ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 140I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
30 ta' Mejju 2023

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1045 tat-30 ta’ Mejju 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2023/888 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova

1

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1046 tat-30 ta’ Mejju 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

7

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1047 tat-30 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/891 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova

9

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1048 tat-30 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

14

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 140/1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1045

tat-30 ta’ Mejju 2023

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2023/888 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/888 tat-28 ta’ April 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ April 2023, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2023/888.

(2)

L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha lir-Repubblika tal-Moldova u r-reżiljenza, is-sigurtà, l-istabbiltà, l-ekonomija u l-provvista tal-enerġija tagħha fid-dawl ta’ attivitajiet destabbilizzanti minn atturi esterni.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li ħames persuni jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2023/888.

(4)

Għalhekkir-Regolament (UE) 2023/888 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2023/888 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL

(1)  ĠU L 114, 2.5.2023, p. 1.

ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/888 huwa ssostitwit kif ġej:

“ANNESS I

LISTA TA’ PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2

A.   Persuni fiżiċi

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Ilan Mironovich SHOR

magħruf ukoll bħala

Ilan Mironovici ȘOR

Funzjoni: negozjant, president tal-partit politiku “SHOR” (ŞOR”)

Data tat-twelid: 6.3.1987

Post tat-twelid: Tel. Aviv, Israel

Sess: raġel

Nazzjonalità: Moldovana, Iżraeljana

Numru tal-passaport: 0971007884125 (Repubblic of Moldova)

Ilan Shor huwa politiku (Kap tal-Partit Politiku ŞOR) u negozjant mir-Repubbika tal-Moldova li huwa involut fil-finanzjament illegali tal-partiti politiċi fir-Repubblika tal-Moldova u fl-inċitament għall-vjolenza kontra l-oppożizzjoni politika. Il-Partit ŞoR, immexxi minn Ilan Shor, huwa involut fil-ħlas u t-taħriġ ta’ persuni biex jipprovokaw diżordni u inkwiet waqt il-protesti fir-Repubblika tal-Moldova.

Permezz ta’ deċiżjoni datata t-13 ta’ April 2023, il-Qorti tal-Appell ta’ Chisinau kkundannat lil Ilan Shor ħati ta’ frodi u ħasil tal-flus fil-każ ta’ “Frodi Bankarja” għal 15-il sena ħabs u l-konfiska ta’ assi għal valur ta’ EUR 254 miljun. Fondi minn din il-frodi bankarja fuq skala kbira u l-konnessjonijiet ma’ oligarki korrotti u entitajiet ibbażati f’Moska kienu u għadhom qed jintużaw, skont l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova, biex joħolqu b’mod artifiċjali inkwiet politiku fil-pajjiż.

L-azzjonijiet tiegħu diretti lejn l-imminar tad-demokrazija tar-Repubblika tal-Moldova jinkludu l-għoti ta’ finanzjament illegali biex tiġi appoġġata l-attività politika favur il-Kremlin fir-Repubblika tal-Moldova. Eżempju tal-użu ta’ tali fondi huwa l-organizzazzjoni ta’ protesti u manifestazzjonijiet vjolenti, primarjament fil-belt kapitali Chisinau, bl-għajnuna ta’ dimostranti mħallsa mix-ŞOR Party, matul l-2022-2023.

Billi dderieġa u ppjana dimostrazzjonijiet vjolenti u permezz tal-imġiba finanzjarja ħażina serja tiegħu b’rabta ma’ fondi pubbliċi u l-esportazzjoni mhux awtorizzata ta’ kapital, Ilan Shor huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu s-sovranità u l-indipendenza tar-Repubblika tal-Moldova, u d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà u s-sigurtà fir-Repubblika tal-Moldova.

30.5.2023

2.

Gheorghe Petru CAVCALIUC

Funzjoni: politiku, president tal-partit politiku “Building Europe at Home Party”

ex Viċi Kap tal-Ispettorat Ġenerali tal-Pulizija

Data tat-twelid: 25.10.1982

Post tat-twelid: Micăuți village, Strășeni county, Republic of Moldova

Sess: raġel

Nazzjonalità: Moldovana

Numru tal-ID 2000033042660 (Republic of Moldova)

Gheorghe Petru Cavcaliuc huwa l-ex Viċi Kap tal-Ispettorat Ġenerali tal-Pulizija tar-Repubblika tal-Moldova. Huwa magħruf li organizza u pparteċipa fil-protesti vjolenti ta’ Ottubru 2022, flimkien ma’ Ilan Shor. Huwa uża l-konnessjonijiet tiegħu fl-Ispettorat Ġenerali tal-Pulizija biex jirrekluta eks uffiċjali tal-pulizija u joħloq grupp paramilitari biex “jipproteġi” lid-dimostranti vjolenti kontra l-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova. F’dan il-kuntest huwa waqqaf l-hekk imsejjaħ “gvern parallel” bl-għan li jissostitwixxi l-gvern elett demokratikament tar-Repubblika tal-Moldova..

Billi dderieġa u ppjana dimostrazzjonijiet vjolenti,, Gheorghe Cavcaliuc huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu s-sovranità u l-indipendenza tar-Repubblika tal-Moldova, u d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà u s-sigurtà fir-Repubblika tal-Moldova.

30.5.2023

3.

Marina TAUBER

Funzjoni: Membru tal-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova (minn Marzu 2019)

Data tat-twelid: 1.5.1986

Post tat-twelid: Chișinău, Republic of Moldova

Sess: mara

Nazzjonalità: Moldovana

Marina Tauber hija l-Viċi Kap tax-ŞOR Party u Membru tal-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova. Hija ġiet akkużata fil-każ ta’ “Frodi Bankarja” u hija soġġetta għal investigazzjoni f’żewġ każijiet kriminali relatati mal-finanzjament illegali minn grupp tal-kriminalità organizzata u mal-falsifikazzjoni tar-rapport dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-Partit ŞOR.

Fl-20 ta’ Diċembru 2022, il-prosekuturi wettqu diversi tfittxijiet b’rabta mal-każ ta’ finanzjament illegali tal-Partit ta’ Ilan Shor. L-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova hemmhekk identifikaw flus li, skont il-prosekuturi, kellhom jintużaw għall-organizzazzjoni ta’ protesti kontra l-gvern u għar-rimunerazzjoni tal-parteċipanti f’dawk id-dimostrazzjonijiet.

Fl-2023, ġew issekwestrati skieken, sustanzi li jistgħu jaqbdu u sjuf wara protesti organizzati mill-People’s Movement, li tiegħu huwa parti x-ŞOR Party. Ġew irreġistrati vjolenza u ġlidiet bejn il-pulizija u d-dimostranti, fejn 54 persuna ġew detenuti, inkluż minorenni. Skont l-Ispettorat Ġenerali tal-Pulizija tar-Repubblika tal-Moldova, Marina Tauber kienet fost l-organizzaturi ewlenin tal-protesti tax-ŞOR Party u l-People’s Movement.

Skont l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Kontra l-Korruzzjoni tar-Repubblika tal-Moldova, hija użat strumenti ta’ komunikazzjoni speċjali sabiex tagħti struzzjonijiet diretti lill-presidenti u lill-viċi presidenti tal-uffiċċji territorjali tax-ȘOR Party fil-pajjiż dwar kif iġibu n-nies għad-dimostrazzjonijiet, jorganizzaw it-trasport u kif jirċievu l-flus għar-rimunerazzjoni tan-nies.

Billi dderiġiet u ppjanat dimostrazzjonijiet vjolenti u permezz tal-imġiba finanzjarja ħażina serja tagħha b’rabta ma’ fondi pubbliċi u l-esportazzjoni mhux awtorizzata ta’ kapital,, Marina Tauber hija responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu s-sovranità u l-indipendenza tar-Repubblika tal-Moldova, u d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà u s-sigurtà fir-Repubblika tal-Moldova.

30.5.2023

4.

Igor Yuryevich CHAIKA

magħruf ukoll bħala Igor Yuryevich CHAYKA

(Игорь Юрьевич ЧАЙКА)

Funzjoni: negozjant Russu

Data tat-twelid: 13.12.1988

Post tat-twelid: Irkutsk jew Moscow, former USSR (issa Russian Federation)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa

Igor Chaika huwa negozjant Russu responsabbli għall-għoti ta’ flus għal proġetti tas-Servizz tas-Sigurtà Federali Russu (FSB) sabiex jiddestabbilizzaw lir-Repubblika tal-Moldova. Huwa kellu r-rwol ta’ “portafoll” Russu, billi għadda l-flus lill-assi tal-FSB fir-Repubblika tal-Moldova sabiex il-pajjiż jinġieb taħt il-kontroll tal-Kremlin..

Permezz tal-imġiba finanzjarja ħażina serja tiegħu b’rabta ma’ fondi pubbliċi, Igor Chaika huwa responsabbli għall-appoġġ ta’ azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu s-sovranità u l-indipendenza tar-Repubblika tal-Moldova, u d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà u s-sigurtà fir-Repubblika tal-Moldova.

30.5.2023

5.

Vladimir Gheorghe PLAHOTNIUC

magħruf ukoll bħala Vladimir ULINICI

magħruf ukoll bħala Vladimir PLAKHOTNYUK

magħruf ukoll bħala Vladislav Vladimir NOVAK

(Владимир (Влад) Георгиевич ПЛАХОТНЮК)

Funzjoni: negozjant, politiku

Data tat-twelid: 1.1.1966 jew 25.12.1965

Post tat-twelid: Pitușca, Călărași, former USSR (issa ir-Repubblika tal-Moldova)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Moldovana, Rumena, Russa

Numru tal-passaport: 0960304018797 (Republic of Moldova)

Vladimir Plahotniuc huwa soġġett għal diversi proċedimenti kriminali fir-Repubblika tal-Moldova relatati ma’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tar-Repubblika tal-Moldova u t-trasferiment illegali tagħhom barra mir-Repubblika tal-Moldova. Huwa ġie akkużat fir-Repubblika tal-Moldova fil-każ ta’ “Frodi Bankarja”, li l-effetti ekonomiċi tiegħu għadhom qed jaffettwaw lill-pajjiż.. Huwa qed jiġi investigat ukoll talli xaħħam lill-ex President tar-Repubblika tal-Moldova b’borża ta’ flus kontanti bi skambju għal favuri politiċi.

Permezz tal-imġiba finanzjarja ħażina serja tiegħu b’rabta ma’ fondi pubbliċi u l-esportazzjoni mhux awtorizzata ta’ kapital, Vladimir Plahotniuc huwa responsabbli għall-azzjonijiet u l-implimentazzjoni ta’ politiki li jdgħajfu ujheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fir-Repubblika tal-Moldova billi jdgħajfu l-proċess politiku demokratiku fir-Repubblika tal-Moldova u mġiba finanzjarja ħażina serja li tikkonċerna l-fondi pubbliċi.

30.5.2023

30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 140/7

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1046

tat-30 ta’ Mejju 2023

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

(3)

Fid-dawl tas-serjetà tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li żewġ persuni responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat skont f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL

(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

ANNESS

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

Persuni

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1500.

Aleksandr KALININ

(Александр КАЛИНИН)

Funzjoni: politikant, mexxej tal-Partit tar-Reġjuni tal-Moldova, kap tal-organizzazzjoni pubblika interreġjonali Kungress tad-Dijaspori Moldovani

Data tat-twelid: 16.2.1977

Post tat-Twelid: Balti, eks USSR (issa Republic of Moldova)

Sess: raġel

Nazzjonalita: Moldovana, Russa

Aleksandr Kalinin huwa politikant Moldovan, u l-mexxej tal-Partit tar-Reġjuni tal-Moldova. Mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, huwa vvjaġġa fiż-żoni okkupati tal-lvant tal-Ukrajna u pprovda appoġġ lill-forzi militari Russi. Barra minn hekk, ippromwova pubblikament is-simboli Russi tal-invażjoni tal-Ukrajna u l-azzjonijiet Russi fil-lvant tal-Ukrajna.

Għalhekk huwa responsabbli għall-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

30.5.2023

1501.

Grigore CARAMALAC

magħruf ukoll bħala

Grigory Ivanovich KARAMALAK

(Григорий Иванович КАРАМАЛАК)

Funzjoni: negozjant; president tal-IFAVIS Foundation; viċi president tal-Federazzjoni Russa tal-Isports tal-Lotta;assistent tas-senatur għar-reġjun ta’ Kursk, Alexander Bryksin

Data tat-twelid: 21.5.1965

Post tat-Twelid: Taraclia, eks USSR (issa Republic of Moldova)

Sess: raġel

Nazzjonalita: Moldovana, Russa

Persuni assoċjati: Alexander Yuryevich Bryksin

Grigore Caramalac huwa negozjant Russu/Moldovan. Huwa jeżerċita kontroll fuq il-fondazzjoni tal-IFAVIS (il-Federazzjoni Russa), li permezz tagħha involva ruħu fl-organizzazzjoni ta’ avvenimenti patrijottiċi u sportivi fit-territorji okkupati fil-lvant tal-Ukrajna, bl-appoġġ tal-awtoritajiet tal-okkupazzjoni. Barra minn hekk, huwa l-assistent tas-senatur Russu għar-reġjun ta’ Kursk, Alexander Bryksin.

Huwa għalhekk responsabbli għall-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Grigore Caramalac huwa wkoll assoċjat ma’ Alexander Bryksin.

30.5.2023”.

DEĊIŻJONIJIET

30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 140/9

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1047

tat-30 ta’ Mejju 2023

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/891 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ April 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/891 (1).

(2)

L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha lir-Repubblika tal-Moldova u r-reżiljenza, is-sigurtà, l-istabbiltà, l-ekonomija u l-provvista tal-enerġija tagħha fid-dawl ta’ attivitajiet destabbilizzanti minn atturi esterni.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li ħames persuni jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2023/891.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/891 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2023/891 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/891 tat-28 ta’ April 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 114, 2.5.2023, p. 15).

ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2023/891 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS

LISTA TA’ PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 1 U 2

A.   Persuni fiżiċi

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Ilan Mironovich SHOR

magħruf ukoll bħala

Ilan Mironovici ȘOR

Funzjoni: negozjant, president tal-partit politiku “SHOR” (“ŞOR”)

Data tat-twelid: 6.3.1987

Post tat-twelid: Tel. Aviv, Israel

Sess: raġel

Nazzjonalità: Moldovana, Iżraeljana

Numru tal-passaport: 0971007884125 (Repubblic of Moldova)

Ilan Shor huwa politiku (Kap tal-Partit Politiku ŞOR) u negozjant mir-Repubbika tal-Moldova li huwa involut fil-finanzjament illegali tal-partiti politiċi fir-Repubblika tal-Moldova u fl-inċitament għall-vjolenza kontra l-oppożizzjoni politika. Il-Partit ŞoR, immexxi minn Ilan Shor, huwa involut fil-ħlas u t-taħriġ ta’ persuni biex jipprovokaw diżordni u inkwiet waqt il-protesti fir-Repubblika tal-Moldova.

Permezz ta’ deċiżjoni datata t-13 ta’ April 2023, il-Qorti tal-Appell ta’ Chisinau kkundannat lil Ilan Shor ħati ta’ frodi u ħasil tal-flus fil-każ ta’ “Frodi Bankarja” għal 15-il sena ħabs u l-konfiska ta’ assi għal valur ta’ EUR 254 miljun. Fondi minn din il-frodi bankarja fuq skala kbira u l-konnessjonijiet ma’ oligarki korrotti u entitajiet ibbażati f’Moska kienu u għadhom qed jintużaw, skont l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova, biex joħolqu b’mod artifiċjali inkwiet politiku fil-pajjiż.

L-azzjonijiet tiegħu diretti lejn l-imminar tad-demokrazija tar-Repubblika tal-Moldova jinkludu l-għoti ta’ finanzjament illegali biex tiġi appoġġata l-attività politika favur il-Kremlin fir-Repubblika tal-Moldova. Eżempju tal-użu ta’ tali fondi huwa l-organizzazzjoni ta’ protesti u manifestazzjonijiet vjolenti, primarjament fil-belt kapitali Chisinau, bl-għajnuna ta’ dimostranti mħallsa mix-ŞOR Party, matul l-2022-2023.

Billi dderieġa u ppjana dimostrazzjonijiet vjolenti u permezz tal-imġiba finanzjarja ħażina serja tiegħu b’rabta ma’ fondi pubbliċi u l-esportazzjoni mhux awtorizzata ta’ kapital, Ilan Shor huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu s-sovranità u l-indipendenza tar-Repubblika tal-Moldova, u d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà u s-sigurtà fir-Repubblika tal-Moldova.

30.5.2023

2.

Gheorghe Petru CAVCALIUC

Funzjoni: politiku, president tal-partit politiku “Building Europe at Home Party”

ex Viċi Kap tal-Ispettorat Ġenerali tal-Pulizija

Data tat-twelid: 25.10.1982

Post tat-twelid: Micăuți village, Strășeni county, Republic of Moldova

Sess: raġel

Nazzjonalità: Moldovana

Numru tal-ID 2000033042660 (Republic of Moldova)

Gheorghe Petru Cavcaliuc huwa l-ex Viċi Kap tal-Ispettorat Ġenerali tal-Pulizija tar-Repubblika tal-Moldova. Huwa magħruf li organizza u pparteċipa fil-protesti vjolenti ta’ Ottubru 2022, flimkien ma’ Ilan Shor. Huwa uża l-konnessjonijiet tiegħu fl-Ispettorat Ġenerali tal-Pulizija biex jirrekluta eks uffiċjali tal-pulizija u joħloq grupp paramilitari biex “jipproteġi” lid-dimostranti vjolenti kontra l-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova. F’dan il-kuntest huwa waqqaf l-hekk imsejjaħ “gvern parallel” bl-għan li jissostitwixxi l-gvern elett demokratikament tar-Repubblika tal-Moldova..

Billi dderieġa u ppjana dimostrazzjonijiet vjolenti,, Gheorghe Cavcaliuc huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu s-sovranità u l-indipendenza tar-Repubblika tal-Moldova, u d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà u s-sigurtà fir-Repubblika tal-Moldova.

30.5.2023

3.

Marina TAUBER

Funzjoni: Membru tal-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova (minn Marzu 2019)

Data tat-twelid: 1.5.1986

Post tat-twelid: Chișinău, Republic of Moldova

Sess: mara

Nazzjonalità: Moldovana

Marina Tauber hija l-Viċi Kap tax-ŞOR Party u Membru tal-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova. Hija ġiet akkużata fil-każ ta’ “Frodi Bankarja” u hija soġġetta għal investigazzjoni f’żewġ każijiet kriminali relatati mal-finanzjament illegali minn grupp tal-kriminalità organizzata u mal-falsifikazzjoni tar-rapport dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-Partit ŞOR.

Fl-20 ta’ Diċembru 2022, il-prosekuturi wettqu diversi tfittxijiet b’rabta mal-każ ta’ finanzjament illegali tal-Partit ta’ Ilan Shor. L-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova hemmhekk identifikaw flus li, skont il-prosekuturi, kellhom jintużaw għall-organizzazzjoni ta’ protesti kontra l-gvern u għar-rimunerazzjoni tal-parteċipanti f’dawk id-dimostrazzjonijiet.

Fl-2023, ġew issekwestrati skieken, sustanzi li jistgħu jaqbdu u sjuf wara protesti organizzati mill-People’s Movement, li tiegħu huwa parti x-ŞOR Party. Ġew irreġistrati vjolenza u ġlidiet bejn il-pulizija u d-dimostranti, fejn 54 persuna ġew detenuti, inkluż minorenni. Skont l-Ispettorat Ġenerali tal-Pulizija tar-Repubblika tal-Moldova, Marina Tauber kienet fost l-organizzaturi ewlenin tal-protesti tax-ŞOR Party u l-People’s Movement.

Skont l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Kontra l-Korruzzjoni tar-Repubblika tal-Moldova, hija użat strumenti ta’ komunikazzjoni speċjali sabiex tagħti struzzjonijiet diretti lill-presidenti u lill-viċi presidenti tal-uffiċċji territorjali tax-ȘOR Party fil-pajjiż dwar kif iġibu n-nies għad-dimostrazzjonijiet, jorganizzaw it-trasport u kif jirċievu l-flus għar-rimunerazzjoni tan-nies.

Billi dderiġiet u ppjanat dimostrazzjonijiet vjolenti u permezz tal-imġiba finanzjarja ħażina serja tagħha b’rabta ma’ fondi pubbliċi u l-esportazzjoni mhux awtorizzata ta’ kapital,, Marina Tauber hija responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu s-sovranità u l-indipendenza tar-Repubblika tal-Moldova, u d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà u s-sigurtà fir-Repubblika tal-Moldova.

30.5.2023

4.

Igor Yuryevich CHAIKA

magħruf ukoll bħala Igor Yuryevich CHAYKA

(Игорь Юрьевич ЧАЙКА)

Funzjoni: negozjant Russu

Data tat-twelid: 13.12.1988

Post tat-twelid: Irkutsk jew Moscow, former USSR (issa Russian Federation)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa

Igor Chaika huwa negozjant Russu responsabbli għall-għoti ta’ flus għal proġetti tas-Servizz tas-Sigurtà Federali Russu (FSB) sabiex jiddestabbilizzaw lir-Repubblika tal-Moldova. Huwa kellu r-rwol ta’ “portafoll” Russu, billi għadda l-flus lill-assi tal-FSB fir-Repubblika tal-Moldova sabiex il-pajjiż jinġieb taħt il-kontroll tal-Kremlin..

Permezz tal-imġiba finanzjarja ħażina serja tiegħu b’rabta ma’ fondi pubbliċi, Igor Chaika huwa responsabbli għall-appoġġ ta’ azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu s-sovranità u l-indipendenza tar-Repubblika tal-Moldova, u d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà u s-sigurtà fir-Repubblika tal-Moldova.

30.5.2023

5.

Vladimir Gheorghe PLAHOTNIUC

magħruf ukoll bħala Vladimir ULINICI

magħruf ukoll bħala Vladimir PLAKHOTNYUK

magħruf ukoll bħala Vladislav Vladimir NOVAK

(Владимир (Влад) Георгиевич ПЛАХОТНЮК)

Funzjoni: negozjant, politiku

Data tat-twelid: 1.1.1966 jew 25.12.1965

Post tat-twelid: Pitușca, Călărași, former USSR (issa ir-Repubblika tal-Moldova)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Moldovana, Rumena, Russa

Numru tal-passaport: 0960304018797 (Republic of Moldova)

Vladimir Plahotniuc huwa soġġett għal diversi proċedimenti kriminali fir-Repubblika tal-Moldova relatati ma’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tar-Repubblika tal-Moldova u t-trasferiment illegali tagħhom barra mir-Repubblika tal-Moldova. Huwa ġie akkużat fir-Repubblika tal-Moldova fil-każ ta’ “Frodi Bankarja”, li l-effetti ekonomiċi tiegħu għadhom qed jaffettwaw lill-pajjiż.. Huwa qed jiġi investigat ukoll talli xaħħam lill-ex President tar-Repubblika tal-Moldova b’borża ta’ flus kontanti bi skambju għal favuri politiċi.

Permezz tal-imġiba finanzjarja ħażina serja tiegħu b’rabta ma’ fondi pubbliċi u l-esportazzjoni mhux awtorizzata ta’ kapital, Vladimir Plahotniuc huwa responsabbli għall-azzjonijiet u l-implimentazzjoni ta’ politiki li jdgħajfu ujheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fir-Repubblika tal-Moldova billi jdgħajfu l-proċess politiku demokratiku fir-Repubblika tal-Moldova u mġiba finanzjarja ħażina serja li tikkonċerna l-fondi pubbliċi.

30.5.2023

30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 140/14

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1048

tat-30 ta’ Mejju 2023

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

(3)

Fid-dawl tas-serjetà tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li żewġ persuni responsabbli għal azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).

ANNESS

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK: