|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 100I |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
13.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 100/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/755
tat-13 ta’ April 2023
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
|
(2) |
L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
|
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2023, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna qawwija tiegħu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Kunsill Ewropew tenna wkoll li l-Unjoni tibqa’ impenjata li żżomm u żżid il-pressjoni kollettiva fuq ir-Russja, inkluż permezz ta’ miżuri restrittivi ulterjuri possibbli. |
|
(4) |
Fid-dawl tas-serjetà tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li żewġ entitajiet responsabbli għal azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ April 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
ANNESS
L-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“210. |
Wagner Group (bir-Russu: Группа Вагнера) magħruf ukoll bħala: Vagner Group PMC Wagner Liga League |
Individwi assoċjati: Dimitriy Utkin; Yevgeniy Prigozhin |
Wagner Group huwa entità militari privata mhux inkorporata bbażata r-Russja, li ġiet stabbilita fl-2014 bħala organizzazzjoni suċċessur ta’ Slavonic Corps. Huwa mmexxi minn Dimitriy Utkin u ffinanzjat minn Yevgeniy Prigozhin. Permezz tal-istabbiliment ta’ entitajiet lokali, u bl-appoġġ tal-gvernijiet lokali, Wagner Group jiffinanzja u jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu. Wagner Group mexxa l-attakki kontra l-bliet Ukreni ta’ Soledar u Bakhmut f’Jannar 2023 u qed jipparteċipa b’mod attiv fil-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Għalhekk, Wagner Group huwa responsabbli għal appoġġ materjali għal azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
13.4.2023 |
|
211. |
RIA FAN magħrufa wkoll bħala: FNA Federal News Agency LLC RIA FNA |
Post tar-reġistrazzjoni: St. Petersburg, Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 11.5.2014 Sit web: www.riafan.ru Individwu assoċjat: Yevgeniy Prigozhin Entitajiet assoċjati: Patriot Media Group; Wagner Group. |
RIA FAN hija parti minn Patriot Media Group, organizzazzjoni tal-media Russa li l-Bord tal-Fiduċjarji tagħha huwa mmexxi minn Yevgeniy Prigozhin. RIA FAN hija involuta fi propaganda favur il-gvern u diżinformazzjoni dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. RIA FAN tirreferi għall-gwerra ta’ aggressjoni li għaddejja kontra l-Ukrajna bħala missjoni biex twaqqaf in-“Nazisti Ukreni” u tippromwovi azzjonijiet li jitwettqu minn Wagner Group. Għalhekk, RIA FAN hija responsabbli għal appoġġ materjali għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. RIA FAN hija assoċjata wkoll ma’ Patriot Media Group. |
13.4.2023” |
DEĊIŻJONIJIET
|
13.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 100/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/756
tat-13 ta’ April 2023
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
|
(2) |
L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
|
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2023, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna qawwija tiegħu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Kunsill Ewropew tenna wkoll li l-Unjoni tibqa’ impenjata li żżomm u żżid il-pressjoni kollettiva fuq ir-Russja, inkluż permezz ta’ miżuri restrittivi ulterjuri possibbli. |
|
(4) |
Fid-dawl tas-serjetà tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li żewġ entitajiet responsabbli għal azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
|
(5) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ April 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
ANNESS
L-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“210. |
Wagner Group (bir-Russu: Группа Вагнера) magħruf ukoll bħala: Vagner Group PMC Wagner Liga League |
Individwi assoċjati: Dimitriy Utkin; Yevgeniy Prigozhin |
Wagner Group huwa entità militari privata mhux inkorporata bbażata r-Russja, li ġiet stabbilita fl-2014 bħala organizzazzjoni suċċessur ta’ Slavonic Corps. Huwa mmexxi minn Dimitriy Utkin u ffinanzjat minn Yevgeniy Prigozhin. Permezz tal-istabbiliment ta’ entitajiet lokali, u bl-appoġġ tal-gvernijiet lokali, Wagner Group jiffinanzja u jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu. Wagner Group mexxa l-attakki kontra l-bliet Ukreni ta’ Soledar u Bakhmut f’Jannar 2023 u qed jipparteċipa b’mod attiv fil-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Għalhekk, Wagner Group huwa responsabbli għal appoġġ materjali għal azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
13.4.2023 |
|
211. |
RIA FAN magħrufa wkoll bħala: FNA Federal News Agency LLC RIA FNA |
Post tar-reġistrazzjoni: St. Petersburg, Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 11.5.2014 Sit web: www.riafan.ru Individwu assoċjat: Yevgeniy Prigozhin Entitajiet assoċjati: Patriot Media Group; Wagner Group. |
RIA FAN hija parti minn Patriot Media Group, organizzazzjoni tal-media Russa li l-Bord tal-Fiduċjarji tagħha huwa mmexxi minn Yevgeniy Prigozhin. RIA FAN hija involuta fi propaganda favur il-gvern u diżinformazzjoni dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. RIA FAN tirreferi għall-gwerra ta’ aggressjoni li għaddejja kontra l-Ukrajna bħala missjoni biex twaqqaf in-"Nazisti Ukreni" u tippromwovi azzjonijiet li jitwettqu minn Wagner Group. Għalhekk, RIA FAN hija responsabbli għal appoġġ materjali għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. RIA FAN hija assoċjata wkoll ma’ Patriot Media Group. |
13.4.2023” |