|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
9.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/1 |
Avviż dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (1), iffirmat fi Brussell fl-1 ta’ Frar 2023, daħal fis-seħħ fis-26 ta’ Mejju 2023.
REGOLAMENTI
|
9.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1125
tas-8 ta' Ġunju 2023
li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għaċ-Ċilì, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom għad-dħul fl-Unjoni. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
|
(4) |
B’mod iktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, tal-konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. |
|
(5) |
Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fil-kontijiet ta’ East Sussex u Lincolnshire fl-Ingilterra, li ġew ikkonfermati fit-18 ta’ Mejju 2023 u fl-24 ta’ Mejju 2023, rispettivament, permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(6) |
Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit stabbilew żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(7) |
Ir-Renju Unit issottometta informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu u l-miżuri li ħa biex jipprevjeni t-tixrid ulterjuri tal-HPAI. |
|
(8) |
Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tqis li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni taħt restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni jenħtieġ li jiġi sospiż, sabiex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni. |
|
(9) |
Il-Kanada, iċ-Ċilì, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti pprovdew informazzjoni aġġornata b’rabta ma’ sitwazzjonijiet li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul ta’ xi prodotti fl-Unjoni. |
|
(10) |
B’mod partikolari, il-Kanada ssottomettiet informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha b’rabta ma’ tmien tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam fil-provinċji ta’ Ontario (2), Quebec (5) u Saskatchewan (1) li ġew ikkonfermati bejn is-26 ta’ Settembru 2022 u t-18 ta’ April 2023. |
|
(11) |
Barra minn hekk, iċ-Ċilì ssottometta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha b’rabta ma’ ħames tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam fir-reġjuni ta’ Valparaíso (4), u O’Higgins (1), li ġew ikkonfermati bejn it-12 ta’ Marzu 2023 u l-20 ta’ April 2023. |
|
(12) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit issottometta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu b’rabta ma’ tifqigħa tal-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam fil-kontea ta’ Yorkshire fl-Ingilterra, ir-Renju Unit, li ġiet ikkonfermata fit-13 ta’ April 2023. |
|
(13) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom b’rabta ma’ 11-il tifqigħa tal-HPAI fl-istabbilimenti tal-pollam fl-istati ta’ California (1), Iowa (2), Mississippi (1), Nebraska (1), New York (1), Pennsylvania (3), South Dakota (1), Washington (1), li ġew ikkonfermati bejn it-12 ta’ Diċembru 2022 u d-19 ta’ April 2023. |
|
(14) |
Il-Kanada, iċ-Ċilì, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti wkoll issottomettew informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara dawk it-tifqigħat ta’ dik il-marda, il-Kanada, iċ-Ċilì, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u lestew ukoll ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfettar wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati fit-territorji tagħhom. |
|
(15) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Kanada, miċ-Ċilì, mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti. Il-Kummissjoni tqis li l-Kanada, iċ-Ċilì, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti pprovdew garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjonijiet, ma għadhiex tirrappreżenta theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni, u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni tal-prodotti tat-tjur miż-żoni ta’ dawk il-pajjiżi li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. |
|
(16) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fil-Kanada, fiċ-Ċilì, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti. |
|
(17) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fiċ-Ċilì, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI u r-riskju serju tal-introduzzjoni tagħha fl-Unjoni, l-emendi li għandhom isiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza. |
|
(18) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-8 ta' Ġunju 2023
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
ANNESS
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:
|
|
9.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1126
tat-8 ta’ Ġunju 2023
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686. |
|
(2) |
Fis-26 ta’ April 2023, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU żied żewġ persuni mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Fit-3 ta’ Mejju 2023, dawk il-persuni ġew miżjuda mal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 (2). |
|
(4) |
Peress li waħda minn dawk il-persuni kienet diġà ddeżinjata skont ir-Regolament (UE) 2016/1686, jenħtieġ li dik il-persuna titneħħa mill-Anness I għal dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MALMER STENERGARD
(1) ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.
(2) Ir- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9).
ANNESS
L-entrata li ġejja titħassar mill-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 3”
|
“9. |
Sultan Aziz AZAM (magħruf ukoll bħala Aziz Azam, Sultan Aziz, Sultan Azziz Azzam, Sultan Aziz Ezzam); data tat-twelid: 1985; post tat-twelid: Afghanistan; nazzjonalità: Afghan.” |
|
9.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/16 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1127
tat-2 ta’ Marzu 2023
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bil-metodoloġiji u l-proċeduri dettaljati rigward it-tariffi superviżorji imposti mill-Kummissjoni fuq fornituri ta’ pjattaformi online kbar ħafna u magni tat-tiftix online kbar ħafna
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2022/2065 jirrikjedi li l-Kummissjoni timponi fuq il-fornituri ta’ pjattaformi online kbar ħafna u ta’ magni tat-tiftix online kbar ħafna tariffi superviżorji annwali, li l-ammont globali tagħhom għandu jkopri l-istima tal-kostijiet kollha, kif raġonevolment iddeterminat minn qabel, li l-Kummissjoni ġġarrab fir-rigward tal-kompiti superviżorji skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Il-kostijiet li għandhom jiġu stmati għat-tariffi superviżorji imposti fis-sena n jenħtieġ li jiġu ddeterminati billi jitqiesu r-riżorsi umani kollha li għandhom jiġu impjegati mill-Kummissjoni fis-sena n+1 biex jitwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) 2022/2065, inklużi l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u kuntrattwali u l-esperti nazzjonali sekondati. Filwaqt li jitqies li l-istima tirreferi għall-kostijiet futuri, din jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-kostijiet medji, espressi f’termini ta’ Ekwivalenti għall-Full-Time miżjuda bil-medja tal-kontribuzzjonijiet soċjali applikabbli u n-nefqa operattiva relatata ma’ dawn ir-riżorsi umani. Din in-nefqa operattiva għalhekk jenħtieġ li tinkludi l-kostijiet medji mġarrba sabiex tiġi ospitata unità ta’ persunal Ekwivalenti għall-Full-Time, u biex din tkun tista’ taħdem fl-infrastruttura tal-IT u fiżika tal-Kummissjoni, pereżempju kif iddeterminat b’mod regolari mis-servizzi tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-kalkolu tal-kostijiet medji tal-persunal għall-finijiet ta’ rapporti finanzjarji leġiżlattivi. |
|
(3) |
Minbarra l-kostijiet imsemmija hawn fuq għar-riżorsi umani, il-Kummissjoni jeħtieġ ukoll li tistma nefqiet operazzjonali u amministrattivi oħra li huma speċifikament relatati mat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) 2022/2065, bħal studji, ir-reklutaġġ ta’ esperti, stħarriġiet, missjonijiet, l-organizzazzjoni ta’ laqgħat jew l-iżvilupp jew l-użu ta’ software speċifiku jew għodod jew servizzi tal-IT. Barra minn hekk, l-istima annwali tal-ammont globali tal-kostijiet jenħtieġ li tqis id-differenza bejn l-istima tal-kostijiet u l-kostijiet imġarrba tas-sena ta’ qabel kif jirriżulta mir-rapport annwali adottat mill-Kummissjoni. |
|
(4) |
L-ammont globali ta’ kostijiet stmati kull sena mill-Kummissjoni jenħtieġ li jiġġarrab mill-fornituri ta’ pjattaformi online kbar ħafna u ta’ magni tat-tiftix online kbar ħafna permezz tat-tariffi superviżorji imposti fir-rigward tas-servizzi deżinjati soġġetti għat-tariffa superviżorja f’kull sena kalendarja. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mad-deċiżjonijiet ta’ deżinjazzjoni skont l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) 2022/2065, il-kunċett ta’ fornitur ta’ servizz jew ta’ servizzi deżinjati jenħtieġ li jiġi identifikat b’referenza għad-destinatarju jew għad-destinatarji tad-deċiżjoni jew tad-deċiżjonijiet ta’ deżinjazzjoni relatati skont l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) 2022/2065. Meta d-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) 2022/2065 tkun indirizzata lil aktar minn persuna ġuridika waħda, id-destinatarji kollha ta’ dik id-deċiżjoni jenħtieġ li jkunu responsabbli b’mod konġunt u in solidum għall-pagament tat-tariffa superviżorja fir-rigward ta’ dak is-servizz jew dawn is-servizzi. |
|
(5) |
Is-servizzi li għandhom jitqiesu f’sena n partikolari jenħtieġ li jinkludu dawk li diġà huma soġġetti għall-obbligi applikabbli għal pjattaformi online kbar ħafna u għal magni tat-tiftix online kbar ħafna fil-bidu tas-sena, kif ukoll dawk li fir-rigward tagħhom deċiżjoni ta’ deżinjazzjoni jew deċiżjoni ta’ terminazzjoni tad-deżinjazzjoni tidħol fis-seħħ matul dik is-sena kalendarja, filwaqt li jitqies li d-deċiżjonijiet taż-żewġ kategoriji se jidħlu fis-seħħ 4 xhur wara n-notifika tagħhom lill-fornitur skont l-Artikolu 33(6) tar-Regolament (UE) 2022/2065. Dak il-limitu ta’ żmien jenħtieġ li jiġi kkalkulat f’konformità mar-regoli ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill (2) li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi l-ammont globali tat-tariffa superviżorja li għandha tiġi imposta kull sena fuq kull fornitur billi l-ewwel tiddetermina ammont bażiku għal kull servizz deżinjat. L-ammont bażiku għal kull servizz jenħtieġ li jirriżulta mid-diviżjoni tal-kostijiet annwali globali stmati għas-sena n+1 mis-servizzi deżinjati kollha kontabilizzati fis-sena n. Sabiex jiġi ddeterminat l-ammont bażiku, jenħtieġ li jitqies l-għadd ta’ jiem ta’ deżinjazzjoni fis-sena n. It-tieni, sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tat-tariffi superviżorji individwali b’referenza għad-daqs tas-servizz deżinjat kif jirriżulta mill-għadd ta’ riċevituri attivi medji fix-xahar fl-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li taġġusta l-ammont bażiku b’koeffiċjent proporzjonat għall-għadd ta’ riċevituri attivi li jirriżulta mill-informazzjoni disponibbli. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 43(5) tar-Regolament (UE) 2022/2065, kwalunkwe fornitur tas-servizz jew tas-servizzi deżinjati ma għandux iħallas ammont globali ta’ tariffa superviżorja li jaqbeż il-kapaċità ekonomika tiegħu, jiġifieri li jaqbeż 0,05 % tal-introjtu nett annwali dinji tiegħu. Ir-referenza għall-introjtu nett, li jinvolvi d-dħul globali nieqes il-kostijiet tal-fornitur, jenħtieġ li tiżgura li titqies il-kapaċità ta’ ħlas tal-fornitur, inkluż fil-każ ta’ fornituri li jagħmlu telf. Sabiex jiġi identifikat tali limitu f’konformità mal-istandards applikabbli tar-rapportar finanzjarju, jenħtieġ li ssir referenza għall-kunċett ta’ profitt dinji globali fis-sena finanzjarja preċedenti, li għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-aħjar ċifri disponibbli tal-fornitur li jirriżultaw mir-rapporti finanzjarji, kif ikkomunikati lill-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li ssir referenza għall-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju applikabbli f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), meta użati mill-fornitur ikkonċernat, jew fil-każ alternattiv għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkompilati f’konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Meta la l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju u lanqas id-Direttiva 2013/34/UE ma japplikaw għall-fornitur ikkonċernat, jenħtieġ li ssir referenza għal kwalunkwe standard ta’ rapportar aċċettabbli ta’ pajjiż terz ieħor applikabbli għal tali fornitur, bħal standard ta’ rapportar ta’ pajjiż terz li jitqies ekwivalenti għall-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju jew kwalunkwe standard ta’ rapportar ta’ pajjiż terz ieħor li jista’ jitqies bħala ġeneralment aċċettabbli għall-finijiet ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Meta fornitur ikollu kontijiet konsolidati, il-profitt dinji konsolidat tal-grupp li għalih jappartjeni dak il-fornitur jirrifletti bl-aħjar mod il-kapaċità ekonomika tiegħu li jħallas it-tariffa superviżorja, minħabba li r-riżorsi finanzjarji tal-grupp huma disponibbli għal dak il-fornitur sabiex iħallas l-ammont globali ta’ tariffa imposta għas-servizz jew għas-servizzi deżinjati kollha pprovduti minn dak il-fornitur. |
|
(8) |
Jekk l-ammont bażiku impost fuq fornitur partikolari, jew is-somma tal-ammonti bażiċi rilevanti meta fornitur partikolari jipprovdi aktar minn servizz deżinjat wieħed, jaqbeż il-limitu massimu globali, it-tariffa superviżorja finali imposta fuq dak il-fornitur jenħtieġ li titnaqqas kif xieraq. Sabiex jiġi żgurat li fi kwalunkwe każ il-kostijiet annwali globali jitħallsu permezz tat-tariffi superviżorji imposti fis-servizzi kollha deżinjati, l-ammont residwu mhux impost fuq il-fornituri fid-dawl tal-applikazzjoni tal-limitu massimu globali jenħtieġ li jitħallas mill-fornituri li jifdal taħt il-limitu, b’mod proporzjonali għall-formula bażika tal-allokazzjoni. L-allokazzjoni ta’ ammonti residwi fost fornituri oħra ta’ servizzi deżinjati, wara l-applikazzjoni tal-limitu massimu globali, jenħtieġ li tkompli sakemm ma jifdal l-ebda ammont residwu. |
|
(9) |
F’konformità mal-Artikolu 43(3) tar-Regolament (UE) 2022/2065, kull sena l-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni individwali li jistabbilixxu l-ammont individwali tat-tariffa superviżorja li għandha tiġi imposta fuq kull fornitur għas-servizz jew għas-servizzi speċifikati soġġetti għall-obbligu li titħallas it-tariffa superviżorja matul dik is-sena kalendarja. Il-proċedura annwali biex tiġi imposta t-tariffa għalhekk jenħtieġ li tiġi organizzata b’mod li dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jiġu adottati wara li l-kostijiet annwali globali, li se jkunu l-bażi għall-kalkolu tal-ammont globali tat-tariffi superviżorji li għandhom jiġu imposti, jiġu ddeterminati kif stabbilit fid-dokument ta’ tħejjija tal-Kummissjoni mehmuż mal-abbozz tal-baġit skont l-Artikolu 41(8) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-atti ta’ implimentazzjoni individwali jistgħu jiġu adottati biss wara ċerta data, meta jkunu jistgħu jiġu stabbiliti l-għadd u d-daqs tas-servizzi deżinjati soġġetti għat-tariffi superviżorji. Il-proċedura jenħtieġ li tqis ukoll il-kapaċità ekonomika f’termini ta’ profitti tal-fornituri korrispondenti kif identifikati abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-fornitur ikkonċernat. Barra minn hekk, l-ammont proviżorju tat-tariffa li għandha tiġi imposta jenħtieġ li jiġi kkomunikat lill-fornitur ikkonċernat qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni, sabiex tingħata l-opportunità li jiġu ppreżentati osservazzjonijiet li għandhom jitqiesu fid-determinazzjoni finali tat-tariffa superviżorja. Wara li tqis l-osservazzjonijiet ippreżentati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta l-att ta’ implimentazzjoni korrispondenti li jistabbilixxi t-tariffa superviżorja individwali li għandha titħallas bħala l-ammont riċevibbli skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, li trid titħallas sa tmiem dik l-istess sena kalendarja, sabiex ir-riżorsi meħtieġa jkunu disponibbli biex ikopru l-kostijiet stmati għas-sena ta’ wara. |
|
(10) |
In-nuqqas ta’ pagament sal-iskadenza ddeterminata mill-atti ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jwassal għall-irkupru tal-ammont mhux imħallas flimkien mal-imgħax ta’ inadempjenza bir-rata ta’ rifinanzjament tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda bi 3,5 %, f’konformità mal-Artikolu 99(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. |
|
(11) |
Sabiex jiġu żgurati l-akkontabbiltà u t-trasparenza tal-kostijiet imġarrba u tad-dħul miġbur mill-Kummissjoni għall-kompiti superviżorji mwettqa skont ir-Regolament (UE) 2022/2065, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tagħmel dan ir-rapport disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-istima tal-kostijiet u l-kostijiet superviżorji speċifiċi effettivament imġarrba għal dik is-sena, ir-rapport jenħtieġ li jqabbel speċifikament l-ammonti rilevanti, abbażi tal-pagamenti mwettqa b’mod effettiv fil-perjodu rilevanti għal kull kategorija ta’ kostijiet ikkonċernata msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) 2022/2065, kif ukoll kwalunkwe nefqa impenjata imwettqa matul dik is-sena, inkluż wara kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa matul dik is-sena. Kwalunkwe differenza bejn l-ammont stmat u l-kostijiet effettivament imġarrba jenħtieġ li ma taffettwax l-ammont ta’ tariffi superviżorji imposti għas-sena rilevanti, iżda din jenħtieġ li titqies fl-istima li jmiss, jew billi jitnaqqas kwalunkwe surplus mill-kostijiet totali stmati għas-sena n+2 jew billi jiżdied kwalunkwe defiċit mal-kostijiet totali stmati għas-sena n+2. |
|
(12) |
L-istima tal-kostijiet jenħtieġ li tidentifika l-kostijiet li huma ppjanati li jiġġarrbu fis-sena kalendarja ta’ wara, sabiex jiġi żgurat li jitqiegħdu riżorsi suffiċjenti minn qabel għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni. Fil-perjodu mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2022/2065 sal-1 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni diġà se tkun ġarrbet jew ippjanat kostijiet skont l-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) 2022/2065 li ma setgħux jiġu koperti minn l-ebda tariffa superviżorja preċedenti u għalhekk kellhom ikunu koperti b’mod ġenerali minn approprjazzjonijiet oħra previsti fil-baġit ivvutat tal-Unjoni għall-2023. Għalhekk, għall-fini tad-determinazzjoni tat-tariffi globali li għandhom jiġu imposti fl-2023, huma biss il-kostijiet li mhumiex diġà koperti mill-approprjazzjonijiet eżistenti fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2023 li jistgħu jiżdiedu mal-kostijiet stmati għall-2024, f’konformità mal-informazzjoni prevista fil-prospett li jakkumpanja l-istima. Għaldaqstant, bl-għan li jiġi stabbilit kwalunkwe surplus jew defiċit li għandu jitqies fl-istima suċċessiva, l-ewwel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandu jqis biss dawn il-kostijiet imġarrba fl-2022 mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2022/2065 u fl-2023 li ma kinux diġà koperti mill-approprjazzjonijiet eżistenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“servizz deżinjat” tfisser servizz intermedjarju deżinjat bħala pjattaforma online kbira ħafna jew magna tat-tiftix online kbira ħafna skont l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) 2022/2065; |
|
(2) |
“fornitur ta’ servizz jew ta’ servizzi deżinjati” tfisser kull fornitur li lilu tiġi indirizzata deċiżjoni waħda jew aktar tal-Kummissjoni li jiddeżinjaw pjattaforma online kbira ħafna jew magna tat-tiftix online kbira ħafna skont l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) 2022/2065; |
|
(3) |
“ammont bażiku” tfisser l-ammont ikkalkolat għal kull servizz deżinjat f’konformità mal-Artikolu 4 u qabel l-applikazzjoni tal-limitu massimu globali msemmi fl-Artikolu 5. |
Artikolu 2
Stima tal-kostijiet annwali globali
1. F’kull sena n, il-Kummissjoni għandha tistma l-kostijiet annwali globali li mistennija jiġġarrbu għat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) 2022/2065 fis-sena kalendarja ta’ wara (is-sena n+1) f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament. L-ammont tal-kostijiet annwali globali stmati għas-sena n+1 għandu jkun il-bażi għad-determinazzjoni tal-ammont globali tat-tariffi superviżorji imposti fis-sena n. Dak l-ammont stmat għandu jiġi impost bis-sħiħ fuq il-fornituri ta’ servizzi deżinjati permezz tat-tariffi superviżorji kkalkolati f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
2. Meta tistma l-kostijiet annwali globali, il-Kummissjoni għandha tqis:
|
(a) |
ir-riżorsi umani meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) 2022/2065, filwaqt li jitqiesu l-kategoriji differenti ta’ uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni impjegati mill-Kummissjoni. L-istima tal-kostijiet għandha tkun ibbażata fuq il-kostijiet medji, espressi bħala Ekwivalenti għall-Full-Time, u għandha tinkludi n-nefqa operatorja medja pro-rata u l-kontribuzzjonijiet soċjali applikabbli marbuta ma’ tali riżorsi umani; |
|
(b) |
kwalunkwe nefqa amministrattiva jew operazzjonali oħra meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) 2022/2065 li mistennija tiġġarrab matul is-sena n+1, filwaqt li titqies il-lista mhux eżawrjenti tal-entrati elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
3. Kwalunkwe stima tal-kostijiet annwali globali għandha tqis l-ammont pożittiv jew negattiv tal-kostijiet imġarrba kif inkluż fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 8(4). B’mod partikolari, fil-każ ta’ defiċit, jiġifieri meta l-ammont tal-kostijiet stmati għas-sena n kien anqas mill-kostijiet rapportati mġarrba għal dik is-sena, l-ammont tal-kostijiet annwali globali stmati għas-sena n+2 li għandhom jiġu imposti matul is-sena n+1 għandu jiżdied bl-ammont ta’ defiċit imġarrab għas-sena n. Fil-każ ta’ surplus, jiġifieri meta l-ammont tal-kostijiet stmati għas-sena n jaqbeż il-kostijiet rapportati mġarrba għal dik is-sena, il-kostijiet annwali globali stmati għas-sena n+2 li għandhom jiġu imposti matul is-sena n+1 għandhom jitnaqqsu bis-surplus li jirriżulta għas-sena n.
Artikolu 3
Identifikazzjoni annwali tas-servizzi deżinjati
Is-servizzi deżinjati li fir-rigward tagħhom għandha tintalab tariffa superviżorja f’sena n partikolari għandhom ikunu:
|
(a) |
kwalunkwe servizz li, fl-1 ta’ Jannar ta’ dik is-sena, kien diġà soġġett għall-obbligi tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2022/2065 f’konformità mal-Artikolu 33(6) ta’ dak ir-Regolament, inkluż kwalunkwe servizz li t-terminazzjoni tad-deżinjazzjoni tiegħu ssir applikabbli skont l-Artikolu 33(6) ta’ dak ir-Regolament wara dik id-data; |
|
(b) |
kwalunkwe servizz li jsir soġġett għall-obbligi tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2022/2065 f’konformità mal-Artikolu 33(6) ta’ dak ir-Regolament bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. |
Artikolu 4
Determinazzjoni tal-ammont bażiku għal kull servizz
1. Fir-rigward ta’ kull servizz deżinjat soġġett għat-tariffi superviżorji skont l-Artikolu 3, l-ammont bażiku għas-sena n għandu jiġi kkalkolat bħala s-sehem mill-kostijiet annwali globali stmati għas-sena n+1 f’konformità mal-Artikolu 2, proporzjonati għall-għadd ta’ riċevituri attivi medji fix-xahar tas-servizz deżinjat f’konformità mal-koeffiċjent (U) imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u filwaqt li jitqies il-perjodu li matulu s-servizz ġie deżinjat f’konformità mal-koeffiċjent (T) imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-formula li ġejja:
|
|
|
2. Il-koeffiċjent (U) għall-kalkolu tal-ammont bażiku għal kull servizz deżinjat għandu jkollu l-valur stabbilit fl-Anness II li jikkorrispondi għall-għadd ta’ riċevituri attivi medji fix-xahar f’termini ta’ miljuni ta’ unitajiet, aġġustat ’l isfel għall-eqreb mitt elf.
L-għadd ta’ riċevituri attivi medji fix-xahar ta’ kull servizz deżinjat li jiddetermina l-koeffiċjent applikabbli skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jkun dak li jirriżulta mid-data rrapportata mill-fornitur tal-pjattaforma online jew tal-magna tat-tiftix online skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2022/2065, jew mill-informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 24(3) ta’ dak ir-Regolament jew minn kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli għall-Kummissjoni, kif disponibbli fl-31 ta’ Awwissu tas-sena n.
3. Il-koeffiċjent (T) għall-kalkolu tal-ammont bażiku għal kull servizz deżinjat għandu jkun il-proporzjon bejn l-għadd ta’ jiem li matulhom is-servizz jiġi deżinjat fis-sena n, u l-għadd ta’ jiem ta’ sena, ikkalkolat kif ġej:
|
|
|
F’konformità mal-Artikolu 33(6) tar-Regolament (UE) 2022/2065, il-perjodu ta’ deżinjazzjoni għandu jitqies li jibda 4 xhur wara d-data tan-notifika tad-deċiżjoni ta’ deżinjazzjoni skont l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) 2022/2065 u għandu jitqies li jintemm 4 xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ terminazzjoni skont l-Artikolu 33(5) tar-Regolament (UE) 2022/2065.
Artikolu 5
Determinazzjoni tal-ammont globali tat-tariffa superviżorja u l-applikazzjoni tal-limitu massimu globali għal kull fornitur
1. Kull sena, il-fornitur ikkonċernat ta’ servizz jew servizzi deżinjati għandu jħallas tariffa superviżorja li tirriżulta mill-ammont bażiku, jew mis-somma tal-ammonti bażiċi, ikkalkolata skont l-Artikolu 4 għas-servizz jew għas-servizzi deżinjati li jipprovdi, u l-aġġustamenti applikati skont dan l-Artikolu.
2. L-ammont globali tat-tariffa superviżorja imposta f’sena partikolari fuq fornitur partikolari ta’ servizz jew servizzi deżinjati ma għandux jaqbeż il-limitu massimu globali ugwali għal 0,05 % tal-profitt dinji tiegħu fis-sena finanzjarja preċedenti. Meta fornitur ikollu kontijiet konsolidati, il-profitti dinjija konsolidati tal-grupp li għalih jappartjeni dak il-fornitur għandhom jitqiesu għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-limitu massimu globali tat-tariffa.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-profitt dinji għandu jkun dak li jirriżulta mill-aħjar ċifri disponibbli mir-rapporti finanzjarji annwali tal-aħħar sena finanzjarja sħiħa ppreżentati mill-fornitur ikkonċernat, skont it-tifsira ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju applikabbli f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, meta użati mill-fornitur; |
|
(b) |
il-punt 17 tal-Anness V jew il-punt 15 tal-Anness VI tad-Direttiva 2013/34/UE; |
|
(c) |
kwalunkwe standard aċċettabbli ta’ rapportar ta’ pajjiżi terzi, meta la l-punt (a) u lanqas il-punt (b) ma jintuża mill-fornitur. |
3. Meta l-ammont bażiku jew is-somma tal-ammonti bażiċi kkalkolata skont l-Artikolu 4 għas-servizz jew għas-servizzi deżinjati pprovduti minn fornitur partikolari taqbeż il-limitu massimu globali stabbilit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-ammont globali tat-tariffa superviżorja imposta fuq dak il-fornitur għandu jitnaqqas għal dak il-limitu.
4. Is-somma ta’ kwalunkwe ammont residwu mhux impost skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tintalab lill-fornituri li jifdal ta’ servizzi deżinjati li għalihom ma jintlaħaqx il-limitu massimu globali, fi proporzjon mal-għadd ta’ riċevituri attivi medji fix-xahar tas-servizz deżinjat, espress bħala l-koeffiċjent (U) imsemmi fl-Artikolu 4(2), u filwaqt li jitqies il-perjodu li matulu jkun ġie deżinjat is-servizz, espress bħala l-koeffiċjent (T) imsemmi fl-Artikolu 4(3), f’konformità mal-formula li ġejja:
|
|
|
5. Meta l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu tiskatta l-applikabbiltà tal-limitu massimu globali għal fornitur wieħed jew aktar li jifdal ta’ servizz jew ta’ servizzi deżinjati, il-paragrafu 3 u dan il-paragrafu għandhom ikomplu japplikaw sakemm ma jifdal l-ebda ammont residwu.
Artikolu 6
Proċedura annwali għad-determinazzjoni tat-tariffi individwali
1. F’konformità mal-Artikolu 41(8) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, fil-kuntest tal-istabbiliment tal-abbozz tal-baġit għas-sena n+1, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, għal kull linja baġitarja rilevanti, l-ammont stmat ta’ dħul assenjat estern li jirriżulta mit-tariffi superviżorji li se jkun magħmul disponibbli fil-bidu tas-sena n+1, bħala l-ammonti li jikkorrispondu għall-kostijiet annwali globali stmati għas-sena n+1 f’konformità mal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.
L-istima skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tkun akkumpanjata minn prospett imħejji mill-Kummissjoni li jindika l-elementi li għandhom jitqiesu għal tali stima f’konformità mal-kategoriji differenti ta’ kostijiet tal-Artikolu 2, li għandu jiġi ppubblikat mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena kalendarja fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena, kwalunkwe fornitur ta’ servizz jew ta’ servizzi deżinjati soġġetti għat-tariffa superviżorja skont l-Artikolu 3 għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-aħħar rapport finanzjarju tiegħu, u kwalunkwe dokument ta’ sostenn ieħor għad-determinazzjoni tal-limitu massimu globali skont l-Artikolu 5 kif ukoll, meta applikabbli, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tat-tariffa. Meta fornitur ma jipprovdix id-dokumenti meħtieġa għad-determinazzjoni tal-limitu massimu globali, għandu jiġi preżunt li dan il-limitu ma jintlaħaqx minn dak il-fornitur f’dik is-sena kalendarja.
3. Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lil kull fornitur ta’ servizz jew ta’ servizzi deżinjati identifikati skont l-Artikolu 3 id-determinazzjoni provviżorja tal-ammont ta’ tariffa superviżorja għas-servizzi kollha deżinjati pprovduti minn dak il-fornitur ikkalkolat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Artikoli 4 u 5. Il-fornitur għandu jikkomunika lill-Kummissjoni kwalunkwe osservazzjoni dwar tali kalkolu fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċievi l-komunikazzjoni ta’ dik id-determinazzjoni provviżorja.
4. Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, filwaqt li jitqiesu l-osservazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tadotta u tinnotifika, lil kull fornitur ta’ servizz jew ta’ servizzi deżinjati identifikati skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, deċiżjoni ta’ implimentazzjoni adottata f’konformità mal-Artikolu 43(3) tar-Regolament (UE) 2022/2065, li tiddetermina t-tariffa superviżorja għas-servizz jew għas-servizzi deżinjati pprovduti minn dak il-fornitur, ikkalkolata f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Artikoli 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament. Id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni għandha tistabbilixxi l-ammonti riċevibbli bħala tariffa superviżorja skont it-tifsira tal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u tistabbilixxi skadenza għall-pagament tat-tariffi superviżorji sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. Meta deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) 2022/2065 tkun indirizzata lil aktar minn persuna ġuridika waħda, id-destinatarji kollha ta’ dik id-deċiżjoni għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt u in solidum għall-pagament tat-tariffa superviżorja fir-rigward tas-servizz jew tas-servizzi deżinjati.
Artikolu 7
Modalitajiet ta’ pagament u konsegwenzi finanzjarji f’każ ta’ nuqqas ta’ pagament
1. It-tariffi superviżorji kollha għandhom jitħallsu f’euro u f’konformità mar-referenzi għall-pagament previsti fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni adottata skont l-Artikolu 6(4).
2. Kwalunkwe pagament tard, pagament parzjali, nuqqas ta’ pagament jew nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet għall-pagament kif stabbiliti fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(4) ta’ dan ir-Regolament għandu jwassal għall-irkupru tal-ammont mhux imħallas flimkien mal-imgħax bir-rata msemmija fl-Artikolu 99(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Dawk il-pagamenti huma mingħajr preġudizzju għall-multi u għall-pagamenti perjodiċi ta’ penali applikabbli skont l-Artikoli 74 u 76 tar-Regolament (UE) 2022/2065.
Artikolu 8
Rapportar tal-kostijiet imġarrba u tat-tariffi superviżorji imposti
1. Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena n, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-ammont tal-kostijiet annwali globali mġarrba għat-twettiq tal-kompiti tagħha skont ir-Regolament (UE) 2022/2065 u l-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali imposti skont l-Artikolu 6(4) ta’ dan ir-Regolament fis-sena preċedenti (is-sena n-1).
2. Ir-rapport skont il-paragrafu 1 għandu jispeċifika l-kostijiet speċifiċi mġarrba għat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) 2022/2065 f’konformità mal-kategoriji tal-kostijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament. Il-kostijiet għandhom jinkludu kwalunkwe impenn meħud matul is-sena n-1, anke jekk il-pagamenti li jimplimentaw l-impenji jkunu għadhom ma twettqux.
3. Ir-rapport skont il-paragrafu 1 għandu jindika l-ammont globali ta’ tariffi superviżorji imposti għal kull fornitur ta’ servizz jew ta’ servizzi deżinjati, inkluża d-data tal-pagamenti rispettivi, kwalunkwe nuqqas ta’ pagament jew pagament tard, il-proċedura tal-qorti li tkun għaddejja relatata mad-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(4) u l-proċeduri ta’ rkupru msemmija fl-Artikolu 7(2) relatati mat-tariffi superviżorji imposti, fid-data tal-finalizzazzjoni tar-rapport.
4. Ir-rapport għandu jindika kwalunkwe kost imġarrab skont il-paragrafu 2 li qabeż l-ammont tal-kostijiet stmati għas-sena n-1, jew kwalunkwe surplus tal-kostijiet stmati għas-sena n-1 meta mqabbel mal-kostijiet imġarrba f’dik is-sena skont il-paragrafu 2, kif applikabbli.
5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport skont il-paragrafu 1 fuq is-sit web tagħha.
Artikolu 9
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Il-kostijiet skont l-Artikolu 2(1) u (2) diġà mġarrba jew ippjanati għall-perjodu mis-16 ta’ Novembru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2023 jistgħu jiżdiedu mal-ewwel stima tal-kostijiet li tirreferi għall-perjodu 2024 skont l-Artikolu 6(1) sakemm ma jkunux diġà koperti mill-approprjazzjonijiet inizjali vvutati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2023.
2. L-ewwel rapport skont l-Artikolu 8 għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2024 u għandu jinkludi l-perjodu mis-16 ta’ Novembru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2023. Għall-fini tal-identifikazzjoni tal-kostijiet imġarrba skont l-Artikolu 8(2), il-kostijiet imħallsa mill-approprjazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indikati separatament u ma għandhomx jitqiesu għall-fini tal-bilanċ imsemmi fl-Artikolu 8(4).
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(5) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
ANNESS I
Lista mhux eżawrjenti tan-nefqa operazzjonali u amministrattiva
L-entrati li ġejjin marbuta mat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) 2022/2065 jistgħu jitqiesu għall-finijiet tal-Artikolu 2(2), il-punt (b):
|
— |
stima prudenzjali ta’ kwalunkwe missjonijiet imwettqa fl-eżerċitar tas-setgħat assenjati lill-Kummissjoni skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2022/2065, filwaqt li titqies stima tal-għadd ta’ servizzi deżinjati; |
|
— |
il-kostijiet stmati għal-laqgħat fiżiċi tal-Bord Ewropew għas-Servizzi Diġitali skont ir-Regolament (UE) 2022/2065; |
|
— |
l-attendenza ppjanata fi jew l-organizzazzjoni ta’ kwalunkwe laqgħat jew avvenimenti relatati mal-iżvilupp ta’ għarfien espert u ta’ kapaċitajiet relatati mas-superviżjoni ta’ kwistjonijiet emerġenti u sistemiċi; |
|
— |
stima prudenzjali għal studji u konsulenti esterni li jirreferu għal servizz deżinjat partikolari, inklużi l-awditi tiegħu, jew li janalizzaw kategorija partikolari ta’ riskju li tirriżulta mill-valutazzjoni tar-riskju dovuta minn servizzi deżinjati skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2022/2065; |
|
— |
kwalunkwe ftehimiet eżistenti jew ippjanati bejn is-servizzi tal-Kummissjoni, ma’ korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni jew kwalunkwe awtorità nazzjonali oħra dwar l-analiżi li tirfed l-iskrutinju superviżorju tas-servizzi deżinjati; |
|
— |
kull żvilupp jew użu ta’ kwalunkwe għodda jew ambjent diġitali, inkluż software u APIs, iddisinjati speċifikament biex janalizzaw, jissorveljaw u jittestjaw il-funzjonament ta’ kwalunkwe servizz deżinjat għall-fini li tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament (UE) 2022/2065; |
|
— |
stima prudenzjali għall-aċċess għall-bażijiet tad-data u t-twettiq ta’ stħarriġiet bl-għan li jiġu identifikati s-servizzi li għandhom jiġu deżinjati u biex jiġi vvalutat l-impatt tal-funzjonament tas-servizzi deżinjati fir-rigward tal-aspetti rregolati bir-Regolament (UE) 2022/2065; |
|
— |
stima prudenzjali tan-nefqa relatata mal-istabbiliment, l-akkwist, il-liċenzjar, is-sottoskrizzjoni, l-iżvilupp, il-manutenzjoni u t-tħaddim tas-sistema ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) 2022/2065 u tal-bażi tad-data ġestita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) 2022/2065. |
ANNESS II
Il-koeffiċjent U
|
L-għadd ta’ rieċevituri attivi medji fix-xahar tas-servizz deżinjat (f’miljuni, aġġustat ’l isfel għall-ewwel ċifra deċimali) |
Koeffiċjent |
|
45 -54,9 |
1 |
|
55 -64,9 |
1,2 |
|
65 -74,9 |
1,4 |
|
75 -84,9 |
1,6 |
|
85 -94,9 |
1,8 |
|
95 -104,9 |
2 |
|
Għal kwalunkwe ammont ogħla minn 105 mil jew inqas minn 45mil (fl-istennija tal-effetti ta’ kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 33(5) tar-Regolament (UE) 2022/2065): kategorija kull 10 mil riċevitur attiv, bil-koeffiċjent U korrispondenti kkalkulat bħala |
|
|
9.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/26 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1128
tal-24 ta’ Marzu 2023
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 biex jipprevedi formalitajiet doganali ssimplifikati għal negozjanti fdati u biex jintbagħtu pakketti lejn l-Irlanda ta’ Fuq minn parti oħra tar-Renju Unit
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(a), 131(a), 160 u 183 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”) ġie konkluż f’isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020. Il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 126 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, li matulu d-dritt tal-Unjoni kompla japplika għar-Renju Unit u fih, f’konformità mal-Artikolu 127 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ (il-“perjodu ta’ tranżizzjoni”), intemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. |
|
(2) |
Il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (il-“Protokoll”) jifforma parti integrali mill-Ftehim dwar il-Ħruġ. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 6(3) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-Artikolu 5(3) u (4) tal-Protokoll, il-leġiżlazzjoni doganali kif iddefinita fil-punt (2) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u l-atti tal-Unjoni li jissupplimentawh jew jimplimentawh tapplika għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. |
|
(4) |
B’konsegwenza ta’ dan, f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (3), il-merkanzija miġjuba lejn l-Irlanda ta’ Fuq minn parti oħra tar-Renju Unit trid tkun koperta minn dikjarazzjoni doganali bis-sett tad-data stabbilit għall-merkanzija rrilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-kolonna H1 tal-Anness B ta’ dan ir-Regolament, li tinkludi aktar minn 80 element tad-data. |
|
(5) |
Biex jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi fl-Irlanda ta’ Fuq, il-formalitajiet doganali jenħtieġ li jiġu ffaċilitati għall-operaturi ekonomiċi (“negozjanti fdati”) awtorizzati, skont l-Artikoli 9 sa 11 tad-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (4) (“id-Deċiżjoni Nru 1/2023”), li jdaħħlu fl-Irlanda ta’ Fuq minn parti oħra tar-Renju Unit permezz ta’ trasport dirett, merkanzija li titqies li mhix f’riskju li sussegwentement tiġi mċaqilqa fl-Unjoni waħedha jew bħala parti minn oġġett ieħor skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll (“merkanzija mhux f’riskju”). Għal dak l-għan, jenħtieġ li jitfassal sett tad-data mnaqqas ħafna (H8) biex tali merkanzija tiġi rrilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera. |
|
(6) |
Jeħtieġ jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet biex in-negozjanti fdati jkunu jistgħu jibbenefikaw mis-simplifikazzjoni doganali li tikkonsisti fid-dħul fir-rekords tad-dikjarant meta jdaħħlu merkanzija mhux f’riskju fl-Irlanda ta’ Fuq minn parti oħra tar-Renju Unit permezz ta’ trasport dirett, anke meta n-negozjanti fdati ma jissodisfawx il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. |
|
(7) |
Biex jiġi ffaċilitat il-moviment ta’ merkanzija mhux f’riskju li hija ta’ natura mhux kummerċjali, mibgħuta f’pakketti permezz ta’ trasport dirett minn individwu privat minn parti oħra tar-Renju Unit lil individwu privat residenti fl-Irlanda ta’ Fuq, jew ta’ merkanzija mhux f’riskju li tintbagħat f’pakketti permezz ta’ trasport dirett permezz ta’ trasportatur irreġistrat f’konformità mal-Artikoli 12 u 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/2023 (“trasportatur awtorizzat”) minn operatur ekonomiku stabbilit fir-Renju Unit lil individwu privat residenti fl-Irlanda ta’ Fuq, jixraq li jitneħħew ċerti formalitajiet doganali għal din il-merkanzija. |
|
(8) |
Biex jiġi ffaċilitat ukoll il-moviment tal-merkanzija mibgħuta f’pakketti li jiġu rritornati f’konformità mal-Artikolu 203 tal-Kodiċi lil operatur ekonomiku stabbilit fl-Irlanda ta’ Fuq minn individwu privat minn parti oħra tar-Renju Unit permezz ta’ trasportatur awtorizzat, jixraq li jitneħħew ċerti formalitajiet doganali għal din il-merkanzija peress li tiġi rritornata kif inhi lejn l-Irlanda ta’ Fuq. |
|
(9) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, jiżdiedu l-punti (55) u (56) li ġejjin:
(*1) Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 li tistabbilixxi l-arranġamenti relatati mal-Qafas ta’ Windsor [2023/819], ĠU L 102, 17.4.2023, p. 61." |
|
(2) |
fl-Artikolu 104(1), jiżdiedu l-punti (r), (s) u (t) li ġejjin:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 138, jiżdiedu dawn il-punti (k), (l) u (m):
|
|
(4) |
il-paragrafu 1 tal-Artikolu 141 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 142, jiżdied il-punt (iii) li ġej wara l-punt (c):
|
|
(6) |
L-Artikolu 143b jiżdied kif ġej: “Artikolu 143b Dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ merkanzija meqjusa li mhix f’riskju li sussegwentement tiġi mċaqilqa lejn l-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (*3) (‘il-Protokoll’) (l-Artikolu 6(2) tal-Kodiċi) Negozjant fdat jista’ jiddikjara merkanzija meqjusa li mhix f’riskju li sussegwentement tiġi mċaqilqa lejn l-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll u li tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq minn parti oħra tar-Renju Unit permezz ta’ trasport dirett għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera abbażi ta’ sett tad-data speċifiku stabbilit fl-Anness B, inkluż meta tali merkanzija tintbagħat f’pakketti lil operatur ekonomiku ieħor. L-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi sospiża jekk u sakemm l-Artikoli 7(1)(a)(ii), 7(1)(a)(iii), 7(1)(b)(ii) u l-Artikoli 9 sa 14 tad-Deċiżjoni Nru 1/2023 ma jibqgħux japplikaw. Il-Kummissjoni għandha tippubblika, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, Avviż li jindika d-data minn meta l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fis-subparagrafu preċedenti tiġi sospiża kif ukoll Avviż li jindika d-data li fiha tintemm tali sospensjoni. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-merkanzija msejħa ‘merkanzija tal-kategorija 1’ kif iddefinita fl-Anness IV tad-Deċiżjoni Nru 1/2023. (*3) Il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7).”;" |
|
(7) |
fl-Artikolu 150, il-paragrafu 1a jiżdied kif ġej: “1a. B’deroga mill-paragrafu 1, għandha tingħata awtorizzazzjoni biex tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-forma ta’ entrata fir-rekords tad-dikjarant meta:
L-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi sospiża jekk u sakemm l-Artikoli 7(1)(a)(ii), 7(1)(a)(iii), 7(1)(b)(ii) u l-Artikoli 9 sa 14 tad-Deċiżjoni Nru 1/2023 ma jibqgħux japplikaw. Il-Kummissjoni għandha tippubblika, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, Avviż li jindika d-data minn meta l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fis-subparagrafu preċedenti tiġi sospiża kif ukoll Avviż li jindika d-data li fiha tintemm tali sospensjoni. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-merkanzija msejħa ‘merkanzija tal-kategorija 1’ kif iddefinita fl-Anness IV tad-Deċiżjoni Nru 1/2023.” |
|
(8) |
l-Anness B huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I; |
|
(9) |
jiddaħħal Anness 52-02 ġdid kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(10) |
jiddaħħal Anness 52-03 ġdid kif stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-30 ta’ Settembru 2024, dment li ż-żewġ dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 23(5) tad-Deċiżjoni Nru 1/2023 ikunu saru fi ħdan dak il-Kumitat Konġunt:
Jekk iż-żewġ dikjarazzjonijiet imsemmija fit-tieni paragrafu jkunu saru qabel t-30 ta’ Settembru 2024 jew jekk xi waħda minn dawn id-dikjarazzjonijiet ma tkunx saret sa dik id-data, ir-Regolament għandu japplika mill-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih tkun saret l-aħħar waħda minn dawn id-dikjarazzjonijiet.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jindika d-data minn meta jibda japplika dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 li tistabbilixxi l-arranġamenti relatati mal-Qafas ta’ Windsor [2023/819], ĠU L 102, 17.4.2023, p. 61.
ANNESS I
L-Anness B tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 huwa emendat kif ġej:
|
a) |
fit-Titolu I, il-Kapitolu 2, fit-Taqsima 1, wara r-ringiela marbuta mal-kolonna H7, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:
|
|
(b) |
fit-Titolu I, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 11, wara l-kolonna H7, tiddaħħal il-kolonna li ġejja:
|
|
(c) |
fil-Kapitolu 3, it-Taqsima 12, il-kolonna I2, fir-ringiela 11 09 000 000 “[86]” tiddaħħal taħt [1]; |
|
(d) |
fil-Kapitolu 3, it-Taqsima 12, fil-kolonna I2, fir-ringiela 12 01 003 000 “[86]” tiddaħħal taħt A; |
|
(e) |
fil-Kapitolu 3, it-Taqsima 12, fil-kolonna I2, fir-ringiela 12 01 004 000 “[86]” tiddaħħal taħt A; |
|
(f) |
fil-Kapitolu 3, it-Taqsima 12, il-kolonna I2, fir-ringiela 12 01 005 000 “[86]” tiddaħħal taħt A; |
|
(g) |
fil-Kapitolu 3, it-Taqsima 12, fil-kolonna I2, fir-ringiela 12 01 006 000 “[86]” tiddaħħal taħt A; |
|
(h) |
fil-Kapitolu 3, it-Taqsima 12, fil-kolonna I2, fir-ringiela 12 01 007 000 “[86]” tiddaħħal taħt A; |
|
(i) |
fil-Kapitolu 3, it-Taqsima 12, il-kolonna I2, fir-ringiela 18 06 003 000 “[86]” tiddaħħal taħt [25]; |
|
(j) |
fil-Kapitolu 3, it-Taqsima 12, il-kolonna I2, fir-ringiela 19 07 000 000 “[86]” tiddaħħal taħt [62]; |
|
(k) |
fil-Kapitolu 3, it-Taqsima 13, dan li ġej jiddaħħal wara [73]:
|
|
(l) |
Fit-Titolu II, fin-noti tal-element tad-data, 11 03 000 000 Numru tal-oġġett tal-merkanzija, it-test “Il-kolonni A1 sa A3, B1 sa B4, C1, D1, D2, E1, E2, H1 sa H7 u I1 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonni A1 sa A3, B1 sa B4, C1, D1, D2, E1, E2, H1 sa H8 u I1 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:”; |
|
(m) |
Fit-Titolu II, fin-noti tal-klassi tad-data, 12 01 000 000 Dokument preċedenti, it-test “Il-kolonni A3, B1, C1, C2, D1 sa D3, H1 sa H6, I1 u I2 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonni A3, B1, C1, C2, D1 sa D3, H1 sa H6 u H8, I1 u I2 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:”; |
|
(n) |
Fit-Titolu II, fin-noti tas-subklassi tad-data, 12 01 001 000 Numru ta’ Referenza, it-test “Il-kolonni H1 sa H5, I1 u I2 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonni H1 sa H5, H8, I1 u I2 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:”; |
|
(o) |
Fit-Titolu II, fin-noti tas-subklassi tad-data, 12 03 001 000 Numru ta’ referenza, it-test “Il-kolonni B1 sa B4, C1, H1 sa H7 u I1 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonni B1 sa B4, C1, H1 sa H8 u I1 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:”; |
|
(p) |
Fit-Titolu II, fin-noti tas-subklassi tad-data, 12 05 001 000 Numru ta’ Referenza, it-test “Il-kolonni G2 sa G5, H1 sa H7, I1 u I2 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonni G2 sa G5, H1 sa H8, I1 u I2 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:”; |
|
(q) |
Fit-Titolu II, fin-noti tal-klassi tad-data, 13 01 000 000 Esportatur, it-test “Il-kolonni H1, H3, H4 u I1 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonni H1, H3, H4, H8 u I1 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:”; |
|
(r) |
Fit-Titolu II, fin-noti tal-element tad-data, 13 01 017 000 Numru ta’ identifikazzjoni, it-test “Il-kolonni H1, H3 u H4 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonni H1, H3, H4 u H8 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:”; |
|
(s) |
Fit-Titolu II, fin-noti tal-element tad-data, 16 03 000 000 Pajjiż tad-destinazzjoni, it-test “Il-kolonni H1, H2 u H5 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonni H1, H2, H5 u H8 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:”; |
|
(t) |
Fit-Titolu II, fin-noti tal-element tad-data, 18 04 000 000 Massa grossa, it-test “Il-kolonni B1 sa B4, C1, H1 sa H6, I1 u I2 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonni B1 sa B4, C1, H1 sa H6, H8, I1 u I2 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:” u t-test “Il-kolonni B1 sa B4, C1, D1 sa D3, H1 sa H7, I1 u I2 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonni B1 sa B4, C1, D1 sa D3, H1 sa H8, I1 u I2 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data”; |
|
(u) |
Fit-Titolu II, fin-noti tal-element tad-data, 18 05 000 000 Deskrizzjoni tal-merkanzija, it-test “Il-kolonni B1, B2, H1 sa H5 u I1 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonni B1, B2, H1 sa H5, H8 u I1 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:”; |
|
(v) |
Fit-Titolu II, fin-noti tal-element tad-data, 18 09 000 000 Kodiċi tal-komodità, it-test “Il-kolonni B1 sa B4, C1, H1 sa H7 u I1 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonni B1 sa B4, C1, H1 sa H8 u I1 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:”. |
ANNESS II
“ANNESS 52-02
Informazzjoni li għandha tingħata mit-trasportatur f’konformità mal-Artikolu 141(1)(d)(vi)
(1)
Isem it-trasportatur
(2)
Isem u indirizz tal-kunsinnatur f’parti mir-Renju Unit għajr l-Irlanda ta’ Fuq
(3)
Isem u indirizz tad-destinatarju fl-Irlanda ta’ Fuq
(4)
Post tal-kunsinna fl-Irlanda ta’ Fuq jekk ikun differenti mill-indirizz tad-destinatarju
(5)
Deskrizzjoni tal-merkanzija b’lingwaġġ sempliċi fil-livell tal-konsenja
(6)
Numru ta’ imballaġġi/biċċiet li ntbagħtu bil-baħar
(7)
Piż gross
(8)
Valur (meta magħruf)
(9)
Data tal-konsenja
ANNESS III
“ANNESS 52-03
Elementi tad-data li għandhom jingħataw mit-trasportatur f’konformità mal-ewwel subparagrafu fl-Artikolu 141(1)(d)(vii) u (viii)
|
Isem l-element tad-data |
Deskrizzjoni |
||
|
Numru tal-oġġett li jinsab f’kull pakkett kopert mid-dikjarazzjoni, meta jkun hemm iktar minn oġġett wieħed ta’ merkanzija |
||
|
Jekk applikabbli, referenza għal kwalunkwe dokument magħmul b’appoġġ għad-dikjarazzjoni |
||
|
Jekk disponibbli, in-numru ta’ referenza tad-dokument tat-trasport |
||
|
Numru ta’ referenza tat-traċċar tal-pakkett |
||
|
Referenza għall-awtorizzazzjoni maħruġa f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija |
||
|
Fil-kuntest tal-Artikolu 141(1)(d)(vii), huwa l-isem u l-indirizz tal-operatur ekonomiku stabbilit fir-Renju Unit li jibgħat il-pakkett tal-individwu privat residenti fl-Irlanda ta’ Fuq. Fil-kuntest tal-Artikolu 141(1)(d)(viii), huwa l-isem u l-indirizz tal-individwu privat tar-Renju Unit għajr l-Irlanda ta’ Fuq li jirritorna l-pakkett lil operatur ekonomiku fl-Irlanda ta’ Fuq. |
||
|
Fil-kuntest tal-Artikolu 141(1)(d)(vii), huwa l-isem u l-indirizz tal-individwu privat (il-konsumatur finali) residenti fl-Irlanda ta’ Fuq li jintbagħatlu l-pakkett. Fil-kuntest tal-Artikolu 141(1)(d)(viii), huwa l-isem u l-indirizz tal-operatur ekonomiku fl-Irlanda ta’ Fuq li jintbagħatlu lura l-pakkett |
||
|
Il-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni jew li ssir id-dikjarazzjoni f’isimha |
||
|
Għandu jingħata meta jkun differenti mid-dikjarant |
||
|
Valur totali tal-merkanzija inkluża fil-pakkett |
||
|
B’mod awtomatiku, ir-reġjun tad-destinazzjoni għandu jkun l-Irlanda ta’ Fuq |
||
|
Il-post fejn fil-fatt jiġi kkonsenjat il-pakkett kif magħruf fil-ħin tas-sottomissjoni tad-data. Għandu jingħata jekk ikun differenti mill-indirizz tal-importatur |
||
|
Piż totali tal-pakkett |
||
|
Deskrizzjoni b’lingwaġġ sempliċi li tkun preċiża biżżejjed biex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jidentifikaw il-merkanzija |
||
|
Kodiċi tal-komodità b’sitt ċifri |
||
|
Indikazzjoni li l-merkanzija fil-pakkett tikkwalifika bħala merkanzija ritornata f’konformità mal-Artikolu 138(m) |
|
9.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/42 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1129
tat-2 ta’ Ġunju 2023
li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għas-sawrell fiż-żona 8C għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2023. |
|
(2) |
Skont it-tagħrif li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tas-sawrell li, l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż, għamlu fiż-żona 8 c, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2023. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-2023 għall-Portugall għall-istokk tas-sawrell fiż-żona 8 c msemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
1. Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.
2. It-trażbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, iż-żamma fil-gaġeġ, it-tismin u l-ħatt l-art tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti għandu jibqa’ awtorizzat għall-qbid li jsir qabel dik id-data.
3. Il-qbid mhux intenzjonat tal-ispeċi minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandu jinġieb u jinżamm abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġi rreġistrat, jinħatt l-art u jinqata’ mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
ANNESS
|
Nru |
01/TQ194 |
|
Stat Membru |
Il-Portugall |
|
Stokk |
JAX/08C. (inkluża l-kundizzjoni speċjali JAX/* 09.) |
|
Speċi |
Sawrell (Trachurus spp.) |
|
Żona |
8c |
|
Data tal-Għeluq |
18.5.2023 |
|
9.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/45 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1130
tat-2 ta’ Ġunju 2023
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem irreġistrat fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Moutarde de Bourgogne” (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 53(1), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Moutarde de Bourgogne”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1131/2009 (2). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, għalhekk jenħtieġ li l-modifika tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Moutarde de Bourgogne” (IĠP), hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1131/2009 tal-24 ta’ Novembru 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Moutarde de Bourgogne (IGP)] (ĠU L 310, 25.11.2009, p. 22).
|
9.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/46 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1131
tal-5 ta’ Ġunju 2023
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||||||||
|
Gummies tal-vitamini fil-forma ta’ orsijiet oranġjo, b’piż medju ta’ madwar 3 g kull waħda, u gummy waħda li tikkonsisti fi (% skont il-piż):
Barra minn hekk, gummy waħda għandha kontenut ta’ bejn 10 u 100 % tad-doża rakkomandata ta’ kuljum tal-vitamini u l-minerali li ġejjin:
Addizzjonalment, huma preżenti s-sustanzi li ġejjin: Beta-karoten, luteina, likopen, pektina, ċitrat tas-sodju, aċidu ċitriku, żejt veġetali u togħma ta’ larinġ naturali. Il-prodott huwa ppreżentat għall-bejgħ bl-imnut biex tinżamm is-saħħa jew il-benesseri ġenerali. Il-konċentrazzjoni ta’ vitamini, minerali u d-doża rakkomandata ta’ kuljum (gummy waħda kuljum) huma indikati fuq it-tikketta. |
2106 90 98 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota Addizzjonali 5 tal-Kapitolu 21, in-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 30, u l-kliem tal-kodiċijiet NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 98 . Minħabba l-kontenut għoli ta’ vitamini tiegħu, il-prodott tilef il-karatteristiċi ta’ ħlewwiet taz-zokkor tal-intestatura 1704 (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-Kapitolu 17, Ġenerali (esklużjoni), il-punt (b)). Il-kompożizzjoni tal-prodott u t-tikkettar, li inter alia jinkludi informazzjoni dwar l-ammont ta’ vitamini għal kull unità ta’ doża, jindikaw li l-prodott huwa preparat tal-ikel għaż-żamma tas-saħħa jew tal-benesseri ġenerali (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 2106 , il-punt (16)). Il-prodott ma jissodisfax ir-rekwiżiti tan-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 30, u għalhekk ma jistax jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 3004 . Konsegwentement, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 2106 90 98 bħala preparat tal-ikel mhux speċifikati jew inklużi banda oħra. |
|
9.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/49 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1132
tat-8 ta’ Ġunju 2023
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ sustanzi karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni soġġetti għal restrizzjonijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 68(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-entrati 28, 29 u 30 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq u l-użu għall-forniment lill-pubbliku ġenerali ta’ sustanzi li huma kklassifikati bħala sustanzi karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), tal-kategoriji 1 A jew 1B, u elenkati fl-Appendiċijiet 1 sa 6 ta’ dak l-Anness, u ta’ taħlitiet li jkun fihom sustanzi bħal dawn f’konċentrazzjonijiet ogħla minn dawk speċifikati. |
|
(2) |
Is-sustanzi kklassifikati bħala CMR huma elenkati fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(3) |
L-Appendiċijiet 2 u 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jenħtieġ li jiġu emendati sabiex jirriflettu l-klassifikazzjoni l-ġdida tas-sustanzi bħala CMR fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/692 (3). Għalhekk jixraq li s-sustanzi CMR tal-kategoriji 1 A jew 1B li għadhom kif ġew ikklassifikati jiddaħħlu fl-Appendiċijiet 2 u 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
|
(4) |
Il-klassifikazzjoni l-ġdida tas-sustanzi fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 se tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2023. Għalhekk, ir-restrizzjoni introdotta b’dan ir-Regolament fir-rigward tas-sustanzi kklassifikati bir-Regolament (UE) 2022/692 bħala CMR tal-kategorija 1 A jew 1B jenħtieġ li tapplika mill-istess data. Id-data tal-applikazzjoni ma tipprevjenix lill-operaturi milli japplikaw ir-restrizzjonijiet relatati mas-sustanzi CMR tal-kategorija 1 A jew 1B elenkati fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2022/692 iktar kmieni. |
|
(5) |
Għadd ta’ entrati fi grupp huma inklużi fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. F’ċerti każijiet, hemm rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni għal sustanzi speċifiċi li jkunu koperti bl-entrata għal grupp. F’dawn il-każijiet entrata speċifika tiġi inkluża fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza u l-entrata għal grupp f’dak ir-Regolament imbagħad tiġi annotata bil-frażi “minbarra dawk speċifikati xi mkien ieħor f’dan l-Anness”. Għalhekk, l-inkorporazzjoni ta’ dawk is-sustanzi fl-Appendiċijiet 1 sa 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jeħtieġ li tirrifletti dik l-annotazzjoni li tirreferi għall-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Madankollu, it-test fl-entrati bin-numri tal-indiċi 033-005-00-1, 050-008-00-3, 082-001-00-6, 609-026-00-2 u 650-017-00-8 jidher li jirreferi għal Anness tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 minflok l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawk l-entrati jiġu adattati skont dan. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punti (2) u (5) tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Diċembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/692 tas-16 ta’ Frar 2022 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 129, 3.5.2022, p. 1).
ANNESS
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Appendiċi 1, l-entrata bin-numru tal-indiċi 033-005-00-1 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Appendiċi 2, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk:
|
|
(3) |
fl-Appendiċi 2, l-entrata bin-numru tal-indiċi 650-017-00-8 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(4) |
fl-Appendiċi 5, l-entrata bin-numru tal-indiċi 082-001-00-6 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(5) |
fl-Appendiċi 6, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk:
|
|
(6) |
fl-Appendiċi 6, l-entrati bin-numri tal-indiċi 050-008-00-3 u 609-026-00-2 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
9.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/54 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1133
tat-8 ta’ Ġunju 2023
li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Superficid express” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta’ April 2019, Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH issottomettiet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 (2) għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-istess prodott bijoċidali uniku, kif imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, imsemmi “Superficid express”, tat-tipi ta’ prodott 2 u 4, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-FD051101-74 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali (“ir-Reġistru”). L-applikazzjoni indikat ukoll in-numru tal-applikazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Knieler & Team Propanol Family”, irreġistrata fir-Reġistru bin-numru tal-każ BC-AQ050985-22. |
|
(2) |
L-istess prodott bijoċidali uniku “Superficid express” fih il-propan-1-ol u l-propan-2-ol bħala s-sustanzi attivi, li huma inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tipi ta’ prodott 2 u 4. |
|
(3) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2021, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, l-Aġenzija ssottomettiet lill-Kummissjoni opinjoni (3) u l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali (“SPC”) tas-“Superficid express”. |
|
(4) |
L-opinjoni tikkonkludi li d-differenzi proposti bejn l-istess prodott bijoċidali uniku u l-prodott bijoċidali ta’ referenza relatat huma limitati għall-informazzjoni li tista’ tkun soġġetta għal bidla amministrattiva f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 (4), u li abbażi tal-valutazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Knieler & Team Propanol Family” u soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, l-istess prodott bijoċidali uniku jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(5) |
Fl-24 ta’ Ottubru 2022, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni l-abbozz tal-SPC fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk tqis li jixraq li tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-istess prodott bijoċidali uniku “Superficid express”. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0027677-0000 lil Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH biex tqiegħed l-istess prodott bijoċidali uniku “Superficid express” fis-suq u għall-użu tiegħu, f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbilit fl-Anness.
L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mid-29 ta’ Ġunju 2023 sal-31 ta’ Lulju 2032.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 tas-6 ta’ Mejju 2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti bijoċidali li huma l-istess skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 4).
(3) L-opinjoni tal-ECHA għal ‘Superficid express’, it-8 ta’ Diċembru 2021, https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4).
ANNESS
Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal prodott bijoċidali
Superficid express
Prodott tip 2 — Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-applikazzjoni diretta fuq il-bnedmin jew fuq l-annimali (Diżinfettanti)
Prodott tip 4 — Qasam tal-ikel u tal-għalf (Diżinfettanti)
Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0027677-0000
Numru tal-ass R4BP: EU-0027677-0000
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Isem (ismijiet) kummerċjali tal-prodott
|
Isem kummerċjali |
Superficid express Bactesil Express IPA Express Twoalko Express MicrobaX Express Alkodes Express Septokil Express Mastersept Express Descoficid Bactoficid Express Supergerm Express Superdes Express Septospace |
1.2. Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni |
Isem |
Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH |
|
Indirizz |
Kaiser-Wilhelm-Str. 133, 12247 Berlin Ġermanja |
|
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
EU-0027677-0000 |
|
|
Numru tal-ass R4BP |
EU-0027677-0000 |
|
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
Id-29 ta’ Ġunju 2023 |
|
|
Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni |
Il-31 ta’ Lulju 2032 |
|
1.3. Manifattur(i) tal-prodott
|
L-isem tal-manifattur |
Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, |
|
L-indirizz tal-manifattur |
Kaiser-Wilhelm-Str. 133, 12247 Berlin Ġermanja |
|
Post ta 'siti ta' manifattura |
Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Kaiser-Wilhelm-Str. 133, 12247 Berlin Ġermanja A.F.P. Antiseptica Forschungs- und Produktionsgesellschaft mbH, Otto-Brenner-Straße 16-18, 21337 Lüneburg Ġermanja Sterisol AB, Kronoängsgatan 3, S 59223 Vadstena Isvezja |
1.4. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)
|
Sustanza attiva |
Propan-1-ol |
|
L-isem tal-manifattur |
OQ Chemicals GmbH (formerly Oxea GmbH) |
|
L-indirizz tal-manifattur |
Rheinpromenade 4a, 40789 Monheim am Rhein Ġermanja |
|
Post ta 'siti ta' manifattura |
OQ Chemicals Corperation (formerly Oxea Coperation), 2001 FM 3057 TX, 77414 Bay City Istati Uniti |
|
Sustanza attiva |
Propan-1-ol |
|
L-isem tal-manifattur |
BASF SE |
|
L-indirizz tal-manifattur |
Carl-Bosch-Str. 38, 67056 Ludwigshafen Ġermanja |
|
Post ta 'siti ta' manifattura |
BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67056 Ludwigshafen Ġermanja |
|
Sustanza attiva |
Propan-2-ol |
|
L-isem tal-manifattur |
INEOS Solvent Germany GmbH |
|
L-indirizz tal-manifattur |
Römerstrasse 733, 47443 Moers Ġermanja |
|
Post ta 'siti ta' manifattura |
INEOS Solvent Germany GmbH, Römerstrasse 733, 47443 Moers Ġermanja INEOS Solvent Germany GmbH, Shamrockstrasse 88, 44623 Herne Ġermanja |
2. KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva fuq il-kompożizzjoni tal-prodott
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
|
Propan-1-ol |
|
Sustanza attiva |
71-23-8 |
200-746-9 |
14,3 |
|
Propan-2-ol |
|
Sustanza attiva |
67-63-0 |
200-661-7 |
63,14 |
2.2. Tip ta’ formulazzjoni
AL — Kwalunkwe likwidu ieħor
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U PREKAWZJONI
|
Dikjarazzjonijiet dwar Periklu |
Likwidu u fwar li jieħdu n-nar malajr ħafna. Jagħmel ħsara serja lill-għajnejn. Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament. Espożizzjoni ripetuta tista' tikkaġuna nixfa jew qsim tal-ġilda. |
|
Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni |
Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. — Tpejjipx. Żomm il-kontenitur magħluq sew. Evita li tibla' bin-nifs fwar. Uża biss barra jew f’post ventilat sew. Ilbes protezzjoni għall-għajnejn. JEKK JINĠIBED MAN-NIFS:Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs. JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b'attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. Sejjaħ minnufih ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib. Aħżen f’post b'ventilazzjoni tajba.Żomm frisk. Aħżen f'post imsakkar. Armi il-kontenitur fi punt tal-ġbir tal-iskart awtorizzat. |
4. UŻU(IJIET) AWTORIZZATI
4.1. deskrizzjoni użu
Tabella 1.
Uża # 1 — Diżinfezzjoni RTU ta’ uċuħ żgħar iebsa u mhux porużi, likwidu
|
Tip ta’ Prodott |
TP 02 — Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali |
|
Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
Mhux rilevanti. |
|
Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta' żvilupp) |
isem xjentifiku: ebda data isem komuni: Bacteria istadju iżvilupp: ebda data isem xjentifiku: ebda data isem komuni: Yeasts istadju iżvilupp: ebda data isem xjentifiku: ebda data isem komuni: Enveloped viruses istadju iżvilupp: ebda data |
|
Qasam tal-użu |
Indoor faċilitajiet tal-kura tas-saħħa u industrija tal-farmaċewtika u l-kożmetika, ambjenti viċin il-pazjenti, żoni tax-xogħol/skrivaniji, tagħmir ġenerali (minbarra uċuħ li jiġu f’kuntatt mal-ikel): diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar iebsa/mhux porużi. Għal użu professjonali biss. |
|
Metodu(i) ta’ applikazzjoni |
Metodu: applikazzjoni manwali Deskrizzjoni dettaljata: Diżinfettant tal-uċuħ lest biex jintuża f’temperatura tal-kamra (20±2 °C). Il-wiċċ sħiħ li jrid jiġi diżinfettat jiġi mxarrab billi tferra jew tisprejja minn ftit distanza ’l bogħod u mbagħad timsħu sew b’biċċa. L-ammont tal-prodott għandu jkun biżżejjed (massimu 50 mL/m2) biex iżżomm il-wiċċ imxarrab matul il-ħin ta’ kuntatt. |
|
Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta 'Applikazzjoni: Ħin minimu tal-esponiment: • għall-kontroll tal-batterji, fungi uniċellulari u vajruses b’involukru: 60 sek Dilwizzjoni (%): Prodott lest għall-użu Numru u ħin tal-applikazzjoni: Frekwenza raġonevoli ta’ diżinfezzjoni f’kamra ta’ pazjent hija 1-2 kuljum. In-numru ta’ applikazzjonijiet massimi huwa 6 kuljum. M’hemm għalfejn jiġu kkunsidrati l-ebda intervalli ta’ sigurtà bejn il-fażijiet ta’ applikazzjoni. |
|
Kategorija(i) tal-utenti |
industrijali professjonali |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Flixkun ta’ 125, 150, 500, u 1 000 ml tal-polietilena ta’ densità għolja (HDPE) trasparenti/abjad b’tappijiet flip top tal-polypropilena (PP) (aċċessorju: tapp bil-kamin tal-PP b’ras għall-isprejjar); Reċipjent ċilindriku ta’ 5 000 ml tal-HDPE trasparenti/abjad b’tapp bil-kamin tal-HDPE. |
4.1.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu
L-uċuħ iridu jkunu dejjem viżibbilment nodfa qabel id-diżinfezzjoni. In-numru ta’ applikazzjonijiet massimi huwa 6 kuljum.
4.1.2. Miżuri ta 'mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.1.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta 'emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.1.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.1.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.2. deskrizzjoni użu
Tabella 2.
Uża # 2 — Diżinfezzjoni RTU ta’ uċuħ żgħar iebsa u mhux porużi, likwidu
|
Tip ta’ Prodott |
TP 04 — Żoni tal-ikel u tal-għalf |
|
Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
Mhux rilevanti. |
|
Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta' żvilupp) |
isem xjentifiku: ebda data isem komuni: Bacteria istadju iżvilupp: ebda data isem xjentifiku: ebda data isem komuni: Yeasts istadju iżvilupp: ebda data |
|
Qasam tal-użu |
Indoor faċilitajiet tal-kura tas-saħħa u fl-industrija tal-ikel, preparazzjoni u mmaniġġjar tal-ikel fi kċejjen/ristoranti: diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar iebsa/mhux porużi. Għal użu professjonali biss. |
|
Metodu(i) ta’ applikazzjoni |
Metodu: applikazzjoni manwali Deskrizzjoni dettaljata: Diżinfettant tal-uċuħ lest biex jintuża f’temperatura tal-kamra (20±2 °C). Il-wiċċ sħiħ li jrid jiġi diżinfettat jiġi mxarrab billi tferra jew tisprejja minn ftit distanza ’l bogħod u mbagħad timsħu sew b’biċċa. L-ammont tal-prodott għandu jkun biżżejjed (massimu 50 ml/m2) biex iżżomm il-wiċċ imxarrab matul il-ħin ta’ kuntatt. |
|
Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta 'Applikazzjoni: Ħin minimu tal-esponiment: għall-kontroll tal-batterji u fungi uniċellulari f’temperatura ta’ 20°C: 60 sek Dilwizzjoni (%): Prodott lest għall-użu Numru u ħin tal-applikazzjoni: Il-prodotti jistgħu jintużaw kemm-il darba jkun meħtieġ. Frekwenza raġonevoli fil-kċejjen hija 1-2 kuljum. M’hemm għalfejn jiġu kkunsidrati l-ebda intervalli ta’ sigurtà bejn il-fażijiet ta’ applikazzjoni. |
|
Kategorija(i) tal-utenti |
industrijali professjonali |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Flixkun ta’ 125, 150, 500, u 1 000 ml tal-polietilena ta’ densità għolja (HDPE) trasparenti/abjad b’tappijiet flip top tal-polypropilena (PP) (aċċessorju: tapp bil-kamin tal-PP b’ras għall-isprejjar); Reċipjent ċilindriku ta’ 5 000 ml tal-HDPE trasparenti/abjad b’tapp bil-kamin tal-HDPE. |
4.2.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu
L-uċuħ iridu jkunu dejjem viżibbilment nodfa qabel id-diżinfezzjoni.
4.2.2. Miżuri ta 'mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.2.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta 'emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.2.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.2.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
5. DIREZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)
5.1. Istruzzjonijiet għall-użu
Għal użu professjonali biss.
5.2. Miżuri ta 'mitigazzjoni ta' riskju
Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal.
L-użu ta’ protezzjoni għall-għajnejn matul l-immaniġġjar tal-prodott huwa mandatorju.
5.3. Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta 'emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
Miżuri tal-ewwel għajnuna ġenerali: Ċaqlaq il-persuna affettwata miż-żona kontaminata u ħudha post ieħor. Ikseb parir/attenzjoni medika jekk tħossok ma tiflaħx. Jekk possibbli uri din il-folja.
JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Ħu l-persuna f’post fejn hemm arja friska u żommha mistrieħa f’pożizzjoni komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. Ċempel ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.
F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Aħsel il-ġilda b’ħafna ilma immedjatament. Imbagħad neħħi l-ħwejjeġ kontaminati kollha u aħsilhom qabel terġa’ tilbishom. Kompli aħsel il-ġilda bl-ilma għal 15-il minuta. Ċempel ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.
JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ immedjatament bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal mill-inqas 15-il minuta. Ċempel 112/ambulanza għal assistenza medika.
Informazzjoni għall-istaff tal-kura tas-saħħa/tabib: L-għajnejn iridu wkoll jiġu mlaħalħa ripetutament sakemm tkunu fit-triq għat-tabib jekk ikun hemm esponiment tal-għajn għal kimiċi alkalini (pH > 11), amini u aċidi bħal aċidu aċetiku, aċidu formiku jew aċidu propjoniku.
JEKK JINBELA’: Laħlaħ il-ħalq immedjatament. Agħti xi ħaġa x’tixrob, jekk il-persuna esposta ma tkunx tista’ tibla’. TIPPROVOKAX ir-remettar. Ċempel 112/ambulanza għal assistenza medika.
Miżuri f’każ ta’ ħruġ aċċidentali: Waqqaf it-tnixxija jekk ma jkunx hemm periklu. Neħħi sorsi ta’ tqabbid ta’ nar. Oqgħod attent ħafna biex tevita ċarġis ta’ elettriku statiku. Ara li ma jkun hemm l-ebda fjammi mikxufin. M’hemmx tipjip.
Tħallix il-prodott jidħol fis-sistema tad-drenaġġ u sistemi pubbliċi tal-ilma. Imsaħ b’materjal assorbenti (pereżempju biċċa għall-imsiħ). Assorbi t-tixrib b’solidi inerti, bħal tafal jew trab tad-diatomi kemm jista’ jkun malajr. Iġbor b’mod mekkaniku (billi tiknes, tiġbor b’pala). Armi f’konformità mar-regolamenti lokali rilevanti.
5.4. Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
Ir-rimi jrid isir skont ir-regolamenti uffiċjali. Tbattalx ġo drejns. Tarmix mal-iskart domestiku. Armi l-kontenut/kontenitur billi tieħdu f’post awtorizzat għall-ġbir tal-iskart. Battal l-ippakkjar kompletament qabel ir-rimi. Meta jkunu totalment vojta, il-kontenituri jistgħu jiġu riċiklati bħal kwalunkwe ppakkjar ieħor.
5.5. Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Żmien kemm idum tajjeb il-prodott fuq l-ixkaffa: 24 xahar
Aħżen f’post xott, frisk u b’ventilazzjoni tajba. Żomm il-kontenitur magħluq sewwa. Żomm ’il bogħod mid-dawl tax-xemx dirett.
Temperatura rakkomandata tal-ħżin: 0-30°C
Taħżinx f’temperaturi taħt 0°C
Taħżinx viċin ikel, xorb u għalf tal-annimali. Żomm ’il bogħod minn materjal kombustibbli.
6. INFORMAZZJONI OĦRA
(1) L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħrajn għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.
|
9.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/62 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1134
tat-8 ta’ Ġunju 2023
dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni, l-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni ta’ Spodoptera frugiperda (Smith), li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/638
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1), il-punti (a), (b), (d), (e), (f), (h) u (i), u l-Artikolu 41(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Spodoptera frugiperda (Smith) (“il-pest speċifikat”) huwa elenkat fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2) bħala pest mhux magħruf li jseħħ fit-territorju tal-Unjoni. Huwa elenkat ukoll bħala pest ta’ prijorità fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 (3). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/638 (4) tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni ta’ dak il-pest. |
|
(3) |
Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/638, il-pest speċifikat kompla jinfirex malajr madwar id-dinja u lejn it-territorju tal-Unjoni. F’Jannar 2023, il-preżenza tiegħu ġiet ikkonfermata uffiċjalment f’Ċipru. |
|
(4) |
Barra minn hekk, l-għadd ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-preżenza tal-pest speċifikat fuq il-komoditajiet importati baqa’ għoli, u l-għadd ta’ speċijiet ta’ pjanti li fuqhom qiegħed jiġi interċettat il-pest speċifikat, qed jiżdied. |
|
(5) |
Minħabba t-tixrid kontinwu tal-pest speċifikat, is-sejba reċenti tiegħu fit-territorju tal-Unjoni u l-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-kummerċ ta’ ċerti pjanti, huma meħtieġa miżuri biex l-Unjoni tiġi protetta minn dak il-pest. |
|
(6) |
Għalhekk, ċerti pjanti (“pjanti speċifikati”) jenħtieġ li jiġu elenkati f’dan ir-Regolament u jkunu soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi. Il-lista ta’ pjanti speċifikati jenħtieġ li tinkludi speċijiet ta’ pjanti li l-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni kienet relatata man-nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-preżenza tal-pest speċifikat. |
|
(7) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu stħarriġ annwali għall-preżenza tal-pest speċifikat, bl-użu ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju f’konformità mal-aħħar informazzjoni xjentifika u teknika u abbażi tal-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti dwar Spodoptera frugiperda (5) ppubblikata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”). Sabiex tiġi żgurata ħarsa ġenerali aħjar lejn il-preżenza tal-pest speċifikat, l-Anness I ta’ dan ir-Regolament jelenka l-pjanti ospitanti tal-pest speċifikat, li jenħtieġ li jiġu mistħarrġa. |
|
(8) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jfasslu u jżommu aġġornat pjan ta’ kontinġenza għall-pest speċifikat f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/2031. Sabiex jinkiseb approċċ armonizzat fost l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġu adottati regoli speċifiċi li jimplimentaw l-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament fir-rigward tal-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-pest speċifikat li jiżguraw li l-pjan ikun fih l-elementi kollha meħtieġa f’każ ta’ sejbiet ġodda tal-pest speċifikat. |
|
(9) |
Sabiex jinqered il-pest speċifikat u biex jiġi pprevenut it-tixrid tiegħu fit-territorju tal-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu żoni demarkati li jikkonsistu minn żona infestata u minn żona ta’ lqugħ, u għandhom japplikaw miżuri ta’ eradikazzjoni. Iż-żona ta’ lqugħ jenħtieġ li tkun wiesa’ mill-inqas 5 km u mhux aktar minn 100 km, peress li firxa kbira bħal din hija xierqa meta jitqiesu l-kapaċità migratorja tal-pest speċifikat, il-preżenza tal-pjanti ospitanti u l-karatteristiċi ġeografiċi taż-żona. |
|
(10) |
Madankollu, f’każijiet ta’ sejbiet iżolati tal-pest speċifikat, jenħtieġ li l-istabbiliment ta’ żona demarkata ma jkunx meħtieġ jekk il-pest speċifikat ikun jista’ jiġi eliminat minn dawk il-pjanti u jekk ikun hemm evidenza li dawk il-pjanti kienu infestati qabel l-introduzzjoni tagħhom fiż-żona jew li din tkun sejba iżolata li ma hijiex mistennija twassal għall-istabbiliment tal-pest speċifikat jew sejba f’sit tal-produzzjoni b’iżolament fiżiku kontra l-pest speċifikat jew f’serra f’żoni fejn il-pest ma jistax jiġi stabbilit fuq barra. Dan huwa l-aktar approċċ proporzjonat, jekk l-istħarriġ imwettaq fiż-żona kkonċernata jikkonferma n-nuqqas tal-pest speċifikat. |
|
(11) |
Sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-pest speċifikat lejn il-bqija tat-territorju tal-Unjoni, jenħtieġ li l-istħarriġ taż-żoni ta’ lqugħ jitwettqu kull sena fl-aktar żmien xieraq tas-sena u b’intensità suffiċjenti. It-tneħħija tad-demarkazzjoni jenħtieġ li sseħħ wara stħarriġ għal żmien suffiċjenti biex jiġi kkonfermat in-nuqqas tal-pest speċifikat. |
|
(12) |
Jenħtieġ li jittieħdu miżuri speċifiċi ta’ eradikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fiż-żoni infestati għall-eradikazzjoni tal-pest speċifikat. Dawk il-miżuri jinkludu l-miżuri ta’ kontroll biex jiġi eradikat il-pest speċifikat u l-moviment tal-ħamrija miż-żona infettata. |
|
(13) |
Peress li l-pest speċifikat instab fit-territorju tal-Unjoni, huwa ġġustifikat li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċjali għall-moviment tal-pjanti speċifikati ’l barra miż-żoni demarkati. |
|
(14) |
Ir-rekwiżiti speċjali għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ frott ta’ Capsicum L., Momordica L., Solanum aethiopicum L., Solanum macrocarpon L. u Solanum melongena L. u pjanti ta’ Zea mays L., u d-dispożizzjonijiet dwar l-obbligi ta’ stħarriġ tal-Istati Membri stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/638, jenħtieġ li jiġu inklużi f’dan ir-Regolament. Dan huwa meħtieġ biex jittejbu ċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti temporali kollha fir-rigward tal-pest speċifikat. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni titħassar u tiġi sostitwita b’dan ir-Regolament. |
|
(15) |
Ir-riskju fitosanitarju tal-pest speċifikat għadu ma ġiex ivvalutat bis-sħiħ, minħabba li l-firxa tal-pjanti speċifikati tiegħu għadha inċerta. Din jeħtieġ li titlesta wara s-sejba kurrenti fit-territorju tal-Unjoni u t-tixrid u l-istabbiliment tiegħu f’pajjiżi terzi. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika sal-31 ta’ Diċembru 2025 biex jippermetti evalwazzjoni u rieżami ulterjuri tal-firxa tal-pjanti speċifikati, il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-pest speċifikat u l-effettività tal-miżuri meħuda fit-territorju tal-Unjoni. |
|
(16) |
Il-pjanti ta’ Asparagus officinalis L., minbarra z-zkuk mgħottija matul il-ħajja kollha tagħhom mill-ħamrija, it-trab tad-dakra ħaj, il-kulturi tat-tessuti tal-pjanti u ż-żrieragħ, jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti A tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. Dan huwa meħtieġ sabiex ikun hemm konformità mal-punti (c) u (e) tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li jistabbilixxi l-elenkar rispettiv tal-pjanti soġġetti għad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dawk il-punti. |
|
(17) |
Sabiex ir-riskju tal-pest speċifikat jiġi indirizzat malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Id-dispożizzjoni dwar il-pjanijiet ta’ kontinġenza jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Awwissu 2023. |
|
(18) |
Ir-rekwiżiti dwar l-introduzzjoni tal-pjanti speċifikati fl-Unjoni u l-moviment tagħhom barra miż-żoni demarkati lejn il-bqija tat-territorju tal-Unjoni, jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2023, sabiex l-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tan-negozju u l-pajjiżi terzi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dawk id-dispożizzjonijiet. |
|
(19) |
Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti ta’ Asparagus officinalis L., minbarra z-zkuk mgħottija matul il-ħajja kollha tagħhom mill-ħamrija, it-trab tad-dakra ħaj, il-kulturi tat-tessuti tal-pjanti u ż-żrieragħ, jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Settembru 2023. Dan huwa meħtieġ sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi jingħataw biżżejjed żmien biex iwettqu l-istħarriġ rispettiv għall-preżenza tal-pest speċifikat fuq dawk il-pjanti. |
|
(20) |
Konsegwentement, jenħtieġ li l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/638 dwar l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-pjanti speċifikati jkomplu japplikaw sat-30 ta’ Ġunju 2023, sabiex tiġi evitata kwalunkwe lakuna legali u jiġi żgurat li l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-pjanti rispettivi tibqa’ soġġetta għal rekwiżiti xierqa kontra l-preżenza tal-pest speċifikat. |
|
(21) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni, l-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni ta’ Spodoptera frugiperda (Smith).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“pest speċifikat” tfisser Spodoptera frugiperda (Smith); |
|
(2) |
“pjanti speċifikati” tfisser:
|
|
(3) |
“pjanti ospitanti” tfisser pjanti elenkati fl-Anness I. |
Artikolu 3
Stħarriġ tat-territorju tal-Unjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr preġudizzju għall-obbligi previsti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2016/2031, iwettqu stħarriġ annwali bbażat fuq ir-riskju għall-preżenza tal-pest speċifikat fuq il-pjanti ospitanti, fi żminijiet xierqa tas-sena, abbażi tal-informazzjoni xjentifika u teknika msemmija fil-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità dwar Spodoptera frugiperda.
2. Dan l-istħarriġ għandu jitwettaq b’mod partikolari:
|
(a) |
abbażi tal-livell tar-riskju fitosanitarju korrispondenti; |
|
(b) |
f’żoni qrib ir-reġjuni fejn il-pest huwa magħruf li jkun preżenti; |
|
(c) |
f’żoni fejn il-pjanti ospitanti jidħlu fit-territorju tal-Unjoni, fejn jiġu ttrattati u ppakkjati mill-ġdid, u fejn jintrema l-iskart tagħhom; |
|
(d) |
f’ajruporti u f’portijiet; |
|
(e) |
f’mixtliet, fi stabbilimenti tal-ġardinaġġ u fi ħwienet tal-bejgħ bl-imnut, kif xieraq; |
|
(f) |
f’siti ta’ produzzjoni b’iżolament fiżiku kontra l-pest speċifikat u fis-serer, abbażi ta’ spezzjonijiet viżwali. |
3. L-istħarriġ għandu jikkonsisti b’mod partikolari minn:
|
(a) |
l-użu ta’ nases, bħal nases bil-feromoni jew nases bid-dawl, u fil-każ ta’ kwalunkwe suspett ta’ infestazzjoni mill-pest speċifikat, il-ġbir ta’ kampjuni u l-identifikazzjoni; |
|
(b) |
eżami viżwali, fejn xieraq. |
Artikolu 4
Pjanijiet ta’ kontinġenza
1. Kull Stat Membru għandu, minbarra l-obbligi previsti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/2031, jinkludi fil-pjan ta’ kontinġenza tiegħu l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fit-territorju tiegħu dwar:
|
(a) |
il-proċeduri għall-identifikazzjoni tas-sidien tal-pjanti li għandhom jinqerdu, għall-aċċess għal proprjetajiet privati u għan-notifika tal-ordni ta’ qerda; |
|
(b) |
il-proċeduri biex jiġi mobilizzat l-appoġġ finanzjarju meħtieġ biex jiġi eradikat il-pest speċifikat; |
|
(c) |
fejn xieraq, l-informazzjoni dwar ix-xejriet tar-riħ fit-territorju tal-Istati Membri li jiffaċilitaw il-migrazzjoni tal-pest speċifikat; |
|
(d) |
il-lista ta’ metodi ta’ kontroll xierqa għall-pest, li għandha tinżamm aġġornata abbażi tal-aħħar informazzjoni xjentifika u teknika. |
2. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom, kif xieraq, sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.
Artikolu 5
Stabbiliment ta’ żoni demarkati
1. Fejn il-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mingħajr dewmien, jistabbilixxi żona demarkata li tikkonsisti minn:
|
(a) |
żona infestata, inkluż il-post fejn jinsabu l-pjanti infestati u l-pjanti kollha li jistgħu jiġu infestati f’raġġ ta’ 100 m madwar is-sejba tal-pest speċifikat; u |
|
(b) |
żona ta’ lqugħ b’wisa’ ta’ mill-inqas 5 km u ta’ mhux aktar minn 100 km, lil hinn mill-konfini ta’ dik taż-żona infestata. |
Iż-żona ta’ lqugħ tista’ tiġi estiża għal aktar minn 100 km jekk l-Istat Membru jqis li dan ikun meħtieġ għall-protezzjoni tat-territorju tiegħu mill-pest speċifikat.
2. Id-delimitazzjoni taż-żona demarkata għandha tqis il-prinċipji xjentifiċi, il-bijoloġija tal-pest speċifikat, inkluża d-data dwar il-kapaċità tal-migrazzjoni, il-livell ta’ infestazzjoni, il-karatteristiċi ġeografiċi taż-żona, id-distribuzzjoni partikolari tal-pjanti ospitanti fiż-żona kkonċernata, u l-evidenza dwar l-istabbiliment tal-pest speċifikat.
3. Fiż-żoni demarkati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqajmu kuxjenza pubblika dwar it-theddida tal-pest speċifikat u dwar il-miżuri adottati għall-prevenzjoni tat-tixrid ulterjuri tiegħu barra minn dawk iż-żoni. Huma għandhom jiżguraw li l-pubbliku ġenerali u l-operaturi professjonali jkunu konxji mid-delimitazzjoni taż-żoni demarkati.
Artikolu 6
Derogi mill-istabbiliment ta’ żoni demarkati
1. B’deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu li ma jistabbilixxux żona demarkata, jekk tiġi ssodisfata mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikun hemm evidenza li l-pest speċifikat ikun ġie introdott fiż-żona mal-pjanti li jkun instab fuqhom, u li dawk il-pjanti kienu ġew infestati qabel l-introduzzjoni tagħhom fiż-żona kkonċernata u li ma tkunx seħħet multiplikazzjoni tal-pest speċifikat; |
|
(b) |
ikun hemm evidenza li hija sejba iżolata li ma hijiex mistennija li twassal għall-istabbiliment tal-pest speċifikat; |
|
(c) |
il-pest speċifikat jiġi kkonfermat uffiċjalment f’sit tal-produzzjoni b’iżolament fiżiku kontrih; |
|
(d) |
il-pest speċifikat jiġi kkonfermat uffiċjalment f’serra, u jkun hemm evidenza li l-pest speċifikat ma jkunx kapaċi jgħix fil-kundizzjonijiet tax-xitwa barra minn dik is-serra. |
2. Meta l-awtorità kompetenti tuża d-deroga prevista fil-paragrafu 1, hija għandha:
|
(a) |
tieħu miżuri biex tiżgura l-eradikazzjoni minnufih tal-pest speċifikat u teskludi l-possibilità tat-tixrid tiegħu; |
|
(b) |
iżżid minnufih l-għadd ta’ nases u l-frekwenza li biha n-nases jiġu kkontrollati f’dik iż-żona; |
|
(c) |
tintensifika l-eżamijiet viżwali, inkluża l-esplorazzjoni fis-siti tal-produzzjoni; |
|
(d) |
twettaq stħarriġ permezz ta’ nases f’żona ta’ wisa’ ta’ mill-inqas 5 km madwar il-pjanti infestati, jew is-sit tal-produzzjoni fejn instab il-pest speċifikat, b’mod regolari u intensiv għal mill-inqas sentejn. F’żoni fejn il-pest speċifikat ma jkunx kapaċi jgħix fil-kundizzjonijiet tax-xitwa, il-perjodu ta’ stħarriġ jista’ jkun limitat għall-perjodu qabel il-bidu tal-kundizzjonijiet tax-xitwa; |
|
(e) |
tqajjem kuxjenza pubblika dwar it-theddida tal-pest speċifikat; u |
|
(f) |
tieħu kwalunkwe miżura xierqa oħra biex teradika l-pest speċifikat. |
Artikolu 7
Stħarriġ f’żoni demarkati
L-istħarriġ imwettaq fiż-żoni demarkati għandu, minbarra r-rekwiżiti speċifikati għall-istħarriġ fl-Artikolu 3, jinkludi l-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
żieda fl-għadd ta’ nases u frekwenza ogħla li biha n-nases jiġu kkontrollati; |
|
(b) |
l-esplorazzjoni f’siti tal-produzzjoni fejn jitkabbru l-pjanti ospitanti; u |
|
(c) |
t-tfassil tal-istħarriġ u l-iskema tal-kampjunar użata għall-istħarriġ ta’ detezzjoni, li tista’ tidentifika b’mill-inqas 95 % ta’ kunfidenza, livell ta’ preżenza tal-pest speċifikat ta’ 1 %. |
Artikolu 8
Tneħħija tad-demarkazzjoni
Id-demarkazzjoni tista’ titneħħa meta, abbażi tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 7, il-pest speċifikat ma jinstabx fiż-żona demarkata għal mill-inqas sentejn konsekuttivi.
F’żoni fejn il-pest speċifikat ma jkunx kapaċi jgħix fil-kundizzjonijiet tax-xitwa, dak il-perjodu ta’ stħarriġ jista’ jkun limitat għall-perjodu qabel il-bidu tal-kundizzjonijiet tax-xitwa.
Artikolu 9
Miżuri ta’ eradikazzjoni
Fiż-żoni infestati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha li ġejjin biex jeradikaw il-pest speċifikat:
|
(a) |
trattamenti xierqa kontra l-pest speċifikat, fl-istadji kollha tal-iżvilupp tiegħu, fejn għandhom jitqiesu n-natura migratorja tal-pesti adulti, id-distribuzzjoni tal-pjanti ospitanti u d-drawwiet alimentari tal-larva tiegħu; |
|
(b) |
il-projbizzjoni tal-moviment barra miż-żona infestata tas-saff ta’ fuq tal-ħamrija u tal-materjal għat-tkabbir użat, sakemm ma tkunx ġiet issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin mill-operaturi professjonali kkonċernati, taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti:
|
Artikolu 10
Introduzzjoni fl-Unjoni tal-pjanti speċifikati
1. Il-pjanti speċifikati, minbarra l-pjanti ta’ Chrysanthemum L., Dianthus L. u Pelargonium l’Hérit. ex Ait., jistgħu jiġu introdotti biss fl-Unjoni jekk jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
joriġinaw minn pajjiż fejn il-pest ma jkunx magħruf li jseħħ; |
|
(b) |
joriġinaw minn żona ħielsa mill-pest speċifikat, kif stabbilit mill-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (NPPO) ikkonċernata, f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 4; l-isem ta’ dik iż-żona għandu jkun iddikjarat fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt l-intestatura “post tal-oriġini”; |
|
(c) |
qabel l-esportazzjoni kienu soġġetti għal spezzjoni uffiċjali u nstabu ħielsa mill-pest speċifikat, u joriġinaw minn sit tal-produzzjoni li jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(d) |
qabel l-esportazzjoni tagħhom kienu soġġetti għal spezzjoni uffiċjali u nstabu ħielsa mill-pest speċifikat, u joriġinaw minn sit tal-produzzjoni li jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(e) |
ikunu ġew soġġetti għal trattament effettiv ta’ wara l-ħsad biex jiġi żgurat il-ħelsien mill-pest speċifikat, u dak it-trattament jiġi indikat fuq iċ-ċertifikat fitosanitarju. |
2. Il-pjanti speċifikati għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jindika, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, referenza għal dan ir-Regolament, referenza għall-punt rispettiv tal-paragrafu 1 li jikkonforma miegħu, u l-formulazzjoni sħiħa tal-opzjoni rispettiva msemmija f’dak il-paragrafu.
Artikolu 11
Moviment fit-territorju tal-Unjoni tal-pjanti speċifikati
1. Il-pjanti speċifikati, minbarra l-pjanti ta’ Chrysanthemum L., Dianthus L. u Pelargonium l’Hérit. ex Ait., li jkunu qattgħu parti minn ħajjithom f’żoni demarkati stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 5, jistgħu jinħarġu biss miż-żoni demarkati jekk jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin u jkunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti maħruġ wara li jiġi attestat li wieħed minn dawk ir-rekwiżiti jkun ġie ssodisfat:
|
(a) |
qabel il-moviment tagħhom, kienu soġġetti għal spezzjoni uffiċjali u nstabu ħielsa mill-pest speċifikat, u joriġinaw minn sit tal-produzzjoni li jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(b) |
qabel il-moviment tagħhom, kienu soġġetti għal spezzjoni uffiċjali u nstabu ħielsa mill-pest speċifikat, u joriġinaw minn sit tal-produzzjoni li jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(c) |
ikunu ġew soġġetti għal trattament effettiv wara l-ħsad biex jiġi żgurat il-ħelsien mill-pest speċifikat. |
2. Pjanti ta’ Chrysanthemum L., Dianthus L. u Pelargonium l’Hérit. ex Ait., minbarra żrieragħ, li joriġinaw f’żoni demarkati stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 5, jistgħu jinħarġu biss miż-żoni demarkati, jekk jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin u jkunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti maħruġ wara li jiġi attestat li wieħed minn dawk ir-rekwiżiti jkun ġie ssodisfat:
|
(a) |
ma jkun ġie osservat l-ebda sinjal tal-pest speċifikat fil-post tal-produzzjoni mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ tal-veġetazzjoni; |
|
(b) |
il-pjanti jkun sarilhom trattament xieraq sabiex jiġu mħarsa mill-pest speċifikat. |
Artikolu 12
Rapportar
Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bi:
|
(a) |
ir-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa skont l-Artikolu 3(1), barra miż-żoni demarkati, matul is-sena kalendarja preċedenti, bl-użu tal-mudelli msemmija fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 (6); |
|
(b) |
rapport dwar il-miżuri meħuda matul is-sena kalendarja preċedenti skont dan ir-Regolament, u dwar ir-riżultati tal-miżuri previsti fl-Artikoli 5 sa 9; |
|
(c) |
ir-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa, skont l-Artikolu 7, fiż-żoni demarkati, matul is-sena kalendarja preċedenti, bl-użu ta’ wieħed mill-mudelli msemmija fl-Anness II. |
Artikolu 13
Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072
Il-punt 13 li ġej żdied fil-Parti A tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072:
|
Ħxejjex oħrajn, friski jew imkessħin:
ex 0709 20 00 |
Pajjiżi terzi, minbarra l-Iżvizzera” |
Artikolu 14
Tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/638
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/638 hija mħassra.
L-Artikoli 3 u 4 ta’ dik id-Deċiżjoni għandhom japplikaw sat-30 ta’ Ġunju 2023.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 4 għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2023.
L-Artikoli 10 u 11 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2023.
Madankollu, l-Artikolu 10 għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2023 fir-rigward tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti ta’ Asparagus officinalis L., minbarra z-zkuk mgħottija matul il-ħajja kollha tagħhom bil-ħamrija, trab tad-dakra ħaj, kulturi tat-tessuti tal-pjanti u żrieragħ.
Dan ir-Regolament għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-lista ta’ pesti ta’ prijorità (ĠU L 260, 11.10.2019, p. 8).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/638 tat-23 ta’ April 2018 li tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid ġewwa l-Unjoni tal-organiżmu ta’ ħsara Spodoptera frugiperda (Smith) (ĠU L 105, 25.4.2018, p. 31).
(5) Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti dwar Spodoptera frugiperda. Pubblikazzjoni ta’ sostenn tal-EFSA 2020:EN-1895. 29 pp. doi:10.2903/sp.efsa.2020.EN-1895.
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 tas-27 ta’ Awwissu 2020 dwar il-format u l-istruzzjonijiet għar-rapporti annwali rigward ir-riżultati tal-istħarriġ u dwar il-format tal-programmi ta’ stħarriġ pluriennali u l-arranġamenti prattiċi, previsti rispettivament fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 280, 28.8.2020, p. 1).
ANNESS I
Lista tal-pjanti ospitanti
Abelmoschus esculentus (L.) Moench
Acalypha L.
Agrostis gigantea Roth
Agrostis stolonifera L.
Alcea rosea L.
Allium cepa L.
Allium sativum L.
Amaranthus quitensis Kunth
Amaranthus spinosus L.
Andropogon virginicus L.
Arachis hypogaea L.
Asclepias L.
Asparagus officinalis L.
Asplenium nidus L.
Atropa belladonna L.
Avena sativa L.
Avena strigosa Schreb.
Beta vulgaris L.
Brassica napus L.
Brassica oleracea L.
Brassica rapa L.
Cajanus cajan (L.) Huth
Capsicum L.
Carduus L.
Carex L.
Carica papaya L.
Carya illinoinensis (Wangenh.) K.Koch
Cenchrus incertus M.A.Curtis
Chenopodium album L.
Chenopodium quinoa Willd.
Chloris gayana Kunth
Chrysanthemum L.
Cicer arietinum L.
Cichorium intybus L.
Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. & Nakai
Citrus aurantium L.
Citrus limon (L.) Osbeck
Citrus reticulata Blanco
Citrus sinensis (L.) Osbeck
Codiaeum variegatum (L.) A.Juss.
Coffea arabica L.
Convolvulus arvensis L.
Cucumis melo L.
Cucumis sativus L.
Cucurbita argyrosperma K.Koch
Cucurbita maxima Lam.
Cydonia oblonga Mill.
Cynara cardunculus L.
Cynodon dactylon (L.) Pers.
Cyperus rotundus L.
Dactyloctenium aegyptium (L.) Willd.
Dahlia pinnata Cav.
Dendranthema grandiflorum (Ramat.) Kitam.
Dianthus L.
Digitaria Haller
Digitaria sanguinalis (L.) Scop.
Echinochloa colona (L.) Link
Echinochloa crus-galli (L.) P.Beauv.
Eleusine indica (L.) Gaertn.
Elymus repens (L.) Gould
Eremochloa ophiuroides Hack.
Eriochloa punctata (L.) Ham.
Eryngium foetidum L.
Eucalyptus camaldulensis Dehnh.
Eucalyptus urophylla S.T.Blake
Fagopyrum esculentum Moench
Festuca arundinacea Schreb.
Ficus L.
Fragaria ananassa (Duchesne ex Weston) Duchesne ex Rosier
Fragaria chiloensis (L.) Mill.
Fragaria vesca L.
Gladiolus L. and Gladiolus L. hybrids
Glycine max (L.) Merr.
Gossypium herbaceum L.
Gossypium hirsutum L.
Helianthus annuus L.
Hevea brasiliensis (Willd. ex Juss.) Müll.Arg.
Hibiscus cannabinus L.
Hordeum vulgare L.
Ipomoea batatas (L.) Lam.
Ipomoea purpurea (L.) Roth
Lactuca sativa L.
Lespedeza bicolor Turcz.
Linum usitatissimum L.
Lolium multiflorum Lam.
Malpighia glabra L.
Malus domestica (Suckow) Borkh.
Mangifera indica L.
Maranta L.
Medicago sativa L.
Megathyrsus maximus (Jacq.) B.K.Simon & S.W.L.Jacobs
Melilotus albus Medik.
Miscanthus giganteus J.M.Greef & Deuter ex Hodk. & Renvoize
Momordica L.
Mucuna pruriens (L.) DC
Musa paradisiaca L.
Nicotiana tabacum L.
Oryza sativa L.
Panicum miliaceum L.
Panicum virgatum L.
Paspalum dilatatum Poir.
Paspalum distichum L.
Paspalum fimbriatum Kunth
Paspalum notatum Flüggé
Paspalum urvillei Steud.
Passiflora laurifolia L.
Pelargonium l’Hérit. ex Ait.
Pennisetum clandestinum Hochst. ex Chiov.
Pennisetum glaucum (L.) R.Br.
Phalaris canariensis L.
Phaseolus lunatus L.
Phaseolus vulgaris L.
Phleum pratense L.
Pinus caribaea Morelet
Piper L.
Pisum sativum L.
Platanus occidentalis L.
Plumeria Tourn. ex L.
Plumeria rubra L.
Poa annua L.
Poa pratensis L.
Portulaca oleracea L.
Prunus persica (L.) Batsch
Psidium guajava L.
Pueraria montana (Lour.) Merr.
Pyrus communis L.
Raphanus sativus L.
Ricinus communis L.
Rosa L.
Saccharum officinarum L.
Schlumbergera truncata (Haw.) Moran
Secale cereale L.
Sesamum indicum L.
Setaria italica (L.) P.Beauv.
Setaria parviflora (Poir.) Kerguélen
Setaria viridis (L.) P.Beauv.
Solanum aethiopicum L.
Solanum lycopersicum L.
Solanum macrocarpon L.
Solanum melongena L.
Solanum tuberosum L.
Sorghum bicolor (L.) Moench
Sorghum caffrorum (Retz.) P.Beauv.
Sorghum halepense (L.) Pers.
Sorghum sudanense (Piper) Stapf
Spinacia oleracea L.
Tanacetum cinerariifolium (Trevis.) Sch.Bip.
Taraxacum officinale F.H.Wigg.
Terminalia catappa L.
Trifolium Tourn. ex L.
Trifolium incarnatum L.
Trifolium pratense L.
Trifolium repens L.
Triticum aestivum L.
Urochloa decumbens (Stapf) R.D.Webster
Urochloa mutica (Forssk.) T.Q.Nguyen
Urochloa ramosa (L.) T.Q.Nguyen
Urochloa texana (Buchl.) R.D.Webster
Vaccinium corymbosum L.
Vicia faba L.
Vigna unguiculata (L.) Walp.
Viola L.
Vitis vinifera L.
Wisteria sinensis (Sims) DC.
Xanthium strumarium L.
Zea mays L.
Zingiber officinale Roscoe
Zoysia Willd.
ANNESS II
Mudelli għar-rappurtar tar-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa skont l-Artikolu 7
PARTI A
1. Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Isem |
Data tal-istabbiliment |
Deskrizzjoni |
Numru |
|
Numru |
Data |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
i |
ii |
iii |
iv |
i |
ii |
iii |
iv |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Struzzjonijiet dwar kif jimtela l-mudell
Jekk jimtela dan il-mudell, ma għandux għalfejn jimtela l-mudell fil-Parti B ta’ dan l-Anness.
|
Għall-kolonna 1: |
Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita. |
|
Għall-kolonna 2: |
Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ. |
|
Għall-kolonna 3: |
Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ. |
|
Għall-kolonna 4: |
Indika l-approċċ: Eradikazzjoni. Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom. |
|
Għall-kolonna 5: |
Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn: Żona infestata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL) billi tuża ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona tal-ŻI fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn il-ŻL, madwar l-imxietel, eċċ.) f’ringieli differenti. |
|
Għall-kolonna 6: |
Indika n-numru u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:
|
|
Għall-kolonna 7: |
Indika liema huma ż-żoni ta’ riskju identifikati abbażi tal-bijoloġija tal-pest(i), il-preżenza tal-pjanti ospitanti, il-kundizzjonijiet ekoklimatiċi u l-postijiet ta’ riskju. |
|
Għall-kolonna 8: |
Indika ż-żoni ta’ riskju inklużi fl-istħarriġ, minn dawk identifikati fil-kolonna 7. |
|
Għall-kolonna 9: |
Indika l-pjanti, il-frott, iż-żrieragħ, il-ħamrija, il-materjal tal-ippakkjar, l-injam, il-makkinarju, il-vetturi, l-ilma, oħrajn, filwaqt li tispeċifika l-każ speċifiku. |
|
Għall-kolonna 10: |
Indika l-lista ta’ speċijiet/ġeneri tal-pjanti mistħarrġa bl-użu ta’ ringiela waħda għal kull speċi/ġeneru ta’ pjanta. |
|
Għall-kolonna 11: |
Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ. |
|
Għall-kolonna 12: |
Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli. |
|
Fil-kolonni 13 u 14: |
Indika r-riżultati, jekk applikabbli, billi tipprovdi l-informazzjoni disponibbli fil-kolonni korrispondenti. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik). |
|
Għall-kolonna 15: |
Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ għas-sejbiet fiż-ŻL. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn ikun inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma tajtx din l-informazzjoni fil-kolonna 16 (“Kummenti”). |
PARTI B
1. Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali bbażati fuq l-istatistika.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Isem |
Data tal-istabbiliment |
Deskrizzjoni |
Numru |
Speċijiet ospitanti |
Żona (ha jew unità oħra aktar rilevanti) |
Unitajiet ta’ spezzjoni |
Deskrizzjoni |
Unitajiet |
Eżamijiet viżwali |
Qbid |
Ittestjar |
Metodi oħra |
Fattur ta’ riskju |
Livelli ta’ riskju |
Numru ta’ postijiet |
Riskji relattivi |
Proporzjon tal-popolazzjoni ospitanti |
Pożittivi |
Negattivi |
Mhux determinati |
Numru |
Data |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
2. Struzzjonijiet dwar kif timtela l-formola
Spjega s-suppożizzjonijiet sottostanti għad-disinn tal-istħarriġ għal kull pest. Ikteb fil-qosor u ġġustifika:
|
— |
il-popolazzjoni fil-mira, l-unità epidemjoloġika u l-unitajiet ta’ spezzjoni, |
|
— |
il-metodu tad-detezzjoni u s-sensittività tal-metodu; |
|
— |
il-fattur(i) tar-riskju, u indika l-livelli tar-riskju u r-riskji relattivi korrispondenti u l-proporzjonijiet tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti. |
|
Għall-kolonna 1: |
Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita. |
|
Għall-kolonna 2: |
Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ. |
|
Għall-kolonna 3: |
Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ. |
|
Għall-kolonna 4: |
Indika l-approċċ: Eradikazzjoni. Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom. |
|
Għall-kolonna 5: |
Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn: Żona infestata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL) billi tuża ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona tal-ŻI fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn il-ŻL, madwar l-imxietel, eċċ.) f’ringieli differenti. |
|
Għall-kolonna 6: |
Indika n-numru u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:
|
|
Għall-kolonna 7: |
Indika x-xhur tas-sena meta twettqu l-istħarriġiet. |
|
Għall-kolonna 8: |
Indika l-popolazzjoni fil-mira magħżula billi tipprovdi kif xieraq il-lista tal-ispeċijiet/ġeneri ospitanti u ż-żona koperta. Il-popolazzjoni fil-mira hija definita bħala l-grupp ta’ unitajiet ta’ spezzjoni. Id-daqs tagħha huwa ddefinit tipikament għal żoni agrikoli bl-ettari, iżda jista’ jkun lottijiet, għelieqi, serer eċċ. Jekk jogħġbok iġġustifika l-għażla li saret fis-suppożizzjonijiet sottostanti. Indika l-unitajiet ta’ spezzjoni mistħarrġa. “Unità ta’ spezzjoni” tfisser pjanti, partijiet ta’ pjanti, komoditajiet, materjali, vetturi ta’ pesti li ġew eżaminati bir-reqqa għall-identifikazzjoni u għad-detezzjoni tal-pesti. |
|
Għall-kolonna 9: |
Indika l-unitajiet epidemjoloġiċi mistħarrġa, filwaqt li tindika d-deskrizzjoni u l-unità ta’ kejl tagħha. “Unità epidemjoloġika” tfisser żona omoġenja fejn l-interazzjonijiet bejn il-pest, il-pjanti ospitanti u l-fatturi u l-kundizzjonijiet abijotiċi u bijotiċi jirriżultaw fl-istess epidemjoloġija, jekk il-pest ikun preżenti. L-unitajiet epidemjoloġiċi huma suddiviżjoni tal-popolazzjoni fil-mira li huma omoġenji f’termini tal-epidemjoloġija b’mill-inqas pjanta ospitanti waħda. F’xi każijiet il-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti kollha f’reġjun/żona/pajjiż tista’ tiġi definita bħala unità epidemjoloġika. Dawn jistgħu jkunu reġjuni tal-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), żoni urbani, foresti, ġonna tal-ward jew irziezet, jew ettari. L-għażla tal-unitajiet epidemjoloġiċi għandha tiġi ġġustifikata fis-suppożizzjonijiet sottostanti. |
|
Għall-kolonna 10: |
Indika l-metodi użati matul l-istħarriġ inkluż l-għadd ta’ attivitajiet f’kull każ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx disponibbli. |
|
Għall-kolonna 11: |
Indika stima tal-effettività tal-kampjunar. L-effettività tal-kampjunar tfisser il-probabbiltà li jintgħażlu partijiet ta’ pjanti infettati minn pjanta infettata. Għall-vetturi, hija l-effettività tal-metodu li jaqbad vettur pożittiv meta jkun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. Għall-ħamrija, hija l-effettività tal-għażla ta’ kampjun tal-ħamrija li jkun fih il-pest meta l-pest ikun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. |
|
Għall-kolonna 12: |
“Sensittività tal-metodu” tfisser il-probabbiltà ta’ metodu li jagħmel detezzjoni korretta tal-preżenza tal-pest. Is-sensittività tal-metodu hija definita bħala l-probabbiltà li ospitant verament pożittiv jittestja pożittiv. Hija l-multiplikazzjoni tal-effettività tal-kampjunar (jiġifieri l-probabbiltà li jintgħażlu partijiet infettati tal-pjanta minn pjanta infettata) bis-sensittività dijanjostika (karatterizzata mill-ispezzjonijiet viżwali u/jew mit-test tal-laboratorju użati fil-proċess ta’ identifikazzjoni). |
|
Għall-kolonna 13: |
Ipprovdi l-fatturi ta’ riskju f’kolonni differenti, u uża kemm hemm bżonn ringieli. Għal kull fattur ta’ riskju indika l-livell ta’ riskju u r-riskju relattiv korrispondenti u l-proporzjon tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti. |
|
Għall-kolonna B: |
Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi għal kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’dawn il-kolonni hija relatata mal-informazzjoni inkluża fil-kolonna 10 “Metodi ta’ detezzjoni”. |
|
Għall-kolonna 18: |
Indika l-għadd ta’ siti tal-qbid f’każ li dan in-numru jkun differenti mill-għadd ta’ nases (il-kolonna 17) (eż. l-istess nassa tintuża f’postijiet differenti). |
|
Għall-kolonna 21: |
Indika n-numru ta’ kampjuni li nstabu pożittivi, negattivi jew mhux determinati. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik). |
|
Għall-kolonna 22: |
Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn ikun inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma tajtx din l-informazzjoni fil-kolonna 25 (“Kummenti”). |
|
Għall-kolonna 23: |
Indika s-sensittività tal-istħarriġ, kif definit fl-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji (ISPM) 31. Dan il-valur tal-livell ta’ fiduċja miksub tal-ħelsien mill-pesti huwa kkalkulat abbażi tal-eżamijiet (u/jew tal-kampjuni) imwettqa fid-dawl tas-sensittività tal-metodu u tal-prevalenza tad-disinn. |
|
Għall-kolonna 24: |
Indika l-prevalenza tad-disinn ibbażata fuq stima ta’ qabel l-istħarriġ tal-probabbiltà ta’ prevalenza attwali tal-pest fl-għalqa. Il-prevalenza tad-disinn hija stabbilita bħala mira tal-istħarriġ u tikkorrispondi mal-kompromess li l-maniġers tar-riskju qed jagħmlu bejn ir-riskju li jkollhom il-pest u r-riżorsi disponibbli għall-istħarriġ. Tipikament, għal stħarriġ ta’ detezzjoni jiġi stabbilit valur ta’ 1 %. |
DEĊIŻJONIJIET
|
9.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/80 |
DEĊIŻJONI (UE) 2023/1135 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tas-7 ta’ Ġunju 2023
li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-mandati ta' erbatax-il Imħallef u sitt Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja skadew fis-6 ta' Ottubru 2021, fosthom dak tas-Sur Marko ILEŠIČ. |
|
(2) |
Għandha tiġi nnominata persuna biex timtela din il-kariga għall-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sas-6 ta' Ottubru 2027. |
|
(3) |
Ġie propost it-tiġdid tal-mandat tas-Sur Marko ILEŠIČ bħala Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(4) |
Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta' dan il-kandidat sabiex jaqdi d-dmirijiet ta' Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Marko ILEŠIČ huwa b'dan maħtur Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sas-6 ta' Ottubru 2027.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2023.
Il-President
L. DANIELSSON
|
9.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/81 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1136
tat-8 ta’ Ġunju 2023
dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Niġerini b’tagħmir militari mfassal biex iwassal forza letali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 (1) tistabbilixxi l-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) għall-finanzjament mill-Istati Membri tal-azzjonijiet tal-Unjoni fil-qafas tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni biex tinżamm il-paċi, jiġu pprevenuti l-konflitti u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali skont l-Artikolu 21(2), il-punt (c), tat-Trattat. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-EPF trid tintuża biex tiffinanzja miżuri ta’ assistenza bħal azzjonijiet biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali b’rabta ma’ kwistjonijiet militari u ta’ difiża. |
|
(2) |
Ir-Repubblika tan-Niġer jaqdi rwol ewlieni f’inizjattivi reġjonali, Ewropej u internazzjonali ewlenin immirati lejn it-tisħiħ tal-paċi u l-iżvilupp fis-Saħel, inkluż fl-Istrateġija Integrata tal-Unjoni fis-Saħel, il-Koalizzjoni għas-Saħel u s-Sħubija għas-Sigurtà u l-Istabbiltà fis-Saħel (P3S), kif ukoll fl-Alleanza għas-Saħel. Il-komunità internazzjonali, inkluż l-Unjoni, investiet sforzi konsiderevoli biex tappoġġa lir-Repubblika tan-Niġer fil-ġlieda tiegħu kontra t-terroriżmu f’dawn l-aħħar snin. |
|
(3) |
Fl-10 ta’ Ġunju 2022, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà irċieva talba mir-Repubblika tan-Niġer biex l-Unjoni tassisti lill-Forzi Armati Niġerini (Forces armées nigériennes - FAN) bl-akkwist ta’ tagħmir importanti sabiex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ appoġġ mill-qrib bl-ajru tal-Forza tal-Ajru tan-Niġer (Armée de l’air du Niger - AAN). Fl-4 ta’ April 2023, waslet talba riveduta mir-Repubblika tan-Niġer li tirrifletti s-sejbiet ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet imwettqa mill-Unjoni fi Frar 2023. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni dwar miżura ta’ assistenza taħt l-EPF b’appoġġ għall-Forzi Armati Niġerini b’tagħmir militari mfassal biex iwassal forza letali hija kkomplementata minn Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1137 (2). Dawk iż-żewġ Deċiżjonijiet jenħtieġ li jiġu implimentati fl-istess ħin, iżda amministrati separatament. |
|
(5) |
Miżuri ta’ assistenza għandhom jiġu implimentati b’kont meħud tal-prinċipji u r-rekwiżiti stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, b’mod partikolari f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (3), u f’konformità mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u nefqa ffinanzjati taħt l-EPF. |
|
(6) |
Il-Kunsill jafferma mill-ġdid id-determinazzjoni tiegħu li jipproteġi, jippromwovi u jirrealizza d-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-prinċipji demokratiċi u li jsaħħaħ l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, f’konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u mal-liġi internazzjonali, b’mod partikolari l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Stabbiliment, objettivi, kamp ta’ applikazzjoni u durata
1. Hija b’dan stabbilita miżura ta’ assistenza (il-“miżura ta’ assistenza”) għall-benefiċċju tar-Repubblika tan-Niġer (il-“benefiċjarju”), li għandha tiġi ffinanzjata fil-qafas tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF).
2. L-objettiv tal-miżura ta’ assistenza huwa li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Forzi Armati Niġerini (Forces armées nigériennes - FAN) sabiex jiddefendu l-integrità territorjali u s-sovranità tar-Reppubblika tan-Niġer u biex jipproteġu aħjar il-popolazzjoni ċivili, inkluż mit-theddida terroristika dejjem akbar, f’konformità sħiħa mal-liġi internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali.
3. Biex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 2, il-miżura ta’ assistenza għandha tiffinanzja l-forniment ta’ munizzjon mill-ajru għall-art (ML4 fil-Lista Militari Komuni tal-UE) għall-ħelikopters MI-35 u MI-171.
4. L-implimentazzjoni tal-miżura ta’ assistenza għandha tkun ikkomplementata minn attivitajiet immirati li jiżguraw l-użu, il-manutenzjoni, il-ħżin u l-monitoraġġ adegwati tal-munizzjon mill-ajru għall-art, li għandhom jiġu ffinanzjati skont id-Deċiżjoni (PESK)2023/1137.
5. Il-miżura ta’ assistenza għandha ddum 30 xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Arranġamenti finanzjarji
1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-miżura ta’ assistenza għandu jkun ta’ EUR 4 702 998.
2. In-nefqa kollha għandha tiġi ġestita f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u r-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ffinanzjata taħt l-EPF.
Artikolu 3
Arranġamenti mal-benefiċjarju
1. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”) għandu jagħmel l-arranġamenti neċessarji mal-benefiċjarju biex jiżgura l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti b’din id-Deċiżjoni bħala kondizzjoni għall-għoti ta’ appoġġ skont il-miżura ta’ assistenza.
2. L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-benefiċjarju jiżgura:
|
(a) |
il-konformità tal-Forza tal-Ajru tan-Niġer mal-liġi internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari l-liġi internazzjonali tal-bniedem u tal-liġi umanitarja internazzjonali; |
|
(b) |
l-użu xieraq u effiċjenti ta’ kwalunkwe assi pprovduti skont il-miżura ta’ assistenza għall-finijiet li għalihom ikunu ġew ipprovduti; |
|
(c) |
il-manutenzjoni suffiċjenti ta’ kwalunkwe assi pprovduti skont il-miżura ta’ assistenza biex tiġi żgurata l-użabilità tagħhom u d-disponibbiltà operazzjonali tagħhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom; |
|
(d) |
li kwalunkwe assi pprovduti skont il-miżura ta’ assistenza mhux ser jintilfu, jew jiġu ttrasferiti mingħajr l-approvazzjoni tal-Kumitat tal-Faċilità stabbilit skont id-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 lil persuni jew entitajiet oħra għajr dawk identifikati f’dawk l-arranġamenti, fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. |
3. L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-appoġġ skont il-miżura ta’ assistenza f’każ li l-benefiċjarju jinstab li jkun kiser l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2.
Artikolu 4
Implimentazzjoni
1. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun responsabbli li jiżgura l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u r-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa skont l-EPF, f’konformità mal-Qafas Metodoloġiku Integrat għall-valutazzjoni u l-identifikazzjoni tal-miżuri u l-kontrolli meħtieġa għall-miżuri ta’ assistenza skont l-EPF.
2. L-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) għandha titwettaq mid-Défense Conseil International - DCI Group.
Artikolu 5
Monitoraġġ, kontroll u evalwazzjoni
1. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jimmonitorja l-konformità mill-benefiċjarju tal-obbligi stipulati fl-Artikolu 3. Dan il-monitoraġġ għandu jintuża biex jipprovdi għarfien tal-kuntest u r-riskji ta’ ksur tal-obbligi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 3, u biex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ tali ksur, inkluż ksur tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi umanitarja internazzjonali mill-Forza tal-Ajru tan-Niger.
2. Il-kontroll ta’ wara t-trasportazzjoni tat-tagħmir u tal-provvisti għandu jiġi organizzat kif ġej:
|
(a) |
il-verifika tal-kunsinna, fejn iċ-ċertifikati tal-kunsinna jiġu ffirmati mill-forzi tal-utent aħħari mat-trasferiment tas-sjieda; |
|
(b) |
ir-rappurtar, fejn il-benefiċjarju jirrapporta b’mod annwali dwar l-attivitajiet imwettqa bit-tagħmir, servizzi u infrastruttura pprovduti taħt il-miżura ta’ assistenza u dwar l-inventarju ta’ oġġetti deżinjati sakemm tali rappurtar ma jibqax jitqies meħtieġ mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS); |
|
(c) |
l-ispezzjonijiet fuq il-post, fejn fuq talba l-benefiċjarju għandu jagħti aċċess lir-Rappreżentant Għoli biex iwettaq kontrolli fuq il-post. |
3. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jwettaq evalwazzjoni finali mat-tlestija tal-miżura ta’ assistenza biex jivvaluta jekk il-miżura ta’ assistenza kkontribwietx biex jintlaħqu l-objettivi ddikjarati fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 6
Rappurtar
Matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni, ir-Rappreżentant Għoli għandu jipprovdi lill-KPS rapporti ta’ kull sitt xhur dwar l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ assistenza, f’konformità mal-Artikolu 63 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509. L-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza għandu jinforma regolarment lill-Kumitat tal-Faċilità stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 dwar l-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa f’konformità mal-Artikolu 38 ta’ dik id-Deċiżjoni, inkluż billi jipprovdi informazzjoni dwar il-fornituri u s-sottokuntratturi involuti.
Artikolu 7
Sospensjoni u terminazzjoni
1. Il-KPS jista’ jiddeċiedi li jissospendi kompletament jew parzjalment l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ assistenza skont l-Artikolu 64 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.
2. Il-KPS jista’ jirrakkomanda wkoll li l-Kunsill jittermina l-miżura ta’ assistenza.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MALMER STENERGARD
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1137 tat-8 ta’ Ġunju 2023 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Niġerini (Ara paġna 85 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Il-pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).
|
9.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/85 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1137
tat-8 ta’ Ġunju 2023
dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Niġerini
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 (1) tistabbilixxi l-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) għall-finanzjament mill-Istati Membri tal-azzjonijiet tal-Unjoni fil-qafas tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni biex tinżamm il-paċi, jiġu pprevenuti l-konflitti u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali skont l-Artikolu 21(2), il-punt (c), tat-Trattat. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-EPF trid tintuża biex tiffinanzja miżuri ta’ assistenza bħal azzjonijiet biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali b’rabta ma’ kwistjonijiet militari u ta’ difiża. |
|
(2) |
Ir-Repubblika tan-Niġer jaqdi rwol ewlieni f’inizjattivi reġjonali, Ewropej u internazzjonali ewlenin immirati lejn it-tisħiħ tal-paċi u l-iżvilupp fis-Saħel, inkluż l-Istrateġija Integrata tal-Unjoni fis-Saħel, il-Koalizzjoni għas-Saħel u s-Sħubija għas-Sigurtà u l-Istabbiltà fis-Saħel (P3S), kif ukoll fl-Alleanza għas-Saħel. Il-komunità internazzjonali, inkluż l-Unjoni, investiet sforzi konsiderevoli biex tappoġġa lir-Repubblika tan-Niġer fil-ġlieda tiegħu kontra t-terroriżmu f’dawn l-aħħar snin. |
|
(3) |
Fl-10 ta’ Ġunju 2022, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà irċieva talba mir-Repubblika tan-Niġer biex l-Unjoni tassisti lill-Forzi Armati Niġerini (Forces armées nigériennes – FAN) fl-akkwist ta’ tagħmir importanti sabiex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ appoġġ mill-qrib bl-ajru tal-Forza tal-Ajru tan-Niġer (Armée de l’air du Niger – AAN). Fl-4 ta’ April 2023, waslet talba riveduta mir-Repubblika tan-Niġer li tirrifletti s-sejbiet ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet imwettqa mill-Unjoni fi Frar 2023. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar miżura ta’ assistenza taħt l-EPF biex tappoġġa l-Forzi Armati Niġerini ġiet imfassla biex tikkomplementa d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1136 (2). Dawk iż-żewġ Deċiżjonijiet jenħtieġ li jiġu implimentati fl-istess ħin, iżda amministrati separatament. |
|
(5) |
Miżuri ta’ assistenza għandhom jiġu implimentati b’kont meħud tal-prinċipji u r-rekwiżiti stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, b’mod partikolari f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (3), u f’konformità mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u nefqa ffinanzjati taħt l-EPF. |
|
(6) |
Il-Kunsill jafferma mill-ġdid id-determinazzjoni tiegħu li jipproteġi, jippromwovi u jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-prinċipji demokratiċi u li jsaħħaħ l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, f’konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u mal-liġi internazzjonali, b’mod partikolari l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Stabbiliment, objettivi, kamp ta’ applikazzjoni u durata
1. Hija b’dan stabbilita miżura ta’ assistenza (il-“Miżura ta’ Assistenza”) għall-benefiċċju tar-Repubblika tan-Niġer (il-“benefiċjarju”), li għandha tiġi ffinanzjata fil-qafas tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF).
2. L-objettiv tal-miżura ta’ assistenza hija li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Forzi Armati Niġerini (Forces armées nigériennes – FAN) biex jiddefendu l-integrità territorjali u s-sovranità tar-Repubblika tan-Niġer u biex jipproteġu aħjar il-popolazzjoni ċivili, inkluż mit-theddida terroristika dejjem akbar, f’konformità sħiħa mal-liġi internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali.
3. Sabiex jinkiseb l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 2, il-miżura ta’ assistenza għandha tiffinanzja l-attivitajiet li ġejjin biex jikkomplementaw il-forniment ta’ tagħmir militari lill-Forzi Armati Niġerini billi tiżgura l-użu, il-manutenzjoni, il-ħżin u l-monitoraġġ adegwati tiegħu:
|
(a) |
tagħmir: tagħmir ta’ loġistika u għamara bażika għat-Tillabéri Antenna tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (Commission Nationale des Droits Humains – CNDH). |
|
(b) |
attivitajiet ta’ bini tal-kapaċitajiet li jibbenefikaw minnhom il-Forza tal-Ajru tan-Niġer (Armée de l’air du Niger – AAN) u l-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-oqsma li ġejjin:
|
|
(c) |
infrastruttura: titjib tal-maħżen tal-ordinanza tal-Bażi tal-Ajru 101 li jinsab f’Niamey. |
4. Id-durata tal-miżura ta’ assistenza għandha tkun ta’ 30 xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Arranġamenti finanzjarji
1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-miżura ta’ assistenza għandu jkun ta’ EUR 297 002.
2. In-nefqa kollha għandha tiġi ġestita f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u r-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ffinanzjati taħt l-EPF.
Artikolu 3
Arranġamenti mal-benefiċjarju
1. Ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”) għandu jagħmel l-arranġamenti neċessarji mal-benefiċjarju biex jiżgura l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti b’din id-Deċiżjoni bħala kondizzjoni għall-għoti ta’ appoġġ skont il-miżura ta’ assistenza.
2. L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-benefiċjarju jiżgura:
|
(a) |
il-konformità tal-Forza tal-Ajru tan-Niġer mal-liġi internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari l-liġi internazzjonali tal-bniedem u tal-liġi umanitarja internazzjonali; |
|
(b) |
l-użu xieraq u effiċjenti tal-assi kollha pprovduti skont il-miżura ta’ assistenza għall-finijiet li għalihom ikunu ġew ipprovduti; |
|
(c) |
il-manutenzjoni suffiċjenti tal-assi kollha pprovduti skont il-miżura ta’ assistenza biex tiġi żgurata l-użabbiltà tagħhom u d-disponibbiltà operazzjonali tagħhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. |
3. L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-appoġġ skont il-miżura ta’ assistenza f’każ li l-benefiċjarju jinstab li jkun kiser l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2.
Artikolu 4
Implimentazzjoni
1. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun responsabbli li jiżgura l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u f’konformità mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa skont l-EPF, f’konformità mal-Qafas Metodoloġiku Integrat għall-valutazzjoni u l-identifikazzjoni tal-miżuri u l-kontrolli meħtieġa għall-miżuri ta’ assistenza skont l-EPF.
2. L-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) għandha titwettaq mid-Défense Conseil International – DCI Group.
Artikolu 5
Monitoraġġ, kontroll u evalwazzjoni
1. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jimmonitorja l-konformità mill-benefiċjarju tal-obbligi stipulati fl-Artikolu 3. Dan il-monitoraġġ għandu jintuża biex jipprovdi għarfien tal-kuntest u r-riskji ta’ ksur tal-obbligi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 3, u biex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ tali ksur, inkluż ksur tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi umanitarja internazzjonali mill-Forza tal-Ajru tan-Niġer.
2. Il-kontroll ta’ wara t-trasportazzjoni tat-tagħmir u tal-provvisti għandu jiġi organizzat kif ġej:
|
(a) |
il-verifika tal-kunsinna, fejn iċ-ċertifikati tal-kunsinna jiġu ffirmati mill-utent aħħari mat-trasferiment tas-sjieda; |
|
(b) |
ir-rappurtar, fejn il-benefiċjarju jirrapporta b’annwalment dwar l-attivitajiet imwettqa bis-servizzi u l-infrastruttura pprovduti skont il-miżura ta’ assistenza, sakemm it-tali rappurtar ma jibqax jitqies meħtieġ mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS); |
|
(c) |
l-ispezzjonijiet fuq il-post, fejn fuq talba l-benefiċjarju għandu jagħti aċċess lir-Rappreżentant Għoli biex iwettaq kontrolli fuq il-post. |
3. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jwettaq evalwazzjoni finali mat-tlestija tal-assistenza biex jivvaluta jekk il-miżura ta’ assistenza kkontribwietx biex jintlaħqu l-objettiv iddikjarat fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 6
Rapportar
Matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni, ir-Rappreżentant Għoli għandu jipprovdi lill-KPS rapporti ta’ kull sitt xhur dwar l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ assistenza, f’konformità mal-Artikolu 63 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509. L-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza għandu jinforma regolarment lill-Kumitat tal-Faċilità stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 dwar l-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa f’konformità mal-Artikolu 38 ta’ dik id-Deċiżjoni, inkluż billi jipprovdi informazzjoni dwar il-fornituri u s-sottokuntratturi involuti.
Artikolu 7
Sospensjoni u terminazzjoni
1. Il-KPS jista’ jiddeċiedi li jissospendi kompletament jew parzjalment l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ assistenza skont l-Artikolu 64 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.
2. Il-KPS jista’ jirrakkomanda wkoll li l-Kunsill jittermina l-miżura ta’ assistenza.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MALMER STENERGARD
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1136 tat-8 ta’ Ġunju 2023 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Niġerini b’tagħmir militari mfassal biex iwassal forza letali (ara paġna 81. ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali)
(3) Il-pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).
|
9.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/89 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1138
tat-8 ta’ Ġunju 2023
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta' Settembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 (1). |
|
(2) |
Fis-26 ta' April 2023, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU żied żewġ persuni mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Fit-3 ta' Mejju 2023, dawk il-persuni ġew miżjuda mal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 (2). |
|
(4) |
Peress li waħda minn dawk il-persuni kienet diġà ddeżinjata skont l-Artikolu 2, il-paragrafu 2 u l-Artikolu 3, il-paragrafu 3 tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693, jenħtieġ li dik il-persuna titneħħa mill-Anness għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa emendat kif imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MALMER STENERGARD
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta' Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9).
ANNESS
L-entrata li ġejja titħassar mill-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 taħt l-intestatura “A. Persuni msemmija fl-Artikoli 2 u 3”:
|
“9. |
Sultan Aziz AZAM (magħruf ukoll bħala Aziz Azam, Sultan Aziz, Sultan Azziz Azzam, Sultan Aziz Ezzam); data tat-twelid: 1985; post tat-twelid: Afghanistan; nazzjonalità: Afghan.” |
Rettifika
|
9.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/91 |
Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1100 tal-5 ta’ Ġunju 2023 li jintroduċi miżuri preventivi fir-rigward ta’ ċerti prodotti li joriġinaw fl-Ukrajna
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 144 I tal-5 ta’ Ġunju 2023 )
F’paġna 2, fl-Artikolu 2,
minflok:
“Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu japplika sal-15 ta’ Settembru 2023.”,
aqra:
“Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu japplika sal-15 ta’ Settembru 2023.”.