw sakemm ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika bl-istess objettiv, natura u effett f’dan ir-Regolament li tista’ tiġi adattata fid-dawl ta’ emendi futuri għall-atti legali tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-eżistenza ta’ dan ir-Regolament ma teskludix l-applikazzjoni ta’ -atti legali tal-Unjoni oħrajn li jipprevedu rekwiżiti rigward id-diliġenza dovuta tal-katina tal-valur. Meta tali oħra għall-atti legali tal-Unjoni jipprevedu dispożizzjonijiet aktar speċifiċi jew iżidu rekwiżiti mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li tali dispożizzjonijiet jiġu applikati flimkien ma’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, meta dan ir-Regolament ikun fih dispożizzjonijiet aktar speċifiċi, jenħtieġ li dawn ma jiġux interpretati b’mod li jimmina l-applikazzjoni effettiva ta’ ta’ atti legali oħra tal-Unjoni dwar id-diliġenza dovuta jew l-ilħuq tal-għan ġenerali tagħhom. Għandu jkun possibbli li l-Kummissjoni toħroġ linji gwida ċari u faċli biex jinftiehmu għall-konformità tal-operaturi u n-negozjanti, b’mod partikolari l-SMEs, ma’ dan ir-Regolament.

(57)

Ir-rispett tad-drittijiet tal-popli indiġeni fir-rigward tal-foresti u l-prinċipju ta’ FPIC, inkluż kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-drittijiet tal-popli indiġeni, jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-bijodiversità, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-indirizzar tat-tħassib dwar l-interess pubbliku relatat. Il-popli indiġeni għandhom għarfien tradizzjonali ta’ valur ekoloġiku u mediku, u spiss joffru mudell ta’ użu sostenibbli tar-riżorsi tal-foresti. Dan jista’ jikkontribwixxi għall-konservazzjoni in situ, f’konformità mal-KDB. Barra minn hekk, l-istudji jissuġġerixxu li l-popli indiġeni li jgħixu fil-foresti għandhom rwol doppju fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima: l-ewwel nett, huma normalment jirreżistu għall-okkupazzjoni u d-deforestazzjoni tal-artijiet li għexu fihom għal ġenerazzjonijiet sħaħ, u t-tieni nett, xi komunitajiet indiġeni jqisuha r-responsabbiltà tagħhom li jipproteġu l-foresti sabiex itaffu t-tibdil fil-klima.

(58)

Il-prinċipji stabbiliti fid-Dikjarazzjoni tan-NU, dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp ta’ Rio tal-1992, b’mod partikolari, il-Prinċipju 10 dwar l-importanza ta’ għarfien u parteċipazzjoni tal-pubbliku fi kwistjonijiet ambjentali u l-Prinċipju 22 dwar ir-rwol vitali ta’ popli indiġeni fil-ġestjoni u l-iżvilupp ambjentali. huma importanti fil-kuntest tal-kisba ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti.

(59)

Il-kunċett ta’ FPIC tal-popli indiġeni ġie żviluppat matul is-snin wara l-approvazzjoni tal-Konvenzjoni tal-1989 (Nru 169) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Popli Indiġeni u Tribali, u dan huwa rifless fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Popli Indiġeni. Huwa għandu l-għan li jkun salvagwardja biex jiġi żgurat li l-impatti potenzjali fuq il-popli indiġeni jiġu kkunsidrati fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ proġetti li jaffettwawhom.

(60)

L-operaturi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ atti legali oħra tal-Unjoni li jistabbilixxu rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta fil-katina tal-valur fir-rigward ta’ impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem jew fuq l- ambjent jenħtieġ li jkunu f’pożizzjoni li jissodisfaw l-obbligi ta’ rapportar skont dan ir-Regolament billi jinkludu l-informazzjoni meħtieġa meta jirrapportaw skont l- atti legali l-oħra tal-Unjoni.

(61)

Ir-responsabbiltà għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiżguraw konformità sħiħa ma’ dan ir-Regolament. Infurzar uniformi ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq jew li joħorġu minnu jista’ jinkiseb biss permezz ta’ skambju sistematiku ta’ informazzjoni u kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni.

(62)

L-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi u effiċjenti ta’ dan ir-Regolament huma essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi u tiġġestixxi sistema ta’ informazzjoni sabiex tappoġġa lill-operaturi u lill-awtoritajiet kompetenti fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa u fl-aċċess għaliha dwar il-prodotti rilevanti introdotti fis-suq. Jenħtieġ li l-operaturi jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta permezz tas-sistema tal-informazzjoni. Jenħtieġ li s-sistema ta’ informazzjoni tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti u għall-awtoritajiet doganali sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u jenħtieġ li tiffaċilita t-trasferimenti ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali. Jenħtieġ li d-data li mhix sensittiva f’sens kummerċjali tkun aċċessibbli wkoll għal pubbliku usa’, bid-data li tkun anonimizzata, apparti l-informazzjoni li tikkonċerna il-lista ta’ sentenzi finali għall-ksur ta’ dan ir-Regolament kontra persuni ġuridiċi u l-penali imposti fuqhom, u għandha tkun pprovduta f’format miftuħ u li jinqara mill-magni f’konformità mal-Politika tal-Unjoni tad-Data Miftuħa kif stabbilit fid-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(63)

Għall-prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq jew li joħorġu minnu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom il-kompitu tal-kontroll li jivverifikaw il-konformità tal-prodotti rilevanti dan ir-Regolament ibbażati, inter alia, fost l-oħrajn, fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta ppreżentati mill-operaturi, waqt li r-rwol tad-dwana huwa li tiżgura li r-referenza ta’ dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta tkun disponibbli fid-dikjarazzjoni doganali fejn applikabbli u, barra minn hekk mill-mument li l-interfaċċa elettronika tkun fis-seħħ għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti, sabiex jivverifikaw l-istatus tad-dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta wara analiżi tar-riskju inizjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fis-sistema ta’ informazzjoni. L-awtoritajiet doganali jenħtieġ għandhom u jaġixxu kif xieraq bħal li jissospendu jew jirrifjutaw komodità relevanti jew prodott rilevanti jekk jintalbu jagħmlu dan permezz tal-istatus tad-dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta fis-sistema ta’ informazzjoni. Dik l-organizzazzjoni speċifika tal-kontrolli trendi l-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) inapplikabbli f’dak li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament.

(64)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li dejjem ikun hemm riżorsi finanzjarji adegwati disponibbli sabiex ikun hemm il-persunal u t-tagħmir xierqa għall-awtoritajiet kompetenti. Huwa meħtieġ livell għoli ta’ riżorsi sabiex jitwettqu verifiki effiċjenti u jenħtieġ li jiġu pprovduti riżorsi stabbli f’livell xieraq għall-ħtiġijiet ta’ infurzar fi kwalunkwe waqt. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jissupplementaw il-finanzjament pubbliku billi jirkupraw mill-operaturi ekonomiċi rilevanti l-kostijiet imġarrba meta jwettqu verifiki fir-rigward tal-komoditajiet u l-prodotti rilevanti li jkunu nstabu li ma humiex konformi.

(65)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal atti legali oħra tal-Unjoni dwar l-oġġetti u l-prodotti li jidħlu jew li joħorġu mis-suq, partikularment ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) fir-rigward tas-setgħat tal-awtoritajiet doganali u l-kontrolli doganali. Jenħtieġ li l-importaturi jiġu mfakkra li l-Artikoli 220, 254, 256, 257 u 258 ta’ dak ir-Regolament jipprovdu li l-prodotti li jidħlu fis-suq li jirrikjedu proċessar ulterjuri għandhom jitqiegħdu taħt il-proċedura doganali xierqa li tippermetti tali proċessar. Ġeneralment, ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni jenħtieġ li ma jitqiesx bħala prova ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni, peress li tali rilaxx jew esportazzjoni mhux neċessarjament jinkludu kontroll sħiħ tal-konformità.

(66)

Sabiex jiġi ottimizzat il-proċess ta’ kontroll, inkluż billi jiġi minimizzat il-piż amministrattiv, għall-prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq jew li joħorġu minnu, jeħtieġ li tiġi stabbilita interfaċċa elettronika interoperabbli li tippermetti t-trasferiment awtomatiku tad-data bejn is-sistemi doganali u s-sistemi ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. L-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana huwa l-kandidat naturali sabiex jippermetti tali trasferiment tad-data. Jenħtieġ li l-interfaċċa tkun awtomatizzata ħafna u faċli sabiex tintuża, u jenħtieġ li tiffaċilita l-proċessi għall-awtoritajiet doganali u l-operaturi. Barra minn hekk, fid-dawl tad-differenzi limitati bejn id-data li għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet doganali u li għandha tiġi inkluża fid-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta, huwa xieraq li jiġi propost ukoll approċċ “min-negozji għall-gvern” fejn in-negozjanti u l-operaturi ekonomiċi jagħmlu disponibbli d-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta ta’ prodott rilevanti permezz tal-ambjent ta’ tieqa unika tal-UE għad-dwana nazzjonali u dik id-dikjarazzjoni tiġi trażmessa awtomatikament fis-sistema ta’ informazzjoni skont dan ir-Regolament użata mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti jikkontribwixxu għad-determinazzjoni tad-data li għandha tiġi trażmessa u kwalunkwe rekwiżit tekniku ieħor.

(67)

Ir-riskju li jiġu introdotti fis-suq jew esportati prodotti mhux konformi jvarja skont il-komodità u l-prodott kif ukoll skont il-pajjiż ta’ oriġini u produzzjoni tagħhom jew partijiet tiegħu. L-operaturi li jakkwistaw komoditajiet u prodotti minn pajjiżi jew partijiet tagħhom li jippreżentaw riskju baxx ta’ tkabbir, ħsad jew produzzjoni ta’ komoditajiet rilevanti bi ksur ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal anqas obbligi, u b’hekk jitnaqqsu l-kostijiet ta’ konformità u l-piż amministrattiv, sakemm l-operatur ma jkunx jaf jew ikollu raġuni biex jemmen li hemm riskju ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament. Meta awtorità kompetenti ssir konxja ta’ riskju li dan ir-Regolament ikun qed jiġi evitat, pereżempju fejn komodità rilevanti jew prodott rilevanti li jkunu ġew prodotti f’pajjiż b’riskju għoli jiġu sussegwentement ipproċessati f’pajjiż b’riskju baxx jew partijiet tiegħu, minn fejn ikun introdott fis-suq jew minn fejn jidħol jew jitlaq mis-suq, u d-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta jew id-dikjarazzjoni doganali tindika li l-komodità rilevanti jew il-prodott rilevanti ikunu ġew prodott f’pajjiż b’riskju baxx, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tivverifika permezz ta’ kontrolli ulterjuri jekk ikunx hemm xi nuqqas ta’ konformità u, jekk ikun meħtieġ, tieħu azzjoni xierqa, bħall-qbid tal-komodità rilevanti jew il-prodott rilevanti u s-sospensjoni tal-introduzzjoni fis-suq jew tal-esportazzjoni tal-komodità rilevanti jew tal-prodott rilevanti, kif ukoll twettaq verifiki ulterjuri. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu meħtieġa japplikaw skrutinju msaħħaħ għall-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti minn pajjiżi b’riskju għoli jew partijiet minnhom.

(68)

Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta r-riskju ta’ deforestazzjoni u ta’ degradazzjoni tal-foresti fil-livell ta’ pajjiż jew ta’ partijiet minnu abbażi ta’ firxa ta’ kriterji li jirriflettu data kwantitattiva, oġġettiva u rikonoxxuta internazzjonalment, u indikazzjonijiet li l-pajjiżi huma involuti attivament fil-ġlieda kontra d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti. Jenħtieġ li tali informazzjoni dwar il-valutazzjoni komparattiva tagħmilha aktar faċli għall-operaturi fl-Unjoni li jeżerċitaw id-diliġenza dovuta u għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jimmonitorjaw u jinfurzaw il-konformità, filwaqt li tipprovdi wkoll inċentiv għall-pajjiżi produtturi sabiex iżidu s-sostenibbiltà tas-sistemi ta’ produzzjoni agrikola tagħhom u jnaqqsu l-impatt tad-deforestazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li dan jgħin sabiex il-ktajjen tal-provvista jsiru aktar trasparenti u sostenibbli. Jenħtieġ li s-sistema ta’ valutazzjoni komparattiva tkun ibbażata fuq sistema bi tliet livelli għall-klassifikazzjoni ta’ pajjiżi bħala ta’ riskju baxx, standard jew għoli. Sabiex jiġu żgurati trasparenza u ċarezza xierqa, jenħtieġ li l-Kummissjoni b’mod partikolari tagħmel disponibbli għall-pubbliku d-data li tkun qiegħda tintuża għall-valutazzjoni komparattiva, ir-raġunijiet għall-bidla proposta fil-klassifikazzjoni u t-tweġiba tal-pajjiż ikkonċernat. Għall-prodotti rilevanti minn pajjiżi b’riskju baxx jew partijiet minnhom, jenħtieġ li l-operaturi jitħallew jeżerċitaw id-diliġenza dovuta simplifikata. Għall-prodotti rilevanti minn pajjiżi b’riskju għoli jew partijiet minnhom, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu meħtieġa japplikaw skrutinju msaħħaħ. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi jew partijiet minnhom li jippreżentaw riskju baxx jew għoli.

(69)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkoopera ma’ pajjiżi li huma klassifikati jew li jistgħu jiġu klassifikati bħala ta’ riskju għoli, u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti f’dawk il-pajjiżi, sabiex taħdem lejn it-tnaqqis tal-livell ta’ riskju.

(70)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu verifiki fuq l-operaturi u n-negozjanti, f’intervalli regolari, sabiex jivverifikaw li dawn qegħdin tassew iwettqu l-obbligi stipulati f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu verifiki meta jkollhom fil-pussess tagħhom informazzjoni rilevanti u abbażi ta’ din l-informazzjoni, inkluż tħassib sostanzjat ippreżentat minn partijiet terzi. Jenħtieġ li l-identifikazzjoni tal-verifiki li għandhom jitwettqu tkun abbażi ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Fir-rigward tal-prodotti rilevanti minn pajjiżi jew partijiet tagħhom identifikati li għandhom riskju għoli;, tal-operaturi u n-negozjanti rispettivi u tal-volumi tas-sehem tagħhom ta’ komoditajiet u prodotti, jenħtieġ li japplika approċċ maqsum f’żewġ partijiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jivverifikaw ċertu perċentwal ta’ operaturi u negozjanti, filwaqt li jkopru wkoll perċentwal speċifiku ta’ prodotti rilevanti. Fir-rigward, ta’ prodotti rilevanti minn pajjiżi jew partijiet minnhom identifikati bħala ta’ riskju baxx jew standard, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jivverifikaw mill-inqas ċertu perċentwal ta’ operaturi u negozjanti. Il-livell ta’ verifiki jenħtieġ li jkun ogħla għal prodotti rilevanti minn pajjiżi b’riskju għoli jew partijiet minnhom filwaqt li jista’ jkun aktar baxx għal pajjiżi standard jew b’riskju baxx jew partijiet minnhom. Fir-rieżami tagħha ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni r-tevalwa u tidentifika objettivi kwantifikati għall-verifiki annwali li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu xierqa biex jiżguraw l-infurzar ta’ dan ir-Regolament u approċċ armonizzat fl-Unjoni kollha.

(71)

Jenħtieġ li l-verifiki li jitwettqu fuq l-operaturi u n-negozjanti mill-awtoritajiet kompetenti jkopru s-sistemi ta’ diliġenza dovuta u l-konformità tal-prodotti rilevanti ma’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-verifiki jkunu bbażati fuq i bbażat fuq ir-riskji li jkun fih kriterji tar-riskju li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu analiżi tar-riskju tad-dikjarazzjonijiet tad-diliġenza dovuta ppreżentati mill-operaturi u min-negozjanti. Jenħtieġ li l-kriterji tar-riskju jqisu r-riskju ta’ deforestazzjoni assoċjata ma’ komoditajiet rilevanti fil-pajjiż tal-produzzjoni, l-istorja tan-nuqqas ta’ konformità tal-operaturi u tan-negozjanti mal-obbligi ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-analiżi tar-riskju tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw dwak l-operaturi, in-negozjanti u l-prodotti rilevanti li jrid jiġu verifikati. Dik l-analiżi tar-riskju jenħtieġ li titwettaq bl-użu ta’ tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data fis-sistema tal-informazzjoni li permezz tagħhom jiġu ppreżentati d-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta. Fejn meħtieġ u teknikament possibbli, l-awtoritajiet kompetenti, wara konsultazzjoni u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu wkoll verifiki in situ.

(72)

F’każijiet fejn l-analiżi tar-riskju tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta tiżvela riskju għoli ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ prodotti rilevanti speċifiċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu miżuri interim immedjati sabiex jipprevjenu l-introduzzjoni jew it-tqegħid fis-suq jew l-esportazzjoni ta’ dawk il-prodotti. F’każijiet fejn tali prodotti rilevanti kienu qed jidħlu fis-suq jew joħorġu minnu, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jitolbu mill-awtoritajiet doganali s-sospensjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew tal-esportazzjoni, sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu l-verifiki meħtieġa. Tali talbiet jenħtieġ li jiġu kkomunikati permezz tas-sistema tal-interfaċċa bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti. Is-sospensjoni tal-introduzzjoni jew it-tqegħid fis-suq, tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew tal-esportazzjoni jenħtieġ li tkun limitata għal tlett ijiem ta’ xogħol, jew 72 siegħa f’każ ta’ prodotti rilevanti li jitħassru malajr, ħlief meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu jirrikjedu żmien addizzjonali sabiex jivvalutaw il-konformità tal-komoditajiet rilevanti u tal-prodotti rilevanti ma’ dan ir-Regolament. F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri interim addizzjonali sabiex jestendu l-perjodu ta’ sospensjoni jew, fil-każ ta’ prodotti rilevanti li jkunu deħlin jew ħerġin mis-suq, jitolbu estensjoni mill-awtoritajiet doganali.

(73)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jaġġornaw regolarment il-pjanijiet tagħhom tal-verifiki abbażi tar-riżultati tal-implimentazzjoni ta’ dawk il-verifiki. Dawk l-operaturi li juru rekord konsistenti ta’ konformità jistgħu jkunu soġġetti għal verifiki inqas frekwenti.

(74)

Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħa li jirtiraw u jiġbru lura prodotti mhux konformi u li jieħdu azzjonijiet korrettivi xierqa. Jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-ksur ta’ dan ir-Regolament mill-operaturi u min-negozjanti huma soġġetti għal penali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(75)

Sabiex tiżdied ir-responsabbiltà tal-operaturi u tan-negozjanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika fuq is-sit web tagħha l-lista tas-sentenzi finali kontra persuni ġuridiċi għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u l-penali imposti fuqhom. Dik l-informazzjoni tista’ tgħin lill-awtoritajiet kompetenti, operaturi u negozjanti oħra biex iwettqu l-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom u jżidu s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi u tas-soċjetà ċivili fir-rigward tal-operaturi u n-negozjanti li jiksru dan ir-Regolament.

(76)

L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament ser teħtieġ riżorsi u kapaċità suffiċjenti. F’dan il-kuntest, lil hinn mir-riżorsi nazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw kemm jista’ jkun opportunitajiet u possibiltajiet għal appoġġ disponibbli fil-livell tal-Unjoni u permezz ta’ mezzi oħra, inkluż fondi ta’ koeżjoni u strumenti ta’ bini tal-kapaċità b’mod partikolari fil-kuntest tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

(77)

Filwaqt li jqisu l-karattru internazzjonali tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u l-kummerċ relatat, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw ma’ xulxin, mal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, mal-Kummissjoni u, kif ukoll mal-awtoritajiet amministrattivi ta’ pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw ukoll mal-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni u l-infurzar ta’ strumenti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni li jistabbilixxu rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta fil-katina tal-valur fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem jew tal-impatti ambjentali negattivi.

(78)

F’konformità mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, huma l-qrati tal-Istati Membri li għandhom jiżguraw il-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet ta’ persuna skont id-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), jeżiġi li l-Istati Membri jipprovdu rimedji suffiċjenti biex jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-pubbliku, inkluż il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jippreżentaw tħassib sostanzjat skont dan ir-Regolament, jiġi żgurat aċċess għall-ġustizzja f’konformità mal-obbligi li l-Istati Membri impenjaw ruħhom għalihom bħala partijiet għall-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU (NU/KEE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali tal-25 ta’ Ġunju 1998 (il-“Konvenzjoni ta’ Aarhus”).

(79)

Sabiex jiġi żgurat li dan ir-Regolament jibqa’ rilevanti u konformi mal-iżviluppi kummerċjali, xjentifiċi u teknoloġiċi, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-lista ta’ kodiċijiet NM ta’ prodotti rilevanti stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Huwa partikularment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (15). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(80)

Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 jipprojbixxi l-introduzzjoni fis-suq tal-Unjoni ta’ injam u prodotti tal-injam maħsuda illegalment. Dan jistabbilixxi obbligi għall-operaturi li jqiegħdu injam fis-suq għall-ewwel darba sabiex jeżerċitaw diliġenza dovuta u għan-negozjanti sabiex iżommu rekord traċċabbli tal-fornituri u tal-klijenti tagħhom. Jenħtieġ li dan ir-Regolament iżomm l-obbligu li tiġi żgurata l-legalità tal-prodotti rilevanti, inkluż l-injam u l-prodotti tal-injam, introdotti fis-suq u jenħtieġ li jikkomplementa dak l-obbligu b’rekwiżit dwar is-sostenibbiltà. Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 607/2012 (16) relatat għalhekk ma jibqawx meħtieġa b’dan ir-Regolament u jenħtieġ li jitħassru. L-injam u l-prodotti tal-injam kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 huma l-ekwivalenti tal-injam u l-prodotti tal-injam li huma elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament u li fihom jew li saru bl-użu tal-injam.

(81)

Ir-Regolament (KE) Nru 2173/2005 jistabbilixxi skema ta’ liċenzjar ta’ Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) għall-importazzjoni ta’ injam fl-Unjoni. L-iskema ta’ liċenzjar hija implimentata permezz ta’ ftehimiet ta’ sħubija volontarja (VPAs) ma’ pajjiżi li jipproduċu l-injam, u hija maħsuba biex twaqqaf il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u biex ittejjeb il-governanza tal-foresti u l-kummerċ relatat. Dan ir-Regolament għandu jibni fuq ir-riżultati pożittivi miksuba skont il-FLEGT, speċjalment f’termini ta’ parteċipazzjoni msaħħa tal-partijiet ikkonċernati u governanza mtejba tal-foresti. F’każijiet speċifiċi, il-VPAs jistgħu jikkomplementaw dan ir-Regolament fir-rigward tal-legalità tal-prodotti tal-injam. Biex jiġu rrispettati l-impenji bilaterali li għaddejjin u biex jiġi ppreservat il-progress li sar mal-pajjiżi sħab li għandhom sistema operattiva fil-post (l-istadju ta’ liċenzjar FLEGT) u issir ħidma, fejn rilevanti u maqbul, mas-sħab attwali ta’ VPA sabiex dawn jilħqu dak l-istadju, jenħtieġ li dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjoni li tiddikjara li l-injam u l-prodotti tal-injam li huma koperti minn b’liċenzja FLEGT valida huma meqjusa li jikkonformaw mar-r-rekwiżit ta’ legalità tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005.

(82)

Filwaqt li dan ir-Regolament jindirizza d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, kif previst fil-komunikazzjoni dwar it-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja, jenħtieġ li l-protezzjoni tal-foresti ma twassalx għall-konverżjoni jew għad-degradazzjoni ta’ ekosistemi naturali oħra. L-ekosistemi, inkluż l-ekosistemi ġestiti, bħall-artijiet mistagħdra, is-savani u t-torbiera huma sinifikanti ħafna għall-isforzi globali sabiex jiġu miġġielda t-tibdil fil-klima u l-kriżi tal-bijodiversità, kif ukoll SDG’s oħra u l-konverżjoni jew id-degradazzjoni tagħhom jirrikjedu azzjoni urġenti partikolari u jeħtieġ li jiġu evitati. Fid-dawl tal-impronta tal-Unjoni fuq l-ekosistemi naturali mhux forestali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal artijiet imsaġġra oħra mhux aktar tard minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, sa mhux aktar tard minn sentejn wara dik id-data tad-dħul fis-seħħ, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal ekosistemi naturali oħra, inkluż artijiet oħra b’ħażniet kbar ta’ karbonju u b’valur għoli ta’ bijodiversità bħal bwar, torbiera u art mistagħdra. L-ekosistemi jinsabu wkoll taħt pressjoni li qed tiżdied minn konverżjoni u degradazzjoni minħabba l-produzzjoni tal-komoditajiet għas-suq tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa wkoll il-ħtieġa u l-fattibbiltà li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni għal aktar komoditajiet sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq ukoll rieżami tal-lista tal-kodiċijiet NM ta’ prodotti rilevanti stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(83)

Filwaqt li titqies it-talba li saret mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu “Qafas legali tal-UE biex titwaqqaf u titreġġa’ lura d-deforestazzjoni globali kkawżata mill-UE” tat-22 ta’ Ottubru 2020 u tal-maġġoranza l-kbira ta’ kważi 1,2 miljun parteċipant għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffoka l-evalwazzjoni u l-proposta leġiżlattiva possibbli tagħha fuq estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal ekosistemi mhux forestali u l-konverżjoni u d-degradazzjoni tagħhom.

(84)

Meta, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ikun hemm bżonn li tiġi pproċessata data personali, dik id-data trid tiġi trattata f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali. Kwalunkwe proċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u għar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), kif applikabbli.

(85)

Ladarba l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ġlieda kontra d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti billi jitnaqqas il-kontribut tal-konsum fl-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwalment u jista’ għalhekk, minħabba d-daqs tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(86)

Jenħtieġ li l-operaturi, in-negozjanti u l-awtoritajiet kompetenti jingħataw perjodu ta’ żmien raġonevoli bil-għan li jkunu jistgħu jħejju lilhom infushom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-introduzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni kif ukoll l-esportazzjoni mill-Unjoni tal- prodotti relevanti, kif elenkati fl-Anness I, li fihom, li ġew mitmugħa jew li saru bl-użu ta’ komoditajiet rilevanti, jiġifieri bhejjem tal-ifrat, il-kawkaw, il-kafè, iż-żejt tal-palm, il-lastiku, is-sojja u l-injam„ bil-għan li:

(a)

jiġi minimizzat il-kontribut tal-Unjoni għad-deforestazzjoni, u d-degradazzjoni tal-foresti madwar id-dinja, u b’hekk jikkontribwixxu għal tnaqqis fid-deforestazzjoni globali;

(b)

jitnaqqas il-kontribut tal-Unjoni għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-telfien globali tal-bijodiversità.

2.   Għajr kif previst fl-Artikolu 37(3), dan ir-Regolament ma japplika għall-prodotti rilevanti elenkati fl-Anness I li ġew prodotti qabel id-data kif indikat fl-Artikolu 38(1).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“komoditajiet rilevanti” tfisser bhejjem tal-ifrat, kawkaw, kafè, żejt tal-palma, lastiku, sojja u nnjam;

(2)

“prodotti rilevanti” tfisser prodotti elenkati fl-Anness I li fihom, li ġew mitmugħa jew li saru bl-użu ta’ komoditajiet rilevanti;

(3)

“deforestazzjoni” tfisser il-konverżjoni ta’ foresta għal użu agrikolu, kemm jekk ikkawżata mill-bniedem kif ukoll jekk le;

(4)

“foresta”" tfisser medda ta’ art ta’ aktar minn 0,5 ettari b’siġar għoljin aktar minn 5 metri u kopertura ta’ qċaċet ta’ aktar minn 10 %, jew siġar li kapaċi jilħqu dawn il-limiti in situ, u ma tinkludix art li predominantement għandha użu agrikolu jew urban;

(5)

“użu agrikolu” tfisser l-użu ta’ art għall-fini tal-agrikoltura, inkluż għal pjantaġġuni agrikoli, u żoni agrikoli mwarrba, u għat-trabbija tal-bhejjem;

(6)

“pjantaġġun agrikolu” tfisser art b’popolament ta’ siġar f’sistemi ta’ produzzjoni agrikola, bħal pjantaġġuni tas-siġar tal-frott, pjantaġġuni tal-palm taż-żejt, imsaġar taż-żebbuġ u sistemi agroforestali fejn l-għelejjel jitkabbru taħt il-kopertura tas-siġar; dan jinkludi l-pjantaġġuni kollha ta’ komoditajiet rilevanti għajr l-injam; il-pjantaġġuni agrikoli huma esklużi mid-definizzjoni ta’ “foresta”;

(7)

“degradazzjoni tal-foresti” tfisser bidliet strutturali fil-kopertura tal-foresti, li jieħdu l-forma tal-konverżjoni ta’:

(a)

foresti primarji jew foresti li jirriġeneraw b’mod naturali f’foresti ta’ tħawwil jew f’art imsaġġra oħra jew

(b)

foresti primarji f’foresti mħawwla;

(8)

“foresta primarja” tfisser foresta ta’ speċi ta’ siġar indiġeni, irriġenerata b’mod naturali, fejn ma jkunx hemm indikazzjonijiet viżibbli b’mod ċar ta’ attivitajiet tal-bniedem u l-proċessi ekoloġiċi ma jkunux imfixkla b’mod sinifikanti;

(9)

foresta li tirriġenera b’mod naturali” tfisser foresta magħmula predominantement minn siġar stabbiliti permezz ta’ riġenerazzjoni naturali; tinkludi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

foresti li għalihom mhuwiex possibbli li ssir distinzjoni bejn jekk tħawlux jew ġewx irriġenerati b’mod naturali;

(b)

foresti b’taħlita ta’ speċijiet ta’ siġar indiġeni rriġenerati b’mod naturali u siġar imħawla jew miżrugħa, u fejn is-siġar irriġenerati b’mod naturali huma mistennija li jikkostitwixxu l-parti l-kbira tal-istokk li qed jikber meta tintlaħaq il-maturità tal-popolament;

(c)

msaġar minn siġar oriġinarjament stabbiliti permezz ta’ riġenerazzjoni naturali;

(d)

siġar irriġenerati b’mod naturali ta’ speċijiet introdotti;

(10)

“foresta mħawla” tfisser foresta li fil-biċċa l-kbira tagħha hija magħmula minn siġar stabbiliti permezz tat-tħawwil u/jew taż-żrigħ, sakemm is-siġar imħawla jew miżrugħa jkunu mistennija jikkostitwixxu aktar minn 50 % tal-injam wieqaf fil-maturità; dan jinkludi l-imsajġar minn siġar li oriġinarjament ikunu ġew imħawla jew miżrugħin;

(11)

“foresta ta’ tħawwil” tfisser foresta mħawla li hija ġestita b’mod intensiv u li tissodisfa, fil-maturità tat-tħawwil u tal-popolament, il-kriterji kollha li ġejjin: speċi waħda jew tnejn, klassi ta’ età ugwali, u spazjar regolari; dan jinkludi pjantaġġuni ta’ rotazzjoni qasira għall-injam, għall-fibra u għall-enerġija, u jeskludi l-foresti mħawla għall-protezzjoni jew għar-restawr tal-ekosistemi, kif ukoll il-foresti stabbiliti permezz tat-tħawwil jew tat-tiżrigħ, li fil-maturità tal-popolament jixbhu jew ikunu ser jixbhu foresti li jirriġenaw b’mod naturali;

(12)

“art imsaġġra oħra” tfisser art mhux ikklassifikata bħala “foresta” ta’ aktar minn 0,5 ettari, b’siġar għoljin aktar minn 5 metri u kopertura ta’ qċaċet minn 5 % sa 10 %, jew siġar li kapaċi jilħqu dawk il-limiti in situ, jew b’kopertura kombinata ta’ arbuxxelli, buxxijiet u siġar ’il fuq minn 10 %, u ma tinkludix art li predominantement għandha użu agrikolu jew urban;

(13)

“mingħajr deforestazzjoni” tfisser:

(a)

li l-prodotti rilevanti fihom, ġew mitmugħa jew saru bl-użu ta’ komoditajiet rilevanti li ġew prodotti fuq art li ma kinitx soġġetta għal deforestazzjoni wara l-31 ta’ Diċembru 2020, u

(b)

fil-każ ta’ prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu tal-injam, li l-injam ikun inħasad mill-foresta mingħajr ma tiġi indotta degradazzjoni tal-foresti wara l-31 ta’ Diċembru 2020;

(14)

“prodott” tfisser imkabbra, maħsuda, miksuba jew imrobbija fuq biċċiet ta’ art rilevanti jew, fir-rigward tal-bhejjem tal-irfat, fi;

(15)

“operatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, matul attività kummerċjali, tintroduċi prodotti rilevanti fis-suq jew tesportahom;

(16)

“introduzzjoni fis-suq” tfisser it-tqegħid għall-ewwel darba ta’ komodità jew ta’ prodott rilevanti fis-suq tal-Unjoni;

(17)

“negozjant” tfisser kwalunkwe persuna fil-katina tal-provvista għajr l-operatur li, matul attività kummerċjali, tqiegħed fis-suq prodotti rilevanti;

(18)

“tqegħid fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott rilevanti għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll mingħajru;

(19)

“matul attività kummerċjali” tfisser għall-fini tal-ipproċessar, għad-distribuzzjoni lil konsumaturi kummerċjali jew mhux kummerċjali, jew għall-użu fin-negozju tal-operatur jew tan-negozjant innifsu;

(20)

“persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li ma tkunx persuna, ġuridika iżda li tkun rikonoxxuta skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali bħala persuna li jkollha l-kapaċità li twettaq atti legali;

(21)

“persuna stabbilita fl-Unjoni” tfisser:

(a)

fil-każ ta’ persuna fiżika, kwalunkwe persuna li għandha r-residenza tagħha fl-Unjoni;

(b)

fil-każ ta’ persuna ġuridika jew assoċjazzjoni ta’ persuni, kwalunkwe persuna li jkollha uffiċċju reġistrat, kwartieri ċentrali jew stabbiliment permanenti ta’ negozju tagħha fl-Unjoni;

(22)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li, skont l-Artikolu 6, tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand operatur jew mingħand negozjant sabiex taġixxi f’ismu b’relazzjoni mal-kompiti speċifikati fir-rigward tal-obbligi tal-operatur jew tan-negozjant skont dan ir-Regolament;

(23)

“pajjiż ta’ oriġini” tfisser pajjiż jew territorju kif msemmija fl-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(24)

“pajjiż tal-produzzjoni” tfisser il-pajjiż jew it-territorju fejn tkun ġiet prodotta l-komodità rilevanti jew il-komodità rilevanti użata fil-produzzjoni ta’ prodott rilevanti, jew li tkun tinsab fih;

(25)

“prodotti mhux konformi tfisser prodotti rilevanti li ma jikkonformawx mal-Artikolu 3;

(26)

“riskju negliġibbli” tfisser il-livell ta’ riskju li japplika għal komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti, meta, abbażi ta’ valutazzjoni sħiħa tal-informazzjoni speċifika għall-prodott u tal-informazzjoni ġenerali, u, fejn meħtieġ, tal-applikazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa, dawk il-komoditajiet jew il-prodotti ma juru l-ebda raġuni għal tħassib li ma jkunux f’konformità mal-Artikolu 3, il punt (a) jew(b);

(27)

“biċċa art” hija estensjoni tal-art fi ħdan proprjetà immobbli waħda, kif rikonoxxuta mil-liġijiet tal-pajjiż tal-produzzjoni, u li tgawdi minn kundizzjonijiet omoġenji biżżejjed sabiex tippermetti li jiġi evalwat fil-livell aggregat ir-riskju ta’ deforestazzjoni u ta’ degradazzjoni tal-foresti assoċjati ma’ komoditajiet prodotti fuq dik l-art;

(28)

“ġeolokalizzazzjoni” tfisser il-pożizzjoni ġeografika ta’ biċċa art deskritta permezz ta’ koordinati ta’ latitudni u ta’ lonġitudni li jikkorrispondu għal mill-inqas punt wieħed ta’ latitudni u punt wieħed ta’ lonġitudni u li jużaw mill-inqas sitt ċifri deċimali; għal biċċiet ta’ art ta’ aktar minn erba’ ettari, użati għall-produzzjoni tal-komoditajiet rilevanti għajr il-bhejjem tal-ifrat, din għandha tiġi pprovduta bl-użu ta’ poligoni, b’ punti ta’ latitudni u lonġitudni suffiċjenti biex jiddeskrivu l-perimetru ta’ kull biċċa art;

(29)

“stabbiliment” tfisser kwalunkwe post, struttura, jew, fil-każ ta’ biedja fil-beraħ, kwalunkwe ambjent jew post, fejn jinżammu l-bhejjem., fuq bażi temporanja jew permanenti;

(30)

“intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju” jew “SMEs” tfisser intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju kif definiti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);

(31)

“tħassib sostanzjat” tfisser talba debitament motivata bbażata fuq informazzjoni oġġettiva u verifikabbli rigward in-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament u li tista’ tirrikjedi l-intervent tal-awtoritajiet kompetenti;

(32)

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet deżinjati skont l-Artikolu 14(1);

(33)

“awtoritajiet doganali” tfisser l-awtoritajiet doganali kif definiti fl-Artikolu 5, punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(34)

“territorju doganali” huwa t-territorju kif definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(35)

“pajjiż terz” tfisser pajjiż jew territorju barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(36)

“rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” tfisser il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(37)

“esportazzjoni” tfisser il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 269 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(38)

“prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq ” tfisser prodotti rilevanti minn pajjiżi terzi mqiegħda taħt il-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” li huma maħsuba biex jiġu introdotti fis-suq tal-Unjoni u li mhumiex maħsuba għal użu jew għal konsum privat fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni;

(39)

“prodotti rilevanti li joħorġu mis-suq” tfisser prodotti rilevanti mqiegħda taħt il-proċedura doganali “esportazzjoni”;

(40)

“leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni” tfisser il-liġijiet applikabbli fil-pajjiż tal-produzzjoni li jikkonċernaw l-istatus legali taż-żona tal-produzzjoni f’termini ta’:

(a)

id-drittijiet għall-użu tal-art,

(b)

il-ħarsien tal-ambjent,

(c)

ir-regoli relatati mal-foresti, inkluż il-ġestjoni tal-foresti u l-konservazzjoni tal-bijodiversità, fejn direttament relatati mal-ħsad tal-injam,

(d)

id-drittijiet ta’ partijiet terzi,

(e)

id-drittijiet tax-xogħol,

(f)

id-drittijiet tal-bniedem protetti skont id-dritt internazzjonali,

(g)

il-prinċipju ta’ kunsens liberu, minn qabel u infurmat (FPIC), inkluż kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni,

(h)

ir-regolamenti dwar it-taxxa, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kummerċ u d-dwana.

Artikolu 3

Projbizzjoni

Il-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti ma għandhomx jiġu introdotti jew jitqiegħdu fis-suq jew esportati, sakemm ma jiġux issodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikunu mingħajr deforestazzjoni;

(b)

ikunu ġew prodotti f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni; u

(c)

ikunu koperti minn dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta.

KAPITOLU 2

OBBLIGI TAL-OPERATURI U TAN-NEGOZJANTI

Artikolu 4

Obbligi tal-operaturi

1.   L-operaturi għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikolu 8 qabel ma jqiegħdu prodotti rilevanti fis-suq jew qabel jesportawhom sabiex jagħtu prova li l-prodotti rilevanti jikkonformaw mal-Artikolu 3.

2.   L-operaturi ma għandhomx jintroduċu prodotti rilevanti fis-suq u lanqas ma għandhom jesportawhom mingħajr preżentazzjoni minn qabel ta’ dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta. L-operaturi li, abbażi tad-diliġenza dovuta eżerċitata f’konformità mal-Artikolu 8, jikkonkludu li l-prodotti rilevanti jikkonformaw mal-Artikolu 3 għandhom, qabel ma jintroduċu l-prodotti rilevanti fis-suq jew jesportawhom, jagħmlu disponibbli dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta għall-awtoritajiet kompetenti permezz tas-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33. Tali dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta disponibbli b’mod elettroniku u li tista’ tiġi trażmessa għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II għall-prodotti rilevanti u dikjarazzjoni mill-operatur li l-operatur eżerċita d-diliġenza dovuta u li ma jkun instab l-ebda riskju jew ikun instab biss riskju negliġibbli.

3.   Billi jagħmel disponibbli d-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta lill-awtoritajiet kompetenti, l-operatur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott rilevanti mal-Artikolu 3. L-operaturi għandhom iżommu rekord tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta għal ħames snin mid-data li fiha tkun ġiet ippreżentata d-dikjarazzjoni permezz tas-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33.

4.   L-operaturi ma għandhomx jintroduċi prodotti rilevanti fis-suq u lanqas ma għandhom jesportawhom fejn japplika wieħed jew aktar mill-każijiet li ġejjin:

(a)

il-prodotti rilevanti ma jkunux konformi;

(b)

l-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta jkun żvela riskju mhux negliġibbli li l-prodotti rilevanti ma jkunux konformi;

(c)

l-operatur ma setax jissodisfa l-obbligi msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

5.   L-operaturi li jkunu rċevew jew ġew mgħarrfa b’informazzjoni ġdida rilevanti, inkluż tħassib sostanzjat, li jindika li prodott rilevanti li huma jkunu introduċew fis-suq huwa f’riskju li ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu introduċew il-prodott rilevanti fis-suq, kif ukoll lin-negozjanti li lilhom ikunu pprovdew il-prodott rilevanti. Fil-każ ta’ esportazzjonijiet, l-operaturi għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun il-pajjiż tal-produzzjoni.

6.   L-operaturi għandhom joffru l-assistenza kollha meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-verifiki skont l-Artikolu 18, inkluż aċċess għall-bini u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dokumentazzjoni u rekords.

7.   L-operaturi għandhom jikkomunikaw lill-operaturi u lin-negozjanti aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista bil-prodotti rilevanti li jkunu introduċew fis-suq jew li jkunu esportaw, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex juru li ġiet eżerċitata d-diliġenza dovuta u li ma nstab l-ebda riskju jew li nstab biss riskju negliġibbli, inkluż in-numri ta’ referenza tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta assoċjati ma’ dawk il-prodotti.

8.   B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi li huma SMEs (“operaturi SMEs”) ma għandhomx jinħtieġu jeżerċitaw id-diliġenza dovuta għal prodotti rilevanti li jinsabu fi prodott rilevanti jew li saru minnhom li diġà kienu soġġetti għad-diliġenza dovuta f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li għalihom diġà ġiet ippreżentata dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikolu 33. F’każijiet bħal dawn, l-operaturi SMEs għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti n-numru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta, fuq talba. Għall-partijiet ta’ prodotti rilevanti li ma ġewx soġġetti għad-diliġenza dovuta, l-operaturi SME għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

9.   L-operaturi li mhumiex SMEs (“operaturi mhux SME”) jistgħu jirreferu biss għad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta li diġà jkunu ġew ippreżentati f’konformità mal-Artikolu 33 wara li jkunu aċċertaw li d-diliġenza dovuta marbuta mal-prodotti rilevanti li jkunu fil-prodotti rilevanti, jew magħmula minnhom, tkun ġiet eżerċitata f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Huma għandhom jinkludu n-numri ta’ referenza ta’ tali dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta li diġà jkunu ġew ippreżentati f’konformità mal-Artikolu 33 fid-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta li jippreżentaw skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Għal partijiet ta’ prodotti rilevanti li ma jkunux ġew soġġetti għad-diliġenza dovuta, l-operaturi mhux SME għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

10.   Kwalunkwe operatur li jirreferi għal dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta li diġà tkun ġiet ippreżentata f’konformità mal-Artikolu 33 għandu jżomm ir-responsabbiltà għall-konformità tal-prodotti rilevanti mal-Artikolu 3, inkluż li ma nstab l-ebda riskju jew li nstab biss riskju negliġibbli, qabel ma jqiegħed tali prodotti rilevanti fis-suq jew qabel ma jesporthom.

Artikolu 5

Obbligi tan-negozjanti

1.   In-negozjanti li mhumiex SMEs (“negozjanti mhux SME”) għandhom jitqiesu bħala operaturi mhux SME u għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi u d-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 3, 4 u 6, l-Artikoli 8 sa 13, l-Artikolu 16(8) sa (11) u l-Artikolu 18 fir-rigward tal-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti li huma jqiegħdu fis-suq.

2.   In-negozjanti li huma SMEs (“negozjanti SME”) għandhom biss iqiegħdu prodotti rilevanti fis-suq jekk ikollhom l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 3.

3.   In-negozjanti SMEs għandhom jiġbru u jżommu l-informazzjoni li ġejja relatata mal-prodotti li jkunu beħsiebhom iqiegħdu fis-suq:

(a)

l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, l-indirizz postali, l-indirizz tal-posta elettronika u, jekk disponibbli, indirizz web tal-operaturi jew tan-negozjanti li jkunu pprovdew il-prodotti relevanti lilhom, kif ukoll in-numri ta’ referenza tad-dikjarazzjonijiet tad-diliġenza dovuta assoċjati ma’ dawk il-prodotti;

(b)

l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, l-indirizz postali, l-indirizz tal-posta elettronika u, jekk disponibbli, indirizz web tal-operaturi jew tan-negozjanti li lilhom ikunu pprovdew il-prodotti rilevanti.

4.   In-negozjanti SME għandhom iżommu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għal mill-anqas ħames snin mid-data tat-tqegħid fis-suq u għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

5.   In-negozjanti SME li jiksbu jew jiġu mgħarrfa b’informazzjoni ġdida rilevanti, inkluż tħassib sostanzjat, li tindika li prodott rilevanti li jkunu qiegħdu fis-suq jinsab f’riskju li ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu qiegħdu l-prodott rilevanti fis-suq kif ukoll lin-negozjanti li lilhom ikunu pprovdew il-prodott rilevanti.

6.   In-negozjanti, kemm jekk huma SMEs u kemm jekk mhumiex, għandhom joffru l-assistenza kollha meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiffaċilitaw it-twettiq tal-verifiki skont l-Artikoli 18 u 19, inkluż l-aċċess għall-bini u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dokumentazzjoni u rekords.

Artikolu 6

Rappreżentanti awtorizzati

1.   L-operaturi jew in-negozjanti jistgħu jagħtu mandat lil rappreżentant awtorizzat biex jissottometti d-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta skont l-Artikolu 4(2) f’isimhom. F’ -każijiet bħal dawn, l-operatur jew in-negozjant għandu jżomm ir-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott rilevanti mal-Artikolu 3.

2.   Ir-rappreżentant awtorizzat għandu, fuq talba, jipprovdi kopja tal-mandat f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni lill-awtoritajiet kompetenti u kopja f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li fih tiġi ttrattata d-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta jew, jekk dan ma jkunx possibbli, bl-Ingliż.

3.   Operatur li jkun persuna fiżika jew mikrointrapriża jista’ jagħti mandat lill-operatur jew lin-negozjant li jkun imiss aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista li ma jkunx persuna fiżika jew mikrointrapriża biex jaġixxi bħala rappreżentant awtorizzat. Tali operatur jew negozjant li jkun imiss aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista ma għandux jintroduċi jew iqiegħed prodotti rilevanti fis-suq jew jesportahom, mingħajr ma jissottometti d-dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta skont l-Artikolu 4(2) f’isem dak l-operatur. F’każijiet bħal dawn, l-operatur li jkun persuna fiżika jew mikrointrapriża għandu jżomm ir-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott rilevanti mal-Artikolu 3, u għandu jikkomunika lil dak l-operatur jew in-negozjant li jkun imiss aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jikkonferma li ġiet eżerċitata d-diliġenza dovuta u li ma nstab l-ebda riskju jew instab biss riskju negliġibbli.

Artikolu 7

L-introduzzjoni fis-suq minn operaturi stabbiliti f’pajjiżi terzi

Meta persuna fiżika jew ġuridika stabbilita barra l-Unjoni tintroduċi prodotti rilevanti fis-suq, l-ewwel persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed tali prodotti rilevanti fis-suq għandha titqies bħala operatur skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Diliġenza dovuta

1.   Qabel ma jintroduċu prodotti rilevanti fis-suq jew qabel ma jesportawhom, l-operaturi għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-prodotti rilevanti kollha fornuti minn kull fornitur partikolari.

2.   Id-diliġenza dovuta għandha tinkludi:

(a)

il-ġbir tal-informazzjoni, id-data u d-dokumenti meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9;

(b)

miżuri ta’ valutazzjoni tar-riskju kif imsemmija fl-Artikolu 10;

(c)

miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju kif imsemmija fl-Artikolu 11.

Artikolu 9

Rekwiżiti ta’ informazzjoni

1.   L-operaturi għandhom jiġbru informazzjoni, dokumenti u data li juru li l-prodotti rilevanti jikkonformaw mal-Artikolu 3. Għal dan il-għan, l-operatur għandu jiġbor, jorganizza u jżomm għal ħames snin mid-data tal-introduzzjoni fis-suq, jew tal-esportazzjoni tal-prodotti rilevanti, l-informazzjoni li ġejja, akkumpanjata minn evidenza, relatata ma’ kull prodott rilevanti:

(a)

deskrizzjoni, inkluż l-isem kummerċjali u t-tip tal-prodotti rilevanti kif ukoll, fil-każ ta’ prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu tal-injam, l-isem komuni tal-ispeċijiet u l-isem xjentifiku sħiħ tagħhom; id-deskrizzjoni tal-prodotti relevanti għandha tinkludi l-lista ta’ komoditajiet rilevanti jew prodotti rilevanti li jinsabu fihom jew li jintużaw biex isiru dawk il-prodotti;

(b)

il-kwantità tal-prodotti rilevanti; għal prodotti rilevanti li jkunu qed jidħlu jew joħorġu mis-suq, il-kwantità għandha tiġi espressa f’kilogrammi tal-massa netta u, fejn applikabbli, fl-unità supplimentari stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (20) li tikkorrispondi għall-kodiċi tas-Sistema Armonizzata indikat; jew, fil-każijiet l-oħra kollha, il-kwantità għandha tiġi espressa f’massa netta jew, fejn ikun applikabbli, f’volum nett, jew f’għadd ta’ unitajiet; unità supplimentari hi applikabbli fejn tkun iddefinita b’mod konsistenti għas-subintestaturi kollha possibbli skont il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata msemmi fid-dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta;

(c)

il-pajjiż tal-produzzjoni u, fejn rilevanti, partijiet minnu;

(d)

il-ġeolokalizzazzjoni tal-biċċiet art kollha fejn ġew prodotti l-komoditajiet rilevanti li l-prodott rilevanti fih, jew sar bl-użu tagħhom, kif ukoll id-data jew il-medda ta’ żmien li ħadet il-produzzjoni; fejn prodott rilevanti jkun fih jew ikun sar b’komoditajiet rilevanti prodotti f’biċċiet art differenti, għandha tiġi inkluża l-ġeolokalizzazzjoni tal-biċċiet art differenti kollha; kwalunkwe deforestazzjoni jew degradazzjoni tal-foresti f’dawn il-biċċiet art partikolari għandha awtomatikament tiskwalifika l-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti kollha minn dawk il-biċċiet art milli jiġu introdotti jew jitqiegħdu fis-suq jew milli jiġu esportati; għall-prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu tal-bhejjem tal-ifrat, u għal tali prodotti rilevanti li ntemgħu bil-prodotti rilevanti, il-ġeolokalizzazzjoni għandha tirreferi għall-istabbilimenti kollha fejn jitrabbew il-bhejjem tal-ifrat; għall-prodotti rilevanti l-oħra kollha tal-Anness I, il-ġeolokalizzazzjoni għandha tirreferi għall-biċċiet art;

(e)

l-isem, l-indirizz postali u l-indirizz elettroniku ta’ kwalunkwe negozju jew persuna li minn għandhom ikunu ġew fornuti l-prodotti rilevanti;

(f)

l-isem, l-indirizz postali u l-indirizz elettroniku ta’ kwalunkwe negozju, operatur jew negozjant jew li lilu jkunu ġew fornuti l-prodotti rilevanti;

(g)

informazzjoni adegwatament konklużiva u verifikabbli li l-prodotti rilevanti ma jikkontribwux għad-deforestazzjoni;

(h)

informazzjoni adegwatament konklużiva u verifikabbli li l-komoditajiet rilevanti ġew prodotti f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni, inkluż kwalunkwe arranġament li jagħti d-dritt li tintuża ż-żona rispettiva għall-finijiet tal-produzzjoni tal-komodità rilevanti.

2.   L-operatur għandu jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba l-informazzjoni, id-dokumenti u d-data miġbura skont dan l-Artikolu.

Artikolu 10

Valutazzjoni tar-riskju

1.   L-operaturi għandhom jivverifikaw u janalizzaw l-informazzjoni miġbura f’konformità mal-Artikolu 9 u kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti oħra. Abbażi ta dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni, l-operaturi għandhom iwettqu valutazzjoni tar-riskju sabiex jistabbilixxu jekk hemmx riskju li l-prodotti rilevanti maħsuba sabiex jiġu introdotti fis-suq jew jiġu esportati ma jkunux konformi. L-operaturi ma għandhomx jintroduċu l-prodotti rilevanti fis-suq jew jesportawhom ħlief fejn il-valutazzjoni tar-riskju ma tiżvela l-ebda riskju jew tiżvela biss riskju negliġibbli li l-prodotti rilevanti mhumiex konformi.

2.   Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis b’mod partikolari, il-kriterji li ġejjin:

(a)

l-assenjazzjoni tar-riskju lill-pajjiż rilevanti tal-produzzjoni jew lil partijiet minnu f’konformità mal-Artikolu 29;

(b)

il-preżenza ta’ foresti fil-pajjiż tal-produzzjoni jew partijiet minnu;

(c)

il-preżenza ta’ popli indiġeni fil-pajjiż, tal-produzzjoni jew partijiet minnu;

(d)

il-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni in bona fede mal-popli indiġeni fil-pajjiż tal-produzzjoni jew partijiet minnu;

(e)

l-eżistenza ta’ talbiet debitament motivati minn popli indiġeni abbażi ta’ informazzjoni oġġettiva u verifikabbli dwar l-użu jew is-sjieda taż-żona użata għall-fini tal-produzzjoni tal-komodità rilevanti;

(f)

il-prevalenza tad-deforestazzjoni jew tad-degradazzjoni tal-foresti fil-pajjiż, tal-produzzjoni jew partijiet minnu;

(g)

is-sors, l-affidabbiltà, il-validità, u r-rabtiet għal dokumentazzjoni disponibbli oħra tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1);

(h)

tħassib fir-rigward tal-pajjiż, tal-produzzjoni u oriġini jew ta’ partijiet minnu, bħal-livell ta’ korruzzjoni, il-prevalenza ta’ falsifikazzjoni tad-dokumenti u tad-data, in-nuqqas tal-infurzar tal-liġi, il-ksur tad-drittijiet internazzjonali tal-bniedem, il-kunflitt armat jew il-preżenza ta’ sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

(i)

il-kumplessità tal-katina tal-provvista rilevanti u l-istadju tal-ipproċessar tal-prodotti rilevanti, b’mod partikolari d-diffikultajiet fil-konnessjoni tal-prodotti rilevanti mal-biċċa art fejn ġew prodotti l-komoditajiet rilevanti;

(j)

ir-riskju ta’ ċirkumvenzjoni ta’ dan ir-Regolament. jew ta’ taħlit ma’ prodotti rilevanti ta’ oriġini mhux magħrufa jew prodotti f’żoni fejn seħħet jew tkun qiegħda sseħħ id-deforestazzjoni jew id-degradazzjoni tal-foresti;

(k)

il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif ippubblikati fir-reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni;

(l)

tħassib sostanzjat ippreżentat skont l-Artikolu 31, u informazzjoni dwar l-istorja tan-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament tal-operaturi jew tan-negozjanti tul il-katina tal-provvista rilevanti;

(m)

kwalunkwe informazzjoni li tindika riskju li l-prodotti rilevanti ma jkunux konformi;

(n)

informazzjoni komplementari dwar il-konformità ma’ dan ir-Regolament, li tista’ tinkludi informazzjoni pprovduta permezz ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni jew skemi oħra vverifikati minn partijiet terzi, inkluż skemi volontarji rikonoxxuti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), sakemm l-informazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-prodotti tal-injam li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 li huma koperti minn liċenzja FLEGT valida minn skema ta’ liċenzjar operazzjonali għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-Artikolu 3, il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-operaturi għandhom jiddokumentaw u jirrieżaminaw il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-anqas fuq bażi annwali u jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba. L-operaturi għandhom ikunu jistgħu juru kif l-informazzjoni miġbura ġiet ivverifikata skont il-kriterji tal-valutazzjoni tar-riskju stabbiliti fil-paragrafu 2 u kif huma ddeterminaw l-grad ta’ riskju.

Artikolu 11

Mitigazzjoni tar-riskju

1.   Ħlief fejn valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont l-Artikolu 10 tkun tiżvela li ma hemm l-ebda riskju jew li hemm biss riskju negliġibbli li l-prodotti rilevanti ma jikkonformawx, qabel ma jintroduċi l-prodotti rilevanti fis-suq jew qabel jesporthom, l-operatur għandu jadotta proċeduri u miżuri ta’ mitigazzjoni adegwati biex jinkiseb li ma jkunx hemm ebda riskju jew ikun hemm biss riskju negliġibbli. Dawn il-proċeduri u miżuri jistgħu jinkludu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

it-talba għal informazzjoni, data jew dokumenti addizzjonali;

(b)

it-twettiq ta’ stħarriġ jew awditi indipendenti;

(c)

it-teħid ta’ miżuri oħra relatati mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni li jinsabu fl-Artikolu 9.

Tali proċeduri u miżuri jistgħu jinkludu wkoll l-appoġġ għall-konformità ma’ dan ir-Regolament mill-fornituri ta’ dak l-operatur, b’mod partikolari n-negozji ż-żgħar, permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-investimenti.

2.   L-operaturi għandu jkollhom fis-seħħ politiki, kontrolli u proċeduri adegwati u proporzjonati sabiex jimmitigaw u jimmaniġġjaw effettivament ir-riskji tan-nuqqas ta’ konformità tal-prodotti rilevanti identifikati. Dawk il-politiki, il-kontrolli u l-proċeduri għandhom jinkludu:

(a)

mudelli ta’ prattiki għall-ġestjoni tar-riskju, ir-rapportar, iż-żamma tar-rekords, il-kontroll intern u l-ġestjoni tal-konformità, inkluż il-ħatra ta’ uffiċjal tal-konformità fil-livell maniġerjali għal operaturi mhux SME;

(b)

funzjoni ta’ awditjar indipendenti sabiex jiġu vverifikati l-politiki, il-kontrolli u l-proċeduri interni msemmija fil-punt (a) għall-operaturi kollha mhux SME.

3.   Id-deċiżjonijiet dwar il-proċeduri u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għandhom jiġu ddokumentati, rieżaminati mill-anqas fuq bażi annwali u l-operaturi għandhon jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba. L-operaturi għandhom ikunu kapaċi juru kif ikunu ttieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-proċeduri u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju.

Artikolu 12

Stabbiliment u manutenzjoni ta’ sistemi ta’ diliġenza dovuta, rappurtar u żamma ta’ rekords

1.   Sabiex jeżerċitaw id-diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikolu 8, l-operaturi għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornat qafas ta’ proċeduri u miżuri biex jiżguraw li l-prodotti rilevanti li jintroduċu fis-suq jew li jesportaw jikkonformaw mal-Artikolu 3 (“is-sistema ta’ diliġenza dovuta”).

2.   L-operaturi għandhom jirrieżaminaw is-sistema ta’ diliġenza dovuta mill-anqas darba fis-sena. Fejn l-operaturi jsiru bi żviluppi ġodda li jistgħu jinfluwenzaw is-sistema tad-diliġenza dovuta, huma għandhom jaġġornaw is-sistema ta’ diliġenza dovuta sabiex dawn iqisu dawk l-iżviluppi għal ħames snin. L-operaturi għandhom iżommu rekord ta’ tali aġġornamenti fis-sistemi ta’ diliġenza dovuta tagħhom għal ħames snin.

3.   L-operaturi li ma jaqgħux fil-kategoriji ta’ SMEs, inkluż mikrointrapriżi, jew persuni fiżiċi għandhom, fuq bażi annwali, jirrappurtaw pubblikament bl-aktar mod wiesa’ possibbli, inkluż permezz tal-Internet, dwar is-sistema tad-diliġenza dovuta tagħhom, inkluż dwar il-passi li ħadu biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom kif jinsabu fl-Artikolu 8. L-operaturi li jaqgħu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ atti legali oħra tal-Unjoni li jistabbilixxu rekwiżiti rigward id-diliġenza dovuta tal-katina tal-valur jistgħu jissodisfaw l-obbligi ta’ rappurtar skont dan il-paragrafu billi jinkludu l-informazzjoni mitluba meta jirrappurtaw fil-kuntest ta’ dawk l-atti legali l-oħra tal-Unjoni.

4.   Mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, ir-rapportar kif imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti:

(a)

sommarju tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c);

(b)

il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont l-Artikolu 10 u l-miżuri meħuda skont l-Artikolu 11 u deskrizzjoni tal-informazzjoni u l-evidenza miksuba u użata biex jiġi vvalutat ir-riskju;

(c)

fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċess ta’ konsultazzjoni mal-popli indiġeni, il-komunitajiet lokali u detenturi oħra tad-drittijiet konswetudinarji għall-pussess tal-art jew mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma preżenti fiż-żona tal-produzzjoni tal-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti.

5.   L-operaturi għandhom iżommu għal mill-anqas ħames snin id-dokumentazzjoni kollha relatata mad-diliġenza dovuta, bħar-rekords, il-miżuri u l-proċeduri kollha skont l-Artikolu 8. Huma għandhom jagħmlu dik id-dokumentazzjoni disponibbli lill-awtorità kompetenti fuq talba.

Artikolu 13

Diliġenza dovuta simplifikata

1.   Meta jintroduċu prodotti rilevanti fis-suq jew jesportawhom, l-operaturi ma għandhomx ikunu meħtieġa jissodisfaw l-obbligi skont l-Artikoli 10 u 11 meta, wara li jkunu vvalutaw il-kumplessità tal-katina tal-provvista rilevanti u r-riskju taċ-ċirkumvenzjoni ta’ dan ir-Regolament jew ir-riskju ta’ taħlit ma’ prodotti ta’ oriġini mhux magħrufa jew oriġini f’pajjiżi ta’ riskju għoli jew ta’ riskju standard jew partijiet minnhom, huma jkunu aċċertaw li l-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti kollha jkunu ġew prodotti f’pajjiżi jew f’partijiet minnhom li kienu klassifikati bħala ta’ riskju baxx f’konformità mal-Artikolu 29. F’każijiet bħal dawn, l-operatur għandu jagħmel disponibbli għall-awtorità kompetenti fuq talba d-dokumentazzjoni rilevanti li turi li hemm riskju negliġibbli ta’ ċirkumvenzjoni ta’ dan ir-Regolament jew ta’ taħlit ma’ prodotti ta’ oriġini mhux magħrufa jew ta’ oriġini f’pajjiżi ta’ riskju għoli jew ta’ riskju standard jew partijiet minnhom.

2.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jekk l-operatur jikseb jew isir konxju ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti, inkluż b’riżultat tal-valutazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u li tinkludi tħassib sostanzjat ippreżentat skont l-Artikolu 31, li tkun tindika riskju li l-prodotti rilevanti ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament jew li dan ir-Regolament qed jiġi evitat, l-operatur għandu jissodisfa l-obbligi kollha skont l-Artikoli 10 u 11 u għandu jikkomunika minnufih kwalunkwe informazzjoni rilevanti lill-awtorità kompetenti.

3.   Meta awtorità kompetenti tiġi mgħarrfa bi kwalunkwe informazzjoni li tindika riskju ta’ ċirkomvenzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż f’każijiet li fihom komoditajiet rilevanti jew prodotti rilevanti prodotti f’pajjiż b’riskju standard jew ta’ riskju għoli jew parti minnu jiġu sussegwentement pproċessati f’pajjiż b’riskju baxx jew parti minnu minn fejn jiġu introdotti fis-suq jew joħorġu minnu, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata f’konformità mal-Artikolu 17(1) u, fejn meħtieġ, tadotta miżuri interim f’konformità mal-Artikolu 23.

KAPITOLU 3

OBBLIGI TAL-ISTATI MEMBRI U TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI TAGĦHOM

Artikolu 14

Awtoritajiet kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli mill-issodisfar tal-obbligi li joriġinaw minn dan ir-Regolament.

2.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Diċembru 2023, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet, l-indirizzi u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe bidla f’dik l-informazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-lista tal-awtoritajiet kompetenti disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha mingħajr dewmien żejjed. Il-Kummissjoni għandha taġġorna b’mod regolari l-lista, abbażi tal-aġġornamenti li tirċievi mill-Istati Membri.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom setgħat, indipendenza funzjonali u r-riżorsi adegwati sabiex jissodisfaw l-obbligi li jinsabu f’dan il-Kapitolu.

Artikolu 15

Għajnuna teknika, gwida u skambju ta’ tagħrif

1.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-operaturi li jeżerċitaw id-diliġenza dovuta skont l-Artikolu 8, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu assistenza teknika u assistenza u gwida oħra lill-operaturi. Il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, tista’ tipprovdi wkoll, fejn meħtieġ, gwida lill-operaturi u lill-awtoritajiet kompetenti. L-assistenza teknika u l-assistenza jew gwida oħra għandhom iqisu is-sitwazzjoni tal-SMEs, inkluż il-mikrointrapriżi, u l-persuni fiżiċi, sabiex jiffaċilitaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-konverżjoni ta’ data minn sistemi rilevanti biex jidentifikaw il-ġeolokalizzazzjoni fis-sistema ta’ informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 33. Hija għandha tqis ukoll l-atti legali rilevanti attwali jew futuri tal-Unjoni li jkun fihom obbligi ta’ diliġenza dovuta.

2.   L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-iskambju u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni rilevanti, partikolarment bil-għan li jgħinu lill-operaturi fil-valutazzjoni tar-riskju kif stabbilit fl-Artikolu 10, u dwar l-aħjar prattiki rigward l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jimmonitorjaw b’mod kontinwu u jiskambjaw informazzjoni dwar kwalunkwe bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ ta’ prodotti rilevanti li tista’ twassal għaċ-ċirkomvenzjoni ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-assistenza għandha tingħata b’mod li ma jikkompromettix l-indipendenza, l-obbligi legali jew ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti fl-infurzar ta’ dan ir-Regolament.

5.   Il-Kummissjoni tista’ tiffaċilita l-implimentazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament, billi toħroġ linji gwida rilevanti u billi tippromwovi skambju adegwat ta’ informazzjoni, koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali, u bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni.

Artikolu 16

Obbligu li jitwettqu l-verifiki

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu verifiki fit-territorju tagħhom sabiex jistabbilixxu jekk l-operaturi u n-negozjanti stabbiliti fl-Unjoni jikkonformawx ma’ dan -ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu verifiki fit-territorju tagħhom sabiex jistabbilixxu jekk il-prodotti rilevanti li l-operatur jew in-negozjant introduċa jew beħsiebu jintroduċi fis-suq, qiegħed jew beħsiebu jqiegħed fis-suq, jew esporta jew beħsiebu jesporta humiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

2.   Il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru f’konformità mal-Artikoli 18 u 19.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw approċċ ibbażat fuq ir-riskju biex jidentifikaw il-verifiki li għandhom jitwettqu. Il-kriterji tar-riskju għandhom jiġu identifikati abbażi ta’ analiżi tar-riskji ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari l-komoditajiet rilevanti, il-kumplessità u t-tul tal-ktajjen tal-provvista, inkluż jekk huwiex involut it-taħlit ta’ prodotti rilevanti, u l-istadju tal-ipproċessar tal-prodott rilevanti, jekk il-biċċiet art ikkonċernati humiex kontigwi għall-foresti, l-assenjazzjoni tar-riskju lil pajjiżi jew lil partijiet minnhom skont l-Artikolu 29, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali għas-sitwazzjoni ta’ pajjiżi jew ta’ partijiet minnhom klassifikati bħala ta’riskju għoli, l-istorja ta’ nuqqas ta’ konformità tal-operaturi jew tan-negozjanti ma’ dan ir-Regolament, ir-riskji ta’ ċirkomvenzjoni, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. L-analiżi tar-riskji għandha tibni fuq l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 9 u 10 u tista’ tibni fuq l-informazzjoni li tinsab fis- sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33, u tista’ tiġi appoġġata minn sorsi rilevanti oħra bħal data ta’ monitoraġġ, profili ta’ riskju minn organizzazzjonijiet internazzjonali, tħassib sostanzjat ippreżentati skont l-Artikolu 31, jew il-konklużjonijiet ta’ laqgħat ta’ gruppi ta’ esperti tal-tal-Kummissjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tistabbilixxi u tirrieżamina u taġġorna b’mod regolari l-kriterji indikattivi tar-riskju fil-livell tal-Unjoni, f’konformità mal-paragrafu 3, u tikkomunikahom lill-awtoritajiet kompetenti.

5.   Għall-finijiet tat-twettiq tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu pjanijiet annwali li jkun fihom mill-inqas dan li ġej:

(a)

kriterji nazzjonali tar-riskju, stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 3, għall-fini li jiġu ddeterminati l-verifiki li huma neċessarji, li jibnu fuq kwalunkwe kriterju tar-riskju indikattiv fil-livell tal-Unjoni stabbilit mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 4,ujinkludu sistematikament kriterji tar-riskju fir-rigward ta’ pajjiżi jew ta’ partijiet minnhom ikklassifikati li għandhom riskju għoli;

(b)

l-għażla tal-operaturi u n-negozjanti li għandhom jiġu vverifikati; dik l-għażla għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji nazzjonali tar-riskju msemmija fil-punt (a), bl-użu, fost l-oħrajn, tal-informazzjoni li tinsab fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 u t-tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data; għal kull operatur jew negozjant li għandu jiġi vverifikat, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jidentifikaw dikjarazzjonijiet speċifiċi ta’ diliġenza dovuta li għandhom jiġu vverifikati.

6.   Ir-rieżami annwali tal-pjanijiet mill-awtoritajiet kompetenti għandu jibni b’mod sistematiku fuq ir-riżultati tal-verifiki u l-esperjenza dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet imsemmija fil-paragrafu 5 sabiex tittejjeb l-effikaċja tagħhom.

7.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw il-pjanijiet tagħhom ta’ verifiki, kif ukoll l-aġġornamenti tagħhom, lil awtoritajiet kompetenti oħra u lill-Kummissjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar u jikkoordinaw l-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-kriterji tar-riskju msemmija fil-paragrafu 5 mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni, sabiex itejbu l-effettività tal-infurzar ta’ dan ir-Regolament.

8.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-verifiki annwali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ikopru mill-inqas 3 % tal-operaturi li jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq jew li jesportaw prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu ta’ komoditajiet rilevanti prodotti f’pajjiż tal-produzzjoni jew f’partijiet minnu kklassifikati li għandhom riskju standard skont l-Artikolu 29.

9.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-verifiki annwali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkopru mill-inqas 9 % tal-operaturi li jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq jew jesportaw prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu ta’ komoditajiet rilevanti kif ukoll 9 % tal-kwantità minn kull prodott rilevanti li fih jew li sar bl-użu ta’ komoditajiet rilevanti prodotti f’pajjiż jew f’partijiet minnu kklassifikati li għandhom riskju għoli skont l-Artikolu 29.

10.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-verifiki annwali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkopru mill-inqas 1 % tal-operaturi li jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq jew jesportaw prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu ta’ komoditajiet rilevanti prodotti f’pajjiż jew f’partijiet minnu kklassifikati li għandhom riskju baxx skont l-Artikolu 29.

11.   L-objettivi kwantifikati tal-verifiki li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti għandu jintlaħqu separatament għal kull waħda mill-komoditajiet rilevanti. L-objettivi kwantifikati għandhom jiġu kkalkulati b’referenza għall-għadd totali ta’ operaturi li introduċew jew qiegħdu fis-suq jew esportaw prodotti rilevanti fis-sena preċedenti, u għall-kwantità, fejn applikabbli. L-operaturi għandhom jitqiesu li ġew ivverifikati meta l-awtorità kompetenti tkun ivverifikat l-elementi msemmija fl-Artikolu 18(1), il-punti (a) u (b).

12.   Mingħajr preġudizzju għall-verifiki ppjanati minn qabel skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta jiksbu jew jiġu mgħarrfa b’informazzjoni rilevanti, inkluż abbażi ta’ tħassib sostanzjat imressaq minn partijiet terzi skont l-Artikolu 31, dwar każ potenzjali ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.

13.   Il-verifiki għandhom jitwettqu mingħajr twissija minn qabel lill-operatur jew lin-negozjant, ħlief meta tkun meħtieġa notifika minn qabel tal-operatur jew tan-negozjant sabiex tkun żgurata l-effikaċja tal-verifiki.

14.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu rekords tal-verifiki li jindikaw partikolarment in-natura u r-riżultati tagħhom, kif ukoll dwar il-miżuri meħuda f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità. Ir-rekords tal-verifiki kollha għandhom jinżammu għal mill-anqas għaxar snin.

15.   Ir-rekords tal-verifiki mwettqa skont dan ir-Regolament u r-rapporti tar-riżultati tagħhom għandhom jikkostitwixxu informazzjoni ambjentali għall-finijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) u għandhom ikunu disponibbli fuq talba.

Artikolu 17

Prodotti rilevanti li jeħtieġu azzjoni immedjata

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw sitwazzjonijiet fejn il-prodotti rilevanti jippreżentaw tali riskju għoli ta’ nuqqas ta’ konformità mal- Artikolu 3 li jirrikjedu azzjoni immedjata mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma dawk il-prodotti rilevanti jiġu introdotti jew jitqiegħdu fis-suq jew qabel ma jiġu esportati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreġistraw tali sitwazzjonijiet identifikati fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33.

2.   Meta l-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw sitwazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluż meta operatur jissottometti dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta relatata mal-prodotti rilevanti kkonċernati, is-sistema ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 33 għandha tidentifika r-riskju għoli ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 3 u tinforma lill-awtoritajiet kompetenti, li għandhom:

(a)

jieħdu miżuri interim immedjati skont l-Artikolu 23 biex jissospendu l-introduzzjoni jew it-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-prodotti rilevanti jew;

(b)

ladarba l-interfaċċa elettronika msemmija fl-Artikolu 28(1) tkun fis-seħħ, fil-każ ta’ prodotti rilevanti li jidħlu jew joħorġu mis-suq, jirrikjedu lill-awtoritajiet doganali jissospendu r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta’ dawk il-prodotti rilevanti taħt l-Artikolu 26(7).

3.   Is-sospensjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jintemmu fi żmien tlett ijiem tax-xogħol jew fi żmien 72 siegħa fil-każ ta’prodotti rilevanti li jitħassru malajr, liema żmien jibda jgħodd mill-mument meta jiġi identifikat ir-riskju għoli ta’ nuqqas ta’ konformità fis-sistema tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33. Meta l-awtoritajiet kompetenti, abbażi tar-riżultat tal-verifiki mwettqa f’dak il-perjodu, jikkonkludu li jeħtieġu żmien addizzjonali biex jistabbilixxu matulu jekk il-prodotti rilevanti jikkonformawx mal-Artikolu 33, huma għandhom jestendu l-perjodu ta’ sospensjoni, b’perjodi addizzjonali ta’ tlett ijiem tax-xogħol, permezz ta’ miżuri interim addizzjonali meħuda skont l-Artikolu 23 jew, fil-każ ta’ prodotti rilevanti li jidħlu jew joħorġu mis-suq, billi jinnotifikaw lill-awtoritajiet doganali dwar il-ħtieġa li tinżamm is-sospensjoni skont l-Artikolu 26(7).

Artikolu 18

Verifiki fuq operaturi u negozjanti li mhumiex SMEs

1.   Il-verifiki fuq l-operaturi u negozjanti li mhumiex SMEs għandhom jinkludu:

(a)

l-eżami tas-sistema ta’ diliġenza dovuta, inkluż il-proċeduri ta’ valutazzjoni tar-riskju u ta’ mitigazzjoni tar-riskju, u tad-dokumentazzjoni u r-rekords li juru l-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ diliġenza dovuta;

(b)

eżami tad-dokumentazzjoni u tar-rekords li juru li prodott rilevanti speċifiku li l-operatur ikun introduċa jew beħsiebu jintroduċi fis-suq jew li jkollu l-ħsieb li jesporta jew li n-negozjant li mhux SME ikun qiegħed jew beħsiebu jqiegħed fis-suq jikkonforma ma’ dan ir-Regolament, inkluż, meta applikabbli, permezz ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, kif ukoll eżami tad-dikjarazzjonijiet tad-diliġenza dovuta rilevanti.

2.   Il-verifiki fuq l-operaturi u n-negozjanti li mhumiex SMEs jistgħu jinkludu wkoll, fejn xieraq, b’mod partikolari fejn l-eżamijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu qajmu mistoqsijiet:

(a)

dwar l-eżami fuq il-post tal-komoditajiet rilevanti jew tal-prodotti rilevanti bil-ħsieb li tiġi żgurata l-korrispondenza tagħhom mad-dokumentazzjoni użata għall-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta;

(b)

eżami ta’ miżuri korrettivi meħuda skont l-Artikolu 24;

(c)

kwalunkwe mezz tekniku u xjentifiku adegwat sabiex jiġu ddeterminati l-ispeċi jew il-post eżatt fejn tkun ġiet prodotta l-komodità rilevanti jew il-prodott rilevanti, inkluż l-analiżi anatomika, kimika jew tad-DNA;

(d)

kwalunkwe mezz tekniku u xjentifiku adegwat sabiex jiġi ddeterminat jekk il-prodotti rilevanti jwassalx għal deforestazzjoni, inkluż data ta’ osservazzjoni tad-Dinja bħal dik mill-programm u l-għodod ta’ Copernicus jew minn sorsi rilevanti oħra pubbliċi jew privati u

(e)

verifiki spontanja fuq il-post, li jinkludu awditi fuq il-post, inkluż fejn xieraq f’pajjiżi terzi, sakemm tali pajjiżi terzi jaqblu, permezz ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet amministrattivi ta’ dawk il-pajjiżi terzi.

Artikolu 19

Verifiki fuq negozjanti li huma SMEs

1.   Il-verifiki fuq negozjanti SMEs għandhom jinkludu l-eżami tad-dokumentazzjoni u tar-rekords li juru konformità mal-Artikolu 5(2), (3) u (4).

2.   Il-verifiki fuq negozjanti SMEs jistgħu jinkludu wkoll, fejn xieraq, b’mod partikolari fejn l-eżamijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu qajmu mistoqsijiet, verifiki spontanja fuq il-post, inkluż awditi fuq il-post.

Artikolu 20

Irkupru tal-kostijiet mill-awtoritajiet kompetenti

1.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jitolbu lura mingħand l-operaturi jew in-negozjanti t-totalità tal-kostijiet tal-attivitajiet tagħhom fir-rigward ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità.

2.   Il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu l-kostijiet tat-twettiq tal-ittestjar, il-ħżin u l-attivitajiet relatati mal-prodotti rilevanti li jinstabu li mhumiex prodotti konformi u li huma soġġetti għal azzjoni korrettiva qabel ir-rilaxx ta’ dawk il-prodotti rilevanti għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-introduzzjoni tagħhom fis-suq jew l-esportazzjoni tagħhom.

Artikolu 21

Kooperazzjoni u skambju tal-informazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, mal-awtoritajiet doganali mill-Istat Membru tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali minn Stati Membri oħra, il-Kummissjoni, u jekk ikun meħtieġ, mal-awtoritajiet amministrattivi ta’ pajjiżi terzi sabiex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-awditi fuq il-post.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu arranġamenti amministrattivi mal-Kummissjoni dwar it-trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar investigazzjonijiet u t-twettiq ta’ investigazzjonijiet.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament, inkluż permezz tas-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33. Dak għandu jinkludi l-għoti ta’ aċċess għal informazzjoni dwar l-operaturi u n-negozjanti u l-iskambju tagħha, inkluż dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta, u dwar in-natura tal-verifiki mwettqa u r-riżultati tagħhom, ma’ awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwissu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u lill-Kummissjoni meta jindunaw bi kwalunkwe ksur potenzjali ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament u b’nuqqasijiet serji li jistgħu jaffettwaw aktar minn Stat Membru wieħed. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, b’mod partikolari, jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra meta jidentifikaw prodott rilevanti fis-suq li jqisu li ma jkunx prodott konformi, sabiex jippermettu l-irtirar jew is-sejħa lura ta’ tali prodott mill-bejgħ fl-Istati Membri kollha.

5.   Fuq talba ta’ awtorità kompetenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdulha bl-informazzjoni meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 22

Rappurtar

1.   Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi:

(a)

il-pjanijiet tal-verifiki u l-kriterji tar-riskju li fuqhom kienu bbażati dawk il-pjanijiet;

(b)

l-għadd u r-riżultati tal-verifiki mwettqa fuq l-operaturi, in-negozjanti li mhumiex SMEs u negozjanti oħra fir-rigward tal-għadd totali ta’ operaturi, negozjanti li mhumiex SMEs u negozjanti oħra, inkluż it-tipi ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati;

(c)

il-kwantità ta’ prodotti rilevanti vverifikata fir-rigward tal-kwantità totali ta’ prodotti rilevanti introdotti fis-suq jew esportati u l-pajjiżi tal-produzzjoni; għal prodotti rilevanti li jkun qed jidħlu jew joħorġu mis-suq, il-kwantità għandha tiġi espressa f’kilogrammi ta’ massa netta u, fejn applikabbli, fl-unità supplimentari stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 li tikkorrispondi għall-kodiċi indikat tas-Sistema Armonizzata, jew, fil-każijiet l-oħra kollha, il-kwantità għandha tiġi espressa f’massa netta jew, fejn ikun applikabbli, f’volum nett jew f’għadd ta’ unitajiet; unità supplimentari hija applikabbli fejn tkun definita b’mod konsistenti għas-subintestaturi kollha possibbli taħt il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata msemmi fid-dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta;

(d)

f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, l-azzjoni korrettiva meħuda skont l-Artikolu 24 l-penali imposti skont l-Artikolu 25;

(e)

il-perċentwal ta’ verifiki mwettqa bi twissijiet minn qabel skont l-Artikolu 16(13), li l-użu tagħhom għandu jiġi ġġustifikat mill-awtoritajiet kompetenti fir-rapporti tal-verifiki tagħhom.

2.   Sat-30 ta’ Ottubru ta’ kull sena, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, ħarsa ġenerali li tkopri l-Unjoni kollha tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament abbażi tad-data ppreżentata mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1.

Artikolu 23

Miżuri interim

L-Istati Membri għandhom jipprevedu l-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jieħdu miżuri interim immedjati, inkluż is-sekwestru tal-komoditajiet rilevanti jew tal-prodotti rilevanti, jew is-sospensjoni tal-introduzzjoni jew it-tqegħid fis-suq jew l-esportazzjoni tal-komoditajiet rilevanti jew tal-prodotti rilevanti, meta tinstab nuqqas ta’ konformità potenzjali ma’ dan ir-Regolament abbażi ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-eżami tal-evidenza jew informazzjoni rilevanti oħra, inkluż informazzjoni skambjata skont l-Artikolu 21 jew tħassib sostanzjat imressaq skont l-Artikolu 31;

(b)

il-verifiki msemmija fl-Artikoli 18 u 19;

(c)

l-identifikazzjoni tar- riskji mis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33.

Fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra dwar tali miżuri.

Artikolu 24

Azzjoni korrettiva f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25, meta l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu li operatur jew negozjant ma jkunx ikkonforma ma’ dan ir-Regolament jew li prodott rilevanti introdott jew imqiegħed fis-suq jew esportat ma jkunx konformi, huma għandhom mingħajr dewmien jeħtieġu li l-operatur jew in-negozjant jieħu azzjoni korrettiva xierqa u proporzjonata sabiex itemm in-nuqqas ta’ konformità f’perjodu ta’ żmien speċifikat u raġonevoli.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-azzjoni korrettiva meħtieġa li għandha tittieħed mill-operatur jew min-negozjant għandha tinkludi mill-anqas waħda minn dawn li ġejjin, kif applikabbli:

(a)

ir-rettifika ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità formali, partikolarment mar-rekwiżiti tal-Kapitolu 2;

(b)

il-prevenzjoni tal-prodott rilevanti milli jiġi introdott jew imqiegħed fis-suq jew milli jiġi esportat;

(c)

l-irtirar jew is-sejħa lura minnufih tal-prodott rilevanti;

(d)

id-donazzjoni tal-prodott rilevanti għal skopijiet ta’ karità jew ta’ interess pubbliku jew, jekk dak ma jkunx possibbli, ir-rimi tiegħu f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar l-immaniġġjar tal-iskart.

3.   Irrispettivament mill-azzjoni korrettiva meħuda skont il-paragrafu 2, l-operatur jew in-negozjant għandu jindirizza kwalunkwe nuqqas fis-sistema ta’ diliġenza dovuta bil-ħsieb li jiġi evitat ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità ulterjuri ma’ dan ir-Regolament.

4.   Jekk l-operatur jew in-negozjant jonqos milli jieħu l-azzjoni korrettiva kif imsemmi fil-paragrafu 2 fil-perjodu ta’ żmien speċifikat mill-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 1, jew fejn jippersisti n-nuqqas ta’ konformità kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, wara dak il-perjodu ta’ żmien, jiżguraw l-applikazzjoni tal-azzjoni korrettiva meħtieġa. msemmija fil-paragrafu 2 bil-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 25

Penali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament mill-operaturi u n-negozjanti u għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u b’dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kull emenda sussegwenti u li taffettwahom.

2.   Il-penali previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawk il-penali għandhom jinkludu:

(a)

multi proporzjonati għad-danni ambjentali u għall-valur tal-komoditajiet rilevanti jew tal-prodotti rilevanti kkonċernati, billi jiġi kkalkolat il-livell ta’ tali multi b’tali mod li jiġi żgurat li dawn effettivament iċaħħdu lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur tagħhom, u gradwalment jiżdied il-livell ta’ tali multi għal ksur ripetut; fil-każ ta’ persuna ġuridika, l-ammont massimu ta’ tali penali għandu jkun mill-anqas 4 % tat-total tar-rikavat annwali mill-Unjoni kollha tal-operatur jew tan-negozjant għas-sena finanzjarja ta’ qabel id-deċiżjoni li tingħata l-penali, ikkalkulat skont il-kalkolu tar-rikavat aggregat għall-impriżi stabbilit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (24), u għandu jiżdied, fejn meħtieġ, biex jaqbeż il-benefiċċju ekonomiku potenzjali miksub;

(b)

il-konfiska tal-prodotti rilevanti kkonċernati mill-operatur u/jew min-negozjant;

(c)

il-konfiska tad-dħul miksub mill-operatur u/jew min-negozjant minn tranżazzjoni bil-komoditajiet u l-prodotti rilevanti konċernati;

(d)

esklużjoni temporanja għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar mill-proċessi tal-akkwist pubbliku u mill-aċċess għall-finanzjament pubbliku, inkluż il-proċeduri tal-offerti, l-għotjiet u l-konċessjonijiet;

(e)

il-projbizzjoni temporanja tal-introduzzjoni jew tat-tqegħid fis-suq jew tal-esportazzjoni ta’ komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti, fil-każ ta’ ksur serju jew ksur ripetut;

(f)

il-projbizzjoni li tiġi eżerċitata d diliġenza dovuta simplifikata stabbilita fl-Artikolu 13 fil-każ ta’ ksur serju jew ta’ ksur ripetut.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar is-sentenzi finali kontra persuni ġuridiċi għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u l-penali imposti fuqhom, fi żmien 30 jum mid-data li fiha s-sentenzi jsiru finali„ b’kont meħud tar-regoli rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista ta’ tali sentenzi, li għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

(a)

l-isem tal-persuna ġuridika;

(b)

id-data tas-sentenza finali;

(c)

sommarju tal-attivitajiet li minħabba fihom il-persuna ġuridika tkun instabet li kisret dan ir-Regolament; u

(d)

in-natura tal-penali imposta u, meta tkun finanzjarja, l-ammont tagħha.

KAPITOLU 4

PROĊEDURI GĦAD-DĦUL JEW GĦALL-ĦRUĠ TA’ PRODOTTI RILEVANTI MIS-SUQ

Artikolu 26

Kontrolli

1.   Il-prodotti rilevanti mqiegħda taħt il-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” jew “esportazzjoni” għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli u l-miżuri stabbiliti f’dan il-Kapitolu. L-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan ir-Regolament kif ukoll għal atti legali oħra tal-Unjoni li jirregolaw ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta’ merkanzija, partikolarment ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 u l-Artikoli 46, 47, 134 u 267 tiegħu. Il-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/1020 — ma għandux madanakollu japplika għall-kontrolli fuq -prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq f’dak li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu responsabbli għall-infurzar ġenerali ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ prodott rilevanti li jidħol jew joħroġ mis-suq. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu responsabbli, skont l-Artikolu 16, għall-identifikazzjoni tal-verifiki li għandhom jitwettqu abbażi ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju u biex jistabbilixxu, permezz tal-verifiki msemmija fl-Artikolu 16, jekk tali prodott rilevanti jikkonformax mal-Artikolu 3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu dawn id-dmirijiet f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu 3.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu kontrolli fuq id-dikjarazzjonijiet doganali ppreżentati fir-rigward tal-prodotti rilevanti li jidħlu jew joħorġu mis-suq f’konformità mal-Artikoli 46 u 48 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Tali kontrolli għandhom primarjament ikunu bbażati fuq analiżi tar-riskju, kif stabbilit fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

4.   In-numru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet doganali qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta’ prodott rilevanti li jidħol jew joħroġ mis-suq. Għal dak il-għan, minbarra meta d-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta ssir disponibbli permezz tal-interfaċċa elettronika msemmija fl-Artikolu 28(2), il-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni ta’ prodott rilevanti għandha tagħmel disponibbli għall-awtoritajiet doganali n-numru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta assenjat għal dak il-prodott rilevanti mis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33

5.   Għall-fini li titqies il-konformità ta’ dan ir-Regolament biex prodott rilevanti jkun jista’ jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera jew esportat:

(a)

sakemm l-interfaċċa elettronika msemmija fl-Artikolu 28(1) tiġi stabbilita, il-paragrafi 6 sa 9 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw, u l-awtoritajiet doganali għandhom jiskambjaw informazzjoni u jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 27, u, fejn meħtieġ, għandhom iqisu tali skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni biex jippermettu li prodotti rilevanti jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera jew esportati;

(b)

ladarba l-interfaċċa elettronika msemmija fl-Artikolu 28(1) tiġi stabbilita, għandhom japplikaw il-paragrafi 6 sa 9 ta’ dan l-Artikolu, u n-notifiki u t-talbiet skont il-paragrafi 6 sa 9 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru permezz ta’ dik l-interfaċċa elettronika.

6.   Meta jitwettqu l-kontrolli fuq id-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni ta’ prodott rilevanti li jidħol jew joħroġ mis-suq, l-awtoritajiet doganali għandhom jeżaminaw, bl-użu tal-interfaċċa elettronika msemmija fl-Artikolu 28(1), l-istatus assenjat lid-dikjarazzjoni korrispondenti ta’ diliġenza dovuta mill-awtoritajiet kompetenti fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33.

7.   Meta l-istatus imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu jindika li l-prodott rilevanti li jidħol jew joħroġ mis-suq ikun ġie identifikat, skont l-Artikolu 17(2), li huwa soġġett għal verifika qabel ma jiġi introdott, imqiegħed fis-suq jew qabel ma jiġi esportat, l-awtoritajiet doganali għandhom jissospendu r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta’ dak il-prodott rilevanti.

8.   Meta r-rekwiżiti u l-formalitajiet l-oħra kollha skont id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali relatati mar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni jkunu ġew issodisfati, l-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu li l-prodott rilevanti li jidħol jew joħroġ mis-suq, jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera jew esportat fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

l-istatus imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu ma jindikax li l-prodott rilevanti jkun ġie identifikat, skont l-Artikolu 17(2), li huwa soġġett għal verifika qabel ma jiġi introdott jew imqiegħed fis-suq jew qabel ma jiġi esportat;

(b)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni jkun ġie sospiż skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, u l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux talbu li s-sospensjoni tinżamm skont l-Artikolu 17(3);

(c)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni jkun ġie sospiż skont il-paragrafu 7, u l-awtoritajiet kompetenti jkunu nnotifikaw lill-awtoritajiet doganali li s-sospensjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew tal-esportazzjoni tal-prodotti rilevanti tista’ titneħħa.

9.   Meta l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li prodott rilevanti li jidħol jew joħroġ mis-suq mhuwiex konformi„ huma għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet doganali b’dan u l-awtoritajiet doganali ma għandhomx jippermettu r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta’ dak il-prodott rilevanti.

10.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni ma għandux jitqies bħala prova ta’ konformità mal-liġi tal-Unjoni u, b’mod partikolari, ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 27

Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet

1.   Sabiex jippermettu l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju msemmi fl-Artikolu 16(5) għall-prodotti rilevanti li jidħlu jew joħorġu mis-suq u sabiex jiżguraw li l-verifiki jkunu effettivi u mwettqa f’konformità ma’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali għandhom jikkooperaw mill-qrib u jiskambjaw informazzjoni.

2.   L-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw f’konformità mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u jiskambjaw informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi.

3.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jikkomunikaw, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, informazzjoni kunfidenzjali miksuba mill-awtoritajiet doganali matul il-qadi ta’ dmirijiethom, jew ipprovduta lill-awtoritajiet doganali fuq bażi kunfidenzjali, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l-operatur, in-negozjant jew ir-rappreżentant awtorizzat ikun stabbilit.

4.   Meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu rċevew informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu, dawk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra f’konformità mal-Artikolu 21(3).

5.   L-informazzjoni relatata mar-riskji għandha tiġi skambjata kif ġej:

(a)

bejn l-awtoritajiet doganali f’konformità mal-Artikolu 46(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(b)

bejn l-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(c)

bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, f’konformità mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Artikolu 28

Interfaċċa elettronika

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa interfaċċa elettronika bbażata fuq l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana, stabbilita bir-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25), sabiex tippermetti t-trażmissjoni tad-data, partikolarment in-notifiki u t-talbiet imsemmija fl-Artikolu 26(6) sa (9) ta’ dan ir-Regolament, bejn is-sistemi doganali nazzjonali u s-sistema tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament. Din l-interfaċċa elettronika għandha tiġi stabbilita sat-30 ta’ Ġunju 2028.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa interfaċċa elettronika f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2022/2399 sabiex tippermetti:

(a)

lil-operaturi u n-negozjanti jikkonformaw mal-obbligu li jissottomettu d-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta ta’ komodità rilevanti jew prodott rilevanti skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, billi jagħmluha disponibbli permezz tal-ambjent ta’ tieqa unika nazzjonali għad-dwana msemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2022/2399 u jirċievu reazzjoni dwarha mill-awtoritajiet kompetenti; u

(b)

It-trażmissjoni ta’ dik id-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji tal-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu u, b’mod partikolari, li jiddefinixxu d-data, inkluż il-format tagħha, li għandha tiġi trażmessi f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. L-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiċċaraw ukoll kif kwalunkwe bidla fl-istatus assenjat mill-awtoritajiet kompetenti lid-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 għandha tiġi nnotifikata immedjatament u awtomatikament lill-awtoritajiet doganali rilevanti permezz tal-interfaċċa elettronika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-atti ta’ implimentazzjoni jistgħu jiddeterminaw ukoll li ċerta data speċifika disponibbli fid-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta u meħtieġa għall-attivitajiet tal-awtoritajiet doganali, inkluż is-sorveljanza u l-ġlieda kontra l-frodi, tiġi trażmessa u rreġistrata fis-sistemi doganali tal-Unjoni u nazzjonali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 36(2).

KAPITOLU 5

SISTEMA TA’ VALUTAZZJONI KOMPARATTIVA TAL-PAJJIŻI U KOOPERAZZJONI MA’ PAJJIŻI TERZI

Artikolu 29

Valutazzjoni tal-pajjiżi

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema bi tliet livelli għall-valutazzjoni tal-pajjiżi jew ta’ partijiet minnhom. Għal dak il-għan, l-Istati Membri u Stati terzi, jew partijiet minnhom, għandhom jiġu kklassifikati f’waħda mill-kategoriji ta’ riskju li ġejjin:

(a)

“riskju għoli” tirreferi għal pajjiżi, jew partijiet minnhom, li għalihom il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tirriżulta fl-identifikazzjoni ta’ riskju għoli li f’tali pajjiżi, jew f’partijiet minnhom, jiġu prodotti komoditajiet rilevanti li għalihom il-prodotti rilevanti ma jikkonformawx mal-Artikolu 3, il-punt (a);

(b)

“riskju baxx”, tirreferi għal pajjiżi jew partijiet minnhom, li għalihom il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tikkonkludi li hemm assigurazzjoni suffiċjenti li l-istanzi għall-produzzjoni f’tali pajjiżi jew f’partijiet minnhom, ta’ komoditajiet rilevanti li għalihom il-prodotti rilevanti ma jikkonformawx mal-Artikolu 3, il-punt (a), huma eċċezzjonali;

(c)

“riskju standard” tirreferi għal pajjiżi, jew partijiet minnhom li la jaqgħu fil-kategorija “riskju għoli” u lanqas fil-kategorija “riskju baxx”.

2.   Fid-29 ta’ Ġunju 2023, il-pajjiżi kollha għandhom jiġu assenjati livell ta’ riskju standard. Il-Kummissjoni għandha tikklassifika l-pajjiżi jew partijiet minnhom, li jippreżentaw riskju baxx jew għoli f’konformità mal-paragrafu 1. Il-lista tal-pajjiżi jew partijiet minnhom li jippreżentaw riskju baxx jew għoli għandha tiġi ppubblikata permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 36(2), mhux aktar tard mit-30 ta’ Diċembru 2024. Dik il-lista għandha tiġi rieżaminata, u aġġornata jekk xieraq, kull meta jkun meħtieġ minħabba evidenza ġdida.

3.   Il-klassifikazzjoni ta’ pajjiżi b’riskju baxx jew b’riskju għoli jew partijiet minnhom, skont il-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni oġġettiva u trasparenti mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqiesu l-aħħar evidenza xjentifika u sorsi rikonoxxuti internazzjonalment. Il-klassifikazzjoni għandha tkun ibbażata primarjament fuq il-kriterji ta’ valutazzjoni li ġejjin:

(a)

ir-rata tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti;

(b)

ir-rata ta’ espansjoni tal-art agrikola għal komoditajiet rilevanti;

(c)

ix-xejriet tal-produzzjoni ta’ komoditajiet rilevanti u ta’ prodotti rilevanti.

4.   Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tista’ tqis ukoll:

(a)

informazzjoni sottomessa mill-pajjiż ikkonċernat, mill-awtoritajiet reġjonali kkonċernati, l-operaturi NGOs u partijiet terzi, inkluż popli indiġeni, komunitajiet lokali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fir-rigward tal-kopertura effettiva tal-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-agrikoltura, il-forestrija u l-użu tal-art fil-kontribut stabbilit fil-livell nazzjonali għall-UNFCCC;

(b)

ftehimiet u strumenti oħra bejn il-pajjiż ikkonċernat u l-Unjoni u/jew l-Istati Membri tagħha li jindirizzaw id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jiffaċilitaw il-konformità ta’ komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti mal- Artikolu 3 u l-implimentazzjoni effettiva tagħhom;

(c)

jekk il-pajjiż ikkonċernat għandux fis-seħħ liġijiet nazzjonali jew subnazzjonali, inkluż f’konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Pariġi, u jieħux miżuri ta’ infurzar effettivi sabiex jindirizza d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, u biex jevita u jippenalizza attivitajiet li jwasslu għad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u b’mod partikolari jekk japplikax penali ta’ severità suffiċjenti sabiex jiġu miċħuda l-benefiċċji li jirriżultaw mid-deforestazzjoni jew mid-degradazzjoni tal-foresti;

(d)

jekk il-pajjiż konċernat jagħmilx id-data rilevanti disponibbli b’mod trasparenti; u, jekk applikabbli, l-eżistenza ta’ liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-popli indiġeni, tal-komunitajiet lokali u ta’ detenturi oħra tad-drittijiet konswetudinarji għall-pussess tal-art, jew il-konformità jew l-infurzar effettiv ta’ dawn il-liġijiet;

(e)

sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti.

5.   Il-Kummissjoni għandha tidħol fi djalogu speċifiku mal-pajjiżi kollha li huma kklassifikati bħala ta’ riskju għoli, jew li jinsabu f’riskju li jiġu kklassifikati bħala ta’ riskju għoli, bl-objettiv li jitnaqqas il-livell ta’ riskju tagħhom.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tinnotifika formalment lill-pajjiż ikkonċernat bl-intenzjoni tagħha li tikklassifika dak il-pajjiż jew parti minnu f’kategorija ta’ riskju differenti u tistiednu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni meqjusa utli f’dak ir-rigward. Il-Kummissjoni għandha tinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti b’tali intenzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja fin-notifika:

(a)

ir-raġuni jew ir-raġunijiet għall-intenzjoni li tinbidel il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż jew ta’ partijiet minnu;

(b)

l-istedina li jwieġeb lill-Kummissjoni bil-miktub fir-rigward tal-intenzjoni li tinbidel il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż jew ta’ partijiet minnu;

(c)

il-konsegwenzi tal-klassifikazzjoni tiegħu bħala pajjiż ta’ riskju għoli jew ta’ riskju baxx.

7.   Il-Kummissjoni għandha tħalli lill-pajjiżi kkonċernat żmien suffiċjenti sabiex iwieġeb għan-notifika. Fejn in-notifika tkun tikkonċerna intenzjoni min-naħa tal-Kummissjoni li tikklassifika lill-pajjiż jew parti minnu għal riskju ogħla, fit-tweġiba tiegħu, il-pajjiż ikkonċernat jista’ jipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-miżuri meħuda minnu biex jirrimedja s-sitwazzjoni.

8.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-pajjiż ikkonċernat u lill-awtoritajiet kompetenti bl-inklużjoni jew bit-tneħħija ta’ pajjiż, jew ta’ partijiet minnu, mil-lista msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 30

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

1.   Fil-limiti tal-isferi tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni f’isem l-Unjoni, u l-Istati Membri interessati, għandhom ikunu involuti f’approċċ koordinat mal-pajjiżi produtturi u ma’ partijiet minnhom li huma kkonċernati minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk klassifikati li huma f’riskju għoli f’konformità mal-Artikolu 29, permezz ta’ sħubijiet eżistenti u futuri, u mekkaniżmi oħra rilevanti ta’ kooperazzjoni sabiex b’mod konġunt jindirizzaw il-kawżi fundamentali tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa qafas strateġiku komprensiv tal-Unjoni għal tali impenn u għandha tqis il-mobilizzazzjoni tal-istrumenti rilevanti kollha tal-Unjoni. Tali sħubijiet u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni għandhom jiffokaw fuq il-konservazzjoni, ir-restawr u l-użu sostenibbli tal-foresti, id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti, u t-tranżizzjoni lejn il-produzzjoni sostenibbli tal-komoditajiet, il-konsum, l-ipproċessar, u l-metodi ta’ kummerċ. Is-sħubijiet u l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni jistgħu jinkludu djalogi strutturati, arranġamenti amministrattivi, u ftehimiet eżistenti jew dispożizzjonijiet tagħhom, kif ukoll pjanijiet direzzjonali konġunti li jippermettu t-tranżizzjoni lejn produzzjoni agrikola li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-popli indiġeni, il-komunitajiet lokali u l-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira u tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-atturi interessati kollha.

2.   Is-sħubijiet u l-kooperazzjoni għandhom jippermettu l-parteċipazzjoni sħiħa tal-partijiet ikkonċernati kollha, inkluż is-soċjetà ċivili, il-popli indiġeni, il-komunitajiet lokali, in-nisa, is-settur privat inkluż il-mikrointrapriżi u SMEs oħra, u l-azjenda ż-żgħar. Is-sħubijiet u l-kooperazzjoni għandhom ukoll jappoġġaw jew jibdew djalogu inklużiv u parteċipattiv lejn proċessi nazzjonali ta’ riforma legali u ta’ governanza biex tissaħħaħ il-governanza tal-foresti u jiġu indirizzati fatturi domestiċi li jikkontribwixxu għad-deforestazzjoni.

3.   Is-sħubijiet u l-kooperazzjoni għandhom jippromwovu l-iżvilupp ta’ proċessi ta’ ppjanar integrat tal-użu tal-art, leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiżi li jipproduċu, proċessi b’diversi partijiet ikkonċernati, inċentivi fiskali jew kummerċjali u għodod pertinenti oħra sabiex itejbu l-konservazzjoni tal-foresti u tal-bijodiversità, il-ġestjoni sostenibbli u r-restawr tal-foresti, jindirizzaw il-konverżjoni tal-foresti u tal-ekosistemi vulnerabbli għal użi oħra tal-art, jottimizzaw it-titjib għall-pajsaġġ, is-sigurtà taż-żamma tal-art, il-produttività u l-kompetittività tal-agrikoltura, u t-trasparenza tal-ktajjen tal-provvista, isaħħu d-drittijiet tal-komunitajiet dipendenti mill-foresti, inkluż l-azjendi agrikoli ż-żgħar, il-komunitajiet lokali u popli indiġeni, li d-drittijiet tagħhom huma stipulati fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, u jiżguraw l-aċċess pubbliku għad-dokumenti dwar il-ġestjoni tal-foresti u informazzjoni rilevanti oħra.

4.   Fil-limiti tal-isferi ta’ kompetenza tagħhom, il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, jew l-Istati Membri, jew it-tnejn li huma, għandhom jidħlu f’diskussjoni internazzjonali bilaterali u multilaterali dwar politiki u azzjonijiet għall-waqfien tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, inkluż f’fora multilaterali bħall- KDB, il-FAO, il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni, l-Assemblea tan-NU għall-Ambjent, il-Forum tan-NU dwar il-Foresti, il-UNFCCC, id-WTO, il-G7 u l-G20. Tali involviment għandu jinkludi l-promozzjoni tat-tranżizzjoni għall-produzzjoni agrikola sostenibbli u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif ukoll l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista trasparenti u sostenibbli kif ukoll l-sforzi kontinwi biex jiġu identifikati u maqbula standards u definizzjonijiet sodi li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-foresti u ta’ ekosistemi naturali oħra u d-drittijiet tal-bniedem relatati.

5.   Fil-limiti tal-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, u l-Istati Membri interessati għandhom jidħlu fi djalogu u kooperazzjoni ma’ pajjiżi konsumaturi ewlenin oħra, biex jippromwovu l-adozzjoni ta’ rekwiżiti ambizzjużi biex jimminimizzaw il-kontribut ta’ tali pajjiżi għad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, u kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fuq livell mondjali.

KAPITOLU 6

TĦASSIB SOSTANZJAT

Artikolu 31

Tħassib sostanzjat ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi

1.   Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jistgħu jressqu preokkupazzjonijiet sostanzjali lill-awtoritajiet kompetenti meta jqisu li operatur jew negozjant wieħed jew aktar ma jkunux qed jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jivvalutaw b’diliġenza u b’imparzjalità t-tħassib sostanzjat, inkluż jekk it-talbiet għandhomx bażi soda, u jieħdu l-passi meħtieġa, inkluż billi jwettqu verifiki u jmexxu seduti ta’ smigħ ta’ operaturi u ta’ negozjanti, bil-għan li jiġi identifikat nuqqas potenzjali ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament u, fejn xieraq, billi jieħdu miżuri interim skont l-Artikolu 23 sabiex jiġu evitati l-introduzzjoni jew i t-tqegħid fis-suq u l-esportazzjoni ta’ prodotti rilevanti li jkunu qegħdin jiġu investigati.

3.   Fi żmien 30 jum mill-wasla ta’ tħassib sostanzjat, jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor fil-liġi nazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-persuni msemmija fil-paragrafu 1, li jkunu ssottomettew it-tħassib sostanzjat, dwar is-segwitu mogħti lis-sottomissjoni u għandha tipprovdi r-raġunijiet għal dan.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi skont id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), l-Istati Membri għandhom jipprevedu miżuri biex jipproteġu l-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jressqu tħassib sostanzjat jew li jmexxu investigazzjonijiet bl-għan li jivverifikaw il-konformità mill-operaturi jew min-negozjanti ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 32

Aċċess għall-ġustizzja

1.   Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess suffiċjenti, kif determinat f’konformità mas-sistemi nazzjonali eżistenti għar-rimedji legali, inkluż fejn tali persuni jissodisfaw il-kriterji, jekk ikun hemm, stabbiliti fil-liġi nazzjonali, inkluż persuni li jkunu ressqu tħassib sostanzjat f’konformità mal-Artikolu 31, għandu jkollha aċċess għal proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji biex teżamina l-legalità tad-deċiżjonijiet, l-azzjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.

2.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tirregola l-aċċess għall-ġustizzja u dawk li jirrikjedu li l-proċeduri ta’ eżami amministrattiv jiġu eżawriti qabel ir-rikors għal proċedimenti ġudizzjarji.

KAPITOLU 7

SISTEMA TAL-INFORMAZZJONI

Artikolu 33

Sistema ta’ Informazzjoni

1.   Sat-30 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u sussegwentement għanda żżomm sistema ta’ informazzjoni li għandu jkun fiha d-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta magħmula disponibbli skont l-Artikolu 4(2).

2.   Mingħajr preġudizzju għat-twettiq tal-obbligi stabbiliti fil-Kapitoli 2 u 3, is-sistema tal-informazzjoni għandha tipprovdi mill-anqas il-funzjonalitajiet li ġejjin:

(a)

ir-reġistrazzjoni tal-operaturi u tan-negozjanti u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni; għall-operaturi li jintroduċu prodotti rilevanti skont il-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” jew “esportazzjoni”, in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI) stabbilit skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, għandu jiġi inkluż fil-profil tar-reġistrazzjoni tagħhom;

(b)

ir-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta inkluż il-komunikazzjoni lill-operatur jew lin-negozjant ikkonċernat ta’ numru ta’ referenza għal kull dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta li tkun tressqet permezz tas-sistema ta’ informazzjoni;

(c)

id-disponibbiltà tan-numru ta’ referenza tad-dikjarazzjonijiet eżistenti ta’ diliġenza dovuta fl-applikazzjoni skont l-Artikolu 4(8) u (9);

(d)

fejn possibbli, il-konverżjoni ta’ data minn sistemi rilevanti biex tiġi identifikata l-ġeolokalizzazzjoni;

(e)

ir-reġistrazzjoni tal-eżitu tal-verifiki fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta;

(f)

l-interkonnessjoni mad-dwana permezz tal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana, f’konformità mal-Artikolu 28, inkluż biex jiġu permessi n-notifiki u t-talbiet imsemmija fl-Artikolu 26(6) sa (9);

(g)

l-għoti ta’ informazzjoni rilevanti b’appoġġ għat-tfassil tal-profil tar-riskju għall-pjan ta’ verifiki msemmi fl-Artikolu 16(5), inkluż ir-riżultati tal-verifiki, it-tfassil tal-profil tar-riskju tal-operaturi, tan-negozjanti u komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti għall-fini tal-identifikazzjoni, abbażi ta’ tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data, tal-operaturi u n-negozjanti li għandhom jiġi vverifikati kif imsemmi f l-Artikolu 16(5), u prodotti rilevanti li għandhom jiġu vverifikati mill-awtoritajiet kompetenti;

(h)

il-faċilitazzjoni tal-assistenza u l-kooperazzjoni amministrattivi bejn l-awtoritajiet kompetenti, u bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni, sabiex jiskambjaw informazzjoni u data;

(i)

l-appoġġ għall-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi u n-negozjanti għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż, fejn xieraq, bl-użu ta’ għodod diġitali tal-ġestjoni tal-provvista.

3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli għall-funzjonament tas-sistema ta’ informazzjoni skont dan l-Artikolu, inkluż regoli għall-protezzjoni ta’ data personali u l-iskambju ta’ data ma’ sistemi oħra tal-IT. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 36(2).

4.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi aċċess għal dik is-sistema ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet doganali, lill-awtoritajiet kompetenti, lill-operaturi u lin-negozjanti u, jekk applikabbli, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, f’konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament.

5.   F’konformità mal-Politika tad-Data Miftuħa tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tipprovdi aċċess għall-pubbliku inġenerali għas-settijiet tad-data anonimizzati sħaħ tas-sistema tal-informazzjoni f’format miftuħ li jista’ jinqara mill-magni u li jiżgura l-interoperabbiltà, l-użu mill-ġdid u l-aċċessibbiltà.

KAPITOLU 8

RIEŻAMI

Artikolu 34

Rieżami

1.   Mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni tal-impatt akkumpanjata, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex testendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament biex jinkludi art imsaġġra oħra. Il-valutazzjoni għandha tinkludi, fost l-oħrajn, id-data limitu msemmija fl-Artikolu 2, bil-ħsieb li jiġi minimizzat il-kontribut tal-Unjoni għall-konverżjoni u d-degradazzjoni tal-ekosistemi naturali. Ir-rieżami għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatt tal-komoditajiet rilevanti fuq id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti.

2.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni tal-impatt akkumpanjata, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex testendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal ekosistemi naturali oħra, inkluż art oħra b’ħażniet kbar ta’ karbonju u b’valur għoli ta’ bijodiversità bħal bwar, torbiera u art mistagħdra. Il-valutazzjoni għandha tkopri espansjoni potenzjali tal-ekosistema, inkluż abbażi tad-data limitu msemmija fl-Artikolu 2, bil-ħsieb li jiġi minimizzat il-kontribut tal-Unjoni għall-konverżjoni u d-degradazzjoni tal-ekosistemi naturali. Ir-rieżami għandu jindirizza wkoll il-ħtieġa u l-fattibbiltà tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal komoditajiet ulterjuri, inkluż il-qamħirrum. Ir-rieżami għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatt tal-komoditajiet rilevanti fuq id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, kif indikat minn evidenza xjentifika, u jqis il-bidliet fil-konsum.

3.   Il-valutazzjoni tal-impatt imsemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi wkoll valutazzjoni ta’ jekk huwiex xieraq li tiġi emendata jew estiża l-lista ta’ prodotti rilevanti fl-Anness I sabiex jiġi żgurat li l-aktar prodotti rilevanti li fihom, li ġew mitmugħa jew li saru bl-użu, ta’ komoditajiet rilevanti jiġu inklużi f’dik il-lista. Dik il-valutazzjoni għandha tagħti attenzjoni speċifika lill-inklużjoni potenzjali tal-bijokarburanti (kodiċi HS 382600) fl-Anness I.

4.   Il-valutazzjoni tal-impatt imsemmija fil-paragrafu 2 għandha tevalwa wkoll ir-rwol tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-prevenzjoni tal-flussi finanzjarji li jikkontribwixxu direttament jew indirettament għad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u tivvaluta l-ħtieġa li jiġi previst kwalunkwe obbligu speċifiku għall-istituzzjonijiet finanzjarji fl-atti legali tal-Unjoni f’dak ir-rigward, b’kont meħud ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni orizzontali u settorjali eżistenti rilevanti.

5.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 biex temenda l-Anness I fir-rigward tal-kodiċijiet NM rilevanti ta’ prodotti rilevanti li fihom, ġew mitmugħa jew li saru bl-użu ta’ komoditajiet rilevanti.

6.   Sat-30 ta’ Ġunju 2028 u mill-anqas kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ġenerali ta’ dan ir-Regolament, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva. L-ewwel rapport minnhom għandu jinkludi b’mod partikolari, abbażi ta’ studji speċifiċi, evalwazzjoni ta’:

(a)

il-ħtieġa ta’ għodod addizzjonali għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ u l-fattibbiltà tagħhom — u b’mod partikolari għall-pajjiżi l-anqas żviluppati li dan ir-Regolament iħalli impatt qawwi fuqhom u l-pajjiżi jew partijiet minnhom ikklassifikati bħala ta’ riskju standard jew għoli — sabiex jappoġġaw il-kisba tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament;

(b)

l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-bdiewa, partikolarment dawk b’azjenda agrikola żgħira, il-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali u l-ħtieġa possibbli ta’ appoġġ addizzjonali għat-tranżizzjoni lejn ktajjen tal-provvista sostenibbli u għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(c)

l-estensjoni ulterjuri tad-definizzjoni ta’ “degradazzjoni tal-foresti”, abbażi ta’ analiżi fil-fond, u filwaqt li titqies il-progress li sar fid-diskussjonijiet internazzjonali dwar il-kwistjoni;

(d)

il-limitu għall-użu obbligatorju tal-poligoni kif imsemmija fl-Artikolu 2, il-punt (28), b’kont meħud tal-impatt tiegħu fuq l-indirizzar tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti;

(e)

bidliet fix-xejriet kummerċjali tal-komoditajiet rilevanti u tal-prodotti rilevanti inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament meta dawk il-bidliet jistgħu jkunu indikazzjoni ta’ prattika ta’ ċirkomvenzjoni;

(f)

valutazzjoni ta’ jekk il-verifiki mwettqa kinux effettivi biex jiżguraw li l-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti mqiegħda fis-suq jew esportati jikkonformaw mal-Artikolu 3.

KAPITOLU 9

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 35

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 34(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-29 ta’ Ġunju 2023. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 34(5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 34(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 36

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 tiegħu.

Artikolu 37

Tħassir

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 jitħassar b’effett mit-30 ta’ Diċembru 2024.

2.   Madankollu, ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 għandu jibqa’ japplika sal-31 ta’ Diċembru 2027 għall-injam u l-prodotti tal-injam kif definit fl-Artikolu 2, punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 li ġew prodotti qabel id-29 ta’ Ġunju 2023 u li ġew introdotti fis-suq mit-30 ta’ Diċembru 2024.

3.   B’deroga mill-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, l-injam u l-prodotti tal-injam kif definiti fl-Artikolu 2, punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 li ġew prodotti qabel id-29 ta’ Ġunju 2023 u li ġew introdotti fis-suq mill-31 ta’ Diċembru 2027 għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 38

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Soġġetta għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 3 sa 13, l-Artikoli 16 sa 24 u l-Artikoli 26, 31 u 32 għandhom japplikaw mit-30 ta’ Diċembru 2024.

3.   Ħlief fir-rigward tal-prodotti koperti fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 995/2010, għall-operaturi li sal-31 ta’ Diċembru 2020 kienu stabbiliti bħala intrapriżi mikro jew intrapriżi żgħar skont l-Artikolu 3(1) jew (2) tad-Direttiva 2013/34/UE, rispettivament, l-Artikoli msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mit-30 ta’ Ġunju 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2023.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

P. KULLGREN


(1)  ĠU C 275, 18.7.2022, p. 88.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ April 2023 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Mejju 2023.

(3)  ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.

(4)  Id-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/626/KEE tal-25 ta’ Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità, tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika (ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1).

(9)  Pendrill F., Persson U. M., Kastner, T. 2020. Deforestation risk embodied in production and consumption of agricultural and forestry commodities 2005–2017 (Version 1.0) [Data set]. Zenodo.

(10)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(11)  Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1).

(15)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(16)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 607/2012 tas-6 ta’ Lulju 2012 dwar regoli dettaljati li jikkonċernaw is-sistema ta’ diliġenza dovuta u l-frekwenza u n-natura tal-kontrolli fuq l-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 177, 7.7.2012, p. 16).

(17)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(19)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(21)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(22)  Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

(23)  Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).

(24)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

(25)  Ir-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jistabbilixxi l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 (ĠU L 317, 9.12.2022, p. 1).

(26)  Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).

(27)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


ANNESS I

Komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 1

It-tabella li ġejja telenka l-oġġetti kif klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 li huma msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

Ħlief prodotti sekondarji ta’ proċess tal-manifattura, meta dak il-proċess ikun involva materjal li ma kienx skart kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1), tad-Direttiva 2008/98/KE, dan ir-Regolament ma japplikax għall-oġġetti jekk dawn ikunu prodotti kompletament minn materjal li jkun lesta ċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu u li kieku jkun intrema bħala skart kif definit fl-Artikolu 3, il punt (1), ta’dik id-Direttiva.

Komodità rilevanti

Prodotti rilevanti

Bhejjem tal-ifrat

0102 21 , 0102 29 Bhejjem tal-ifrat ħajjin

ex 0201 Laħam tal-bhejjem tal-ifrat, frisk jew imkessaħ

ex 0202 Laħam tal-bhejjem tal-ifrat, iffriżat

ex 0206 10 Ġewwieni li jittiekel tal-bhejjem tal-ifrat, frisk jew imkessaħ

ex 0206 22 Fwied li jittiekel tal-bhejjem tal-ifrat, iffriżat

ex 0206 29 Ġewwieni li jittiekel tal-bhejjem tal-ifrat (għajr l-ilsna u l-fwied), iffriżat

ex 1602 50 Laħam ieħor ippreparat jew ippriservat, ġewwieni tal-laħam, demm, ta’ bhejjem tal-ifrat

ex 4101 Ġlud grezzi tal-bhejjem tal-ifrat (friski, jew immellħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, piklati jew ippreservati b’mod ieħor, iżda mhux ikkonzati, ipparċminati jew ippreparati mod ieħor), kemm jekk imxerrħa jew bix-xagħar imneħħi kemm jekk le

ex 4104 Ġlud ikkonzati jew “in crust” tal-bhejjem tal-ifrat, imġiżża, kemm dawk imxerrħa kif ukoll dawk li mhumiex, iżda mhux ippreparati mod ieħor

ex 4107 Ġilda tal-bhejjem tal-ifrat, li ngħatat aktar trattament wara l-ikkonzar u l-crusting, din tinkludi l-ġilda pparċminata, imġiżża, kemm dawk imxerrħa kif ukoll dawk li mhumiex, ħlief ġilda tal-intestatura 4114

Kawkaw

1801 Żerriegħa tal-kawkaw, sħiħa jew imkissra, nejja jew mixwija

1802 Fosdoq tal-kawkaw, ħliefa, qxur u skart ieħor tal-kawkaw

1803 Paste tal-kawkaw, kemm jekk bix-xaħam imneħħi u kemm jekk le

1804 Butir, xaħam u żejt tal-kawkaw

1805 Trab tal-kawkaw, li ma jkunx fih iz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud

1806 Ċikkulata u preparati oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw

Kafè

0901 Kafè, kemm jekk inkaljat jew dekafeinat u kemm jekk le; ħliefa u qxur tal-kafè; sostituti tal-kafè li jkun fihom kafè fi kwalunkwe proporzjon

Żejt tal-palm

1207 10 Ġewż tal-palm u l-qlub tagħhom

1511 Żejt tal-palm u l-frazzjonijiet tiegħu, kemm jekk raffinat u kemm jekk le, iżda mhux modifikat kimikament

1513 21 Żejt grezz tal-lewż tal-palm u żejt babassu u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk raffinati u kemm jekk le, iżda mhux modifikati kimikament

1513 29 Żejt tal-lewż tal-palm u żejt babassu u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk raffinati u kemm jekk le, iżda mhux modifikati kimikament (bl-esklużjoni ta’ żejt grezz)

2306 60 Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn tal-ġewż tal-palm jew il-qlub tagħhom, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni tal-ġewż tal-palm jew xaħmijiet jew żjut tal-qlub tagħhom

ex 2905 45 Gliċerol, b’purità ta’ 95 %jew aktar (ikkalkolat fuq il-piż tal-prodott niexef)

2915 70 Aċidu palmitiku, aċidu steariku, l-imlieħ u l-esteri tagħhom

2915 90 aċidi monokarbossiliċi aċikliċi saturati u l-anidridi, l-aloġenuri, il-perossidi u l-perossiaċidi tagħhom; u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrożati tagħhom (eskluż l-aċidu formiku, l-aċidu aċetiku, l-aċidi mono-, di- jew trikloroaċetiċi, l-aċidu propjoniku, l-aċidi butanojċi, l-aċidi pentanojċi, l-aċidu palmitiku, l-aċidu steariku, l-imlieħ u l-esteri tagħhom, u l-anidride aċetika)

3823 11 Aċidu steariku, industrijali

3823 12 Aċidu olejku, industrijali

3823 19 Aċidi grassi monokarbossiliċi industrijali, żjut tal-aċidu mir-raffinar; (minbarra aċidu steariku, aċidu olejku u aċidi xaħmin tat-tallol)

3823 70 Alkoħols xaħmin industrijali

Lastiku

4001 Lastiku naturali, balatá, guttaperka, guayule, chicle u gomom naturali simili, fil-forom primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxi

ex 4005 Lastiku kompost, mhux vulkanizzat, fil-forom primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxi

ex 4006 Forom oħrajn (pereżempju vireg, tubi u forom profilati) u oġġetti (pereżempju diski u ċrieki), tal-lastiku mhux vulkanizzat

ex 4007 Ħajt u korda tal-lastiku vulkanizzat

ex 4008 Pjanċi, folji, vireg u forom profilati, tal-lastiku vulkanizzat għajr lastiku iebes

ex 4010 Conveyor belts u belts tat-trażmissjoni jew conveyor belting u belting tat-trażmissjoni, tal-lastiku vulkanizzat

ex 4011 Tajers pnewmatiċi ġodda, tal-lastiku

ex 4012 Tajers pnewmatiċi tal-lastiku riġenerati jew użati; tajers solidi jew kuxin, l-uċuħ tat-tajers u l-flaps tat-tajers, tal-lastiku

ex 4013 Tubi ta’ ġewwa, tal-lastiku

ex 4015 Oġġetti tal-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ (inkluż ingwanti, mittens u mitts), għall-finijiet kollha, tal-lastiku vulkanizzat għajr lastiku iebes

ex 4016 Oġġetti oħra tal-lastiku vulkanizzat għajr lastiku iebes, li mhumiex speċifikati x’imkien ieħor fil-kapitolu 40

ex 4017 Lastiku iebes (pereżempju l-ebonit) fil-forom kollha inkluż skart u laqx; oġġetti tal-lastku iebes

Sojja

1201 Fażola tas-sojja, kemm jekk imkissra u kemm jekk le

1208 10 Dqiq u grixa tal-fażola tas-sojja

1507 Żejt tal-fażola tas-sojja u l-frazzjonijiet tiegħu, kemm jekk raffinat u kemm jekk le, iżda mhux modifikat kimikament

2304 Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tal-fażola tas-sojja

Injam

4401 Qabs, fil-forma ta’ zkuk, qatgħat ta’ zkuk, friegħi, qatet jew forom simili; injam f’laqx jew partikuli; serratura u skart u laqx tal-injam, kemm jekk agglomerati fil-forma ta’ zkuk, briquettes, pellets jew forom simili, kif ukoll jekk le

4402 Karbonju tal-injam (inkluż karbonju tal-qxur jew tal-ġewż), agglomerat jew le

4403 Injam grezz, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew maqtugħ kwadru raff

4404 Injam għaċ-ċrieki; arbli mxerrħa; puntali, pali u bsaten tal-injam, bil-ponta iżda mhux issegati għat-tul; stikek tal-injam, mirqumin raff iżda mhux inturnjati, milwijin jew maħdumin mod ieħor, tajbin għall-manifattura tal-bsaten għall-mixi, umbrelel, mankijiet tal-għodod jew bħalhom; chipwood u simili

4405 Fibri tal-injam; dqiq tal-injam

4406 Traversi (cross-ties) tal-injam għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm

4407 Injam issegat jew imlaqqax għat-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew bit-truf ġonġuti, ta’ ħxuna li taqbeż is-6 mm

4408 Folji għall-fuljetta (inkluż dawk magħmulin bit-tiflil ta’ injam laminat), għall-plywood jew għal injam simili laminat u njam ieħor, issegat għat-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew bit-truf ġonġuti, ta’ ħxuna li ma taqbiżx is-6 mm

4409 Injam (inkluż strixxi u freġji għall-kisi tal-art bil-parquet, mhux assemblati) iffurmat b’mod kontinwu (b’minċott raġel, b’minċott mara, b’ħanek maqtugħ, iċċanfrinat, bi skanalatura-V, bil-gula, iffurmat, ittundjat jew simili) tul kwalunkwe xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew bit-truf ġonġuti jew le

4410 Particle board, oriented strand board (OSB) u board simili (pereżempju waferboard) tal-injam jew ta’ materjali oħrajn mill-injam, kemm jekk agglomerati bir-rażi jew sustanzi leganti organiċi oħrajn u kemm jekk le

4411 Fibreboard tal-injam jew materjali oħrajn mill-injam, magħqudin bir-rażi jew b’sustanzi organiċi oħrajn jew le

4412 Plywood, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat bħalhom

4413 Injam densifikat, fi blokok, folji, strixxi jew forom profilati

4414 Gwarniċi tal-injam għal pitturi, ritratti, mirja u oġġetti simili

4415 Cases għall-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, ċilindri u pakki simili, tal-injam; rombli tal-injam tal-kejbils; pallets, pallets tal-kaxxi u boards oħrajn tat-tagħbija, tal-injam;

pallet collars tal-injam

(mhux inkluż materjal tal-ippakkjar użat esklużivament bħala materjal tal-ippakkjar biex jappoġġa, jipproteġi jew iġorr prodott ieħor introdott fis-suq.)

4416 Btieti, ċilindri, vats, tnelli u prodotti tal-buttara oħrajn u partijiet tagħhom, tal-injam, inkluż l-injam imqawwes (staves)

4417 Għodod, korpi tal-għodod, mankijiet tal-għodod, xkupi jew xkupilji u l-mankijiet tagħhom, tal-injam; forom ta’ bwiez jew żraben, tal-injam

4418 Xogħol tal-injam għal bennejja, inkluż pannelli tal-injam ċellulari, pannelli assemblati għall-paviment, shingles u shakes

4419 Oġġetti tal-mejda u tal-kċina, tal-injam

4420 Intarsjar fl-injam u injam intarsjat; kaxxetti u kaxxi għal ġojjellerija u għall-pożati, u oġġetti bħalhom, tal-injam; statwetti u ornamenti oħrajn, tal-injam; oġġetti tal-injam ta’ għamara li ma jaqgħux fil-Kapitolu 94

4421 Oġġetti oħrajn tal-injam,

Polpa u karta tal-Kapitoli 47 u 48 tan-Nomenklatura Magħquda, bl-eċċezzjoni ta’ prodotti bbażati fuq il-bambù u rkuprati (skart u laqx)

ex 49 kotba stampati, gazzetti, stampi u prodotti oħrajn tal-industrija tal-istampar; manuskritti, testi ttajpjati u pjanti, tal-karta

ex 9401 Sits (għajr dawk tal-intestatura 9402 ), kemm jekk jinbidlu f’sodod jew le, u l-parts tagħhom, tal-injam

9403 30 , 9403 40 , 9403 50 , 9403 60  u 9403 91 Għamara tal-injam, u partijiet minnha

9406 10 Bini prefabbrikat tal-injam


ANNESS II

Dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta

L-informazzjoni li jeħtieġ tiġi inkluża fid-dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikolu 4(2):

1.

Isem l-operatur, l-indirizz u, fil-każ ta’ komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq jew joħorġu minnu, in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI) f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

2.

Il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata, id-deskrizzjoni b’test liberu, inkluż l-isem kummerċjali kif ukoll, fejn applikabbli, l-isem xjentifiku sħiħ, u l-kwantità tal-prodott rilevanti li l-operatur beħsiebu jintroduċi fis-suq jew jesporta. Għal prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq jew joħorġu minnu, il-kwantità trid tiġi espressa f’kilogrammi tal-massa netta u, fejn applikabbli, fl-unità supplimentari stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 li tikkorrispondi għall-kodiċi tas-Sistema Armonizzata indikata jew, fil-każijiet l-oħra kollha, espressa f’massa netta li tispeċifika stima perċentwali jew devjazzjoni jew, fejn applikabbli, f’volum nett, jew fl-għadd ta’ unitajiet. Unità supplimentari hi applikabbli fejn tkun iddefinita b’mod konsistenti għas-subintestaturi kollha possibbli skont il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata msemmija fid-dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta.

3.

Il-pajjiż tal-produzzjoni u l-ġeolokalizzazzjoni tal-biċċiet art kollha fejn ġew prodotti l-komoditajiet rilevanti. Għal prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu tal-bhejjem tal-ifrat, u għal tali prodotti rilevanti li ntemgħu bi prodotti rilevanti, il-ġeolokalizzazzjoni għandha tirreferi għall-istabbilimenti kollha fejn jitrabbew il-bhejjem tal-ifrat. Fejn il-prodott rilevanti jkun fih jew ikun sar bl-użu ta’ komoditajiet prodotti f’biċċiet art differenti, għandha tiġi inkluża l-ġeolokalizzazzjoni tal-biċċiet art kollha f’konformità mal-Artikolu 9(1), il-punt (d).

4.

Għal operaturi li jirreferu għal dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta eżistenti skont l-Artikolu 4(8) u (9), in-numru ta’ referenza ta’ tali dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta.

5.

It-test: “Permezz tas-sottomissjoni ta’ din id-dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta, l-operatur jikkonferma li d-diliġenza dovuta f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/1115 twettqet u li ma nstab l-ebda riskju jew instab biss riskju negliġibbli li l-prodotti rilevanti ma jikkonformawx mal-Artikolu 3, il-punt (a) jew (b), ta’ dak ir-Regolament”.

6.

Firma fil-format li ġej:

“Iffirmat għal u f’isem:

Data:

Isem u funzjoni: Firma:”.