ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/543 tad-9 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 fir-rigward tal-allokazzjoni lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura tat-tiġdid, tal-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi bejn il-31 ta’ Jannar 2029 u l-1 ta’ Ottubru 2035 ( 1 ) |
|
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2023/544 tas-16 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet għall-użu taċ-ċomb fil-ligi tal-aluminju għal skopijiet ta’ xogħol bil-magni, fil-ligi tar-ram u f’ċerti batteriji ( 1 ) |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
* |
||
|
|
REGOLI TA' PROĊEDURA |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/543
tad-9 ta’ Marzu 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 fir-rigward tal-allokazzjoni lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura tat-tiġdid, tal-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi bejn il-31 ta’ Jannar 2029 u l-1 ta’ Ottubru 2035
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 (2) jalloka l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi lil Stat Membru relatur u lil Stat Membru korelatur, għall-finijiet tal-proċedura tat-tiġdid. Billi l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi bejn l-31 ta’ Jannar 2029 u l-1 ta’ Ottubru 2035 għadha ma ġietx allokata lil Stat Membru relatur jew lil Stat Membru korelatur, jixraq li din l-allokazzjoni ssir. |
(2) |
Jenħtieġ li dik l-allokazzjoni ssir b’tali mod li jiżgura bilanċ bejn l-Istati Membri fir-rigward tad-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u tax-xogħol. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 tas-26 ta’ Lulju 2012, li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta’ tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 5).
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012, tiżdied din il-Parti E:
“PARTI E
L-allokazzjoni tal-evalwazzjoni ta’ sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi bejn il-31 ta’ Jannar 2029 u l-1 ta’ Ottubru 2035
Sustanza attiva |
Stat Membru Relatur |
Stat Membru Korelatur |
1-metilċiklopropen |
DE |
EL |
2,4-D |
DE |
EL |
2,4-DB |
EL |
IE |
ABE-IT 56 |
FR |
PT |
Aċetamiprid |
DE |
ES |
Aċibenżolar-S-metil |
ES |
BE |
Ampelomyces quisqualis razza AQ10 |
SE |
NL |
Bacillus amyloliquefaciens razza FZB24 |
DE |
AT |
Bacillus subtilis razza IAB/BS03 |
ES |
AT |
Beauveria bassiana razza 203 |
DK |
NL |
Beauveria bassiana razza IMI389521 |
SE |
NL |
Beauveria bassiana razza PPRI 5339 |
SE |
NL |
Aċidu benżojku |
HU |
CZ |
Karfentrażon-etil |
FR |
DE |
Karvon |
IT |
NL |
Cerevisane |
ES |
DE |
Clonostachys rosea razza J1446 |
HU |
AT |
Coniothyrium minitans razza CON/M/91-08 |
AT |
EE |
COS-OGA |
FR |
HR |
Ċjalofop-butil |
CZ |
BE |
Ċipermetrina |
CZ |
DE |
Dimetenammid-P |
BE |
DE |
Etofumesat |
AT |
FI |
Feneżammid |
BE |
CZ |
Fosfat ferriku |
PL |
DK |
Pirofosfat ferriku |
CZ |
FR |
Flażasulfuron |
ES |
PL |
Florasulam |
CZ |
FR |
Florpirawksifen-benżil |
FR |
IT |
Flutjanil |
DE |
EL |
Foramsulfuron |
FR |
SK |
Forklorfenuron |
ES |
BE |
Jodosulfuron |
BE |
FR |
Iprovalikarb |
SE |
LV |
Isaria fumosorosea razza Apopka 97 |
NL |
AT |
Isossaflutol |
SE |
BE |
Laminarina |
EL |
FR |
Lavandulil seneċjoat |
SE |
NL |
Idrażid malejku |
SI |
IT |
Mefentriflukonażol |
ES |
FR |
Meżosulfuron |
PL |
SE |
Meżotrion |
NL |
SK |
Metalassil-M |
DE |
EL |
L-iżolat Ħafif VC 1 tal-Virus tal-Mużajk tal-Pepino |
FR |
DE |
L-iżolat Ħafif VX 1 tal-Virus tal-Mużajk tal-Pepino |
FR |
DE |
Pasteuria nishizawae Pn1 |
NL |
DK |
Virus Pepino mosaic razza CH2 iżolat 1906 |
FI |
BE |
Petossammid |
AT |
FR |
Phlebiopsis gigantea razza FOC PG 410.3 |
EE |
FI |
Phlebiopsis gigantea razza VRA 1835 |
EE |
FI |
Phlebiopsis gigantea razza VRA 1984 |
EE |
FI |
Pikolinafen |
LT |
IT |
Propossikarbażon |
SE |
BE |
Piraflufen-etil |
DE |
FR |
Piridat |
AT |
DE |
Piriprossifen |
ES |
BE |
Saccharomyces cerevisiae razza LAS02 |
EL |
AT |
Siltijofam |
NL |
IE |
Idroġenukarbonat tas-sodju |
AT |
FR |
Sulfosulfuron |
IE |
SE |
Tijabendażol |
NO |
ES |
Tifensulfuron-metil |
FR |
DK |
Tolklofos-metil |
FI |
SE |
Tribenuron |
FR |
SE |
Trichoderma atroviride razza SC1 |
SI |
NL |
Trifloksistrobin |
HR |
DE |
Verticillium albo-atrum razza WCS850 |
NL |
SE |
Żossammid |
BE |
PL” |
DIRETTIVI
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/5 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/544
tas-16 ta’ Diċembru 2022
li temenda d-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet għall-użu taċ-ċomb fil-ligi tal-aluminju għal skopijiet ta’ xogħol bil-magni, fil-ligi tar-ram u f’ċerti batteriji
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 4(2), il-punt (b) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 4(2), il-punt (a), tad-Direttiva 2000/53/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjali u l-komponenti tal-vetturi mqiegħda fis-suq wara l-1 ta’ Lulju 2003 ma jkunx fihom ċomb, merkurju, kadmju jew kromu eżavalenti. |
(2) |
L-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE jelenka l-materjali u l-komponenti tal-vetturi li huma eżentati mill-projbizzjoni skont l-Artikolu 4(2), il-punt (a), ta’ dik id-Direttiva. |
(3) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-eżenzjoni stabbilita fl-entrata 2(c)(i) tal-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE dwar il-ligi tal-aluminju għal skopijiet ta’ xogħol bil-magni fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Din il-valutazzjoni wasslet għall-konklużjoni li jeżistu alternattivi xierqa, iżda li huwa meħtieġ perjodu ta’ tranżizzjoni biex jiġi sostitwit l-użu taċ-ċomb fil-materjali u l-komponenti kollha koperti minn dik l-eżenzjoni. L-użu taċ-ċomb fil-materjali u l-komponenti kkonċernati, inkluż iċ-ċomb fl-aluminju tal-ferrobattut, jista’ jiġi eliminat gradwalment sa tmiem l-2027. Għalhekk jixraq li tkun prevista data tal-iskadenza għal dik l-eżenzjoni. |
(4) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-eżenzjoni stabbilita fl-entrata 3 tal-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE dwar il-ligi tar-ram fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Din il-valutazzjoni wasslet għall-konklużjoni li għad ma hemmx alternattivi xierqa disponibbli għall-użu taċ-ċomb fil-materjali u l-komponenti koperti minn dik l-eżenzjoni. Filwaqt li jitqies il-progress li sar fl-iżvilupp tas-sostituti għaċ-ċomb fil-materjali u l-komponenti kkonċernati, jixraq li tiġi prevista data ta’ rieżami ġdida għal dik l-eżenzjoni. |
(5) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-eżenzjoni stabbilita fl-entrata 5(b) tal-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE dwar iċ-ċomb fil-batteriji għall-applikazzjonijiet tal-batteriji mhux inklużi fl-entrata 5(a) ta’ dak l-Anness, li tikkonċerna l-batteriji f’sistemi b’voltaġġ għoli, fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Il-valutazzjoni wasslet għall-konklużjoni li l-użu taċ-ċomb fil-batteriji għall-applikazzjonijiet tal-batteriji mhux inklużi fl-entrata 5(a) tal-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE jista’ jiġi evitat għal ċerti applikazzjonijiet iżda mhux għall-batteriji użati f’applikazzjonijiet ta’ 12 V. Sabiex jiġi applikat qafas regolatorju konsistenti għall-batteriji, inkluż dawk li ma jidħlux fl-eżenzjoni stabbilita fl-entrata 5(a) tal-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE u li ma jintużawx fl-applikazzjonijiet ta’ 12 V, jixraq li jiġu previsti żewġ entrati separati 5(b)(i) u 5(b)(ii) minflok entrata waħda 5(b). |
(6) |
Jenħtieġ li l-entrata 5(b)(i) tipprovdi eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb fil-batteriji użati fl-applikazzjonijiet ta’ 12 V u għall-użu taċ-ċomb fil-batteriji użati fl-applikazzjonijiet ta’ 24 V f’vetturi bi skop speċjali kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Filwaqt li jitqies il-progress li sar fl-iżvilupp tas-sostituti għall-użu taċ-ċomb fil-batteriji kkonċernati, jixraq li tiġi prevista data ta’ rieżami għal dawk l-eżenzjonijiet. |
(7) |
Jenħtieġ li l-entrata 5(b)(ii) tipprevedi eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb fil-batteriji jew għal applikazzjonijiet oħra tal-batteriji li mhumiex inklużi fl-entrata 5(a) u fl-entrata 5(b)(i) tal-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE. Il-valutazzjoni wasslet għall-konklużjoni li l-batteriji b’bażi ta’ ċomb għal dawk l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu evitati minħabba l-progress li sar fl-iżvilupp tas-sostituti għall-użu taċ-ċomb fil-batteriji użati f’dawk l-applikazzjonijiet. Għalhekk, jixraq li tiġi prevista data tal-iskadenza għal dik l-eżenzjoni li tippermetti l-eliminazzjoni gradwali tal-użu taċ-ċomb fil-batteriji kkonċernati. |
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2000/53/KE tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Ġunju 2023. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
ANNESS
“ANNESS II
Materjali u komponenti eżentati mill-Artikolu 4(2), il-punt (a)
Għandu jiġi ttollerat valur massimu ta’ konċentrazzjoni tas-sustanzi ta’ mhux aktar minn 0,1 % tal-piż f’materjal omoġenu għaċ-ċomb, għall-kromu eżavalenti u għall-merkurju u ta’ mhux aktar minn 0,01 % tal-piż f’materjal omoġenu għall-kadmju.
L-ispare parts imqiegħda fis-suq wara l-1 ta’ Lulju 2003 li jintużaw għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2003, għajr għall-piżijiet għall-ibbilanċjar tar-roti, għall-brushes tal-karbonju għall-muturi elettriċi u għall-firrodi tal-brejkijiet, għandhom jiġu eżentati mill-Artikolu 4(2), il-punt (a), tad-Direttiva 2000/53/KE.
Materjali u komponenti |
Ambitu u data tal-iskadenza tal-eżenzjoni |
Li għandu jkollhom tikketta jew ikunu magħmula identifikabbli skont l-Artikolu 4(2), il-punt (b)(iv) |
||||||||
Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar |
||||||||||
|
|
|
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2005 |
|
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008 |
|
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2028 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||||
|
|
|||||||||
|
|
|||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008 |
|
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2011 |
|
||||||||
Iċ-ċomb u l-komposti taċ-ċomb fil-komponenti |
||||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2019 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||||
|
X |
|||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2005 |
|
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2006 |
|
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2009 |
|
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2011 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2013 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2015 u l-ispare parts ta’ dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
X (5) |
|||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2017 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Ottubru 2022 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Ottubru 2022 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2020 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Bħala spare parts għal tipi ta’ magni żviluppati qabel l-1 ta’ Lulju 2003 |
|
||||||||
|
|
X (6) (għal komponenti għajr il-piezo fil-magni) |
||||||||
|
|
|
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2017 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2006 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2019 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||||
Kromu eżavalenti |
||||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2007 |
|
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008 |
|
||||||||
Il-kromu eżavalenti bħala prodott kontra l-korrużjoni fis-sistema tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju, sa 0,75 % tal-piż tas-soluzzjoni tat-tkessiħ, fil-friġġijiet tal-assorbiment:
|
Għal (a): Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2020 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi Għal (b): Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2026 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||||
Merkurju |
||||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2012 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2012 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||||
Kadmju |
||||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel il-31 ta’ Diċembru 2008 |
|
||||||||
Noti mat-tabella: |
(1) Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata fl-2024.
(2) Tapplika għal-ligi tal-aluminju fejn iċ-ċomb ma jiġix introdott b’mod intenzjonat iżda huwa preżenti minħabba l-użu ta’ aluminju riċiklat.
(3) Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata fl-2025.
(4) Is-sistemi li għandhom voltaġġ ta’ > 75 V DC kif previst fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).
(5) Iż-żarmar fil-każ li, f’korrelazzjoni mal-entrata 10(a), jinqabeż limitu medju ta’ 60 gramma għal kull vettura. Għall-finijiet ta’ din in-nota, l-apparati elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni ma għandhomx jitqiesu.
(6) Iż-żarmar f’każ li, f’korrelazzjoni mal-entrati 8(a) sa 8(k), jinqabeż limitu medju ta’ 60 gramma għal kull vettura. Għall-finijiet ta’ din in-nota, l-apparati elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni ma għandhomx jitqiesu”.
(7) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
DEĊIŻJONIJIET
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/545
tas-7 ta’ Marzu 2023
li taħtar tliet membri u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fil-25 ta’ Novembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2011/2112 (3), li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġiet proposta għall-ħatra s-Sa Birgit HONÉ u r-riżenji tas-Sur Franz RIEGER u s-Sur Bernd Claus VOß saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(4) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandati nazzjonali li abbażi tagħhom ġew proposti għall-ħatra s-Sur Claus Christian CLAUSSEN u s-Sur Clemens LAMMERSKITTEN saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(5) |
Il-Gvern Ġermaniż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Alex DOROW, Mitglied des Bayerischen Landtags (Membru tal-Parlament tal-Istat tal-Bavarja), is-Sa Erika VON KALBEN, Mitglied des Schleswig-Holsteinischen Landtages (Membru tal-Parlament tal-Istat ta’ Schleswig-Holstein), u s-Sur Matthias WUNDERLING-WEILBIER, Staatssekretär für Bundes- und Europaangelegenheiten und Regionale Entwicklung, Niedersächsisches Ministerium für Bundes- und Europaangelegenheiten und Regionale Entwicklung (Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Federali u Ewropej u l-Iżvilupp Reġjonali, Ministeru għall-Affarijiet Federali u Ewropej u l-Iżvilupp Reġjonali tal-Istat tas-Sassonja t’Isfel). |
(6) |
Il-Gvern Ġermaniż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sa Anna KEBSCHULL, Landrätin des Landkreises Osnabrück (Kummissarju Distrettwali ta’ Osnabrück), u s-Sur Werner SCHWARZ, Minister für Landwirtschaft, ländliche Räume, Europa und Verbraucherschutz des Landes Schleswig-Holstein (Ministru għall-Agrikoltura, iż-Żoni Rurali, l-Affarijiet Ewropej u l-Ħarsien tal-Konsumatur tal-Istat ta’ Schleswig-Holstein), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
(a) |
bħala membri:
u |
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
L. EDHOLM
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2112 tal-25 ta’ Novembru 2021 li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 429, 1.12.2021, p. 151).
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/546
tas-7 ta’ Marzu 2023
li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika tas-Slovenja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Sloven,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġiet proposta għall-ħatra s-Sa Jasna GABRIČ sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(4) |
Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Tine RADINJA u tas-Sur Tomaž ROŽEN bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1678, saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti (3). |
(5) |
Il-Gvern Sloven ippropona, abbażi ta’ mandat elettorali differenti, lis-Sa Jasna GABRIČ, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali ta’ awtorità, članica občinskega sveta, Občina Trbovlje (membru tal-kunsill muniċipali, Muniċipalità ta’ Trbovlje), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025. |
(6) |
Il-Gvern Sloven ippropona r-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Marko DIACI, župan, Občina Šentjur (Sindku, Muniċipalità ta’ Sentjur), u s-Sur Nejc SMOLE, župan, Občina Medvode (Sindku, Muniċipalità ta’ Medvode), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
(a) |
bħala membru:
u |
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
L. EDHOLM
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1678 tas-26 ta’ Settembru 2022 li taħtar żewġ membri, proposti mir-Repubblika tas-Slovenja fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 252, 30.9.2022, p. 70).
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/547
tas-7 ta’ Marzu 2023
li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Taljan,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
(2) |
Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Nicola IRTO sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(4) |
Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sur Antonio MAZZEO, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Presidente del Consiglio regionale e Consigliere della Regione Toscana (President u Membru tal-Kunsill Reġjonali tat-Toskana), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Antonio MAZZEO, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Presidente del Consiglio regionale e Consigliere della Regione Toscana (President u Membru tal-Kunsill Reġjonali tat-Toskana), huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
L. EDHOLM
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/17 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/548
tas-6 ta’ Marzu 2023
li ma tagħtix awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “UL Hydrogen Peroxide Family 1” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2023) 1372)
(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta’ Jannar 2017, Unilever Europe BV issottomettiet lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għal awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ familja ta’ prodotti bijoċidali bl-isem ta’ “UL Hydrogen Peroxide Family 1” tat-tip ta’ prodott 2, kif deskritt fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament, u pprovdiet konferma bil-miktub li l-awtorità kompetenti tal-Ġermanja qablet li tevalwa l-applikazzjoni. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-MS029571-20 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali. |
(2) |
Il-“UL Hydrogen Peroxide Family 1” fiha l-perossidu tal-idroġenu, bħala s-sustanza attiva, u dan qiegħed fil-lista tal-Unjoni tas-sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tip ta’ prodott 2. |
(3) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2021, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ssottomettiet, f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tagħha lill-Aġenzija. |
(4) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2021, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni tat lil Unilever Europe BV l-opportunità li tipprovdi kummenti bil-miktub dwar ir-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 44(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Fit-23 ta’ Novembru 2021, Unilever Europe BV bagħtet il-kummenti tagħha lill-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni. Waqt il-proċess tat-tfassil tal-opinjoni tal-Aġenzija dwar dak ir-rapport ta’ valutazzjoni, dan ġie aġġornat mill-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u, fit-13 ta’ Mejju 2022, Unilever Europe BV ingħatat l-opportunità li tipprovdi l-kummenti dwar ir-rapport ta’ valutazzjoni aġġornat u l-abbozz tal-opinjoni tal-Aġenzija qabel ma l-opinjoni finali ġiet adottata mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenzija fil-15 ta’ Ġunju 2022. F’dik l-okkażjoni, Unilever Europe BV ma pprovdiet l-ebda kumment. |
(5) |
Fil-5 ta’ Lulju 2022, l-Aġenzija ppreżentat opinjoni (2) lill-Kummissjoni dwar “UL Hydrogen Peroxide Family 1” f’konformità mal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(6) |
L-opinjoni tikkonkludi li l-“UL Hydrogen Peroxide Family 1” hija familja ta’ prodotti bijoċidali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1), il-punt (s), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, iżda li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1), il-punti (b)(iii), (b)(iv) u (d), ta’ dak ir-Regolament. |
(7) |
Skont l-opinjoni tal-Aġenzija, ġie identifikat riskju inaċċettabbli għall-utenti professjonali u dawk mhux professjonali mill-esponiment sekondarju mill-inalazzjoni, u l-miżuri biex jittaffa r-riskju identifikat mhumiex disponibbli jew applikabbli. Ġew identifikati wkoll riskji ambjentali inaċċettabbli għall-kompartimenti tas-sediment u tal-ħamrija, minħabba l-preżenza fil-prodotti tas-sustanza ta’ tħassib PEG-2 tallowamine idroġenat. L-opinjoni tal-Aġenzija indikat ukoll li ġew identifikati lakuni fid-data għal ċerti punti ta’ tmiem, u ma kienx possibbli li tintlaħaq konklużjoni dwar il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tal-prodotti u jekk setgħux jitqiesu aċċettabbli għall-finijiet tal-użu u tat-trasport xierqa tal-prodott. |
(8) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk tqis li jixraq li ma tagħtix awtorizzazzjoni tal-Unjoni għal “UL Hydrogen Peroxide Family 1”. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ma tingħatax awtorizzazzjoni tal-Unjoni lil Unilever Europe BV għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “UL Hydrogen Peroxide Family 1”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Unilever Europe BV, Weena 455, 3013AL Rotterdam, in-Netherlands.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) ECHA opinion on the Union authorisation of the biocidal product family “UL Hydrogen Peroxide Family 1”, ECHA/BPC/344/2022, adottata fil-15 ta’ Ġunju 2022, https://echa.europa.eu/bpc-opinions-on-union-authorisation
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/19 |
DEĊIŻJONI (UE) 2023/549 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-6 ta’ Marzu 2023
dwar l-aċċess għal u l-użu ta’ ċerta data TARGET u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2010/9 (BĊE/2023/3)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 22 tiegħu,
Billi:
(1) |
Is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) hija regolata bħalissa mil-Linja Gwida BĊE/2012/27 (1). Mill-20 ta’ Marzu 2023, it-TARGET2 se tiġi sostitwita mit-TARGET, it-tielet ġenerazzjoni ta’ sistemi ta’ ħlas f’euro li jissaldaw fi flus tal-bank ċentrali. It-TARGET hija rregolata mil-Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) (BĊE/2022/8) (2), u l-Linja Gwida BĊE/2012/27 hija mħassra b’effett mill-20 ta’ Marzu 2023 u tapplika mill-istess data. Is-sistemi komponenti tat-TARGET jikkostitwixxu s-suċċessuri legali tas-sistemi komponenti korrispondenti tat-TARGET2. |
(2) |
Bħal fil-każ għat-TARGET 2, TARGET hija sstrutturata bħala multipliċità ta’ sistemi ta’ ħlas gross f’ħin reali, li kull waħda minnhom hija komponent imħaddem minn bank ċentrali tal-Eurosistema (BĊ tal-Eurosistema). Il-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) tarmonizza r-regoli għall-komponenti tat-TARGET sa fejn hu l-aktar possibbli. |
(3) |
Is-sistemi komponenti tat-TARGET2 li huma proprjetà tal-BĊi tal-Eurosistema u operati minnhom ġew identifikati kollettivament bħala sistemi ta’ ħlas sistemikament importanti (SIPS) għall-finijiet tar-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) (3). Is-sistemi komponenti rispettivi tat-TARGET, bħala s-sistemi ta’ ħlas li jissostitwixxu dawk is-sistemi komponenti tat-TARGET2, huma l-istess mistennija li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ sorveljanza stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
(4) |
L-Artikolu 28(1) tal-Parti I tal-Anness I tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) jimponi ċerti obbligi ta’ kunfidenzjalità fuq kull bank ċentrali (BĊ) biex iżomm kunfidenzjali informazzjoni dwar il-ħlasijiet li tappartjeni lill-parteċipanti li jkollhom kontijiet tat-TARGET ma’ dak il-BĊ. |
(5) |
L-Artikolu 28(3) tal-Parti I tal-Anness I tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) jippermetti lil kull BĊ jiddivulga informazzjoni dwar il-ħlasijiet fir-rigward tal-parteċipant miksuba matul l-operat tal-komponent tat-TARGET rilevanti għal ċerti għanijiet. |
(6) |
Meta l-użu ta’ data aggregata dwar il-ħlas TARGET ma jkunx suffiċjenti għall-BĊi biex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv ta’ TARGET, il-BĊi għandu jkollhom aċċess għal data f’livell ta’ tranżazzjoni misluta mit-TARGET tal-parteċipanti fil-komponenti kollha tat-TARGET, inklużi d-detenturi ta’ BIC indirizzabbli. L-aċċess mill-BĊi kollha għal din id-data f’livell ta’ tranżazzjoni hi ukoll meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet pubbliċi tal-Eurosistema bħala sorveljant tat-TARGET meta l-użu ta’ data aggregata dwar il-ħlas TARGET ma jkunx suffiċjenti. Barra minn hekk, l-aċċess mill-BĊi kollha għal tali data f’livell ta’ tranżazzjoni huwa meħtieġ ukoll sabiex jitwettqu l-analiżijiet b’appoġġ għas-sorveljanza makroprudenzjali, l-istabbiltà finanzjarja, l-integrazzjoni finanzjarja, l-operazzjonijiet tas-suq, ir-riżoluzzjoni, il-funzjonijiet tal-politika monetarja u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, f’konformità mal-prinċipju tas-separazzjoni. |
(7) |
L-aċċess mill-BĊi għad-data f’livell ta’ tranżazzjoni tal-parteċipanti kollha għandu jkun limitat għal dak li huwa meħtieġ sabiex il-BĊi jkunu jistgħu jwettqu analiżijiet kwantitattivi tal-flussi tat-tranżazzjonijiet bejn il-parteċipanti jew jagħmlu simulazzjonijiet numeriċi tal-proċess tas-saldu tat-TARGET, skont l-Artikolu 28(3) tal-Parti I tal-Anness I tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha, u tali aċċess għandu jeskludi l-informazzjoni kollha dwar il-klijenti tal-parteċipanti ħlief meta dawn il-klijenti jkunu detenturi ta’ BIC indirizzabbli. |
(8) |
Meta jitwettqu mill-BĊi fil-kapaċità tagħhom bħala operaturi tat-TARGET, l-analiżijiet kwantitattivi u s-simulazzjonijiet numeriċi għandhom iservu b’mod partikolari l-finijiet li tiġi żgurata l-effiċjenza tat-tfassil tat-TARGET, li tiġi appoġġata l-konformità mal-aspettattivi tas-sorveljanza, li jiġu analizzati l-fallimenti operattivi fit-TARGET, li jiġu analizzati x-xejriet tal-ħlasijiet u l-livelli tal-likwidità, li jiġu mmonitorjati l-effetti tal-mekkaniżmi tal-ipprezzar tiegħu, u li jsiru analiżijiet tal-kostijiet u l-benefiċċji ta’ karatteristiċi u servizzi addizzjonali. Meta jitwettqu minn BĊi fil-kapaċità tagħhom bħala sorveljanti tat-TARGET, dawn l-analiżijiet kwantitattivi u s-simulazzjonijiet numeriċi għandhom iservu b’mod partikolari l-finijiet tal-analiżi u l-monitoraġġ tar-riskji fit-TARGET u l-appoġġ ta’ valutazzjonijiet ta’ sorveljanza regolari u ad hoc skont l-istandards applikabbli. Meta jitwettqu mill-BĊi biex jappoġġaw funzjonijiet ewlenin oħra tal-bank ċentrali, dawn l-analiżijiet kwantitattivi u s-simulazzjonijiet numeriċi għandhom iservu b’mod partikolari għall-finijiet tal-analiżi tal-iżviluppi tas-suq monetarju, tal-valutazzjoni tal-integrazzjoni finanzjarja fiż-żona tal-euro, tal-monitoraġġ tal-bilanċi tal-bank ċentrali u tad-distribuzzjoni tal-likwidità. |
(9) |
Huwa tal-akbar importanza li titħares il-kunfidenzjalità tad-data f’livell ta’ tranżazzjoni. Għal dan il-għan, l-aċċess għal u l-użu ta’ data f’livell ta’ tranżazzjoni għandhom ikunu limitati għal grupp żgħir indikat ta’ membri tal-persunal mill-BĊi. Minbarra r-regoli dwar il-kondotta professjonali u l-kunfidenzjalità applikabbli għall-membri tal-persunal tas-CB, il-Bord tal-Infrastrutturi tas-Suq (MIB) għandu jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-aċċess għal u l-użu ta’ data f’livell ta’ tranżazzjoni. Il-BĊi għandhom jiżguraw il-konformità ta’ dawn ir-regoli mill-membri tal-persunal indikati tagħhom u l-MIB għandu jimmonitorja din il-konformità. |
(10) |
Il-MIB għandu jkollu l-għażla li jippubblika informazzjoni li tirriżulta mill-użu ta’ data f’livell ta’ tranżazzjoni, sakemm din l-informazzjoni ma tagħmilx possibbli li jiġu identifikati l-parteċipanti jew il-klijenti tal-parteċipanti, kemm direttament kif ukoll indirettament. |
(11) |
L-Ambjent Analitiku TARGET jippermetti lill-Eurosistema twettaq analiżijiet kwantitattivi u simulazzjonijiet numeriċi bl-użu ta’ data f’livell ta’ tranżazzjoni. |
(12) |
Minbarra l-Artikolu 28(3) tal-Parti I tal-Anness I tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) li tkopri data f’livell ta’ tranżazzjoni, l-Artikolu 28(5) tal-Parti I tal-Anness I tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) jiddikjara li l-BĊi jistgħu jużaw, jiddivulgaw jew jippubblikaw informazzjoni dwar il-ħlasijiet fir-rigward tal-parteċipant jew tal-klijenti tal-parteċipant għal finijiet statistiċi, storiċi, xjentifiċi jew oħrajn fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet pubbliċi tagħhom jew ta’ funzjonijiet ta’ entitajiet pubbliċi oħra li lilhom tiġi żvelata l-informazzjoni, sakemm ma jkunx possibbli, kemm direttament kif ukoll indirettament, li jiġu identifikati l-parteċipant jew il-klijenti tal-parteċipant. Mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-BĊi li jużaw, jiddivulgaw jew jippubblikaw informazzjoni bħal din taħt dan l-Artikolu, il-MIB għandu jikkoordina l-azzjonijiet tal-BĊi. |
(13) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu estiżi biex japplikaw għall-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) konnessi permezz ta’ ftehim bejn il-BĊNi konnessi u l-BĊi tal-Eurosistema, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni tirregola l-aċċess għal, u l-użu ta’, ċerta data tat-TARGET kif stabbilit fl-Artikolu 3 u għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8).
Artikolu 3
Aċċess għal u l-użu ta’ ċerta data tat-TARGET
1. Skont l-Artikolu 28(3) tal-Parti I tal-Anness I tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8), il-BĊi jista’ jkollhom aċċess għal u jużaw analiżijiet kwantitattivi u simulazzjonijiet numeriċi, sa fejn ikun meħtieġ, data f’livell ta’ tranżazzjoni estratta mit-TARGET mill-parteċipanti kollha tal-komponenti kollha tat-TARGET għall-għanijiet li ġejjin:
(a) |
l-iżgurar tal-funzjonament effiċjenti tat-TARGET u s-sorveljanza tiegħu; |
(b) |
it-twettiq tal-analiżijiet meħtieġa għas-sorveljanza makroprudenzjali, l-istabbiltà finanzjarja, l-integrazzjoni finanzjarja, l-operazzjonijiet tas-suq, ir-riżoluzzjoni u l-funzjonijiet tal-politika monetarja; |
(c) |
it-twettiq tal-analiżijiet meħtieġa għall-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, f’konformità mal-prinċipju ta’ separazzjoni. |
2. L-aċċess għad-data msemmija fil-paragrafu 1, u l-użu tagħha, għandhom ikunu limitati għal dawn li ġejjin:
(a) |
fejn jiġu żgurati l-funzjonament u s-sorveljanza effiċjenti tat-TARGET, ħames membri tal-persunal li jieħdu ħsieb l-operat tat-TARGET u ħames membri tal-persunal li jieħdu ħsieb is-sorveljanza tat-TARGET, kull grupp b’aċċess separat għad-data; |
(b) |
għall-analiżijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c), grupp ta’ mhux aktar minn 15-il membru tal-persunal li jwettqu riċerka, ikkoordinati mill-kapijiet tar-riċerka tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. |
3. Il-BĊi għandhom jaħtru l-membri tal-persunal imsemmija fil-paragrafu 2. Meta membru tal-persunal minn operazzjonijiet jew riċerka jinħatar għall-finijiet tal-paragrafu 2, dik il-ħatra għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq (MIB). Il-ħatra tal-membri tal-persunal mis-sorveljanza għall-finijiet tal-paragrafu 2(a) għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-Kumitat għall-Infrastruttura tas-Suq u l-Pagamenti (MIPC). Il-proċeduri msemmija f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll għas-sostituzzjoni tagħhom, fejn rilevanti.
4. L-MIB għandu jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-garanzija tal-kunfidenzjalità tad-data f’livell ta’ tranżazzjoni. Il-BĊi għandhom jiżguraw konformità ma’ dawn ir-regoli mill-membri tal-persunal tagħhom skont il-paragrafi 2 u 3. F’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawk ir-regoli speċifiċi stabbiliti mill-MIB, il-BĊi għandhom jiżguraw li l-membri tal-persunal maħtura skont il-paragrafu 3 ma jkollhomx aktar aċċess għad-data msemmija fil-paragrafu 1, jew jagħmlu użu minnha. L-MIB għandu jimmonitorja l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.
5. Il-Kunsill Governattiv jista’ wkoll jagħti aċċess lil utenti oħra u għandu jistabbilixxi r-regoli preċiżi għal dan l-aċċess. F’każ bħal dan, il-MIB għandu jimmonitorja l-użu tagħhom tad-data u, b’mod partikolari, il-konformità tagħhom mar-regoli ta’ kunfidenzjalità, kemm kif stabbiliti mill-MIB kif ukoll kif stabbiliti fl-Artikolu 28 tal-Parti I tal-Anness I tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8).
Artikolu 4
Ambjent Analitiku TARGET
1. L-Ambjent Analitiku tat-TARGET għandu jiġi stabbilit għat-twettiq tal-analiżijiet kwantitattivi u s-simulazzjonijiet numeriċi msemmijin fl-Artikolu 3(1). Għandu jinkludi l-Ambjent Analitiku u l-Għodda ta’ Simulazzjoni.
2. L-Ambjent Analitiku għandu jiġi żviluppat u miżmum mill-BĊE. Suomen Pankki għandu jiżviluppa u jżomm l-Għodda ta’ Simulazzjoni. L-Ambjent Analitiku u l-Għodda ta’ Simulazzjoni għandhom jinkludu l-infrastruttura teknika meħtieġa, l-għodod għall-estrazzjoni tad-data, l-għodda ta’ simulazzjoni u s-software analitiku.
3. Il-BĊE u Suomen Pankki għandhom jikkonkludu mal-BĊi tal-Eurosistema ftehim li jirregola s-servizzi u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Ambjent Analitiku tat-TARGET. Dan il-ftehim għandu jinkludi l-BĊNi konnessi.
Artikolu 5
Pubblikazzjoni u divulgazzjoni
1. L-MIB jista’ jippubblika informazzjoni derivata mill-użu ta’ data f’livell ta’ tranżazzjoni, sakemm ma jkunx possibbli, kemm direttament jew indirettament, li jiġu identifikati l-parteċipanti jew il-klijenti tal-parteċipanti.
2. Il-MIB għandu jikkoordina d-divulgazzjoni u l-pubblikazzjoni mill-BĊi tal-informazzjoni dwar il-ħlasijiet skont l-Artikolu 28(5) tal-Parti I tal-Anness I tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8).
Artikolu 6
Revoka
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/9 hija rrevokata b’effett mill-20 ta’ Marzu 2023.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-20 ta’ Marzu 2023.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Marzu 2023.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2012/27) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).
(2) Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022 dwar il-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) u li tħassar il-Linja Gwida 2013/47/UE (BĊE/2012/27) (BĊE/2022/8) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 84).
(3) Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 795/2014 tat-3 ta’ Lulju 2014 dwar ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza għal sistemi ta’ ħlas sistemikament importanti (BĊE/2014/28) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 16).
RAKKOMANDAZZJONIJIET
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/23 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/550
tat-8 ta’ Marzu 2023
dwar Programmi Nazzjonali ta’ Appoġġ għall-Ippjanar ta’ Mobbiltà Urbana Sostenibbli
(notifikata bid-dokument C(2023) 1524)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (1) jistabbilixxi l-objettiv li tinkiseb ekonomija tal-UE newtrali għall-klima sal-2050. Dan jitlob tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport. L-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti (2) ppreżentat miżuri biex tgħin fl-ilħuq ta’ dan l-objettiv, inklużi miżuri għall-promozzjoni ta’ mobbiltà urbana sostenibbli, intelliġenti, sikura u b’saħħitha. |
(2) |
Il-Komunikazzjoni dwar il-Qafas il-Ġdid tal-UE għall-Mobbiltà Urbana (3) tagħti prijorità lil soluzzjonijiet tat-trasport aktar sostenibbli — trasport kollettiv u pubbliku, mobbiltà kondiviża, il-mixi u ċ-ċikliżmu — bl-għan li jiżdied l-użu tagħhom għal mobbiltà bieb bieb aħjar u aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, filwaqt li fl-istess ħin tikkontribwixxi għas-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini. |
(3) |
Il-mobbiltà urbana sostenibbli tikkontribwixxi għal serje ta’ politiki Ewropej immirati lejn il-promozzjoni ta’ mobbiltà b’emissjonijiet baxxi u żero (4), it-titjib tal-kwalità tal-arja u s-sikurezza fit-toroq, filwaqt li tiġġenera kobenefiċċji għas-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini. L-ippjanar effettiv tal-mobbiltà urbana jista’ jgħin biex jiġu avvanzati politiki Ewropej u nazzjonali relatati direttament fil-livell lokali. Kif inhu enfasizzat mill-Komunikazzjoni dwar il-Viżjoni fit-tul għaż-Żoni Rurali tal-UE (5) u l-Pjan ta’ Azzjoni Rurali tal-UE li jakkumpanjaha, l-integrazzjoni aħjar tal-mobbiltà urbana, periurbana u rurali huma essenzjali għall-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ mobbiltà sostenibbli. |
(4) |
Il-pakkett dwar il-mobbiltà urbana tal-2013 (6) introduċa Pjanijiet ta’ Mobbiltà Urbana Sostenibbli (SUMP) bħala qafas għall-bliet fir-rigward tal-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ reazzjonijiet għall-isfidi tal-politika dwar il-mobbiltà urbana fiż-żona urbana funzjonali kollha. Minn dak iż-żmien, il-Kummissjoni kienet qed tħeġġeġ l-użu mifrux tas-SUMP bħala l-pedament tal-politika Ewropea dwar il-mobbiltà urbana. Il-kunċett u l-linji gwida Ewropej relatati dwar is-SUMP intużaw b’mod estensiv mill-awtoritajiet lokali, mill-pjanifikaturi u mill-partijiet ikkonċernati. Dan wera li huwa għodda effettiva, robusta u flessibbli li l-bliet jistgħu jiddependu fuqu għall-ippjanar ta’ miżuri ta’ mobbiltà urbana. |
(5) |
Fir-rapport speċjali 06/2020 tagħha: Mobbiltà Urbana Sostenibbli fl-UE (7), il-Qorti Ewropea tal-Awdituri enfasizzat li l-Istati Membri u l-bliet tagħhom huma responsabbli għall-ġestjoni tal-politiki dwar il-mobbiltà urbana, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-Qorti sabet li l-miżuri ta’ mobbiltà urbana lokali mhux dejjem kienu konsistenti mal-objettivi ta’ mobbiltà urbana sostenibbli. Il-programmi ta’ appoġġ tal-Pjan Nazzjonali ta’ Mobbiltà Urbana Sostenibbli (SUMP) jikkontribwixxu għat-titjib tar-rabtiet bejn il-kunċett tas-SUMP u l-pjanijiet lokali ta’ mobbiltà urbana sostenibbli. |
(6) |
Ir-Regolament rivedut dwar il-linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) (8) jipproponi li n-nodi urbani fuq in-network TEN-T jadottaw SUMP f’konformità mar-rekwiżiti pprovduti fl-Anness V tiegħu u jiġbru u jissottomettu data rilevanti dwar il-mobbiltà urbana lill-Kummissjoni. Fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ġbir tad-data u tar-rapportar, l-att ta’ implimentazzjoni sussegwenti se jistabbilixxi l-lista ta’ indikaturi tal-mobbiltà urbana sostenibbli u l-metodoloġija tal-kalkolu tagħhom. Wara l-adozzjoni, dawn se jkunu l-uniċi rekwiżiti vinkolanti relatati mas-SUMP fil-livell tal-UE. Il-programmi nazzjonali ta’ appoġġ għas-SUMP se joffru għarfien espert lin-nodi urbani fuq in-network TEN-T biex jgħinuhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti. |
(7) |
Il-bliet jiffaċċaw l-isfidi bil-monitoraġġ tal-progress tal-miżuri ta’ mobbiltà urbana sostenibbli tagħhom bl-użu ta’ indikaturi. Il-ġbir tad-data jeħtieġ riżorsi amministrattivi u finanzjarji u l-bliet spiss ikollhom diffikultà biex jaċċessaw id-data disponibbli miżmuma mill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u minn korpi oħra. Il-kondiviżjoni u l-użu tal-ġbir tad-data għandhom jiġu ffaċilitati mill-Istati Membri permezz ta’ punti ta’ aċċess ċentrali u spazji deċentralizzati tad-data. Dan se jgħin lill-bliet itejbu s-sistemi ta’ monitoraġġ tagħhom fis-snin li ġejjin. |
(8) |
Kompendju ta’ gwida mhux vinkolanti għas-SUMP (9) u ta’ materjali ta’ referenza, żviluppat bħala parti minn proġetti kofinanzjati mill-UE, huwa disponibbli wkoll għall-bliet kollha biex jappoġġahom fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tas-SUMP individwali tagħhom. Il-bliet huma mistiedna jużaw din il-ġabra ta’ informazzjoni kif xieraq għall-ħtiġijiet tagħhom stess. Il-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-mobbiltà urbana (10) għandu jgħin biex jikkomplementa u jissimplifika l-kompendju ta’ gwida mhux vinkolanti għas-SUMP. |
(9) |
L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-bliet iħejju SUMP bil-għan li jgħinuhom itejbu l-kwalità tas-SUMP tagħhom u jallinjaw aħjar dawn il-pjanijiet mal-qafas tal-UE. |
(10) |
Fl-aħħar mill-aħħar, il-bliet jibqgħu responsabbli għall-iżvilupp, għall-adozzjoni u għall-implimentazzjoni tas-SUMP tagħhom, kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-miżuri fihom. |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. GĦAN U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
1.1. Introduzzjoni
Il-Pakkett dwar il-Mobbiltà Urbana tal-2013 introduċa l-kunċett ta’ SUMP (11) bħala l-pedament għal qafas għall-bliet u r-reġjuni biex jindirizzaw l-isfidi tal-politika dwar il-mobbiltà urbana. Il-kunċett tas-SUMP jeħtieġ li jiġi aġġornat biex jirrifletti strateġiji ġodda tal-UE u jintegra prijoritajiet ġodda ta’ politika. Dan huwa stabbilit fl-Anness għar-rakkomandazzjoni attwali bħala l-kunċett ta’ SUMP.
Abbażi tal-kunċett tas-SUMP, il-linji gwida dwar is-SUMP jagħtu pariri lill-bliet dwar proċess għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tas-SUMP tagħhom.
Matul l-aħħar deċennju, il-kunċett ġie promoss mill-Kummissjoni u ntuża b’mod wiesa’ minn ħafna bliet madwar l-UE fuq bażi volontarja għall-ippjanar tat-tranżizzjoni tagħhom għal mobbiltà urbana attraenti, inklużiva u sostenibbli.
Il-bliet li japplikaw il-kunċett ta’ SUMP sabu li din hija għodda effettiva, komprensiva u flessibbli, li tmur lil hinn mill-konfini amministrattivi tal-bliet biex tkopri ż-“żona urbana funzjonali” kollha, filwaqt li jitqiesu r-rabtiet u l-flussi tal-ivvjaġġar mal-partijiet remoti tal-pajjiż, kif ukoll il-konnessjonijiet urbani-rurali.
Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-Qafas il-Ġdid tal-UE dwar il-Mobbiltà Urbana (12) enfasizza li s-SUMP huma qafas konsistenti ta’ ppjanar fit-tul, li jinvolvi lill-partijiet rilevanti kollha. Ir-reżiljenza tal-kunċett ħarġet b’mod partikolari matul il-pandemija tal-COVID-19, peress li ħafna bliet b’SUMP setgħu jadattaw il-politiki ta’ mobbiltà tagħhom malajr u b’mod effiċjenti. Sussegwentement setgħu jagħmlu l-bidliet fis-sistemi ta’ mobbiltà tagħhom aktar faċilment minn dawk mingħajr pjanijiet komparabbli. F’ħafna każijiet, il-proċeduri ta’ emerġenza u reżiljenza kienu diġà ġew deskritti fis-SUMP eżistenti.
Madankollu, l-evalwazzjoni tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà Urbana tal-2013 identifikat bħala nuqqas kbir l-użu mhux uniformi tas-SUMP fost l-Istati Membri. Ħafna bliet għad ma għandhomx SUMP u l-kwalità tas-SUMP li jeżistu tvarja b’mod sinifikanti. Hemm ukoll żbilanċ ċar bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-kopertura ġenerali tal-bliet mas-SUMP.
Din ir-Rakkomandazzjoni hija għalhekk indirizzata lill-Istati Membri.
1.2. Ħtieġa li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Istati Membri
Abbażi ta’ esperjenza vasta bl-użu tal-kunċett tas-SUMP mill-2013, l-evalwazzjoni tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà Urbana tal-2013 uriet li l-kapaċità u l-għarfien espert, speċjalment fi bliet żgħar u ta’ daqs medju, jibqgħu problema, kif ukoll in-nuqqas ta’ involviment u appoġġ nazzjonali.
Dan jindika ħtieġa ġenerali għall-iżgurar tal-konsistenza mal-kunċett tas-SUMP u l-koordinazzjoni tad-diversi attivitajiet imwettqa mill-bliet u miż-żoni urbani biex iħejju, jimplimentaw u jimmonitorjaw il-pjanijiet ta’ mobbiltà tagħhom.
Kif jindika l-Qafas il-Ġdid tal-UE għall-Mobbiltà Urbana, hemm bżonn li tissaħħaħ il-governanza u s-sjieda fil-livell nazzjonali, li jiġi stabbilit qafas ta’ appoġġ biex is-SUMP jiġu allinjati aktar mill-qrib mal-kunċett tas-SUMP, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi lokali, il-prattiki tal-ippjanar u l-istrutturi istituzzjonali, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.
1.3. Rabta mat-TEN-T
Il-proposta għar-Regolament TEN-T rivedut tinkludi (13) t-tisħiħ tar-rwol tal-bliet bħala nodi vitali għal trasport sostenibbli, sikur, effiċjenti u multimodali madwar l-Ewropa u lil hinn minnha. Sabiex tippermetti l-funzjonament effettiv tan-network TEN-T, il-Kummissjoni pproponiet li sal-31 ta’ Diċembru 2025, l-Istati Membri jiżguraw li n-nodi urbani fuq in-network TEN-T jadottaw SUMP u jiġbru data rilevanti dwar il-mobbiltà urbana.
In-nodi urbani għandhom iqisu l-impatt ta’ diversi miżuri ta’ mobbiltà urbana fuq il-flussi tat-traffiku, kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija, tul in-network TEN-T. Il-miżuri għandu jkollhom l-għan li jiżguraw tranżitu mingħajr xkiel jew interkonnessjoni minn nodi urbani, jew toroq li jevitawhom, inkluż ta’ vetturi b’emissjonijiet żero. Il-miżuri għandhom jgħinu biex itaffu l-konġestjoni, iżidu s-sehem modali tat-trasport pubbliku u tal-modi attivi, itejbu s-sikurezza fit-toroq u jneħħu l-konġestjonijiet li jaffettwaw il-flussi tat-traffiku fuq in-network TEN-T.
Għalhekk, din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan ukoll li tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-Istati Membri u l-bliet dwar kif għandhom iħejju biex jissodisfaw ir-rekwiżiti proposti tan-nodi urbani.
Din ir-rakkomandazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni futura ta’ Regolament TEN-T rivedut ibbażat fuq il-proposta msemmija hawn fuq u kwalunkwe obbligu fuq SUMP li jinsab fiha.
1.4. Koordinazzjoni fil-livell lokali għal sinerġiji bejn approċċi ta’ ppjanar settorjali u spazjali
L-iżvilupp tas-SUMP jeħtieġ approċċ integrat li jindirizza żewġ dimensjonijiet: l-integrazzjoni tal-mobbiltà urbana fl-ippjanar tan-network ta’ sistema tat-trasport (“approċċ tan-network”) u l-integrazzjoni fi strateġija transsettorjali għall-iżvilupp urban sostenibbli (“approċċ ibbażat fuq il-post”).
It-trasport huwa parti vitali minn approċċ effiċjenti u effettiv għal approċċ integrat ta’ ġestjoni tat-territorju fil-livell urban/lokali. Għalhekk, is-SUMP għandhom jitħejjew u jiġu implimentati f’koordinazzjoni mill-qrib mal-pjanijiet ta’ mobbiltà lokali u reġjonali, mal-pjanijiet spazjali u mal-pjanijiet settorjali rilevanti. Minbarra li jallinja aħjar is-SUMP mal-objettivi tal-politika settorjali, dan inaqqas ukoll il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet lokali.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kompatibbiltà u l-koerenza bejn il-miri tal-politika settorjali u l-ippjanar tal-mobbiltà urbana billi
— |
jappoġġaw lill-ibliet jibdlu l-miri Ewropej u nazzjonali f’politiki, strateġiji u dokumenti ta’ ppjanar urbani lokali, bħas-SUMP, Pjanijiet għal-Loġistika Urbana Sostenibbli, Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u l-Klima, Kuntratti Klimatiċi, u Ftehimiet dwar il-Bliet Ekoloġiċi; |
— |
jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet tal-bliet u taż-żoni urbani fl-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali ġenerali u fid-dokumenti tal-ippjanar, bħall-pjanijiet nazzjonali u reġjonali tat-trasport, l-oqfsa ta’ politika nazzjonali għall-użu ta’ infrastruttura tal-fjuwil alternattiv, il-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima, l-istrateġiji tas-saħħa pubblika; l-istrateġiji ta’ żvilupp urban sostenibbli; |
— |
jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet tal-bliet u taż-żoni urbani fl-azzjonijiet nazzjonali dwar l-impenji Ewropej u internazzjonali, bħall-pjanijiet ta’ ħidma tas-Semestru Ewropew u tal-Kuritur tan-Network Ewlieni TEN-T. |
2. PROGRAMM NAZZJONALI TA’ APPOĠĠ GĦAS-SUMP
2.1. Objettivi
Il-Kummissjoni tistieden lil kull Stat Membru biex jistabbilixxi programm nazzjonali ta’ appoġġ għas-SUMP immirat lejn l-appoġġ tal-bliet, it-tisħiħ tal-governanza u ż-żieda tal-koordinazzjoni nazzjonali, l-ippjanar u l-iżgurar tal-adozzjoni ta’ politiki ta’ mobbiltà urbana sostenibbli, u t-titjib tal-koordinazzjoni fost ir-reġjuni, il-bliet, u bejn iż-żoni urbani u dawk rurali.
2.2. L-ambitu tal-programm
Il-programmi nazzjonali ta’ appoġġ għas-SUMP għandhom jinkludu miżuri biex:
— |
jiżviluppaw gwida nazzjonali għall-ippjanar tal-mobbiltà urbana bbażata fuq il-kunċett aġġornat tas-SUMP, ippreżentata fl-Anness għar-Rakkomandazzjoni attwali tal-Kummissjoni, u filwaqt li jitqiesu l-Linji Gwida tas-SUMP (14), jiġu indirizzati l-mobbiltà tal-passiġġieri, it-trasport tal-merkanzija u l-loġistika b’mod integrat; |
— |
jipprovdu assistenza teknika u appoġġ espert; |
— |
jiżviluppaw approċċ nazzjonali għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tas-SUMP madwar il-bliet, f’kooperazzjoni ma’ żoni periurbani u rurali madwar il-belt, li jkopri ż-żona urbana funzjonali kollha (il-belt u ż-żona tal-ivvjaġġar tagħha); |
— |
janimaw in-network nazzjonali ta’ reġjuni u bliet biex jitrawwem it-tagħlim bejn il-pari u tiġi kondiviża prattika tajba, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE u żoni remoti oħra, żoni insulari, periferali u b’popolazzjoni baxxa; |
— |
jimplimentaw programm ta’ taħriġ għall-bliet, inkluż il-bini tal-kapaċitajiet; |
— |
jipprovdu appoġġ finanzjarju lill-bliet għar-reklutaġġ u ż-żamma tal-kapaċità amministrattiva u għar-reklutaġġ ta’ appoġġ temporanju mill-esperti; |
— |
jorganizzaw u jikkoordinaw kampanji ta’ komunikazzjoni u attivitajiet relatati mas-SUMP; |
— |
iqajmu kuxjenza dwar l-informazzjoni u l-gwida ppubblikati fuq il-portal tal-Osservatorju Ewropew tal-Mobbiltà Urbana (15); |
— |
jagħmlu rieżami u jagħtu pariri dwar kif tittejjeb il-kwalità tas-SUMP f’konformità mal-kunċett tas-SUMP; dan se jiffaċilita l-iżvilupp tas-SUMP fejn meħtieġ bħala kundizzjoni għall-finanzjament pubbliku jew privat; |
— |
jeżaminaw il-qafas leġiżlattiv nazzjonali għall-ostakli għall-iżvilupp ta’ SUMP effettivi fil-bliet |
— |
jgħinu lill-awtoritajiet rilevanti jtejbu l-koordinazzjoni fil-forniment tal-infrastruttura u s-servizzi tat-trasport fiż-żona urbana funzjonali; |
— |
jgħinu lill-awtoritajiet lokali jintegraw u jtejbu l-koordinazzjoni bejn is-SUMP u l-ġestjoni tat-territorju, u jtejbu l-allinjament u s-sinerġiji ma’ Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Enerġija u l-Klima Sostenibbli, Pjanijiet ta’ Loġistika Urbana Sostenibbli, u pjanijiet rilevanti oħra; |
— |
isaħħu l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tas-SUMP, billi jistabbilixxu mekkaniżmi biex jitkejjel il-progress lejn l-ilħuq tal-għanijiet u l-objettivi tas-SUMP; |
— |
jikkalkolaw indikaturi tal-mobbiltà urbana sostenibbli, skont il-metodoloġija tal-Kummissjoni (16), jikkoordinaw u jappoġġaw il-ġbir tad-data u jiffaċilitaw l-aċċess għad-data nazzjonali, reġjonali jew privata, kif ukoll il-kondiviżjoni u l-użu tagħha, meħtieġa għall-kalkolu tal-indikaturi tal-mobbiltà urbana; |
— |
jimmonitorjaw il-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-politika settorjali, inklużi d-dekarbonizzazzjoni u s-sikurezza fit-toroq; jappoġġaw lill-ibliet fl-iżvilupp ta’ mekkaniżmi ta’ ġbir tad-data diżaggregati, inkluż skont il-ġeneru; |
— |
jaġġornaw regolarment it-taqsimiet dwar il-bliet u l-pjanijiet nazzjonali tal-portal tal-Osservatorju Ewropew tal-Mobbiltà Urbana; |
— |
jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-aspetti tal-mobbiltà urbana tal-Missjoni dwar il-Bliet Newtrali għall-Klima u Intelliġenti. |
L-ambitu tal-programm ta’ appoġġ għandu jiġi ddeterminat f’kooperazzjoni mal-bliet u mar-reġjuni u għandu jiġi rieżaminat regolarment abbażi tal-ħtiġijiet tagħhom u l-feedback li jirċievu minnhom.
2.3. Il-finanzjament u l-assigurazzjoni tal-kwalità
Is-SUMP huma qafas effettiv għall-ippjanar u għat-twettiq ta’ investimenti pubbliċi jew privati fil-mobbiltà urbana.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinfurmaw u jappoġġaw dwar opportunitajiet ta’ finanzjament, biex itejbu l-kwalità tas-SUMP u jallinjawhom aktar mill-qrib mal-kunċett tas-SUMP.
Hemm firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ fondi u ta’ finanzjament Ewropej, nazzjonali u reġjonali li jistgħu jappoġġaw il-proċessi tas-SUMP, bħal:
— |
il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; |
— |
il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni, inklużi Interreg u URBACT; |
— |
Orizzont Ewropa, inklużi l-azzjonijiet tal-Missjonijiet u ta’ CIVITAS; |
— |
Invest EU, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) u r-REPowerEU; |
— |
il-Programm Ewropa Diġitali; |
— |
Tranżizzjoni Ġusta; |
— |
il-Fond għall-Innovazzjoni; |
— |
l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku li jipprovdi għarfien espert tekniku mfassal apposta lill-Istati Membri tal-UE; |
— |
l-iskemi nazzjonali; |
— |
il-finanzjament privat (eż. bonds ekoloġiċi). |
Barra minn hekk, il-Komunità tal-Għarfien u l-Innovazzjoni tal-EIT dwar il-Mobbiltà Urbana toffri appoġġ lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-bliet fl-implimentazzjoni tas-SUMP tagħhom.
2.4. Il-ġestjoni tal-programm tas-SUMP fil-livell nazzjonali
L-Istati Membri għandhom jaħtru uffiċċju nazzjonali ta’ ġestjoni tal-programm tas-SUMP bħala punt fokali għall-kwistjonijiet tas-SUMP relatati mal-bliet u ż-żoni urbani. Dawn għandhom jiġu stabbiliti f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali.
L-uffiċċji għandu jkollhom l-għarfien espert tekniku rilevanti u r-riżorsi legali, finanzjarji u umani biex jiżviluppaw u jimplimentaw il-programm nazzjonali ta’ appoġġ għas-SUMP.
Dawn għandhom ikunu newtrali u trasparenti u jinvolvu lir-reġjuni u lill-bliet u liż-żoni rurali f’xogħolhom. Dawn għandhom jingħataw pariri minn grupp ta’ esperti ta’ rappreżentanti mill-ministeri, mir-reġjuni, mill-bliet, miż-żoni rurali, mill-akkademja u minn partijiet ikkonċernati rilevanti oħra tal-mobbiltà urbana.
Dan il-grupp ta’ esperti jista’ jkun strumentali fit-tfassil u fil-valutazzjoni tal-programm nazzjonali ta’ appoġġ għas-SUMP, filwaqt li japprova d-dokumenti ta’ gwida nazzjonali tas-SUMP u jservi bħala forum ta’ esperti indipendenti biex jgħin biex jiġi żgurat li l-gwida Ewropea u nazzjonali tas-SUMP tiġi implimentata kif xieraq. L-Istati Membri għandhom jibnu fuq skemi ta’ appoġġ eżistenti għall-bliet. L-uffiċċji ta’ ġestjoni tal-programmi għandhom jiġbru flimkien l-iskemi eżistenti implimentati fil-livell subnazzjonali u reġjonali biex jiżguraw approċċ ikkoordinat, inklużi r-restrizzjonijiet partikolari ta’ żoni remoti u periferali u r-reġjuni ultraperiferiċi.
L-uffiċċji jistgħu jkunu jinsabu f’ministeru, f’aġenzija jew f’korp speċjalizzat, skont l-istruttura amministrattiva tal-Istat Membru. L-uffiċċji reġjonali jistgħu jikkomplementaw lil dawk nazzjonali, b’mod partikolari fi Stati Membri akbar jew federali.
F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-bliet għandhom fl-aħħar mill-aħħar jibqgħu responsabbli għall-iżvilupp, għall-adozzjoni u għall-implimentazzjoni tas-SUMP tagħhom.
2.5. Interazzjoni tal-uffiċċji nazzjonali ta’ ġestjoni tal-programmi mal-Kummissjoni Ewropea
L-uffiċċji nazzjonali ta’ ġestjoni tal-programmi għandhom jaġixxu bħala l-punt ewlieni ta’ kuntatt tal-Istati Membri mal-Kummissjoni għal skambji u koordinazzjoni fir-rigward tas-servizzi ta’ appoġġ tas-SUMP.
L-appoġġ għall-implimentazzjoni tas-SUMP huwa wieħed mill-kompiti ewlenin tal-grupp ta’ esperti dwar il-mobbiltà urbana (EGUM), stabbilit wara l-adozzjoni tal-Qafas il-Ġdid tal-UE għall-Mobbiltà Urbana, fejn ir-rappreżentanti mill-Istati Membri, mir-reġjuni, mill-bliet u minn partijiet ikkonċernati oħra jiltaqgħu biex jiddiskutu l-politika tal-UE dwar il-mobbiltà urbana, inkluż fir-rigward tas-SUMP. Għalhekk, l-uffiċċji nazzjonali ta’ ġestjoni tal-programmi għandhom jikkoordinaw mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Istati Membri tagħhom fil-grupp ta’ esperti u jikkontribwixxu b’mod attiv għall-grupp.
2.6. Informar lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-azzjonijiet
L-Istati Membri huma mistiedna jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda kull sena fid-dawl ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. L-informazzjoni għandha tiġi trażmessa għall-ewwel darba sena wara li tiġi adottata din ir-Rakkomandazzjoni.
L-informazzjoni trażmessa għandha tinkludi:
— |
il-programm nazzjonali ta’ appoġġ għas-SUMP; |
— |
id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċċju nazzjonali ta’ ġestjoni tal-programm tas-SUMP; |
— |
il-pjan ta’ ħidma tal-uffiċċju nazzjonali tal-programm ta’ appoġġ għas-SUMP; |
— |
sommarju tar-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma (inkluż il-progress kwantifikat dwar il-KPIs, l-istadji importanti ewlenin u l-kwistjonijiet possibbli identifikati kif ukoll l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni previsti) u t-tagħlimiet meħuda. |
3. DESTINATARJI
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Adina VĂLEAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) COM(2019) 640 final.
(2) COM(2020) 789 final.
(3) COM(2021) 811 final.
(4) Id-Direttiva (UE) 2019/1161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li temenda d-Direttiva 2009/33/KE dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 116).
(5) COM(2021) 345 final
(6) COM(2013) 913 final.
(7) Rapport Speċjali 06/2020: Mobbiltà Urbana Sostenibbli fl-UE: Mhuwiex possibbli li jsir titjib sostanzjali mingħajr l-impenn tal-Istati Membri
(8) COM(2021) 812 final.
(9) Il-gwida għas-SUMP tikkonsisti mil-Linji Gwida dwar is-SUMP għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ SUMP u materjal ta’ referenza addizzjonali, disponibbli fuq il-portal ELTIS tal-Osservatorju tal-Mobbiltà Urbana; https://www.eltis.org/mobility-plans/topic-guides.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2022)5320 tat-28 ta’ Lulju 2022 li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-mobilità urbana; Grupp ta’ Esperti dwar il-Mobbiltà Urbana.
(11) Ara l-Anness għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013Lejn mobilità urbana kompetittiva u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, COM(2013) 913 final.
(12) COM(2021) 811 final.
(13) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, COM(2021) 812 final.
(14) SUMP Guidelines for developing and implementing SUMP, disponibbli fuq il-portal ELTIS tal-Osservatorju tal-Mobbiltà Urbana; https://www.eltis.org/mobility-plans/sump-guidelines.
(15) https://www.eltis.org/mobility-plans/topic-guides
(16) https://transport.ec.europa.eu/transport-themes/clean-transport-urban-transport/sumi_en
ANNESS
Kunċett aġġornat għal pjanijiet ta’ mobbiltà urbana sostenibbli
1. INTRODUZZJONI
Pjan ta’ mobbiltà urbana sostenibbli (SUMP) huwa pjan strateġiku mfassal biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ mobbiltà tan-nies u tan-negozji fil-bliet u fl-inħawi tal-madwar għal kwalità ta’ ħajja aħjar. Dan huwa qafas uniku biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni kollha tal-mobbiltà urbana għaż-żona urbana funzjonali kollha. SUMP joffri approċċ komprensiv, immexxi mill-viżjoni, flessibbli u reżiljenti billi jservi bħala pjan ta’ mobbiltà fit-tul li jinkludi pakketti ta’ miżuri li jindirizzaw objettivi u miri fuq terminu qasir li l-ilħuq tagħhom jista’ jiġi segwit malajr b’rispons għall-ħtiġijiet li jinbidlu.
Mill-2013, il-Kummissjoni kienet qed tħeġġeġ l-użu mifrux tas-SUMP bħala l-pedament tal-politika tagħha dwar il-mobbiltà urbana. Dan jirrifletti l-potenzjal tas-SUMP li jgħin lill-bliet u lir-reġjuni jindirizzaw sfidi komuni fit-tranżizzjoni tagħhom lejn mobbiltà urbana sostenibbli, u li jiżgura kwalità tal-ħajja aħjar. Il-Pakkett dwar il-Mobbiltà Urbana tal-2013 (1) talab lill-awtoritajiet lokali biex iqiegħdu s-SUMP fiċ-ċentru tal-approċċ tagħhom biex jindirizzaw kwistjonijiet ta’ mobbiltà urbana. Linji gwida relatati tal-UE ġew ippubblikati biex jappoġġaw lill-awtoritajiet lokali matul il-proċess kollu tas-SUMP.
Matul dawn l-aħħar ftit snin, ġie żviluppat ammont kbir ta’ pariri u gwida mal-komunità tal-ippjanar tal-mobbiltà urbana, u kien hemm sett sussegwenti ta’ dokumenti ta’ gwida komplementari dwar aspetti speċifiċi relatati mas-SUMP għall-bliet u għall-partijiet ikkonċernati fl-Osservatorju tal-Mobbiltà Urbana tal-UE li sar disponibbli (2). Hemm ukoll għodda ta’ awtovalutazzjoni biex tgħin lill-bliet jifhmu l-punti b’saħħithom u d-dgħufijiet tas-SUMP tagħhom (3).
Il-kunċett oriġinali tas-SUMP (4) ħareġ fil-Pakkett dwar il-Mobbiltà Urbana tal-2013 u kien jikkonsisti minn tmien prinċipji gwida ewlenin. Il-kunċett attwali tas-SUMP iżommhom filwaqt li jaġġorna dak li jeħtieġ li jiġi aġġornat.
1.1. Kuntest
F’konformità mal-Karta l-Ġdida ta’ Leipzig (5), Jeħtieġ li l-bliet jistabbilixxu strateġiji integrati u sostenibbli għall-iżvilupp urban u jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom għall-belt kollha kemm hi, miż-żoni funzjonali tagħha sal-viċinati tagħha.
Għalhekk, l-ippjanar sostenibbli tal-mobbiltà urbana huwa kruċjali għal mobbiltà effettiva u sostenibbli fil-bliet, inklużi n-nodi urbani TEN-T, kif ukoll huwa importanti għall-funzjonament ġenerali tan-network u għall-iżgurar ta’ kontinġenza u reżiljenza fil-każ ta’ sfidi kbar.
Fl-Anness V tal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament TEN-T rivedut, qiegħed jiġi propost li n-nodi urbani jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali relatati mas-SUMP (6). Dan il-kunċett huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu vinkolanti għan-nodi urbani li jikkonċerna l-adozzjoni tas-SUMP u l-kontenut tagħhom stabbilit fir-Regolament TEN-T rivedut futur. Filwaqt li jibni fuq dawn ir-rekwiżiti proposti, dan il-kunċett jagħti aktar informazzjoni u jistabbilixxi l-komponenti rakkomandati meħtieġa biex jiġi żviluppat SUMP kemm jekk belt tkun nodu urban kif ukoll jekk le.
1.2. Raġunijiet għall-aġġornament tal-kunċett tas-SUMP
Filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi ewlenin tal-aħħar ftit snin u l-esperjenza prattika miksuba matul l-aħħar deċennju mill-implimentazzjoni tal-kunċett, issa hemm opportunità biex dan jiġi aġġornat, sabiex is-SUMP ikunu jistgħu jikkontribwixxu b’mod aktar effettiv biex jilħqu l-objettivi u impenji tat-trasport, tal-klima u tas-soċjetà dejjem aktar ambizzjużi tal-UE.
Il-linji ta’ politika attwali huma stabbiliti, b’mod partikolari, fil-Patt Ekoloġiku Ewropew (7), fl-Istrateġija għall-Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti (8), u fil-Qafas il-Ġdid tal-UE għall-Mobbiltà Urbana (9). Dan l-aħħar, il-Kummissjoni ressqet proposti leġiżlattivi rilevanti fil-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” (10) u fil-pakketti dwar il-Mobbiltà Ekoloġika u Effiċjenti u REPowerEU (11). Fuq kollox, il-kunċett tas-SUMP irid jinkorpora aħjar l-aspetti klimatiċi u tal-enerġija filwaqt li jindirizza s-sikurezza, l-inklużività u l-aċċessibbiltà kif ukoll l-aspetti tat-trasport tal-merkanzija u tal-loġistika tat-trasport lokali.
B’mod aktar speċifiku, il-Qafas il-Ġdid tal-UE għall-Mobbiltà Urbana jgħid li l-kunċett aġġornat tas-SUMP għandu jagħmilha ċara li l-prijorità hija li jiġu promossi soluzzjonijiet sostenibbli inkluż it-trasport attiv, kollettiv u pubbliku u l-mobbiltà kondiviża (inkluż għal rabtiet urbani-rurali), l-integrazzjoni sħiħa tal-aspetti tar-reżiljenza kif ukoll il-pjanijiet għal-loġistika urbana sostenibbli (SULP), abbażi ta’ vetturi u soluzzjonijiet b’emissjonijiet żero. Dan għandu jiġi kkomplementat ulterjorment, u għandha tiġi antiċipata l-ħtieġa għal indikaturi u rekwiżiti speċifiċi dwar is-SUMP għan-nodi urbani tat-TEN-T. (12)
Fl-aħħar nett, l-għodod tal-ippjanar fl-oqsma tal-mobbiltà, l-enerġija, is-sostenibbiltà u l-użu tal-art jeħtieġ li jikkomplementaw lil xulxin aktar. B’dan il-mod, il-kunċett rivedut se joħloq ukoll rabtiet aktar mill-qrib bejn is-SUMP u pjanijiet urbani rilevanti oħra li jkopru l-enerġija u l-klima, b’mod partikolari l-Pjanijiet ta’ Azzjoni dwar l-Enerġija u l-Klima Sostenibbli (SECAP).
2. KUNĊETT GĦAS-SUMP
Dan il-kunċett jippreżenta approċċ rakkomandat għas-SUMP għaż-żoni urbani irrispettivament mid-daqs tagħhom. SUMP għandu jiġi żviluppat u implimentat f’konformità mal-prinċipji ta’ gwida li ġejjin.
2.1. Għanijiet u objettivi ċari u li jistgħu jitkejlu
L-għan ewlieni ta’ SUMP huwa li jagħmel iż-żona urbana funzjonali (13) li għaliha huwa intenzjonat, aktar aċċessibbli u li jipprovdi mobbiltà b’emissjonijiet baxxi ta’ kwalità għolja, sikura u sostenibbli lejn dik iż-żona, minnha u fi ħdanha. Dan għandu jappoġġa b’mod partikolari l-mobbiltà mingħajr emissjonijiet u l-implimentazzjoni ta’ sistema tat-trasport urban li tikkontribwixxi għal prestazzjoni ġenerali aħjar tan-network tat-trasport, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta’ infrastruttura għaċ-ċirkolazzjoni bla xkiel ta’ vetturi b’emissjonijiet żero u ta’ ċentri multimodali tal-passiġġieri biex jiġu ffaċilitati l-konnessjonijiet tal-ewwel u tal-aħħar mil, u ta’ terminals multimodali tal-merkanzija li jservu lil żoni urbani.
SUMP għandu għalhekk jinkludi għanijiet u objettivi speċifiċi li jappoġġaw l-iżvilupp ta’ sistema tat-trasport urban li:
— |
tkun sikura, aċċessibbli, affordabbli u inklużiva għall-utenti kollha, inklużi l-gruppi żvantaġġati u l-persuni b’diżabilitajiet jew b’mobbiltà mnaqqsa, u li tqis il-perspettiva tal-ġeneru u t-tibdil demografiku; |
— |
taqdi l-ħtiġijiet ta’ mobbiltà tal-utenti kollha, inklużi ċ-ċikliżmu u l-mixi, il-loġistika urbana, il-flussi tal-merkanzija u tal-passiġġieri fuq distanzi twal fuq in-network TEN-T, kif ukoll il-flussi minn żoni periurbani u rurali madwar belt, li jkopru ż-żona urbana funzjonali kollha (il-belt u ż-żona tal-ivvjaġġar tagħha); |
— |
tissodisfa r-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, tal-protezzjoni tal-klima u tar-reżiljenza, filwaqt li tibbilanċja l-ħtieġa li tiġi żgurata l-vijabbiltà ekonomika, l-ekwità soċjali u l-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent; |
— |
tottimizza l-effiċjenza tas-sistemi ta’ mobbiltà urbana, filwaqt li tqis il-kosteffettività kif ukoll l-esternalitajiet tat-trasport ta’ modi differenti marbuta, b’mod partikolari, mal-konġestjoni, is-sustanzi niġġiesa tal-arja u tal-istorbju, l-emissjonijiet tas-CO2, il-fatalitajiet u l-korrimenti tat-traffiku, u l-impatt tagħhom fuq il-bijodiversità; |
— |
tikkontribwixxi biex l-ambjent urban isir aktar attraenti, inkluż permezz ta’ kondiviżjoni aħjar tal-ispazju pubbliku; |
— |
iżżid il-kwalità tal-ħajja u tkun ta’ benefiċċju għas-saħħa pubblika, filwaqt li jitqiesu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU (14), u tiżgura li l-infrastruttura u s-servizzi tat-trasport urban ikunu sikuri, siguri u komdi għal kulħadd, inkluż għal gruppi vulnerabbli fis-soċjetà u n-nisa; |
— |
ittejjeb is-sikurezza u s-sigurtà tat-traffiku, b’mod partikolari għall-utenti attivi u vulnerabbli tat-triq (eż. persuni bil-mixi, ċiklisti, persuni anzjani, tfal, persuni b’diżabbiltà u mobbiltà mnaqqsa), is-servizzi u l-ispazji pubbliċi, filwaqt li tistinka biex tikseb Viżjoni Żero (15) fis-sikurezza fit-toroq urbani f’konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta (16); |
— |
tnaqqas is-sorsi kollha tat-tniġġis tat-trasport, bħall-arja, l-istorbju, il-partikolati u l-mikroplastik, kif ukoll l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport, kif ukoll iżżid l-effiċjenza enerġetika tagħha, bil-għan li tinkiseb mobbiltà urbana b’emissjonijiet żero f’konformità mal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, mal-Istrateġija ta’ Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti (17), mal-Pjan ta’ Azzjoni għal Tniġġis Żero (18) u mal-Liġi dwar il-Klima, filwaqt li jitqiesu l-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima, il-Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja u l-Pjanijiet ta’ Azzjoni lokali għal Enerġija u Klima Sostenibbli; |
— |
tikkontribwixxi għal konnettività aħjar u għal prestazzjoni ġenerali aħjar tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T), u s-sistema Ewropea tat-trasport kollha kemm hi, kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija. |
2.2. Viżjoni fit-tul u pjan ta’ implimentazzjoni ċar
SUMP jippreżenta, jew huwa marbut ma’ strateġija eżistenti u fit-tul għall-iżvilupp futur taż-żona urbana funzjonali u, f’dan il-kuntest, għall-iżvilupp futur tal-infrastruttura tat-trasport u tas-servizzi ta’ mobbiltà multimodali. Dan jinkludi wkoll pjan ta’ twettiq għall-implimentazzjoni tal-istrateġija fuq perjodu ta’ żmien qasir. Dan għandu jiġi inkorporat f’approċċ integrat għall-iżvilupp urban sostenibbli u għandu jintrabat mal-użu rilevanti tal-art, mal-ġestjoni tat-territorju u mal-ippjanar tal-politika settorjali (eż. għall-klima u l-enerġija).
SUMP għandu għalhekk ikun fih dan li ġej:
— |
skeda ta’ żmien u pjan baġitarju, b’sorsi għall-finanzjament meħtieġ identifikati kif xieraq; il-pjan ta’ twettiq idealment għandu jkopri bejn 3 u 10 snin; |
— |
responsabbiltajiet u riżorsi definiti b’mod ċar, inklużi r-riżorsi identifikati meħtieġa għal kull attur. |
2.3. Valutazzjoni tal-prestazzjoni attwali u futura
SUMP għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-prestazzjoni preżenti u futura tas-sistema tat-trasport urban u għandu jkun appoġġat minn sistema komprensiva ta’ monitoraġġ, li tkopri dan li ġej:
— |
analiżi tal-istatus, xenarju bażi u finali, li tibda b’rieżami komprensiv tas-sitwazzjoni attwali u l-istabbiliment ta’ linja bażi li magħha jista’ jitkejjel il-progress futur; għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-impatt tal-miżuri proposti; |
— |
objettivi u miri speċifiċi: SUMP għandu jidentifika objettivi ta’ prestazzjoni speċifiċi u realistiċi li huma marbuta mal-analiżi tal-istatus u li huma ambizzjużi f’termini tal-għan u l-objettivi ġenerali tas-SUMP. Għandu jistabbilixxi wkoll miri li jistgħu jitkejlu fejn xieraq, abbażi ta’ valutazzjoni realistika tal-linja bażi u tar-riżorsi disponibbli u li jirriflettu l-objettivi speċifiċi; |
— |
indikaturi tal-prestazzjoni, preferibbilment ibbażati fuq l-Indikaturi tal-Mobbiltà Urbana Sostenibbli (SUMI (19)), biex jiddeskrivu l-istatus attwali tas-sistema tat-trasport urban u jimmonitorjaw il-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti. |
2.4. L-iżvilupp integrat tal-modi kollha tat-trasport filwaqt li tingħata prijorità lil dawk l-aktar sostenibbli
SUMP għandu jippromwovi t-trasport multimodali permezz tal-integrazzjoni tal-modi differenti u tal-miżuri mmirati lejn l-iffaċilitar tal-mobbiltà bla xkiel u sostenibbli. Għandu jinkludi azzjonijiet biex jiżdied is-sehem modali ta’ forom aktar sostenibbli tat-trasport bħat-trasport pubbliku, il-mobbiltà attiva, il-mobbiltà kondiviża (20), il-loġistika urbana b’emissjonijiet żero u, kif xieraq, it-trasport fuq l-ilmijiet interni u t-trasport marittimu.
Għandu jinkludi wkoll azzjonijiet li jippromwovu l-mobbiltà mingħajr emissjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-ekoloġizzazzjoni tal-flotta urbana, biex titnaqqas il-konġestjoni u tittejjeb is-sikurezza fit-toroq, b’mod partikolari tal-utenti vulnerabbli tat-triq.
Il-pjan jippreżenta sett integrat ta’ miżuri tekniċi, infrastrutturali, ibbażati fuq il-politika u mhux vinkolanti biex jittejbu l-prestazzjoni u l-kosteffettività fir-rigward tal-għanijiet iddikjarati u l-objettivi speċifiċi.
SUMP għandu għalhekk ikopri dan li ġej:
— |
is-servizzi tat-trasport pubbliku u kollettiv kif ukoll il-mobbiltà kondiviża, bi strateġija ddedikata li għandha l-għan li ttejjeb il-kwalità, il-kopertura, is-sigurtà, l-integrazzjoni u l-aċċessibbiltà tagħhom; |
— |
trasport mhux motorizzat, bi pjan biex il-mixi, iċ-ċikliżmu u l-mikromobbiltà jsiru aktar attraenti, aktar sikuri u aktar siguri, filwaqt li jsir sforz għal network komprensiv u ta’ kwalità għolja; |
— |
il-multimodalità, biex jiġu integrati aħjar il-modi differenti tat-trasport kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija; |
— |
is-sikurezza urbana fit-toroq, bl-għan li tinkiseb Viżjoni Żero fir-rigward tal-fatalitajiet u l-korrimenti serji, b’mod partikolari tal-utenti vulnerabbli tat-triq inklużi l-persuni bil-mixi u ċ-ċiklisti. |
— |
it-tnaqqis tal-konġestjoni u l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-infrastruttura marbuta mal-miżuri ta’ ġestjoni tal-parkeġġ, inkluż l-ottimizzazzjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar, l-esplorazzjoni tal-potenzjal għar-riallokazzjoni tal-ispazju tat-triq u urban għal modi mhux motorizzati jew għal użi mhux tat-trasport; |
— |
il-loġistika urbana, inklużi l-kunsinni fid-djar u l-ġestjoni tal-flotta ta’ vetturi kummerċjali (eż. taxis), b’miżuri biex tittejjeb l-effiċjenza filwaqt li jitnaqqsu l-esternalitajiet bħall-emissjonijiet tal-gassijiet serra, is-sustanzi niġġiesa, l-istorbju u l-konġestjoni (SUMP u kwalunkwe pjan ta’ loġistika urbana sostenibbli speċifiku għandhom jiġu allinjati ma’ xulxin b’mod integrat); |
— |
pjanijiet ta’ ġestjoni tal-mobbiltà, b’azzjonijiet immirati lejn it-twettiq ta’ bidla lejn xejriet ta’ mobbiltà aktar sostenibbli għall-persuni li jivvjaġġaw, għall-konsumaturi u għall-istudenti (inklużi dawk li ġejjin minn żoni periurbani u rurali tal-madwar) f’setturi bħall-impjiegi, l-edukazzjoni, is-saħħa, il-bejgħ bl-imnut u t-turiżmu/l-avvenimenti; |
— |
id-diġitalizzazzjoni, inklużi s-sistemi tat-trasport intelliġenti (ITS), bħas-servizzi tal-mobbiltà diġitali multimodali li jiffaċilitaw il-kapaċità ta’ aċċess għall-informazzjoni, il-kotba, il-vjaġġ bil-ħlas u l-irkupru tal-biljetti fil-modi kollha, u l-ġbir tad-data (pereżempju, minn operaturi privati, big data, intelliġenza artifiċjali, tewmin diġitali, Internet tal-oġġetti, eċċ.), sabiex jiġu appoġġati t-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri inklużi f’SUMP. |
2.5. Approċċ integrat għall-mobbiltà tal-passiġġieri u għat-trasport tal-merkanzija u għal-loġistika urbana
Il-loġistika urbana, kif ukoll ir-rabtiet mat-trasport tal-merkanzija fuq distanzi twal, għandhom jiġu kkunsidrati u integrati bis-sħiħ f’SUMP biex jiġi żgurat approċċ sistematiku għall-aspetti kollha tal-mobbiltà ta’ belt u biex jintlaħaq l-objettiv ta’ loġistika urbana b’emissjonijiet żero u konsenji tal-aħħar mil. Kwistjonijiet speċifiċi ta’ loġistika urbana jistgħu jiġu indirizzati fi pjan ta’ loġistika urbana sostenibbli ddedikat u allinjat.
Għaż-żoni urbani rilevanti, SUMP għandu jqis kif xieraq l-impatt ta’ diversi miżuri urbani fuq il-flussi tat-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija u n-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T), biex jiġi żgurat tranżitu mingħajr xkiel, toroq li jgħaddu madwar nodi urbani, jew l-interkonnessjoni minnhom u madwarhom, inkluż ta’ vetturi b’emissjonijiet żero. B’mod partikolari għandu jinkludi azzjonijiet biex tittaffa l-konġestjoni, tittejjeb is-sikurezza fit-toroq u jitneħħew il-konġestjonijiet li jaffettwaw il-flussi tat-traffiku TEN-T.
2.6. Approċċ u koordinazzjoni parteċipattivi ma’ inizjattivi rilevanti oħrajn
L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ SUMP għandhom ikunu bbażati fuq approċċ integrat u parteċipattiv, b’livell għoli ta’ kooperazzjoni, koordinazzjoni u konsultazzjoni bejn il-livelli differenti tal-gvern u l-awtoritajiet rilevanti. Il-pubbliku ġenerali, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-atturi ekonomiċi għandhom ikunu involuti wkoll.
Għal dan il-għan, l-awtoritajiet lokali tal-ippjanar għandhom jistabbilixxu strutturi u proċeduri xierqa.
Dan il-proċess għandu jinvolvi b’mod partikolari:
— |
l-involviment xieraq tal-atturi rilevanti fiż-żona urbana funzjonali, bħar-residenti, ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-atturi ekonomiċi, fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-pjan mill-bidu u matul il-proċess biex jiġi żgurat livell għoli ta’ aċċettazzjoni u appoġġ; |
— |
il-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni interdipartimentali fil-livell lokali u reġjonali biex jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetà mal-politiki, l-istrateġiji u l-miżuri lokali u reġjonali, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-użu tal-art u l-ġestjoni tat-territorju; Pjanijiet Ekoloġiċi Urbani (21), l-enerġija; is-saħħa; l-edukazzjoni; is-servizzi soċjali; l-infurzar tal-liġi u policing; |
— |
skambju mill-qrib mal-awtoritajiet rilevanti responsabbli għall-provvista ta’ infrastruttura u servizzi tat-trasport fiż-żona urbana funzjonali (żoni urbani, periurbani u rurali ġirien) u f’livelli differenti ta’ amministrazzjoni u ta’ gvern. |
2.7. Il-monitoraġġ, ir-rieżami, ir-rapportar u l-assigurazzjoni tal-kwalità
SUMP għandu jinkludi objettivi, miri u indikaturi li jsostnu prestazzjoni attwali u futura ta’ sistemi tat-trasport urban, tal-inqas għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-konġestjoni, l-imwiet fit-toroq u l-korrimenti serji, is-sehem modali u l-aċċess għas-servizzi ta’ mobbiltà, kif ukoll data dwar it-tniġġis tal-arja u tal-istorbju fil-bliet. L-implimentazzjoni ta’ SUMP għandha tiġi mmonitorjata bl-użu ta’ dawn l-indikaturi tal-prestazzjoni.
B’mod partikolari, l-awtoritajiet lokali għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi biex jimmonitorjaw il-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi tas-SUMP tagħhom u jieħdu azzjoni korrettiva f’waqtha meta jkun meħtieġ. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-bliet f’dan il-kompitu u għandhom jiżguraw il-kwalità tas-SUMP u l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti tal-kunċett tas-SUMP, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-programmi nazzjonali ta’ appoġġ għas-SUMP.
Il-progress lejn l-ilħuq tal-għan u tal-objettivi speċifiċi ta’ SUMP u l-ilħuq tal-miri fih għandu jiġi vvalutat regolarment bl-użu ta’ indikaturi tar-riżultati magħżula (22). Għandha tittieħed azzjoni xierqa biex jiġi żgurat aċċess f’waqtu għad-data u l-istatistika rilevanti. Rapport ta’ monitoraġġ għandu jipprovdi l-bażi għal rieżami tal-implimentazzjoni tas-SUMP.
Sabiex jiġi appoġġat il-monitoraġġ, għandu jiġi mħeġġeġ l-użu ta’ tbassir biex jiġu antiċipati l-ħtiġijiet u l-isfidi futuri. Dan it-tbassir jista’ jiġi appoġġat minn għodod diġitali bħal Tewmin Diġitali lokali.
2.8. Gwida u appoġġ fil-livell Ewropew
Il-Kummissjoni Ewropea se tkompli tipprovdi informazzjoni dwar is-SUMP permezz tas-Servizz Ewropew ta’ Informazzjoni għat-Trasport Lokali — l-Osservatorju Ewropew tal-Mobbiltà (23). Din l-informazzjoni tinkludi l-Linji Gwida tas-SUMP relatati mal-proċess u l-materjal ta’ referenza dwar aspetti speċifiċi tas-SUMP (24).
Il-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-mobbiltà urbana (25), stabbilit wara l-adozzjoni tal-Qafas il-Ġdid tal-UE għall-Mobbiltà Urbana, se jgħin biex jikkomplementa u jissimplifika dan il-materjal.
(1) COM(2013) 913 final
(2) https://www.eltis.org/mobility-plans/sump-guidelines
(3) https://www.eltis.org/resources/tools/sump-self-assessment-tool
(4) L-Anness 1 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Lejn mobbiltà urbana kompetittiva u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52013DC0913).
(5) https://ec.europa.eu/regional_policy/sources/brochure/new_leipzig_charter/new_leipzig_charter_en.pdf
(6) COM(2021) 812/2.
(7) COM(2019) 640 final.
(8) COM(2020) 789 final.
(9) COM(2020) 811 final.
(10) COM(2021) 550 final.
(11) COM(2022) 230 final.
(12) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, COM(2021) 812 final.
(13) https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Glossary:Functional_urban_area#:~:text=Short%20definition%3A%20a%20functional%20urban,city%20(OECD%2C%202012)
(14) https://www.undp.org/sustainable-development-goals
(15) https://ec.europa.eu/transport/themes/strategies/news/2019-06-19-vision-zero_en
(16) https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9994-2017-INIT/mt/pdf
(17) COM(2020) 789 final.
(18) https://environment.ec.europa.eu/strategy/zero-pollution-action-plan_mt
(19) https://transport.ec.europa.eu/transport-themes/clean-transport-urban-transport/sumi_en
(20) Il-mobbiltà kondiviża tirreferi għall-użu kondiviż tal-modi tat-trasport, bħall-kondiviżjoni tal-vetturi għall-kiri (eż. roti, scooters, karozzi), ride sharing/car pooling (jiġifieri spazju kondiviż f’vettura) kif ukoll servizzi tat-trasport fuq talba (eż. servizzi ta’ ride-hailing bħal taxis).
(21) https://environment.ec.europa.eu/topics/urban-environment/urban-greening-platform_en
(22) Bħall-indikaturi tal-mobbiltà urbana sostenibbli disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/transport/themes/urban/urban_mobility/sumi_en.
(23) https://www.eltis.org/mobility-plans
(24) https://www.eltis.org/mobility-plans/topic-guides; https://www.eltis.org/mobility-plans/practitioner-briefings
(25) Grupp E03863 (https://ec.europa.eu/transparency/expert-groups-register/screen/expert-groups/consult?lang=mt&groupID=3863).
REGOLI TA' PROĊEDURA
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/34 |
DEĊIŻJONI Nru 2019/1 TAL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT
(wara konsultazzjoni bil-miktub)
dwar l-adozzjoni tal-baġit tal-Komunità tat-Trasport għas-sena 2019 [2023/551]
IL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport u, b’mod partikolari, l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 35 tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu I
Il-baġit tal-Komunità tat-Trasport għas-sena 2019, mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni, huwa b’dan adottat.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun inkarigata mill-implimentazzjoni tal-baġit u mit-tnedija tal-ħidma tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport f’konformità mal-Artikolu 3.
Artikolu 3
L-Artikolu 2 għandu japplika mill-24 ta’ Jannar 2019. Għandu jieqaf japplika fil-jum ta’ qabel dak li fih issir effettiva l-ħatra tad-Direttur tas-Segretarjat Permanenti.
Magħmul f’Tirana, fis-16 ta’ Jannar 2019.
Għall-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali
Il-President
APPENDIĊI
Baġit tal-Komunità tat-Trasport għas-sena 2019
Linja baġitarja |
Ammont (€) |
Salarji għall-uffiċjali |
750 000 |
Kontribuzzjoni għas-Saħħa / Skema tal-pensjoni għall-uffiċjali |
200 000 |
Kostijiet operazzjonali tas-segretarjat (inkl. nefqa fissa / ivvjaġġar / organizzazzjoni tal-laqgħat) |
330 000 |
Tagħmir tal-IT u għamara tal-uffiċċju (mhux koperti mill-Ftehim dwar l-HQ) |
100 000 |
Kostijiet tar-reklutaġġ (pubblikazzjoni u rimborż tal-kandidati) |
100 000 |
Total |
1 480 000 |
Riżerva (madwar: 10 %) |
150 000 |
Total ta’ kollox |
1 630 000 |
Li minnu: Kontribuzzjoni tal-UE (80 %) (*1) |
1 304 000 |
Kontribuzzjoni WB6 (20 %: l-Anness V tat-TCT jipprovdi d-distribuzzjoni skont kull pajjiż). |
326 000 |
(*1) (*) Iċ-ċifra tal-kontribuzzjoni tal-UE hi mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni tal-baġit tal-UE għall-2019.
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/36 |
DEĊIŻJONI Nru 2019/2 TAL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT
(wara konsultazzjoni bil-miktub tal-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali) dwar id-Direttur tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport [2023/552]
IL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport, u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 30 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2019/1 tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tas-16 ta’ Jannar 2019,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Alain Baron jinħatar bħala Direttur “interim” tas-Segretarjat Permanenti.
Artikolu 2
L-Artikolu 1 għandu japplika mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Għandu jieqaf japplika jum qabel dak li fih tidħol fis-seħħ il-ħatra tad-Direttur tas-Segretarjat Permanenti.
Magħmul f’Tirana, fit-28 ta’ Jannar 2019.
Għall-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali
Il-President
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/37 |
DEĊIŻJONI Nru 2019/3 TAL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT [2023/553]
tal-5 ta’ Ġunju 2019
rigward:
— |
l-adozzjoni ta’ regoli dwar ir-reklutaġġ, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ekwilibriju ġeografiku tal-persunal tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport; |
— |
l-adozzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunità tat-Trasport; |
— |
l-adozzjoni ta’ avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti għad-Direttur u l-Viċi Direttur tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport. |
IL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport u, b’mod partikolari, l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 35 tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-regoli dwar ir-reklutaġġ, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ekwilibriju ġeografiku tal-persunal tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport kif stabbiliti fl-Anness 1 ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan adottati.
Artikolu 2
Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunità tat-Trasport kif stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan adottati.
Artikolu 3
L-avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti għad-Direttur u l-Viċi Direttur tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport, mehmuża ma’ din id-deċiżjoni, huma adottati.
Magħmul f’Tirana, fil-5 ta’ Ġunju 2019.
Għall-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali
Il-President
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/38 |
DEĊIŻJONI Nru 2020/2 TAL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT
(Wara konsultazzjoni mal-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali)
dwar id-Direttur tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport [2023/554]
IL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport u, b’mod partikolari, l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 30 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2019/2 tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tat-28 ta’ Jannar 2019,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2019/3 tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar ir-Regoli dwar ir-Reklutaġġ, il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol u l-ekwilibriju ġeografiku tal-persunal tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport,
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet maqbula tal-laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tat-18 ta’ Mejju 2020 u l-konsultazzjoni sussegwenti tal-Kunsill Ministerjali kif ukoll il-konklużjonijiet tat-tmien laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tat-30 ta’ Ġunju;
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Matej Zakonjsek jinħatar bħala d-Direttur tas-Segretarjat Permanenti.
Artikolu 2
Il-post ta’ assenjazzjoni huwa s-sede tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport, Masarikova 5, 11000 Belgrad (is-Serbja).
Artikolu 3
Din il-ħatra hija konkluża għal perjodu ta’ 36 xahar, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni u tista’ tiġġedded għal massimu ta’ darbtejn.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fl-1 ta’ Awwissu 2020.
Magħmul f’Sarajevo, fis-6 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali
Il-President
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/39 |
DEĊIŻJONI Nru 2020/3 TAL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT
(Wara konsultazzjoni mal-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali) dwar il-Viċi Direttur tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport [2023/555]
IL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport u, b’mod partikolari, l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 30 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2019/2 tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tat-28 ta’ Jannar 2019,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2019/3 tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar ir-Regoli dwar ir-Reklutaġġ, il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol u l-ekwilibriju ġeografiku tal-persunal tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport,
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet maqbula tal-laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tat-18 ta’ Mejju 2020 u l-konsultazzjoni sussegwenti tal-Kunsill Ministerjali kif ukoll il-konklużjonijiet tat-tmien laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tat-30 ta’ Ġunju;
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sa Ljuba Siljanoska tinħatar bħala Viċi Direttur tas-Segretarjat Permanenti.
Artikolu 2
Il-post ta’ assenjazzjoni huwa s-sede tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport, Masarikova 5, 11000 Belgrad (is-Serbja).
Artikolu 3
Din il-ħatra hija konkluża għal perjodu ta’ 36 xahar, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni u tista’ tiġġedded għal massimu ta’ darbtejn.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fl-1 ta’ Settembru 2020.
Magħmul f’Sarajevo, fis-6 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali
Il-President
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/40 |
DEĊIŻJONI Nru 2020/05 TAL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT
dwar ir-regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba minn persuni minn barra s-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport mistiedna biex jattendu l-laqgħat fil-kapaċità tagħhom ta’ esperti [2023/556]
IL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport u, b’mod partikolari, l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 35 tiegħu,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba minn persuni minn barra s-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport mistiedna biex jattendu l-laqgħat f’kapaċità ta’ esperti huma b’dan adottati.
Dawk ir-regoli jinsabu fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul f’Sarajevo fid-29 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali
Il-President
ANNESS
REGOLI DWAR IR-RIMBORŻ TAL-ISPEJJEŻ IMĠARRBA MINN PERSUNI MINN BARRA S-SEGRETARJAT PERMANENTI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT MISTIEDNA BIEX JATTENDU L-LAQGĦAT F’KAPAĊITÀ TA’ ESPERTI
Artikolu 1
1. Dawn ir-regoli japplikaw għall-persuni li ġejjin, minn hawn ’il quddiem imsejħa flimkien bħala “esperti esterni”:
(a) |
kwalunkwe persuna minn barra l-Komunità tat-Trasport li tiġi mistiedna tagħti opinjoni professjonali speċifika f’kumitat jew grupp ta’ ħidma, ikun fejn ikun il-post tal-laqgħa; |
(b) |
kwalunkwe persuna responsabbli biex takkumpanja persuna b’diżabbiltà li taqa’ taħt il-punt (a). |
2. L-esperti esterni jistgħu jkunu esperti tas-settur privat jew esperti tal-gvern:
(a) |
l-esperti mis-settur privat huma individwi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili jew li jaħdmu għal organizzazzjoni jew kumpanija privata, li jkunu ġew mistiedna biex jagħtu lill-Komunità tat-Trasport il-benefiċċju tal-għarfien espert personali tagħhom jew biex jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet tagħhom f’qasam speċifiku, iżda mhux biex jiddefendu l-interessi ta’ pajjiż partikolari; |
(b) |
l-esperti tal-gvern huma individwi li jkunu ġew mistiedna bħala rappreżentanti ta’ awtorità pubblika lokali, reġjonali jew nazzjonali ta’ Stat Membru tal-UE jew ta’ Parti tax-Xlokk tal-Ewropa, jew li jkunu nħatru minn awtorità bħal din. |
Artikolu 2
Is-Segretarjat Permanenti ma għandux ikun responsabbli għal kwalunkwe dannu materjali, mhux materjali jew fiżiku mġarrab mill-esperti esterni jew minn persuni responsabbli biex jakkumpanjaw espert estern b’diżabbiltà matul il-vjaġġ tagħhom lejn il-post tal-laqgħa, jew is-soġġorn tagħhom fih, sakemm tali ħsara ma tkunx attribwibbli direttament lis-Segretarjat Permanenti.
B’mod partikolari, il-Komunità tat-Trasport ma għandhiex tinżamm responsabbli għal kwalunkwe aċċident li fih ikunu involuti l-esperti esterni li jużaw il-mezz ta’ trasport tagħhom stess biex jivvjaġġaw lejn il-post fejn issir il-laqgħa.
Artikolu 3
1. L-esperti esterni kollha għandu jkollhom id-dritt għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom mill-post speċifikat fl-istedina tagħhom (l-indirizz tal-post tax-xogħol jew tad-dar) sal-post fejn issir il-laqgħa, bl-aktar mezz ta’ trasport xieraq, wara li tiġi kkunsidrata d-distanza involuta. B’mod ġenerali, dan għandu jkun ivvjaġġar bil-ferrovija tat-tieni klassi għal vjaġġi ta’ inqas minn 400 km (f’direzzjoni waħda, skont id-distanza uffiċjali bil-ferrovija) u vvjaġġar bl-ajru tal-klassi ekonomika għal distanzi ta’ 400 km jew aktar.
2. Id-Direttur tas-Segretarjat Permanenti (id-“Direttur”) għandu b’mod partikolari jipprova jiżgura li l-laqgħat jiġu organizzati b’mod li jippermetti lill-esperti esterni jibbenefikaw mill-aktar rati tal-ivvjaġġar ekonomiċi. Id-Direttur għandu jiskrutina partikolarment bir-reqqa kwalunkwe talba għal rimborż li jinvolvu titjiriet għaljin b’mod abnormali. Id-Direttur għandu jkollu d-dritt li jwettaq kwalunkwe verifika li tista’ tkun meħtieġa u li jitlob kwalunkwe prova mill-espert estern li tkun meħtieġa għal dan l-iskop. Id-Direttur għandu jkollu wkoll id-dritt, fejn jidher li jkun iġġustifikat, li jirrestrinġi r-rimborż għar-rati normalment applikati għall-vjaġġ tas-soltu mill-post tax-xogħol jew tar-residenza tal-espert estern sal-post fejn issir il-laqgħa.
3. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom jiġu rimborżati meta jiġu ppreżentati d-dokumenti ta’ sostenn oriġinali: biljetti u fatturi jew, fil-każ ta’ prenotazzjonijiet online, il-kopja stampata tal-prenotazzjoni elettronika u tal-karti tal-imbarkazzjoni għall-vjaġġ tat-tluq. Id-dokumenti pprovduti jridu juru l-klassi tal-ivvjaġġar li ntużat, il-ħin tal-vjaġġ u l-ammont li tħallas.
4. Il-kost tal-ivvjaġġar b’vettura privata għandu jiġi rimborżat bl-istess rata bħall-biljett tal-ferrovija tat-tieni klassi.
5. Jekk il-ferrovija ma tkoprix ir-rotta, il-kost tal-ivvjaġġar b’vettura privata għandu jiġi rimborżat bir-rata ta’ EUR 0,22 għal kull km.
6. Il-miżati tat-taksis ma għandhomx jiġu rimborżati.
Artikolu 4
1. Il-gratifika għas-sussistenza għal kull jum (“DSA”) imħallsa għal kull jum tal-laqgħa hija rata fissa maħsuba biex tkopri n-nefqa kollha fil-post fejn issir il-laqgħa, inklużi, pereżempju, l-ikliet u t-trasport lokali (xarabank, tramm, metrò, taksi, parkeġġ, nollijiet tal-awtostrada, eċċ.), kif ukoll l-assigurazzjoni fuq l-ivvjaġġar u fuq l-aċċidenti.
2. Id-DSA għandha tkun ta’ EUR 92,00.
3. Jekk il-post tat-tluq ikkwotat fl-istedina jkun f’distanza ta’ 100 km jew inqas mill-post fejn issir il-laqgħa, id-DSA għandha titnaqqas b’50 %.
4. L-esperti esterni li jkollhom iqattgħu lejl wieħed jew aktar fil-post fejn issir il-laqgħa, minħabba li l-ħinijiet tal-laqgħat ikunu inkompatibbli mal-ħinijiet tat-titjiriet jew tal-ferroviji (1), għandu jkollhom id-dritt għal gratifika għall-akkomodazzjoni. Din il-gratifika għandha tkun ta’ EUR 100,00 għal kull lejl. In-numru ta’ ljieli ma jistax jaqbeż in-numru ta’ jiem tal-laqgħa + 1.
5. B’mod eċċezzjonali, jistgħu jitħallsu gratifika għall-akkomodazzjoni u DSA addizzjonali, jekk l-estensjoni tas-soġġorn tippermetti lill-espert estern jikseb tnaqqis fil-kost tat-trasport li tkun tiswa aktar mill-ammont ta’ dawk il-gratifiki.
6. Id-DSA u/jew il-gratifika tal-akkomodazzjoni jistgħu jiżdiedu b’50 % b’deċiżjoni motivata tad-Direttur fil-każ ta’ esperti esterni ta’ livell għoli ħafna.
Artikolu 5
Fejn, meta titqies kwalunkwe spiża mġarrba minn esperti esterni b’diżabbiltà minħabba d-diżabbiltà tagħhom jew minn kwalunkwe persuna li takkumpanjahom, jidher ċar li l-gratifiki previsti fl-Artikolu 4 ma jkunux adegwati, dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rimborżati fuq talba tad-Direttur meta jiġu ppreżentati d-dokumenti ta’ sostenn.
Artikolu 6
1. Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor fl-ittra ta’ stedina u fit-talba biex tiġi organizzata l-laqgħa, l-esperti mis-settur privat għandu jkollhom id-dritt għal DSA għal kull jum tal-laqgħa u, fejn xieraq, għal gratifika għall-akkomodazzjoni, bil-kundizzjoni li jiddikjaraw fuq l-unur tagħhom li ma jkunux qed jirċievu gratifika simili jew benefiċċji simili minn istituzzjoni oħra għall-istess żjara. Id-Direttur għandu jiżgura l-konsistenza bejn il-kontenut tal-ittri ta’ stedina u t-talba biex tiġi organizzata l-laqgħa.
2. L-esperti tal-gvern għandhom jirċievu DSA għal kull jum tal-laqgħa u, fejn xieraq, gratifika għall-akkomodazzjoni, dment li tiġi prevista fir-regoli ta’ proċedura tal-kumitat jew tal-grupp ta’ ħidma u bil-kundizzjoni li jiddikjaraw fuq l-unur tagħhom li ma jkunux qed jirċievu gratifiki simili mill-amministrazzjoni tagħhom għall-istess żjara.
3. Id-Direttur jista’, b’deċiżjoni motivata u meta jiġu ppreżentati d-dokumenti ta’ sostenn, jawtorizza r-rimborż tal-ispejjeż li l-esperti esterni ġarrbu bħala riżultat ta’ struzzjonijiet speċjali li rċevew bil-miktub.
4. Ir-rimborżi kollha tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, id-DSAs u l-gratifiki għall-akkomodazzjoni għandhom isiru f’kont bankarju wieħed għal kull espert estern.
5. Ir-rimborżi tal-kostijiet tal-esperti tal-gvern għandhom jitħallsu f’kont f’isem il-gvern, wieħed mill-ministeri tiegħu jew korp pubbliku jew, fl-assenza ta’ kwalunkwe deroga mill-gvern, f’isem wieħed mill-ministeri tiegħu jew korp pubbliku.
Artikolu 7
1. In-numru massimu ta’ esperti esterni għal kull laqgħa, kemm jekk ikollhom id-dritt għal rimborż tal-ispejjeż tagħhom kif ukoll jekk le, għandu jkun wieħed għal kull Parti tax-Xlokk tal-Ewropa u għal kull Stat Membru tal-UE mistieden bħala espert tal-gvern, u numru ta’ esperti mis-settur privat ugwali għan-numru ta’ esperti tal-gvern.
2. Id-Direttur jista’ jitbiegħed mir-regola stabbilita fil-paragrafu 1, permezz ta’ deċiżjoni motivata, fil-każ ta’ laqgħat konġunti ta’ diversi kumitati jew gruppi ta’ ħidma.
Artikolu 8
1. L-ordni tal-ħlas għandha titfassal fuq il-bażi tat-talba għal rimborż, li tkun ġiet debitament mimlija u ffirmata mill-espert estern u mis-segretarju tal-laqgħa responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tal-preżenza tal-espert estern.
2. L-esperti esterni għandhom jipprovdu lis-segretarju tal-laqgħa bid-dokumenti meħtieġa għar-rimborż tagħhom, permezz ta’ ittra, faks jew ittra elettronika, ittimbrata jew datata mhux aktar tard minn 30 jum kalendarju wara l-aħħar jum tal-laqgħa.
3. Is-Segretarjat Permanenti għandu jirrimborża l-ispejjeż tal-esperti esterni fi żmien 30 jum kalendarju.
4. Sakemm l-espert estern ma jkunx jista’ jipprovdi ġustifikazzjoni xierqa li tkun aċċettata permezz ta’ deċiżjoni motivata mid-Direttur, in-nuqqas ta’ konformità mal-paragrafu 2 għandu jassolvi lill-Komunità tat-Trasport minn kwalunkwe obbligu li tirrimborża l-ispejjeż tal-ivvjaġġar jew li tħallas kwalunkwe gratifika.
Artikolu 9
1. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom jiġu rimborżati bl-euro, fejn ikun xieraq, bir-rata tal-kambju li kienet tapplika fil-jum tal-laqgħa.
2. Id-DSA u, fejn ikun jixraq, il-gratifika għall-akkomodazzjoni għandhom jiġu rimborżati bl-euro bir-rata fissa applikabbli fil-jum tal-laqgħa.
Artikolu 10
Dawn ir-regoli għandhom japplikaw mill-għada tal-adozzjoni tagħhom.
(1) Bħala regola ġenerali, l-esperti esterni ma jistgħux jintalbu:
— |
jitilqu mill-post tax-xogħol jew tar-residenza tagħhom jew mill-post fejn tkun qed issir il-laqgħa qabel is-sebgħa ta’ filgħodu (stazzjon jew mezzi oħra ta’ trasport) jew it-tmienja ta’ filgħodu (ajruport); |
— |
jaslu fil-post fejn issir il-laqgħa wara d-disgħa ta’ filgħaxija (ajruport) jew l-għaxra ta’ filgħaxija (stazzjon jew mezzi oħra ta’ trasport). |
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/44 |
DEĊIŻJONI Nru 2020/7 TAL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT
dwar il-ħatra tal-Awditur Estern Indipendenti għat-twettiq tal-awditu annwali għas-Sena Fiskali 2019 [2023/557]
IL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport u, b’mod partikolari, l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 36 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-regoli finanzjarji u l-proċeduri tal-awditjar applikabbli għall-Komunità tat-Trasport, u b’mod partikolari l-Artikoli 62 u 63 tagħhom,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Grant Thornton D.O.O. bl-indirizz: Kneginje Zorke 2/4 Belgrad, jinħatar bħala l-Awditur Indipendenti Estern għat-twettiq tal-awditu annwali għas-Sena Fiskali 2019 tal-Komunità tat-Trasport.
Magħmul f’Sarajevo, it-3 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali
Il-President
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/45 |
DEĊIŻJONI Nru 2020/08 TAL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT
dwar il-ħolqien tal-Kumitat tekniku għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi [2023/558]
IL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport, u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 1 tiegħu,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kumitat tekniku tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi tal-Komunità tat-Trasport qiegħed b’dan jinħoloq.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul f’Sarajevo, fil-15 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali
Il-President
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/46 |
DEĊIŻJONI Nru 01/2021 TAL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT
(wara l-konsultazzjoni bil-miktub)
dwar l-adozzjoni tal-baġit tal-Komunità tat-Trasport għas-sena 2021 [2023/559]
IL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 35 tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-baġit tal-Komunità tat-Trasport għas-sena 2021, mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni, huwa b’dan adottat.
Artikolu 2
1. F’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-regoli finanzjarji u l-proċeduri tal-awditjar applikabbli għall-Komunità tat-Trasport, l-approprjazzjonijiet ta’ linja baġitarja partikolari tal-baġit tal-2021 jistgħu jintużaw għall-finijiet li l-baġit jattribwixxi lil linja baġitarja oħra, fil-limitu totali ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet tal-linja baġitarja msemmija l-ewwel. Dan ma għandux japplika għal-linja baġitarja li tikkonċerna l-baġit tar-riżorsi umani.
2. L-approprjazzjonijiet riportati biex jissodisfaw l-obbligi ffirmati fi tmiem l-2020, kif speċifikat fil-baġit mehmuż, ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-użu msemmi fil-paragrafu 1. Dawn ma għandhomx jitqiesu għad-determinazzjoni tal-ammont massimu li jikkorrispondi għal-limitu ta’ 10 % imsemmi fihom.
Artikolu 3
L-approprjazzjonijiet li ma jkunux ġew impenjati fi tmiem is-snin finanzjarji 2019 u 2020 għandhom jiġu kkanċellati u jitħallsu lura lill-Partijiet f’konformità mal-perċentwali stabbiliti fl-Anness V tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport u l-kontribuzzjonijiet li effettivament tħallsu.
Magħmul f’Sarajevo, fit-28 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali
Il-President
BAĠIT TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT GĦAS-SENA 2021
Linja baġitarja |
Ammont (EUR) |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
1 465 706 |
||||||||||
|
172 560 |
||||||||||
|
353 080 |
||||||||||
|
303 080 |
||||||||||
|
50 000 |
||||||||||
|
247 590 |
||||||||||
|
530 000 |
||||||||||
|
400 000 |
||||||||||
|
130 000 |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
60 000 |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
20 950 |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
99 100 |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
13 300 |
||||||||||
Riżerva (madwar 8 % ta’ krediti ġodda) |
217 714 |
||||||||||
Krediti ġodda totali |
3 000 000 |
||||||||||
Ammont totali riportat mill-2020 |
180 000 |
||||||||||
Total ta’ kollox |
3 180 000 |
||||||||||
Kontribuzzjoni tal-UE (80 % ta’ krediti ġodda) |
2 400 000 |
||||||||||
Kontribuzzjoni tal-Partijiet tax-Xlokk tal-Ewropa (20 % ta’ krediti ġodda: l-Anness V tat-TCT jipprovdi d-distribuzzjoni skont kull pajjiż) |
600 000 |
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/48 |
DEĊIŻJONI Nru 2021/02 TAL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT
dwar ir-regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba minn persuni barra mis-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport li huma mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Komunità tat-Trasport [2023/560]
IL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport, u b’mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba minn persuni barra mis-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport, li huma mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Komunità tat-Trasport, stabbiliti fl-Anness, huma permezz ta’ dan adottati.
Hekk kif jiġu adottati, is-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport għandu jippubblika r-regoli fuq is-sit web tal-Komunità tat-Trasport.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul f’Sarajevo, fis-7 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali
Il-President
ANNESS
REGOLI DWAR IR-RIMBORŻ TAL-ISPEJJEŻ IMĠARRBA MINN PERSUNI BARRA MIS-SEGRETARJAT PERMANENTI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT, LI HUMA MISTIEDNA JIPPARTEĊIPAW FIL-LAQGĦAT TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT
1. Ambitu
1.1. |
Dawn ir-regoli japplikaw għal persuni minn barra s-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport (“is-Segretarjat Permanenti”) li jkunu mistiedna jipparteċipaw fi kwalunkwe waħda mil-laqgħat tal-Komunità tat-Trasport elenkati fir-regola 1.2. |
1.2. |
Il-laqgħat li huma koperti minn dawn ir-regoli huma laqgħat tal-konfigurazzjonijiet, il-kumitati u l-fora l-oħra tal-Komunità tat-Trasport li ġejjin:
|
1.3. |
Rappreżentant wieħed biss għal kull ministeru, awtorità regolatorja, aġenzija, entità jew parti benefiċjarja oħra għandu jkun intitolat għar-rimborż tal-ispejjeż skont dawn ir-regoli. Madankollu, fil-każ li l-laqgħat elenkati fl-Artikolu 1.2 jiġu organizzati b’mod konġunt, id-Direttur tas-Segretarjat Permanenti (“Direttur”) jista’ jingħata eċċezzjoni minn din ir-regola permezz ta’ deċiżjoni motivata. |
1.4. |
Dawn ir-regoli jkopru r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni biss. Il-parteċipanti m’għandhomx ikunu intitolati għal somom addizzjonali bħal kumpens għas-sussistenza għal kull jum. |
2. Spejjeż tal-ivvjaġġar
2.1. |
Il-parteċipanti kollha għandhom ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom mill-post speċifikat fl-istedina tagħhom (l-indirizz tax-xogħol jew tad-dar) sal-post tal-laqgħa, bl-aktar mezz ta’ trasport xieraq skont id-distanza involuta. B’mod ġenerali, dan għandu jkun ivvjaġġar bil-ferrovija tat-tieni klassi għal vjaġġi ta’ inqas minn 400 km (f’direzzjoni waħda, skont id-distanza uffiċjali bil-ferrovija) u vvjaġġar bl-ajru tal-klassi ekonomika għal distanzi ta’ 400 km jew aktar. |
2.2. |
Id-Direttur għandu jipprova jiżgura li l-laqgħat jiġu organizzati b’mod li jippermetti lill-parteċipanti jibbenefikaw mill-aktar rati tal-ivvjaġġar ekonomiċi. |
2.3. |
L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom jiġu rimborżati biss meta jiġu ppreżentati d-dokumenti ta’ sostenn oriġinali: |
2.4. |
Meta t-trasport bl-ajru jew bil-ferrovija ma jkunx disponibbli jew ma jkunx kosteffettiv, l-ivvjaġġar bix-xarabank jew bil-karozza għandu jiġi awtorizzat. |
2.5. |
Il-kost tal-ivvjaġġar b’vettura privata għandu jiġi rimborżat bir-rata ta’ EUR 0,22 għal kull km. |
2.6. |
Il-miżati tat-taksi għandhom jiġu rimborżati biss jekk ma jkun hemm l-ebda trasport pubbliku lokali disponibbli. |
2.7. |
Il-kostijiet tal-ivvjaġġar għandhom jiġu rimborżati sa EUR 700. |
3. Spejjeż tal-akkomodazzjoni
3.1. |
Il-parteċipanti għandhom ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni tagħhom. L-ispejjeż tal-akkomodazzjoni huma l-ispejjeż imġarrba biex wieħed joqgħod billejl fil-post fejn issir il-laqgħa minħabba li l-ħinijiet tal-laqgħa jkunu inkompatibbli mal-ħinijiet tat-titjiriet jew tal-ferroviji. L-ispejjeż tal-akkomodazzjoni għandhom jiġu rimborżati sa EUR 120 għal kull lejl. In-numru ta’ ljieli tas-soġġorn ma għandux jaqbeż in-numru ta’ jiem tal-laqgħa + 1. |
3.2. |
Soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tad-Direttur, il-parteċipanti jistgħu eċċezzjonalment ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni relatati ma’ lejl addizzjonali fil-post fejn issir il-laqgħa jekk, billi jtawwal is-soġġorn, il-parteċipant ikun jista’ jikseb tnaqqis fl-ispiża tat-trasport li jkun jiswa aktar mill-ispejjeż tal-akkomodazzjoni relatati mal-lejl addizzjonali. |
3.3. |
Il-parteċipanti m’għandhomx ikunu intitolati għar-rimborż ta’ spejjeż oħra relatati mas-soġġorn fil-lukanda bħall-internet, it-telefown, il-fotokopjar, il-minibar, il-kolazzjon mhux inkluż. |
4. Xiri ta’ biljetti u akkomodazzjoni
4.1. |
Fil-prinċipju, il-parteċipanti mistiedna għal xi laqgħa elenkata fir-regola 1.2, il-punti minn (a) sa (e) għandhom jibbukkjaw il-biljetti u l-akkomodazzjoni tagħhom stess. L-ibbukkjar għandu jsir kemm jista’ jkun malajr sabiex ikunu jistgħu jinkisbu l-aktar miżati jew rati ekonomiċi. Is-Segretarjat Permanenti għandu jibbukkja l-ivvjaġġar jew l-akkomodazzjoni f’isem il-parteċipanti jew jagħmel pagament bil-quddiem għan-nefqa f’każijiet eċċezzjonali biss u soġġett għar-regola 6. |
4.2. |
Fil-każ tal-parteċipanti mistiedna għal xi laqgħa elenkata fir-regola 1.2, il-punti (f) u (g), l-arranġamenti tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni għandhom isiru mis-Segretarjat Permanenti. |
5. Proċedura tar-rimborż
5.1. |
Biex jiksbu rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni, il-parteċipanti għandhom jippreżentaw talba għar-rimborż tal-ispejjeż (“talba għar-rimborż”). It-talba għar-rimborż għandha tkun:
|
5.2. |
Il-korrispondenza dwar ir-rimborż għandha tintbagħat lis-Segretarjat Permanenti fuq finance@transport-community.org. |
5.3. |
Ir-rimborż għandu jsir f’euro. Ir-rata tal-kambju li tapplika għar-rimborż għandha tkun dik applikabbli fid-data tal-laqgħa. |
5.4. |
Ir-rimborż għandu jsir permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont bankarju tal-istituzzjoni jew tal-organizzazzjoni li tinnomina lill-parteċipant, bl-użu tad-dettalji tal-kont tal-bank ippreżentati f’konformità mar-regola 5.5. Madankollu, ir-rimborż jista’ jsir f’kont bankarju privat tal-parteċipant jekk dik l-istituzzjoni jew organizzazzjoni titlob dan bil-miktub. |
5.5. |
Id-dettalji tal-kont bankarju li għandhom jiġu sottomessi għall-finijiet tar-regola 5.4 għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja relatata mal-benefiċjarju: l-isem u l-indirizz tad-detentur tal-kont, l-isem tal-bank, in-numru tal-kont tal-bank (IBAN) u l-kodiċi SWIFT (BIC). |
6. Ħlas bil-quddiem ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni
6.1. |
F’każijiet eċċezzjonali, l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni li tinnomina tista’ tippreżenta talba lis-Segretarjat Permanenti għall-ħlas bil-quddiem tal-ivvjaġġar jew tal-akkomodazzjoni relatata ma’ parteċipant mistieden għal xi laqgħa elenkata fil-punti minn (a) sa (e) tar-regola 1.2. Tali proċediment jinkludi l-prenotazzjoni ta’ vjaġġar u akkomodazzjoni mis-Segretarjat Permanenti. |
6.2. |
It-talbiet għal ħlas bil-quddiem għandhom isiru permezz tal-formola li tinsab fl-Appendiċi 2 u għandhom jintbagħtu mill-inqas 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa lis-Segretarjat Permanenti fuq finance@transport-community.org. |
6.3. |
Meta tiġi ppreżentata talba f’konformità mal-Artikolu 6.2, id-Direttur jista’ jilqa’ t-talba. Jekk talba titressaq tard, id-Direttur jista’ jirrifjuta t-talba. |
6.4. |
Wara li tiġi ssodisfata talba taħt ir-regola 6.3, u jitqies l-abbozz tal-aġenda għal-laqgħa, is-Segretarjat Permanenti għandu jibbukkja l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni għall-parteċipant inkwistjoni. Is-Segretarjat Permanenti għandu jibgħat il-konfermi tal-prenotazzjoni għall-biljett u l-akkomodazzjoni lill-parteċipant permezz tal-posta elettronika. |
6.5. |
Billi jkun talab ħlas bil-quddiem tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, il-parteċipant jimpenja ruħu li jattendi l-laqgħa. |
6.6. |
Meta l-parteċipant ma jkunx jista’ jattendi l-laqgħa għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli direttament għall-Komunità tat-Trasport, l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni li tinnomina għandha tindennizza lis-Segretarjat Permanenti għall-kostijiet imġarrba fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-vjaġġ (eż. il-kostijiet ta’ biljetti rreġistrati inklużi t-tariffi ta’ kanċellazzjoni). |
7. Dispożizzjonijiet amministrattivi u finali
7.1. |
Id-Direttur huwa responsabbli għall-implimentazzjoni xierqa ta’ dawn ir-regoli. |
7.2. |
Is-Segretarjat Permanenti għandu jżomm, għal perjodu ta’ ħames snin, ir-rekords, id-dokumenti u l-evidenza relatati mar-rimborżi skont dawn ir-regoli, inklużi dokumenti relatati ma’ trattament eċċezzjonali. |
Appendiċi 1
TALBA GĦAR-RIMBORŻ TAL-IVVJAĠĠAR
|
Post: |
|||||||
|
||||||||
|
|
|||||||
KUNJOM: |
ISEM: |
|||||||
ISTITUZZJONI/ORGANIZZAZZJONI: |
TITOLU: |
|||||||
PAJJIŻ: |
|
|||||||
INDIRIZZ TAL-POSTA ELETTRONIKA: |
TELEFOWN: |
|||||||
|
||||||||
ISEM U INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-KONT (ISTITUZZJONI): (jekk jogħġbok indika l-isem tas-sid/benefiċjarju tal-kont tal-bank hawnhekk) |
||||||||
ISEM TAL-BANK |
||||||||
Numru tal-kont |
||||||||
IBAN |
||||||||
SWIFT (BIC) |
||||||||
|
Minn: |
Sa: |
||||||
DATI TAS-SOĠĠORN |
|
|
||||||
Numru totali ta’ ljieli fil-lukandi (b’rata massima ta’ EUR 120 kull lejl) |
|
|||||||
Jekk jogħġbok ehmeż kopja tal-fattura tar-riċevuta tal-lukanda |
||||||||
|
||||||||
Ajruplan, ferrovija, xarabank fuq distanza twila, trasport pubbliku lokali, eċċ. |
MINN |
SA |
KLASSI |
AMMONT |
MUNITA |
F’EUR |
||
Itinerarju |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
Kompli fuq folja separata jekk ikun meħtieġ. Jekk jogħġbok ehmeż kopja tar-riċevuti/fatturi disponibbli, inklużi l-karti tal-imbarkazzjoni għal titjiriet/ferrovija/xarabank |
||||||||
KAROZZA |
Minn: |
Sa: |
Sa: (Ritorn) |
|||||
Prova tad-distanza mehmuża (kopja tar-rotta minn Google Maps jew ViaMichelin.com jew Rome2Rio.com, għandha tiġi sottomessa fil-format PDF jew JPG) |
KM fiż-żewġ direzzjonijiet: |
|||||||
Total f’EUR: |
||||||||
TAKSI (jekk it-trasport pubbliku lokali ma kienx disponibbli) – irċevuti meħtieġa; ġustifikazzjoni addizzjonali meħtieġa |
Ammont |
Munita |
F’EUR |
|||||
|
||||||||
AMMONT TOTALI MITLUB f’EURO: Rimarki oħrajn: |
||||||||
Niċċertifika li din it-talba għar-rimborż tal-ivvjaġġar hija dikjarazzjoni vera tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar imġarrba minni. Jiena ma ġejtx u mhux se niġi rimborżat għal dawn l-ispejjeż minn xi sors ieħor u lanqas inkludejt xi spiża mħallsa jew li għandha titħallas direttament minn sors ieħor. |
||||||||
Data: |
FIRMA TAL-PARTEĊIPANT: |
Appendiċi 2
TALBA GĦAL ĦLAS BIL-QUDDIEM TAL-ISPEJJEŻ TAL-IVVJAĠĠAR
|
|||||||||||||||
Kunjom*: |
|
||||||||||||||
Isem*: |
|
||||||||||||||
Isem l-organizzazzjoni/istituzzjoni*: |
|
||||||||||||||
Funzjoni: |
|
||||||||||||||
Numru tal-passaport* (meħtieġ għal skopijiet ta’ bbukkjar): |
|
||||||||||||||
Nru tat-telefown għall-kuntatt: |
|
||||||||||||||
Indirizz tal-posta elettronika: |
|
||||||||||||||
Titolu u post tal-laqgħa: |
|
||||||||||||||
Dati tal-laqgħa: |
Minn: |
Sa: |
|||||||||||||
Rotta tal-vjaġġ: |
Tluq minn: |
Wasla sa: |
|||||||||||||
|
|||||||||||||||
IVVJAĠĠAR ☐ AKKOMODAZZJONI ☐ |
|||||||||||||||
NOTI IMPORTANTI GĦALL-PARTEĊIPANTI:
|
|||||||||||||||
Firma: ________________ Data: _____________________ |
Approvazzjoni tal-kap tal-istituzzjoni/organizzazzjoni li tinnomina: _______ Data: __________ |
||||||||||||||
|
|||||||||||||||
Stima tal-kostijiet (f’EUR) |
Disponibbiltà tal-Baġit |
||||||||||||||
Biljett tat-titjira/ Biljett tal-ferrovija/ Biljett tax-xarabank/ Karozza |
|
IVA ☐ LE ☐ Uffiċjal Finanzjarju u tal-Kontabbiltà: |
|||||||||||||
Akkomodazzjoni |
|
||||||||||||||
TOTAL: |
|
APPROVAZZJONI TAD-DIRETTUR: ☐ Approvata ☐ Mhux approvata |
|||||||||||||
Nru tal-impenn baġitarju: |
|
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/54 |
DEĊIŻJONI Nru 2021/03 TAL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT
dwar regoli dwar ir-rimborż tal-persunal tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport għall-kostijiet tal-ivvjaġġar u tar-rilokazzjoni mal-bidu tal-kariga u mat-terminazzjoni tas-servizz [2023/561]
IL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport u, b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 35 tiegħu,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-regoli dwar ir-rimborż tal-persunal tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport għall-kostijiet tal-ivvjaġġar u tar-rilokazzjoni mal-bidu tal-kariga u mat-terminazzjoni tas-servizz, stabbiliti fl-Anness, huma b’dan adottati.
Hekk kif jiġu adottati, is-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport għandu jippubblika r-regoli fuq is-sit web tal-Komunità tat-Trasport.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul f’Sarajevo, fis-7 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali
Il-President
ANNESS
REGOLI DWAR IR-RIMBORŻ TAL-PERSUNAL TAS-SEGRETARJAT PERMANENTI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT GĦALL-KOSTIJIET TAL-IVVJAĠĠAR U TAR-RILOKAZZJONI MAL-BIDU TAL-KARIGA U MAT-TERMINAZZJONI TAS-SERVIZZ
1. Ambitu
Dawn ir-regoli jkopru:
(a) |
ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-persunal tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunità tat-Trasport (il-“persunal”), il-konjuġi tagħhom, u t-tfal dipendenti li għandhom bejn sentejn u 18-il sena, li realment jgħixu fl-unitajiet domestiċi tagħhom, mal-bidu tal-kariga u mat-terminazzjoni tas-servizz; |
(b) |
ir-rimborż tal-kostijiet tal-ġarr u tal-ħżin mill-persunal, mal-bidu tal-kariga u mat-terminazzjoni tas-servizz; kif ukoll |
(c) |
il-ħlas ta’ gratifika tal-insedjament lill-persunal mal-bidu tal-kariga. |
2. Spejjeż tal-ivvjaġġar
2.1. |
L-ispejjeż tal-ivvjaġġar li ġejjin għandhom jiġu rimborżati:
B’mod ġenerali, il-mezz tat-trasport għandu jkun l-ivvjaġġar bil-ferrovija tat-tieni klassi għal vjaġġi ta’ inqas minn 400 km (f’direzzjoni waħda, skont id-distanza uffiċjali bil-ferrovija) u l-ivvjaġġar bl-ajru tal-klassi ekonomika għal distanzi ta’ 400 km jew aktar. |
2.2. |
Kull vjaġġatur eliġibbli għandu jkun intitolat għar-rimborż tal-kostijiet tal-piż żejjed tal-bagalji sa 10 kg. |
2.3. |
L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom jiġu rimborżati biss meta jiġu ppreżentati d-dokumenti ta’ sostenn oriġinali. |
2.4. |
Meta t-trasport bl-ajru jew bil-ferrovija ma jkunx disponibbli jew ma jkunx kosteffettiv, l-ivvjaġġar bix-xarabank jew bil-karozza għandu jiġi awtorizzat. |
2.5. |
Il-kost tal-ivvjaġġar b’vettura privata għandu jiġi rimborżat bir-rata ta’ EUR 0,22 għal kull km. |
2.6. |
Il-miżati tat-taksis ma għandhomx jiġu rimborżati. |
3. Spejjeż tal-Ġarr
3.1. |
Soġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel tad-Direttur tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport (id-“Direttur”), l-ispejjeż imġarrba fir-rigward tal-ġarr ta’ għamara u oġġetti personali, inkluż il-kost tal-assigurazzjoni kontra r-riskji ordinarji (ksur, serq, nar, eċċ.), għandhom jiġu rimborżati meta:
|
3.2. |
Il-kostijiet li għandhom jiġu rimborżati għandhom ikunu gratifika għall-ġarr f’somma f’daqqa jew il-kostijiet realment imġarrba. |
3.3. |
Gratifika għall-ġarr f’somma f'daqqa għandha tkun ta’ 30 fil-mija tas-salarju bażiku tal-membru tal-persunal, b’limitu massimu ta’ EUR 1 500. |
3.4. |
L-ispejjeż realment imġarrba, inkluż il-kost tal-ħżin għal massimu ta’ 60 jum u l-assigurazzjoni kontra riskji ordinarji, għandhom jiġu rimborżati sa limitu ta’ EUR 6 000 u soġġetti għal-limiti ta’ volum li ġejjin, skont kif ikun rilevanti:
|
3.5. |
It-trasport tal-għamara u tal-oġġetti personali għandu jsir bl-art jew bil-baħar jew bl-aktar mezz ekonomiku kif jiddetermina d-Direttur, filwaqt li jitqiesu l-kostijiet relatati mal-imballaġġ, it-tqegħid fi krejts, il-ġarr, it-tneħħija tal-imballaġġ, it-tneħħija mill-krejts u d-dazji doganali, jekk ikun hemm. |
3.6. |
Il-persunal għandu jissottometti offerti minn tal-inqas tliet kumpaniji tal-ġarr lis-Segretarjat Permanenti għall-approvazzjoni. |
4. Gratifika tal-insedjament
4.1. |
Mal-ħatra, il-membri tal-persunal li jiġu fil-post tas-servizz u li ma jkunux akkumpanjati u ma jingħaqdux magħhom tal-inqas membru wieħed tal-familja tagħhom u li jivvjaġġaw a spejjeż tas-Segretarjat Permanenti għandhom ikunu intitolati li jirċievu gratifika tal-insedjament ugwali għall-ammont ta’ salarju ta’ xahar wieħed. |
4.2. |
Mal-ħatra, il-membri tal-persunal li jiġu fil-post tas-servizz akkumpanjati jew li jingħaqad magħhom tal-inqas membru wieħed tal-familja tagħhom u li jivvjaġġaw a spejjeż tas-Segretarjat Permanenti għandhom ikunu intitolati li jirċievu gratifika tal-insedjament ugwali għall-ammont ta’ żewġ salarji ta’ xahar. Is-Segretarjat Permanenti għandu jħallas dak l-ammont lill-membru tal-persunal bħala somma waħda f’daqqa. |
5. Dispożizzjonijiet amministrattivi u finali
5.1. |
Il-membri tal-persunal għandhom jinfurmaw lis-Segretarjat Permanenti jekk l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-ġarr tagħhom jew, fejn applikabbli, dawk tal-membri tal-familja tagħhom, ikunu parzjalment jew totalment koperti minn parti terza (eż. awtoritajiet governattivi, entità li tistieden, impjegatur tal-konjuġi, impjegatur ieħor), u f’dan il-każ is-Segretarjat Permanenti għandu jirrimborża jew ikopri biss il-porzjon tal-ispejjeż li ma jkunx kopert mill-parti terza. |
5.2. |
Id-Direttur huwa responsabbli għall-implimentazzjoni xierqa ta’ dawn ir-regoli. |
5.3. |
Is-Segretarjat Permanenti għandu jżomm ir-rekords, id-dokumenti u l-evidenza relatati mar-rimborż tal-ispejjeż tal-ġarr u tal-ivvjaġġar u mal-pagament ta’ gratifika tal-insedjament għal perjodu ta’ ħames snin. |
5.4. |
Dawn ir-regoli għandhom japplikaw mill-għada tal-adozzjoni. |
5.5. |
Il-membri tal-persunal li jkunu bdew jaħdmu qabel l-adozzjoni ta’ dawn ir-regoli, għandhom ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-ġarr u għall-ħlas ta’ gratifika tal-insedjament skont dawn ir-regoli, mal-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn dwar l-ispejjeż reali mġarrba u sal-limiti massimi definiti fir-regoli 2 sa 4. |
5.6. |
Skont l-iżvilupp tal-prezzijiet, id-Direttur jista’ jipproponi lill-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali biex jirrieżamina dawn ir-regoli. |
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/58 |
EMENDI TAD-DISPOŻIZZJONIJIET PRATTIĊI GĦALL-IMPLEMENTAZZJONI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI ĠENERALI
IL-QORTI ĠENERALI,
wara li rat l-Artikolu 224 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha;
wara li rat id-Dispożizzjoni prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;
wara li rat l-emendi tar-Regoli tal-Proċedura adottati mill-Qorti Ġenerali fit-30 ta’ Novembru 2022 (1);
wara li kkunsidrat li r-regoli l-ġodda dwar l-ommissjoni ta’ data fil-konfront tal-pubbliku, dwar is-seduti komuni għas-sottomissjonijiet orali u dwar il-videokonferenza fis-seduti għas-sottomissjonijiet orali jiġġustifikaw li ċerti punti tad-Dispożizzjonijiet prattiċi ta’ implementazzjoni jiġu għaldaqstant ikkompletati u aġġustati;
wara li kkunsidrat li barra minn hekk, fl-interess tal-partijiet u tal-qorti, ikun tajjeb li tittejjeb il-kwalità li tinftiehem tad-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni formali ta’ rikors u tal-iskeda li telenka l-annessi sabiex jitnaqqas in-numru ta’ każijiet li fihom ikollha tintalab regolarizzazzjoni;
wara li kkunsidrat li għandu jiġi ppreċiżat il-mod kif għandhom jitwettqu ċerti kompiti tar-Reġistru, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw iż-żamma tar-reġistru, iż-żamma tal-proċess u l-konsultazzjoni tal-proċess, b’mod partikolari fid-dawl tal-bidliet li saru matul il-perijodu ta’ kriżi sanitarja;
wara li kkunsidrat li d-diġitalizzazzjoni tal-proċess ġudizzjarju u l-implementazzjoni, matul is-sena 2022, tal-firma elettronika kkwalifikata tas-sentenzi u tad-digrieti tal-Qorti Ġenerali għandhom konsegwenzi fuq livelli differenti li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-preskrizzjonijiet dwar it-tariffa tar-Reġistru u dwar l-arkivjar tal-oriġinal tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji;
TADOTTA DAWN L-EMENDI TAD-DISPOŻIZZJONIJIET PRATTIĊI GĦALL-IMPLEMENTAZZJONI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI ĠENERALI:
Artikolu 1
Id-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura (2) huma emendati kif ġej:
1. |
Fil-punt 1, l-espressjoni “kif ukoll għall-kustodja tas-siġilli tal-Qorti Ġenerali.” hija ssostitwita bl-espressjoni “kif ukoll għall-kustodja tas-siġilli tal-Qorti Ġenerali u tal-arkivji.”. |
2. |
Fil-punt 10, is-sentenza “Dawn għandhom isiru fil-lingwa tal-kawża u għandhom jinkludu l-indikazzjonijiet neċessarji għall-identifikazzjoni tal-att, b’mod partikolari d-dati tal-preżentata u tar-reġistrazzjoni, in-numru tal-kawża u n-natura tal-att.” hija ssostitwita bis-sentenzi “Dawn għandhom isiru fil-lingwa tal-kawża. Huma għandhom jinkludu, b’mod partikolari, id-dati tal-preżentata u tar-reġistrazzjoni, in-numru tal-kawża u n-natura tal-att.”. |
3. |
Wara l-punt 10, it-test segwenti huwa miżjud bħala l-punt 10a:
|
4. |
It-test tal-punti 12, 13 u 14 huwa ssostitwit bl-indikazzjoni “[Test imħassar]”. |
5. |
Fil-punt 20, l-espressjoni “Kawża mibgħuta lura mill-Qorti tal-Ġustizzja wara annullament jew wara eżami mill-ġdid għandha tingħata n-numru” hija ssostitwita bl-espressjoni “Kawża mibgħuta lura mill-Qorti tal-Ġustizzja wara annullament għandha tingħata n-numru”. |
6. |
It-test tal-punt 21 huwa ssostitwit bit-test segwenti:
|
7. |
It-test tal-punti 22 u 23 huwa ssostitwit bit-test segwenti:
|
8. |
Fil-punt 28, is-sentenza “Il-proċess magħluq għandu jinkludi lista tad-dokumenti kollha inklużi fil-proċess tal-kawża, b’indikazzjoni tan-numru tagħhom, kif ukoll paġna quddiem li tindika n-numru tal-ordni tal-kawża, il-partijiet u d-data meta ngħalqet il-kawża.” hija ssostitwita bis-sentenza “Il-proċess magħluq għandu jinkludi lista tad-dokumenti kollha inklużi fil-proċess tal-kawża u konstatazzjoni tar-Reġistratur li tiċċertifika n-natura kompleta tal-proċess.”. |
9. |
It-test tat-Titolu E.2. huwa ssostitwit bit-test segwenti: “E.2. Konsultazzjoni tal-proċess u kisba ta’ kopji tal-proċess tal-kawża” |
10. |
It-test tal-punt 30 huwa ssostitwit bit-test segwenti:
|
11. |
It-test tal-punti 32 u 33 huwa ssostitwit bit-test segwenti:
|
12. |
Wara l-punt 36, it-test segwenti huwa miżjud bħala l-punti 36a u 36b:
|
13. |
It-test tal-punti li jinsabu taħt it-Titolu F. huwa ssostitwit bit-test segwenti:
|
14. |
It-test tat-Titolu G. u t-test tal-punt 41 huwa ssostitwit bl-indikazzjoni “[Test imħassar]”. |
15. |
It-test tal-punti 45 sa 50 huwa ssostitwit bit-test segwenti:
|
16. |
Fil-punt 51, l-espressjoni “ir-Reġistratur għandu jitlob dawn l-ammonti mingħand il-parti li tkun responsabbli għalihom.” hija ssostitwita bl-espressjoni “ir-Reġistratur għandu jitlob dawn l-ammonti mingħand id-debitur li jkun responsabbli għalihom.”. |
17. |
Fil-punt 53, l-espressjoni “ir-Reġistratur għandu jitlob dawn l-ammonti mingħand il-parti jew it-terz li jkunu responsabbli għalihom.” hija ssostitwita bl-espressjoni “ir-Reġistratur għandu jitlob dawn l-ammonti mingħand id-debitur li jkun responsabbli għalihom.”. |
18. |
It-test tat-Titolu C. u t-test tal-punti li jinsabu taħt dan it-titolu huwa ssostitwit bit-test segwenti: “C. Ommissjoni ta’ data fil-konfront tal-pubbliku
|
19. |
It-test tat-Titolu D. u t-test tal-punti li jinsabu taħt dan it-titolu huwa ssostitwit bl-indikazzjoni “[Test imħassar]”. |
20. |
Fil-punt 81, l-espressjoni “(d) b’numerazzjoni kontinwa u b’ordni konsekuttiva għal kull paġna.” hija ssostitwita bl-espressjoni “(d) b’numru konsekuttiv għal kull paġna (pereżempju: paġni 1 sa 50).”. |
21. |
Wara l-punt 81, it-test segwenti huwa miżjud bħala l-punt 81a:
|
22. |
Fil-punt 82, is-sentenza “L-iskeda li telenka l-annessi għandha tiġi inkluża fl-aħħar tal-att proċedurali.” hija ssostitwita bis-sentenza “L-iskeda li telenka l-annessi għandha tiġi inkluża fl-aħħar tal-att proċedurali b’numru ta’ paġna jew mingħajru.”. |
23. |
It-test tal-punt 83 huwa ssostitwit bit-test segwenti:
|
24. |
It-test tal-punti 85 sa 87 huwa ssostitwit bit-test segwenti:
|
25. |
It-test tal-punti 92 sa 94 huwa ssostitwit bit-test segwenti:
|
26. |
It-test tal-punti 98 u 99 huwa ssostitwit bl-indikazzjoni “[Test imħassar]”. |
27. |
Fil-punt 101, is-sentenza “L-assenza ta’ regolarizzazzjoni tista’ twassal għaċ-ċaħda tar-rikors minħabba inammissibbiltà, konformement mal-Artikolu 78(6), mal-Artikolu 177(6) u mal-Artikolu 194(5) tar-Regoli tal-Proċedura.” hija ssostitwita bis-sentenza “L-assenza ta’ regolarizzazzjoni tista’ twassal għaċ-ċaħda tar-rikors minħabba inammissibbiltà, konformement mal-Artikolu 78(6) u mal-Artikolu 177(6) tar-Regoli tal-Proċedura.”. |
28. |
Wara l-punt 104, it-test segwenti huwa miżjud bħala l-punt 104a:
|
29. |
It-test tat-titolu “A.1. Rikorsi diretti” huwa ssostitwit bit-test “A1. Rikorsi diretti (li ma jkunux rikorsi dwar kawżi ta’ proprjetà intellettwali)”. |
30. |
It-test tat-titolu “B.1. Rikorsi diretti” huwa ssostitwit bit-test “B1. Rikorsi diretti (li ma jkunux rikorsi dwar kawżi ta’ proprjetà intellettwali)”. |
31. |
Fil-punt 116, l-espressjoni “għandhom jiġu prodotti d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 51(2) u (3)” hija ssostitwita bl-espressjoni “għandhom jiġu prodotti, jekk ikun meħtieġ, id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 51(2) u (3)”. |
32. |
It-test tal-punt 117 huwa ssostitwit bl-indikazzjoni “[Test imħassar]”. |
33. |
Fil-punt 119, it-test li jinsab fl-aħħar inċiż “– jintbagħat b’ittra elettronika, fil-forma ta’ fajl elettroniku sempliċi mħejji b’softwer għall-ipproċessar tat-test, fuq l-indirizz GC.Registry@curia.europa.eu, b’indikazzjoni tal-kawża li għaliha jirreferi.” huwa ssostitwit bit-test “– jintbagħat permezz ta’ e-Curia mal-preżentata tar-rikors, b’indikazzjoni tal-kawża li għaliha jirreferi.”. |
34. |
It-test tal-punt 122 huwa ssostitwit bit-test segwenti: “Sabiex tiġi ffaċilitata t-tħejjija tar-rikors mill-aspett formali, ir-rappreżentanti tal-partijiet jistgħu jikkonsultaw, għal kull fini utli, id-dokument “Check-list – Rikors” u l-mudell indikattiv ta’ rikors li huma disponibbli fis-sit Internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.” |
35. |
Fil-punt 127, l-espressjoni “Il-punti 116 u 117 iktar ’il fuq għandhom japplikaw” hija ssostitwita bl-espressjoni “Il-punt 116 għandu japplika”. |
36. |
Fil-punt 134, l-espressjoni “Il-punti 113 sa 115, 117 u 120 sa 122 iktar ’il fuq” hija ssostitwita bl-espressjoni “Il-punti 113 sa 115 u 120 sa 122 iktar ’il fuq”. |
37. |
Fil-punt 138, l-espressjoni “Il-punti 117, 125 u 126 iktar ’il fuq” hija ssostitwita bl-espressjoni “Il-punti 125 u 126 iktar ’il fuq”. |
38. |
It-test tal-punt 144 huwa ssostitwit bit-test segwenti:
|
39. |
Wara l-punt 147, it-test segwenti huwa miżjud bħala l-punt 147a:
|
40. |
Wara l-punt 152, it-test segwenti huwa miżjud bħala l-punt 152a:
|
41. |
Fil-punt 162, l-espressjoni “Kull parti prinċipali għandha 15-il minuta u kull intervenjent għandu 10 minuti sabiex jagħmlu s-sottomissjonijiet orali tagħhom (fil-kawżi magħquda, kull parti prinċipali jkollha 15-il minuta għal kull waħda mill-kawżi u kull intervenjent ikollu 10 minuti għal kull waħda mill-kawżi),” hija ssostitwita bl-espressjoni “Kull parti prinċipali għandha 15-il minuta u kull intervenjent għandu 10 minuti sabiex jagħmlu s-sottomissjonijiet orali tagħhom (fil-każ ta’ seduta għal kawżi magħquda jew ta’ seduta komuni, kull parti prinċipali jkollha 15-il minuta għal kull waħda mill-kawżi u kull intervenjent ikollu 10 minuti għal kull waħda mill-kawżi),”. |
42. |
It-test tal-punt 165 huwa ssostitwit bit-test segwenti:
|
43. |
It-test tal-punt 167 huwa ssostitwit bit-test segwenti:
|
44. |
Wara l-punt 167, huwa miżjud titolu ġdid: “Ca. Parteċipazzjoni f’seduta permezz ta’ videokonferenza Ca.1. Talba għall-użu tal-videokonferenza
Ca.2. Kundizzjonijiet tekniċi
Ca.3. Rakkomandazzjonijiet prattiċi għar-rappreżentanti li jagħmlu s-sottomissjonijiet orali tagħhom permezz ta’ videokonferenza
|
45. |
Fil-punt 168, l-espressjoni “permezz tal-posta elettronika (interpret@curia.europa.eu).” hija ssostitwita bl-espressjoni “permezz tal-posta elettronika (interpretation@curia.europa.eu).”. |
46. |
Wara l-punt 172, it-test segwenti huwa miżjud bħala l-punt 172a:
|
47. |
Wara l-punt 184, it-test segwenti huwa miżjud bħala l-punt 184a:
|
48. |
It-test tal-punt 225 huwa ssostitwit bit-test segwenti:
|
49. |
Wara l-punt 225, it-test segwenti huwa miżjud bħala l-punt 225a:
|
50. |
It-test tal-punt 227 huwa ssostitwit bit-test segwenti:
|
51. |
L-Anness 1 huwa emendat kif ġej:
|
52. |
L-Anness 2 huwa emendat kif ġej:
|
53. |
L-Anness 3 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dawn l-emendi tad-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huma għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ April 2023.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-1 ta’ Frar 2023.
Ir-Reġistratur Il-
E. COULON
President
M. VAN DER WOUDE
(2) ĠU L 152, 18.6.2015, p. 1, kif emendati (ĠU L 217, 12.8.2016, p. 78; ĠU L 294, 21.11.2018, p. 23; rettifika fil-ĠU L 296, 22.11.2018, p. 40).
Rettifika
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/67 |
Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/387 tal-20 ta’ Frar 2023 b’appoġġ għal mekkaniżmu ta’ rappurtar globali dwar armi konvenzjonali illeċiti u l-munizzjon tagħhom biex jitnaqqas ir-riskju ta’ devjazzjoni u trasferiment illeċitu tagħhom (“iTrace V”)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 53 tal-21 ta' Frar 2023 )
Fil-paġna 21, l-Artikolu 2, il-paragrafu 2,
minflok:
“2. L-implimentazzjoni teknika tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 għandha titwettaq minn Conflict Armament Research Ltd. (“CAR”).”,
aqra:
“2. L-implimentazzjoni teknika tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 għandha titwettaq minn Conflict Armament Research (“CAR”).”.