ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
9.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/511
tal-24 ta’ Novembru 2022
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv skont l-approċċ ibbażat fuq il-mandat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 132a(4), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi evitata varjabbiltà bla bżonn fir-rekwiżiti ta’ kapital bejn l-istituzzjonijiet, u sabiex l-approċċ ibbażat fuq il-mandat isir operazzjonali f’sitwazzjonijiet fejn ma jkunx hemm biżżejjed informazzjoni, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat il-metodu għall-kalkolu tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għal impriża ta’ investiment kollettiv (collective investment undertaking, CIU) skont l-approċċ ibbażat fuq il-mandat għall-każijiet fejn l-inputs neqsin ma jippermettux il-komputazzjoni tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju. |
(2) |
Meta CIU tidħol fi tranżazzjonijiet ta’ derivattivi u s-sottostanti tad-derivattivi jew ir-riskju sottostanti tal-pożizzjonijiet tad-derivattivi ma jkunux magħrufa, il-kost tas-sostituzzjoni tal-pożizzjonijiet ma jistax jiġi determinat mill-istituzzjonijiet, u għaldaqstant lanqas ma jista’ jiġi determinat il-valur tal-iskopertura tagħhom. F’dak il-każ, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jibbażaw il-kalkoli tagħhom fuq l-ammont nozzjonali ta’ pożizzjoni ta’ derivattiv, li normalment ikun magħruf u jkun l-aħjar indikatur tad-daqs tal-pożizzjoni, u għaldaqstant tipprovdi approssimazzjoni għall-valur tal-iskopertura. |
(3) |
Meta l-mandat tas-CIU ma jeskludix id-dħul f’derivattivi iżda ma jinkludix biżżejjed informazzjoni biex jiġi determinat jekk sottostanti jikkostitwix skopertura fil-karta bilanċjali jew barra l-karta bilanċjali, ma jistax jiġi eskluż li tali skopertura tkun kostitwita. Għaldaqstant huwa meħtieġ li dik l-iskopertura tiġi inkluża fil-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju tal-iskoperturi tas-CIU. |
(4) |
Meta l-mandat ma jipprovdix biżżejjed informazzjoni dwar il-valur tal-iskopertura ta’ tali pożizzjoni, ma jistax jiġi eskluż li l-valur tal-iskopertura jkun l-ammont nozzjonali sħiħ tal-pożizzjoni tad-derivattivi. |
(5) |
Meta l-mandat ma jispeċifikax l-ammont nozzjonali tal-pożizzjoni tad-derivattivi, biex jiġi żgurat approċċ prudenti biżżejjed, jenħtieġ li dak l-ammont jiġi derivat mill-ammont nozzjonali massimu ta’ derivattivi permess skont il-mandat. |
(6) |
Meta l-kostijiet tas-sostituzzjoni jew l-iskopertura futura potenzjali għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont tal-iskopertura assoċjat mar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti ma jkunux magħrufa, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jibbażaw il-kalkoli tagħhom fuq is-somma tal-ammonti nozzjonali tat-tranżazzjonijiet fis-sett ta’ netting, li tkun l-aħjar stima konservattiva disponibbli biex tippermetti l-użu tal-approċċ ibbażat fuq il-mandat. |
(7) |
Hemm każijiet fejn mhuwiex possibbli li l-istituzzjonijiet jaċċertaw is-settijiet ta’ netting rilevanti għal ċertu tip ta’ derivattiv fis-CIU, billi ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar il-kontropartijiet jew dwar jekk it-tranżazzjonijiet humiex soġġetti għal arranġament ta’ netting bilaterali legalment infurzabbli msemmi fl-Artikolu 272, il-punt (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. F’dawk il-każijiet, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jassumu li la l-effetti tan-netting u lanqas id-diversifikazzjoni tal-kontroparti ma jeżistu għal dak it-tip ta’ derivattiv. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jassumu li s-CIU daħlet f’derivattiv uniku bl-ammont nozzjonali massimu permess mill-mandat għal dak it-tip ta’ derivattiv. |
(8) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea. |
(9) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet tad-derivattivi ta’ CIU meta s-sottostanti ma jkunx magħruf għall-finijiet tal-Artikolu 132a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Meta japplikaw l-approċċ ibbażat fuq il-mandat f’konformità mal-Artikolu 132a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta l-mandat tas-CIU ma jeskludix li s-sottostanti ta’ pożizzjoni tad-derivattivi ta’ CIU jikkostitwixxi skopertura fil-karta bilanċjali jew li ma tidhirx fil-karta bilanċjali, iżda l-valur tal-iskopertura jew, fil-każ ta’ skoperturi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, il-persentaġġ applikabbli skont l-Artikolu 111 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ma jkunx magħruf, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-ammont nozzjonali sħiħ tal-pożizzjoni tad-derivattivi bħala l-valur tal-iskopertura għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju.
2. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura kif stabbilit fil-paragrafu 1, meta l-ammont nozzjonali tal-pożizzjonijiet tad-derivattivi ma jkunx magħruf, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw stima konservattiva bbażata fuq l-ammont nozzjonali massimu tad-derivattivi permess skont il-mandat tas-CIU bħala l-valur tal-iskopertura.
Artikolu 2
Kalkolu tal-valuri tal-iskopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti ta’ sett ta’ netting tal-pożizzjonijiet tad-derivattivi ta’ CIU
1. Meta jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta’ sett ta’ netting għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti f’konformità mal-approċċi stabbiliti fil-Parti 3, it-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsimiet 3, 4 jew 5, fejn rilevanti, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej:
(a) |
meta l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tikkalkula l-kost tas-sostituzzjoni tas-sett ta’ netting skont l-approċċ rilevanti, minħabba inputs neqsin, dik l-istituzzjoni għandha tuża s-somma tal-ammonti nozzjonali tad-derivattivi kollha fis-sett ta’ netting bħala l-kost tas-sostituzzjoni; |
(b) |
meta l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tikkalkula l-iskopertura futura potenzjali tas-sett ta’ netting skont l-approċċ rilevanti, minħabba inputs neqsin, dik l-istituzzjoni għandha tissostitwiha b’0,15 darbiet is-somma tal-ammonti nozzjonali tad-derivattivi kollha fis-sett ta’ netting. |
2. Meta tikkalkula l-valur tal-iskopertura għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti f’konformità mal-paragrafu 1, meta l-ammont nozzjonali tad-derivattivi fis-sett ta’ netting ma jkunx magħruf, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw stima konservattiva bbażata fuq l-ammont nozzjonali massimu tad-derivattivi permessi skont il-mandat tas-CIU biex jiġi determinat il-valur tal-iskopertura ta’ dak is-sett ta’ netting.
3. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, meta ma jkunx possibbli għall-istituzzjonijiet li jaċċertaw is-settijiet ta’ netting rilevanti għal ċertu tip ta’ derivattiv fis-CIU, dawn għandhom jassumu li s-CIU tkun daħlet f’derivattiv uniku bl-ammont nozzjonali massimu permess mill-mandat għal dak it-tip ta’ derivattiv.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
9.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/512
tat-2 ta’ Marzu 2023
li japprova emenda mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Aceto Balsamico di Modena” (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(3)(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni mill-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Aceto Balsamico di Modena” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Fil-31 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni rċeviet tliet avviżi ta’ oppożizzjoni u dikjarazzjoni motivata mill-Ġermanja. Żewġ dikjarazzjonijiet motivati oħra ta’ oppożizzjoni mill-Ġermanja ġew sottomessi fil-11 ta’ Ottubru 2021. Fis-16 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet ir-raba’ avviż ta’ oppożizzjoni minn avversarju bbażat fit-Turkija. Id-dikjarazzjoni motivata tal-oppożizzjoni relatata ġiet ippreżentata fis-16 ta’ Novembru 2021. |
(3) |
Wara li eżaminat id-dikjarazzjonijiet motivati tal-oppożizzjoni u sabet li huma ammissibbli, f’konformità mal-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni, permezz ta’ ittra datata l-10 ta’ Diċembru 2021, stiednet lill-Italja u lill-Ġermanja, flimkien mal-avversarju mit-Turkija, biex jipparteċipaw f’konsultazzjonijiet xierqa bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim. |
(4) |
Fl-4 ta’ Marzu 2021, il-Ġermanja informat lill-Kummissjoni li waħda mill-oppożizzjonijiet ġiet irtirata, iżda nżammet minn żewġ avversarji oħra mill-Ġermanja. |
(5) |
Il-konsultazzjonijiet bejn l-Italja u l-Ġermanja fuq naħa, u l-Italja u l-avversarju mit-Turkija fuq in-naħa l-oħra ntemmu mingħajr ma ntlaħaq ftehim. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar l-emendi f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 52(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, filwaqt li tqis ir-riżultati ta’ dawn il-konsultazzjonijiet. |
(6) |
L-avversarji qiesu li l-emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jirriżultaw f’nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, b’mod partikolari minħabba li tinkiser ir-rabta bejn il-prodott u ż-żona ġeografika. Għal dak il-għan, ġew iddubitati l-bidliet allegati fil-karatteristiċi organolettiċi tal-“Aceto Balsamico di Modena”, il-bidla fl-aċidità totali minima għall-prodott imqaddem u proċedura ta’ korrezzjoni għal devjazzjonijiet possibbli mill-parametri. Dawn l-emendi ġew ikkontestati wkoll bħala li jnaqqsu l-kwalità tal-“Aceto Balsamico di Modena” u li jirriżultaw f’nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti għall-ħall tal-inbid skont il-punt 17 tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (aċidità ta’ mill-inqas 60 gramma għal kull litru = mill-inqas 6 %). |
(7) |
Barra minn hekk, l-avversarji allegaw nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fir-rigward tal-Artikolu (7)(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, dwar it-tneħħija tal-indikazzjoni tal-korp ta’ kontroll għall-“Aceto Balsamico di Modena”. |
(8) |
Barra minn hekk, l-avversarji allegaw li l-kamp ta’ applikazzjoni eżistenti tal-protezzjoni ġie estiż bla bżonn u, għalhekk, ir-reġistrazzjoni tal-emendi tipperikola l-eżistenza ta’ ismijiet, marki kummerċjali jew prodotti, inkluż ħall balsamiku ta’ oriġini oħra. B’mod partikolari, din l-affermazzjoni tikkonċerna l-inklużjoni allegata tal-obbligu tal-ibbottiljar fiż-żona demarkata, regola addizzjonali dwar il-forma tal-kontenituri, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ parametri tal-proporzjon iżotopiku. B’riżultat ta’ dan, l-avversarji jsostnu li l-emendi ppjanati allegatament jippreġudikaw l-interessi tal-bottiljaturi tal-“Aceto Balsamico di Modena” u tal-produtturi Ġermaniżi ta’ ħall ieħor. |
(9) |
Fl-aħħar nett, l-avversarji sostnew li t-tnaqqis tal-aċidità minima li għadu kif ġie introdott jista’ jwassal għal konfużjoni bejn l-IĠP “Aceto Balsamico di Modena” u d-DOP “Aceto Balsamico Tradizionale di Modena”. |
(10) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-argumenti li ħarġu fid-dikjarazzjonijiet motivati ta’ oppożizzjoni mill-Ġermanja u mit-Turkija fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, b’kont meħud tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet xierqa li saru bejn l-applikant u l-avversarji, u kkonkludiet li jenħtieġ li l-emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-indikazzjoni ġeografika protetta “Aceto Balsamico di Modena” tiġi approvata. |
(11) |
L-Italja sostniet li l-avversarji ma kinux urew l-interess leġittimu tagħhom li jippreżentaw l-oppożizzjonijiet, kif meħtieġ mill-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, peress li l-avversarji kkontestaw emendi li jew ma saritx applikazzjoni għalihom jew li ma kinux jirriżultaw f’ostakli għall-kummerċ u/jew għas-suq. Fil-kuntest tal-proċedura applikabbli għall-applikazzjonijiet għal emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li ma humiex minuri, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu tista’ tippreżenta oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda sottomessa. F’dan il-każ, ir-riskju ta’ ħsara għall-interessi tal-avversarji ma kienx ikkunsidrat bħala purament improbabbli, u lanqas ipotetiku u, għalhekk, ġie konkluż li l-avversarji wrew interess leġittimu fil-preżentazzjoni tal-oppożizzjonijiet. |
(12) |
L-analiżi tar-riżervi ppreżentati mill-avversarji żvelat li, tabilħaqq, saru xi wħud mill-affermazzjonijiet fir-rigward tal-elementi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li fil-fatt ma nbidlux bħala riżultat ta’ dawn l-emendi, iżda li kienu jikkonsistu minn sempliċi bidliet editorjali. Dawn il-bidliet editorjali kellhom l-għan li jġibu d-Dokument Uniku f’konformità mal-Artikolu 8(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u biex dan jirrifletti aħjar il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-IĠP “Aceto Balsamico di Modena”. Dan jikkonċerna, b’mod partikolari, il-bidliet allegati fil-karatteristiċi organolettiċi, l-allegati bidliet li jikkonċernaw l-użu ta’ addittivi u l-użu ta’ kontenituri tal-plastik, kif ukoll l-obbligu allegat tal-ibbottiljar fiż-żona demarkata. Dawn ir-regoli ma nbidlux, filwaqt li l-formulazzjoni mill-ġdid li dehret fid-Dokument Uniku u li setgħet ġiet perċepita bħala emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fil-fatt irriżultat mir-rettifika ta’ diskrepanzi bejn l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u s-sommarju tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-applikazzjoni għall-emenda tal-IĠP “Aceto Balsamico di Modena” ffukat fuq l-emendi sostanzjali li għalihom saret applikazzjoni. |
(13) |
Il-bidliet li jikkonċernaw perċentwal minimu ta’ aċidità għat-tip “invecchiato” (imqaddem) minn 6 % għal 5,5 % jew il-proċedura ta’ korrezzjoni permessa għal devjazzjonijiet possibbli, ma jistgħux jitqiesu li għandhom impatt negattiv fuq ir-rabta bejn il-prodott u l-oriġini ġeografika tiegħu. Ir-raġunijiet wara dawn l-emendi ġew spjegati u ġġustifikati kif xieraq fil-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni, filwaqt li huwa evidenti li n-natura u l-iskala ta’ dawn l-emendi ma jbiddlux il-karatteristiċi essenzjali tal-IĠP “Aceto Balsamico di Modena”, u konsegwentement ma jistgħux iwasslu biex ir-rabta titneħħa. |
(14) |
Barra minn hekk, is-similarità fil-livell ta’ aċidità ma għandhiex il-kapaċità li toħloq konfużjoni bejn l-IĠP “Aceto Balsamico di Modena” u d-DOP “Aceto Balsamico Tradizionale di Modena”, jew li twassal għall-evokazzjoni ta’ din tal-aħħar. Anke jekk il-prodotti taħt iż-żewġ denominazzjonijiet jikkondividu ċerti karatteristiċi, bħal-livell ta’ aċidità, dawn huma magħmulin minn materja prima differenti u jsegwu metodu ta’ produzzjoni differenti u għalhekk jibqgħu distinti. |
(15) |
Fl-aħħar nett, l-IĠP “Aceto Balsamico di Modena” ma hijiex definita bħala ħall tal-inbid u għalhekk ma hijiex soġġetta għar-regoli applikabbli għall-ħall tal-inbid, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċidità minima. |
(16) |
Fir-rigward tal-oppożizzjonijiet li jikkonċernaw l-estensjoni tal-firxa tad-daqs tal-fliexken, l-emenda ma tistax titqies li qed timponi xi limitazzjonijiet fuq l-operaturi involuti fl-ippakkjar tal-“Aceto Balsamico di Modena”. Għall-kuntrarju, l-awtorizzazzjoni ta’ kapaċitajiet addizzjonali ta’ kontenituri bħal 0,100 l, 0,150 l, 0,200 l jew 1,5 l tista’ titqies bħala l-liberalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-ibbottiljar. Effett possibbli ta’ kompetizzjoni akbar li jista’ jirriżulta mill-kummerċjalizzazzjoni tal-“Aceto Balsamico di Modena” f’firxa usa’ ta’ qisien ta’ fliexken ikun konformi mal-prinċipji fundamentali tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE u ma għandux jitqies bħala ta’ ħsara għar-reputazzjoni tal-IĠP “Aceto Balsamico di Modena”. |
(17) |
L-għan tal-karatteristiċi tal-kontenituri b’kapaċità ta’ anqas minn 0,250 litru inklużi fit-taqsima 3.5 tad-Dokument Uniku huwa li jiġi żgurat standard minimu ta’ uniformità fost il-fliexken, li fihom jinbiegħ il-prodott. Din ir-regola tal-ippakkjar ma hijiex inkluża fid-deskrizzjoni tal-prodott, u lanqas ma hija elaborata fir-rigward tal-Ispeċifiċità tal-Prodott taħt it-taqsima tad-Dokument Uniku ddedikat għar-rabta, u għalhekk ma tistax titqies bħala karatteristika essenzjali tal-preżentazzjoni tal-prodott. Peress li dawn ir-rekwiżiti huma stabbiliti biss għal kontenituri ġodda b’kapaċità ta’ anqas minn 0,250 litru, li ma kinux permessi qabel din l-emenda, il-bidla kkontestata mhux se jkollha impatt negattiv fuq l-investimenti f’kontenituri li diġà saru mill-bottiljaturi tal-“Aceto Balsamico di Modena”, u konsegwentement, ma hijiex se tirriżulta fit-telf ekonomiku tagħhom. |
(18) |
L-informazzjoni rigward il-korp ta’ kontroll ma ġietx ipprovduta direttament fid-Dokument Uniku, billi ma hijiex meħtieġa hemm f’konformità mal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (5). Madankollu, din l-informazzjoni ġiet inkluża fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, kif stipulat fl-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
(19) |
B’referenza għall-oġġezzjonijiet tal-avversarji għall-konformità meħtieġa mal-parametri tal-proporzjon iżotopiku, ġew introdotti parametri bħal dawn biex tiġi identifikata aħjar l-adulterazzjoni possibbli tal-ħall tal-inbid u tittejjeb is-sistema ta’ kontroll għall-“Aceto Balsamico di Modena”. Fi kwalunkwe każ, il-verifika tal-proporzjon iżotopiku ssir fl-istadju tal-produzzjoni, u b’hekk taffettwa biss lill-produtturi tal-“Aceto Balsamico di Modena”. |
(20) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward l-isem “Aceto Balsamico di Modena” (IĠP) tiġi approvata. |
(21) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward l-isem “Aceto Balsamico di Modena” (IĠP) huma b’dan approvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 231, 16.6.2021, p. 11.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(4) ĠU C 152, 6.7.2007, p. 18 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 583/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Aceto Balsamico di Modena (IĠP)) (ĠU L 175, 4.7.2009, p. 7).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
9.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/513
tat-8 ta’ Marzu 2023
li jemenda l-Annessi XV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 rigward il-lista tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom minn fejn huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam tal-ungulati, tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, u tal-bajd u l-prodotti tal-bajd
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 fost l-oħrajn jistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodott ta’ oriġini mill-annimali, u japplika mill-21 ta’ April 2021. Wieħed minn dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali huwa li dawk il-kunsinni jridu jiġu minn pajjiż terz jew territorju, jew żona, jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 rigward ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew mit-territorji, jew iż-żoni, jew il-kompartimenti tagħhom. Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jipprevedi li kunsinni ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jistgħu jingħataw permess jidħlu fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiż terz jew mit-territorju, minn żona jew minn kompartiment tiegħu li jkun elenkat għall-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, f’konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dak ir-Regolament Delegat. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew iż-żoni, jew il-kompartimenti tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
(4) |
L-Anness XV, il-Parti 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom minn fejn huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam tal-ungulati, tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. L-Anness XIX, il-Parti 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom minn fejn huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ bajd u ta’ prodotti tal-bajd. |
(5) |
Il-Moldova ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni biex tiġi awtorizzata ddaħħal fl-Unjoni kunsinni ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam għajr il-laħam tar-ratiti u l-bajd, u pprovdiet il-garanziji tal-konformità, ta’ dak il-pajjiż terz, mar-rekwiżiti dwar in-notifika u r-rappurtar tal-mard elenkat imsemmi fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 li hu rilevanti għall-pollam, u garanziji tal-konformità, ta’ dak il-pajjiż terz, mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali jew ma’ rekwiżiti ekwivalenti. Għalhekk, u filwaqt li titqies il-qagħda tas-saħħa tal-pollam fil-Moldova, jixraq li dak il-pajjiż terz jiddaħħal fil-listi stabbiliti fl-Anness XV, il-Parti 1, u fl-Anness XIX, il-Parti 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 rigward il-prodotti tal-laħam tal-pollam għajr il-laħam tar-ratiti u l-bajd. |
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi XV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi XV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
ANNESS
L-Annessi XV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness XV, fil-Parti 1, tiddaħħal l-entrata għall-Moldova li ġejja bejn l-entrata tal-Marokk u l-entrata tal-Montenegro:
|
(2) |
Fl-Anness XIX, fil-Parti 1, l-entrata għall-Moldova hija sostitwita b’dan li ġej:
|
9.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/514
tat-8 ta’ Marzu 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 rigward prodotti raffinati ħafna, il-lista ta’ pajjiżi terzi li għandhom pjan ta’ kontroll approvat, u l-inklużjoni tal-Moldova fil-lista tal-pajjiżi terzi li huma awtorizzati jdaħħlu kunsinni ta’ bajd fl-Unjoni maħsubin biex jitqiegħdu fis-suq bħala bajd tal-Klassi A
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 u għandu l-għan li jiżgura li kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem li jiġu minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni tagħhom jikkonformaw ma’ ċerti rekwiżiti tal-Unjoni għas-sikurezza tal-ikel jew ma’ rekwiżiti li jkunu rikonoxxuti li jkunu mill-inqas ekwivalenti għalihom. B’mod partikolari, dak ir-Regolament jidentifika l-annimali u l-oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem li huma soġġetti għar-rekwiżit li jiġu minn pajjiż terz li jinsab fil-lista msemmija fl-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew minn reġjun tiegħu. |
(2) |
L-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292 jipprevedi li ċerti kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel, ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, u ta’ prodotti komposti, għandhom jidħlu fl-Unjoni biss minn pajjiżi terzi li hemm fil-lista tal-pajjiżi terzi approvati biex idaħħlu fl-Unjoni dawn il-kunsinni għall-konsum mill-bniedem. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (3) jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti raffinati ħafna maħsuba għall-konsum mill-bniedem. |
(4) |
Minn mindu saret emenda riċenti (4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), it-terminu prodotti raffinati ħafna jkopri wkoll derivattivi mix-xaħam u aromatizzanti tal-ikel li jkunu awtorizzati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), soġġett għal trattamenti li jeskludu kull riskju għas-saħħa pubblika jew għas-saħħa tal-annimali. Jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi emendat biex ikun konsistenti ma’ din il-bidla. |
(5) |
L-Ażerbajġan ressaq pjan ta’ kontroll li jkopri l-bajd tal-ħut u l-kavjar. Il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għaldaqstant jenħtieġ li jiġi approvat. |
(6) |
Il-Libanu ressaq pjan ta’ kontroll li jkopri l-għasel. Il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għaldaqstant jenħtieġ li jiġi approvat. |
(7) |
Isle of Man hija elenkata fit-tabella tal-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 biex tesporta l-laħam ovin u kaprin lejn l-Unjoni. Iżda Isle of Man għarrfet lill-Kummissjoni li ma għadiex interessata tesporta l-laħam kaprin lejn l-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-entrata tal-Isle of Man dwar il-laħam ovin u kaprin f’dik it-tabella tal-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 tkopri biss il-laħam ovin. |
(8) |
Il-Ġappun huwa elenkat fit-tabella tal-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 biex jesporta l-laħam tal-majjal lejn l-Unjoni. Iżda l-Ġappun għarraf lill-Kummissjoni li ma għadux interessat li jressaq pjan ta’ kontroll għal-laħam tal-majjal, u minflok biħsiebu juża biss laħam tal-majjal li joriġina minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi li minnhom huma awtorizzati li jidħlu dawn il-prodotti fl-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li l-entrata tal-Ġappun dwar il-laħam tal-majjal tiġi addattata kif xieraq fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. |
(9) |
Ir-Renju Unit huwa elenkat fit-tabella tal-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 biex jesporta l-laħam tal-fenek lejn l-Unjoni. Iżda r-Renju Unit għarraf lill-Kummissjoni li ma għadux interessat li jressaq pjan ta’ kontroll għal-laħam tal-fenek, u minflok biħsiebu juża biss laħam tal-fenek li joriġina minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi li minnhom huma awtorizzati li jidħlu dawn il-prodotti fl-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li l-entrata tar-Renju Unit dwar il-laħam tal-fenek tiġi addattata kif xieraq fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. |
(10) |
It-Tajlandja ma ressqitx pjan ta’ kontroll għall-ħalib lill-Kummissjoni. Madankollu t-Tajlandja pprovdiet garanziji li tuża biss ħalib li joriġina minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi li minnhom huwa awtorizzat li jidħol il-ħalib fl-Unjoni. Barra minn hekk għarrfet lill-Kummissjoni li dan il-ħalib li jkun għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ma jkunx limitat għall-prodotti komposti li fihom prodotti tal-ħalib ipproċessat. B’konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li l-entrata tat-Tajlandja dwar il-ħalib tiġi addattata kif xieraq fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. |
(11) |
L-Istati Uniti tal-Amerka ressqu pjan ta’ kontroll li jkopri l-budellati. Il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għaldaqstant jenħtieġ li jiġi approvat. |
(12) |
Attwalment ir-Rwanda hija elenkata għall-għasel, u l-Kolombja u s-Sirja huma elenkati għall-budellati fit-tabella tal-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. Billi dawk il-pajjiżi terzi ma ressqux pjanijiet lill-Kummissjoni għall-prodotti rispettivi, jenħtieġ li dawk l-entrati jitħassru mit-tabella f’dak l-Anness. |
(13) |
Il-Moldova ressqet programm għall-kontroll tas-Salmonella f’qatgħat ta’ tiġieġ tal-bajd biex tkun awtorizzata ddaħħal bajd tal-klassi A fl-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. Dak il-programm ta’ kontroll ġie vvalutat mill-Kummissjoni b’riżultat favorevoli. Il-konformità b’rabta mar-rekwiżiti dwar il-kontroll tas-Salmonella f’konformità mal-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) ġiet ivverifikata darbtejn waqt l-awditu li wettqet il-Kummissjoni f’April tal-2022 (8). Għalhekk jenħtieġ li l-Moldova tiġi awtorizzata ddaħħal il-bajd tal-klassi A fl-Unjoni. |
(14) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi emendat skont dan. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 22, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Kunsinni ta’ prodotti raffinati ħafna kif deskritt fis-Sezzjoni XVI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, maħsubin għall-konsum mill-bniedem, għandhom jiġu awtorizzati biex jidħlu fl-Unjoni biss jekk jiġu mill-pajjiżi terzi li ġejjin jew mir-reġjuni tagħhom:”; |
(2) |
L-Anness -I huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
(3) |
L-Anness IV huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292 tas-6 ta’ Settembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 304, 24.11.2022, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2258 tad-9 ta’ Settembru 2022 li jemenda u jikkoreġi l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali fir-rigward tal-prodotti tas-sajd, tal-bajd u ta’ ċerti prodotti raffinati ħafna, u li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 fir-rigward ta’ ċerti molluski bivalvi (ĠU L 299, 18.11.2022, p. 5).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1).
(8) DG(SANTE)2021-7268 — ir-rapport finali li jinsab hawn https://ec.europa.eu/food/audits-analysis/audit-report/details/4533
ANNESS I
L-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS -I
Lista ta’ pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom li għandhom pjanijiet ta’ kontroll approvati għal ċerti annimali li jipproduċu l-ikel u għal prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem kif imsemmija fl-Artikolu 2a, fl-Artikolu 3, fl-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, fl-Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, fl-Artikolu 10, it-tieni paragrafu, fl-Artikoli 11, 15, 16, 21 u fl-Artikolu 25, il-punti (a) u (c)
Kodiċi ISO tal-Pajjiż |
Pajjiż terz (1) jew reġjuni tiegħu |
Bovin |
Ovin/kaprin |
Porċin |
Ekwin |
Pollam |
Akkwakultura (17) |
Ħalib |
Bajd |
Fenek |
Kaċċa salvaġġa |
Kaċċa mrobbija |
Għasel |
Budellati |
AD |
Andorra |
X |
X |
Δ |
X |
|
P |
|
|
|
|
|
X |
|
AE |
L-Emirati Għarab Magħquda |
|
|
|
|
|
Δ P |
X (2) O |
O |
|
|
|
X (3) |
|
AL |
L-Albanija |
|
X |
|
|
|
X (14) P |
O |
X |
|
|
|
|
X |
AM |
L-Armenja |
|
|
|
|
|
X (14) P |
O |
O |
|
|
|
X |
|
AR |
L-Arġentina |
X |
X |
|
X |
X |
X (14) P |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
AU |
L-Awstralja |
X |
X |
|
X |
|
X M |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
AZE |
L-Ażerbajġan |
|
|
|
|
|
X (16) P |
|
|
|
|
|
|
|
BA |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
X |
X |
X |
|
X |
X (14) P |
X |
X |
|
|
|
X |
|
BD |
Il-Bangladesh |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
BF |
Il-Burkina Faso |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
BJ |
Il-Benin |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
BN |
Il-Brunei |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
|
|
|
BR |
Il-Brażil |
X |
|
|
X |
X |
X P |
O |
O |
|
|
|
X |
X |
BW |
Il-Botswana |
X |
|
|
|
|
P |
|
|
|
|
|
|
|
BY |
Il-Belarussja |
|
|
|
X (8) |
|
X (14) P |
X |
X |
|
|
|
X |
X |
BZ |
Il-Belize |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
|
|
|
CA |
Il-Kanada |
X |
X |
X |
X |
X |
X M |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
CH |
L-Iżvizzera (7) |
X |
X |
X |
X |
X |
X (14) M |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
CL |
Iċ-Ċilì |
X |
X5 |
X |
|
X |
X (14) M |
X |
O |
|
X |
|
X |
X |
CM |
Il-Kamerun |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
CN |
Iċ-Ċina |
|
|
|
|
X |
X P |
O |
X |
X |
|
|
X |
X |
CO |
Il-Kolombja |
|
|
|
|
|
X P |
X |
Δ |
|
|
|
|
|
CR |
Il-Costa Rica |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
CU |
Kuba |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
|
X |
|
DO |
Ir-Repubblika Dominicana |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
EC |
L-Ekwador |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
EG |
L-Eġittu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
ET |
L-Etjopja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
FK |
Il-Gżejjer Falkland |
X |
X (5) |
|
|
|
X (14) P |
O |
O |
|
|
|
|
|
FO |
Il-Gżejjer Faeroe |
|
|
|
|
|
X (14) P |
O |
O |
|
|
|
|
|
GB |
Ir-Renju Unit (6) |
X |
X |
X |
X |
X |
X (14) Δ M |
X |
X |
Δ |
X |
X |
X |
X |
GE |
Il-Georgia |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
GG |
Guernsey |
|
|
|
|
|
O M |
X |
O |
|
|
|
|
|
GL |
Greenland |
|
X (5) |
|
|
|
M |
|
|
|
|
X |
|
|
GT |
Il-Gwatemala |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
|
X |
|
HK |
Hong Kong |
|
|
|
|
|
Δ P |
|
Δ |
|
|
|
|
|
HN |
Il-Honduras |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
ID |
L-Indoneżja |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
IL |
Iżrael (4) |
|
|
|
|
X |
X (14) P |
X |
X |
|
|
|
X |
|
IM |
Isle of Man |
X |
X (5) |
X |
|
|
X (14) M |
X |
O |
|
|
|
X |
|
IN |
L-Indja |
|
|
|
|
O |
X P |
O |
X |
|
|
|
X |
X |
IR |
L-Iran |
|
|
|
|
|
X (15) X (16) P |
O |
O |
|
|
|
|
X |
JE |
Jersey |
X |
|
|
|
|
M |
X |
O |
|
|
|
|
|
JM |
Il-Ġamajka |
|
|
|
|
|
M |
|
|
|
|
|
X |
|
JP |
Il-Ġappun |
X |
|
Δ |
|
X |
X (14) M |
X |
X |
|
|
|
Δ |
X |
KE |
Il-Kenja |
|
|
|
|
|
X (14) P |
O |
O |
|
|
|
|
|
KR |
Il-Korea t’Isfel |
|
|
|
|
X |
X M |
O |
O |
|
|
|
Δ |
|
LB |
Il-Libanu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
LK |
Is-Sri Lanka |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
MA |
Il-Marokk |
|
|
|
|
X |
X (14) Δ M |
O |
O |
|
|
|
|
X |
MD |
Il-Moldova |
|
|
|
|
X |
X (14) P |
X |
X |
|
|
|
X |
|
ME |
il-Montenegro |
X |
X (5) |
X |
|
X |
X (14) P |
X |
X |
|
|
|
X |
|
MG |
Madagascar |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
X |
|
MK |
Il-Maċedonja ta’ Fuq |
X |
X |
X |
|
X |
X (14) P |
X |
X |
|
X |
|
X |
|
MM |
Il-Myanmar |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
X |
|
MN |
Il-Mongolja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
MU |
Mauritius |
|
|
|
|
|
X (14) P |
O |
O |
|
|
|
Δ |
|
MX |
Il-Messiku |
|
|
Δ |
|
|
X P |
O |
X |
|
|
|
X |
|
MY |
Il-Malażja |
|
|
|
|
Δ |
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
MZ |
Il-Mozambique |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
|
|
|
NA |
In-Namibja |
X |
X (5) |
|
|
|
P |
|
|
|
X |
|
|
|
NC |
New Caledonia |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
X |
X |
|
NG |
In-Niġerja |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
|
|
|
NI |
In-Nikaragwa |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
|
X |
|
NZ |
New Zealand |
X |
X |
O |
X |
O |
X (14) M |
X |
O |
O |
X |
X |
X |
X |
PA |
Il-Panama |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
PE |
Il-Perù |
|
|
|
|
|
X M |
O |
O |
|
|
|
|
|
PH |
Il-Filippini |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
PK |
Il-Pakistan |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
|
|
|
|
X |
P |
|
|
|
|
|
|
|
PN |
Il-Gżejjer Pitcairn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
PY |
Il-Paragwaj |
X |
|
|
|
|
P |
|
|
|
|
|
|
X |
RS |
Is-Serbja |
X |
X |
X |
X (8) |
X |
X (14) P |
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
RU |
Ir-Russja |
X |
X |
X |
|
X |
O P |
X |
X |
|
|
X (9) |
X |
X |
RW |
Ir-Rwanda |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
SA |
L-Arabja Sawdija |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
SG |
Singapore |
Δ |
Δ |
Δ |
X (10) |
Δ |
X (14) P |
Δ |
Δ |
|
X (10) |
X (10) |
|
|
SM |
San Marino |
X |
|
Δ |
|
|
O P |
X |
O |
|
|
|
X |
|
SV |
El Salvador |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
SY |
Is-Sirja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
SZ |
L-Eswatini |
X |
|
|
|
|
P |
|
|
|
|
|
|
|
TG |
It-Togo |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
TH |
It-Tajlandja |
O |
|
O |
|
X |
X M |
Δ |
Δ |
|
|
|
X |
|
TN |
It-Tuneżija |
|
|
|
|
|
X (14) M |
O |
O |
|
|
|
|
X |
TR |
It-Turkija |
|
|
|
|
X |
X (14) M |
X |
X |
|
|
|
X |
X |
TW |
It-Tajwan |
|
|
|
|
|
X P |
O |
X |
|
|
|
X |
|
TZ |
It-Tanzanija |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
|
X |
|
UA |
L-Ukrajna |
X |
|
X |
|
X |
X (14) M |
X |
X |
X |
|
|
X |
X |
UG |
L-Uganda |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
US |
L-Istati Uniti |
X |
X (11) |
X |
|
X |
X M |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
UY |
L-Urugwaj |
X |
X |
|
X |
|
X (14) M |
X |
O |
|
X |
|
X |
X |
UZ |
L-Użbekistan |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
VE |
Il-Venezwela |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
|
|
|
VN |
Il-Vjetnam |
|
|
|
|
|
X M |
O |
O |
|
|
|
X |
|
WF |
Wallis u Futuna |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
XK |
Il-Kosovo (12) |
|
|
|
|
Δ |
|
|
|
|
|
|
|
|
ZA |
L-Afrika t’Isfel |
|
|
|
|
|
P |
|
|
|
X |
X (13) |
|
|
ZM |
Iż-Żambja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
(1) Lista ta’ pajjiżi terzi u t-territorji tagħhom (mhix limitata għall-pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-Unjoni).
(2) Ħalib tal-ġemel biss.
(3) Ir-reġjun ta’ Ras al Khaimah biss.
(4) Minn hawn ’il quddiem jinfiehem bħala l-Istat ta’ Iżrael, minbarra t-territorji taħt l-amministrazzjoni tal-Istat ta’ Iżrael wara l-5 ta’ Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet tal-Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.
(5) Speċijiet ovini biss.
(6) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.
(7) F’konformità mal-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).
(8) L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin maħsubin għall-qatla (biss annimali li jipproduċu l-ikel).
(9) Renni biss.
(10) Biss għall-kunsinni ta’ laħam frisk li joriġina minn New Zealand, iddestinat għall-Unjoni u li jinħatt, kemm jekk se jinħażen kif ukoll jekk le, f’Singapore u li jitgħabba mill-ġdid fi stabbiliment approvat waqt it-tranżitu minn Singapore.
(11) Speċijiet kaprini biss.
(12) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(13) Ratiti biss.
(14) Ħut bil-pinen biss.
(15) Krustaċji biss.
(16) Bajd tal-ħut u kavjar biss.
(17) L-akkwakultura tkopri l-ħut bil-pinen, fosthom is-sallur, u l-prodotti tal-ħut bil-pinen (bħall-bajd u l-kavjar), u l-krustaċji. Il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom elenkati fl-Anness VIII għall-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi, ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati huma mmarkati b’‘M’ f’din il-kolonna.
ANNESS II
L-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS IV
Lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati li jdaħħlu fl-Unjoni kunsinni ta’ bajd maħsubin għat-tqegħid fis-suq bħala bajd tal-Klassi A, kif imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 7
KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ |
PAJJIŻ TERZ |
RIMARKI |
CH |
L-Iżvizzera (1) |
|
GB |
Ir-Renju Unit (2) |
|
JP |
Il-Ġappun |
|
MD |
Il-Moldova |
|
MK |
Il-Maċedonja ta’ Fuq |
|
UA |
L-Ukrajna |
|
(1) F’konformità mal-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).
(2) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”
9.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/22 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/515
tat-8 ta’ Marzu 2023
li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva abamektina f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/107/KE (2) inkludiet l-abamektina bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3). |
(2) |
Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huma meqjusa li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u jinsabu elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4). |
(3) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva abamektina, kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiskadi fit-30 ta’ April 2023. |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) u fil-perjodu ta’ żmien previst f’dak l-Artikolu, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva abamektina lill-Awstrija, l-Istat Membru relatur, u lil Malta, l-Istat Membru korelatur. |
(5) |
L-applikant bagħat il-fajls supplimentari lill-Istat Membru relatur, lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta. |
(6) |
L-Istat Membru relatur ħejja abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid b’konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur, u bagħtu lill-Awtorità u lill-Kummissjoni fis-17 ta’ April 2019. Fl-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid tiegħu, l-Istat Membru relatur ippropona li l-approvazzjoni tal-abamektina tiġġedded. |
(7) |
L-Awtorità bagħtet l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom u għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. L-Awtorità għamlet ukoll il-fajl tas-sommarju supplimentari disponibbli għall-pubbliku. |
(8) |
Fil-15 ta’ Lulju 2020, l-Awtorità kkomunikat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (6) dwar jekk jistax ikun mistenni li l-abamektina tissodisfa l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-Awtorità identifikat għadd ta’ kwistjonijiet li ma setgħux jiġu ffinalizzati. B’mod partikolari identifikat riskji fir-rigward tal-għasafar u tal-mammiferi, tal-organiżmi akkwatiċi u tal-makroorganiżmi tal-ħamrija. |
(9) |
Fl-1 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni bagħtet mandat lill-Awtorità b’talba għal rieżami tal-valutazzjonijiet tal-esponiment u tar-riskju fir-rigward tal-għasafar u tal-mammiferi, tal-organiżmi akkwatiċi u tal-makroorganiżmi tal-ħamrija. Fis-27 ta’ Lulju 2022 (7), l-Awtorità bagħtet konklużjoni aġġornata tagħha lill-Kummissjoni. Fil-Konklużjoni aġġornata tagħha, l-Awtorità kkonfermat ir-riskji identifikati fil-valutazzjoni preċedenti. |
(10) |
Fil-25 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ppreżentat rapport tat-tiġdid u l-abbozz tar-Regolament għall-abamektina lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, u fit-8 ta’ Diċembru 2022 ppreżentat verżjonijiet riveduti taż-żewġ dokumenti biex jitqiesu l-eżiti tal-Konklużjoni aġġornata tal-Awtorità. |
(11) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant jibgħat il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità u, f’konformità mal-Artikolu 14(1), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, dwar ir-rapport tat-tiġdid. L-applikant bagħat l-osservazzjonijiet tiegħu dwar iż-żewġ verżjonijiet tar-rapport tat-tiġdid, li ġew eżaminati bir-reqqa. |
(12) |
Fir-rigward ta’ użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta’ mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih l-abamektina, ġie stabbilit li l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. |
(13) |
Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva abamektina hija bbażata fuq l-użi rappreżentattivi bħala insettiċida u akariċida f’għelejjel protetti. Filwaqt li mhuwiex meħtieġ, fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni tar-riskju, li tinżamm ir-restrizzjoni għall-użu biss bħala insettiċida u akariċida, huwa madankollu meħtieġ li jiġu previsti ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet, f’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali. B’mod partikolari, jixraq li l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-abamektina jiġi ristrett għal użi li jippermettu l-iskambju kkontrollat tal-materjali u tal-enerġija maż-żoni tal-madwar, sabiex jiġi evitat ir-rilaxx ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-ambjent u jiġi mmitigat ir-riskju għoli identifikat għall-organiżmi akkwatiċi u għall-organiżmi terrestri selvaġġi mhux fil-mira. Għaldaqstant, l-użi fis-serer permanenti biss jistgħu jiġu awtorizzati. |
(14) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan. |
(15) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/378 (8) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tal-abamektina sat-30 ta’ April 2023 sabiex il-proċess tat-tiġdid ikun jista’ jitlesta qabel ma jiskadi l-perjodu tal-approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva. Minħabba li ttieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid qabel dik id-data ta’ skadenza estiża, u filwaqt li jitqies li l-approvazzjoni attwali tal-abamektina tiskadi fit-30 ta’ April 2023, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun u japplika minn qabel dik id-data. |
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva abamektina, kif speċifikata fl-Anness I, hija mġedda soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ April 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/107/KE tal-25 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-abamectin, l-epoxiconazole, il-fenpropimorph, il-fenpyroximate u t-tralkoxydim bħala sustanzi attivi (ĠU L 316, 26.11.2008, p. 4).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).
(6) EFSA Journal 2020;18(8):6227. Disponibbli online: www.efsa.europa.eu.
(7) EFSA Journal 2022;20(8):7544. Disponibbli online: www.efsa.europa.eu.
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/378 tal-4 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina, Bacillus subtilis (Cohn 1872) tar-razza QST 713, Bacillus thuringiensis subsp. Aizawai tar-razez ABTS-1857 u GC-91, Bacillus thuringiensis subsp. Israeliensis (serotip H-14) tar-razza AM65-52, Bacillus thuringiensis subsp. Kurstaki tar-razez ABTS 351, PB 54, SA 11, SA12 u EG 2348, Beauveria bassiana tar-razez ATCC 74040 u GHA, clodinafop, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), cyprodinil, diklorprop-P, fenpyroximate, fosetyl, malatijon, mepanipirim, metconazole, metrafenone, pirimicarb, Pseudomonas chlororaphis tar-razza MA342, pyrimethanil, Pythium oligandrum M1, rimsulfuron, spinosad, Trichoderma asperellum (li qabel kienet “T. harzianum”) tar-razez ICC012, T25 u TV1, Trichoderma atroviride (li qabel kienet “T. harzianum”) tar-razza T11, Trichoderma gamsii (li qabel kienet “T. viride”) tar-razza ICC080, Trichoderma harzianum tar-razez T-22 u ITEM 908, triklopir, trinexapac, triticonazole u ziram (ĠU L 72, 7.3.2022, p. 2).
ANNESS I
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||
Abamektina Nru CAS 71751-41-2 Avermektina B1a Nru CAS 65195-55-3 Avermektina B1b Nru CAS 65195-56-4 Abamektina Numru CIPAC 495 |
Avermektina B1a (10E,14E,16E)-(1R,4S,5′S,6S,6′R,8R,12S,13S,20R,21R,24S)-6′-[(S)-sec-butil]-21,24-diidrossi-5′,11,13,22-tetrametil-2-osso-(3,7,19-triossatetraċiklo[15.6.1.14,8020,24]pentakosa-10,14,16,22-tetraen)-6-spiro-2′-(5′,6′-diidro-2′H-piran)-12-il 2,6-dideossi-4-O-(2,6-dideossi-3-O-metil-α-L-arabino-eżopiranosil)-3-O-metil-α-L-arabino-eżopiranosid Avermektina B1b (10E,14E,16E)-(1R,4S,5′S,6S,6′R,8R,12S,13S,20R,21R,24S)-21,24-diidrossi-6′-isopropil-5′,11,13,22-tetrametil-2-osso-(3,7,19-triossatetraċiklo[15.6.1.14,8020,24]pentakosa-10,14,16,22-tetraen)-6-spiro-2′-(5′,6′-diidro-2′H-piran)-12-il 2,6-dideossi-4-O-(2,6-dideossi-3-O-metil-α-L-arabino-eżopiranosil)-3-O-metil-α-L-arabino-eżopiranosid |
≥ 850 g/kg abamektina (is-somma ta’ avermektina B1a u avermektina B1b), min. 800 g/kg avermektina B1a u mass. 200 g/kg avermektina B1b |
L-1 ta’ April 2023 |
Il-31 ta’ Marzu 2038 |
Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi li jippermettu l-iskambju kkontrollat ta’ materjali u enerġija mal-madwar u li jipprevjenu r-rilaxx ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-ambjent, b’mod partikolari l-użi f’serer permanenti. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar l-Abamektina, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu kas partikolari ta’:
|
(1) Fir-rapport tat-tiġdid jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-Parti A, titħassar l-entrata 210 dwar l-Abamektina; |
(2) |
fil-Parti B, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
(1) Fir-rapport tat-tiġdid jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.
9.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/516
tat-8 ta’ Marzu 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħra, ħlief il-konsum dirett mill-bniedem
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 238(3), il-punti (a) u (c), tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 90 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2236 (3) jistabbilixxi l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi. |
(2) |
B’mod partikolari, l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 jistabbilixxi l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħra, ħlief il-konsum dirett mill-bniedem (mudell “AQUA-ENTRY-ESTAB/RELEASE/OTHER”). L-Artikolu 166 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (4) ġie emendat dan l-aħħar bir-Regolament Delegat (UE) 2023/119 (5) sabiex jippermetti lill-professjonisti tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi jwettqu spezzjonijiet kliniċi fuq konsenji ta’ annimali akkwatiċi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni, dment li jkunu awtorizzati jagħmlu dan skont il-liġi tal-pajjiż terz jew tat-territorju esportaturi. Dawk ir-rekwiżiti l-ġodda għad-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji jenħtieġ li jiġu riflessi fil-punt II.3.2. ta’ dak il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali. Għalhekk, l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(3) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fil-kummerċ fir-rigward tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali jew għal skopijiet oħra, ħlief il-konsum dirett mill-bniedem, l-użu taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236, kif applikabbli qabel l-emendi magħmula minn dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, jenħtieġ li jkompli jiġi awtorizzat matul perjodu tranżitorju soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
(4) |
Billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 japplika mill-21 ta’ April 2021, fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt, u għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ, jenħtieġ li l-emendi li jridu jsiru fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 b’dan ir-Regolament isiru effettivi b’urġenza. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Għal perjodu tranżitorju sal-15 ta’ Diċembru 2023, il-konsenji ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali jew għal skopijiet oħra, ħlief il-konsum dirett mill-bniedem, akkumpanjati miċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236, kif applikabbli qabel l-emendi li saru f’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni b’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, għandhom ikomplu jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni dment li ċ-ċertifikat ikun inħareġ mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru 2023.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2236 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni u għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi, taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali rigward tali ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru1251/2008 (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 410).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/119 tad-9 ta’ Novembru 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/692 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 16, 18.1.2023, p. 5).
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS II
L-Anness II fih il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li ġej:
Mudell
AQUA-ENTRY-ESTAB/RELEASE/OTHER |
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħrajn, ħlief il-konsum dirett mill-bniedem |
MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ ANNIMALI AKKWATIĊI MAĦSUBA GĦAL ĊERTI STABBILIMENTI TAL-AKKWAKULTURA, GĦAR-RILAXX FL-AMBJENT NATURALI, JEW GĦAL SKOPIJIET OĦRAJN, ĦLIEF IL-KONSUM DIRETT MILL-BNIEDEM (MUDELL “AQUA-ENTRY-ESTAB/RELEASE/OTHER”)
Rettifika
9.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/37 |
Rettifika tar-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 2022 dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 20 tal-31 ta’ Jannar 2022 )
1. |
Fil-paġna 11, l-Artikolu 1, il-punt (a), |
minflok:
“(a) |
il-prevenzjoni, il-koordinazzjoni u l-immaniġġar tal-impatt ta’ emerġenzi tas-saħħa pubblika fuq prodotti mediċinali u fuq apparati mediċi u l-impatt ta’ avvenimenti maġġuri fuq prodotti mediċinali u fuq apparati mediċi fil-livell tal-Unjoni u t-tħejjija għal dan l-impatt;”, |
aqra:
“(a) |
il-prevenzjoni, il-koordinazzjoni u l-immaniġġar tal-impatt ta’ emerġenzi tas-saħħa pubblika fuq prodotti mediċinali u fuq apparati mediċi u l-impatt ta’ avvenimenti maġġuri fuq prodotti mediċinali fil-livell tal-Unjoni u t-tħejjija għal dan l-impatt;”; |
2. |
Fil-paġna 14, l-Artikolu 4(2), |
minflok:
“2. Biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-prodotti mediċinali, li jaġixxu permezz tal-punti uniċi ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 3(6), jew permezz tal-pjattaforma msemmija fl-Artikolu 13 (l-“ESMP”), ladarba tkun kompletament funzjonali, għandhom jirrapportaw b’mod f’waqtu lill-Aġenzija […].”,
aqra:
“2. Biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-prodotti mediċinali, li jaġixxu permezz tal-punti uniċi ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 3(6), it-tieni subparagrafu, jew permezz tal-pjattaforma msemmija fl-Artikolu 13 (l-“ESMP”), ladarba tkun kompletament funzjonali, għandhom jirrapportaw b’mod f’waqtu lill-Aġenzija […].”;
3. |
Fil-paġna 16, l-Artikolu 8(1), |
minflok:
“1. Għal sakemm iddum emerġenza tas-saħħa pubblika, jew wara ir-rikonoxximent ta’ avveniment maġġuri kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) sakemm jiġi kkonfermat li l-avveniment maġġuri ġie indirizzat b’mod suffiċjenti skont l-Artikolu 4(4), l-MSSG għandu jirrapporta regolarment ir-riżultati tal-monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 7 lill-Kummissjoni u lill-punti uniċi ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 3(6), u, b’mod partikolari, għandu jindika kwalunkwe nuqqas attwali jew potenzjali ta’ prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta’ mediċini kritiċi jew kwalunkwe avveniment li jista’ jwassal għal avveniment maġġuri.”,
aqra:
“1. Għal sakemm iddum emerġenza tas-saħħa pubblika, jew wara ir-rikonoxximent ta’ avveniment maġġuri kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) sakemm jiġi kkonfermat li l-avveniment maġġuri ġie indirizzat b’mod suffiċjenti skont l-Artikolu 4(4), l-MSSG għandu jirrapporta regolarment ir-riżultati tal-monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 7 lill-Kummissjoni u lill-punti uniċi ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 3(6), it-tieni subparagrafu, u, b’mod partikolari, għandu jindika kwalunkwe nuqqas attwali jew potenzjali ta’ prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta’ mediċini kritiċi jew kwalunkwe avveniment li jista’ jwassal għal avveniment maġġuri.”;
4. |
Fil-paġna 16, l-Artikolu 8(2), |
minflok:
“2. Meta jintalab jagħmel dan mill-Kummissjoni jew minn punt uniku ta’ kuntatt jew aktar kif imsemmi fl-Artikolu 3(6), l-MSSG għandu jipprovdi data aggregata u tbassir tad-domanda biex isostni s-sejbiet u l-konklużjonijiet tiegħu. F’dak ir-rigward, l-MSSG għandu: […]”,
aqra:
“2. Meta jintalab jagħmel dan mill-Kummissjoni jew minn punt uniku ta’ kuntatt wieħed jew aktar kif imsemmi fl-Artikolu 3(6), it-tieni subparagrafu, l-MSSG għandu jipprovdi data aggregata u tbassir tad-domanda biex isostni s-sejbiet u l-konklużjonijiet tiegħu. F’dak ir-rigward, l-MSSG għandu: […]”;
5. |
Fil-paġna 18, l-Artikolu 9(2), il-punt (d), |
minflok:
“(d) |
titlob informazzjoni dwar prodotti mediċinali fil-listi ta’ mediċini kritiċi mill-punti uniċi ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 3(6) abbażi tas-sett ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 6(4), u tistabbilixxi skadenza għall-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni, jekk dik l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fl-ESMP.”, |
aqra:
“(d) |
titlob informazzjoni dwar prodotti mediċinali fil-listi ta’ mediċini kritiċi mill-punti uniċi ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 3(6), it-tieni subparagrafu, abbażi tas-sett ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 6(4), u tistabbilixxi skadenza għall-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni, jekk dik l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fl-ESMP.”; |
6. |
Fil-paġna 18, l-Artikolu 10(2), it-tieni subparagrafu, |
minflok:
“Id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jippreżentaw l-informazzjoni mitluba sad-data ta’ skadenza stabbilita mill-Aġenzija, permezz tal-punti uniċi ta’ kuntatt msemmija fl-Artikolu 9(2), punt (b), bl-użu tal-metodi u s-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar stabbiliti skont l-Artikolu 9(1), punti (b) u (c), rispettivament. Dawk id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom jipprovdu aġġornamenti fejn meħtieġ.”,
aqra:
“Id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jippreżentaw l-informazzjoni mitluba sad-data ta’ skadenza stabbilita mill-Aġenzija, permezz tal-punti uniċi ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 9(2), punt (a), bl-użu tal-metodi u s-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar stabbiliti skont l-Artikolu 9(1), punti (b) u (c), rispettivament. Dawk id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom jipprovdu aġġornamenti fejn meħtieġ.”;
7. |
Fil-paġna 19, l-Artikolu 11(1), il-punt (a), |
minflok:
“(a) |
jippreżenta s-sett ta’ informazzjoni, msemmi fl-Artikolu 6(4) inkluż id-data disponibbli u stmata dwar il-volum tad-domanda u t-tbassir tad-domanda, permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt imsemmi fl-Artikolu 3(6) u bl-użu tal-metodi u tas-sistemi ta’ rappurtar stabbiliti skont l-Artikolu 9(1), punti (b) u (c), rispettivament;”, |
aqra:
“(a) |
jippreżenta s-sett ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(2), punt (d), inkluż id-data disponibbli u stmata dwar il-volum tad-domanda u t-tbassir tad-domanda, permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt imsemmi fl-Artikolu 3(6), it-tieni subparagrafu, bl-użu tal-metodi u tas-sistemi ta’ rappurtar stabbiliti skont l-Artikolu 9(1), punti (b) u (c), rispettivament;”. |
8. |
Fil-paġna 20, l-Artikolu 11(3), |
minflok:
“3. Meta l-Istati Membri jkollhom xi informazzjoni addizzjonali għall-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu dwar il-volumi tal-bejgħ ta’ u l-volumi tar-riċetti għall-prodotti mediċinali„ li tipprovdi evidenza ta’ nuqqas attwali jew potenzjali ta’ prodott mediċinali inkluż fil-listi ta’ mediċini kritiċi, inkluża data msemmija fl-Artikolu 23a, it-tielet paragrafu, tad-Direttiva 2001/83/KE, huma għandhom jipprovdu minnufih din l-informazzjoni lill-MSSG permezz tal-punti uniċi ta’ kuntatt rispettivi tagħhom msemmija fl-Artikolu 3(6) ta’ dan ir-Regolament.”,
aqra:
“3. Meta l-Istati Membri jkollhom xi informazzjoni addizzjonali għall-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu dwar il-volumi tal-bejgħ ta’ u l-volumi tar-riċetti għall-prodotti mediċinali li tipprovdi evidenza ta’ nuqqas attwali jew potenzjali ta’ prodott mediċinali inkluż fil-listi ta’ mediċini kritiċi, inkluża data msemmija fl-Artikolu 23a, it-tielet paragrafu, tad-Direttiva 2001/83/KE, huma għandhom jipprovdu minnufih din l-informazzjoni lill-MSSG permezz tal-punti uniċi ta’ kuntatt rispettivi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 3(6), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament.”;
9. |
Fil-paġna 21, l-Artikolu 13(3), il-punt (b), |
minflok:
“(b) |
l-Istati Membri għandhom jużaw l-ESMP biex jirrapportaw l-informazzjoni relatata mal-prodotti mediċinali fil-listi ta’ mediċini kritiċi lill-Aġenzija, permezz tal-punti uniċi ta’ kuntatt msemmija fl-Artikolu 9(1), punt (d), f’konformità mal-Artikoli 9 u 11.”, |
aqra:
“(b) |
l-Istati Membri għandhom jużaw l-ESMP biex jirrapportaw l-informazzjoni relatata mal-prodotti mediċinali fil-listi ta’ mediċini kritiċi lill-Aġenzija, permezz tal-punti uniċi ta’ kuntatt msemmija fl-Artikolu 3(6), it-tieni subparagrafu, f’konformità mal-Artikoli 9 u 11.”; |
10. |
Fil-paġna 21, l-Artikolu 13(4), il-punt (b), |
minflok:
“(b) |
l-Istati Membri għandhom jużaw lill-ESMP biex jirrappurtaw lill-Aġenzija dwar nuqqasijiet ta’ prodotti mediċinali li x’aktarx iwasslu għal emerġenza tas-saħħa pubblika jew avveniment maġġuri skont l-Artikolu 4(2), permezz tal-punti uniċi ta’ kuntatt msemmija fl-Artikolu 9(1), punt (e).”, |
aqra:
“(b) |
l-Istati Membri għandhom jużaw lill-ESMP biex jirrappurtaw lill-Aġenzija dwar nuqqasijiet ta’ prodotti mediċinali li x’aktarx iwasslu għal emerġenza tas-saħħa pubblika jew avveniment maġġuri skont l-Artikolu 4(2), permezz tal-punti uniċi ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 3(6), it-tieni subparagrafu.”; |
11. |
Fil-paġna 28, l-Artikolu 22(2), |
minflok:
“2. Għall-finijiet tal-Artikolu 25(2), l-MDSSG għandu jadotta u jagħmel disponibbli għall-pubbliku s-sett ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 25(2), punti (b) u (c), li huwa meħtieġa biex jimmonitorja l-provvista ta’ u d-domanda għall-apparati mediċi inklużi fil-lista ta’ apparati kritiċi ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika u jinforma lill-grupp ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 21(5) ta’ dak is-sett ta’ informazzjoni.”,
aqra:
“2. Għall-finijiet tal-Artikolu 25(2), l-MDSSG għandu jadotta u jagħmel disponibbli għall-pubbliku s-sett ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 25(2), punti (c) u (d), li huwa meħtieġa biex jimmonitorja l-provvista ta’ u d-domanda għall-apparati mediċi inklużi fil-lista ta’ apparati kritiċi ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, u jinforma lill-grupp ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 21(5) dwar dak is-sett ta’ informazzjoni.”;
12. |
Fil-paġna 28, l-Artikolu 24(1), |
minflok:
“1. Sakemm iddum l-emerġenza tas-saħħa pubblika, l-MDSSG għandu jirrapporta regolarment ir-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 23 lill-Kummissjoni u lill-punti uniċi ta’ kuntatt imsemmi fl-Artikolu 25(2), punt (a), u, b’mod partikolari, għandu jindika kwalunkwe nuqqas attwali jew potenzjali tal-apparati mediċi inklużi fil-lista ta’ apparati mediċi ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika.”,
aqra:
“1. Sakemm iddum l-emerġenza tas-saħħa pubblika, l-MDSSG għandu jirrapporta regolarment ir-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 23 lill-Kummissjoni u lill-punti uniċi ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 21(5), it-tieni subparagrafu, u, b’mod partikolari, għandu jindika kwalunkwe nuqqas attwali jew potenzjali tal-apparati mediċi inklużi fil-lista ta’ apparati kritiċi ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika.”;
13. |
Fil-paġna 29, l-Artikolu 24(5), |
minflok:
“5. Fejn mitlub mill-Kummissjoni, l-MDSSG jista’ jikkoordina miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għal apparati mediċi, il-manifatturi ta’ apparati mediċi, il-korpi notifikati, u entitajiet oħra, kif rilevanti, għall-prevenzjoni jew għat-taffija ta’ nuqqasijiet attwali jew potenzjali ta’ apparati mediċi fil-kuntest ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika jew avveniment maġġuri.”,
aqra:
“5. Fejn mitlub mill-Kummissjoni, l-MDSSG jista’ jikkoordina miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għal apparati mediċi, il-manifatturi ta’ apparati mediċi, il-korpi notifikati, u entitajiet oħra, kif rilevanti, għall-prevenzjoni jew għat-taffija ta’ nuqqasijiet attwali jew potenzjali ta’ apparati mediċi fil-kuntest ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika.”;
14. |
Fil-paġna 31, l-Artikolu 27(1), il-punt (a), |
minflok:
“(a) |
jippreżenta s-sett ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 22(2), inkluż l-informazzjoni disponibbli dwar il-ħtiġijiet relatati mal-apparati mediċi inklużi fil-lista ta’ apparati kritiċi ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, u d-data disponibbli u stmata dwar il-volum tad-domanda u t-tbassir tad-domanda għal dawk l-apparati mediċi, permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt rispettiv imsemmi fl-Artikolu 25(2), punt (a), u bl-użu tal-metodi u tas-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar stabbiliti skont l-Artikolu 25(1), punt (b);”, |
aqra:
“(a) |
jippreżenta s-sett ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 25(2), punt (d), inkluż l-informazzjoni disponibbli dwar il-ħtiġijiet relatati mal-apparati mediċi inklużi fil-lista ta’ apparati kritiċi ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, u d-data disponibbli u stmata dwar il-volum tad-domanda u t-tbassir tad-domanda għal dawk l-apparati mediċi, permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt rispettiv imsemmi fl-Artikolu 21(5), it-tieni subparagrafu, bl-użu tal-metodi u tas-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar stabbiliti skont l-Artikolu 25(1), punt (b);”; |
15. |
Fil-paġna 32, l-Artikolu 27(3), |
minflok:
“3. Meta l-Istati Membri jkollhom xi informazzjoni addizzjonali għall-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, li tipprovdi evidenza ta’ nuqqas attwali jew potenzjali ta’ apparati mediċi, huma għandhom jipprovdu din l-informazzjoni minnufih lill-MDSSG permezz tal-punti uniċi ta’ kuntatt tagħhom rispettivi msemmija fl-Artikolu 25(2), punt (a).”,
aqra:
“3. Meta l-Istati Membri jkollhom xi informazzjoni addizzjonali għall-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, li tipprovdi evidenza ta’ nuqqas attwali jew potenzjali ta’ apparati mediċi, huma għandhom jipprovdu minnufih din l-informazzjoni lill-MDSSG permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt rispettiv tagħhom imsemmi fl-Artikolu 21(5), it-tieni subparagrafu”;
16. |
Fil-paġna 32, l-Artikolu 27(4), il-punt (b), |
minflok:
“(b) |
iqisu kwalunkwe rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(3) u kwalunkwe linji gwida msemmija fl-Artikolu 28, punt (b), u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom b’rabta ma’ kwalunkwe azzjoni meħuda fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 12, punt (a);”, |
aqra:
“(b) |
iqisu kwalunkwe rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(3) u kwalunkwe linji gwida msemmija fl-Artikolu 28, punt (b), u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom b’rabta ma’ kwalunkwe azzjoni meħuda fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 28, punt (a);”. |
9.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/42 |
Rettifika tad-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 359 tas-16 ta’ Diċembru 2014 )
It-terminu “Persuna Kontrollata” għandu jiġi sostitwit b’“Persuna Kontrollanti” fid-Direttiva kollha.
9.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/43 |
Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 167 tas-27 ta’ Ġunju 2012 )
Fil-paġna 106 tal-Anness V, taħt it-titolu “Grupp Prinċipali 2: Preservattivi”,
minflok:
“Tip ta’ prodott 11: Preservattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi”,
aqra:
“Tip ta’ prodott 11: Preservattivi għal-likwidi tas-sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar”.
9.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/44 |
Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/866 tal-14 ta’ Mejju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Konferenza annwali tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Pollakkju fil-Baħar Bering Ċentrali, u li tħassar id-Deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, f’dik il-konferenza annwali
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 140 tat-28 ta’ Mejju 2019 )
Fil-werrej u fil-paġna 66, it-titolu,
minflok:
“Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/866 tal-14 ta’ Mejju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Konferenza annwali tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Pollakkju fil-Baħar Bering Ċentrali, u li tħassar id-Deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, f’dik il-konferenza annwali”,
aqra:
“Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/866 tal-14 ta’ Mejju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Konferenza annwali tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Merluzz tal-Alaska fiż-żona ċentrali tal-Baħar ta’ Bering, u li tħassar id-Deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, f’dik il-konferenza annwali”;
It-terminu “Riżorsi tal-Pollakkju” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “Riżorsi tal-Merluzz tal-Alaska” fid-Deċiżjoni kollha fil-forma grammatikali xierqa;
It-terminu “Baħar Bering Ċentrali” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “żona ċentrali tal-Baħar ta’ Bering” fid-Deċiżjoni kollha fil-forma grammatikali xierqa;
It-terminu “Baħar Bering” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “Baħar ta’ Bering” fid-Deċiżjoni kollha fil-forma grammatikali xierqa.
9.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/45 |
Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/419 tal-24 ta’ Frar 2023 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tassitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 61 tas-27 ta' Frar 2023 )
Fil-paġna 22, fl-Anness, fil-kliem introduttorju,
minflok:
“L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fit-Tabella ‘A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2(1)’, l-entrati 10, 17, 20, 22, 35, 39, 41, 42, 64, 65, 71, 73, 75, 78, 85, 87, 89, 90, 123, 125 u 179 huma sostitwiti b’dan li ġej:”, |
aqra:
“L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fit-Tabella ‘A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2(1)’, l-entrati 10, 17, 20, 22, 35, 39, 41, 42, 64, 65, 71, 73, 75, 78, 85, 87, 89, 90, 104, 123, 125, 129, 131, 179 u 195 huma sostitwiti b’dan li ġej:”. |