ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 148

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
8 ta' Ġunju 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1116 tal-25 ta’ Mejju 2023 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta’ Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, fir-rigward tal-Ftehim dwar is-sussidji għas-sajd

1

 

 

TRADUZZJONI — Protokoll li jemenda l-Ftehim ta’ Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni dinjija tal-Kummerċ Ftehim dwar is-Sussidji għas-Sajd

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1117 tat-12 ta’ Jannar 2023 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti għat-tip u n-natura tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti ( 1 )

10

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1118 tat-12 ta’ Jannar 2023 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom il-kulleġġi tas-superviżuri jeżerċitaw il-kompiti tagħhom ( 1 )

17

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1119 tat-12 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti ( 1 )

29

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1120 tas-7 ta’ Mejju 2023 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku APESIN Handaktiv f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

36

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1121 tal-1 ta’ Ġunju 2023 li jirreġistra isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Nordhessische Ahle Wurscht / Nordhessische Ahle Worscht (IĠP))

44

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1122 tas-7 ta’ Ġunju 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

45

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1123 tas-7 ta’ Ġunju 2023 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

84

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika tal-1 ta’ Marzu 2023 dwar l-istabbiliment tal-lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala esperti, u l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura għall-bord ta’ esperti [2023/1124]

121

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/132 tat-28 ta’ Jannar 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, rigward l-implimentazzjoni tal-aġġornamenti għall-istatistika annwali, ta’ kull xahar, u fuq żmien qasir dwar l-enerġija ( ĠU L 20, 31.1.2022 )

130

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

8.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1116

tal-25 ta’ Mejju 2023

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta’ Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, fir-rigward tal-Ftehim dwar is-sussidji għas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-propostatal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni hija Membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”) li nediet ir-Rawnd ta’ Doha ta’ negozjati kummerċjali, magħruf bħala l-“Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp”, f’Novembru 2001. Il-kompitu tan-negozjati tad-WTO dwar is-sussidji għas-sajd kien li titwettaq il-Mira 14.6 tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat ma’ Membri oħra tad-WTO b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 207(3) tat-Trattat.

(3)

In-negozjati ġew konklużi fit-12-il Konferenza Ministerjali fis-17 ta’ Ġunju 2022. Dik il-Konferenza adottat il-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta’ Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“il-Protokoll”) u ddikjaratu miftuħ għall-aċċettazzjoni mill-Membri tad-WTO.

(4)

L-Anness tal-Protokoll fih il-Ftehim dwar is-sussidji għas-sajd li ser jiddaħħal, mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, fl-Anness 1 A tal-Ftehim ta’ Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

(5)

Il-Protokoll jenħtieġ li jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta’ Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“il-Protokoll”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna jew persuni bis-setgħa li jiddepożitaw, f’isem l-Unjoni, l-istrument ta’ aċċettazzjoni kif previst fil-paragraf 5 tal-Protokoll (3).

Artikolu 3

Il-Protokoll ma għandux jiġi interpretat bħala li jagħti xi drittijiet jew jimponi xi obbligi li jistgħu jiġu invokati direttament fil-qrati tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. FORSSELL


(1)  Approvazzjoni tad-19 ta’ April 2023 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


8.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/3


TRADUZZJONI

PROTOKOLL li jemenda l-Ftehim ta’ Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni dinjija tal-Kummerċ Ftehim dwar is-Sussidji għas-Sajd

IL-MEMBRI TAL-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA TAL-KUMMERĊ;

WARA LI KKUNSIDRAW id-Deċiżjoni tal-Konferenza Ministerjali WT/MIN(22)/33 – WT/L/1144 adottata skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu X tal-Ftehim ta' Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“il-Ftehim tad-WTO”);

B'DAN JIFTIEHMU KIF ĠEJ:

1.

L-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO għandu, mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll skont il-paragrafu 4, jiġi emendat billi jiddaħħal il-Ftehim dwar is-Sussidji għas-Sajd, kif stabbilit fl-Anness ta' dan il-Protokoll, jitpoġġa wara l-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji.

2.

Ma tista’ ssir l-ebda riżerva fir-rigward ta’ xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.

3.

Dan il-Protokoll huwa miftuħ għall-aċċettazzjoni mill-Membri.

4.

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu X tal-Ftehim tad-WTO (1).

5.

Dan il-Protokoll għandu jiġi ddepożitat għand id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li minnufih għandu jipprovdi lil kull Membru kopja ċċertifikata tiegħu u notifika ta' kull aċċettazzjoni tiegħu b'konformità mal-paragrafu 3.

6.

Dan il-Protokoll għandu jiġi rreġistrat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 102 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

Magħmul f'Ġinevra, fis-sbatax-il jum ta' Ġunju elfejn u tnejn u għoxrin, f'kopja waħda fil-lingwa Ingliża, Franċiża u Spanjola, b'kull test meqjus awtentiku.

 


(1)  Sabiex jiġu kkalkulati l-aċċettazzjonijiet skont l-Artikolu X.3 tal-Ftehim tad-WTO, l-istrument ta' aċċettazzjoni tal-Unjoni Ewropea għaliha stess u fir-rigward tal-Istati Membri tagħha, għandu jgħodd bħala aċċettazzjoni minn għadd ta' Membri li jkun jikkorrispondi għall-għadd tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li huma Membri fid-WTO.


ANNESS

FTEHIM DWAR IS-SUSSIDJI GĦAS-SAJD

Artikolu 1

Kamp ta’ Applikazzjoni

Dan il-Ftehim japplika għas-sussidji, skont it-tifsira tal-Artikolu 1.1 tal-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji (il-Ftehim SCM - Agreement on Subsidies and Countervailing Measures) li huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2 ta’ dak il-Ftehim, għas-sajd tal-baħar bil-qbid selvaġġ u l-attivitajiet relatati mas-sajd fuq il-baħar. (1) , (2) , (3)

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a)

“ħut” tfisser l-ispeċijiet kollha ta’ riżorsi tal-baħar ħajjin, irrispettivament minn jekk ikunux ipproċessati jew le;

(b)

“sajd” tfisser it-tiftix għal, l-attrazzjoni, is-sejbien, il-qbid, it-teħid jew il-ħsad ta’ ħut jew kwalunkwe attività li tista’ raġonevolment tkun mistennija li tirriżulta fl-attrazzjoni, fis-sejbien, fil-qbid, fit-teħid jew fil-ħsad tal-ħut;

(c)

“attivitajiet relatati mas-sajd” tfisser kwalunkwe operazzjoni b’appoġġ jew bi preparazzjoni għas-sajd, inkluż il-ħatt l-art, l-ippakkjar, l-ipproċessar, it-trażbord jew it-trasport tal-ħut li ma nħattx l-art preċedentement f’port, kif ukoll il-forniment ta’ persunal, karburant, irkaptu u provvisti oħrajn fuq il-baħar;

(d)

“bastiment” tfisser kwalunkwe bastiment, vapur ta’ tip ieħor jew dgħajsa li tintuża, jew maħsuba biex tintuża għas-sajd jew attivitajiet relatati mas-sajd;

(e)

“operatur” tfisser is-sid ta’ bastiment, jew kwalunkwe persuna, li hija responsabbli jew tmexxi jew tikkontrolla l-bastiment.

Artikolu 3

Sussidji li jikkontribwixxu għal sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (4)

3.1   L-ebda Membru ma għandu jagħti jew iżomm xi sussidju lil bastiment jew operatur (5) involut f’sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) jew f’attivitajiet relatati mas-sajd b’appoġġ għas-sajd IUU.

3.2   Għall-finijiet tal-Artikolu 3.1, bastiment jew operatur għandu jitqies bħala involut f’sajd IUU jekk issir determinazzjoni affermattiva ta’ dan minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin (6) , (7):

(a)

Membru kostali, għal attivitajiet f’żoni taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu; jew

(b)

Stat Membru tal-bandiera, għal attivitajiet minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu; jew

(c)

organizzazzjoni jew Arranġament Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO/A) rilevanti, f’konformità mar-regoli u l-proċeduri tal-RFMO/A u l-liġi internazzjonali rilevanti, inkluż permezz tal-għoti ta’ notifika f’waqtha u informazzjoni rilevanti, f’oqsma u għal speċijiet taħt il-kompetenza tagħha.

3.3

(a)

Determinazzjoni affermattiva (8) skont l-Artikolu 3.2 tirreferi għas-sejba finali minn Membru u/jew l-elenkar finali minn RFMO/A li bastiment jew operatur kien involut f’sajd IUU.

(b)

Għall-finijiet tal-Artikolu 3.2(a), il-projbizzjoni skont l-Artikolu 3.1 għandha tapplika fejn id-determinazzjoni mill-Membru kostali tkun ibbażata fuq informazzjoni fattwali rilevanti u l-Membru kostali jkun ipprovda lill-Istat Membru tal-bandiera u, jekk magħruf, lill-Membru li jissussidja, dan li ġej:

(i)

notifika f’waqtha, permezz ta’ mezzi xierqa, li bastiment jew operatur ikun inżamm temporanjament sakemm issir investigazzjoni ulterjuri għall-involviment fi, jew li l-Membru kostali jkun beda investigazzjoni għal sajd IUU inkluża referenza għal kwalunkwe informazzjoni fattwali rilevanti, liġijiet, regolamenti, proċeduri amministrattivi applikabbli, jew miżuri rilevanti oħra;

(ii)

opportunità li tiġi skambjata informazzjoni rilevanti (9) qabel determinazzjoni, sabiex tali informazzjoni tkun tista’ tiġi kkunsidrata fid-determinazzjoni finali. Il-membru kostali jista’ jispeċifika l-mod u l-perjodu ta’ żmien li fih għandu jitwettaq dan l-iskambju ta’ informazzjoni; u

(iii)

notifika tad-determinazzjoni finali, u ta’ kwalunkwe sanzjoni applikata, inkluż, jekk applikabbli, id-durata tagħhom.

Il-Membru kostali għandu jinnotifika determinazzjoni affermattiva lill-Kumitat previst fl-Artikolu 9.1 (imsemmi f’dan il-Ftehim bħala “il-Kumitat”).

3.4   Il-Membru li jissussidja għandu jqis in-natura, il-gravità u r-ripetizzjoni tas-sajd IUU mwettaq minn bastiment jew operatur meta jistabbilixxi t-tul ta’ żmien tal-applikazzjoni tal-projbizzjoni fl-Artikolu 3.1. Il-projbizzjoni fl-Artikolu 3.1 għandha tapplika mill-inqas sakemm is-sanzjoni (10) li tirriżulta mid-determinazzjoni li tiskatta l-projbizzjoni tibqa’ fis-seħħ, jew mill-inqas sakemm il-bastiment jew l-operatur ikun elenkat minn RFMO/A, skont liema jkun l-itwal.

3.5   Il-Membru li jissussidja għandu jinnotifika l-miżuri meħuda skont l-Artikolu 3.1 lill-Kumitat skont l-Artikolu 8.3.

3.6   Meta Stat Membru tal-port jinnotifika lil Membru li qed jissussidja li għandu raġunijiet ċari biex jemmen li bastiment f’wieħed mill-portijiet tiegħu kien involut f’sajd IUU, il-Membru li qed jissussidja għandu jqis kif xieraq l-informazzjoni li jirċievi u jieħu tali azzjonijiet fir-rigward tas-sussidji tiegħu kif iqis xieraq.

3.7   Kull Membru għandu jkollu fis-seħħ liġijiet, regolamenti u/jew proċeduri amministrattivi biex jiżgura li s-sussidji msemmija fl-Artikolu 3.1, inklużi dawn is-sussidji eżistenti mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, ma jingħatawx jew jinżammu.

3.8   Għal perjodu ta’ sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, is-sussidji mogħtija jew miżmuma minn pajjiżi Membri li qed jiżviluppaw, inklużi l-Membri mill-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDC - least-developed country), sa u fiż-żona ekonomika esklussiva (ŻEE) għandhom ikunu eżentati minn azzjonijiet ibbażati fuq l-Artikoli 3.1 u 10 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Sussidji rigward l-istokkijiet mistada żżejjed

4.1   L-ebda Membru ma għandu jagħti jew iżomm sussidji għas-sajd jew għal attivitajiet relatati mas-sajd fir-rigward ta’ stokk mistad iżżejjed.

4.2   Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, stokk tal-ħut jiġi mistad iżżejjed jekk jiġi rikonoxxut bħala mistad iżżejjed mill-Membru kostali li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jkun qed isir is-sajd jew minn RFMO/A rilevanti f’żoni u għal speċijiet taħt il-kompetenza tiegħu, abbażi tal-aħjar evidenza xjentifika disponibbli għalih.

4.3   Minkejja l-Artikolu 4.1, Membru jista’ jagħti jew iżomm is-sussidji msemmija fl-Artikolu 4.1 jekk tali sussidji jew miżuri oħra jiġu implimentati biex l-istokk jinbena mill-ġdid għal livell bijoloġikament sostenibbli (11).

4.4   Għal perjodu ta’ sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, is-sussidji mogħtija jew miżmuma minn pajjiżi Membri li qed jiżviluppaw, inklużi l-Membri mill-LDC, sa u fiż-ŻEE għandhom ikunu eżentati minn azzjonijiet ibbażati fuq l-Artikoli 3.1 u 10 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 5

Sussidji oħra

5.1   L-ebda Membru ma għandu jagħti jew iżomm sussidji pprovduti għas-sajd jew attivitajiet relatati mas-sajd ’il barra mill-ġurisdizzjoni ta’ Membru kostali jew kostali mhux Membru u barra mill-kompetenza ta’ RFMO/A.

5.2   Membru għandu joqgħod attent b’mod speċjali u jeżerċita trażżin xieraq meta jagħti sussidji lil bastimenti li ma jtajrux il-bandiera ta’ dak il-Membru.

5.3   Membru għandu joqgħod attent b’mod speċjali u jeżerċita kontroll xieraq meta jagħti sussidji għas-sajd jew għal attivitajiet relatati mas-sajd fir-rigward ta’ stokkijiet li l-istatus tagħhom ma jkunx magħruf.

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Membri LDC

Membru għandu jeżerċita trażżin xieraq meta jqajjem kwistjonijiet li jinvolvu Membru LDC u s-soluzzjonijiet esplorati għandhom iqisu s-sitwazzjoni speċifika tal-Membru LDC involut, jekk ikun hemm.

Artikolu 7

Assistenza teknika u bini tal-kapaċità

Assistenza teknika mmirata u assistenza għall-bini tal-kapaċità lil pajjiżi Membri li qed jiżviluppaw, inklużi Membri LDC, għandhom jiġu pprovduti għall-fini tal-implimentazzjoni tad-dixxiplini taħt dan il-Ftehim. B’appoġġ għal din l-assistenza, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu volontarju ta’ finanzjament tad-WTO f’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħall-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) u l-Fond Internazzjonali għall-Iżvilupp Agrikolu. Il-kontribuzzjonijiet tal-Membri tad-WTO għall-mekkaniżmu għandhom ikunu esklussivament fuq bażi volontarja u m’għandhomx jużaw riżorsi baġitarji regolari.

Artikolu 8

Notifika u trasparenza

8.1   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25 tal-Ftehim SCM u sabiex jissaħħu u jittejbu n-notifiki tas-sussidji għas-sajd, u sabiex tkun tista’ ssir sorveljanza aktar effettiva tal-implimentazzjoni tal-impenji tas-sussidji għas-sajd, kull Membru għandu

(a)

jipprovdi l-informazzjoni li ġejja bħala parti min-notifika regolari tagħha tas-sussidji għas-sajd skont l-Artikolu 25 tal-Ftehim SCM (12) , (13): it-tip jew it-tip ta’ attività tas-sajd li għaliha jingħata s-sussidju;

(b)

kemm jista’ jkun, jipprovdi l-informazzjoni li ġejja bħala parti min-notifika regolari tagħha tas-sussidji għas-sajd skont l-Artikolu 25 tal-Ftehim SCM (12) , (13):

(i)

l-istatus tal-istokkijiet tal-ħut fis-sajd li għalih jingħata s-sussidju (eż. mistada żżejjed, mistada b’mod massimu sostenibbli, jew mhux mistada biżżejjed) u l-punti ta’ referenza użati, u jekk tali stokkijiet humiex kondiviżi (14) ma’ kwalunkwe Membru ieħor jew humiex ġestiti minn RFMO/A;

(ii)

miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni fis-seħħ għall-istokk tal-ħut rilevanti;

(iii)

il-kapaċità tal-flotta fis-sajd li għalih huwa pprovdut is-sussidju;

(iv)

l-isem u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-bastiment jew bastimenti tas-sajd li jibbenefikaw mis-sussidju; u

(v)

id-data dwar il-qabdiet skont l-ispeċi jew il-grupp ta’ speċijiet fis-sajd li għalih jingħata s-sussidju (15).

8.2   Kull Membru għandu jinnotifika lill-Kumitat bil-miktub fuq bażi annwali dwar lista ta’ bastimenti u operaturi li jkun iddetermina b’mod affermattiv li kienu involuti f’sajd IUU.

8.3   Kull Membru għandu, fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, jinforma lill-Kumitat bil-miżuri eżistenti jew meħuda sabiex jiżgura l-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inklużi l-passi meħuda sabiex jiġu implimentati l-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3, 4 u 5. Kull Membru għandu wkoll jinforma minnufih lill-Kumitat dwar kwalunkwe bidla għal tali miżuri minn hemm ’il quddiem, u miżuri ġodda meħuda biex jiġu implimentati l-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

8.4   Kull Membru għandu, fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, jipprovdi lill-Kumitat deskrizzjoni tar-reġim tas-sajd tiegħu b’referenzi għal-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri amministrattivi tiegħu rilevanti għal dan il-Ftehim, u jinforma minnufih lill-Kumitat bi kwalunkwe modifika minn hemm ’il quddiem. Membru jista’ jissodisfa dan l-obbligu billi jipprovdi lill-Kumitat link elettroniku aġġornat għall-paġna web tal-Membru jew għal paġna web uffiċjali xierqa oħra li tistabbilixxi din l-informazzjoni.

8.5   Membru jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-Membru notifikanti rigward in-notifiki u l-informazzjoni pprovduti skont dan l-Artikolu. Il-membru notifikanti għandu jwieġeb għal dik it-talba malajr kemm jista’ jkun bil-miktub u b’mod komprensiv. Jekk Membru jqis li ma tkunx ġiet ipprovduta notifika jew informazzjoni skont dan l-Artikolu, il-Membru jista’ jressaq il-kwistjoni għall-attenzjoni ta’ tali Membru ieħor jew lill-Kumitat.

8.6   Il-Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat bil-miktub, mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, dwar kwalunkwe RFMO/A li huma partijiet għaliha. Din in-notifika għandha tikkonsisti, mill-inqas, mit-test tal-istrument legali li jistitwixxi l-RFMO/A, iż-żona u l-ispeċi taħt il-kompetenza tagħha, l-informazzjoni dwar l-istatus tal-istokkijiet tal-ħut ġestiti, deskrizzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tagħha, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw id-determinazzjonijiet tas-sajd IUU tagħha, u l-listi aġġornati ta’ bastimenti u/jew operaturi li hija ddeterminat li kienu involuti f’sajd IUU. Din in-notifika tista’ tiġi ppreżentata individwalment jew minn grupp ta’ Membri (16). Kull bidla f’din l-informazzjoni għandha minnufih tiġi nnotifikata lill-Kumitat. Is-Segretarjat għall-Kumitat għandu jżomm lista ta’ RFMO/As innotifikati skont dan l-Artikolu.

8.7   Il-Membri jirrikonoxxu li n-notifika ta’ miżura ma tippreġudikax (a) l-istatus legali tagħha skont il-GATT 1994, il-Ftehim SCM, jew dan il-Ftehim; (b) l-effetti tal-miżura skont il-Ftehim SCM; jew (c) in-natura tal-miżura nnifisha.

8.8   Xejn f’dan l-Artikolu ma jeħtieġ l-għoti ta’ informazzjoni kunfidenzjali.

Artikolu 9

Arranġamenti istituzzjonali

9.1   Hawnhekk qed jistabbilixxu Kumitat dwar is-Sussidji għas-Sajd magħmul minn rappreżentanti minn kull wieħed mill-Membri. Il-Kumitat għandu jaħtar il-President tiegħu u m'għandux jiltaqa' inqas minn darbtejn fis-sena kif stipulat fid-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Ftehim fuq talba ta' kwalunkwe Membru. Il-Kumitat għandu jwettaq ir-responsabbiltajiet li jiġu assenjati lilu taħt dan il-Ftehim jew mill-Membri u għandu jippermetti l-opportunità ta' konsultazzjoni lill-Membri rigward kwalunkwe kwistjoni relatata mal-operazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew tal-eżekuzzjoni tal-għanijiet tal-istess. Il-WTO għandu jaġġixxi bħala s-segretarju tal-Kumitat.

9.2   Il-Kumitat għandu jeżamina l-informazzjoni kollha pprovduta skont l-Artikoli 3 u 8 u dan l-Artikolu mhux inqas minn kull sentejn.

9.3   Il-Kumitat għandu jirrevedi annwalment l-implimentazzjonijiet u l-operazzjoni ta' dan il-Ftehim, waqt li jikkonsidra l-għanijiet tiegħu. Il-Kumitat għandu jinforma annwalment il-Kunsill għall-Kummerċ tal-Merkanzija dwar kwalunkwe żvilupp waqt il-perjodu kopert minn dawn ir-reviżjonijiet.

9.4   Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem, il-Kumitat għandu jirrevedi l-operat ta’ dan il-Ftehim bl-għan li jidentifika l-modifiki kollha meħtieġa biex jittejjeb it-tħaddim ta’ dan il-Ftehim, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet tiegħu. Meta approprjat, il-Kumitat jista' jissottometti lill-Kunsill għall-Kummerċ tal-Merkanzija proposti sabiex jiġi emendat it-test ta' dan il-Ftehim wara li tkun ġiet ikkunsidrata fost ħwejjeġ oħra l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tiegħu.

9.5   Il-Kumitat għandu jżomm kuntatt mill-qrib mal-FAO u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra fil-qasam tal-ġestjoni tas-sajd, inklużi l-RFMO/As rilevanti.

Artikolu 10

Soluzzjoni tat-tilwim

10.1   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli XXII u XXIII tal-GATT 1994 kif elaborati u applikati fil-Fehim dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim (DSU - Dispute Settlement Understanding) għandhom japplikaw għall-konsultazzjonijiet u s-soluzzjoni tat-tilwim skont dan il-Ftehim, ħlief fejn hemm speċifikament previst mod ieħor fih (17).

10.2   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tal-Ftehim (18) SCM għandhom japplikaw għall-konsultazzjonijiet u għas-soluzzjoni tat-tilwim skont l-Artikoli 3, 4 u 5 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet finali

11.1   Ħlief kif previst fl-Artikoli 3 u 4, xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jipprevjeni Membru milli jagħti sussidju għal għajnuna f’każ ta’ diżastru (19), sakemm is-sussidju jkun:

(a)

limitat għas-sokkors ta’ diżastru partikolari;

(b)

limitata għaż-żona ġeografika affettwata;

(c)

limitata biż-żmien; u

(d)

fil-każ ta’ sussidji għar-rikostruzzjoni, limitati għar-restawr tas-sajd affettwat, u/jew il-flotta affettwata għal-livell tagħha ta’ qabel id-diżastru.

11.2

(a)

Dan il-Ftehim, inkluż kwalunkwe sejba, rakkomandazzjoni, u għotja fir-rigward ta’ dan il-Ftehim, ma għandu jkollu l-ebda implikazzjoni legali fir-rigward ta’ pretensjonijiet territorjali jew delimitazzjoni tal-konfini marittimi.

(b)

Bord stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim ma għandu jagħmel l-ebda sejba fir-rigward ta’ kwalunkwe pretensjoni li tkun teħtieġ li jibbaża s-sejbiet tiegħu fuq kwalunkwe pretensjoni territorjali affermata jew delimitazzjoni tal-konfini marittimi (20).

11.3   Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jiġi interpretat jew applikat b’mod li jippreġudika l-ġurisdizzjoni, id-drittijiet u l-obbligi tal-Membri, li joħorġu mil-liġi internazzjonali, inkluża l-liġi tal-baħar (21).

11.4   Ħlief kif previst mod ieħor, xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jimplika li Membru huwa marbut b’miżuri jew deċiżjonijiet ta’, jew jirrikonoxxi, kwalunkwe RFMO/A li minnu mhuwiex parti jew mhux parti kooperanti.

11.5   Dan il-Ftehim ma jimmodifikax jew ma jannullax kwalunkwe dritt u obbligu kif previst mill-Ftehim SCM.

Artikolu 12

Terminazzjoni tal-Ftehim jekk ma jiġux adottati dixxiplini komprensivi

Jekk ma jiġux adottati dixxiplini komprensivi fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, u sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kunsill Ġenerali, dan il-Ftehim jiġi tterminat immedjatament.


(1)  Għal aktar ċertezza, l-akkwakultura u s-sajd fl-ilmijiet interni huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

(2)  Għal aktar ċertezza, il-pagamenti minn gvern għal gvern skont il-ftehimiet ta’ aċċess għas-sajd ma għandhomx jitqiesu bħala sussidji skont it-tifsira ta’ dan il-Ftehim.

(3)  Għal aktar ċertezza, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, sussidju għandu jkun attribwibbli lill-Membru li jkun qed jagħtih, irrispettivament mill-bandiera jew mir-reġistru ta’ kwalunkwe bastiment involut jew min-nazzjonalità tar-riċevitur.

(4)  “Sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU)” tirreferi għall-attivitajiet stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni, l-Iskoraġġiment u l-Eliminazzjoni tas-Sajd Illegali, Mhux Rappurtat u Mhux Regolat adottat mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU (FAO) fl-2001.

(5)  Għall-fini tal-Artikolu 3, it-terminu “operatur” ifisser l-operatur skont it-tifsira tal-Artikolu 2(e) fiż-żmien tal-ksur tas-sajd IUU. Għal aktar ċertezza, il-projbizzjoni fuq l-għoti jew iż-żamma ta’ sussidji lil operaturi involuti f’sajd IUU tapplika għal sussidji pprovduti għas-sajd u għal attivitajiet relatati mas-sajd fuq il-baħar.

(6)  Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jiġi interpretat li jobbliga lill-Membri jibdew investigazzjonijiet tas-sajd IUU jew jagħmlu determinazzjonijiet tas-sajd IUU.

(7)  Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jiġi interpretat li jaffettwa l-kompetenza tal-entitajiet elenkati skont l-istrumenti internazzjonali rilevanti jew li jagħti drittijiet ġodda lill-entitajiet elenkati meta jagħmlu determinazzjonijiet tas-sajd IUU.

(8)  Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jiġi interpretat li jdewwem, jew jaffettwa l-validità jew l-infurzabbiltà ta’ determinazzjoni tas-sajd IUU.

(9)  Pereżempju, dan jista’ jinkludi opportunità għal djalogu jew għal skambju ta’ informazzjoni bil-miktub jekk mitlub mill-Istat tal-bandiera jew mill-Membru li jissussidja.

(10)  It-terminazzjoni tas-sanzjonijiet hija kif previst skont il-liġijiet jew il-proċeduri tal-awtorità li tkun għamlet id-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 3.2.

(11)  Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, livell bijoloġikament sostenibbli huwa l-livell determinat minn Membru kostali li jkollu ġurisdizzjoni fuq iż-żona fejn tkun qed issir l-attività tas-sajd jew relatata mas-sajd, bl-użu ta’ punti ta’ referenza bħar-rendiment massimu sostenibbli (MSY) jew punti ta’ referenza oħra, proporzjonat mad-data disponibbli għas-sajd; jew minn RFMO/A rilevanti f’żoni u għal speċijiet taħt il-kompetenza tagħha.

(12)  Għall-finijiet tal-Artikolu 8.1, il-Membri għandhom jipprovdu din l-informazzjoni flimkien mal-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 25 tal-Ftehim SCM u kif stipulat fi kwalunkwe kwestjonarju użat mill-Kumitat SCM, pereżempju G/SCM/6/Rev.1.

(13)  Għall-membri LDC, u pajjiżi Membri li qed jiżviluppaw b’sehem annwali tal-volum globali tal-produzzjoni tal-qbid tal-baħar li ma jaqbiżx iż-0.8 fil-mija skont id-data tal-FAO ppubblikata l-aktar reċenti kif iċċirkolata mis-Segretarjat tad-WTO, in-notifika tal-informazzjoni addizzjonali f’dan is-subparagrafu tista’ ssir kull erba’ snin.

(14)  It-terminu “stokkijiet kondiviżi” jirreferi għal stokkijiet li jseħħu fiż-ŻEE ta’ żewġ Membri kostali jew aktar, jew it-tnejn li huma fiż-ŻEE u f’żona lil hinn minnha u maġenb dik iż-żona.

(15)  Għas-sajd ta’ diversi speċijiet, Membru minflok jista’ jipprovdi data oħra rilevanti u disponibbli dwar il-qabdiet.

(16)  Dan l-obbligu jista’ jintlaħaq billi tiġi pprovduta link elettronika għall-paġna web tal-Membru norifikanti jew għal paġna web uffiċjali xierqa oħra li tistabbilixxi din l-informazzjoni.

(17)  Is-subparagrafi 1(b) u 1(c) tal-Artikolu XXIII tal-GATT 1994 u l-Artikolu 26 tad-DSU ma għandhomx japplikaw għas-soluzzjoni tat-tilwim skont dan il-Ftehim.

(18)  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, it-terminu “sussidju pprojbit” fl-Artikolu 4 tal-Ftehim SCM jirreferi għal sussidji soġġetti għal projbizzjoni fl-Artikolu 3, l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 5 ta’ dan il-Ftehim.

(19)  Għal aktar ċertezza, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal kriżijiet ekonomiċi jew finanzjarji.

(20)  Din il-limitazzjoni għandha tapplika wkoll għal arbitru stabbilit skont l-Artikolu 25 tal-Fehim dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim.

(21)  Inklużi r-regoli u l-proċeduri tal-RFMO/As.


REGOLAMENTI

8.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/10


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1117

tat-12 ta’ Jannar 2023

li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti għat-tip u n-natura tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/2034 tas-27 ta’ Novembru 2019 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE 2014/59/UE u 2014/65/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(7) u t-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat liema informazzjoni li tikkonċerna ditti tal-investiment, u fejn rilevanti, li tikkonċerna l-funzjonament tal-fergħat tagħhom jew l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fi Stat Membru wieħed jew aktar għajr dawk li fihom jinsabu l-uffiċċji prinċipali tagħhom għandhom jiġi pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u bil-maqlub.

(2)

Huwa essenzjali li l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti jitqies fil-kuntest usa’ tas-superviżjoni ta’ gruppi ta’ ditti tal-investiment transfruntiera. Fejn rilevanti, huwa għalhekk xieraq li l-informazzjoni tiġi pprovduta fil-livell konsolidat. B’mod partikolari, jekk ditta tal-investiment li topera permezz ta’ fergħa għandha entità omm apikali fl-Istat Membru fejn għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, u l-awtorità kompetenti kkonċernata hija wkoll is-superviżur tal-grupp, jitqies xieraq li tingħata informazzjoni fil-livell konsolidat aktar milli fil-livell tad-ditta tal-investiment. Madankollu, f’dak il-każ, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti li l-informazzjoni tiġi pprovduta fil-livell konsolidat tal-grupp ta’ ditti tal-investiment.

(3)

Filwaqt li jiġu pprovduti l-elementi ewlenin li jenħtieġ li jkunu soġġetti għal skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, ma jkunx xieraq fil-kuntest ta’ kooperazzjoni effiċjenti bejn l-awtoritajiet kompetenti fuq bażi transfruntiera li jiġi ristrett il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali skambju ta’ informazzjoni. B’mod partikolari, l-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-verifika fuq il-post ta’ fergħat li jistgħu jkunu rilevanti wkoll fil-kuntest tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

(4)

Ir-rekwiżiti ta’ kooperazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni rigward notifiki tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi huma stabbiliti fl-Artikoli 34 u 35 tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u r-rekwiżiti għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq u l-istrumenti f’attivitajiet superviżorji, għall-verifiki jew l-investigazzjonijiet fuq il-post huma stabbiliti fl-Artikolu 80 tad-Direttiva 2014/65/UE u speċifikati aktar fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/586 (3). Għalhekk, dan ir-Regolament ma jispeċifika l-ebda rekwiżit għall-iskambju ta’ informazzjoni f’dawk l-oqsma.

(5)

Filwaqt li l-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi skambjata għall-finijiet tal-iżgurar ta’ protezzjoni adegwata tal-klijenti u s-salvagwardja tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti jenħtieġ li tiġi speċifikata fil-kuntest tal-forniment ta’ servizzi transfruntiera fi Stat Membru ospitanti, jenħtieġ li d-duplikazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni tiġi evitata bl-istess mod. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw l-informazzjoni diġà disponibbli għalihom, b’mod partikolari permezz tal-mekkaniżmu stabbilit f’konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/65/UE fi Stat Membru partikolari, meta dawk l-awtoritajiet ikunu differenti, l-Artikolu 80 tad-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament Delegat (UE) 2017/586.

(6)

Sabiex tiġi żgurata konverġenza suffiċjenti tal-prattiki regolatorji u superviżorji madwar l-Unjoni u livell minimu ta’ skambju ta’ informazzjoni li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu d-dmirijiet superviżorji tagħhom, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti. Bħala minimu, jenħtieġ li dik l-informazzjoni tkopri l-oqsma kollha speċifikati fl-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jiġifieri informazzjoni dwar: l-istruttura tal-ġestjoni u tas-sjieda tad-ditta tal-investiment, il-konformità mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji mid-ditta tal-investiment, il-konformità mar-rekwiżiti ta’ riskju tal-konċentrazzjoni u mar-rekwiżiti tal-likwidità tad-ditta tal-investiment, il-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tad-ditta tal-investiment u kwalunkwe fattur rilevanti ieħor li jista’ jinfluwenza r-riskju maħluq mid-ditta tal-investiment. Sabiex tiġi ffaċilitata superviżjoni adegwata tad-ditti tal-investiment, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u dak tad-domiċilju jżommu lil xulxin infurmati dwar sitwazzjonijiet identifikati ta’ nuqqas ta’ konformità mal-liġi nazzjonali jew mad-dritt tal-Unjoni, meta tali nuqqas ta’ konformità jista’ jaffettwa l-protezzjoni tal-klijenti jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti, kif ukoll dwar miżuri superviżorji u sanzjonijiet imposti fuq ditti tal-investiment. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi inkluża informazzjoni addizzjonali rigward it-tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fl-ambitu tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jissorveljaw id-ditti tal-investiment b’mod effiċjenti.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni rilevanti tkun skambjata fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli filwaqt li jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tad-domiċilju jkunu obbligati jibagħtu xi informazzjoni dwar ditta tal-investiment, irrispettivament min-natura u l-importanza tagħha, lill-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri ospitanti, huwa xieraq f’xi każijiet speċifiċi li tkun biss l-informazzjoni li hija rilevanti għal fergħa partikolari li jenħtieġ li tintbagħat esklużivament lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ din il-fergħa. Għal finijiet simili ta’ effiċjenza u proporzjonalità, f’għadd ta’ oqsma speċifiċi, tkun biss l-informazzjoni rigward sitwazzjonijiet identifikati ta’ nuqqas ta’ konformità li jenħtieġ li tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti, li jfisser li l-ebda informazzjoni ma jkollha tiġi skambjata meta d-ditta tal-investiment tkun f’konformità mal-liġi nazzjonali u mad-dritt tal-Unjoni.

(8)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u żviluppati f’konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

(9)

L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Informazzjoni fuq bażi konsolidata

Meta d-ditta tal-investiment omm apikali tkun stabbilita fl-istess Stat Membru bħal dak li fih id-ditta tal-investiment ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment tkun ukoll is-superviżur tal-grupp iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 46 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, dik l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi informazzjoni rigward dik id-ditta tal-investiment fil-livell konsolidat għall-grupp ta’ ditti tal-investiment u għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti li l-informazzjoni hija pprovduta fil-livell konsolidat.

Artikolu 2

Informazzjoni dwar l-istruttura tal-ġestjoni u tas-sjieda ta’ ditti tal-investiment li joperaw permezz ta’ fergħa

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-istruttura organizzazzjonali ta’ ditta tal-investiment, il-linji ta’ negozju tagħha u r-relazzjonijiet tagħha ma’ entitajiet fi ħdan il-grupp.

2.   Minbarra t-tip ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li jissorveljaw ditta tal-investiment mhux identifikata bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-informazzjoni li ġejja fir-rigward tad-ditta tal-investiment:

(a)

l-istruttura tal-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri kif ukoll deskrizzjoni tal-allokazzjoni ta’ responsabbiltajiet għas-superviżjoni ta’ fergħa;

(b)

il-lista ta’ azzjonisti u membri b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti.

Artikolu 3

Informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar jekk ditta tal-investiment hijiex konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, filwaqt li jitqiesu l-arranġamenti tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 57 ta’ dak ir-Regolament;

(b)

fejn applikabbli, kwalunkwe rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali impost f’konformità mal-Artikolu 39(2), punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/2034;

(c)

fejn applikabbli, kwalunkwe gwida dwar fondi proprji addizzjonali imposta f’konformità mal-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-informazzjoni li ġejja rigward ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji applikabbli għal ditta tal-investiment:

(a)

il-valur tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(b)

jekk il-valur imsemmi fil-punt (a) ġiex stabbilit abbażi tal-Artikolu 11(1), punti (a), (b) jew (c), tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(c)

fejn applikabbli, il-valur ta’ kwalunkwe rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali impost f’konformità mal-Artikolu 39(2), punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/2034, u r-raġunijiet għall-impożizzjoni tiegħu;

(d)

fejn applikabbli, il-valur ta’ kwalunkwe gwida dwar fondi proprji addizzjonali impost f’konformità mal-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-informazzjoni dwar kwalunkwe sitwazzjoni li fir-rigward tagħha l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jkunu ddeterminaw li ditta tal-investiment ma kinetx konformi mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji applikabbli msemmija fil-paragrafu 1. L-informazzjoni pprovduta għandha tispjega s-sitwazzjoni u l-miżuri superviżorji meħuda jew ippjanati li jittieħdu.

4.   Meta ditta tal-investiment tkun ġiet eżentata mill-applikazzjoni tal-Parti Tnejn tar-Regolament (UE) 2019/2033 f’konformità mal-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu fil-livell konsolidat.

5.   Meta ditta tal-investiment titħalla tapplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-awtoritajiet kompetenti tal-IsStat Membru tad-domiċilju għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar jekk id-ditta tal-investiment hijiex konformi mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 8(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 4

Informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti ta’ riskju tal-konċentrazzjoni u r-rekwiżiti tal-likwidità

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar jekk ditta tal-investiment hijiex konformi mar-rekwiżiti ta’ riskju tal-konċentrazzjoni stabbiliti fil-Parti Erbgħa tar-Regolament (UE) 2019/2033.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-informazzjoni dwar kwalunkwe sitwazzjoni li fir-rigward tagħha l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jkunu ddeterminaw li ditta tal-investiment ma kinetx konformi mar-rekwiżiti ta’ riskju tal-konċentrazzjoni applikabbli, kif stabbilit fil-Parti Erbgħa tar-Regolament (UE) 2019/2033. L-informazzjoni pprovduta għandha tispjega s-sitwazzjoni u l-miżuri superviżorji meħuda jew ippjanati li jittieħdu.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar jekk ditta tal-investiment hijiex konformi mar-rekwiżiti tal-likwidità stabbiliti fil-Parti Ħamsa tar-Regolament (UE) 2019/2033, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 57(1) ta’ dak ir-Regolament u l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 43(1), it-tieni subparagrafu ta’ dak ir-Regolament.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-informazzjoni dwar kwalunkwe sitwazzjoni li fir-rigward tagħha l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jkunu ddeterminaw li ditta tal-investiment ma kinetx konformi mar-rekwiżiti tal-likwidità applikabbli, kif stabbilit fil-Parti Ħamsa tar-Regolament (UE) 2019/2033. L-informazzjoni pprovduta għandha tispjega s-sitwazzjoni u l-miżuri superviżorji meħuda jew ippjanati li jittieħdu.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bil-valutazzjoni ġenerali tagħhom tal-profil tar-riskju ta’ likwidità u l-ġestjoni tar-riskju ta’ ditta tal-investiment, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 u l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 43(1), it-tieni subparagrafu ta’ dak ir-Regolament.

6.   Meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu eżentaw ditta tal-investiment mill-applikazzjoni tal-Parti Ħamsa tar-Regolament (UE) 2019/2033 f’konformità mal-Artikolu 6(3) ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tal-IStat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fil-livell konsolidat.

Artikolu 5

Informazzjoni dwar proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-IsStat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-informazzjoni dwar kwalunkwe sitwazzjoni fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jkunu ddeterminaw li ditta tal-investiment ma kinetx konformi mal-istandards u l-proċeduri kontabilistiċi applikabbli li għalihom tkun soġġetta d-ditta tal-investiment f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). L-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta għandha tispjega s-sitwazzjoni u l-miżuri superviżorji meħuda jew ippjanati li jittieħdu.

2.   Meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 hija rilevanti biss għal fergħa partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu l-informazzjoni biss lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li fih tkun stabbilita dik il-fergħa.

Artikolu 6

Informazzjoni dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-IsStat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-informazzjoni dwar kwalunkwe sitwazzjoni li fir-rigward tagħha l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju jkunu ddeterminaw li ditta tal-investiment ma kinetx konformi ma’ rekwiżiti li jikkonċernaw il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern, inkluż il-ġestjoni tar-riskji, il-kontroll tar-riskji u l-arranġamenti ta’ awditu intern skont ir-Regolament (UE) 2019/2033 u d-Direttiva (UE) 2019/2034. L-informazzjoni li għandha tkun provduta għandha tispjega s-sitwazzjoni u l-miżuri superviżorji meħuda jew li se jittieħdu.

2.   Meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 hija rilevanti biss għal fergħa partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu l-informazzjoni biss lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li fih tkun stabbilita dik il-fergħa.

Artikolu 7

Informazzjoni dwar fatturi oħra li jistgħu jinfluwenzaw ir-riskju maħluq mid-ditta tal-investiment

1.   Minbarra l-informazzjoni u s-sejbiet previsti f’konformità mal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-informazzjoni dwar kwalunkwe riskju materjali u l-valutazzjoni superviżorja tagħhom kif żvelat mir-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji mwettqa f’konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jew permezz ta’ kwalunkwe attività superviżorja oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

2.   Meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 hija rilevanti biss għal fergħa partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu l-informazzjoni biss lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li fih tkun stabbilita dik il-fergħa.

Artikolu 8

Informazzjoni dwar nuqqas ta’ konformità ġenerali

1.   Meta l-Artikoli 3 sa 7 ta’ dan ir-Regolament jew id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar l-iskambju ta’ informazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE jew tar-Regolament Delegat (UE) 2017/586 ma japplikawx, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-informazzjoni dwar kwalunkwe sitwazzjoni li fir-rigward tagħha jkunu ddeterminaw li ditta tal-investiment ma tkunx f’konformità ma’ xi wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin, fejn tali nuqqas ta’ konformità jista’ jaffettwa l-protezzjoni tal-klijenti jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti:

(a)

rekwiżiti relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ ditti tal-investiment stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), ir-Regolament (UE) 2019/2033 u d-Direttiva (UE) 2019/2034;

(b)

rekwiżiti abbażi ta’ liġi nazzjonali rilevanti oħra.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispjega n-nuqqas ta’ konformità u l-miżuri superviżorji meħuda jew ippjanati li jittieħdu.

3.   Meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 hija rilevanti biss għal fergħa partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu l-informazzjoni biss lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li fih tkun stabbilita dik il-fergħa.

Artikolu 9

Komunikazzjoni ta’ miżuri superviżorji u sanzjonijiet

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar kwalunkwe sanzjoni amministrattiva jew miżura amministrattiva, jew miżura superviżorja imposta fuq ditta tal-investiment relatata ma’ ksur tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2033 jew fid-Direttiva (UE) 2019/2034 u li jaffettwaw l-operazzjonijiet tal-fergħa tagħha.

2.   Meta l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 hija rilevanti biss għal fergħa partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu l-informazzjoni biss lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li fih tkun stabbilita dik il-fergħa.

Artikolu 10

Informazzjoni dwar l-arranġamenti għat-tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-arranġamenti għat-tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. B’mod partikolari, għandhom iżommu lil xulxin infurmati b’dan li ġej:

(a)

id-dettalji ta’ kuntatt ta’ emerġenza ta’ persuni fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti li huma responsabbli għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

(b)

il-proċeduri ta’ komunikazzjoni li għandhom japplikaw f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

Artikolu 11

Informazzjoni minn awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe sitwazzjoni li fir-rigward tagħha l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkunu ddeterminaw li fergħa ma tkun f’konformità mal-ebda rekwiżit relatat mas-superviżjoni prudenzjali ta’ ditti tal-investiment, inkluż ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-Direttiva 2013/36/UE, id-Direttiva 2014/59/UE, ir-Regolament (UE) 2019/2033 u d-Direttiva (UE) 2019/2034, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-miżuri superviżorji meħuda jew ippjanati li jittieħdu biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ konformità;

(b)

kwalunkwe informazzjoni u sejba dwar kwalunkwe problema u riskju potenzjali ppreżentati mill-fergħa jew l-attivitajiet tagħha fl-Istat Membru ospitanti li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-protezzjoni tal-klijenti jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti kif identifikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

Artikolu 12

Informazzjoni dwar fornituri ta’ servizzi transfruntiera

Mal-wasla ta’ talba għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti fir-rigward ta’ ditta tal-investiment li tkun qed twettaq l-attivitajiet tagħha skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi f’dak l-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdulhom l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 3(1) u 3(3), l-Artikolu 4(1), (2) u (3), l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 8.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64.

(2)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/586 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-kooperazzjoni f’attivitajiet superviżorji, verifiki fuq il-post u investigazzjonijiet (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 382).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(9)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).


8.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/17


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1118

tat-12 ta’ Jannar 2023

li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom il-kulleġġi tas-superviżuri jeżerċitaw il-kompiti tagħhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/2034 tas-27 ta’ Novembru 2019 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 48(8) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu stabbiliti l-kulleġġi tas-superviżuri u biex jiġu identifikati l-membri tal-kulleġġ u l-osservaturi potenzjali, huwa meħtieġ li jiġu mmappjati gruppi ta’ ditti tal-investiment. L-għan ta’ dan l-immappjar huwa li jiġu identifikati l-entitajiet jew il-fergħat tal-grupp fl-Unjoni jew f’pajjiż terz u li jiġu deskritti, għal kull entità tal-grupp, in-natura, il-post, l-awtoritajiet involuti fis-superviżjoni tagħha, l-eżenzjonijiet prudenzjali applikabbli, l-importanza tagħha għall-grupp u l-importanza tagħha għall-pajjiż li fih hija awtorizzata jew stabbilita.

(2)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni koerenti tal-Artikolu 48 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 madwar l-Unjoni u b’hekk kundizzjonijiet ġusti ta’ kompetizzjoni, huwa importanti li tiġi promossa l-konverġenza fil-prattiki tas-superviżuri tal-grupp fir-rigward tal-istabbiliment ta’ kulleġġi ta’ superviżuri għal gruppi ta’ ditti tal-investiment. B’mod partikolari, peress li l-istabbiliment tal-kulleġġi ta’ superviżuri jitħalla għad-diskrezzjoni tas-superviżur tal-grupp determinat f’konformità mal-Artikolu 46 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti kriterji komuni li s-superviżuri tal-grupp jenħtieġ li jqisu meta jiġi ddeterminat jekk jenħtieġx li jiġi stabbilit kulleġġ tas-superviżuri. Dawk il-kriterji komuni jenħtieġ li jinkludu kriterji ta’ proporzjonalità, jirriflettu l-ħtieġa li jiġu ffaċilitati l-kompiti superviżorji, u jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi u l-kooperazzjoni magħhom, b’mod partikolari fejn din il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tkun meħtieġa għall-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti dwar il-mudell tal-marġni mal-awtoritajiet superviżorji tal-membri tal-ikklerjar tal-kontropartijiet ċentrali kwalifikanti (QCCPs) jew mal-awtoritajiet superviżorji tal-QCCPs, u għall-aġġornament ta’ din l-informazzjoni.

(3)

Sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u l-effettività tal-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri, l-arranġamenti bil-miktub imsemmijin fl-Artikolu 48(6), it-tielet subparagrafu tad-Direttiva (UE) 2019/2034 jenħtieġ li jkopru l-oqsma kollha tal-ħidma tal-kulleġġ. Għalhekk, jenħtieġ li dawk l-arranġamenti bil-miktub ikopru wkoll arranġamenti fost il-membri tal-kulleġġ involuti f’attivitajiet speċifiċi tal-kulleġġ, inklużi attivitajiet imwettqin permezz ta’ substrutturi speċifiċi tal-kulleġġ fejn dawn is-substrutturi jiġu stabbiliti għal finijiet ta’ effiċjenza. Għall-istess raġuni, l-arranġamenti bil-miktub jenħtieġ li jinkludu wkoll aspetti operazzjonali tal-ħidma tal-kulleġġ, peress li dawn l-aspetti huma essenzjali biex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tal-kulleġġ tas-superviżuri kemm f’sitwazzjonijiet ta’ negozju avvjat kif ukoll waqt sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Fl-aħħar nett, l-arranġamenti bil-miktub jenħtieġ li jkunu komprensivi, konsistenti u eżawrjenti, u jenħtieġ li jipprovdu bażi adegwata u xierqa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet u l-kompiti rilevanti tagħhom fil-kulleġġ tas-superviżuri, pjuttost milli barra minnu.

(4)

Il-kulleġġi tas-superviżuri huma għodda ewlenija għall-iskambju ta’ informazzjoni, għat-tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u t-trattament tagħhom, u jippermettu lis-superviżur tal-grupp iwettaq superviżjoni effettiva fuq bażi konsolidata. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u sabiex l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-EBA jenħtieġ li tipparteċipa fil-kulleġġi kollha tas-superviżuri. Barra minn hekk, minħabba r-rwol ta’ koordinazzjoni tal-kulleġġi tas-superviżuri għall-attivitajiet superviżorji kollha fir-rigward tal-gruppi ta’ ditti tal-investiment li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) jenħtieġ li dejjem tiġi mistiedna biex tipparteċipa fil-laqgħat u fl-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri, f’konformità mal-arranġamenti bil-miktub.

(5)

Sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet kollha tal-kulleġġ, is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jenħtieġ li jkollhom ħarsa ġenerali tal-attivitajiet imwettqin mill-entitajiet kollha tal-grupp ta’ ditti tal-investiment ikkonċernat, inklużi l-attivitajiet ta’ dawk l-entitajiet li jwettqu attivitajiet finanzjarji mingħajr ma jkunu kkwalifikati bħala ditti tal-investiment, u l-attivitajiet ta’ dawk l-entitajiet li joperaw f’pajjiżi terzi. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li tiġi promossa interazzjoni bejn is-superviżur tal-grupp, il-membri tal-kulleġġ, l-awtoritajiet pubbliċi jew il-korpi fi Stat Membru li huma responsabbli jew involuti fis-superviżjoni ta’ kwalunkwe entità tal-grupp ta’ ditti tal-investiment, inklużi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn huma stabbiliti fergħat ivvalutati bħala importanti, l-awtoritajiet jew il-korpi li huma responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq fl-istrumenti finanzjarji u għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-awtoritajiet jew il-korpi li huma responsabbli għall-protezzjoni tal-konsumatur, u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni. Għalhekk huwa importanti li dawk l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi jitħallew jipparteċipaw fil-ħidma tal-kulleġġ tas-superviżuri bħala osservaturi, fejn xieraq.

(6)

Fl-interess tat-trasparenza u biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-kulleġġ tas-superviżuri, il-membri tal-kulleġġ jenħtieġ li jiddiskutu u jaqblu dwar l-ambitu u l-livell ta’ involviment ta’ awtoritajiet oħrajn, jekk ikun hemm, li jenħtieġ li jipparteċipaw fil-kulleġġ tas-superviżuri bħala osservaturi. Il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ dawn l-awtoritajiet bħala osservaturi fil-kulleġġ tas-superviżuri jenħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod ċar fl-arranġamenti bil-miktub u jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kollha li jipparteċipaw bħala osservaturi fil-kulleġġ tas-superviżuri.

(7)

Sabiex iwettqu aħjar id-dmirijiet tagħhom u jevitaw id-duplikazzjoni tal-kompiti, inkluża d-duplikazzjoni tat-talbiet għal informazzjoni indirizzati lill-entitajiet taħt superviżjoni tal-grupp, il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jenħtieġ li jaħdmu mill-qrib flimkien u jikkoordinaw l-azzjonijiet superviżorji tagħhom sal-massimu possibbli. Għall-istess raġuni, il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jenħtieġ li jirrieżaminaw regolarment kwalunkwe ftehim dwar id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet, u b’mod partikolari meta l-membri tal-kulleġġ jiddeterminaw l-allokazzjoni tar-riżorsi u jiżviluppaw il-pjan għal kompiti superviżorji fuq il-post u mhux fuq il-post fil-livell tal-kulleġġ tas-superviżuri.

(8)

Is-superviżur tal-grupp jenħtieġ li jkun jista’ jkollu ħarsa ġenerali globali tas-sitwazzjoni tal-grupp u jaġixxi bħala faċilitatur, filwaqt li jiżgura fluss ta’ informazzjoni bla xkiel fost il-membri tal-kulleġġ. Għalhekk, is-superviżur tal-grupp jenħtieġ li jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tiegħu, u jenħtieġ li jaġixxi bħala l-koordinatur għall-ġbir u għat-tixrid tal-informazzjoni riċevuta minn kwalunkwe membru tal-kulleġġ tas-superviżuri, kwalunkwe osservatur ieħor jew kwalunkwe entità tal-grupp, jew kwalunkwe input riċevut minn kwalunkwe korp jew awtorità superviżorja oħra stabbilita fir-rigward tal-grupp ta’ ditti tal-investiment. L-istess japplika għall-membri tal-kulleġġ peress li jeħtieġ li jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti biex iwettqu l-kompiti u d-dmirijiet tagħhom fir-rigward tal-entitajiet li huma responsabbli għalihom u l-ħtieġa li jikkondividu l-informazzjoni rilevanti mal-membri l-oħrajn tal-kulleġġ tas-superviżuri. B’mod partikolari, meta s-superviżur tal-grupp jiddetermina li informazzjoni partikolari tkun rilevanti għal membru ieħor tal-kulleġġ tas-superviżuri, jenħtieġ li dan ma jeskludix b’mod mhux ġustifikat lill-membri tal-kulleġġ milli jirċievu dik l-informazzjoni.

(9)

Il-kulleġġi tas-superviżuri jiffaċilitaw il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dan huwa partikolarment il-każ għal kwalunkwe deċiżjoni rigward l-użu ta’ mudelli interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji li jirrikjedu permess minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti. Għalhekk huwa importanti li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet li taħthom is-superviżur tal-grupp u l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jiskambjaw informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-mudelli interni, u jiddiskutu u jilħqu ftehim dwar miżuri biex jindirizzaw l-ineffiċjenzi identifikati.

(10)

Għall-allokazzjoni tar-riżorsi superviżorji u għall-iżvilupp jew il-koordinazzjoni ta’ kompiti superviżorji fuq il-post u mhux fuq il-post fil-livell tal-kulleġġ tas-superviżuri, il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jenħtieġ li jqisu l-eżiti tal-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni superviżorji msemmi fl-Artikolu 36(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 li jitwettaq għall-grupp ta’ ditti tal-investiment u għal kull waħda mill-entitajiet tiegħu. Sabiex jiġu identifikati aħjar il-prijoritajiet tal-ħidma superviżorja komuni u sabiex tiġi żgurata allokazzjoni adegwata tar-riżorsi, l-istabbiliment tal-programm ta’ eżami superviżorju tal-kulleġġ għalhekk jenħtieġ li jibda ladarba dawk il-proċessi ta’ rieżami u evalwazzjoni superviżorji jkunu ġew iffinalizzati, u jenħtieġ li jiġu konklużi ladarba l-awtoritajiet kompetenti jkunu qiesu l-kompiti li jkunu impenjaw ruħhom li jwettqu fil-livell nazzjonali, ir-riżorsi allokati għal dawk il-kompiti u l-iskedi ta’ żmien rispettivi għat-twettiq ta’ dawk il-kompiti.

(11)

Il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jenħtieġ li jikkordinaw l-attivitajiet tagħhom bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u matulhom, inklużi żviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew ta’ parti minnha, jew sitwazzjonijiet oħrajn li jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw b’mod espliċitu s-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta’ grupp ta’ ditti tal-investiment jew xi waħda mill-entitajiet tiegħu.

(12)

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li sitwazzjoni ta’ emerġenza tiġi vvalutata u indirizzata kif xieraq. Għalhekk, meta jittrattaw sitwazzjoni ta’ emerġenza, jenħtieġ li l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, taħt il-koordinazzjoni tas-superviżur tal-grupp, ikollhom l-għan li jiżviluppaw valutazzjoni superviżorja koordinata tas-sitwazzjoni, jaqblu dwar rispons superviżorju koordinat u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tar-rispons tagħhom. Il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li kwalunkwe komunikazzjoni esterna tkun ikkoordinata u li din il-komunikazzjoni tkopri elementi li jkun hemm qbil ex ante bejniethom fuqhom.

(13)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess lill-Kummissjoni mill-EBA.

(14)

L-EBA kkonsultat mal-ESMA, wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TAQSIMA 1

STABBILIMENT TA’ KULLEĠĠI

Artikolu 1

Immappjar ta’ gruppi ta’ ditti tal-investiment

1.   Is-superviżur tal-grupp għandu jimmappja grupp ta’ ditti tal-investiment biex jidentifika l-entitajiet tal-grupp li ġejjin:

(a)

ditti tal-investiment awtorizzati fi Stat Membru u fergħat stabbiliti fi Stat Membru, għajr ditti tal-investiment li għalihom japplika l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

(b)

istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta’ servizzi anċillari, aġenti marbutin u fergħat tagħhom awtorizzati jew stabbiliti fi Stat Membru;

(c)

ditti tal-investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta’ servizzi anċillari, aġenti marbutin u fergħat tagħhom awtorizzati jew stabbiliti f’pajjiż terz.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi riflessa fl-immappjar:

(a)

l-Istat Membru fejn hija awtorizzata d-ditta tal-investiment jew fejn hija stabbilita l-fergħa;

(b)

l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tad-ditta tal-investiment jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti fejn hija stabbilita l-fergħa, kif ukoll awtoritajiet oħrajn fis-settur finanzjarju rilevanti ta’ dak l-Istat Membru, inklużi awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ swieq fl-istrumenti finanzjarji, għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, għall-protezzjoni tal-konsumatur u għar-riżoluzzjoni;

(c)

għal ditta tal-investiment, awtorizzata fi Stat Membru, jekk tissodisfax il-kriterji biex titqies bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa kif imsemmi fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punti (b) u (c), l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi riflessa fl-immappjar:

(a)

l-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn l-entità jew il-fergħa tal-grupp tkun ġiet awtorizzata jew stabbilita;

(b)

l-awtorità responsabbli jew involuta fis-superviżjoni ta’ dik l-entità jew il-fergħa tal-grupp;

(c)

informazzjoni dwar l-importanza tal-entità jew tal-fergħa tal-grupp għall-Istat Membru msemmi fil-punt (a) u għall-grupp ta’ ditti tal-investiment, u l-kriterji rilevanti użati mill-awtoritajiet kompetenti biex tiġi ddeterminata dik l-importanza.

Artikolu 2

Determinazzjoni ta’ jekk l-istabbiliment ta’ kulleġġ ta’ superviżuri huwiex xieraq

1.   Meta jiddetermina jekk l-istabbiliment ta’ kulleġġ ta’ superviżuri huwiex xieraq, is-superviżur tal-grupp għandu jqis l-immappjar tal-grupp imsemmi fl-Artikolu 1 u jivverifika jekk ġietx issodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-grupp ta’ ditti tal-investiment jikkonsisti f’mill-anqas żewġ ditti tal-investiment awtorizzati u li joperaw f’żewġ Stati Membri differenti;

(b)

l-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 48 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 jiġi ffaċilitat bl-istabbiliment ta’ kulleġġ tas-superviżuri;

(c)

il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi jitwettqu b’mod aktar effettiv taħt kulleġġ tas-superviżuri,

(d)

il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni huma meħtieġa għall-iskambju mal-awtoritajiet superviżorji tal-membri tal-ikklerjar tal-kontropartijiet ċentrali kwalifikanti (“QCCPs”) jew mal-awtoritajiet superviżorji tal-QCCPs għall-finijiet tal-Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033, u għall-aġġornament ta’ dik l-informazzjoni.

2.   Fejn kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b), (c) jew (d) tkun ġiet issodisfata, l-istabbiliment ta’ kulleġġ għandu jitqies xieraq, ħlief meta s-superviżur tal-grupp iqis li dan l-istabbiliment ma jkunx xieraq wara li jitqies, b’mod partikolari, l-immappjar tal-grupp imsemmi fl-Artikolu 1 u b’mod partikolari meta d-ditti tal-investiment jitqiesu bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi, kif imsemmi fl-Artikolu 12(1) Ir-Regolament (UE) 2019/2033.

Artikolu 3

Komunikazzjoni dwar l-istabbiliment ta’ kulleġġ tas-superviżuri

1.   Meta jkun ġie stabbilit kulleġġ tas-superviżuri, is-superviżur tal-grupp għandu, mingħajr dewmien żejjed:

(a)

jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti u superviżorji msemmija fl-Artikolu 48(5) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 bis-sħubija tagħhom fil-kulleġġ tas-superviżuri;

(b)

jinforma lill-EBA u lid-ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni, lill-kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal-Unjoni jew lill-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni (kwalunkwe waħda minn dawn l-entitajiet tkun maħtura wkoll bħala “impriża prinċipali tal-Unjoni”) ikkonċernata dwar l-istabbiliment tal-kulleġġ tas-superviżuri, dwar l-identità tal-membri u l-osservaturi tagħha, kif ukoll dwar kwalunkwe bidla fil-kompożizzjoni ta’ dak il-kulleġġ.

2.   Meta kulleġġ ta’ superviżuri ma jkunx ġie stabbilit għalkemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), ikunu ġew issodisfati, is-superviżur tal-grupp għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifika lill-EBA bid-deċiżjoni tiegħu li ma jistabbilixxix kulleġġ ta’ superviżuri u jissostanzja d-deċiżjoni tiegħu.

TAQSIMA 2

IL-FUNZJONAMENT TAL-KULLEĠĠI

Artikolu 4

Stabbiliment tal-arranġamenti bil-miktub

1.   L-arranġamenti bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 48(6), it-tielet subparagrafu tad-Direttiva (UE) 2019/2034 għandu jkun fihom dan kollu li ġej:

(a)

informazzjoni dwar l-istruttura ġenerali tal-grupp ikkonċernat, li tkopri l-entitajiet kollha tal-grupp, inkluża l-impriża prinċipali tal-Unjoni;

(b)

l-identifikazzjoni tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, inklużi dawk il-membri li huma awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi, u tal-osservaturi msemmija fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament;

(c)

deskrizzjoni tat-termini li jkopru l-parteċipazzjoni għall-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 48(5), il-punt (b) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 fil-kulleġġ tas-superviżuri, b’mod partikolari fir-rigward tal-involviment tagħhom fid-diversi djalogi u proċessi tal-kulleġġ tas-superviżuri u d-drittijiet u l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri;

(d)

jekk is-superviżur tal-grupp jistax jistieden osservaturi kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament u t-termini tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri;

(e)

l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni, inkluż l-ambitu tal-informazzjoni, il-frekwenza u l-kanali ta’ komunikazzjoni, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi u mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2), il-punt (v), tar-Regolament (UE) 1093/2010 li ġew mistiedna jipparteċipaw fil-kulleġġ bħala osservaturi;

(f)

l-arranġamenti għat-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali;

(g)

il-proċeduri għall-ġbir tal-informazzjoni mingħand l-entitajiet tal-grupp ta’ ditti tal-investiment, u l-proċeduri għall-verifika ta’ dik l-informazzjoni;

(h)

il-proċess għall-koordinazzjoni tat-talbiet għal informazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji tal-membri tal-ikklerjar tal-QCCPs jew mill-awtoritajiet superviżorji tal-QCCPs;

(i)

l-arranġamenti għad-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet, fejn rilevanti;

(j)

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe substruttura tal-kulleġġ, fejn rilevanti;

(k)

l-arranġamenti għall-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f’sitwazzjonijiet ta’ negozju avvjat;

(l)

l-arranġamenti għall-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u matulhom, inkluż l-ippjanar ta’ kontinġenza, għodod ta’ komunikazzjoni u proċeduri;

(m)

il-proċeduri biex is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jiġu informati qabel u wara li jiġu imposti sanzjonijiet sinifikanti fuq entitajiet tal-gruppi ta’ ditti tal-investiment;

(n)

il-politika ta’ komunikazzjoni tas-superviżur tal-grupp u tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri mal-kumpanija prinċipali tal-Unjoni u mal-entitajiet tal-grupp;

(o)

il-proċeduri miftiehma u l-perjodi ta’ żmien għaċ-ċirkolazzjoni tad-dokumenti għal-laqgħat tal-kulleġġ tas-superviżuri;

(p)

kwalunkwe ftehim ieħor bejn il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, inklużi indikaturi miftiehma biex jiġu identifikati sinjali ta’ twissija bikrin, riskji potenzjali u vulnerabbiltajiet;

(q)

arranġamenti għas-sitwazzjoni li fiha membru jew osservatur itemm il-parteċipazzjoni tiegħu fil-kulleġġ, u, b’mod partikolari, dwar id-dmirijiet li tinħażen id-data, u jkun ipprovdut aċċess għaliha, li tkun ġiet skambjata qabel din it-terminazzjoni.

2.   L-arranġamenti bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 48(6), it-tielet subparagrafu tad-Direttiva (UE) 2019/2034 jistgħu jipprevedu elementi oħrajn miftiehmin bejn is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ.

Artikolu 5

Identifikazzjoni tal-osservaturi

1.   Is-superviżur tal-grupp għandu, fejn xieraq u flimkien mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u l-EBA, jistieden lill-awtoritajiet li ġejjin biex jipparteċipaw fil-laqgħat u fl-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri bħala osservaturi:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat li jkunu ġew iddeterminati bħala importanti f’konformità mal-Artikolu 1(3), il-punt (c);

(b)

l-ESMA;

(c)

il-bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru li fih entità fi grupp, inkluża l-impriża prinċipali tal-Unjoni, tkun awtorizzata jew stabbilita, jew il-Bank Ċentrali Ewropew;

(d)

l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi fi Stat Membru li huma responsabbli jew involuti fis-superviżjoni ta’ kwalunkwe entità tal-grupp ta’ ditti tal-investiment, inklużi l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq fl-istrumenti finanzjarji, il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u l-protezzjoni tal-konsumatur u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jew l-awtoritajiet kompetenti tal-QCCP ta’ membru tal-ikklerjar imsemmija fl-Artikolu 48 tad-Direttiva (UE) 2019/2034;

(e)

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2), il-punt (v), tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

2.   Is-superviżur tal-grupp, f’konsultazzjoni mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, fl-arranġamenti bil-miktub ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 4, għandu jispeċifika l-arranġamenti li jkopru l-parteċipazzjoni fil-kulleġġ tas-superviżuri tal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (e), ta’ dan l-Artikolu. Is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lill-membri u lill-osservaturi kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri dwar dawk l-arranġamenti.

Artikolu 6

Parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-kulleġġ tas-superviżuri

1.   Meta jorganizza laqgħa tal-kulleġġ kif imsemmi fl-Artikolu 48(6) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, is-superviżur tal-grupp għandu jqis dawn kollha li ġejjin:

(a)

is-suġġetti li għandhom jiġu diskussi, l-attivitajiet li għandhom jitqiesu u l-objettivi tal-laqgħa, b’mod partikolari fir-rigward tar-rilevanza tagħhom għall-entitajiet kollha tal-grupp ta’ ditti tal-investiment skont l-immappjar imwettaq f’konformità mal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

l-importanza ta’ kwalunkwe entità tal-grupp ta’ ditti tal-investiment, skont l-immappjar imwettaq f’konformità mal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, kemm għall-grupp ta’ ditti tal-investiment kif ukoll għall-Istat Membru fejn dik l-entità tkun ġiet awtorizzata jew stabbilita.

2.   Is-superviżur tal-grupp, il-membri u l-osservaturi fil-kulleġġ tas-superviżuri għandhom, abbażi tas-suġġetti diskussi u l-objettivi segwiti, jiżguraw li l-aktar rappreżentanti xierqa jipparteċipaw fil-laqgħat jew fl-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri. Dawk ir-rappreżentanti għandu jkollhom is-setgħa li jimpenjaw lill-awtoritajiet tagħhom bħala membri jew osservaturi fil-kulleġġ, sa fejn ikun possibbli, għad-diskussjonijiet u għad-deċiżjonijiet ippjanati matul dawk il-laqgħat.

3.   Is-superviżur tal-grupp jista’, abbażi tas-suġġetti u l-objettivi tal-laqgħa tal-kulleġġ superviżorju, jistieden lil rappreżentanti ta’ entitajiet tal-grupp ta’ ditti tal-investiment biex jipparteċipaw f’dawk il-laqgħat.

Artikolu 7

Delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet

1.   Meta jistabbilixxu u jaġġornaw il-programm ta’ eżami superviżorju tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 14, is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom iqisu l-possibbiltà ta’ ftehimiet dwar id-delega volontarja ta’ kompiti u responsabbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 48(2), il-punt (e), tad-Direttiva (UE) 2019/2034, b’mod partikolari fejn din id-delega hija mistennija li twassal għal superviżjoni aktar effiċjenti u effettiva, b’mod partikolari billi tneħħi d-duplikazzjonijiet mhux meħtieġa tar-rekwiżiti superviżorji, inkluż fir-rigward tat-talbiet għal informazzjoni.

2.   Il-konklużjoni ta’ ftehim dwar delega ta’ kompiti jew ta’ responsabbiltajiet għandha tiġi nnotifikata mis-superviżur tal-grupp lill-kumpanija prinċipali tal-Unjoni, u mill-awtorità kompetenti, li tiddelega s-setgħat tagħha lid-ditta tal-investiment ikkonċernata.

Artikolu 8

Skambju ta’ informazzjoni bejn il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u grupp ta’ ditti tal-investiment

1.   Is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jikkoordinaw il-komunikazzjoni tal-informazzjoni lil kwalunkwe entità tal-grupp ta’ ditti tal-investiment u t-talba għal informazzjoni minnhom, kif ġej:

(a)

is-superviżur tal-grupp għandu jikkomunika informazzjoni lill-kumpanija prinċipali tal-Unjoni u jitlob informazzjoni minnha;

(b)

il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jikkomunikaw informazzjoni lill-entitajiet tal-grupp ta’ ditti tal-investiment li huma taħt il-mandat superviżorju tagħhom skont l-immappjar imwettaq f’konformità mal-Artikolu 1 u jitolbu informazzjoni mingħandhom.

2.   Membru tal-kulleġġ tas-superviżuri li b’mod eċċezzjonali jkollu l-ħsieb li jikkomunika informazzjoni lill-kumpanija prinċipali tal-Unjoni, jew jitlob informazzjoni mingħandha, għandu jinforma lis-superviżur tal-grupp b’dan minn qabel.

3.   Meta, b’mod eċċezzjonali, is-superviżur tal-grupp ikollu l-ħsieb li jikkomunika l-informazzjoni lil entità tal-grupp ta’ ditti tal-investiment li tkun barra mill-mandat superviżorju dirett tiegħu skont l-immappjar imwettaq f’konformità mal-Artikolu 1, jew titlob informazzjoni mingħandha, dan għandu jinforma lill-membru kkonċernat bil-kulleġġ responsabbli għas-superviżjoni ta’ dik l-entità b’dan minn qabel.

TAQSIMA 3

L-IPPJANAR U L-KOORDINAZZJONI TA’ ATTIVITAJIET SUPERVIŻORJI F’SITWAZZJONIJIET TA’ NEGOZJU AVVJAT

Artikolu 9

Kundizzjonijiet ġenerali għall-iskambju ta’ informazzjoni fil-kulleġġ tas-superviżuri

1.   Is-superviżur tal-grupp, il-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom, inklużi l-kompiti msemmija fl-Artikoli 48 u 49 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, kemm jekk riċevuta minn entità ta’ grupp jew minn fergħa, minn awtorità kompetenti jew superviżorja, jew minn kwalunkwe sors ieħor u għandha tiġi skambjata b’mod adegwat, akkurat u f’waqtu.

Artikolu 10

Skambju ta’ informazzjoni biex tiżdied l-effiċjenza tas-superviżjoni ta’ gruppi ta’ ditti tal-investiment

1.   Is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw regolarment l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) u (2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, kif speċifikat ulterjorment fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1117 (4);

(b)

informazzjoni meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ kooperazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE) 2019/2034;

(c)

fejn rilevanti, informazzjoni dwar l-ambjent makroekonomiku li fih joperaw il-grupp ta’ ditti tal-investiment u l-entitajiet tiegħu.

2.   Abbażi tal-informazzjoni skambjata f’konformità mal-paragrafu 1, is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jidentifikaw u jiskambjaw informazzjoni kwantitattiva biex jidentifikaw sinjali ta’ twissija bikrin, riskji potenzjali u vulnerabbiltajiet u biex jinformaw il-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni superviżorji.

Artikolu 11

L-iskambju ta’ informazzjoni għall-finijiet ta’ proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni superviżorji

1.   Is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-eżiti tal-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni superviżorji mwettqin f’konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri tal-anqas dan li ġej:

(a)

l-elementi msemmija fl-Artikolu 36(1), il-punti (a) sa (g), tad-Direttiva (UE) 2019/2034 li kienu soġġetti għal rieżami u evalwazzjoni superviżorji;

(b)

ir-riżultati tal-valutazzjoni li waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 40(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 ġiet identifikata, inkluż, fejn applikabbli, informazzjoni dwar kwalunkwe rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali li jkun ġie impost f’konformità mal-Artikoli 39 u 40 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 u kwalunkwe informazzjoni dwar il-konklużjonijiet tar-rieżami mwettaq f’konformità mal-Artikolu 41 ta’ dik id-Direttiva u, fejn applikabbli, kwalunkwe talba relatata għal fondi proprji addizzjonali;

(c)

ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-likwidità mwettqa f’konformità mal-Artikolu 42(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar kwalunkwe rekwiżit ta’ likwidità speċifiku impost f’konformità mal-Artikolu 39(2), il-punt (k), u l-Artikolu 42(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034;

(d)

informazzjoni dwar miżuri superviżorji oħrajn jew miżuri ta’ intervent bikri meħudin jew ippjanati li jittieħdu sabiex jiġu indirizzati l-ineffiċjenzi identifikati bħala riżultat tal-proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni superviżorji;

(e)

informazzjoni dwar sejbiet minn spezzjonijiet fil-post u monitoraġġ mhux fil-post li huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-profil tar-riskju tal-grupp ta’ ditti tal-investiment jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet tiegħu.

Artikolu 12

Skambju ta’ informazzjoni fir-rigward tar-rieżami kontinwu tal-permess għall-użu ta’ mudelli interni

1.   Is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-eżitu tar-rieżami kontinwu tal-permess biex jintużaw il-mudelli interni msemmija fl-Artikolu 37 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

2.   Meta s-superviżur tal-grupp jew kwalunkwe membru tal-kulleġġ tas-superviżuri jkun identifika li entità tal-grupp ta’ ditti tal-investiment, inkluża l-kumpanija prinċipali tal-Unjoni, ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ mudelli interni jew ikun identifika nuqqasijiet f’konformità mal-Artikolu 37 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, dak is-superviżur tal-grupp jew membru tal-kulleġġ tas-superviżuri għandu jiskambja minnufih l-informazzjoni li ġejja, kif applikabbli:

(a)

valutazzjoni tal-effett tan-nuqqasijiet identifikati u kwalunkwe kwistjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għall-użu ta’ mudelli interni u l-materjalità ta’ dawk in-nuqqasijiet u kwistjonijiet;

(b)

valutazzjoni tal-pjan ippreżentat mill-entità rilevanti tal-grupp ta’ ditti tal-investiment biex terġa’ tinkiseb il-konformità u biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati, inkluża informazzjoni dwar l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan;

(c)

l-informazzjoni dwar l-intenzjoni tas-superviżur tal-grupp jew ta’ kwalunkwe membru rilevanti tal-kulleġġ tas-superviżuri li jirrevoka l-permess li jintuża l-mudell intern jew jirrestrinġi l-użu ta’ dak il-mudell għal oqsma li jkunu konformi jew dawk fejn il-konformità tkun tista’ tinkiseb fi żmien xieraq, jew għal dawk l-oqsma li ma humiex milqutin min-nuqqasijiet identifikati;

(d)

informazzjoni dwar kwalunkwe rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali propost impost skont l-Artikolu 39(2), il-punt (a), flimkien mal-Artikolu 40(1), il-punt (d), tad-Direttiva (UE) 2019/2034, bħala miżura superviżorja biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità jew nuqqasijiet identifikati.

3.   Is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw ukoll informazzjoni dwar l-estensjonijiet tal-permess għall-użu tal-mudell intern jew informazzjoni dwar il-bidliet għal dawk il-mudelli interni.

Artikolu 13

Kooperazzjoni fir-rigward ta’ nuqqas ta’ konformità u sanzjonijiet

1.   Il-membri u l-osservaturi fil-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jikkomunikaw lis-superviżur tal-grupp informazzjoni dwar kwalunkwe sitwazzjoni li fir-rigward tagħha jkunu ddeterminaw li entità ta’ grupp ta’ ditti tal-investiment li tkun taħt il-mandat superviżorju tagħhom:

(a)

ma tkunx ikkonformat mar-rekwiżiti fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali jew tat-twettiq tas-superviżjoni tas-suq, stabbiliti:

(i)

fir-Regolament (UE) 2019/2033, u, fejn rilevanti, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(ii)

fid-Direttiva (UE) 2019/2034;

(iii)

fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(iv)

fid-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(v)

fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

(b)

huwa soġġett għal kwalunkwe penali amministrattiva jew għal miżuri amministrattivi oħrajn li ġew imposti f’konformità mal-Artikolu 54 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

2.   Abbażi tal-informazzjoni skambjata f’konformità mal-paragrafu 1, il-membri u l-osservaturi fil-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiddiskutu mas-superviżur tal-grupp l-impatt possibbli tal-kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità jew sanzjonijiet għall-entitajiet tal-grupp ikkonċernati jew għall-grupp ta’ ditti tal-investiment kollu kemm hu.

Artikolu 14

L-implimentazzjoni tal-proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni superviżorji

1.   Għall-fini tat-twettiq tal-proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni superviżorji mwettqin f’konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, is-superviżur tal-grupp, f’konsultazzjoni mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, għandu jistabbilixxi u jżomm programm aġġornat ta’ eżami superviżorju tal-kulleġġ.

2.   Meta jiġi stabbilit il-programm ta’ eżami superviżorju, is-superviżur tal-grupp, f’konsultazzjoni mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, għandu jidentifika l-attivitajiet superviżorji li għandhom jitwettqu fir-rigward tal-entitajiet tal-grupp jew tal-grupp ta’ ditti tal-investiment kollu kemm hu. Il-programm ta’ eżami superviżorju tal-kulleġġ għandu jinkludi mill-anqas dan li ġej:

(a)

l-oqsma ta’ ħidma konġunta identifikati bħala riżultat tar-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji mwettqin f’konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 jew bħala riżultat ta’ kwalunkwe attività oħra mwettqa mill-kulleġġ tas-superviżuri, inklużi sforzi biex isir kontribut għal superviżjoni effiċjenti u biex titneħħa d-duplikazzjoni bla bżonn tar-rekwiżiti superviżorji kif imsemmi fl-Artikolu 48(2), il-punt (f) ta’ dik id-Direttiva;

(b)

il-programmi rispettivi ta’ eżami superviżorju tas-superviżur tal-grupp u tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għall-kumpanija prinċipali tal-Unjoni u l-entitajiet jew il-fergħat tal-grupp ta’ ditti tal-investiment;

(c)

l-oqsma ta’ fokus tal-ħidma tal-kulleġġ tas-superviżuri u l-attivitajiet superviżorji ppjanati tiegħu, inklużi l-kontrolli u l-ispezzjonijiet ippjanati fuq il-post kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2019/2034;

(d)

il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri responsabbli mit-twettiq tal-attivitajiet superviżorji ppjanati;

(e)

l-iskedi ta’ żmien mistennija, kemm f’termini ta’ twaqqit kif ukoll ta’ durata, għal kull attività superviżorja ppjanata.

TAQSIMA 4

IPPJANAR U L-KOORDINAZZJONI TA’ ATTIVITAJIET SUPERVIŻORJI BI TĦEJJIJA GĦAL SITWAZZJONIJIET TA’ EMERĠENZA U MATULHOM

Artikolu 15

Qafas tal-kulleġġ b’antiċipazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza possibbli

1.   Is-superviżur tal-grupp, f’konsultazzjoni mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, għandu jistabbilixxi qafas tal-kulleġġ b’antiċipazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza possibbli, filwaqt li jqis il-karatteristiċi u l-istruttura speċifiċi tal-grupp ta’ ditti tal-investiment.

2.   Il-qafas tal-kulleġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi formalizzat fl-arranġamenti bil-miktub konklużi f’konformità mal-Artikolu 4 u għandu jkun fih dan kollu li ġej:

(a)

il-proċeduri speċifiċi għall-kulleġġ li għandhom japplikaw meta tqum sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2019/2034;

(b)

informazzjoni li għandha tiġi skambjata meta tinqala’ sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), għandha tinkludi dan kollu li ġej:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza li tkun seħħet, inkluża l-kawża sottostanti tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, u l-impatt mistenni tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fuq l-entitajiet tal-grupp ta’ ditti tal-investiment jew fuq il-grupp kollu kemm hu, il-klijenti tiegħu, is-swieq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni Ewropea;

(b)

spjegazzjoni tal-miżuri u tal-azzjonijiet li ttieħdu jew li huma ppjanati li jittieħdu mis-superviżur tal-grupp jew minn kwalunkwe wieħed mill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jew mill-entitajiet tal-grupp ta’ ditti tal-investiment b’reazzjoni għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza;

(c)

l-aktar informazzjoni kwantitattiva reċenti disponibbli dwar il-likwidità u l-pożizzjoni kapitali tad-ditti tal-investiment tal-grupp ta’ ditti tal-investiment.

Artikolu 16

Skambju ta’ informazzjoni matul sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

1.   Is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun iffaċilitat l-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

2.   Meta jiġi informat b’sitwazzjoni ta’ emerġenza minn kwalunkwe membru jew osservatur fil-kulleġġ tas-superviżuri, jew wara li jkun identifika sitwazzjoni ta’ emerġenza, is-superviżur tal-grupp għandu jikkomunika lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw id-ditta tal-investiment jew il-fergħat tagħha li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza, lill-EBA u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(2), il-punt (b), skont il-proċeduri stabbiliti f’konformità mal-punt (a) ta’ dak il-paragrafu.

3.   Skont in-natura, is-severità, l-impatt sistemiku potenzjali jew impatt ieħor, u l-probabbiltà ta’ kontaġju tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw l-entitajiet jew fergħat tal-grupp li huma affettwati jew x’aktarx li jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza u s-superviżur tal-grupp jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu skambju ta’ informazzjoni addizzjonali.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3, fejn japplika, għandha tiġi aġġornata immedjatament meta ssir disponibbli informazzjoni ġdida.

5.   Meta l-komunikazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu ssir bil-fomm, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkonfermaw il-kontenut ta’ dik il-komunikazzjoni bil-miktub u fil-ħin.

Artikolu 17

Koordinazzjoni tal-valutazzjoni superviżorja u r-rispons għal sitwazzjoni ta’ emerġenza

1.   Meta sseħħ sitwazzjoni ta’ emerġenza, is-superviżur tal-grupp għandu jikkoordina l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza f’kooperazzjoni mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u għandu jikkonsulta lill-osservaturi fil-kulleġġ kif xieraq. B’mod partikolari, dik il-valutazzjoni għandha tkopri dan li ġej:

(a)

in-natura u s-severità tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza;

(b)

l-impatt jew l-impatt potenzjali tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fuq l-entitajiet jew il-fergħat tal-grupp ta’ ditti tal-investiment u fuq il-grupp kollu kemm hu, kif ukoll fuq il-klijenti tiegħu u fuq is-swieq;

(c)

ir-riskju ta’ kontaġju transfruntier, b’mod partikolari meta jitqiesu l-konsegwenzi sistemiċi potenzjali fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn l-entitajiet tal-grupp ta’ ditti tal-investiment ikunu awtorizzati jew stabbiliti.

2.   Is-superviżur tal-grupp għandu, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jikkoordina l-iżvilupp ta’ rispons superviżorju għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza f’kooperazzjoni mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u għandu jikkonsulta mal-osservaturi fil-kulleġġ tas-superviżuri kif xieraq.

3.   Ir-rispons superviżorju koordinat għandu jispeċifika l-azzjonijiet superviżorji meħtieġa, l-ambitu tagħhom, u l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.

4.   Is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri responsabbli għas-superviżjoni tal-entitajiet jew tal-fergħat tal-grupp ta’ ditti tal-investiment li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza għandhom jimmonitorjaw u jiskambjaw informazzjoni dwar kif ir-rispons superviżorju koordinat għandu jiġi implimentat.

Artikolu 18

Koordinazzjoni ta’ komunikazzjoni esterna f’sitwazzjoni ta’ emerġenza

Is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri responsabbli għas-superviżjoni tal-entitajiet jew tal-fergħat tal-grupp ta’ ditti tal-investiment li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati minn sitwazzjoni ta’ emerġenza għandhom jikkoordinaw kemm jista’ jkun il-komunikazzjonijiet esterni tagħhom, filwaqt li jqisu l-obbligi u r-restrizzjonijiet legali skont id-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1117 tat-12 ta’ Jannar 2023 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti għat-tipi u n-natura tal-informazzjoni li jridu jiġu skambjati bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ domiċilju u ta’ dawk ospitanti. (ara paġna 10 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(7)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(8)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).


8.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/29


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1119

tat-12 ta’ Jannar 2023

li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(8) u t-tieni subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Kooperazzjoni effiċjenti u f’waqtha bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti teħtieġ, fi ħdan il-kompetenzi superviżorji rispettivi ta’ dawk l-awtoritajiet, skambju adegwat ta’ informazzjoni bidirezzjonali. Sabiex jiġi appoġġat dan l-objettiv, jenħtieġ li jiġu stabbiliti formoli, mudelli u proċeduri operattivi standard, inkluż l-iskedi ta’ żmien, għall-iskambju ta’ informazzjoni. Peress li l-informazzjoni skambjata għandha tkun f’waqtha u aġġornata, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu ħilithom biex jiskambjaw informazzjoni kemm jista’ jkun malajr, mingħajr dewmien żejjed, qabel l-iskadenza ta’ kwalunkwe skadenza massima ta’ rimessa.

(2)

Sabiex tiġi żgurata trażmissjoni effiċjenti ta’ informazzjoni lil persuni ta’ kuntatt rilevanti fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu, u regolarment jaġġornaw, listi ta’ persuni ta’ kuntatt.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tas-superviżjoni tad-ditti tal-investiment fuq bażi transfruntiera, protezzjoni adegwata tal-klijenti u tas-swieq kif ukoll azzjonijiet korrettivi fil-pront, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti jinfurmaw lil xulxin mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe sitwazzjoni potenzjali li taffettwa l-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament ta’ fergħa u jipprovdu l-informazzjoni essenzjali u rilevanti kollha rigward dik is-sitwazzjoni.

(4)

Ir-rekwiżiti dwar it-tip u n-natura tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti huma stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1117 (2). Għalhekk, jenħtieġ li l-istabbiliment ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard għal tali rekwiżiti ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni jsegwi l-kamp ta’ applikazzjoni u l-approċċ stabbiliti minn dak ir-Regolament Delegat u jieħu kont tal-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard li diġà huma implimentati permezz ta’ mekkaniżmi oħra bħal dawk stabbiliti f’konformità mal-Artikoli 34 u 35 tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u b’hekk tiġi evitata d-duplikazzjoni.

(5)

Il-qafas stabbilit bir-Regolament Delegat (UE) 2023/1117 jispeċifika r-rekwiżiti għat-tip u n-natura tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata mill-awtoritajiet kompetenti. Filwaqt li dan tal-aħħar jipprovdi l-elementi ewlenin li jenħtieġ li jkunu soġġetti għal skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, ma għandux l-għan li jirrestrinġi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali skambju ta’ informazzjoni fil-kuntest tal-promozzjoni ta’ kooperazzjoni wiesgħa bejn l-awtoritajiet kompetenti fuq bażi transfruntiera.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) f’konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA).

(7)

L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Frekwenza tal-iskambju ta’ informazzjoni

1.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1117 għandha tkun disponibbli u aġġornata mill-inqas fuq bażi annwali. L-informazzjoni aġġornata għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti mhux aktar tard mit-30 ta’ April ta’ kull sena jew, mingħajr dewmien żejjed, wara bidla materjali.

2.   L-informazzjoni rigward kwalunkwe sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti, kif speċifikat fl-Artikoli 3 sa 6 u l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1117 u l-applikazzjoni ta’ miżuri superviżorji jew sanzjonijiet amministrattivi oħra jew il-miżuri amministrattivi msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1117 għandha tiġi pprovduta mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn 14-il jum kalendarju wara d-determinazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tas-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità, jew l-applikazzjoni tal-miżura superviżorja jew amministrattiva oħra, jew l-applikazzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva.

3.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1117 għandha tkun disponibbli u aġġornata mill-inqas fuq bażi annwali. L-informazzjoni aġġornata għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April ta’ kull sena, abbażi tal-għeluq kontabilistiku mill-31 ta’ Diċembru jew, mingħajr dewmien żejjed, wara bidla materjali.

4.   B’deroga mill-paragrafu 3, f’sena kalendarja, meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jlestu r-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji għad-ditti tal-investiment imwettqa f’konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 3 għandha tiġi pprovduta mhux aktar tard minn xahar wara t-tlestija tar-rapport.

Artikolu 2

Proċeduri operazzjonali għat-trażmissjoni tal-informazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom iżommu u jaqsmu mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti lista ta’ kuntatt aġġornata rigward kull ditta tal-investiment li fiha l-persuni ta’ kuntatt u l-informazzjoni ta’ kuntatt rilevanti, inkluż kuntatti ta’ emerġenza, għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u tal-Istati Membri ospitanti.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri ospitanti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju bil-persuni ta’ kuntatt u bl-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom u bi kwalunkwe bidla mingħajr dewmien żejjed. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u l-Istati Membri ospitanti għandhom jirrevedu u jaġġornaw il-lista ta’ kuntatti mill-inqas darba fis-sena.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti għandhom jiskambjaw informazzjoni bil-miktub jew f’forma elettronika u għandhom jindirizzaw l-informazzjoni lill-persuni ta’ kuntatt rilevanti identifikati fil-lista ta’ kuntatt imsemmija fil-paragrafu 1 sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor minn awtorità kompetenti li titlob l-informazzjoni.

4.   Meta l-informazzjoni tiġi skambjata f’forma elettronika, għandhom jintużaw kanali siguri ta’ komunikazzjoni sakemm, u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 u tar-regoli dwar l-ipproċessar ta’ data personali, l-awtoritajiet kompetenti li jipprovdu u jirċievu l-informazzjoni jaqblu, fejn xieraq, li jużaw kanali ta’ komunikazzjoni mhux siguri.

5.   Skont l-urġenza ta’ sitwazzjoni speċifika, meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu identifikaw sejbiet dwar kwalunkwe problema u riskju potenzjali maħluqa minn ditta tal-investiment għall-protezzjoni tal-klijenti jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti jew każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, l-informazzjoni li ġejja tistal-ewwel tiġi pprovduta bil-fomm qabel ma jiġu kkonfermati bil-miktub jew f’forma elettronika:

(a)

informazzjoni dwar nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1117;

(b)

informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri superviżorji jew miżuri oħra amministrattivi;

(c)

informazzjoni dwar l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi;

6.   Mal wasla tal-informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonfermaw li rċevewha. Fejn l-informazzjoni tkun ġiet ipprovduta f’forma elettronika permezz ta’ mezz sikur ta’ komunikazzjoni, il-konferma tal-wasla għandha tiġi pprovduta permezz tal-istess mezz. Ma għandhiex tkun meħtieġ konferma tal-wasla fil-każ ta’ informazzjoni li tkun ġiet ipprovduta bil-fomm jew bl-użu ta’ kanal sikur ta’ komunikazzjoni li tippermetti lill-emittent li jirċievi konferma li r-riċevent ikun irċieva l-informazzjoni.

7.   Meta kulleġġ ta’ superviżuri jkun ġie stabbilit f’konformità mal-Artikolu 48(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti jieħdu sehem fil-kulleġġ bħala membri jew parteċipanti oħra f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1118 (5), il-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw. F’tali każijiet, l-informazzjoni għandha tiġi skambjata f’konformità mal-Artikolu 48(6) tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

Artikolu 3

Formoli standard li għandhom jintużaw għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar ditti tal-investiment li joperaw permezz ta’ fergħa

1.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 sa 4 u l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1117 għandha tiġi skambjata permezz tal-mudell u l-formola stabbiliti fl-Anness.

2.   L-informazzjoni u s-sejbiet dwar kwalunkwe problema u riskju potenzjali maħluqa mill-fergħa jew l-attivitajiet tagħha fl-Istat Membru ospitanti li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-protezzjoni tal-klijenti jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti għandhom jiġu pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti fil-forma meqjusa xierqa minn dawk l-awtoritajiet.

3.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1117 u l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri superviżorji jew amministrattivi oħra jew sanzjonijiet amministrattivi kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu pprovduti fil-forma meqjusa xierqa mill-awtorità kompetenti li tipprovdi l-informazzjoni.

Artikolu 4

Talbiet ta’ informazzjoni dwar fornituri ta’ servizzi transfruntiera

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti, li fih ditta tal-investiment twettaq l-attivitajiet tagħha skont il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi, li jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jipprovdu l-informazzjoni dwar dawk is-servizzi kif stabbilit bir-Regolament Delegat (UE) 2023/1117 għandhom:

(a)

jipprovdu t-talba għal informazzjoni bil-miktub jew f’forma elettronika lill-persuna ta’ kuntatt rilevanti identifikata fil-lista ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 2(1);

(b)

jindikaw żmien raġonevoli sa meta r-rispons huwa mistenni li jkun disponibbli.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li jirċievu t-talba msemmi fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed u għandhom jagħmlu kull sforz biex iwieġbu saż-żmien indikat fit-talba. Jekk dawk l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jwieġbu saż-żmien indikat fit-talba, għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti rikjedenti mingħajr dewmien żejjed biż-żmien li fih ser jipprovdu l-informazzjoni.

Artikolu 5

Talbiet ad hoc għal informazzjoni

1.   Kwalunkwe talba oħra ad hoc għal informazzjoni li mhijiex speċifikata skont ir-Regolament Delegat (UE) 2023/1117 għandha tiġi trażmessa bil-miktub jew f’forma elettronika lill-persuni ta’ kuntatt rilevanti identifikati fil-lista ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Awtoritajiet kompetenti li jagħmlu t-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispjegaw kif l-informazzjoni x’aktarx tiffaċilita s-superviżjoni jew il-monitoraġġ ta’ ditta tal-investiment jew il-protezzjoni tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

3.   L-awtoritajiet kompetenti li jitlobu l-informazzjoni għandhom jindikaw żmien raġonevoli sa meta r-rispons huwa mistenni li jkun disponibbli, filwaqt li titqies in-natura u l-urġenza tat-talba u l-informazzjoni mitluba.

4.   Awtoritajiet kompetenti li jirċievu talba kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed u għandhom jagħmlu kull sforz biex iwieġbu saż-żmien indikat fit-talba. Jekk dawk l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jwieġbu saż-żmien indikat fit-talba, għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti rikjedenti mingħajr dewmien żejjed biż-żmien li fih ser jipprovdu l-informazzjoni.

5.   Jekk l-informazzjoni mitluba ma tkunx disponibbli, l-awtoritajiet kompetenti li tjirċievu t-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti li jagħmlu t-talba kif xieraq.

Artikolu 6

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1117 tat-12 ta’ Jannar 2023 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti għat-tip u n-natura tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti (ara l-paġna 10 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1118 tat-12 ta’ Jannar 2023 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom il-kulleġġi tas-superviżuri jeżerċitaw il-kompiti tagħhom (ara l-paġna 17 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

Mudell għall-iskambju ta’ informazzjoni rigward ditti tal-investiment li għandu jiġi pprovdut mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti li jissorvelja fergħa:

Awtorità Kompetenti:

Test liberu

Isem id-ditta tal-investiment:

Test liberu

Data ta’ referenza (JJ/XX/SSSS)

Data ta’ referenza għall-informazzjoni.

Data ta’ sottomissjoni (JJ/XX/SSSS):

Data meta l-informazzjoni qed tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

Informazzjoni pprovduta fuq bażi kkonsolidata (Iva/Le)

Jekk jogħġbok niżżel “Iva” jekk l-informazzjoni f’dan il-mudell hija pprovduta fuq bażi kkonsolidata u mhux fil-livell tal-grupp ta’ ditti tal-investiment.

Persuna ta’ kuntatt fl-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju

L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ persuna li tipprovdi informazzjoni għal kwalunkwe mistoqsija ta’ segwitu possibbli

Dikjarazzjoni dwar il-konformità tad-ditta tal-investiment mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, filwaqt li jittieħed kont tal-arranġamenti tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 57 ta’ dak ir-Regolament

Referenza ġuridika: L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1117.

Test liberu li jwieġeb il-mistoqsija dwar id-data tar-rappurtar.

Jekk ma jkun hemm l-ebda tibdil meta mqabbel mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu għal informazzjoni diġà pprovduta jew aġġornament kif xieraq

Jekk jogħġbok innota li kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti regolatorji minimi u kwalunkwe miżura superviżorja meħuda mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzawhom għandhom jiġu rrappurtati barra dan il-mudell fi skambju regolari ta’ informazzjoni u f’konformità mal-Artikolu 1(2).

Dikjarazzjoni dwar il-konformità tad-ditta tal-investiment ma’ kwalunkwe rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali impost f’konformità mal-Artikolu 39(2), punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/2034

Dikjarazzjoni dwar il-konformità tad-ditta tal-investiment ma’ kwalunkwe gwida dwar fondi proprji addizzjonali imposta f’konformità mal-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2019/2034

Il-valur tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033

Referenza ġuridika: L-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1117.

Valur mir-rappurtar superviżorju.

Jekk ma jkun hemm l-ebda tibdil meta mqabbel mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu għal informazzjoni diġà pprovduta jew aġġornament kif xieraq

Dikjarazzjoni dwar jekk il-valur ipprovdut fil-linja preċedenti ġiex stabbilit abbażi tal-Artikolu 11(1), punt (a), (b) jew (c) tar-Regolament (UE) 2019/2033

Referenza ġuridika: L-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1117.

Test liberu li jipprovdi l-bażi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji.

Jekk ma jkun hemm l-ebda tibdil meta mqabbel mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu għal informazzjoni diġà pprovduta jew aġġornament kif xieraq

Il-valur ta’ kwalunkwe rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali impost f’konformità mal-Artikolu 39(2), punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/2034, u r-raġunijiet għall-impożizzjoni

Referenza ġuridika: L-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1117.

Valur mir-rappurtar superviżorju.

Test liberu li jipprovdi r-raġunijiet għall-impożizzjoni ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali.

Jekk ma jkun hemm l-ebda tibdil meta mqabbel mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu għal informazzjoni diġà pprovduta jew aġġornament kif xieraq

Il-valur ta’ kwalunkwe gwida dwar fondi proprji addizzjonali imposta f’konformità mal-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

Referenza ġuridika: L-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1117.

Valur mir-rappurtar superviżorju.

Test liberu li jipprovdi r-raġunijiet għall-impożizzjoni ta’ gwida dwar fondi proprji addizzjonali.

Jekk ma jkun hemm l-ebda tibdil meta mqabbel mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu għal informazzjoni diġà pprovduta jew aġġornament kif xieraq

Dikjarazzjoni dwar il-konformità tad-ditta tal-investiment mar-rekwiżiti ta’ riskju tal-konċentrazzjoni stabbiliti fil-Parti Erbgħa tar-Regolament (UE) 2019/2033

Referenza ġuridika: L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1117.

Test liberu li jwieġeb il-mistoqsija dwar id-data tar-rappurtar.

Jekk ma jkun hemm l-ebda tibdil meta mqabbel mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu għal informazzjoni diġà pprovduta jew aġġornament kif xieraq

Jekk jogħġbok innota li kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti regolatorji minimi u kwalunkwe miżura superviżorja meħuda mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzawhom għandhom jiġu rrappurtati barra dan il-mudell fi skambju regolari ta’ informazzjoni u f’konformità mal-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament.

Dikjarazzjoni dwar il-konformità tad-ditta tal-investiment mar-rekwiżiti ta’ likwidità stabbiliti fil-Parti Ħamsa tar-Regolament (UE) 2019/2033, filwaqt li jittieħed kont tal-arranġamenti tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 57(1) ta’ dak ir-Regolament

Referenza ġuridika: L-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1117.

Test liberu li jwieġeb il-mistoqsija dwar id-data tar-rappurtar.

Jekk ma jkun hemm l-ebda tibdil meta mqabbel mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu għal informazzjoni diġà pprovduta jew aġġornament kif xieraq

Jekk jogħġbok innota li kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti regolatorji minimi u kwalunkwe miżura superviżorja meħuda mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzawhom għandhom jiġu rrappurtati barra dan il-mudell fi skambju regolari ta’ informazzjoni u f’konformità mal-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament.

Sommarju tal-valutazzjoni ġenerali tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-profil tar-riskju ta’ likwidità ta’ ditta tal-investiment u l-ġestjoni tar-riskju

Referenza ġuridika: L-Artikolu 4(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1117.

Test liberu li jwieġeb il-mistoqsija dwar id-data tar-rappurtar.

Jekk ma jkun hemm l-ebda tibdil meta mqabbel mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu għal informazzjoni diġà pprovduta jew aġġornament kif xieraq

Sommarju ta’ kwalunkwe riskju materjali kif żvelat mir-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji mwettqa f’konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 jew permezz ta’ kwalunkwe attività superviżorja oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju

Referenza ġuridika: L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1117.

Test liberu li jwieġeb il-mistoqsija dwar id-data tar-rappurtar.

Jekk ma jkun hemm l-ebda tibdil meta mqabbel mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu għal informazzjoni diġà pprovduta jew aġġornament kif xieraq

Informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi skambjata dwar il-ġestjoni u s-sjieda tad-ditta tal-investiment u preparazzjonijiet għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

Referenza ġuridika: L-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1117.

1.

L-istruttura organizzattiva attwali (l-organigramma) tad-ditta tal-investiment inkluż il-linji ta’ negozju tagħha u r-relazzjoni tagħha mal-entitajiet fi ħdan il-grupp

2.

Dettalji ta’ kuntatt ta’ emerġenza ta’ persuni fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti li huma responsabbli għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u proċeduri ta’ komunikazzjoni li għandhom japplikaw f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

Jekk ma jkun hemm l-ebda tibdil meta mqabbel mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu għal informazzjoni diġà pprovduta jew aġġornament kif xieraq.

Informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li jissorveljaw ditti tal-investiment li mhumiex identifikati bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/2033

Referenza ġuridika: L-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1117.

1.

L-istruttura tal-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri, inkluż l-allokazzjoni tar-responsabbiltà għas-superviżjoni ta’ fergħa

2.

Lista ta’ azzjonisti u membri b’parteċipazzjoni kwalifikatorja

Jekk ma jkun hemm l-ebda tibdil meta mqabbel mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu għal informazzjoni diġà pprovduta jew aġġornament kif xieraq.


8.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/36


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1120

tas-7 ta’ Mejju 2023

li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “APESIN Handaktiv” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ April 2019, Tana-Chemie GmbH issottomettiet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 (2) għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-istess prodott bijoċidali uniku, kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, imsemmi “APESIN Handaktiv”, tat-tip ta’ prodott 1, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-CF051114-66 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali (“ir-Reġistru”). L-applikazzjoni indikat ukoll in-numru tal-applikazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Knieler & Team Propanol Family”, irreġistrata fir-Reġistru bin-numru tal-każ BC-AQ050985-22.

(2)

L-istess prodott bijoċidali uniku “APESIN Handaktiv” fih il-propan-1-ol u l-propan-2-ol bħala s-sustanzi attivi, li huma inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tip ta’ prodott 1.

(3)

Fit-8 ta’ Diċembru 2021, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, l-Aġenzija ssottomettiet lill-Kummissjoni opinjoni (3) u l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (“SPC”) tal-“APESIN Handaktiv”.

(4)

L-opinjoni tikkonkludi li d-differenzi proposti bejn l-istess prodott bijoċidali uniku u l-prodott bijoċidali ta’ referenza relatat huma limitati għall-informazzjoni li tista’ tkun soġġetta għal bidla amministrattiva f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 (4), u li abbażi tal-valutazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Knieler & Team Propanol Family” u soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, l-istess prodott bijoċidali uniku jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(5)

Fl-20 ta’ Ottubru 2022, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni l-abbozz tal-SPC fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(6)

Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk hija tal-fehma li jixraq li tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-istess prodott bijoċidali uniku “APESIN Handaktiv”.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0027673-0000 lil Tana-Chemie GmbH għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-istess prodott bijoċidali uniku “APESIN Handaktiv” f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali stabbilit fl-Anness.

L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mit-28 ta’ Ġunju 2023 sal-31 ta’ Lulju 2032.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 tas-6 ta’ Mejju 2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti bijoċidali li huma l-istess skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 4).

(3)  L-opinjoni tal-ECHA dwar “APESIN Handaktiv” tat-8 ta’ Diċembru 2021, https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4).


ANNESS

Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal prodott bijoċidali

APESIN Handaktiv

Prodott tip 1 - Iġjene umana (Diżinfettanti)

Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0027673-0000

Numru tal-ass R4BP: EU-0027673-0000

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.   Isem (ismijiet) kummerċjali tal-prodott

Isem kummerċjali

APESIN Handaktiv

APESIN handactive F

APESIN Handaktiv F

1.2.   Detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni

Isem

tana-Chemie GmbH

Indirizz

Rheinallee 96, 55120 Mainz Ġermanja

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0027673-0000

Numru tal-ass R4BP

EU-0027673-0000

Data tal-awtorizzazzjoni

28.6.2023

Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni

31.7.2032

1.3.   Manifattur(i) tal-prodott

L-isem tal-manifattur

tana-Chemie GmbH

L-indirizz tal-manifattur

Rheinallee 96, 55120 Mainz Ġermanja

Post ta ‘siti ta’ manifattura

Werner & Mertz GmbH & Co KG, Neualmerstr. 13, 5400 Hallein Awstrija

Werner & Mertz GmbH, Rheinallee 96, 55120 Mainz Ġermanja

1.4.   Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)

Sustanza attiva

Propan-1-ol

L-isem tal-manifattur

OQ Chemicals GmbH (formerly Oxea GmbH)

L-indirizz tal-manifattur

Rheinpromenade 4a, 40789 Monheim am Rhein Ġermanja

Post ta ‘siti ta’ manifattura

OQ Chemicals Corperation (formerly Oxea Coperation), 2001 FM 3057 TX, 77414 Bay City Istati Uniti


Sustanza attiva

Propan-1-ol

L-isem tal-manifattur

BASF SE

L-indirizz tal-manifattur

Carl-Bosch-Str. 38, 67056 Ludwigshafen Ġermanja

Post ta ‘siti ta’ manifattura

BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67056 Ludwigshafen Ġermanja


Sustanza attiva

Propan-1-ol

L-isem tal-manifattur

SASOL Chemie GmbH & Co. KG

L-indirizz tal-manifattur

Secunda Chemical Operations, Sasol Place, 50 Katherine Street, 2090 Sandton Afrika t’Isfel

Post ta ‘siti ta’ manifattura

Secunda Chemical Operations, PDP Kruger Street, 2302 Secunda Afrika t’Isfel


Sustanza attiva

Propan-2-ol

L-isem tal-manifattur

INEOS Solvent Germany GmbH

L-indirizz tal-manifattur

Römerstrasse 733, 47443 Moers Ġermanja

Post ta ‘siti ta’ manifattura

INEOS Solvent Germany GmbH, Römerstrasse 733, 47443 Moers Ġermanja

INEOS Solvent Germany GmbH, Shamrockstrasse 88, 44623 Herne Ġermanja

2.   KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva fuq il-kompożizzjoni tal-prodott

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Propan-1-ol

 

Sustanza attiva

71-23-8

200-746-9

30,0

Propan-2-ol

 

Sustanza attiva

67-63-0

200-661-7

45,0

2.2.   Tip ta’ formulazzjoni

AL - Kwalunkwe likwidu ieħor

3.   DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U PREKAWZJONI

Dikjarazzjonijiet dwar Periklu

Likwidu u fwar li jaqbdu.

Jagħmel ħsara serja lill-għajnejn.

Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament.

Espożizzjoni ripetuta tista’ tikkaġuna nixfa jew qsim tal-ġilda.

Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni

Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. – Tpejjipx.

Żomm il-kontenitur magħluq sew.

Evita li tibla’ bin-nifs fwar.

Uża biss barra jew f’post ventilat sew.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS:Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

Sejjaħ minnufih ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.

Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba.Żomm frisk.

Aħżen f’post imsakkar.

Armi il-kontenitur fi punt tal-ġbir tal-iskart awtorizzat..

4.   UŻU/(IJIET) AWTORIZZATI

4.1.   Deskrizzjoni użu

Tabella 1

Uża # 1— għal diżinfezzjoni iġjenika tal-idejn, likwidu

Tip ta’ Prodott

TP 01 - Iġjene tal-bniedem

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

Mhux rilevanti.

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Batterji

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Mycobacteria

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Ħmira

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: vajruses b’involukru

istadju iżvilupp: ebda data

Qasam tal-użu

Indoor

sptarijiet u istituzzjonijiet oħra tal-kura tas-saħħa bħal f’ ambulanzi, kliniċi fejn it-tabib jara l-pazjenti, djar tal-kura (inkluż kura fid-djar għall-pazjenti)

canteens tal-isptar, kċejjen kbar, industriji tal-farmaċewtika, siti tal-produzzjoni u laboratorji: diżinfezzjoni iġjenika tal-idejn fug idejn viżibbilment nodfa u xotti.

Għal użu professjonali biss.

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Metodu: applikazzjoni manwali

Deskrizzjoni dettaljata:

għorik

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta ‘Applikazzjoni: Dożaġġ: Mill-inqas 3 ml (uża d-dispensaturi: pereżempju issettja għal 1,5 ml għal kull moviment bl-id, 2 movimenti bl-id għal kull 3 ml) Ħin ta’ kuntatt: 30 s

Dilwizzjoni (%): Prodott lest għall-użu

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

M’hemm l-ebda restrizzjoni fin-numru ta’ applikazzjonijiet jew fil-ħin meta jsiru. M’hemm għalfejn jiġu kkunsidrati l-ebda intervalli ta’ sigurtà bejn il-fażijiet ta’ applikazzjoni.

Il-prodott jista’ jintuża fi kwalunkwe ħin u ta’ spiss skont kif meħtieġ.

Kategorija(i) tal-utenti

industrijali

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

100, 125, 500, 1 000  ml fi flixkien tal-polietilena ta’ densità għolja (HDPE) trasparenti/bojod b’tappijiet flip top tal-polypropilena (PP).

Reċipjent ċilindriku ta’ 5 000  ml tal-HDPE trasparenti/abjad b’tapp bil-kamin tal-HDPE.

500 u 1 000  ml fi flixkun tal-HDPE trasparenti ħafif b’pompa tal-PP integrata.

4.1.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

Dawn il-prodotti jistgħu jiġu applikati direttament jew il-prodotti jistgħu jintużaw f’dispensatur jew b’pompa.

Għal għorik tal-idejn iġjeniku uża 3 ml tal-prodott u żomm l-idejn imxarrba għal 30 sekonda.

Timlax mill-ġdid.

4.1.2.   Miżuri ta ‘mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.1.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta ‘emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.1.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.1.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.2.   Deskrizzjoni użu

Tabella 2

Uża # 2 — għad-diżinfezzjoni kirurġika tal-idejn, likwidu

Tip ta’ Prodott

TP 01 - Iġjene tal-bniedem

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

Mhux rilevanti.

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Batterji

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Mycobacteria

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Ħmira

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: vajruses b’involukru

istadju iżvilupp: ebda data

Qasam tal-użu

Indoor

Il-prodott jista’ jiġi applikat għal diżinfezzjoni kirurġika tal-idejn fi sptarijiet u istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa oħrajn: diżinfezzjoni kirurġika tal-idejn fuq idejn viżibbilment nodfa u xotti u l-parti t’isfel tad-driegħ.

Għal użu professjonali biss.

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Metodu: applikazzjoni manwali

Deskrizzjoni dettaljata:

għorik

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta ‘Applikazzjoni: Dożaġġ: Għorok ammont suffiċjenti f’porzjonijiet ta’ 3 ml (uża d-dispensaturi: pereżempju issettja għal 1,5 ml għal kull moviment bl-id, 2 movimenti bl-id għal kull 3 ml). Ħin ta’ kuntatt: 90 s

Dilwizzjoni (%): Prodott lest għall-użu

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

M’hemm l-ebda restrizzjoni fin-numru ta’ applikazzjonijiet jew fil-ħin meta jsiru. M’hemm għalfejn jiġu kkunsidrati l-ebda intervalli ta’ sigurtà bejn il-fażijiet ta’ applikazzjoni.

Il-prodott jista’ jintuża fi kwalunkwe ħin u ta’ spiss skont kif meħtieġ.

Kategorija(i) tal-utenti

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

100, 125, 500, 1 000  ml fi flixkien tal-polietilena ta’ densità għolja (HDPE) trasparenti/bojod b’tappijiet flip top tal-polypropilena (PP).

Reċipjent ċilindriku ta’5 000  ml tal-HDPE trasparenti/abjad b’tapp bil-kamin tal-HDPE.

500 u 1 000  ml fi flixkun tal-HDPE trasparenti ħafif b’pompa tal-PP integrata.

4.2.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

Dawn il-prodotti jistgħu jiġu applikati direttament jew il-prodotti jistgħu jintużaw f’dispensatur jew b’pompa.

Għal għorik tal-idejn kirurġiku uża kemm hemm bżonn porzjonijiet ta’ 3 ml biex iżżomm l-idejn imxarrba għal 90 sekonda.

Timlax mill-ġdid.

4.2.2.   Miżuri ta ‘mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.2.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta ‘emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.2.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.2.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

5.   DIREZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)

5.1.   Istruzzjonijiet għall-użu

Għal użu professjonali biss.

5.2.   Miżuri ta ‘mitigazzjoni ta’ riskju

Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal.

Evita l-kuntatt mal-għajnejn.

5.3.   Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta ‘emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Miżuri tal-ewwel għajnuna ġenerali: Ċaqlaq il-persuna affettwata miż-żona kontaminata u ħudha post ieħor. Ikseb parir/attenzjoni medika jekk tħossok ma tiflaħx. Jekk possibbli uri din il-folja.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Ħu l-persuna f’post fejn hemm arja friska u żommha mistrieħa f’pożizzjoni komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. Ċempel ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.

F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Aħsel il-ġilda b’ħafna ilma immedjatament. Imbagħad neħħi l-ħwejjeġ kontaminati kollha u aħsilhom qabel terġa’ tilbishom. Kompli aħsel il-ġilda bl-ilma għal 15-il minuta. Ċempel ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ immedjatament bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom.

Kompli laħlaħ għal mill-inqas 15-il minuta. Ċempel 112/ambulanza għal assistenza medika.

Informazzjoni għall-istaff tal-kura tas-saħħa/tabib: L-għajnejn iridu wkoll jiġu mlaħalħa ripetutament sakemm tkunu fit-triq għat-tabib jekk ikun hemm esponiment tal-għajn għal kimiċi alkalini (pH > 11), amini u aċidi bħal aċidu aċetiku, aċidu formiku jew aċidu propjoniku.

JEKK JINBELA’: Laħlaħ il-ħalq immedjatament. Agħti xi ħaġa x’tixrob, jekk il-persuna esposta ma tkunx tista’ tibla’. TIPPROVOKAX ir-remettar. Ċempel 112/ambulanza għal assistenza medika.

Miżuri f’każ ta’ ħruġ aċċidentali:

Waqqaf it-tnixxija jekk ma jkunx hemm periklu. Neħħi sorsi ta’ tqabbid ta’ nar. Oqgħod attent ħafna biex tevita ċarġis ta’ elettriku statiku. Ara li ma jkun hemm l-ebda fjammi mikxufin. M’hemmx tipjip.

Tħallix il-prodott jidħol fis-sistema tad-drenaġġ u sistemi pubbliċi tal-ilma.

Imsaħ b’materjal assorbenti (pereżempju biċċa għall-imsiħ). Assorbi t-tixrib b’solidi inerti, bħal tafal jew trab tad-diatomi kemm jista’ jkun malajr. Iġbor b’mod mekkaniku (billi tiknes, tiġbor b’pala). Armi f’konformità mar-regolamenti lokali rilevanti.

5.4.   Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ir-rimi jrid isir skont ir-regolamenti uffiċjali. Tbattalx ġo drejns. Tarmix mal-iskart domestiku. Armi l-kontenut/kontenitur billi tieħdu f’post awtorizzat għall-ġbir tal-iskart. Battal l-ippakkjar kompletament qabel ir-rimi. Meta jkunu totalment vojta, il-kontenituri jistgħu jiġu riċiklati bħal kwalunkwe ppakkjar ieħor.

5.5.   Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Żmien kemm idum tajjeb il-prodott fuq l-ixkaffa: 24 xahar

Aħżen f’post xott, frisk u b’ventilazzjoni tajba. Żomm il-kontenitur magħluq sewwa. Żomm ’il bogħod mid-dawl tax-xemx dirett.

Temperatura rakkomandata tal-ħżin: 0-30 °C

Taħżinx f’temperaturi taħt 0 °C

Taħżinx viċin ikel, xorb u għalf tal-annimali. Żomm ’il bogħod minn materjal kombustibbli.

6.   INFORMAZZJONI OĦRA


(1)  L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħrajn għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.


8.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/44


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1121

tal-1 ta’ Ġunju 2023

li jirreġistra isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Nordhessische Ahle Wurscht / Nordhessische Ahle Worscht” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Ġermanja għar-reġistrazzjoni tal-isem “Nordhessische Ahle Wurscht / Nordhessische Ahle Worscht”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Nordhessische Ahle Wurscht / Nordhessische Ahle Worscht” jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Nordhessische Ahle Wurscht / Nordhessische Ahle Worscht” (IĠP) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel subparagrafu jidentifika prodott tal-Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 15.2.2023, p. 19.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


8.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/45


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1122

tas-7 ta’ Ġunju 2023

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 (2), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazji anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat” jew “iċ-Ċina”) (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. Id-dazji anti-dumping li bħalissa huma fis-seħħ ivarjaw bejn 0 % u 31,3 % (3). Ir-rati tad-dazju ġew stabbiliti abbażi tal-marġni ta’ dannu f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri, kif previst fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku.

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(2)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (4) l-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(3)

It-talba għal rieżami (“it-talba”) ġiet ippreżentata fl-4 ta’ Jannar 2022 mill-EUROFER, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar, (“l-applikant”), f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami kienet imsejsa fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li twassal għal rikorrenza ta’ dumping u għal rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(4)

L-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Ħadid u l-Azzar (“CISA”) iddikjarat li l-EUROFER eżerċitat kunfidenzjalità eċċessiva fit-talba għal rieżami, sal-punt li l-partijiet interessati ma setgħux jikkummentaw dwarha b’mod sinifikanti, u li għalhekk it-talba kien jenħtieġ li tiġi miċħuda. Skont is-CISA, l-użu intenzjonat ta’ kunfidenzjalità eċċessiva impedixxihom milli jiksbu kwalunkwe fehim raġonevoli tas-sitwazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. B’mod partikolari b’referenza għall-mudell tal-kost tal-produtturi tal-Unjoni, is-CISA argumentat li l-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping (“ADA”), b’mod partikolari l-Artikolu 6.5.1 tiegħu, kif ukoll ir-Regolament bażiku, b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu, għandhom forma ta’ kliem simili fir-rigward tal-obbligu tal-partijiet interessati li jiddivulgaw informazzjoni mhux kunfidenzjali.

(5)

L-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku jippermetti s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni tkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew ikollha effett negattiv sinifikanti fuq il-persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha dik il-persuna tkun kisbet l-informazzjoni. L-informazzjoni pprovduta fl-annessi limitati tat-talba taqa’ taħt dawn il-kategoriji. B’mod partikolari, fir-rigward tal-proporzjonijiet speċifiċi ta’ konsum tal-produtturi tal-Unjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni (“FOPs”) meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami pprovduti fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni osservat li din id-data fiha informazzjoni sigrieta tan-negozju u ma hijiex soġġetta għal sommarju. Il-proporzjonijiet tal-konsum tal-FOPs intużaw mill-applikant biex jibni l-valur normali. Fl-istess ħin, il-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-talba għal rieżami ta’ skadenza kien fiha evidenza suffiċjenti rigward l-FOPs li fil-fatt intużaw għall-kostruzzjoni tal-valur normali. Bl-istess mod, matul l-investigazzjoni, il-produtturi esportaturi li kkooperaw ma humiex meħtieġa jiddivulgaw jew jiġbru fil-qosor ċerta informazzjoni kunfidenzjali bħar-riċetta reali għat-tipi ta’ prodotti tagħhom li fihom il-proporzjonijiet tal-konsum tal-FOPs. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-verżjoni miftuħa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati tat-talba kien fiha l-evidenza essenzjali kollha, u li l-informazzjoni pprovduta fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment kienet suffiċjenti biex il-partijiet interessati jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(6)

Wara li ddeterminat, b’segwitu għal konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti evidenza suffiċjenti għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fil-5 ta’ April 2022, bdiet rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

(7)

Is-CISA ddikjarat li l-livelli ta’ profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kif irrapportati fit-talba kien jenħtieġ li jwasslu lill-Kummissjoni biex tirrifjuta t-talba, u li t-talba ma wrietx li l-iskadenza tal-miżuri tista’ twassal b’mod raġonevoli għall-kontinwazzjoni tad-dannu. Skont is-CISA, l-istat tal-industrija tal-Unjoni ma huwiex fraġli daqs kif huwa iddikjarat mill-EUROFER. Tressaq l-argument li l-ebda wieħed mill-indikaturi tad-dannu, matul il-perjodu kollu kkunsidrat, ma kien niżel għal livell taħt l-indiċi tat-tnaqqis fil-konsum, u li l-industrija tal-Unjoni, sa ċertu punt, kienet kapaċi tirkupra matul iż-żmien li kienet tgawdi mill-protezzjoni tal-miżuri fis-seħħ. Fl-aħħar nett, is-CISA nnotat ukoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri tmur kontra l-interess tal-Unjoni minħabba l-impatt tas-sanzjonijiet tal-UE, kif ukoll it-tfixkil interrelatat tal-katina tal-provvista u l-irkupru ta’ wara l-COVID-19.

(8)

Il-Kummissjoni fakkret li t-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet ta’ probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu u mhux ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu. Għalhekk, iċ-ċifri tal-profittabbiltà indikati fit-talba għal rieżami ma kinux jipprekludu l-bidu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, li tħares ’il quddiem. Fi kwalunkwe każ, il-profittabbiltà hija biss wieħed minn ħafna indikaturi użati biex tiġi analizzata s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Kuntrarjament għall-fehma tas-CISA, l-analiżi mill-Kummissjoni tat-talba wriet li l-applikant kien ipprovda evidenza suffiċjenti fl-istadju tal-bidu li tindika l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu f’każ li l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet mir-RPĊ jitħallew jiskadu. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li ma hemm l-ebda obbligu legali li jitqies l-interess tal-Unjoni meta jiġu vvalutati l-merti ta’ talba għal rieżami ta’ skadenza. Għalhekk, il-bidu tal-investigazzjoni tar-rieżami kien ġustifikat.

1.4.   Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni

(9)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

1.5.   Partijiet interessati

(10)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant, lill-produtturi tal-Unjoni kollha magħrufin, lill-produtturi magħrufin fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif ukoll lill-importaturi, l-utenti u n-negozjanti magħrufin dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw.

(11)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.6.   Kampjunar

(12)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.6.1.    Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(13)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-akbar volum ta’ produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 29 % tal-produzzjoni totali stmata fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment, u l-Kummissjoni kkonfermat il-kampjun magħżul b’mod proviżorju. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

(14)

Għalkemm ma ġie pprovdut l-ebda kumment matul il-proċedura tal-għażla tal-kampjun, f’sottomissjoni li waslet aktar tard is-CISA argumentat li l-livell ta’ rappreżentattività kien baxx, speċjalment meta mqabbel mal-kampjun magħżul fl-investigazzjoni oriġinali, li kien jammonta għal 45 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. Is-CISA stiednet lill-Kummissjoni biex tikkunsidra fid-dettall jekk iċ-ċifra baxxa taffettwax il-livell ta’ rappreżentattività tal-industrija domestika.

(15)

Il-Kummissjoni l-ewwel fakkret li d-differenzi fil-kampjun bejn l-investigazzjoni oriġinali u l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza ma jinvalidawx ir-rappreżentattività tal-kampjun. It-tieni, il-Kummissjoni nnotat li s-CISA ma ressqet l-ebda element sostantiv, għajr tqabbil mal-kampjun fl-investigazzjoni oriġinali, li juri li l-kampjun ma kienx rappreżentattiv. Minħabba li l-kampjun intgħażel skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-volumi tal-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, kif ukoll tar-rappreżentattività ġeografika, u kien limitat għal għadd ta’ produtturi tal-Unjoni li jistgħu jiġu investigati b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, il-Kummissjoni affermat mill-ġdid li l-kampjun tqies bħala rappreżentattiv.

1.6.2.    Kampjunar tal-importaturi

(16)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

(17)

Madankollu, l-ebda importatur mhux relatat ma ppreżenta ruħu u pprovda l-informazzjoni mitluba.

1.6.3.    Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(18)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi magħrufa kollha fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw lil produtturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(19)

Fil-bidu, il-Kummissjoni għamlet disponibbli fil-fajl kopja tal-kwestjonarji sabiex jiġu spezzjonati mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. (6)

(20)

L-ebda produttur Ċiniż ma pprovda l-informazzjoni mitluba u/jew qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Il-Kummissjoni infurmat lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea dwar l-intenzjoni tagħha li tapplika fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Ma wasal l-ebda kumment.

(21)

Għalhekk, billi ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ, is-sejbiet fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ saru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari bl-użu tal-istatistika kummerċjali dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet (il-Eurostat, il-Global Trade Atlas (“GTA”) (7) u t-talba għal rieżami ta’ skadenza).

(22)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-GTĊ”) (8). Ma waslet l-ebda tweġiba. Konsegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea dwar l-intenzjoni tagħha li tapplika fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Ma wasal l-ebda kumment.

1.7.   Tweġibiet u verifika

(23)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(24)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

Produtturi tal-Unjoni

Arcelor Mittal Poland (Dąbrowa Górnicza, il-Polonja)

Tata Steel Ijmuiden (IJmuiden, In-Netherlands)

ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisburg, il-Ġermanja) u l-kumpanija relatata tagħha ThyssenKrupp Material Processing (Krefeld, il-Ġermanja).

1.8.   Divulgazzjoni

(25)

Fl-4 ta’ April 2023, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni.

(26)

Il-kummenti li għamlu l-partijiet interessati tqiesu mill-Kummissjoni u ttieħdu inkunsiderazzjoni, fejn xieraq. Il-partijiet li talbu dan ingħataw seduta ta’ smigħ. CISA talbet u ngħatat seduta ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni fit-12 ta’ April 2023.

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt rieżami

(27)

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, f’koljaturi jew le (inklużi prodotti “cut-to-length” u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b’laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin (“HRF” jew “il-prodott taħt rieżami”).

Il-prodotti li ġejjin ma humiex koperti minn dan ir-rieżami:

(i)

prodotti ta’ azzar inossidabbli u azzar elettriku bis-siliċju bil-granijiet orjentati,

(ii)

prodotti tal-azzar tal-għodda u tal-azzar ta’ veloċità għolja,

(iii)

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji mqabbżin, ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar, u

(iv)

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr disinji mqabbżin, ta’ ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar, iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 2 050 mm jew aktar.

Il-prodott taħt rieżemi attwalment jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10 (il-kodiċi TARIC 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (il-kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (il-kodiċijiet TARIC 7226191091, 7226191095), 7226 91 91 u 7226 91 99. Il-kodiċijiet NM u TARIC huma mogħtija għall-informazzjoni biss, mingħajr preġudizzju għal bidla sussegwenti fil-klassifikazzjoni tat-tariffi.

(28)

Prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-azzar huma prodotti permezz ta’ laminazzjoni termali. Dan huwa proċess li jifforma l-metall li bih metall sħun jiġi mgħoddi minn par wieħed jew aktar ta’ laminaturi termali biex titnaqqas il-ħxuna u biex il-ħxuna ssir uniformi, li permezz tiegħu t-temperatura tal-metall tkun ogħla mit-temperatura ta’ rikristallizzazzjoni tiegħu. Jistgħu jiġu pprovduti f’diversi forom; f’koljaturi (mogħtija ż-żejt jew le, imnaddfin bl-aċidu jew le), maqtugħin f’tulijiet (folji) jew fi strixxi rqaq.

Hemm żewġ użi prinċipali tal-prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-azzar. L-ewwel nett, dawn huma l-materjal ewlieni għall-produzzjoni ta’ diversi prodotti tal-azzar downstream b’valur miżjud, li jibdew minn prodotti tal-azzar ċatti u miksija b’laminazzjoni bil-kesħa. It-tieni, dawn jintużaw bħala input industrijali li jinxtara mill-utenti finali għal varjetà ta’ applikazzjonijiet, inkluż fil-kostruzzjoni (il-produzzjoni ta’ tubi tal-azzar), fil-bini ta’ bastimenti, f’kontenituri tal-gass, f’karozzi, f’reċipjenti taħt pressjoni u f’pipelines tal-enerġija.

2.2.   Prodott ikkonċernat

(29)

Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.3.   Prodott simili

(30)

Kif huwa stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat, esportat lejn l-Unjoni;

il-prodott taħt rieżemi prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina; u

il-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(31)

Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(32)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ komplew, għalkemm f’livelli aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015). Skont id-data tal-Eurostat, l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ kienu jammontaw għal inqas minn 0,1 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 4,32 % (9) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali. F’termini assoluti, iċ-Ċina esportat madwar 28 743 tunnellata lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li huwa tnaqqis sinifikanti meta mqabbel ma’ madwar 1 519 304 tunnellata (10) li esportat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali.

(33)

Kif huwa msemmi fil-premessa (20), l-ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi mir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tar-RPĊ. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward.

(34)

Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping fir-rigward tar-RPĊ kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni inkluża fit-talba għar-rieżami ta’ skadenza u fil-preżentazzjonijiet mill-partijiet ikkonċernati, flimkien ma’ sorsi oħrajn ta’ informazzjoni, bħall-istatistika kummerċjali dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet (il-Eurostat, il-GTA (11)).

3.2.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(35)

Minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni kellha t-tendenza li turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(36)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet ikkonċernati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(37)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, għażlet proviżorjament lill-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi oħrajn possibbilment xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(38)

Fid-29 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni informat lill-partijiet ikkonċernati permezz ta’ Nota tal-Fatturi ta’ Produzzjoni (FOP) tas-sorsi rilevanti li kellha l-ħsieb li tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, bil-Messiku bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Fin-Nota tal-FOP il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar. Hija informat ukoll lill-partijiet ikkonċernati li hija kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija Ternium S.A., produttur fil-pajjiż rappreżentattiv.

(39)

Is-CISA ressqet il-kummenti tagħha fis-16 ta’ Settembru 2022. Is-CISA argumentat li d-data dwar l-importazzjoni tal-GTA ma tirriflettix il-prezzijiet domestiċi iżda dawk tal-importazzjoni, li normalment jiġu affettwati minn ħafna fatturi bħall-kwantità ta’ importazzjonijiet ta’ prodott partikolari, id-disponibbiltà tal-prodott u d-distanza bejn il-pajjiżi esportaturi u dawk importaturi. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li d-data dwar l-importazzjoni tal-GTA tabilħaqq tirrifletti l-prezzijiet tal-importazzjoni. Madankollu, ma kien hemm xejn fil-fajl li jissuġġerixxi li dawk il-prezzijiet ma kinux jirriflettu l-prezzijiet domestiċi fil-pajjiż rappreżentattiv, jew li l-kwalità jew il-kwantità tad-data dwar l-importazzjoni użata kienet tagħmilha inadatta għall-bini tal-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Konsegwentement, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(40)

Barra minn hekk, is-CISA staqsiet jekk l-użu tal-prezz medju ponderat ta’ unità jkunx jista’ jirrifletti kost unitarju sinifikanti tal-materja prima bħal-ligi tal-ħadid, peress li kien hemm differenzi sinifikanti fil-prezz unitarju skont il-grad ta’ materja prima u/jew il-pajjiż ta’ oriġini. Peress li l-produtturi fir-RPĊ għażlu li ma jikkooperawx mal-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tagħżel il-grad ta’ ligi tal-ħadid użati minnhom speċifikament fil-manifattura ta’ HRF. Għalhekk, il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet tal-gradi kollha mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(41)

Barra minn hekk, is-CISA qajmet kwistjoni dwar il-preċiżjoni tal-prezz ta’ unità mħallas tad-dazju CIF ta’ kull fattur peress li d-data dwar l-importazzjoni tal-GTA rrapportata mill-Messiku hija fil-livell FOB aktar milli fil-livell CIF. Fil-kuntest ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata li tikkalkula marġni tad-dumping preċiż iżda pjuttost li tistabbilixxi jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping. Minħabba li, kif huwa spjegat fil-premessa (118) hawn taħt, is-sejbiet li d-differenza fil-prezz bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni għall-bqija tad-dinja kienet ogħla minn 100 %, anke jekk jintuża koeffiċjent ta’ konverżjoni ieħor ibbażat fuq l-oriġini attwali tal-merkanzija importata, ma kienx jibdel il-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

3.3.   Valur normali

(42)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(43)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “Fil-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali)” minn hawn ’il quddiem jissejħu “SG&A”).

(44)

Kif huwa spjegat ulterjorment hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.4.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(45)

F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ (13), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

(46)

F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (14). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (15), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (16). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (17). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (18). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku (19), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (20).

(47)

Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti rigward is-settur tal-azzar fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba, kif ukoll fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-RPĊ għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (21) (“ir-Rapport”), li jibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward.

(48)

It-talba allegat li l-ekonomija Ċiniża kollha kemm hi hija influwenzata ħafna u affettwata minn diversi interventi li jinkludu kollox mill-GTĊ jew minn awtoritajiet pubbliċi oħra fuq diversi livelli tal-gvern, fid-dawl ta’ liema prezzijiet u kostijiet domestiċi tal-industrija tal-azzar Ċiniża ma jistgħux jintużaw f’din l-investigazzjoni. Biex tappoġġa l-pożizzjoni tagħha, it-talba rreferiet għall-investigazzjonijiet reċenti tal-Kummissjoni tas-settur tal-azzar Ċiniż (22) jew għall-konklużjonijiet tal-Forum Globali tal-G20 dwar il-Kapaċità Żejda tal-Azzar (23).

(49)

B’mod aktar speċifiku, it-talba indikat li fl-isfond tal-prinċipju “ekonomija tas-suq soċjalista” stabbilita fil-Kostituzzjoni tar-RPĊ, l-omnipreżenza tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”) u l-influwenza tiegħu fuq l-ekonomija permezz ta’ inizjattivi ta’ ppjanar strateġiku — bħat-13 u l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (24) — l-intervent tal-GTĊ jieħu diversi forom, jiġifieri amministrattivi, finanzjarji u regolatorji.

(50)

It-talba pprovdiet eżempji ta’ elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet, kif huma elenkati mill-ewwel sas-sitt sing tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, b’referenza għal investigazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni fis-settur tal-azzar, għar-Rapport, kif ukoll għal sorsi addizzjonali, l-applikant issottometta li:

L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista sabiex jilħaq għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles. Minħabba l-livell għoli ta’ intervent tal-gvern fl-industrija tal-azzar u s-sehem kbir ta’ intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) fis-settur, anke l-produtturi privati tal-azzar ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Bħala tali s-suq tal-azzar għadu sa punt sinifikanti fornut minn impriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u s-superviżjoni tal-politika tal-awtoritajiet Ċiniżi;

L-Istat Ċiniż mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni ta’ politiki ekonomiċi ġenerali mill-SOEs individwali, iżda jsostni wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali tal-SOEs. Tipikament dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji, kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs. Bi skambju ma’ dan, l-SOEs igawdu status partikolari fl-ekonomija Ċiniża. Dan l-istatus jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari l-protezzjoni mill-kompetizzjoni u l-aċċess preferenzjali għall-inputs rilevanti, inkluż il-finanzjament;

L-industrija tal-azzar titqies bħala settur fundamentali tal-ekonomija Ċiniża, pedament nazzjonali (25) mill-gvern Ċiniż, u bħala tali hija industrija partikolarment appoġġata (26). Il-problema attwali tal-kapaċità żejda (27) x’aktarx hija l-aktar eżempju ċar tal-implikazzjonijiet tal-politiki tal-Gvern Ċiniż għall-industrija u tad-distorsjonijiet li jirriżultaw;

Is-sistema Ċiniża tal-falliment jidher li ma hijiex adegwata biex tilħaq l-objettivi prinċipali tagħha stess bħal dak li tħallas il-pretensjonijiet u d-djun b’mod ġust u li tissalvagwardja d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri;

Il-gvern Ċiniż qiegħed jikkontrolla l-prezzijiet tal-materja prima peress li l-volumi tal-esportazzjoni huma ristretti permezz ta’ kwoti tal-esportazzjoni u l-esportaturi jeħtieġ li japplikaw għal liċenzja tal-esportazzjoni. F’investigazzjoni preċedenti (28) l-Kummissjoni sabet li “l-kokk (flimkien mal-mineral tal-ħadid, il-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-azzar) huwa soġġett għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet u għal dazju tal-esportazzjoni”;

In-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tad-drittijiet għall-art u għall-użu tal-art fiċ-Ċina. L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali bi proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss mill-Istat (29);

Il-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għall-organizzazzjoni kollettiva u l-mobbiltà hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali u benefiċċji oħra. Dan iwassal biex il-kostijiet lavorattivi jkunu distorti minħabba li ma humiex ir-riżultat ta’ forzi normali tas-suq jew ta’ negozjati bejn il-kumpaniji u l-forza tax-xogħol;

Is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat li, meta jagħtu aċċess għall-finanzi, jikkunsidraw kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. Regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju jistgħu jeżistu formalment, madankollu, l-evidenza qawwija, inklużi s-sejbiet li saru matul l-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali;

Il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat. Barra minn hekk, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jistimulaw it-tkabbir tal-investiment, li wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment.

(51)

Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-applikant, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

(52)

Speċifikament fis-settur tal-prodott taħt rieżami, jiġifieri s-settur tal-azzar, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiżtar-Regolament bażiku. Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi tal-prodott taħt rieżami, il-proporzjon eżatt tal-produtturi privati u tal-Istat ma setax jiġi ddeterminat. Madankollu, l-investigazzjoni kkonfermat li l-akbar żewġ produtturi fis-settur tal-azzar, jiġifieri Angang Steel Group (“Ansteel”) u China Baowu Steel Group (“Baowu”) huma jew kompletament proprjetà tal-Istat jew inkella l-Istat għandu sehem ta’ kontroll fihom. Fi kwalunkwe każ, anke meta ma jkunx hemm informazzjoni speċifika disponibbli għall-prodott taħt rieżami, is-settur jirrappreżenta sottosettur tal-industrija tal-azzar u s-sejbiet li jikkonċernaw is-settur tal-azzar huma għalhekk meqjusa bħala indikattivi wkoll għall-prodott taħt rieżami.

(53)

Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-azzar huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika. L-aktar dokumenti ta’ politika Ċiniżi reċenti dwar is-settur tal-azzar jikkonfermaw l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi għas-settur, inkluża l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur sabiex jifformah f’konformità mal-politiki tal-gvern. Dan huwa eżemplifikat mill-abbozz ta’ Opinjoni Gwida tal-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni dwar it-Trawwim ta’ Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar li jitlob aktar konsolidazzjoni tal-pedament industrijali u titjib sinifikanti fil-livell ta’ modernizzazzjoni tal-katina industrijali (30), mill-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima li skontu s-settur se “jaderixxi mal-kombinazzjoni tat-tmexxija tas-suq u l-promozzjoni tal-gvern” u se “jikkultiva grupp ta’ kumpaniji ewlenin bi tmexxija ekoloġika u b’kompetittività ewlenija” (31), jew ukoll mill-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tar-Ruttam tal-Metall li l-objettivi ewlenin tiegħu huma li “jiżdied kontinwament il-proporzjon tal-applikazzjoni tar-ruttam tal-metall, u sa tmiem l-14-il FYP, il-proporzjon komprensiv tar-ruttam tal-produzzjoni nazzjonali tal-azzar se jilħaq it-30 %.” (32).

(54)

Eżempji simili tal-intenzjoni tal-awtoritajiet Ċiniżi li jissorveljaw u jiggwidaw l-iżviluppi tas-settur jidhru fil-livell provinċjali, bħal f’Hebei li qed jippjana li “jimplimenta b’mod kostanti l-iżvilupp tal-grupp ta’ organizzazzjonijiet, jaċċellera r-riforma tas-sjieda mħallta ta’ intrapriżi tal-Istat, jiffoka fuq il-promozzjoni tal-fużjoni u r-riorganizzazzjoni interreġjonali tal-intrapriżi privati tal-ħadid u tal-azzar, u jistinka biex jistabbilixxi minn wieħed (1) sa żewġ (2) gruppi kbar ta’ klassi dinjija, minn tlieta (3) sa ħames (5) gruppi kbar b’influwenza domestika bħala appoġġ” u li “jespandi aktar il-kanali tar-riċiklaġġ u taċ-ċirkolazzjoni tar-ruttam tal-metall, u jsaħħaħ l-iskrinjar u l-klassifikazzjoni tar-ruttam tal-metall.” (33). Barra minn hekk, il-pjan ta’ Hebei fis-settur tal-azzar jinkludi speċifikament diversi referenzi għal prodotti tal-azzar b’laminazzjoni termali: Iħeġġeġ lill-intrapriżi tal-produzzjoni tal-pjanċi biex iħaffu l-implimentazzjoni tat-trasformazzjoni tal-imtieħen tal-laminazzjoni termali ta’ livell baxx (…) u jistinkaw biex jiżguraw li sal-2022 il-pjanċi primarji b’laminazzjoni termali jammontaw għal aktar minn 30 % tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar fil-fond (34)”. Apparti minn hekk: “Jikkonsolida l-vantaġġi tas-suq tal-wajers u tal-vireg. Iħeġġeġ lill-manifatturi tal-wajers u tal-vireg biex iwettqu r-riċerka u l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ vireg tal-azzar rinfurzati u b’laminazzjoni termali b’aktar minn 500 MPa, u jmexxu t-titjib tal-prodotti. Jappoġġa l-intrapriżi speċjali tal-azzar biex jikkombinaw it-trasformazzjoni u l-aġġornament tat-teknoloġija u tat-tagħmir u jiżviluppaw il-bearing steel, il-gear steel u prodotti speċjali oħra tal-azzar”.

(55)

Bl-istess mod, il-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP jipprevedi l-“kostruzzjoni ta’ bażijiet karatteristiċi għall-produzzjoni tal-azzar […], il-bini ta’ sitt (6) bażijiet karatteristiċi għall-produzzjoni tal-azzar f’Anyang, Jiyuan, Pingdingshan, Xinyang, Shangqiu, Zhouou, eċċ., u t-titjib tal-iskala, l-intensifikazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni tal-industrija. Fosthom, sal-2025, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ħadid fondut grezz f’Angyang se tiġi kkontrollata sa 14-il miljun tunnellata, u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum se tiġi kkontrollata sa 15-il miljun tunnellata.” (35) Il-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan jinkludi wkoll referenzi speċifiċi għal prodotti b’laminazzjoni termali: “Jappoġġa lill-intrapriżi indipendenti tal-laminazzjoni termali biex jipparteċipaw fil-fużjoni u r-riorganizzazzjoni tal-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar, u jtejbu r-reżiljenza u l-konċentrazzjoni tal-katina industrijali (36).” Aktar objettivi tal-politika industrijali jistgħu jidhru wkoll fid-dokumenti tal-ippjanar ta’ provinċji oħra, bħal Jiangsu (37), Shandong (38), Shanxi (39), jew Zhejiang (40) jew muniċipalitajiet, bħal Liaoning Dalian (41).

(56)

Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi esportaturi, kien impossibbli li tiġi stabbilita sistematikament l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-prodott taħt rieżami u s-CCP. Minħabba li l-prodott taħt rieżami jirrappreżenta sottosettur tas-settur tal-azzar, l-informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-produtturi tal-azzar hija rilevanti wkoll għall-prodott taħt rieżami.

(57)

Pereżempju, il-President ta’ Ansteel iservi fl-istess ħin bħala s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit. Bl-istess mod, id-Direttur u l-Maniġer Ġenerali tal-Ansteel jokkupa l-pożizzjoni ta’ Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (42). Fil-każ ta’ Baowu, il-President ta’ Baosteel, li hija sussidjarja miżmuma 100 % minn Baowu, fl-istess ħin għandu l-pożizzjoni ta’ Segretarju tal-Kumitat tal-Partit, filwaqt li d-Direttur Maniġerjali jservi wkoll bħala l-Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit, u l-Viċi Maniġer Ġenerali jservi bħala Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kumitat tal-Partit (43).

(58)

Barra minn hekk, politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku huma stabbiliti fis-settur tal-prodott taħt rieżami. Kif huwa deskritt hawn fuq fil-premessa (54) dwar il-pjan ta’ azzjoni ta’ Hebei u fil-premessa (55) dwar il-pjan ta’ azzjoni ta’ Henan, l-investigazzjoni tista’ tidentifika xi dokumenti li jiggwidaw speċifikament l-iżvilupp tas-sottosettur tal-azzar ċatt b’laminazzjoni termali. Barra minn hekk, l-investigazzjoni identifikat dokumenti oħra li juru li l-industrija tibbenefika minn gwida u intervent governattivi fis-settur tal-azzar, minħabba li l-prodott taħt rieżami jirrappreżenta wieħed mis-subsetturi tagħha.

(59)

L-industrija tal-azzar tibqa’ titqies bħala industrija essenzjali mill-GTĊ (44). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Skont l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin adottat f’Marzu 2021, il-GTĊ immarka lill-industrija tal-azzar għat-trasformazzjoni u għall-aġġornament, kif ukoll għall-ottimizzazzjoni u għall-aġġustament strutturali (45). B’mod simili, l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, applikabbli wkoll għall-industrija tal-azzar, jelenka s-settur bħala l-“pedament tal-ekonomija reali” u “qasam ewlieni li jsawwar il-vantaġġ kompetittiv internazzjonali taċ-Ċina” u jistabbilixxi għadd ta’ objettivi u metodi ta’ ħidma li jixprunaw l-iżvilupp tas-settur tal-azzar fil-perjodu ta’ żmien mill-2021 sal-2025, bħal aġġornament teknoloġiku, it-titjib tal-istruttura tas-settur (mhux l-anqas permezz ta’ aktar konċentrazzjonijiet korporattivi) jew it-trasformazzjoni diġitali (46).

(60)

Il-materja prima importanti użata għall-produzzjoni tal-azzar ċatt b’laminazzjoni termali hija l-mineral tal-ħadid. Il-mineral tal-ħadid jissemma wkoll fl-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, li fiha l-Istat qed jippjana li “jiżviluppa b’mod razzjonali r-riżorsi minerali domestiċi. Isaħħaħ l-esplorazzjoni tal-mineral tal-ħadid […], jimplimenta politiki tat-taxxa preferenzjali, jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ teknoloġija u tagħmir avvanzati biex titnaqqas il-ġenerazzjoni ta’ skart solidu mill-minjieri.” (47) Fil-provinċji, bħal Hebei, l-awtoritajiet jipprevedu dan li ġej għas-settur: “sussidju ta’ skont fuq l-investiment ta’ proġett ġdid; tesplora u tiggwida lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu self b’imgħax baxx lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar biex jaqilbu għal industriji ġodda, u fl-istess ħin, il-gvern se jipprovdi sussidji ta’ skont.” (48) Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti sabiex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-politika pubblika li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tal-prodott taħt rieżami. Dawn il-miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

(61)

Din l-investigazzjoni żvelat xi evidenza tal-applikazzjoni diskriminatorja jew tal-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku fis-settur tal-azzar ċatt b’laminazzjoni termali. B’mod partikolari, fir-rigward tal-fabbrika ta’ Chaoyang Iron & Steel, li kienet qed iġġarrab telf għal 5 snin konsekuttivi (mill-2010 sal-2015) u kienet qed tfalli. Din ġiet identifikata wkoll bħala intrapriża li qed issibha diffiċli biex tkampa mill-entità tal-Istat għas-Superviżjoni tal-Assi (49).

(62)

Is-settur tal-azzar ċatt b’laminazzjoni termali huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku, kif huwa msemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (46). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami jew tal-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (waqt li jkun hemm aċċess għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema ta’ xogħol fir-RPĊ) (50).

(63)

Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza fl-investigazzjoni attwali li turi li s-settur tal-prodott taħt rieżami ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, kif huwa msemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (46). Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

(64)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-azzar ċatt b’laminazzjoni termali jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma evidentement esposti għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(65)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-azzar ċatt b’laminazzjoni termali ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-input kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif huwa deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li, minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz ta’ taħlita ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni, huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija.

(66)

Fid-19 ta’ Mejju 2022 (51) u fis-16 ta’ Settembru 2022, (52) is-CISA ppreżentat għadd ta’ argumenti dwar l-allegazzjonijiet dwar distorsjonijiet sinifikanti. L-ewwel nett, is-CISA ddikjarat li r-Rapport li bbażat fuqu l-Kummissjoni naqas milli jissodisfa l-istandards ta’ evidenza imparzjali u oġġettiva u evidenza ta’ valur probattiv suffiċjenti, minħabba, b’mod partikolari, li dan kien tħejja mill-Kummissjoni bl-għan speċifiku li tiffaċilita lill-industriji tal-Unjoni fil-preżentazzjoni ta’ lment fil-qasam tal-miżuri kummerċjali. Barra minn hekk, is-CISA ddikjarat li peress li r-Rapport ġie ppubblikat fl-2017, dan ma setax jirrifletti d-distorsjonijiet allegati għall-perjodu ta’ investigazzjoni li jkopri s-sena kalendarja 2021.

(67)

Il-Kummissjoni ma qablitx. Il-Kummissjoni nnotat li r-Rapport huwa dokument komprensiv ibbażat fuq evidenza oġġettiva estensiva, inklużi leġiżlazzjoni, regolamenti u dokumenti ta’ politika uffiċjali oħrajn ippubblikati mill-GTĊ, rapporti ta’ partijiet terzi minn organizzazzjonijiet internazzjonali, studji akkademiċi u artikli minn akkademiċi, u sorsi indipendenti affidabbli oħrajn. Dan ilu disponibbli għall-pubbliku minn Diċembru 2017, biex kull parti ikkonċernata kellha biżżejjed opportunità biex tirribatti, tissupplimenta jew tikkummenta dwaru u dwar l-evidenza li huwa bbażat fuqha, u la l-GTĊ u lanqas partijiet oħrajn ma ppreżentaw argumenti jew evidenza li tirribatti s-sorsi inklużi fir-Rapport. Bl-istess mod, fir-rigward tal-argument li r-Rapport kien skadut, il-Kummissjoni nnotat b’mod partikolari li d-dokumenti ta’ politika u l-evidenza prinċipali li jinsabu fir-Rapport, inklużi l-pjanijiet rilevanti ta’ ħames snin u l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-prodott taħt rieżami kienu għadhom fil-biċċa l-kbira tagħhom rilevanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u li l-ebda parti ma tat prova li dan ma kienx għadu l-każ. Iċ-Ċina bdiet tippubblika pjanijiet ġodda ta’ ħames snin biss matul is-sena 2021 u ħafna minn dawk il-pjanijiet saru pubbliċi biss fit-tieni nofs tas-sena. Dan kompla jiġi kkonfermat permezz tar-riċerka speċifika għall-każ imwettqa mill-Kummissjoni, kif miġbura fil-qosor hawn fuq.

(68)

It-tieni, is-CISA sostniet li l-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping (“ADA”) ma jirrikonoxxix il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-Artikolu 2.2 tal-ADA. Minflok, id-dispożizzjoni tippermetti li jinħadem il-valur normali f’għadd limitat ta’ kundizzjonijiet speċifiċi, bid-distorsjonijiet sinifikanti ma jidhrux fost dawn il-kundizzjonijiet. Barra minn hekk, is-CISA sostniet li l-Artikolu 2.2 tal-ADA jippermetti biss l-użu tal-kost tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u l-profitti, filwaqt li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż rappreżentattiv xieraq, u b’hekk ma huwiex konsistenti mad-WTO. Barra minn hekk, is-CISA ddikjarat li kwalunkwe valur maħdum ikun jeħtieġ li jiġi kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA u mal-interpretazzjoni tal-Korp tal-Appell tad-WTO mogħtija fil-każ EU — Biodiesel (DS 473), kif ukoll mill-Bord tad-WTO fil-każ (DS494) UE — Metodoloġiji ta’ Aġġustament tal-Kostijiet II (ir-Russja), li ma jsemmux il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti u lanqas il-possibbiltà li tiġi injorata d-data tal-kumpanija li tesporta.

(69)

Il-Kummissjoni qieset li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huma konsistenti b’mod sħiħ mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea u mal-ġurisprudenza ċċitata mis-CISA. Barra minn hekk, hija l-fehma tal-Kummissjoni li, f’konformità mad-deċiżjoni tal-Bord tad-WTO u l-Korp tal-Appell f’DS473, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku li japplikaw b’mod ġenerali fir-rigward tal-Membri kollha tad-WTO, bħall-Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu, jippermettu l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta dan l-aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa għall-kostruzzjoni tal-valur normali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jipprevedi l-ħdim tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, inklużi dawk f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur. Fir-rigward tad-DS 494, il-Kummissjoni fakkret li kemm l-UE kif ukoll il-Federazzjoni Russa appellaw is-sejbiet tal-Bord, li ma humiex finali u għalhekk, skont il-ġurisprudenza permanenti tad-WTO, ma għandhom l-ebda status ġuridiku fis-sistema tad-WTO, peress li dawn ma ġewx approvati mill-Korp tas-Soluzzjoni tat-Tilwim permezz ta’ deċiżjoni mill-Membri tad-WTO. Fi kwalunkwe każ, ir-Rapport tal-Bord f’din it-tilwima qies speċifikament id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku bħala barra mill-ambitu ta’ dik it-tilwima. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din id-dikjarazzjoni.

(70)

It-tielet, is-CISA argumentat li l-prattika li ssir referenza għal investigazzjonijiet tal-passat bħala “evidenza” ta’ ċerti allegazzjonijiet, kif sar mill-applikant fit-talba f’din l-investigazzjoni, x’aktarx ma tkunx tiflaħ għall-approċċ tal-Korp tal-Appell dwar l-oneru tal-prova, kif huwa stabbilit fid-deċiżjoni tal-Korp tal-Appell tad-WTO fl-Istati Uniti — il-każ Dazji Definittivi Anti-dumping u Kompensatorji fuq Ċerti Prodotti (iċ-Ċina) (DS 379). B’mod partikolari, is-CISA rreferiet għas-sejbiet magħmula mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni antisussidji tagħha fir-rigward tal-HRF (53).

(71)

Il-Kummissjoni tikkontesta dak l-argument. Minn naħa waħda, it-talba ma kinitx tiddependi biss fuq l-HRF CVD iżda żiedet ukoll sorsi addizzjonali biex tissostanzja l-affermazzjoni rigward id-distorsjonijiet fis-suq tal-HRFS (54). Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma hijiex qed tagħmel il-konklużjonijiet tagħha dwar l-applikabbiltà ta’ 2(6a) abbażi tat-talba iżda abbażi tal-evidenza kollha disponibbli, kif miġbura matul l-investigazzjoni u ppreżentata fl-intier tagħha f’din it-taqsima.

(72)

Ir-raba’, is-CISA qajmet il-kwistjoni tal-14-il FYP, filwaqt li indikat li, minn naħa waħda, l-14-il FYP tabilħaqq jirreferi għas-settur tal-azzar iżda biss f’kuntest ġenerali, filwaqt li nnotat l-importanza li l-industriji tradizzjonali jiġu ttrasformati u aġġornati b’mod ġenerali u li min-naħa l-oħra, il-pjan jenħtieġ li ma jitqiesx bħala liġi vinkolanti iżda pjuttost dokument ta’ gwida li jesprimi fehmiet ta’ politika għall-futur. Barra minn hekk, is-CISA qieset li pjanijiet bħal dawn jeżistu wkoll fl-UE bil-pubblikazzjoni tal-“White Papers”, “Green Papers” eċċ. tal-Kummissjoni Ewropea.

(73)

Dan l-argument ma setax jiġi aċċettat. L-ewwel nett, l-FYPs ippubblikati mill-GTĊ ma humiex biss dokumenti ta’ gwida ġenerali, iżda huma ta’ natura legalment vinkolanti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għall-analiżi dettaljata tal-pjanijiet fil-Kapitolu 4 tar-Rapport, b’taqsima ddedikata speċifikament għan-natura vinkolanti tal-pjanijiet fit-Taqsima 4.3.1. L-14-il FYP ifakkar b’mod espliċitu lill-awtoritajiet kollha biex jimplimentaw il-pjanijiet b’mod diliġenti: “Aħna se nsaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni tal-ippjanar bħall-katalogi u l-listi, il-kompilazzjoni u l-arkivjar, u l-allinjament u l-koordinazzjoni, se niżviluppaw listi u katalogi bħall-14-il Pjan Speċjali ta’ Ħames Snin fuq Livell Nazzjonali, se nippromwovu l-arkivjar tal-pjani billi nibbażaw ruħna fuq il-pjattaforma ta’ informazzjoni ta’ ġestjoni integrata tal-ippjanar nazzjonali, u se nġibu diversi pjanijiet taħt ġestjoni magħquda. Aħna se nistabbilixxu u ntejbu l-mekkaniżmi ta’ allinjament u koordinazzjoni tal-ippjanar, nallinjaw il-pjanijiet approvati mill-Kumitat Ċentrali tas-CCP u mill-Kunsill tal-Istat u l-pjanijiet ta’ żvilupp provinċjali ma’ dan il-pjan qabel ma jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni, niżguraw li l-ippjanar spazjali fil-livell nazzjonali, l-ippjanar speċjali, l-ippjanar reġjonali u livelli oħra ta’ ppjanar huma kkoordinati ma’ dan il-pjan f’termini ta’ għanijiet prinċipali, direzzjonijiet ta’ żvilupp, tqassim ġenerali, politiki ewlenin, proġetti ewlenin, u l-prevenzjoni u l-kontroll tar-riskju.” (55) Barra minn hekk, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima jistipula li “l-lokalitajiet kollha jeħtieġ li jtejbu lilhom infushom b’dan il-Pjan, u jinkludu l-kontenut ewlieni u l-proġetti ewlenin hawnhekk fil-kompiti lokali primarji tagħhom”, filwaqt li “l-azzar u setturi ewlenin oħra għandhom ifasslu opinjonijiet speċifiċi ta’ implimentazzjoni bbażati fuq l-objettivi u l-kompiti ta’ dan il-Pjan.” (56).

(74)

L-ebda evidenza jew argument għall-kuntrarju ma tressqu mill-GTĊ f’din l-investigazzjoni.

(75)

Wara divulgazzjoni, is-CISA kompliet tenfasizza li r-Rapport ma jissodisfax l-istandards ta’ evidenza imparzjali u oġġettiva u evidenza ta’ valur probatorju suffiċjenti. Fir-rigward ta’ dan ta’ hawn fuq, is-CISA rreferiet ukoll għad-diversi “Pjanijiet ta’ Ħames Snin” li, skont is-CISA, għandhom jitqiesu bħala dokument ta’ politika ġenerali li jistabbilixxi diversi prijoritajiet f’termini ta’ investimenti pubbliċi u mhux bħala liġi vinkolanti.

(76)

Kif spjegat fil-premessi (67) u (73) dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda u peress li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza jew argument addizzjonali mad-divulgazzjoni, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni baqgħet l-istess.

(77)

Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u lavorattivi, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħielsa minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif huwa deskritt fit-taqsima li ġejja.

3.4.1.    Pajjiż rappreżentattiv

3.4.1.1.   Kummenti ġenerali

(78)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (57);

Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’dak il-pajjiż (58);

Disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(79)

Kif indikat fil-premessa (38), fid-29 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni ħarġet nota għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (in-“nota tal-FOP”). In-nota ddeskriviet il-fatti u l-evidenza sottostanti l-kriterji relevanti u informat lill-partijiet ikkonċernati bl-intenzjoni li tqis lill-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata.

(80)

Skont il-kriterji elenkati fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni identifikat lill-Messiku bħala pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ. Il-Messiku huwa kklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż b’“introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross. Barra minn hekk, il-Messiku ġie identifikat bħala pajjiż fejn il-prodott taħt rieżami qed jiġi prodott u fejn data rilevanti kienet faċilment disponibbli.

(81)

Fl-aħħar nett, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni u wara li ġie stabbilit li l-Messiku kien pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku.

3.4.1.2.   Konklużjoni

(82)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, kif propost fit-talba għal rieżami ta’ skadenza u minħabba li l-Messiku ssodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet lill-Messiku bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.4.2.    Is-sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(83)

Fin-nota dwar is-sorsi rilevanti li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni spjegat li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, hija jkollha tibbaża fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, flimkien ma’ sorsi oħrajn ta’ informazzjoni meqjusa xierqa skont il-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, f’konformità mal-Artikolu 18(5) tar-Regolament bażiku, inkluż il-Global Trade Atlas (“GTA”) biex jiġi stabbilit il-kost mhux distort tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, notevolment il-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża s-sorsi li ġejjin biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-enerġija: għall-elettriku, l-aħħar data disponibbli dwar il-prezzijiet industrijali tal-elettriku applikabbli fil-Messiku, kif ippubblikata mill-Globalpetrolprices.com (59) u għall-gass, il-prezz ippubblikat mill-Indices de Referencia de Precios de Gas Natural (IPGN) (60). Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li għall-istabbiliment ta’ kostijiet tax-xogħol mingħajr distorsjoni, hija tuża l-aħħar data disponibbli għall-pubbliku mid-Dipartiment tal-Istatistika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILOSTAT) (61) biex tiddetermina l-pagi fil-Messiku.

(84)

Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mal-kostijiet diretti tal-manifattura, abbażi tad-data tal-produttur tal-Unjoni li ġiet ipprovduta mill-applikant, li pprovda informazzjoni speċifika għal dak il-għan.

(85)

Fin-Nota tal-FOP il-Kummissjoni indikat li għall-pajjiż identifikat bħala pajjiż fejn qed jiġi manifatturat il-prodott taħt rieżami, jiġifieri l-Messiku, il-Kummissjoni identifikat il-kumpanija Ternium S.A. bħala produttur tal-prodott taħt rieżami, b’data finanzjarja pubblika riċenti li turi profitti u ammont raġonevoli għall-SG&A biex jiġi stabbilit il-valur normali mingħajr distorsjoni.

(86)

L-analiżi tad-data tal-importazzjoni wriet li l-Messiku seta’ jintuża bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq minħabba li l-importazzjonijiet tiegħu tal-fatturi ta’ produzzjoni prinċipali ma kinux affettwati materjalment minn importazzjonijiet mir-RPĊ jew minn xi wieħed mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 (62).

(87)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet ikkonċernati li hija għandha l-ħsieb li tuża lill-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u l-kumpanija Ternium S.A., f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, sabiex tikseb prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali.

(88)

Il-partijiet ikkonċernati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ Ternium S.A. bħala produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv.

(89)

Fil-kummenti tagħha, is-CISA argumentat li fost id-diversi pajjiżi rappreżentattivi li l-Kummissjoni reċentement għażlet, il-Messiku huwa l-uniku wieħed li ma jistax jirrapporta l-prezzijiet tal-importazzjoni fuq livell CIF u kkontestat l-approċċ tal-Kummissjoni li żżid 5 % mal-prezz FOB sabiex il-prezz FOB jiġi kkonvertit f’wieħed CIF. Il-Kummissjoni osservat li anke jekk dak il-proporzjon ta’ konverżjoni ma jiġix applikat, id-differenza fil-prezz bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni għall-bqija tad-dinja stabbilit fil-premessa (118) hawn taħt kienet tkun sinifikanti. Konsegwentement, hija ċaħdet id-dikjarazzjoni.

(90)

Is-CISA argumentat ukoll li l-parametru referenzjarju għal-ligi tal-ħadid ma kienx affidabbli minħabba li l-kodiċijiet HS użati kienu jikkonsistu minn diversi ligi differenti bi prezzijiet ta’ unità differenti ħafna. Il-Kummissjoni osservat li s-CISA naqset milli tindika liema tip(i) ta’ ligi jenħtieġ li jitneħħew mid-data aggregata għal dak il-prezz ta’ riferiment. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li din id-dikjarazzjoni ma kellhiex sustanza minħabba li anke jekk ma ġie stabbilit l-ebda prezz ta’ riferiment għal din l-input, kif huwa spjegat fil-premessa (118) hawn taħt, id-differenza fil-prezz bejn il-valur normali u l-prezz stabbilit tal-esportazzjoni lejn il-bqija tad-dinja tibqa’ sinifikanti. Konsegwentement, hija ċaħdet id-dikjarazzjoni.

(91)

Is-CISA kkontestat ukoll l-adegwatezza tar-riżultati finanzjarji ta’ Ternium S.A. peress li huma rrapportati f’livell konsolidat li jkopri diversi pajjiżi u prodotti oħra.

(92)

Il-Kummissjoni qieset li f’dan il-każ, l-użu tad-data konsolidata ta’ Ternium S.A. kien xieraq fin-nuqqas ta’ data aktar dettaljata limitata għal Ternium Mexico u għall-prodott taħt rieżami. Barra minn hekk, il-kumpanija tipproduċi fil-biċċa l-kbira prodotti tal-azzar. Għalhekk, id-data tagħha tqieset rappreżentattiva għas-settur tal-azzar u għall-prodott taħt rieżami. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-ammont għall-kostijiet tal-SG&A u għall-profitti inklużi fil-valur normali maħdum jenħtieġ li jkun mingħajr distorsjoni u raġonevoli. Is-CISA la argumentat u lanqas issostanzjat l-argument li l-ammont użat kien jew distort jew mhux raġonevoli. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(93)

Is-CISA allegat li l-użu tad-data finanzjarja ta’ Ternium S.A. mill-2020 kien inkompatibbli mal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami li huwa l-2021. Il-Kummissjoni qieset iċ-ċifri ta’ Ternium S.A. bħala raġonevoli peress li l-kumpanija kienet qed tagħmel profitt matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, ir-rapporti finanzjarji tagħha kienu disponibbli faċilment u l-Messiku jirrappreżenta 52 % tal-bejgħ konsolidat tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, l-użu tal-2020 bħala sena ta’ referenza huwa ġġustifikat peress li hija l-aktar sena riċenti meta Ternium S.A. kienet profittabbli u wriet livell raġonevoli ta’ SG&A u ta’ profitt. Kif huwa spjegat fin-nota tal-FOP, fis-sena finanzjarja 2021 il-profitt kien eċċezzjonalment għoli, jiġifieri 58,25 %, li x’aktarx jirrifletti l-irkupru ta’ wara l-COVID-19. Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li l-użu tad-data għall-2020 kien aktar xieraq u ċaħdet id-dikjarazzjoni.

(94)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA sostniet li l-Kummissjoni ma pprovdietx id-divulgazzjoni tal-“Parametri Referenzjarji użati għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali” li, skont is-CISA, jistgħu jwasslu għal ksur imminenti tal-prinċipju bażiku tal-liġi u l-proċedura anti-dumping, b’mod partikolari l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku, u d-drittijiet tad-difiża tas-CISA fir-rigward tal-aspetti fundamentali tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza. Barra minn hekk, is-CISA ddikjarat li l-provvista ta’ prezzijiet ta’ riferiment dettaljati (u l-kalkoli) għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali hija prattika konsistenti tal-Kummissjoni, kemm fl-investigazzjonijiet oriġinali kif ukoll fir-rieżamijiet ta’ skadenza, u għalhekk titlob lill-Kummissjoni tallinja l-prattika tagħha fi proċedimenti simili.

(95)

Il-Kummissjoni nnotat li hija pprovdiet prezzijiet referenzjarji, jiġifieri valuri unitarji tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni fin-Nota dwar il-FOP mid-29 ta’ Awwissu 2022 kif ukoll is-sorsi tagħhom. Is-CISA, bħala parti interessata, ġiet innotifikata meta n-Nota tal-FOP tqiegħdet fil-fajl u kellha aċċess għaliha. L-ebda wieħed mill-punti ta’ riferiment ikkwotati f’dik in-Nota ma kien ġie sussegwentement modifikat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni użat l-istess metodoloġija biex tikkalkula l-valur normali bħal fit-talba li saret disponibbli għall-partijiet interessati kollha. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni fakkret li ma saret l-ebda divulgazzjoni speċifika għall-kumpaniji minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn xi wieħed mill-produtturi fir-RPĊ. Konsegwentement, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

3.4.2.1.   Konklużjoni

(96)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Messiku ssodisfa l-kriterji stipulati tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku sabiex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.4.3.    Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

3.4.3.1.   Fatturi tal-produzzjoni

(97)

Meta titqies l-informazzjoni kollha bbażata fuq it-talba u wara l-analiżi tal-kummenti mill-partijiet ikkonċernati, il-fatturi tal-produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi tal-produzzjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar

Fattur tal-Produzzjoni

Kodiċi tal-Komodità

Valur mingħajr distorsjoni f’CNY

Unità ta’ kejl

Materja prima

Ruttam tal-azzar

72041001 ; 72042101 ; 72042999 ; 72044101 ; 72044999

3 135,04

Tunnellata

Mineral tal-ħadid

26011101 ; 260112

3 364,05

Tunnellata

Faħam

270119 ; 27011201

757,98

Tunnellata

Kokk

27040003 ; 27131101

1 249,21

Tunnellata

Ligi tal-ħadid

72022102 ; 72022199 ; 72022999 ; 72023001 ; 72024101 ; 72024999 ; 72027001 ; 72029104 ; 72029202 ; 72029301 ; 72029999

18 560,08

Tunnellata

Pjastri

720712 ; 72072002 ; 72241006 ; 722490

4 980,54

Tunnellata

Prodotti dderivati:

Krediti u prodotti dderivati valwati bħala ruttam

72041001 ; 72042101 ; 72042999 ; 72044101 ; 72044999

3 135,04

Tunnellata

Manodopera

Manodopera

 

13,00

kull siegħa ta’ xogħol

Enerġija

Elettriku

 

1 058,69

MWH

Gass naturali

 

34,42

GJ

Ossiġenu

280440

514,52

Km3

3.4.3.2.   Materja prima

(98)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sal-bieb tal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif huwa rrapportat fil-GTA, li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha, bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa (77) din ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ u minn pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO fil-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv.

(99)

Normalment, ma’ dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni jenħtieġ li jiżdiedu l-prezzijiet tat-trasport domestiku wkoll. Madankollu, b’kunsiderazzjoni tas-sejba fit-taqsima 3.4 kif ukoll tan-natura ta’ din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejbien ta’ jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew jekk jistax jerġa’ jseħħ, aktar milli fuq is-sejbien tal-firxa eżatta tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx hemm bżonn li jsiru aġġustamenti għat-trasport domestiku. Dawn l-aġġustamenti jirriżultaw biss f’żieda tal-valur normali u, b’hekk, tal-marġni tad-dumping.

3.4.3.3.   Manodopera

(100)

L-ILOSTAT jippubblika informazzjoni ddettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fil-Messiku. Il-Kummissjoni użat l-aħħar statistika disponibbli għall-2021, għall-kost lavorattiv medju u s-sigħat medji ta’ kull ġimgħa maħduma fil-Messiku.

3.4.3.4.   Elettriku

(101)

Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (utenti industrijali) fil-Messiku huwa ppubblikat minn Globalpetrolprices.com. Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali għal Settembru 2021.

3.4.3.5.   Gass naturali

(102)

Il-Kummissjoni użat il-prezz tal-gass fil-Messiku għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kif ippubblikat mill-Indices de Referencia de Precios de Gas Natural (IPGN) (63), li jippermetti li jiġi ddeterminat il-prezz tal-gass naturali pprovdut lill-utenti industrijali.

3.4.3.6.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A, profitti u deprezzament

(103)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(104)

Il-Kummissjoni użat id-data finanzjarja ta’ Ternium S.A., produttur fil-pajjiż rappreżentattiv, kif huwa msemmi fil-premessa (85).

(105)

Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, abbażi tad-data pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni fit-talba, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura għall-kostijiet totali tal-manifattura u tal-manodopera. Dan il-perċentwal imbagħad ġie applikat għall-valur mhux distort tal-kost tal-manifattura sabiex jinkiseb il-valur mhux distort tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, skont il-mudell prodott.

3.4.4.    Kalkolu tal-valur normali

(106)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(107)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materjali u l-manodopera) għall-produzzjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar.

(108)

Ladarba l-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni ġie stabbilit, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt. L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ġew iddeterminati abbażi tad-data pprovduta mill-applikant. L-SG&A u l-profitt ġew iddeterminati abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ Ternium S.A. għas-sena 2020 kif huwa rrapportat fil-kontijiet awditjati tal-kumpanija (64). Il-Kummissjoni żiedet l-entrati li ġejjin fil-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura:

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, li b’kollox kienu jammontaw għal 11,30 % tal-kostijiet diretti tal-manifattura,

L-SG&A u kostijiet oħra, li kienu jammontaw għal 10,74 % tal-Kostijiet tal-Oġġetti Mibjugħa (“COGS”) ta’ Ternium S.A., u

Il-profitti, li ammontaw għal 16,33 % tal-COGS kif miksuba minn Ternium S.A., ġew applikati għall-kostijiet totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura.

(109)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali stabbilit fuq din il-bażi huwa ta’ EUR 1 381,50/tunnellata.

(110)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA qablet mal-użu mill-Kummissjoni tad-data finanzjarja tal-2020 minflok tal-2021, għalkemm argumentat ukoll li l-profitt ta’ 16,33 % ta’ Ternium S.A fl-2020 kien għadu mhux baxx għall-industrija tal-ħadid u l-azzar.

(111)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA kkontestat il-valur normali stabbilit mill-Kummissjoni. Kif intqal fil-premessa (94), is-CISA argumentat li ma setgħetx tivverifika l-eżattezza tal-valur normali stabbilit mill-Kummissjoni u, skont is-CISA, il-valur normali stabbilit matul l-investigazzjoni kien potenzjalment żbaljat. Dan kien dovut għall-fatt li, filwaqt li l-perjodi użati fit-talba u fir-rieżami ta’ skadenza fil-biċċa l-kbira kienu jikkoinċidu, il-Kummissjoni sabet valur normali fir-rieżami ta’ skadenza li huwa aktar minn 80 fil-mija ogħla milli fit-talba, minkejja li l-istess metodoloġija ta’ kalkolu ġiet applikata u l-istess pajjiż intuża bħala l-pajjiż rappreżentattiv.

(112)

Fin-nota tal-FOP tad-29 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni ddivulgat il-valuri tal-unità tal-“fatturi tal-produzzjoni” ewlenin. Minn dawk il-valuri, kien evidenti li l-prezz referenzjarju għall-mineral tal-ħadid li huwa wieħed mill-aktar input sinifikanti użat għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami żdied b’mod sinifikanti, jiġifieri b’ 186 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, ma wasal l-ebda kumment mat-tqegħid tan-Nota tal-FOP fil-fajl tal-każ rigward id-differenzi bejn il-prezzijiet tal-fatturi tal-produzzjoni bejn in-Nota fuq il-FOP u t-talba. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

3.4.5.    Kontinwazzjoni ta’ dumping

(113)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ppruvat tuża l-informazzjoni statistika disponibbli mill-Eurostat sabiex tiddetermina l-prezzijiet tal-esportazzjoni.

(114)

Madankollu, skont il-Eurostat, 28 743 tunnellata biss ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar ġew importati mir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jikkorrispondu għal 0,1 % tal-konsum tas-suq ħieles. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-volumi baxxi ma jipprovdux bażi suffiċjenti għal kontinwazzjoni ta’ analiżi tad-dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni ffokat l-investigazzjoni tagħha fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

3.4.6.    Il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping

(115)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-premessi (113) sa (114) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kompliet tanalizza jekk kienx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping jekk jiskadu l-miżuri. Waqt dan, saret analiżi tal-elementi li ġejjin: il-prezz tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali Ċiniżi tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar lejn il-bqija tad-dinja, il-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża u l-kapaċità ta’ riżerva u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

3.4.6.1.   Il-paragun bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-valur normali

(116)

Il-Kummissjoni analizzat ix-xejra tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, hija kkonsultat informazzjoni disponibbli għall-pubbliku bħall-istatistika tal-esportazzjoni Ċiniża kif irrapportata fil-Global Trade Atlas (“GTA”) u estrattat il-kwantitajiet u l-valuri tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni termali għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(117)

L-istatistika Ċiniża dwar l-esportazzjoni fil-GTA rrapportat prezz medju tal-esportazzjoni FOB miċ-Ċina lejn pajjiżi oħra li jammonta għal EUR 660/tunnellata, li ġie aġġustat għal prezz mill-fabbrika (wara l-aġġustamenti għall-merkanzija bil-baħar u domestika, u l-imposti tal-ħatt) li jammonta għal EUR 626/tunnellata.

(118)

Il-prezz medju tal-esportazzjoni li nstab matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien aktar minn 100 % taħt il-valur normali stabbilit fit-Taqsima 3.4.4 hawn fuq. Għalhekk, tqies probabbli li, kieku l-miżuri attwali kellhom jitħassru, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jibdew jbigħu lill-Unjoni f’livelli inqas mill-valur normali misjub.

3.4.6.2.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

(119)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-kapaċità tal-produtturi esportaturi l-oħra fuq il-fatti disponibbli u bbażat fuq l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, kif ukoll fuq sorsi disponibbli oħrajn.

(120)

Fl-2020, iċ-Ċina kienet tirrappreżenta 56,5 % tal-produzzjoni dinjija tal-azzar mhux maħdum, meta mqabbla ma’ 53,3 % fl-2019 (65). F’Settembru 2020, dikjarazzjoni mit-88 Sessjoni tal-Kumitat tal-Azzar tal-OECD innotat li “minkejja x-xokk globali negattiv tad-domanda, il-produzzjoni u l-inventarji żdiedu b’mod sinifikanti mil-livelli ta’ sena ilu fiċ-Ċina”. Barra minn hekk, il-Kumitat tal-Azzar innota “bi tħassib id-diverġenza [mix-]xejra globali fiċ-Ċina, fejn il-produzzjoni tal-azzar laħqet volumi rekord fl-ewwel semestru tal-2020, u fejn l-inventarji laħqu livelli storikament għoljin. Dawn l-iżviluppi joħolqu riskju ta’ provvista żejda fiċ-Ċina li qed taggrava l-iżbilanċi globali li jirriżultaw mix-xokkijiet tad-domanda tal-COVID-19.” Ix-xejra tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar dejjem tikber fiċ-Ċina ġiet appoġġata ulterjorment minn “tnaqqis kbir fil-kundizzjonijiet tal-kreditu”, flimkien ma’ żieda fl-investiment minn produtturi kbar tal-azzar, filwaqt li atturi iżgħar għadhom barra mis-sistema ta’ kontroll tal-kapaċità. Barra minn hekk, Rapport reċenti tal-OECD ta’ Frar 2021 innota żieda fil-kapaċità żejda tal-azzar madwar id-dinja u partikolarment xprunata minn pajjiżi Asjatiċi inkluża ċ-Ċina (66).

(121)

Il-gvern Ċiniż għandu pjanijiet ambizzjużi għall-industrija tal-azzar tiegħu (67) peress li għandu l-għan li jneħħi impjanti obsoleti u kumpaniji mhux kompetittivi b’kostijiet eċċessivi filwaqt li jiffoka fuq it-tisħiħ u l-promozzjoni tal-produtturi tal-azzar li huma konformi mal-politiki u l-prijoritajiet tal-gvern. L-idea hija li titnaddaf l-industrija, li jissaħħu l-atturi ewlenin u li jitneħħew l-operaturi li ma jilħqux l-aħjar prestazzjoni u dawk li ma jikkonformawx (jew jallinjaw) mal-prijoritajiet tal-gvern. L-għan huwa li titrawwem “ġenerazzjoni ġdida ta’ mexxejja tal-industrija”. Dan jinkiseb permezz ta’ politiki bħas-sistema ta’ konverżjoni tal-kapaċità, swaps bejn id-dejn u l-ekwità, li jippermettu diskrezzjoni sostanzjali ħafna tal-Istat fuq l-operazzjonijiet ta’ ditti individwali. L-għan sottostanti huwa li jiżdiedu l-kapaċitajiet ta’ atturi “magħżula”, li huma produtturi b’livell għoli ta’ prestazzjoni li jikkonformaw mal-objettivi attwali tal-gvern għall-industrija tal-azzar.

(122)

L-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza stmat il-kapaċità Ċiniża totali ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar għal aktar minn 345 miljun tunnellata, filwaqt li l-produzzjoni u l-konsum Ċiniż it-tnejn kienu stmati għal 314-il miljun tunnellata fl-2020. Abbażi ta’ dan, il-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina kienet stmata għal 31 miljun tunnellata fl-2020, li hija indikattiva għall-kapaċità ta’ riżerva fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u li hija kważi daqs il-konsum totali tal-Unjoni fis-suq ħieles (madwar 35 miljun tunnellata) fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(123)

Id-deċellerazzjoni fid-domanda Ċiniża għall-azzar fil-bidu tal-2021 hija, u se tkun, mutur ewlieni taż-żieda fl-esportazzjonijiet. L-iżbilanċ li jirriżulta bejn il-kapaċità u d-domanda x’aktarx li jżid il-pressjoni fuq il-produtturi biex jesportaw. Il-kapaċitajiet Ċiniżi huma kbar wisq meta mqabbla mal-ħtiġijiet attwali tal-ekonomija Ċiniża.

(124)

Barra minn hekk, wieħed mis-swieq prinċipali, jiġifieri l-Istati Uniti tal-Amerka, huwa protett minn miżuri anti-dumping fuq il-prodott taħt rieżami, li jnaqqas l-aċċess tal-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(125)

Fuq din il-bażi, huwa probabbli li l-produtturi Ċiniżi jidderieġu l-kapaċitajiet ta’ riżerva tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet kbar bi prezzijiet oġġett ta’ dumping f’każ li l-miżuri jiskadu.

3.4.6.3.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(126)

Is-suq tal-Unjoni huwa fost l-akbar swieq ta’ ċerti prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni termali madwar id-dinja. Is-suq Ċiniż ma jistax jassorbi l-kapaċità żejda tal-azzar u s-swieq ewlenin ta’ pajjiżi terzi huma magħluqa għall-esportazzjonijiet Ċiniżi peress li għandhom miżuri anti-dumping, salvagwardji jew miżuri protettivi oħra fis-seħħ kontra r-RPĊ (68). Barra minn hekk, il-livelli tal-prezzijiet fl-Unjoni (il-prezz medju mitlub mill-industrija tal-Unjoni kien ta’ EUR 734/tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami) huma ogħla mill-prezz medju mitlub mill-produtturi esportaturi Ċiniżi lill-bqija tad-dinja (EUR 714-il/tunnellata fil-livell CIF). Peress li, kif huwa spjegat fil-premessa (200) hawn taħt, l-HRF huwa prodott ta’ komodità sensittiv ħafna għall-prezz, l-esportaturi Ċiniżi jkollhom inċentiv qawwi biex jidderieġu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jiskadu.

(127)

Fit-talba tiegħu l-applikant sostna li l-miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar tal-Unjoni waħedhom, li japplikaw għall-prodott taħt rieżami, ma jkunux biżżejjed biex jipproteġu s-suq tal-Unjoni kontra l-importazzjonijiet fi kwantitajiet sinifikanti bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Billi ċ-Ċina ma rċeviet l-ebda kwota speċifika għall-pajjiż għall-prodott taħt rieżami, il-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom aċċess għal ammont kbir ta’ volumi ta’ kwoti residwi li taħthom setgħu jidderieġu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni kieku l-miżuri anti-dumping kellhom jiskadu. B’riżultat ta’ dan, jekk il-miżuri anti-dumping kellhom jitħassru, il-volumi tal-esportazzjoni Ċiniżi x’aktarx li jiżdiedu b’mod sinifikanti fi ħdan il-kwota residwa u b’hekk jimlew is-suq tal-Unjoni qabel ma jsir applikabbli kwalunkwe dazju barra mill-kwota skont il-miżura ta’ salvagwardja.

(128)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq tal-Unjoni jirrappreżenta mira attraenti għall-kapaċità ta’ riżerva eżistenti fir-RPĊ jekk il-miżuri anti-dumping kellhom jiġu revokati.

(129)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA sostniet li anki jekk hija bbażata fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, mhuwiex raġonevoli li jkun hemm il-valur normali tal-esportaturi Ċiniżi li huwa kważi d-doppju tal-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(130)

Kif iddikjarat fil-premessi (95) u (112), il-Kummissjoni pprovdiet il-valuri tal-unità tal-fatturi tal-produzzjoni u elaborat fuq il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-valur normali. Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ, is-sejbiet fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ saru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, inkluż l-Atlas Dinji tal-Kummerċ (“GTA”) biex jiġi stabbilit il-kost bla distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, notevolment tal-materja prima. Konsegwentement, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

3.4.6.4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping

(131)

Fid-dawl tas-sejbiet tal-kapaċitajiet ta’ riżerva, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini ta’ daqs u prezzijiet u l-fatt li l-prezzijiet mitluba mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi huma ferm taħt il-valur normali stabbilit, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(132)

Skont l-applikant il-prodott simili kien manifatturat minn 21 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(133)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġiet stabbilita għal madwar 70 miljun tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħat-talba għar-rieżami ta’ skadenza, it-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju u t-tweġiba għall-kwestjonarju makro sottomessa mill-EUROFER. Kif huwa indikat fil-premessa (13), il-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun irrappreżentaw 29 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżemi.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(134)

Il-prodott taħt rieżami jitqies bħala materjal primarju għall-produzzjoni ta’ diversi prodotti downstream b’valur miżjud, li jibdew bi prodotti b’laminazzjoni fil-kiesaħ. Minħabba li l-industrija tal-Unjoni hija fil-biċċa l-kbira integrata vertikalment u tipproduċi kemm il-prodott taħt rieżami kif ukoll il-prodotti downstream, kemm is-suq kaptiv kif ukoll dak ħieles ġew analizzati separatament, fejn xieraq.

(135)

Id-distinzjoni bejn suq kaptiv u suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu għaliex il-prodotti destinati għas-suq kaptiv ma jiġux esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet, u l-prezzijiet tat-trasferiment, jekk ikun hemm, jiġu stabbiliti fil-gruppi skont politiki varji ta’ prezzijiet. Għall-kuntrarju, il-produzzjoni destinata għas-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, u l-prezzijiet huma stabbiliti skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Barra minn hekk, is-suq ħieles kumplessiv jinkludi bejgħ tal-produtturi tal- Unjoni lil konsumaturi mhux relatati u bejgħ mhux kaptiv lil kumpaniji relatati.

(136)

Sabiex tipprovdi stampa kemm jista’ jkun kompluta tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet data għall-attività kollha tal-prodott simili u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx destinata għas-suq kaptiv jew għas-suq ħieles. Il-Kummissjoni sabet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, madwar 60 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili kienet destinata għas-suq kaptiv.

(137)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum fis-suq ħieles tal-Unjoni abbażi ta’ (a) il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi magħrufa kollha fl-Unjoni, kif huwa rrapportat fit-tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER u (b) l-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiżi terzi kollha kif huwa rrapportat mill-Eurostat. Il-konsum tas-suq kaptiv tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-użu kaptiv u l-bejgħ kaptiv fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi magħrufa kollha fl-Unjoni, kif huwa rrapportat fit-tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER.

(138)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Il-konsum tal-Unjoni (000 tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Konsum tas-suq ħieles

34 533

32 411

27 899

34 869

Indiċi

100

94

81

101

Konsum kaptiv

45 289

42 011

36 989

40 424

Indiċi

100

93

82

89

Konsum totali tal-Unjoni

79 822

74 422

64 888

75 293

Indiċi

100

93

81

94

Sors: il-Eurostat, Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER.

(139)

Il-konsum totali tal-Unjoni naqas b’7 % fl-2019 u naqas drastikament bi 12 % oħra fl-2020 minħabba tnaqqis fid-domanda kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, dan it-tnaqqis kien segwit minn irkupru tajjeb xprunat mill-irkupru fid-domanda tal-azzar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami iżda kien għadu 6 % taħt il-livell tal-2018.

(140)

Il-konsum tas-suq ħieles segwa xejra simili għal dik tal-konsum totali tal-Unjoni. Dan naqas drastikament b’19 % sal-2020 u rkupra b’mod qawwi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u laħaq livell saħansitra ta’ 1 % ogħla minn dak tal-2018.

(141)

Ix-xejra tal-konsum tas-suq kaptiv kienet kważi identika għax-xejra totali tal-konsum tal-Unjoni, u naqset drastikament sal-2020 bi 18 %, segwita minn irkupru li madankollu laħaq biss 89 % tal-livell tal-2018.

(142)

Kumplessivament, il-konsum total tal-Unjoni naqas b’6 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.    Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(143)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi ta’ tqabbil bejn il-volumi tal-importazzjoni u l-konsum fis-suq ħieles tal-Unjoni, kif huwa rrapportat fit-Tabella 2 hawn fuq.

(144)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Volum ta’ importazzjoni (000 tunnellata), sehem mis-suq u prezzijiet (EUR/tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Volum ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ

1,7

0,5

0,3

28,7

Sehem mis-suq

0,0  %

0,0  %

0,0  %

0,1  %

Prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ

1 674

3 177

2 482

664

Indiċi

100

190

148

40

Sors: il-Eurostat, Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER.

(145)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2017, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu għal livell insinifikanti, b’sehem mis-suq negliġibbli ta’ 0,002 % fl-2018. Mill-2018 sal-2020, l-importazzjonijiet naqsu saħansitra aktar. Madankollu, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu f’April 2021 meta mqabbla mal-livelli baxxi fit-tliet snin preċedenti. Madankollu, is-sehem mis-suq baqa’ baxx ħafna b’0,1 %.

(146)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi kif huma rrapportati fil-Eurostat kienu eċċezzjonalment għoljin matul l-2018, l-2019 u l-2020, għalkemm naqsu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-prezzijiet eċċezzjonalment għoljin tal-importazzjoni mill-2018 sal-2020 x’aktarx huma marbuta mal-fatt li ċ-Ċina importat volum negliġibbli fl-Unjoni li ma jistax jitqies affidabbli.

(147)

Il-Kummissjoni qieset li l-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi rrapportati fil-Eurostat matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma humiex rappreżentattivi tal-prezzijiet medji tal-HRF minħabba l-volum baxx ħafna ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ matul dak il-perjodu u li ma setgħux jintużaw biex jinġibdu konklużjonijiet sinifikanti jew rilevanti.

(148)

L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ

Volum (1 000 tunnellata)

7 997

7 225

5 879

9 635

 

Indiċi

100

90

74

120

 

Sehem mis-suq

23  %

22  %

21  %

28  %

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

532

482

428

765

 

Indiċi

100

90

80

144

Sors: il-Eurostat.

(149)

L-importazzjonijiet totali tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi għajr il-pajjiż ikkonċernat naqsu mill-2018 għall-2020 b’26 % u żdiedu drastikament fl-2021 biex laħqu sehem mis-suq ta’ 28 %, li huwa 20 % ogħla mil-livell tal-2018. B’mod ġenerali, l-Unjoni timporta l-HRF minn aktar minn 40 pajjiż madwar id-dinja. L-akbar ħames esportaturi tal-HRF lejn l-UE matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienu r-Russja, l-Indja, it-Turkija, l-Eġittu u t-Tajwan, li jirrappreżentaw 18 % tas-suq ħieles tal-Unjoni u 65 % tal-importazzjonijiet kollha tal-HRF. Individwalment, ir-Russja kienet l-akbar esportatur b’sehem mis-suq ta’ 5,8 % filwaqt li l-erba’ pajjiżi l-oħra kellhom sehem mis-suq ta’ bejn 2 % u 4 %, rispettivament. L-ebda pajjiż ieħor ma għandu sehem mis-suq ta’ aktar minn 2 %. Fost l-akbar esportaturi, l-importazzjonijiet mir-Russja (69) u t-Turkija (70) bħalissa huma koperti minn miżuri anti-dumping.

4.4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.    Kummenti ġenerali

(150)

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(151)

Kif huwa msemmi fil-premessa (13), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(152)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data pprovduta mill-applikant li kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(153)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(154)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

(155)

Kif huwa spjegat fil-premessi (136) — (137), sabiex tipprovdi stampa kemm jista’ jkun kompluta tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet data għall-produzzjoni kollha tal-prodott ikkonċernat u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx destinata għas-suq kaptiv jew għas-suq ħieles. Fejn kien rilevanti u possibbli, il-Kummissjoni analizzat separatament l-indikaturi tad-dannu relatati mas-suq ħieles u dak kaptiv.

4.4.2.    Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(156)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 5

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Volum tal-produzzjoni (1 000 tunnellata)

75 626

70 920

61 096

69 531

Indiċi

100

94

81

92

Kapaċità tal-produzzjoni (1 000 tunnellata)

90 923

92 584

91 965

93 249

Indiċi

100

102

101

103

Użu tal-kapaċità

83  %

77  %

66  %

75  %

Indiċi

100

92

80

90

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER.

(157)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni segwa xejra simili bħall-konsum totali tal-Unjoni u naqas b’mod ġenerali b’madwar 8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bi tnaqqis sinifikanti fl-2020 segwit minn irkupru minħabba l-irkupru fid-domanda tal-azzar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(158)

Filwaqt li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet bi ftit matul il-perjodu meqjus bi 3 %, l-użu tal-kapaċità segwa l-istess xejra negattiva bħall-volum tal-produzzjoni u l-konsum u naqas b’10 % bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżemi.

4.4.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(159)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles żviluppaw kif ġej:

Tabella 6

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq fis-suq ħieles (000 tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Bejgħ fis-suq ħieles

26 534

25 185

22 020

25 205

Indiċi

100

95

83

95

Sehem mis-suq

77 %

78 %

79 %

72 %

Indiċi

100

101

104

99

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER.

(160)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni segwa x-xejra tal-konsum matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan naqas bejn l-2018 u l-2020 għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (139), segwit minn irkupru fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, l-irkupru fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien għadu taħt il-livelli tal-2018.

(161)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ konsum tal-Unjoni żdied bi ftit mill-2018 għall-2020 minn 77 għal 79 % u naqas b’seba’ punti perċentwali bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal 72 %. Kif jidher fit-Tabella 4, dan it-tnaqqis huwa spjegat mill-fatt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdied b’7 % bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jispjega t-telf tal-industrija tal-Unjoni fis-sehem mis-suq ħieles.

Tabella 7

Volum kaptiv fis-suq tal-Unjoni u sehem mis-suq (000 tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Volum kaptiv fis-suq tal-Unjoni

45 289

42 011

36 989

40 424

Indiċi

100

93

82

89

Produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni

75 626

70 920

61 096

69 531

% tal-volum kaptiv meta mqabbel mal-produzzjoni totali

59,9  %

59,2  %

60,5  %

58,1  %

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER.

(162)

Il-volum kaptiv tal-industrija tal-Unjoni (magħmul minn użu kaptiv u bejgħ kaptiv fis-suq tal-Unjoni) naqas bi 18 % mill-2018 sal-2020 u rkupra b’7 punti perċentwali fl-2021, li rriżulta fi tnaqqis ġenerali ta’ 11 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minn madwar 45 miljun tunnellata għal 40 miljun tunnellata mill-bidu sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod ġenerali, is-suq kaptiv u ħieles segwa l-istess xejra. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iżvilupp tas-suq kaptiv ma kellu l-ebda impatt sinifikanti fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles.

(163)

Is-sehem mis-suq kaptiv tal-industrija tal-Unjoni (espress bħala perċentwal tal-produzzjoni totali) baqa’ relattivament stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u varja bejn 58,1 % u 60,5 %.

4.4.2.3.   Tkabbir

(164)

F’kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum u l-produzzjoni, l-industrija tal-Unjoni tilfet il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq fis-suq ħieles. B’mod ġenerali, ma kienx hemm tkabbir għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

4.4.2.4.   Impjiegi u produttività

(165)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

Impjiegi u produttività

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Għadd ta’ impjegati

41 161

38 980

36 207

38 470

Indiċi

100

95

88

93

Produttività (unità/impjegat)

1 824

1 819

1 687

1 807

Indiċi

100

100

93

99

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER.

(166)

Bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-għadd ta’ impjegati involuti fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami segwa x-xejra tal-volum tal-produzzjoni tal-Unjoni, naqas drastikament bejn l-2018 u l-2020 biex imbagħad irkupra ftit matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod ġenerali rriżulta fi tnaqqis b’7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(167)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala output (tunnellati) għal kull impjegat, baqgħet b’mod ġenerali stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

4.4.2.5.   Kobor tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(168)

Kif huwa spjegat fil-premessa (114), ma kienx possibbli li tiġi stabbilita determinazzjoni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, ma seta’ jiġi stabbilit l-ebda marġni tad-dumping. Għalhekk, l-investigazzjoni ffokat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri anti-dumping jiġu revokati.

(169)

Il-miżuri anti-dumping imposti wara l-investigazzjoni oriġinali ppermettew lill-industrija tal-Unjoni tirkupra minn dumping tal-passat, kif jidher fid-data għall-2018. Dan ġie kkonfermat ukoll mis-sejbiet tal-Kummissjoni fl-investigazzjoni anti-dumping kontra prodotti ċatti b’laminazzjoni termali mit-Turkija (71).

4.4.3.    Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(170)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fis-suq ħieles

549

509

450

734

Indiċi

100

93

82

134

Kost unitarju tal-produzzjoni

518

557

534

669

Indiċi

100

108

103

129

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(171)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 18 % bejn l-2018 u l-2020 u żdiedu drastikament b’34 % fl-2021 meta mqabbla mal-2018. Ix-xejra tal-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kienet influwenzata mit-tfixkil serju kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u mit-tkomplija tad-domanda wara l-pandemija. Fl-2021, id-domanda għolja għall-azzar, il-provvista ristretta, u ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni kienu l-fatturi li influwenzaw iż-żieda f’daqqa u sinifikanti fil-prezz tal-bejgħ għal kull unità.

(172)

Il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied b’29 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, fl-2019 il-kost tal-produzzjoni żdied filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità naqsu. L-inkapaċità għall-industrija tal-Unjoni li tirrifletti ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni fil-prezz tal-bejgħ tagħha kienet dovuta għal volumi kbar ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mit-Turkija, li wasslu biex il-prezzijiet jonqsu. Fl-2020, kemm il-kost tal-produzzjoni kif ukoll il-prezzijiet tal-bejgħ naqsu, iżda l-kost tal-produzzjoni sa ċertu punt inqas. Dan kien dovut għat-tnaqqis qawwi fis-suq matul il-pandemija tal-COVID-19, li naqqas il-prezzijiet b’mod sinifikanti filwaqt li l-kost tal-produzzjoni kien inqas affettwat. Fl-2021 il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied minħabba żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-komoditajiet. Madankollu, minħabba l-irkupru ta’ wara l-COVID, id-domanda żdiedet ukoll u konsegwentement, il-prezzijiet żdiedu wkoll b’mod sinifikanti (aktar minn 50 % bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami), saħansitra aktar miż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni fl-istess perjodu.

4.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(173)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 10

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR/FTE)

64 164

69 352

69 748

78 444

Indiċi

100

108

109

122

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(174)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kostijiet lavorattivi medji żdiedu bi 22 %. Filwaqt li l-għadd ta’ impjegati fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami naqas, meta mqabbel mal-2018, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdied.

4.4.3.3.   Inventarji

(175)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 11

Inventarji

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Stokks tal-għeluq (tunnellati)

631 608

533 200

390 880

522 405

Indiċi

100

84

62

83

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

5,0  %

4,5  %

3,8  %

4,6  %

Indiċi

100

90

76

92

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(176)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-istokk tal-industrija tal-Unjoni tal-HRF naqas kontinwament, bi tnaqqis drastiku fl-2020, li huwa spjegat mill-effetti tal-pandemija tal-COVID-19, u rkupru fl-2021. L-industrija tal-HRF fl-Unjoni hija kkaratterizzata minn kuntratti qafas (ta’ xahar, tliet xhur, ta’ sena) bejn il-produtturi u l-klijenti li jiffissaw il-kwantitajiet u l-prezzijiet. Dawn il-kuntratti qafas huma implimentati permezz ta’ ordnijiet ta’ xiri skont il-ħtiġijiet tal-klijenti. B’riżultat ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni tista’ tippjana l-produzzjoni u l-inventarji tagħha. Għaldaqstant, u wkoll kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, l-istokks ma humiex meqjusa bħala indikatur importanti tad-dannu għal din l-industrija, peress li l-biċċa l-kbira tat-tipi tal-prodott simili huma prodotti mill-industrija tal-Unjoni abbażi ta’ ordnijiet speċifiċi tal-utenti.

4.4.3.4.   Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(177)

Il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 12

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Profittabbiltà tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-Unjoni (% tal-fatturat tal-bejgħ)

8,4

-7,2

-18,0

14,1

Indiċi

100

-86

- 214

168

Fluss ta’ flus (EUR)

496 319 788

-6 211 922

- 130 468 840

645 183 908

Indiċi

100

-1,3

-26

130

Investimenti (EUR)

216 927 207

433 154 031

181 406 902

394 535 083

Indiċi

100

200

84

182

Redditu fuq l-investimenti

9,1  %

-6,0  %

-13,3  %

17,4  %

Indiċi

100

-66

- 146

191

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(178)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili fis-suq ħieles tal-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(179)

Il-profittabbiltà varjat matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u l-profittabbiltà ġenerali żdiedet b’5,7 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2017, l-industrija rkuprat u rreġistrat profitt fl-2018. Madankollu, fl-2019 kien hemm telf u l-profittabbiltà laħqet l-aktar livell baxx tagħha, jiġifieri -18 %, fl-2020 fl-eqqel tal-pandemija, filwaqt li fl-2021 il-profitt irkupra b’mod qawwi għal 14,1 %. Wara l-impożizzjoni tal-miżuri kontra r-RPĊ fl-2017, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi mit-Turkija żdiedu malajr, u dan jispjega t-tnaqqis fil-profittabbiltà fl-2019. Dan it-tnaqqis fil-profittabbiltà mbagħad ġie aggravat mix-xokkijiet ikkawżati mill-pandemija globali fl-2020, bħat-tfixkil fil-katina tal-provvista u t-tnaqqis fil-konsum tal-azzar. Żieda qawwija fid-domanda tal-azzar, flimkien ma’ żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ, wasslet għal profitti eċċezzjonalment għoljin fl-2021, li mmarkat sena eċċezzjonali għall-industrija tal-Unjoni.

(180)

Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żviluppat b’mod simili għall-profittabbiltà: tnaqqis drastiku fl-2019-2020, segwit minn irkupru qawwi fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(181)

Bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-investimenti żdiedu bi 82 %. B’mod ġenerali, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-flussi ta’ investiment segwew distribuzzjoni bimodali: l-investiment żdied b’mod sinifikanti fl-2019, segwit minn tnaqqis fl-2020 u żieda oħra fl-2021. B’mod ġenerali, l-investimenti kellhom l-għan li jtejbu l-kwalità u l-ekoloġizzazzjoni tal-produzzjoni.

(182)

Ir-redditu fuq l-investimenti (ROI) huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment tjieb b’mod sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2018. Fil-fatt, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-ROI żdied bi 8,3 punti perċentwali. Dan żviluppa b’mod simili għall-profittabbiltà: tnaqqis drastiku fl-2019 u fl-2020, segwit minn irkupru qawwi fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(183)

Il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li jżidu l-kapital ma ġietx affettwata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li ra rkupru rapidu mill-pandemija.

4.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(184)

Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping kontra l-importazzjonijiet tal-HRF miċ-Ċina fl-2017, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu u baqgħu taħt il-livell de minimis matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tibda tirkupra mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u, kif huwa kkonfermat mill-Kummissjoni fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1100 dwar l-importazzjonijiet tal-HRF li joriġinaw mit-Turkija (72), kienu rkupraw sa tmiem l-2018. Madankollu, l-irkupru tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni waqaf f’daqqa u ġie mreġġa’ lura fl-2019, meta l-industrija tal-Unjoni kellha tikkompeti ma’ volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mit-Turkija, u ġiet sfurzata tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha taħt il-kostijiet biex iżżomm is-sehem mis-suq tagħha u b’hekk tikkawża dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni (73). F’Lulju 2021, il-Kummissjoni imponiet miżuri definittivi kontra t-Turkija u bis-saħħa ta’ diversi fatturi involuti, kif huwa spjegat fil-premessa (179) is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tjiebet u rkuprat sa tmiem l-2021 għal sitwazzjoni ekonomika simili għal dik tal-2018. Għalhekk, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx għadha titqies bħala li ġarrbet dannu.

(185)

B’mod aktar partikolari, kważi l-indikaturi kollha tad-dannu, b’mod partikolari l-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ, l-impjiegi u l-produttività, il-profitt, il-fluss tal-flus u l-ROI segwew xejra simili matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Din ix-xejra kienet ikkaratterizzata minn tnaqqis fl-2019, tnaqqis aktar qawwi fl-2020 u rkupru fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal livelli simili għal dawk fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni fl-2018. Ir-raġuni għal din ix-xejra irregolari tinsab fil-biċċa l-kbira fil-koinċidenza ta’ influss konsiderevoli ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx ta’ HRF mit-Turkija u d-dinamika unika maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19. Il-lockdowns u l-interruzzjonijiet tal-attività industrijali wasslu għal livelli ta’ konsum baxxi ħafna u domanda baxxa għall-azzar fl-2020, filwaqt li d-domanda u l-prezzijiet tal-azzar żdiedu fl-2021 matul l-irkupru ta’ wara l-COVID li wassal, fost l-oħrajn, għal profitti eċċezzjonalment għoljin għall-industrija tal-azzar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(186)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(187)

Madankollu, l-indikaturi ma jistgħux jiġu analizzati mingħajr ma jitqiesu l-kundizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli tas-suq tal-azzar tal-2021. Madankollu, fl-2020, it-tnaqqis fl-attività industrijali kkawżat mill-pandemija u t-tnaqqis konsegwenti fid-domanda għall-azzar, wasslu għal tnaqqis serju fir-ritmu tal-prestazzjoni tal-industrija tal-azzar, u tal-ekonomija globali b’mod ġenerali. Fl-2021, xprunat minn irkupru fid-domanda, il-konsum tal-azzar irpilja bil-qawwa, kif għamlu l-prezzijiet tal-azzar.

5.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

(188)

Kif huwa spjegat fil-premessa (186), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Min-naħa l-oħra, kif huwa spjegat fil-premessa (131), il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping x’aktarx jerġa’ jseħħ fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(189)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, u l-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni.

5.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

(190)

Kif huwa deskritt fil-premessa (122), il-produtturi fiċ-Ċina għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti. Tabilħaqq, il-kapaċità ta’ riżerva stmata Ċiniża tikkorrispondi għal 89 % tad-daqs tal-konsum tas-suq ħieles tal-UE. Din il-kapaċità ta’ riżerva tista’ tintuża biex jiġi prodott il-prodott taħt rieżami għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Barra minn hekk, kif huwa ddikjarat fil-premessa (123), it-tnaqqis fid-domanda għall-azzar fiċ-Ċina huwa, u se jkun, mutur ewlieni għaż-żieda fl-esportazzjonijiet. L-iżbilanċ li jirriżulta bejn il-kapaċità u d-domanda fiċ-Ċina x’aktarx li jżid il-pressjoni fuq il-produtturi Ċiniżi biex jesportaw.

(191)

Barra minn hekk, wieħed mis-swieq prinċipali, l-Istati Uniti tal-Amerka, huwa protett minn miżuri anti-dumping fuq il-prodott taħt rieżami, li jnaqqas l-aċċess tal-produtturi Ċiniżi.

5.2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(192)

Kif huwa deskritt fil-premessa (126), is-suq tal-Unjoni huwa fost l-akbar swieq ta’ ċerti prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni termali madwar id-dinja. Barra minn hekk, is-suq Ċiniż ma jistax jassorbi l-kapaċità żejda tal-azzar u s-swieq ewlenin ta’ pajjiżi terzi huma magħluqa għall-esportazzjonijiet Ċiniżi peress li għandhom miżuri anti-dumping, salvagwardji jew miżuri protettivi oħra fis-seħħ kontra r-RPĊ. Barra minn hekk, il-livelli tal-prezzijiet fl-Unjoni huma ogħla mill-prezz medju mitlub mill-esportaturi Ċiniżi lill-bqija tad-dinja. Għalhekk, is-suq tal-Unjoni jirrappreżenta mira attraenti għall-kapaċità ta’ riżerva eżistenti fir-RPĊ jekk il-miżuri anti-dumping kellhom jiġu revokati.

(193)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA kkontestat il-konklużjonijiet fir-rigward tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni, bl-argument li l-industrija tal-azzar Ċiniża tiddependi fuq is-suq domestiku tagħha, u li l-konsum domestiku Ċiniż huwa għaxar darbiet akbar mis-segment tas-suq ħieles tal-UE. Hija enfasizzat ukoll li mill-1 ta’ Awwissu 2021, ċerti prodotti tal-azzar, inkluż l-azzar ċatt b’laminazzjoni termali, ma għadhomx eliġibbli għal rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-VAT, u b’hekk għandhom effett skoraġġanti fuq l-esportazzjonijiet u jidderieġu mill-ġdid il-produzzjoni tal-azzar Ċiniża lejn l-industrija domestika Ċiniża.

(194)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-konsum domestiku Ċiniż tal-HRF huwa ferm akbar mis-suq ħieles tal-UE iżda kif spjegat fil-premessa (190), il-produtturi fiċ-Ċina għandhom kapaċità żejda sinifikanti li ma jistgħux jużaw fis-suq domestiku tagħhom. Għalhekk ma hemm xejn li jipprevjeni lill-produtturi Ċiniżi milli jużaw din il-kapaċità żejda biex jipproduċu l-prodott taħt rieżami għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Barra minn hekk, kif iddikjarat fil-premessa (123), it-tnaqqis fid-domanda Ċiniża għall-azzar huwa, u se jkun, xprun ewlieni biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet. L-iżbilanċ li jirriżulta bejn il-kapaċità tal-produzzjoni u d-domanda fiċ-Ċina x’aktarx li jżid il-pressjoni fuq il-produtturi Ċiniżi biex jesportaw. Fir-rigward tal-allegata bidla fis-sistema tal-VAT, il-Kummissjoni nnotat li s-CISA ma pprovdiet l-ebda evidenza li ssostni l-argument li l-bidla tar-rifużjonijiet tal-VAT kienet twassal, jew se twassal, għal xi bidliet sinifikanti fl-imġiba tal-esportazzjoni tal-produtturi Ċiniżi. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni bħala mhux sostanzjata.

5.3.   Il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi probabbli u l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni

(195)

B’kunsiderazzjoni tal-volumi baxxi ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ mill-2018 sal-2021, il-Kummissjoni qieset li l-prezzijiet tal-importazzjoni rrapportati fil-Eurostat ma setgħux jiġu invokati biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet tal-HRF miċ-Ċina fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping. Minflok, il-Kummissjoni qieset bħala indikatur rappreżentattiv il-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn il-pajjiżi terzi kollha għajr l-Unjoni (“il-bqija tad-dinja” jew “ROW”).

(196)

Kif huwa deskritt hawn fuq fil-premessa (117), il-Kummissjoni stabbiliet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi (FOB) lejn il-bqija tad-dinja kienu bħala medja ta’ EUR 660/tunnellata. Abbażi ta’ dak il-prezz u sabiex jiġi ddeterminat prezz probabbli li bih l-esportazzjonijiet Ċiniżi jaslu fil-fruntiera tal-Unjoni, il-Kummissjoni żiedet il-kost għall-assigurazzjoni u l-merkanzija. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni rrikorriet għall-kostijiet użati fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri EUR 52/tunnellata, jew 7,9 % tal-prezz/tunnellata, bħala l-aħjar fatti disponibbli. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezz CIF probabbli tal-importazzjoni tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-HRF lejn l-Unjoni, fin-nuqqas ta’ miżuri, ma jkunx aktar minn EUR 712-il/tunnellata.

(197)

Minħabba li ntużat id-data statistika, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, seta’ jiġi stabbilit prezz medju għal kull tunnellata għal varjetà kbira ta’ tipi ta’ prodotti. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ informazzjoni fil-livell tat-tip ta’ prodott, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq kalkolu preċiż tat-twaqqigħ tal-prezz iżda kellha tillimita lilha nnifisha għal tqabbil tal-prezzijiet bejn il-prezzijiet medji għal kull tunnellata.

(198)

Il-prezz tal-esportazzjonijiet Ċiniżi ddeterminat b’dan il-mod tqabbel mal-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ matul l-investigazzjoni tar-rieżami tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun imposti fuq il-klijenti fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell mill-fabbrika.

(199)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fl-istess livell ta’ kummerċ u, b’analoġija ma’ metodoloġija preċiża ta’ kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz, ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan wera li bħala medja l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni jwaqqgħu l-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni b’madwar 8 %.

(200)

L-HRF huwa prodott ta’ komodità sensittiv ħafna għall-prezz u kif ġie osservat fl-investigazzjoni oriġinali dwar l-importazzjonijiet tal-HRF miċ-Ċina kif ukoll fl-investigazzjoni dwar il-prodott identiku mit-Turkija, livelli pjuttost modesti ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet flimkien ma’ volumi kbar huma suxxettibbli li jkollhom impatt sinifikanti u immedjat fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni (74). F’dawk iż-żewġ investigazzjonijiet, il-marġnijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz taħt 5 % ġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ (jew titlef is-sehem mis-suq) sa tali punt li ġarrbet dannu materjali fuq terminu qasir.

(201)

Minħabba li l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet għadha kemm irkuprat minn perjodu ta’ taqlib u ekonomikament diffiċli, inkluża l-pandemija tal-COVID-19, b’telf akkumulat, għadha f’sitwazzjoni fraġli. Għalhekk huwa probabbli ħafna li r-rikorrenza ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx miċ-Ċina f’volumi sinifikanti li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni jkollha effett negattiv sinifikanti fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-produzzjoni, il-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet, il-profittabbiltà u l-ħtiġijiet tal-investiment, li jirriżulta f’rikorrenza tad-dannu materjali.

(202)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA kkontestat l-għażla tal-perjodu kkunsidrat għall-analiżi tad-dannu. Hija argumentat li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-HRF b’volumi akbar mit-Turkija fl-2019, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkawżat mill-COVID, u ż-żieda fl-irkupru ta’ wara l-pandemija xekklu l-evidenza li sservi bħala bażi għall-analiżi tad-dumping u tad-dannu. Hija sostniet li l-Kummissjoni kellha tanalizza perjodu differenti u ssuġġeriet li teżamina perjodu estiż, li jkopri sena jew sentejn qabel il-perjodu kkunsidrat (2016-2018) kif ukoll wara l-PIR (2022).

(203)

Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. Hija fakkret li d-diversi elementi elenkati mis-CISA bħala li jistgħu jgħawġu l-evidenza matul il-perjodu kkunsidrat kienu ġew rikonoxxuti u kkunsidrati bir-reqqa fl-analiżi tad-dannu tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni osservat ukoll li anki li kieku kien jitqies perjodu estiż qabel il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, kif issuġġerit mis-CISA, l-istess elementi xorta kienu jkunu preżenti. Għar-rigward tal-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni fakkret li abbażi tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, “għandu jintgħażel perjodu ta’ investigazzjoni li, fil-każ ta’ dumping għandu, normalment, ikopri perjodu ta’ mhux inqas min sitt xhur immedjatament qabel il-bidu tal-proċedimenti. L-informazzjoni relatata ma’ perjodu sussegwenti għall-perjodu ta’ investigazzjoni ma għandhiex, normalment, tiġi kkunsidrata”. Hija ġurisprudenza stabbilita li l-Kummissjoni ma tistax tkun obbligata li tinkorpora fil-kalkoli tagħha fatturi relatati ma’ perijodu sussegwenti għall-perijodu ta’ investigazzjoni, sakemm tali fatturi ma jurux żviluppi ġodda li jagħmlu d-dazju antidumping propost manifestament mhux xieraq (75). L-istess raġunament, b’analoġija, għandu japplika għal investigazzjonijiet ta’ rieżami mibdija skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Is-CISA ma pprovdiet l-ebda evidenza li kellha t-tendenza li turi li l-iżviluppi li segwew il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami għamlu l-impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju manifestament mhux xierqa.

5.4.   Konklużjoni

(204)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezzijiet dannużi u li x’aktarx jerġa’ jseħħ dannu materjali.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

(205)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

6.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(206)

L-industrija tal-Unjoni tinsab fi 15-il Stat Membru (l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja). Hija timpjega aktar minn 38 000 impjegat fir-rigward tal-prodott taħt rieżami.

(207)

Fin-nuqqas ta’ miżuri, l-industrija tal-Unjoni mhux se tkun aktar protetta kontra ż-żieda probabbli ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, li se jikkawża dannu materjali. L-effett tal-miżuri anti-dumping se jkun pożittiv għall-produtturi tal-Unjoni, peress li l-miżuri se jgħinu lill-industrija tal-Unjoni tkompli l-irkupru tagħha mid-dumping tal-passat. Għalhekk huwa ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni li l-miżuri jitħallew.

6.1.1.    L-interess tal-utenti u tal-importaturi mhux relatati

(208)

Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-utenti u lill-importaturi mhux relatati kollha magħrufa. L-ebda utent jew importatur mhux relatat ma ppreżenta ruħu u kkoopera f’din l-investigazzjoni billi ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-utenti u tal-importaturi mhux relatati, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni għall-kuntrarju, il-kontinwazzjoni tal-miżuri ma titqiesx kontra l-interess tal-utenti u tal-importaturi.

(209)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat jekk il-miżuri kontra ċ-Ċina jkollhomx effett negattiv fuq is-sigurtà tal-provvista, peress li hemm ukoll miżuri fis-seħħ fuq l-HRF kontra t-Turkija, il-Brażil, l-Iran u r-Russja. Il-livell tal-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni kien ta’ 75 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u l-kapaċità tal-produzzjoni totali qabżet il-konsum totali tal-Unjoni bi 18-il miljun tunnellata, skont id-data tal-kwestjonarju makro tal-EUROFER. Barra minn hekk, minkejja l-miżuri kontra xi wħud mill-esportaturi ewlenin tal-HRF, kważi 40 pajjiż esportaw il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u b’hekk urew li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma taffettwax id-diversifikazzjoni tal-provvista. Għal dawn ir-raġunijiet u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-utenti u l-importaturi, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda riskju potenzjali fil-livell tal-provvista għall-utenti downstream.

(210)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA rreferiet għas-salvagwardja tal-UE fuq l-importazzjonijiet ta’, fost l-oħrajn, HRF miċ-Ċina, li tillimita b’mod sinifikanti l-possibbiltà għall-produtturi Ċiniżi li jesportaw l-HRF lejn is-suq tal-UE u tirrestrinġi l-flussi tal-kummerċ ħieles għad-detriment tal-produtturi downstream u tal-utenti finali.

(211)

Il-Kummissjoni fakkret li s-salvagwardja inkwistjoni ma tistax titqies ta’ natura dejjiema, u li l-miżura attwalment fis-seħħ (76) ma għandha l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ żieda fl-importazzjonijiet fin-nuqqas ta’ dazji antidumping. Meta titqies in-natura temporanja tas-salvagwardji tal-azzar, il-Kummissjoni għalhekk sabet li dawn ma jistax ikollhom effett fuq il-konklużjonijiet tagħha f’din l-investigazzjoni. Dwar is-sigurtà tal-provvista, kif iddikjarat fil-premessa (209), il-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni qabżet il-konsum totali tal-Unjoni, u diversi pajjiżi terzi oħra esportaw l-HRF lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Barra minn hekk, il-miżura ta’ salvagwardja tiġi rieżaminata u aġġustata regolarment jekk ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata provvista suffiċjenti tal-azzar fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, il-miżuri ta’ salvagwardja ma jikkostitwixxux riskju għas-sigurtà tal-provvista għall-utenti downstream.

(212)

Barra minn hekk, is-CISA affermat ukoll li l-introduzzjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) tiddeterjora l-aċċess għas-suq tal-UE minħabba l-obbligi ta’ rapportar u s-soprataxxi onerużi marbuta mas-CBAM.

(213)

Il-Kummissjoni fakkret li s-CBAM se jidħol fis-seħħ biss f’Ottubru 2023 u li matul perjodu tranżitorju, sal-2026, l-importaturi se jkollhom jirrapportaw biss l-emissjonijiet integrati fil-merkanzija tagħhom mingħajr ma jġarrbu l-ebda tariffa finanzjarja. Ir-raġuni ddikjarata għal dan il-perjodu tranżitorju hija li l-partijiet jingħataw żmien biex jaġġustaw qabel ma tidħol fis-seħħ is-sistema finali u biex jitnaqqas ir-riskju ta’ tfixkil fil-kummerċ. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li huwa prematur li ssir kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt potenzjali tas-CBAM fuq il-flussi kummerċjali futuri tal-HRF u ċaħdet l-affermazzjoni.

6.1.2.    Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(214)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti ta’ interess tal-Unjoni kontra l-kontinwazzjoni tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ.

7.   DIKJARAZZJONIJIET LI L-MIŻURI JENĦTIEĠ LI JIĠU SOSPIŻI

(215)

Is-CISA ddikjarat li l-miżuri anti-dumping attwali jenħtieġ li jiġu sospiżi f’konformità mal-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku, billi argumentat li ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku msemmi hawn fuq huma ssodisfati. Affermat li l-kundizzjonijiet tas-suq inbidlu temporanjament b’tali mod li d-dannu ma jkunx probabbli li jkompli jew iseħħ bħala riżultat tas-sospensjoni. F’dik il-fehma, is-CISA rreferiet għall-aspettattivi tat-tkabbir tal-industrija downstream tal-Unjoni u l-irkupru ekonomiku mistenni fil-perjodu ta’ wara l-COVID, iż-żidiet fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat, it-tnaqqis mistenni fil-volum tal-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Ukrajna u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni biex jiġu sospiżi d-dazji anti-dumping definittivi imposti fuq prodotti tal-aluminju llaminati ċatti mir-RPĊ (77).

(216)

Il-Kummissjoni ċaħdet id-dikjarazzjoni tas-CISA, peress li kienet ġenerika u ma kinitx issostanzjata. Min-naħa l-oħra, l-investigazzjoni tar-rieżami stabbiliet li d-dannu x’aktarx jerġa’ jseħħ fin-nuqqas ta’ miżuri u, mutatis mutandis, ukoll f’każ ta’ sospensjoni. Wara d-divulgazzjoni, is-CISA tenniet din l-affermazzjoni, iżda ma ressqet l-ebda argument ġdid.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(217)

Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar ir-rikorrenza ta’ dumping, ir-rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jinżammu l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ.

(218)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jeħtiġilhom jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(219)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-eżattezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(220)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, din iż-żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(221)

Ir-rati ta’ dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw mir-RPĊ u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

(222)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (78). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(223)

Esportatur jew produttur li ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu li kien intuża sabiex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju applikabbli bħalissa għall-esportazzjonijiet tiegħu jista’ jitlob lill-Kummissjoni sabiex isir soġġett għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tilqa’ talba bħal din dment li jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet. Il-produttur esportatur il-ġdid ikollu juri li: (i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu li ntuża sabiex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju applikabbli għall-esportazzjonijiet tiegħu; (ii) ma huwiex relatat ma’ kumpanija li għamlet dan u, għalhekk, huwa soġġett għad-dazji anti-dumping; u (iii) esporta l-prodott ikkonċernat wara dan jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jagħmel dan fi kwantitajiet sostanzjali.

(224)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (79) meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(225)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti llaminati ċatti tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, kemm jekk ikunu f’koljaturi u kemm jekk ma jkunux (inklużi prodotti “cut-to-length” u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b’laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet CN 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10 (il-kodiċi TARIC 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (il-kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (il-kodiċijiet TARIC 7226191091, 7226191095), 7226 91 91 u 7226 91 99.

Il-prodotti li ġejjin ma humiex koperti minn dan ir-rieżami:

(i)

prodotti ta’ azzar inossidabbli u azzar elettriku bis-siliċju bil-granijiet orjentati,

(ii)

prodotti tal-azzar tal-għodda u tal-azzar ta’ veloċità għolja,

(iii)

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji mqabbżin, ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar, u

(iv)

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr disinji mqabbżin, ta’ ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar, iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 2 050 mm jew aktar.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Bengang Steel Plates Co., Ltd.

0  %

C157

 

Handan Iron & Steel Group Han-Bao Co., Ltd.

10,3  %

C158

 

Hesteel Co., Ltd. Tangshan Branch  (80)

10,3  %

C159

 

Hesteel Co., Ltd. Chengde Branch  (81)

10,3  %

C160

 

Zhangjiagang Hongchang Plate Co., Ltd.

31,3  %

C161

 

Zhangjiagang GTA Plate Co., Ltd.

31,3  %

C162

 

Shougang Jingtang United Iron and Steel Co. Ltd.

0  %

C164

 

Beijing Shougang Co. Ltd., Qian’an Iron & Steel branch

0  %

C208

 

Angang Steel Company Limited

10,8  %

C150

 

Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Lt

0  %

C151

 

Jiangyin Xingcheng Special Steel Works Co., Ltd.

0  %

C147

 

Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd.

0  %

C163

 

Maanshan Iron & Steel Co., Ltd

10,8  %

C165

 

Rizhao Steel Wire Co., Ltd.

10,8  %

C166

 

Rizhao Baohua New Material Co., Ltd.

10,8  %

C167

 

Tangshan Yanshan Iron and Steel Co., Ltd.

0  %

C168

 

Wuhan Iron & Steel Co., Ltd.

10,8  %

C156

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

0  %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ biex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Meta xi produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

(a)

ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2015 (il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali);

(b)

ma huwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u

(c)

li jew effettivament esporta l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni

L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat billi jiżdied il-produttur esportatur il-ġdid mal-lista ta’ kumpaniji identifikati fit-tabella u soġġett għal dazju individwali li ma jaqbiżx ir-rata ta’ dazju applikabbli għal dawk il-kumpaniji li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping, iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji, jiġifieri 0 %.

5.   Jekk id-dazji kumpensatorji definittivi imposti bl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 jiġu mmodifikati jew jitneħħew, id-dazji speċifikati fil-paragrafu 2 se jiżdiedu bl-istess proporzjon limitat għall-marġni tad-dumping attwali misjub jew għall-marġni tad-dannu misjub kif xieraq għal kull kumpanija u mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

F’każijiet fejn id-dazju kumpensatorju jkun tnaqqas mid-dazju anti-dumping għal ċerti produtturi esportaturi, it-talbiet għal rifużjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037 għandhom iwasslu wkoll għall-valutazzjoni tal-marġini ta’ dumping għal dak il-produttur esportatur prevalenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rifużjoni. L-ammont li għandu jiġi rimborżat lill-applikant għal rifużjoni ma jistax jaqbeż id-differenza bejn id-dazju miġbur u d-dazju kumpensatorju u anti-dumping ikkombinat stabbilit fl-investigazzjoni tar-rifużjoni.

6.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta’ April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 92, 6.4.2017, p. 68).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2017/649, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17).

(4)  ĠU C 277, 12.7.2021, p. 3.

(5)  ĠU C 150, 5.4.2022., p. 3.

(6)  https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2594

(7)  https://www.gtis.com/gta

(8)  It-terminu “GTĊ” jintuża f’dan ir-Regolament f’sens wiesa’, inkluż il-Kunsill tal-Istat, kif ukoll il-Ministeri, id-Dipartimenti, l-Aġenziji u l-Amministrazzjonijiet kollha fil-livell ċentrali, reġjonali jew lokali.

(9)  Il-Premessa 76, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1778 tas-6 ta’ Ottubru 2016 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 272, 7.10.2016, p. 33).

(10)  Ara n-nota preċedenti f’qiegħ il-paġna.

(11)  https://www.gtis.com/gta/

(12)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur normali u, fi kwalunkwe każ, din id-data dwar l-importazzjoni kienet negliġibbli.

(13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068 tas-26 ta’ Ottubru 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 149); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 36, 17.2.2022, p. 1); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 tal-24 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mit-Tajwan, mill-Indoneżja, mis-Sri Lanka u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 16, 25.1.2022, p. 36); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 tal-15 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti torrijiet tar-riħ tal-azzar fuq skala utilitarja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 450, 16.12.2021, p. 59); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 tas-16 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 145).

(14)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (80); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 208, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 59, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 149-150.

(15)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (64); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 192, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 46, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 115-118.

(16)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (66); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessi 193-4, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 47, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 119-122. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal ewlieni tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif huwa previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif huwa speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħaħ l-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(17)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (68); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessi 195-201, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessi 48-52, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 123-129.

(18)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (74); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 202, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 53, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 130-133.

(19)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (75); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 203, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 54, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 134-135.

(20)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (76); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 204, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 55, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 136-145.

(21)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD (2017) 483 final/2, 20. 12. 2017, disponibbli fuq: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf

(22)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta’ April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 92, 6.4.2017, p. 68); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/688 tat-2 ta’ Mejju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ azzar miksi b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 116, 3.5.2019, p. 39).

(23)  Il-Forum Globali dwar il-kapaċità żejda tal-azzar, Rapport Ministerjali, l-20 ta’ Settembru 2018.

(24)  Kungress Nazzjonali tal-Poplu, l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin, it-traduzzjoni għall-Ingliż miċ-Ċentru għas-Sigurtà u t-Teknoloġija emerġenti, it-12 ta’ Marzu 2021,

https://cset.georgetown.edu/wp-content/uploads/t0284_14th_Five_Year_Plan_EN.pdf

(25)  L-introduzzjoni għall-Pjan għall-Aġġustament u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar.

(26)  Il-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (il-Verżjoni tal-2011) (l-Emenda tal-2013) maħruġ bl-Ordni Nru 9 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-27 ta’ Marzu 2011, u emendat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma dwar l-Emendar tal-Klawżoli Rilevanti tal-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (il-Verżjoni tal-2011) maħruġa bl-Ordni Nru 21 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-16 ta’ Frar 2013.

(27)  L-OECD, “Latest developments in steelmaking capacity”, Frar 2021, il-paġna 11.

(28)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 214/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 1).

(29)  Marketplace, ‘Industrial Policy: If China does it, why can’t we?’, l-1 ta’ Marzu 2021.

https://www.marketplace.org/2021/03/01/industrial-policy-if-china-does-it-why-cant-we/

(30)  Ara:https://www.miit.gov.cn/jgsj/ycls/gzdt/art/2020/art_8fc2875eb24744f591bfd946c126561f.html (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(31)  Ara t-Taqsima IV, is-Sottotaqsima 3 tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.

(32)  Ara t-Taqsima II, is-Sottotaqsima 1 tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tar-Ruttam tal-Metall.

(33)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tliet Snin tal-Provinċja ta’ Hebei dwar l-Iżvilupp tal-Cluster fil-Katina tal-Industrija tal-Azzar, il-Kapitolu I, it-Taqsima 3; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20200717/1089773.shtml (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(34)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tliet Snin tal-Provinċja ta’ Hebei dwar l-Iżvilupp tal-Cluster fil-Katina tal-Industrija tal-Azzar, it-Taqsima II, il-Kapitolu 4, il-Para. 12; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20200717/1089773.shtml

(35)  Ara l-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211210/1192881.shtml (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023)

(36)  Ara l-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211210/1192881.shtml

(37)  Il-Pjan ta’ Ħidma tal-Provinċja ta’ Jiangsu għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tas-Settur tal-Azzar u l-Ottimizzazzjoni tat-Tqassim għall-2019-2025; disponibbli fuq: http://www.jiangsu.gov.cn/art/2019/5/5/art_46144_8322422.html (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(38)  L-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Shandong dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Azzar; disponibbli fuq: http://gxt.shandong.gov.cn/art/2021/11/18/art_15681_10296246.html (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(39)  Il-Pjan ta’ Azzjoni għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar għall-2020 tal-Provinċja ta’ Shanxi; disponibbli fuq: http://gxt.shanxi.gov.cn/zfxxgk/zfxxgkml/cl/202110/t20211018_2708031.shtml (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(40)  Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Provinċja ta’ Zhejiang biex Trawwem Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar: “Trawwem fużjonijiet u riorganizzazzjoni tal-intrapriżi, taċċellera l-proċess ta’ konċentrazzjoni, tnaqqas l-għadd ta’ intrapriżi tat-tidwib tal-azzar għal madwar 10 intrapriżi”; disponibbli fuq: https://www.dl.gov.cn/art/2021/12/20/art_854_1995411.html (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(41)  L-14-il FYP tal-Muniċipalità ta’ Liaoning Dalian dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Manifattura: “Sal-2025, il-valur tal-output industrijali ta’ materjali ġodda se jilħaq 15-il miljun yuan, u l-livell ta’ tagħmir u ta’ kapaċità ta’ garanzija tal-materjali ewlenin huwa ovvjament imtejjeb.”; disponibbli fuq: https://www.dl.gov.cn/art/2021/12/20/art_854_1995411.html (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(42)  Ara s-sit web tal-grupp, disponibbli fuq: http://www.ansteel.cn/about/jituangaoguan/ (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(43)  Ara s-sit web tal-kumpanija, disponibbli fuq: https://www.baosteel.com/about/manager (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(44)  Ir-Rapport, il-Parti III, il-Kapitolu 14, p. 346 ff.

(45)  Ara l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali u l-Objettivi fit-Tul għall-2035, il-Parti III, l-Artikolu VIII, disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/publication/china-14th-five-year-plan/ (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(46)  Ara b’mod partikolari t-Taqsimiet I u II tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.

(47)  Ara l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, p. 22.

(48)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni għall-2022 dwar il-Ħadid u l-Azzar 1 + 3 tal-Muniċipalità Hebei Tangshan, il-Kapitolu 4, it-Taqsima 2; disponibbli fuq: http://www.chinaisa.org.cn/gxportal/xfgl/portal/content.html?articleId=e2bb5519aa49b566863081d57aea9dfdd59e1a4f482bb7acd243e3ae7657c70b&columnId=3683d857cc4577e4cb75f76522b7b82cda039ef70be46ee37f9385ed3198f68a (aċċessata fis-6 ta’ Frar 2023)

(49)  Ara l-artiklu fuq is-sit web ta’ Ansteel: 鞍钢集团网站 (ansteel.cn) (Sors: Angang Daily 2021-11-24)

(50)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635, il-premessi 134-135 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 tas-7 ta’ April 2020 (ĠU L 110, 8.4.2020, p. 3), il-premessi 143-144.

(51)  “Kummenti fir-rieżami ta’ skadenza tal-UE tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, ippreżentati mis-CISA fid-19 ta’ Mejju 2022.

(52)  “Kummenti dwar in-nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali fir-rieżami ta’ skadenza tal-UE dwar il-miżuri anti-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar (HRF) li joriġinaw miċ-Ċina”, ippreżentati mis-CISA fis-16 ta’ Settembru 2022.

(53)  ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17.

(54)  Pereżempju, referenza għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 214/2013 (il-paragrafu 80 tat-talba) (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 1).

(55)  Ara l-Artikolu LXIV, it-Taqsima 2 tal-14-il FYP.

(56)  Ara t-Taqsima VIII tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.

(57)  World Bank Open Data — Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(58)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.

(59)  https://www.globalpetrolprices.com/Mexico/electricity_prices/

(60)  https://www.cre.gob.mx/IPGN/index.html

(61)  https://ilostat.ilo.org/data/country-profiles/

(62)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33) kif emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/749 tal-24 ta’ Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tal-Każakistan mil-lista ta’ pajjiżi fl-Anness I tagħha (ĠU L 113, 29.4.2017, p. 11).

(63)  https://www.cre.gob.mx/IPGN/index.html

(64)  https://s2.q4cdn.com/156255844/files/doc_financials/quarterly/2021/4Q2021/FS-Ternium-Dec31-2021.pdf

(65)  Worldsteel, 26.1.2021, f’ThinkDesk China Research & Consulting, “China’s State-Business Nexus Revisited — Government Interventions and Market Distortions in the Chinese Steel Industry”, is-17 ta’ Ottubru 2021, p. 92

(66)  L-OECD, “Latest developments in steelmaking capacity”, Frar 2021, paġna 11.

(67)  ThinkDesk China Research & Consulting, “China’s State-Business Nexus Revisited — Government Interventions and Market Distortions in the Chinese Steel Industry”, is-17 ta’ Ottubru 2021.

(68)  Bħalissa hemm miżuri anti-dumping fil-pajjiżi li ġejjin: il-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerka, il-Messiku u r-Renju Unit. Il-GCC (il-pajjiżi tal-Golf) għandu miżuri ta’ salvagwardja u l-Istati Uniti tal-Amerka għandhom ukoll miżuri tat-Taqsima 232.

(69)  ĠU L 258, 6.10.2017, p. 24.

(70)  ĠU L 238, 6.7.2021, p. 32.

(71)  Il-Premessa 139, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/9 tas-6 ta’ Jannar 2021 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija (ĠU L 3, 7.1.2021, p. 4).

(72)  Il-Premessa 210, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1100 tal-5 ta’ Lulju 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti llaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar bil-karbonju jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mit-Turkija (ĠU L 238, 6.7.2021, p. 32).

(73)  Ibid.

(74)  Il-Premessa 98, ĠU L 3, 7.1.2021, p. 4.

(75)  Sentenza tas-17 ta’ Diċembru 2008 f’T-462/04, HEG u Graphite India vs Il-Kunsill, ECLI:EU:T:2008:586, para 67.

(76)  Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159, il-Kummissjoni imponiet miżura ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ ċerti prodotti tal-azzar għal perjodu ta’ tliet snin. Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1029, il-miżura ta’ salvagwardja ġiet estiża sat-30 ta’ Ġunju 2024.

(77)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1788 tat-8 ta’ Ottubru 2021 li tissospendi d-dazji anti-dumping definittivi imposti bir-Regolament (UE) 2021/1784 dwar l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 359, 11.10.2021, p. 105).

(78)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.

(79)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(80)  Qabel “Hebei Iron & Steel Co., Ltd. Tangshan Branch”.

(81)  Qabel “Hebei Iron & Steel Co., Ltd. Chengde Branch”.


8.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/84


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1123

tas-7 ta’ Ġunju 2023

li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   L-investigazzjonijiet preċedenti u l-miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 (2), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), imponiet dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali (hot-rolled flat - HRF) tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-RPĊ jew “il-pajjiż ikkonċernat” jew “iċ-Ċina”) (“ir-regolament oriġinali”). Id-dazji kumpensatorji li bħalissa huma fis-seħħ ivarjaw minn 4,6 % għal 35,9 % (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 (3), il-Kummissjoni, imponiet dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-RPĊ). Id-dazji anti-dumping li bħalissa huma fis-seħħ ivarjaw minn 0 % għal 31,3 %.

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(3)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (4), il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri kumpensatorji skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(4)

It-talba għal rieżemi (“it-talba”) ġiet ippreżentata fid-9 ta’ Marzu 2022 mill-EUROFER, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar, (“l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar skont it-tifsira tal-Artikolu 10(6) tar-Regolament bażiku.

(5)

L-applikant sostna li l-iskadenza tal-miżuri kumpensatorji hija probabbli li tirriżulta fil-kontinwazzjoni jew fir-rikorrenza ta’ sussidjar u fir-rikorrenza ta’ dannu lill-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(6)

Wara li ddeterminat li kienet teżisti evidenza suffiċjenti għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni bdiet, fit-8 ta’ Ġunju 2022, rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ abbażi tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

(7)

Qabel il-bidu tar-rieżami, fit-12 ta’ Mejju 2022 il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern taċ-Ċina (il-“GTĊ”) (6) li hija kienet irċeviet talba ddokumentata kif suppost, u stiednet lill-GTĊ għal konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku. Fl-istess jum, il-GTĊ issottometta wkoll kummenti bil-miktub fejn sostna li, b’mod ġenerali, it-talba ma fihiex evidenza suffiċjenti biex jinbeda rieżami ta’ skadenza, speċjalment fir-rigward tal-ispeċifiċità tas-sussidji allegati lill-produtturi tal-HRF. Il-Kummissjoni ħadet nota tal-kummenti mqajma mill-GTĊ u tat attenzjoni partikolari lil dawn l-elementi matul l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza.

1.4.   Investigazzjoni separata relatata mal-istess prodott ikkonċernat

(8)

Permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-5 ta’ April 2022 (7), il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) tal-miżuri anti-dumping definittivi fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ.

1.5.   Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni

(9)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tas-sussidjar kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

1.6.   Partijiet interessati

(10)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant, lill-produtturi tal-Unjoni kollha magħrufin, lill-produtturi magħrufin fir-RPĊ u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif ukoll lill-importaturi, l-utenti u n-negozjanti magħrufin dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw.

(11)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.7.   Kampjunar

(12)

Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

1.7.1.    Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(13)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet kampjun tal-produtturi tal-Unjoni b’mod provviżorju. F’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-akbar volum ta’ produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 29 % tal-produzzjoni totali stmata fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment u l-Kummissjoni kkonfermat il-kampjun magħżul b’mod provviżorju. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

1.7.2.    Kampjunar tal-importaturi

(14)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. L-ebda importatur mhux relatat ma ppreżenta ruħu u pprovda l-informazzjoni mitluba.

1.7.3.    Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(15)

Sabiex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn ta’ kampjunar fir-rigward tal-produtturi esportaturi, u jekk kien hemm bżonn, tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi magħrufa kollha fir-RPĊ biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. L-ebda wieħed mill-produtturi fir-RPĊ ma pprovda l-informazzjoni mitluba.

(16)

Konsegwentement, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tar-RPĊ permezz ta’ Note Verbale tat-2 ta’ Settembru 2022, li tista’ tirrikorri għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku meta teżamina l-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tas-sussidjar. L-awtoritajiet tar-RPĊ ma rreaġixxewx għan-Nota.

1.8.   Kwestjonarju u verifika

(17)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi kampjunati tal-Unjoni, lill-applikant u lill-GTĊ. It-tweġibiet għall-kwestjonarji waslu mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mingħand l-applikant.

(18)

Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset neċessarja sabiex tistabbilixxi l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar u d-dannu, u tat-test dwar l-interess tal-Unjoni. Twettqu żjarat ta’ verifika fuq il-post tal-partijiet interessati li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni:

Arcelor Mittal Poland (Dąbrowa Górnicza, il-Polonja)

Tata Steel Ijmuiden (IJmuiden, in-Netherlands)

ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisburg, il-Ġermanja) u l-kumpanija relatata tagħha ThyssenKrupp Material Processing (Krefeld, il-Ġermanja).

1.9.   Divulgazzjoni

(19)

Fl-4 ta’ April 2023, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha timponi dazji kumpensatorji. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni.

(20)

Il-kummenti li għamlu l-partijiet interessati ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u ttieħdu inkunsiderazzjoni, fejn xieraq. Il-partijiet li talbu dan ingħataw seduta ta’ smigħ. CISA talbet u ngħatat seduta ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni fit-12 ta’ April 2023.

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt rieżami

(21)

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri ċerti prodotti llaminati ċatti tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, f’koljaturi jew le (inklużi prodotti “cut-to-length” u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b’laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin (“HRF” jew “il-prodott taħt rieżami”).

Il-prodotti li ġejjin ma humiex koperti minn dan ir-rieżami:

(a)

prodotti ta’ azzar inossidabbli u azzar elettriku bis-siliċju bil-granijiet orjentati,

(b)

prodotti tal-azzar tal-għodda u tal-azzar ta’ veloċità għolja,

(c)

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji mqabbżin, ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar, u

(d)

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr disinji mqabbżin, ta’ ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar, iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 2 050 mm jew aktar.

Il-prodott ikkonċernat attwalment jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10 (il-kodiċi TARIC 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (il-kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (il-kodiċijiet TARIC 7226191091, 7226191095), 7226 91 91 u 7226 91 99. Il-kodiċijiet NM u TARIC huma mogħtija għall-informazzjoni biss, bla preġudizzju għal bidla sussegwenti fil-klassifikazzjoni tat-tariffi.

(22)

Il-prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-azzar huma prodotti permezz ta’ laminazzjoni termali. Dan huwa proċess li jifforma l-metall li bih metall sħun jiġi mgħoddi minn par wieħed jew aktar ta’ laminaturi termali biex titnaqqas il-ħxuna u biex il-ħxuna ssir uniformi, li permezz tiegħu t-temperatura tal-metall tkun ogħla mit-temperatura ta’ rikristallizzazzjoni tiegħu. Jistgħu jiġu pprovduti f’bosta forom; f’koljaturi (mogħtija ż-żejt jew le, imnaddfin bl-aċidu jew le), maqtugħin f’tulijiet (folji) jew fi strixxi rqaq.

(23)

Hemm żewġ użi prinċipali tal-prodotti ċatti tal-azzar b’laminazzjoni termali. L-ewwel nett, dawn huma l-materjal ewlieni għall-produzzjoni ta’ diversi prodotti tal-azzar downstream b’valur miżjud, li jibdew minn prodotti tal-azzar ċatti u miksija llaminati bil-kesħa. It-tieni, dawn jintużaw bħala input industrijali li jinxtara mill-utenti finali għal varjetà ta’ applikazzjonijiet, inkluż fil-kostruzzjoni (il-produzzjoni ta’ tubi tal-azzar), fil-bini ta’ bastimenti, f’kontenituri tal-gass, f’karozzi, f’reċipjenti taħt pressjoni u f’pipelines tal-enerġija.

2.2.   Prodott ikkonċernat

(24)

Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.3.   Prodott simili

(25)

Kif huwa stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat, esportat lejn l-Unjoni;

il-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ; u

l-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(26)

Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

3.   IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAS-SUSSIDJAR

(27)

F’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u kif huwa ddikjarat fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti għandhiex probabilità li twassal għal kontinwazzjoni tas-sussidjar.

3.1.   In-nuqqas ta’ kooperazzjoni u l-użu tal-aħjar fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku

(28)

Fit-12 ta’ Lulju 2022 il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Il-GTĊ intalab jibgħat kwestjonarju lill-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn li l-GTĊ kien jaf li pprovdew self lill-industrija kkonċernata kif ukoll lill-produtturi u lid-distributuri ta’ azzar b’laminazzjoni termali u bil-kesħa li jipprovdi inputs għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami.

(29)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba.

(30)

Permezz tan-Note Verbale tat-2 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet Ċiniżi li wara n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u l-produtturi tal-prodott taħt rieżemi, il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tagħmel is-sejbiet tagħha abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. Huma ġew informati wkoll li sejba bbażata fuq il-fatti disponibbli tista’ tkun anqas favorevoli milli kieku l-GTĊ u l-produtturi kkooperaw.

(31)

Ma wasal l-ebda kumment f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, qieset l-użu tal-fatti disponibbli meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-kontinwazzjoni tal-prattiki ta’ sussidju taċ-Ċina fl-industrija tal-azzar ċatt b’laminazzjoni termali.

(32)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni użat għall-analiżi tagħha l-fatti kollha disponibbli għaliha, b’mod partikolari:

(a)

it-talba;

(b)

kostatazzjonijiet tal-investigazzjoni oriġinali mwettqa mill-Kummissjoni kontra l-istess prodott fiċ-Ċina, bħal prodotti ċatti b’laminazzjoni termali (9);

(c)

Il-kostatazzjonijiet tal-aktar investigazzjonijiet antisussidji reċenti mwettqa mill-Kummissjoni dwar l-industriji mħeġġa fiċ-Ċina, bħat-tajers pnewmatiċi (10) (“l-investigazzjoni dwar it-tajers”), ir-roti elettriċi (11) (“l-investigazzjoni dwar ir-roti elettriċi”), il-prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku (12) (“l-investigazzjoni dwar l-OCS”), il-kejbils tal-fibra ottika (13) (“l-investigazzjoni tal-fibra tal-ħġieġ”) u l-fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni (14) (“l-investigazzjoni tal-fojl tal-aluminju”) fejn ġew eżaminati sussidji simili;

(d)

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija tar-RPĊ għall-finijiet ta’ investigazzjoni ta’ difiża tal-kummerċ (“ir-rapport dwar iċ-Ċina”) (15).

3.2.   Rimarki ġenerali dwar is-settur tal-azzar fiċ-Ċina

(33)

Qabel analizzat l-allegat sussidjar fil-forma ta’ sussidji speċifiċi jew programmi ta’ sussidju (it-taqsimiet 3.3 u wara, ta’ hawn taħt), il-Kummissjoni vvalutat il-pjanijiet, il-proġetti u dokumenti oħrajn tal-gvern, li kienu rilevanti għal aktar minn wieħed mis-sussidji jew mill-programmi ta’ sussidju. Hija sabet li s-sussidji jew il-programmi ta’ sussidju kollha taħt valutazzjoni jifformaw parti mill-implimentazzjoni tal-ippjanar ċentrali tal-GTĊ għar-raġunijiet li ġejjin.

3.2.1.    14-il Pjan ta’ Ħames Snin

(34)

Fl-investigazzjoni attwali l-Kummissjoni stabbiliet li d-dokument prinċipali ta’ rilevanza matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-materja prima, bħal dik tal-azzar. L-industrija tal-azzar hija parti importanti mill-industrija tal-materja prima, hija tirrappreżenta qasam ewlieni li jifforma l-vantaġġi kompetittivi internazzjonali taċ-Ċina, u l-“kamp tal-battalja prinċipali” għar-ristrutturar tal-fondazzjoni industrijali u l-iżvilupp industrijali ekoloġiku. Il-Pjan jenfasizza l-kultivazzjoni ta’ grupp ta’ intrapriżi ewlenin fil-katina industrijali bi tmexxija ekoloġika u kompetittività ewlenija.

(35)

Il-pjan ta’ azzjoni ta’ tliet snin tal-Provinċja ta’ Hebei dwar l-iżvilupp ta’ raggruppamenti fil-katina tal-industrija tal-azzar (2020 – 2022) jelabora r-riforma tas-sjieda mħallta ta’ intrapriżi tal-Istat, jiffoka fuq il-promozzjoni tal-fużjoni u r-riorganizzazzjoni interreġjonali ta’ intrapriżi privati tal-azzar.

(36)

L-14-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-Provinċja ta’ Shangdong dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-azzar jenfasizza l-kompetittività tal-industrija tal-azzar bħala l-għan, peress li qed jitressaq ’l quddiem il-kontroll strett tal-kapaċità tal-produzzjoni. Barra minn hekk, dan għandu objettivi li jottimizza t-tqassim industrijali, isaħħaħ l-ixprunar tal-innovazzjoni, jippromwovi l-iżvilupp ekoloġiku u jibni bażi industrijali avvanzata tal-manifattura tal-azzar b’kompetittività domestika mill-aqwa u b’influwenza internazzjonali.

(37)

Wara d-divulgazzjoni, iċ-China Iron and Steel Association (CISA) sostniet li l-Kummissjoni ddependiet ħafna fuq l-“14-il Pjan ta’ Ħames Snin” sabiex tagħti prova tal-importanza strateġika tal-industrija rilevanti u b’hekk turi l-eżistenza ta’ sussidji fir-rigward ta’ dan is-settur speċifiku. Is-CISA enfasizzat li l- “pjanijiet ta’ ħames snin” (five year plans - FYP) huma sempliċement dokumenti ta’ gwida li jesprimu fehmiet ta’ politika għall-futur u bħala tali ma għandhomx saħħa vinkolanti minħabba li ma hemm l-ebda klawżola ta’ ksur jew penali f’tali pjanijiet. Barra minn hekk, is-CISA rreferiet f’dan ir-rigward għal dokumenti u rapporti ekwivalenti min-naħa tal-Kummissjoni tal-UE bħall-pubblikazzjoni tal-Kummissjoni stess intitolata “Strateġija Industrijali Ġdida” li fiha l-Kummissjoni nnifisha tidentifika diversi prijoritajiet f’termini ta’ investimenti pubbliċi f’tentattiv ċar biex tidderieġi l-iżvilupp futur tal-industriji ewlenin tal-UE.

(38)

Dan l-argument ma setax jiġi aċċettat. L-ewwel nett, il-FYPs ippubblikati mill-GTĊ mhumiex biss dokumenti ta’ gwida ġenerali, iżda huma ta’ natura legalment vinkolanti. L-14-il FYP ifakkar b’mod espliċitu lill-awtoritajiet kollha biex jimplimentaw il-pjanijiet b’mod diliġenti: “Aħna se nsaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni tal-ippjanar bħal katalgi u listi, kompilazzjoni u arkivju, u allinjament u koordinazzjoni, niżviluppaw listi u katalogi bħall-“14-il edizzjoni tal-Pjanijiet Speċjali ta’ Livell Nazzjonali ta’ Ħames Snin”, nippromwovu arkivju tal-pjanijiet li jiddependi fuq il-pjattaforma nazzjonali ta’ informazzjoni dwar il-ġestjoni integrata tal-ippjanar, u nġibu diversi pjanijiet taħt ġestjoni unifikata. Ser nistabbilixxu u ntejbu l-mekkaniżmi ta’ allinjament u koordinazzjoni tal-ippjanar, nallinjaw il-pjanijiet approvati mill-Kumitat Ċentrali tas-CCP u l-Kunsill tal-Istat u l-pjanijiet ta’ żvilupp provinċjali ma’ dan il-pjan qabel is-sottomissjoni għall-approvazzjoni, niżguraw li l-ippjanar spazjali fil-livell nazzjonali, l-ippjanar speċjali, l-ippjanar reġjonali, u livelli oħra ta’ ppjanar jiġu kkoordinati ma’ dan il-pjan f’termini ta’ għanijiet ewlenin, direzzjonijiet ta’ żvilupp, tqassim ġenerali, politiki ewlenin, proġetti kbar, u prevenzjoni u kontroll tar-riskju.” (16) Barra minn hekk, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima jistipula li “il-lokalitajiet kollha jeħtieġ li jtejbu lilhom infushom b’dan il-Pjan, u jinkludu l-kontenut ewlieni u l-proġetti ewlenin hawnhekk fil-kompiti lokali primarjitagħhom”, filwaqt li “l-azzar u setturi ewlenin oħra għandhom ifasslu opinjonijiet speċifiċi ta’ implimentazzjoni bbażati fuq l-objettivi u l-kompiti ta’ dan il-Pjan.” Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

(39)

F’din l-investigazzjoni, il-GTĊ ma ppreżenta l-ebda evidenza jew argument li juru l-kuntrarju.

3.2.2.    Ordni Nru 35

(40)

L-Ordni Nru 35 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riformi – Politiki għall-iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u tal-Azzar (2005) (“Ordni Nru 35”) hija dokument ieħor ta’ politika li jirregola s-settur tal-azzar Ċiniż. Filwaqt li ġie adottat mill-Kunsill tal-Istat, dan ikopri diversi aspetti tal-kontroll tal-GTĊ fuq l-industrija, inkluż:

Il-projbizzjoni ta’ sjieda ta’ maġġoranza barranija tal-produtturi tal-azzar fiċ-Ċina (l-Artikolu 1);

L-istabbiliment ta’ għanijiet f’termini ta’ output għall-akbar produtturi tal-azzar (l-Artikolu 3);

L-għoti ta’ regoli għall-bidliet fl-istruttura korporattiva tal-kumpaniji tal-azzar (l-Artikolu 20);

L-istabbiliment tal-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-GTĊ għall-investiment fil-produtturi tal-azzar (l-Artikolu 22);

L-għoti ta’ self u drittijiet dwar l-użu tal-art biss lill-produtturi tal-azzar li jikkonformaw mal-politiki ta’ żvilupp nazzjonali għas-settur (l-Artikoli 24 u 25); u

Intervent tal-Istat li jkollu l-għan li jappoġġa l-gruppi ta’ intrapriża kruċjali l-kbar biex tiġi stabbilita l-produzzjoni barranija u jiġu fornuti bażijiet ta’ materja prima (l-Artikolu 30).

3.2.3.    Deċiżjoni Nru 40

(41)

Id-Deċiżjoni Nru 40 hija Ordni tal-Kunsill tal-Istat li għal skop ta’ investiment tikklassifika s-setturi industrijali f’kategoriji differenti, jiġifieri “proġetti mħeġġa, ristretti u eliminati”. Din id-Deċiżjoni tiddikjara li l-“Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali”, li huwa miżura ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 40, huwa bażi importanti sabiex jiġu ggwidati d-direzzjonijiet tal-investiment. Huwa jiggwida wkoll lill-GTĊ sabiex jamministra l-proġetti ta’ investiment u sabiex jifformula u jinforza politiki dwar il-finanzi pubbliċi, it-tassazzjoni, il-kreditu, l-art, l-importazzjoni u l-esportazzjoni (17). Fil-Kapitolu VIII ta’ dan il-Katalogu ta’ Gwida, l-industrija tal-azzar hija indikata bħala industrija inċentivata. Fir-rigward tan-natura legali tagħha, il-Kummissjoni nnotat li d-Deċiżjoni Nru 40 hija Ordni mill-Kunsill tal-Istat, li huwa l-ogħla korp amministrattiv fir-RPĊ. F’dak ir-rigward, id-deċiżjoni hija legalment vinkolanti għal korpi pubbliċi oħrajn u għall-operaturi ekonomiċi (18).

3.2.4.    Il-Pjan ta’ Rivitalizzazzjoni

(42)

Il-Blueprint for the Adjustment and Revitalisation of the Steel Industry (Pjan Direzzjonali għall-Aġġustament u r-Rivitalizzazzjoni tal-Industrija tal-Azzar) (2009) huwa pjan ta’ azzjoni għall-industrija tal-azzar. Il-pjan għandu l-għan li jindirizza l-kriżi finanzjarja internazzjonali u jindirizza r-rekwiżiti ġenerali ta’ politika tal-GTĊ biex jinżamm it-tkabbir. Dan ifittex ukoll li “jiżgura l-operazzjoni stabbli tal-industrija” peress li din “titqies bħala industrija prinċipali importanti tal-ekonomija nazzjonali”. Id-dokument jipprovdi dan li ġej:

żieda fl-appoġġ finanzjarju għall-produtturi tal-azzar “kruċjali ewlenin”;

l-aċċellerazzjoni tal-aġġustamenti strutturali u l-promozzjoni tat-titjib industrijali;

l-appoġġ tal-kumpaniji ewlenin li fl-iżvilupp, fil-kooperazzjoni teknika u fil-Fużjonijiet u l-Akkwiżizzjonijiet tagħhom imorru barra mill-pajjiż;

iż-żieda fl-iskala tal-kreditu għall-esportazzjoni għal tagħmir metallurġiku.

3.2.5.    Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali

(43)

Skont il-kapitolu VIII tiegħu, il-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali (2019), is-settur tal-azzar huwa settur mħeġġeġ.

3.2.6.    Konklużjonijiet ġenerali dwar l-intervent tal-GTĊ fis-settur tal-azzar

(44)

Filwaqt li qieset id-dokumenti msemmija hawn fuq u d-dispożizzjonijiet tagħhom, li dwarhom ma hemm l-ebda evidenza li ma għadhomx aktar fis-seħħ, il-Kummissjoni tenniet il-konklużjoni tagħha mill-investigazzjoni oriġinali li l-industrija tal-azzar Ċiniża baqgħet industrija ewlenija/strateġika matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li l-iżvilupp tagħha qed ikompli jiġi segwit b’mod attiv u mmexxi mill-GTĊ bħala objettiv strateġiku tal-politika.

3.3.   Sussidji u programmi ta’ sussidju eżaminati fir-rieżami ta’ skadenza attwali

(45)

Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u l-produtturi Ċiniżi speċifikati fil-premessi (27) u (30), il-Kummissjoni ddeċidiet li teżamina jekk kienx hemm kontinwazzjoni tas-sussidjar kif ġej. L-ewwel nett, il-Kummissjoni eżaminat jekk is-sussidji kkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali komplewx jagħtu benefiċċju lill-industrija tal-azzar ċatt b’laminazzjoni termali. Sussegwentement, il-Kummissjoni analizzat jekk l-industrija bbenefikatx mis-sussidji kollha li ma ġewx ikkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali (“sussidji addizzjonali” jew “sussidji ġodda”) kif ġie allegat fit-talba.

(46)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li, minħabba s-sejbiet li jikkonfermaw l-eżistenza tal-kontinwazzjoni tas-sussidjar fir-rigward tal-maġġoranza tas-sussidji kkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll ta’ xi wħud mis-sussidji addizzjonali, ma kien hemm l-ebda ħtieġa li jiġu investigati s-sussidji l-oħra kollha li l-applikant allega li jeżistu.

(47)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA sostniet li s-sejbiet li ntlaħqu fil-passat f’investigazzjonijiet antisussidji ma jistgħux sempliċiment jiġu trasposti fl-investigazzjoni attwali tal-Kummissjoni peress li tali treġġigħ lura tal-oneru tal-provi jiddevja mid-drittijiet tad-difiża aċċettati minn kwalunkwe konvenut f’investigazzjonijiet bħal dawn. Skont is-CISA, il-Kummissjoni użat is-sejbiet tal-passat f’investigazzjonijiet separati u mhux relatati oħra biex tpinġi prattiki ekonomiċi fiċ-Ċina bħala eżempji ta’ sussidjar. Madankollu, dan l-approċċ ma jservix ta’ prova tal-eżistenza ta’ sussidjar fir-rigward tal-prodott taħt rieżami.

(48)

Il-Kummissjoni qieset li l-applikant ipprovda provi biżżejjed tal-eżistenza, l-ammont, in-natura, il-benefiċċju u l-ispeċifiċità kif kien raġonevolment disponibbli għalih. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset ukoll li fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, l-investigazzjonijiet antisussidji reċenti tal-UE relatati mal-istess programmi ta’ sussidju allegati fit-talba kienu eżaminaw ukoll il-benefiċċju, l-ispeċifiċità u l-ammonti ta’ sussidjar tal-istess programmi. Dawn is-sejbiet preċedenti ta’ sussidjar, flimkien mal-ammont kbir ta’ informazzjoni li tinsab fit-talba u kkonfermata mill-Kummissjoni matul din l-investigazzjoni, kienu jikkostitwixxu fatti disponibbli fir-rigward tal-kontinwazzjoni tas-sussidjar skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Konsegwentement, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

3.4.   Is-sussidji kkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali

3.4.1.    Self preferenzjali

3.4.1.1.   Kostatazzjonijiet tal-investigazzjoni oriġinali

(49)

Fl-investigazzjoni oriġinali (19), il-Kummissjoni stabbiliet li l-banek tal-Istat (“SOBs”) kienu korpi pubbliċi għaliex dawn kienu jwettqu funzjonijiet governattivi u, permezz ta’ dan, dawn eżerċitaw awtorità tal-gvern.

(50)

Fir-rigward tal-banek li pprovdew self lill-produtturi li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali, il-maġġoranza l-kbira tagħhom kienu tal-Istat. L-informazzjoni disponibbli fl-investigazzjoni oriġinali wriet li mill-anqas 35 mill-45 bank irrapportati kienu banek tal-Istat, inklużi l-banek kummerċjali ewlenin fiċ-Ċina, bħal Bank of China, China Construction Bank u Industrial and Commercial Bank of China. Barra minn hekk, instab ukoll li dawn il-banek kummerċjali tal-istat kellhom post predominanti fis-suq u fil-kapaċità tagħhom bħala korpi pubbliċi ġew involuti f’offerti ta’ self f’rati tal-imgħax aktar baxxi minn dawk tas-suq. Għaldaqstant, ġie konkluż li l-GTĊ kellu politika biex jingħata self preferenzjali lis-settur tal-HRF.

(51)

Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll, abbażi ta’, inter alia, l-Artikoli 34 u 38 tal-Liġi Bankarja Kummerċjali u l-Artikoli 17 u 18 tal-Ordni Nru 40, li l-banek kummerċjali bi sjieda privata fiċ-Ċina kienu ġew inkarigati u ngħataw struzzjonijiet mill-GTĊ biex jipprovdu self preferenzjali lill-produtturi skont l-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku.

(52)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li: kien hemm kontribuzzjoni finanzjarja lill-produtturi tal-HRF fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi mill-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku; u l-banek privati kienu wkoll inkarigati jew ngħataw struzzjonijiet mill-gvern biex jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-istess produtturi skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku.

(53)

Instab li jeżisti benefiċċju skont it-tifsira tal-Artikoli 3(2) u 6(b) tar-Regolament bażiku sakemm is-self mill-gvern kienu jingħataw b’termini aktar favorevoli minn dawk li l-riċevitur jista’ fil-fatt jikseb mis-suq. Billi kien stabbilit li s-self mhux mill-gvern fiċ-Ċina ma jipprovdix valur referenzjarju xieraq tas-suq (il-banek privati jkunu inkarigati u jingħataw struzzjonijiet mill-GTĊ), dan il-valur referenzjarju ġie mfassal abbażi tar-rata tas-self standard tal-Bank tal-Poplu taċ-Ċina. Din ir-rata ġiet aġġustata sabiex tirrifletti r-riskju normali tas-suq biż-żieda tal-primjum xieraq mistenni fuq il-bonds li jinħarġu minn ditti bi klassifikazzjoni ta’ bonds ta’ “grad mhux ta’ investiment” (f’rata BB).

(54)

Il-programm ta’ sussidju nstab li kien speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, peress li l-industrija tal-azzar kienet tappartjeni għall-kategorija mħeġġa skont id-Deċiżjoni Nru 40 u d-dispożizzjonijiet tas-self kienu limitati biss għal intrapriżi tal-azzar li kienu jikkonformaw b’mod sħiħ mal-politiki ta’ żvilupp għall-industrija tal-ħadid u tal-azzar (l-Ordni Nru 35).

(55)

Barra minn hekk, il-programm instab li huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku, peress li ċerti pjanijiet u dokumenti tal-gvern kienu qed iħeġġu u jagħtu struzzjonijiet biex jingħata appoġġ finanzjarju lill-industrija tal-azzar, anki f’reġjuni ġeografiċi speċifiċi taċ-Ċina.

(56)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali għall-produtturi esportaturi fil-kampjun kienet tvarja minn 1,99 % sa 27,91 %.

3.4.1.2.   Kontinwazzjoni tal-programm ta’ sussidju

(57)

Fit-talba u fl-annessi korrispondenti (20), l-applikant ipprovda evidenza li l-produtturi Ċiniżi tal-HRF komplew jibbenefikaw minn self preferenzjali u rati tal-imgħax aktar baxxi minn dawk tas-suq minn banek domestiċi fiċ-Ċina.

(58)

L-applikant ipprovda evidenza tal-preżenza sinifikanti u tad-dominanza kontinwa fis-suq tal-SOBs fis-settur bankarju Ċiniż. Fil-punt (67), it-talba elenkat l-SOBs ewlenin li pprovdew self b’termini preferenzjali lill-produtturi tal-HRF fiċ-Ċina.

(59)

Fl-aħħar nett, l-applikant indika li l-banek privati baqgħu jiġu inkarigati u jingħataw struzzjonijiet mill-GTĊ biex jipprovdu self sussidjat, skont l-Artikolu 3.1(a)(iv) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, is-sejbiet tal-Kummissjoni fl-investigazzjoni oriġinali f’dan ir-rigward għadhom validi.

(60)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, ma tressaq l-ebda argument li kien jisfida l-evidenza li tressqet mill-applikant fir-rigward tas-sitwazzjoni attwali tas-sistema bankarja Ċiniża.

(61)

Barra minn hekk, il-kwistjonijiet kritiċi fl-istabbiliment ta’ dan il-programm ta’ sussidjar u l-kontinwazzjoni tiegħu, jiġifieri l-każijiet fejn l-SOBs jaġixxu bħala korp pubbliku, id-dominanza tagħhom fis-settur bankarju, l-inkarigar u l-għoti ta’ struzzjonijiet tal-banek privati, ġew ikkonfermati mir-Rapport dwar iċ-Ċina (21) u s-sejbiet tal-aktar investigazzjonijiet riċenti dwar it-tajers (22), ir-roti elettriċi (23), OCS (24), il-fibra tal-ħġieġ (25) u l-fojl tal-aluminju (26).

3.4.1.3.   Benefiċċju

(62)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuqha seta’ jiġi kkalkolat l-ammont tas-sussidju mogħti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Filwaqt li l-ammont ta’ sussidjar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ma setax jiġi stabbilit b’mod preċiż minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, abbażi tat-talba, is-sejbiet fl-investigazzjonijiet preċedenti msemmija fil-premessa (61), u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni li turi l-kuntrarju, jista’ jiġi konkluż li l-produtturi Ċiniżi tal-HRF komplew jiġu ssussidjati.

3.4.1.4.   Speċifiċità

(63)

Il-programm ta’ sussidju inkwistjoni kien għadu speċifiku skont it-tifsira tal-Artikoli 4(2)(a) u 4(2)(b) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li s-sitwazzjoni legali deskritta fil-premessa (54) ma kinitx inbidlet u fid-dawl tal-14-il Pjan ġdid ta’ Ħames Snin għas-settur tal-azzar, li kkonferma l-industrija tal-azzar bħala industrija mħeġġa.

3.4.1.5.   Konklużjoni

(64)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza li turi li s-self preferenzjali bħala sussidju kumpensatorju kompliet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

3.4.2.    L-għoti ta’ drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata

3.4.2.1.   Kostatazzjonijiet tal-investigazzjoni oriġinali

(65)

Fl-investigazzjoni oriġinali (27), il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-provvista ta’ drittijiet għall-użu tal-art mill-Gvern Ċiniż jenħtieġ li titqies bħala miżura ta’ sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Peress li ma kien hemm l-ebda suq li jiffunzjona għall-art fiċ-Ċina, il-GTĊ jipprovdi drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata, biex b’hekk jagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri. L-użu ta’ valur referenzjarju estern wera li l-ammont li tħallas għad-drittijiet għall-użu tal-art mill-produtturi tal-HRF huwa ferm akar baxx mir-rata normali tas-suq.

(66)

Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li s-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(a) u 4(2)(c) tar-Regolament bażiku, għaliex l-aċċess għall-art industrijali bil-liġi huwa limitat biss għall-kumpaniji li jirrispettaw il-politiki industrijali stabbiliti mill-Istat. Barra minn hekk, ċerti tranżazzjonijiet biss kienu soġġetti għal proċess ta’ offerti, spiss il-prezzijiet kienu qed jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet, u l-prattiki tal-gvern f’dan il-qasam ma humiex ċari u trasparenti.

(67)

Bl-użu tal-valur referenzjarju tal-prezzijiet tal-art fit-Tajwan, ir-rata tas-sussidju fir-rigward ta’ din il-miżura kienet stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali għall-produtturi fil-kampjun fil-firxa ta’ bejn 1,20 % sa 7,63 %.

3.4.2.2.   Kontinwazzjoni tal-programm ta’ sussidju

(68)

Fit-talba u fl-annessi korrispondenti (28), l-applikant ipprovda evidenza li l-produtturi Ċiniżi tal-HRF komplew jibbenefikaw minn drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata.

(69)

L-applikant indika li l-liġi li tirregola din il-kwistjoni ma nbidlitx mill-investigazzjoni oriġinali. Is-sjieda privata tal-art hija pprojbita fiċ-Ċina. Il-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Art, u b’mod partikolari l-Artikolu 2, għadha tipprevedi li l-art kollha fiċ-Ċina fl-aħħar mill-aħħar hija s-sjieda tal-GTĊ għaliex kollettivament din tappartjeni liċ-Ċina. Il-Liġi dwar il-Proprjetà (l-Artikoli 45-48) tispeċifika li l-art fiċ-Ċina hija jew “proprjetà kollettiva” jew “proprjetà tal-istat”. L-ebda art ma tista’ tinbigħ iżda jistgħu jingħataw drittijiet għall-użu tal-art permezz ta’ offerti pubbliċi, kwotazzjoni jew irkant.

(70)

La l-GTĊ u lanqas il-produtturi ma pprovdew evidenza li tissuġġerixxi li l-industrija tal-HRF ma baqgħetx tibbenefika mill-provvista ta’ drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata.

(71)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inklużi l-evidenza fir-Rapport dwar iċ-Ċina (29) f’dan ir-rigward u l-kostatazzjonijiet tal-aktar investigazzjonijiet riċenti dwar id-dazji kumpensatorji li jikkonċernaw ir-RPĊ fejn jidħlu tajers (30), roti elettriċi (31) u cables tal-fibra ottika (32), il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rati li tħallsu għall-użu tal-art baqgħu jiġu sussidjati għaliex is-sistema imposta mill-GTĊ ma taderixxix mal-prinċipji tas-suq.

3.4.2.3.   Benefiċċju

(72)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuq il-bażi tagħha setgħet tikkalkula l-ammont tas-sussidju mogħti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Filwaqt li l-ammont ta’ sussidjar ma setax jiġi stabbilit b’mod preċiż minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, abbażi tat-talba, is-sejbiet fl-investigazzjonijiet preċedenti msemmija fil-premessa (71), u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni għall-kuntrarju, jista’ jiġi konkluż li l-produtturi Ċiniżi tal-HRF komplew jiġu ssussidjati.

3.4.2.4.   Speċifiċità

(73)

Is-sussidju huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikoli 4(2)(a) u 4(2)(c) tar-Regolament bażiku. Id-drittijiet għall-użu tal-art jingħataw biss lil grupp limitat ta’ kumpaniji. Barra minn hekk, is-settur tal-azzar, li jagħmel parti mill-kategorija mħeġġa fi ħdan il-qafas tad-Deċiżjoni Nru 40 tal-Istat tal-Kunsill, jaqa’ fi ħdan is-setturi li jibbenefikaw mid-drittijiet għall-użu tal-art.

3.4.2.5.   Konklużjoni

(74)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm evidenza suffiċjenti li turi li l-provvista ta’ drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata bħala sussidju kumpensatorju kompliet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

3.4.3.    Programmi ta’ eżenzjoni u ta’ tnaqqis mit-taxxa diretta

3.4.3.1.   Kostatazzjonijiet tal-investigazzjoni oriġinali

(75)

Fl-investigazzjoni oriġinali (33), il-Kummissjoni stabbiliet li l-produtturi tal-HRF kienu qed jieċievu sussidji kumpensatorji relatati mat-trattament preferenzjali taħt programmi u politiki ta’ taxxa fuq l-introjtu u ta’ taxxa diretta oħra.

(76)

Fir-rigward ta’ tliet programmi speċifiċi: Il-privileġġi tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (EIT) għall-Prodotti tar-Riżorsi mill-Użu Sinerġiku, l-EIT paċut għall-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp u l-Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-użu tal-art, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha għall-bażi ġuridika, l-eliġibbiltà, in-natura tas-sussidju u l-ispeċifiċità tiegħu fuq it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju u setgħet tikkalkula r-rati ta’ sussidju individwali għall-kumpaniji fil-kampjun.

(77)

Instab li l-programmi tat-taxxa fuq l-introjtu u ta’ taxxa diretta oħra huma sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ dħul tal-gvern mitluf li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri.

(78)

Instab ukoll li l-iskemi ta’ sussidju huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-leġiżlazzjonijiet li skonthom operat l-awtorità awtorizzanti llimitaw l-aċċess għall-iskemi għal ċerti intrapriżi u industriji biss ikklassifikati bħala mħeġġa, bħal dawk li jappartjenu għall-industrija tal-HRF.

(79)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali għall-produtturi esportaturi fil-kampjun kienet tvarja minn 0,00 % sa 0,66 %.

3.4.3.2.   Kontinwazzjoni tal-programm ta’ sussidju

(80)

Fit-talba għal rieżami ta’ skadenza (34), l-applikant ipprovda evidenza li ħafna produtturi Ċiniżi tal-HRF għadhom jibbenefikaw minn diversi programmi tal-privileġġi tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (EIT) ikkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali. Il-bażi ġuridika tal-programm ta’ privileġġi tal-EIT hija l-Artikolu 28 tal-Liġi tal-EIT u l-Artikolu 93 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi. Barra minn hekk, l-applikant ipprovda evidenza dwar il-kumpens tal-EIT għas-sussidju tar-riċerka u l-iżvilupp b’bażi ġuridika fl-Artikolu 30(1) tal-liġi tal-EIT, flimkien mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi.

(81)

L-investigazzjonijiet tal-kejbils tal-fibra ottika (35) u tal-fojl tal-aluminju (36) kkonfermaw li l-iskemi kienu għadhom qed jintużaw u li n-natura tagħhom ma kinitx inbidlet.

(82)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, ma tressaq l-ebda argument li kien jisfida l-evidenza li tressqet mill-applikant fir-rigward tal-benefiċċji kontinwi tal-produtturi tal-HRF minn programmi u politiki tat-taxxa fuq l-introjtu u ta’ taxxa diretta oħra.

(83)

L-iskemi inkwistjoni jitqiesu li huma sussidji skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(a)(ii) u 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ dħul mitluf tal-gvern li jagħti benefiċċju lill-kumpanniji riċevituri.

3.4.3.3.   Benefiċċju

(84)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuq il-bażi tagħha setgħet tikkalkula l-ammont tas-sussidju mogħti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Filwaqt li l-ammont ta’ sussidjar ma setax jiġi stabbilit b’mod preċiż minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, abbażi tat-talba, is-sejbiet fl-investigazzjonijiet preċedenti msemmija fil-premessa (81), u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni għall-kuntrarju, seta’ jiġi konkluż li l-produtturi Ċiniżi tal-HRF komplew jiġu ssussidjati.

3.4.3.4.   Speċifiċità

(85)

L-iskemi huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġiżlazzjonijiet li skonthom operat l-awtorità awtorizzanti llimitaw l-aċċess għall-iskemi għal ċerti intrapriżi u industriji biss.

3.4.3.5.   Konklużjoni

(86)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza li turi li xi wħud mill-programmi tat-taxxa komplew ikunu bħala sussidji kumpensatorji matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

3.4.4.    Programmi u politiki tat-taxxa indiretta u tat-taxxa tal-importazzjoni

3.4.4.1.   Kostatazzjonijiet tal-investigazzjoni oriġinali

(87)

Fl-investigazzjoni oriġinali (37), il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-produtturi tal-HRF kienu qed jiriċevu sussidji kumpensatorji relatati mat-trattament preferenzjali taħt żewġ programmi tat-taxxa indiretta u tat-taxxa tal-importazzjoni:

(a)

Eżenzjonijiet mill-VAT u tnaqqis tat-taxxa tal-importazzjoni għall-użu ta’ tagħmir importat u t-teknoloġija

(b)

Eżenzjoni mit-taxxa għal rilokazzjoni bbażata fuq il-politika

(88)

Instab li l-programmi tat-taxxa indiretta u tat-taxxa tal-importazzjoni huma sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ dħul tal-gvern mitluf li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri.

(89)

Instab ukoll li l-iskemi ta’ sussidju huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-leġiżlazzjonijiet li skonthom operat l-awtorità awtorizzanti llimitaw l-aċċess għall-iskemi għal ċerti intrapriżi u industriji biss. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ ma ppermettiex lill-Kummissjoni tilħaq il-konklużjoni dwar jekk kinux jeżistu kriterji oġġettivi ta’ eliġibbiltà għal ċerti skemi li għamluhom ukoll speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(90)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali għall-produtturi esportaturi fil-kampjun kienet ta’ 1,01 %.

3.4.4.2.   Kontinwazzjoni tal-programm ta’ sussidju

(91)

It-talba kif ukoll is-sejbiet tal-aktar investigazzjonijiet antisussidji reċenti mwettqa mill-Kummissjoni dwar l-industriji mħeġġa fiċ-Ċina bħat-tajers (38), l-OCS (39) u l-investigazzjonijiet tal-fojl (40) tal-aluminju kkonfermaw li l-iskemi kienu għadhom qed jintużaw u li n-natura tagħhom ma nbidlitx.

(92)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u l-produtturi Ċiniżi tal-HRF, ma tressaq l-ebda argument li kien jisfida l-evidenza li tressqet mill-applikant fir-rigward tal-benefiċċji kontinwi tal-produtturi tal-HRF minn programmi u politiki tat-taxxa indiretta u tat-taxxa tal-importazzjoni.

(93)

L-iskemi inkwistjoni jitqiesu li huma sussidji skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(a)(ii) u 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ dħul mitluf tal-gvern li jagħti benefiċċju lill-kumpanniji riċevituri.

3.4.4.3.   Benefiċċju

(94)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi tal-HRF Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuq il-bażi tagħha setgħet tikkalkula l-ammont tas-sussidju mogħti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Filwaqt li l-ammont ta’ sussidjar ma setax jiġi stabbilit b’mod preċiż minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, abbażi tat-talba, is-sejbiet fl-investigazzjonijiet preċedenti msemmija fil-premessa (91), u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni għall-kuntrarju, seta’ jiġi konkluż li l-produtturi tal-HRF komplew jiġu ssussidjati.

3.4.4.4.   Speċifiċità

(95)

L-iskemi huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, peress li l-aċċess għall-iskemi huwa limitat għal ċerti intrapriżi u industriji biss.

3.4.4.5.   Konklużjoni

(96)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm evidenza suffiċjenti li turi li l-programmi tat-taxxa indiretta u tat-taxxa tal-importazzjoni komplew ikunu sussidji kumpensatorji matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

3.4.5.    Programmi ta’ għotjiet

3.4.5.1.   Kostatazzjonijiet tal-investigazzjoni oriġinali

(97)

Fl-investigazzjoni oriġinali (41), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kumpaniji kollha fil-kampjun ibbenefikaw minn varjetà ta’ għotjiet relatati mal-protezzjoni ambjentali u t-tnaqqis tal-emissjonijiet u minn għotjiet relatati mar-R &D, l-aġġornament teknoloġiku u l-innovazzjoni.

(98)

L-investigazzjoni oriġinali kkonkludiet ukoll b’mod pożittiv dwar l-eżistenza ta’ għadd ta’ sussidji ad hoc mogħtija lil ċerti produtturi tal-HRF minn livelli differenti ta’ awtoritajiet tal-gvern, jiġifieri lokali, reġjonali u nazzjonali. Eżempji ta’ dawn l-għotjiet kienu fondi għall-privattivi, fondi u premjijiet għax-xjenza u t-teknoloġija, fondi għall-iżvilupp tan-negozju, għotjiet għal infrastruttura bażika, fondi ta’ appoġġ ipprovduti fil-livell distrettwali jew provinċjali, fondi għall-importazzjoni ta’ minerali tal-ħadid, fondi għar-rilokazzjoni tal-kumpanija, fond speċjali għall-introduzzjoni ta’ teknoloġija avvanzata barra mill-pajjiż, skontijiet ta’ mgħax fuq self għal tagħmir importat.

(99)

Dawn l-għotjiet u sussidji ad hoc oħra nstabu li jikkostitwixxu sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri trasferiment ta’ fondi mill-GTĊ fil-forma ta’ għotjiet lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat.

(100)

Instab ukoll li dawn kienu speċifiċi jew skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, minħabba li jidhru li huma limitati għal ċerti kumpaniji jew għal proġetti speċifiċi f’reġjuni speċifiċi u/jew fl-industrija tal-azzar, jew skont l-Artikolu 4(2)(b), minħabba li l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u l-kriterji attwali tal-għażla għall-intrapriżi biex ikunu eliġibbli ma humiex trasparenti, ma humiex oġġettivi u ma japplikawx awtomatikament.

(101)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali għall-produtturi esportaturi fil-kampjun kienet tvarja minn 0,09 % sa 1,45 %.

3.4.5.2.   Kontinwazzjoni tal-programmi ta’ sussidju

(102)

Fit-talba għal rieżami ta’ skadenza (42), l-applikant ipprovda evidenza li ħafna produtturi tal-HRF għadhom jibbenefikaw minn programmi ta’ għotjiet.

(103)

Il-kostatazzjonijiet tal-aktar investigazzjonijiet antisussidji reċenti mwettqa mill-Kummissjoni dwar l-industriji mħeġġa fiċ-Ċina bħal OCS (43) u l-fojl tal-aluminju (44) kkonfermaw li l-iskemi kienu għadhom qed jintużaw u li n-natura tagħhom ma nbidlitx.

(104)

Il-biċċa l-kbira tal-għotjiet ngħataw sabiex jiġu ffinanzjati proġetti jew assi partikolari, jingħataw konservazzjoni tal-enerġija jew ħarsien tal-ambjent, u jiġu modernizzati l-funderiji tal-azzar.

(105)

L-applikant ipprovda wkoll evidenza, abbażi tal-analiżi tal-kontijiet annwali ta’ kumpaniji speċifiċi, li mill-inqas 12-il produttur tal-HRF irċevew sussidji bejn l-2018 u l-2021.

(106)

L-għotjiet kollha u s-sussidji ad hoc l-oħra li ġew analizzati matul l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kienu jikkostitwixxu sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi fir-rigward tal-għotjiet u trasferimenti simili ta’ riżorsi.

(107)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi tal-HRF, ma tressaq l-ebda argument li kien jisfida l-evidenza li tressqet mill-applikant fir-rigward tal-benefiċċji kontinwi tal-produtturi tal-HRF minn għotjiet jew mogħtija ad hoc.

3.4.5.3.   Benefiċċju

(108)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuq il-bażi tagħha setgħet tikkalkula l-ammont tas-sussidju mogħti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Filwaqt li l-ammont ta’ sussidjar ma setax jiġi stabbilit b’mod preċiż minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, abbażi tat-talba, is-sejbiet fl-investigazzjonijiet preċedenti msemmija fil-premessa (103), u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni għall-kuntrarju, jista’ jiġi konkluż li l-produtturi tal-HRF komplew jiġu ssussidjati.

3.4.5.4.   Speċifiċità

(109)

Dawn is-sussidji tqiesu li huma speċifiċi fid-dritt jew fil-fatt, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi Ċiniżi tal-HRF, dawn jitqiesu li ngħataw lil għadd limitat ta’ produtturi tal-HRF, u/jew minħabba l-mod li bih ġiet eżerċitata d-diskrezzjoni tal-awtoritajiet awtorizzanti għall-għoti tagħhom.

3.4.5.5.   Konklużjoni

(110)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza li turi li l-produtturi komplew jirċievu għotjiet bħala sussidji kumpensatorji matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

3.5.   Sussidji addizzjonali

3.5.1.    Skambji ta’ dejn għal ekwità

3.5.1.1.   Introduzzjoni

(111)

It-talba għal rieżami ta’ skadenza (45) kien fiha evidenza li diversi produtturi Ċiniżi tal-HRF kienu involuti fit-tieni ġenerazzjoni tad-dejn għal strumenti azzjonarji mwettqa mill-2016 sal-2019, għal total ikkombinat ta’ RMB 237 biljun ta’ djun. Huwa allegat li d-dejn pendenti dovut mill-produtturi tal-azzar tal-Istat lill-banek kummerċjali tal-Istat (“SOCBS”) ġie kkanċellat bi skambju għall-ekwità permezz tal-involviment ta’ diversi tipi ta’ Aġenziji ta’ Implimentazzjoni (IAs) li huma istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Kummissjoni Regolatorja Ċiniża Bankarja u tal-Assigurazzjoni. L-aktar forma komuni ta’ IAs għall-konverżjoni ta’ dejn f’ekwità (DES) huma kumpaniji ta’ investiment f’assi finanzjarji (FAIC) li jittieħdu minn banek jew minn kumpaniji tal-assigurazzjoni. It-talba affermat ukoll li l-IAs inħolqu speċifikament sabiex jiddisponu minn self improduttiv enormi f’industriji ewlenin, fosthom is-settur tal-azzar u sabiex jistrutturaw mill-ġdid id-djun tal-SOEs fost l-oħrajn permezz ta’ skambji ta’ dejn għal ekwità.

(112)

Minħabba li l-GTĊ naqas milli jipprovdi kwalunkwe informazzjoni dwar dan il-programm, il-Kummissjoni għamlet is-sejbiet tagħha dwar dan il-programm abbażi tal-informazzjoni li tinsab fit-talba u tal-informazzjoni mill-investigazzjoni antisussidji mwettqa mill-Kummissjoni dwar is-settur tal-azzar fiċ-Ċina, jiġifieri l-OCS (46).

(113)

Kif huwa eżaminat fil-premessa (91) hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li l-HRF hija industrija mħeġġa u fit-taqsima 3.4.1 sabet li l-produtturi tal-HRF jagħmlu użu minn finanzjament preferenzjali bis-saħħa tal-fatt li l-GTĊ kellu politika li jipprovdi self preferenzjali lis-settur tal-HRF permezz ta’ banek tal-Istat, u wkoll il-banek privati ġew fdati u ordnati mill-GTĊ biex jipprovdu dan is-self preferenzjali lill-produtturi tal-HRF. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet li l-GTĊ bena ekosistema regolatorja sħiħa madwar il-kunċett ta’ DES li tkopri għadd u varjetà dejjem akbar ta’ kredituri, kumpaniji fil-mira, aġenziji ta’ implimentazzjoni, investituri, pjattaformi ta’ servizzi u istituzzjonijiet superviżorji. U filwaqt li d-dokumenti tal-GTĊ jenfasizzaw b’mod konsistenti l-orjentazzjoni lejn is-suq ta’ din is-sistema, huma jfakkru wkoll lill-parteċipanti li huma mistennija jservu l-ġid aħħari ta’ kulħadd u jippromwovu l-għanijiet tal-politika ekonomika nazzjonali.

(114)

Skont l-“Opinjonijiet ta’ Gwida dwar ir-Regolazzjoni tan-Negozju tal-Ġestjoni tal-Assi tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji”, id-dokument imsemmi fit-talba, l-istituzzjonijiet finanzjarji huma mħeġġa jiġbru fondi permezz tal-ħruġ ta’ prodotti għall-ġestjoni tal-assi biex jinvestu f’oqsma li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istrateġiji nazzjonali u l-politiki industrijali u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-politiki nazzjonali ta’ riforma strutturali min-naħa tal-provvista skont il-premessa ta’ konformità mal-liġijiet u r-regolamenti u s-sostenibbiltà tan-negozju. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet finanzjarji huma mħeġġa wkoll jiġbru fondi permezz tal-ħruġ ta’ prodotti ta’ ġestjoni tal-assi biex jappoġġaw it-trasformazzjoni tal-istruttura ekonomika, jappoġġaw l-iskambju legalizzat ta’ dejn ma’ ekwità orjentat lejn is-suq, u jnaqqsu l-ingranaġġ korporattiv.

(115)

It-talba rreferiet ukoll għal “Opinjonijiet dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Kapaċità Eċċessiva fl-Industrija tal-Azzar u r-Rijalizzazzjoni ta’ Rkupru” li enfasizzaw il-ħtieġa li jiżdied l-appoġġ ta’ finanzjament għall-intrapriżi tal-azzar u l-ħtieġa li jiġi attirat kapital ta’ investiment minn sorsi oħra minbarra l-baġit tal-Istat u l-istituzzjonijiet finanzjarji, bħal prodotti ta’ ġestjoni tal-fondi, fondi ta’ pensjoni eċċ. Barra minn hekk, dan id-dokument iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ approċċi bbażati fuq is-suq fl-ipproċessar tad-dejn korporattiv u fl-appoġġ lill-banek għad-disponiment ta’ dejn f’diffikultà billi jittrasferixxu pożizzjonijiet ta’ self f’diffikultà lil korporazzjonijiet tal-immaniġġar tal-assi.

(116)

L-“Opinjonijiet dwar l-Appoġġ lill-Industriji tal-Azzar u tal-Faħam għar-Riżoluzzjoni tal-Kapaċità Eċċessiva u r-Rijalizzazzjoni ta’ Rkupru”, ippubblikat fl-2016 mill-Bank tal-Poplu taċ-Ċina u mill-kummissjonijiet regolatorji li jissorveljaw is-setturi bankarji, tal-assigurazzjoni u tat-titoli, jagħti struzzjonijiet dwar kif l-industriji tal-azzar u tal-faħam jistgħu jiġu megħjuna jsolvu problemi ta’ kapaċità żejda u ta’ insolvenza. Dan jinkiseb permezz tal-intrapriżi bir-“rwol ta’ gwida tas-servizzi finanzjarji” li jippermettu lill-industriji tal-faħam u tal-azzar itejbu l-prestazzjoni finanzjarja, teknoloġika u ambjentali tagħhom. Barra minn hekk, l-intrapriżi li jikkonformaw mal-politiki industrijali nazzjonali u li jistgħu jissodisfaw diversi kundizzjonijiet definiti b’mod vag relatati mar-ristrutturar, is-solvenza u l-protezzjoni ambjentali jistgħu jibbenefikaw mill-aġġustament mill-ġdid tal-perjodi ta’ kreditu.

(117)

Fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, hemm informazzjoni dwar l-istabbiliment tas-sistema ta’ konferenza konġunta taħt it-tmexxija tal-Kunsill tal-Istat li rreveda u approva politiki regolatorji u ta’ appoġġ, inkluża l-implimentazzjoni ta’ ċiklu ġdid ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità. Fl-istess ħin, hija ħadmet mekkaniżmi konġunti ta’ kastig biex tissanzjona l-ksur tar-regoli. Barra minn hekk, il-konferenza konġunta talbet li t-tranżazzjonijiet DES ikunu ta’ benefiċċju għall-intrapriżi u għall-industriji b’sinifikat kbir għat-trasformazzjoni ekonomika u kif ukoll għas-sigurtà nazzjonali.

(118)

Fil-Konferenza ta’ Ħidma Finanzjarja tal-2017 tal-Partit Komunista tal-Kumitat Ċentrali taċ-Ċina (CPCCC), is-Segretarju Ġenerali Xi Jinping ikkonferma pożizzjonijiet li ilhom jinżammu li l-istituzzjonijiet finanzjarji jeħtiġilhom jifhmu r-rwol tagħhom l-ewwel u qabel kollox bħala li jservu l-ekonomija reali u jeħtiġilhom jagħmlu ħilithom kollha biex isaħħu l-punti dgħajfa tagħha. Fid-dikjarazzjoni tiegħu huwa elabora fuq id-dmir tas-settur finanzjarju li jservi l-ekonomija reali billi jħarisha minn riskji finanzjarji. Permezz ta’ dan, is-settur finanzjarju jenħtieġ li jtejjeb l-effiċjenza u l-kwalità tas-servizz u jalloka aktar riżorsi f’oqsma ewlenin u dgħajfa ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali. Barra minn hekk, il-gvern huwa involut fit-tnaqqis tal-ingranaġġ tal-ekonomija billi b’mod sod imexxi politika monetarja prudenti u jagħti prijorità lit-tnaqqis tal-ingranaġġ f’intrapriżi tal-Istat.

(119)

Il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti tal-Kunsill tal-Istat (SC) taċ-Ċina fl-2017 poġġiet it-tnaqqis fl-ingranaġġ tal-SOE proprju fiċ-ċentru tal-kompitu ġenerali ta’ tnaqqis fl-ingranaġġ korporattiv. Il-Kumitat Permanenti ppropona l-iżvilupp ta’ miżuri ta’ appoġġ fiskali rilevanti għal assi tal-Istat b’ingranaġġ eċċessiv fl-industriji tal-azzar u tal-faħam. Huwa ddiskuta wkoll l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu komplementari tal-kapital tal-Istat u d-disponibbiltà tal-kapital meħtieġ għat-trasformazzjoni u l-aġġornament.

(120)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskambji ta’ dejn ma’ ekwità jikkostitwixxu kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ infużjoni ta’ ekwità u/jew self skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku jew fil-forma ta’ dħul mitluf li jirriżulta minn dejn imħassar jew mhux imħallas skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii). Il-gvern ipprovda din il-kontribuzzjoni finanzjarja permezz tal-korpi pubbliċi involuti f’dawn it-tranżazzjonijiet, jiġifieri l-erba’ IAs u diversi SOCBs. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ matul l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-evidenza rreġistrata wriet biżżejjed li l-IAs kienu korpi pubbliċi, peress li dawn inħolqu speċifikament mill-GTĊ biex jiddisponu minn self improduttiv enormi f’industriji ewlenin, inkluż is-settur tal-azzar, u biex jistrutturaw mill-ġdid id-djun tal-SOEs. Konsegwentement, ġie meqjus li l-imġiba tagħhom kienet tikkorrispondi għall-eżerċizzju tal-awtorità tal-gvern.

(121)

Barra minn hekk, it-talba kienet tinkludi evidenza li l-ammont kbir ta’ kanċellazzjonijiet ta’ dejn ma kienx soġġett għal kunsiderazzjonijiet kummerċjali normali, peress li l-GTĊ ma wettaqx valutazzjoni dwar jekk investitur privat normali jkunx wettaq dawn l-iskambji ta’ dejn ma’ ekwità fl-istennija li maż-żmien tiġi ġġenerata rata ta’ ritorn raġonevoli. It-talba kienet tinkludi informazzjoni li l-GTĊ skambja ammonti enormi ta’ dejn ma’ ekwità bl-objettiv li jnaqqas il-proporzjon tal-obbligazzjonijiet meta mqabbla mal-assi tal-produtturi tal-HRF biex iżid il-kompetittività tagħhom mingħajr il-kunsiderazzjonijiet kummerċjali li investitur privat kieku jagħmel. Il-Kummissjoni, wara analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni mogħtija fit-talba u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra fil-fajl, ikkonkludiet li l-miżuri kienu qed jagħtu benefiċċju skont it-tifsira tal-Artikolu 6(a) tar-Regolament bażiku.

3.5.1.2.   Benefiċċju

(122)

L-iskambji ta’ dejn ma’ ekwità jikkostitwixxu kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ infużjoni ta’ ekwità u/jew self fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku jew fil-forma ta’ dħul mitluf li jirriżulta minn dejn imħassar jew mhux imħallas fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku.

(123)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi Ċiniżi tal-HRF matul dan ir-rieżami, il-Kummissjoni, wara analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni mogħtija fit-talba u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra fil-fajl, ikkonkludiet li l-miżuri, għaldaqstant, kienu qed jagħtu benefiċċju skont it-tifsira tal-Artikolu 6(a) tar-Regolament bażiku.

3.5.1.3.   Speċifiċità

(124)

Is-sussidju kien speċifiku f’konformità mal-Artikoli 4(2)(b) tar-Regolament bażiku, peress li ma kien hemm l-ebda kriterju oġġettiv għall-provvista tas-sussidji u ma kienx ċar taħt liema kundizzjonijiet il-produtturi tal-HRF jistgħu jew ma jistgħux ikunu involuti f’dan il-programm. L-iskambji kienu wkoll speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament bażiku, meta titqies id-diskrezzjoni kbira tal-awtoritajiet pubbliċi biex jagħtu s-sussidju u ċerti setturi biss ibbenefikaw mis-sussidju, bħal dawk li jkunu qed ibati minn kapaċità żejda.

3.5.1.4.   Konklużjoni

(125)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza li turi li l-produtturi tal-HRF fir-RPĊ ibbenefikaw mill-iskambji ta’ dejn ma’ ekwità bħala sussidju kumpensatorju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami fil-forma ta’ assistenza finanzjarja biex jitnaqqas id-dejn korporattiv ta’ kumpaniji b’dejn kbir.

3.6.   Konklużjoni ġenerali dwar il-kontinwazzjoni tas-sussidju

(126)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tal-HRF fiċ-Ċina komplew jibbenefikaw minn sussidji kumpensatorji matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

4.   ŻVILUPP TAL-IMPORTAZZJONIJIET KIEKU L-MIŻURI KELLHOM JIĠU REVOKATI

(127)

Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ sussidju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta’ importazzjonijiet issussidjati mill-pajjiż ikkonċernat, jekk il-miżuri jiġu revokati. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

4.1.   Kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

(128)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-kapaċità tal-produtturi l-oħra fuq il-fatti disponibbli u qagħdet fuq l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, kif ukoll sorsi disponibbli oħrajn.

(129)

Fl-2020, iċ-Ċina kienet tirrappreżenta 56,5 % tal-produzzjoni dinjija tal-azzar mhux maħdum, meta mqabbla ma’ 53,3 % fl-2019 (47). F’Settembru 2020, dikjarazzjoni mit-88 Sessjoni tal-Kumitat tal-Azzar tal-OECD innotat li “minkejja x-xokk globali negattiv tad-domanda, il-produzzjoni u l-inventarji żdiedu b’mod sinifikanti mil-livelli ta’ sena ilu fiċ-Ċina”. Barra minn hekk, il-Kumitat tal-Azzar innota “bi tħassib id-diverġenza mix-xejra globali fiċ-Ċina, fejn il-produzzjoni tal-azzar laħqet volumi rekord fl-ewwel semestru tal-2020, u fejn l-inventarji laħqu livelli storikament għoljin. Dawn l-iżviluppi joħolqu riskju ta’ provvista żejda fiċ-Ċina li qed taggrava l-iżbilanċi globali li jirriżultaw mix-xokkijiet tad-domanda tal-COVID-19.” Ix-xejra tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar dejjem tikber fiċ-Ċina ġiet appoġġata ulterjorment minn “tnaqqis kbir fil-kundizzjonijiet tal-kreditu”, flimkien ma’ żieda fl-investiment minn produtturi kbar tal-azzar, filwaqt li atturi iżgħar għadhom barra mis-sistema ta’ kontroll tal-kapaċità. Barra minn hekk, ir-Rapport tal-OECD ta’ Frar 2021 innota żieda fil-kapaċità żejda tal-azzar madwar id-dinja u xprunata b’mod partikolari mill-pajjiżi Asjatiċi inkluża ċ-Ċina (48).

(130)

Il-Gvern Ċiniż għandu pjanijiet ambizzjużi għall-industrija tal-azzar tiegħu (49) peress li għandu l-għan li jneħħi impjanti skaduti u kumpaniji mhux kompetittivi bi spejjeż eċċessivi filwaqt li jiffoka fuq it-tisħiħ u l-promozzjoni tal-produtturi tal-azzar li huma konformi mal-politiki u l-prijoritajiet tal-gvern. L-idea hija li l-industrija titnaddaf, li jissaħħu l-atturi ewlenin u li jitneħħew l-operaturi li ma jilħqux l-aħjar prestazzjoni u dawk li ma jikkonformawx (jew jallinjaw ruħhom) mal-prijoritajiet tal-gvern. L-għan huwa li titrawwem “ġenerazzjoni ġdida ta’ mexxejja tal-industrija”. Dan jinkiseb permezz ta’ politiki bħas-sistema ta’ konverżjoni tal-kapaċità, l-iskambju ta’ dejn ma’ ekwità, li jippermettu diskrezzjoni sostanzjali ħafna tal-Istat fuq l-operazzjonijiet ta’ ditti individwali. L-għan sottostanti huwa li jiżdiedu l-kapaċitajiet ta’ atturi “magħżula”, li huma produtturi b’livell għoli ta’ prestazzjoni li jikkonformaw mal-objettivi attwali tal-gvern għall-industrija tal-azzar.

(131)

L-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza stmat il-kapaċità Ċiniża totali ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar għal aktar minn 345 miljun tunnellata, filwaqt li l-produzzjoni u l-konsum Ċiniż it-tnejn kienu stmati għal 314-il miljun tunnellata fl-2020. Abbażi ta’ dan, il-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina kienet stmata għal 31 miljun tunnellata fl-2020, li hija indikattiva għall-kapaċità ta’ riżerva fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u li hija kważi daqs il-konsum totali tal-Unjoni fis-suq ħieles (madwar 35 miljun tunnellata) fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(132)

Id-deċellerazzjoni fid-domanda Ċiniża għall-azzar fil-bidu tal-2021 hija u se tkun mutur ewlieni taż-żieda fl-esportazzjonijiet. L-iżbilanċ li jirriżulta bejn il-kapaċità u d-domanda x’aktarx li jżid il-pressjoni fuq il-produtturi biex jesportaw. Il-kapaċitajiet Ċiniżi huma kbar wisq meta mqabbla mal-ħtiġijiet attwali tal-ekonomija Ċiniża.

(133)

Fuq din il-bażi, huwa probabbli li l-produtturi Ċiniżi se jidderieġu l-kapaċitajiet ta’ riżerva tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet kbar bi prezzijiet sussidjati f’każ li l-miżuri jiskadu.

4.2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(134)

Is-suq tal-Unjoni huwa fost l-akbar swieq ta’ ċerti prodotti ċatti tal-azzar b’laminazzjoni termali madwar id-dinja. Is-suq Ċiniż ma jistax jassorbi l-kapaċità żejda tal-azzar u s-swieq ewlenin ta’ pajjiżi terzi huma magħluqa għall-esportazzjonijiet Ċiniżi peress li għandhom fis-seħħ miżuri anti-dumping, salvagwardji jew miżuri protettivi oħra kontra r-RPĊ (50). Barra minn hekk, il-livelli tal-prezzijiet fl-Unjoni (il-prezz medju mitlub mill-industrija tal-Unjoni kien ta’ EUR 734/tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami) huma ogħla mill-prezz medju mitlub mill-produtturi esportaturi Ċiniżi lill-bqija tad-dinja (EUR 714/tunnellata fil-livell CIF). Peress li, kif huwa spjegat fil-premessa (206) hawn taħt, l-HRF huwa prodott ta’ komodità sensittiv ħafna għall-prezz, l-esportaturi Ċiniżi jkollhom inċentiv qawwi biex jidderieġu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jiskadu.

(135)

Fit-talba tiegħu l-applikant sostna li l-miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar tal-Unjoni biss, li japplikaw għall-prodott taħt rieżami, ma jkunux biżżejjed biex jipproteġu s-suq tal-Unjoni kontra l-importazzjonijiet fi kwantitajiet sinifikanti bi prezzijiet sussidjati. Billi ċ-Ċina ma rċeviet l-ebda kwota speċifika għall-pajjiż għall-prodott taħt rieżami, il-produtturi Ċiniżi għandhom aċċess għal ammont kbir ta’ volumi ta’ kwoti residwi li taħthom setgħu jidderieġu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni kieku l-miżuri kumpensatorji kellhom jiskadu. B’riżultat ta’ dan, jekk il-miżuri kumpensatorji kellhom jitħassru, il-volumi tal-esportazzjoni Ċiniżi x’aktarx li jiżdiedu b’mod sinifikanti fi ħdan il-kwota residwa u b’hekk jimlew is-suq tal-Unjoni qabel ma jsir applikabbli kwalunkwe dazju barra mill-kwota skont il-miżura ta’ salvagwardja.

4.3.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tas-sussidjar

(136)

Il-Kummissjoni, abbażi tal-fatti disponibbli, ikkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza li s-sussidjar tal-industrija tal-HRF fir-RPĊ kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u x’aktarx li jkompli fil-futur. L-ebda evidenza ma wriet li s-sussidji u l-programmi ta’ sussidju inkwistjoni se jintemmu fil-futur qrib.

(137)

Is-sussidjar tal-industrija tal-HRF jippermetti lill-produtturi Ċiniżi jżommu l-kapaċitajiet tal-produzzjoni tagħhom f’livell li jaqbeż sew id-domanda domestika u possibbilment jista’ jkopri l-konsum tal-Unjoni kollu.

(138)

Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li t-tħassir tal-miżuri kumpensatorji x’aktarx jirriżulta f’ridirezzjoni ta’ volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet sussidjati tal-prodott li qed jiġi eżaminat lejn is-suq tal-Unjoni. Diversi programmi ta’ sussidju għadhom qed jiġu offruti mill-GTĊ lill-industrija tal-HRF u l-Kummissjoni ddeterminat li l-industrija tal-HRF ibbenefikat minn għadd minnhom matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

5.   DANNU

5.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(139)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn 21 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

(140)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġiet stabbilita għal madwar 70 miljun tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħat-talba għar-rieżami ta’ skadenza, it-tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati u t-tweġiba għall-kwestjonarju makro mibgħuta mill-EUROFER. Kif huwa indikat fil-premessa (13), il-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 29 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

5.2.   Konsum tal-Unjoni

(141)

Il-prodott taħt rieżami jitqies bħala materjal primarju għall-produzzjoni ta’ diversi prodotti downstream b’valur miżjud, li jibdew bi prodotti b’laminazzjoni fil-kiesaħ. Minħabba li l-industrija tal-Unjoni hija fil-biċċa l-kbira integrata vertikalment u tipproduċi kemm il-prodott taħt rieżami kif ukoll il-prodotti downstream, kemm is-suq kaptiv kif ukoll dak ħieles ġew analizzati separatament, fejn xieraq.

(142)

Id-distinzjoni bejn suq kaptiv u suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu għaliex il-prodotti destinati għas-suq kaptiv ma jiġux esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet, u l-prezzijiet tat-trasferiment, jekk ikun hemm, jiġu stabbiliti fil-gruppi skont politiki varji ta’ prezzijiet. Għall-kuntrarju, il-produzzjoni destinata għas-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, u l-prezzijiet huma stabbiliti skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

(143)

Biex tipprovdi stampa kemm jista’ jkun kompluta tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet data għall-attività kollha tal-prodott simili u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx destinata għas-suq kaptiv jew għas-suq ħieles. Il-Kummissjoni sabet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, madwar 60 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili kienet destinata għas-suq kaptiv.

(144)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum fis-suq ħieles tal-Unjoni abbażi ta’ (a) il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi magħrufa kollha fl-Unjoni, kif irrapportat fit-tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER u (b) l-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiżi terzi kollha kif irrapportat mill-Eurostat. Il-konsum fis-suq kaptiv tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-użu kaptiv u tal-bejgħ kaptiv fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi magħrufa kollha fl-Unjoni, kif huwa rrapportat fit-tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER.

(145)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni (000 tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Konsum tas-suq ħieles

34 533

32 411

27 899

34 869

Indiċi

100

94

81

101

Konsum kaptiv

45 289

42 011

36 989

40 424

Indiċi

100

93

82

89

Konsum totali tal-Unjoni

79 822

74 422

64 888

75 293

Indiċi

100

93

81

94

Sors: il-Eurostat, Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER

(146)

Il-konsum totali tal-Unjoni naqas b’7 % fl-2019 u naqas drastikament bi 12 % oħra fl-2020 minħabba tnaqqis fid-domanda kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, dan it-tnaqqis kien segwit minn irkupru tajjeb xprunat mill-irkupru fid-domanda tal-azzar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami iżda kien għadu 6 % taħt il-livell tal-2018.

(147)

Il-konsum tas-suq ħieles segwa xejra simili għal dik tal-konsum totali tal-Unjoni. Dan naqas drastikament b’19 % sal-2020 u rkupra b’mod qawwi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u laħaq livell saħansitra ta’ 1 % ogħla minn dak tal-2018.

(148)

Ix-xejra tal-konsum fis-suq kaptiv kienet kważi identika għax-xejra totali tal-konsum tal-Unjoni, u naqset drastikament sal-2020 bi 18 % segwita minn irkupru li madankollu laħaq biss 89 % tal-livell tal-2018.

(149)

B’mod ġenerali, il-konsum totali tal-Unjoni naqas b’6 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

5.3.1.    Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(150)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi ta’ tqabbil bejn il-volumi tal-importazzjoni u l-konsum fis-suq ħieles tal-Unjoni, kif huwa rrapportat fit-Tabella 2 hawn fuq.

(151)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Volum ta’ importazzjoni (000 tunnellata), sehem mis-suq u prezzijiet (EUR/tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Volum ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ

1,7

0,5

0,3

28,7

Is-sehem mis-suq

0,0  %

0,0  %

0,0  %

0,1  %

Prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ

1 674

3 177

2 482

664

Indiċi

100

190

148

40

Sors: il-Eurostat, Tweġiba għall-Kwestjonarju Makro mill-EUROFER

(152)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2017, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu għal livell insinifikanti, b’sehem mis-suq negliġibbli ta’ 0,002 % fl-2018. Mill-2018 sal-2020, l-importazzjonijiet naqsu saħansitra aktar. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet mir-RPĊ, madankollu, żdiedu f’April 2021 meta mqabbla mal-livelli baxxi fit-tliet snin preċedenti. Madankollu, is-sehem mis-suq baqa’ baxx ħafna fil-livell ta’ 0,1 %.

(153)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi kif irrapportati fil-Eurostat kienu eċċezzjonalment għoljin matul l-2018, l-2019 u l-2020, għalkemm naqsu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-prezzijiet eċċezzjonalment għoljin tal-importazzjoni mill-2018 sal-2020 x’aktarx huma marbuta mal-fatt li ċ-Ċina importat volum negliġibbli fl-Unjoni li ma jistax jitqies affidabbli.

(154)

Il-Kummissjoni qieset li l-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi rrapportati fl-Eurostat matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma humiex rappreżentattivi tal-prezzijiet medji tal-HRF minħabba l-volum baxx ħafna ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ matul dak il-perjodu u li ma setgħux jintużaw biex jinġibdu konklużjonijiet sinifikanti jew rilevanti.

(155)

L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ

Volum (000 tunnellata)

7 997

7 225

5 879

9 635

 

Indiċi

100

90

74

120

 

Is-sehem mis-suq

23  %

22  %

21  %

28  %

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

532

482

428

765

 

Indiċi

100

90

80

144

Sors: il-Eurostat

(156)

L-importazzjonijiet totali tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi għajr il-pajjiż ikkonċernat naqsu mill-2018 għall-2020 b’26 % u żdiedu drastikament fl-2021 biex laħqu sehem mis-suq ta’ 28 %, li huwa 20 % ogħla mil-livell tal-2018. B’mod ġenerali, l-Unjoni timporta HRF minn aktar minn 40 pajjiż madwar id-dinja. L-akbar ħames esportaturi tal-HRF lejn l-UE matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienu r-Russja, l-Indja, it-Turkija, l-Eġittu u t-Tajwan, li jirrappreżentaw 18 % tas-suq ħieles tal-Unjoni u 65 % tal-importazzjonijiet kollha tal-HRF. Individwalment, ir-Russja kienet l-akbar esportatur b’sehem mis-suq ta’ 5,8 % filwaqt li l-erba’ pajjiżi l-oħra kellhom sehem mis-suq ta’ bejn 2 % u 4 %, rispettivament. L-ebda pajjiż ieħor ma għandu sehem mis-suq ta’ aktar minn 2 %. Fost l-akbar esportaturi, l-importazzjonijiet mir-Russja (51) u t-Turkija (52) bħalissa huma koperti minn miżuri anti-dumping.

5.4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.4.1.    Rimarki ġenerali

(157)

F’konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet sussidjati fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(158)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data pprovduta mill-applikant li kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(159)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-ammont ta’ sussidji kumpensabbli, u l-irkupru minn sussidjar preċedenti.

(160)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

(161)

Kif huwa spjegat fil-premessi (143) - (144), biex tipprovdi stampa kemm jista’ jkun kompluta tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet data għall-produzzjoni kollha tal-prodott ikkonċernat u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx destinata għas-suq kaptiv jew għas-suq ħieles. Fejn huwa rilevanti u possibbli, il-Kummissjoni analizzat separatament l-indikaturi tad-dannu relatati mas-suq ħieles u dak kaptiv.

5.4.2.    Indikaturi makroekonomiċi

5.4.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(162)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 4

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Volum tal-produzzjoni (000 tunnellata)

75 626

70 920

61 096

69 531

Indiċi

100

94

81

92

Kapaċità tal-produzzjoni (000 tunnellata)

90 923

92 584

91 965

93 249

Indiċi

100

102

101

103

L-użu tal-kapaċità

83  %

77  %

66  %

75  %

Indiċi

100

92

80

90

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER

(163)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni segwa xejra simili bħall-konsum totali tal-Unjoni u naqas b’mod ġenerali b’madwar 8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bi tnaqqis sinifikanti fl-2020 segwit minn rkupru minħabba r-raġunijiet spjegati fil-premessa (146).

(164)

Filwaqt li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet bi ftit matul il-perjodu meqjus bi 3 %, l-użu tal-kapaċità segwa l-istess xejra negattiva bħall-volum tal-produzzjoni u l-konsum u naqas b’10 % bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

5.4.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(165)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 5

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq fis-suq ħieles (000 tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Bejgħ fis-suq ħieles

26 534

25 185

22 020

25 205

Indiċi

100

95

83

95

Is-sehem mis-suq

77  %

78  %

79  %

72  %

Indiċi

100

101

104

99

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER

(166)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni segwa x-xejra tal-konsum matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan naqas bejn l-2018 u l-2020 għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (146), segwit minn irkupru fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, l-irkupru fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien għadu taħt il-livelli tal-2018.

(167)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ konsum tal-Unjoni żdied bi ftit mill-2018 għall-2020 minn 77 għal 79 % u naqas b’seba’ punti perċentwali bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal 72 %. Kif jidher fit-Tabella 4, dan it-tnaqqis huwa spjegat mill-fatt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdied b’7 % bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jispjega t-telf tal-industrija tal-Unjoni fis-sehem mis-suq ħieles.

Tabella 6

Volum kaptiv fis-suq tal-Unjoni u sehem mis-suq (000 tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Volum kaptiv fis-suq tal-Unjoni

45 289

42 011

36 989

40 424

Indiċi

100

93

82

89

Produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni

75 626

70 920

61 096

69 531

% tal-volum kaptiv meta mqabbel mal-produzzjoni totali

59,9  %

59,2  %

60,5  %

58,1  %

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER

(168)

Il-volum kaptiv tal-industrija tal-Unjoni (magħmul minn użu kaptiv u bejgħ kaptiv fis-suq tal-Unjoni) naqas bi 18 % mill-2018 sal-2020 u rkupra b’7 punti perċentwali fl-2021, li rriżulta fi tnaqqis ġenerali ta’ 11 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minn madwar 45 miljun tunnellata għal 40 miljun tunnellata mill-bidu sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod ġenerali, is-suq kaptiv u s-suq ħieles segwew l-istess xejra. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iżvilupp tas-suq kaptiv ma kellu l-ebda impatt sinifikanti fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles.

(169)

Is-sehem mis-suq kaptiv tal-industrija tal-Unjoni (espress bħala perċentwal tal-produzzjoni totali) baqa’ relattivament stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u kien ivarja bejn 58,1 % u 60,5 %.

5.4.2.3.   Tkabbir

(170)

F’kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum u fil-produzzjoni, l-industrija tal-Unjoni tilfet il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq fis-suq ħieles. B’mod ġenerali, ma kienx hemm tkabbir għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.4.2.4.   Impjiegi u produttività

(171)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 7

L-impjiegi u l-produttività

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

L-għadd ta’ impjegati

41 161

38 980

36 207

38 470

Indiċi

100

95

88

93

Produttività (unità/impjegat)

1 824

1 819

1 687

1 807

Indiċi

100

100

93

99

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER

(172)

Bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-għadd ta’ impjegati involuti fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami segwa x-xejra tal-volum tal-produzzjoni tal-Unjoni, naqas drastikament bejn l-2018 u l-2020 biex irkupra ftit matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod ġenerali dan irriżulta fi tnaqqis b’7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(173)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala output (tunnellati) għal kull impjegat, baqgħet b’mod ġenerali stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.4.2.5.   Il-kobor tal-ammont tas-sussidji kumpensabbli u tal-irkupru minn sussidjar preċedenti

(174)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza li turi li l-produtturi komplew jirċievu sussidji kumpensabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. L-ammont tas-sussidji kumpensabbli għaċ-Ċina, speċifikat hawn fuq fit-taqsima dwar is-sussidji, huwa sinifikanti.

(175)

Il-miżuri antisussidji imposti wara l-investigazzjoni oriġinali ppermettew lill-industrija tal-Unjoni tirkupra minn sussidjar preċedenti, kif jidher mid-data għall-2018. Dan ġie kkonfermat ukoll mis-sejbiet tal-Kummissjoni fl-investigazzjoni anti-dumping kontra prodotti ċatti b’laminazzjoni termali mit-Turkija. (53)

5.4.3.    Indikaturi mikroekonomiċi

5.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(176)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Il-prezz medju tal-bejgħ unitarju fis-suq ħieles

549

509

450

734

Indiċi

100

93

82

134

Kost unitarju tal-produzzjoni

518

557

534

669

Indiċi

100

108

103

129

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(177)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 17 % bejn l-2018 u l-2020 u żdiedu drastikament b’34 % fl-2021. Ix-xejra tal-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kienet influwenzata mit-tfixkil serju kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u mit-tkomplija wara l-pandemija fid-domanda. Fl-2021, id-domanda għolja għall-azzar, il-provvista ristretta, u ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni kienu l-fatturi li influwenzaw iż-żieda f’daqqa u sinifikanti fil-prezz tal-bejgħ tal-unità.

(178)

Il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied b’29 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, fl-2019 il-kost tal-produzzjoni żdied filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-unità naqsu. In-nuqqas ta’ kapaċità għall-industrija tal-Unjoni li tirrifletti ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni fil-prezz tal-bejgħ tagħha kien minħabba l-volumi kbar ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mit-Turkija, li niżżlu l-prezzijiet. Fl-2020, kemm il-kost tal-produzzjoni kif ukoll il-prezzijiet tal-bejgħ naqsu, iżda tal-ewwel naqas b’inqas. Dan kien dovut għat-tnaqqis qawwi fis-suq matul il-pandemija tal-COVID-19, li naqqset il-prezzijiet b’mod sinifikanti filwaqt li l-kost tal-produzzjoni kien inqas affettwat. Il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied fl-2021 minħabba żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-komoditajiet. Madankollu, minħabba l-irkupru ta’ wara l-COVID, id-domanda żdiedet ukoll u konsegwentement, il-prezzijiet żdiedu wkoll b’mod sinifikanti (aktar minn 50 % bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami), saħansitra aktar miż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni fl-istess perjodu.

5.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(179)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR/FTE)

64 164

69 352

69 748

78 444

Indiċi

100

108

109

122

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(180)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kostijiet lavorattivi medji żdiedu bi 22 %. Filwaqt li l-għadd ta’ impjegati fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami naqas, meta mqabbel mal-2018, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdied.

5.4.3.3.   Inventarji

(181)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 10

Inventarji

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Stokks tal-għeluq (tunnellati)

631 608

533 200

390 880

522 405

Indiċi

100

84

62

83

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

5,0  %

4,5  %

3,8  %

4,6  %

Indiċi

100

90

76

92

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(182)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-istokk tal-HRF tal-industrija tal-Unjoni naqas kontinwament, bi tnaqqis drastiku fl-2020, li huwa spjegat mill-effetti tal-pandemija tal-COVID-19, u l-irkupru fl-2021. L-industrija tal-HRF fl-Unjoni hija kkaratterizzata minn kuntratti qafas (ta’ xahar, trimestrali, ta’ sena) bejn il-produtturi u l-klijenti li jiffissaw il-kwantitajiet u l-prezzijiet. Dawn il-kuntratti qafas huma implimentati permezz ta’ ordnijiet ta’ xiri skont il-ħtiġijiet tal-klijenti. B’riżultat ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni tista’ tippjana l-produzzjoni u l-inventarji tagħha. Għaldaqstant, u wkoll kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, l-istokks ma humiex meqjusa bħala indikatur importanti tad-dannu għal din l-industrija, peress li l-biċċa l-kbira tat-tipi tal-prodott simili huma prodotti mill-industrija tal-Unjoni abbażi ta’ ordnijiet speċifiċi tal-utenti.

5.4.3.4.   Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(183)

Il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 11

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-Unjoni (% tal-fatturat tal-bejgħ)

8,4

-7,2

-18,0

14,1

Indiċi

100

-86

- 214

168

Il-fluss ta’ flus (EUR)

496 319 788

-6 211 922

- 130 468 840

645 183 908

Indiċi

100

-1,3

-26

130

L-investimenti (EUR)

216 927 207

433 154 031

181 406 902

394 535 083

Indiċi

100

200

84

182

Ir-redditu fuq l-investimenti

9,1  %

-6,0  %

-13,3  %

17,4  %

Indiċi

100

-66

- 146

191

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(184)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili fis-suq ħieles tal-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(185)

Il-profittabbiltà varjat matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni għalkemm il-profittabbiltà ġenerali żdiedet b’5,7 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2017, l-industrija rkuprat u rreġistrat profitt fl-2018. Madankollu, it-telf iġġarrab fl-2019 u l-profittabbiltà laħqet l-aktar livell baxx tagħha, jiġifieri -18 %, fl-2020 fil-qalba tal-pandemija, filwaqt li fl-2021 il-profitt reġa’ lura b’mod qawwi għal 14,1 %. Fl-istess ħin, wara l-impożizzjoni ta’ miżuri kontra r-RPĊ, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi mit-Turkija żdiedu malajr, u dan jispjega t-tnaqqis fil-profittabbiltà fl-2019. Dan it-tnaqqis fil-profittabbiltà mbagħad ġie aggravat mix-xokkijiet ikkawżati mill-pandemija globali fl-2020, bħat-tfixkil fil-katina tal-provvista u t-tnaqqis fil-konsum tal-azzar. Żieda qawwija fid-domanda tal-azzar, flimkien ma’ żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ, wasslet għal profitti ogħla b’mod mhux tas-soltu fl-2021, li mmarkat sena eċċezzjonali għall-industrija tal-Unjoni.

(186)

Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żviluppat b’mod simili għall-profittabbiltà: tnaqqis drastiku fl-2019-2020, segwit minn irkupru qawwi fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(187)

Bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-investimenti żdiedu bi 82 %. B’mod ġenerali, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-flussi ta’ investiment segwew distribuzzjoni bimodali: l-investiment żdied b’mod sinifikanti fl-2019, segwit minn tnaqqis fl-2020 u t-tieni massimu fl-2021. B’mod ġenerali, l-investimenti kellhom l-għan li jtejbu l-kwalità u l-ekoloġizzazzjoni tal-produzzjoni.

(188)

Ir-redditu fuq l-investimenti (ROI) huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment tjieb b’mod sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2018. Fil-fatt, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-ROI żdied bi 8,3 punti perċentwali. Dan żviluppa b’mod simili għall-profittabbiltà: tnaqqis drastiku fl-2019 u fl-2020, segwit minn irkupru qawwi fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(189)

Il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li jżidu l-kapital ma ġietx affettwata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li ra rkupru rapidu mill-pandemija.

5.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(190)

Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji kontra l-importazzjonijiet ta’ HRF miċ-Ċina fl-2017, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu u baqgħu taħt il-livell de minimis matul il-perjodu kkunsidrat, u dan ippermetta lill-industrija tal-Unjoni tibda tirkupra mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina u, kif ikkonfermat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1100 (54) dwar l-importazzjonijiet ta’ HRF li joriġinaw mit-Turkija, kienet irkuprat sa tmiem l-2018. Madankollu, l-irkupru tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni waqaf f’daqqa u treġġa’ lura fl-2019, meta l-industrija tal-Unjoni kellha tikkompeti ma’ volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx minn Türkiye, u ġegħlitha tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha taħt il-kostijiet biex iżżomm is-sehem mis-suq tagħha u b’hekk ikkawżat dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni (55). F’Lulju 2021, il-Kummissjoni imponiet miżuri definittivi kontra t-Turkija u bis-saħħa ta’ diversi fatturi involuti, kif spjegat fil-premessa (185), is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tjiebet u rkuprat sal-aħħar tal-2021 għal sitwazzjoni ekonomika simili għal dik tal-2018. Għalhekk, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx għadha titqies bħala li ġarrbet dannu.

(191)

B’mod aktar partikolari, kważi l-indikaturi kollha tad-dannu, b’mod partikolari l-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ, l-impjiegi u l-produttività, il-profitt, il-fluss tal-flus u l-ROI segwew xejra simili matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Din ix-xejra kienet ikkaratterizzata minn tnaqqis fl-2019, tnaqqis aktar qawwi fl-2020 u rkupru fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal livelli simili għal dawk fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni fl-2018. Ir-raġuni għal din ix-xejra irregolari tinsab fil-biċċa l-kbira fil-koinċidenza ta’ influss konsiderevoli ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx tal-HRF mit-Turkija u d-dinamika unika maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19. Il-lockdowns u l-interruzzjonijiet tal-attività industrijali wasslu għal livelli ta’ konsum baxxi ħafna u domanda baxxa għall-azzar fl-2020, filwaqt li d-domanda u l-prezzijiet tal-azzar żdiedu fl-2021 matul l-irkupru ta’ wara l-COVID li wassal, fost l-oħrajn, għal profitti eċċezzjonalment għoljin għall-industrija tal-azzar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(192)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(193)

Madankollu, l-indikaturi ma jistgħux jiġu analizzati mingħajr ma jitqiesu l-kundizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli tas-suq tal-azzar tal-2021. Madankollu, fl-2020, it-tnaqqis fl-attività industrijali kkawżat mill-pandemija u t-tnaqqis konsegwenti fid-domanda għall-azzar, wasslu għal tnaqqis qawwi fir-ritmu tal-prestazzjoni tal-industrija tal-azzar u tal-ekonomija globali b’mod ġenerali. Fl-2021, xprunat minn żieda fid-domanda, il-konsum tal-azzar irkupra b’mod qawwi, kif għamlu l-prezzijiet tal-azzar.

6.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

(194)

Kif spjegatfFil-premessa (192), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Min-naħa l-oħra, kif huwa spjegat fil-premessa (138), il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tħassir tal-miżuri kumpensatorji x’aktarx jirriżulta f’ridirezzjoni ta’ volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet sussidjati tal-prodott taħt rieżami lejn is-suq tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu kkawżata mill-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(195)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi probabbli u l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni.

6.1.   Kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

(196)

Kif huwa deskritt fil-premessa (131), il-produtturi fiċ-Ċina għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti. Tabilħaqq, il-kapaċità ta’ riżerva stmata Ċiniża tikkorrispondi għal 89 % tad-daqs tal-konsum tas-suq ħieles tal-UE. Din il-kapaċità ta’ riżerva tista’ tintuża biex jiġi manifatturat il-prodott taħt rieżami għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Barra minn hekk, kif huwa ddikjarat fil-premessa (132), it-tnaqqis fid-domanda għall-azzar miċ-Ċina huwa, u se jkun, mutur ewlieni għaż-żieda fl-esportazzjonijiet. L-iżbilanċ li jirriżulta bejn il-kapaċità u d-domanda fiċ-Ċina x’aktarx li jżid il-pressjoni fuq il-produtturi Ċiniżi biex jesportaw.

(197)

Barra minn hekk, wieħed mis-swieq prinċipali, l-Istati Uniti tal-Amerka, huwa protett minn miżuri anti-dumping fuq il-prodott taħt rieżami, li jnaqqas l-aċċess tal-produtturi Ċiniżi.

6.2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(198)

Kif huwa deskritt fil-premessa (134), is-suq tal-Unjoni huwa fost l-akbar swieq ta’ ċerti prodotti ċatti tal-azzar b’laminazzjoni termali madwar id-dinja. Barra minn hekk, is-suq Ċiniż ma jistax jassorbi l-kapaċità żejda tal-azzar u s-swieq ewlenin ta’ pajjiżi terzi huma magħluqa għall-esportazzjonijiet Ċiniżi peress li għandhom miżuri anti-dumping, salvagwardji jew miżuri protettivi oħra fis-seħħ kontra r-RPĊ. Barra minn hekk, il-livelli tal-prezzijiet fl-Unjoni huma ogħla mill-prezz medju mitlub mill-esportaturi Ċiniżi lill-bqija tad-dinja. Għalhekk, is-suq tal-Unjoni jirrappreżenta mira attraenti għall-kapaċità ta’ riżerva eżistenti fir-RPĊ jekk il-miżuri antisussidji kellhom jitħassru.

(199)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA kkontestat il-konklużjonijiet fir-rigward tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni, bl-argument li l-industrija tal-azzar Ċiniża tiddependi fuq is-suq domestiku tagħha, u li l-konsum domestiku Ċiniż huwa għaxar darbiet akbar mis-segment tas-suq ħieles tal-UE. Hija enfasizzat ukoll li mill-1 ta’ Awwissu 2021, ċerti prodotti tal-azzar, inkluż l-azzar ċatt b’laminazzjoni termali, ma għadhomx eliġibbli għal rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-VAT, u b’hekk għandhom effett skoraġġanti fuq l-esportazzjonijiet u jidderieġu mill-ġdid il-produzzjoni tal-azzar Ċiniża lejn l-industrija domestika Ċiniża.

(200)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-konsum domestiku Ċiniż tal-HRF huwa ferm akbar mis-suq ħieles tal-UE iżda kif spjegat fil-premessa (196), il-produtturi fiċ-Ċina għandhom kapaċità żejda sinifikanti li ma jistgħux jużaw fis-suq domestiku tagħhom. Għalhekk ma hemm xejn li jipprevjeni lill-produtturi Ċiniżi milli jużaw din il-kapaċità żejda biex jipproduċu l-prodott taħt rieżami għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Barra minn hekk, kif iddikjarat fil-premessa (132), it-tnaqqis fid-domanda Ċiniża għall-azzar huwa, u se jkun, xprun ewlieni biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet. L-iżbilanċ li jirriżulta bejn il-kapaċità u d-domanda fiċ-Ċina x’aktarx li jżid il-pressjoni fuq il-produtturi Ċiniżi biex jesportaw. Fir-rigward tal-allegata bidla fis-sistema tal-VAT, il-Kummissjoni nnotat li s-CISA ma pprovdiet l-ebda evidenza li ssostni l-argument li l-bidla tar-rifużjonijiet tal-VAT kienet twassal, jew se twassal, għal xi bidliet sinifikanti fl-imġiba tal-esportazzjoni tal-produtturi Ċiniżi. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni bħala mhux sostanzjata.

6.3.   Il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi probabbli u l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni

(201)

B’kunsiderazzjoni tal-volumi baxxi ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ mill-2018 sal-2021, il-Kummissjoni qieset li l-prezzijiet tal-importazzjoni rrapportati fl-Eurostat ma setgħux jiġu invokati biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet tal-HRF miċ-Ċina fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping. Minflok, il-Kummissjoni qieset bħala proxy rappreżentattiv il-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn il-pajjiżi terzi kollha għajr l-Unjoni (“il-bqija tad-dinja” jew “ROW”).

(202)

Il-Kummissjoni stabbiliet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi (FOB) lejn il-bqija tad-dinja kienu bħala medja ta’ EUR 660/tunnellata. Abbażi ta’ dak il-prezz u sabiex jiġi ddeterminat prezz probabbli li bih l-esportazzjonijiet Ċiniżi jaslu fil-fruntiera tal-Unjoni, il-Kummissjoni żiedet il-kost għall-assigurazzjoni u l-merkanzija. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni rrikorriet għall-kostijiet użati fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri EUR 52/tunnellata, jew 7,9 % tal-prezz/tunnellata, bħala l-aħjar fatti disponibbli. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezz CIF probabbli tal-importazzjoni tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-HRF lejn l-Unjoni, fin-nuqqas ta’ miżuri, ma jkunx aktar minn EUR 712/tunnellata.

(203)

Minħabba li ntużat id-data statistika, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, seta’ jiġi stabbilit biss prezz medju għal kull tunnellata għal varjetà kbira ta’ tipi ta’ prodotti. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ informazzjoni fil-livell tat-tip ta’ prodott, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq kalkolu preċiż tat-twaqqigħ tal-prezz iżda kellha tillimita lilha nnifisha għal tqabbil tal-prezzijiet bejn il-prezzijiet medji għal kull tunnellata.

(204)

Il-prezz tal-esportazzjonijiet Ċiniżi ddeterminat b’dan il-mod tqabbel mal-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ matul l-investigazzjoni tar-rieżami tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun imposti fuq il-klijenti fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works.

(205)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fl-istess livell ta’ kummerċ u, b’analoġija ma’ metodoloġija preċiża ta’ kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz, ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan wera li bħala medja l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni jwaqqgħu l-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni b’madwar 8 %.

(206)

L-HRF huwa prodott ta’ komodità sensittiv ħafna għall-prezzijiet u kif osservat fl-investigazzjoni oriġinali dwar l-importazzjonijiet ta’ HRF miċ-Ċina kif ukoll fl-investigazzjoni dwar il-prodott identiku minn Türkiye, livelli pjuttost modesti ta’ twaqqigħ tal-prezz flimkien ma’ volumi kbar huma suxxettibbli li jkollhom impatt sinifikanti u immedjat fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni (56). Fiż-żewġ investigazzjonijiet, il-marġnijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz taħt il-5 % ġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ (jew titlef is-sehem mis-suq) sa tali punt li ġarrbet dannu materjali fi żmien qasir.

(207)

Minħabba li l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet għadha kemm irkuprat minn perjodu ta’ taqlib u ekonomikament diffiċli, inkluża l-pandemija tal-COVID-19, b’telf akkumulat, għadha f’sitwazzjoni fraġli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet li diversi programmi ta’ sussidju għadhom qed jiġu offruti mill-GTĊ lill-industrija tal-HRF u l-Kummissjoni ddeterminat li l-industrija tal-HRF ibbenefikat minn għadd minnhom matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk huwa probabbli ħafna li r-rikorrenza ta’ importazzjonijiet sussidjati bi prezz baxx miċ-Ċina f’volumi sinifikanti li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni jkollha effett negattiv sinifikanti fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-produzzjoni, il-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet, il-profittabbiltà u l-ħtiġijiet tal-investiment, li jirriżulta f’dannu materjali rikorrenti.

(208)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA kkontestat l-għażla tal-perjodu kkunsidrat għall-analiżi tad-dannu. Hija argumentat li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-HRF b’volumi akbar mit-Turkija fl-2019, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkawżat mill-COVID, u ż-żieda fl-irkupru ta’ wara l-pandemija xekklu l-evidenza li sservi bħala bażi għall-analiżi tad-dumping u tad-dannu. Hija sostniet li l-Kummissjoni kellha tanalizza perjodu differenti u ssuġġeriet li teżamina perjodu estiż, li jkopri sena jew sentejn qabel il-perjodu kkunsidrat (2016-2018) kif ukoll wara l-PIR (2022).

(209)

Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. Hija fakkret li d-diversi elementi elenkati mis-CISA bħala li jistgħu jgħawġu l-evidenza matul il-perjodu kkunsidrat kienu ġew rikonoxxuti u kkunsidrati bir-reqqa fl-analiżi tad-dannu tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni osservat ukoll li anki li kieku kien jitqies perjodu estiż qabel il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, kif issuġġerit mis-CISA, l-istess elementi xorta kienu jkunu preżenti. Għar-rigward tal-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni, il-Kummissjoni fakkret li abbażi tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, “għandu jintgħażel perjodu ta’ investigazzjoni li, fil-każ ta’ dumping għandu, normalment, ikopri perjodu ta’ mhux inqas min sitt xhur immedjatament qabel il-bidu tal-proċeduri. L-informazzjoni relatata ma’ perjodu sussegwenti għall-perjodu ta’ investigazzjoni, normalment, tiġi kkunsidrata”. Hija ġurisprudenza stabbilita li l-Kummissjoni ma tistax tkun obbligata li tinkorpora fil-kalkoli tagħha fatturi relatati ma’ perijodu sussegwenti għall-perijodu ta’ investigazzjoni, sakemm tali fatturi ma jurux żviluppi ġodda li jagħmlu d-dazju antidumping propost manifestament mhux xieraq (57). L-istess raġunament, b’analoġija, għandu japplika għal investigazzjonijiet ta’ rieżami mibdija skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Is-CISA ma pprovdiet l-ebda evidenza li kellha t-tendenza li turi li l-iżviluppi li segwew il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami għamlu l-impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju manifestament mhux xierqa.

6.4.   Konklużjoni

(210)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ bi prezzijiet dannużi u li x’aktarx jerġa’ jseħħ dannu materjali.

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(211)

F’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antisussidji eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti.

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(212)

L-industrija tal-Unjoni tinsab fi 15-il Stat Membru (l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja). Hija timpjega aktar minn 38 000 impjegat fir-rigward tal-prodott taħt rieżami.

(213)

Fin-nuqqas ta’ miżuri, l-industrija tal-Unjoni mhux se tkun aktar protetta kontra ż-żieda probabbli ta’ importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina, li se jikkawżaw dannu materjali. L-effett tal-miżuri antisussidji se jkun pożittiv għall-produtturi tal-Unjoni, peress li l-miżuri se jgħinu lill-industrija tal-Unjoni tkompli l-irkupru tagħha mill-importazzjonijiet sussidjati u mill-effetti tal-pandemija tal-COVID-19. Għalhekk, huwa fl-interess ċar tal-industrija tal-Unjoni li l-miżuri jinżammu.

7.2.   L-interess tal-utenti u tal-importaturi mhux relatati

(214)

Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-utenti u lill-importaturi mhux relatati kollha magħrufa. L-ebda utent jew importatur mhux relatat ma ppreżenta ruħu u kkoopera f’din l-investigazzjoni billi ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-utenti u tal-importaturi mhux relatati u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni għall-kuntrarju, il-kontinwazzjoni tal-miżuri ma titqiesx kontra l-interess tal-utenti u tal-importaturi.

(215)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat jekk il-miżuri kontra ċ-Ċina jkollhomx effett negattiv fuq is-sigurtà tal-provvista, peress li hemm ukoll miżuri fis-seħħ fuq l-HRF kontra t-Turkija, il-Brażil, l-Iran u r-Russja. Il-livell tal-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni kien ta’ 75 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u l-kapaċità tal-produzzjoni totali qabżet il-konsum totali tal-Unjoni bi 18-il miljun tunnellata, skont id-data tal-kwestjonarju makro tal-EUROFER. Barra minn hekk, minkejja l-miżuri kontra xi wħud mill-esportaturi ewlenin tal-HRF, kważi 40 pajjiż esportaw il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u b’hekk urew li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma taffettwax id-diversifikazzjoni tal-provvista. Għal dawn ir-raġunijiet u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-utenti u mill-importaturi, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda riskju potenzjali fil-livell tal-provvista għall-utenti downstream.

(216)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA rreferiet għas-salvagwardja tal-UE fuq l-importazzjonijiet ta’, fost l-oħrajn, HRF miċ-Ċina, li tillimita b’mod sinifikanti l-possibbiltà għall-produtturi Ċiniżi li jesportaw l-HRF lejn is-suq tal-UE u tirrestrinġi l-flussi tal-kummerċ ħieles għad-detriment tal-produtturi downstream u tal-utenti finali.

(217)

Il-Kummissjoni fakkret li s-salvagwardja inkwistjoni ma tistax titqies ta’ natura dejjiema, u li l-miżura attwalment fis-seħħ (58) ma għandha l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ żieda fl-importazzjonijiet fin-nuqqas ta’ dazji kumpensatorji. Meta titqies in-natura temporanja tas-salvagwardja tal-azzar, il-Kummissjoni għalhekk sabet li dawn ma jistax ikollhom effett fuq il-konklużjonijiet tagħha f’din l-investigazzjoni. Dwar is-sigurtà tal-provvista, kif iddikjarat fil-premessa (215), il-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni qabżet il-konsum totali tal-Unjoni, u diversi pajjiżi terzi oħra esportaw l-HRF lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Barra minn hekk, il-miżura ta’ salvagwardja tiġi rieżaminata u aġġustata regolarment jekk ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata provvista suffiċjenti tal-azzar fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, il-miżuri ta’ salvagwardja ma jikkostitwixxux riskju għas-sigurtà tal-provvista għall-utenti downstream.

(218)

Barra minn hekk, is-CISA affermat ukoll li l-introduzzjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) tiddeterjora l-aċċess għas-suq tal-UE minħabba l-obbligi ta’ rapportar u s-soprataxxi onerużi marbuta mas-CBAM.

(219)

Il-Kummissjoni fakkret li s-CBAM se jidħol fis-seħħ biss f’Ottubru 2023 u li matul perjodu tranżitorju, sal-2026, l-importaturi se jkollhom jirrapportaw biss l-emissjonijiet integrati fil-merkanzija tagħhom mingħajr ma jġarrbu l-ebda tariffa finanzjarja. Ir-raġuni ddikjarata għal dan il-perjodu transnazzjonali hija li l-partijiet jingħataw żmien biex jaġġustaw qabel ma tidħol fis-seħħ is-sistema finali u biex jitnaqqas ir-riskju ta’ tfixkil fil-kummerċ. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li huwa prematur li ssir kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt potenzjali tas-CBAM fuq il-flussi kummerċjali futuri tal-HRF u ċaħdet l-affermazzjoni.

7.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(220)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra l-kontinwazzjoni tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ.

8.   AFFERMAZZJONIJIET LI L-MIŻURI JEĦTIEĠ LI JIĠU SOSPIŻI

(221)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA affermat li imisshom jiġu sosipiżi l-miżuri preżenti antisussidji f’konformità mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament bażiku, bl-argument li ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24(4) imsemmi huma ssodisfati. Affermat li l-kundizzjonijiet tas-suq inbidlu temporanjament b’tali mod li d-dannu ma jkunx probabbli li jkompli jew iseħħ bħala riżultat tas-sospensjoni. F’dik il-perspettiva, is-CISA rreferiet għat-tnaqqis mistenni fil-volum tal-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Ukrajna, għan-nuqqas ta’ provvista wara inċidenti fil-faċilitajiet tal-HRF fl-Unjoni Ewropea, u għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat.

(222)

Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni tas-CISA, peress li kienet ġenerika u ma kinitx issostanzjata. Min-naħa l-oħra, l-investigazzjoni tar-rieżami stabbiliet li d-dannu x’aktarx jerġa’ jseħħ fin-nuqqas ta’ miżuri u, mutatis mutandis, anki f’każ ta’ sospensjoni.

9.   MIŻURI ANTISUSSIDJI

(223)

Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni tas-sussidjar, ir-rikorrenza tad-dannu u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jinżammu l-miżuri antisussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ.

(224)

Sabiex jitnaqqsu r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji kumpensatorji individwali. Il-kumpaniji b’dazji kumpensatorji individwali jeħtiġilhom jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju kumpensatorju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(225)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati individwali tad-dazju kumpensatorju għall-importazzjonijiet, din ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(226)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(227)

Ir-rati ta’ dazju kumpensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw mir-RPĊ u prodotti mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi rati individwali ta’ dazju kumpensatorju.

(228)

Kumpanija tista’ titlob li jiġu applikati dawn ir-rati tad-dazju kumpensatorju individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (59). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(229)

Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni.

(230)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (60), meta jkollu jiġi rimborżat ammont fid-dawl ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-imgħax li għandu jitħallas ikun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(231)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilita mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament(UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazju kumpensatorju definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti llaminati ċatti tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, kemm jekk ikunu f’kojls u kemm jekk ma jkunux (inklużi “prodotti maqtugħa skont id-daqs” u “li jkunu strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b’laminazzjoni termali, mhux magħqudin flimkien (clad), indurati jew miksijin, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10 (il-kodiċi TARIC 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (il-kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (il-kodiċijiet TARIC 7226191091, 7226191095), 7226 91 91 u 7226 91 99 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Il-prodotti li ġejjin ma humiex koperti minn dan ir-rieżami:

(i)

prodotti ta’ azzar inossidabbli u azzar elettriku bis-siliċju bil-granijiet orjentati,

(ii)

prodotti tal-azzar tal-għodda u tal-azzar ta’ veloċità għolja,

(iii)

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji mqabbżin, ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar, u

(iv)

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr disinji mqabbżin, ta’ ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar, iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 2 050 mm jew aktar.

2.   Ir-rati tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju kumpensatorju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Bengang Steel Plates Co., Ltd.

28,1  %

C157

 

Handan Iron & Steel Group Han-Bao Co., Ltd.

7,8  %

C158

 

Hesteel Co., Ltd. Tangshan Branch  (61)

7,8  %

C159

 

Hesteel Co., Ltd. Chengde Branch  (62)

7,8  %

C160

 

Zhangjiagang Hongchang Plate Co., Ltd.

4,6  %

C161

 

Zhangjiagang GTA Plate Co., Ltd.

4,6  %

C162

 

Shougang Jingtang United Iron and Steel Co. Ltd.

31,5  %

C164

 

Beijing Shougang Co. Ltd., Qian’an Iron & Steel branch

31,5  %

C208

 

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness

17,1  %

Ara l-Anness

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

35,9  %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ biex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Jekk id-dazji kumpensatorji definittivi imposti bl-Artikolu 1(2) jiġu mmodifikati jew jitneħħew, id-dazji speċifikati fil-paragrafu 2 se jiżdiedu bl-istess proporzjon limitat għall-marġni tad-dumping reali misjub jew għall-marġni tad-dannu misjub kif xieraq għal kull kumpanija u mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

F’każijiet fejn id-dazju kumpensatorju jkun tnaqqas mid-dazju anti-dumping għal ċerti produtturi esportaturi, it-talbiet għal rifużjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037 għandhom iwasslu wkoll għall-valutazzjoni tal-marġini ta’ dumping għal dak il-produttur esportatur li jipprevali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rifużjoni. L-ammont li għandu jiġi rimborżat lill-applikant għal rifużjoni ma jistax jaqbeż id-differenza bejn id-dazju miġbur u d-dazju kumpensatorju u anti-dumping ikkombinat stabbilit fl-investigazzjoni tar-rifużjoni.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta’ April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 92, 6.4.2017, p. 68).

(4)  ĠU C 372, 16.9.2021, p. 10.

(5)  Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 223, 8.6.2022, p. 37).

(6)  It-terminu “GTĊ” jintuża f’dan ir-Regolament f’sens wiesa’, inkluż il-Kunsill tal-Istat, kif ukoll il-Ministeri, id-Dipartimenti, l-Aġenziji u l-Amministrazzjonijiet kollha fil-livell ċentrali, reġjonali jew lokali.

(7)  Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 150, 5.4.2022, p. 3).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1).

(11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 5).

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/688 tat-2 ta’ Mejju 2019 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ azzar miksi b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 116, 3.5.2019, p. 39).

(13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 tat-18 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 12, 19.1.2022, p. 34)

(14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2287 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl konvertitur tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2170 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 344).

(15)  Disponibbli fuq http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf.

(16)  Ara l-Artikolu LXIV, it-Taqsima 2 tal-14-il Pjan ta’ Ħames Snin.

(17)  Il-Kapitolu III, l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni Nru 40.

(18)  Ara l-premessa (182) tar-Regolament oriġinali.

(19)  Ara l-premessi minn (83) sa (244) tar-regolament oriġinali.

(20)  Ara l-premessi 70-82 u l-annessi S-1, S-2 u S-3 tat-talba.

(21)  Ara l-kapitlu 6.3 tar-Rapport.

(22)  Ara l-premessi (167) sa (236) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1).

(23)  Ara l-premessi (175) sa (237) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 5).

(24)  Ara l-premessi (101) sa (118) tar-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/688 tat-2 ta’ Mejju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ azzar miksi b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 116, 3.5.2019, p. 39).

(25)  Ara l-premessi (222) sa (285) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 189, 15.6.2020, p. 1).

(26)  Ara l-premessi (146) sa (223) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2287 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2170 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 344).

(27)  Ara l-premessi (215), (281) sa (311) tar-regolament oriġinali.

(28)  Ara l-premessi 209-215.

(29)  Ara l-kapitlu 9 tar-Rapport.

(30)  Ara l-premessi (474) sa (493).

(31)  Ara l-premessi (503) sa (512).

(32)  Ara l-premessi (533) sa (557) fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 tat-18 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 12, 19.1.2022, p. 34).

(33)  Il-premessi (312) sa (344) tar-Regolament oriġinali.

(34)  Ara l-premessi 198 sa 204 u l-Anness S-4.

(35)  Ara l-premessi (463) sa (488).

(36)  Ara l-premessi (474) sa (505).

(37)  Ara l-premessi (345) sa (364).

(38)  Ara l-premessi (549) sa (552).

(39)  Ara l-premessi (189) sa (202).

(40)  Ara l-premessi (516) sa (531).

(41)  Ara l-premessi minn (365) sa (393) tar-regolament oriġinali.

(42)  Ara l-premessi 183-197 u l-Annessi S-4 tat-talba.

(43)  Ara l-premessi 141-156.

(44)  Ara l-premessi 447-451.

(45)  Ara l-premessi 90 sa 182.

(46)  Ara l-premessi 119-134, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/688 tat-2 ta’ Mejju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ azzar miksi b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 116, 3.5.2019, p. 39), it-Taqsima 3.5.2

(47)  Worldsteel, 26.1.2021, in ThinkDesk China Research & Consulting, “China’s State-Business Nexus Revisited – Government Interventions and Market Distortions in the Chinese Steel Industry”, 17 ta’ Ottubru 2021, p. 92.

(48)  OECD, “Latest developments in steelmaking capacity”, Frar 2021, paġna 11.

(49)  ThinkDesk China Research & Consulting, “China’s State-Business Nexus Revisited – Government Interventions and Market Distortions in the Chinese Steel Industry”, is-17 ta’ Ottubru 2021.

(50)  Bħalissa hemm miżuri anti-dumping fil-pajjiżi li ġejjin: il-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerka, it-Turkija, il-Messiku u r-Renju Unit. Il-GCC (pajjiżi tal-Golf) għandu miżuri ta’ salvagwardja u l-Istati Uniti tal-Amerka għandhom ukoll miżuri tat-Taqsima 232.

(51)  ĠU L 258, 5.10.2017, p. 24.

(52)  ĠU L 238, 6.7.2021, p. 32.

(53)  Il-Premess 139, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/9 tas-6 ta’ Jannar 2021 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 3, 7.1.2021, p. 4).

(54)  Il-Premessa 210, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1100 tas-5 ta’ Lulju 2021 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 238, 6.7.2021, p. 32).

(55)  Ibid.

(56)  Il-Premessa 98, ĠU L 3, 7.1.2021, p. 4.

(57)  Sentenza tas-17 ta’ Diċembru 2008 f’T-462/04, HEG u Graphite India vs Il-Kunsill, ECLI:EU:T:2008:586, para 67.

(58)  Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159, il-Kummissjoni imponiet miżura ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ ċerti prodotti tal-azzar għal perjodu ta’ tliet snin. Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1029, il-miżura ta’ salvagwardja ġiet estiża sat-30 ta’ Ġunju 2024.

(59)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.

(60)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(61)  Qabel “Hebei Iron & Steel Co., Ltd. Tangshan Branch”.

(62)  Qabel “Hebei Iron & Steel Co., Ltd. Chengde Branch”.


ANNESS

Pajjiż

Isem

Kodiċi addizzjonali TARIC

RPĊ

Angang Steel Company Limited

C150

RPĊ

Maanshan Iron & Steel Co., Ltd

C165

RPĊ

Rizhao Steel Wire Co., Ltd.

C166

RPĊ

Rizhao Baohua New Material Co., Ltd.

C167

RPĊ

Wuhan Iron & Steel Co., Ltd.

C156


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

8.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/121


ID-DEĊIŻJONI Nru 1/2023 TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI SKONT IL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ĠAPPUN GĦAL SĦUBIJA EKONOMIKA

tal-1 ta’ Marzu 2023

dwar l-istabbiliment tal-lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala esperti, u l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura għall-bord ta’ esperti [2023/1124]

IL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (il-‘FSE bejn l-UE u l-Ġappun’) u b’mod partikolari l-paragrafu 2 u s-subparagrafu 4(d) tal-Artikolu 16.18 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-subparagrafu 4(d) tal-Artikolu 16.18 tal-FSE bejn l-UE u l-Ġappun jipprevedi li l-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli (il-‘Kumitat’) għandu jistabbilixxi lista ta’ mill-inqas 10 individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala esperti skont dak l-Artikolu,

(2)

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 16.18 tal-FSE bejn l-UE u l-Ġappun jipprevedi li l-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura għall-bord ta’ esperti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala esperti hija stabbilita kif jidher fl-Anness 1 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Ir-regoli ta’ proċedura għall-bord ta’ esperti huma adottati kif jidher fl-Anness 2 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-lista ta’ individwi u r-regoli ta’ proċedura għall-bord ta’ esperti stabbiliti fl-Anness 1 u l-Anness 2 ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 2 u s-subparagrafu 4(d) tal-Artikolu 16.18 tal-FSE bejn l-UE u l-Ġappun għandhom ikunu validi mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli

Il-Kopresidenti

Ulrich WEIGL

Għall-Unjoni Ewropea

Takeshi KOYAMA

Għall-Ġappun


ANNESS 1

LISTA TA’ ESPERTI MSEMMIJA FIS-SUBPARAGRAFU 4(d) tal-ARTIKOLU 16.18 tal-FSE BEJN L-UE U L-ĠAPPUN

Sottolista għall-Unjoni Ewropea

1.

Jorge CARDONA

2.

Karin LUKAS

3.

Laurence BOISSON DE CHAZOURNES

4.

Geert VAN CALSTER

Sottolista għall-Ġappun

1.

AGO Shin-ichi

2.

TAKAMURA Yukari

3.

TAMADA Dai

4.

YAGI Nobuyuki

Sottolista ta’ individwi li ma huma ċittadini tal-ebda Parti u li għandhom jaġixxu bħala l-president tal-bord

1.

Armand DE MESTRAL (il-Kanada)

2.

Jennifer A. HILLMAN (l-Istati Uniti tal-Amerka)

3.

Arthur Edmond APPLETON (l-Istati Uniti tal-Amerka)

4.

Nathalie BERNASCONI (l-Iżvizzera)


ANNESS 2

REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-BORD TA’ ESPERTI

Fi proċeduri tal-bord ta’ esperti skont il-Kapitolu 16 (Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

I.   Definizzjonijiet

1.

F’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura:

(a)

“persunal amministrattiv”, fir-rigward ta’ espert, tfisser persuni taħt id-direzzjoni u l-kontroll tal-espert, minbarra l-assistenti;

(b)

“konsulent” tfisser persuna miżmuma minn Parti biex tagħti pariri jew tassisti lil dik il-Parti għall-finijiet tal-proċedura tal-bord, minbarra rappreżentanti ta’ dik il-Parti;

(c)

“Ftehim” tfisser il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika;

(d)

“assistent” tfisser persuna li, skont it-termini tal-ħatra ta’ espert, twettaq riċerka jew tipprovdi assistenza lil dak l-espert;

(e)

“Kodiċi ta’ Kondotta” tfisser il-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Arbitri msemmiija fl-Artikolu 21.30 tal-Ftehim u adottat bid-Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-10 ta’ April 2019 tal-Kumitat Konġunt tal-Ftehim;

(f)

“Kumitat” tfisser il-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli stabbilit skont l-Artikolu 22.3 tal-Ftehim;

(g)

“jiem” tfisser jiem tal-kalendarju;

(h)

“espert” tfisser membru ta’ bord;

(i)

“bord” tfisser bord ta’ esperti mlaqqa’ skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 16.18 tal-Ftehim;

(j)

“proċedimenti” tfisser il-proċedimenti tal-bord;

(k)

“rappreżentant” fir-rigward ta’ Parti tfisser uffiċjal jew kwalunkwe persuna oħra ta’ dipartiment jew aġenzija tal-gvern jew kwalunkwe entità pubblika oħra ta’ Parti u persunal ieħor, li l-Parti tinnomina bħala r-rappreżentant tagħha għall-fini ta’ proċedimenti tal-bord;

(l)

“Parti rikjedenti” tfisser il-Parti li titlob it-tlaqqigħ ta’ bord skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 16.18 tal-Ftehim; kif ukoll

(m)

“Parti rispondenti” tfisser il-Parti li tirċievi talba mill-Parti rikjedenti biex jitlaqqa’ bord ta’ esperti skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 16.18 tal-Ftehim.

II.   Il-ħatra tal-esperti

2.

Il-kopresident tal-Parti rikjedenti tal-Kumitat għandu jkun responsabbli għall-organizzazzjoni tal-lott imsemmi fis-subparagrafu 4(c) tal-Artikolu 16.18 tal-Ftehim, u għandu jinforma lill-kopresident mill-Parti rispondenti, b’antiċipazzjoni xierqa, dwar id-data, il-ħin u l-post tal-lott. Il-kopresident mill-Parti rispondenti jista’ jkun preżenti jew rappreżentat minn persuna oħra meta jittellgħu l-lottijiet. Ir-rappreżentanti taż-żewġ Partijiet jistgħu jkunu preżenti wkoll. F’kull każ, il-votazzjoni ssir bil-Parti jew bil-Partijiet li jkunu preżenti.

3.

Il-Partijiet għandhom jinfurmaw bil-miktub lil kull individwu li jkun inħatar biex iservi bħala espert skont l-Artikolu 16.18 tal-Ftehim dwar il-ħatra tiegħu. Kull individwu għandu jikkonferma d-disponibbiltà tiegħu liż-żewġ Partijiet fi żmien ħamest ijiem mid-data li fiha jkun ġie infurmat bil-ħatra tiegħu.

III.   Kodiċi ta’ Kondotta

4.

Il-Kodiċi ta’ Kondotta għandu japplika, mutatis mutandis, għall-esperti li jservu fil-Bord ta’ Esperti.

IV.   Laqgħa organizzazzjonali

5.

Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, il-Partijiet għandhom jiltaqgħu mal-bord fi żmien sebat ijiem mid-data tat-twaqqif tal-bord biex jiddeterminaw dawk il-kwistjonijiet li l-Partijiet jew il-bord iqisu xierqa, inklużi:

(a)

ir-rimunerazzjoni u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-esperti li għandhom ikunu f’konformità mal-istandards u l-kriterji tad-WTO;

(b)

l-ispejjeż għal kull assistent jew persunal amministrattiv li espert jista’ jiddeċiedi li jimpjega, bl-ammont totali ta’ remunerazzjoni għall-assistent jew il-persunal amministrattiv ta’ kull espert ma jaqbiżx il-50 % tar-remunerazzjoni ta’ dak l-espert, sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor; u kif ukoll

(c)

l-iskeda ta’ żmien għall-proċedimenti, li għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi taż-żona tal-ħin tal-Parti rispondenti.

L-arbitri u r-rappreżentanti tal-Partijiet li jkunu uffiċjali jew persuni oħra ta’ dipartiment jew aġenzija tal-gvern jew xi entità pubblika oħra biss jistgħu jipparteċipaw f’din il-laqgħa fiżikament jew permezz ta’ konferenza bit-telefon jew bil-vidjo.

V.   Notifiki

6.

Kull talba, notifika, preżentazzjoni bil-miktub jew dokument trażmessi:

(a)

mill-bord għandhom jintbagħtu liż-żewġ Partijiet fl-istess ħin;

(b)

minn Parti lill-bord għandhom jiġu kkuppjati lill-Parti l-oħra fl-istess ħin; kif ukoll

(c)

minn Parti lill-Parti l-oħra għandhom jiġu kkuppjati lill-bord fl-istess ħin, kif xieraq.

7.

Kull notifika msemmija fil-paragrafu 6 għandha ssir b’email jew, fejn xieraq, b’mezzi oħra ta’ telekomunikazzjoni li jipprovdu rekord ta’ meta ntbagħtet. Sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor, tali notifika għandha titqies bħala li ġiet irċevuta fid-data ta’ meta ntbagħtet

8.

Żbalji minuri ta’ natura klerikali f’talba, notifika, preżentazzjoni bil-miktub jew dokument ieħor relatat mal-proċedimenti tal-bord jistgħu jiġu kkoreġuti billi jintbagħat dokument ġdid li jindika l-modifiki b’mod ċar.

9.

Jekk l-aħħar jum għall-preżentazzjoni ta’ dokument ikun jum ta’ vaganza legali tal-Ġappun jew tal-Unjoni Ewropea jew f’xi jum ieħor li fih l-uffiċċji tal-Gvern ta’ Parti jkunu magħluqin b’mod uffiċjali jew b’force majeure, id-dokument għandu jitqies li jkun ġie riċevut fil-jum tax-xogħol li jkun imiss. Fil-laqgħa organizzazzjonali msemmija fil-paragrafu 5, kull Parti għandha tippreżenta lista tal-jiem ta’ vaganza legali tagħha u kull jum ieħor li fih l-uffiċċji tagħha jkunu magħluqa b’mod uffiċjali. Kull Parti għandha żżomm il-lista tagħha aġġornata matul il-proċedura tal-bord.

VI.   Preżentazzjonijiet bil-miktub

10.

Il-Parti rikjedenti għandha tippreżenta s-sottomissjoni tagħha bil-miktub mhux aktar tard minn 20 jum wara d-data tal-istabbiliment tal-bord. Il-Parti rispondenti għandha tippreżenta l-kontrosottomissjoni tagħha bil-miktub mhux aktar tard minn 20 jum wara d-data tal-wasla tal-preżentazzjoni bil-miktub tal-Parti rikjedenti.

VII.   Talbiet għal informazzjoni u pariri

11.

F’konformità mal-paragrafu 3 tal-Artikolu 16.18 tal-Ftehim, il-bord jenħtieġ li jfittex informazzjoni u pariri mill-organizzazzjonijiet jew mill-korpi internazzjonali rilevanti għal kwistjonijiet relatati mal-istrumenti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol jew mal-ftehimiet ambjentali multilaterali, kif iqis xieraq.

12.

Qabel ma jfittex informazzjoni u pariri mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 11, il-bord għandu jippermetti lill-Partijiet l-opportunità li jikkummentaw dwar il-lista ta’ entitajiet u t-talbiet li għandhom jiġu indirizzati lilhom.

13.

Il-bord għandu jippreżenta kull informazzjoni miksuba skont il-paragrafu 11 lill-Partijiet, li għandu jkollhom l-opportunità li jikkummentaw dwar tali informazzjoni.

VIII.   Operat tal-bord

14.

Il-president tal-bord għandu jippresiedi fil-laqgħat kollha tiegħu. Bord jista’ jiddelega lill-president l-awtorità biex jagħmel deċiżjonijiet amministrattivi u proċedurali.

15.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 16.18 tal-Ftehim jew f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, il-bord jista’ jwettaq l-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mezz, inklużi t-trażmissjonijiet bit-telefon, bil-faks jew bil-kompjuter.

16.

Meta tinqala’ kwistjoni proċedurali li ma tkunx koperta mill-Artikolu 16.18 tal-Ftehim jew minn dawn ir-Regoli ta’ Proċedura jew il-Kodiċi ta’ Kondotta, il-bord, wara konsultazzjoni mal-Partijiet, jista’ jadotta proċedura xierqa li tkun kompatibbli ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.

17.

Il-bord fi kwalunkwe ħin jista’ jimmodifika perjodu barra mill-perjodu ta’ żmien stabbilit fil-Kapitolu 16.18 tal-Ftehim u jagħmel kull aġġustament proċedurali jew amministrattiv fil-proċedimenti wara li jikkonsulta mal-Partijiet. Meta l-bord jikkonsulta mal-Partijiet, għandu jinforma lill-Partijiet bil-miktub dwar il-modifika jew l-aġġustament proposti u r-raġuni għalihom.

IX.   Seduti ta’ smigħ

18.

Fuq il-bażi tal-iskeda determinata skont il-paragrafu 5, wara konsultazzjoni mal-Partijiet u l-esperti l-oħra, il-president tal-bord għandu jiddetermina d-data u l-ħin tas-seduta ta’ smigħ.

19.

Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, il-post għandu jalterna bejn il-Partijiet bl-ewwel seduta ta’ smigħ li ssir fil-Parti rispondenti. Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, il-Parti li fiha ssir is-seduta ta’ smigħ għandha:

(a)

tiddetermina l-post tas-seduta tas-smigħ u tinforma lill-president tal-bord b’dan; kif ukoll

(b)

tkun responsabbli għall-amministrazzjoni loġistika tas-seduta ta’ smigħ.

20.

Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 49, il-Partijiet għandhom jaqsmu l-ispejjeż derivati mill-amministrazzjoni loġistika tas-seduta ta’ smigħ.

21.

Il-president tal-bord għandu jinnotifika fi żmien debitu lill-Partijiet, bil-miktub, bid-data, il-ħin u l-post tas-seduta ta’ smigħ. Din l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-Parti li fiha ssir is-seduta ta’ smigħ, sakemm is-seduta ta’ smigħ ma tkunx magħluqa għall-pubbliku.

22.

Bħala regola ġenerali, jenħtieġ li jkun hemm seduta ta’smigħ waħda biss. Jekk it-tilwim ikun jinvolvi kwistjonijiet ta’ kumplessità eċċezzjonali, il-bord jista’ jlaqqa’ flimkien seduti ta’ smigħ addizzjonali b’inizjattiva tiegħu stess jew, b’talba ta’ waħda mill-Partijiet, wara li jikkonsulta mal-Partijiet. Għal kull waħda mis-seduti ta’ smigħ addizzjonali, il-paragrafi minn 18 sa 21 japplikaw mutatis mutandis.

23.

Kull seduta ta’ smigħ tal-bord għandha tkun miftuħa għall-pubbliku sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor jew dment li s-sottomissjonijiet u l-argumenti ta’ Parti ma jkunx fihom informazzjoni kunfidenzjali. Ma għandu jkun hemm l-ebda reġistrazzjoni tas-smigħ mill-pubbliku, tal-awdjo jew viżiva. Is-seduti ta’ smigħ li jsiru f’sessjoni magħluqa għandhom ikunu kunfidenzjali f’konformità mal-paragrafu 39.

24.

L-esperti kollha għandhom ikunu preżenti matul is-seduta ta’ smigħ kollha.

25.

Sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor, il-persuni li ġejjin jistgħu jattendu s-seduta ta’ smigħ, irrispettivament minn jekk is-seduta ta’ smigħ tkunx miftuħa għall-pubbliku jew le:

(a)

rappreżentanti tal-Partijiet;

(b)

konsulenti;

(c)

assistenti u persunal amministrattiv;

(d)

interpreti, tradutturi u korrispondenti tal-qorti tal-bord; kif ukoll

(e)

rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet jew korpi internazzjonali rilevanti, kif deċiż mill-bord skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 16.18 tal-Ftehim.

26.

Mhux aktar tard minn ħamest ijiem qabel id-data ta’ seduta tas-smigħ, kull Parti għandha tagħti lill-bord lista bl-ismijiet ta’ dawk il-persuni li jkunu sejrin jagħmlu argumenti orali jew preżentazzjonijiet matul is-seduta ta’ smigħ f’isem dik il-Parti, u ta’ rappreżentanti jew konsulenti oħrajn li jkunu sejrin jattendu s-seduta ta’ smigħ.

27.

Il-bord għandu jmexxi s-seduta ta’ smigħ bil-mod li ġej, filwaqt li jiżgura li l-Parti rikjedenti u l-Parti rispondenti jingħataw l-istess ħin kemm fl-argument kif ukoll fil-kontroargument:

 

Talba

(a)

l-argument tal-Parti rikjedenti; kif ukoll

(b)

l-argument tal-Parti rispondenti.

 

Kontroargument

(a)

ir-replika tal-Parti rikjedenti; kif ukoll

(b)

il-kontrorisposta tal-Parti rispondenti.

28.

Il-bord jista’ jindirizza mistoqsijiet diretti lil kull waħda mill-Partijiet fi kwalunkwe ħin matul is-seduta ta’ smigħ.

29.

Il-bord għandu jara li titħejja traskrizzjoni tas-seduta ta’ smigħ u li din tiġi ppreżentata lill-Partijiet mill-aktar fis wara s-seduta ta’ smigħ. Il-Partijiet jistgħu jikkummentaw dwar it-traskrizzjoni, u l-bord jista’ jqis dawn il-kummenti.

30.

Kull Parti tista’ tippreżenta sottomissjoni supplimentari bil-miktub rigward kwalunkwe kwistjoni li tkun issemmiet matul is-seduta ta’ smigħ fi żmien għaxart ijiem mid-data tas-seduta ta’ smigħ.

X.   Deliberazzjonijiet

31.

L-esperti biss jistgħu jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-bord.

XI.   Mistoqsijiet bil-miktub

32.

Fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti, il-bord jista’ jippreżenta mistoqsijiet bil-miktub lil waħda mill-Partijiet jew lit-tnejn li huma. Kull domanda magħmula lil waħda mill-Partijiet għandha tiġi kkupjata lill-Parti l-oħra.

33.

Kull Parti għandha tipprovdi wkoll lill-Parti l-oħra b’kopja tar-risposti tagħha għall-mistoqsijiet tal-bord. Kull Parti għandha tingħata opportunità li tipprovdi kummenti bil-miktub dwar ir-risposta tal-Parti l-oħra fi żmien ħamest ijiem mill-irċevuta ta’ din il-kopja.

XII.   Bidla ta’ esperti

34.

Jekk xi wieħed mill-esperti tal-bord oriġinali jirtira, ma jkunx jista’ jipparteċipa, jew jeħtieġ li jinbidel fi proċedimenti tal-bord skont l-Artikolu 16.18 tal-Ftehim, il-paragrafu 4 tal-Artikolu 16.18 tal-Ftehim japplika mutatis mutandis.

35.

Meta Parti tqis li espert ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta’ Kondotta u għal din ir-raġuni għandu jinbidel, dik il-Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra fi żmien 15-il jum minn meta tkun kisbet biżżejjed evidenza tan-nuqqas tal-espert li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta’ Kondotta.

36.

Meta Parti tqis li espert għajr il-president ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta’ Kondotta, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw u, jekk jaqblu dwar dan, jagħżlu espert ġdid f’konformità mal-paragrafu 34.

Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar il-ħtieġa li jinbidel l-espert, kull Parti tista’ titlob li din il-kwistjoni tiġi riferuta lill-president tal-bord, li d-deċiżjoni tiegħu għandha tkun finali.

Meta, skont din it-talba, il-president isib li l-espert ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta’ Kondotta, għandu jintgħażel espert ġdid f’konformità mal-paragrafu 34.

37.

Meta Parti tqis li l-president tal-bord ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Kondotta, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw u, jekk jaqblu dwar dan, jagħżlu president ġdid f’konformità mal-paragrafu 34.

Meta l-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar il-ħtieġa li jinbidel il-president, kull Parti tista’ titlob li l-kwistjoni tiġi riferuta liż-żewġ esperti li jkun fadal. L-esperti għandhom jiddeċiedu, mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data tal-wasla tat-talba, jekk hemmx bżonn li jinbidel il-president tal-bord. Id-deċiżjoni mill-esperti dwar il-ħtieġa li jinbidel il-president għandha tkun finali.

Meta l-esperti jiddeċiedu li l-president ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta’ Kondotta, għandu jintgħażel president ġdid f’konformità mal-paragrafu 34.

38.

Il-proċedimenti għandhom jiġu sospiżi għall-perjodu ddedikat biex jitwettqu l-proċeduri previsti fil-paragrafi minn 34 sa 37.

XIII.   Kunfidenzjalità

39.

Il-bord u l-Partijiet għandhom iqisu bħala kunfidenzjali kull informazzjoni ppreżentata minn Parti lill-bord li dik il-Parti tkun iddeżinjat bħala kunfidenzjali. Meta parti tippreżenta verżjoni kunfidenzjali tas-sottomissjonijiet tagħha bil-mikub lill-bord, b’talba tal-Parti l-oħra u fi żmien 20 jum mid-data tat-talba, din għandha tipprovdi wkoll verżjoni mhux kunfidenzjali tas-sottomissjonijiet li jistgħu jiġu ddivulgati lill-pubbliku. Xejn f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura ma jipprekludi Parti milli tiżvela s-sottomissjonijiet tagħha lill-pubbliku sal-punt li ma tiżvela l-ebda informazzjoni mmarkata mill-Parti l-oħra bħala kunfidenzjali. Il-bord għandu jiltaqa’ f’sessjoni magħluqa jekk is-sottomissjonijiet u l-argumenti ta’ Parti jkun fihom informazzjoni kunfidenzjali. Il-bord u l-Partijiet għandhom iżommu l-kunfidenzjalità tas-seduta ta’ smigħ tal-bord meta s-seduta ta’ smigħ issir f’sessjoni magħluqa.

XIV.   Kuntatti ex parte

40.

Il-bord ma għandux jiltaqa’ jew jikkomunika ma’ Parti fl-assenza tal-Parti l-oħra.

41.

Espert ma għandu jiddiskuti l-ebda aspett tas-suġġett tal-proċedimenti ma’ Parti waħda jew maż-żewġ Partijiet fin-nuqqas tal-esperti l-oħra.

XV:   Sottomissjonijiet amicus curiae

42.

Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor fi żmien tlett ijiem mid-data tal-istabbiliment tal-bord, il-bord jista’ jirċievi sottomissjonijiet bil-miktub mhux mitluba minn kwalunkwe persuna fiżika ta’ Parti jew persuni ġuridiċi stabbiliti f’Parti, li jkunu indipendenti mill-Gvernijiet tal-Partijiet, dment li s-sottomissjonijiet jaslu fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-istabbiliment tal-bord.

43.

Is-sottomissjonijiet għandhom ikunu konċiżi u qatt ma għandhom ikunu itwal minn 15-il paġna bi spazji doppji, u għandhom ikunu rilevanti direttament għal kwistjoni fattwali jew legali meqjusa mill-bord. Is-sottomissjonijiet għandu jkun fihom deskrizzjoni tal-persuna li tipprovdi s-sottomissjonijiet inkluż:

(a)

għal persuna fiżika, in-nazzjonalità tagħha; kif ukoll

(b)

għal persuna ġuridika, il-post ta’ stabbiliment tagħha, in-natura tal-attivitajiet tagħha, l-istatus ġuridiku tagħha, l-objettivi ġenerali tagħha u s-sors ta’ finanzjament tagħha.

Fis-sottomissjonijiet tagħha, kull persuna għandha tispeċifika l-interess li għandha fil-proċedimenti. Is-sottomissjonijiet għandhom jiġu abbozzati bil-lingwi magħżula mill-Partijiet f’konformità mal-paragrafi 45 u 46 ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura.

44.

Fir-rapport tiegħu, il-bord għandu jelenka s-sottomissjonijiet kollha li jkun irċieva skont il-paragrafi 42 u 43. Fir-rapport tiegħu, il-bord mhuwiex obbligat jindirizza l-argumenti li jkunu saru f’tali sottomissjonijiet. Dawk is-sottomissjonijiet għandhom jiġu pprovduti lill-Partijiet għall-kummenti tagħhom. Il-kummenti lill-Partijiet li jkunu ġew ppreżentati lill-bord fi żmien 30 jum għandhom jitqiesu mill-bord.

XVI.   Lingwa u traduzzjoni

45.

Matul il-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16.17 tal-Ftehim, u mhux aktar tard miż-żmien tal-laqgħa organizzazzjonali msemmija fil-paragrafu 5, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu dwar lingwa ta’ ħidma komuni għall-proċedimenti quddiem il-bord. Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra, mhux aktar tard minn 90 jum wara l-adozzjoni ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura mill-Kumitat f’konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu 16.18 tal-Ftehim, lista ta’ lingwi li għalihom għandha preferenza. Il-lista għandha tinkludi mill-anqas lingwa ta’ ħidma waħda tad-WTO.

46.

Meta l-Partijiet ma jkunux jistgħu jaqblu dwar lingwa ta’ ħidma komuni, kull parti għandha tagħmel is-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha bil-lingwa tal-għażla tagħha, filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi traduzzjoni għal waħda mil-lingwi ta’ ħidma tad-WTO nnotifikati mill-Parti l-oħra f’konformità mal-paragrafu 45, meta jkun xieraq. Il-Parti responsabbli mill-organizzazzjoni tas-seduta ta’ smigħ orali għandha tagħmel arranġamenti għal sottomissjonijiet orali bl-istess lingwa ta’ ħidma tad-WTO, meta jkun xieraq.

47.

Ir-rapport interim u finali tal-bord għandu jinħareġ bil-lingwa ta’ ħidma komuni. Jekk il-Partijiet ma jkunux qablu dwar lingwa ta’ ħidma komuni, ir-rapport interim u finali tal-bord għandu jinħareġ bil-lingwi ta’ ħidma tad-WTO msemmija fil-paragrafu 46.

48.

Parti tista’ tipprovdi kummenti dwar il-preċiżjoni tat-traduzzjoni ta’ kwalunkwe verżjoni tradotta ta’ dokument imfassal f’konformità ma’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura.

49.

F’każ li tkun neċessarja traduzzjoni jew interpretazzjoni ta’ sottomissjonijiet bil-miktub jew orali ta’ Parti fil-lingwa ta’ ħidma rilevanti tad-WTO, dik il-Parti għandha ġġarab l-ispejjeż tagħha.

XVII   Rapport tal-Bord

50.

Il-bord għandu jippreżenta rapport interim u finali lill-Partijiet f’konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu 16.18 tal-Ftehim. Ir-rapport finali għandu jkun disponibbli għall-pubbliku. Jenħtieġ li l-bord ma jiżvelax ir-rapport tiegħu qabel il-pubblikazzjoni mill-Partijiet.

XVIII   Reviżjoni

51.

Dawn ir-Regoli ta’ Proċedura jistgħu jiġu riveduti bi ftehim bejn il-Partijiet.

Rettifika

8.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/130


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/132 tat-28 ta’ Jannar 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, rigward l-implimentazzjoni tal-aġġornamenti għall-istatistika annwali, ta’ kull xahar, u fuq żmien qasir dwar l-enerġija

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 20 tal-31 ta’ Jannar 2022 )

F’paġna 261, fl-Anness li jissostitwixxi l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008, fl-Anness B, il-punt 9.4:

minflok:

“Id-data jenhtieg li tintbaghat sal-31 ta’ Marzu tas sena wara s-sena rrapportata.”;

aqra:

“Id-data jenhtieg li tintbaghat sal-31 ta’ Mejju tas-sena wara s-sena rrapportata.”.