|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 75 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
14.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 75/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/573
tal-10 ta’ Marzu 2023
li jemenda l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Arġentina, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam u ta’ prodotti ġerminali tal-pollam, tal-laħam frisk u tal-prodotti tal-laħam tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew minn żona jew minn kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li trid tinżamm il-konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom, fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew iż-żoni, jew il-kompartimenti tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, il-prodotti ġerminali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni rispettivament ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, tal-laħam frisk u tal-prodotti tal-laħam tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. |
|
(5) |
Fit-3 ta’ Marzu 2023, l-Arġentina nnotifikat lis-servizzi tal-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI). It-tifqigħa tinsab fil-provinċja ta’ Río Negro, l-Arġentina, u ġiet ikkonfermata fit-28 ta’ Frar 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(6) |
Il-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom stabbiliti fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV u fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jispeċifikaw li d-dħul fl-Unjoni mill-Arġentina ta’ konsenji ta’ laħam frisk u ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa huma awtorizzati. Barra minn hekk, it-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament (UE) 2021/404 bħalissa ma teħtieġ l-ebda trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dak il-pajjiż terz. |
|
(7) |
Minħabba r-riskju tal-introduzzjoni tal-HPAI fl-Unjoni marbuta mad-dħul ta’ konsenji ta’ laħam frisk u ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa mill-Arġentina, u fin-nuqqas ta’ garanziji li jippermettu r-reġjonalizzazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz, jenħtieġ li d-dħul fl-Unjoni ta’ dawn il-konsenji ma jibqax awtorizzat. Barra minn hekk, jenħtieġ li t-trattament D għall-mitigazzjoni tar-riskju, f’konformità mal-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, ikun meħtieġ għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-prodotti tal-laħam tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dak il-pajjiż terz. |
|
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li l-entrati għall-Arġentina fil-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom stabbiliti fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XIV u fit-tabella fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali f’dak il-pajjiż terz. |
|
(9) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tmien tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fil-pollam fl-istati ta’ Florida (1), Illinois (1), Nebraska (1), Pennsylvania (4) u Virginia (1), fl-Istati Uniti, li ġew ikkonfermati bejn il-21 ta’ Frar 2023 u t-28 ta’ Frar 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(10) |
Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja, l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti stabbilew żoni ta’ kontroll tal-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(11) |
L-Istati Uniti bagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u l-miżuri li ħadu biex jiġi evitat li l-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tkompli tixtered. Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, u sabiex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni taħt ir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti minħabba t-tifqigħat reċenti tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja, jenħtieġ li ma jibqax jiġi awtorizzat. |
|
(12) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit ressaq informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu b’rabta ma’ tifqigħa waħda tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fi stabbiliment tal-pollam fil-kontea ta’ Leicestershire fl-Ingilterra, ir-Renju Unit, li ġiet ikkonfermata fis-27 ta’ Ottubru 2022. |
|
(13) |
Ir-Renju Unit issottometta wkoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħa biex jipprevjeni tixrid ulterjuri tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja. B’mod partikolari, wara t-tifqigħa msemmija hawn fuq ta’ dik il-marda, ir-Renju Unit implimenta politika ta’ qerda biex jikkontrolla u jillimita t-tixrid ta’ dik il-marda, u lesta wkoll it-tindif u d-diżinfezzjoni meħtieġa wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbiliment tal-pollam infettat fit-territorju tiegħu. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mir-Renju Unit u kkonkludiet li t-tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fi stabbiliment tal-pollam ġiet ikklerjata u ma għadx hemm xi riskju assoċjat mad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tal-pollam miż-żona tar-Renju Unit li minnha kien sospiż id-dħul fl-Unjoni tal-prodotti tal-pollam minħabba din it-tifqigħa. |
|
(15) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan. |
|
(16) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Arġentina u fl-Istati Uniti b’rabta mal-HPAI, l-emendi li jridu jsiru fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza. |
|
(17) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
ANNESS
L-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
It-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
Fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV, l-entrata għall-Arġentina hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
14.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 75/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/574
tat-13 ta’ Marzu 2023
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-identifikazzjoni ta’ koformulanti inaċċettabbli fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jispeċifika li koformulant ma għandux jiġi aċċettat għall-inklużjoni fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti meta jkun ġie stabbilit li r-residwi tiegħu, f’kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni konsistenti ma’ prattika tajba għall-protezzjoni tal-pjanti, u wara li jitqiesu l-kundizzjonijiet realistiċi tal-użu, ikollhom effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew fuq l-ilma ta’ taħt l-art jew effett inaċċettabbli fuq l-ambjent, jew l-użu tiegħu, f’kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni konsistenti ma’ prattika tajba tal-protezzjoni tal-pjanti u b’kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet realistiċi tal-użu, ikollu effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew effett inaċċettabbli fuq il-pjanti, fuq il-prodotti tal-pjanti jew fuq l-ambjent. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-koformulanti li ma humiex aċċettati għall-inklużjoni fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jridu jiġu inklużi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-ewwel lista ta’ koformulanti inaċċettabbli ġiet stabbilita mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/383 (2) li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 li jelenka l-koformulanti li ma humiex aċċettati għall-inklużjoni fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. |
|
(3) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jista’ jeħtieġ li jiġi aġġornat fid-dawl ta’ għarfien tekniku u xjentifiku ġdid. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni prevedibbli u uniformi tal-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli preċiżi għall-identifikazzjoni ta’ koformulanti inaċċettabbli f’dawk l-istess prodotti, li mbagħad jistgħu jiġu elenkati f’verżjoni aġġornata ta’ dak l-Anness III. Għal dawn il-finijiet, dan ir-Regolament jistabbilixxi sett ta’ kriterji dettaljati biex jiġi ddeterminat jekk koformulant jistax ikollu effetti ta’ ħsara jew effetti inaċċettabbli kif previst fl-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, li jenħtieġ li jiżgura li l-koformulanti jissodisfaw standards ta’ sikurezza li huma protettivi għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. |
|
(4) |
Il-koformulanti huma sustanzi kimiċi li jistgħu jintużaw għal skopijiet differenti, inkluż fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użi tagħhom huma regolati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“REACH”) (3). Il-koformulanti jridu jiġu rreġistrati f’dak ir-Regolament inkluż meta jkunu maħsuba għall-użu fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Dawn jistgħu jiġu identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib kbir f’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew ikunu soġġetti għal restrizzjonijiet f’konformità mat-Titolu VIII ta’ dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Koformulant jenħtieġ li ma jiġix aċċettat għall-inklużjoni fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti meta jkun jew ikun irid jiġi kklassifikat bħala karċinoġeniku, mutaġeniku jew tossiku għar-riproduzzjoni, tal-Kategoriji 1 A jew 1B. Biex tiġi stabbilita klassifikazzjoni armonizzata tal-perikli tal-koformulanti, l-Istati Membri jew il-manifatturi, l-importaturi jew l-utenti downstream jistgħu jissottomettu proposti għal klassifikazzjoni armonizzata f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(6) |
Koformulant jenħtieġ li ma jiġix aċċettat għall-inklużjoni lanqas fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti meta jiġi identifikat bħala sustanza ta’ tħassib kbir ħafna f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 minħabba raġunijiet għajr il-klassifikazzjoni tiegħu bħala karċinoġeniku, mutaġeniku jew tossiku għar-riproduzzjoni, tal-Kategoriji 1 A jew 1B. |
|
(7) |
Konsegwentement, jekk il-proprjetajiet tal-koformulanti użati fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jwasslu għal tħassib li l-użu tagħhom fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jista’ jwassal għal effetti dannużi fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, l-Istati Membri jenħtieġ li l-ewwel jieħdu azzjonijiet xierqa f’konformità ma’ dawk iż-żewġ Regolamenti minħabba li tali proprjetajiet ta’ periklu huma rilevanti wkoll għall-użi l-oħrajn kollha tas-sustanzi kkonċernati, u wara jipproponu l-inklużjoni tal-koformulanti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(8) |
Barra minn hekk, koformulant jenħtieġ li ma jiġix aċċettat għall-inklużjoni fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti f’każijiet li fihom il-koformulant ġie identifikat bħala sustanza niġġiesa organika persistenti skont ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(9) |
Barra minn hekk, jekk koformulant użat fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jkun ġie identifikat bħala li jkollu proprjetajiet ta’ tfixkil tas-sistema endokrinali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), ma jkunx ġie approvat bħala sustanza attiva għall-użu bħala preżervattiv matul il-ħżin, jew tkun ġiet stabbilita kwalunkwe restrizzjoni f’konformità ma’ dak ir-Regolament li taffettwa l-użi fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, l-użu tiegħu fihom jenħtieġ li jitqies bħala inaċċettabbli. |
|
(10) |
Fl-interess tal-effiċjenza, tal-konsistenza u tal-prevedibbiltà, fir-rigward tar-restrizzjonijiet speċifiċi kif previsti fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, huwa xieraq li jiġi ggarantit li dawn ir-restrizzjonijiet jenħtieġ li japplikaw ukoll għal dawk is-sustanzi kollha suxxettibbli li se jintużaw, jew li bħalissa jintużaw, bħala koformulanti fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. |
|
(11) |
Fl-aħħar nett, sabiex tinżamm il-koerenza mal-kriterji tal-approvazzjoni għas-sustanzi attivi, għall-aġenti protettivi u għas-sinerġizzanti, il-kriterji tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li jikkonċernaw is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali u l-ambjent, kif previst fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, sa fejn ma jkunux diġà koperti mill-kriterji l-oħrajn għan-nuqqas ta’ aċċettazzjoni tal-koformulanti, jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-koformulanti. |
|
(12) |
Huwa meħtieġ u xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita għall-inklużjoni ta’ koformulanti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Jenħtieġ li tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa mill-Istati Membri għal tali finijiet. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-evalwazzjoni, jenħtieġ li titwettaq valutazzjoni teknika mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), wara notifika minn Stat Membru u s-sottomissjoni ta’ rapport pertinenti minn dan tal-aħħar dwar ir-raġunijiet għaliex koformulant jista’ jissodisfa l-kriterji kif stabbiliti f’dan ir-Regolament, f’każijiet li fihom ma tkun inbdiet jew tlestiet l-ebda azzjoni skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni mill-Istat Membru notifikanti. Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-Awtorità jenħtieġ li tkun intitolata li tirrikjedi informazzjoni rilevanti mill-Istati Membri l-oħrajn u, meta xieraq, mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. |
|
(13) |
Skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Kummissjoni tista’ tirrieżamina l-koformulanti fi kwalunkwe ħin. Meta tagħmel dan, tista’ tqis ukoll l-informazzjoni rilevanti pprovduta mill-Istati Membri. Għalhekk, jitqies li huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura li tippermetti lill-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-koformulanti diġà elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 li jista’ jkun meħtieġ li jitħassru minn dak l-Anness jew dwar kwalunkwe kundizzjoni stabbilita f’dak l-Anness għall-koformulanti li jista’ jkun hemm bżonn li tiġi emendata. |
|
(14) |
Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-possibbiltà għall-Istati Membri li jipprojbixxu jew jirrestrinġu temporanjament l-applikazzjoni ta’ koformulant fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 81(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxi regoli u kriterji dettaljati għall-identifikazzjoni ta’ koformulanti li ma għandhomx jiġu aċċettati għall-inklużjoni fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (“koformulanti inaċċettabbli”).
Dan japplika għal applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, inkluż għall-emenda jew għat-tiġdid tagħhom, sottomessi fi jew wara t-3 ta’ April 2023.
Artikolu 2
Kriterji għall-identifikazzjoni ta’ koformulanti inaċċettabbli
Il-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ koformulanti li jitqiesu inaċċettabbli għall-inklużjoni fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 3
Il-valutazzjoni u n-notifika tal-koformulanti
1. Meta jivvalutaw l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk il-koformulanti li jinsabu fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jistgħux jitqiesu bħala koformulant inaċċettabbli abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness.
2. Għall-finijiet tal-verifika prevista fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jwettaq valutazzjoni indipendenti, oġġettiva u trasparenti, fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, abbażi tal-informazzjoni sottomessa f’fajl tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u li jinkludi, meta xieraq, l-informazzjoni sottomessa f’konformità mat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
3. Wara l-verifika prevista fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità meta jqis li:
|
(a) |
il-koformulant użat jew maħsub biex jintuża fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jista’ jissodisfa kriterju wieħed jew aktar minn dawk stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament u għalhekk ikun koformulant inaċċettabbli; |
|
(b) |
fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku u tekniku ġdid, l-entrata ta’ koformulant fil-lista tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jenħtieġ li tiġi emendata; jew |
|
(c) |
fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku u tekniku ġdid, l-entrata ta’ koformulant fil-lista tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jenħtieġ li titħassar. |
Artikolu 4
Il-kontenut tar-rapport tal-koformulant
1. Notifika skont l-Artikolu 3(3) għandha tkun akkumpanjata minn rapport tal-koformulant.
2. Ir-rapport tal-koformulant għandu jkun fih:
|
(a) |
l-identità kimika tal-koformulant:
|
|
(b) |
il-kriterji stabbiliti fl-Anness li l-Istat Membru notifikanti jqis li ġew issodisfati; |
|
(c) |
meta xieraq, kwalunkwe kundizzjoni speċifika tal-użu li għandha tiġi stabbilita għall-koformulant fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
3. Meta koformulant jissodisfa kriterju wieħed jew aktar minn dawk stabbiliti fil-punti 1 sa 3 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, u huwa elenkat fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, ir-rapport tal-koformulant għandu jinkludi referenza għall-entrata rilevanti fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (jiġifieri n-numru tal-indiċi jew in-numru tas-CAS).
Meta koformulant ma jkunx inkluż fil-lista fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, iżda l-Istat Membru notifikanti jqis li jenħtieġ li jiġi kklassifikat għall-klassijiet ta’ periklu msemmija fil-punti 1 sa 3 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, ir-rapport tal-koformulant għandu jinkludi referenza għall-proposta għal klassifikazzjoni u tikkettar armonizzati li l-Istat Membru jew manifattur, importatur jew utent downstream ikun issottometta skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“ECHA”).
4. Meta koformulant jissodisfa l-kriterju stabbilit fil-punt 4 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, ir-rapport tal-koformulant għandu jinkludi referenza għall-entrata rilevanti fl-Annessi I sa V tar-Regolament (UE) 2019/1021.
5. Meta koformulant jissodisfa kriterju wieħed jew aktar minn dawk stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, u huwa inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ir-rapport tal-koformulant għandu jinkludi referenza għall-entrata rilevanti f’dik il-lista.
Meta koformulant ma jkunx inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, iżda l-Istat Membru notifikanti jqis li jenħtieġ li jiġi identifikat kif imsemmi fil-punt 5 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, ir-rapport tal-koformulant għandu jinkludi referenza għall-fajl sottomess kif imsemmi fl-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
6. Meta koformulant jissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji stabbiliti fil-punti 6 sa 8 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, ir-rapport tal-koformulant għandu jinkludi referenza għall-opinjoni adottata f’konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.
7. Meta koformulant jiġi inkluż fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u r-restrizzjoni tkun rilevanti għall-użu fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ir-rapport tal-koformulant għandu jinkludi referenza għall-entrata rilevanti fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Meta l-użu ta’ koformulant ma jkunx inkluż fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, iżda l-Istat Membru notifikanti jqis li dan joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li ma jkunx ikkontrollat b’mod adegwat u li jeħtieġ li jiġi indirizzat f’konformità mal-Artikolu 69(1) jew (4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ir-rapport tal-koformulant għandu jinkludi referenza għall-fajl imsemmi fl-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u sottomess lill-ECHA f’konformità mal-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
8. Meta l-Istat Membru notifikanti jqis li s-sustanza notifikata tissodisfa l-kriterju stabbilit fil-punt 10 tal-Anness, ir-rapport tal-koformulant għandu jinkludi l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 3(2).
9. F’każijiet li fihom ir-rapport tal-koformulant jinkludi informazzjoni li hija kunfidenzjali f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-kunfidenzjalità tar-regolamenti msemmija fil-paragrafi 2 sa 8, l-Istati Membri notifikanti għandhom jissottomettu verżjoni kunfidenzjali u mhux kunfidenzjali tar-rapport tal-koformulant.
Artikolu 5
Pubblikazzjoni
Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed, tagħmel ir-rapport tal-koformulant disponibbli għall-pubbliku f’format elettroniku.
Artikolu 6
Talba għal informazzjoni
1. Meta japplika l-Artikolu 4(8), l-Awtorità għandha titlob lill-Istati Membri kollha biex jirrapportaw jekk awtorizzawx xi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-koformulant notifikat.
2. Meta japplika l-Artikolu 4(8), l-Istat Membru notifikanti — appoġġat mill-Istati Membri l-oħrajn meta jkun meħtieġ — għandu jirrikjedi li d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-koformulant notifikat jissottomettu lill-Awtorità l-informazzjoni u l-istudji kollha dwar il-koformulant notifikat disponibbli għalihom.
Id-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet bħal dawn għandhom jissottomettu l-informazzjoni u l-istudji sa tmiem il-perjodu stabbilit fil-paragrafu 4.
L-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu japplika għall-informazzjoni u l-istudji sottomessi.
3. Meta japplika l-Artikolu 4(8) u meta l-koformulant notifikat ikun irreġistrat f’konformità mat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Istat Membru notifikanti jew l-ECHA jistgħu, meta jkun xieraq, jitolbu informazzjoni mingħand il-persuni msemmija fl-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament.
4. Meta japplika l-Artikolu 4(8), l-Awtorità għandha tippermetti perjodu ta’ 120 jum wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-koformulant skont l-Artikolu 5 biex tissottometti kummenti dwar dak ir-rapport jew data rilevanti għalih. Hija għandha tagħmel il-kummenti jew id-data li tirċievi disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien żejjed. L-Awtorità tista’ titlob lill-ECHA tikkontribwixxi għat-talba għad-data.
Artikolu 7
Valutazzjoni mill-Awtorità
1. Meta japplika l-Artikolu 4(8), l-Awtorità għandha, wara notifika skont l-Artikolu 3(3), twettaq valutazzjoni b’mod indipendenti, oġġettiv u trasparenti u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, biex jiġi vverifikat jekk il-koformulant għandux jitqies bħala inaċċettabbli għall-inklużjoni fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.
2. L-Awtorità għandha toħroġ ir-riżultati tal-ħidma tagħha dwar il-valutazzjoni teknika mwettqa f’konformità mal-paragrafu 1 u għandha taġġorna r-rapport tal-koformulant fi żmien 12-il xahar mit-tmiem tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 6(4).
Fuq talba tal-Awtorità, l-Istat Membru notifikanti għandu jipprovdi assistenza xjentifika fit-tħejjija tal-valutazzjoni teknika u tar-rapport tal-koformulant aġġornat.
3. Meta jkun xieraq, l-Awtorità għandha torganizza konsultazzjoni tal-esperti, inklużi l-esperti mill-Istat Membru notifikanti u, meta rilevanti, l-Istati Membri l-oħrajn. F’dak il-każ, il-perjodu previst fil-paragrafu 2 għandu jiġi estiż b’xahar.
4. L-Awtorità għandha tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta’ valutazzjoni teknika tagħha u għandha tindirizza kwalunkwe kumment li tkun irċeviet qabel l-adozzjoni tiegħu.
5. L-Awtorità għandha tistabbilixxi l-format tad-dokument li jirrapporta r-riżultati tal-ħidma tagħha, li għandu jinkludi taqsimiet li jikkonċernaw il-proċedura ta’ evalwazzjoni u l-proprjetajiet tal-koformulant ikkonċernat.
6. Meta jkun meħtieġ, id-dokument tal-Awtorità li jirrapporta r-riżultati tal-ħidma tagħha għandu jispeċifika jekk jenħtieġx li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu għall-koformulant notifikat fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
Artikolu 8
L-inklużjoni tal-koformulant fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009
1. Meta japplika l-Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 4(5), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 4(6) jew l-Artikolu 4(7), l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz ta’ Regolament lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 79(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 fi żmien sitt xhur min-notifika sottomessa mill-Istat Membru, filwaqt li tqis ir-rapport tal-koformulant.
2. Meta japplika l-Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz ta’ Regolament lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 79(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tal-opinjoni rilevanti tal-Kumitat tal-Valutazzjoni tar-Riskju tal-ECHA.
3. Meta japplika l-Artikolu 4(5), it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz ta’ Regolament lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 79(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 fi żmien sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tal-lista aġġornata inkluż il-koformulant notifikat f’konformità mal-Artikolu 59(10) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
4. Meta japplika l-Artikolu 4(7), it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz ta’ Regolament lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 79(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 fi żmien sitt xhur wara li l-emenda tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tkun daħlet fis-seħħ.
5. Meta japplika l-Artikolu 4(8), il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz ta’ Regolament lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 79(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 fi żmien sitt xhur minn meta l-Awtorità tirċievi d-dokument li jirrapporta r-riżultati tal-ħidma tagħha u r-rapport tal-koformulant aġġornat.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament abbażi tal-Artikolu 27(2) u, meta meħtieġ, l-Artikolu 78(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 li jipprevedi li:
|
(a) |
koformulant huwa elenkat fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, soġġett għal kundizzjonijiet u restrizzjonijiet, meta xieraq; |
|
(b) |
koformulant ma huwiex elenkat fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009; jew |
|
(c) |
l-entrata ta’ koformulant fil-lista fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 hija emendata; jew |
|
(d) |
l-entrata ta’ koformulant titħassar mil-lista fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
Artikolu 9
Emendi tal-listi nazzjonali ta’ koformulanti inaċċettabbli
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 81(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri li jkunu adottaw permezz ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali listi ta’ koformulanti inaċċettabbli fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għandhom jemendaw dawk il-listi f’konformità ma’ kwalunkwe Regolament adottat skont l-Artikolu 8.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/383 tat-3 ta’ Marzu 2021 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jelenka l-koformulanti li mhumiex aċċettati għall-inklużjoni fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 74, 4.3.2021, p. 7).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).
ANNESS
Kriterji għall-identifikazzjoni ta’ koformulant mhux aċċettabbli
(1)
Il-koformulant huwa kklassifikat bħala mutaġen tal-kategorija 1 A jew 1B fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
(2)
Il-koformulant huwa kklassifikat bħala karċinoġen tal-kategorija 1 A jew 1B fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
(3)
Il-koformulant huwa kklassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1 A jew 1B fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
(4)
Il-koformulant huwa elenkat fl-Annessi I sa V tar-Regolament (UE) 2019/1021.
(5)
Il-koformulant huwa inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (lista ta’ kandidati) minħabba l-identifikazzjoni tiegħu:|
(a) |
bħala persistenti, bijoakkumulattiv u tossiku f’konformità mal-Artikolu 57, il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament; |
|
(b) |
bħala persistenti ħafna u bijoakkumulattiv ħafna f’konformità mal-Artikolu 57, il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament; jew |
|
(c) |
bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna f’konformità mal-Artikolu 57, il-punt (f), ta’ dak ir-Regolament minħabba proprjetajiet ta’ tfixkil tas-sistema endokrinali. |
(6)
Il-koformulant huwa identifikat bħala wieħed bi proprjetajiet ta’ tfixkil tas-sistema endokrinali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012.
(7)
Ġiet adottata deċiżjoni biex il-koformulant ma jiġix approvat bħala sustanza attiva għall-prodotti tat-tip 6 skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012.
(8)
Ġiet adottata deċiżjoni biex il-koformulant jiġi approvat bħala sustanza attiva skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 b’restrizzjonijiet li huma rilevanti għall-użi bħala koformulant fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.
(9)
L-użu ta’ sustanza bħala koformulant fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huwa inkluż fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif ristrett għall-użu fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.
(10)
Il-koformulant ma jaqa’ taħt l-ebda wieħed mill-punti 1 sa 9, iżda, wara li jitqiesu l-kundizzjonijiet realistiċi tal-użu u l-prattika tajba tal-protezzjoni tal-pjanti, ma jikkonformax ma’ wieħed mill-kriterji għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi kif previst fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, meta jintuża bħala koformulant fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.
DEĊIŻJONIJIET
|
14.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 75/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/575
tad-9 ta’ Marzu 2023
li tawtorizza lill-Polonja biex tirratifika, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-emenda għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Merluzz tal-Alaska fiż-żona ċentrali tal-Baħar ta’ Bering
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni hija Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 (2), li tirrikjedi li l-membri kollha tal-komunità internazzjonali jikkooperaw fil-konservazzjoni u fil-ġestjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. |
|
(2) |
L-Unjoni hija wkoll Parti Kontraenti tal-Ftehim għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 li għandhom x'jaqsmu mal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-stokks tal-ħut fuq iż-żewġ naħat tal-istess żona u l-istokks tal-ħut li jpassi bil-qawwi (3). |
|
(3) |
L-Unjoni għandha kompetenza esklużiva fil-qasam tal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar skont il-Politika Komuni tas-Sajd. Is-setgħat mogħtija lill-Unjoni fil-livell intern jinkludu wkoll is-setgħa tal-Unjoni li tikkoopera f'organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż fil-qafas ta' organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd. |
|
(4) |
Il-Polonja hija Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Merluzz tal-Alaska fiż-żona ċentrali tal-Baħar ta’ Bering (il-“Konvenzjoni”). L-Unjoni mhijiex parti għall-Konvenzjoni. Bis-saħħa tal-Artikolu 6(9) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 , mid-data tal-adeżjoni, il-ftehimiet dwar is-sajd konklużi mill-Istati Membri aderenti ma' pajjiżi terzi jiġu ġestiti mill-Unjoni. Jenħtieġ għalhekk li l-Unjoni timplimenta fl-ordni legali tagħha kwalunkwe deċiżjoni stabbilita taħt il-Konvenzjoni. |
|
(5) |
Huwa fl-interess tal-Unjoni li taqdi rwol effikaċi fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni. Tali azzjoni tippromwovi wkoll il-konsistenza fl-approċċ tal-Unjoni rigward il-konservazzjoni fl-oċeani kollha u ssaħħaħ l-impenn tagħha lejn il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli fit-tul tar-riżorsi tas-sajd fil-livell globali. |
|
(6) |
Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-11 ta' April 2016 il-Kunsill awtorizza lill-Polonja biex tinnegozja, fl-interess tal-Unjoni, emenda għall-Konvenzjoni li tippermetti l-parteċipazzjoni tal-Unjoni bħala parti sħiħa għall-Konvenzjoni. Għal dan il-għan, il-Polonja kellha tipproponi emenda għall-Konvenzjoni sabiex tippermetti l-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika u sabiex l-Unjoni tkun tista' ssir parti għall-Konvenzjoni. |
|
(7) |
F’ Ottubru 2016, il-Polonja pproponiet tali emenda għall-Konvenzjoni lid-Depożitarju tal-Konvenzjoni. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Polonja tiġi awtorizzata tirratifika l-emenda għall-Konvenzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Polonja hija b'dan awtorizzata tirratifika, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-emenda għall-Artikolu XVI.4 tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Merluzz tal-Alaska fiż-żona ċentrali tal-Baħar ta’ Bering li tippermetti lill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika jsiru parti għal dik il-Konvenzjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
G. STRÖMMER
(1) Approvazzjoni tal-15 ta’ Frar 2023 (għada mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta' Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1994 li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE tat-8 ta' Ġunju 1998 dwar ir-ratifika mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim sabiex jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 li għandha x'taqsam mal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-stokk tal-ħut fuq iż-żewġ naħat tal-istess żona u l-istokks tal-ħut li jpassi bil-qawwi (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 14).
|
14.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 75/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/576
tad-9 ta’ Marzu 2023
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt u l-kontinwazzjoni tal-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (1) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat mill-Unjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1158 (2) u ġie applikat b’mod provviżorju mid-29 ta’ Ġunju 2022. |
|
(2) |
L-Artikolu 7(1) tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt biex jissorvelja u jimmonitorja l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim u jirrieżamina perjodikament il-funzjonament tiegħu fid-dawl tal-objettivi tiegħu. |
|
(3) |
L-Artikolu 7(6) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt irrid jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim, jenħtieġ li r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt jiġu adottati. |
|
(4) |
Kif stabbilit fl-Artikolu 6(1) tal-Ftehim, il-Ftehim għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2023. Madankollu, il-Kumitat Konġunt għandu jitlaqqa’ sa mhux aktar tard minn 3 xhur qabel l-iskadenza tal-Ftehim, biex jivvaluta u jiddeċiedi l-ħtieġa għall-kontinwazzjoni ta’ dan il-Ftehim. |
|
(5) |
Sabiex kemm l-Unjoni kif ukoll l-Ukrajna jkomplu jibbenefikaw mill-effetti pożittivi tal-Ftehim dwar l-iffaċilitar tat-trasport tal-merkanzija bit-triq bejn u permezz tal-Ukrajna u l-Unjoni u dwar l-iżgurar ta’ korsiji ta’ solidarjetà li jiffunzjonaw tajjeb fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li dan jiġi estiż sat-30 ta’ Ġunju 2024. |
|
(6) |
Il-Kumitat Konġunt irrid jadotta deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-regoli ta’ proċedura tiegħu u dwar il-ħtieġa għall-kontinwazzjoni tal-Ftehim, inkluż id-durata tiegħu. |
|
(7) |
Għalhekk jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt dwar l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura u l-kontinwazzjoni tal-Ftehim, peress li d-deċiżjonijiet tiegħu se jkunu vinkolanti fuq l-Unjoni. |
|
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjonijiet mehmuża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 7 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (“il-Ftehim”) fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu u l-kontinwazzjoni tal-Ftehim, inkluż id-durata tiegħu, għandhom ikunu bbażati fuq l-abbozz ta’ Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jistgħu jaqblu ma’ tibdiliet minuri fl-abbozz ta’ Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
G. STRÖMMER
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1158 tas-27 ta’ Ġunju 2022 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (ĠU L 179, 6.7.2022, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI NRU 1/2023 TAL-KUMITAT KONĠUNT stabbilit bil-Ftehem bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq,
ta' …
fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(6) tiegħu,
Billi skont l-Artikolu 7(6) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (‘il-Ftehim’), il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Ir-Regoli ta’ Proċedura kif stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ għalhekk li jiġu adottati,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Regoli ta’ Proċedura
Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt, kif stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan adottati.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi ….,
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kopresidenti
ANNESS
REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUMITAT KONĠUNT
Artikolu 1
Kapijiet tad-delegazzjoni
1. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet. Kull Parti għandha taħtar il-Kap u, fejn hu meħtieġ, Viċi Kap tad-delegazzjoni tagħha. Il-Kap tad-Delegazzjoni jista’ jiġi sostitwit mill-Viċi Kap jew minn persuna ddeżinjata għal laqgħa partikolari.
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun presedut b’rotazzjoni minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea u rappreżentant tal-Ukrajna. Il-Kap tad-delegazzjoni rilevanti, jew fin-nuqqas ta’ dik il-persuna, il-Viċi Kap jew il-persuna ddeżinjata biex tissostitwixxihom għandhom jaġixxu bħala president.
Artikolu 2
Laqgħat
1. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ kif u meta jkun meħtieġ. Kwalunkwe Parti tista’ titlob li tissejjaħ laqgħa. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ wkoll sa mhux aktar tard minn 3 xhur qabel l-iskadenza tal-Ftehim, sabiex jivvaluta u jiddeċiedi l-ħtieġa għall-kontinwazzjoni tal-Ftehim f’konformità mal-Artikolu 6(2) tiegħu.
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jorganizza laqgħat wiċċ imb wiċċ jew permezz ta’ mezzi oħra (eż. konferenzi telefoniċi jew vidjokonferenzi).
3. Il-laqgħat għandhom isiru, kemm jista’ jkun, b’mod alternat fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u fl-Ukrajna, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet.
4. Il-lingwa ta’ ħidma għandha tkun l-Ingliż.
5. Ladarba l-Partijiet ikunu qablu dwar id-data u l-post tal-laqgħat, il-laqgħat għandhom jissejħu mill-Kummissjoni Ewropea għall-Unjoni Ewropea u mill-Ministeru inkarigat mit-trasport bit-triq għall-Ukrajna.
6. Sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ma għandhomx ikunu pubbliċi. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tiġi abbozzata stqarrija għall-istampa bi ftehim reċiproku fi tmiem il-laqgħa.
Artikolu 3
Delegazzjonijiet
1. Qabel kull laqgħa, il-Kapijiet ta’ Delegazzjoni għandhom jinformaw lil xulxin dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet tagħhom għal-laqgħa.
2. Ir-rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati tal-industrija tat-trasport bit-triq jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat jew partijiet mil-laqgħat bħala osservaturi, jekk il-Kumitat Konġunt ikun jaqbel b’konsensus li jsir hekk.
3. Jekk ikun hemm qbil dwar dan b’konsensus, il-Kumitat Konġunt jista’ jistieden lil partijiet interessati jew lil esperti oħra biex jattendu l-laqgħat jew partijiet minnhom sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġetti partikolari.
4. L-osservaturi ma għandhomx jieħdu sehem fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt.
Artikolu 4
Segretarjat
L-uffiċjal tas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea u l-uffiċjal tal-Ministeru inkarigat mit-trasport bit-triq tal-Ukrajna għandhom jaġixxu b’mod konġunt bħala segretarji tal-Kumitat Konġunt.
Artikolu 5
Aġenda tal-laqgħat
1. Il-Kapijiet ta’ Delegazzjoni għandhom jistabbilixxu l-aġenda proviżorja ta’ kull laqgħa bi ftehim reċiproku. L-aġenda proviżorja għandha tintbagħat mis-segretarji lill-membri tad-delegazzjonijiet mhux iktar tard minn 15-il jum qabel id-data tal-laqgħa.
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa. Punti oħra minbarra dawk li jkunu jidhru fl-aġenda proviżorja jistgħu jiġu inklużi fl-aġenda jekk il-Kumitat Konġunt jaqbel li jsir hekk.
3. Il-Kapijiet tad-Delegazzjoni jistgħu jqassru l-limitu ta’ żmien speċifikat fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu r-rekwiżiti jew l-urġenza ta’ kwistjoni partikolari.
Artikolu 6
Minuti
1. Wara kull laqgħa, tal-Kumitat Konġunt għandhom jitfasslu abbozzi tal-minuti ta’ kull laqgħa. Dawn għandhom jindikaw il-punti diskussi u d-deċiżjonijiet adottati.
2. Fi żmien xahar wara l-laqgħa, l-abbozz tal-minuti għandu jintbagħat mill-Kap tad-Delegazzjoni ospitanti lill-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor, permezz tas-segretarji tal-Kumitat Konġunt, għall-approvazzjoni permezz ta’ proċedura bil-miktub.
3. Meta jiġu approvati, il-minuti għandhom jiġu ffirmati f’duplikati mill-Kapijiet tad-Delegazzjoni u għandha tiġi ppreżentata kopja oriġinali waħda minn kull waħda mill-Partijiet. Il-Kapijiet ta’ Delegazzjoni jistgħu jiddeċiedu li l-iffirmar u l-iskambju ta’ kopji elettroniċi jissodisfaw dan ir-rekwiżit.
4. Il-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu pubbliċi sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor minn waħda mill-Partijiet.
5. Il-Kapijiet tad-Delegazzjoni jistgħu jqassru l-limitu ta’ żmien speċifikat fil-paragrafu 2 u jaqblu dwar data fir-rigward tal-approvazzjoni speċifikata fil-paragrafu 3 sabiex jitqiesu r-rekwiżiti jew l-urġenza ta’ kwistjoni partikolari.
Artikolu 7
Proċedura bil-miktub
Fejn meħtieġ u debitament motivat, id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt jistgħu jiġu adottati permezz ta’ proċedura bil-miktub. Għal dak il-għan, il-Kapijiet tad-Delegazzjoni għandhom jiskambjaw l-abbozz tal-miżuri li dwarhom tintalab d-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, li mbagħad jistgħu jiġu kkonfermati permezz ta’ skambju ta’ korrispondenza. Madankollu, kwalunkwe Parti tista’ titlob li l-Kumitat Konġunt jitlaqqa’ biex tiġi diskussa l-kwistjoni.
Artikolu 8
Deliberazzjonijiet
1. Il-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta’ konsensus tal-Partijiet.
2. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandu jkollhom it-titolu “Deċiżjoni” segwit b’numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni tagħhom u deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom.
3. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu ffirmati mill-Kapijiet tad-Delegazzjoni u għandhom jiġu mehmuża mal-minuti.
4. Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt għandhom jiġu implimentati mill-Partijiet f’konformità mal-proċeduri interni tagħhom stess.
5. Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt jistgħu jiġu ppubblikati mill-Partijiet fil-pubblikazzjonijiet uffiċjali rispettivi tagħhom. Kopja oriġinali waħda tad-deċiżjonijiet għandha tintbagħat minn kull waħda mill-Partijiet.
Artikolu 9
Gruppi ta’ Ħidma
1. Il-Kumitat Konġunt jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma biex jassistu lill-Kumitat Konġunt fit-twettiq ta’ dmirijietu. It-termini ta’ referenza għal grupp ta’ ħidma għandhom jiġu approvati mill-Kumitat Konġunt f’konformità mal-Artikolu 7(5) tal-Ftehim u għandhom jiġu inklużi f’anness tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-grupp ta’ ħidma.
2. Il-gruppi ta’ ħidma għandhom ikunu magħmula minn rappreżentanti tal-Partijiet.
3. Il-grupp ta’ ħidma għandhom jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat Konġunt, u għandhom jipprovdulu rapport wara kull laqgħa li jkollhom. Dawn ma għandhomx jieħdu deċiżjonijiet, iżda jistgħu jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Konġunt.
4. Fi kwalunkwe ħin, il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jabolixxi gruppi ta’ ħidma eżistenti, li jimmodifika t-termini ta’ referenza tagħhom jew li jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma ġodda biex jgħinuh fit-twettiq ta’ dmirijietu.
Artikolu 10
Spejjeż
1. Kull waħda mill-Partijiet għandha tħallas l-ispejjeż relatati mal-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt u tal-gruppi ta’ ħidma, kemm fir-rigward tal-persunal, tal-ivvjaġġar u tan-nefqa ta’ sussistenza kif ukoll tal-kostijiet tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.
2. Kwalunkwe nefqa oħra relatata mal-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.
Artikolu 11
Emenda għar-Regoli ta’ Proċedura
Fi kwalunkwe ħin, il-Kumitat Konġunt jista’ jemenda dawn ir-Regoli ta’ Proċedura permezz ta’ deċiżjoni meħuda f’konformità mal-Artikolu 7(5) ta’ dan il-Ftehim.
|
14.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 75/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/577
tat-13 ta’ Marzu 2023
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1), 41(2), 42(4) u 30(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, bl-appoġġ tal-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill qabel li l-limitu massimu finanzjarju ġenerali tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (il-“Faċilità”) jenħtieġ li jiżdied b’EUR 2 000 miljun (fi prezzijiet tal-2018) matul is-snin bejn l-2024 u l-2027. L-implimentazzjoni ta’ din iż-żieda għandha tirrispetta l-limitu massimu għall-pagamenti miftiehma għall-2023. Il-Kunsill irrikonoxxa wkoll li l-evoluzzjoni tal-ambjent tas-sigurtà internazzjonali tista’ tagħmel meħtieġa aktar żidiet tal-limitu massimu finanzjarju ġenerali tal-Faċilità sal-2027. Kwalunkwe żieda oħra għandha tiġi deċiża mill-Kunsill li jaġixxi b’mod unanimu u għandha tiġi stabbilita f’emenda tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 (1). Iż-żieda globali totali tal-limitu massimu finanzjarju tal-Faċilità sal-2027 għandha ma taqbiżx EUR 5 500 miljun (fi prezzijiet tal-2018). |
|
(2) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill Ewropew tenna d-dimensjoni globali tal-Faċilità u laqa’ l-ftehim fil-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2022 biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja tagħha. |
|
(3) |
Il-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża, approvata mill-Kunsill fil-21 ta’ Marzu 2022, tappella għal valutazzjoni mill-ġdid sal-2023 tal-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjoni tal-ispejjeż komuni biex tissaħħaħ is-solidarjetà u tiġi stimulata l-parteċipazzjoni f’missjonijiet u operazzjonijiet militari, kif ukoll tal-ispejjeż relatati mal-eżerċizzji, anke fid-dawl ta’ proposti rigward il-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE. Il-finanzjament tal-ispejjeż eliġibbli tal-Eżerċizzju Militari tal-UE ta’ Maniġġar ta’ Kriżijiet 2023 (MILEX 23), b’ammont sa EUR 5 000 000, huwa mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet futuri rigward il-finanzjament ta’ spejjeż komuni. |
|
(4) |
L-esperjenza miksuba sa mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 tagħmilha neċessarja li tiġi introdotta aktar flessibbiltà fil-ġbir u l-użu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri u fl-użu tagħhom mill-Faċilità, b’mod partikolari billi jippermettu li jiġu riċevuti u użati kontribuzzjonijiet bil-quddiem. Il-kontribuzzjonijiet li Stat Membru jagħżel li jħallas bil-quddiem ma jaffettwawx l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet dovuti minn dak l-Istat Membru jew minn Stati Membri oħra, jew il-kapaċità tal-Faċilità li tilħaq l-għanijiet tagħha. Tali kontribuzzjonijiet bil-quddiem ma jistgħux jiġu allokati għal xi skop speċifiku.. |
|
(5) |
Barra minn hekk, huwa neċessarju li tiġi introdotta aktar flessibbiltà billi jiġi estiż l-użu ta’ finanzjament bikri għal miżuri ta’ assistenza soġġetti għall-awtorizzazzjoni mill-Kumitat tal-Faċilità. Kontribuzzjonijiet għal finanzjament bikri minn Stat Membru ma jintużawx biex jiffinanzjaw miżuri ta’ assistenza li minnhom dak l-Istat Membru jastjeni f’konformità mal-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 jenħtieġ għalhekk li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 hija emendata kif ġej:
|
1. |
fl--Artikolu 2, paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-limitu finanzjarju massimu għall-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-perjodu 2021–2027 għandu jkun ta’ EUR 7 979 000 000 fi prezzijiet attwali.” |
|
2. |
fl- Artikolu 4, jiżdied il-punt li ġej:
|
|
3. |
fl-Artikolu 17, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “3a. B’deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, kull amministratur jista’ jipproponi lill-Kumitat li jdaħħal fit-titoli tal-baġit taħt ir-responsabbiltà tiegħu għal sena partikolari approprjazzjonijiet ta’ impenn addizzjonali relatati ma’ pagamenti ffinanzjati b’kontribuzzjonijiet bil-quddiem, kif imsemmi fl-Artikolu 29(15), biex ikopru ħtiġijiet ta’ implimentazzjoni mhux previsti. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn addizzjonali mdaħħla fil-baġit għandhom jitnaqqsu mil-limiti massimi finanzjarji annwali fis-snin futuri.” |
|
4. |
fl-Artikolu 26, il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “8. Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri fi kwalunkwe sena partikolari ma għandhomx jaqbżu s-sehem rispettiv tagħhom tal-limitu massimu ta’ pagament imsemmi fl-Artikolu 25(2). Dan il-limitu ma għandux japplika għal kontribuzzjonijiet addizzjonali skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu li jirriżultaw minn astensjonijiet minn miżuri ta’ assistenza, jew għal kontribuzzjonijiet bil-quddiem kif imsemmija fl-Artikolu 29(15).” |
|
5. |
l-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 28 Finanzjament bikri 1. Il-Faċilità għandu jkollha sistema ta’ depożitu minimu li tipprovdi finanzjament bikri għall-operazzjonijiet ta’ rispons rapidu, miżuri urġenti tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 58 u, soġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel mill-Kumitat, għal miżuri ta’ assistenza individwali, fejn ma jkunux disponibbli fondi suffiċjenti u fejn il-proċedura ordinarja għall-ġbir ta’ kontribuzzjonijiet ma tkunx tippermetti li dawk il-ħtiġijiet jiġu ssodisfati fi żmien opportun. Id-depożiti minimi għandhom jiġu amministrati minn kull amministratur rispettivament. 2. L-ammont tad-depożiti minimi għandu jiġi deċiż, u rivedut kif meħtieġ, mill-Kumitat, wara proposti mill-amministratur. 3. Għall-fini tal-finanzjament bikri tad-depożiti minimi, l-Istati Membri għandhom jew:
|
|
6. |
fl-Artikolu 29, il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “9. Kwalunkwe parti użata mill-kontribuzzjonijiet bil-quddiem għad-depożiti minimi għandha tiġi fornuta mill-ġdid billi tiżdied il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri rilevanti fis-sejħa ordinarja li jmiss għal kontribuzzjonijiet, sakemm ma jkunux reġgħu fornew il-kontribuzzjoni tagħhom minn qabel. Jekk ikun hemm il-ħtieġa li jsir rikors għad-depożitu minimu u sadanittant l-Istati Membri kkonċernati ma jkunux reġgħu fornew il-kontribuzzjoni tagħhom, huma għandhom iħallsu l-ammont meħtieġ, jekk ikun hemm, fi żmien għaxart ijiem, skont l-Artikolu 28(3), il-punt (b).” |
|
7. |
fl-Artikolu 29, jiżdied il-paragrafu li ġej: “15. Minbarra l-pagamenti magħmula wara sejħa għal kontribuzzjonijiet maħruġa f’konformità ma’ dan l-Artikolu, Stat Membru, fuq bażi volontarja u f’koordinazzjoni mal-amministratur responsabbli, jista’ jħallas kontribuzzjonijiet bil-quddiem f’sena finanzjarja partikolari. F’każ bħal dan, l-Istat Membru li pprovda l-kontribuzzjoni bil-quddiem għandu jindika f’koordinazzjoni mal-amministratur responsabbli s-snin finanzjarji li fir-rigward tagħhom dak l-ammont jitnaqqas mill-kontribuzzjonijiet futuri tiegħu.” |
|
8. |
fl-Artikolu 73, jiżdied il-paragrafu li ġej: “9. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-Eżerċizzju Militari tal-UE ta’ Maniġġar ta’ Kriżijiet 2023 (MILEX 23) għandu jkun ta’ EUR 5 000 000. Minbarra l-ispejjeż komuni eliġibbli għall-eżerċizzji skont l-Artikolu 45, l-ispejjeż inkrementali li ġejjin imġarrba għall-għoti ta’ appoġġ lill-kwartieri ġenerali u l-forzi li jipparteċipaw fl-eżerċizzju għandhom eċċezzjonalment ikunu eliġibbli għal dak l-eżerċizzju:
|
|
9. |
l-Anness I huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS I LIMITI MASSIMI FINANZJARJI ANNWALI L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati fil-limiti tal-ammonti li ġejjin, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17(3) u (3a) u soġġett għall-Artikolu 73(2): Prezzijiet kurrenti f’miljuni ta’ euro
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PEHRSON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14).
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
14.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 75/26 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2022 TAL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT GĦAT-TRASPORT BIT-TRIQ STABBILIT BIL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA
tal-21 ta’ Novembru 2022
dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u proċedurali tal-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) mir-Renju Unit, il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-kooperazzjoni amministrattiva skont l-Artikolu 6 tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u l-ammont u l-modalitajiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha ssir mir-Renju Unit lill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-kost iġġenerat mill-użu tiegħu tal-IMI [2023/578]
IL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT GĦAT-TRASPORT BIT-TRIQ,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) u (6) tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Kif stabbilit fl-Artikolu 6(1), il-punt (a), tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, operatur stabbilit fil-Parti l-oħra għandu jippreżenta dikjarazzjoni ta’ stazzjonar lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, tal-Istat Membru li fih jiġi stazzjonat is-sewwieq, billi mit-2 ta’ Frar 2022 jużaw formola standard multilingwi tal-interfaċċa pubblika konnessa mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Awtorità kompetenti tista’ tkun kwalunkwe korp stabbilit fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali u rreġistrat fl-IMI b’responsabbiltajiet speċifiċi marbuta mal-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali. |
|
(2) |
Kif stabbilit fl-Artikolu 6(1), il-punt (c), tat-tieni subparagrafu, tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, l-IMI tippermetti wkoll li jsiru talbiet għall-assistenza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti ta’ stabbiliment jew, fil-każ tal-Unjoni, tal-Istat Membru ta’ stabbiliment, jekk l-operatur jonqos milli jippreżenta d-dokumentazzjoni mitluba fi żmien tmien ġimgħat mid-data tat-talba. |
|
(3) |
Huwa possibbli għal pajjiżi terzi li jużaw l-IMI jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012, u diment li l-pajjiż terz li jingħata aċċess għall-IMI jipparteċipa fil-kostijiet operattivi tal-IMI. |
|
(4) |
Kif stabbilit fl-Artikolu 7(5) tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq għandu jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u proċedurali tal-użu tal-IMI mir-Renju Unit. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet huma neċessarji sabiex jippermettu l-konnessjoni tal-operaturi tat-toroq u tal-awtoritajiet kompetenti mal-IMI, u b’hekk l-operaturi jkunu jistgħu jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet ta’ stazzjonar tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-kooperazzjoni amministrattiva deskritta fil-premessi 1 u 2. L-Unjoni implimentat dawk l-ispeċifikazzjonijiet permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2179 (3). |
|
(5) |
Kif stabbilit fl-Artikolu 7(6) tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, kull Parti għandha tipparteċipa fil-kostijiet operattivi tal-IMI. Il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq għandu jiddetermina l-kostijiet li għandhom jiġġarbu minn kull Parti. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu ddeterminati l-ammont u l-modalitajiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha ssir mir-Renju Unit għall-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-kost iġġenerat mill-użu tiegħu tal-IMI. Il-kontribuzzjoni finanzjarja se tikkonsisti minn żewġ partijiet: il-kostijiet annwali tal-manutenzjoni (kontribuzzjoni annwali) u l-kostijiet tal-iżvilupp (pagament ta’ darba), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Funzjonalitajiet ġenerali
1. L-Unjoni għandha tiżgura li l-interfaċċa pubblika multilingwi konnessa mal-IMI tipprevedi, b’mod partikolari, il-funzjonalitajiet tekniċi li ġejjin għall-operaturi tar-Renju Unit:
|
(a) |
il-ħolqien ta’ kont għal aċċess sigur għaż-żona riżervata tal-operatur; |
|
(b) |
l-iżgurar ta’ lloggjar xieraq tal-attività tal-utent; |
|
(c) |
ir-reġistrazzjoni fil-kont tad-dettalji tal-operatur, tal-utenti awtorizzati, tal-maniġer tat-trasport u tas-sewwieqa stazzjonati; |
|
(d) |
il-ġestjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-istazzjonar:
|
|
(e) |
ir-riċeviment u r-rispons tat-talbiet għad-dokumentazzjoni skont l-Artikolu 6(1), il-punt (c), tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; |
|
(f) |
l-aċċess u l-wiri ta’ kwalunkwe dokument ipprovdut mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta’ stabbiliment; |
|
(g) |
il-komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat fejn ikun sar l-istazzjonar; |
|
(h) |
l-informazzjoni dwar l-għeluq tat-talba mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti. |
2. L-Unjoni għandha tiżgura li l-interfaċċa pubblika multilingwi konnessa mal-IMI tipprovdi wkoll il-funzjonalitajiet tekniċi li jippermettu lil awtorità kompetenti waħda jew iktar tar-Renju Unit:
|
(a) |
tirċievi/jirċievu d-dikjarazzjonijiet tal-istazzjonar; |
|
(b) |
titlob/jitolbu (i)d-dokumenti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6(1), il-punt (c), tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; |
|
(c) |
iddaħħal/idaħħlu fis-sistema l-eżitu finali tal-valutazzjoni tal-konformità tal-operatur mar-regoli dwar l-istazzjonar, u tagħlaq/jagħlqu (i)t-talba fl-IMI. |
3. L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għandhom ikunu kwalunkwe korp stabbilit fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali u rreġistrat fl-IMI b’responsabbiltajiet speċifiċi marbuta mal-applikazzjoni tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għandhom jiġu rreġistrati fl-IMI mill-punt ta’ kuntatt tal-IMI tar-Renju Unit imsemmi fl-Artikolu 4(2) ta’ din id-Deċiżjoni.
4. L-Unjoni għandha tkun intitolata twaqqaf l-aċċess tar-Renju Unit għall-IMI jekk ir-Renju Unit ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012.
Artikolu 2
Funzjonalitajiet relatati ma’ talbiet għal dokumenti
1. L-interfaċċa pubblika għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti tal-Istat, fejn ikun seħħ l-istazzjonar, titlob lill-operatur jibgħat id-dokumenti stabbiliti fl-Artikolu 6(1), il-punt (c), l-ewwel subparagrafu, tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, għal perjodu li jkopri sat-12-il xahar ta’ qabel id-data tat-talba. L-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI għandha tippermetti lill-operatur jipprovdi d-dokumenti mitluba fi stadju wieħed jew iktar.
2. Fil-każ li l-operatur jintalab jipprovdi dokument addizzjonali wieħed jew iktar li ma kinux inklużi fit-talba msemmija fil-paragrafu 1, l-interfaċċa pubblika għandha tikkalkula l-perjodu ta’ tmien ġimgħat biex jiġu pprovduti d-dokumenti mid-data tat-talba għad-dokument(i) addizzjonali.
3. L-interfaċċa pubblika għandha tippermetti li l-operatur jiġi infurmat f’każijiet fejn l-Istat ospitanti jitlob l-assistenza tal-Istat ta’ stabbiliment.
4. Kwalunkwe dokument imtella’ mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ stabbiliment, wara talba għall-assistenza magħmula mill-awtorità kompetenti tal-Istat ospitanti, skont l-Artikolu 6(1), il-punt (c), it-tieni sottoparagrafu, tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, għandu jkun viżibbli fil-kont tal-operatur.
5. L-interfaċċa pubblika għandha tippermetti lill-operatur jiġi nnotifikat dwar l-għeluq tat-talba għal dokumenti b’indikazzjoni tal-eżitu finali, ladarba d-dokumenti mitluba jkunu ġew ivverifikati mill-awtoritajiet kompetenti.
6. Talbiet għal dokumenti li ma jkunux ingħalqu mill-awtorità kompetenti rikjedenti tal-Istat ospitanti għandhom jingħalqu awtomatikament 24 xahar wara d-data tat-talba.
Artikolu 3
Funzjonalitajiet relatati maż-żamma tad- data
1. L-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI għandha tippermetti t-tħassir tad-data kollha maħżuna f’dik l-interfaċċa pubblika u l-kontijiet tal-operaturi meta dik id-data ma tkunx għadha meħtieġa għall-iskopijiet li għalihom kienet inġabret u ġiet ipproċessata. L-interfaċċa pubblika għandha tippermetti li tintbagħat tfakkira lill-operatur biex jirrieżamina u jħassar, meta jkun meħtieġ, id-data personali tas-sewwieq.
2. L-interfaċċa pubblika għandha tippermetti t-tħassir awtomatiku tad-dikjarazzjonijiet tal-istazzjonar, li jkunu ġew ippreżentati permezz ta’ dik l-interfaċċa pubblika wara l-perjodu ta’ 24 xahar imsemmi fl-Artikolu 6(5) tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.
3. Meta d-dokumenti jkunu ġew ippreżentati mill-operatur bħala parti minn talba għal dokumenti, id-dokumenti mitluba għandhom jibqgħu disponibbli għal mhux iktar milli jkun meħtieġ għall-iskopijiet li għalihom ikunu nġabru u mhux iktar tard minn 12-il xahar wara l-għeluq tat-talba.
Artikolu 4
L-użu tal-IMI
1. Ir-Renju Unit għandu juża l-IMI stabbilita bir-Regolament IMI għal skambji ta’ informazzjoni, inkluż ta’ data personali, mal-awtoritajiet kompetenti.
2. Ir-Renju Unit għandu jaħtar punt ta’ kuntatt tal-IMI għall-iskopijiet tal-kooperazzjoni amministrattiva stabbilita fl-Artikolu 2 u għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq dwar dan.
Artikolu 5
L-ammont u l-modalitajiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Renju Unit
1. Ir-Renju Unit għandu jikkontribwixxi kull sena għall-kostijiet operattivi u ta’ manutenzjoni tal-IMI. Il-kontribuzzjoni annwali għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Għall-ewwel sena għandha titħallas fi żmien 20 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Għas-snin ta’ wara għandha titħallas sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel. L-ammont tal-kontribuzzjoni għall-ewwel sena għandu jkun iffissat għal EUR 86 204 u għandu jiġi rivedut skont l-iżvilupp tal-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) kull sena minn hemm ’il quddiem. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkomunika l-ammont rivedut lir-Renju Unit bil-miktub.
2. Ir-Renju Unit għandu jikkontribwixxi għall-kostijiet kumplessivi tal-iżvilupp tal-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI. Din il-kontribuzzjoni għandha tingħata darba u hija ammont fiss ta’ EUR 232 835. Il-kost tal-iżvilupp ta’ darba għandu jitħallas fi żmien 20 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
3. Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jitħallsu bl-euro fil-kont bankarju denominat bl-euro tal-Kummissjoni indikat fin-nota ta’ debitu.
4. F’każ ta’ bidla sostanzjali fil-kost kumplessiv tal-IMI, minħabba adattamenti teknoloġiċi jew għal raġunijiet oħra, il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq għandu jadotta deċiżjoni ġdida dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Renju Unit, fuq talba ta’ wieħed mill-Kopresidenti tal-Kumitat.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul f’Londra, il-21 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq
Il-Kopresidenti
Jean-Louis COLSON
Katherine MACDIVITT
(1) ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2179 tad-9 ta’ Diċembru 2021 dwar il-funzjonalitajiet tal-interfaċċa pubblika konnessa mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq (ĠU L 443, 10.12.2021, p. 68).