|
(1)
|
l-entrati għall-24 persuna li ġejjin fil-lista intitolata “A. Persuni fiżiċi msemmijin fl-Artikoli 5(1) u 6(1)” huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
Isem
|
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni
|
Raġunijiet
|
Data tal-inklużjoni fil-lista
|
|
“4.
|
Aung Aung
|
Sess: raġel;
Numru ta’ identifikazzjoni militari: BC 23750
|
Il-Logutenent Ġeneral Aung Aung ilu l-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali 2 minn Ottubru 2022. Huwa l-eks Kmandant tal-Kmand tal-Lbiċ tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u l-eks Kmandant tat-33 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F’dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta’ Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mit-33 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa. Dawk jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta’ djar u bini tar-Rohingya.
|
25.6.2018
|
|
7.
|
Thant Zin Oo
|
Sess: raġel
|
Thant Zin Oo kien il-Kmandant tat-Tmien Battaljun tal-Pulizija tas-Sigurtà. F’dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta’ Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mit-Tmien Battaljun tal-Pulizija tas-Sigurtà. Il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jinkludi qtil illegali u ħruq sistematiku ta’ djar u bini tar-Rohingya. Dak il-ksur twettaq flimkien ma’, u bħala appoġġ dirett għal, id-Diviżjoni 33 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) immexxija mill-Logutenent (qabel Brigadier) Ġeneral Aung Aung. Thant Zin Oo hu għaldaqstant assoċjat mal-persuna elenkata, il-Logutenent Ġeneral Aung Aung.
|
25.6.2018
|
|
10.
|
Khin Hlaing
|
Data tat-twelid: 2 ta’ Mejju 1968;
Sess: raġel
|
Il-Logutenent Ġeneral Khin Hlaing ilu l-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali 4 minn Ottubru 2022. Huwa l-eks Kmandant tar-Reġjun tat-Trijangolu tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa l-eks Kmandant tad-99 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa u kien il-Kmandant tal-Kmand tal-Grigal tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Bħala l-Kmandant tad-99 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa huwa ssorvelja l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta’ Shan fl-2016 u l-bidu tal-2017. F’dak il-kuntest, huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu fuq minoranza etnika ta’ raħħala fl-Istat ta’ Shan fit-tieni nofs tal-2016 mid-99 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa. Dawk jinkludu l-qtil illegali, id-detenzjoni furzata u l-qerda tal-villaġġi.
|
21.12.2018
|
|
18.
|
Sein Win
|
Data tat-twelid: 24 ta’ Lulju 1956;
Post tat-twelid: Pyin Oo Lwin, Myanmar/Burma;
Nazzjonalità: Myanmar;
Sess: raġel
|
Il-Logutenent Ġeneral Sein Win huwa membru tat-Tatmadaw u eks Ministru għad-Difiża (bejn l-24 ta’ Awwissu 2015 u l-1 ta’ Frar 2021). Minn Frar 2021 (mill-inqas sa Settembru 2022), huwa kien il-president tal-Organizzazzjoni tal-Veterani tal-Gwerra tal-Myanmar.
Fl-1 ta’ Frar 2021, huwa pparteċipa f’laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali għad-Difiża u s-Sigurtà (NDSC), mal-membri l-oħra tat-Tatmadaw. Il-laqgħa tal-NDSC kienet anti-kostituzzjonali peress li ma inkludiex il-membri ċivili tiegħi. Matul dik il-laqgħa, Myint Swe ġie ddikjarat Aġent President. Myint Swe mbagħad iddikjara stat ta’ emerġenza u għadda s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża Min Aung Hlaing. Il-proċedura għad-dikjarazzjoni tal-istat ta’ emerġenza nkisret peress li, skont il-Kostituzzjoni, il-President biss għandu l-awtorità li jiddikjara stat ta’ emerġenza.
Bil-parteċipazzjoni tiegħu fil-laqgħa tal-NDSC li matulha ġie deċiż li jiġi ddikjarat l-istat ta’ emerġenza u li s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat jgħaddu lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, Sein Win ikkontribwixxa għall-iskartar tar-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u għat-twaqqiegħ tal-gvern demokratikament elett. Għaldaqstant huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
Fl-2018, in-NU kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali rrapportaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li twettqu fl-Istati ta’ Kachin, Rakhine u Shan kontra l-popolazzjoni Rohingya mill-forzi militari u tal-pulizija sa mill-2011 u kkonkludew li l-biċċa l-kbira ta’ dak il-ksur jammonta għall-aktar reati gravi skont id-dritt internazzjonali. Bħala Ministru għad-Difiża mill-24 ta’ Awwissu 2015 sal-1 ta’ Frar 2021, Sein Win hu responsabbli għal dak il-ksur u abbużi serji kontra l-popolazzjoni Rohingya.
|
22.3.2021
|
|
20.
|
Mya Tun Oo
|
Data tat-twelid: 4 jew 5 ta’ Mejju 1961;
Nazzjonalità: Myanmar;
Sess: raġel
|
Il-Ġeneral Mya Tun Oo hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Inħatar Ministru għad-Difiża fl-1 ta’ Frar 2021 u huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC). Fl-1 ta’ Frar 2023, huwa nħatar ukoll Viċi Prim Ministru.
Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi warrbu r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u trasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu. Mya Tun Oo pparteċipa fil-laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali għad-Difiża u s-Sigurtà (NDSC) fil-31 ta’ Jannar 2022, li estendiet l-istat ta’ emerġenza sal-31 ta’ Lulju 2022. Bħala membru tal-NDSC u l-SAC, il-Ġeneral Mya Tun Oo kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat.
Bħala membru tal-SAC, il-Ġeneral Mya Tun Oo hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, bħala Ministru għad-Difiża, Mya Tun Oo jġorr ir-responsabbiltà għall-attakki mill-forzi militari fl-Istat ta’ Kayah fil-25 ta’ Diċembru 2021 fejn inqatlu aktar minn 30 persuna, fosthom tfal u persunal umanitarju, u qtil tal-massa u tortura ta’ ċivili fil-Myanmar kollu. Bħala Ministru għad-Difiża, il-Ġeneral Mya Tun Oo huwa barra minn hekk responsabbli għall-bumbardamenti, l-attakki mill-ajru, u istanzi oħra ta’ vjolenza fuq skala kbira li twettqu mill-forzi armati tal-Myanmar matul l-2022. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.
Fl-2018, in-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali rrapportaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li twettqu fl-Istati ta’ Kachin, Rakhine u Shan kontra l-popolazzjoni Rohingya mill-forzi militari u tal-pulizija sa mill-2011 u kkonkludew li l-biċċa l-kbira ta’ dak il-ksur jammonta għall-aktar reati gravi skont id-dritt internazzjonali. Mya Tun Oo kien il-Kap Kmandant Konġunt tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), it-tielet l-ogħla pożizzjoni fit-Tatmadaw, minn Awwissu 2016 sal-ħatra tiegħu bħala l-Ministru għad-Difiża. F’dik il-kapaċità, hu ssorvelja l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta’ Rakhine u kkoordina d-diversi forzi armati, li jinkludu l-Armata, il-Flotta Navali u l-Forza tal-Ajru, kif ukoll l-użu tal-artillerija. Għalhekk, hu responsabbli għal dawk il-ksur u l-abbużi serji kontra l-popolazzjoni Rohingya.
|
22.3.2021
|
|
23.
|
Maung Maung Kyaw
|
Data tat-twelid: 23 ta’ Lulju 1964;
Nazzjonalità: Myanmar;
Sess: raġel
|
Il-Ġeneral Maung Maung Kyaw huwa eks membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa irtira f’Jannar 2022. Kien membru tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat (SAC) sa Frar 2023. Qabel serva bħala Kap Kmandant tal-Forza tal-Ajru tal-Myanmar bejn l-2018 u Jannar 2022. Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi warrbu r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u trasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu. Bħala membru tal-SAC, il-Ġeneral Maung Maung Kyaw kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Bħala eks membru tal-SAC, il-Ġeneral Maung Maung Kyaw kien direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, fil-kapaċità preċedenti tiegħu bħala l-kap tal-Forza tal-Ajru tal-Myanmar, huwa kien direttament responsabbli għall-attakki bil-bombi fl-Istat ta’ Kayah f’Diċembru 2021, li mmiraw fuq il-popolazzjoni ċivili u kkawżaw għadd kbir ta’ vittmi. Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.
|
22.3.2021
|
|
25.
|
Than Hlaing
|
Data tat-twelid: 1965;
Nazzjonalità: Myanmar;
Sess: raġel
|
Il-Logutenent Ġeneral Than Hlaing hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Serva bħala Viċi Prim Ministru għall-Affarijiet Interni u Kap tal-Pulizija mit-2 ta’ Frar 2021 sa Mejju 2022.
Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi warrbu r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
Il-Logutenent Ġeneral Than Hlaing, li nħatar mill-SAC, huwa impenjat f’azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
Barra minn hekk, il-forzi tal-pulizija li aġixxew taħt l-awtorità tal-Logutenent Ġeneral Than Hlaing wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ persuni ċivili u dimostranti mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, twettiq ta’ arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Bħala eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u Kap tal-Pulizija, il-Logutenent Ġenerali Than Hlaing kien direttament responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw politiki repressivi u azzjonijiet vjolenti li twettqu mill-pulizija kontra dimostranti paċifiċi, u għalhekk hu responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.
|
22.3.2021
|
|
26.
|
Mahn Nyein Maung
(magħruf ukoll bħala P’do, Phado Man Nyein Maung)
|
Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat;
Data tat-twelid: madwar l-1947;
Post tat-twelid: Maungdaw, Myanmar;
Nazzjonalità: Myanmar;
Sess: raġel
|
Mahn Nyein Maung huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC).
Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi warrbu r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
Bħala membru tal-SAC, Mahn Nyein Maung kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. F’żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti, dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.
Bħala membru tal-SAC, Mahn Nyein Maung hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.
|
19.4.2021
|
|
27.
|
Thein Nyunt
|
Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat; President tal-Partit għad-Demokrazija Nazzjonali l-Ġdida (NNDP);
Data tat-twelid: 26 ta’ Diċembru 1944;
Post tat-twelid: Kawkareik (Karen State) Myanmar/Burma;
Nazzjonalità: Myanmar;
Numru tal-ID: 12/THAGAKA(NAING)012432;
Sess: raġel
|
Thein Nyunt huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC). Mill-1 ta’ Frar 2023, huwa jservi wkoll fuq il-Korp Konsultattiv Ċentrali tal-SAC.
Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi warrbu r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
Bħala membru tal-SAC, Thein Nyunt kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. F’żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti, dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.
Bħala membru tal-SAC, Thein Nyunt hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.
|
19.4.2021
|
|
28.
|
Khin Maung Swe
|
Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat; President tal-partit tal-Forza Demokratika Nazzjonali (NDF);
Data tat-twelid: 24 ta’ Lulju 1942;
Post tat-twelid: Ngathaingchaung, Pathein District, Myanmar/Burma;
Nazzjonalità: Myanmar;
Sess: raġel
|
Khin Maung Swe huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC). Mill-1 ta’ Frar 2023, huwa jservi wkoll fuq il-Korp Konsultattiv Ċentrali tal-SAC.
Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi warrbu r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
Bħala membru tal-SAC, Khin Maung Swe kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. F’żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti, dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.
Bħala membru tal-SAC, Khin Maung Swe Kyaw hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.
|
19.4.2021
|
|
29.
|
Aye Nu Sein
|
Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat; Viċi President tal-Partit Nazzjonali ta’ Arakan;
Data tat-twelid: 24 ta’ Marzu 1957;
Post tat-twelid: Sittwe, Rakhine State, Myanmar/Burma;
Nazzjonalità: Myanmar;
Sess: mara
|
Aye Nu Sein hija membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC). Mill-1 ta’ Frar 2023, hija jservi wkoll fuq il-Korp Konsultattiv Ċentrali tal-SAC.
Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi warrbu r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
Bħala membru tal-SAC, Aye Nu Sein kienet direttament involuta u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hi responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. F’żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti, dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.
Bħala membru tal-SAC, Aye Nu Sein hi direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.
|
19.4.2021
|
|
30.
|
Jeng Phang Naw Htaung
|
Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat;
Nazzjonalità: Myanmar;
Sess: raġel
|
Jeng Phang Naw Htaung huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC). Mill-1 ta’ Frar 2023, huwa jservi wkoll bħala Ministru għall-Affarijiet Etiċi tal-Unjoni.
Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi warrbu r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
Bħala membru tal-SAC, Jeng Phang Naw Htaung kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. F’żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti, dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.
Bħala membru tal-SAC, Jeng Phang Naw Htaung hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.
|
19.4.2021
|
|
32.
|
Sai Long Hseng
|
Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat;
Data tat-twelid: 18 ta’ April 1947;
Post tat-twelid: Kengtung, Myanmar/Burma;
Nazzjonalità: Myanmar;
Karta tal-verifika taċ-ċittadinanza: Katana (Naing) 0052495;
Numru tal-NRC: 13/KATANA (N)-005249;
Sess: raġel
|
Sai Long Hseng huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC). Mill-1 ta’ Frar 2023, huwa jservi wkoll fuq il-Korp Konsultattiv Ċentrali tal-SAC.
Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi warrbu r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
Bħala membru tal-SAC, Sai Long Hseng kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. F’żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti, dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.
Bħala membru tal-SAC, Sai Long Hseng hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.
|
19.4.2021
|
|
33.
|
Saw Daniel
|
Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat;
Data tat-twelid: 25 ta’ Novembru 1957;
Post tat-twelid: Loikaw (Kayah State) Myanmar/Burma;
Nazzjonalità: Myanmar;
Sess:raġel
|
Saw Daniel huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC). Mill-1 ta’ Frar 2023, huwa jservi wkoll fuq il-Korp Konsultattiv Ċentrali tal-SAC.
Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi warrbu r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
Bħala membru tal-SAC, Saw Daniel kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. F’żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti, dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.
Bħala membru tal-SAC, Saw Daniel hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.
|
19.4.2021
|
|
34.
|
Dr Banyar Aung Moe
|
Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat;
Data tat-twelid: 14.8.1947;
Nazzjonalità: Myanmar;
Sess: raġel;
Karta tal-identità nazzjonali: 10RAMANAN202348
|
Banyar Aung Moe huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC). Mill-1 ta’ Frar 2023, huwa jservi wkoll fuq il-Korp Konsultattiv Ċentrali tal-SAC.
Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi warrbu r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
Bħala membru tal-SAC, Banyar Aung Moe kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. F’żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti, dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.
Bħala membru tal-SAC, Banyar Aung Moe hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.
|
19.4.2021
|
|
35.
|
U Chit Naing
(magħruf ukoll bħala Sate Pyin Nyar)
|
Data tat-twelid: Diċembru 1948;
Post tat-twelid: Kyee Nee Village, Chauk Township, Magway Region, Myanmar/Burma;
Nazzjonalità: Myanmar;
Sess: raġel;
Indirizz: 150, Yadanar Street, Yadanar Housing (near Tine Yin Thar Village), Tharkayta Township, Yangon, Myanmar
|
U Chit Naing kien il-Ministru tal-Gvern tal-Unjoni li mexxa l-Ministeru tal-Uffiċċju tal-Gvern tal-Unjoni mill-1 ta’ Awwissu 2021 sat-18 ta’ Awwissu 2022. Kien il-Ministru għall-Informazzjoni mit-2 ta’ Frar 2021 sal-31 ta’ Lulju 2021. Inħatar mill-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) li ħa f’idu s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021. Bħala Ministru għall-Informazzjoni, kien responsabbli għall-media tal-istat (MWD, MRTV, Myanmar Alin, Kyemon u l-gazzetti tal-Global New Light of Myanmar, kif ukoll il-Myanmar News Agency (MNA) u Myanmar Digital News), u għaldaqstant għax-xandir u l-pubblikazzjoni tal-aħbarijiet uffiċjali. Meta kien Ministru għall-Informazzjoni, il-gazzetti kienu mimlija b’artikli favur il-forzi militari u għaldaqstant huwa responsabbli għall-propaganda tal-ġunta u għat-tixrid tad-diżinformazzjoni permezz tal-media tal-istat li mhumiex qed jirrappurtaw b’mod preċiż. Huwa direttament responsabbli għad-deċiżjonijiet li wasslu għar-repressjoni tal-media ta’ Myanmar. Dan jinkludi direttivi, li ordnaw lill-media indipendenti biex ma jużawx il-kliem “kolp ta’ stat”, “reġim militari” u “ġunta”, u li wasslet għall-projbizzjoni ta’ ħames aġenziji tal-aħbarijiet fil-pajjiż. Fil-pożizzjonijiet preċedenti tiegħu bħala membru tal-gvern, l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
19.4.2021
|
|
38.
|
Win Shein
(magħruf ukoll bħala U Win Shein)
|
Data tat-twelid: 31 ta’ Lulju 1957;
Post tat-twelid: Mandalay, Myanmar/Burma;
Nazzjonalità: Myanmar;
Sess: raġel;
Numru tal-passaport: DM001478 (Myanmar/Burma) maħruġ fl-10 ta’ Settembru 2012, jiskadi fid-9 ta’ Settembru 2022;
Karta tal-identità nazzjonali: 12DAGANA011336
|
Win Shein huwa l-Viċi Prim Ministru, mill-1 ta’ Frar 2023, u l-Ministru għall-Ippjanar u l-Finanzi fil-Gvern tal-Unjoni,mill-1 ta’ Frar 2021, maħtur mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.
Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi warrbu r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lil Min Aung Hlaing.
Billi aċċetta n-nomina tiegħu bħala Ministru għall-Ippjanar u l-Finanzi u bħala l-Viċi Prim Ministru tal-Gvern tal-Unjoni, u permezz tar-rwol importanti tiegħu fil-politika ekonomika tar-reġim, Win Shein huwa responsabbli talli dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
21.6.2021
|
|
40.
|
Tin Aung San
|
Data tat-twelid: 16 ta’ Ottubru 1960;
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Sess: raġel;
Karta tal-identità nazzjonali: 12/La Ma Na (N) 89 489
|
L-Ammiral Tin Aung San huwa l-Kap Kmandant tal-Forza Navali tal-Myanmar. Huwa serva wkoll bħala Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni mit-3 ta’ Frar 2021, u bħala Viċi Prim Ministru mill-1 ta’ Frar 2023. Huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC).
Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
Bħala Ministru tal-Gvern għat-Trasport u l-Komunikazzjoni, huwa responsabbli għall-komunikazzjoni u n-networks u b’hekk jieħu deċiżjonijiet u jimplimenta politiki li jiddefinixxu l-libertà tal-aċċess għad-data online. Minn meta ħa f’idejh il-ministeru, kien hemm għadd kbir ta’ waqfien u tnaqqis intenzjonali tal-Internet, kif ukoll ordnijiet għall-fornituri biex jipprevjenu li Facebook, Twitter u Instagram ikunu online. F’Jannar 2022, ġie ċċirkolat abbozz ġdid tal-abbozz ta’ liġi dwar iċ-ċibersigurtà, li jippermetti l-abbuż tat-teknoloġija ta’ sorveljanza sabiex jitwettaq monitoraġġ fuq individwi u jitpoġġew fil-mira, u b’hekk irażżan il-libertà ta’ espressjoni tagħhom kif ukoll l-aċċess għall-informazzjoni. Għalhekk huwa direttament responsabbli għal-limitazzjoni tal-libertà tal-istampa u l-aċċess għall-informazzjoni online, kif ukoll għall-ksur tad-dritt għall-privatezza tal-poplu tal-Myanmar. Għaldaqstant huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
Bħala membru tal-SAC, Tin Aung San kien direttament involut fi u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Huwa wkoll direttament responsabbli għad-deċiżjonijiet repressivi meħuda mill-SAC, inkluż leġiżlazzjoni li tikser id-drittijiet tal-bniedem u tillimita l-libertajiet taċ-ċittadini tal-Myanmar, u għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi tas-sigurtà tal-Myanmar.
|
21.6.2021
|
|
41.
|
Thida Oo
(magħrufa ukoll bħala Daw Thida Oo)
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Sess: mara
|
Thida Oo ilha l-Avukat Ġenerali tal-Unjoni tal-Myanmar mit-2 ta’ Frar 2021, meta nħatret mill-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) Min Aung Hlaing. Hija membru tal-Kummissjoni tal-Investiment tal-Myanmar (MIC).
Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 billi ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit il-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu. F’Lulju 2022, Oo ħadet sehem fil-kawża mressqa quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) fejn hija xehdet kontra l-akkuża ta’ ġenoċidju tal-popolazzjoni Rohingya u ddefendiet lill-ġunta.
Thida Oo ilha parti mill-gvern li rriżulta mill-kolp ta’ stat mill-ewwel jum tiegħu, fejn użat is-setgħa mogħtija permezz tal-liġi tal-2010 rigward l-Avukat Ġenerali tal-Unjoni biex tipproċedi bi proċessi politikament motivati u d-detenzjoni arbitrarja sussegwenti u biex taġixxi bħala forza li tippermetti l-abbużi mwettqa mir-reġim militari. Għaldaqstant hija impenjata f’azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
21.6.2021
|
|
44.
|
Aung Naing Oo
|
Data tat-twelid: 13 ta’ Ottubru 1962 jew 9 ta’ Ġunju 1969
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Post tat-twelid: Kyaukse, Mandalay, Myanmar/Burma;
Sess: raġel;
Indirizz: L 103, Kenyeikthar Lane 6, FMI city, Yangon, Myanmar/Burma;
Numru tal-passaport: DM002656;
Karta tal-identità nazzjonali: 7/PaKhaNa (Naing) 13345; 5/SaKaNa (Naing) 017289
|
Aung Naing Oo ilu l-Ministru għall-Kummerċ mid-19 ta’ Awwissu 2022. Huwa kien il-Ministru għall-Investiment u r-Relazzjonijiet Ekonomiċi Barranin mit-2 ta’ Frar 2021 sat-18 ta’ Awwissu 2022. Huwa nħatar mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021.
Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Bħala Ministru għall-Investiment u r-Relazzjonijiet Ekonomiċi Barranin, huwa kien responsabbli biex jgħin lin-negozji u jiffaċilita l-investimenti fil-Myanmar/Burma u għaldaqstant jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet finanzjarji tar-reġim militari. Fid-dikjarazzjonijiet u l-atti tiegħu, huwa appoġġa pubblikament il-kolp ta’ stat u r-reġim militari, inkluż billi ddikjara li l-media internazzjonali eżaġerat il-kriżi u insista wkoll li l-moviment ta’ diżubbidjenza ċivili qed jasal fi tmiemu. Barra minn hekk, huwa impedixxa lid-diriġenti ta’ kumpaniji barranin tat-telekomunikazzjoni milli jitilqu mill-pajjiż mingħajr permess u fi Frar 2021 keċċa mill-Ministeru lill-impjegati taċ-ċivil li pprotestaw. Għaldaqstant, l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
46.
|
Thet Thet Khine
|
Data tat-twelid: 19 ta’ Awwissu 1967;
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Post tat-twelid: Mogok, Myanmar/Burma;
Sess: mara;
Indirizz: 127 A Dhamazadei Road, Kamayut, Yangon, Myanmar/Burma;
Numru tal-passaport: MB132403 (Myanmar/Burma) maħruġ fis-7 ta’ Mejju 2015, u jiskadi fis-6 ta’ Mejju 2020;
Karta tal-identità nazzjonali: 9MAKANAN034200
|
Thet Thet Khine ilha l-Ministru għall-Assistenza Soċjali, is-Soljev u r-Risistemazzjoni mill-4 ta’ Frar 2021. Hija nħatret mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021.
Appoġġat ripetutament il-kolp ta’ stat pubblikament. Bħala Ministru tal-Gvern, hija tifforma parti mir-reġim militari, li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Fid-dikjarazzjonijiet u l-atti tagħha, hija appoġġat pubblikament il-kolp ta’ stat u r-reġim militari, inkluż id-dikjarazzjoni tagħha li l-militar wettaq il-kolp ta’ stat b’reazzjoni għal frodi elettorali. Barra minn hekk, ċaħdet li l-militar wettaq ġenoċidju kontra l-popolazzjoni Rohingya. Għaldaqstant, tappoġġa u hija involuta f’azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
64.
|
Ni Lin Aung
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Sess: raġel
|
Il-Maġġur Ġeneral Ni Lin Aung ilu jaħdem fil-Kmand Ċentrali tal-Lvant minn Awwissu 2022. Huwa l-eks Kmandant tal-Kmand tal-Lvant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Parti mill-ġuriżdizzjoni tal-Kmand tal-Lvant hija l-Istat ta’ Kayah. F’attakk fl-24 ta’ Diċembru 2021 qrib il-villaġġ ta’ Moso fit-township ta’ Phruso, l-Istat ta’ Karenni (Kayah), inqatlu mill-inqas 35 persuna, fosthom persuni ċivili, tfal u żewġ ħaddiema tal-għajnuna umanitarja tal-NGO Save the Children. It-Tatmadaw huma responsabbli għall-attakk. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-Kmand tal-Lvant, il-Maġġur (qabel il-Brigadier) Ġeneral Ni Lin Aung ikkmanda direttament l-unitajiet fl-Istat ta’ Kayah, inkluż dawk responsabbli għal dak il-massakru. Il- Maġġur Ġeneral Ni Lin Aung huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal involviment f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
65.
|
Aung Zaw Aye
(magħruf ukoll bħala U Aung Zaw Aye)
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Sess: raġel
|
Il-Logutenent Ġeneral Aung Zaw Aye ilu l-Ministru Kap tal-Istat ta’ Shan minn Frar 2023. Huwa l-eks Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 2 tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw).
F’attakk militari fl-24 ta’ Diċembru 2021 qrib il-villaġġ ta’ Moso fit-township ta’ Phruso, l-Istat ta’ Karenni (Kayah), inqatlu mill-inqas 35 persuna, fosthom persuni ċivili, tfal u żewġ ħaddiema tal-għajnuna umanitarja tal-NGO Save the Children. It-Tatmadaw huma responsabbli għall-attakk. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 2, il-Logutenent Ġeneral Aung Zaw Aye kien jikkmanda l-Kmand tal-Lvant, li jikkmanda direttament l-unitajiet militari attivi fl-Istat ta’ Kayah, inkluż dawk responsabbli għal dak il-massakru. Il-Logutenent Ġeneral Aung Zaw Aye huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal involviment f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
71.
|
U Than Swe
(magħruf ukoll bħala Than Swe)
|
Data tat-twelid: 1957 jew 1965;
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Sess: raġel
|
U Than Swe ilu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni minn Frar 2023. Huwa l-eks President tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni, maħtur mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) mid-19 ta’ Awwissu 2022 sa Frar 2023.
Il-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni, li dak iż-żmien kienet taħt it-tmexxija ta’ U Than Swe, implimentat politiki bil-għan li jilleġittimizzaw il-kolp ta’ stat militari, inkluż l-involviment tagħha fi proċedimenti kontra mexxejja eletti demokratikament, bħat-tressiq ta’ akkużi ta’ korruzzjoni kontra l-Kunsillier tal-Istat Daw Aung San Suu Kyi. Għalhekk, fil-kapaċità tiegħu bħala President tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni, U Than Swe kien involut f’attivitajiet u politiki li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
8.11.2022”;
|
|