|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1049 tat-30 ta’ Mejju 2023 li jemenda l-Annessi II u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għaż-żejt tal-ħuta, għall-pendimetalina, għax-xaħam tan-nagħaġ u għall-ispirotetramat f’ċerti prodotti jew fuqhom ( 1 ) |
|
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1049
tat-30 ta’ Mejju 2023
li jemenda l-Annessi II u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għaż-żejt tal-ħuta, għall-pendimetalina, għax-xaħam tan-nagħaġ u għall-ispirotetramat f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) għall-pendimetalina u għall-ispirotetramat ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Iż-żejt tal-ħuta u x-xaħam tan-nagħaġ huma inklużi fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fir-rigward tas-sustanza attiva pendimetalina, tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 li titlob modifika tal-MRLs eżistenti għall-piżelli (bl-imżiewed), għall-fażola (bl-imżiewed) u għall-kurrat. Fir-rigward tas-sustanza attiva spirotetramat, tressqet applikazzjoni bħal din għall-ħxejjex aromatiċi u għall-fjuri li jittieklu. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawk l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta’ evalwazzjoni ntbagħtu lill-Kummissjoni. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ivvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta’ evalwazzjoni, u b’mod partikolari eżaminat ir-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali, u tat l-opinjonijiet motivati tagħha dwar l-MRLs proposti (2). Hija bagħtet dawk l-opinjonijiet lill-applikanti, lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri, u ppubblikathom. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-ispirotetramat, fil-ħxejjex aromatiċi u fil-fjuri li jittieklu, oħrajn, l-Awtorità ma rrakkomandatx valur speċifiku tal-MRL. Madankollu, l-Awtorità nnutat li l-maniġers tar-riskju jistgħu jikkunsidraw li jimplimentaw l-MRL ta’ 10 mg/kg għall-grupp kollu ta’ ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu, u li dan ikun sikur għall-konsumaturi. Għalhekk, jixraq li jiġi propost li jiġi stabbilit l-MRL għall-ispirotetramat fil-ħxejjex aromatiċi u fil-fjuri li jittieklu, oħrajn, għal 10 mg/kg skont il-Linji Gwida Tekniċi rilevanti tal-Kummissjoni (3). |
|
(6) |
Għall-pendimetalina u għall-ispirotetramat, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha fir-rigward tal-kompletezza għat-tressiq tad-data ġew issodisfati, u li abbażi tal-valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi għal 27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumaturi, il-modifiki lill-MRLs mitluba mill-applikanti kienu aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumaturi. B’din il-konklużjoni, l-Awtorità qieset l-aktar data reċenti dwar il-proprjetajiet tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment għal dawn is-sustanzi fit-tul permezz tal-konsum tal-prodotti tal-ikel kollha li jista’ jkun fihom minnhom, u lanqas l-esponiment għal żmien qasir minħabba l-konsum għoli tal-prodotti rilevanti ma wrew riskju li jinqabżu d-doża aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza. |
|
(7) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità, u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti elenkati fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, jixraq li jiġi konkluż li l-modifiki proposti lill-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dak l-Artikolu. |
|
(8) |
Iż-żejt tal-ħuta u x-xaħam tan-nagħaġ ġew inklużi b’mod temporanju fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 sakemm ġiet iffinalizzata l-evalwazzjoni tagħhom jew skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4) jew skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u sakemm ġew rieżaminati l-MRLs ta’ dawk is-sustanzi attivi f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Fil-kuntest tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Awtorità ħarġet konklużjonijiet dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi taż-żejt tal-ħuta u tax-xaħam tan-nagħaġ (6). Abbażi ta’ dawk il-konklużjonijiet, mhuma meħtieġa l-ebda MRLs għaż-żejt tal-ħuta u għax-xaħam tan-nagħaġ. Għalhekk, jixraq li dawk is-sustanzi jibqgħu fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(9) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Reasoned Opinion on the modification of the existing maximum residue levels for pendimethalin in peas (with pods), beans (with pods) and leeks. EFSA Journal 2023;21(3):7663.
Reasoned Opinion on the modification of the existing maximum residue levels for spirotetramat in herbs and edible flowers. EFSA Journal 2022;20(12):7668.
(3) Commission Technical Guidelines on data requirements for setting MRLs, comparability of residue trials and extrapolation of residue data on products from plant and animal origin (SANTE/2019/12752).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(6) Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance fish oil. EFSA Journal 2022;20(1):7079.
Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance sheep fat. EFSA Journal 2022;20(1):7073.
ANNESS
L-Annessi II u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonni għall-pendimetalina u għall-ispirotetramat huma sostitwiti b’dan li ġej: " Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Jindika l-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta’ oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I
|
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1050
tat-30 ta’ Mejju 2023
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ rebars li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament (UE) 2017/1019 (2), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti staneg u vireg li jirrinforzaw il-konkos (“rebars”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. |
|
(2) |
Id-dazju anti-dumping attwalment fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarussja (“il-Belarussja” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) huwa ta’ 10.6 %. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(3) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (3), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(4) |
It-talba għal rieżami tal-iskadenza (“it-talba”) tressqet fis-16 ta’ Marzu 2022 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“Eurofer” jew “l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-istaneg fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku li tirrappreżenta aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni ta’ dumping u għar-rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(5) |
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fil-15 ta’ Ġunju 2022, bdiet rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ rebars li joriġinaw mill-Belarussja abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
1.4. Perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u perjodu kkunsidrat
|
(6) |
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami” jew “RIP”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.5. Partijiet interessati
|
(7) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikanti, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lill-produttur esportatur magħruf u lill-awtoritajiet fil-Belarussja, lill-importaturi, lill-utenti u lin-negozjanti magħrufa dwar il-bidu tal-iskadenza u stednithom jipparteċipaw. |
|
(8) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.6. Pajjiż rappreżentattiv
|
(9) |
F’konformità mal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, peress li l-Belarussja mhijiex membru tad-WTO u hija elenkata fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), il-valur normali għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(10) |
Bl-għan li tfittex il-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkuntattjat produtturi potenzjali ta’ rebars li jinsabu fil-Bosnja-Ħerzegovina, fil-Korea t’Isfel, fir-Repubblika Dominicana, fl-Iżvizzera, fin-Norveġja, fit-Turkija, fl-Istati Uniti tal-Amerka (USA) u fl-Afrika t’Isfel. Hija rċeviet tweġiba minn produttur wieħed biss, li jinsab fl-Istati Uniti tal-Amerika. |
|
(11) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn kwalunkwe produttur li jinsab f’pajjiż rappreżentattiv potenzjali ieħor, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiddetermina l-valur normali abbażi tal-informazzjoni li rċeviet mingħand dan il-produttur fl-Istati Uniti tal-Amerka. |
|
(12) |
F’konformità mal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ġew infurmati u ngħataw għaxart (10) ijiem biex jikkummentaw dwar l-għażla ta l-Istati Uniti tal-Amerka bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Ma wasal l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati. |
1.7. Kampjunar
|
(13) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.7.1. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(14) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hi kienet għażlet provviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, filwaqt li qieset il-firxa ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni, li jammontaw għal aktar minn 17 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment, għalhekk il-kampjun provviżorju ġie kkonfermat. |
1.7.2. Kampjunar tal-importaturi
|
(15) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. L-ebda importatur mhux relatat ma pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. |
1.7.3. Teħid ta’ kampjuni ta’ produtturi fil-Belarussja
|
(16) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi kollha fil-Belarussja jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Belarussja għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi oħra, f’każ li hemm, li jistgħu jkunu interessati li jieħdu sehem fl-investigazzjoni. |
|
(17) |
Produttur wieħed biss ta’ rebars mill-Belarussja, Byelorussian Steel Works (“BMZ”), ippreżenta ruħu. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li jittieħdu kampjuni. |
1.8. Tweġibiet għall-kwestjonarju
|
(18) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-applikant, lil BMZ u lill-produttur li kkoopera fil-pajjiż rappreżentattiv. Il-kwestjonarji kienu disponibbli wkoll online (6) fil-jum tal-bidu. |
|
(19) |
Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-applikant u l-produttur fl-Istati Uniti tal-Amerka. |
|
(20) |
BMZ ma pprovdietx tweġiba għall-kwestjonarju u għalhekk tqieset li ma kkooperatx mal-Kummissjoni f’din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza. |
|
(21) |
Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produttur Belarussu, il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u bbażat is-sejbiet tagħha fl-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza fuq il-fatti disponibbli. |
1.9. Verifika fuq il-post
|
(22) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa biex tiddetermina l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping u tad-dannu kif ukoll l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.10. Proċedura sussegwenti
|
(23) |
Fis-17 ta’ April 2023, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien biħsiebha żżomm fis-seħħ id-dazji anti-dumping. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. |
|
(24) |
L-applikant biss ipprovda kummenti li appoġġaw is-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. |
2. IL-PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI
2.1. Il-Prodott taħt rieżami
|
(25) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri ċerti staneg u vireg li jirrinforzaw il-konkos, magħmula mill-ħadid jew azzar mhux illigat, mhux maħdumin aktar ħlief mikwijin fil-forġa, irrumblati bis-sħana, miġbudin bis-sħana jew estrużi bis-sħana, kemm jekk mibruma wara l-irrumblar kif ukoll jekk le, li fihom għafsiet, kustilji, skanalaturi jew deformazzjonijiet oħra prodotti matul il-proċess tal-irrumblar, li joriġinaw mill-Belarussja u li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7214 10 00, ex 7214 20 00, ex 7214 30 00, ex 7214 91 10, ex 7214 91 90, ex 7214 99 10 u ex 7214 99 95 (“il-prodott taħt rieżami”). L-istaneg u l-vireg li jirrinforzaw il-konkos tal-ħadid jew tal-azzar b’reżistenza għolja għar-reħi huma esklużi. Prodotti twal oħrajn, bħalma huma staneg tondi, huma esklużi. |
2.2. Prodott simili
|
(26) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(27) |
Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TAD-DUMPING
|
(28) |
F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassal għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza tad-dumping mill-Belarussja. |
3.1. Kummenti preliminari
|
(29) |
Skont il-bażi tad-data tal-Eurostat Comext, matul il-PIR, l-importazzjonijiet mill-Belarussja ammontaw għal madwar 206 200 tunnellata b’sehem mis-suq ta’ madwar 1,9 %. L-Istati Membri prinċipali li jimportaw kienu: L-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja. Meta mqabbla mal-investigazzjoni oriġinali, l-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq naqsu b’aktar min-nofs (jiġifieri 488 700 tunnellata u 5,0 % sehem mis-suq). |
|
(30) |
Kif indikat fil-premessa (20), l-uniku manifattur Belarussu magħruf ma kkooperax mal-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet tal-Belarussja li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tal-Belarussja. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment. |
|
(31) |
Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-Eurostat, il-bażi tad-data stabbilita skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)”), Global Trade Atlas (“GTA”) u t-talba. |
|
(32) |
Il-volum u l-prezz tal-importazzjoni mill-Belarussja ġew iddeterminati abbażi tal-informazzjoni estratta mill-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6). |
3.2. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku
|
(33) |
Kif innotat fit-Taqsima 1.6 hawn fuq, f’konformità mal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, peress li l-Belarussja mhijiex membru tad-WTO u hija elenkata fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755, il-valur normali jenħtieġ li jiġi ddeterminat abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(34) |
Peress li l-Kummissjoni rċeviet tweġiba minn produttur wieħed biss, li jinsab fl-Istati Uniti tal-Amerka, hija ddeċidiet li tiddetermina l-valur normali fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mingħand dan il-produttur fl-Istati Uniti, jiġifieri, fuq il-bażi tal-prezzijiet attwali ta’ dak il-produttur li kkoopera. |
3.3. Valur normali
|
(35) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni eżaminat jekk, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-volum totali tal-bejgħ tal-prodott simili mill-produttur li kkoopera lil klijenti indipendenti f l-Istati Uniti tal-Amerka kienx rappreżentattiv. Il-volum totali tal-bejgħ fl-Istati Uniti tal-Amerka tqabbel mal-volum totali tal-importazzjoni mill-Belarussja lejn l-Unjoni, kif irrappurtat fil-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6). Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni sabet li l-prodott simili kien inbiegħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq tal-Istati Uniti tal-Amerka. |
|
(36) |
Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat għall-produttur li kkoopera fl-Istati Uniti tal-Amerka jekk kull tip ta’ prodott simili mibjugħ domestikament setax jitqies bħala mibjugħ fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ tqiesu bħala profittabbli meta l-prezz unitarju kien daqs jew ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni. Il-kost tal-produzzjoni ta’ kull tip ta’ prodott manifatturat mill-produttur fl-Istati Uniti tal-Amerka matul il-PIR ġie għalhekk determinat. |
|
(37) |
Billi l-volum mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ogħla mill-ispiża kkalkulata tal-produzzjoni (spejjeż tal-manifattura flimkien mal-ispejjeż SG &A), irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ domestiku, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali tal-produttur li kkoopera fl-Istati Uniti tal-Amerka. |
3.4. Prezz tal-esportazzjoni
|
(38) |
Kif indikat fil-premessa (32), il-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Belarussja ġew stabbiliti abbażi tal-valuri tal-importazzjoni tal-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6), li ġew aġġustati għal-livell ex-works. Għal dak l-għan, l-ispejjeż tat-trasport li tnaqqsu kienu bbażati fuq informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba. |
3.5. Tqabbil
|
(39) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
3.6. Marġni tad-dumping
|
(40) |
It-tqabbil wera marġni ta’ dumping għall-pajjiż kollu għall-esportazzjonijiet Belarussi espress bħala perċentwal tal-valur doganali tal-Unjoni ta’ 41.1 %. |
4. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING
|
(41) |
Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping jekk jitħassru l-miżuri. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-Belarussja, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni, u kemm hu attraenti s-suq tal-Unjoni. Ta’ min ifakkar li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produttur esportatur tal-Belarussja u l-gvern tal-Belarussja, l-analiżi kienet ibbażata fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami u l-bażi tad-data statistika Global Trade Atlas (“GTA”). |
4.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-Belarussja
|
(42) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-Belarussja ġew stabbiliti abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba. |
|
(43) |
Skont id-data pprovduta fit-talba, kontroverifikata ma’ sorsi pubbliċi, il-kapaċità tal-produzzjoni għall-2021 fil-Belarussja kienet stmata għal aktar minn 2,6 miljun tunnellata ta’ rebars bil-possibbiltà li tiżdied b’ 300 elf tunnellata addizzjonali, jiġifieri 3 miljun tunnellata b’kollox (7). Skont id-data disponibbli, il-bejgħ tal-Belarussja ammonta għal 1,7 miljun tunnellata, li minnhom 700 elf ġew ikkunsmati domestikament u madwar 1 miljun ġew esportati (8). Għalhekk, il-kapaċità żejda kienet stmata għal aktar minn 900 000 tunnellata, li rrappreżentat aktar minn 8 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-PIR. Din il-kapaċità ta’ riżerva tista’ tintuża biex jiġi prodott il-prodott taħt rieżami għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
4.2. Kemm hu attraenti s-suq tal-Unjoni
|
(44) |
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba, l-industrija tar-rebars fil-Belarussja hija orjentata lejn l-esportazzjoni peress li madwar 85 % tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar tal-Belarussja hija destinata għall-esportazzjoni. Skont il-bażi tad-data tal-GTA, is-suq tal-Unjoni kien is-suq ewlieni tal-esportazzjoni għall-Belarussja. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Belarussja lejn pajjiżi terzi (EUR 551/tunnellata) instabu bħala medja ta’ EUR 10 għal kull tunnellata inqas meta mqabbla mal-prezzijiet medji tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni u 15 % inqas mill-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni (EUR 651/tunnellata). Meta jitqiesu dawn il-livelli tal-prezzijiet, l-esportazzjoni lejn l-Unjoni tkun potenzjalment aktar attraenti għall-esportaturi Belarussi mill-esportazzjoni lejn il-biċċa l-kbira tas-swieq l-oħra. Barra minn hekk, għadd kbir ta’ pajjiżi esportaturi (jiġifieri l-Istati Uniti tal-Amerka, il-Kanada, ir-Renju Unit, it-Turkija, l-Ukrajna, il-Malażja, il-Messiku, il-Marokk, il-pajjiżi tal-Golf, l-Eġittu, u pajjiżi oħra) saru dejjem aktar indisponibbli għall-Belarussja, minħabba provvista żejda domestika u miżuri kummerċjali kontra l-importazzjonijiet Belarussi. |
|
(45) |
Is-suq tal-Unjoni kien attraenti wkoll għall-produttur Belarussu fid-dawl tal-prossimità ġeografika u d-daqs tiegħu, b’konsum totali ta’ madwar 11-il miljun tunnellata. |
|
(46) |
Għalhekk, f’termini ta’ daqs, prezzijiet u prossimità, is-suq tal-Unjoni baqa’ attraenti għall-produttur esportatur Belarussu vis-à-vis swieq oħra.. |
4.3. L-impatt tas-sanzjonijiet kontra l-Belarussja
|
(47) |
Il-Kummissjoni nnotat li minħabba l-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, l-Unjoni imponiet pakketti suċċessivi ta’ sanzjonijiet kontra r-Russja u l-Belarussja li affettwaw ukoll il-prodotti tal-azzar u/jew il-kumpaniji tal-azzar li jipproduċu u jesportaw il-prodott taħt rieżami wara l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Sa mill-impożizzjoni tas-sanzjonijiet f’Marzu 2022, l-importazzjonijiet mill-Belarussja waqfu minn Ġunju 2022. Madankollu, is-sitwazzjoni attwali ma tistax titqies ta’ natura dejjiema. Fil-fatt, peress li dawn is-sanzjonijiet huma marbuta mal-aggressjoni militari u mas-sitwazzjoni ġeopolitika sottostanti, il-kamp ta’ applikazzjoni, il-modulazzjoni u/jew it-tul ta’ żmien tagħhom huma imprevedibbli. Barra minn hekk, il-miżuri anti-dumping għandhom tul ta’ ħajja ta’ ħames snin. Meta wieħed jikkunsidra l-inċertezzi msemmija hawn fuq u l-fatt li l-Kunsill jista’ jkompli jemenda l-ambitu u d-durata preċiżi tas-sanzjonijiet fi kwalunkwe mument, il-Kummissjoni sabet li dawn ma jistax ikollhom effett fil-konklużjonijiet tagħha f’dan il-proċediment. B’mod partikolari, il-Kummissjoni sabet li minkejja s-sanzjonijiet attwali, il-miżuri kienu għadhom meħtieġa skont it-tifsira tal-Artikolu 11(1) u (2) tar-Regolament bażiku. |
4.4. Konklużjoni dwar il-probabbiltà tat-tkomplija tad-dumping
|
(48) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet mill-Belarussja komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping matul il-PIR. |
|
(49) |
Barra minn hekk, il-kapaċità żejda fil-Belarussja kienet sinifikanti meta mqabbla mal-konsum tal-Unjoni matul il-PIR. Barra minn hekk, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini ta’ daqs u prezzijiet indikat il-probabbiltà li l-esportazzjonijiet Belarussi jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jiskadu, u l-kapaċità ta’ riżerva tintuża wkoll biex jiżdiedu l-produzzjoni u l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. |
|
(50) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping tirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott taħt rieżami mill-Belarussja lejn l-Unjoni. |
|
(51) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni tad-dumping. |
5. DANNU
5.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(52) |
Il-prodott simili kien immanifatturat minn madwar 25 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(53) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PIR ġiet stabbilita fil-livell ta’ madwar 11 200 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju makroekonomiku pprovdut mill-applikant. Kif indikat fil-premessa (14) iktar ’il fuq, intgħażlu tliet produtturi mill-Unjoni fil-kampjun li kienu jirrappreżentaw iktar minn 17 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
5.2. Konsum tal-Unjoni
|
(54) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi tal-volum totali tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, flimkien mal-importazzjonijiet totali fl-Unjoni. Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni nkiseb mill-applikant u ġie aġġustat fejn applikabbli f’konformità mad-data vverifikata pprovduta fit-tweġibiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun għall-PIR. Fir-rigward tal-importazzjonijiet, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6). |
|
(55) |
Abbażi ta’ dan, il-konsum mill-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Konsum tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||
|
(56) |
Il-konsum tal-Unjoni żdied bejn is-snin 2018 u 2019 b’5 %, naqas bi ftit fl-2020 biex kompla jiżdied fil-PIR. Il-fluttwazzjonijiet fil-konsum matul l-2020 u l-PIR kienu r-riżultat tat-tifqigħa tal-COVID-19 li rriżultat fit-tnaqqis tal-attività tal-operaturi ekonomiċi, li rriżulta fi tnaqqis fil-konsum, segwit mit-tkomplija tal-attivitajiet ekonomiċi. |
|
(57) |
Il-konsum tal-Unjoni żdied kumplessivament bi 8 % tul il-perjodu kkunsidrat. |
5.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
5.3.1. Volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(58) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6). Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit fuq il-bażi tas-sehem ta’ dawn l-importazzjonijiet fil-konsum totali tal-Unjoni kif stabbilit fit-taqsima 5.2. |
|
(59) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(60) |
L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-Belarussja żdiedu b’aktar mid-doppju matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minn 72 000 – 80 000 tunnellata fl-2018 għal 200 000 – 210 000 tunnellata fil-PIR. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Belarussja wera żvilupp simili bħall-volum tal-importazzjonijiet u żdied b’mod sinifikanti kull sena, minn 0,6 % – 0,8 % fl-2018 għal 1,8 % – 2,1 % fil-PIR. |
5.3.2. Prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-Belarussja
|
(61) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6). |
|
(62) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-Belarussja żviluppa kif ġej: Tabella 3 Prezzijiet tal-importazzjoni
|
||||||||||||||||||||||
|
(63) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet naqsu minn 420 — EUR 440/tunnellata fl-2018 għal 345 — EUR 365/tunnellata fl-2020, iżda sussegwentement żdiedu għal 550 — EUR 570/tunnellata fil-PIR. B’mod ġenerali, iż-żieda bejn l-2018 u l-PIR kienet ta’ 28 %, li tirrappreżenta żieda fil-prezz ta’ 120 – EUR 130 għal kull tunnellata. Din iż-żieda ġenerali fil-prezzijiet kienet konformi max-xejra ġenerali tal-prezz tar-rebars fis-suq tal-Unjoni. |
|
(64) |
Madankollu, il-prezz medju tal-importazzjoni mill-Belarussja, fil-livell CIF, matul il-perjodu kollu kkunsidrat kien aktar baxx mill-kost unitarju tal-produtturi tal-Unjoni kif deskritt hawn taħt fit-Taqsima 5.5.3.1 hawn taħt. |
5.3.3. Twaqqigħ tal-prezz
|
(65) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PIR billi qabblet il-prezz medju ponderat tal-importazzjoni fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni, merkanzija (“CIF”), aġġustat għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni (9)(inkluż id-dazju anti-dumping) mal-prezz tal-bejgħ medju ponderat, aġġustat fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mitlub lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni. |
|
(66) |
Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-PIR u wera li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Belarussja waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’2,5 % – 3 %. Minbarra d-dazju anti-dumping, il-Kummissjoni stabbiliet twaqqigħ tal-prezz f’livell ta’ 11,8 % – 12 %. |
5.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr il-Belarussja
|
(67) |
L-importazzjonijiet ta’ rebars minn pajjiżi terzi għajr il-Belarussja kienu prinċipalment min-Norveġja, mir-Russja u mit-Turkija. |
|
(68) |
Il-volum aggregat tal-importazzjonijiet fl-Unjoni, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet fil-prezzijiet għall-importazzjonijiet tar-rebars minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej: Tabella 4 Volum tal-importazzjonijiet u sehem mis-suq minn pajjiżi terzi oħrajn
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(69) |
Matul il-PIR, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr il-Belarussja kien jirrappreżenta 4.1 % tal-konsum tal-Unjoni. Il-volum tal-importazzjoni naqas sostanzjalment fl-2020 u żdied matul il-PIR, iżda ma laħaqx il-livell tal-2019, li rriżulta fi tnaqqis ġenerali fis-sehem mis-suq tagħhom ta’ 3,2 punti perċentwali fil-perjodu kkunsidrat. Il-medja tal-prezz tal-importazzjoni żdiedet b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Matul il-PIR, il-prezz medju tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi għajr il-Belarussja kien ogħla meta mqabbel mal-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni (+ 2 %) u ogħla meta mqabbel mal-prezz medju tal-importazzjoni mill-Belarussja (+ 17 % - 20 %). |
5.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
5.5.1. Kummenti ġenerali
|
(70) |
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ analiżi. |
|
(71) |
Kif imsemmi fil-premessa (14), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(72) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-data makroekonomika pprovduta mill-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni u d-data relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni li tinsab fit-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(73) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(74) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji unitarji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
5.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
5.5.2.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(75) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(76) |
B’mod ġenerali, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’ 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-produzzjoni żdied b’7 % bejn l-2018 u l-2019. Matul il-pandemija tal-COVID-19 fl-2020, il-produzzjoni naqset b’ 5 % meta mqabbla mal-2019 u baqgħet l-istess fil-PIR. |
|
(77) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b’5 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-użu tal-kapaċità naqas minn 67 % fl-2018 għal 65 % fil-PIR. |
5.5.2.2. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(78) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(79) |
Il-volum totali ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan żdied bi 8 % bejn l-2018 u l-2019 u mbagħad naqas bi ftit bi 2 % fl-2020, biex ikompli jiżdied b’4 % matul il-PIR. |
|
(80) |
Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied ħarira bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan żdied b’5 % bejn l-2018 u l-2020, iżda naqas matul il-PIR. |
5.5.2.3. Tkabbir
|
(81) |
It-tkabbir fil-konsum fl-Unjoni kien ta’ 8 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-industrija tal-Unjoni bbenefikat minn din iż-żieda fil-konsum u saħansitra żiedet bi ftit is-sehem mis-suq tagħha bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.5.2.4. Impjiegi u produttività
|
(82) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(83) |
L-għadd ta’ impjegati varja matul il-perjodu ta’ analiżi. Dan żdied mill-2018 sal-2019 bi 12 % u mbagħad naqas gradwalment fl-2020 u fil-PIR għal livell kemxejn ogħla mil-livell tal-2018. Il-produttività naqset mill-2018 sal-2020 b’7 % u żdiedet bi 8 % mill-2020 sal-PIR. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-produzzjoni żdiedet b’1 %. |
5.5.2.5. Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat
|
(84) |
Il-marġni tad-dumping stabbilit matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis, filwaqt li l-livell tal-importazzjonijiet mill-Belarussja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien ta’ 1.9 % tal-konsum tal-Unjoni. |
5.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
5.5.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(85) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-kost tal-input fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(86) |
Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas bi 17 % bejn l-2018 u l-2020, li jirrifletti t-tnaqqis fil-kost unitarju tal-produzzjoni. Fil-PIR, il-prezz żdied b’45 % meta mqabbel mal-2020. Iż-żieda fil-prezz kienet xprunata minn żieda fil-kost unitarju tal-produzzjoni u żieda fid-domanda wara l-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19. |
|
(87) |
Id-dazji anti-dumping attwali ppermettew lill-industrija tal-Unjoni tibqa’ kompetittiva mal-livell attwali tal-prezzijiet, peress li, kif spjegat fil-premessa (64), matul il-perjodu kollu kkunsidrat il-kostijiet unitarji tal-produtturi tal-Unjoni kienu ogħla mill-prezz medju tal-importazzjoni mill-Belarussja. |
5.5.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(88) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(89) |
Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat tal-industrija tal-Unjoni żdied b’ 3 % matul il-perjodu kkunsidrat, bi tnaqqis temporanju ta’ 3 % fl-2020, prinċipalment minħabba l-għeluq tal-produzzjoni minħabba l-pandemija tal-COVID-19. |
5.5.3.3. Inventarji
|
(90) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 10 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(91) |
Il-prezzijiet żdiedu bi 4 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.5.3.4. Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(92) |
Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(93) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset bejn l-2018 u l-2020 minn 8,4 % għal 4,9 %, segwita minn żieda qawwija bejn l-2020 u l-PIR biex laħqet il-15,3 %. Matul il-PIR, iż-żieda fid-domanda, spjegata mill-irkupru ekonomiku ta’ wara l-COVID-19, ippermettiet lill-industrija żżid il-prezzijiet tagħha b’rata ogħla miż-żieda fil-kost tal-produzzjoni, li rriżultat f’żieda fil-profittabbiltà. Id-dazji anti-dumping fis-seħħ ippermettew lill-industrija tal-Unjoni terġa’ lura għal sitwazzjoni kummerċjali b’saħħitha. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienet ogħla mill-profitt fil-mira stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali (4,8 %). |
|
(94) |
L-investigazzjoni wriet li l-PIR kien ikkaratterizzat minn ċirkostanzi eċċezzjonali, marbuta mat-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, segwiti minn irkupru ekonomiku rapidu. B’mod partikolari fl-2020, is-suq tar-rebars tal-Unjoni ra perturbazzjoni kbira minħabba l-COVID-19, b’volatilitajiet eċċezzjonali. Matul l-ewwel nofs tal-2020 il-produzzjoni twaqqfet temporanjament minħabba n-nuqqas ta’ ordnijiet. Fi stadju aktar tard, fit-tieni nofs tal-2020 u fil-PIR, il-profittabbiltà tal-produtturi tar-rebars tal-Unjoni tjiebet, hekk kif id-domanda kompliet tirkupra aktar malajr milli mistenni. F’dan ir-rigward, it-titjib fil-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni matul il-PIR x’aktarx kien ta’ natura temporanja, peress li kien prinċipalment dovut għal żieda eċċezzjonalment mgħaġġla u qawwija fid-domanda li wasslet għal livelli ogħla ta’ prezzijiet. |
|
(95) |
Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żdiedet b’ 40 % xprunata mill-profittabbiltà iżda b’rata aktar baxxa, li tirrifletti għal darb’oħra l-effett pożittiv tad-dazji anti-dumping u ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali fil-PIR deskritti fil-premessa (94). |
|
(96) |
Il-livell ta’ investiment naqas bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(97) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Naqas bejn l-2018 u l-2020 minn 102 % għal 51 % u żdied drastikament bejn l-2020 u l-PIR. B’mod ġenerali, ir-redditu fuq l-investimenti żdied b’aktar mid-doppju matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(98) |
Il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu, bħall-volum tal-bejgħ tal-Unjoni, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-profittabbiltà u l-fluss tal-flus żviluppaw b’mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat. Għalkemm ix-xejra tal-indikaturi bħall-istokks tal-għeluq u l-investimenti kienet negattiva matul dan il-perjodu, il-livelli assoluti tagħhom huma sodisfaċenti u għalhekk ma indikawx sinjal ta’ dannu materjali. |
|
(99) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni rkuprat minn dannu preċedenti u ma ġarrbitx dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-PIR. |
6. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU
|
(100) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (99) li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-PIR. Għaldaqstant, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(101) |
Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat, il-Kummissjoni eżaminat: (i) il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fil-Belarussja; u (ii) il-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Belarussja u l-impatt tagħhom fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
6.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-Belarussja
|
(102) |
Kif indikat fil-premessa (49) hawn fuq, il-kapaċità żejda fil-Belarussja kienet stmata għal aktar minn 900 000 tunnellata, li rrappreżentat aktar minn 8 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-PIR. Din il-kapaċità żejda tista’ tintuża biex tforni s-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri attwali jitħallew jiskadu. |
6.2. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Belarussja u l-impatt tagħhom fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jiskadu
|
(103) |
Kif stabbilit fil-premessi (44) sa (46), f’termini ta’ daqs, prezzijiet u prossimità, is-suq tal-Unjoni baqa’ attraenti għall-produtturi esportaturi Belarussi. |
|
(104) |
Il-Kummissjoni analizzat il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Belarussi fl-Unjoni. Il-prezzijiet medji ponderati tal-importazzjonijiet mill-Belarussja, fin-nuqqas ta’ dazji anti-dumping, kienu ferm aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Matul il-PIR l-importazzjonijiet mill-Belarussja (10) kienu 13 % sa 15 % inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi (64) u (87) il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Belarussi kien saħansitra aktar baxx mill-kost tal-produzzjoni tal-Unjoni. Konsegwentement, huwa probabbli li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, is-suq tal-Unjoni jsir saħansitra aktar attraenti għall-Belarussja. |
|
(105) |
Bl-istess mod, sabiex jiġi vvalutat l-impatt tal-importazzjonijiet futuri fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni qieset ukoll li l-livelli tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Belarussi lejn swieq terzi jkunu indikatur raġonevoli tal-livelli tal-prezzijiet futuri lejn is-suq tal-Unjoni. |
|
(106) |
Kif stabbilit fil-premessa (44) hawn fuq, il-Kummissjoni analizzat il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Belarussi lejn swieq terzi u sabet li dawn il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu ferm aktar baxxi meta mqabbla mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (15 %). Għalhekk, is-suq tal-Unjoni, f’termini ta’ prezzijiet, jibqa’ attraenti ħafna għall-produtturi Belarussi. |
|
(107) |
Meta wieħed iqis dan ta’ hawn fuq, u jekk jiġu ffaċċjati b’żieda fl-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-Belarussja, il-produtturi tal-Unjoni, f’tentattiv li jżommu l-volumi tal-bejgħ u l-ishma mis-suq, ikunu mġiegħla jnaqqsu l-prezzijiet tagħhom. Dan ikollu impatt fuq il-profittabbiltà ġenerali tal-industrija li tiddeterjora. |
|
(108) |
Min-naħa l-oħra, jekk l-industrija tal-Unjoni żżomm il-livelli attwali tal-prezzijiet tagħha, dan ikollu impatt negattiv kważi immedjat fuq il-volum tal-bejgħ u tal-produzzjoni tagħha, kif ukoll fuq is-sehem mis-suq. Barra minn hekk, tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni jirriżulta f’żieda fil-kost tal-produzzjoni tal-oġġett minħabba t-tnaqqis fil-benefiċċji ta’ ekonomija ta’ skala. Dan ikompli jdgħajjef il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. B’telf ta’ profittabbiltà, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ twettaq l-investimenti meħtieġa. Fl-aħħar mill-aħħar, dan iwassal ukoll għal telf ta’ impjiegi u riskju ta’ għeluq tal-linji tal-produzzjoni. |
|
(109) |
Il-prodott taħt rieżami huwa affettwat mill-pakketti ta’ sanzjonijiet kontra r-Russja u l-Belarussja, madankollu, kif imsemmi fil-premessa (47), is-sitwazzjoni attwali ma tistax titqies ta’ natura dejjiema. Il-Kummissjoni sabet li dawn ma jistax ikollhom effett fil-konklużjonijiet tagħha f’din l-investigazzjoni. |
6.3. Konklużjoni dwar il-probabbiltà tar-rikorrenza ta’ ħsara
|
(110) |
Abbażi ta’ dan, huwa konkluż li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Belarussja bi prezzijiet dannużi u li x’aktarx jerġa’ jseħħ dannu materjali. |
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(111) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(112) |
Kif iddikjarat fil-premessa (99), l-industrija tal-Unjoni rkuprat mill-ħsara kkawżata minn dumping li seħħ fil-passat. Jekk il-miżuri eżistenti jitħallew jiskadu, l-industrija tal-Unjoni x’aktarx li tħabbat wiċċha ma’ żieda fil-kompetizzjoni inġusta mill-produtturi tal-Belarussja li x’aktarx twaqqaf l-irkupru kontinwu tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(113) |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni |
7.2. Interess tal-importaturi u tan-negozjanti mhux relatati
|
(114) |
Kif imsemmi fil-premessa (15), l-ebda importatur ma ppreżenta ruħu wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ bidu u matul l-investigazzjoni. Għalkemm ma setax jiġi eskluż li l-impożizzjoni tal-miżuri kellha impatt negattiv fuq l-attività tagħhom, l-importaturi ma kinux dipendenti fuq il-Belarussja u setgħu jakkwistaw il-prodott taħt rieżami minn pajjiżi oħra, bħan-Norveġja u t-Turkija. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li mill-perspettiva tal-importaturi, ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex il-miżuri eżistenti ma jiġux estiżi. |
7.3. Interess tal-utenti
|
(115) |
L-ebda utent ma ppreżenta ruħu wara l-pubblikazzjoni tan-notifika ta’ bidu u matul l-investigazzjoni. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-konklużjoni milħuqa fl-investigazzjoni oriġinali (11) ma kinitx għadha valida u li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-utenti li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(116) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti dwar l-importazzjonijiet tar-rebars li joriġinaw mill-Belarussja. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(117) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping, ir-rikorrenza tad-dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping fil-konfront tar-rebars mill-Belarussja jenħtieġ li jinżammu. |
|
(118) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u al-Kunsill (12), meta ammont ikun irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(119) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq importazzjonijiet ta’ ċerti staneg u vireg li jirrinforzaw il-konkos, magħmulin tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, mhux maħdumin aktar ħlief mikwijin fil-forġa, irrumblati bis-sħana, miġbudin bis-sħana jew estrużi bis-sħana, kemm jekk mibruma wara l-irrumblar kif ukoll jekk le, li fihom għafsiet, kustilji, skanalaturi jew deformazzjonijiet oħra prodotti matul il-proċess tal-irrumblar, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7214 10 00, ex 7214 20 00, ex 7214 30 00, ex 7214 91 10, ex 7214 91 90, ex 7214 99 10 u ex 7214 99 95 (il-kodiċijiet TARIC 7214100010, 7214200020, 7214300010, 7214911010, 7214919010, 7214991010, 7214999510) u li joriġinaw mill-Belarussja. L-istaneg u l-vireg li jirrinforzaw il-konkos tal-ħadid jew tal-azzar b’reżistenza għolja għar-reħi huma esklużi. Prodotti twal oħrajn, bħalma huma staneg tondi, huma esklużi.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ta’ 10,6 %.
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1019 tas-16 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti staneg u vireg li jirrinforzaw il-konkos li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja (ĠU L 155, 17.6.2017, p. 6).
(3) L-avviż dwar skadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping (ĠU C 372, 16.9.2021, p. 9).
(4) Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping li japplikaw għall-importazzjonijiet ta’ rebars li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja (ĠU C 231, 15.6.2022, p. 21).
(5) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).
(6) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2607.
(7) Il-produttur esportatur: https://eng.belsteel.com/about/rolling-production.php
(8) Il-bażi tad-data tal-grupp CRU, https://www.crugroup.com/
(9) Il-kost ta’ wara l-importazzjoni ġie stabbilit f’livell ta’ 2 % fl-investigazzjoni oriġinali.
(10) Jekk l-ispiża ta’ wara l-importazzjoni ta’ 2 % tiġi inkluża d-differenza fil-prezz tkun ta’ 11,8 % – 12 % kif stabbilit fil-premessa (66).
(11) B’mod ġenerali, ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott imħassba mill-Belarus
(12) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
DEĊIŻJONIJIET
|
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1051
tat-22 ta’ Mejju 2023
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1754 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Liżbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(6), il-punt (a), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Liżbona tal-31 ta’ Ottubru 1958 għall-Protezzjoni tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini u r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tagħhom (“it-Trattat ta’ Liżbona”) huwa trattat amministrat mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO). Il-Ftehim ta’ Liżbona joħloq unjoni speċjali (l-“Unjoni Speċjali”) fil-qafas tal-Unjoni għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali. Din hija miftuħa għall-partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali, iffirmata f’Pariġi, fl-20 ta’ Marzu 1883. Il-partijiet kontraenti tiegħu (“il-partijiet”) għandhom jipproteġu fit-territorji tagħhom id-denominazzjonijiet ta’ oriġini ta’ prodotti tal-partijiet l-oħrajn rikonoxxuti u protetti bħala tali fil-pajjiż ta’ oriġini u rreġistrati fil-Bureau Internazzjonali tal-WIPO, sakemm ma jiddikjarawx f’perjodu ta’ sena minn meta tasal in-notifika tar-reġistrazzjoni li ma jistgħux jiżguraw il-protezzjoni. |
|
(2) |
Seba’ Stati Membri huma partijiet għall-Ftehim ta’ Liżbona, jiġifieri l-Bulgarija, iċ-Ċekja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, il-Portugall u s-Slovakkja. L-Unjoni nnifisha ma hijiex parti għall-Ftehim ta’ Liżbona peress li pajjiżi biss jistgħu jaderixxu ma’ dan il-Ftehim. |
|
(3) |
Wara rieżami tal-Ftehim ta’ Liżbona, fl-20 ta’ Mejju 2015 il-Konferenza Diplomatika tal-WIPO adottat l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Liżbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (1) (“l-Att ta’ Ġinevra”). L-Att ta’ Ġinevra jestendi l-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini għall-indikazzjonijiet ġeografiċi kollha u jippermetti li l-organizzazzjonijiet intergovernattivi jsiru partijiet għalih. |
|
(4) |
Fis-sentenza tagħha tal-25 ta’ Ottubru 2017 (2), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti”) ddeċidiet li n-negozjar tal-Att ta’ Ġinevra jaqa’ taħt il-kompetenza esklużiva mogħtija lill-Unjoni mill-Artikolu 3(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni msemmija fl-Artikolu 207(1) TFUE. |
|
(5) |
Fis-27 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni għamlet proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta’ Ġinevra abbażi tal-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(6), il-punt (a), TFUE. Fid-dawl tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni fir-rigward tan-negozjar tal-Att ta’ Ġinevra, dik il-proposta pprevediet li l-Unjoni waħedha taderixxi ma’ dak l-Att |
|
(6) |
Fis-7 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill adotta b’mod unanimu d-Deċiżjoni (UE) 2019/1754 (3) dwar l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta’ Ġinevra f’konformità mal-Artikolu 293(1) TFUE. L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1754 jipprevedi li l-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu dan huma awtorizzati li jirratifikaw l-Att ta’ Ġinevra jew jaderixxu miegħu, kif opportun, flimkien mal-Unjoni u fl-interess tagħha, b’rispett sħiħ tal-kompetenza esklużiva tagħha. L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1754 jipprevedi li, fl-Unjoni Speċjali, l-Unjoni u kwalunkwe Stat Membru li jirratifika l-Att ta’ Ġinevra jew jaderixxi miegħu huma rrappreżentati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1754 jipprevedi wkoll li l-Unjoni hija responsabbli biex tiżgura l-eżerċitar tad-drittijiet u t-twettiq tal-obbligi tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jirratifikaw l-Att ta’ Ġinevra jew jaderixxu miegħu. |
|
(7) |
F’dikjarazzjoni li ddaħħlet fil-minuti tal-Kunsill relatati mal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1754, il-Kummissjoni oġġezzjonat għall-possibbiltà li l-Istati Membri kollha li jixtiequ jagħmlu dan ikunu awtorizzati jirratifikaw l-Att ta’ Ġinevra jew jaderixxu miegħu, flimkien mal-Unjoni. Madankollu, il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet lesta li taqbel li s-seba’ Stati Membri li huma diġà partijiet għall-Ftehim ta’ Liżbona, u li għandhom drittijiet estensivi ta’ proprjetà intellettwali rreġistrati skont dak il-Ftehim, setgħu jiġu awtorizzati jaderixxu mal-Att ta’ Ġinevra fl-interess tal-Unjoni. |
|
(8) |
L-Att ta’ Ġinevra daħal fis-seħħ fis-26 ta’ Frar 2020, tliet xhur wara li l-Unjoni ddepożitat l-istrument ta’ adeżjoni tagħha, u b’hekk l-għadd ta’ partijiet tela’ għall-ħamsa meħtieġa. |
|
(9) |
Fis-17 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni ppreżentat rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1754 minħabba ksur tal-Artikolu 218(6) u l-Artikolu 293(1) TFUE, tal-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi stabbilit fl-Artikolu 13(2) TUE, tal-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali u tad-dritt ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni, u, alternattivament, minħabba ksur tal-Artikolu 2(1) u tal-Artikolu 207 TFUE u d-dmir li jiġu ddikjarati r-raġunijiet. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni talbet lill-Qorti tannulla d-Deċiżjoni (UE) 2019/1754, sa fejn dik id-Deċiżjoni tawtorizza lill-Istati Membri kollha jaderixxu mal-Att ta’ Ġinevra. Madankollu l-Kummissjoni talbet ukoll lill-Qorti żżomm l-effetti tal-partijiet ta’ dik id-Deċiżjoni li talbet li jiġu annullati, b’mod partikolari kwalunkwe użu tal-awtorizzazzjoni mogħtija għall-adeżjoni mal-Att ta’ Ġinevra, implimentata qabel id-data tal-għoti tas-sentenza mis-seba’ Stati Membri li diġà huma partijiet għall-Ftehim ta’ Liżbona. Il-Kummissjoni indikat li setgħet, eċċezzjonalment, taċċetta kompromess li permezz tiegħu s-seba’ Stati Membri li huma partijiet għall-Ftehim ta’ Liżbona jaderixxu mal-Att ta’ Ġinevra sabiex jiġu evitati problemi relatati mal-kontinwità tad-drittijiet. |
|
(11) |
Fis-sentenza tagħha tat-22 ta’ Novembru 2022 (4), il-Qorti annullat l-Artikolu 3 u, sal-punt li fih referenzi għall-Istati Membri, l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1754. |
|
(12) |
Fis-sentenza tagħha tat-22 ta’ Novembru 2022, il-Qorti rrikonoxxiet ukoll il-ħtieġa tal-ippreżervar tal-anzjanità u l-kontinwità tal-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini rreġistrati skont il-Ftehim ta’ Liżbona fis-seba’ Stati Membri li diġà kienu partijiet għal dak il-Ftehim, b’mod partikolari, f’konformità mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali bejn l-Unjoni u l-Istati Membri stipulat fl-Artikolu 4(3) TUE, sabiex jiġu protetti d-drittijiet miksuba derivati minn dawk ir-reġistrazzjonijiet nazzjonali. Għalhekk, il-Qorti ddikjarat li l-effetti tal-partijiet annullati tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1754 jenħtieġ li jinżammu għall-Istati Membri li diġà għamlu użu mill-awtorizzazzjoni biex jirratifikaw l-Att ta’ Ġinevra jew jaderixxu miegħu sad-dħul fis-seħħ, f’perjodu raġonevoli ta’ mhux aktar minn sitt xhur mid-data tal-għoti tas-sentenza, ta’ deċiżjoni ġdida tal-Kunsill. |
|
(13) |
Fid-dawl tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni u l-possibbiltà li l-Unjoni taderixxi mal-Att ta’ Ġinevra, huwa biss f’ċerti ċirkostanzi strettament ġustifikati u speċifiċi li l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati, fl-interess tal-Unjoni, li jaderixxu flimkien mal-Unjoni. |
|
(14) |
L-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/1753 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jipprevedi dispożizzjonijiet tranżitorji għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini li joriġinaw mill-Istati Membri diġà rreġistrati skont il-Ftehim ta’ Liżbona. Abbażi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, is-seba’ Stati Membri li huma partijiet għall-Ftehim ta’ Liżbona nnotifikaw lill-Kummissjoni sal-14 ta’ Novembru 2022 li kienu għażlu li jitolbu r-reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Att ta’ Ġinevra tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini diġà rreġistrati skont il-Ftehim ta’ Liżbona. |
|
(15) |
Minħabba dawk iċ-ċirkostanzi speċifiċi, huwa xieraq li tiġi emendata d-Deċiżjoni (UE) 2019/1754 sabiex is-seba’ Stati Membri li kienu partijiet għall-Ftehim ta’ Liżbona qabel id-dħul fis-seħħ tal-Att ta’ Ġinevra jiġu awtorizzati, b’rispett sħiħ tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, li jirratifikaw ukoll l-Att ta’ Ġinevra jew jaderixxu miegħu, strettament sa fejn huwa meħtieġ biex jiġu ppreżervati, fl-interess tal-Unjoni, l-anzjanità u l-kontinwità tal-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini diġà rreġistrati minn dawk l-Istati Membri skont il-Ftehim ta’ Liżbona. |
|
(16) |
Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni (UE) 2019/1754 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni (UE) 2019/1754
Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1754 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Stati Membri li kienu partijiet għall-Ftehim ta’ Liżbona fis-26 ta’ Frar 2020, jiġifieri l-Bulgarija, iċ-Ċekja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, il-Portugall u s-Slovakkja, huma b’dan awtorizzati, b’rispett sħiħ tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, li jirratifikaw l-Att ta’ Ġinevra jew li jaderixxu miegħu, flimkien mal-Unjoni, strettament sa fejn l-adeżjoni tagħhom hija meħtieġa biex tippreżerva, fl-interess tal-Unjoni, l-anzjanità u l-kontinwità tal-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini diġà rreġistrati minn dawk l-Istati Membri skont il-Ftehim ta’ Liżbona, u li jikkonformaw mal-obbligi previsti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/1753 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). (*1) Ir-Regolament (UE) 2019/1753 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Liżbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (ĠU L 271, 24.10.2019, p. 1).”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fl-Unjoni Speċjali, l-Unjoni u dawk l-Istati Membri li rratifikaw l-Att ta’ Ġinevra jew aderixxew miegħu skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu rappreżentati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(1) TUE. L-Unjoni għandha tkun responsabbli biex tiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet u t-twettiq tal-obbligi tal-Unjoni skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. BUSCH
(1) ĠU L 271, 24.10.2019, p. 15.
(2) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ottubru 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (Reviżjoni tal-Ftehim ta’ Liżbona), C-389/15, ECLI:EU:C:2017:798.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1754 tas-7 ta’ Ottubru 2019 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Liżbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (ĠU L 271, 24.10.2019, p. 12).
(4) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2022, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, C-24/20, ECLI:EU:C:2022:911.
(5) Ir-Regolament (UE) 2019/1753 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Liżbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (ĠU L 271, 24.10.2019, p. 1).
|
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1052
tat-22 ta’ Mejju 2023
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun (1) (“il-Ftehim”) ġie approvat f’isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/112 (2) u daħal fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2021. |
|
(2) |
L-Artikolu 11(1) tal-Ftehim, jipprevedi li jiġi stabbilit Kumitat Konġunt tal-Partijiet għall-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim. |
|
(3) |
L-Artikolu 11(3) tal-Ftehim jipprevedi wkoll li l-Kumitat Konġunt għandu jfassal u jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Ġappun ikkooperaw fit-tfassil tal-abbozz tar-regoli ta’ proċedura. |
|
(5) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt, peress li dawn ser ikunu vinkolanti fuq l-Unjoni. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun fl-ewwel laqgħa fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
2. Ir-rappreżentant tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jista’ jaqbel dwar bidliet minuri fl-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. BUSCH
(1) ĠU L 229, 16.7.2020, p. 4.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/112 tal-25 ta’ Jannar 2021 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun (ĠU L 36, 2.2.2021, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru 1/ … TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-ĠAPPUN STABBILIT BIL-FTEHIM DWAR IS-SIKUREZZA TAL-AVJAZZJONI ĊIVILI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ĠAPPUN
ta’ …
li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu
IL-KUMITAT KONĠUNT UE-ĠAPPUN,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun, u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Punt 1
Ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt annessi ma’ din id-Deċiżjoni huma b’dan adottati.
Punt 2
Din id-Deċiżjoni ser issir applikabbli fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …,
Għall-Unjoni Ewropea
Għall-Ġappun
ANNESS
KUMITAT KONĠUNT TAL-PARTIJIET GĦALL-FTEHIM DWAR IS-SIKUREZZA TAL-AVJAZZJONI ĊIVILI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ĠAPPUN
Regoli ta’ Proċedura
Punt 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dawn ir-regoli ta’ proċedura skont l-Artikolu 11(3) tal-Ftehim dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun, it-terminu:
|
— |
‘Parti’ tfisser l-Unjoni Ewropea jew il-Ġappun; |
|
— |
‘iż-żewġ partijiet’ tfisser l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun. |
Punt 2
President u Kompożizzjoni
1. Il-Kumitat Konġunt ser ikun presedut b’mod konġunt minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea u minn rappreżentant tal-Ġappun (il-‘presidenti’).
2. Fil-Kumitat Konġunt, l-Unjoni Ewropea hija rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea u akkumpanjata mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
3. Fil-Kumitat Konġunt, il-Ġappun huwa rrappreżentat mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u/jew mill-Missjoni tal-Ġappun għall-Unjoni Ewropea u akkumpanjat mill-Ministeru għall-Art, l-Infrastruttura, it-Trasport u t-Turiżmu.
Punt 3
Laqgħat
1. Il-Kumitat Konġunt ser jiltaqa’ f’intervalli regolari fuq talba ta’ xi waħda mill-Partijiet.
2. Il-post fejn isiru l-laqgħat għandu jalterna, kemm jista’ jkun, bejn Brussell u Tokyo. Bħala alternattiva, jistgħu jiġu organizzati diskussjonijiet permezz ta’ vidjokonferenza. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati waqt il-vidjokonferenzi jkollhom l-istess valur bħal dawk adottati waqt laqgħat fiżiċi. Ladarba l-Partijiet ikunu ddeċidew dwar id-data u l-post ta’ laqgħa, il-laqgħa tissejjaħ mill-Kummissjoni Ewropea għall-Unjoni Ewropea u mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Ġappun.
3. Ħlief jekk ma jiġix deċiż mod ieħor mill-presidenti, il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt mhux ser ikunu miftuħin għall-parteċipanti mill-pubbliku. Wara l-laqgħat tista’ tinħareġ stqarrija għall-istampa bil-kunsens reċiproku tal-presidenti.
4. Il-laqgħat u d-dokumenti ser ikunu bl-Ingliż. Il-kostijiet tal-interpretazzjoni jew tat-traduzzjoni f’lingwa oħra għandhom jitħallsu mill-Parti li titlobhom.
Punt 4
Delegazzjonijiet
1. Qabel kull laqgħa, il-Partijiet ser jinfurmaw lil xulxin dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet rispettivi tagħhom, u jinnominaw lill-presidenti rispettivi tagħhom.
2. Il-presidenti jistgħu, fuq bażi ad hoc, jiddeċiedu li jistiednu parteċipanti esterni biex jattendu l-laqgħat tal-Kumitat Konġunt sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġetti partikolari jew bħala osservaturi.
Punt 5
Segretarjat
Is-segretarji tal-Kumitat Konġunt ser ikunu uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, li ser jaġixxu b’mod konġunt.
Punt 6
Aġenda tal-Laqgħat
1. Il-presidenti ser jistabbilixxu l-aġenda proviżorja ta’ kull laqgħa b’kunsens reċiproku. Din l-aġenda proviżorja u kwalunkwe dokument rilevanti tal-laqgħat ser jintbagħtu mis-segretarji lill-parteċipanti mhux aktar tard minn ħmistax-il jum ta’ xogħol qabel id-data tal-laqgħa.
2. Il-Kumitat Konġunt ser jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa. Punti barra minn dawk li jkunu jidhru fl-aġenda proviżorja jistgħu jiġu inklużi fl-aġenda jekk il-Partijiet jiddeċiedu li jsir hekk.
3. Il-presidenti jistgħu jimmodifikaw, b’kunsens, il-limitu ta’ żmien għat-trażmissjoni tad-dokumenti, imsemmija fil-paragrafu 1, inkluża l-aġenda proviżorja, sabiex jitqiesu r-rekwiżiti tal-proċeduri interni ta’ Parti jew l-urġenza ta’ kwistjoni partikolari.
Punt 7
Minuti
1. L-abbozz tal-minuti ta’ kull laqgħa tal-Kumitat Konġunt ser jitfassal wara dik il-laqgħa. Dawn ser jindikaw id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati u l-konklużjonijiet magħmula.
2. Meta jiġu approvati, il-minuti ser jiġu ffirmati mill-presidenti u kopja oriġinali jew skennjata waħda ser tiġi ffajljata minn kull Parti. Il-firma u l-arkivjar elettroniċi huma possibbli.
Punt 8
Proċedura bil-Miktub
Meta jkun meħtieġ u ġġustifikat, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt jistgħu jiġu adottati permezz ta’ proċedura bil-miktub. Għal dak il-għan, il-presidenti ser jiskambjaw l-abbozzi tal-miżuri li dwarhom tintalab l-opinjoni tal-Kumitat Konġunt, li mbagħad jistgħu jiġu kkonfermati permezz ta’ skambju ta’ korrispondenza. Madankollu, kwalunkwe Parti tista’ titlob li l-Kumitat Konġunt jitlaqqa’ biex jiddiskuti l-kwistjoni.
Punt 9
Deliberazzjonijiet
1. Il-Kumitat Konġunt ser jadotta d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu b’kunsens bejn il-Partijiet.
2. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt ser ikollhom it-titolu ‘Deċiżjoni’ u ‘Rakkomandazzjoni’ rispettivament u ser ikunu segwiti b’numru tas-serje, bid-data tal-adozzjoni tagħhom u b’deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom.
3. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt ser jiġu ffirmati mill-presidenti.
4. Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt ser jiġu implimentati mill-Partijiet f’konformità mal-proċeduri interni tagħhom stess.
5. Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt jistgħu jiġu ppubblikati mill-Partijiet fil-pubblikazzjonijiet uffiċjali rispettivi tagħhom. Ir-rakkomandazzjonijiet jew kwalunkwe att ieħor adottat mill-Kumitat Konġunt jistgħu jiġu ppubblikati jekk il-Partijiet jiddeċiedu li jsir hekk. Kopja oriġinali jew skennjata waħda tad-deċiżjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet ser tinżamm minn kull Parti.
Punt 10
Spejjeż
1. Il-partijiet ser ikunu inkarigati li jħallsu l-ispejjeż mġarrba minnhom stess minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt u fil-laqgħat konformi mad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt, inkluż l-ispejjeż tal-persunal, tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza u l-kostijiet tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.
2. L-ispejjeż relatati mal-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat ser jiġġarrbu mill-Parti li tkun qed torganizza l-laqgħa.
|
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/44 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1053
tat-30 ta’ Mejju 2023
li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/588 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti operazzjonali għas-servizzi governattivi pprovduti fil-qafas tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura u l-portafoll tas-servizzi tiegħu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/588 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għall-perjodu 2023–2027 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 10(4) u (5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/588, għandu l-objettiv li jiżgura l-forniment u d-disponibbiltà fit-tul ta’ aċċess globali mingħajr interruzzjoni għal servizzi ta’ komunikazzjoni governattivi bis-satellita siguri, awtonomi, affidabbli u kosteffettivi għall-utenti governattivi billi jistabbilixxi sistema ta’ konnettività sigura taħt kontroll ċivili. |
|
(2) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti operazzjonali tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, fil-forma ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u pjanijiet ta’ implimentazzjoni għas-servizzi governattivi relatati b’mod partikolari mal-ġestjoni tal-kriżijiet, mas-sorveljanza u mal-ġestjoni tal-infrastruttura ewlenija, inkluż in-networks ta’ komunikazzjoni diplomatiċi u ta’ difiża u l-ħtiġijiet ta’ utenti governattivi oħra. |
|
(3) |
Jenħtieġ li jiġi stabbilit il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi governattivi, inkluż is-servizzi ristretti għall-utenti awtorizzati mill-gvern ibbażati fuq l-infrastruttura governattiva, kif ukoll servizzi għall-utenti governattivi bbażati fuq l-infrastruttura kummerċjali, bħas-servizz assigurat ta’ latenza baxxa madwar id-dinja jew s-servizz narrowband madwar id-dinja. Il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi governattivi jenħtieġ li jqis il-portafoll tas-servizzi tal-komunikazzjoni governattiva bis-satellita (“GOVSATCOM”) stabbiliti fil-qafas tar-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-kumitat tal-Programm stabbilit bl-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) 2021/696, fil-konfigurazzjoni ta’ GOVSATCOM. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi governattivi pprovduti fil-qafas tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura
1. Is-sistema li timplimenta l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għandha titfassal biex tipprovdi jew tippermetti s-servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita li ġejjin:
|
(a) |
is-servizzi li ġejjin offruti lill-utenti governattivi abbażi tal-infrastruttura governattiva:
|
|
(b) |
is-servizzi li ġejjin offruti lill-utenti governattivi abbażi tal-infrastruttura kummerċjali:
|
Is-servizzi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-profili predefiniti għal dawk is-servizzi stabbiliti fl-Anness.
2. Il-portafoll tas-servizzi tas-sistema li timplimenta l-programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għandu jitfassal apposta għal kull servizz u jitwassal lill-utenti finali f’konformità mal-iskemi ta’ akkwist li ġejjin:
|
(a) |
skema ta’ servizz minn tarf sa tarf, fejn is-servizz jiġi pprovdut mir-router/mill-kommutatur fuq in-naħa tal-istazzjon ta’ ankraġġ, għar-router/għall-kommutatur fuq in-naħa tat-terminal tal-utent, inkluż il-possibbiltà li n-network estern jiġi pprovdut fuq in-naħa tal-istazzjon tal-ankraġġ; |
|
(b) |
skema ta’ servizzi ġestiti, fejn il-forniment tas-servizz ikun iggarantit bl-esklużjoni tat-terminal. |
Artikolu 2
Regoli u Rekwiżiti Operazzjonali għall-Forniment ta’ Servizzi Governattivi
Ir-regoli u r-rekwiżiti operazzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għall-forniment ta’ servizzi governattivi:
|
(1) |
F’termini ta’ riżorsi u ishma tal-parteċipanti:
|
|
(2) |
F’termini ta’ allokazzjoni tas-servizzi:
|
|
(3) |
F’termini tal-profili ta’ servizz, tat-talbiet u tal-prijoritizzazzjoni:
|
|
(4) |
F’termini ta’ loġika ta’ twettiq:
|
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1055 tat-30 ta’ Mejju 2023 li tistabbilixxi r-regoli dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-kapaċitajiet, tas-servizzi, u tat-tagħmir tal-utenti ta’ komunikazzjoni bis-satellita biex tiġi ssodisfata l-funzjoni msemmija fl-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara paġna 57 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
Profili predefiniti għas-servizzi governattivi pprovduti fil-qafas tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura
Tabella 1
Servizz #1: Servizz Robust Madwar id-Dinja b’Latenza Baxxa
|
Karatteristika |
Speċifikazzjonijiet tekniċi |
||||||||
|
Banda tal-frekwenzi |
Ka-Gov; oħrajn |
||||||||
|
Rata tad-data |
Livell tas-servizz espress permezz tat-throughput tal-link ta’ Trażmissjoni (FWD)/Ritorn (RTN) għal kull utent:
|
||||||||
|
Kopertura ġeografika |
Globali |
||||||||
|
Disponibbiltà (aktar minn sena) |
99,5 % |
||||||||
|
Latenza |
|
||||||||
|
Terminal tal-utent |
Fiss/Mobbli/Nomadiku |
||||||||
|
Robustezza u karatteristiċi ta’ sigurtà |
Robustezza |
Tabella 2
Servizz #2: Rilej tad-Data Spazjali
|
Karatteristika |
Speċifikazzjonijiet tekniċi |
||||||||
|
Banda tal-frekwenzi |
Ottika |
||||||||
|
Rata tad-data |
Skont ix-xenarju tal-konnettività (taħlita ta’ entitajiet ta’ utenti u ta’ destinazzjoni):
|
||||||||
|
Kopertura ġeografika |
Globali |
||||||||
|
Entità ta’ utent/entità ta’ destinazzjoni |
|
||||||||
|
Robustezza u karatteristiċi ta’ sigurtà |
Robustezza |
Tabella 3
Servizz #3: Servizz Assigurat Madwar id-Dinja b’Latenza Baxxa
|
Karatteristika |
Speċifikazzjonijiet tekniċi |
||||||||
|
Rata tad-data |
Livell tas-servizz espress permezz tat-throughput tal-link ta’ Trażmissjoni (FWD)/Ritorn (RTN) għal kull utent:
|
||||||||
|
Kopertura ġeografika |
Globali |
||||||||
|
Disponibbiltà (aktar minn sena) |
99,5 % |
||||||||
|
Latenza |
|
||||||||
|
Terminal tal-utent |
Fiss/Mobbli/Nomadiku |
||||||||
|
Robustezza u karatteristiċi ta’ sigurtà |
Assigurat |
Tabella 4
Servizz #4: Servizz Assigurat Narrowband Madwar id-Dinja
|
Karatteristika |
Speċifikazzjonijiet tekniċi |
|
Rata tad-data |
Throughput tal-link ta’ Trażmissjoni (FWD)/Ritorn (RTN) għal kull utent: Minn 2 Kbps sa 1 Mbps |
|
Kopertura ġeografika |
Globali |
|
Disponibbiltà (aktar minn sena) |
98 % |
|
Terminal tal-utent |
Internet tal-Oġġetti (IOT) u tagħmir ieħor tal-utenti narrowband |
|
Robustezza u karatteristiċi ta’ sigurtà |
Assigurat |
|
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/49 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1054
tat-30 ta’ Mejju 2023
li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-portafoll tas-servizzi għas-servizzi ta’ Komunikazzjoni Governattiva bis-Satellita offruti mis-sistema stabbilita skont il-Programm Spazjali tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 63(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2021/696, skont il-komponent tal-Komunikazzjonijiet Governattivi bis-Satellita (“GOVSATCOM”), il-kapaċitajiet u s-servizzi tal-komunikazzjoni bis-satellita għandhom jiġu kkombinati f’ġabra komuni tal-Unjoni ta’ kapaċitajiet u servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita, b’rekwiżiti xierqa ta’ sigurtà. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) 2021/696, il-forniment tal-kapaċitajiet u tas-servizzi tal-GOVSATCOM għandu jiġi żgurat skont kif stabbilit fil-portafoll tas-servizzi. Il-portafoll tas-servizzi jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-ħtiġijiet tal-komunitajiet tal-utenti tal-komunikazzjonijiet governattivi bis-satellita, billi jinkludi servizzi tal-GOVSATCOM li jkunu flessibbli u aġġustabbli għall-utenti. Għalhekk jenħtieġ li dan ikopri s-servizzi minn tarf sa tarf, is-servizzi tal-kapaċità ankrata u s-servizzi tal-kapaċità mhux ipproċessata. |
|
(3) |
Il-portafoll tas-servizzi jenħtieġ li jkopri l-kapaċitajiet u s-servizzi eżistenti u mistennija li għandhom jiġu inklużi fil-ġabra komuni tal-Unjoni. Għalhekk, fil-portafoll tas-servizzi jridu jiġu inklużi l-opzjonijiet differenti għal-latenza, għall-baned ta’ frekwenza, għal-livelli ta’ sigurtà u attributi oħra. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat il-forniment tas-servizzi, hemm bżonn li jiġi deskritt il-proċess biex l-utenti tal-GOVSATCOM jagħmlu talbiet għal servizz liċ-ċentru tal-GOVSATCOM. L-awtoritajiet kompetenti tal-GOVSATCOM jenħtieġ li jaġixxu bħala intermedjarji f’dan il-proċess. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat l-aħjar tqabbil bejn il-provvista u d-domanda għas-servizzi tal-GOVSATCOM, hemm bżonn li d-disponibbiltà tas-servizzi tiġi bbażata fuq il-provvista u d-domanda tal-kapaċitajiet u tas-servizzi satellitari miġbura u kondiviżi akkwistati. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm fil-konfigurazzjoni tal-GOVSATCOM. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1055 (2).
Artikolu 2
Portafoll tas-servizzi tal-GOVSATCOM
1. Il-portafoll tas-servizzi tal-GOVSATCOM għandu jikkonsisti mill-kategoriji tas-servizzi ta’ komunikazzjoni li ġejjin:
|
(a) |
servizzi minn tarf sa tarf, li jippermettu lill-utent jaqbad ma’ network li kapaċi jipprovdi servizz; |
|
(b) |
servizzi ta’ kapaċità ankrata, li jippermettu lill-utent juża l-kapaċità satellitari u l-faċilità tal-istazzjon tal-ankraġġ assoċjata; |
|
(c) |
servizzi tal-kapaċità mhux ipproċessata, li jippermettu lill-utent juża l-kapaċità satellitari (wisa’ tal-banda). |
2. Is-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mal-attributi primarji u sekondarji tal-kategoriji tas-servizzi ta’ komunikazzjoni huma stabbiliti fl-Anness I.
3. It-tagħmir tal-utent jista’ jiġi pprovdut minn fornitur tar-riżorsi lill-utent bħala parti mis-servizz tiegħu.
4. Is-servizzi msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (c) għandhom jiġu pprovduti permezz tal-infrastruttura taċ-ċentru tal-GOVSATCOM fil-konfigurazzjoni operazzjonali inizjali tas-servizzi tagħha.
Artikolu 3
Profili tas-servizz u talbiet
1. Il-profili tas-servizz tal-GOVSATCOM għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-valuri tal-attributi primarji tagħhom stabbiliti fl-Anness II (“profili ta’ servizz predefiniti”).
2. L-utenti għandhom ikunu jistgħu joħorġu talbiet ta’ profil tas-servizz predefinit, fejn l-utent ikun jista’ jibbrawżja l-profili tas-servizz predefiniti li jkun fihom l-informazzjoni pprovduta mill-fornitur tar-riżorsi rispettiv.
L-utenti għandhom ikunu jistgħu wkoll joħorġu talbiet ta’ profil iddeterminat mill-utent, b’valuri ta’ attributi ta’ servizz speċifikati li jkunu ġew definiti minn qabel mill-utent. Il-profil iddeterminat mill-utent għandu jintuża biex tinħareġ talba għal servizz liċ-Ċentru tal-GOVSATCOM għat-tqabbil tal-profili tas-servizz predefiniti.
L-utenti għandhom ikunu jistgħu joħorġu wkoll talbiet ta’ servizz bil-valuri tal-attributi magħżula mill-utent, fejn il-valuri tal-attributi jintużaw biex tinħareġ talba għal servizz liċ-ċentru tal-GOVSATCOM għat-tqabbil tal-profili tas-servizz predefiniti.
3. Iċ-ċentru tal-GOVSATCOM għandu jwieġeb għat-talbiet tal-utenti billi jippreżenta s-servizzi disponibbli li jaqblu mat-talbiet. Għas-servizzi disponibbli, l-utent għandu jiġi infurmat dwar l-attributi primarji u sekondarji tagħhom kif ukoll dwar kwalunkwe informazzjoni u dettalji addizzjonali speċifiċi għas-servizz. L-utenti għandhom ikunu jistgħu jagħżlu mis-servizzi disponibbli li jaqblu mat-talba tagħhom.
4. Wara li l-utenti jagħżlu servizz, u skont ir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1055, iċ-ċentru tal-GOVSATCOM għandu jipproċedi għall-allokazzjoni tar-riżorsi għall-forniment tas-servizz u jinforma lill-utent meta s-servizz jiġi prenotat u attivat.
5. Wara l-attivazzjoni tas-servizz, l-utenti rispettivi għandhom ikunu jistgħu jaċċessawh jew bit-tagħmir tal-utent tagħhom meta dan ikun kompatibbli mas-servizz, jew bit-tagħmir tal-utent ipprovdut mill-fornitur tar-riżorsi permezz tal-GOVSATCOM.
Artikolu 4
Aċċess għall-portafoll tas-servizzi u għas-servizzi tal-GOVSATCOM
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-GOVSATCOM (CGAs) stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 68(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2021/696 għandu jkollhom aċċess għall-portafoll tas-servizzi u għall-proċess tal-għażla tas-servizzi.
2. Fil-qafas tal-proċess tal-għażla tas-servizzi, is-CGA għandha:
|
(a) |
jirċievi, jipprijoritizza, janonimizza kif meħtieġ, u jibgħat it-talbiet tal-utenti tiegħu għal servizz liċ-ċentru tal-GOVSATCOM; |
|
(b) |
jirċievi r-riżultati tat-talbiet miċ-Ċentru tal-GOVSATCOM u jgħaddihom lill-utenti; |
|
(c) |
jirċievi, janonimizza kif meħtieġ, u jibgħat l-għażla tas-servizz tal-utenti tiegħu liċ-ċentru tal-GOVSATCOM. |
3. Fir-rigward tal-anonimizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, matul il-forniment tas-servizz lill-utenti, is-CGA għandha taġixxi bħala indikatur għal kwalunkwe komunikazzjoni tal-utent maċ-ċentru tal-GOVSATCOM, u b’hekk tanonimizza l-identità tal-utent. Għandhom jintużaw kanali klassifikati bħala xierqa għall-komunikazzjoni, kif meħtieġ. Is-CGA tista’ tagħżel li ma tanonimizzax lill-utent. F’dan il-każ, iċ-ċentru tal-GOVSATCOM għandu jagħmel disponibbli l-identità tal-utent lill-fornitur tar-riżorsi biex jappoġġa l-għażla, l-istabbiliment, il-ġestjoni, il-manutenzjoni u l-individwazzjoni tas-soluzzjonijiet tas-servizz ipprovdut lill-utent. Barra minn hekk, il-fornitur tar-riżorsi jista’ jitlob id-dianonimizzazzjoni tal-utent. F’dan il-każ, iċ-ċentru tal-GOVSATCOM għandu jibgħat din it-talba lis-CGA rilevanti għall-valutazzjoni.
4. Iċ-ċentru tal-GOVSATCOM għandu jipprovdi lis-CGAs l-informazzjoni meħtieġa għall-għażla, il-prenotazzjoni, l-istabbiliment u l-forniment tas-servizzi.
Artikolu 5
Prijoritizzazzjoni tas-servizz u livelli ta’ sigurtà
1. Il-prijoritizzazzjoni tal-forniment tas-servizzi għandha titwettaq f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1055.
2. L-utenti għandu jkollhom aċċess għas-servizz tal-portafoll tas-servizzi abbażi tal-livell ta’ sigurtà tagħhom, kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023)3204 tat-30 ta’ Mejju 2023 (3).
Artikolu 6
Disponibbiltà tal-ġbir flimkien u tas-servizzi tal-GOVSATCOM
1. Il-kapaċitajiet u s-servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita miġbura flimkien għandhom ikunu disponibbli permezz tal-portafoll tas-servizzi bil-valuri tal-attributi tagħhom.
2. Id-disponibbiltà tas-servizzi fil-portafoll għandha tkun soġġetta għall-provvista u d-domanda tal-kapaċitajiet u tas-servizzi satellitari miġbura u kondiviżi akkwistati mill-entitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2021/696.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1055 tat-30 ta’ Mejju 2023 li tistabbilixxi r-regoli dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-kapaċitajiet, tas-servizzi u tat-tagħmir tal-utenti ta’ komunikazzjoni bis-satellita biex tiġi ssodisfata l-funzjoni msemmija fl-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara l-paġna 57 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023)3204 tat-30 ta’ Mejju 2023 dwar l-istabbiliment tar-rekwiżiti ta’ sigurtà ġenerali tal- GOVSATCOM imsemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
ANNESS I
Attributi tal-kategoriji tas-servizzi tal-komunikazzjoni
Tabella 1
Servizz minn tarf sa tarf
|
Attributi primarji |
|
|
Latenza [Massima] |
Dewmien fit-Trażmissjoni tat-Traġitt bir-Ritorn f’ms (millisekondi) |
|
Throughput* |
L-ogħla rata ta’ informazzjoni f’Mbps (megabits kull sekonda) |
|
Servizz simetriku |
Iva/Le Nota: Servizz simetriku għandu l-istess valuri tal-attributi għall-konnessjonijiet li jittrażmettu u jirritornaw Nota: f’każ ta’ tweġiba negattiva, għandu jiġi identifikat it-throughput li jittrażmetti (FWD)/li jirritorna (RTN) |
|
Tip ta’ kopertura |
Reġjonali/Globali/Lokali |
|
Disponibbiltà Minima |
Disponibbiltà minima tas-servizz (% tal-ħin fix-xahar) |
|
Livell ta’ Sigurtà |
Imsaħħaħ/Robust/Assigurat |
|
Attributi sekondarji |
|
|
Rata ta’ Informazzjoni Impenjata* |
Rata ta’ informazzjoni impenjata f’Mbps |
|
Żona tas-servizz |
Lista ta’ żoni ġeografiċi disponibbli għall-forniment tas-servizz bħal fl-Illustrazzjoni 1 |
|
Informazzjoni speċifika għas-servizz |
Lista ta’ informazzjoni relatata mas-servizz, mhux inkluża f’attributi oħra (eż. żona ta’ kopertura, potenza rradjata, G/T, Kwalità tas-Servizz, ħin tal-varar, taħriġ, appoġġ tekniku, għażliet tas-servizzi ta’ installazzjoni, latenza ġenerali tas-servizz, polarizzazzjoni eċċ.) |
|
Tagħmir tal-utent |
Fiss/Varabbli/Mobbli |
|
Forniment tat-tagħmir tal-utent |
Iva/Le Nota: L-utent għandu jingħata lista ta’ tagħmir kompatibbli tal-utent bl-informazzjoni teknika tiegħu (eż. Kapaċità ta’ ppuntar manwali/awtomatiku), sabiex jintgħażel mill-utent kif meħtieġ. |
|
Ħin massimu ta’ interruzzjoni fis-servizz |
F’sigħat Nota: Il-punti deċimali huma appoġġati għad-definizzjoni tas-suddiviżjoni tas-siegħa |
|
Servizz għall-istatus tal-konnessjoni |
Iva/Le |
|
Konnessjoni ma’ networks terrestri |
Iva/Le Nota: Fil-każ ta’ “Iva”, in-network(s) terrestri li għalihom tiġi pprovduta l-konnettività huma elenkati |
Tabell 2
Servizz tal-kapaċità ankrata
|
Attributi primarji |
|
|
Latenza massima |
Dewmien fit-Trażmissjoni tat-Traġitt bir-Ritorn f’ms |
|
Wisa’ tal-banda* |
Kapaċità f’MHz |
|
Servizz simetriku |
Iva/Le Nota: Servizz simetriku għandu l-istess valuri tal-attributi għall-konnessjonijiet li jittrażmettu u jirritornaw Nota: f’każ ta’ tweġiba negattiva, għandu jiġi identifikat it-throughput FWD/RTN |
|
Tip ta’ kopertura |
Reġjonali/Globali/Lokali |
|
Banda tal-frekwenzi |
HF-VHF-UHF/L/S/C/X/Ku/Ka/Ka Gov/V/Q |
|
Tip ta’ servizz tal-frekwenza |
FSS/SM/BSS |
|
Disponibbiltà Minima |
Disponibbiltà minima tas-servizz (% tal-ħin fix-xahar) |
|
Livell ta’ Sigurtà |
Imsaħħaħ/Robust/Assigurat |
|
Attributi sekondarji |
|
|
Żona tas-servizz |
Lista ta’ żoni ġeografiċi disponibbli għall-forniment tas-servizz bħal fl-Illustrazzjoni 1 |
|
Interfaċċa tal-istazzjon tal-ankraġġ |
Deskrizzjoni tal-interfaċċa użata għall-konnessjoni tat-tagħmir ipprovdut mill-utent mal-istazzjon tal-ankraġġ |
|
Kapaċitajiet addizzjonali ta’ ankraġġ |
Iva/Le Nota: Fil-każ ta’ “Iva”, il-kapaċitajiet ta’ ankraġġ addizzjonali huma elenkati (eż. Multiprotocol Label Switching, konnettività ethernet eċċ.) |
|
Informazzjoni speċifika għas-servizz |
Lista ta’ informazzjoni relatata mas-servizz, mhux inkluża f’attributi oħra (eż. żona ta’ kopertura, potenza rradjata, G/T, Kwalità tas-Servizz, ħin tal-varar, taħriġ, appoġġ tekniku, għażliet tas-servizzi ta’ installazzjoni, latenza ġenerali tas-servizz, polarizzazzjoni eċċ.) |
|
Tagħmir tal-utent |
Fiss/Varabbli/Mobbli |
|
Forniment tat-tagħmir tal-utent |
Iva/Le Nota: L-utent għandu jingħata lista ta’ tagħmir kompatibbli tal-utent bl-informazzjoni teknika tiegħu (eż. Kapaċità ta’ ppuntar manwali/awtomatiku), sabiex jintgħażel mill-utent kif meħtieġ. |
|
Ħin massimu ta’ interruzzjoni fis-servizz |
F’sigħat Nota: Il-punti deċimali huma appoġġati għad-definizzjoni tas-suddiviżjoni tas-siegħa |
|
Servizz għall-istatus tal-konnessjoni |
Iva/Le |
Tabella 3
Servizz tal-kapaċità mhux ipproċessata
|
Attributi primarji |
|
|
Latenza massima |
Dewmien fit-Trażmissjoni tat-Traġitt bir-Ritorn f’ms |
|
Wisa’ tal-banda* |
Kapaċità f’MHz |
|
Servizz simetriku |
Iva/Le Nota: Servizz simetriku għandu l-istess valuri tal-attributi għall-konnessjonijiet li jittrażmettu u jirritornaw Nota: f’każ ta’ tweġiba negattiva, għandu jiġi identifikat it-throughput FWD/RTN |
|
Tip ta’ kopertura |
Reġjonali/Globali/Lokali |
|
Banda tal-frekwenzi |
HF-VHF-UHF/L/S/C/X/Ku/Ka/Ka Gov/V/Q |
|
Tip ta’ servizz ta’ frekwenza |
FSS/MSS/BSS |
|
Disponibbiltà Minima |
Disponibbiltà minima tas-servizz (% tal-ħin fix-xahar) |
|
Livell ta’ Sigurtà |
Imsaħħaħ/Robust/Assigurat |
|
Attributi sekondarji |
|
|
Żona tas-servizz |
Lista ta’ żoni ġeografiċi disponibbli għall-forniment tas-servizz bħal fl-Illustrazzjoni 1 |
|
Informazzjoni speċifika għas-servizz |
Lista ta’ informazzjoni relatata mas-servizz, mhux inkluża f’attributi oħra (eż. żona ta’ kopertura, potenza rradjata, G/T, Kwalità tas-Servizz, ħin tal-varar, taħriġ, appoġġ tekniku, għażliet tas-servizzi ta’ installazzjoni, latenza ġenerali tas-servizz, polarizzazzjoni eċċ.) |
|
Tagħmir tal-utent |
Fiss/Varabbli/Mobbli |
|
Forniment tat-tagħmir tal-utent |
Iva/Le Nota: L-utent għandu jingħata lista ta’ tagħmir kompatibbli tal-utent bl-informazzjoni teknika tiegħu (eż. Kapaċità ta’ ppuntar manwali/awtomatiku), sabiex jintgħażel mill-utent kif meħtieġ. |
|
Ħin massimu ta’ interruzzjoni fis-servizz |
F’sigħat Nota: Il-punti deċimali huma appoġġati għad-definizzjoni tas-suddiviżjoni tas-siegħa |
|
Servizz għall-istatus tal-konnessjoni |
Iva/Le |
|
*: |
Fil-każ ta’ servizz mhux simetriku, dan l-attribut għandu jaċċetta żewġ valuri; waħda għall-konnessjoni li tittrażmetti (satellita għall-utent) u waħda li tirritorna (utent għas-satellita). |
Illustrazzjoni 1
Żoni ta’ Servizz tal-GOVSATCOM
ANNESS II
Profili ta’ servizz predefiniti
|
Tisħiħ fis-servizz miġbur |
|
|
Kategorija ta’ komunikazzjoni |
Servizz minn tarf sa tarf |
|
Latenza massima |
600 ms |
|
Throughput |
10 Mbps |
|
Kopertura |
Reġjonali |
|
Disponibbiltà Minima |
99,5 % |
|
Livell ta’ Sigurtà |
Tisħiħ fis-servizzi, li jipprovdi livell għoli ta’ disponibbiltà u reżiljenza, u livell għoli ta’ kunfidenzjalità, integrità u disponibbiltà. |
|
Servizz miġbur robust |
|
|
Kategorija ta’ komunikazzjoni |
Servizz minn tarf sa tarf |
|
Latenza massima |
600 ms |
|
Throughput |
10 Mbps |
|
Kopertura |
Reġjonali |
|
Disponibbiltà Minima |
99,5 % |
|
Livell ta’ Sigurtà |
Servizzi robusti, li jipprovdu livell għoli ta’ disponibbiltà u reżiljenza, u livell għoli ta’ kunfidenzjalità, integrità u disponibbiltà. |
|
Servizz miġbur assigurat |
|
|
Kategorija ta’ komunikazzjoni |
Servizz minn tarf sa tarf |
|
Latenza massima |
600 ms |
|
Throughput |
10 Mbps |
|
Kopertura |
Reġjonali |
|
Disponibbiltà Minima |
98 % |
|
Livell ta’ Sigurtà |
Servizzi assigurati, li jipprovdu livell għoli ta’ robustezza u reżiljenza, u livell iktar baxx ta’ kunfidenzjalità, integrità u disponibbiltà. |
Il-livelli ta’ sigurtà huma definiti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2023)3204 tat-30 ta’ Mejju 2023.
|
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/57 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1055
tat-30 ta’ Mejju 2023
li tistabbilixxi r-regoli dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-kapaċitajiet tas-servizzi u tat-tagħmir tal-utenti ta’ komunikazzjoni bis-satellita biex tiġi ssodisfata l-funzjoni msemmija fl-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 66(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2021/696 jipprovdi li skont il-komponent tal-GOVSATCOM, il-kapaċitajiet u s-servizzi tal-komunikazzjoni bis-satellita għandhom jiġu kkombinati f’ġabra komuni tal-Unjoni ta’ kapaċitajiet u servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita, b’rekwiżiti xierqa ta’ sigurtà. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2021/696, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli dettaljati dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-kapaċitajiet, tas-servizzi u tat-tagħmir tal-utenti tal-komunikazzjoni bis-satellita, filwaqt li tqis id-domanda mistennija għall-każijiet ta’ użu differenti tal-GOVSATCOM, l-analiżi tar-riskji għas-sigurtà għal dawk il-każijiet tal-użu u, fejn ikun xieraq, il-kosteffiċjenza. |
|
(3) |
Il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni jenħtieġ li jipprovdu użu ġust u ottimizzat tar-riżorsi disponibbli tal-GOVSATCOM, imfassla għall-ħtiġijiet ta’ kull parteċipant. Sabiex jiġi żgurat l-aħjar tqabbil bejn il-provvista u d-domanda għas-servizzi tal-GOVSATCOM, hemm bżonn li d-disponibbiltà tas-servizzi tiġi bbażata fuq il-provvista u d-domanda tal-kapaċitajiet u tas-servizzi satellitari miġbura u kondiviżi akkwistati. |
|
(4) |
Ir-riżorsi tal-fornituri tar-riżorsi jenħtieġ li jinġabru f’ġabra Komuni tal-Unjoni. Il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni jenħtieġ li jipprovdu mekkaniżmi għall-allokazzjoni tas-servizzi lill-parteċipanti skont il-ħtiġijiet tagħhom għas-servizzi tal-GOVSATCOM. Għalhekk, il-ġabra Komuni tal-Unjoni jenħtieġ li tinqasam f’allokazzjoni fissa u f’allokazzjoni dinamika. Il-forniment garantit tas-servizzi huwa appoġġat permezz ta’ allokazzjoni fissa ta’ servizzi għal kull parteċipant, filwaqt li l-ħtiġijiet mhux ippjanati huma appoġġati permezz ta’ allokazzjoni dinamika ta’ servizzi. Jenħtieġ li fil-ġabra Komuni tal-Unjoni jiġi inkluż volum ta’ riżorsi bħala marġni ta’ kriżi, sabiex jiġi appoġġat il-forniment ta’ servizzi għal ħtiġijiet mhux ippjanati, urġenti u ta’ prijorità għolja ta’ kwalunkwe parteċipant. |
|
(5) |
Il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni jenħtieġ li jappoġġaw prijoritajiet differenti tat-talbiet tal-parteċipanti għas-servizzi tal-GOVSATCOM u jimplimentaw mekkaniżmi xierqa għall-ipproċessar tagħhom. Jenħtieġ li jiġi previst mekkaniżmu ta’ kumpens għas-servizzi tal-GOVSATCOM sabiex jiġi ffaċilitat l-użu effiċjenti tar-riżorsi u jiġu evitati d-distorsjonijiet tas-suq. Għal dan il-għan, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta’ tokens b’valuri ta’ kumpens ibbażati fuq il-livell ta’ prijorità tat-talbiet. Jenħtieġ li tiġi prevista wkoll il-possibbiltà li jinxtraw tokens addizzjonali jew li jingħataw tokens lil parteċipant ieħor. |
|
(6) |
L-għadd totali ta’ tokens disponibbli abbażi tal-baġit disponibbli jenħtieġ li jinqasam fis-sehem totali tal-Istati Membri, is-sehem tal-istituzzjoni tal-UE u l-marġni ta’ kriżi. |
|
(7) |
Ir-riżorsi miġbura jenħtieġ li jiġu allokati għas-servizzi skont it-talbiet ta’ servizz tal-parteċipanti li jaqbdu maċ-ċentru tal-GOVSATCOM. Għal dak il-għan, kull parteċipant jenħtieġ li jiddetermina r-rilevanza tal-utenti tiegħu u l-kritikalità tat-talba tiegħu. |
|
(8) |
Sabiex jiġi żgurat l-ipproċessar bla xkiel tat-talbiet għas-servizz, jenħtieġ li ċ-ċentru tal-GOVSATCOM ilaqqa’ t-talba għas-servizz mar-riżorsi tal-ġabra. F’każijiet fejn it-talbiet għal servizz ma jistgħux jitqabblu mar-riżorsi disponibbli tal-ġabra, jenħtieġ li jiġi previst mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) 2021/696, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
(1) Din id-deċiżjoni stabbiliet ir-regoli dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-GOVSATCOM għall-inklużjoni ta’ riżorsi għal Ġabra Komuni tal-Unjoni u l-kondiviżjoni tas- servizzi fost il-parteċipanti.
(2) Din id-deċiżjoni tapplika għas-servizzi tal-GOVSATCOM kif definiti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1054 (2). L-utenti jinteraġixxu maċ-Ċentru tal-GOVSATCOM permezz tal-awtorità kompetenti tal-GOVSATCOM (CGA) rispettiva.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
(1) Riżorsa allokata: Riżorsa allokata għal servizz għal perjodu ta’ żmien speċifiku, skont it-talba għal servizz rilevanti.
(2) Riżorsa disponibbli: Riżorsa li ma hijiex allokata lil servizz għal perjodu ta’ żmien speċifiku.
(3) Ġabra komuni tal-Unjoni jew ġabra: Il-ġabra ta’ riżorsi li jsiru disponibbli għall-GOVSATCOM permezz ta’ kuntratti jew ftehimiet mal-fornituri tar-riżorsi.
(4) Kumpens: Mekkaniżmu ta’ pagament ibbażat fuq it-tokens.
(5) Awtorità Kompetenti tal-GOVSATCOM (CGA): L-entità maħtura minn parteċipant skont l-Artikolu 68(4) tar-Regolament (UE) 2021/696 biex twettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 68(5).
(6) Kunflitt: Is-sitwazzjoni fejn il-volum ta’ ċerta riżorsa fil-ġabra jkun anqas mill-volum aggregat meħtieġ mit-talbiet għal servizz għal perjodu ta’ żmien speċifiku; għalhekk, it-talbiet għal servizz ikollhom kunflitt fuq l-istess riżorsa.
(7) Marġni tal-kriżi: Ir-riżorsi tal-ġabra li jibqgħu disponibbli għall-allokazzjoni dinamika f’każ ta’ talba/talbiet ta’ prijorità għolja li għalihom ma jinstab l-ebda tqabbil jew riżorsi disponibbli fil-partijiet l-oħra tal-ġabra.
(8) Allokazzjoni dinamika: L-allokazzjoni ta’ servizzi u riżorsi lill-parteċipant skont it-talbiet ta’ servizz tal-utenti tiegħu li jinħarġu matul Terminu ta’ Programmazzjoni tal-Ġabra (PPT).
(9) Allokazzjoni fissa: L-allokazzjoni ta’ servizzi u riżorsi għall-PPT kollu skont il-pjan espress ta’ kull parteċipant, qabel id-data tal-bidu tal-PPT.
(10) Servizzi tal-GOVSATCOM jew servizzi: Is-servizzi inklużi fil-portafoll tas-servizzi tal-GOVSATCOM.
(11) Servizzi taċ-Ċentru tal-GOVSATCOM: Is-servizzi li huma pprovduti miċ-Ċentru tal-GOVSATCOM biex jappoġġaw l-operat tas-sistema tal-GOVSATCOM. L-appoġġ għas-servizzi taċ-Ċentru tal-GOVSATCOM, bħall-għażla, il-prenotazzjoni, l-istabbiliment, il-forniment tas-servizzi tal-GOVSATCOM, l-allokazzjoni u d-deallokazzjoni tar-riżorsi eċċ. u li ma humiex inklużi fil-portafoll tas-servizzi tal-GOVSATCOM.
(12) Sistema tal-GOVSATCOM: Is-sistema li tinkludi ċ-Ċentru/i tal-GOVSATCOM, l-Infrastruttura tal-Monitoraġġ tas-Sigurtà tal-GOVSATCOM, l-interfaċċi bejn iċ-Ċentru/i tal-GOVSATCOM u l-Awtoritajiet Kompetenti tal-GOVSATCOM, l-interfaċċi bejn iċ-Ċentru/i tal-GOVSATCOM u l-fornituri tar-riżorsi, u kwalunkwe infrastruttura oħra tal-UE meħtieġa biex tippermetti l-forniment tal-kapaċitajiet u s-servizzi bis-satellita miġbura u kondiviżi mill-fornituri tar-riżorsi u magħmula disponibbli għall-utenti tal-GOVSATCOM.
(13) Kont tal-parteċipant: Il-kont tal-parteċipant li jkollu t-tokens tiegħu.
(14) Sehem tal-parteċipant: Is-sehem tar-riżorsi tal-ġabra li jikkorrispondi għall-parteċipant tal-GOVSATCOM. Is-sehem huwa espress f’tokens.
(15) Terminu ta’ Programmazzjoni tal-Ġabra (PPT): Il-perjodu ta’ żmien fiss li għalih ġew konklużi kuntratti jew ftehimiet bejn il-Kummissjoni u l-fornituri tar-riżorsi għall-inklużjoni tar-riżorsi tagħhom fil-ġabra Komuni tal-Unjoni.
(16) Prelazzjoni: It-twaqqigħ, l-interruzzjoni jew it-tnaqqis fil-grad ta’ servizz minħabba riżoluzzjoni tal-kunflitti.
(17) Riżorsa: Kapaċità, servizz, assi u tagħmir tal-utenti ta’ komunikazzjoni bis-satellita użati għall-forniment ta’ servizzi identifikati fl-Atti ta’ Implimentazzjoni tal-Portafoll tas-Servizzi [referenza] li huma allokati lill-parteċipanti tal-GOVSATCOM fil-forma ta’ servizzi.
(18) Fornitur tar-riżorsi: Entità msemmija fl-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2021/696 li tipprovdi riżorsi għall-ġabra Komuni tal-Unjoni, permezz ta’ kuntratti jew ftehimiet mal-Unjoni, li jkollha s-sjieda u/jew li topera s-sistemi spazjali u s-segment u n-networks terrestri assoċjati.
(19) Talba għal riżorsi: It-talba maħruġa miċ-Ċentru tal-GOVSATCOM lill-fornitur tar-riżorsi bil-għan li jiġu allokati/deallokati r-riżorsi miġbura
(20) Talba għal servizz: It-talba maħruġa mis-CGA liċ-Ċentru tal-GOVSATCOM bl-għan li tiġi kkonfermata d-disponibbiltà tar-riżorsi u li titkompla l-allokazzjoni tagħhom għall-forniment tas-servizz.
(21) Token: L-unità użata għall-ħlas (kumpens) tas-Servizzi tal-GOVSATCOM.
Artikolu 3
Ġabra Komuni tal-Unjoni
(1) Is-servizzi tal-GOVSATCOM għandhom ikunu disponibbli għall-parteċipanti bl-inklużjoni tar-riżorsi tal-fornituri tar-riżorsi f’ġabra.
(2) Ir-riżorsi tal-ġabra għandhom ikunu disponibbli permezz ta’ kuntratti jew ftehimiet konklużi bejn il-Kummissjoni u l-fornituri tar-riżorsi matul Terminu Programmatiku wieħed tal-Ġabra (PPT) għal kull waħda mill-partijiet tal-ġabra.
(3) Il-ġabra għandha tikkonsisti minn erba’ (4) partijiet:
|
(a) |
parti ta’ allokazzjoni fissa li tinkludi r-riżorsi għall-forniment tas-servizzi ta’ allokazzjoni fissa lill-parteċipanti f’konformità mal-Artikolu 6; |
|
(b) |
il-parti dinamika tal-allokazzjoni mħallsa minn qabel li tinkludi r-riżorsi għall-forniment ta’ servizzi mitluba permezz tal-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni dinamika mħallsa minn qabel f’konformità mal-Artikoli 7 u 8; |
|
(c) |
il-parti dinamika tal-allokazzjoni fuq talba li tinkludi r-riżorsi għall-forniment ta’ servizzi mitluba permezz tal-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni dinamika fuq talba f’konformità mal-Artikoli 7 u 8; |
|
(d) |
il-parti tal-marġni tal-kriżi li tinkludi riżorsi għall-forniment ta’ servizzi f’każ ta’ talbiet dinamiċi ta’ prijorità għolja meta r-riżorsi ta’ partijiet oħra tal-ġabra ma jkunux biżżejjed, f’konformità mal-Artikolu 7. |
(4) Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-parteċipanti l-ishma tagħhom, is-servizzi disponibbli u l-attributi relatati għall-PPT li jmiss flimkien mal-valuri tagħhom fit-tokens, l-aħħar 30 ġimgħa qabel id-data tal-bidu tat-terminu tal-PPT.
(5) L-ewwel PPT għandu jibda mad-dħul fis-servizz taċ-ċentru tal-GOVSATCOM, u t-tul ta’ żmien tiegħu għandu jkun ta’ sentejn. Ladarba jiskadi l-PPT, għandu jibda PPT ieħor għall-istess tul ta’ żmien.
Artikolu 4
Kumpens, tokens u kontijiet tas-servizzi tal-GOVSATCOM
(1) Is-servizzi tal-GOVSATCOM għandhom jiġu kondiviżi u jingħataw prijorità bejn l-utenti permezz ta’ kumpens bl-użu tat-tokens.
(2) Il-valur tal-kumpens bażi ta’ servizz għandu jkun is-somma tal-kumpensi li jingħataw lill-fornituri tar-riżorsi biex jagħmlu disponibbli r-riżorsi meħtieġa għall-forniment tas-servizz bl-attributi u d-durata speċifiċi indikati fit-talba għal servizz rispettiva. Il-valur tal-kumpens ta’ servizz għandu jkun a) 80 % tal-valur tal-kumpens bażi tiegħu f’każ ta’ talbiet ta’ prijorità baxxa, b) 100 % tal-valur tal-kumpens bażi tiegħu f’każ ta’ talbiet ta’ prijorità medja c) 130 % tal-valur tal-kumpens bażi tiegħu f’każ ta’ talbiet ta’ prijorità għolja.
(3) Kull parteċipant għandu jkollu l-kont tal-parteċipant tiegħu li jkollu t-tokens tiegħu. Kull kont parteċipant għandu jinqasam f’żewġ partijiet: a) il-partijiet imħallsa minn qabel u b) dawk imħallsa fuq talba, li jintużaw għall-kumpens tas-servizzi mitluba bl-użu ta’ mekkaniżmi ta’ allokazzjoni dinamika mħallsa minn qabel jew imħallsa fuq talba rispettivament.
Il-qsim tat-tokens tal-parteċipanti f’kull parti tal-kont għandu jiġi stabbilit mill-parteċipant qabel id-data tal-bidu tal-PPT msemmija fl-Artikolu 6 u t-tokens ma għandhomx jiġu ttrasferiti minn parti għall-oħra matul il-PPT.
It-tokens li jifdal fil-parti mħallsa minn qabel tal-kont għandhom jiġu kklerjati fl-aħħar tal-PPT skont il-paragrafu 6.
Iċ-ċentru tal-GOVSATCOM iżomm il-kontijiet tal-parteċipanti.
(4) Matul il-PPT, il-parteċipant jista’ juża l-euro biex jixtri tokens addizzjonali permezz tal-Kummissjoni skont il-proporzjon tal-konverżjoni ta’ tokens għal euro definit għal dak il-PPT.
Il-Kummissjoni għandha tinforma liċ-ċentru tal-GOVSATCOM u t-tokens addizzjonali għandhom jiżdiedu mal-parti tal-“ħlas fuq talba” tal-kont tal-parteċipant rispettiv.
(5) Parteċipant jista’ jagħti tokens mill-kont tiegħu lil parteċipant ieħor.
It-trasferiment tat-tokens minn kont ta’ parteċipant għal ieħor għandu jintalab mis-CGA tal-parteċipant li jagħti d-donazzjoni liċ-ċentru tal-GOVSATCOM u l-aċċettazzjoni tad-donazzjoni mis-CGA tal-parteċipant riċeventi.
It-tokens għandhom jiġu ttrasferiti mill-istess parti tal-kont tal-parteċipant li jagħti t-tokens (il-parti mħallsa minn qabel jew fuq talba) għall-istess parti tal-kont tal-parteċipant riċeventi.
Il-parteċipant jista’ jagħti tokens mis-sehem tiegħu għall-allokazzjoni fissa ta’ servizzi f’konformità mal-Artikolu 6 lil parteċipant ieħor, u jinforma lill-Kummissjoni.
(6) L-għadd ta’ tokens disponibbli għal kull parteċipant fil-parti imħallsa minn qabel tal-kont tiegħu għandu jiġi kklerjat fl-aħħar tal-PPT u l-għadd ta’ tokens fil-parti mħallsa minn qabel tal-kontijiet tal-parteċipanti kollha għandu jiġi ssettjat għal żero.
(7) Kull fornitur tar-riżorsi għandu jirċievi kumpens f’euro għal kull servizz imwettaq b’suċċess bl-użu tar-riżorsi tiegħu, skont il-ftehim jew il-kuntratt tiegħu mal-Kummissjoni.
Artikolu 5
Ishma tal-parteċipanti
(1) Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-għadd totali ta’ tokens li għandhom jiġu distribwiti għall-PPT li jmiss skont il-baġit disponibbli u skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratti u l-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 3(2). Dawn it-tokens għandhom ikunu disponibbli għall-parteċipanti tal-GOVSATCOM f’konformità mar-regoli stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5.
(2) L-għadd totali ta’ tokens għandu jinqasam fi tliet partijiet:
|
(a) |
Is-sehem totali tal-Istati Membri, li huwa ssettjat għal 75 % tal-għadd totali ta’ tokens |
|
(b) |
Il-marġni tal-kriżi, li huwa ssettjat għal 10 % tal-għadd totali ta’ tokens |
|
(c) |
Is-sehem totali tal-istituzzjonijiet tal-UE, li huwa ssettjat għal 15 % tal-għadd totali ta’ tokens |
(3) Is-sehem totali tal-Istati Membri għandu jinqasam ulterjorment fl-ishma tal-Istati Membri. Kull Stat Membru għandu jirċievi perċentwal (f’tokens) tas-sehem totali tal-Istati Membri proporzjonali għall-għadd ta’ voti tiegħu fil-Kunsill. L-għadd ta’ tokens riċevuti minn kull Stat Membru għandu jkun is-sehem tal-parteċipant għall-Istat Membru rispettiv għall-PPT li jmiss.
Jekk Stat Membru ma jkunx innomina l-awtorità kompetenti tal-GOVSATCOM tiegħu mill-inqas 32 ġimgħa qabel id-data tal-bidu tat-terminu tal-PPT, it-tokens tiegħu għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri li jkunu ħatru s-CGA tagħhom pro rata s-sehem tagħhom.
(4) Is-sehem totali tal-istituzzjonijiet tal-UE għandu jinqasam ulterjorment fl-ishma tal-istituzzjonijiet tal-UE. Kull istituzzjoni tal-UE għandha tirċievi perċentwal (f’tokens) tas-sehem totali tal-istituzzjonijiet tal-UE skont il-pjan ta’ kondiviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE li għandu jiġi ddefinit mill-Kummissjoni għal kull PPT. L-għadd ta’ tokens riċevuti minn kull istituzzjoni tal-UE għandu jkun is-sehem tal-parteċipant għall-istituzzjoni rispettiva tal-UE għall-PPT li jmiss.
Jekk istituzzjoni tal-UE ma tkunx ħatret l-awtorità kompetenti tal-GOVSATCOM tagħha mill-inqas 32 ġimgħa qabel id-data tal-bidu tal-PPT, it-tokens tagħha għandhom jitqassmu fost l-istituzzjonijiet tal-UE li jkunu ħatru s-CGA tagħhom pro rata s-sehem tagħhom fil-pjan ta’ kondiviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE.
(5) It-tokens ta’ kull sehem ta’ parteċipant għal PPT ġdid għandhom jiżdiedu mat-tokens li setgħu tħallew fil-parti tal-ħlas fuq talba tal-kont tal-parteċipant rispettiva fi tmiem il-PPT preċedenti. Qabel din iż-żieda, it-tokens li jifdal fil-parti tal-ħlas fuq talba tal-kont tal-parteċipant għandhom jiġu kkonvertiti f’tokens għall-PPT il-ġdid skont il-proporzjon ta’ konverżjoni tat-tokens f’euro għall-PPT il-ġdid.
Artikolu 6
Riżorsi għall-allokazzjoni fissa tas-servizzi
(1) Kull parteċipant għandu jagħżel is-servizzi li għandhom jiġu allokati lilu permezz ta’ allokazzjoni fissa. Il-valur aggregat tas-servizzi magħżula ma għandux jaqbeż in-numru ta’ tokens tal-kont tiegħu.
Abbażi ta’ dan, il-parteċipanti għandhom iħejju pjan li jikkonsisti minn dawn:
|
(a) |
it-talbiet għal servizz għas-servizzi magħżula, u; |
|
(b) |
il-qsim tat-tokens li jifdal tal-parteċipant fil-partijiet imħallsa minn qabel u dawk imħallsa fuq talba tal-kont tiegħu. |
Il-parteċipant għandu jibgħat il-pjan liċ-Ċentru tal-GOVSATCOM, sa mhux aktar tard minn 20 ġimgħa qabel id-data tal-bidu tal-PPT.
(2) Malli jirċievi l-pjanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, iċ-ċentru tal-GOVSATCOM għandu jaggrega r-riżorsi li huma meħtieġa għas-servizzi mitluba u jikkomunikahom lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 18-il ġimgħa qabel id-data tal-bidu tal-PPT.
Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-kuntratti jew il-ftehimiet rispettivi mal-fornituri tar-riżorsi għar-riżorsi meħtieġa għall-allokazzjoni fissa tas-servizzi.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-kuntratti u l-ftehimiet mal-fornituri tar-riżorsi liċ-Ċentru tal-GOVSATCOM mhux aktar tard minn 10 ġimgħat qabel id-data tal-bidu tal-PPT.
Iċ-ċentru tal-GOVSATCOM għandu jivvaluta d-disponibbiltà tar-riżorsi meħtieġa għall-allokazzjoni fissa tas-servizzi u f’każ li xi wħud mis-servizzi mitluba ma jkunux jistgħu jiġu pprovduti minħabba nuqqas ta’ riżorsi suffiċjenti mill-fornituri tar-riżorsi jew għal kwalunkwe raġuni oħra, iċ-ċentru tal-GOVSATCOM għandu jwaqqa’ t-talba għal servizz rispettiva f’konformità mal-Artikolu 11(4).
It-tokens relatati mas-servizz imwaqqa’ għandhom jibqgħu jintużaw fil-partijiet dinamiċi tal-kont tal-parteċipant affettwat.
(3) Iċ-ċentru tal-GOVSATCOM għandu jinforma lill-parteċipanti bis-servizzi li se jkunu disponibbli għalihom permezz tal-allokazzjoni fissa u skont il-pjan ta’ kull parteċipant mhux aktar tard minn 6 ġimgħat qabel id-data tal-bidu tal-PPT.
L-għadd ta’ tokens ta’ kull parteċipant għandu jitnaqqas bil-valur totali tas-servizzi li jkunu saru disponibbli għal dan il-parteċipant permezz tal-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni fissa u l-għadd ta’ tokens li jifdal fil-kont tal-parteċipant jiġi kkomunikat lil kull parteċipant.
(4) Wara l-konklużjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet għall-allokazzjoni fissa tas-servizzi u d-dħul fis-seħħ tagħhom, ir-riżorsi rispettivi għandhom jiġu inklużi fil-parti korrispondenti tal-ġabra.
Artikolu 7
Riżorsi għall-allokazzjoni dinamika tas-servizzi u l-parti tal-ġestjoni tal-kriżijiet
(1) L-għadd ta’ tokens li jifdal fil-kont tal-parteċipant jista’ jintuża mill-parteċipant biex joħroġ talbiet għal servizz għal allokazzjoni dinamika ta’ servizzi. Kull parteċipant għandu jiddefinixxi l-qsim tat-tokens li jifdal tiegħu għall-partijiet imħallsa minn qabel u fuq talba tal-kont tiegħu, mhux aktar tard minn 4 ġimgħat qabel id-data tal-PPT, u għandu jinforma liċ-ċentru tal-GOVSATCOM.
(2) Il-kuntratti jew il-ftehimiet mal-fornituri msemmija fl-Artikolu 3(2) għandhom jinkludu riżorsi fil-ġabra Komuni tal-Unjoni li għandhom ikunu disponibbli permezz tal-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni dinamika mħallsa minn qabel matul il-PPT.
(3) Il-kuntratti jew il-ftehimiet mal-fornituri msemmija fl-Artikolu 3(2) għandhom jinkludu wkoll riżorsi fil-ġabra li huma riżervati f’każ ta’ kriżi (“marġni tal-kriżi”). L-użu ta’ tali riżorsi għandu jkun riżervat għal talbiet li jinħarġu bi prijorità għolja f’konformità mal-Artikolu 9 li għalihom ma jinstabu l-ebda riżorsi korrispondenti u disponibbli fil-partijiet l-oħra tal-ġabra.
(4) Wara l-konklużjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet għall-allokazzjoni dinamika tas-servizzi u soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7, ir-riżorsi rispettivi għandhom jiġu inklużi fil-partijiet korrispondenti tal-ġabra. Il-valur totali ta’ dawn il-kuntratti jew ftehimiet ma għandux jaqbeż l-għadd totali ta’ tokens disponibbli għall-marġni ta’ kriżi u għall-allokazzjoni dinamika mħallsa minn qabel tas-servizzi matul il-PPT.
(5) Il-Kummissjoni għandha tqis is-servizzi li ntalbu mill-parteċipanti għal allokazzjoni fissa, għall-għażla ta’ riżorsi li għandhom jiġu inklużi fil-ġabra għall-allokazzjoni dinamika mħallsa minn qabel u għall-marġni tal-kriżi.
(6) Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi kuntratti jew ftehimiet mal-fornituri tar-riżorsi għall-inklużjoni ta’ riżorsi għall-parti tal-allokazzjoni dinamika fuq talba tal-ġabra permezz tal-mekkaniżmu tal-allokazzjoni dinamika ta’ ħlas fuq talba. Tali kuntratti jew ftehimiet jistgħu jiġu konklużi wkoll matul id-durata tal-PPT.
(7) Wara l-konklużjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, ir-riżorsi għandhom jiġu inklużi fil-parti tal-allokazzjoni dinamika mħallsa minn qabel, fil-parti tal-allokazzjoni dinamika fuq talba, u fil-parti tal-marġni tal-kriżi tal-ġabra komuni tal-Unjoni, mad-dħul fis-seħħ tal-kuntratt jew tal-ftehim rispettiv bejn il-Kummissjoni u l-fornitur tar-riżorsi rispettiv.
(8) Ir-riżorsi għandhom jiġu esklużi mill-ġabra komuni tal-Unjoni mat-terminazzjoni tal-kuntratt jew tal-ftehim rispettiv.
Artikolu 8
Attivazzjoni tas-servizzi ta’ allokazzjoni dinamika
(1) Matul il-PPT, kull CGA tista’ titlob servizzi bl-użu tal-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni dinamika.
(2) L-allokazzjoni dinamika tas-servizzi għandha titwettaq permezz tal-ħruġ ta’ talbiet għal servizz f’konformità mal-Artikoli 9 u 10. It-talbiet għal servizz għall-allokazzjoni dinamika tas-servizzi għandhom isiru permezz ta’ talba għal servizz imħallas minn qabel jew talba għal servizz ta’ ħlas fuq talba.
(3) Kull CGA għandha tiddefinixxi l-proporzjon bejn il-partijiet imħallsa minn qabel u mħallsa fuq talba tat-tokens assenjati lis-servizzi ta’ allokazzjoni dinamika qabel il-bidu ta’ kull PPT.
(4) It-talbiet għal servizz għandhom jinħarġu mis-CGA tal-parteċipant liċ-ċentru tal-GOVSATCOM.
Artikolu 9
Talbiet għal Servizz
(1) Kull parteċipant għandu jiddetermina r-rilevanza tal-utenti tiegħu fuq bażi ta’ skala minn 0 sa 2.
(2) Kull utent għandu jiddetermina l-kritikalità tat-talba tiegħu (3) fuq bażi ta’ skala minn 0 sa 2 u għandu jinforma lis-CGA tiegħu b’dan.
(3) Il-prijorità ta’ talba għal servizz għandha tiġi ddeterminata abbażi tar-rilevanza tal-utent u l-kritikalità tat-talba. Il-punteġġ prijoritarju jiġi ddeterminat mill-prodott tar-rilevanza u l-kritikalità f’konformità mar-regola definita fl-Anness.
(4) Kull talba għal servizz maħruġa mis-CGA liċ-ċentru tal-GOVSATCOM għandha tinkludi l-punteġġ ta’ prijorità msemmi fil-paragrafu 3. Il-firxa tal-punteġġ ta’ prijorità għandha tkun minn żero (0) sa erbgħa (4) u għandha tiġi mmappjata għal tliet livelli ta’ prijorità: i) prijorità baxxa għall-punteġġ ta’ prijorità ugwali għal żero, ii) prijorità medja għall-punteġġi ta’ prijorità ogħla minn żero u anqas minn erbgħa, iii) prijorità għolja għall-punteġġ ta’ prijorità ugwali għal erbgħa.
Kull talba għal servizz ta’ allokazzjoni dinamika għandha tidentifika s-subkategorija li għaliha tappartjeni: i) imħallas minn qabel jew ii) imħallas fuq talba.
It-talba għal servizz għandha tinkludi wkoll l-identifikatur tal-parteċipant rispettiv.
(5) Il-proċedura u r-regoli ta’ kondiviżjoni u ta’ prijoritizzazzjoni bejn l-utenti tal-GOVSATCOM li huma awtorizzati minn parteċipant simili għandhom jiġu ddeterminati minn dak il-parteċipant u implimentati mis-CGA tiegħu.
(6) It-talbiet għal servizzi ta’ prijorità għolja għandhom jinkludu għażla ta’ persistenza ta’ 30 jum. L-ipproċessar tat-talbiet għal servizzi ta’ prijorità għolja bl-għażla ta’ persistenza attivata jsegwi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10. Sakemm ma tkun ġiet allokata l-ebda riżorsa għat-talba għal servizz s’issa u tiġi attivata l-għażla għall-persistenza, iċ-ċentru tal-GOVSATCOM iwettaq tlaqqigħ regolari tat-talba għal servizz mar-riżorsi disponibbli tal-ġabra. F’każ li jinstabu riżorsi ġodda ta’ tlaqqigħ fil-ġabra, iċ-ċentru tal-GOVSATCOM jaġġorna l-proposta tas-servizz u jibgħatha lill-utent permezz tas-CGA rispettiva.
(7) Is-CGA tista’ titlob il-kanċellazzjoni ta’ servizz allokat b’mod dinamiku billi toħroġ talba għall-kanċellazzjoni ta’ servizz liċ-ċentru tal-GOVSATCOM. L-ipproċessar tat-talba għall-kanċellazzjoni ta’ servizz jitwettaq skont l-Artikolu 10(5).
Artikolu 10
Ipproċessar tat-talba għal servizz
(1) Malli jirċievi talba għal servizz, iċ-ċentru tal-GOVSATCOM għandu jivvaluta l-validità u l-kompletezza tagħha, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 u mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1054 Iċ-ċentru tal-GOVSATCOM għandu jirrifjuta talbiet invalidi jew mhux kompluti u l-emittent għandu jiġi infurmat.
(2) Iċ-ċentru tal-GOVSATCOM għandu jwettaq tlaqqigħ tat-talba għal servizz mar-riżorsi tal-ġabra. It-tlaqqigħ tal-allokazzjoni dinamika tat-talbiet għal servizzi mħallsin minn qabel għandu jsir bir-riżorsi tal-parti tal-allokazzjoni dinamika mħallsa minn qabel tal-ġabra. It-tlaqqigħ tal-allokazzjoni dinamika ta’ talbiet għal servizz fuq talba għandu jitwettaq bir-riżorsi tal-parti tal-allokazzjoni dinamika fuq talba tal-ġabra u d-disponibbiltà tar-riżorsi għandha tiġi kkonfermata mill-fornituri tar-riżorsi mid-data tal-attivazzjoni tas-servizz sad-data tad-diżattivazzjoni tas-servizz. Il-każijiet li ġejjin għandhom jiġu identifikati skont ir-riżultati tat-tlaqqigħ:
|
(a) |
l-ebda riżorsa ta’ tlaqqigħ misjuba fil-ġabra, it-talba għal servizz għandha tiġi miċħuda u l-emittent għandu jiġi infurmat; |
|
(b) |
tlaqqigħ u riżorsi disponibbli jinsabu fil-ġabra, l-għażliet ta’ servizz disponibbli inklużi l-valuri ta’ kumpens rispettivi tagħhom fit-tokens għandhom jintbagħtu bħala proposta ta’ servizz miċ-Ċentru tal-GOVSATCOM permezz tas-CGA lill-utent, għall-klassifikazzjoni tiegħu; |
|
(c) |
ir-riżorsi ta’ tlaqqigħ kollha fil-ġabra huma allokati għal talba/talbiet għal servizz minn qabel. Jekk il-prijorità tat-talba għal servizz tkun baxxa jew medja, it-talba għal servizz għandha taqa’ u l-emittent għandu jiġi informat. Jekk il-prijorità tat-talba għal servizz tkun għolja, il-mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti jiġi attivat f’konformità ma’ Article 11. Jekk il-mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti jagħti lura riżorsi korrispondenti, l-emittent għandu jiġi nnotifikat skont il-paragrafu (b); jekk ma tinstab l-ebda riżorsa ta’ tlaqqigħ, it-talba għal servizz għandha taqa’ u l-emittent għandu jiġi infurmat. |
(3) L-utent għandu jikklassifika l-għażliet tas-servizzi tal-proposta f’ordni ta’ preferenza u għandu jissottomettihom liċ-Ċentru tal-GOVSATCOM permezz tas-CGA rispettiva għall-allokazzjoni tar-riżorsi korrispondenti.
F’każ ta’ għażla invalida, it-talba għal servizz għandha tiġi miċħuda u l-emittent għandu jiġi infurmat.
(4) Soġġett għad-disponibbiltà ta’ tokens suffiċjenti fil-parti mħallsa minn qabel jew imħallsa fuq talba tal-kont tal-parteċipant skont is-subkategorija tat-talba għal servizz dinamiku, iċ-ċentru tal-GOVSATCOM għandu joħroġ talba għal riżorsi lill-fornitur tar-riżorsi tal-għażla ta’ servizz ikklassifikat fl-ogħla post tal-proposta ta’ servizz, skont il-klassifikazzjoni pprovduta mis-CGA.
F’każ li t-talba għar-riżorsi tiġi miċħuda mill-fornitur tar-riżorsi, iċ-ċentru tal-GOVSATCOM għandu joħroġ talba għar-riżorsi lill-fornitur tar-riżorsi tal-għażla ta’ servizz preferuta li jmiss. Il-ħruġ ta’ talbiet għal riżorsi għandu jkompli sal-konferma minn fornitur tar-riżorsi li r-riżorsi mitluba huma disponibbli għall-allokazzjoni, jew saċ-ċaħda tat-talbiet kollha għal riżorsi mill-fornituri tar-riżorsi. Meta fornitur tar-riżorsi jkun ikkonferma li hemm riżorsa disponibbli, iċ-ċentru tal-GOVSATCOM għandu jipproċedi għall-allokazzjoni tar-riżorsi u t-tnaqqis tal-valur tas-servizz mit-tokens tal-kont tal-parteċipanti rispettiv. Meta t-talbiet kollha għar-riżorsi jiġu miċħuda mill-fornituri tar-riżorsi, it-talba għas-servizz taqa’. Fiż-żewġ każijiet, iċ-ċentru tal-GOVSATCOM għandu jinnotifika lill-emittent bl-istatus tat-talba għal servizz.
(5) Malli jirċievi talba għall-kanċellazzjoni ta’ servizz mis-CGA, iċ-ċentru tal-GOVSATCOM jiddealloka r-riżorsi li jkunu ġew allokati għall-forniment tas-servizz u jagħmilhom disponibbli għall-ġabra. Il-parteċipant jista’ jirċievi rifużjoni tat-tokens użati għall-kumpens tar-riżorsi, skont it-termini u l-kundizzjonijiet miftiehma mal-fornitur tar-riżorsi.
Artikolu 11
Riżoluzzjoni tal-kunflitti
(1) Ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti għandha tiġi attivata miċ-ċentru tal-GOVSATCOM sabiex jiġu solvuti l-kunflitti bejn it-talbiet b’punteġġi ta’ prijorità differenti kif imsemmi fl-Artikolu 9(2).
(2) Jekk talba għal servizz ta’ prijorità għolja tkun f’kunflitt ma’ talba waħda jew aktar għal servizz ta’ prijorità baxxa, u bil-kundizzjoni li l-prelazzjoni ta’ talbiet għal servizz ta’ prijorità baxxa teħles biżżejjed riżorsi li jaqblu mat-talba għal servizz ta’ prijorità għolja, it-talbiet rispettivi għal servizz ta’ prijorità baxxa għandhom jiġu mmarkati għal prelazzjoni u l-għażliet ta’ servizz rilevanti għandhom jiġu inklużi fil-proposta għal servizz.
Soġġett għall-klassifikazzjoni tal-għażliet ta’ servizz u d-disponibbiltà tat-tokens, it-talba/talbiet xierqa għal servizz ta’ prijorità baxxa għandha/għandhom taqa’/jaqgħu u s-servizz(i) attiv(i) relatat(i) għandu/għandhom jiġi/u prelatat(i).
Is-CGA(s) li s-servizz(i) tagħha irid(u) jiġi/jiġu prelatat(i) għandha/għandhom tiġi/jiġu infurmati dwar il-prelazzjoni mill-aktar fis possibbli wara li tittieħed id-deċiżjoni dwar il-prelazzjoni. Il-valur tas-servizz għal prelazzjoni għall-ħin li matulu s-servizz ma jkunx disponibbli minħabba prelazzjoni għandu jiġi rritornat lill-kont tal-parteċipant rispettiv u l-parteċipant għandu jiġi nnotifikat.
(3) F’każ li l-applikazzjoni tal-proċedura tal-paragrafu 2 ma ssibx riżorsi ta’ tlaqqigħ, iċ-Ċentru tal-GOVSATCOM għandu jwettaq tlaqqigħ tat-talba għal servizz ta’ prijorità għolja mar-riżorsi tal-parti tal-marġni tal-kriżi tal-ġabra. Jekk jinstab tlaqqigħ u jinstabu riżorsi disponibbli, l-għażliet ta’ servizz rilevanti għandhom jiġu inklużi fil-proposta ta’ servizz.
(4) Fil-każ ta’ riżorsi mhux suffiċjenti mill-fornituri tar-riżorsi għall-forniment tas-servizzi mitluba msemmija fl-Artikolu 6, il-mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti għandu jkun ibbażat fuq il-prijoritajiet tat-talbiet għal servizz.
Meta t-talbiet għal servizz tal-istess prijorità jkunu kunfliġġenti, il-prijorità għandha tingħata lit-talba għal servizz li hija l-kontinwazzjoni ta’ servizz diġà pprovdut lill-parteċipant rikjedenti fi tmiem il-PPT preċedenti fejn applikabbli.
Meta t-talbiet għal servizz tal-istess prijorità jkunu kunfliġġenti u l-ebda waħda minnhom ma tkun kontinwazzjoni ta’ servizz diġà pprovdut lill-parteċipant rikjedenti, iċ-ċentru tal-GOVSATCOM għandu jqabbel il-valuri tas-servizzi kunfliġġenti bħala perċentwal tas-sehem tal-parteċipant rispettiv u għandu jagħti l-prijorità lit-talba għas-servizz li tikkorrispondi għall-perċentwal ogħla.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1054 tat-30 ta’ Mejju 2023 li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-portafoll tas-servizzi għas-servizzi ta’ Komunikazzjoni Governattiva bis-Satellita offruti mis-sistema stabbilita skont il-Programm Spazjali tal-Unjoni (ara paġna 49 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Il-Kummissjoni se tagħmel disponibbli dokument ta’ gwida dwar il-valutazzjoni tar-rilevanza tal-utent u l-kritikalità tat-talbiet għal servizz.
ANNESS
Tabella 1
Punteġġ ta’ prijorità bħala prodott ta’ rilevanza għall-utent u l-kritikalità tat-talba għal servizz
|
|
Rilevanza għall-utent |
|||
|
0 |
1 |
2 |
||
|
Kritikalità tat-talba għal servizz |
0 |
0 (BAXXA) |
0 (BAXXA) |
0 (BAXXA) |
|
1 |
0 (BAXXA) |
1 (MEDJA) |
2 (MEDJA) |
|
|
2 |
0 (BAXXA) |
2 (MEDJA) |
4 (GĦOLJA) |
|
Rettifika
|
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/67 |
Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/992 tas-16 ta’ Mejju 2023 li taħtar 16-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 135 tat-23 ta' Mejju 2023 )
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/992 għandha tinqara kif ġej:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/992
tas-16 ta’ Mejju 2023
li taħtar 16-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistipula li l-Kunsill għandu jaħtar rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru bħala membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”). |
|
(2) |
Il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija għandhom jinħatru abbażi tal-esperjenza u l-kompetenza esperta rilevanti tagħhom fl-oqsma tas-sigurtà kimika jew ir-regolamentazzjoni ta’ sustanzi kimiċi, u fuq il-bażi li fost il-membri tal-bord hemm disponibbli l-kompetenza esperta rilevanti fl-oqsma ta’ affarijiet ġenerali, finanzjarji u legali. |
|
(3) |
It-tul ta’ żmien tal-mandat huwa ta’ erba’ snin u jista’ jiġġedded darba. |
|
(4) |
Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tas-27 ta’ Mejju 2019 (2) u tas-6 ta’ Mejju 2021 (3), il-Kunsill ħatar 15-il u 12-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija rispettivament. |
|
(5) |
Il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija nnominati mill-Ġermanja, Ċipru, il-Litwanja, Malta, ir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Greċja, il-Polonja, is-Slovakkja, il-Portugall, il-Latvja, l-Estonja, il-Belġju, id-Danimarka, l-Irlanda u Franza nħatru għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Mejju 2027. |
|
(6) |
Il-Kunsill irċieva nominazzjonijiet mill-Istati Membri kkonċernati kollha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni segwenti għandhom jinħatru membri tal-Bord ta’ Tmexxija għat-tieni mandat li jtul mill-1 ta’ Ġunju 2023 sal-31 ta’ Mejju 2027:
|
— |
is-Sa Ingrid BORG, Malta; |
|
— |
is-Sa Claudia-Sorina DUMITRU, Rumanija; |
|
— |
is-Sa Tasoula KYPRIANIDOU – LEONTIDOU, Ċipru; |
|
— |
is-Sa Anna Katarzyna LEWANDOWSKA, Polonja; |
|
— |
is-Sa Donata PIPIRAITĖ-VALIŠKIENĖ, Litwanja; |
|
— |
is-Sa Teodora VALKOVA, Bulgarija; |
|
— |
is-Sur Axel Otto VORWERK, Ġermanja; |
|
— |
is-Sa Sofia ZISI, Greċja. |
Artikolu 2
Il-persuni segwenti għandhom jinħatru membri tal-Bord ta’ Tmexxija għall-ewwel mandat li jtul mill-1 ta’ Ġunju 2023 sal-31 ta’ Mejju 2027:
|
— |
is-Sa Catheline Irène DANTINNE, Belġju; |
|
— |
is-Sa Kristīne KAZEROVSKA, Latvja; |
|
— |
is-Sa Agnès LEFRANC, Franza; |
|
— |
is-Sa Dília Maria LIMA JARDIM, Portugall; |
|
— |
is-Sa Annemari LINNO, Estonja; |
|
— |
is-Sa Yvonne Marie MULLOOLY, Irlanda; |
|
— |
is-Sa Charlotta Amalia WALLENSTEIN, Danimarka; |
|
— |
is-Sa Katarína ZGALINOVIČOVÁ, Slovakkja. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SVANTESSON
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2019 li taħtar 15-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU C 185, 29.5.2019, p. 4).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2021 li taħtar tnax-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU C 185, 12.5.2021, p. 4).