ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/444
tas-16 ta’ Diċembru 2022
li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’miżuri biex jiġi żgurat aċċess effettiv għas-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza għan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112”
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 109(8) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 109(8) tad-Direttiva (UE) 2018/1972, sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għas-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza għan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, bl-ewwel att bħal dan li għandu jiġi adottat sal-21 ta’ Diċembru 2022. Dawn l-atti delegati għandhom jissupplimentaw il-paragrafi 2, 5 u 6 tal-Artikolu 109 tad-Direttiva dwar il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà, il-kwalità, l-affidabbiltà u l-kontinwità tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza fl-Unjoni fir-rigward tas-soluzzjonijiet ta’ informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata, l-aċċess għall-utenti finali b’diżabbiltà u r-rotot lejn l-aktar ċentru li jirċievi t-telefonati ta’ emerġenza (PSAP) xieraq. |
(2) |
Il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza huma element importanti għat-twettiq tas-sikurezza, is-sigurtà u s-saħħa pubblika. Għal aktar minn 30 sena, iċ-ċittadini tal-Unjoni ddependew fuq l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza bl-użu tan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112”. Dawn jenħtieġ li jkomplu jkunu jistgħu jagħmlu dan fid-dinja diġitali. Iċ-ċittadini jenħtieġ li jibbenefikaw minn forniment komprensiv u f’waqtu ta’ informazzjoni kuntestwali meħtieġa biex tiġi indirizzata sitwazzjoni ta’ emerġenza. Il-livell għoli ta’ konnettività li huwa mmirat mit-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa, kif huwa rifless fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Perkors għad-Deċennju Diġitali 2030 (2), qed iwassal għal migrazzjoni teknoloġika għat-teknoloġiji għalkollox bl-IP tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika użati miċ-ċittadini, b’mod partikolari minn persuni b’diżabbiltà. Il-migrazzjoni minn teknoloġiji circuit-switched għal teknoloġiji packet-switched fin-networks ta’ komunikazzjoni elettronika tiskatta l-implimentazzjoni ta’ servizzi tal-vuċi permezz ta’ teknoloġiji fissi u mobbli tal-VoIP ibbażati fuq Subsistema Multimedjali tal-IP bħall-Vuċi fuq Evoluzzjoni fit-Tul (VoLTE), il-Vuċi fuq Radju Ġdid (VoNR fil-5G) u l-Vuċi fuq il-Wi-Fi (VoWiFi). It-teknoloġiji packet-switched jippermettu wkoll servizzi tat-test u tal-vidjo bħal test f’ħin reali u servizzi ta’ konverżazzjoni totali. Dawk is-servizzi ta’ komunikazzjoni bbażati fuq l-IP ma jistgħux jiġu appoġġati min-networks circuit-switched antiki, bħan-networks 2G u 3G li jinsabu fil-proċess li jiġu dekummissjonati. Għalhekk, hemm il-ħtieġa li l-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza jinbidlu għal teknoloġiji packet-switched ukoll. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura li f’dan il-proċess ta’ trasformazzjoni jiġu żgurati l-kwalità u l-affidabbiltà tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza. |
(3) |
L-għan tas-servizzi ta’ emerġenza huwa li jiġu evitati, imnaqqsa jew ġestiti l-effetti ta’ inċidenti ta’ emerġenza permezz ta’ intervent ta’ emerġenza. Iż-żmien meħtieġ għall-intervent ta’ emerġenza għandu impatt fundamentali fuq l-eżitu ta’ inċidenti ta’ emerġenza. Intervent ta’ emerġenza effettiv jirrikjedi mobilizzazzjoni rapida tar-riżorsi ta’ intervent li jistgħu jindirizzaw b’mod effettiv l-inċident ta’ emerġenza, u l-wasla rapida fix-xena ta’ intervent. |
(4) |
L-għan tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza huwa li l-utenti finali jkunu jistgħu jaċċessaw servizzi ta’ emerġenza biex jitolbu u jirċievu għajnuna ta’ emerġenza minn servizzi ta’ emerġenza. Filwaqt li hemm stabbiliti komunikazzjonijiet ta’ emerġenza bejn l-utent finali u l-PSAP, jenħtieġ li jkun ir-rwol tal-aktar PSAP xieraq li jipproċessa l-informazzjoni riċevuta u jwassal it-talba lis-servizzi ta’ emerġenza, u b’hekk jiżgura l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza. Skont l-organizzazzjoni nazzjonali tas-sistemi tal-PSAPs u tas-sistemi tas-servizzi ta’ emerġenza, il-PSAPs u s-servizzi ta’ emerġenza jistgħu jkunu entitajiet sovrapposti jew awtonomi. |
(5) |
Sabiex ikun jista’ jsir aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza, jenħtieġ li komunikazzjonijiet effettivi ta’ emerġenza jiżguraw kemm il-komunikazzjoni f’waqtha bejn l-utent finali u l-aktar PSAP xieraq kif ukoll it-tqegħid għad-dispożizzjoni fil-ħin ta’ informazzjoni kuntestwali, inkluża informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata. L-informazzjoni kuntestwali tikkontribwixxi għad-deskrizzjoni tal-inċident ta’ emerġenza, pereżempju, l-ambjent fiżiku, il-kundizzjoni u l-kapaċitajiet tal-persuni involuti, il-lokalizzazzjoni tal-inċident, eċċ. Id-disponibbiltà u l-preċiżjoni tal-informazzjoni kuntestwali jippermettu l-identifikazzjoni f’waqtha tar-riżorsi ta’ intervent xierqa u l-wasla rapida fix-xena tal-intervent, eż. meta jkun disponibbli post akkurat minn fejn toriġina t-telefonata. Din l-informazzjoni tista’ tintbagħat lis-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza mill-utent finali, jew tiġi dderivata awtomatikament mill-apparat tal-utent finali jew tan-network. |
(6) |
Il-post fejn toriġina t-telefonata huwa wieħed mill-aktar tipi importanti ta’ informazzjoni kuntestwali assoċjata mal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u għandu impatt kbir fuq l-effettività tagħhom. Il-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata jinfluwenzaw il-ħin meħtieġ biex jiġi identifikat is-sit tal-emerġenza u l-wasla fuq il-post tas-servizzi ta’ emerġenza. |
(7) |
Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tirrikjedi li l-awtoritajiet regolatorji kompetenti jistabbilixxu l-kriterji dwar il-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-post minn fejn toriġina t-telefonata. Dawk il-kriterji jirrappreżentaw il-livelli minimi ta’ preċiżjoni u affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata li jridu jiġu implimentati fit-territorju tal-Istat Membru permezz ta’ teknoloġiji bbażati fuq in-network u derivati mill-handset. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (3), il-kriterji jenħtieġ li jiżguraw, fil-limiti tal-fattibbiltà teknika, li l-pożizzjoni tal-utent finali tkun tinsab b’mod affidabbli u akkurat kif ikun meħtieġ biex is-servizzi ta’ emerġenza jkunu jistgħu jmorru b’mod utli għall-assistenza tal-utent finali. It-taħlita ta’ dawn it-teknoloġiji tiżgura li anke meta soluzzjoni ta’ post minn fejn toriġina t-telefonata derivata mill-handset tonqos milli tagħmel l-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata disponibbli għall-aktar PSAP xieraq, is-servizzi ta’ emerġenza jistgħu jibbażaw fuq post ibbażat fuq in-network biex, b’mod utli, jmorru għall-assistenza tal-utent finali, f’konformità mal-kriterji dwar il-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-post minn fejn toriġina t-telefonata stabbiliti mill-Istati Membri. Il-kriterji tal-post minn fejn toriġina t-telefonata, li ma jippermettux l-istabbiliment ta’ livelli minimi ta’ preċiżjoni u affidabbiltà jistgħu jwasslu għal implimentazzjoni li ma tiżgurax li s-servizzi ta’ emerġenza jirċievu informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata, li jistgħu jużaw b’mod effettiv. Jenħtieġ li jkun f’idejn l-Istati Membri li jivvalutaw l-effett ikkombinat tas-soluzzjonijiet teknikament fattibbli tal-post minn fejn toriġina t-telefonata, u li jistabbilixxu kriterji minimi kemm għall-preċiżjoni kif ukoll għall-affidabbiltà tal-post minn fejn toriġina t-telefonata, li, jekk jiġu implimentati, jippermettu li s-servizzi ta’ emerġenza jintervjenu b’mod utli. L-utilità tal-preċiżjoni tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata tista’ tvarja skont iż-żona li minnha toriġina l-komunikazzjoni ta’ emerġenza (eż. urbana jew rurali) u tista’ tiġi riflessa kif xieraq fil-kriterji stabbiliti. Sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat fl-Unjoni għall-istabbiliment tal-kriterji ta’ preċiżjoni u affidabbiltà li jiżgura livell minimu ta’ informazzjoni kuntestwali, huwa meħtieġ li jiġu ddefiniti l-parametri li l-awtoritajiet regolatorji kompetenti jenħtieġ li jqisu meta jistabbilixxu dawn il-kriterji. Barra minn hekk, huwa importanti li jitfakkar li skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera stabbilit fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jikkooperaw bejniethom meta jistabbilixxu l-kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata billi jikkonsultaw lill-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) jew fora rilevanti oħra kompetenti biex jipprovdu gwida f’dan ir-rigward, sabiex tiġi żgurata l-effettività sħiħa tal-Artikolu 109(6) tad-Direttiva (UE) 2018/1972. |
(8) |
Il-preċiżjoni tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata tista’ tiġi espressa bħala raġġ massimu taż-żona tat-tiftix għall-intervent li jiġi ppreżentat lis-servizzi ta’ emerġenza. Il-ħinijiet ta’ intervent ta’ emerġenza jistgħu jitnaqqsu b’mod sinifikanti meta informazzjoni akkurata u affidabbli dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata bbażata fuq in-network u derivata mill-handset tkun disponibbli għall-aktar PSAP xieraq, speċjalment meta l-utenti finali li jitolbu assistenza ta’ emerġenza ma jkunux jistgħu jispeċifikaw il-post tagħhom. Għalhekk, għal networks fissi, l-Istati Membri jenħtieġ li jesprimu l-livelli minimi ta’ preċiżjoni li għandhom jiġu implimentati fit-territorju tagħhom bħala informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata relatata mal-indirizz fiżiku tal-punt tat-terminazzjoni tan-network, pereżempju b’referenza għall-indirizz tat-triq konkret, l-appartament, is-sular jew informazzjoni simili. Għan-networks mobbli, il-livelli minimi ta’ preċiżjoni jenħtieġ li jiġu espressi f’metri biex jindikaw ir-raġġ massimu taż-żona ta’ tiftix orizzontali li hija ppreżentata lis-servizzi ta’ emerġenza għal finijiet ta’ intervent. Jekk applikabbli u teknikament fattibbli, il-kriterju tal-preċiżjoni tal-elevazzjoni jew dik vertikali jenħtieġ li jiġi espress f’metri wkoll. L-Istati Membri jenħtieġ li jivvalutaw jekk dawn il-parametri humiex fattibbli biex jiġu applikati għall-fornituri indipendenti tan-network ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali bbażati fuq in-numri meta dawn jintużaw f’networks fissi jew mobbli. |
(9) |
L-affidabbiltà tal-post minn fejn toriġina t-telefonata jenħtieġ li tkun relatata ma’ żewġ aspetti tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata: l-istabbiliment u t-trażmissjoni. L-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata jenħtieġ li tiġi stabbilita skont il-kejl statistiku li jindika r-rata ta’ suċċess li biha l-post attwali tal-apparat li joriġina l-komunikazzjoni ta’ emerġenza jaqbel maż-żona fiżika indikata abbażi tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata. Komunikazzjoni ta’ emerġenza jenħtieġ li tiskatta kemm informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata bbażata fuq in-network kif ukoll derivata mill-handset, meta din tal-aħħar tkun disponibbli. L-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata għas-servizzi ta’ emerġenza jenħtieġ li tiġi stabbilita bħala effett ikkombinat ta’ dawn iż-żewġ teknoloġiji. L-affidabbiltà tat-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata jenħtieġ li tiġi espressa bħala r-rata ta’ suċċess tas-soluzzjoni teknika biex l-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata tiġi trażmessa lill-aktar PSAP xieraq. Ir-rata ta’ suċċess tiddependi fuq il-kapaċitajiet tan-network li jwassal l-informazzjoni, fil-każ ta’ post minn fejn toriġina t-telefonata bbażat fuq in-network, jew l-interoperabbiltà bejn il-handset u r-riżorsi tan-network biex tkun tista’ ssir it-trażmissjoni, fil-każ ta’ post minn fejn toriġina t-telefonata derivat mill-handset, kif ukoll l-aktar kapaċitajiet xierqa tal-PSAP biex jirċievu l-informazzjoni. |
(10) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja l-kriterji dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata stabbiliti f’konformità ma’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw dwar l-adozzjoni tal-kriterji u jispjegaw kif qiesu l-parametri stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(11) |
Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tirrikjedi li l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza għall-utenti finali b’diżabbiltà jkun ekwivalenti għal dak li jgawdu utenti finali oħrajn. Il-prinċipju ta’ ekwivalenza jimplika li l-utenti finali b’diżabbiltà jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċessaw servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza b’mod funzjonalment ekwivalenti għal dak li fih utenti finali oħrajn jaċċessaw servizzi ta’ emerġenza, b’mod partikolari billi jċemplu fuq in-numru “112” permezz ta’ servizzi bbażati fuq il-vuċi. Peress li ma hemm l-ebda fehim komuni tar-rekwiżiti tal-ekwivalenza funzjonali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti li jirreplikaw il-funzjonalitajiet tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza li jgawdu minnhom utenti finali oħrajn, prinċipalment is-servizzi bbażati fuq il-vuċi. Jekk għal raġunijiet tekniċi, l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ ekwivalenza funzjonali stabbiliti minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-raġunijiet speċifiċi għaliex dan ma huwiex possibbli. L-Istati Membri jenħtieġ li jinformaw lill-Kummissjoni meta d-disinn tekniku tal-mezzi obbligatorji ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza ma jkunx jirrikjedi jew ma jkunx jippermetti l-użu tan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112”, u kif jiġi żgurat li l-istess għarfien jew aktar jintlaħaq fost l-utenti finali b’diżabbiltà fir-rigward ta’ dak il-mezz ta’ aċċess. |
(12) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja l-kompatibbiltà, il-kwalità, l-affidabbiltà, l-interoperabbiltà u l-kontinwità tal-mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza għall-utenti finali b’diżabbiltà, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw il-mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza awtorizzati fil-ġuriżdizzjoni tagħhom għall-utenti finali b’diżabbiltà, inklużi dawk li jużaw is-servizzi tar-roaming. Ir-rapport jenħtieġ li jkun fih l-ewwel valutazzjoni tal-konformità tal-mezzi ta’ aċċess rapportati mar-rekwiżiti tal-ekwivalenza funzjonali f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-migrazzjoni għal networks għalkollox bl-IP se tippermetti l-implimentazzjoni ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni ġodda u aċċessibbli bħal test f’ħin reali u servizzi ta’ konverżazzjoni totali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw kwistjonijiet ta’ interoperabbiltà, kompatibbiltà jew kontinwità li wieħed jiltaqa’ magħhom meta dawn is-servizzi jiġu implimentati, b’mod partikolari għall-utenti finali tar-roaming. Sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2022/612 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jirrapportaw lill-BEREC il-mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza li huma obbligatorji fl-Istat Membru tagħhom u li huma teknikament fattibbli biex jintużaw mill-klijenti tar-roaming, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jenħtieġ li jistabbilixxu, jekk applikabbli, ir-raġunijiet tekniċi għan-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-servizz ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza għall-utenti finali tar-roaming meta dawk is-servizzi jkunu disponibbli għall-utenti finali domestiċi. L-ewwel rapport, kif ukoll l-informazzjoni pprovduta fis-snin ta’ wara, se jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li tadotta miżuri ulterjuri, inklużi mandati ta’ standardizzazzjoni, biex tindirizza kwistjonijiet bħal dawn. |
(13) |
Il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u l-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata għandhom jiġu indirizzati lejn l-aktar PSAP xieraq biex il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza jkunu jistgħu jitwieġbu u jiġu ttrattati b’mod xieraq. Jenħtieġ li tiġi żgurata r-rotta effettiva tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza wkoll fil-kuntest tal-migrazzjoni teknoloġika minn teknoloġiji circuit-switched għal dawk packet-switched. L-aktar PSAP xieraq normalment jiġi ddeterminat mill-Istat Membru abbażi ta’ kompetenza territorjali biex jiġu ttrattati komunikazzjonijiet ta’ emerġenza jew il-kompetenza biex jiġi ttrattat ċertu tip ta’ komunikazzjoni, pereżempju PSAP mgħammar biex jittratta test f’ħin reali jew komunikazzjoni bil-lingwa tas-sinjali. Is-servizzi tal-komunikazzjoni interpersonali provduti permezz ta’ teknoloġiji packet-switched li jipprovdu l-vuċi, it-test – inkluż it-test f’ħin reali – u l-vidjo jistgħu jiġu diretti fid-dominju tan-network pubbliku jew fid-dominju tal-PSAP. Skont l-organizzazzjoni nazzjonali tal-PSAPs, filwaqt li l-komunikazzjoni ta’ emerġenza tilħaq is-sistema tal-PSAP permezz tan-networks pubbliċi, jista’ jkun hemm bżonn ta’ rotot ulterjuri fi ħdan id-dominju tal-PSAPs biex jintlaħaq l-aktar PSAP xieraq. Sabiex tiġi ggarantita d-disponibbiltà ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza effettivi għall-benefiċċju tal-utenti finali kollha, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-puntwalità tar-rotot lejn l-aktar PSAP xieraq tat-tipi kollha ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata li jkollha l-mandat fit-territorju tagħhom. |
(14) |
L-effettività tal-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza tiddependi fuq il-puntwalità tal-forniment tal-informazzjoni kuntestwali lis-servizzi ta’ emerġenza. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-aktar PSAP xieraq li għalih tiġi indirizzata l-komunikazzjoni ta’ emerġenza, ikun teknikament kapaċi jittrażmetti f’waqtha l-informazzjoni kuntestwali lis-servizzi ta’ emerġenza mill-mument li dawk is-servizzi jiġu avżati minn dak il-PSAP. Skont l-organizzazzjoni nazzjonali tal-PSAPs, l-aktar PSAP xieraq jista’ jivvaluta l-utilità tad-data kuntestwali u jiffiltra l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lis-servizzi ta’ emerġenza. |
(15) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja l-effettività tar-rotot lejn l-aktar PSAP xieraq, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw dwar il-prestazzjoni tar-rotta tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza lejn l-aktar PSAP xieraq f’termini tal-puntwalità tagħhom, inkluż meta jużaw servizzi tal-vuċi, tat-test, jew tal-vidjo. |
(16) |
L-iżgurar ta’ aċċess bla xkiel għas-servizzi ta’ emerġenza, mingħajr prereġistrazzjoni, għall-utenti finali, inklużi l-utenti finali b’diżabbiltà, li jivvjaġġaw fi Stat Membru ieħor jista’ ma jkunx taħt il-kontroll uniku ta’ Stat Membru u jkun jirrikjedi konformità mar-rekwiżiti ta’ interoperabbiltà miftiehma b’mod komuni. Mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni ta’ test f’ħin reali u servizzi ta’ konverżazzjoni totali skont id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi implimentat l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ servizzi bil-vuċi, bit-test jew bil-vidjo permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza permezz ta’ applikazzjonijiet għall-apparati mobbli. L-applikazzjonijiet għall-apparati mobbli jistgħu jippermettu t-trażmissjoni ta’ data kuntestwali rikka lill-aktar PSAP xieraq. Ladarba applikazzjoni għall-apparati mobbli titniżżel u tiġi installata, l-utent finali jista’ jikkomunika mal-aktar PSAP xieraq madwar l-Unjoni, jekk ir-rekwiżiti komuni tal-interoperabbiltà jagħmluha possibbli, u l-fornituri tal-applikazzjonijiet għall-apparati mobbli u s-sistemi nazzjonali tal-PSAPs jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw mal-Kummissjoni b’rieda tajba biex jidentifikaw ir-rekwiżiti komuni tal-interoperabbiltà li l-implimentazzjoni tagħhom tippermetti l-użu ta’ dawn il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza għall-aktar PSAP xieraq permezz ta’ applikazzjonijiet għall-apparati mobbli madwar l-Unjoni. |
(17) |
Is-sistemi tal-PSAPs li ġew żviluppati biex iwieġbu u jimmaniġġaw il-komunikazzjonijiet circuit-switched jistgħu ma jkunux jistgħu jwieġbu, jimmaniġġaw u jipproċessaw il-karatteristiċi kollha tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza mibdija permezz ta’ teknoloġija packet-switched. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, b’mod partikolari s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u l-fornituri tan-network, kif ukoll sabiex jiġi żgurat aġġornament koerenti u f’waqtu tas-sistemi tal-PSAPs fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jħejju pjan direzzjonali għall-aġġornament tal-kapaċitajiet tas-sistemi tal-PSAPs tagħhom biex iwieġbu, jimmaniġġaw u jipproċessaw il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza pprovduti permezz ta’ teknoloġiji packet-switched. Il-pjan direzzjonali jenħtieġ li jkun fih l-iskeda ta’ żmien u d-data mistennija tal-implimentazzjoni ta’ mezzi ġodda ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza li jaħdmu b’teknoloġiji packet-switched, kemm jekk dawn ikunu permessi fin-network ewlieni bħala servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali bbażati fuq in-numri, kif ukoll jekk ikunu implimentati permezz ta’ applikazzjoni għall-apparati mobbli. Il-pjan direzzjonali jenħtieġ li jkun fih informazzjoni dwar l-iskeda ta’ żmien tal-aġġornament tal-kapaċitajiet tas-sistemi tal-PSAP, filwaqt li jitqiesu l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/882 u l-iskadenzi legali provduti fiha. Dan jikkonċerna b’mod partikolari t-tweġib xieraq mill-aktar PSAP xieraq għall-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza għan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112”, bl-użu ta’ vuċi u test sinkronizzati (inkluż test f’ħin reali), jew, fejn jiġi pprovdut il-vidjo, il-vuċi, it-test (inkluż test f’ħin reali) u l-vidjo sinkronizzati bħala konverżazzjoni totali. Jekk applikabbli, jenħtieġ li jiġi indikat il-mandat legali mistenni biex jiġu implimentati komunikazzjonijiet ta’ emerġenza permezz ta’ teknoloġiji packet-switched skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-pjan direzzjonali jenħtieġ li jirreferi għall-istadji importanti intermedjarji, pereżempju l-konsultazzjonijiet pubbliċi u mal-partijiet ikkonċernati, il-miżuri leġiżlattivi, l-interoperabbiltà, l-ittestjar tal-kontinwità u tal-affidabbiltà, l-akkwist pubbliku, eċċ. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu l-pjan direzzjonali lill-Kummissjoni u jipprovdu aġġornamenti dwar l-implimentazzjoni tiegħu. L-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw ukoll il-kwistjonijiet ta’ interoperabbiltà u kontinwità li ltaqgħu magħhom fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika użati għall-aċċess ta’ servizzi ta’ emerġenza sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-ħtieġa li tadotta miżuri ulterjuri, inklużi mandati ta’ standardizzazzjoni, li jindirizzaw konġestjonijiet bħal dawn. |
(18) |
Huwa meħtieġ ġbir regolari u strutturat ta’ informazzjoni mill-Istati Membri fir-rigward ta’ diversi aspetti relatati mal-effettività tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza fl-Unjoni sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja l-implimentazzjoni u l-konformità tagħhom mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 109 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, kif issupplimentat minn dan ir-Regolament. Wara l-ewwel rapport kif previst f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni aġġornata kif mitlub fil-kuntest ta’ kull ġbir ta’ data li l-Kummissjoni tibda għall-finijiet li tissodisfa l-obbligu tagħha li tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 109(4) tad-Direttiva (UE) 2018/1972. |
(19) |
Il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 109(8) tad-Direttiva (UE) 2018/1972 u ta opinjoni fl-14 ta’ Ottubru 2022. |
(20) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u ta l-opinjoni tiegħu fil-15 ta’ Novembru 2022. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri biex jiġi żgurat aċċess effettiv għas-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza fir-rigward ta’ soluzzjonijiet ta’ informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata, aċċess għall-utenti finali b’diżabbiltà u rotot għall-aktar PSAP xieraq.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“komunikazzjoni effettiva ta’ emerġenza” tfisser komunikazzjoni ta’ emerġenza kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (38) tad-Direttiva (UE) 2018/1972 li tiżgura:
|
(2) |
“informazzjoni kuntestwali” tfisser l-informazzjoni mogħtija permezz ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza mill-utent finali jew derivata u trażmessa awtomatikament mill-apparat tal-utent finali jew min-network rilevanti sabiex tkun tista’ ssir l-identifikazzjoni f’waqtha tar-riżorsi ta’ intervent tas-servizzi ta’ emerġenza u l-wasla rapida tas-servizzi tal-emerġenza fix-xena tal-intervent. |
KAPITOLU 2
INFORMAZZJONI DWAR IL-POST MINN FEJN TORIĠINA T-TELEFONATA
Artikolu 3
1. Meta jistabbilixxu kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata skont l-Artikolu 109(6) tad-Direttiva (UE) 2018/1972, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jiżguraw, fil-limiti tal-fattibbiltà teknika, li l-pożizzjoni tal-utent finali tkun tinsab b’mod affidabbli u akkurat kif ikun meħtieġ biex is-servizzi ta’ emerġenza jkunu jistgħu jassistu lill-utent finali. L-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jistabbilixxu l-kriterji filwaqt li jqisu l-parametri speċifikati fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
2. Fir-rigward tan-networks fissi:
(a) |
il-kriterju tal-preċiżjoni għall-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata għandu jiġi espress bħala informazzjoni relatata mal-indirizz fiżiku tal-punt tat-terminazzjoni tan-network; |
(b) |
il-kriterju tal-affidabbiltà għall-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata għandu jiġi espress bħala r-rata ta’ suċċess, f’perċentwal, tas-soluzzjoni teknika jew tat-taħlita ta’ soluzzjonijiet tekniċi biex tiġi stabbilita u trażmessa lill-aktar PSAP xieraq informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata li tikkorrispondi għall-kriterju tal-preċiżjoni. |
3. Fir-rigward tan-networks mobbli:
(a) |
il-kriterju tal-preċiżjoni għall-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata għandu jiġi espress f’metri. Jekk applikabbli, il-kriterju tal-akkuratezza tal-elevazzjoni jew ta’ dik vertikali għandu jiġi espress f’metri wkoll; |
(b) |
il-kriterju tal-affidabbiltà għall-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata għandu jiġi espress bħala r-rata ta’ suċċess, f’perċentwal, tas-soluzzjoni teknika jew tat-taħlita ta’ soluzzjonijiet tekniċi biex tiġi stabbilita u trażmessa lill-aktar PSAP xieraq żona ta’ tiftix li tikkorrispondi għall-kriterju tal-preċiżjoni. |
KAPITOLU 3
AĊĊESS GĦAL SERVIZZI TA’ EMERĠENZA GĦALL-UTENTI FINALI B’DIŻABBILTÀ
Artikolu 4
Meta jimplimentaw mezzi ta’ aċċess għal servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza għall-utenti finali b’diżabbiltà, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, soġġett għall-fattibbiltà teknika, jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ ekwivalenza funzjonali li ġejjin:
(a) |
il-komunikazzjoni ta’ emerġenza tippermetti komunikazzjoni interattiva bidirezzjonali bejn l-utent finali b’diżabbiltà u l-PSAP; |
(b) |
il-komunikazzjoni ta’ emerġenza hija disponibbli mingħajr xkiel, mingħajr prereġistrazzjoni, għall-utenti finali b’diżabbiltà li jivvjaġġaw fi Stat Membru ieħor; |
(c) |
il-komunikazzjoni ta’ emerġenza tiġi pprovduta lill-utenti finali b’diżabbiltà mingħajr ħlas; |
(d) |
il-komunikazzjoni ta’ emerġenza tiġi diretta mingħajr dewmien lejn l-aktar PSAP xieraq li jkun kwalifikat u mgħammar biex iwieġeb u jipproċessa b’mod xieraq il-komunikazzjoni ta’ emerġenza mill-utenti finali b’diżabbiltà; |
(e) |
livelli ekwivalenti ta’ preċiżjoni u affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata huma żgurati għall-komunikazzjoni ta’ emerġenza għall-utenti finali b’diżabbiltà bħal fil-każ ta’ telefonati ta’ emerġenza minn utenti finali oħrajn; |
(f) |
l-utenti finali b’diżabbiltà jistgħu jilħqu tal-anqas l-istess livell ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza bħal utenti finali oħrajn dwar telefonati ta’ emerġenza lil “112”, jew bit-tfassil tal-mezzi ta’ aċċess jew permezz ta’ miżuri ta’ sensibilizzazzjoni. |
KAPITOLU 4
IR-ROTTA LEJN L-AKTAR ĊENTRU LI JIRĊIEVI T-TELEFONATI TA’ EMERĠENZA XIERAQ
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u l-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata jgħaddu mingħajr dewmien lill-aktar PSAP xieraq li jkun teknikament kapaċi jwassal l-informazzjoni kuntestwali lis-servizzi ta’ emerġenza meta javża lil dawk is-servizzi.
Artikolu 6
Għall-fini li tiġi żgurata l-fattibbiltà teknika tal-aċċess mingħajr xkiel għas-servizzi ta’ emerġenza kif previst fl-Artikolu 4(1), il-punt (b) ta’ dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/882, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jidentifikaw rekwiżiti komuni ta’ interoperabbiltà li jippermettu l-komunikazzjoni ta’ emerġenza lill-aktar PSAP xieraq permezz ta’ applikazzjoni għall-apparati mobbli fi kwalunkwe post fl-Unjoni.
KAPITOLU 5
RAPPORTAR
Artikolu 7
1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw regolarment lill-Kummissjoni l-prestazzjoni tar-rotta lill-aktar PSAP xieraq skont l-Artikolu 5, implimentata għall-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u għall-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata.
2. L-Istati Membri għandhom iħejju u jirrapportaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Novembru 2023 pjan direzzjonali għall-aġġornament tas-sistema tal-PSAP nazzjonali sabiex ikunu jistgħu jirċievu, iwieġbu u jipproċessaw komunikazzjonijiet ta’ emerġenza permezz ta’ teknoloġija packet-switched. Il-pjan direzzjonali għandu jindika d-data tal-implimentazzjoni mistennija ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza bbażati fuq il-vuċi, it-test jew il-vidjo permezz ta’ teknoloġiji packet-switched. Il-pjan direzzjonali għandu jinkludi wkoll id-data indikattiva sa meta l-PSAPs ikunu lesti li jirċievu dawn il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza. L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar l-implimentazzjoni tal-istadji importanti intermedjarji tal-pjan direzzjonali f’konformità mal-Artikolu 8.
Artikolu 8
1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Marzu 2024:
(a) |
il-kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata espressa skont il-parametri msemmija fl-Artikolu 3, |
(b) |
il-mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza li għandhom jintużaw mill-utenti finali b’diżabbiltà, inklużi dawk li jużaw is-servizzi tar-roaming, u l-valutazzjoni tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta’ ekwivalenza funzjonali fl-Artikolu 5. |
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni msemmija f’dan l-artikolu u fl-Artikolu 7 mingħajr preġudizzju għall-iskadenzi inizjali provduti fih, fil-kuntest ta’ kull ġbir ta’ data li l-Kummissjoni tibda għall-finijiet li tissodisfa l-obbligu tagħha li tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 109(4) tad-Direttiva (UE) 2018/1972.
KAPITOLU 6
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36.
(2) Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-Perkors għad-Deċennju Diġitali 2030 (ĠU L 323, 19.12.2022, p. 4).
(3) Il-Kawża C 417/18; Is-sentenza tal-Qorti (ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019, AW u Oħrajn vs Lietuvos valstybė.
(4) Ir-Regolament (UE) 2022/612 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 115, 13.4.2022, p. 1).
(5) Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/445
tat-23 ta’ Frar 2023
li japprova emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“Colli Bolognesi Classico Pignoletto” (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Colli Bolognesi Classico Pignoletto” li ntbagħtitilha mill-Italja f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Fost l-emendi hemm bidla fl-isem minn “Colli Bolognesi Classico Pignoletto” għal “Colli Bolognesi Pignoletto”. |
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiġu approvati skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-isem “Colli Bolognesi Classico Pignoletto” (DOP), huma b’dan approvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/446
tas-27 ta’ Frar 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Ligustrum delavayanum, u tal-Ligustrum japonicum li joriġinaw mir-Renju Unit, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 fir-rigward tal-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni ta’ dawk il-pjanti għat-tħawwil fit-territorju tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4), it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
(1) |
Abbażi ta’ valutazzjoni preliminari tar-riskji, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (2) jistabbilixxi lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2018 (3) jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-proċedura li trid tiġi segwita sabiex issir valutazzjoni tar-riskji fuq il-pjanti, fuq il-prodotti tal-pjanti u fuq oġġetti oħra ta’ riskju għoli msemmija fl-Artikolu 42(4) tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
(3) |
Wara valutazzjoni preliminari, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 ġew elenkati proviżorjonalment 34 ġeneru u speċi waħda ta’ pjanti għat-tħawwil li joriġinaw minn pajjiżi terzi, bħala pjanti ta’ riskju għoli. Dik il-lista tinkludi l-ġeneru Ligustrum L. |
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 (4) jistabbilixxi l-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tneħħew mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, iżda r-riskji fitosanitarji tagħhom għadhom ma ġewx ivvalutati bis-sħiħ. Dan għaliex wieħed jew aktar mill-pesti li jgħixu f’dawk il-pjanti għadhom mhumiex inklużi fil-lista tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (5), iżda jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiġu inklużi wara valutazzjoni tar-riskji sħiħa oħra. |
(5) |
Fit-3 ta’ Diċembru 2021, ir-Renju Unit (6) ressaq talba lill-Kummissjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ pjanti topjarji li dejjem iħaddru kbar tal-Ligustrum delavayanum imlaqqma fuq is-salvaġġ tal-Ligustrum japonicum imkabbra fi qsari, ta’ mhux aktar minn 20 sena u li għandhom dijametru massimu ta’ 18-il cm fil-bażi taz-zokk. Dik it-talba kienet sostnuta mid-dossier tekniku rilevanti. |
(6) |
Fit-28 ta’ Settembru 2022, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni xjentifika li tkopri l-valutazzjoni tar-riskji tal-pjanti għat-tħawwil tal-Ligustrum delavayanum u tal-pjanti għat-tħawwil tal-Ligustrum japonicum, f’materjal għat-tkabbir, ta’ mhux aktar minn 20 sena u b’dijametru massimu ta’ 18-il cm fil-bażi taz-zokk, irrispettivament minn jekk humiex imlaqqma jew le (“il-pjanti rilevanti”) (7). L-Awtorità identifikat il-Bemisia tabaci, d-Diaprepes abbreviatus, l-Epiphyas postvittana u s-Scirtothrips dorsalis bħala pesti rilevanti għal dawk il-pjanti u stmat il-probabbiltà li l-komodità tkun ħielsa mill-pesti. |
(7) |
Abbażi ta’ dik l-opinjoni, ir-riskju fitosanitarju mill-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni tal-pjanti rilevanti jitqies li jitnaqqas għal livell aċċettabbli, dment li jiġu applikati miżuri xierqa biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ pesti relatati ma’ dawk il-pjanti u li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti speċjali korrispondenti tal-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. |
(8) |
Il-miżuri deskritti mir-Renju Unit fid-dossier tekniku huma kkunsidrati suffiċjenti biex ir-riskju mill-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni tal-pjanti rilevanti jitnaqqas għal livell aċċettabbli. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu adottati bħala rekwiżiti fitosanitarji għall-importazzjoni biex tiġi żgurata l-protezzjoni fitosanitarja tat-territorju tal-Unjoni mill-introduzzjoni tal-pjanti rilevanti fih. |
(9) |
Sussegwentement, il-pjanti rilevanti jenħtieġ li ma jibqgħux jitqiesu bħala pjanti ta’ riskju għoli. |
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 jiġi emendat kif xieraq. |
(11) |
Il-Bemisia tabaci huwa elenkat bħala pest tal-kwarantina f’żona protetta fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 u Scirtothrips dorsalis huwa elenkat bħala pest tal-kwarantina fl-Unjoni fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
(12) |
Id-Diaprepes abbreviatus għadu mhuwiex inkluż fil-lista tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, għalhekk il-miżuri għal dak il-pest huma bbażati fuq dawk deskritti fid-dossier mir-Renju Unit. Meta ssir disponibbli l-valutazzjoni tar-riskju kompluta dwar dak il-pest, jiġi stabbilit jekk dak il-pest jissodisfax il-kundizzjonijiet li jridu jiġu elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 u l-pjanti rilevanti fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament, flimkien mal-miżuri rispettivi. |
(13) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 jiġi emendat kif xieraq. |
(14) |
L-Epiphyas postvittana mhuwiex inkluż fil-lista tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni. Il-pest huwa preżenti f’għadd ta’ Stati Membri u ma jiġi applikat l-ebda miżura ta’ kontroll uffiċjali. Barra minn hekk, l-impatt tal-pest fl-Unjoni mhuwiex meqjus bħala sinifikanti. Għal dawn ir-raġunijiet, ma huma meħtieġa l-ebda rekwiżiti tal-importazzjoni fir-rigward ta’ dak il-pest. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi lista proviżorja ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta’ pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 10).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2018 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward il-proċedura li trid tiġi segwita sabiex issir il-valutazzjoni tar-riskju ta’ pjanti b’riskju għoli, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra fit-tifsira tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 7).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 tal-21 ta’ Awwissu 2020 dwar il-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tneħħew mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 275, 24.8.2020, p. 5).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(6) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-att, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.
(7) Il-Bord tal-PLH tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2022. Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Ligustrum delavayanum topiary plants grafted on Ligustrum japonicum from the UK. EFSA Journal 2022;20(11):7593.
ANNESS I
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, fit-tabella fil-punt 1, fit-tieni kolonna “Deskrizzjoni”, l-entrata “Ligustrum L.” hija sostitwita b’dan li ġej:
“Ligustrum L., għajr pjanti għat-tħawwil ta’ Ligustrum delavayanum u Ligustrum japonicum ta’ mhux aktar minn 20 sena, f’materjal għat-tkabbir, li għandhom dijametru massimu ta’ 18-il cm fil-bażi taz-zokk, li joriġinaw mir-Renju Unit”.
ANNESS II
Fit-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara “Pjanti għat-tħawwil ta’ Juglans regia L., ta’ mhux aktar minn sentejn bl-għeruq mikxufin, mingħajr weraq, u b’dijametru massimu ta’ 2 cm fil-bażi taz-zokk.”:
Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra |
Kodiċi NM |
Pajjiżi terzi tal-oriġini |
Miżuri |
||||||||||||||
“Pjanti għat-tħawwil ta’ Ligustrum delavayanum u Ligustrum japonicum, ta’ mhux aktar minn 20 sena f’materjal għat-tkabbir, b’dijametru massimu ta’ 18-il cm fil-bażi taz-zokk. |
ex 0602 10 90 |
Ir-Renju Unit |
|
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/447
tal-1 ta’ Marzu 2023
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tal-glikosidi tal-istevjol glukosilati bħala sustanza li tagħti l-ħlewwa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 14 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(3) |
Dawk il-listi jistgħu jiġu aġġornati f’konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b’inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li titressaq applikazzjoni. |
(4) |
F’Jannar 2019, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-glikosidi tal-istevjol glukosilati bħala addittiv tal-ikel ġdid għall-użu bħala sustanza li tagħti l-ħlewwa. L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(5) |
Il-glikosidi tal-istevjol glukosilati huma prodotti permezz ta’ bijokonverżjoni enzimatika bl-użu ta’ ċiklomaltodestrina glukanotrasferażi li tikkatalizza t-trasferiment tal-glukożju mil-lamtu għal taħlitiet arrikkiti fi glikosid tal-istevjol individwali wieħed jew aktar mill-estratti tal-weraq tal-iStevia Rebaudiana purifikati. Dawn jikkonsistu f’taħlita ta’ glikosidi tal-istevjol glukosilati, li fiha minn 1 sa 20 unitajiet addizzjonali ta’ glukożju marbuta mal-glikosidi tal-istevjol oriġinarju. Għandhom profil ta’ ħlewwa mtejjeb meta mqabbla mas-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa awtorizzati l-oħra inkluż il-glikosidi tal-istevjol mill-iStevia (E 960a). |
(6) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) evalwat is-sikurezza tal-glikosidi tal-istevjol glukosilati u esprimiet l-opinjoni tagħha fil-15 ta’ Diċembru 2021 (4). L-Awtorità qieset li l-metaboliżmu tal-glikosidi tal-istevjol glukosilati huwa simili biżżejjed għall-glikosidi tal-istevjol diġà awtorizzati, u għalhekk id-data tossikoloġika vvalutata qabel mill-Awtorità għall-glikosidi tal-istevjol (E 960a) tqieset li tappoġġa s-sikurezza tagħhom bħala addittiv tal-ikel. L-enzima ċiklomaltodestrina glukanotrasferażi (EC 2.4.1.19) derivata minn razza mhux ġenetikament modifikata tal-Anoxybacillus caldiproteolyticus u maħsuba biex tintuża fil-manifattura tal-glikosidi tal-istevjol modifikati ma tagħtix lok għal tħassib dwar is-sikurezza fil-kundizzjonijiet tal-użu maħsuba abbażi tad-data pprovduta lill-Awtorità (5). L-Awtorità kkonkludiet li ma hemm l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-użu tal-glikosidi tal-istevjol glukosilati bħala addittiv tal-ikel għall-istess użi u livelli ta’ użu proposti bħal dawk tal-glikosidi tal-istevjol (E 960a–960c) li jintużaw bħala sustanzi li jagħtu l-ħlewwa. |
(7) |
Għalhekk, jixraq li jiġi awtorizzat l-addittiv tal-ikel “glikosidi tal-istevjol glukosilati” (E 960d) bħala sustanza li tagħti l-ħlewwa fil-kategoriji tal-ikel fejn il-glikosidi tal-istevjol (E 960a–960c) huma attwalment awtorizzati u fl-istess livelli massimi. |
(8) |
L-ispeċifikazzjonijiet tal-addittiv tal-ikel glikosidi tal-istevjol glukosilati jenħtieġ li jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 peress li huwa inkluż għall-ewwel darba fil-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 jiġu emendati skont dan. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
(4) EFSA Journal 2022;20(2):7066.
(5) EFSA Journal 2022;20(1):7004.
ANNESS I
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
(a) |
Fil-Parti B, 2. Sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal E 960c:
|
(b) |
Fil-Parti C, (5) Addittivi oħra li jistgħu jiġu rregolati kkombinati, il-punt (v) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(c) |
Il-Parti E hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 960c(iv):
“E 960d GLIKOSIDI TAL-ISTEVJOL GLUKOSILATI
Sinonimi |
|
||
Definizzjoni |
Taħlita ta’ glikosidi akbar tal-istevjol derivati permezz tal-glukosilazzjoni tal-glikosidi tal-istevjol estratti mill-weraq tal-pjanta Stevia rebaudiana Bertoni. It-taħlita hija magħmula mill-glikosidi tal-istevjol glukosilati u glikosidi tal-istevjol oriġinarji residwi mill-werqa tal-iStevia. Il-glikosidi tal-istevjol glukosilati huma prodotti bit-trattament tal-glikosidi tal-istevjol, estratti mill-werqa tal-iStevia, u l-lamtu tajjeb għall-konsum mill-bniedem biċ-ċiklomaltodestrina glukanotrasferażi (EC 2.4.1.19) derivata minn razza mhux OĠM tal-Anoxybacillus caldiproteolyticus St-88. L-enzima tittrasferixxi unitajiet tal-glukożju mil-lamtu għall-glikosidi tal-istevjol. Il-materjal li jirriżulta jissaħħan u jiġi ttrattat bil-karbonju attivat biex titneħħa l-enzima, imbagħad jiġi mgħoddi mir-reżina tal-adsorbiment/desorbiment biex jitneħħa l-lamtu idrolizzat residwu (destrina), segwit mill-purifikazzjoni u l-preparazzjoni tal-prodotti finali bl-użu ta’ proċessi li jistgħu jinkludu t-tneħħija tal-kulur, il-konċentrazzjoni u t-tnixxif bl-atomizzazzjoni. |
||
Isem kimiku |
Stevjolbijosidu: aċidu 13-[(2-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku Rubusosidu: aċidu 13-β-d-glukopiranosilossikawr-16-en-18-oiku, ester β-D-glukopiranosiliku Dulkosidu A: aċidu 13-[(2-O-α–L-ramnopiranosil-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku, ester β-D-glukopiranosiliku Stevjosidu: aċidu 13-[(2-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku, ester β-D-glukopiranosiliku Rebawdjosidu A: aċidu 13-[(2-O-β-D-glukopiranosil-3-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku, ester β-D-glukopiranosiliku Rebawdjosidu B: aċidu 13-[(2-O-β–D-glukopiranosil-3-O-β–D-glukopiranosi-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku Rebawdjosidu C: aċidu 13-[(2-O-α–L-ramnopiranosil-3-O-β–D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku, ester β-D-glukopiranosiliku Rebawdjosidu D: aċidu 13-[(2-O-β-D-glukopiranosil-3-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku, ester 2-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosiliku Rebawdjosidu E: aċidu 13-[(2-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku, ester 2-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosiliku Rebawdjosidu F: aċidu 13-[(2-O-β-D-ksilofuranosil-3-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku, ester β-D-glukopiranosiliku Rebawdjosidu M: aċidu 13-[(2-O-β-D-glukopiranosil-3-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku, ester 2-O-β-D-glukopiranosil-3-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosil U d-derivattivi glukosilati tagħhom (1-20 unitajiet ta’ glukożju miżjuda) |
||
Formula molekulari |
Isem trivjali |
Formola |
Fattur ta’ konverżjoni |
|
Stevjolbijosidu n-Glukosilat |
C(32+n*6)H(50+n*10)O(13+n*5) |
|
Rubusosidu n-Glukosilat |
C(32+n*6)H(50+n*10)O(13+n*5) |
|
|
Dulkosidu A n-Glukosilat |
C(38+n*6)H(60+n*10)O(17+n*5) |
|
|
Stevjosidu n-Glukosilat |
C(38+n*6)H(60+n*10)O(18+n*5) |
|
|
Rebawdjosidu A n-Glukosilat |
C(44+n*6)H(70+n*10)O(23+n*5) |
|
|
Rebawdjosidu B n-Glukosilat |
C(38+n*6)H(60+n*10)O(18+n*5) |
|
|
Rebawdjosidu C n-Glukosilat |
C(44+n*6)H(70+n*10)O(22+n*5) |
|
|
Rebawdjosidu D n-Glukosilat |
C(50+n*6)H(80+n*10)O(28+n*5) |
|
|
Rebawdjosidu E n-Glukosilat |
C(44+n*6)H(70+n*10)O(23+n*5) |
|
|
Rebawdjosidu F n-Glukosilat |
C(43+n*6)H(68+n*10)O(22+n*5) |
|
|
Rebawdjosidu M n-Glukosilat |
C(56+n*6)H(90+n*10)O(33+n*5) |
|
|
n: għadd ta’ unitajiet ta’ glukożju miżjuda b’mod enzimatiku mal-glikosidu tal-istevjol oriġinarju (n = 1-20) Fattur ta’ konverżjoni tipiku għat-taħlitiet ta’ glikosidi tal-istevjol glukosilati = 0,20 (fuq il-bażi mnixxfa, ħielsa mid-destrina) |
|||
|
Stevjol |
C20H30O3 |
1,00 |
|
Stevjolbijosidu |
C32H50O13 |
0,50 |
Rubusosidu |
C32H50O13 |
0,50 |
|
Dulkosidu A |
C38H60O17 |
0,40 |
|
Stevjosidu |
C38H60O18 |
0,40 |
|
Rebawdjosidu A |
C44 H70 O23 |
0,33 |
|
Rebawdjosidu B |
C38 H60 O18 |
0,40 |
|
Rebawdjosidu C |
C44H70O22 |
0,34 |
|
Rebawdjosidu D |
C50H80O28 |
0,29 |
|
Rebawdjosidu E |
C44H70O23 |
0,33 |
|
Rebawdjosidu F |
C43H68O22 |
0,34 |
|
Rebawdjosidu M |
C56H90O33 |
0,25 |
|
Piż molekulari u Nru CAS |
Isem trivjali |
Numru CAS |
Piż molekulari (g/mol) |
Stevjolbijosidu n-Glukosilat |
Mhux disponibbli |
642,73+n*162,15 |
|
Rubusosidu n-Glukosilat |
Mhux disponibbli |
642,73+n*162,15 |
|
Dulkosidu A n-Glukosilat |
Mhux disponibbli |
788,87+n*162,15 |
|
Stevjosidu n-Glukosilat |
Mhux disponibbli |
804,88+n*162,15 |
|
Rebawdjosidu A n-Glukosilat |
Mhux disponibbli |
967,01+n*162,15 |
|
Rebawdjosidu B n-Glukosilat |
Mhux disponibbli |
804,88+n*162,15 |
|
Rebawdjosidu C n-Glukosilat |
Mhux disponibbli |
951,02+n*162,15 |
|
Rebawdjosidu D n-Glukosilat |
Mhux disponibbli |
1129,15+n*162,15 |
|
Rebawdjosidu E n-Glukosilat |
Mhux disponibbli |
967,01+n*162,15 |
|
Rebawdjosidu F n-Glukosilat |
Mhux disponibbli |
936,99+n*162,15 |
|
Rebawdjosidu M n-Glukosilat |
Mhux disponibbli |
1291,30+n*162,15 |
|
Stevjol |
|
318,46 |
|
Stevjolbijosidu |
41093-60-1 |
642,73 |
|
Rubusosidu |
64849-39-4 |
642,73 |
|
Dulkosidu A |
64432-06-0 |
788,87 |
|
Stevjosidu |
57817-89-7 |
804,88 |
|
Rebawdjosidu A |
58543-16-1 |
967,01 |
|
Rebawdjosidu B |
58543-17-2 |
804,88 |
|
Rebawdjosidu C |
63550-99-2 |
951,02 |
|
Rebawdjosidu D |
63279-13-0 |
1 129,15 |
|
Rebawdjosidu E |
63279-14-1 |
967,01 |
|
Rebawdjosidu F |
438045-89-7 |
936,99 |
|
Rebawdjosidu M |
1220616-44-3 |
1 291,30 |
|
Assaġġ |
Mhux inqas minn 95 % tal-glikosidi tal-istevjol totali, magħmula mill-glikosidi tal-istevjol imsemmija hawn fuq flimkien mad-derivattivi glukosilati tagħhom (1-20 unitajiet ta’ glukożju miżjuda), fuq il-bażi mnixxfa, ħielsa mid-destrina. |
||
Deskrizzjoni |
Trab b’kulur minn abjad sa isfar ċar, madwar 100 sa 200 darba aktar ħelu mis-sukrożju (f’ekwivalenza ta’ 5 % ta’ sukrożju). |
||
Identifikazzjoni |
|||
Solubbiltà |
Solubbli fl-ilma |
||
pH |
Bejn 4,5 u 7,0 (soluzzjoni 1:100) |
||
Purità |
|||
Irmied totali |
Mhux aktar minn 1 % |
||
Telf fit-tnixxif |
Mhux aktar minn 6 % (105 °C, 2h) |
||
Solvent residwu |
Mhux aktar minn 200 mg/kg metanol Mhux aktar minn 3 000 mg/kg etanol |
||
Arseniku |
Mhux aktar minn 0,015 mg/kg |
||
Ċomb |
Mhux aktar minn 0,1 mg/kg |
||
Kadmju |
Mhux aktar minn 0,1 mg/kg |
||
Merkurju |
Mhux aktar minn 0,1 mg/kg |
||
Kriterji mikrobijoloġiċi |
|||
L-għadd tal-kolonji (aerobiċi) totali |
Mhux aktar minn 1 000 CFU/g |
||
Ħmira u moffa |
Mhux aktar minn 200 CFU/g |
||
E. coli |
Negattiv f’1 g |
||
Salmonella |
Negattiv f’25 g”. |
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/28 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/448
tal-1 ta’ Marzu 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 dwar l-istandards tekniċi għat-twaqqif u għat-tħaddim ta’ sistema ta’ traċċabbiltà għall-prodotti tat-tabakk
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(11) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/574 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-istabbiliment u għat-tħaddim ta’ sistema ta’ traċċabbiltà għall-prodotti tat-tabakk. Is-sistema ta’ traċċabbiltà għandha l-għan li tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni b’għodda effettiva li tippermetti l-insegwiment u t-traċċar tal-prodotti tat-tabakk madwar l-Unjoni u l-identifikazzjoni ta’ attivitajiet frodulenti li jirriżultaw biex prodotti illeċiti jkunu disponibbli għall-konsumaturi. |
(2) |
F’dan ir-rigward, ir-regoli operazzjonali tas-sistema ta’ traċċabbiltà għandhom rwol importanti fl-iżgurar li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jirċievu d-data li jeħtieġu sabiex jiżguraw il-funzjonament xieraq tas-sistema ta’ traċċabbiltà tat-tabakk u l-kontroll tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-traċċabbiltà tat-tabakk, kif ukoll l-infurzar ta’ din il-leġiżlazzjoni rispettivament. |
(3) |
Fl-20 ta’ Mejju 2019, is-sistema ta’ traċċabbiltà stabbilita f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 bdiet tiġbor id-data dwar il-movimenti tal-prodotti tat-tabakk u d-data tranżazzjonali. L-esperjenza fl-implimentazzjoni tagħha wriet ukoll l-importanza ta’ kwalità, akkuratezza, kompletezza u komparabbiltà għolja tad-data li jeħtieġ li tiġi rreġistrata u trażmessa lis-sistema fil-ħin. |
(4) |
Fir-rapport tagħha dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/40/UE tal-20 ta’ Mejju 2021 (3), il-Kummissjoni enfasizzat li l-Istati Membri u l-Kummissjoni kellhom problemi konsiderevoli bil-kwalità tad-data dwar it-traċċabbiltà, pereżempju fir-rigward tan-numri tat-taxxa fuq il-valur miżjud, l-informazzjoni dwar il-magni tal-produzzjoni jew l-informazzjoni dwar l-aħħar movimenti tal-prodotti lejn l-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut. B’mod partikolari, jenħtieġ li tiġi emendata d-definizzjoni attwali tal-magni biex tirrifletti l-konfigurazzjonijiet varji tal-magni adottati fis-settur u biex tindirizza l-kwalità ħażina osservata tal-informazzjoni dwar il-magni. Ir-rapport ikkonkluda wkoll li l-kwalità tad-data tibqa’ kritika għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar it-traċċabbiltà tat-tabakk u għall-ilħuq sħiħ tal-objettivi tas-sistema ta’ traċċabbiltà. |
(5) |
Id-diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li jseħħu fuq bażi regolari fil-qafas tas-Sottogrupp ta’ Esperti dwar it-Traċċabbiltà u l-Karatteristiċi ta’ Sigurtà komplew juru li data robusta, kompluta u ta’ kwalità tajba biss tista’ tiżgura sistema ta’ traċċabbiltà kompletament funzjonali u ta’ suċċess. Għall-monitoraġġ u l-użu ta’ din id-data, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jridu jkunu mgħammra b’għodod analitiċi u b’soluzzjonijiet tekniċi effettivi, b’mod partikolari l-interfaċċi meħtieġa li jippermettulhom jaċċessaw u jfittxu d-data maħżuna fis-sistema tar-repożitorji. |
(6) |
Abbażi tal-esperjenza u l-għarfien miġbura, hemm il-ħtieġa li jiġu emendati ċerti regoli tekniċi stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 sabiex jiġi ffaċilitat ir-rapportar mill-atturi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, tissaħħaħ il-prattika tajba f’termini ta’ ġestjoni u analiżi tad-data, u konsegwentement, jittejjeb il-funzjonament tas-sistema ta’ traċċabbiltà għall-prodotti tat-tabakk. Dawn ir-regoli tekniċi jikkonċernaw it-tħaddim tad-diversi komponenti tas-sistema ta’ repożitorji, il-kompiti tal-emittenti tal-identifikazzjoni u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti minnhom, kif ukoll l-attivitajiet ta’ rapportar tal-operaturi ekonomiċi u l-għodod tekniċi disponibbli għall-Istati Membri fil-kuntest tad-dmirijiet ta’ infurzar tagħhom, b’mod partikolari l-interfaċċi kollha ta’ aċċess, inkluż għall-ispezzjonijiet mobbli. |
(7) |
L-emendi jindirizzaw għadd ta’ eċċezzjonijiet u każijiet speċjali li nqalgħu wara t-tnedija tas-sistema ta’ traċċabbiltà, inkluża l-preżenza ta’ operaturi ekonomiċi involuti biss f’operazzjonijiet kummerċjali mhux loġistiċi, l-involviment ta’ entitajiet mhux tal-UE fil-katina tal-provvista tal-UE, l-eżistenza ta’ stabbilimenti li jikkombinaw funzjonijiet mhux ta’ bejgħ bl-imnut u ta’ bejgħ bl-imnut, każijiet ta’ identifikaturi mitlufa, każijiet ta’ rkupru ta’ oġġetti misruqa, inċidenti tal-IT li jeħtieġu pproċessar mill-ġdid tad-data, u l-preżenza ta’ destinazzjonijiet mhux kummerċjali atipiċi bħal laboratorji jew ċentri għar-rimi tal-iskart. L-operazzjonijiet proprji tas-sistema ta’ traċċabbiltà għenu wkoll biex tinkiseb stampa aħjar tad-daqs tas-settijiet tad-data maħżuna u pproċessati fis-sistema tar-repożitorji, li min-naħa tagħhom jeħtieġu ċerti bidliet fir-regoli dwar il-possibbiltajiet u l-karatteristiċi tas-sistema tar-repożitorji u l-kompiti tal-fornitur tar-repożitorju sekondarju. |
(8) |
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 jistabbilixxi l-proċeduri għall-għażla tal-operaturi tar-repożitorji primarji u sekondarji. Biex tiġi żgurata l-konsistenza fil-mod li bih in-notifiki tal-identità tal-fornitur propost jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni minn grupp ta’ impriżi, u minn importaturi u manifatturi mhux tal-Unjoni, u l-kuntratti rilevanti għall-ħżin tad-data jiġu ffirmati, huwa xieraq li jiġu ċċarati ulterjorment ċerti regoli dwar is-sottomissjoni tan-notifiki u l-firma tal-kuntratti għall-ħżin tad-data. Barra minn hekk, minħabba l-fatt li l-estensjoni tas-sistema tat-traċċabbiltà tat-tabakk għall-prodotti kollha tat-tabakk li hija prevista mill-Artikolu 15(13) tad-Direttiva 2014/40/UE, tista’ żżid l-għadd ta’ dawn in-notifiki u l-kuntratti tal-ħżin tad-data, huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti aktar dettalji tal-proċedura għall-approvazzjoni ta’ emendi għall-elementi ewlenin tal-kuntratti għall-ħżin tad-data, inkluża l-possibbiltà espliċita li l-Kummissjoni tapprova dawn l-emendi b’mod taċitu. |
(9) |
Huwa wkoll xieraq li jiġi emendat il-perjodu li fih il-kuntratti bejn kull fornitur tar-repożitorju primarju u l-fornitur tar-repożitorju sekondarju għandhom jiġu ffirmati u ppreżentati lill-Kummissjoni, biex jiġi żgurat li dawn l-entitajiet ikollhom żmien biżżejjed biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom. Fir-rigward tar-rekwiżiti li japplikaw għall-proċedura dwar it-terminazzjoni tar-relazzjoni kuntrattwali bejn il-Kummissjoni u l-fornitur tar-repożitorju sekondarju, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti aktar dettalji dwar il-perjodu ta’ avviż li jeħtieġ li jiġi rrispettat mill-operatur tar-repożitorju sekondarju, sabiex jiġu żgurati bis-sħiħ il-kontinwità tal-operat u fluss mhux interrott ta’ data fis-sistema. |
(10) |
Il-Protokoll għall-Eliminazzjoni tal-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni ta’ Qafas dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (4), li jipprevedi pakkett ta’ miżuri li għandhom jittieħdu mill-Partijiet tiegħu għall-Eliminazzjoni tal-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-tabakk, daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Settembru 2018. Huwa xieraq li s-sistema ta’ traċċabbiltà stabbilita fl-UE tkun aġġornata bl-iżviluppi tekniċi li jikkonċernaw l-istabbiliment ta’ reġim globali ta’ insegwiment u traċċar. |
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 jiġi emendat skont dan. |
(12) |
Xi dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jibdew japplikaw f’data aktar tard mid-dħul fis-seħħ tiegħu, sabiex jippermettu lill-emittenti tal-identifikazzjoni, kif ukoll lill-fornituri tas-servizzi ta’ repożitorju u ta’ apparati kontra t-tbagħbis u lil operaturi ekonomiċi oħrajn iħejju għar-rekwiżiti introdotti minn dawn id-dispożizzjonijiet. |
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/40/UE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/40/UE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “9. L-emittent tal-identifikazzjoni jista’ jistabbilixxi u jimponi tariffi fuq l-operaturi ekonomiċi talli jkun qed jiġġenera u joħroġ l-identifikaturi uniċi. It-tariffi ma għandhomx ikunu diskriminatorji, għandhom ikunu bbażati fuq il-kost u għandhom ikunu proporzjonati għall-għadd ta’ identifikaturi uniċi li jiġu ġġenerati u jinħarġu għall-operaturi ekonomiċi, filwaqt li jitqies il-mod kif dawn jitwasslulhom. It-tariffi jistgħu jirriflettu l-kostijiet fissi u varjabbli kollha mġarrba mill-emittent tal-identifikazzjoni biex jissodisfa r-rekwiżiti tiegħu skont dan ir-Regolament.”. |
(3) |
Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-proċess imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħares permezz ta’ apparat kontra t-tbagħbis li tfornih u tinstallah parti terza indipendenti, li għandha tagħti dikjarazzjoni lill-Istati Membri rilevanti u lill-Kummissjoni li l-apparat installat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Ir-reġistru ġġenerat mill-apparat għandu jipprovdi prova tal-applikazzjoni korretta u tal-leġġibbiltà ta’ kull identifikatur uniku tal-livell tal-pakkett individwali. L-apparat għandu jiżgura li kwalunkwe ommissjoni fil-proċess tal-immarkar imsemmi fl-Artikolu 6 tiġi rreġistrata.”. |
(4) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-emittenti tal-identifikazzjoni għandu jkollhom ir-responsabbiltà li jiġġeneraw kodiċi li jkun magħmul mill-elementi elenkati fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (c). L-emittenti tal-identifikazzjoni għandhom iħejju u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku struzzjonijiet għall-kodifikazzjoni u għad-dekodifikazzjoni tal-UIs tal-livell tal-pakkett individwali f’konformità mal-Anness III.”. |
(5) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-emittenti tal-identifikazzjoni għandu jkollhom ir-responsabbiltà li jiġġeneraw kodiċi li jkun magħmul mill-elementi elenkati fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (c). L-emittenti tal-identifikazzjoni għandhom iħejju u jagħmlu disponibbli pubblikament struzzjonijiet għall-kodifikazzjoni u d-dekodifikazzjoni tal-UIs tal-livell aggregat.”. |
(7) |
l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
(10) |
Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. L-informazzjoni kollha li tkun intbagħtet lill-emittent tal-identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 16(2), u l-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni li jikkorrispondu magħha għandhom jiffurmaw parti minn reġistru li l-emittent tal-identifikazzjoni kompetenti għandu jistabbilixxi, jamministra u jżomm aġġornat. L-emittent tal-identifikazzjoni kompetenti għandu jżomm reġistru tal-informazzjoni maħżuna fir-reġistru sakemm is-sistema ta’ traċċabbiltà tkun operattiva.”. |
(11) |
l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. L-informazzjoni kollha li tkun intbagħtet lill-emittent tal-identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 18(2), u l-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni li jikkorrispondu magħha għandhom jiffurmaw parti minn reġistru li l-emittent tal-identifikazzjoni kompetenti għandu jistabbilixxi, jamministra u jżomm aġġornat. L-emittent tal-identifikazzjoni kompetenti għandu jżomm reġistru tal-informazzjoni maħżuna fir-reġistru sakemm is-sistema ta’ traċċabbiltà tkun operattiva.”. |
(13) |
Fl-Artikolu 20, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej: “5. L-emittenti tal-identifikazzjoni għandhom jipprovdu servizz online sigur għall-operaturi ekonomiċi u għall-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut li jippermettilhom jikkonsultaw ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 sa fejn huma kkonċernati l-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku, tal-istabbiliment u tal-magni tagħhom stess. Dan is-servizz għandu jinkludi proċedura sigura għall-operaturi ekonomiċi u għall-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut biex jiksbu lura l-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku tagħhom stess.”. |
(14) |
l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
|
(15) |
L-Artikolu 25(1), il-punt (g), huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(16) |
l-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:
|
(17) |
l-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:
|
(18) |
Fl-Artikolu 29, jiżdiedu l-paragrafi 5 u 6 li ġejjin: “5. Il-manifatturi u l-importaturi li għandhom dubju dwar il-funzjonament korrett tar-repożitorji primarji tagħhom għandu jkollhom il-possibbiltà li jivverifikaw permezz tar-router, billi jikkonsultaw lill-operatur tar-router, jekk il-messaġġi li jikkonċernaw id-dispaċċ finali ta’ prodotti mill-pussess fiżiku tagħhom li jintbagħtu lir-repożitorji primarji, ikunux ġew trażmessi b’mod korrett. L-operatur tar-router jista’ jistabbilixxi limitu ta’ kuljum fuq l-użu ta’ din il-funzjonalità. 6. Il-fornitur tar-repożitorju sekondarju għandu jistabbilixxi u jikkomunika lill-operaturi ekonomiċi u lill-fornituri tas-servizzi tal-IT it-termini u l-kundizzjonijiet, inkluża l-politika dwar l-użu ġust, applikabbli għall-użu tar-repożitorju sekondarju u tar-router. It-termini u l-kundizzjonijiet għandhom jiggarantixxu d-dritt tal-operaturi ekonomiċi li jużaw ir-repożitorju sekondarju u r-router f’konformità mal-ħtiġijiet tan-negozju tagħhom u għandhom jipprevjenu każijiet ripetuti ta’ użu negliġenti.” |
(19) |
l-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 30 Kostijiet tas-sistema ta’ repożitorji 1. Il-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk għandhom iġarrbu l-kostijiet ordinarji kollha relatati mas-sistema ta’ repożitorji msemmija fl-Artikolu 24(1), fosthom dawk li jirriżultaw mit-twaqqif, mit-tħaddim u mill-manutenzjoni tagħha. Dawk il-kostijiet għandhom ikunu ġusti, raġonevoli u proporzjonati:
2. Il-kostijiet ordinarji tal-istabbiliment, tat-tħaddim u taż-żamma tar-repożitorju sekondarju u tar-router, skont il-każ, għandhom jintbagħtu lill-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk permezz tal-kostijiet li l-fornituri tar-repożitorji primarji jimponu fuqhom. 3. Il-kostijiet straordinarji kollha relatati mal-operazzjonijiet ta’ pproċessar mill-ġdid imsemmija fl-Artikolu 28(4) imposti mill-fornitur tar-repożitorju sekondarju lill-fornitur tar-repożitorju primarju li jkun għamel it-talba għandhom ikunu ġusti, raġonevoli u proporzjonati għas-servizzi mogħtija. Madankollu, il-fornitur tar-repożitorju sekondarju għandu jġarrab kwalunkwe kost straordinarju tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar mill-ġdid imsemmija fl-Artikolu 28(4) sal-punt li jkun responsabbli għall-kawżi li jwasslu għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar mill-ġdid.”. |
(20) |
l-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:
|
(21) |
Fl-Artikolu 33, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Ir-responsabbiltà għar-reġistrazzjoni u t-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun tal-operatur ekonomiku li jkun il-bejjiegħ. Għal dan il-għan, l-attivitajiet kollha ta’ rapportar għandhom jużaw il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ dan l-operatur ekonomiku. Il-fornituri ta’ servizzi tal-IT jistgħu wkoll jittrażmettu din l-informazzjoni f’isem l-operatur ekonomiku li jkun il-bejjiegħ tal-prodotti tat-tabakk.” |
(22) |
l-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:
|
(23) |
L-Artikolu 36(1), il-punt (a), huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(24) |
Jiddaħħal l-Artikolu 36a li ġej: “Artikolu 36a Il-kwalità tad-data 1. L-Istati Membri jistgħu joħorġu rapporti dwar il-kwalità mhux adegwata tad-data rrapportata mill-operaturi ekonomiċi lis-sistema ta’ repożitorji. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu indirizzati lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati u għandhom jinkludu eżempji ta’ rapportar ħażin. 2. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-emittenti tal-identifikazzjoni jwettqu kontrolli tal-indirizzi u ta’ data oħra verifikabbli b’mod elettroniku li tiġi pprovduta lis-sistema mill-operaturi ekonomiċi u mill-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut permezz tal-emittenti tal-identifikazzjoni.”. |
(25) |
L-Annessi I u II huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(26) |
L-Anness III jiżdied f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 għandu japplika mill-21 ta’ Diċembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/574 tal-15 ta’ Diċembru 2017 dwar l-istandards tekniċi għat-twaqqif u għat-tħaddim ta’ sistema ta’ traċċabbiltà għall-prodotti tat-tabakk (ĠU L 96, 16.4.2018, p. 7).
(3) Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/40/UE rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati (COM(2021) 249 final).
(4) Il-Protokoll għall-Eliminazzjoni tal-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni ta’ Qafas dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (ĠU L 268, 1.10.2016, p. 1).
ANNESS
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Jiżdied l-Anness III li ġej: “ANNESS III L-istruttura ta’ identifikatur uniku fil-livell ta’ unità
|
Rettifika
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/58 |
Rettifika għad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1647 tat-23 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Direttiva 2003/90/KE fir-rigward ta’ deroga għal varjetajiet organiċi ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli adattati għall-produzzjoni organika
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 248 tas-26 ta’ Settembru 2022 )
F’paġna 47, fl-Artikolu 1, il-punt (1)(b) (li jemenda l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/90/KE), l-ewwel subparagrafu,
minflok:
“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-valur għall-kultivazzjoni jew l-użu, il-varjetajiet organiċi adattati għall-produzzjoni organika, li jappartjenu għall-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness IV, il-Parti A, jistgħu, minflok, jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Parti B ta’ dak l-Anness.”,
aqra:
“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-valur għall-kultivazzjoni jew l-użu, il-varjetajiet organiċi adattati għall-produzzjoni organika, li jappartjenu għall-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness V, il-Parti A, jistgħu minflok jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Parti B ta’ dak l-Anness.”.
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/59 |
Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2014 tas-27 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki marbuta mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 254 tat-28 ta’ Awwissu 2014 )
F’paġna 5 tal-ĠU L 254 tat-28 ta’ Awwissu 2014, fl-Artikolu 10(2), kif korrett f’paġna 43 tal-ĠU L 430 tat-2 ta’ Diċembru 2021:
minflok:
“2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2013/36/UE bil-miktub lill-istituzzjoni ta’ kreditu.”,
aqra:
“2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2013/36/UE bil-miktub lill-istituzzjoni ta’ kreditu.”.