|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
23.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/402
tat-22 ta’ Frar 2023
li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-14 ta’ Ġunju 2017, Dow Europe GmbH (“l-applikant”) ippreżentat applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali bl-isem “CMIT/MIT SOLVENT BASED” tat-tip ta’ prodott 6, kif deskritt fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament, għall-preservazzjoni tal-fjuwils tal-avjazzjoni, iż-żejt mhux maħdum u l-fjuwil tad-distillat intermedju, filwaqt li tat konferma bil-miktub li l-awtorità kompetenti ta’ Franza kienet qablet li tevalwa l-applikazzjoni. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-NN032576-24 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali. Fis-16 ta’ April 2020, l-applikant irtira l-applikazzjoni fir-rigward tal-użu ta’ “CMIT/MIT SOLVENT BASED” fil-fjuwils tal-avjazzjoni. Fil-31 ta’ Ottubru 2020, l-applikazzjoni ġiet trasferita mill-applikant lil Nutrition & Biosciences Netherlands B.V. |
|
(2) |
Il-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” tinkludi prodotti għall-preservazzjoni taż-żejt mhux maħdum mingħajr ilma u tal-prodotti raffinati (fjuwils distillati medji u ħfief) li fihom il-5-kloro-2-metilisotijażol-3(2H)-on u t-2-metilisotijażol-3(2H)-on (“C(M)IT/MIT”) bħala s-sustanza attiva, li hija inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
Fit-28 ta’ Awwissu 2019, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ppreżentat, f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ir-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tagħha lill-Aġenzija. |
|
(4) |
Fis-7 ta’ April 2020, l-Aġenzija ppreżentat lill-Kummissjoni opinjoni (2), l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (“SPC”) tas-“CMIT/MIT SOLVENT BASED” u r-rapport finali tal-valutazzjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali f’konformità mal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(5) |
L-opinjoni kkonkludiet li s-“CMIT/MIT SOLVENT BASED” hija familja ta’ prodotti bijoċidali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1), il-punt (s), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li hija eliġibbli għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament u li, soġġetta għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) u (6) ta’ dak ir-Regolament. L-opinjoni inkludiet pożizzjoni ta’ minoranza espressa mill-membru maħtur mill-Ġermanja, li kkonkludiet li l-użu tas-“CMIT/MIT SOLVENT BASED” bħala preżervattiv fil-fjuwils hu kunfliġġenti mal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru (l-10 Ordinanza Federali dwar il-Kontroll tal-Emissjonijiet §2(1) u (2)), li tipprojbixxi li l-fjuwils għall-vetturi bil-mutur tat-triq ikun fihom addittivi b’komposti tal-kloru jew tal-bromu u li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ addittivi li jkun fihom il-kloru jew il-bromu għax dawn il-komposti jikkawżaw il-formazzjoni tad-diossini waqt il-kombustjoni tal-fjuwil. |
|
(6) |
Fil-15 ta’ Jannar 2021, l-Aġenzija bagħtet l-abbozz tal-SPC lill-Kummissjoni bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(7) |
Biex tindirizza t-tħassib dwar il-formazzjoni tad-diossini espress fil-pożizzjoni ta’ minoranza għall-opinjoni, fl-24 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni talbet opinjoni mingħand l-Aġenzija skont l-Artikolu 75(1), il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, biex ikun stmat l-ammont ta’ formazzjoni tad-diossini u l-kontribut ġenerali għall-emissjonijiet tad-diossini minħabba l-użu tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” fil-fjuwils użati għat-trasport bit-triq u fuq l-ilma. Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-Aġenzija tiċċara l-livell tar-riskji għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-esponiment għad-diossini mill-ambjent bl-użu tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED”. |
|
(8) |
Fil-5 ta’ Lulju 2021, l-Aġenzija ppreżentat l-opinjoni mitluba lill-Kummissjoni (3) u kkonkludiet li għalkemm il-konsegwenzi potenzjali tal-użu ta’ C(M)IT/MIT bħala preżervattiv fiż-żejt u l-fjuwil ma jistgħux jingħataw il-ġenb, mhuwiex possibbli li wieħed jasal għal konklużjonijiet dwar l-iskala tal-kontribut potenzjali tal-użu ta’ C(M)IT/MIT fil-fjuwils fejn jidħol l-esponiment għad-diossini, jew dwar il-konsegwenzi potenzjali ta’ addittivi tal-kloru bħal C(M)IT/MIT fil-fjuwils fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. |
|
(9) |
Il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (“Konvenzjoni ta’ Stokkolma”) (4) u r-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandhom l-objettivi li jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-pollutanti organiċi persistenti (POPs), li jinkludu d-diossini. Il-Kummissjoni jidhrilha li r-rifjut tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” ma jwassalx għal tnaqqis sinifikanti tal-emissjonijiet tad-diossina meta mqabbel mal-għoti tagħha għax bħalissa skont il-miżuri tranżizzjonali tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-Istati Membri jistgħu jqiegħdu fis-suq l-istess addittivi li jkun fihom il-kloru jew addittivi simili li jkun fihom il-kloru, jew inkella dawn jistgħu jiġu awtorizzati skont l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali mogħtija f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Barra minn hekk, bis-saħħa tal-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (6), u tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima” (8)) li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050, l-ammont ġenerali ta’ fjuwil li jista’ potenzjalment jiġi ttrattat bil-familja ta’ prodotti bijoċidali u maħruq f’muturi jew f’sistemi tat-tisħin mistenni jonqos ġmielu fid-deċennji li ġejjin. Għaldaqstant, il-formazzjoni possibbli tad-diossini assoċjati mal-użu tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” se tonqos skont dan, u b’hekk tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma u tar-Regolament (UE) 2019/1021. |
|
(10) |
Fis-16 ta’ Novembru 2021, f’konformità mal-Artikolu 44(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, id-Danimarka talbet lill-Kummissjoni biex l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” ma tkunx tapplika fit-territorju tagħha, għar-raġunijiet previsti fl-Artikolu 37(1), il-punti (a) u (c), ta’ dak ir-Regolament, għax jidhrilha li l-preżenza ta’ komposti organiċi aloġenati bħal C(M)IT/MIT fil-fjuwils tista’ tikkawża l-formazzjoni tad-diossini waqt il-kombustjoni tal-fjuwil, li jeżistu alternattivi għall-preservazzjoni tal-fjuwils mingħajr komposti aloġenati, u li r-raffineriji u l-istazzjonijiet tas-servizz Daniżi ma jużawx preżervattivi tal-fjuwils. |
|
(11) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2021, il-Ġermanja talbet lill-Kummissjoni taġġusta l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” fit-territorju tagħha f’konformità mal-Artikolu 44(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 37(1), il-punti (a) u (c), ta’ dak ir-Regolament ħalli ma tippermettix l-użu tagħha għall-preservazzjoni tal-fjuwils għall-vetturi bil-mutur tat-triq mhux fuq il-binarji, għajr għall-fini ta’ riċerka, żvilupp jew analiżi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali kif stabbilit fl-10 Ordinanza Federali dwar il-Kontroll tal-Emissjonijiet (9) flimkien mal-Att Ġermaniż dwar it-Traffiku fit-Toroq (10). |
|
(12) |
Fil-15 ta’ Lulju 2022, f’konformità mal-Artikolu 44(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Belġju talab lill-Kummissjoni biex l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” ma tkunx tapplika fit-territorju tiegħu, għar-raġunijiet previsti fl-Artikolu 37(1), il-punti (a) u (c), ta’ dak ir-Regolament, għax jidhirlu li l-preżenza ta’ komposti organiċi aloġenati bħal C(M)IT/MIT fil-fjuwils tista’ tikkawża l-formazzjoni tad-diossini waqt il-kombustjoni tal-fjuwil, li l-formazzjoni tad-diossini jenħtieġ li titnaqqas kemm jista’ jkun u, meta fattabbli, mxejna għalkollox fil-Belġju, u li jeżistu alternattivi għall-preservazzjoni tal-fjuwils mingħajr komposti aloġenati. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni jidhrilha li t-talbiet tal-Ġermanja biex taġġusta l-kundizzjonijiet u t-talbiet tad-Danimarka u tal-Belġju biex ma japplikawx l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” fit-territorji rispettivi ta’ dawk l-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 44(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, jistgħu jitqiesu ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent u protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bnedmin skont l-Artikolu 37(1), il-punti (a) u (c), ta’ dak ir-Regolament, għax il-preżenza ta’ komposti organiċi aloġenati bħal C(M)IT/MIT fil-fjuwils tista’ tikkawża l-formazzjoni tad-diossini waqt il-kombustjoni tal-fjuwil. |
|
(14) |
Għaldaqstant, il-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” jenħtieġ li ma tiġix awtorizzata għall-użu fid-Danimarka u fil-Belġju, u jenħtieġ li ma tintużax fil-Ġermanja għall-preservazzjoni tal-fjuwils għall-vetturi bil-mutur tat-triq mhux fuq il-binarji, għajr għall-fini ta’ riċerka, żvilupp jew analiżi. |
|
(15) |
Għalhekk, il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u jidhrilha li jixraq tagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għas-“CMIT/MIT SOLVENT BASED” bl-aġġustamenti għall-Ġermanja, għad-Danimarka u għall-Belġju mitluba f’konformità mal-Artikolu 44(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0023657-0000 lil Nutrition & Biosciences Netherlands B.V. biex tqiegħed fis-suq u tuża l-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbilit fl-Anness.
Madankollu, l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni la għandha tapplika fit-territorju tar-Renju tad-Danimarka u fit-territorju tar-Renju tal-Belġju, u lanqas ma għandha tapplika fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-preservazzjoni tal-fjuwils għall-vetturi bil-mutur tat-triq mhux fuq il-binarji, għajr għall-fini ta’ riċerka, żvilupp jew analiżi.
L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mill-15 ta’ Marzu 2023 sat-28 ta’ Frar 2033.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) L-opinjoni tal-ECHA tal-5 ta’ Marzu 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodott bijoċidali “CMIT-MIT Solvent Based” (ECHA/BPC/246/2020), https://echa.europa.eu/bpc-opinions-on-union-authorisation
(3) Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPC) dwar talba skont l-Artikolu 75(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 dwar l-evalwazzjoni tal-emissjonijiet tad-diossini bl-użu tal-familja ta’ prodotti bijoċidali (BPF) “CMIT/MIT SOLVENT BASED” fil-fjuwils użati fit-trasport bit-triq u bil-baħar (ECHA/BPC/283/2021).
(4) Il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3).
(5) Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).
(6) Patt Ekoloġiku Ewropew | Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu).
(7) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(8) Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima (europa.eu).
(9) Zehnte Verordnung zur Durchführung des Bundes-Immissionsschutzgesetzes.
(10) Straßenverkehrsgesetz.
ANNESS
Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal familja ta’ prodotti bijoċidali
CMIT/MIT SOLVENT BASED
Prodott tip 6 - Preservattivi għal prodotti matul il-ħżin (Preservattivi)
Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0023657-0000
Numru tal-ass R4BP: EU-0023657-0000
PARTI I
L-EWWEL LIVELL TA’ INFORMAZZJONI
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Kunjom
|
Isem |
CMIT/MIT SOLVENT BASED |
1.2. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
TP 06 - Preservattivi għal prodotti matul il-ħżin |
1.3. Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni |
Isem |
MC (Netherlands) 1 B.V. |
|
Indirizz |
Willem Einthovenstraat 4, 2342BH Oegstgeest Olanda |
|
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
EU-0023657-0000 |
|
|
Numru tal-ass R4BP |
EU-0023657-0000 |
|
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
Il-15 ta’ Marzu 2023 |
|
|
Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni |
It-28 ta’ Frar 2033 |
|
1.4. Manifattur(i) tal-prodotti bijoċidali
|
L-isem tal-manifattur |
Specialty Electronic Materials Switzerland GmbH |
|
L-indirizz tal-manifattur |
Im Ochsensand, 9470 Buchs Isvizzera |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Im Ochsensand, 9470 Buchs Isvizzera |
|
L-isem tal-manifattur |
AD Productions BV |
|
L-indirizz tal-manifattur |
Markweg Zuid 27, 4794 SN Heijningen Olanda |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Markweg Zuid 27, 4794 SN Heijningen Olanda |
1.5. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)
|
Sustanza attiva |
Taħlita ta’ 5-Kloro-2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 247-500-7) u 2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 220-239-6) (Taħlita ta’ CMIT/MIT) |
|
L-isem tal-manifattur |
Jiangsu FOPIA Chemicals Co., Ltd (Specialty Electronic Materials Switzerland GmbH) |
|
L-indirizz tal-manifattur |
Touzeng Village, Binhuai Town, 224555 Binhai County, Yancheng City, Jiangsu Ċina |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Touzeng Village, Binhuai Town, 224555 Binhai County, Yancheng City, Jiangsu Ċina |
2. IL-KOMPOŻIZZJONI TAL-FAMILJA TAL-PRODOTT U L-FORMULAZZJONI
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-familja
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
|
|
Min |
Mass |
|||||
|
Taħlita ta’ 5-Kloro-2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 247-500-7) u 2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 220-239-6) (Taħlita ta’ CMIT/MIT) |
|
Sustanza attiva |
55965-84-9 |
|
10,8 |
12,1 |
|
Butyl carbitol |
2-(2-butoksietoksi)etanol |
Sustanza mhux attiva |
112-34-5 |
203-961-6 |
0,0 |
89,2 |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni
|
Formulazzjoni/Formulazzjonijiet |
AL - Kwalunkwe likwidu ieħor |
PARTI II
IT-TIENI LIVELL TA’ INFORMAZZJONI — META SPC(S)
META SPC 1
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA TAL-META SPC 1
1.1. Identifikatur tal-Meta SPC 1
|
Identifikatur |
Meta SPC KATHON FP |
1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni
|
Numru |
1-1 |
1.3. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
TP 06 - Preservattivi għal prodotti matul il-ħżin |
2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 1
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 1
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
|
|
Min |
Mass |
|||||
|
Taħlita ta’ 5-Kloro-2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 247-500-7) u 2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 220-239-6) (Taħlita ta’ CMIT/MIT) |
|
Sustanza attiva |
55965-84-9 |
|
10,8 |
12,1 |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 1
|
Formulazzjoni/Formulazzjonijiet |
AL - Kwalunkwe likwidu ieħor |
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 1
|
Dikjarazzjonijiet dwar Periklu |
Jagħmel ħruq serju lill-ġilda u ħsara lill-għajnejn. Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda. Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema. Korrużiv għas-sistema respiratorja. |
|
Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni |
Tiblax man-nifs fwar. Ilbies tax-xogħol kontaminat m’għandux jitħalla joħroġ mill-post tax-xogħol. Evita r-rilaxx fl-ambjent. Ilbes ingwanti protettivi/ilbies protettiv/protezzjoni għall-għajnejn. Trattament speċifiku (ara struzzjonijiet supplimentali relatati mal-ewwel għajnuna fuq din it-tikketta). JEKK JINBELA’:Laħlaħ ħalqek.TIPPROVOKAX ir-remettar. JEKK FUQ IL-ĠILDA:Baħbaħ b’ħafna ilma. F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA (jew ix-xagħar):Neħħi minnufih il-ħwejjeg kontaminati kollha.Laħlaħ il-ġilda bl-ilma. JEKK JINĠIBED MAN-NIFS:Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs. JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. Sejjaħ minnufih Ċentru tal-Velenu jew tabib. Neħħi l-ħwejjeġ kontaminati.U aħslu qabel terġa’ tużah. Iġbor it-tixrid. Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda:Ikkonsulta tabib. Aħżen f’post imsakkar. Armi l-kontenut fi faċilità approvata skont ir-regolamenti lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali. |
4. UŻU AWTORIZZAT TAL-META SPC 1
4.1. deskrizzjoni użu
Tabella 1. Uża # 1 – Preservazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti raffinati mingħajr ilma (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 2 %
|
Tip ta’ Prodott |
TP 06 - Preservattivi għal prodotti matul il-ħżin |
||||||||||||
|
Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
Preservazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti raffinati mingħajr ilma (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 2 % |
||||||||||||
|
Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
isem xjentifiku: Fungi/mofof isem komuni: mofof istadju iżvilupp: ċelloli veġetattivi u spori isem xjentifiku: Fungi/Ħmira isem komuni: Ħmira istadju iżvilupp: ċelloli veġetattivi isem xjentifiku: Batterji isem komuni: Batterji istadju iżvilupp: ċelloli veġetattivi |
||||||||||||
|
Qasam tal-użu |
Indoor Il-familja tal-prodotti bijoċidali hija rrakkomandata biex jiġu kkontrollati l-mikroorganiżmi fiż-żejt mhux maħdum u fil-prodotti raffinati mingħajr ilma (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 2 %. Il-familja tal-prodotti bijoċidali ma għandhiex tintuża għall-preservazzjoni tal-fjuwils tal-avjazzjoni, tan-naftas, tal-alkeni/olefini u tal-aromatiċi (strutturi sempliċi u aktar kumplessi). |
||||||||||||
|
Metodu(i) ta’ applikazzjoni |
Metodu: It-tagħbija tal-prodott bijoċidali fit-tank tat-taħlita li jkun fih żjut mhux maħduma jew prodotti raffinati mingħajr ilma (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) Deskrizzjoni dettaljata: Il-prodott bijoċidali jiżdied b’doża waħda meta ssir il-manifattura, ħażna jew vjeġġ. Iddoża l-prodott bijoċidali sal-fluwidu tal-użu tat-tmiem f’punt li fih tista’ tiżgura taħlit adegwat permezz ta’ kejl awtomatizzat jew b’tifrigħ manwali bl-użu ta’ sistema ta’ dożaġġ tal-kejl sikura. Il-prodott bijoċidali ma għandux jingħata kif fornut f’tank tal-fjuwil vojt. Tankijiet tal-karburanti ttrattati bi prodott bijoċidali għandhom ikunu tal-inqas 10 % mimlijin biex tiġi żgurata omoġenizzazzjoni tal-prodott bijoċidali. Dan jgħin fl-effikaċja tat-trattament. It-tankijiet tal-fjuwil u s-samps għandhom jitbattlu mill-ilma regolarment. Wara t-trattament, battal mikroorganiżmi mejtin u fdalijiet oħra mill-fjuwil trattat li jkunu akkumulaw fil-qiegħ tat-tank. Il-filtri għandhom jiġu ċċekkjati wkoll ta’ spiss u għandhom jiġu eżaminati għall-akkumulazzjoni ta’ solidi sospiżi. Kull meta ssir manutenzjoni perjodika, it-tankijiet għandhom jiġu ċċekkjati għat-tkabbir mikrobiku. |
||||||||||||
|
Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ Applikazzjoni: Il-preservazzjoni għal ħażna għal żmien medju u twil u trattament kurattiv 50-100 ppm v/v ta’ prodott bijoċidali kif fornut. Prodotti raffinati (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) u żjut mhux maħduma mingħajr ilma - Preservazzjoni għal perjodu ta’ żmien medju/twil: 50 sa 150 ppm v/v tal-prodott bijoċidali kif fornut - Trattament kurattiv: 200 sa 400 ppm v/v tal-prodott bioċidali kif fornut Dilwizzjoni (%): Numru u ħin tal-applikazzjoni: Żjut mhux maħduma mingħajr ilma Preservazzjoni għal perjodu ta’ żmien medju/twil:
Trattament kurattiv:
Prodotti raffinati (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) Preservazzjoni għal perjodu ta’ żmien medju/twil:
Trattament kurattiv:
Irrepeti kemm hemm bżonn meta tinstab kontaminazzjoni. |
||||||||||||
|
Kategorija(i) tal-utenti |
professjonali |
||||||||||||
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Flasks: 5L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE) Bramel: 20L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE) Bramel: 25L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE) Bettiji: 215L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE) Bettiji: 220L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE) Kontenitur intermedju għal kwantitajiet kbar (IBC): 1000L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE) |
4.1.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.1.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.1.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.1.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1) TAL-META SPC 1
5.1. Istruzzjonijiet għall-użu
|
— |
Dejjem aqra t-tikketta jew il-fuljett qabel l-użu u segwi l-istruzzjonijiet kollha pprovduti. |
|
— |
Irrispetta l-kundizzjonijiet tal-użu tal-prodott (il-konċentrazzjoni, il-ħin ta’ kuntatt, it-temperatura, il-pH, eċċ.) |
|
— |
Għal preservazzjoni matul ħażna għal perjodu ta’ żmien medju/twil, iż-żmien ta’ kuntatt jeħtieġ li jkun bejn ġimgħa u 4 ġimgħat skont id-doża użata. Għal trattament kurattiv, l-effett bijoċidali jinkiseb wara 1-3 ijiem. |
|
— |
Il-prodotti għandhom jintużaw biss għal ħżin għal perjodu medju jew twil jew għal trattament kurattiv. Tużax f’każ ta’ sistemi ta’ fatturat għoli. |
|
— |
Iċċekkja regolarment il-konċentrazzjoni residwa tas-sustanza attiva (kemm fil-fażi tal-karburant kif ukoll fil-fażi milwiema) bejn trasferimenti ta’ karburant sabiex tiżgura nuqqas ta’ kontaminazzjoni bejn it-trattamenti. L-għażla tal-intervalli bejn it-trattamenti hija bbażata fuq il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanza attiva residwa. |
|
— |
Għandhom isiru testijiet mikrobijoloġiċi biex juru l-adegwatezza tal-preservazzjoni (kemm fil-fażi tal-fjuwil kif ukoll dik milwiema) mill-utent tal-prodott sabiex jiddetermina d-doża effettiva tal-preservattiv għall-matriċi/lokalità/sistema speċifika. Jekk ikun hemm bżonn, ikkonsulta l-manifattur tal-prodott preservattiv |
Mhux awtorizzati għall-użu fir-Renju tad-Danimarka u fir-Renju tal-Belġju.
Applikabbli fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja biss: Tużax il-prodotti għall-preservazzjoni tal-fjuwils għal vetturi bil-mutur tat-triq mhux marbutin mal-binarji, ħlief għal finijiet ta’ riċerka, żvilupp jew analiżi.
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju
|
— |
Għall-preservazzjoni sad-doża ta’ 6 ppm, l-ammont massimu taż-żejt mhux raffinat mingħajr ilma ttrattat jew ta’ prodotti raffinati mbattla kuljum għal kull sit huwa 15 000 m3. |
|
— |
Għall-preservazzjoni sad-doża ta’ 3 ppm, l-ammont massimu taż-żejt mhux raffinat mingħajr ilma ttrattat jew ta’ prodotti raffinati mbattla kuljum għal kull sit huwa 35 000 m3. |
Meta tittratta l-prodott bijoċidali:
|
— |
Ilbes ingwanti protettivi reżistenti għal sustanzi kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 374 (il-materjal tal-ingwanti għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott) u lbies protettiv (tal-anqas ta’ EN13034 it-tip 6), matul il-fażi tal-immaniġġjar tal-prodott. |
|
— |
Ilbes gogils kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 166 matul il-fażi tal-immaniġġjar tal-prodott. |
|
— |
Għandhom jiġu implimentati l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali li ġejjin:
|
5.3. Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
|
— |
JEKK JINBELA’: Laħlaħ il-ħalq. TIPPROVOKAX ir-remettar. Ikkuntattja lil ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib jekk tħossok ma tiflaħx. |
|
— |
F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Laħlaħ il-ġilda bl-ilma (jew bid-doċċa). Neħħi/inża’ minnufih l-ilbies kontaminat u aħslu qabel terġa’ tużah. |
|
— |
JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. |
|
— |
JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Esponi lill-persuna għall-arja friska u żommha komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. |
|
— |
Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda: Ikkonsulta tabib. |
|
— |
Żomm il-kontenitur jew it-tikketta disponibbli. |
5.4. Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
|
— |
Armi biss f’impjant tat-trattament tad-drenaġġ STP |
|
— |
Armi l-prodott mhux użat, l-imballaġġ tiegħu u l-iskart kollu l-ieħor skont ir-regolamenti lokali. |
|
— |
Tirrilaxxax il-prodott mhux użat mal-art, f’mogħdijiet tal-ilma, f’pajpijiet (eż sink, tojlits) jew fid-drenaġġ. |
5.5. Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Żmien tal-ħżin: 24 xahar
6. INFORMAZZJONI OĦRA
—
7. IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 1
7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali
|
Isem kummerċjali |
KATHON FP 1.5 Biocide |
qasam tas-suq: EU |
||||
|
|
BLUECIDE 832 |
qasam tas-suq: EU |
||||
|
BIOCIDA CARBURANTE DIESEL-BIODIESEL |
qasam tas-suq: EU |
|||||
|
T2642 |
qasam tas-suq: EU |
|||||
|
XC85957 |
qasam tas-suq: EU |
|||||
|
BIOSTOP 15 GL |
qasam tas-suq: EU |
|||||
|
C 412 GP 10 |
qasam tas-suq: EU |
|||||
|
SPEC-AID 8Q700 |
qasam tas-suq: EU |
|||||
|
Predator 9015 |
qasam tas-suq: EU |
|||||
|
FuelClear M15 |
qasam tas-suq: EU |
|||||
|
MIRECIDE-KW/615 |
qasam tas-suq: EU |
|||||
|
BIOC41770 A |
qasam tas-suq: EU |
|||||
|
Bactron B1770 |
qasam tas-suq: EU |
|||||
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
EU-0023657-0001 1-1 |
|||||
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
|
|
Taħlita ta’ 5-Kloro-2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 247-500-7) u 2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 220-239-6) (Taħlita ta’ CMIT/MIT) |
|
Sustanza attiva |
55965-84-9 |
|
11,3 |
|
META SPC 2
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA TAL-META SPC 2
1.1. Identifikatur tal-Meta SPC 2
|
Identifikatur |
Meta SPC KATHON HP |
1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni
|
Numru |
1-2 |
1.3. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
TP 06 - Preservattivi għal prodotti matul il-ħżin |
2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 2
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 2
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
|
|
Min |
Mass |
|||||
|
Taħlita ta’ 5-Kloro-2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 247-500-7) u 2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 220-239-6) (Taħlita ta’ CMIT/MIT) |
|
Sustanza attiva |
55965-84-9 |
|
10,8 |
12,1 |
|
Butyl carbitol |
2-(2-butoksietoksi)etanol |
Sustanza mhux attiva |
112-34-5 |
203-961-6 |
87,9 |
89,2 |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 2
|
Formulazzjoni/Formulazzjonijiet |
AL - Kwalunkwe likwidu ieħor |
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 2
|
Dikjarazzjonijiet dwar Periklu |
Jagħmel ħruq serju lill-ġilda u ħsara lill-għajnejn. Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda. Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema. Korrużiv għas-sistema respiratorja. |
|
Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni |
Tiblax man-nifs fwar. Ilbies tax-xogħol kontaminat m’għandux jitħalla joħroġ mill-post tax-xogħol. Ilbes Ingwanti protettivi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 374/ilbies protettiv ta’ mill-inqas EN13034 tip 6/Ilbes gogils kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 166. Trattament speċifiku (ara struzzjonijiet supplimentali relatati mal-ewwel għajnuna fuq din it-tikketta). JEKK JINBELA’:Laħlaħ ħalqek.TIPPROVOKAX ir-remettar. JEKK FUQ IL-ĠILDA:Baħbaħ b’ħafna ilma. F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA (jew ix-xagħar):Neħħi minnufih il-ħwejjeg kontaminati kollha.Laħlaħ il-ġilda bl-ilma. JEKK JINĠIBED MAN-NIFS:Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs. JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. Sejjaħ minnufih Ċentru tal-Velenu jew tabib. Neħħi l-ħwejjeġ kontaminati.U aħslu qabel terġa’ tużah. Aħsel il-ħwejjeġ kontaminati qabel terġa’ tużahom. Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda:Ikkonsulta tabib. Aħżen f’post imsakkar. Armi l-kontenut fi faċilità approvata skont ir-regolamenti lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali. Evita r-rilaxx fl-ambjent. Iġbor it-tixrid. |
4. UŻU AWTORIZZAT TAL-META SPC 2
4.1. deskrizzjoni użu
Tabella 2. Uża # 1 – Preservazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti raffinati mingħajr ilma (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 2 %
|
Tip ta’ Prodott |
TP 06 - Preservattivi għal prodotti matul il-ħżin |
||||||||||||||||
|
Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
Preservazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti raffinati mingħajr ilma (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 2 % |
||||||||||||||||
|
Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
isem xjentifiku: Batterji isem komuni: Batterji istadju iżvilupp: ċelloli veġetattivi isem xjentifiku: Fungi/Ħmira isem komuni: Ħmira istadju iżvilupp: ċelloli veġetattivi isem xjentifiku: Fungi/mofof isem komuni: mofof istadju iżvilupp: ċelloli veġetattivi |
||||||||||||||||
|
Qasam tal-użu |
Indoor Il-familja tal-prodotti bijoċidali hija rrakkomandata biex jiġu kkontrollati l-mikroorganiżmi fiż-żejt mhux maħdum u fil-prodotti raffinati mingħajr ilma (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 2 %. Il-familja tal-prodotti bijoċidali ma għandhiex tintuża għall-preservazzjoni tal-fjuwils tal-avjazzjoni, tan-naftas, tal-alkeni/olefini u tal-aromatiċi (strutturi sempliċi u aktar kumplessi). |
||||||||||||||||
|
Metodu(i) ta’ applikazzjoni |
Metodu: It-tagħbija tal-prodott bijoċidali fit-tank tat-taħlita li jkun fih żjut mhux maħduma jew prodotti raffinati mingħajr ilma (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) Deskrizzjoni dettaljata: Il-prodott bijoċidali jiżdied b’doża waħda meta ssir il-manifattura, ħażna jew vjeġġ. Iddoża l-prodott bijoċidali sal-fluwidu tal-użu tat-tmiem f’punt li fih tista’ tiżgura taħlit adegwat permezz ta’ kejl awtomatizzat jew b’tifrigħ manwali bl-użu ta’ sistema ta’ dożaġġ tal-kejl sikura. Il-prodott bijoċidali ma għandux jingħata kif fornut f’tank tal-fjuwil vojt. Tankijiet tal-karburanti ttrattati bi prodott bijoċidali għandhom ikunu tal-inqas 10 % mimlijin biex tiġi żgurata omoġenizzazzjoni tal-prodott bijoċidali. Dan jgħin fl-effikaċja tat-trattament. It-tankijiet tal-fjuwil u s-samps għandhom jitbattlu mill-ilma regolarment. Wara t-trattament, battal mikroorganiżmi mejtin u fdalijiet oħra mill-fjuwil trattat li jkunu akkumulaw fil-qiegħ tat-tank. Il-filtri għandhom jiġu ċċekkjati wkoll ta’ spiss u għandhom jiġu eżaminati għall-akkumulazzjoni ta’ solidi sospiżi. Kull meta ssir manutenzjoni perjodika, it-tankijiet għandhom jiġu ċċekkjati għat-tkabbir mikrobiku. |
||||||||||||||||
|
Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ Applikazzjoni: Prodotti raffinati (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) u żjut mhux maħduma mingħajr ilma - Preservazzjoni għal perjodu ta’ żmien medju/twil: 50 sa 150 ppm v/v tal-prodott bijoċidali kif fornut - Trattament kurattiv: 200 sa 400 ppm v/v tal-prodott bioċidali kif fornut Dilwizzjoni (%): Numru u ħin tal-applikazzjoni: Żjut mhux maħduma mingħajr ilma Preservazzjoni għal perjodu ta’ żmien medju/twil:
Trattament kurattiv
Prodotti raffinati (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) Preservazzjoni għal perjodu ta’ żmien medju/twil:
Trattament kurattiv
Irrepeti kemm hemm bżonn meta tinstab kontaminazzjoni. |
||||||||||||||||
|
Kategorija(i) tal-utenti |
professjonali |
||||||||||||||||
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Flasks: 5L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE) Bramel: 20L u 25L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE) Bettiji: 215L u 220L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE) Kontenitur intermedju għal kwantitajiet kbar (IBC): 1000L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE) |
4.1.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.1.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.1.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.1.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (2) TAL-META SPC 2
5.1. Istruzzjonijiet għall-użu
|
— |
Dejjem aqra t-tikketta jew il-fuljett qabel l-użu u segwi l-istruzzjonijiet kollha pprovduti. |
|
— |
Irrispetta l-kundizzjonijiet tal-użu tal-prodott (il-konċentrazzjoni, il-ħin ta’ kuntatt, it-temperatura, il-pH, eċċ.) |
|
— |
Għal preservazzjoni matul ħażna għal perjodu ta’ żmien medju/twil, iż-żmien ta’ kuntatt jeħtieġ li jkun bejn ġimgħa u 4 ġimgħat skont id-doża użata. Għal trattament kurattiv, l-effett bijoċidali jinkiseb wara 1-3 ijiem. |
|
— |
Il-prodotti għandhom jintużaw biss għal ħżin għal perjodu medju jew twil jew għal trattament kurattiv. Tużax f’każ ta’ sistemi ta’ fatturat għoli. |
|
— |
Iċċekkja regolarment il-konċentrazzjoni residwa tas-sustanza attiva (kemm fil-fażi tal-karburant kif ukoll fil-fażi milwiema) bejn trasferimenti ta’ karburant sabiex tiżgura nuqqas ta’ kontaminazzjoni bejn it-trattamenti. L-għażla tal-intervalli bejn it-trattamenti hija bbażata fuq il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanza attiva residwa. |
|
— |
Għandhom isiru testijiet mikrobijoloġiċi biex juru l-adegwatezza tal-preservazzjoni (kemm fil-fażi tal-fjuwil kif ukoll dik milwiema) mill-utent tal-prodott sabiex jiddetermina d-doża effettiva tal-preservattiv għall-matriċi/lokalità/sistema speċifika. Jekk ikun hemm bżonn, ikkonsulta l-manifattur tal-prodott preservattiv |
Mhux awtorizzati għall-użu fir-Renju tad-Danimarka u fir-Renju tal-Belġju.
Applikabbli fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja biss: Tużax il-prodotti għall-preservazzjoni tal-fjuwils għal vetturi bil-mutur tat-triq mhux marbutin mal-binarji, ħlief għal finijiet ta’ riċerka, żvilupp jew analiżi.
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju
|
— |
Għall-preservazzjoni sad-doża ta’ 6 ppm, l-ammont massimu taż-żejt mhux raffinat mingħajr ilma ttrattat jew ta’ prodotti raffinati mbattla kuljum għal kull sit huwa 15 000 m3. |
|
— |
Għall-preservazzjoni sad-doża ta’ 3 ppm, l-ammont massimu taż-żejt mhux raffinat mingħajr ilma ttrattat jew ta’ prodotti raffinati mbattla kuljum għal kull sit huwa 35 000 m3. |
Meta tittratta l-prodott bijoċidali:
|
— |
Ilbes ingwanti protettivi reżistenti għal sustanzi kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 374 (il-materjal tal-ingwanti għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott) u lbies protettiv (tal-anqas ta’ EN13034 it-tip 6), matul il-fażi tal-immaniġġjar tal-prodott. |
|
— |
Ilbes gogils kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 166 matul il-fażi tal-immaniġġjar tal-prodott. |
|
— |
Għandhom jiġu implimentati l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali li ġejjin:
|
5.3. Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
|
— |
JEKK JINBELA’: Laħlaħ il-ħalq. TIPPROVOKAX ir-remettar. Ikkuntattja lil ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib jekk tħossok ma tiflaħx. |
|
— |
F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Laħlaħ il-ġilda bl-ilma (jew bid-doċċa). Neħħi/inża’ minnufih l-ilbies kontaminat u aħslu qabel terġa’ tużah. |
|
— |
JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. |
|
— |
JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Esponi lill-persuna għall-arja friska u żommha komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. |
|
— |
Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda: Ikkonsulta tabib. |
|
— |
Żomm il-kontenitur jew it-tikketta disponibbli. |
5.4. Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
|
— |
Armi biss f’impjant tat-trattament tad-drenaġġ STP |
|
— |
Armi l-prodott mhux użat, l-imballaġġ tiegħu u l-iskart kollu l-ieħor skont ir-regolamenti lokali. |
|
— |
Tirrilaxxax il-prodott mhux użat mal-art, f’mogħdijiet tal-ilma, f’pajpijiet (eż sink, tojlits) jew fid-drenaġġ. |
5.5. Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Żmien tal-ħżin: 3 xahar
6. INFORMAZZJONI OĦRA
—
7. IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 2
7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali
|
Isem kummerċjali |
KATHON HP 120 Biocide |
qasam tas-suq: EU |
||||
|
|
BLUECIDE 833 |
qasam tas-suq: EU |
||||
|
Predator 9000 |
qasam tas-suq: EU |
|||||
|
FuelClear M68 Pro |
qasam tas-suq: EU |
|||||
|
MIRECIDE-KW/615.C |
qasam tas-suq: EU |
|||||
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
EU-0023657-0002 1-2 |
|||||
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
|
|
Taħlita ta’ 5-Kloro-2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 247-500-7) u 2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 220-239-6) (Taħlita ta’ CMIT/MIT) |
|
Sustanza attiva |
55965-84-9 |
|
11,3 |
|
|
Butyl carbitol |
2-(2-butoksietoksi)etanol |
Sustanza mhux attiva |
112-34-5 |
203-961-6 |
88,7 |
|
(1) L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat fi ħdan il-meta SPC 1.
(2) L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat fi ħdan il-meta SPC 2.
|
23.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/403
tat-8 ta’ Frar 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni għad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u l-analiżi tar-riskju għal skopijiet ta’ sigurtà u sikurezza mad-dħul tal-merkanzija, u li jżid lill-Ukrajna mal-lista tal-pajjiżi fl-impenji għat-tranżitu tal-garanti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17, l-ewwel paragrafu, l-Artikolu 50(1), l-ewwel subparagrafu, Artikolu 100(1), u Artikolu 132, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (b), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-implimentazzjoni prattika tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (“il-Kodiċi”) flimkien mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (2) uriet li huma meħtieġa xi emendi għal dak ir-Regolament biex dan jitfassal aħjar għall-ħtiġijiet tal-operaturi ekonomiċi u tal-awtoritajiet doganali, u biex jitqiesu l-iżviluppi rigward it-twettiq li jmiss tal-iskjerament tar-rilaxxi 2 u 3 tas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni (ICS2). |
|
(2) |
L-Artikolu 36 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jipprevedi l-użu tas-Sistema ta’ Ġestjoni tar-Riskju Doganali għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mar-riskju bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, u bejn l-awtoritajiet doganali, u għall-ħażna ta’ tali informazzjoni. B’segwitu għat-twettiq tal-analitika tas-sigurtà u s-sikurezza fl-ICS2, huwa meħtieġ li dak l-Artikolu jiġi emendat sabiex jippermetti wkoll lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiskambjaw l-informazzjoni speċifika meħtieġa għall-finijiet tal-analiżi tar-riskju ta’ qabel il-wasla permezz tal-ICS2. |
|
(3) |
L-Artikolu 184 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jipprevedi l-obbligi għas-sottomissjoni tad-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul lill-awtoritajiet doganali minn persuni li ma jkunux it-trasportatur. Mid-data stabbilita fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151 (3) għat-tnedija tal-ħarġa 2 tal-ICS2, is-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul permezz tas-sistema ICS2 għall-merkanzija li tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni bl-ajru għandha ssir obbligatorja. Jenħtieġ għalhekk li t-trasportatur jiġi obbligat jinforma lill-awtoritajiet doganali meta operatur postali ta’ pajjiż terz ma jipprovdix id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul. |
|
(4) |
Barra minn hekk, mid-data stabbilita fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2151 għat-tnedija tal-ħarġa 3 tal-ICS2, is-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul permezz tas-sistema ICS2 għall-merkanzija li tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni bil-ferrovija se ssir obbligatorja. Għaldaqstant jenħtieġ li t-trasportatur ikun obbligat jinforma lill-awtoritajiet doganali jekk xi persuna li toħroġ nota ta’ konsenja għall-merkanzija li tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni bil-ferrovija ma tipprovdix id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, u li l-persuna tiġi obbligata toħroġ in-nota ta’ konsenja biex tinforma lill-partijiet l-oħra għall-kuntratt tat-trasport b’dik in-nota ta’ konsenja. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 184 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jiġi emendat. |
|
(5) |
Jeħtieġ li l-Annessi 32-01, 32-02 u 32-03 u l-Kapitoli VI u VII tal-Parti II tal-Anness 72-04 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jiġu allinjati mal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (4) biex titqies l-adeżjoni tal-Ukrajna ma’ dik il-Konvenzjoni, f’konformità mad-Deċiżjoni Nru 3/2022 tal-Kumitat Konġunt UE-CTC (5). Madankollu, sabiex jintuża l-istokk eżistenti tal-formoli kampjun tal-impenn tal-garanti, il-formoli stabbiliti fl-Annessi 32-01, 32-02 u 32-03 u li huma validi fil-jum qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkomplu japplikaw sal-1 ta’ April 2024, soġġett għall-adattamenti ġeografiċi meħtieġa fil-punt 1 ta’ dawk l-Annessi u r-referenza għall-isem u l-indirizz għas-servizz tal-aġent awtorizzat fl-Ukrajna fil-punt 4 ta’ dawk l-Annessi. |
|
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 36, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, is-sistema msemmija fl-Artikolu 182(1) għandha tintuża wkoll għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ informazzjoni speċifika dwar ir-riskju relatata mad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 184 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fil-Parti I (Impenn mill-garanti) tal-Anness 32-01, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fil-Parti I (Impenn mill-garanti), il-punt 1 tal-Anness 32-02, il-kelma “l-Ukrajna,” tiddaħħal wara t-test “ir-Repubblika tat-Turkija”; |
|
(5) |
fil-Parti I (Impenn mill-garanti) tal-Anness 32-03, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
fil-Parti II, il-Kapitolu VI (Ċertifikat ta’ garanzija komprensiva) (TC 31 Ċertifikat ta’ Garanzija Komprensiva) (Faċċata ta’ quddiem), il-punt 7 tal-Anness 72–04, il-kelma “l-Ukrajna”, tiddaħħal wara t-test “it-Turkija”; |
|
(7) |
fil-Parti II, il-Kapitolu VII (ċertifikati tat-tneħħija (tal-obbligu) ta’ garanzija) (ċertifikati tat-tneħħija (tal-obbligu) ta’ garanzija TC33) (Faċċata ta’ quddiem), il-punt 6 tal-Anness 72–04, il-kelma “l-Ukrajna”, tiddaħħal wara t-test “it-Turkija”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikolu 1, il-punti (3), (4) u (5), u t-tielet paragrafu ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mid-data li fiha l-Ukrajna taderixxi mal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu.
Il-formoli bbażati fuq il-formoli kampjun fl-Anness 32-01, fl-Anness 32-02, fl-Anness 32-03 u fil-Parti II, il-Kapitolu VI u l-Kapitolu VII tal-Anness 72-04 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, fil-verżjoni applikabbli fil-jum qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jintużaw, skont l-adattamenti ġeografiċi meħtieġa u l-indikazzjoni tal-indirizz għas-servizz u l-isem tal-aġent awtorizzat, sal-1 ta’ April 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151 tat-13 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma relatat mal-iżvilupp u t-tnedija tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 168).
(4) Il-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu tal-20 ta’ Mejju 1987 (ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2).
(5) Id-Deċiżjoni Nru 3/2022 tal-Kumitat Konġunt UE-CTC tad-29 ta’ Settembru 2022 li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu [2022/1983] (ĠU L 272, 20.10.2022, p. 36).
DEĊIŻJONIJIET
|
23.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/404
tal-20 ta’ Frar 2023
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda tal-Anness XLIV għal dak il-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 83(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017. |
|
(2) |
Il-Preambolu għall-Ftehim jirrikonoxxi x-xewqa tal-Partijiet li jmexxu r-riforma u l-proċess ta’ approssimazzjoni ’l quddiem fl-Ukrajna, u b’hekk jikkontribwixxu għall-integrazzjoni ekonomika gradwali u l-approfondiment tal-assoċjazzjoni politika, kif ukoll għall-kisba ta’ integrazzjoni ekonomika permezz ta’ approssimazzjoni regolatorja estensiva. |
|
(3) |
L-Artikolu 1(2), il-punt (d), tal-Ftehim jirreferi għall-objettiv li jiġu appoġġati l-isforzi tal-Ukrajna biex titlesta t-tranżizzjoni għal ekonomija tas-suq li tiffunzjona, inter alia, permezz tal-approssimazzjoni progressiva tal-leġiżlazzjoni tagħha ma’ dik tal-Unjoni. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 459(1) tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jimplimentaw assistenza f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u jikkooperaw biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE u tal-Ukrajna kif stabbilit inhu fl-Anness XLIII għall-Ftehim. Il-Partijiet għandhom jieħdu miżuri effettivi biex jipprevjenu u jiġġieldu l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, fost l-oħrajn, permezz ta’ assistenza amministrattiva reċiproka u assistenza legali reċiproka fl-oqsma koperti mill-Ftehim. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 459(2) tal-Ftehim, l-Ukrajna għandha wkoll gradwalment tqarreb il-leġiżlazzjoni tagħha mad-dispożizzjonijiet kif stabbiliti fl-Anness XLIV għall-Ftehim. |
|
(6) |
L-Artikolu 474 tal-Ftehim jipprevedi l-impenn ġenerali tal-Ukrajna li twettaq l-approssimazzjoni gradwali tal-leġiżlazzjoni tagħha mal-liġi tal-UE, abbażi ta’ impenji identifikati, fost l-oħrajn, fit-titolu VI tal-Ftehim. L-impenji li jikkonċernaw l-approssmazzjoni gradwali tal-leġiżlazzjoni Ukrena għal-liġi tal-Unjoni identifikati fit-titolu VI tal-Ftehim jinkludu il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u tal-Ukrajna fil-kuntest tal-assistenza finanzjarja pprovduta permezz tal-mekkaniżmi u l-istrumenti ta’ finanzjament rilevanti tal-UE sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet, il-kapaċitajiet settorjali u l-progress tal-Ukrajna bir-riformi. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 463(1) u (3) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim. B’mod partikolari, jista’ jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim, filwaqt li jqis l-evoluzzjoni tal-liġi tal-UE u l-istandards applikabbli stabbiliti fi strumenti internazzjonali meqjusa rilevanti mill-Partijiet. |
|
(8) |
Minn mindu ġew konklużi n-negozjati għall-Ftehim, il-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, li d-dispożizzjonijiet tiegħu ġew inkorporati fl-Anness XLIV għall-Ftehim, ġiet sostitwita bid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u għalhekk inbidlu wkoll l-impenji tal-Ukrajna previsti permezz tal-implimentazzjoni tal-Ftehim. Jeħtieġ li dawk l-emendi tal-liġi tal-UE jiġu riflessi fl-Anness XLIV għall-Ftehim, li għalhekk irid jiġi emendat. |
|
(9) |
Għaldaqstant il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jemenda l-Anness XLIV għall-Ftehim u jaġġusta l-iskadenza għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dak l-Anness sabiex jitqiesu l-emendi l-ġodda tal-liġi tal-UE. |
|
(10) |
Ikun adatt li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, fir-rigward tal-emenda tal-Anness XLIV għall-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda tal-Anness XLIV għal dak il-Fteim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.
(2) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2023 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-UKRAJNA
ta’ …
fir-rigward tal-emenda tal-Anness XLIV għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-UKRAJNA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 463 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017. |
|
(2) |
Il-Preambolu għall-Ftehim jirrikonoxxi x-xewqa tal-Partijiet li jmexxu r-riforma u l-proċess ta’ approssimazzjoni ’l quddiem fl-Ukrajna, u b’hekk jikkontribwixxu għall-integrazzjoni ekonomika gradwali u l-approfondiment tal-assoċjazzjoni politika, kif ukoll għall-kisba ta’ integrazzjoni ekonomika permezz ta’ approssimazzjoni regolatorja estensiva. |
|
(3) |
L-Artikolu 1(2), il-punt (d), tal-Ftehim jirreferi għall-objettiv li jiġu appoġġati l-isforzi tal-Ukrajna biex titlesta t-tranżizzjoni għal ekonomija tas-suq li tiffunzjona, inter alia, permezz tal-approssimazzjoni progressiva tal-leġiżlazzjoni tagħha ma’ dik tal-Unjoni. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 459(1) tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jimplimentaw assistenza f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u jikkooperaw biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE u tal-Ukrajna kif stabbilit inhu fl-Anness XLIII għall-Ftehim. Il-Partijiet għandhom jieħdu miżuri effettivi biex jipprevjenu u jiġġieldu l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, fost l-oħrajn, permezz ta’ assistenza amministrattiva reċiproka u assistenza legali reċiproka fl-oqsma koperti mill-Ftehim. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 459(2) tal-Ftehim, l-Ukrajna għandha wkoll gradwalment tqarreb il-leġiżlazzjoni tagħha mad-dispożizzjonijiet kif stabbiliti fl-Anness XLIV għall-Ftehim. |
|
(6) |
L-Artikolu 474 tal-Ftehim jipprevedi l-impenn ġenerali tal-Ukrajna li twettaq l-approssimazzjoni gradwali tal-leġiżlazzjoni tagħha mal-liġi tal-UE, abbażi ta’ impenji identifikati, fost l-oħrajn, fit-titolu VI tal-Ftehim. L-impenji li jikkonċernaw l-approssmazzjoni gradwali tal-leġiżlazzjoni Ukrena għal-liġi tal-Unjoni identifikati fit-titolu VI tal-Ftehim jinkludu il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u tal-Ukrajna fil-kuntest tal-assistenza finanzjarja pprovduta permezz tal-mekkaniżmi u l-istrumenti ta’ finanzjament rilevanti tal-UE sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet, il-kapaċitajiet settorjali u l-progress tal-Ukrajna bir-riformi. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 463(1) u (3) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim. B’mod partikolari, jista’ jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim, filwaqt li jqis l-evoluzzjoni tal-liġi tal-UE u l-istandards applikabbli stabbiliti fi strumenti internazzjonali meqjusa rilevanti mill-Partijiet. |
|
(8) |
Minn mindu ġew konklużi n-negozjati għall-Ftehim, il-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, li d-dispożizzjonijiet tiegħu ġew inkorporati fl-Anness XLIV għall-Ftehim, ġiet sostitwita bid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u għalhekk inbidlu wkoll l-impenji tal-Ukrajna previsti permezz tal-implimentazzjoni tal-Ftehim. Jeħtieġ li dawk l-emendi tal-liġi tal-UE jiġu riflessi fl-Anness XLIV għall-Ftehim, li għalhekk irid jiġi emendat. |
|
(9) |
Għaldaqstant il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jemenda l-Anness XLIV għall-Ftehim u jaġġusta l-iskadenza għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dak l-Anness sabiex jitqiesu l-emendi l-ġodda tal-liġi tal-UE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XLIV għall-Ftehim huwa sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi ...,
Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni
Il-President
(1) ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.
(2) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
ANNESS
“ANNESS XLIV GĦAT-TITOLU VI
KOOPERAZZONI FINANZJARJA, B’DISPOŻIZZJONIJIET KONTRA L-FRODI
L-Ukrajna tassumi l-impenn li gradwalment tqarreb il-leġiżlazzjoni tagħha għal-leġiżlazzjoni li ġejja tal-UE fi żmien perjodi stipulati:
Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (1):
|
— |
Artikolu 3 – Frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
|
— |
Artikolu 4 – Reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
|
— |
Artikolu 6 – Responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi; |
|
— |
Artikolu 7 – Sanzjonijiet fir-rigward ta’ persuni fiżiċi; |
|
— |
Artikolu 9 – Sanzjonijiet fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi; |
|
— |
Artikolu 12 – Perjodi ta’ limitu għal reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
L-iskeda taż-żmien: dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2023.
|
23.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/26 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/405
tal-20 ta’ Frar 2023
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/170/UE, li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, fir-rigward tar-Repubblika tal-Kamerun
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
1. INTRODUZZJONI U PROĊEDURA
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 (“ir-Regolament IUU”) jistabbilixxi sistema tal-Unjoni li tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat (IUU). |
|
(2) |
Il-Kapitolu VI tar-Regolament IUU jistabbilixxi l-proċedura biex jiġu identifikati pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, id-démarches fir-rigward ta’ dawn il-pajjiżi, l-istabbiliment ta’ lista ta’ tali pajjiżi, it-tneħħija tagħhom minn dik il-lista, il-pubblikazzjoni ta’ dik il-lista, u ta’ kwalunkwe miżura ta’ emerġenza. |
|
(3) |
Fl-24 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/170/UE (2) li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Repubblika tal-Kamerun (“il-Kamerun”), permezz ta’ deċiżjoni tas-17 ta’ Frar 2021 (3) (“id-Deċiżjoni tas-17 ta’ Frar 2021”), dwar il-possibbiltà tal-identifikazzjoni tiegħu bħala pajjiż li l-Kummissjoni tqis bħala pajjiż terz li ma jikkooperax. |
|
(5) |
Fid-deċiżjoni tagħha tas-17 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni inkludiet informazzjoni dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom hija bbażata tali identifikazzjoni. |
|
(6) |
Id-deċiżjoni tas-17 ta’ Frar 2021 ġiet innotifikata lill-Kamerun flimkien ma’ ittra li tistieden lill-Kamerun sabiex jimplimenta, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, pjan ta’ azzjoni sabiex jirrettifika n-nuqqasijiet identifikati skont ir-Regolament IUU. |
|
(7) |
Bid-deċiżjoni tagħha tas-17 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni fetħet proċess ta’ djalogu mal-Kamerun. |
|
(8) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni stiednet lill-Kamerun biex: jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimenta l-azzjonijiet li jinsabu fil-pjan ta’ azzjoni ssuġġerit mill-Kummissjoni, u biex jivvaluta l-implimentazzjoni ta’ dawk l-azzjonijiet li jinsabu fil-pjan ta’ azzjoni ssuġġeriti mill-Kummissjoni. |
|
(9) |
Il-Kamerun ingħata l-opportunità li jwieġeb għad-deċiżjoni tas-17 ta’ Frar 2021, kif ukoll għal informazzjoni oħra rilevanti kkomunikata mill-Kummissjoni, u li jippreżenta evidenza li tikkontradixxi jew li tikkompleta l-fatti msemmija f’ dik id-deċiżjoni. Il-Kamerun ġie żgurat dwar id-dritt tiegħu li jitlob, jew li jipprovdi, informazzjoni addizzjonali. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha rilevanti. Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub li tressqu mill-Kamerun wara d-deċiżjoni tas-17 ta’ Frar 2021 ġew ikkunsidrati u meqjusa, u saret laqgħa virtwali bejn il-Kamerun u l-Kummissjoni biex jiġu diskussi punti rilevanti. Il-Kamerun inżamm infurmat, bil-fomm jew bil-miktub, dwar il-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni. |
|
(11) |
Abbażi tal-informazzjoni miġbura, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-oqsma ta’ tħassib u n-nuqqasijiet stabbilit fid-deċiżjoni tas-17 ta’ Frar 2021 ma kinux ġew indirizzati b’mod suffiċjenti mill-Kamerun. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri li ġew proposti fil-pjan ta’ azzjoni ma kinux ġew implimentati bis-sħiħ. |
|
(12) |
B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-5 ta’ Jannar 2023 li tidentifika lill-Kamerun bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU (“id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-5 ta’ Jannar 2023”). |
|
(13) |
Abbażi tal-proċess ta’ investigazzjoni u ta’ djalogu mwettaq mill-Kummissjoni, inkluż il-korrispondenza li ġiet skambjata u l-laqgħat li saru, u abbażi tar-raġunijiet li fuqhom huma bbażati d-deċiżjoni tas-17 ta’ Frar 2021 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-5 ta’ Jannar 2023, huwa xieraq li l-Kamerun jitqiegħed fil-lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU. |
2. IDENTIFIKAZZJONI TAL-KAMERUN BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX
|
(14) |
Fid-deċiżjoni tas-17 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni analizzat id-dmirijiet tal-Kamerun u evalwat il-konformità tiegħu mal-obbligi internazzjonali tiegħu bħala Stat tal-bandiera, tal-port, Stat kostali jew tas-suq. Għall-fini ta’ dak ir-rieżami, il-Kummissjoni qieset il-kriterji elenkati fl-Artikolu 31(4) sa (7) tar-Regolament IUU. |
|
(15) |
Il-Kummissjoni rrieżaminat il-konformità tal-Kamerun f’konformità mas-sejbiet tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Frar 2021 u fir-rigward tal-informazzjoni rilevanti pprovduta minn hemm ’il quddiem mill-Kamerun, il-pjan ta’ azzjoni ssuġġerit, kif ukoll il-miżuri meħuda biex is-sitwazzjoni tiġi rettifikata. |
|
(16) |
In-nuqqasijiet ewlenin identifikati mill-Kummissjoni kienu relatati ma’ diversi nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-obbligi skont id-dritt internazzjonali, b’mod partikolari in-nuqqas ta’ adozzjoni ta’ qafas legali adegwat u aġġornat, in-nuqqas ta’ proċeduri ċara u trasparenti ta’ reġistrazzjoni u ta’ ta’ liċenzjar, u n-n-nuqqas ta’ monitoraġġ effiċjenti u adegwat tal-bastimenti tas-sajd. In-nuqqasijiet identifikati kienu relatati, b’mod aktar ġenerali, mal-kundizzjonijiet stabbiliti għar-reġistrazzjoni tal-bastimenti tas-sajd u l-kontroll tagħhom skont id-dritt internazzjonali. Ġie identifikat ukoll nuqqas ta’ allinjament mar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet ta’ korpi rilevanti bħall-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO kontra s-Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Iddikjarat tan-Nazzjonijiet Uniti (IPOA-IUU) u l-Linji Gwida Volontarji tal-FAO dwar il-Prestazzjoni tal-Istat tal-Bandiera. Madankollu, in-nuqqas ta’ konsistenza ma’ rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet mhux vinkolanti tqies biss bħala evidenza ta’ sostenn u mhux bħala bażi għall-identifikazzjoni. |
|
(17) |
Fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-5 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni għalhekk identifikat lill-Kamerun bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament IUU. |
|
(18) |
Wara kunsiderazzjoni tar-restrizzjonijiet possibbli fuq il-Kamerun bħala pajjiż li qed jiżviluppa, ta’ min jinnota li l-istatus ta’ żvilupp u l-prestazzjoni globali tal-Kamerun fir-rigward tas-sajd ma humiex imdgħajfin minħabba l-livell ġenerali ta’ żvilupp tiegħu. |
|
(19) |
Wara li ġew ikkunsidrati d-deċiżjoni tas-17 ta’ Frar 2021, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-5 ta’ Jannar 2023, u l-proċess ta’ djalogu mal-Kamerun li sar mal-Kummissjoni u l-eżitu tiegħu, huwa konkluż li l-azzjonijiet meħuda mill-Kamerun fid-dawl tad-dmirijiet tiegħu bħala Stat tal-bandiera huma insuffiċjenti biex ikun hemm konformità mal-Artikoli 91, 92, 94, 117 u 118 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar. |
|
(20) |
Għaldaqstant, il-Kamerun naqas milli jaqdi dmirijietu skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera biex jieħu azzjoni sabiex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU. |
3. STABBILIMENT TA’ LISTA TA’ PAJJIŻI TERZI LI MA JIKKOOPERAWX
|
(21) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa hawn fuq fir-rigward tal-Kamerun, jenħtieġ li dak il-pajjiż jiġi inkluż, f’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament IUU, fil-lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx stabbilita bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/170/UE. Għalhekk, jenħtieġ li dik id-Deċiżjoni tiġi emendata skont dan. |
|
(22) |
L-inklużjoni tal-Kamerun fil-lista ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU tinvolvi l-applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 38 tar-Regolament IUU. L-Artikolu 38(1) tar-Regolament IUU jipprevedi l-projbizzjoni tal-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd maqbuda minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx. Fil-każ tal-Kamerun, dik il-projbizzjoni jenħtieġ li tkopri l-istokkijiet u l-ispeċijiet kollha definiti fl-Artikolu 2, il-punt 8, tar-Regolament IUU, peress li n-nuqqas ta’ miżuri xierqa adottati fir-rigward tas-sajd IUU li jwasslu għall-identifikazzjoni tal-Kamerun bħala pajjiż terz li ma jikkooperax ma huwiex limitat għal stokk jew għal speċi partikolari. |
|
(23) |
Huwa nnutat li s-sajd IUU, inter alia, jeżawrixxi l-istokkijiet tal-ħut, jeqred il-ħabitats tal-baħar, jimmina l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar, ifixkel il-kompetizzjoni, jipperikola s-sigurtà tal-ikel, iqiegħed lis-sajjieda li jikkonformaw mar-regoli fi żvantaġġ inġust u jdgħajjef il-komunitajiet kostali. Fid-dawl tal-kobor tal-problemi relatati mas-sajd IUU, jitqies neċessarju li l-Unjoni timplimenta malajr l-azzjonijiet fir-rigward tal-Kamerun bħala pajjiż terz li ma jikkooperax. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(24) |
Jekk il-Kamerun juri li s-sitwazzjoni li tat lok għall-inklużjoni tiegħu fil-lista tkun ġiet rettifikata, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jneħħi lill-Kamerun mil-lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx f’konformità mal-Artikolu 34(1) tar-Regolament IUU. Kwalunkwe deċiżjoni għal tali tneħħija jenħtieġ li tqis ukoll jekk il-Kamerun ikunx adotta miżuri konkreti biex ikun jista’ jinkiseb titjib dejjiemi tas-sitwazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Repubblika tal-Kamerun b’dan tiżdied mal-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/170/UE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/170/UE tal-24 ta’ Marzu 2014 li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU L 91, 27.3.2014, p. 43).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Frar 2021 li tinnotifika lir-Repubblika tal-Kamerun dwar il-possibbiltà li din tiġi identifikata bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU C 59 I, 19.2.2021, p. 1).
Rettifika
|
23.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/29 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2583 tad-19 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2278 li jissospendi d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni msemmija fl-Artikolu 56(2), punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 340 tat-30 ta' Diċembru 2022 )
|
1. |
Fil-paġna 15, fl-Anness li jissostitwixxi l-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278, fit-tabella, fl-entrata relatata man-numru tas-serje 0.3227, taħt il-kolonna “Il-kodiċi tan-NM”, |
minflok:
“ 2846 90 30
2846 90 40
2846 90 50
2846 90 60
2846 90 90 ”,
aqra:
“ 2846 90 30
2846 90 40
2846 90 50
2846 90 60
2846 90 70
2846 90 90 ”.
|
2. |
Fil-paġna 201, fl-Anness li jissostitwixxi l-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278, fit-tabella, fl-entrata relatata man-numru tas-serje 0.7029, taħt il-kolonna “Il-kodiċi tan-NM”, |
minflok:
“ ex 8505 11 00 ”,
aqra:
“ ex 8505 11 10 ”.
|
23.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/30 |
Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2571 tal-24 ta' Novembru 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar l-emenda għall-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) tal-Ftehim ŻEE (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 331 tas-27 ta' Diċembru 2022 )
|
1. |
It-titolu fuq il-paġna tal-werrej u t-titolu fl-ewwel paġna, |
minflok:
“… tal-24 ta’ Novembru 2022 …”,
aqra:
“… tal-24 ta’ Ottubru 2022 …”;
|
2. |
Fil-paġna 2, fejn il-post u d-data tal-adozzjoni huma msemmija, |
minflok:
“Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Novembru 2022.”,
aqra:
“Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2022.”.
|
23.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/31 |
Rettifika tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2433 tat-12 ta’ Diċembru 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2021/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 318 I tat-12 ta' Diċembru 2022 )
It-terminu “Punent tal-Ażerbajġan” għandu jiġi sostitwit bi “Ażerbajġan tal-Punent” fid-Deċiżjoni kollha fil-forma grammatikali xierqa.