ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 107

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
21 ta' April 2023


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2023/839 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli dwar ir-rapportar u l-konformità, u l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030, u r-Regolament (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami ( 1 )

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/840 tal-25 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu u ż-żamma tal-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati li għandhom jintużaw f’konformità mal-Artikolu 9(14) ta’ dak ir-Regolament ( 1 )

29

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/841 tad-19 ta’ April 2023 li taħtar ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-Bord tat-Tmexxija u fil-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

39

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/1


REGOLAMENT (UE) 2023/839 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ April 2023

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli dwar ir-rapportar u l-konformità, u l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030, u r-Regolament (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat fit-12 ta' Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) (il-"Ftehim ta' Pariġi"), daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016. Il-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Dak l-impenn ġie msaħħaħ bl-adozzjoni, fl-ambitu tal-UNFCCC, tal-Patt Klimatiku ta' Glasgow fit-13 ta' Novembru 2021, li fih il-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi, tirrikonoxxi li l-impatti tat-tibdil fil-klima se jkunu ħafna aktar baxxi b'żieda fit-temperatura ta' 1,5 °C, meta mqabbla ma' 2 °C, u tiddeċiedi li tkompli bi sforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C.

(2)

Fir-Rapport ta' Valutazzjoni Globali tagħha tal-2019 dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi, il-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi (IPBES) ipprovdiet l-aħħar evidenza xjentifika dwar l-erożjoni tal-bijodiversità li għaddejja fid-dinja kollha. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 dwar Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna (l-"Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030") tintensifika l-ambizzjoni tal-Unjoni rigward il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u ekosistemi li jiffunzjonaw tajjeb. Il-foresti u l-ħamrija b'saħħitha huma estremament importanti għall-bijodiversità, iżda wkoll għall-purifikazzjoni tal-arja u tal-ilma, is-sekwestru u l-ħżin tal-karbonju, u l-provvista ta' prodotti tal-injam b'ħajja twila minn sorsi sostenibbli. In-natura u l-funzjoni tal-foresti jvarjaw ħafna madwar l-Unjoni, fejn ċerti tipi ta' foresti huma aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima minħabba impatti diretti, bħal nixfa, qerda tal-foresti kkawżata mit-temperatura jew bidliet fl-aridità. Id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti jikkontribwixxu għall-kriżi klimatika globali peress li jżidu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, inter alia permezz ta' nirien fil-foresti assoċjati, u b'hekk ineħħu b'mod permanenti l-kapaċitajiet tal-bjar tal-karbonju, inaqqsu r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima taż-żoni milquta u jnaqqsu b'mod sostanzjali l-bijodiversità tagħhom.

Il-karbonju organiku fil-ħamrija u r-raggruppamenti tal-karbonju ta' injam mejjet, li ħafna minnu jalimenta r-raggruppament tal-karbonju fil-ħamrija, huma wkoll ta' rilevanza għolja partikolari f'għadd ta' kategoriji ta' rapportar, kemm għall-azzjoni klimatika kif ukoll għall-protezzjoni tal-bijodiversità. Kemm il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2021 dwar l-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030 (l-"Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030") kif ukoll il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Novembru 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE dwar il-ħamrija għall-2030 – Ingawdu l-benefiċċji ta' ħamrija b'saħħitha għan-nies, l-ikel, in-natura u l-klima (l-"Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030") – irrikonoxxew il-ħtieġa li tiġi protetta u mtejba l-kwalità tal-foresti u tal-ekosistemi tal-ħamrija fl-Unjoni, u li jitħeġġu prattiki ta' ġestjoni sostenibbli msaħħa li jistgħu jtejbu s-sekwestru tal-karbonju u jsaħħu r-reżiljenza tal-foresti u tal-ħamrija fid-dawl tal-kriżijiet klimatiċi u tal-bijodiversità. It-torbieri huma l-akbar ħażna terrestri ta' karbonju organiku, u t-titjib tal-ġestjoni u l-protezzjoni tat-torbieri huwa aspett importanti li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, u għall-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ħamrija kontra l-erożjoni.

(3)

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (il-"Patt Ekoloġiku Ewropew") tipprovdi punt tat-tluq għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050 u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi minn wara dik id-data kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Dan jikkombina sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku bil-għan li tinkiseb in-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jippreserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini mir-riskji u l-impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, dik it-tranżizzjoni għandha aspetti ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri kif ukoll impatti partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati u vulnerabbli, bħall-persuni akbar fl-età, il-persuni b'diżabilità, il-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Għalhekk irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa' lura.

(4)

L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi huma fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (5), il-Parlament Ewropew appella għat-tranżizzjoni meħtieġa għal soċjetà newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050 u, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali, iddikjara emerġenza klimatika u ambjentali (6). Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kibru biss fid-dawl tal-effetti severi ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni.

(5)

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-miżuri meħuda biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament jiġu segwiti f'konformità mal-objettiv tal-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli kif stabbilit fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), filwaqt li jitqiesu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, il-Ftehim ta' Pariġi u l-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti", fejn rilevanti, skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(6)

L-Unjoni impenjat ruħha li sal-2030 tnaqqas l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni b'mill-inqas 55 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990 fil-kontribut aġġornat iddeterminat fil-livell nazzjonali ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-17 ta' Diċembru 2020.

(7)

Permezz tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1119, l-Unjoni naqqxet l-objettiv li jintlaħaq bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi fl-ekonomija kollha minn fonti u l-assorbiment minn bjar ta' gassijiet serra domestikament fl-Unjoni sal-2050 u, kif xieraq, li jinkisbu emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem fil-leġiżlazzjoni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll mira vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) b'mill-inqas 55 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990 sal-2030. Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija jikkontribwixxu għall-ilħuq ta' dik il-mira, inkluż is-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija ("LULUCF"). Sabiex jiġi żgurat li jitwettqu sforzi ta' mitigazzjoni suffiċjenti f'setturi oħra sal-2030, il-kontribut tal-assorbimenti netti għall-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 huwa limitat għal 225 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2. Fil-kuntest tar-Regolament (UE) 2021/1119, il-Kummissjoni affermat mill-ġdid f'dikjarazzjoni korrispondenti l-intenzjoni tagħha li tipproponi reviżjoni tar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), f'konformità mal-ambizzjoni li sal-2030, l-assorbimenti netti tal-karbonju jiżdiedu għal livelli ogħla minn 300 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 fis-settur tal-LULUCF.

(8)

Sabiex jikkontribwixxu għaż-żieda fl-ambizzjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra minn b'mill-inqas 40 % għal b'mill-inqas 55 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990, u biex jiġi żgurat li s-settur tal-LULUCF jagħti kontribut fit-tul sostenibbli u prevedibbli għall-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri vinkolanti għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra għal kull Stat Membru fis-settur tal-LULUCF fil-perjodu mill-2026 sal-2030, li jirriżultaw f'mira ta' assorbimenti netti ta' 310 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 għall-Unjoni kollha kemm hi fl-2030. Il-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti l-miri nazzjonali għall-2030 jenħtieġ li tqis id-distakk bejn il-mira tal-Unjoni u l-emissjonijiet u l-assorbimenti medji ta' gassijiet serra mis-snin 2016, 2017 u 2018, irrapportati minn kull Stat Membru fil-preżentazzjoni tal-2020 tiegħu, u tirrifletti l-prestazzjoni tal-mitigazzjoni attwali tas-settur tal-LULUCF, u s-sehem ta' kull Stat Membru miż-żona tal-art ġestita fl-Unjoni, filwaqt li tqis il-kapaċità ta' dak l-Istat Membru li jtejjeb il-prestazzjoni tiegħu fis-settur permezz ta' prattiki tal-ġestjoni tal-art jew bidliet fl-użu tal-art li jkunu ta' benefiċċju għall-klima u l-bijodiversità. Jekk l-Istati Membri jkollhom prestazzjoni superjuri għall-miri dan ikompli jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni.

(9)

Il-miri vinkolanti għall-ambizzjoni miżjuda ta' emissjonijiet u assorbimenti netti ta' gassijiet serra jenħtieġ li jiġu ddeterminati għal kull Stat Membru permezz ta' trajettorja lineari. It-trajettorja jenħtieġ li tibda fl-2022 fil-medja tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra rrapportati minn dak l-Istat Membru matul l-2021, l-2022 u l-2023, u tintemm fl-2030 fuq il-mira stabbilita għal dak l-Istat Membru. Sabiex tiġi żgurata l-kisba kollettiva tal-mira tal-Unjoni għall-2030 filwaqt li titqies il-varjabbiltà interannwali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF, huwa xieraq li għal kull Stat Membru jiġi stabbilit impenn li jikseb somma ta' emissjonijiet u assorbimenti netti ta' gassijiet serra għall-perjodu mill-2026 sal-2029 (il-"baġit għall-perjodu mill-2026 sal-2029") b'żieda mal-mira nazzjonali għas-sena 2030.

(10)

Ir-regoli kontabilistiċi stabbiliti fl-Artikoli 6, 7, 8 u 10 tar-Regolament (UE) 2018/841 tfasslu biex jiddeterminaw sa liema punt il-prestazzjoni tal-mitigazzjoni fis-settur tal-LULUCF tista' tikkontribwixxi għall-mira tal-Unjoni għall-2030 ta' tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra b'40 %, li ma kinitx tinkludi s-settur tal-LULUCF. Sabiex jiġi ssimplifikat il-qafas regolatorju għal dak is-settur, ir-regoli kontabilistiċi attwali jenħtieġ li ma japplikawx wara l-2025, u l-konformità mal-miri nazzjonali tal-Istati Membri jenħtieġ li tiġi vverifikata abbażi tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra rrapportati. Dan jipprovdi konsistenza metodoloġika mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), u mar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), u mal-mira l-ġdida għat-tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra b'mill-inqas 55 %, li tinkludi s-settur tal-LULUCF.

(11)

Fis-16 ta' Ġunju 2022, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni dwar l-iżgurar ta' tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika (11), fejn enfasizza l-ħtieġa ta' miżuri ta' akkumpanjament u l-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari biex jiġu appoġġjati dawk ir-reġjuni, l-industriji, l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, il-ħaddiema, l-unitajiet domestiċi u l-konsumaturi li se jiffaċċjaw l-akbar sfidi. Dik ir-Rakkomandazzjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jqisu sett ta' miżuri fl-oqsma tat-tranżizzjonijiet tal-impjiegi u tas-suq tax-xogħol, il-ħolqien tal-impjiegi u l-intraprenditorija, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, l-akkwist pubbliku, it-tassazzjoni u s-sistemi ta' protezzjoni soċjali, is-servizzi essenzjali u l-akkomodazzjoni, kif ukoll, fost l-oħrajn, bil-ħsieb li jsaħħu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-edukazzjoni u t-taħriġ.

(12)

Meta wieħed iqis l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-LULUCF f'kull Stat Membru, kif ukoll il-fatt li l-Istati Membri jridu jżidu l-prestazzjoni tagħhom biex jilħqu l-miri vinkolanti nazzjonali tagħhom, jenħtieġ li tibqa' għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri firxa ta' flessibbiltajiet, inkluż l-iskambjar tas-surpluses u l-estensjoni ta' flessibbiltajiet speċifiċi għall-foresti, filwaqt li tiġi rrispettata l-integrità ambjentali tal-miri.

(13)

Dispożizzjonijiet alternattivi għad-disturbi naturali (abijotiċi u bijotiċi) bħan-nirien, it-tifqiegħ ta’ pesti, il-maltempati u l-avvenimenti estremi, sabiex jiġu indirizzati l-inċertezzi minħabba l-proċessi naturali fis-settur tal-LULUCF, jenħtieġ li jkunu disponibbli fl-2032 għall-Istati Membri li jkunu għamlu l-almu tagħhom biex iqisu kwalunkwe opinjoni tal-Kummissjoni indirizzata lilhom fil-kuntest ta' azzjoni korrettiva introdotta permezz ta' dan ir-Regolament emendatorju, dment li dawn ikunu eżawrew il-flessibbiltajiet l-oħrajn kollha għad-dispożizzjoni tagħhom u stabbilew miżuri xierqa biex inaqqsu l-vulnerabbiltà tal-art tagħhom għal tali disturbi, u li l-mira tal-Unjoni għall-2030 għas-settur tal-LULUCF tkun intlaħqet.

(14)

Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqiesu l-effetti diffużi u fit-tul tat-tibdil fil-klima, b'kuntrast mad-disturbi naturali li huma, essenzjalment, aktar temporanji u ġeografikament lokalizzati. Jenħtieġ li dan jippermetti wkoll li jitqiesu l-effetti ta' legat ta' miżuri ta' ġestjoni tal-passat marbuta ma' proporzjon ta' ħamrija organika fuq art ġestita li hija eċċezzjonalment għolja meta mqabbla mal-medja tal-Unjoni fi ftit Stati Membri. L-ammonti ta' kumpens mhux użati disponibbli skont l-Anness VII tul il-perjodu mill-2021 sal-2030 jenħtieġ li jkunu disponibbli għal dak l-iskop, abbażi tal-preżentazzjoni ta' evidenza lill-Kummissjoni mill-Istati Membri kkonċernati abbażi tal-aħjar għarfien xjentifiku disponibbli u ta' indikaturi oġġettivi, li jistgħu jitkejlu u komparabbli bħall-indiċi tal-aridità, fis-sens tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni f'dawk il-pajjiżi li qed jesperjenzaw nixfa serja u/jew deżertifikazzjoni, b'mod partikolari fl-Afrika (12), definiti bħala l-proporzjon bejn il-preċipitazzjoni annwali medja u l-evapotraspirazzjoni annwali medja. Jenħtieġ li l-allokazzjoni fost l-Istati Membri ssir, fid-dawl tal-evidenza ppreżentata, abbażi tal-proporzjon bejn l-ammont ta' 50 Mt ta' ekwivalenti ta' CO2 disponibbli u l-ammont totali ta' kumpens mitlub minn dawk l-Istati Membri.

(15)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/841 fir-rigward tal-istabbiliment tal-emissjonijiet u l-assorbimenti annwali ta' gassijiet serra għal kull sena fil-perjodu mill-2026 sal-2029 stabbiliti abbażi ta' trajettorja lineari li tintemm fil-mira għall-2030 għall-Istati Membri, u jiġu adottati regoli dettaljati dwar il-metodoloġija għall-evidenza dwar l-impatti fit-tul tat-tibdil fil-klima li mhumiex fil-kontroll tal-Istati Membri u li jikkonċernaw l-effetti ta' proporzjon eċċezzjonalment għoli ta' ħamrija organika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(16)

Jenħtieġ li r-regoli għall-governanza jiġu stabbiliti b'mod li jippromwovi azzjoni bikrija favur il-kisba tal-mira klimatika intermedja tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha tal-Unjoni, filwaqt li tiġi segwita t-trajettorja għas-snin mill-2026 sal-2029 introdotta permezz ta' dan ir-Regolament emendatorju. Il-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/842 jenħtieġ li japplikaw mutatis mutandis, b'multiplikatur ikkalkolat bil-mod li ġej: 108 % tad-distakk bejn il-baġit ta' Stat Membru għall-perjodu mill-2026 sal-2029 u l-assorbimenti netti korrispondenti rrapportati se jiżdiedu maċ-ċifra rrapportata għall-2030 minn dak l-Istat Membru. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqies kwalunkwe defiċit akkumulat sal-2030 minn kull Stat Membru meta l-Kummissjoni tippreżenta proposti dwar il-perjodu ta' wara l-2030.

(17)

L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma partijiet għall-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (14) ("il-Konvenzjoni ta' Aarhus"). L-iskrutinju pubbliku u l-aċċess għall-ġustizzja huma elementi essenzjali tal-valuri demokratiċi tal-Unjoni u għodda biex jiġi ssalvagwardjat l-istat tad-dritt.

(18)

Sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni rapida u effettiva, meta l-Kummissjoni ssib li Stat Membru ma jkunx qed jagħmel biżżejjed progress lejn il-mira tiegħu għall-2030, filwaqt li jitqiesu t-trajettorja, il-baġit għall-perjodu mill-2026 sal-2029 u l-flessibbiltajiet skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li japplika mekkaniżmu ta' azzjoni korrettiva biex jgħin lil dak l-Istat Membru jerġa' lura għat-trajettorja lejn l-2030, billi jiżgura li jittieħdu azzjonijiet addizzjonali, li jwasslu għal assorbimenti netti mtejba ta' gassijiet serra.

(19)

L-inventarji tal-gassijiet serra se jitjiebu b'aktar użu ta' teknoloġija ta' monitoraġġ u għarfien aħjar. Għall-Istati Membri li jtejbu l-metodoloġija tagħhom għall-kalkolu tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti, jenħtieġ li jiġi introdott kunċett ta' aġġustament metodoloġiku. Il-kwistjonijiet li ġejjin, pereżempju, jistgħu jwasslu għal aġġustament metodoloġiku: bidliet fil-metodoloġiji ta' rapportar, data ġdida jew korrezzjonijiet ta' żbalji statistiċi, inklużjoni ta' gassijiet jew raggruppamenti ġodda tal-karbonju, kalkolu mill-ġdid ta' stimi storiċi abbażi ta' evidenza xjentifika ġdida, skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006, l-inklużjoni ta' elementi ġodda ta' rapportar u monitoraġġ imtejjeb tad-disturbi naturali. Jenħtieġ li jiġi applikat aġġustament metodoloġiku għad-data tal-inventarju tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' dak l-Istat Membru sabiex jinnewtralizza l-effett tal-bidliet fil-metodoloġija fuq il-valutazzjoni tal-kisba kollettiva tal-mira tal-Unjoni għall-2030, sabiex tiġi titħares l-integrità ambjentali.

(20)

Fl-Ewropa, l-Inventarji Nazzjonali tal-Foresti jintużaw biex jipprovdu informazzjoni għall-valutazzjonijiet tas-servizzi tal-ekosistema tal-foresti. Is-sistema ta' monitoraġġ tal-inventarji tal-foresti tvarja minn pajjiż għall-ieħor, peress li kull pajjiż għandu s-sistema ta' inventarju tal-foresti tiegħu bil-metodoloġija tiegħu. L-istrateġija l-Ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030 enfasizzat il-ħtieġa ta' ppjanar strateġiku tal-foresti fl-Istati Membri kollha, abbażi ta' monitoraġġ u data affidabbli, governanza trasparenti u skambju kkoordinat fil-livell tal-Unjoni. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni ħabbret li biħsiebha tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tistabbilixxi qafas integrat ta' monitoraġġ tal-foresti fl-Unjoni kollha.

(21)

Sabiex jiġu emendati u ssupplimentati l-elementi mhux essenzjali tar-Regolamenti (UE) 2018/841 u (UE) 2018/1999, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tas-supplimentar tar-Regolament (UE) 2018/841 sabiex jiġu stabbiliti r-regoli għar-reġistrazzjoni u t-twettiq preċiż ta' operazzjonijiet fir-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u fir-rigward tal-emendar tal-Parti 3 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999 billi tiġi aġġornata l-lista ta' kategoriji f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (15). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(22)

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2020 dwar It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 iddeskriviet perkorsi u għażliet ta' politika differenti biex tintlaħaq il-mira klimatika miżjuda tal-Unjoni għall-2030. Din saħqet li l-kisba tan-newtralità klimatika se tirrikjedi li l-azzjoni tal-Unjoni tiżdied b'mod sinifikanti fis-setturi kollha tal-ekonomija. Il-bjar tal-karbonju għandhom rwol essenzjali fit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika fl-Unjoni, u b'mod partikolari, is-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija u tal-użu tal-art jistgħu jagħtu kontribut importanti f'dak il-kuntest. Meta l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-operat tar-Regolament (UE) 2018/841 bħala parti mir-rieżami introdott b'dan ir-Regolament emendatorju, u tħejji rapport għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill, jenħtieġ li tinkludi x-xejriet attwali u l-projezzjonijiet futuri tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-agrikoltura, minn naħa waħda, u tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra mir-raba', mill-bwar u mill-artijiet mistagħdra, min-naħa l-oħra, u tesplora għażliet regolatorji biex tiżgura li jkunu konsistenti mal-objettiv li jinkiseb tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi kollha tal-ekonomija f'konformità mal-objettiv ta' newtralità klimatika tal-Unjoni u l-miri klimatiċi intermedji. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċifika lill-effetti tal-istruttura tal-età tal-foresti, inkluż meta dawk l-effetti jkunu marbuta ma' ċirkostanzi speċifiċi ta' żmien il-gwerra jew ta' wara l-gwerra, b'mod xjentifikament robust, affidabbli u trasparenti, u bil-ħsieb li jiġu żgurati r-reżiljenza fit-tul u l-kapaċità ta' adattament tal-foresti.

Filwaqt li jitqiesu l-importanza li kull settur jagħti kontribut ġust u l-fatt li t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika tirrikjedi bidliet fl-ispettru kollu tal-politika u sforz kollettiv tas-setturi kollha tal-ekonomija u tas-soċjetà, kif enfasizzat fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta proposti leġiżlattivi, fejn xieraq, li jistabbilixxu l-qafas għal wara l-2030.

(23)

Il-bidliet antropoġeniċi mistennija rigward l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra fl-ambjenti tal-baħar u tal-ilma ħelu jistgħu jkunu sinifikanti, u huma mistennija li jvarjaw fil-futur b'riżultat tal-bidliet fl-użu permezz ta', pereżempju, l-espansjoni ppjanata tal-enerġija offshore, iż-żieda potenzjali fil-produzzjoni tal-akkwakultura u l-livelli dejjem jiżdiedu ta' protezzjoni tan-natura meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030. Bħalissa, dawk l-emissjonijiet u l-assorbimenti ma humiex inklużi fit-tabelli ta' rapportar standard lill-UNFCCC. Sussegwentement għall-adozzjoni tal-metodoloġija ta' rapportar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tqis ir-rapportar dwar il-progress, il-fattibbiltà tal-analiżi u l-impatt tal-estensjoni tar-rapportar għall-ambjenti tal-baħar u tal-ilma ħelu abbażi tal-aħħar evidenza xjentifika ta' dawk il-flussi meta twettaq ir-rieżami introdott b'dan ir-Regolament emendatorju.

(24)

Sabiex tintlaħaq il-mira ta' newtralità klimatika sal-2050 u bil-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem, huwa ta' importanza assoluta li l-assorbimenti tal-gassijiet serra fl-Unjoni jiżdiedu kontinwament, filwaqt li jiġi żgurat li tinżamm il-permanenza tagħhom. Jistgħu jkunu meħtieġa, meta jkun xieraq, soluzzjonijiet tekniċi, bħall-bijoenerġija bil-qbid u l-ħżin tal-karbonju ("BECCS"), kif ukoll soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-qbid u l-ħżin tal-emissjonijiet tas-CO2. B'mod partikolari, il-bdiewa individwali, is-sidien tal-art u tal-foresti jew dawk responsabbli mill-ġestjoni tal-foresti jenħtieġ li jiġu mħeġġa jaħżnu aktar karbonju fuq l-art tagħhom u fil-foresti tagħhom, filwaqt li jagħtu prijorità lill-approċċi bbażati fuq l-ekosistema u l-prattiki li ma jagħmlux ħsara lill-bijodiversità, bħalma huma l-prattiki ta' forestrija qrib in-natura, iż-żoni ta' serħan tal-art, ir-restawr tal-ħażniet tal-karbonju tal-foresti, l-espansjoni tal-kopertura tal-agroforestrija, is-sekwestru tal-karbonju fil-ħamrija u r-restawr tal-artijiet mistagħdra kif ukoll soluzzjonijiet innovattivi oħra. Tali inċentivi jtejbu l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tal-emissjonijiet b'mod ġenerali mis-setturi kollha fil-bijoekonomija, inkluż permezz tal-użu ta' prodotti durabbli tal-injam maħsud, b'rispett sħiħ tal-prinċipji ekoloġiċi li jrawmu l-bijodiversità u l-ekonomija ċirkolari. Jenħtieġ li jkun possibbli li jitqies l-istabbiliment ta' proċess għall-inklużjoni ta' prodotti għall-ħżin sostenibbli tal-karbonju fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/841 fir-rieżami introdott b'dan ir-Regolament emendatorju, li jipprevedi konsistenza ma' objettivi ambjentali oħra tal-Unjoni, kif ukoll mal-Linji Gwida tal-IPCC.

(25)

Minħabba l-importanza li jingħata appoġġ finanzjarju lis-sidien jew lill-dawk responsabbli mill-ġestjoni tal-art u tal-foresti biex jintlaħqu l-miri stabbiliti f'dan ir-Regolament emendatorju, jenħtieġ li l-Kummissjoni, meta tivvaluta l-abbozzi tal-aġġornamenti tal-aħħar pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima notifikati skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, tiżgura li l-appoġġ finanzjarju, inkluż is-sehem rilevanti tad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti tal-EU ETS skont id-Direttiva 2003/87/KE li jintużaw għas-settur tal-LULUCF, ikun dirett lejn politiki u miżuri mfassla apposta biex jinkisbu l-baġits u l-miri tal-Istati Membri stabbiliti f'dan ir-Regolament emendatorju. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħti attenzjoni partikolari lill-promozzjoni ta' approċċi bbażati fuq l-ekosistema u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-permanenza ta' assorbimenti addizzjonali ta' gassijiet serra, filwaqt li titqies il-leġiżlazzjoni eżistenti.

(26)

L-iffissar tal-mira tal-Unjoni għall-2030 tiġi bbażata fuq id-data tal-inventarju rrapportata mill-Istati Membri għas-snin 2016, 2017 u 2018. Ir-robustezza tar-rapporti tal-inventarju ppreżentati hija ta' importanza kbira. Għalhekk, il-metodoloġiji applikati mill-Istati Membri jenħtieġ li jiġu vverifikati meta l-assorbimenti netti jkunu naqsu b'mod sinifikanti għas-snin 2016, 2017 u 2018. F'konformità mal-prinċipju ta' trasparenza u biex tissaħħaħ il-fiduċja fil-progress miksub fir-rapportar, ir-riżultati ta' dawk il-verifiki jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku. Abbażi ta' dawk il-verifiki, jenħtieġ li l-Kummissjoni, meta jkun xieraq, tagħmel proposti biex tiżgura li l-Unjoni tibqa' fit-triq it-tajba biex tilħaq il-mira tagħha ta' tneħħija netta ta' 310 Mt

(27)

Bil-għan li tiġi stabbilita t-trajettorja għall-Istati Membri għall-perjodu mill-2026 sal-2029, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq rieżami komprensiv biex tivverifika d-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2021, 2022 u 2023. Għal dak il-fini, jenħtieġ li jsir rieżami komprensiv fl-2025, minbarra r-rieżamijiet komprensivi li l-Kummissjoni għandha twettaq fl-2027 u fl-2032 f'konformità mal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

(28)

Il-valuri għal kull Stat Membru għall-kopertura tal-qċaċet tas-siġar fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/841 jenħtieġ li jiġu allinjati mal-valuri rrapportati lill-UNFCCC jew mal-aġġornamenti prevedibbli ta' dawk il-valuri.

(29)

Minħabba l-introduzzjoni ta' miri bbażati fuq ir-rapportar b'riżultat ta' dan ir-Regolament emendatorju, l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra jridu jiġu stmati b'livell ogħla ta' akkuratezza. Barra minn hekk, l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 dwar Strateġija mill-Għalqa sal-Platt għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, l-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030, l-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2021 dwar Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli, id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2021 dwar Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima – l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima kollha se jirrikjedu monitoraġġ imtejjeb tal-art, u b'hekk titħares u tittejjeb ir-reżiljenza tal-assorbimenti tal-karbonju bbażati fuq in-natura madwar l-Unjoni. Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti jeħtieġ li jittejbu, fejn applikabbli, bl-użu ta' teknoloġiji avvanzati disponibbli taħt il-programmi tal-Unjoni, bħal Copernicus, u ta' data diġitali miġbura taħt il-Politika Agrikola Komuni, u bl-applikazzjoni tat-tranżizzjoni doppja tal-innovazzjoni ekoloġika u diġitali.

(30)

Jenħtieġ li jiġu introdotti dispożizzjonijiet relatati mal-immappjar u l-monitoraġġ, kemm fil-post kif ukoll monitoraġġ permezz ta' detezzjoni mill-bogħod, sabiex l-Istati Membri jkun jista' jkollhom informazzjoni ġeografikament espliċita biex jidentifikaw oqsma ta' prijorità li jkollhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għall-azzjoni klimatika. Bħala parti mit-titjib ġenerali tal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika, il-ħidma jenħtieġ li tiffoka wkoll fuq l-armonizzazzjoni u l-irfinar ta' bażijiet ta' data ta' fatturi ta' attività u emissjonijiet biex jiġu mtejba l-inventarji tal-gassijiet serra.

(31)

Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari li jiġu aġġustati, fid-dawl tar-Regolament (UE) 2021/1119, l-impenji tal-Istati Membri għas-settur tal-LULUCF li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u għall-ilħuq tal-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2030, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(32)

Għalhekk, ir-Regolamenti (UE) 2018/841 u (UE) 2018/1999 jenħtieġ li jiġu emendati konsegwentement,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2018/841 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:

(a)

impenji tal-Istati Membri rigward is-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija ("LULUCF") li jikkontribwixxu biex jinkisbu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-perjodu mill-2021 sal-2025;

(b)

il-kontabbiltà tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra mis-settur tal-LULUCF u l-kontroll tal-konformità tal-Istati Membri mal-impenji msemmija fil-punt (a) għall-perjodu mill-2021 sal-2025;

(c)

mira tal-Unjoni għall-2030 għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF;

(d)

il-miri għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF għall-Istati Membri għall-perjodu mill-2026 sal-2030"

;

(2)

l-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet u għall-assorbimenti ta' gassijiet serra elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, irrapportati skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u li jseħħu fit-territorji tal-Istati Membri fil-perjodu mill-2021 sal-2025 fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art li ġejjin:

(a)

użu tal-art irrapportat bħala raba', bur, artijiet mistagħdra, insedjamenti jew art oħra, ikkonvertiti f'art forestali ("art afforestata");

(b)

użu tal-art irrapportat bħala art forestali kkonvertita f'raba', bur, artijiet mistagħdra, insedjamenti jew art oħra ("art deforestata");

(c)

użu tal-art irrapportat bħala kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin ("raba' ġestit"):

(i)

raba' li jibqa' raba';

(ii)

bur, art mistagħdra, insedjament jew art oħra, ikkonvertiti f'raba';

(iii)

raba' konvertit f'art mistagħdra, insedjament jew art oħra;

(d)

użu tal-art irrapportat bħala wieħed minn dawn li ġejjin ("bur ġestit"):

(i)

bur li jibqa' bur;

(ii)

raba', art mistagħdra, insedjament jew art oħra, ikkonvertiti f'bur;

(iii)

bur ikkonvertit f'art mistagħdra, insedjament jew art oħra;

(e)

użu tal-art irrapportat bħala art forestali li tibqa' art forestali ("art forestali ġestita");

(f)

meta Stat Membru jkun innotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jinkludi art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenji tiegħu skont l-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2020, użu tal-art irrapportat bħala wieħed minn dawn li ġejjin ("art mistagħdra ġestita"):

art mistagħdra li tibqa' art mistagħdra;

insedjament jew art oħra, ikkonvertiti f'art mistagħdra;

art mistagħdra kkonvertita f'insedjament jew art oħra.

2.   Dan ir-Regolament japplika wkoll għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, irrapportati skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999 u li jseħħu fit-territorji tal-Istati Membri fil-perjodu mill-2026 sal-2030, fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' rapportar tal-art jew kwalunkwe wieħed mis-setturi li ġejjin:

(a)

art forestali;

(b)

raba';

(c)

bur;

(d)

artijiet mistagħdra;

(e)

insedjamenti;

(f)

art oħra;

(g)

prodotti tal-injam maħsud;

(h)

oħrajn;

(i)

depożizzjoni atmosferika;

(j)

lixxivjazzjoni u skular tan-nitroġenu.

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).";"

(3)

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (9) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(9)

"disturbi naturali" tfisser kwalunkwe avveniment jew ċirkostanza mhux antropoġeniċi li jikkawżaw emissjonijiet sinifikanti fis-settur tal-LULUCF, li l-Istat Membru rilevanti ma jkollu l-ebda kontroll fuq l-okkorrenza tagħhom, u li l-Istat Membru b'mod oġġettiv ma jkunx jista' jillimita b'mod sinifikanti l-effetti tagħhom, anke wara li dawn iseħħu, fuq l-emissjonijiet;";

(b)

jiżdied il-punt li ġej:

"(11)

"tibdil fil-klima" tfisser tibdil fil-klima attribwit direttament jew indirettament għall-attività tal-bniedem li jibdel il-kompożizzjoni tal-atmosfera globali u li jkun oltre l-varjabbiltà naturali tal-klima osservata fuq perjodi ta' żmien komparabbli.";

(4)

l-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 4

Impenji u miri

1.   Għall-perjodu mill-2021 sal-2025, filwaqt li jqis il-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 12, 13 u 13a, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra ma jaqbżux l-assorbimenti ta' gassijiet serra, ikkalkolati bħala s-somma tal-emissjonijiet totali u tal-assorbimenti totali fit-territorju tiegħu fil-kategoriji kollha ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(1).

2.   Il-mira tal-Unjoni għall-2030 għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra hija ta' 310 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 bħala somma tal-valuri tal-emissjonijiet u l-assorbimenti netti ta' gassijiet serra mill-Istati Membri fl-2030 stabbiliti fil-kolonna D tal-Anness IIa, u għandha tkun ibbażata fuq il-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tagħha għas-snin 2016, 2017 u 2018 kif ippreżentata fl-2020.

3.   Kull Stat Membru għandu jiżgura, filwaqt li jqis il-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 12 u 13b, li s-somma tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra tiegħu fit-territorju tiegħu u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) sa (j), irrapportata għas-sena 2030 fl-inventarju tal-gassijiet serra tagħha ppreżentat fl-2023, meta mqabbla mal-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tagħha għas-snin 2016, 2017 u 2018 kif ippreżentata fl-2032, ma taqbiżx il-mira stabbilita għal dak l-Istat Membru fil-kolonna C tal-Anness IIa.

4.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-somma tad-differenzi bejn il-punti li ġejjin għal kull sena fil-perjodu mill-2026 sal-2029 ma taqbiżx il-baġit għall-perjodu mill-2026 sa 2029:

(a)

l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra tiegħu fit-territorju tiegħu u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) sa (j); u

(b)

il-valur medju għad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tiegħu għas-snin 2021, 2022 u 2023, kif ippreżentata fl-2032.

Il-baġit għall-perjodu mill-2026 sal-2029 għandu jkun definit bħala s-somma tad-differenzi għal kull sena fil-perjodu mill-2026 sal-2029 għal dak l-Istat Membru bejn:

(a)

il-valuri limitu annwali tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra għal dawk is-snin, stabbiliti abbażi ta' trajettorja lineari lejn l-2030; u

(b)

il-valur medju tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tiegħu għas-snin 2021, 2022 u 2023, kif ippreżentata fl-2025.

It-trajettorja lineari ta' Stat Membru għandha tibda fl-2022 bil-valur medju għad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2021, 2022 u 2023, u jkollha bħala l-punt tat-tmiem tagħha għall-2030 il-valur miksub billi jiżdied il-valur stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna C tal-Anness IIa mal-valur medju għad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2016, 2017 u 2018.

Il-baġit għall-perjodu mill-2026 sal-2029 għandu jiġi definit abbażi tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra ppreżentata fl-2025 u l-konformità ma' dan il-baġit għandha tiġi vvalutata abbażi tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra ppreżentata fl-2032.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-valuri ta' limitu annwali bbażati fuq it-trajettorja lineari għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra għal kull Stat Membru, għal kull sena fil-perjodu mill-2026 sal-2029, f'termini ta' tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2. Dawk it-trajettorji nazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq il-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2021, 2022 u 2023, irrapportata minn kull Stat Membru.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16a ta' dan ir-Regolament. Għall-fini ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tal-aktar data tal-inventarju nazzjonali reċenti ppreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999.

6.   Meta jadottaw politiki biex jikkonformaw mal-impenji, il-miri u l-baġits tagħhom kif imsemmi f'dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jiżguraw tranżizzjoni ġusta u soċjalment ekwa għal kulħadd. Il-Kummissjoni tista' toħroġ gwida biex tappoġġja lill-Istati Membri f'dak ir-rigward."

;

(5)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Kull Stat Membru għandu jħejji u jżomm kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontijiet tagħhom u data oħra pprovduta skont dan ir-Regolament ikunu preċiżi, kompluti, konsistenti, aċċessibbli għall-pubbliku, komparabbli u trasparenti. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-emissjonijiet b'sinjal pożittiv (+) u l-assorbimenti b'sinjal negattiv (-)."

;

(6)

fl-Artikolu 6, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1.   L-Istati Membri għandhom jikkontabbilizzaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn art afforestata u art deforestata kkalkolati bħala l-emissjonijiet totali u l-assorbimenti totali għal kull sena fil-perjodu mill-2021 sal-2025.

2.   B'deroga mill-Artikolu 5(3), u mhux aktar tard mill-2025, meta l-użu tal-art ikun ġie kkonvertit minn raba', bur, art mistagħdra, insedjamenti jew art oħra f'art forestali, Stat Membru jista', 30 sena wara d-data ta' dik il-konverżjoni, jibdel il-kategorizzazzjoni ta' tali art minn art ikkonvertita f'art forestali għal art forestali li tibqa' art forestali, meta tali bidla tkun debitament iġġustifikata abbażi tal-Linji Gwida tal-IPCC."

;

(7)

fl-Artikolu 7, il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1.   Kull Stat Membru għandu jikkontabbilizza l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn raba' ġestit ikkalkolati bħala emissjonijiet u assorbimenti fil-perjodu mill-2021 sal-2025 bit-tnaqqis tal-valur miksub bil-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti medji annwali tal-Istat Membru li jirriżultaw minn raba' ġestit fil-perjodu bażi tiegħu mill-2005 sal-2009.

2.   Kull Stat Membru għandu jikkontabbilizza l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn bur ġestit ikkalkolati bħala emissjonijiet u assorbimenti fil-perjodu mill-2021 sal-2025 bit-tnaqqis tal-valur miksub bil-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti medji annwali tal-Istat Membru li jirriżultaw minn bur ġestit fil-perjodu bażi tiegħu mill-2005 sal-2009.

3.   Matul il-perjodu mill-2021 sal-2025, kull Stat Membru li jinkludi art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenji tiegħu għandu jikkontabbilizza l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn art mistagħdra ġestita, ikkalkolati bħala emissjonijiet u assorbimenti f'dak il-perjodu bit-tnaqqis tal-valur miksub bil-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti medji annwali tal-Istat Membru li jirriżultaw minn art mistagħdra ġestita fil-perjodu bażi tiegħu mill-2005 sal-2009."

;

(8)

l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Kull Stat Membru għandu jikkontabbilizza l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn art forestali ġestita, ikkalkolati bħala emissjonijiet u assorbimenti fil-perjodu mill-2021 sal-2025 bit-tnaqqis tal-valur miksub bil-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-livell ta' referenza għall-foresti tal-Istat Membru kkonċernat."

;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-pjanijiet nazzjonali tagħhom tal-kontabbiltà għall-forestrija, inkluż livell ta' referenza għall-foresti propost, sal-31 ta' Diċembru 2018 għall-perjodu mill-2021 sal-2025. Il-pjan nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija għandu jinkludi l-elementi kollha elenkati fit-Taqsima B tal-Anness IV u għandu jkun disponibbli għall-pubbliku, inkluż permezz tal-internet."

;

(c)

il-paragrafi minn 7 sa 10 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"7.   Meta jkun meħtieġ abbażi tal-valutazzjonijiet tekniċi mwettqa skont il-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, u, meta jkun applikabbli, tar-rakkomandazzjonijiet tekniċi maħruġa skont il-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-livelli ta' referenza għall-foresti proposti u riveduti lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2019 għall-perjodu mill-2021 sal-2025. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-livelli ta' referenza għall-foresti proposti li jkunu ġew ikkomunikati lilha mill-Istati Membri.

8.   Abbażi tal-livelli ta' referenza għall-foresti proposti ppreżentati mill-Istati Membri, tal-valutazzjoni teknika mwettqa skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, u meta jkun applikabbli, tal-livell ta' referenza għall-foresti propost u rivedut ippreżentat skont il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 li jemendaw l-Anness IV bil-għan li jiġu stabbiliti l-livelli ta' referenza għall-foresti li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2025.

9.   Jekk Stat Membru ma jippreżentax il-livell ta' referenza għall-foresti tiegħu lill-Kummissjoni sad-dati speċifikati fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u, meta jkun applikabbli, fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 li jemendaw l-Anness IV bil-għan li tistabbilixxi l-livell ta' referenza għall-foresti li għandu jiġi applikat minn dak l-Istat Membru għall-perjodu mill-2021 sal-2025, abbażi ta' kwalunkwe valutazzjoni teknika mwettqa skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

10.   L-atti delegati msemmija fil-paragrafi 8 u 9 għandhom jiġu adottati sal-31 ta' Ottubru 2020 għall-perjodu mill-2021 sal-2025."

;

(9)

l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Fi tmiem il-perjodu mill-2021 sal-2025, l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kontijiet tagħhom għall-art afforestata u l-art forestali ġestita, emissjonijiet ta' gassijiet serra li jirriżultaw minn disturbi naturali, li jaqbżu l-emissjonijiet medji kkawżati minn disturbi naturali fil-perjodu mill-2001 sal-2020, għajr l-anomaliji statistiċi ("livell ta' bażi"). Dak il-livell ta bażi għandu jiġi kkalkolat f'konformità ma' dan l-Artikolu u mal-Anness VI."

;

(b)

fil-paragrafu 2, il-punt (b), is-sena"2030" hija sostitwita b'"2025";

(10)

l-Artikoli 11, 12 u 13 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 11

Flessibbiltajiet u governanza.

1.   Stat Membru jista' juża:

(a)

il-flessibbiltajiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 12; u

(b)

sabiex jikkonforma mal-impenn, il-mira u l-baġit stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 4, il-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikoli 13 u 13b.

Il-Finlandja tista', minbarra l-flessibbiltajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, tuża kumpens addizzjonali skont l-Artikolu 13a.

2.   Jekk Stat Membru ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' monitoraġġ stabbiliti fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-Amministratur Ċentrali maħtur skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE (l-"Amministratur Ċentrali") għandu jipprojbixxi temporanjament dak lill-Istat Membru milli jittrasferixxi skont l-Artikolu 12(2) ta' dan ir-Regolament jew juża l-flessibbiltà tal-art forestali ġestita skont l-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista' tipprovdi wkoll appoġġ tekniku addizzjonali lil dak l-Istat Membru.

Artikolu 12

Flessibbiltajiet ġenerali

1.   Meta, fil-perjodu mill-2021 sal-2025, l-emissjonijiet totali jaqbżu l-assorbimenti totali fi Stat Membru, jew, fil-perjodu mill-2026 sal-2030, id-differenza bejn is-somma tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra fit-territorju ta' Stat Membru u l-impenn, il-mira jew il-baġit stabbiliti għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dan ir-regolament tkun pożittiva, u dak l-Istat Membru jkun għażel li juża l-flessibbiltà tiegħu, u jkun talab li jħassar l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2018/842, il-kwantità ta' allokazzjonijiet tal-emissjonijiet imħassra għandha titqies fir-rigward tal-konformità tal-Istat Membru mal-impenn, il-mira jew il-baġit tiegħu, rispettivament, stabbiliti skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

2.   Sa fejn, fil-perjodu mill-2021 sal-2025, l-assorbimenti totali jaqbżu l-emissjonijiet totali fi Stat Membru, jew, fil-perjodu mill-2026 sal-2030, id-differenza bejn is-somma tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra fit-territorju ta' Stat Membru u l-impenn, il-mira jew il-baġit stabbiliti għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament tkun negattiva, u wara t-tnaqqis ta' kwalunkwe kwantità meqjusa skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/842, dak l-Istat Membru jista' jittrasferixxi l-kwantità ta' assorbimenti li jifdal lil Stat Membru ieħor. Il-kwantità trasferita għandha titqies fil-valutazzjoni tal-konformità tal-Istat Membru riċeventi mal-impenn, il-mira u l-baġit tiegħu, rispettivament, stabbiliti skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

3.   Sabiex jiġi evitat għadd doppju, il-kwantità ta' assorbimenti netti meqjusa skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/842 għandha titnaqqas mill-kwantità disponibbli għat-trasferiment ta' dak l-Istat Membru lil Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

4.   L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul, jew l-ekwivalenti ta' tali dħul f'valur finanzjarju, iġġenerat mit-trasferimenti skont il-paragrafu 2 biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu u għandhom jippubblikaw dik l-informazzjoni f'forma faċilment aċċessibbli.

5.   Kwalunkwe trasferiment skont il-paragrafu 2 jista' jirriżulta minn proġett jew programm ta' mitigazzjoni tal-gassijiet serra mwettaq fl-Istat Membru li jkun qed ibiegħ u rimunerat mill-Istat Membru riċeventi, dment li jiġi evitat l-għadd doppju u tiġi żgurata t-traċċabbiltà.

Artikolu 13

Flessibbiltà tal-art forestali ġestita

1.   Meta, fil-perjodu mill-2021 sal-2025, l-emissjonijiet totali jaqbżu l-assorbimenti totali fil-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(1), ikkontabbilizzati f'konformità ma' dan ir-Regolament, fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista' juża l-flessibbiltà tal-art forestali ġestita stabbilita f'dan l-Artikolu sabiex ikun konformi mal-Artikolu 4(1).

2.   Meta, fil-perjodu mill-2021 sal-2025, ir-riżultat tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 8(1) ikun ċifra pożittiva, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun intitolat li jikkumpensa l-emissjonijiet li jikkorrispondu għar-riżultat ta' dak il-kalkolu, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru jkun inkluda fl-istrateġija tiegħu ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2018/1999, miżuri speċifiċi kontinwi jew ippjanati biex jiżgura l-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, ta' bjar u riżervi tal-foresti, kif ukoll informazzjoni dwar l-impatt ta' tali miżuri fuq objettivi ambjentali rilevanti, inklużi, fost affarijiet oħra, il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-adattament għal disturbi naturali; u

(b)

l-emissjonijiet totali fl-Unjoni ma jaqbżux l-assorbimenti totali fil-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament għall-perjodu mill-2021 sal-2025.

Meta jiġi vvalutat jekk, fi ħdan l-Unjoni, l-emissjonijiet totali jaqbżux l-assorbimenti totali msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġi evitat l-għadd doppju mill-Istati Membri, b'mod partikolari fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 7(1) jew l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/842.

3.   Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 2 jista' jkopri biss bjar ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-livell ta' referenza għall-foresti ta' dak l-Istat Membru u, għall-perjodu mill-2021 sal-2025, ma għandux jaqbeż il-50 % tal-ammont massimu ta' kumpens għall-Istat Membru kkonċernat stabbilit fl-Anness VII.

4.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw evidenza quddiem il-Kummissjoni dwar l-impatt tad-disturbi naturali kkalkolati skont l-Anness VI u l-miżuri li jippjanaw li jadottaw biex jipprevjenu jew jimmitigaw impatti simili fil-futur sabiex ikunu eliġibbli għall-kumpens tal-bjar li jkun għad fadal, ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-livell ta' referenza għall-foresti tagħhom, sal-ammont mhux użat mill-Istati Membri l-oħrajn tal-ammont sħiħ tal-kumpens għall-perjodu mill-2021 sal-2025 stabbilit fl-Anness VII . Meta d-domanda għall-kumpens taqbeż l-ammont tal-kumpens mhux użat disponibbli, dak il-kumpens mhux użat għandu jitqassam fuq bażi pro rata fost l-Istati Membri kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-evidenza ppreżentata mill-Istati Membri disponibbli għall-pubbliku."

;

(11)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 13a

Kumpensi addizzjonali

1.   Il-Finlandja tista' tikkumpensa emissjonijiet ikkontabbilizzati ta' mhux aktar minn 5 miljun tunnellata addizzjonali ta' ekwivalenti ta' CO2 taħt il-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art "art forestali ġestita", "art deforestata", "raba' ġestit" u "bur ġestit", fil-perjodu mill-2021 sal-2025, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Finlandja tkun inkludiet fl-istrateġija tagħha ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2018/1999, miżuri speċifiċi kontinwi jew ippjanati biex tiżgura l-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, ta' bjar u riżervi tal-foresti;

(b)

l-emissjonijiet totali fl-Unjoni ma jaqbżux l-assorbimenti totali fil-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament fil-perjodu mill-2021 sal-2025.

Meta jiġi vvalutat jekk, fi ħdan l-Unjoni, l-emissjonijiet totali jaqbżux l-assorbimenti totali msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġi evitat l-għadd doppju mill-Istati Membri, b'mod partikolari fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikoli 12 u 13 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 7(1) jew l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/842.

2.   Il-kumpensi addizzjonali għandhom ikunu limitati għal:

(a)

l-ammont li jaqbeż il-flessibbiltà tal-art forestali ġestita disponibbli għall-Finlandja fil-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 13;

(b)

l-emissjonijiet maħluqa permezz ta' bidla storika minn art forestali għal kwalunkwe kategorija oħra ta' użu tal-art li tkun seħħet mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017;

(c)

l-ammont meħtieġ għall-konformità mal-Artikolu 4.

3.   Il-kumpensi addizzjonali ma għandhomx ikunu soġġetti għal trasferiment skont l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament jew l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/842.

4.   Kwalunkwe kumpens addizzjonali mhux użat mill-ammont ta' 5 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkanċellat.

5.   L-Amministratur Ċentrali għandu jwettaq l-operazzjonijiet meħtieġa għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (a), u l-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu fir-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2018/1999 (ir-"Reġistru tal-Unjoni").

Artikolu 13b

Mekkaniżmu tal-użu tal-art għas-snin mill-2026 sal-2030

1.   Mekkaniżmu tal-użu tal-art li jikkorrispondi għal kwantità ta' mhux aktar minn 178 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 għandu jiġi stabbilit fir-Reġistru tal-Unjoni, soġġett għall-ilħuq tal-mira tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4(2). Il-mekkaniżmu tal-użu tal-art għandu jkun disponibbli flimkien mal-flessibbiltajiet previsti fl-Artikolu 12.

2.   Meta, fil-perjodu mill-2026 sal-2030, wara li Stat Membru jkun għamel l-almu tiegħu biex iqis kwalunkwe opinjoni mill-Kummissjoni indirizzata lilu skont l-Artikolu 13d, id-differenza bejn is-somma tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra fit-territorju ta' Stat Membru u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) sa (j), u l-mira korrispondenti stabbilita għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew il-baġit stabbilit għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 4(4), tkun pożittiva, ikkontabbilizzata u rrapportata f'konformità ma' dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru jista' juża l-mekkaniżmu stabbilit f'dan l-Artikolu sabiex jikkonforma mal-mira tiegħu stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew il-baġit tiegħu stabbilit f'konformità mal-Artikolu 4(4).

3.   Meta, fil-perjodu mill-2026 sal-2030, ir-riżultat ta' wieħed mill-kalkoli msemmija fil-paragrafu 2 jew tat-tnejn li huma jkun pożittiv, l-Istat Membru għandu jkun intitolat juża l-mekkaniżmu stabbilit f'dan l-Artikolu biex jikkumpensa l-emissjonijiet netti jew l-assorbimenti netti, jew it-tnejn, ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-mira stabbilita għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew kontra l-baġit stabbilit għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 4(4), jew it-tnejn, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru jkun inkluda fil-pjan nazzjonali integrat aġġornat tiegħu għall-enerġija u l-klima ppreżentat skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 miżuri speċifiċi kontinwi jew ippjanati biex jiżgura l-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, tal-bjar u r-riżervi kollha tal-art, u biex inaqqas il-vulnerabbiltà tal-art għad-disturbi naturali;

(b)

l-Istat Membru jkun eżawrixxa l-flessibbiltà disponibbli skont l-Artikolu 12(1) ta' dan ir-Regolament;

(c)

id-differenza fl-Unjoni bejn is-somma annwali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti kollha ta' gassijiet serra fit-territorju tagħha u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) sa (j), u l-mira tal-Unjoni ta' assorbimenti netti ta' 310 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 tkun negattiva, fl-2030.

Meta jiġi vvalutat jekk, fi ħdan l-Unjoni, il-kundizzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dan il-paragrafu ġietx issodisfata, il-Kummissjoni għandha tinkludi sa 30 %, iżda mhux aktar minn 20 Mt ta' ekwivalenti ta' CO2, taż-żieda mhux użata tal-impenji tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4(1) mill-perjodu mill-2021 sal-2025, dment li Stat Membru wieħed jew aktar jippreżentaw evidenza lill-Kummissjoni dwar l-impatt tad-disturbi naturali f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġi evitat l-għadd doppju mill-Istati Membri, b'mod partikolari fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2018/842.

4.   L-ammont tal-kumpens imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma jistax, għall-perjodu mill-2026 sal-2030, jaqbeż 50 % tal-ammont massimu ta' kumpens għall-Istat Membru kkonċernat stabbilit fl-Anness VII.

5.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw evidenza lill-Kummissjoni dwar l-impatt tad-disturbi naturali kkalkolati skont l-Anness VI, sabiex ikunu eliġibbli għall-kumpens tal-emissjonijiet netti jew l-assorbimenti netti, jew it-tnejn, ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-miri stabbiliti għal dawk l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(3), jew kontra l-baġit stabbilit għal dawk l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(4), sal-ammont mhux użat mill-Istati Membri l-oħrajn tal-ammont sħiħ tal-kumpens għall-perjodu mill-2026 sal-2030 stabbilit fl-Anness VII. Meta d-domanda għall-kumpens taqbeż l-ammont tal-kumpens mhux użat disponibbli, dak il-kumpens mhux użat għandu jitqassam fuq bażi pro rata fost l-Istati Membri kkonċernati.

6.   L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati jikkumpensaw l-emissjonijiet netti jew l-assorbimenti netti, jew it-tnejn, ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-miri stabbiliti għal dawk l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew kontra l-baġit stabbilit għal dawk l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(4), sal-ammont mhux użat mill-Istati Membri l-oħra tal-ammont sħiħ tal-kumpens għall-perjodu mill-2021 sal-2030 stabbilit fl-Anness VII, wara li jitqiesu l-Artikolu 13(4) u l-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, dment li dawk l-Istati Membri:

(a)

ikunu eżawrew il-flessibbiltajiet disponibbli skont l-Artikolu 12(1), u l-paragrafi 3 u 5 ta' dan l-Artikolu; u

(b)

ikunu ppreżentaw evidenza lill-Kummissjoni dwar jew:

(i)

l-impatt fit-tul tat-tibdil fil-klima li jirriżulta f'emissjonijiet eċċessivi jew fi tnaqqis tal-bjar li jkunu lil hinn mill-kontroll tagħhom; jew

(ii)

l-effetti ta' proporzjon eċċezzjonalment għoli ta' ħamrija organika fiż-żona tal-art ġestita tagħhom, meta mqabbel mal-medja tal-Unjoni, li jirriżulta f'emissjonijiet eċċessivi, dment li dawk l-effetti jistgħu jiġu attribwiti għal prattiki ta' ġestjoni tal-art li seħħew qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE;

(c)

fil-pjanijiet nazzjonali integrati l-aktar reċenti tagħhom għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999, ikunu inkludew miżuri speċifiċi biex jiżguraw il-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, tal-bjar u tar-riżervi kollha tal-art, u biex inaqqsu l-vulnerabbiltà tal-art għall-perturbazzjonijiet tal-ekosistema xprunati mit-tibdil fil-klima.

7.   L-ammont tal-kumpens imsemmi fil-paragrafu 6 ma għandux jaqbeż il-50 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 għall-Unjoni kollha kemm hi. Meta d-domanda għall-kumpens taqbeż l-ammont massimu tal-kumpens disponibbli, dak il-kumpens għandu jitqassam fuq bażi pro rata fost l-Istati Membri kkonċernati.

8.   L-evidenza msemmija fil-paragrafu 6, il-punt (b)(i), għandha tinkludi valutazzjoni kwantitattiva tal-effetti fuq l-emissjonijiet netti jew l-assorbimenti netti, f'termini ta' miljuni ta' tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 għaż-żona affettwata, u għandha tkun ibbażata fuq indiċijiet kwantitattivi kumparabbli u affidabbli, fuq data ġeografikament espliċita u fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli. Dawk l-indiċijiet, dik id-data u dik l-evidenza għandhom ikunu bbażati fuq bidliet osservati li jkopru mill-anqas il-perjodu mill-2001 sal-2025, u fuq projezzjonijiet u osservazzjonijiet rieżaminati xjentifikament għall-perjodu mill-2026 sal-2030. Dawk l-indiċijiet, dik id-data u dik l-evidenza għandhom jirriflettu l-bidliet fl-isfond fuq terminu medju jew twil tal-karatteristiċi klimatiċi rilevanti għas-settur tal-LULUCF, bħall-aridità, it-temperaturi medji, il-preċipitazzjoni medja, il-ġranet tal-ġlata, u t-tul ta' żmien tan-nixfiet meteoroloġiċi jew tal-indewwa fil-ħamrija.

9.   L-evidenza msemmija fil-paragrafu 6, il-punt (b)(ii), għandha tinkludi ġustifikazzjoni li turi li l-proporzjon tal-ħamrija organika fiż-żona tal-art ġestita għall-Istat Membru kkonċernat jaqbeż il-proporzjon medju tal-Unjoni għas-sena 2030. L-evidenza għandha tinkludi analiżi kwantitattiva, f'miljuni ta' tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2, tal-emissjonijiet irrapportati minħabba l-effetti ta' legat fuq il-ħamrija organika ġestita, abbażi ta' osservazzjonijiet rieżaminati għall-perjodu mill-2026 sal-2030, fuq data ġeografikament espliċita komparabbli u affidabbli u fuq l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, b'mod partikolari dwar siti simili fl-Istat Membru kkonċernat. L-evidenza għandha tkun akkumpanjata wkoll minn deskrizzjoni tal-miżuri ta' politika implimentati bħalissa li jimminimizzaw l-impatti negattivi tal-effetti ta' legat fuq il-ħamrija organika ġestita.

10.   Sat-12 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-istruttura, il-format, id-dettalji tekniċi u l-proċess għall-preżentazzjoni tal-evidenza msemmija fil-paragrafu 6, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16a.

11.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-evidenza ppreżentata mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 6, il-punt (b), disponibbli għall-pubbliku, u tista' titlob lil Stat Membru jippreżenta evidenza addizzjonali jekk, wara li tkun ivverifikat l-informazzjoni riċevuta minn dak l-Istat Membru, tqis dik l-informazzjoni bħala mhux ġustifikata biżżejjed jew sproporzjonata.

Artikolu 13c

Governanza

Jekk, bħala riżultat tar-rieżami komprensiv imwettaq fl-2032, il-Kummissjoni ssib li, filwaqt li tqis il-flessibbiltajiet użati skont l-Artikolu 12 u l-Artikolu 13b, ma jkunx hemm konformità mal-baġit għall-perjodu mill-2026 sal-2029 imsemmi fl-Artikolu 4(4) , ammont ugwali għall-ammont f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 tal-emissjonijiet netti żejda ta' gassijiet serra, immultiplikat b'fattur ta' 1,08, għandu jiżdied maċ-ċifra tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra rrapportata minn dak l-Istat Membru fl-2030, f'konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 15.

Artikolu 13d

Azzjoni korrettiva

1.   Jekk il-Kummissjoni ssib, fil-valutazzjoni annwali tagħha skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1999, li Stat Membru ma jkunx qed jagħmel biżżejjed progress biex jilħaq il-mira tiegħu stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tqis it-trajettorja u l-baġit stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 4(4) ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-flessibbiltajiet skont dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru għandu, fi żmien tliet xhur, jippreżenta lill-Kummissjoni pjan ta' azzjoni korrettiva li jinkludi:

(a)

spjegazzjoni dettaljata dwar għaliex mhux qed jagħmel biżżejjed progress;

(b)

valutazzjoni ta' kif il-finanzjament tal-Unjoni appoġġja l-isforzi tiegħu biex jikkonforma mal-mira u l-baġit tiegħu u ta' kif biħsiebu juża tali finanzjament biex jagħmel progress biex jikkonforma magħhom;

(c)

azzjonijiet addizzjonali, li jikkomplementaw il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima ta' dak l-Istat Membru skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 jew li jsaħħu l-implimentazzjoni tiegħu, li se jimplimenta sabiex jikkonforma mal-mira tiegħu stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew il-baġit tiegħu stabbilit f'konformità mal-Artikolu 4(4) permezz ta' politiki u miżuri domestiċi u l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni, akkumpanjati minn valutazzjoni dettaljata, mirfuda minn data kwantitattiva, meta tkun disponibbli, tal-assorbimenti netti previsti ta' gassijiet serra li jirriżultaw minn dawk l-azzjonijiet;

(d)

skeda ta' żmien stretta għall-implimentazzjoni ta' tali azzjonijiet, li tippermetti l-valutazzjoni tal-progress annwali fl-implimentazzjoni.

Meta Stat Membru jkun stabbilixxa korp konsultattiv nazzjonali dwar il-klima, jista' jitlob il-parir ta' dak il-korp biex jidentifika l-azzjonijiet meħtieġa msemmija fil-punt (c).

2.   F'konformità mal-programm ta' ħidma annwali tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tivvaluta kwalunkwe pjan ta' azzjoni korrettiva bħal dan.

3.   Il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni dwar kemm huma robusti l-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva ppreżentati f'konformità mal-paragrafu 1 u f'dak il-każ għandha tagħmel dan fi żmien erba' xhur mill-wasla ta' dawk il-pjanijiet. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni bl-akbar reqqa u jista' jirrevedi l-pjan tiegħu konsegwentement. Jekk Stat Membru kkonċernat ma jindirizzax l-opinjoni jew parti sostanzjali minnha, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni lill-Kummissjoni.

4.   Kull Stat Membru għandu jagħmel il-pjan ta' azzjoni korrettiva tiegħu msemmi fil-paragrafu 1 u kwalunkwe ġustifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 disponibbli għall-pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-opinjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 3 disponibbli għall-pubbliku."

;

(12)

l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘1.   Sal-15 ta' Marzu 2027 għall-perjodu mill-2021 sal-2025 u sal-15 ta' Marzu 2032 għall-perjodu mill-2026 sal-2030, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport tal-konformità, abbażi ta' settijiet ta' data annwali, li jkun fih il-bilanċ tal-emissjonijiet totali u tal-assorbimenti totali għall-perjodu rilevanti fuq kull kategorija ta' kontabbiltà tal-art speċifikata fl-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (f), għall-perjodu mill-2021 sal-2025 u fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) sa (j), għall-perjodu mill-2026 sal-2030, bl-użu tar-regoli kontabilistiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Ir-rapport tal-konformità għandu jinkludi valutazzjoni ta':

(a)

il-politiki u l-miżuri fir-rigward tal-kompromessi possibbli, inkluż mill-anqas ma' objettivi u strateġiji ambjentali oħra tal-Unjoni, bħal dawk stabbiliti fit-8 Programm ta' Azzjoni Ambjentali stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 u fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ottubru 2018 dwar Bijoekonomija sostenibbli għall-Ewropa: It-tisħiħ tal-konnessjoni bejn l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent;

(b)

kif l-Istati Membri jkunu qiesu l-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" huma u jadottaw il-politiki u l-miżuri tagħhom biex jikkonformaw mal-mira tagħhom stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew il-baġit tagħhom stabbilit f'konformità mal-Artikolu 4(4), sa fejn ikun rilevanti;

(c)

is-sinerġiji bejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, inklużi politiki u miżuri biex titnaqqas il-vulnerabbiltà tal-art għad-disturbi naturali u l-klima;

(d)

is-sinerġiji bejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-bijodiversità.

Ir-rapport tal-konformità għandu jkun fih ukoll, meta jkun applikabbli, dettalji dwar l-intenzjoni li jintużaw il-flessibbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 11 u l-ammonti relatati, jew dwar l-użu ta' tali flessibbiltajiet u ammonti relatati. L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-rapporti tal-konformità disponibbli għall-pubbliku f'konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

(*2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' April 2022 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22).";"

(b)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

"1a.   Id-data tal-inventarju tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ppreżentata minn kull Stat Membru u vvalidata skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tista' tkun soġġetta għal aġġustament metodoloġiku mill-Kummissjoni meta tkun saret bidla fil-metodoloġija użata mill-Istati Membri. Madankollu, tali aġġustamenti metodoloġiċi, peress li huma għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità mal-mira tal-Unjoni għall-2030, ma għandhomx jaffettwaw il-valur tal-assorbimenti netti ta' 310 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 bħala somma tal-valuri tal-assorbimenti netti ta' gassijiet serra, f'kt ta' ekwivalenti ta' CO2, fl-2030 għall-Istati Membri stabbiliti fil-kolonna D tal-Anness IIa u lanqas il-miri fil-kolonna C ta' dak l-Anness.

1b.   L-Istati Membri li jindikaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw il-flessibbiltà msemmija fl-Artikolu 13b(6) għandhom jiddeskrivu, f'taqsimiet dedikati tar-rapport, il-miżuri meħuda biex jimmitigaw jew ireġġgħu lura l-effetti msemmija fl-Artikolu 13b(6), il-punt (b), kif ukoll l-effetti osservati u mistennija ta' dawk il-miżuri.

1c.   Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tar-rapporti tal-konformità, previsti mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità mal-Artikolu 4.

B'mod parallel ma' dak ir-rieżami komprensiv, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" jkun tqies skont il-paragrafu 1, il-punt (b). F'dak ir-rigward, qabel l-ewwel valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" għall-fini ta' dan ir-Regolament."

;

(13)

fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 biex tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex tistabbilixxi r-regoli għar-reġistrazzjoni u t-twettiq preċiż tal-operazzjonijiet li ġejjin fir-Reġistru tal-Unjoni :

(a)

reġistrazzjoni tal-kwantità ta' emissjonijiet u ta' assorbimenti għal kull kategorija ta' kontabbiltà u ta' rapportar tal-art f'kull Stat Membru;

(b)

l-eżerċizzju ta' kwalunkwe aġġustament metodoloġiku mwettaq skont l-Artikolu 14(1a);

(c)

l-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet imsemmi fl-Artikoli 12, 13, l-Artikoli 13a u 13b; u

(d)

valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 13c."

;

(14)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 16a

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit permezz tal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(*3)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).";"

(15)

l-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 17

Rieżami

1.   Dan ir-Regolament għandu jinżamm taħt rieżami b'kunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, ta’:

(a)

l-iżviluppi internazzjonali;

(b)

l-isforzi li jkunu saru biex jintlaħqu l-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi; u

(c)

il-liġi tal-Unjoni, inkluż dwar ir-restawr tan-natura.

Abbażi tas-sejbiet tar-rapport ippreparat skont l-Artikolu 14(3) u r-riżultati tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 13(2), il-punt (b), jew abbażi tal-verifika mwettqa skont l-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta proposti biex tiżgura li l-integrità tal-mira ġenerali tal-Unjoni tal-2030 għall-assorbimenti netti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament u l-kontribut tal-mira għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi jiġu rispettati.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat ta' dan ir-Regolament, mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-ewwel bilanċ globali maqbul skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta' Pariġi. Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq l-aktar data reċenti disponibbli kif ipprovduta mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 u fuq l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4). Bil-ħsieb taż-żieda meħtieġa fit-tnaqqis u l-assorbimenti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-Unjoni u l-kisba ta' tranżizzjoni soċjalment ġusta, u fir-rigward tal-ħtieġa ta' politiki u ta' miżuri addizzjonali tal-Unjoni, ir-rapport għandu jinkludi, meta jkun rilevanti, dan li ġej:

(a)

valutazzjoni tal-impatti tal-flessibbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 11;

(b)

valutazzjoni tal-kontribut ta' dan ir-Regolament għall-objettiv tan-newtralità klimatika u l-miri klimatiċi intermedji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119;

(c)

valutazzjoni tal-kontribut ta' dan ir-Regolament għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi;

(d)

valutazzjoni tal-impatti soċjali u fuq ix-xogħol, inkluż fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Istati Membri, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak reġjonali, li l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament ikollhom fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji tal-art u kwalunkwe wieħed mis-setturi koperti bl-Artikolu 2;

(e)

valutazzjoni tal-progress li jkun sar fil-livell internazzjonali dwar ir-regoli li jrieġu l-Artikolu 6(2) u 6(4) tal-Ftehim ta' Pariġi u, meta jkun rilevanti, proposti biex jiġi emendat dan ir-Regolament, b'mod partikolari biex jiġi evitat l-għadd doppju u jiġu applikati aġġustamenti korrispondenti;

(f)

valutazzjoni tax-xejriet attwali u tal-projezzjonijiet futuri rigward l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra mir-raba', mill-bwar u mill-artijiet mistagħdra u l-għażliet regolatorji biex tiġi żgurata l-konsistenza ta' dawk ix-xejriet u l-projezzjonijiet mal-objettiv li jinkiseb tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi kollha tal-ekonomija f'konformità mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni u l-miri klimatiċi intermedji tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119;

(g)

ix-xejriet attwali u l-projezzjonijiet futuri rigward l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-kategoriji ta' rapportar u l-għażliet regolatorji li ġejjin biex tiġi żgurata l-konsistenza ta' dawk ix-xejriet u l-projezzjonijiet mal-objettiv li jinkiseb tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi kollha tal-ekonomija f'konformità mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni u mal-miri klimatiċi intermedji tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119:

(i)

il-fermentazzjoni enterika;

(ii)

il-ġestjoni tad-demel;

(iii)

il-kultivazzjoni tar-ross;

(iv)

il-ħamrija agrikola;

(v)

il-ħruq awtorizzat ta' meddiet kbar ta' savana;

(vi)

il-ħruq fl-għelieqi ta' fdalijiet agrikoli;

(vii)

it-trattament bil-ġir;

(viii)

l-applikazzjoni tal-urea;

(ix)

fertilizzanti oħrajn li jkun fihom il-karbonju;

(x)

oħrajn.

Dak ir-rapport għandu jqis, meta jkun rilevanti, l-effetti tal-istruttura tal-età tal-foresti, inkluż meta dawk l-effetti jkunu marbuta ma' ċirkostanzi speċifiċi ta' żmien il-gwerra jew ta' wara l-gwerra, b'mod xjentifikament robust, affidabbli u trasparenti, u bil-ħsieb li jiġu żgurati r-reżiljenza fit-tul u l-kapaċità ta' adattament tal-foresti.

Dak ir-rapport jista' wkoll, wara l-adozzjoni ta' metodoloġija xierqa ta' rapportar ibbażata fuq ix-xjenza u abbażi tal-progress fir-rapportar u l-aħħar informazzjoni xjentifika disponibbli, jivvaluta l-fattibbiltà tal-analiżi u l-impatt tar-rapportar tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn setturi addizzjonali, bħall-ambjenti tal-baħar u tal-ilma ħelu, kif ukoll għażliet regolatorji rilevanti.

Wara r-rapport u filwaqt li titqies l-importanza li kull settur li jagħti kontribut ġust għall-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni u għall-miri klimatiċi intermedji tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1119, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta proposti leġiżlattivi. B'mod partikolari, dawk il-proposti jistgħu jistabbilixxu miri tal-Unjoni u tal-Istati Membri għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra, filwaqt li jqisu kif xieraq kwalunkwe defiċit akkumulat sal-2030 minn kull Stat Membru.

Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5) (“il-Bord Konsultattiv”) jista', fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi pariri xjentifiċi jew joħroġ rapporti dwar il-miżuri tal-Unjoni, il-miri klimatiċi, il-livelli annwali tal-emissjonijiet u l-assorbimenti u l-flessibbiltajiet skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-pariri u r-rapporti rilevanti tal-Bord Konsultattiv, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri futuri mmirati lejn aktar tnaqqis tal-emissjonijiet u żidiet fl-assorbimenti fis-sottosetturi koperti minn dan ir-Regolament.

3.   Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' att leġiżlattiv li jikkonċerna qafas regolatorju tal-Unjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-benefiċċji u l-kompromessi possibbli tal-inklużjoni fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ta' prodotti tal-ħżin tal-karbonju b'ħajja twila miksuba b'mod sostenibbli li jkollhom effett ta' sekwestru tal-karbonju pożittiv għan-nett. Ir-rapport għandu jivvaluta kif għandhom jitqiesu l-emissjonijiet u l-assorbimenti diretti u indiretti ta' gassijiet serra relatati ma' dawk il-prodotti, bħal dawk li jirriżultaw minn tibdil fl-użu tal-art u r-riskji konsegwenti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet relatati, kif ukoll il-benefiċċji u l-kompromessi possibbli ma' objettivi ambjentali oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-objettivi tal-bijodiversità. Meta jkun xieraq, ir-rapport jista' jikkunsidra proċess għall-inklużjoni ta' prodotti għall-ħżin sostenibbli tal-karbonju fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod konsistenti ma' objettivi ambjentali oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi. Ir-rapport tal-Kummissjoni jista' jkun akkumpanjat, meta jkun xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat konsegwentement.

(*4)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1)."

(*5)  Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13).";"

(16)

l-Anness I huwa emendat f'konformità mal-Anness I ta' dan ir-Regolament emendatorju;

(17)

l-Anness II huwa emendat f'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament emendatorju;

(18)

fl-Anness III, titħassar l-entrata għar-Renju Unit.

(19)

it-test stabbilit fl-Anness III ta' dan ir-Regolament emendatorju jiddaħħal bħala l-Anness IIa.

(20)

fl-Anness IV, it-Taqsima C, titħassar l-entrata għar-Renju Unit.

(21)

l-Anness VI huwa emendat f'konformità mal-Anness IV ta' dan ir-Regolament emendatorju;

(22)

fl-Anness VII, titħassar l-entrata għar-Renju Unit.

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) 2018/1999 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

"(63)

"sistema ta' informazzjoni ġeografika" tfisser sistema tal-kompjuter li tkun kapaċi tiġbor, taħżen, tanalizza u turi informazzjoni referenzjata b'mod ġeografiku;

(64)

"applikazzjoni ġeospazjali" tfisser formola ta' applikazzjoni elettronika li tinkludi applikazzjoni tal-IT ibbażata fuq sistema ta' informazzjoni ġeografika li tippermetti lill-benefiċjarji jiddikjaraw, mil-lat spazjali, il-bċejjeċ tar-raba' tal-azjenda u ż-żoni mhux agrikoli li għalihom qed jitolbu pagament.";

(2)

fl-Artikolu 4, il-punt (a)(1)(ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(ii)

l-impenji tal-Istat Membru u l-miri nazzjonali għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2018/841;";

(3)

fl-Artikolu 9(2), jiżdied il-punt li ġej:

"(e)

il-konsistenza tal-miżuri ta' finanzjament rilevanti, inkluż is-sehem rilevanti tad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti tal-EU ETS skont id-Direttiva 2003/87/KE li jintużaw għall-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu ta' fondi tal-Unjoni bħal strumenti tal-Politika Agrikola Komuni, politiki u miżuri, fir-rigward tal-ilħuq tal-impenji, il-miri u l-baġits tal-Istati Membri stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841.";

(4)

fl-Artikolu 26(6), jiżdied il-punt li ġej:

"(c)

emenda tal-Parti 3 tal-Anness V biex tiġi aġġornata l-lista ta' kategoriji f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.";

(5)

fl-Artikolu 37, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"4a.   Meta matul il-kontroll inizjali mwettaq skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni ssib differenza bejn il-medja annwali tal-assorbimenti netti fis-snin speċifikati fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/841 irrapportata minn kwalunkwe Stat Membru fl-2020 u fl-2023 jew fil-preżentazzjoni sussegwenti tal-inventarju tal-gassijiet serra li tkun aktar minn 500 kt ta' ekwivalenti ta' CO2, il-Kummissjoni għandha tivverifika:

(a)

it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata; u

(b)

li dak ir-rapportar tal-LULUCF ikun twettaq b'mod li jkun konsistenti mad-dokumentazzjoni ta' gwida tal-UNFCCC jew mar-regoli tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati ta' dik il-verifika disponibbli għall-pubbliku."

;

(6)

l-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"1a.   Fl-2025, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali ppreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26(4) ta' dan ir-Regolament, sabiex jiġu ddeterminati l-miri annwali ta' tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/841 u sabiex jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/842."

;

(b)

fil-paragrafu 2, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

"Ir-rieżami komprensiv imsemmi fil-paragrafi 1 u 1a għandu jinkludi:"

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.   Malli jitlesta r-rieżami komprensiv imwettaq skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddetermina s-somma totali tal-emissjonijiet għas-snin rilevanti li jirriżultaw mid-data tal-inventarju kkorreġuta għal kull Stat Membru, maqsuma bejn id-data tal-emissjonijiet rilevanti għall-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/842 u d-data tal-emissjonijiet imsemmija fil-Parti 1, il-punt (c), tal-Anness V ta' dan ir-Regolament, u tiddetermina s-somma totali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti rilevanti għall-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841."

;

(7)

l-Anness V huwa emendat f'konformità mal-Anness V ta' dan ir-Regolament emendatorju.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-19 ta’ April 2023.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  ĠU C 152, 6.4.2022, p. 192.

(2)  ĠU C 301, 5.8.2022, p. 221.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2023 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Marzu 2023.

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(5)  ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2.

(6)  ĠU C 232, 16.6.2021, p. 28.

(7)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

(11)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 35).

(12)  ĠU L 83, 19.3.1998, p. 3.

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(14)  ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4.

(15)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(16)  Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).


ANNESS I

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/841, it-Taqsima B hija sostitwita b'dan li ġej:

"B.

Raggruppamenti tal-karbonju kif imsemmi fl-Artikolu 5(4):

(a)

il-bijomassa ħajja;

(b)

il-mifrex (1);

(c)

l-injam mejjet1;

(d)

il-materja organika mejta (2);

(e)

il-ħamrija minerali;

(f)

il-ħamrija organika;

(g)

il-prodotti tal-injam maħsud fil-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art, tal-art afforestata u l-art forestali ġestita."


(1)  Japplika għal Art Forestata u Art Ġestita tal-Foresti biss.

(2)  Japplika biss għal Art Deforestata, Raba' Ġestit, Bur Ġestit u Artijiet Mistagħdra Ġestiti.


ANNESS II

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/841 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrati għal Spanja, is-Slovenja u l-Finlandja huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Stat Membru

Żona (ha)

Kopertura tal-qċaċet tas-siġar (%)

Għoli tas-siġar (m)

Spanja

1,0

20

Mill-preżentazzjoni tal-inventarju tal-gassijiet serra fl-2028 'il quddiem: 10

3

Is-Slovenja

0,25

10

5

Il-Finlandja

0,25

10

5 ”

(2)

l-entrata għar-Renju Unit titħassar.


ANNESS III

"ANNESS IIa

Il-mira tal-Unjoni (kolonna D), il-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2016, 2017 u 2018 (kolonna B) u l-miri nazzjonali tal-Istati Membri (kolonna C) msemmija fl-Artikolu 4(3) li għandhom jinkisbu fl-2030

A

B

C

D

Stat Membru

Il-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2016, 2017 u 2018 (kt ta' ekwivalenti ta' CO2), preżentazzjoni tal-2020

Miri tal-Istati Membri, 2030 (kt ta' ekwivalenti ta' CO2)

Valur tal-assorbimenti netti tal-gassijiet serra (kt ta' ekwivalenti ta' CO2) fl-2030, preżentazzjoni tal-2020 (kolonni B+C)

Il-Belġju

-1 032

- 320

-1 352

Il-Bulgarija

-8 554

-1 163

-9 718

Ir-Repubblika Ċeka

- 401

- 827

-1 228

Id-Danimarka

5 779

- 441

5 338

Il-Ġermanja

-27 089

-3 751

-30 840

L-Estonja

-2 112

- 434

-2 545

L-Irlanda

4 354

- 626

3 728

Il-Greċja

-3 219

-1 154

-4 373

Spanja

-38 326

-5 309

-43 635

Franza

-27 353

-6 693

-34 046

Il-Kroazja

-4 933

- 593

-5 527

L-Italja

-32 599

-3 158

-35 758

Ċipru

- 289

-63

- 352

Il-Latvja

-6

- 639

- 644

Il-Litwanja

-3 972

- 661

-4 633

Il-Lussemburgu

- 376

-27

- 403

L-Ungerija

-4 791

- 934

-5 724

Malta

4

-2

2

In-Netherlands

4 958

- 435

4 523

L-Awstrija

-4 771

- 879

-5 650

Il-Polonja

-34 820

-3 278

-38 098

Il-Portugall

- 390

- 968

-1 358

Ir-Rumanija

-23 285

-2 380

-25 665

Is-Slovenja

67

- 212

- 146

Is-Slovakkja

-6 317

- 504

-6 821

Il-Finlandja

-14 865

-2 889

-17 754

L-Iżvezja

-43 366

-3 955

-47 321

UE-27/Unjoni

- 267 704

-42 296

- 310 000 .


ANNESS IV

L-Anness VI tar-Regolament (UE) 2018/841 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 1, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c)

l-istimi tat-total ta' emissjonijiet annwali għal dawk it-tipi ta' disturbi naturali għall-perjodu mill-2001 sal-2020, elenkati skont il-kategoriji tal-kontabbiltà tal-art fil-perjodu mill-2021 sal-2025 u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art fil-perjodu mill-2026 sal-2030;";

(b)

il-punt 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.

Wara li jiġi kkalkolat il-livell ta' bażi skont il-punt 2 ta' dan l-Anness, jekk l-emissjonijiet f'sena partikolari fil-perjodi mill-2021 sal-2025 għall-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art, l-art forestali u l-art forestali ġestita kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) jaqbżu l-livell ta' bażi kif ukoll il-marġni, l-ammont ta' emissjonijiet li jaqbżu l-livell ta' bażi jista' jiġi eskluż f'konformità mal-Artikolu 10. Il-marġni għandu jkun ugwali għal livell ta' probabbiltà ta' 95 %.";

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.

L-emissjonijiet li ġejjin ma għandhomx jiġu esklużi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 10:

(a)

l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' ħsad u qtugħ ta' salvataġġ li jkunu twettqu fuq l-art wara l-okkorrenza ta' disturbi naturali;

(b)

l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-ħruq preskritt li jkun twettaq fuq l-art fi kwalunkwe sena tal-perjodu mill-2021 sal-2025;

(c)

l-emissjonijiet fuq artijiet li kienu soġġetti għal deforestazzjoni wara l-okkorrenza ta' disturbi naturali.";

(d)

il-punt 5 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa mħassar;

(ii)

il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:

"(b)

evidenza li ma tkun seħħet ebda deforestazzjoni matul il-bqija tal-perjodu mill-2021 sal-2025 fuq artijiet li kienu affettwati minn disturbi naturali u li fir-rigward tagħhom l-emissjonijiet ġew esklużi mill-kontabbiltà;

(c)

deskrizzjoni ta' metodi u kriterji verifikabbli li għandhom jintużaw biex tiġi identifikata d-deforestazzjoni fuq dawk l-artijiet fis-snin sussegwenti tal-perjodu mill-2021 sal-2025;";

(iii)

il-punti (d) u (e) huma mħassra;

(e)

jiżdied il-punt li ġej:

"6.

Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni skont l-Artikolu 10(2) u l-Artikoli 13 u 13b għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

l-identifikazzjoni taż-żoni tal-art kollha affettwati minn disturbi naturali f'dik is-sena partikolari, inklużi l-lokalità ġeografika tagħhom, il-perjodu u t-tipi ta' disturbi naturali;

(b)

meta jkun fattibbli, deskrizzjoni tal-miżuri li l-Istat Membru jkun ħa biex jipprevjeni jew jillimita l-impatt ta' dawk id-disturbi naturali;

(c)

meta jkun fattibbli, deskrizzjoni tal-miżuri li l-Istat Membru jkun ħa biex jirriabilita l-artijiet affettwati minn dawk id-disturbi naturali."


ANNESS V

Fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-Parti 3 hija sostitwita b'dan li ġej:

"Parti 3

Metodoloġiji għall-monitoraġġ u r-rapportar fis-settur tal-LULUCF

Għall-monitoraġġ u r-rapportar fis-settur tal-LULUCF, l-Istati Membri għandhom jużaw data ta' konverżjoni tal-użu tal-art ġeografikament espliċita f'konformità mal-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHG tal-IPCC tal-2006. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ u assistenza adegwati lill-Istati Membri sabiex tiżgura l-konsistenza u t-trasparenza tad-data miġbura. L-Istati Membri huma mħeġġa jesploraw sinerġiji u opportunitajiet biex jikkonsolidaw ir-rapportar ma' oqsma ta' politika rilevanti oħra u jistinkaw lejn inventarji tal-gassijiet serra li jippermettu l-interoperabbiltà ma' bażijiet tad-data elettroniċi u sistemi ta' informazzjoni ġeografika rilevanti, inklużi:

(a)

sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art għal art b'ħażna għolja ta' karbonju, kif definit fl-Artikolu 29(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(b)

sistema għall-monitoraġġ ta' unitajiet tal-użu tal-art soġġetti għall-protezzjoni, definiti bħala art koperta minn waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

art b'valur għoli ta' bijodiversità kif definita fl-Artikolu 29(3) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

siti ta' importanza Komunitarja adottati u żoni speċjali ta' konservazzjoni deżinjati f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (*) u unitajiet tal-art barra minn dawk li huma soġġetti għal miżuri ta' protezzjoni u konservazzjoni skont l-Artikolu 6(1) u (2) ta' dik id-Direttiva sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' konservazzjoni tas-sit;

siti tat-tgħammir jew postijiet tal-mistrieħ tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness IV tad-Direttiva 92/43/KEE li huma soġġetti għal miżuri ta' protezzjoni skont l-Artikolu 12 ta' dik id-Direttiva;

il-ħabitats naturali elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE u l-ħabitats tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE li jinsabu barra mis-siti ta' importanza Komunitarja jew miż-żoni speċjali ta' konservazzjoni u li jikkontribwixxu għal dawn il-ħabitats u l-ispeċijiet li jilħqu status ta' konservazzjoni favorevoli skont l-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva jew li jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri preventivi u ta' rimedju skont id-Direttiva 2004/35/KE (**) ;

żoni ta' protezzjoni speċjali kklassifikati skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***) u l-unitajiet tal-art barra minn dawk li huma soġġetti għal miżuri ta' protezzjoni u konservazzjoni skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43/KEE biex jintlaħqu l-objettivi ta' konservazzjoni tas-sit;

unitajiet tal-art li huma soġġetti għal miżuri għall-preservazzjoni tal-għasafar irrapportati li mhumiex fi stat sigur skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/147/KE sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit skont l-Artikolu 4(4), it-tieni sentenza, ta' dik id-Direttiva biex issir ħidma biex jiġi evitat it-tniġġis jew id-deterjorament tal-ħabitats jew jiġi ssodisfat ir-rekwiżit skont l-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva biex jiġu ppreżervati u mantnuti biżżejjed diversità u żoni ta' ħabitats għall-ispeċijiet tal-għasafar;

kwalunkwe ħabitat ieħor li l-Istat Membru jiddeżinja għal finijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE;

unitajiet tal-art soġġetti għal miżuri meħtieġa biex jipproteġu u jiżguraw li ma jiddeterjorax l-istatus ekoloġiku ta' dawk il-korpi tal-ilma tal-wiċċ imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a)(iii), tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****);

pjanuri tal-għargħar naturali jew żoni għaż-żamma tal-ilma tal-għargħar protetti mill-Istati Membri b'rabta mal-ġestjoni tar-riskju tal-għargħar skont id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*****);

iż-żoni protetti ddeżinjati mill-Istati Membri sabiex jintlaħqu l-miri taż-żoni protetti;

(c)

sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art li huma s-soġġetti ta' restawr, definiti bħala art koperta minn waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

siti ta' importanza komunitarja, żoni ta' konservazzjoni speċjali u żoni ta' protezzjoni speċjali kif deskritt fil-punt (b) hawn fuq, flimkien mal-unitajiet tal-art barra minn dawk li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta' restawr jew ta' miżuri ta' kumpens immirati biex jintlaħqu l-objettivi ta' konservazzjoni tas-sit;

il-ħabitats tal-ispeċijiet ta' għasafar selvaġġi msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2009/147/KE jew elenkati fl-Anness I tagħha, li jinsabu barra miż-żoni ta' protezzjoni speċjali u li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta' miżuri ta' restawr għall-finijiet tad-Direttiva 2009/147/KE;

il-ħabitats naturali elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE u l-ħabitats tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness II tagħha barra mis-siti ta' importanza Komunitarja jew miż-żoni speċjali ta' konservazzjoni u li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta' miżuri ta' restawr għall-finijiet tal-kisba ta' status ta' konservazzjoni favorevoli skont id-Direttiva 92/43/KEE, jew li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta' miżuri ta' rimedju għall-finijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/35/KE;

żoni identifikati bħala fil-bżonn ta' restawr jew li huma soġġetti għal miżuri biex jiġi żgurat li ma jiddeterjorawx skont pjan ta' restawr tan-natura applikabbli fi Stat Membru;

unitajiet tal-art soġġetti għall-miżuri meħtieġa biex jiġu restawrati għal status ekoloġiku tajjeb tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a)(iii), tad-Direttiva 2000/60/KE, jew għall-miżuri meħtieġa biex dawn il-korpi jiġu restawrati għal status ekoloġiku tajjeb meta meħtieġ bil-liġi;

unitajiet tal-art soġġetti għal miżuri għar-rikreazzjoni u r-restawr taż-żoni mistagħdra, kif imsemmi fil-Parti B, il-punt (vii), tal-Anness VI tad-Direttiva 2000/60/KE;

żoni li jeħtieġu restawr tal-ekosistema biex tinkiseb kundizzjoni tajba tal-ekosistema skont ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (******);

(d)

sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art li ġejjin b'riskju għoli għall-klima:

żoni soġġetti għal kumpens skont il-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 13b tar-Regolament (UE) 2018/841;

żoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2007/60/KE;

żoni identifikati fl-istrateġija nazzjonali ta' adattament tal-Istati Membri b'riskji naturali u riskji kkawżati mill-bniedem għoljin, soġġetti għal azzjonijiet ta' tnaqqis tar-riskju ta' diżastri.

(e)

sistema għall-monitoraġġ tal-ħażniet tal-karbonju fil-ħamrija, bl-użu, fost l-oħrajn, ta' settijiet ta' data annwali tal-istħarriġ qafas statistiku tal-użu tal-art/taż-żona koperta (LUCAS).

L-inventarju tal-gassijiet serra għandu jippermetti l-iskambju u l-integrazzjoni tad-data bejn il-bażijiet tad-data elettroniċi u s-sistemi ta' informazzjoni ġeografika, sabiex jiffaċilita l-komparabbiltà u l-aċċessibbiltà pubblika tagħhom.

Għall-perjodu mill-2021 sal-2025, l-Istati Membri għandhom jużaw mill-anqas il-metodoloġiji tal-Grad 1 f'konformità mal-linji gwida tal-IPCC tal-2006 għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs, ħlief għal raggruppament tal-karbonju li jifforma mill-anqas 25 % tal-emissjonijiet jew l-assorbimenti f'kategorija ta' sors jew bir li tkun prijoritizzata fi ħdan sistema ta' inventarju nazzjonali ta' Stat Membru peress li l-istima tiegħu jkollha influwenza sinifikanti fuq l-inventarju totali ta' GHGs ta' pajjiż f'termini tal-livell assolut ta' emissjonijiet u assorbimenti, ix-xejra fl-emissjonijiet u l-assorbimenti, jew l-inċertezza fl-emissjonijiet u l-assorbimenti fil-kategoriji tal-użu tal-art, f'liema każ, għandhom jintużaw mill-anqas metodoloġiji tal-Grad 2 f'konformità mal-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006.

Mill-preżentazzjoni tal-inventarju tal-gassijiet serra fl-2028 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jużaw mill-anqas metodoloġiji tal-Grad 2 f'konformità mal-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006, filwaqt li l-Istati Membri għandhom, kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tal-inventarju tal-gassijiet serra fl-2030 'il quddiem, għall-emissjonijiet u l-assorbimenti tar-raggruppamenti tal-karbonju kollha li jaqgħu f'żoni ta' unitajiet tal-użu tal-art b'ħażna għolja tal-karbonju msemmija fil-punt (a), f'żoni tal-użu tal-art taħt protezzjoni jew taħt restawr imsemmija fil-punti (b) u (c), u żoni ta' unitajiet tal-użu tal-art taħt riskji klimatiċi futuri msemmija fil-punt (d), japplikaw metodoloġiji tal-Grad 3, f'konformità mal-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006.

Minkejja s-subparagrafu preċedenti, meta ż-żona taħt kwalunkwe kategorija individwali elenkata fil-punti (a) sa (d) tirrappreżenta anqas minn 1 % taż-żona tal-art ġestita rrapportata mill-Istat Membru, l-Istati Membri għandhom jużaw mill-anqas metodoloġiji tal-Grad 2 f'konformità mal-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006.


(*)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(**)  Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56).

(***)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(****)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(*****)  Id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27).

(******)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).""


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/29


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/840

tal-25 ta’ Novembru 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu u ż-żamma tal-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati li għandhom jintużaw f’konformità mal-Artikolu 9(14) ta’ dak ir-Regolament

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(15), ir-raba’ subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati li għandhom jintużaw mis-CCPs f’sitwazzjonijiet ta’ diffikultà jenħtieġ li jiġi ddeterminat filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi individwali ta’ kull CCP.

(2)

Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati li għandhom jintużaw minn CCP wara event ta’ inadempjenza jew mhux ta’ inadempjenza jenħtieġ li għalhekk tippermetti li ssir distinzjoni bejn CCPs bi profil tar-riskju kumpless li għalih l-ammont ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati addizzjonali jenħtieġ li jkun ogħla, u CCPs bi profili tar-riskju inqas kumplessi jew b’ġestjoni aktar konservattiva tar-riskji li għalihom l-ammont ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati addizzjonali jenħtieġ li jkun aktar baxx.

(3)

Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati li għandhom jintużaw minn kontroparti ċentrali wara event ta’ inadempjenza jew mhux ta’ inadempjenza jenħtieġ li jkun fiha parametri ċari u oġġettivi biżżejjed biex jiġu evitati diffikultajiet fil-valutazzjoni u jenħtieġ li tippermetti applikazzjoni konsistenti fost is-CCPs. Jenħtieġ li dawk il-parametri jagħmluha possibbli wkoll li jiġi adattat l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati għall-istruttura u l-organizzazzjoni interna tas-CCP, in-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, u l-istruttura tal-inċentivi tal-azzjonisti, tal-membri maniġerjali u tal-ikklerjar tagħha, u tal-klijenti ta’ dawk il-membri tal-ikklerjar. Kull parametru jenħtieġ li jiġi assenjat valur espress f’punti perċentwali. Is-somma tal-parametri kollha jenħtieġ li trendi l-livell perċentwali tal-kapital ibbażat fuq ir-riskju tas-CCP użat bħala l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati li għandhom jintużaw minn kontropartijiet ċentrali wara event ta’ inadempjenza jew mhux ta’ inadempjenza.

(4)

Sabiex jitqiesu l-istruttura u l-organizzazzjoni interna tas-CCP u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, is-CCP jenħtieġ li tivvaluta n-natura u l-kumplessità tal-klassijiet tal-assi kklerjati, l-għadd u l-kumplessità tal-interdipendenzi tagħha ma’ infrastrutturi u istituzzjonijiet finanzjarji oħra tas-suq finanzjarju, l-effiċjenza tal-organizzazzjoni interna tagħha, ir-robustezza tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tagħha, u l-għadd ta’ azzjonijiet materjali pendenti ta’ rimedju wara s-sejbiet mill-awtorità kompetenti tas-CCP.

(5)

Sabiex titqies l-istruttura tal-inċentivi tal-azzjonisti, tal-maniġment u tal-membri tal-ikklerjar tas-CCPs u tal-klijenti tal-membri tal-ikklerjar, jenħtieġ li CCP tivvaluta r-riskji marbuta mas-sjieda diretta jew indiretta u mal-istruttura kapitali tagħha, l-inċentivi finanzjarji inkorporati fir-remunerazzjoni tal-maniġment superjuri tas-CCP, kif ukoll il-grad ta’ involviment tal-membri tal-ikklerjar u l-klijenti fil-governanza tar-riskju tas-CCP.

(6)

Jenħtieġ li s-CCPs jirrieżaminaw regolarment l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati sabiex jiżguraw li dak l-ammont jibqa’ f’livell adegwat, inkluż wara bidla materjali fir-rekwiżiti kapitali bbażati fuq ir-riskju ta’ CCP ikkalkulata f’konformità mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(7)

Sabiex jiġu evitati piżijiet bla bżonn, CCP ma għandhiex tkun meħtieġa twettaq il-kalkolu bbażat fuq parametri speċifiċi tal-metodoloġija meta tiddeċiedi li tapplika volontarjament l-ammont massimu ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati addizzjonali ta’ 25 %.

(8)

Huwa importanti li f’xenarju ta’ inadempjenza l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati jiġi allokat b’mod ekwu. Is-CCPs li stabbilixxew aktar minn fond tal-inadempjenza wieħed għall-klassijiet differenti ta’ strumenti finanzjarji li jikklerjaw għandhom għalhekk jallokaw l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati għal kull fond tal-inadempjenza fi proporzjon mad-daqs tiegħu. F’xenarju mhux ta’ inadempjenza, l-ammont sħiħ ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati addizzjonali jenħtieġ li jkun disponibbli biex ikopri t-telf.

(9)

L-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati li għandhom jintużaw minn kontropartijiet ċentrali wara event ta’ inadempjenza jew mhux ta’ inadempjenza jenħtieġ li jirrifletti l-importanza relattiva ta’ parametri differenti li jirriflettu l-organizzazzjoni interna tas-CCP, in-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, u l-istruttura tal-inċentivi tal-partijiet ikkonċernati tagħha fit-tisħiħ tal-inċentivi għall-ġestjoni xierqa tar-riskju. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għall-perċentwali minimi u massimi li għandhom jiġu applikati għad-determinazzjoni tal-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati, il-kalkolu tal-perċentwal li għandu jiġi applikat għad-determinazzjoni tal-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati jenħtieġ li jkun somma kumulattiva tal-punti perċentwali kollha assenjati għal kull parametru. Il-perċentwal li għandu jiġi applikat għal kull parametru għandu jkun is-somma tal-indikaturi kwantitattivi rilevanti. Jenħtieġ li tiġi assenjata firxa wiesgħa għall-indikaturi kwantitattivi lill-parametri l-aktar sinifikanti fil-valutazzjoni tar-riskji u l-kumplessità ta’ CCP, filwaqt li jenħtieġ li tiġi assenjata firxa iżgħar għal parametri li jirreferu għal aspett speċifiku tar-riskju tas-CCP.

(10)

Il-metodoloġija għaż-żamma ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati addizzjonali jenħtieġ li tippermetti lis-CCPs jimmitigaw l-impatt tar-rekwiżit għal tali riżorsi addizzjonali billi tippermettilhom jinvestu dawk ir-riżorsi addizzjonali f’assi għajr dawk ikkunsidrati fil-politika ta’ investiment tas-CCPs imsemmija fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, dment li dawk is-CCPs jimplimentaw il-proċeduri xierqa għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ rkupru biex jimmitigaw ir-riskju li tali assi ma jkunux disponibbli mill-ewwel.

(11)

Huwa meħtieġ li jittaffa l-impatt tar-riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati addizzjonali fuq is-CCPs. Għalhekk, il-possibbiltajiet ta’ investiment tas-CCPs għaż-żamma ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati addizzjonali jenħtieġ li jkunu parzjalment allinjati mal-lista ta’ assi eliġibbli bħala kollateral aċċettat mis-CCPs mill-membri tal-ikklerjar. Dak l-approċċ xorta waħda jiggarantixxi li s-CCPs ikollhom il-qafas u l-proċeduri xierqa biex jimmaniġġjaw ir-riskji assoċjati ma’ dawk l-assi u l-likwidazzjoni tagħhom fi żminijiet ta’ stress. Madankollu, xi assi li huma eliġibbli bħala kollateral jenħtieġ li jibqgħu esklużi mil-lista ta’ investimenti eliġibbli peress li ma jistgħux jitqiesu bħala likwidi biżżejjed, jew jesponu r-riżorsi proprji tas-CCP għal riskju eċċessiv ta’ kreditu u tas-suq, u għalhekk ma jistgħux jitqiesu xierqa għall-investiment ta’ CCP.

(12)

Meta l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati investiti f’assi għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma jkunx disponibbli mill-ewwel, is-CCPs jenħtieġ li, wara event ta’ inadempjenza jew mhux ta’ inadempjenza, jinformaw lill-awtorità kompetenti tagħhom u lill-membri tal-ikklerjar tagħhom b’dan. F’każ bħal dan, is-CCPs jenħtieġ li jkunu intitolati li jkopru l-ammont addizzjonali mhux disponibbli ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati billi jitolbu kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti tagħhom. Tali kontribuzzjonijiet jenħtieġ li jiġu allokati b’mod ekwu u proporzjonat.

(13)

Jenħtieġ li s-CCPs jirrimborżaw lill-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja li dawk il-membri tal-ikklerjar ipprovdew biex ikopru l-ammont addizzjonali mhux disponibbli ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati. Sabiex tiġi limitata l-iskopertura tal-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti tas-CCPs, u sabiex jiġi żgurat li jkunu kapaċi jifilħu għal kwalunkwe kontribuzzjoni futura fi flus, tali rimborż jenħtieġ li jiġi pprovdut fi żmien raġonevoli, fi flus u fl-istess munita li fiha tkun ġiet ipprovduta l-kontribuzzjoni finanzjarja. Jenħtieġ li r-rimborż jitħallas biss wara li s-CCPs ikunu kkonformaw mal-obbligi ta’ pagament l-oħra tagħhom. Meta r-rimborż ma jsirx f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, jenħtieġ li s-CCPs, bħala inċentiv biex jirkupraw l-ammonti dovuti, jintalbu jħallsu imgħax annwali fuq dawk l-ammonti.

(14)

Sabiex tippreserva l-kompetittività internazzjonali tas-CCPs tal-Unjoni, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority, ESMA), meta żviluppat l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, analizzat ir-regoli applikabbli għal CCPs ta’ pajjiżi terzi u l-prattiki tagħhom, flimkien mal-iżviluppi internazzjonali fl-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs. Abbażi ta’ dawk l-analiżijiet, l-ESMA kkonkludiet li l-metodoloġija proposta għall-kalkolu ta’ ammonti addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati għas-CCPs tal-Unjoni jenħtieġ li ma taffettwax b’mod negattiv il-kompetittività tas-CCPs tal-Unjoni attivi internazzjonalment.

(15)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess lill-Kummissjoni mill-ESMA.

(16)

L-ESMA żviluppat l-abbozz ta’ standards tekniċi f’kooperazzjoni mal-Awtorità Bankarja Ewropea u wara li kkonsultat is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali. F’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar dan l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kalkolu u allokazzjoni tal-ammont addizzjonali tar-riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati tas-CCP

1.   Is-CCPs għandhom jikkalkulaw l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati msemmija fl-Artikolu 9(14) tar-Regolament (UE) 2021/23 billi jimmultiplikaw ir-rekwiżiti kapitali bbażati fuq ir-riskju kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 152/2013 (4) bil-perċentwal tal-livell “P” tal-ammont addizzjonali tar-riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati tas-CCPs iddeterminati f’konformità mal-Artikolu 2.

2.   Is-CCPs għandhom jirrieżaminaw id-determinazzjoni tal-livell perċentwali u l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati kkalkulati f’konformità mal-paragrafu 1 wara kull bidla materjali fir-rekwiżiti kapitali bbażati fuq ir-riskju tagħhom ikkalkulati f’konformità mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, u mill-inqas darba fis-sena.

3.   Is-CCPs li jiddeċiedu li volontarjament japplikaw il-perċentwal massimu ta’ 25 % biex jikkalkulaw l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati msemmija fl-Artikolu 9(14) tar-Regolament (UE) 2021/23 ma għandhomx ikunu meħtieġa jiddeterminaw il-livell perċentwali msemmi fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

4.   Is-CCPs li jkunu stabbilixxew aktar minn fond tal-inadempjenza wieħed għall-klassijiet differenti ta’ strumenti finanzjarji li jikklerjaw, għandhom jallokaw l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati kkalkulati f’konformità mal-paragrafu 1 għal kull wieħed mill-fondi tal-inadempjenza fi proporzjon mad-daqs ta’ kull fond tal-inadempjenza. Is-CCPs għandhom jindikaw l-allokazzjoni separatament fil-karti tal-bilanċ tagħhom. Is-CCPs għandhom jużaw l-ammonti addizzjonali allokati għal fond tal-inadempjenza għal inadempjenzi li jirriżultaw fis-segmenti tas-suq li għalihom jirreferi l-fond tal-inadempjenza. Fil-każ ta’ event mhux ta’ inadempjenza, is-CCPs għandhom jallokaw l-ammont sħiħ tal-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati kkalkulati f’konformità mal-paragrafu 1 kontra t-telf imġarrab bħala riżultat tal-event mhux ta’ inadempjenza.

Artikolu 2

Determinazzjoni tal-livell perċentwali tal-ammont addizzjonali tar-riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati tas-CCP

Is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-livell perċentwali tal-ammont addizzjonali tar-riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati tas-CCP imsemmija fl-Artikolu 1(1) f’konformità mal-formuli stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 3

Żamma tal-ammont addizzjonali tar-riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati tas-CCPs

1.   Is-CCPs għandhom jinnotifikaw minnufih lill-awtorità kompetenti tagħhom bil-miktub meta l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati jaqa’ taħt l-ammont addizzjonali meħtieġ ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 1(1), u fil-każ ta’ kwalunkwe tnaqqis sussegwenti ta’ dak l-ammont addizzjonali. Dik in-notifika bil-miktub għandha tistabbilixxi fid-dettall l-ammont addizzjonali li jifdal ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati u tinforma lill-awtorità kompetenti dwar jekk huwiex mistenni xi tnaqqis ulterjuri għal dak l-ammont fil-ħamest ijiem ta’ negozju wara dik in-notifika. In-notifika bil-miktub għandha tistabbilixxi wkoll għaliex l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati waqa’ taħt l-ammont addizzjonali meħtieġ u jkun fiha deskrizzjoni komprensiva tal-miżuri u l-iskeda ta’ żmien għar-rikostituzzjoni ta’ dak l-ammont.

2.   Is-CCPs għandhom jużaw biss l-ammont residwu tal-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati għall-finijiet tal-Artikolu 9(14) tar-Regolament (UE) 2021/23 meta inadempjenza sussegwenti ta’ membru tal-ikklerjar wieħed jew aktar jew event mhux ta’ inadempjenza jseħħ qabel ma s-CCP ikkonċernata tkun irriforniet l-ammont addizzjonali sħiħ tar-riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati tagħha kif ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 1(1).

3.   Is-CCPs għandhom jirrikostitwixxu l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati sa mhux aktar tard minn 20 jum ta’ xogħol mill-ewwel notifika bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 1.

4.   Meta l-livell perċentwali ddeterminat f’konformità mal-Artikolu 2 ikun ogħla minn 10 %, is-CCPs jistgħu jinvestu l-ammont żejjed mitlub ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati addizzjonali fid-deheb u fi strumenti finanzjarji meqjusa bħala kollateral likwidu ħafna f’konformità mal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, dment li:

(a)

tali assi huma inklużi fil-politika kollaterali tas-CCPs;

(b)

tali assi mhumiex garanziji bankarji, derivattivi jew ekwitajiet;

(c)

is-CCPs ikkonċernati jkollhom fis-seħħ il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 4 u fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Proċedura għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ rkupru fejn l-ammont addizzjonali ma jkunx disponibbli mill-ewwel

1.   Is-CCPs għandhom jinformaw mill-ewwel lill-awtorità kompetenti tagħhom u lill-membri tal-ikklerjar tagħhom dwar il-fatt li, wara event ta’ inadempjenza jew mhux ta’ inadempjenza, l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 1 ma jkunx disponibbli mill-ewwel. Huma għandhom jipprovdu wkoll lill-awtorità kompetenti tagħhom u lill-membri tal-ikklerjar tagħhom b’deskrizzjoni dettaljata tal-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati mhux disponibbli, u r-raġuni għal dik l-indisponibbiltà.

2.   Meta, wara event ta’ inadempjenza jew mhux ta’ inadempjenza, is-CCPs jiġbru riżorsi finanzjarji minn membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti, l-ammont għandu jkun ugwali għall-ammont addizzjonali mhux disponibbli ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati u s-CCPs ikkonċernati għandhom iqassmu dak l-ammont fost il-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti b’mod proporzjonali għall-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza tagħhom.

Artikolu 5

Proċedura għall-kumpens ta’ membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti li pprovdew kontribuzzjoni finanzjarja meta l-ammont addizzjonali ma jkunx disponibbli mill-ewwel

1.   Is-CCPs għandhom jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha biex jirrimborżaw lill-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti li jkunu kkontribwew finanzjarjament lis-CCP f’konformità mal-Artikolu 4(2). Huma għandhom jagħmlu dan billi jimmonetizzaw l-assi użati biex jiġi investit l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 1(1) sa mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara n-notifika tan-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-fondi msemmija fl-Artikolu 4(1).

2.   Soġġett għall-paragrafu 4, is-CCPs għandhom jirrimborżaw lill-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u jkomplu sakemm l-ammonti kollha jkunu ġew irkuprati.

3.   Ir-rimborż tal-ammonti kollha dovuti lill-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti għandu jsir fi flus kontanti, fl-istess munita li fiha l-membru tal-ikklerjar mhux inadempjenti kkontribwixxa finanzjarjament lis-CCP.

4.   Is-CCPs għandhom iħallsu lill-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti l-ammonti dovuti tagħhom wara li jkun seħħ dan kollu li ġej:

(a)

il-kostijiet operazzjonali jkunu ġew imħallsa;

(b)

kwalunkwe obbligu ta’ dejn dovut u pagabbli jkun tħallas;

(c)

kwalunkwe kumpens li għandu jitħallas fil-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/450 (5) ikun tħallas.

5.   Is-CCPs għandhom iħallsu imgħax annwali fuq l-ammonti dovuti meta r-rimborż sħiħ jieħu aktar minn 120 jum ta’ xogħol mid-data tal-miżura ta’ rkupru inizjali li kienet teħtieġ il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti. Ir-rata tal-imgħax għandha tiġi stabbilita bir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza kkalkulata f’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(4)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 152/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti kapitali għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 37).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/450 tal-25 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-ordni li fih is-CCPs għandhom iħallsu l-kumpens imsemmi fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, l-għadd massimu ta’ snin li matulhom dawn is-CCPs għandhom jużaw sehem mill-profitti annwali tagħhom għal tali pagamenti lill-pussessuri ta’ strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tagħhom u s-sehem massimu ta’ dawn il-profitti li għandu jintuża għal dawn il-pagamenti (ĠU L 67, 3.3.2023.p. 5).

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


ANNESS

1.   Struzzjonijiet ġenerali

Il-livell perċentwali tal-ammont addizzjonali tar-riżorsi proprji dedikati prefinanzjati tas-CCP imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandu jiġi kkalkulat mis-CCP f’konformità mal-formula li ġejja:

Formula
)

fejn:

‘A’ = il-parametri A1 sa A5 li s-CCP għandha tikkalkula f’konformità mal-Artikoli 2 sa 6 ta’ dan l-Anness;

‘B’ = il-parametri B1 sa B3 li s-CCP għandha tikkalkula f’konformità mal-Artikoli 7 sa 9 ta’ dan l-Anness.

Il-parametri A 1 sa A 5 li jirriflettu l-istruttura, l-organizzazzjoni interna kif ukoll in-natura tal-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet ta’ CCP, u l-parametri B 1 sa B 3 li jirriflettu l-istruttura tal-inċentivi tal-azzjonisti tas-CCP, tal-membri tal-maniġment u tal-ikklerjar, inklużi l-klijenti ta’ dawk il-membri tal-ikklerjar.

Il-livell perċentwali finali (P) għandu jitqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

2.   In-natura u l-kumplessità tal-klassijiet ta’ assi kklerjati

Il-parametru A 1jirreferi għan-natura u l-kumplessità tal-klassijiet tal-assi kklerjati. Il-parametru A 1 għandu jvarja minn 1 % sa 7 %. Il-parametru A 1 għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formola li ġejja:

Formula

fejn:

I assets jirrifletti l-għadd ta’ klassijiet ta’ assi differenti kklerjati mis-CCP. Il-valur ta’ I assets għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formola li ġejja:

Formula
,

fejn N assets = l-għadd ta’ klassijiet ta’ assi differenti kklerjati mis-CCP;

I FX jirrifletti l-għadd ta’ muniti kklerjati mis-CCP. Il-valur ta’ I FX għandu jkun ta’ 1 % meta s-CCP tikklerja assi mmarkati f’aktar minn munita waħda jew toffri saldu f’aktar minn munita waħda, u 0 % f’każijiet oħra;

I settl jirrifletti l-mod tas-saldu tad-derivattivi. Il-valur ta’ I settl għandu jkun ta’ 1 % meta s-CCP toffri saldu fiżiku ta’ kuntratti tad-derivattivi, u 0 % f’każijiet oħra.

3.   Ir-relazzjonijiet u l-interdipendenzi tas-CCP ma’ infrastrutturi oħra tas-suq finanzjarju u istituzzjonijiet finanzjarji oħra

Il-parametru A 2 jirreferi għar-relazzjonijiet u l-interdipendenzi tas-CCP ma’ infrastrutturi oħra tas-suq finanzjarju u istituzzjonijiet finanzjarji oħra. Il-parametru A 2 għandu jvarja minn 0 % sa 2 %. Il-parametru A 2 għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formola li ġejja:

Formula

fejn:

I FMI jirrifletti l-għadd ta’ interdipendenzi. Il-valur ta’ I FMI għandu jkun ta’ 1 % meta s-CCP ikollha aktar minn ħames interdipendenzi ma’ ċentri tan-negozjar, sistemi ta’ pagament u sistemi tas-saldu, u 0 % f’każijiet oħra;

I CMs jirrifletti l-konċentrazzjoni tas-sħubija tal-ikklerjar tas-CCP. Il-valur ta’ I CMs għandu jkun ta’ 1 % meta l-ewwel ħames membri tal-ikklerjar tas-CCP jirrappreżentaw aktar minn 40 % tar-riżorsi prefinanzjati totali tas-CCP, aggregati fis-servizzi u l-fondi tal-inadempjenza kollha, u 0 % f’każijiet oħra. Is-CCP tiddetermina s-sehem tar-riżorsi tal-ogħla ħames membri tal-ikklerjar abbażi ta’ medja annwali.

4.   L-organizzazzjoni interna tas-CCP

Il-parametru A 3 jirreferi għall-effiċjenza tal-organizzazzjoni interna tas-CCP. Il-valur A 3 għandu jvarja minn 0 % sa 5 %. Il-parametru A 3 għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formola li ġejja:

Formula

fejn:

I Riskco jirrifletti l-interazzjoni bejn il-bord u l-kumitat tar-riskju stabbilit skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-valur ta’ I RiskCo għandu jkun ta’ 2 % meta l-Bord tas-CCP ikun ħa aktar minn tliet (3) deċiżjoni matul l-aħħar tliet (3) snin meta r-rakkomandazzjoni jew il-pożizzjoni rakkomandata tal-kumitat tar-riskju ma tkunx ġiet segwita, u 0 % b’xi mod ieħor;

I reporting jirrifletti l-livell ta’ rapportar għall-validazzjoni tal-mudell. Il-valur ta’ I reporting għandu jkun ta’ 0 % meta l-validazzjoni tal-mudell tkun strutturalment indipendenti mill-iżvilupp tal-mudell, u 1 % f’każijiet oħra;

I Riskstaff jirrifletti l-proporzjon ta’ persunal allokat għall-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju. Il-valur ta’ I Riskstaff għandu jvarja bejn 0 % u 2 % u għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

Formula

fejn P risk = il-proporzjon ta’ ekwivalenti full-time tal-ġestjoni tar-riskju bħala parti mill-ekwivalenti full-time tas-CCP totali, inklużi l-funzjonijiet esternalizzati. Il-valur ta’ I Riskstaff għandu jkun ta’ 2 % fejn il-P risk hija ugwali għal 0 %, u 0 % fejn il-P risk hija ugwali għal 20 %.

5.   Ir-robustezza tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tas-CCP

Il-parametru A 4 jirreferi għar-robustezza tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tas-CCP. Il-valur ta’ A 4 għandu jvarja minn 0 % sa 8 %. Il-parametru A 4 għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formola li ġejja:

Formula

fejn:

I BT jirrifletti l-adegwatezza tal-marġnijiet tas-CCP kif ivvalutati mit-testijiet retrospettivi tagħha. Il-valur ta’ I BT għandu jvarja bejn 0 % u 4 % u għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

Formula

fejn P BT = il-perċentwal tal-kontijiet tal-ikklerjar tas-CCP, ikkalkulat bħala l-għadd ta’ kontijiet tal-ikklerjar li jissodisfaw il-kriterju mqabbel mal-għadd totali ta’ kontijiet tal-ikklerjar tas-CCP, li għalihom il-prestazzjoni tat-testijiet retroattivi tal-marġni hija taħt ir-rekwiżit minimu tal-EMIR kif speċifikat fl-Artikolu 24 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 (1) matul l-aħħar 12-il xahar. Il-valur ta’ I BT għandu jkun ta’ 4 % fejn P BT tkun ta’ 100 %;

I incident jirrifletti r-robustezza operazzjonali tas-CCP, abbażi tal-għadd ta’ inċidenti kummerċjali. Il-valur ta’ I incident għandu jvarja bejn 0 % u 2 % u għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

Formula

fejn N days = l-għadd ta’ jiem li fihom is-CCP ma setgħetx tipproċessa tranżazzjonijiet ġodda għal sagħtejn jew aktar matul l-aħħar 12-il xahar. Il-valur ta’ I incident għandu jkun ta’ 2 % fejn N days = 10 ijiem;

I payments jirrifletti r-robustezza operazzjonali tas-CCP, abbażi tal-għadd ta’ inċidenti ta’ pagament. Il-valur ta’ I payments għandu jvarja bejn 0 % u 2 % u jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

Formula

fejn N days = l-għadd ta’ jiem li fihom is-CCP ma setgħetx tipproċessa jew tirċievi pagamenti għal sagħtejn jew aktar matul l-aħħar 12-il xahar. Il-valur ta’ I payments għandu jkun ta’ 2 % fejn N days = 10 ijiem;

6.   Azzjonijiet ta’ rimedju pendenti wara s-sejbiet mill-awtorità kompetenti tas-CCP

Il-parametru A 5 jirreferi għall-għadd ta’ azzjonijiet ta’ rimedju pendenti materjali wara s-sejbiet mill-awtorità kompetenti tas-CCP. Il-valur ta’ A 5 għandu jvarja minn 0 % sa 2 %. Il-valur ta’ A 5 għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formola li ġejja:

Formula

fejn:

I reco jirrifletti l-azzjonijiet pendenti dwar kwistjonijiet prudenzjali. Il-valur ta’ I reco għandu jkun ta’ 2 % meta s-CCP ikollha mill-inqas azzjoni ta’ rimedju materjali pendenti waħda wara sejbiet mill-awtorità kompetenti tagħha li għalihom is-CCP tkun qabżet l-iskadenza stabbilita mill-awtorità kompetenti fil-pjan ta’ rimedju, u 0 % f’każijiet oħra;

Għall-finijiet ta’ din il-formula, azzjoni ta’ rimedju għandha titqies materjali meta s-CCP jew l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun allokat dik l-azzjoni ta’ rimedju l-ogħla prijorità, ibbażata fuq il-matriċi ta’ materjalità interna tas-CCP jew fuq il-klassifikazzjoni proprja tal-awtorità kompetenti.

7.   Is-sjieda, l-istruttura tal-kapital u l-profittabbiltà tas-CCP

Il-parametru B 1 jirreferi għas-sjieda u l-istruttura tal-kapital tas-CCP. Il-valur ta’ B 1 għandu jvarja minn 0 % sa 4 %. Il-valur ta’ B 1 għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formola li ġejja:

Formula

fejn:

I majority jirrifletti n-natura tal-impriża prinċipali tas-CCP. Il-valur ta’ I majority għandu jkun ta’ 2 % meta s-CCP ikollha impriża prinċipali, għajr gruppi bi sjieda pubblika, mhux ikklassifikata jew ikklassifikata taħt il-grad ta’ investiment, u 0 % f’każijiet oħra. Il-klassifikazzjoni għandha tkun l-agħar klassifikazzjoni tal-entità pprovduta minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu awtorizzata;

I support jirrifletti l-appoġġ mill-impriża prinċipali tas-CCPs. Il-valur ta’ I support għandu jkun ta’ 0 % meta s-CCP tibbenefika minn appoġġ finanzjarju materjali miftiehem kuntrattwalment mill-impriża prinċipali tagħha f’event ta’ inadempjenza jew mhux ta’ inadempjenza, inklużi linji impenjati jew kuntratti tal-assigurazzjoni, u 2 % f’każijiet oħra.

8.   Remunerazzjoni tal-maniġment superjuri

Il-parametru B 2 jirreferi għall-punt sa fejn ir-remunerazzjoni tal-maniġment superjuri tista’ tiġi affettwata kuntrattwalment wara event ta’ inadempjenza jew mhux ta’ inadempjenza. Il-valur ta’ B 2 għandu jvarja minn 0 % sa 2 %. Il-valur ta’ B 2 għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formola li ġejja:

Formula

fejn:

I %amount jirrifletti s-sehem tar-remunerazzjoni varjabbli totali tal-maniġment superjuri soġġetta għal klawżoli ta’ rkupru. Il-valur ta’ I %amount għandu jvarja bejn 0 % u 1 % u għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

Formula

fejn P amount = il-perċentwal tar-remunerazzjoni varjabbli annwali totali tal-maniġment superjuri tas-CCP soġġetta għal klawżoli ta’ rkupru f’event ta’ inadempjenza / jew mhux ta’ inadempjenza. Il-valur ta’ I %amount għandu jkun ta’ 1 % fejn P amount ikun ta’ 0 %

I %staff jirrifletti l-perċentwal tal-persunal tal-maniġment superjuri soġġett għal klawżoli ta’ rkupru f’każ ta’ inadempjenza jew telf mhux ta’ inadempjenza. Il-valur ta’ I %staff għandu jvarja bejn 0 % u 1 % u għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

Formula

fejn P %staff = il-perċentwal tal-maniġment superjuri tas-CCP, espress bħala % tal-FTEs medji annwali tal-maniġment superjuri, soġġett għal klawżola ta’ rkupru tar-remunerazzjoni varjabbli.

9.   L-involviment tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti fil-governanza tar-riskju tas-CCP

Il-parametru B 3 jirreferi għall-involviment tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti fil-governanza tar-riskju tas-CCP. Il-valur ta’ B 3 għandu jvarja minn 0 % sa 2 %. Il-valur ta’ B 3 għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formola li ġejja:

Formula

fejn:

I investment jirrifletti l-involviment tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti fil-proċess ta’ deċiżjoni dwar l-investiment. Il-valur ta’ I investment għandu jkun ta’ 0 % meta l-membri tal-ikklerjar ikunu involuti fid-deċiżjoni tal-investiment u jġarrbu parti mit-telf potenzjali, u 1 % f’każijiet oħra. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur tal-I investment , is-CCPs għandhom jikkunsidraw li l-membri tal-ikklerjar ikunu involuti fid-deċiżjoni dwar l-investiment meta jiġu kkonsultati jew fil-proċess ta’ approvazzjoni tal-politika ta’ investiment tas-CCP, jew f’kull deċiżjoni separata ta’ investiment;

I incentives jirrifletti l-inċentivi għall-membri tal-ikklerjar fil-proċess ta’ ġestjoni tal-inadempjenza. Il-valur ta’ I incentives għandu jkun ta’ 0 % meta jkun hemm inċentivi għall-membri tal-ikklerjar biex jipparteċipaw fil-proċess ta’ ġestjoni tal-inadempjenza, u 1 % f’każijiet oħra


(1)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 41).


DEĊIŻJONIJIET

21.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/841

tad-19 ta’ April 2023

li taħtar ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-Bord tat-Tmexxija u fil-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 154(1) u 171(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bord tat-Tmexxija u l-Kumitat tal-Baġit għandhom ikunu magħmula, kull wieħed, minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni u rappreżentant wieħed mill-Parlament Ewropew, u s-sostituti rispettivi tagħhom.

(2)

Bid-Deċiżjoni C(2016)3228, il-Kummissjoni ħatret ir-rappreżentanti tagħha u s-sostituti rispettivi tagħhom fil-Bord Amministrattiv u fil-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju.

(3)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tittrasferixxi r-responsabbiltà għal sostitut wieħed mill-Unità “Regoli Finanzjarji 2 u Ġestjoni tal-Programm” għall-Unità “Politiki Interni”, responsabbli għall-aġenziji deċentralizzati, fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit.

(4)

Din id-Deċiżjoni tissostitwixxi d-Deċiżjoni C(2016)3228 final li għalhekk, titħassar;

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-Bord tat-Tmexxija u fil-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju għandhom ikunu l-persuni li ġejjin:

(a)

il-Viċi Direttur Ġenerali tad-DĠ Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs responsabbli għall-proprjetà intellettwali u l-infurzar tagħha, inkluż il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni;

(b)

id-Direttur fid-DĠ Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs responsabbli għall-proprjetà intellettwali u l-infurzar tagħha, inkluż il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni.

2.   Is-sostituti għandhom ikunu l-persuni li ġejjin:

(a)

il-Kap tal-Unità fid-DĠ Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs responsabbli għall-proprjetà intellettwali u l-infurzar tagħha, inkluż il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni;

(b)

il-Kap tal-Unità responsabbli għall-aġenziji deċentralizzati fid-DĠ Baġit.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-persuni li jokkupaw, anke fuq bażi temporanja, il-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jew kwalunkwe suċċessur ta’ dawn il-persuni f’dawk il-pożizzjonijiet.

Artikolu 3

Id-Direttur Ġenerali tad-DĠ Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs għandu jinforma lill-President tal-Bord tat-Tmexxija, lill-President tal-Kumitat tal-Baġit u lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju dwar l-ismijiet tal-persuni msemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni C(2016)3228 titħassar.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1.